ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 130

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
1 ta' Mejju 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2014 tat-30 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew ( 1 )

37

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 442/2014 tat-30 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 f'dak li jirrigwarda l-inklużjoni fil-lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-iskop ta' ekwivalenza fir-rigward tal-importazzjoni ta' prodotti organiċi ( 1 )

39

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2014 tat-30 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar

41

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 444/2014 tat-30 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

43

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 57 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem għall-muturi u vetturi ttrattati bħala muturi

45

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/1


DIRETTIVA 2014/41/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-3 ta' April 2014

dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-inizjattiva tar-Renju tal- Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Renju tal-Isvezja,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

Taħt l-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji, li, mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 'l hawn, ġie komunement imsejjaħ bħala bażi importanti tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fi ħdan l-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI (2) indirizzat il-ħtieġa ta' rikonoxximent reċiproku immedjat ta' mandati għall-prevenzjoni tal-qerda, it-trasformazzjoni, iċ-ċaqliq, it-trasferiment jew ir-rimi ta' provi. Madankollu, minħabba l-fatt li l-istrument hu ristrett għall-fażi tal-iffriżar, il-mandat tal-iffriżar jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn talba separata għat-trasferiment tal-provi lill-Istat li jemetti l-ordni (“l-Istat emittenti”) f'konformità mar-regoli li japplikaw għall-assistenza reċiproka f'materji kriminali. Dan jirriżulta fi proċedura b'żewġ stadji detrimentali għall-effiċjenza tagħha. Barra minn hekk, dan ir-reġim jikkoeżisti mal-istrumenti tradizzjonali ta' kooperazzjoni u għalhekk rari jintuża fil-prattika mill-awtoritajiet kompetenti.

(4)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/978/ĠAI (3) dwar il-mandat Ewropew għall-provi (EEW, European Evidence Warrant) ġiet adottata sabiex jiġi applikat il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f'materji kriminali. Madankollu, l-EEW japplika biss għal provi li diġà jeżistu u għalhekk ikopri spettru limitat ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fir-rigward tal-provi. Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni limitat tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti kienu liberi li jużaw ir-reġim il-ġdid jew li jużaw il-proċeduri ta' assistenza legali reċiproka li f'kull każ jibqgħu japplikaw għall-provi li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-EEW.

(5)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet Kwadru 2003/577/ĠAI u 2008/978/ĠAI 'l hawn, jidher ċar li l-qafas eżistenti għall-ġbir ta' provi huwa wisq frammentat u kkumplikat. Għalhekk, huwa meħtieġ approċċ ġdid.

(6)

Fil-programm ta' Stokkolma adottat mill-Kunsill Ewropew tal-10 sal-11 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li l-istabbiliment ta' sistema komprensiva għall-ksib ta' provi f'każijiet b'dimensjoni transkonfinali, abbażi tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, għandu jitkompla. Il-Kunsill Ewropew indika li l-istrumenti eżistenti f'dan il-qasam kienu jikkostitwixxu reġim frammentarju u li kien meħtieġ approċċ ġdid, ibbażat fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, li madankollu jżomm kont ukoll tal-flessibbiltà tas-sistema tradizzjonali ta' assistenza legali reċiproka. Għaldaqstant, il-Kunsill Ewropew appella għal sistema komprensiva li tissostitwixxi l-istrumenti kollha eżistenti f'dan il-qasam, inkluża d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/978/ĠAI, li tkopri kemm jista' jkun it-tipi kollha ta' provi, li tinkludi skadenzi għall-infurzar u tillimita kemm jista' jkun ir-raġunijiet għaċ-ċaħda.

(7)

Dan l-approċċ il-ġdid għandu jkun ibbażat fuq strument uniku msejjaħ l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew (OIE). L-OIE għandu jinħareġ għall-fini tat-twettiq ta' miżura investigattiva speċifika waħda jew iżjed fl-Istat li jesegwixxi l-OIE (“l-Istat ta' eżekuzzjoni”) bil-ħsieb li jinġabru l-provi. Dan jinkludi l-ksib ta' provi li jkunu diġà fil-pussess tal-awtorità ta' eżekuzzjoni.

(8)

L-OIE għandu jkun orizzontali fl-ambitu u għaldaqstant għandu japplika għall-miżuri investigattivi kollha mmirati biex jiġbru l-provi. Madankollu, it-twaqqif ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta u l-ġbir ta' provi fi ħdan skwadra bħal din jeħtieġu regoli speċifiċi li jkun aħjar jekk jiġu ttrattati separatament. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-istrumenti eżistenti għandhom għaldaqstant jibqgħu japplikaw għal din it-tip ta' miżura investigattiva.

(9)

Din id-Direttiva ma tapplikax għal sorveljanza transkonfinali kif imsemmi fil-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (4).

(10)

L-OIE għandu jiffoka fuq il-miżura investigattiva li għandha tiġi eżegwita. L-awtorità emittenti qiegħda fl-aħjar pożizzjoni li tiddeċiedi, abbażi tal-għarfien tagħha tad-dettalji tal-investigazzjoni kkonċernata, liema miżura investigattiva għandha tintuża. Madankollu, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, fejn hu possibbli, tuża tip ieħor ta' miżura investigattiva jekk il-miżura indikata ma teżistix taħt il-liġi nazzjonali tagħha jew ma tkunx disponibbli f'każ domestiku simili. Id-disponibbiltà għandha tirriferi għall-okkażjonijiet fejn il-miżura investigattiva indikata teżisti taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni iżda hija legalment disponibbli f'ċerti sitwazzjonijiet biss, pereżempju fejn il-miżura investigattiva tista' tiġi eżegwita biss għal reati ta' ċertu grad ta' serjetà, kontra persuni li fir-rigward tagħhom diġà hemm grad ta' suspett jew bil-kunsens tal-persuna kkonċernata. Għandu jkun permissibbli għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li tirrikorri għal tip ieħor ta' miżura investigattiva fejn din tikseb l-istess riżultat bħall-miżura investigattiva prevista fl-OIE b' mezzi li jinvolvu inqas indħil fid-drittijiet fundamentali.

(11)

L-OIE għandu jintgħażel fejn l-eżekuzzjoni ta' miżura investigattiva tidher proporzjonata, adegwata u applikabbli għall-każ inkwistjoni. L-awtorità emittenti għandha għalhekk taċċerta jekk il-provi mfittxija humiex meħtieġa u proporzjonati għall-fini tal-proċedimenti, jekk il-miżura investigattiva magħżula hijiex meħtieġa u proporzjonata għall-ġbir ta' dawn il-provi, u jekk, permezz tal-ħruġ ta' OIE, Stat Membru ieħor għandux ikun involut fil-ġbir tal-prova konċernata. L-istess valutazzjoni għandha ssir fil-proċedura ta' validazzjoni, meta tkun meħtieġa l-validazzjoni ta' OIE taħt din id-Direttiva. L-eżekuzzjoni ta' OIE ma għandhiex tiġi rrifjutata għal raġunijiet differenti minn dawk iddikjarati f'din id-Direttiva. Madankollu l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tkun intitolata li tagħżel miżura investigattiva anqas intrusiva minn dik indikata fl-OIE jekk din tippermetti li jinkisbu riżultati simili.

(12)

Meta tinħareġ OIE l-awtorità emittenti li toħroġha għandha tagħti attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). Il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet ta' difiża fi proċedimenti kriminali, huma pilastru tad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. Kwalunkwe limitazzjoni ta' tali drittijiet minn miżura investigattiva ordnata skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha tkun konformi b'mod sħiħ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52 tal-Karta fir-rigward tan-neċessità, il-proporzjonalità u l-għanijiet li għandha tfittex, partikolarment il-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn.

(13)

Sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni tal-OIE lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità emittenti tista' tuża kwalunkwe mezz possibbli jew rilevanti ta' trażmissjoni, pereżempju s-sistema sigura tat-telekomunikazzjoni tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, il-Eurojust, jew mezzi oħra użati mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew tal-infurzar tal-liġi.

(14)

Meta jagħmlu dikjarazzjoni dwar is-sistema lingwistika, l-Istati Membri huma mħeġġa li jinkludu minn tal-inqas lingwa waħda li tintuża komunement fl-Unjoni differenti mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tagħhom.

(15)

Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2010/64/UE (5), 2012/13/UE (6) u 2013/48/UE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jinvolvu drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

(16)

Il-miżuri mhux koerċitivi jistgħu jkunu, pereżempju, miżuri tali li ma jiksrux id-dritt tal-privatezza jew id-dritt tal-proprjetà, skont kif tipprevedi l-liġi nazzjonali.

(17)

Il-prinċipju ta' ne bis in idem huwa prinċipju fundamentali tal-liġi fl-Unjoni, kif rikonoxxut mill-Karta u żviluppat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta' OIE jekk l-eżekuzzjoni tagħha tmur kontra dak il-prinċipju. Minħabba n-natura preliminari tal-proċedimenti li fuqhom tissejjes OIE, l-eżekuzzjoni tagħha ma għandhiex tkun suġġetta għal rifjut fejn ikollha l-għan li tistabbilixxi jekk hemmx xi kunflitt possibbli mal-prinċipju ne bis in idem jew fejn l-awtorità emittenti tkun tat assigurazzjonijiet li l-evidenza trasferita b'riżultat tal-eżekuzzjoni ta' OIE ma tiġix użata għall-finijiet ta' prosekuzzjoni jew biex timponi xi sanzjoni fuq persuna li l-każ tagħha jkun ġie maqtugħ definittivament fi Stat Membru ieħor għall-istess fatti.

(18)

Bħal fi strumenti oħra ta' rikonoxximent reċiproku, din id-Direttiva ma għandhiex l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u għall-prinċipji fundamentali legali kif imnaqqxa fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fil-Karta. Sabiex dan ikun ċar, ġiet inserita dispożizzjoni speċifika fit-test.

(19)

Il-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fl-Unjoni huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka u presunzjoni ta' konformità, minn Stati Membri oħra, mad-dritt tal-Unjoni u, b'mod partikolari, mad-drittijiet fundamentali. Madankollu, dik il-presunzjoni hija konfutabbli. Konsegwentement, jekk ikun hemm raġunijiet sostantivi biex wieħed jemmen li l-eżekuzzjoni ta' miżura investigattiva indikata fl-OIE tkun tirriżulta fi ksur ta' dritt fundamentali tal-persuna kkonċernata u li l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ser jinjora l-obbligi tiegħu dwar il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta, l-eżekuzzjoni tal-OIE għandha tiġi rifjutata.

(20)

Għandu jkun possibbli li jiġi rrifjutat OIE fejn ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tiegħu fl-Istat ta' eżekuzzjoni jkun jinvolvi ksur ta' immunità jew privileġġ f'dak l-Istat. M'hemm l-ebda definizzjoni komuni dwar x'jikkostitwixxi immunità jew privileġġ fid-dritt tal-Unjoni, id-definizzjoni preċiża ta' dawn it-termini titħalla għalhekk għal-liġi nazzjonali, li tista' tinkludi protezzjonijiet li japplikaw għal professjonijiet mediċi u legali, iżda m'għandhomx jiġu interpretati b'mod li jmur kontra l-obbligu li jiġu aboliti ċerti raġunijiet għar-rifjut fil-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (8). Dawn jistgħu jinkludu wkoll, anki jekk mhumiex neċessarjament meqjusa bħala privileġġ jew immunità, regoli relatati mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f'mezzi oħra tax-xandir.

(21)

Huma meħtieġa limiti taż-żmien biex tiġi żgurata kooperazzjoni rapida, effettiva u konsistenti bejn l-Istati Membri f'materji kriminali. Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, u l-eżekuzzjoni proprja ta' miżura investigattiva, għandhom jittieħdu bl-istess rapidità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili. Għandu jsir provvediment għal skadenzi ta' żmien biex jiġi żgurat li d-deċiżjoni jew l-eżekuzzjoni jsiru fi żmien raġonevoli jew sabiex jiġu rispettati l-limitazzjonijiet proċedurali fl-Istat emittenti.

(22)

Ir-rimedji legali disponibbli kontra OIE għandhom ikunu tal-inqas ugwali għal dawk disponibbli fil-każ domestiku kontra l-miżura investigattiva kkonċernata. F'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikabbiltà ta' dawk ir-rimedji legali, anke billi jgħarrfu lill kwalunkwe parti interessata fiż-żmien tajjeb bil-possibbiltajiet u l-modi biex tfittixhom. Fil-każijiet fejn oġġezzjonijiet kontra OIE jiġu ppreżentati minn parti interessata fl-Istat ta' eżekuzzjoni fir-rigward tar-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ tal-OIE, ikun jaqbel li l-informazzjoni dwar tali kontestazzjoni tintbagħat lill-awtorità emittenti u li l-parti interessata tiġi infurmata b'dan.

(23)

L-ispejjeż li jintefqu fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni ta' OIE għandhom jiġu assunti esklużivament minn dak l-Istat, fil-konformitá mal-prinċipju ġenerali tar-rikonoxximent reċiproku. Madankollu, l-eżekuzzjoni ta' OIE tista' tirriżulta fi spejjeż eċċezzjonalment għolja għall-Istat ta' eżekuzzjoni. Dawn l-ispejjeż eċċezzjonalment għolja jistgħu jkunu, pereżempju, opinjonijiet kumplessi minn esperti jew operazzjonijiet estensivi tal-pulizija jew attivitajiet ta' sorveljanza fuq perijodu ta' żmien twil. Dan ma għandux ixekkel l-eżekuzzjoni ta' OIE u l-awtoritajiet emittenti u tal-eżekuzzjoni għandhom jistabbilixxu liema spejjeż ser jitqiesu bħala eċċezzjonalment għolja. Il-kwistjoni tal-ispejjeż tista' ssir suġġetta għal konsultazzjonijiet bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' eżekuzzjoni u huwa rrakkomandat li l-kwistjoni tiġi solvuta fl-istadju ta' konsultazzjonijiet. Bħala l-aħħar rimedju, l-awtorità emittenti tista' tiddeċiedi li tirtira l-OIE jew li żżommu u dik il-parti tal-ispejjeż stmata kemm bħala eċċezzjonalment għolja mill-Istat ta' eżekuzzjoni kif ukoll assolutament meħtieġa waqt l-iżvolġiment tal-proċedimenti, għandha tkun koperta mill-Istat emittenti. Il-mekkaniżmu pprovdut ma għandux jikkostitwixxi raġuni oħra għal ċaħda, u fl-ebda każ ma għandu jintuża abbużivament b'tali mod li jdewwem jew jimpedixxi l-eżekuzzjoni tal-OIE.

(24)

L-OIE jistabbilixxi reġim uniku għall-ksib ta' provi. Madankollu, meħtieġa regoli addizzjonali għal xi tipi ta' miżuri investigattivi li għandhom jiġu previsti fl-OIE, bħat-trasferiment temporanju ta' persuni miżmuma f'kustodja, is-seduti permezz ta' vidjokonferenza jew konferenza telefonika, il-ksib ta' informazzjoni relatata ma' kontijiet bankarji jew transazzjonijiet bankarji, konsenji kkontrollati jew investigazzjonijiet sigrieti. Il-miżuri investigattivi li jimplikaw ġbir ta' provi fi żmien reali, kontinwament u matul ċertu perijodu ta' żmien għandhom ikunu koperti mill-OIE, iżda kull fejn ikun meħtieġ għandu jintlaħaq qbil dwar arranġamenti prattiċi bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' eżekuzzjoni sabiex jiġu akkommodati d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali ta' dawk l-Istati.

(25)

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar it-twettiq, fl-istadji kollha tal-proċedimenti kriminali, inkluża l-fażi tas-smigħ, ta' miżura investigattiva, jekk meħtieġ bil-parteċipazzjoni tal-persuna kkonċernata bil-ħsieb li jinġabru provi. Pereżempju, OIE jista' jinħareġ għat-trasferiment temporanju tal-persuna konċernata għall-Istat emittenti jew biex isir smigħ b'vidjokonferenza. Madankollu, fejn dik il-persuna għandha tiġi trasferita għal Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' prosekuzzjoni, inkluż it-tressiq ta' dik il-persuna għandha titressaq quddiem qorti biex tiġi proċessata, għandu jinħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew (EAW, European Arrest Warrant) f'konformità mad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (9).

(26)

Bil-ħsieb tal-użu proporzjonat ta' EAW,,l-awtorità emittenti għandha tikkunsidra jekk OIE jkunx mezz effettiv u proporzjonat biex jiġu segwiti proċedimenti kriminali. L-awtorità emittenti għandha tikkunsidra, b'mod partikolari, jekk il-ħruġ ta' OIE għas-smigħ ta' persuna suspettata jew akkużata permezz ta' vidjokonferenza jistax iservi bħala alternattiva effettiva.

(27)

OIE jista' jinħareġ biex tinkiseb evidenza rigward il-kontijiet, ta' kwalunkwe tip, li jkunu qed jinżammu fi kwalunkwe bank jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja mhux bankarja oħra minn persuna suġġetta għal proċedimenti kriminali. Dik il-possibbiltà għandha tinftiehem fis-sens wiesa' bħala li tkopri mhux il-persuni suspettati jew akkużati biss iżda wkoll kwalunkwe persuna oħra li fir-rigward tagħha tali informazzjoni titqies li tkun meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċedimenti kriminali.

(28)

Fejn f'din id-Direttiva ssir referenza għall-istituzzjonijiet finanzjarji, dan it-terminu għandu jinftiehem fis-sens tad-definizzjoni rilevanti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(29)

Meta jinħareġ OIE biex jinkisbu “dettalji” ta' kont speċifiku, il-kelma “dettalji” għandha tinftiehem li tinkludi tal-inqas l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-kont, id-dettalji ta' kwalunkwe prokura miżmuma fuq il-kont, u kwalunkwe dettall jew dokument ieħor provdut mid-detentur tal-kont meta nfetaħ il-kont u li għadu jinżamm mill-bank.

(30)

Il-possibbiltajiet ta' kooperazzjoni taħt din id-Direttiva dwar l-interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet ma għandhomx ikunu limitati għall-kontenut tat-telekomunikazzjoni, iżda jistgħu jkopru wkoll id- data ta' traffiku u post assoċjata ma' dawn it-telekomunikazzjonijiet, li tippermetti lill-awtoritajiet li joħorġu OIE għall-finijiet li jiksbu data inqas intrużiva dwar telekomunikazzjonijiet. OIE li jinħareġ biex tinkiseb data storika ta' traffiku u post relatata ma' telekomunikazzjonijiet għandu jiġi ttrattat skont is-sistema ġenerali applikabbli għal-eżekuzzjoni tal-OIE u jista' jkun ikkunsidrat, skont it-termini tal-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, bħala miżura investigattiva koerċitiva.

(31)

Fejn diversi Stati Membri jkunu f'pożizzjoni li jipprovdu l-assistenza teknika meħtieġa, OIE għandu jintbagħat lil wieħed minnhom biss u għandha tingħata prijorità lill-Istat Membru fejn tkun tinsab il-persuna konċernata. L-Istati Membri fejn jinsab is-suġġett tal-interċettazzjoni u li minnhom ma tinħtieġ l-ebda assistenza teknika biex issir l-interċettazzjoni għandhom jiġu notifikati dwarha skont din id-Direttiva. Madankollu, fejn l-assistenza teknika tista' ma tiġix riċevuta minn sempliċiment Stat Membru wieħed, OIE jista' jintbagħat lil aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed.

(32)

F'OIE li jinkludi talba għall-interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet, l-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-awtorità ta' eżekuzzjoni informazzjoni suffiċjenti bħal dettalji tal-għemil kriminali taħt investigazzjoni, sabiex tippermetti lill-awtorità ta' eżekuzzjoni tivvaluta jekk dik il-miżura investigattiva tkunx awtorizzata f'każ domestiku simili.

(33)

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-importanza li jiġi żgurat li l-assistenza teknika tista' tiġi pprovduta minn fornitur ta' servizz li jopera networks u servizzi ta' telekomunikazzjoni disponibbli pubblikament fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni skont dan l-istrument fir-rigward tal-interċettazzjoni legali ta' telekomunikazzjonijiet.

(34)

Din id-Direttiva, permezz tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha, tittratta biss miżuri provviżorji unikament bil-ħsieb tal-ġbir ta' provi. F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li kwalunkwe oġġett, inklużi assi finanzjarji, jista' jkun suġġett għal diversi miżuri interim matul il-proċedimenti kriminali, mhux biss bil-ħsieb tal-ġbir ta' provi iżda wkoll bil-ħsieb ta' konfiska. Id-distinzjoni bejn iż-żewġ objettivi ta' miżuri interim mhijiex dejjem ovvja u li l-objettiv tal-miżura interim jista' jinbidel matul il-proċedimenti. Għal din ir-raġuni, huwa kruċjali li tinżamm interrelazzjoni bla xkiel bejn id-diversi strumenti applikabbli f'dan il-qasam. Barra minn hekk, għall-istess raġuni, il-valutazzjoni ta' jekk punt għandux jintuża fil-provi u għalhekk ikun l-oġġett ta' OIE għandha titħalla għall-awtorità emittenti.

(35)

Fejn issir referenza għal għajnuna reċiproka fi strumenti internazzjonali rilevanti, bħal fil-konvenzjonijiet konklużi fil-Kunsill tal-Ewropa, għandu jinftiehem li, bejn l-Istati Membri marbutin b'din id-Direttiva, din id-Direttiva tipprevali fuq dawk il-konvenzjonijiet.

(36)

Il-kategoriji ta' reati elenkati fl-Anness D għandhom jiġu interpretati b'mod konsistenti mal-interpretazzjoni tagħhom taħt l-istrumenti legali eżistenti dwar ir-rikonoxximent reċiproku.

(37)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (11), l-Istati Membri impenjaw ruħhom sabiex jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu t-trażmissjoni ta' tali dokumenti bħala waħda ġustifikata.

(38)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri r-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet meħuda biex jinkisbu provi, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jista', pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(39)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta, notevolment it-Titolu VI tagħha, fid-dritt internazzjonali u ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma Partijiet, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom. Ma hemm xejn f'din id-Direttiva li jista' jiġi interpretat li jipprojbixxi ċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni ta' OIE meta jkun hemm raġunijiet sabiex wieħed jemmen, abbażi ta' elementi objettivi, li l-OIE nħareġ bil-għan li persuna tiġi proċessata kriminalment jew punita minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, iċ-ċittadinanza, il-lingwa jew l-opinjonijiet politiċi tagħha, jew li l-pożizzjoni ta' dik il-persuna tista' tiġi preġudikata għal kwalunkwe waħda minn dawn ir-raġunijiet.

(40)

Il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali hija dritt fundamentali. Taħt l-Artikolu 8(1) tal-Karta u l-Artikolu 16(1) tat-TFUE, kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardah.

(41)

L-Istati Membri għandhom, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jipprovdu għal politiki trasparenti fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data għal rimedji legali għall-ħarsien tad-data personali tagħhom.

(42)

Id-data personali li tinkiseb taħt din id-Direttiva għandha tiġi pproċessata biss meta jkun meħtieġ u dan għandu jkun proporzjonat għal finijiet kompatibbli mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' atti kriminali jew l-infurzar ta' sanzjonijiet kriminali u l-eżerċizzju tad-dritt ta' difiża. Persuni awtorizzati biss għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni li fiha data personali, li tista' tinkiseb permezz ta' proċessi ta' awtentikazzjoni.

(43)

F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(44)

F'konformità mal-Artikoli 1, 2 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(45)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(46)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni fil-5 ta' Ottubru 2010 (12), ibbażata fuq l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

L-ORDNI TA' INVESTIGAZZJONI EWROPEW

Artikolu 1

L-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew u l-obbligu li jiġi eżegwit

1.   L-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew (OIE) huwa deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa jew validata minn awtorità ġudizzjarja ta' Stat Membru (“l-Istat emittenti”) sabiex waħda jew aktar miżuri investigattivi speċifiċi jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor (“l-Istat ta' eżekuzzjoni”) bil-ħsieb li jinkisbu provi f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

L-OIE jista' jinħareġ ukoll biex jinkisbu provi li jkunu diġà fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jeżegwixxu kwalunkwe OIE abbażi tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku u f'konformità ma' din id-Direttiva.

3.   Il-ħruġ ta' OIE jista' jintalab minn persuna suspettata jew akkużata, jew minn avukat f'isimha, fi ħdan il-qafas tad-drittijiet ta' difiża applikabbli f'konformità mal-proċedura kriminali nazzjonali.

4.   Din id-Direttiva m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali ul-prinċipji legali kif sanċiti fl-Artikolu 6 tat-TUE, inklużi d-drittijiet ta' difiża ta' persuni suġġetti għal proċedimenti kriminali, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi affettwat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru li fih jinħareġ l-OIE;

(b)

“Stat ta' eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li jeżegwixxi l-OIE, li fih għandha tiġi eżegwita l-miżura investigattiva;

(c)

“awtorità emittenti” tfisser:

(i)

imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku kompetenti fil-każ ikkonċernat; jew

(ii)

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta' investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b'kompetenza li tordna l-ġbir ta' provi f'konformità mal-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma jintbagħat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, l-OIE għandu jiġi vvalidat, wara eżami tal-konformità tiegħu mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' OIE taħt din id-Direttiva, partikolarment il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti. Fejn l-OIE jkun ġie validat minn awtorità ġudizzjarja, dik l-awtorità tista' titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet ta' trażmissjoni tal-OIE;

(d)

“awtorità ta' eżekuzzjoni” tfisser awtorità b'kompetenza li tirrikonoxxi OIE u tiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu f'konformità ma' din id-Direttiva u l-proċeduri applikabbli f'każ domestiku simili. Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni fejn dan ikun previst mil-liġi nazzjonali tiegħu.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni tal-OIE

L-OIE għandha tkopri kwalunkwe miżura investigattiva bl-eċċezzjoni tal-istabbiliment ta' skwadra investigattiva konġunta u l-ġbir ta' provi fi ħdan tali skwadra kif previst fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (14) (“il-Konvenzjoni”) u fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI (15), minbarra għall-finijiet tal-applikazzjoni, rispettivament, tal-Artikolu 13(8) tal-Konvenzjoni u tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni Kwadru.

Artikolu 4

Tipi ta' proċedimenti li għalihom jista' jinħareġ l-OIE

OIE jista' jinħareġ:

(a)

fir-rigward ta' proċedimenti kriminali istitwiti minn, jew li jistgħu jiġu istitwi quddiem, awtorità ġudizzjarja fir-rigward ta' reat kriminali taħt il-liġi tal-Istat emittenti;

(b)

proċedimenti istitwiti minn awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta' atti li huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat emittenti billi dawn ikunu jikkostitwixxu ksur tar-regoli tal-liġi u fejn id-deċiżjoni tista' twassal għal proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġuriżdizzjoni, b'mod partikolari, f'materji kriminali;

(c)

fi proċedimenti istitwiti minn awtoritajiet ġudizzjarji fir-rigward ta' atti li huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat emittenti billi dawn ikunu jikkostitwixxu ksur tal-liġi u fejn id-deċiżjoni tista' twassal għal proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġuriżdizzjoni, b'mod partikolari, f'materji kriminali; u

(d)

b'rabta ma' proċedimenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) li huma relatati ma' reati jew ksur ta' liġijiet li għalihom persuna ġuridika tista' tinżamm responsabbli jew tiġi punita fl-Istat emittenti.

Artikolu 5

Kontenut u għamla tal-OIE

1.   L-OIE fil-forma stabbilita fl-Anness A għandu jitlesta, jiġi ffirmat, u l-kontenut tiegħu jiġi ċċertifikat bħala preċiż u korrett mill-awtorità emittenti.

L-OIE għandu, b'mod partikolari, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

data dwar l-awtorità emittenti u, fejn applikabbli, l-awtorità ta' validazzjoni;

(b)

is-suġġett tal-OIE u r-raġunijiet għall-OIE;

(c)

l-informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli dwar il-persuna jew persuni kkonċernati;

(d)

deskrizzjoni tal-att kriminali, li jkun l-oġġett tal-investigazzjoni jew proċedimenti, u d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi kriminali tal-Istat emittenti;

(e)

deskrizzjoni tal-miżura jew miżuri investigattivi mitluba u tal-provi li għandhom jinkisbu.

2.   Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew lingwi li, fost il-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u flimkien mal-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat, jistgħu jintużaw sabiex jitlesta jew jiġi tradott l-OIE meta l-Istat Membru konċernat ikun l-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tittraduċi l-OIE stabbilit fl-Anness A għal lingwa uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew kwalunkwe lingwa oħra indikata mill-Istat ta' eżekuzzjoni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

KAPITOLU II

PROĊEDURI U SALVAGWARDJI GĦALL-ISTAT EMITTENTI

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-emissjoni u t-trażmissjoni ta' OIE

1.   L-awtorità emittenti tista' toħroġ OIE biss fejn tkun sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-emissjoni tal-OIE tkun meħtieġa u proporzjonata għall-fini tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 4 b'kont meħud tad-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata; u

(b)

il-miżura jew miżuri investigattivi indikati fl-OIE setgħu ġew ordnati taħt l-istess kondizzjonijiet f'każ domestiku simili.

2.   Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità emittenti f'kull każ.

3.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni jkollha raġuni għalxiex temmen li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, hija tista' tikkonsulta lill-awtorità emittenti dwar l-importanza li l-OIE jiġi eżegwit. Wara dik il-konsultazzjoni, l-awtorità emittenti tista' tiddeċiedi li tirtira l-OIE.

Artikolu 7

Trażmissjoni tal-OIE

1.   L-OIE, li jkun tlesta f'konformità mal-Artikolu 5, għandu jintbagħat mill-awtorità emittenti lill-awtorità ta' eżekuzzjoni bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' eżekuzzjoni li jistabbilixxi l-awtentiċità.

2.   Kull komunikazzjoni uffiċjali ulterjuri għandha ssir direttament bejn l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(d), kull Stat Membru jista' jinnomina awtorità ċentrali jew, fejn is-sistema legali tiegħu tkun tipprovdi għal dan, aktar minn awtorità ċentrali waħda, sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti. Stat Membru jista', jekk meħtieġ, minħabba l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jirrendi lill-awtorità jew awtoritajiet ċentrali tiegħu responsabbli għat-trażmissjoni u r-riċezzjoni amministrattivi ta' OIE, kif ukoll għal korrispondenza uffiċjali oħra relatata ma' OIE.

4.   L-awtorità emittenti tista' tittrażmetti OIE permezz tas-sistema ta' telekomunikazzjoni tan-Network Ġudizzjarju Ewropew (NĠE), kif stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI (16).

5.   Jekk l-identità tal-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tkunx magħrufa, l-awtorità emittenti għandha tagħmel l-istħarriġ kollu meħtieġ, inkluż permezz tal-punti ta' kuntatt tal-NĠE, sabiex tikseb dik l-informazzjoni mill-Istat ta' eżekuzzjoni.

6.   Fejn l-awtorità fl-Istat ta' eżekuzzjoni li tirċievi l-OIE ma jkollha l-ebda kompetenza biex tirrikonoxxi l-OIE jew biex tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tiegħu, hija għandha, ex officio, tittrażmetti l-OIE lill-awtorità ta' eżekuzzjoni u b'hekk tinforma lill-awtorità emittenti b'dan.

7.   Id-diffikultajiet kollha marbutin mat-trażmissjoni jew l-awtentiċità ta' kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-OIE għandhom jiġu ttrattati permezz ta' kuntatti diretti bejn l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni li jkunu involuti, jew, fejn ikun il-każ, bl-involviment tal-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri.

Artikolu 8

OIE relatat ma' OIE preċedenti

1.   Fejn awtorità emittenti toħroġ OIE li jissupplimenta OIE preċedenti, hija għandha tindika dan il-fatt fl-OIE fit-Taqsima D tal-formola stabbilita fl-Anness A.

2.   Jekk l-awtorità emittenti tgħin fl-eżekuzzjoni tal-OIE fl-Istat ta' eżekuzzjoni, f'konformità mal-Artikolu 9(4), hija tista', mingħajr preġudizzju għan-notifiki magħmula taħt l-Artikolu 33(1)(c), tindirizza OIE li jissupplimenta OIE preċedenti direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, waqt li tkun preżenti f'dak l-Istat.

3.   L-OIE li jissupplimenta OIE preċedenti għandu jikkonforma mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u, fejn ikun applikabbli, jiġi validat f'konformità mal-Artikolu 2(c).

KAPITOLU III

PROĊEDURI U SALVAGWARDJI GĦALL-ISTAT TA' EŻEKUZZJONI

Artikolu 9

Rikonoxximent u eżekuzzjoni

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi OIE, mibgħut f'konformità ma' din id-Direttiva, mingħajr il-ħtieġa ta' kwalunkwe formalità ulterjuri, u tiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu bl-istess mod u taħt l-istess modalitajiet bħallikieku l-miżura investigattiva konċernata ġiet ordnata minn awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni, sakemm dik l-awtorità ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti f'din id-Direttiva.

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din id-Direttiva u sakemm dawn il-formalitajiet u proċeduri ma jmorrux kontra l-prinċipji fundamentali ta' dritt tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.   Fejn awtorità ta' eżekuzzjoni tirċievi OIE li ma jkunx inħareġ minn awtorità emittenti kif speċifikat fl-Artikolu 2(c), l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tibgħat lura l-OIE lill-Istat emittenti.

4.   L-awtorità emittenti tista' titlob li awtorità waħda jew aktar awtoritajiet tal-Istat emittenti jagħtu assistenza fl-eżekuzzjoni tal-OIE b'appoġġ għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni sa fejn l-awtoritajiet maħtura tal-Istat emittenti jkunu kapaċi jagħtu assistenza fl-eżekuzzjoni tal-miżuri investigattivi indikati fl-OIE f'każ domestiku simili. L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonforma ma' din it-talba sakemm tali assistenza ma tmurx kontra l-prinċipji fundamentali ta' dritt tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew ma tkunx ta' ħsara għall-interessi essenzjali ta' sigurtà nazzjonali tiegħu.

5.   L-awtoritajiet tal-Istat emittenti preżenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandhom ikunu marbuta bil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni matul l-eżekuzzjoni tal-OIE. Huma ma jkollhom ebda setgħa ta' infurzar tal-liġi fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, ħlief jekk l-eżekuzzjoni ta' tali setgħa fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni tkun f'konformità mal-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u sa fejn ikun miftiehem bejn l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni.

6.   L-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni jistgħu jikkonsultaw lil xulxin, bi kwalunkwe mezz adatt, bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni effiċjenti ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Rikors għal tip differenti ta' miżura investigattiva

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandu jkollha, fejn possibbli, rikors għal miżura investigattiva differenti minn dik prevista fl-OIE fejn:

(a)

il-miżura investigattiva indikata fl-OIE ma tkunx teżisti taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; jew

(b)

il-miżura investigattiva indikata fl-OIE ma tkunx disponibbli f'każ domestiku simili.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-paragrafu 1 ma japplikax għall-miżuri investigattivi li ġejjin, li dejjem għandhom ikunu disponibbli taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni:

(a)

il-ksib ta' informazzjoni jew provi li jkunu diġà fil-pussess tal-awtorità ta' eżekuzzjoni u l-informazzjoni jew il-provi jistgħu jkunu nkisbu, f'konformità mal-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, fil-qafas ta' proċedimenti kriminali domestiċi simili jew għall-finijiet tal-OIE;

(b)

il-ksib ta' informazzjoni li tinsab fil-bażijiet ta' data miżmuma mill-pulizija jew l-awtoritajiet ġudizzjarji u li tkun aċċessibbli direttament mill-awtorità ta' eżekuzzjoni fil-qafas ta' proċedimenti kriminali;

(c)

is-smigħ ta' xhud, espert, vittma, persuna suspettata jew akkużata jew parti terza fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni;

(d)

kwalunkwe miżura investigattiva mhux koerċitiva kif definita taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni;

(e)

l-identifikazzjoni ta' persuni li jkollhom abbonament ta' numru tat-telefown speċifiku jew indirizz IP speċifiku.

3.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni jista' jkollha wkoll rikors għal miżura investigattiva għajr dik indikata fl-OIE fejn il-miżura investigattiva magħżula mill-awtorità ta' eżekuzzjoni jkollha l-istess riżultat permezz ta' mezzi inqas intrużivi mill-miżura indikata fl-OIE.

4.   Meta l-awtorità ta' eżekuzzjoni tiddeċiedi li tagħmel użu mill-possibbiltà msemmija fil- paragrafi 1 u 3, hija għandha l-ewwelnett tinforma lill-awtorità emittenti, li tista' tiddeċiedi li tirtira jew tissupplimenta l-OIE.

5.   Fejn, kif previst fil-paragrafu 1, il-miżura investigattiva indikata fl-OIE ma teżistix taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew ma tkunx disponibbli f'każ domestiku simili u fejn ma jkun hemm l-ebda miżura investigattiva oħra li jkollha l-istess riżultat bħall-miżura investigattiva mitluba, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti li ma kienx possibbli li tiġi pprovduta l-għajnuna mitluba.

Artikolu 11

Raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4), ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' OIE jistgħu jiġu rifjutati fl-Istat ta' eżekuzzjoni fejn:

(a)

ikun hemm immunità jew privileġġ taħt il-liġi tal-Istat emittenti li jagħmlu impossibbli l-eżekuzzjoni tal-OIE jew ikun hemm regoli dwar id-determinazzjoni u l-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f'mezzi oħrajn tax-xandir, li jagħmlu impossibbli l-eżekuzzjoni tal-OIE;

(b)

f'xi każ speċifiku l-eżekuzzjoni tal-OIE tkun ta' dannu għall-interessi essenzjali ta' sigurtà nazzjonali, tipperikola s-sors tal-informazzjoni jew tinvolvi l-użu ta' informazzjoni klassifikata relatata ma' attivitajiet speċifiċi ta' intelligence;

(c)

l-OIE jkun inħareġ fi proċedimenti msemmija fl-Artikolu 4(b) u (c) u l-miżura investigattiva ma tkunx awtorizzata taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni f'każ domestiku simili;

(d)

l-eżekuzzjoni tal-OIE tmur kontra l-prinċipju ta' ne bis in idem;

(e)

l-OIE jkun relatat ma' reat kriminali li allegatament ikun sar barra t-territorju tal-Istat emittenti u kollu kemm hu jew parzjalment fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-għemil li fir-rigward tiegħu jkun inħareġ l-OIE ma jkunx reat fl-Istat ta' eżekuzzjoni;

(f)

ikun hemm raġunijiet sostantivi għalxiex jitwemmen li l-eżekuzzjoni ta' miżura investigattiva indikata fl-OIE tkun inkompatibbli mal-obbligi tal-Istat ta' eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 6 tat-TUE u l-Karta;

(g)

l-għemil li fir-rigward tiegħu jkun inħareġ l-OIE ma jikkostitwixxix reat taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, sakemm ma jikkonċernax reat elenkat fost il-kategoriji ta' reati mogħtija fl-Anness D, kif indikat mill-awtorità emittenti fl-OIE, jekk ikun punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perijodu massimu ta' mill-anqas tliet snin; jew

(h)

l-użu tal-miżura investigattiva indikata fl-OIE jkun ristrett taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni għal lista jew kategorija ta' reati jew għal reati punibbli minn ċertu limitu minimu, li ma jinkludix ir-reat kopert mill-OIE.

2.   Il-paragrafi 1(g) u 1(h) ma japplikawx għal miżuri investigattivi msemmijin fl-Artikolu 10(2).

3.   Fejn l-OIE jikkonċerna reat konness ma' taxxi jew dazji, dwana u kambju, l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma għandhiex tirrifjuta r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni għar-raġuni li l-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta' taxxa jew dazju jew m'għandhiex regolament dwar taxxa, dazju, dwana u kambju tal-istess tip bħal-liġi tal-Istat emittenti.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1 qabel ma jiġi deċiż li OIE ma jiġix rikonoxxut jew eżegwit, kompletament jew parzjalment, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz adatt, u għandha, fejn ikun il-każ, titlob biex l-awtorità emittenti tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.

5.   Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1(a) u fejn is-setgħa li ta' rinunzja għall-privileġġ jew l-immunità tkun tal-awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha titolbu li teżerċita dik is-setgħa minnufih. Fejn tkun awtorità ta' Stat ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali li jkollha s-setgħa li tirrinunzja għall-privileġġ jew l-immunità, għandha tkun l-awtorità emittenti li titlob lill-awtorità konċernata biex din teżerċita dik is-setgħa.

Artikolu 12

Skadenzi għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni

1.   Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni għandha tittieħed, u l-miżura investigattiva għandha tiġi eżegwita, bl-istess rapidità u prijorità bħal f'każ domestiku simili u, fi kwalunkwe każ, fl-iskadenzi previsti f'dan l-Artikolu.

2.   Fejn awtorità emittenti tkun indikat fl-OIE li, minħabba skadenzi proċedurali, jew il-gravità tar-reat jew ċirkostanzi oħrajn partikolarment urġenti, tkun meħtieġa skadenza iqsar minn dawk previsti f'dan l-Artikolu, jew jekk l-awtorità emittenti tkun indikat fl-OIE li l-miżura investigattiva għandha tiġi eżegwita f'data speċifika, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha kemm jista' jkun tieħu kont sħiħ ta' dan ir-rekwiżit.

3.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tal-OIE malajr kemm jista' jkun u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, mhux iktar tard minn 30 jum wara r-riċezzjoni tal-OIE mill-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni.

4.   Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal posponiment taħt l-Artikolu 15 jew il-provi msemmija fil-miżura investigattiva koperta mill-OIE ma jkunux diġà fil-pussess tal-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha teżegwixxi l-miżura investigattiva mingħajr dewmien u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, mhux aktar tard minn 90 jum wara li tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Jekk ma jkunx prattikabbli f'każ speċifiku għall-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni li tikkonforma mal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 3 jew li tissodisfa d-data speċifika stabbilita fil-paragrafu 2, hija għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u stima taż-żmien meħtieġ għat-teħid tad-deċiżjoni. F'tali każ, l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3 tista' tiġi estiża b'massimu ta' 30 jum.

6.   Jekk ma jkunx prattikabbli f'każ speċifiku għall-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni li tikkonforma mal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 4, hija għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u għandha tikkonsulta l-awtorità emittenti dwar l-aħjar mument biex teżegwixxi l-miżura investigattiva.

Artikolu 13

Trasferiment ta' provi

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tittrasferixxi l-provi miksuba jew li jkunu diġà fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni bħala riżultat tal-eżekuzzjoni tal-OIE lill-Istat emittenti.

Fejn jintalbu fl-OIE u jekk ikun possibbli taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, il-provi għandhom ikunu trasferiti immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti li jkunu qegħdin jassistu fl-eżekuzzjoni tal-OIE f'konformità mal-Artikolu 9(4).

2.   It-trasferiment tal-provi jista' jiġi sospiż, sa meta toħroġ id-deċiżjoni rigward rimedju legali, sakemm ma jkunux indikati raġunijiet suffiċjenti fl-OIE li jkun essenzjali trasferiment immedjat għat-tmexxija korretta tal-investigazzjonijiet tagħha jew għall-preservazzjoni tad-drittijiet individwali. Madankollu, it-trasferiment tal-provi għandu jiġi sospiż jekk ikun ser jikkawża dannu serju u irriversibbli lill-persuna kkonċernata.

3.   Meta tittrasferixxi l-provi miksuba, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tindika jekk tkunx teħtieġ li l-provi jintraddu lura lill-Istat ta' eżekuzzjoni hekk kif ma jibqgħux meħtieġa fl-Istat emittenti.

4.   Fejn l-oġġetti, id-dokumenti, jew id-data kkonċernata jkunu wkoll rilevanti għal proċedimenti oħrajn, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista', fuq it-talba espliċita ta', u wara konsultazzjoni ma' l-awtorità emittenti, tittrasferixxi dawk il-provi temporanjament bil-kondizzjoni li jintraddu lill-Istat ta' eżekuzzjoni hekk kif ma jibqgħux meħtieġa fl-Istat emittenti jew fi kwalunkwe żmien jew okkażjoni oħra maqbula bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 14

Rimedji legali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedji legali ekwivalenti għal dawk disponibbli f'każ domestiku simili jkunu applikabbli għall-miżuri investigattivi indikati fl-OIE.

2.   Ir-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ tal-OIE jistgħu jiġu kkontestati biss f'rikors fl-Istat emittenti, mingħajr preġudizzju għall-garanziji tad-drittijiet fundamentali fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.   Fejn dan ma jimminax il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta' investigazzjoni, taħt l-Artikolu 19(1), l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jiżguraw li tkun ipprovduta informazzjoni dwar il-possibbiltajiet disponibbli taħt il-liġi nazzjonali għal tfittxija tar-rimedji legali meta dawn isiru applikabbli u fiż-żmien tajjeb biex jippermetti l-eżerċizzju effettiv tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskadenzi għat-tfittxija ta' rimedju legali jkunu l-istess bħal dawk previsti f'kawżi domestiċi simili u li jiġu applikati b'mod li jiggarantixxi l-possibbiltà tal-eżerċizzju effettiv ta' dawn ir-rimedji legali għal-partijiet konċernati.

5.   L-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-rimedji legali mitluba kontra l-ħruġ, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' OIE.

6.   Kontestazzjoni legali ma għandhiex tissospendi l-eżekuzzjoni tal-miżura investigattiva, ħlief jekk ikollha dak l-effett f'kawżi domestiċi simili.

7.   L-Istat emittenti għandu jieħu kont ta' kontestazzjoni li jkollha suċċess kontra r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' OIE skont il-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi proċedimenti kriminali fl-Istat emittenti jkunu rispettati d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal proċedimenti ġusti meta ssir il-valutazzjoni tal-provi miksuba permezz tal-OIE.

Artikolu 15

Raġunijiet għall-posponiment ta' rikonoxximent jew eżekuzzjoni

1.   Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tal-OIE jistgħu jiġu posposti fl-Istat ta' eżekuzzjoni meta:

(a)

l-eżekuzzjoni tiegħu tista' tippreġudika investigazzjoni kriminali kurrenti jew prosekuzzjoni kurrenti, sa meta l-Istat ta' eżekuzzjoni jikkunsidra li jkun raġonevoli;

(b)

l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data kkonċernati jkunu diġà qegħdin jintużaw fi proċedimenti oħrajn, sa meta dawn ma jkunux aktar meħtieġa għal dik il-fini.

2.   Hekk kif ir-raġuni għal posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-OIE u tinforma lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub.

Artikolu 16

Obbligu li tingħata informazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni li tirċievi l-OIE għandha, mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien ġimgħa mir-riċezzjoni tal-OIE, tirrikonoxxi r-riċezzjoni tal-OIE billi timla u tibgħat il-formola stabbilita fl-Anness B.

Fejn awtorità ċentrali tkun ġiet maħtura f'konformità mal-Artikolu 7(3), dak l-obbligu għandu japplika kemm għall-awtorità ċentrali kif ukoll għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li tirċievi l-OIE mill-awtorità ċentrali.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7(6), dak l-obbligu għandu japplika kemm għall-awtorità kompetenti li inizjalment tkun irċeviet l-OIE kif ukoll għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li finalment lilha jkun intbagħat l-OIE.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (5), l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti immedjatament bi kwalunkwe mezz:

(a)

jekk ikun impossibbli għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li tieħu deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni minħabba l-fatt li l-formola prevista fl-Anness A ma tkunx kompluta jew tkun manifestament skorretta;

(b)

jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni, matul l-eżekuzzjoni tal-OIE, tikkunsidra mingħajr stħarriġ ulterjuri li jista' jkun il-każ li jiġu eżegwiti miżuri investigattivi li ma kinux previsti inizjalment, jew li ma setgħux jiġu speċifikati meta nħareġ l-OIE, sabiex l-awtorità emittenti tkun tista' tieħu azzjoni ulterjuri fil-każ speċifiku; jew

(c)

jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni tistabbilixxi li, fil-każ speċifiku, hija ma tistax tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti skont l-Artikolu 9.

Fuq talba tal-awtorità emittenti, l-informazzjoni għandha tiġi kkonfermata, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (5), l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub:

(a)

bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda taħt l-Artikoli 10 jew 11;

(b)

bi kwalunkwe deċiżjoni ta' posponiment tal-eżekuzzjoni jew rikonoxximent tal-OIE, ir-raġunijiet għall-posponiment u, jekk ikun possibbli, kemm ikun mistenni jdum il-posponiment.

Artikolu 17

Responsabbiltà kriminali rigward l-uffiċjali

Meta jkunu preżenti fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni fil-qafas tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-uffiċjali mill-Istat emittenti għandhom jitqiesu bħala uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni fir-rigward ta' reati li jsiru kontrihom jew minnhom.

Artikolu 18

Responsabbiltà ċivili rigward l-uffiċjali

1.   Fejn, fil-qafas tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-uffiċjali ta' Stat Membru jkunu preżenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-ewwel Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata mill-uffiċjali tiegħu matul l-operazzjonijiet tagħhom, f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qed joperaw.

2.   L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet ikkawżata l-ħsara msemmija fil-paragrafu 1 għandu jagħmel tajjeb għal din il-ħsara taħt il-kondizzjonijiet applikabbli għal ħsara kkawżata mill-uffiċjali tiegħu stess.

3.   L-Istat Membru li l-uffiċjali tiegħu jkunu kkawżaw ħsara lil kwalunkwe persuna fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jrodd lura bis-sħiħ kwalunkwe somma lill-Istat Membru tal-aħħar ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f'isimhom.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu vis-à-vis partijiet terzi u bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 3, kull Stat Membru għandu jiddesisti, fil-każijiet previsti fil-paragrafu 1, milli jitlob radd lura tal-ħsara li jkun ġarrab minn Stat Membru ieħor.

Artikolu 19

Kunfidenzjalità

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li fl-eżekuzzjoni tal-OIE l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni jieħdu kont dovut tal-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni.

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-fatti u s-sustanza tal-OIE, bl-eċċezzjoni ta' dak li jkun meħtieġ biex teżegwixxi l-miżura investigattiva. Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tkunx tista' tikkonforma mar-rekwiżit ta' kunfidenzjalità, hija għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien.

3.   L-awtorità emittenti m'għandiex, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha u dment li ma jkunx indikat mod ieħor mill-awtorità ta' eżekuzzjoni, ma għandhiex tiżvela kwalunkwe prova jew informazzjoni pprovduta mill-awtorità ta' eżekuzzjoni, b'eċċezzjoni fejn dak l-iżvelar jkun meħtieġ għall-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti deskritti fl-OIE.

4.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-banek ma jiżvelawx lill-klijent bankarju konċernat jew lil terzi persuni oħrajn li tkun ġiet trażmessa informazzjoni lill-Istat emittenti f'konformità mal-Artikoli 26 u 27 jew li tkun qiegħda ssir investigazzjoni.

Artikolu 20

Protezzjoni ta' data personali

Meta jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali tkun protetta u li tista' tiġi pproċessata biss skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (17) u l-prinċipji tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-ħarsien tal-Individwi fir-rigward tal Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali u l-Protokoll Addizzjonali tagħha.

L-aċċess għal tali data għandu jiġi ristrett, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-suġġett tad-data. Persuni awtorizzati biss jista' jkollhom aċċess għal tali data.

Artikolu 21

Spejjeż

1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din id-Direttiva, l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jassumi l-ispejjeż kollha mġarrba fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni li jkunu relatati mal-eżekuzzjoni ta' OIE.

2.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tqis li l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni ta' OIE jistgħu jitqiesu eċċezzjonalment għolja, hija tista' tikkonsulta l-awtorità emittenti dwar jekk l-ispejjeż għandhomx jinqasmu, u kif, jew l-OIE għandux jiġi modifikat, u kif.

L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-awtorità emittenti minn qabel bl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-parti tal-ispejjeż meqjusa eċċezzjonalment għolja.

3.   F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ma jistax jintlaħaq qbil fir-rigward tal-ispejjeż imsemmijin fil-paragrafu 2, l-awtorità emittenti tista' tiddeċiedi li:

(a)

tirtira l-OIE kompletament jew parzjalment; jew

(b)

iżżomm l-OIE, u tassumi l-parti tal-ispejjeż meqjusa eċċezzjonalment għolja.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL ĊERTI MIŻURI INVESTIGATTIVI

Artikolu 22

Trasferiment temporanju lejn l-Istat emittenti ta' persuni miżmuma f'kustodja għall-fini li tiġi eżegwita miżura investigattiva

1.   OIE jista' jinħareġ għat-trasferiment temporanju ta' persuna miżmuma f'kustodja fl-Istat ta' eżekuzzjoni għall-fini li tiġi eżegwita miżura investigattiva biex jinġabru provi li għalihom tkun meħtieġa l-preżenza ta' dik il-persuna fit-territorju tal-Istat emittenti, sakemm hija terġa' tintbagħat lura fi żmien il-perijodu stipulat mill-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   Flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, l-eżekuzzjoni ta' OIE tista' wkoll tiġi rifjutata jekk:

(a)

il-persuna miżmuma f'kustodja ma tagħtix kunsens; jew

(b)

it-trasferiment jista' jtawwal id-detenzjoni tal-persuna miżmuma f'kustodja.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 (a), fejn l-Istat ta' eżekuzzjoni jqis li hekk ikun meħtieġ minħabba l-età jew il-kundizzjoni fiżika jew mentali tal-persuna, l-opportunità ta' stqarrija tal-opinjoni dwar it-trasferiment temporanju għandha tingħata lir-rappreżentant legali tal-persuna miżmuma f'kustodja.

4.   F'każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, it-transitu tal-persuna miżmuma f'kustodja mit-territorju ta' Stat Membru terz (“l-Istat Membru ta' transitu”) għandu jingħata b'applikazzjoni, flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa.

5.   L-arranġamenti prattiċi rigward it-trasferiment temporanju tal-persuna inklużi d-dettalji tal-kondizzjonijiet tal-kustodja tagħha fl-Istat emittenti, u d-dati sa meta għandha tiġi trasferita minn u rritornata fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandhom jiġu maqbula bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' eżekuzzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li titqies il-kondizzjoni fiżika u mentali tal-persuna konċernata, kif ukoll il-livell ta' sigurtà meħtieġ fl-Istat emittenti.

6.   Il-persuna trasferita għandha tibqa' miżmuma f'kustodja fit-territorju tal-Istat emittenti u, fejn applikabbli, fit-territorju tal-Istat Membru ta' transitu, għall-atti jew il-kundanni li għalihom tkun inżammet f'kustodja fl-Istat ta' eżekuzzjoni, dment li l-Istat ta' eżekuzzjoni ma japplikax għar-rilaxx tagħha.

7.   Il-perijodu ta' kustodja fit-territorju tal-Istat emittenti għandu jitnaqqas mill-perijodu ta' detenzjoni li l-persuna kkonċernata hija jew ser tkun obbligata tagħmel fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, persuna trasferita m'għandhiex tiġi suġġetta għal prosekuzzjoni jew tinżamm f'detenzjoni jew tiġi suġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni oħra fuq il-libertà personali tagħha fl-Istat emittenti għal atti li saru jew għal kundanni li ngħataw qabel it-tluq tagħha mit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni u li ma jkunux speċifikati fl-OIE.

9.   L-immunità msemmija fil-paragrafu 8 ma għandhiex tibqa' teżisti jekk il-persuna trasferita, wara li kellha l-opportunità li titlaq għal perijodu ta' 15-il jum konsekuttiv mid-data meta l-preżenza tagħha ma tkunx għadha meħtieġa mill-awtoritajiet emittenti:

(a)

madankollu tkun baqgħet fit-territorju; jew

(b)

wara li tkun telqet minnu, tkun reġgħet lura.

10.   L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jitħallsu f'konformità mal-Artikolu 21, ħlief għall-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasferiment tal-persuna lejn l-Istat emittenti u lura, li għandhom jitħallsu minn dak l-Istat.

Artikolu 23

Trasferiment temporanju lill-Istat ta' eżekuzzjoni ta' persuni miżmuma f'kustodja għall-fini li tiġi eżegwita miżura investigattiva

1.   OIE jista' jinħareġ għat-trasferiment temporanju ta' persuna miżmuma f'kustodja fl-Istat emittenti għall-fini li tiġi eżegwita miżura investigattiva bil-ħsieb li jinġabru provi li għaliha tkun meħtieġa l-preżenza tagħha fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   Il-paragrafu 2(a) u l-paragrafi 3 sa 9 tal-Artikolu 22 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kwalunkwe trasferiment temporanju taħt dan l-Artikolu.

3.   L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jitħallsu f'konformità mal-Artikolu 21, ħlief għall-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasferiment tal-persuna konċernata lejn l-Istat ta' eżekuzzjoni u lura, li għandhom jitħallsu mill-Istat emittenti.

Artikolu 24

Smigħ b'vidjokonferenza jew bi trażmissjoni awdjoviżiva oħra

1.   Fejn persuna tkun fit-territorju ta' Stat ta' eżekuzzjoni u jkun meħtieġ li din tinstema' bħala xhieda jew esperta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti, l-awtorità emittenti tista' toħroġ OIE biex ix-xhieda jew l-esperta tinstema' b'vidjokonferenza jew bi trażmissjoni awdjoviżiva oħra f'konformità mal-paragrafi 5 sa 7.

L-awtorità emittenti tista' wkoll toħroġ OIE għall-fini li persuna suspettata jew akkużata tinstema' b'vidjokonferenza jew bi trażmissjoni awdjoviżiva oħra.

2.   Flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, l-eżekuzzjoni ta' OIE tista' wkoll tiġi rifjutata jekk:

(a)

il-persuna suspettata jew akkużata ma tagħtix kunsens; jew

(b)

l-eżekuzzjoni ta' tali miżura investigattiva f'każ partikolari tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.   L-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti prattiċi. Meta jsir qbil dwar dawn l-arranġamenti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha timpenja ruħha li:

(a)

issejjaħ lix-xhud jew lill-espert ikkonċernat biex jidher fil-ħin u l-post tas-smigħ jew;

(b)

issejjaħ lill-persuni suspettati jew akkużati biex jidhru għas-smigħ f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u tinforma lil dawn il-persuni dwar id-drittijiet tagħhom taħt il-liġi tal-Istat emittenti, fi żmien xieraq li jippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom b'mod effettiv;

(c)

tiżgura l-identifikazzjoni tal-persuna li għandha tinstema'.

4.   Jekk f'ċirkostanzi ta' każ partikolari l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma jkollha ebda aċċess għal mezzi tekniċi għal smigħ li jsir permezz ta' vidjokonferenza, l-Istat emittenti jista' jagħmel disponibbli għaliha dawn il-mezzi permezz ta' ftehim reċiproku.

5.   Fejn isir smigħ b'vidjokonferenza jew bi trażmissjoni awdjoviżiva oħra, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tkun preżenti matul is-smigħ, fejn meħtieġ assistita minn interpretu, u għandha wkoll tkun responsabbli biex tiżgura kemm l-identifikazzjoni tal-persuna li għandha tinstema' kif ukoll ir-rispett għall-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun tal-fehma li matul is-smigħ il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni jkunu qegħdin jiġu miksura, hija għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li s-smigħ ikompli f'konformità ma' dawk il-prinċipji;

(b)

fejn meħtieġ, għandu jkun hemm qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u dawk tal-Istat ta' eżekuzzjoni dwar il-miżuri għall-protezzjoni tal-persuna li għandha tinstema';

(c)

is-smigħ għandu jitmexxa direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, jew taħt id-direzzjoni tagħha, f'konformità mal-liġijiet proprji tiegħu;

(d)

fuq it-talba tal-Istat emittenti jew tal-persuna li għandha tinstema', l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-persuna li għandha tinstema' tkun assistita minn interpretu, jekk meħtieġ;

(e)

il-persuni suspettati jew akkużati għandhom jiġu mgħarrfa qabel is-smigħ dwar id-drittijiet proċedurali li jgawdu, inkluż id-dritt li ma jixhdux taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u tal-Istat emittenti. Ix-xhieda u l-esperti jistgħu jitolbu d-dritt li ma jixhdux li huma jkunu jgawdu taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew dak emittenti u għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan id-dritt qabel is-smigħ.

6.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura maqbula għall-protezzjoni tal-persuni, meta s-smigħ ikun ġie konkluż, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tfassal il-minuti li fihom tindika d-data u l-post tas-smigħ, l-identità tal-persuna mismugħa, l-identitajiet u l-funzjonijiet tal-persuni l-oħrajn kollha fl-Istat ta' eżekuzzjoni li jipparteċipaw fis-smigħ, kwalunkwe ġurament li jkun ittieħed u l-kondizzjonijiet tekniċi li taħthom ikun sar is-smigħ. Id-dokument għandu jintbagħat mill-awtorità ta' eżekuzzjoni lill-awtorità emittenti.

7.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li, fejn il-persuna tkun qed tinstema' fit-territorju tagħha f'konformità ma' dan l-Artikolu u tirrifjuta li tixhed meta tkun taħt obbligu li tixhed jew ma tixhidx il-verità, il-liġi nazzjonali tagħha tapplika bl-istess mod bħallikieku s-smigħ sar fi proċedura nazzjonali.

Artikolu 25

Smigħ b'konferenza telefonika

1.   Jekk persuna tkun fit-territorju ta' Stat Membru u jkollha tinstema' bħala xhieda jew esperta mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor, l-awtorità emittenti tal-Istat Membru tal-aħħar tista', fejn ma jkunx xieraq jew possibbli għall-persuna li għandha tinstema' li tidher fiżikament fit-territorju tiegħu, u wara li jkunu ġew eżaminati mezzi oħra adatti, toħroġ OIE sabiex tinstema' x-xhieda jew l-espert permezz ta' konferenza telefonika kif previst fil-paragrafu 2.

2.   Sakemm ma jsirx qbil mod ieħor, l-Artikolu 24(3), (5), (6) u (7) għandu japplika mutatis mutandis għal smigħ b'konferenza telefonika.

Artikolu 26

Informazzjoni dwar kontijiet bankarji u finanzjarji oħra

1.   OIE jista' jinħareġ biex jiġi determinat jekk kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika suġġetta għall-proċedimenti kriminali konċernati żżommx jew tikkontrollax kont wieħed jew aktar, irrispettivament min-natura tiegħu, fi kwalunkwe bank li jinstab fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u jekk dan ikun il-każ, biex jinkisbu d-dettalji kollha tal-kontijiet identifikati.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa li jkunu jippermettuh jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll, jekk tintalab fl-OIE, tinkludi l-kontijiet li għalihom il-persuna suġġetta għall-proċedimenti kriminali konċernati jkollha prokura.

4.   L-obbligu stabbilit f'dan l-Artikolu għandu japplika biss safejn l-informazzjoni tkun fil-pussess tal-bank li jkun qiegħed iżomm il-kont.

5.   Fl-OIE l-awtorità emittenti għandha tindika r-raġunijiet għaliex tqis li l-informazzjoni mitluba x'aktarx li hi ta' valur sostanzjali għall-fini tal-proċedimenti kriminali konċernati u għal liema raġunijiet hija tippreżumi li l-banek fl-Istat ta' eżekuzzjoni jżommu l-kont u, safejn ikun disponibbli, liema banek jistgħu jkunu involuti. Fl-OIE hija għandha tinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni disponibbli li tista' tiffaċilita l-eżekuzzjoni tiegħu.

6.   OIE jista' jinħareġ ukoll biex jiġi determinat jekk il-persuna fiżika jew ġuridika suġġetta għall-proċedimenti kriminali konċernati għandhiex kont wieħed jew aktar, fi kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja mhux bankarja li tinsab fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni. Il-paragrafi 3 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis. F'tali każ u flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, l-eżekuzzjoni tal-OIE tista' wkoll tiġi rifjutata jekk l-eżekuzzjoni tal-miżura investigattiva ma tkunx awtorizzata f'każ domestiku simili.

Artikolu 27

Informazzjoni dwar operazzjonijiet bankarji u finanzjarji oħra

1.   OIE jista' jinħareġ sabiex jinkisbu d-dettalji ta' kontijiet bankarji speċifikati u ta' operazzjonijiet bankarji li jkunu saru matul perijodu definit permezz ta' kont wieħed jew aktar speċifikati fih, inklużi d-dettalji ta' kwalunkwe kont ta' trażmissjoni jew ta' riċezzjoni ta' flus.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun jista' jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

3.   L-obbligu stabbilit f'dan l-Artikolu għandu japplika biss safejn l-informazzjoni tkun fil-pussess tal-bank li fih jinżamm il-kont.

4.   Fl-OIE l-awtorità emittenti għandha tindika r-raġunijiet għaliex tikkunsidra l-informazzjoni mitluba rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali konċernati.

5.   OIE jista' jinħareġ ukoll fir-rigward tal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1 b'referenza għal operazzjonijiet finanzjarji li jkunu saru minn istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji. Il-paragrafi 3 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis. F'tali każ u flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, l-eżekuzzjoni tal-OIE tista' wkoll tiġi rifjutata fejn l-eżekuzzjoni tal-miżura ma tkunx awtorizzata f'każ domestiku simili.

Artikolu 28

Miżuri investigattivi li jimplikaw il-ġbir ta' provi fi żmien reali, kontinwament u matul ċertu perijodu ta' żmien

1.   Meta l-OIE jinħareġ għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' miżura investigattiva li tkun teħtieġ il-ġbir ta' provi fi żmien reali, kontinwament u matul ċertu perijodu ta' żmien, bħal dawn li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet bankarji jew finanzjarji oħrajn li jkunu qed isiru permezz ta' kont speċifikat jew aktar;

(b)

il-konsenji kkontrollati fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

l-eżekuzzjoni tagħha tista' tiġi rifjutata, flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, jekk l-eżekuzzjoni tal-miżura investigattiva konċernata ma tiġix awtorizzata f'każ domestiku simili.

2.   L-arranġamenti prattiċi rigward il-miżura msemmija fil-paragrafu 1(b) u kull fejn ikun meħtieġ għandhom jinqablu bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.   L-awtorità emittenti għandha tindika fl-OIE għaliex tikkunsidra l-informazzjoni mitluba rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali konċernati.

4.   Id-dritt ta' azzjoni, ta' direzzjoni u ta' kontroll tal-operazzjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni tal-OIE kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 29

Investigazzjonijiet sigrieti

1.   OIE jista' jinħareġ biex l-Istat ta' eżekuzzjoni jintalab jassisti lill-Istat emittenti fit-tmexxija ta' investigazzjonijiet ta' kriminalità minn uffiċjali li jaġixxu taħt identità sigrieta jew falza (“investigazzjonijiet sigrieti”).

2.   L-awtorità emittenti għandha tindika fl-OIE għaliex tikkonsidra li l-investigazzjoni sigrieta x'aktarx tkun rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali konċernati. Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' OIE maħruġ taħt dan l-Artikolu għandha tittieħed f'kull każ individwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni b'attenzjoni dovuta għal-liġi nazzjonali u l-proċeduri tiegħu.

3.   Flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tirrifjuta li tesegwixxi OIE kif imsemmi fil-paragrafu 1 fejn:

(a)

l-eżekuzzjoni tal-investigazzjoni sigrieta ma tkunx awtorizzata f'każ domestiku simili; jew

(b)

ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil dwar l-arranġamenti għall-investigazzjonijiet sigrieti taħt il-paragrafu 4.

4.   L-investigazzjonijiet sigrieti għandhom isiru skont il-liġi nazzjonali u l-proċeduri tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsiru l-investigazzjonijiet sigrieti. Id-dritt ta' azzjoni, ta' direzzjoni u ta' kontroll tal-operazzjoni relatata mal-investigazzjoni sigrieta għandhom ikunu unikament tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni. It-tul ta' żmien tal-investigazzjoni sigrieta, il-kondizzjonijiet dettaljati, u l-istatus legali tal-uffiċjali involuti fl-investigazzjonijiet sigrieti għandhom jinqablu bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' eżekuzzjoni b'kont debitament meħud tal-liġijiet nazzjonali u l-proċeduri tagħhom.

KAPITOLU V

INTERĊETTAZZJONI TA' TELEKOMUNIKAZZJONIJIET

Artikolu 30

Interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet b'assistenza teknika ta' Stat Membru ieħor

1.   OIE jista' jinħareġ għall-interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet fl-Istat li minnu tkun meħtieġa assistenza teknika.

2.   Fejn aktar minn Stat Membru wieħed ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu l-assistenza teknika kollha meħtieġa għall-istess interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet, l-OIE għandu jintbagħat biss lil wieħed minnhom, u għandu dejjem jingħata prijorità lill-Istat Membru fejn tkun tinsab jew tkun ser tinsab il-persuna suġġetta għall-interċettazzjoni.

3.   OIE msemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat is-suġġett tal-interċettazzjoni;

(b)

it-tul ta' żmien mixtieq tal-interċettazzjoni; u

(c)

data teknika suffiċjenti, b'mod partikolari l-identifikatur tal-miri, biex jiġi żgurat li l-OIE jista' jiġi eżegwit.

4.   L-awtorità emittenti għandha tindika fl-OIE r-raġunijiet għaliex tikkunsidra l-miżura investigattiva indikata li tkun rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali konċernati.

5.   Flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, l-eżekuzzjoni ta' OIE msemmi fil-paragrafu 1 tista' wkoll tiġi rifjutata fejn il-miżura investigattiva kkonċernata ma tkunx giet awtorizzata f'każ domestiku simili. L-Istat ta' eżekuzzjoni jista' jagħmel il-kunsens tiegħu suġġett għal kwalunkwe kondizzjoni li tiġi sodisfatta f'każ domestiku simili.

6.   OIE msemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi eżegwit permezz ta':

(a)

it-trażmissjoni immedjata ta' telekomunikazzjonijiet lill-Istat emittenti; jew

(b)

l-interċettazzjoni, ir-reġistrazzjoni u sussegwentement it-trażmissjoni tal-eżitu tal-interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet lill-Istat emittenti.

L-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb tal-qbil dwar jekk l-interċettazzjoni ssirx skont il-punt (a) jew (b).

7.   Meta toħroġ l-OIE msemmi fil-paragrafu 1 jew matul l-interċettazzjoni, l-awtorità emittenti tista', fejn ikollha raġuni partikolari biex tagħmel hekk, titlob ukoll traskrizzjoni, dekodifikar u decrypting tar-reġistrazzjoni li tkun l-oġġett ta' qbil mill-awtorità ta' eżekuzzjoni.

8.   L-ispejjez li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jitħallsu f'konformità mal-Artikolu 21, ħlief għall-ispejjeż li jirriżultaw mit-traskrizzjoni, id-dekodifikar u d-decrypting tal-komunikazzjoni ta' interċettazzjoni li għandhom jitħallsu mill-Istat emittenti.

Artikolu 31

Notifika tal-Istat Membru fejn jinsab is-suġġett tal-interċettazzjoni li minnu ma tinħtieġ l-ebda assistenza teknika

1.   Fejn, għall-fini tat-twettiq ta' miżura investigattiva, l-interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed (l-“Istat Membru ta' interċettazzjoni”) u l-indirizz ta' komunikazzjoni tal-persuna suġġetta għall-interċettazzjoni li jkun speċifikat fl-ordni tal-interċettazzjoni jkun qed jintuża fit-territorju ta' Stat Membru ieħor (l-“Istat notifikat”) li minnu ma tinħtieġ l-ebda assistenza teknika biex issir l-interċettazzjoni, l-Istat Membru ta' interċettazzjoni għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru notifikat bl-interċettazzjoni:

(a)

qabel l-interċettazzjoni f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' interċettazzjoni tkun taf meta tordna l-interċettazzjoni li l-persuna suġġetta għall-interċettazzjoni tinsab jew ser tkun fit-territorju tal-Istat Membru notifikat;

(b)

matul l-interċettazzjoni jew wara li tkun saret l-interċettazzjoni, minnufih hekk kif isir jaf li l-persuna suġġetta għall-interċettazzjoni tinsab jew kienet tinsab, matul l-interċettazzjoni, fit-territorju tal-Istat Membru notifikat.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness C.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri notifikati tista', f'każ fejn l-interċezzjoni ma tkunx awtorizzata f'każ domestiku simili, tinnotifika, mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 96 siegħa wara r-riċezzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' interċettazzjoni b'dawn li ġejjin:

(a)

li l-interċettazzjoni tista' ma ssirx jew li għandha tiġi terminata; u

(b)

fejn meħtieġ, li kull materjal digà interċettat waqt li l-persuna suġġetta għall-interċettazzjoni kienet tinsab fit-territorju tiegħu ma jistax jintuża, jew jista' jintuża biss taħt il-kondizzjonijiet li hija għandha tispeċifika. L-awtorità kompetenti tal-Istat notifikat għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' interċettazzjoni dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dawk il-kondizzjonijiet.

4.   L-Artikolu 5(2) għandu jkun applikabbli mutatis mutandis għan-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

KAPITOLU VI

MIŻURI PROVVIŻORJI

Artikolu 32

Miżuri provviżorji

1.   L-awtorità emittenti tista' toħroġ OIE sabiex tittieħed kwalunkwe miżura bil-ħsieb li tiġi evitata provviżorjament il-qerda, it-trasformazzjoni, it-tneħħija, it-trasferiment jew ir-rimi ta' oġġett li jista' jintuża bħala prova.

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi u tikkomunika d-deċiżjoni dwar il-miżura provviżorja malajr kemm jista' jkun u, kull fejn ikun possibbli, fi żmien 24 siegħa mir-riċezzjoni tal-OIE.

3.   Fejn tintalab miżura provviżorja msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità emittenti għandha tindika fl-OIE jekk il-provi għandhomx jiġu trasferiti lill-Istat emittenti jew jekk għandhomx jibqgħu fl-Istat ta' eżekuzzjoni. L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi u teżegwixxi l-OIE u tittrasferixxi l-provi f'konformità mal-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva.

4.   Fejn, skont il-paragrafu 3, OIE jkun akkumpanjat minn istruzzjoni li l-provi għandhom jibqgħu fl-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità emittenti għandha tindika d-data tat-terminazzjoni tal-miżura provviżorja msemmija fil-paragrafu 1, jew id-data prevista għall-preżentazzjoni tat-talba biex il-provi jiġu trasferiti lill-Istat emittenti.

5.   Wara li tikkonsulta lill-awtorità emittenti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni, skont il-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali tagħha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet adatti fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ sabiex jiġi limitat il-perijodu ta' żmien li fih il-miżura provviżorja msemmija fil-paragrafu 1 tkun ser tinżamm. Jekk, skont dawn il-kondizzjonijiet, hija tipprevedi li ġġib fi tmiemha l-miżura provviżorja, hija għandha tgħarraf lill-awtorità emittenti, li għandha tingħata l-opportunità li tressaq il-kummenti tagħha. L-awtorità emittenti għandha minnufih tinnotifika lill-awtorità ta' eżekuzzjoni li ġew terminati l-miżuri provviżorji msemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 33

Notifiki

1.   Sal-22 ta' Mejju 2017, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:

(a)

l-awtorità jew l-awtoritajiet li, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, huma kompetenti skont l-Artikolu 2(c) u (d) meta dan l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta' eżekuzzjoni;

(b)

il-lingwi aċċettati għall-OIE, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2);

(c)

l-informazzjoni rigward l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali maħtura jekk l-Istat Membru jkun jixtieq jagħmel uzu mill-possibbiltà taħt l-Artikolu 7(3). Din l-informazzjoni għandha tkun vinkolanti għall-awtoritajiet tal-Istat emittenti;

2.   Kull Stat Membru jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni l-lista ta' dokumenti meħtieġa li jeħtieġ skont l-Artikolu 22(4).

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni li tkun irceviet taħt dan l-Artikolu għad-disponibbiltà ta' kull Stat Membru u tan-Network Ġudizzjarju Ewropew (NĠE). Il-NĠE għandu jirrendi l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tal-internet imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI (18).

Artikolu 34

Relazzjonijiet ma' strumenti legali, ftehimiet u arranġamenti oħrajn

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom bejn l-Istati Membri u Stati terzi u l-applikazzjoni temporanja tagħhom taħt l-Artikolu 35, din id-Direttiva tissostitwixxi, mill-22 ta' Mejju 2017, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-konvenzjonijiet li ġejjin li japplikaw fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri marbutin b'din id-Direttiva:

(a)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar assistenza legali reċiproka f'materji kriminali tal-Kunsill tal-Ewropa tal-20 ta' April 1959 kif ukoll iż-żewġ protokolli addizzjonali tagħha, u l-ftehimiet bilaterali konklużi skont l-Artikolu 26 ta' dik il-Konvenzjoni;

(b)

il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen;

(c)

il-Konvenzjoni rigward assistenza legali reċiproka f'materji kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-protokoll tagħha.

2.   Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/978/ĠAI hija b'dan sostitwita għall-Istati Membri marbutin minn din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI huma sostitwiti għall-Istati Membri kollha marbutin minn din id-Direttiva fir-rigward tal-iffriżar tal-evidenza.

Għall-Istati Membri marbutin b'din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Kwadru 2008/978/ĠAI u, fir-rigward tal-iffriżar tal-evidenza, għad-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

3.   Addizzjonalment għal din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu jew ikomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma' Stati Membri oħra wara l-22 ta' Mejju 2017 biss sakemm dawn jippermettu li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jkomplu jissaħħu u jikkontribwixxu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-ġbir ta' provi u sakemm il-livell ta' salvagwardji stabbiliti f'din id-Direttiva jiġi rispettat.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-22 ta' Mejju 2017 dwar il-ftehimiet u l-arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 3 li huma jixtiequ jkomplu japplikaw. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-iffirmar ta' kwalunkwe ftehimiet jew arranġament ġdid imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 35

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Talbiet għal assistenza reċiproka li jaslu qabel il-22 ta' Mejju 2017 għandhom ikomplu jkunu regolati minn strumenti eżistenti relatati ma' assistenza reċiproka f'materji kriminali. Id-deċiżjonijiet dwar l-iffriżar tal-provi taħt id-Deċiżjoni Qafas 2003/577/ĠAI u riċevuti qabel il-22 ta' Mejju 2017 għandhom ukoll ikunu regolati minn dik id-Deċiżjoni Qafas.

2.   L-Artikolu 8(1) għandu japplika mutatis mutandis għall-OIE wara deċiżjoni ta' ffriżar meħuda taħt id-Deċiżjoni Qafas 2003/577/ĠAI.

Artikolu 36

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-22 ta' Mejju 2017.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.   Sal-22 ta' Mejju 2017, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Direttiva.

Artikolu 37

Rapport dwar l-applikazzjoni

Mhux aktar tard minn ħames snin wara l-21 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi kemm ta' informazzjoni kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva, inklużi b'mod partikolari, l-evalwazzjoni tal-impatt tagħha fuq il-kooperazzjoni f'materji kriminali u l-protezzjoni tal-individwi, kif ukoll l-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet fid-dawl ta' żviluppi tekniċi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti għal emendi għal din id-Direttiva.

Artikolu 38

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 39

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2014.

(2)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45).

(3)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/978/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 72).

(4)  Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19).

(5)  Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali, u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

(8)  Protokoll stabbilit mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 21.11.2001, p. 2).

(9)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(11)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(12)  ĠU C 355, 29.12.2010, p. 1.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  Konvenzjoni, stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3).

(15)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar skwadri ta' investigazzjoni konġunti (ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1).

(16)  Azzjoni Konġunta 98/428/ĠAI tad-29 ta' Ġunju 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 191, 7.7.1998, p. 4).

(17)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).


ANNESS A

ORDNI TA' INVESTIGAZZJONI EWROPEW (OIE)

Dan l-OIE inħareġ minn awtorità kompetenti. L-awtorità emittenti tiċċertifika li l-ħruġ ta' dan l-OIE huwa neċessarju u proporzjonat għall-fini tal-proċedimenti speċifikati fiha b'kont meħud tad-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata u li l-miżuri investigattivi mitluba setgħu ġew ordnati taħt l-istess kondizzjonijiet f'każ domestiku simili. Jiena nitlob li l-miżura jew miżuri investigattivi speċifikati hawn taħt jiġu eżegwiti b'kont debitament meħud tal-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni u li l-provi li jinkisbu b'riżultat tal-eżekuzzjoni tal-OIE jiġu ttrasferiti.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS B

KONFERMA TA' RIĊEZZJONI TA' OIE

Din il-formola għandha timtela' mill-awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni li tkun irċeviet l-OIE msemmi hawn taħt.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS C

NOTIFIKA

Din il-formola tintuża sabiex Stat Membru jiġi notifikat dwar l-interċettazzjoni ta' telekomunikazzjonijiet li ser issir, qed issir jew saret fit-territorju tiegħu mingħajr l-assistenza teknika tiegħu. Jiena b'dan qed ninforma lil … (l-Istat notifikat) dwar l-interċettazzjoni.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS D

IL-KATEGORIJI TA' REATI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 11

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar tal-bnedmin,

sfruttament sesswali ta' tfal u pedopornografija,

traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea,

ħasil ta' flus ta' rikavat minn attività kriminali,

falsifikazzjoni ta' munita, inkluż tal-euro,

kriminalità relatata mal-informatika,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu u ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet fil-periklu,

l-iffaċilitar ta' dħul u residenza mhux awtorizzati,

qtil, offiża gravi fuq il-persuna,

kummerċ illegali ta' organi u tessuti tal-bniedem,

ħtif ta' persuni, żamma illegali ta' persuni u teħid ta' ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq organizzat jew bl-użu ta' armi,

traffikar illeċitu ta' beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

qligħ b'qerq,

racketeering u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas,

traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u promoturi oħra tat-tkabbir,

traffikar illeċitu ta' materjal nukleari jew radjoattiv,

traffikar ta' vetturi misruqa,

stupru,

ħruq,

atti kriminali li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru/ta' bastimenti,

sabotaġġ.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2014

tat-30 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament tal-interoperabbiltà) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (3) jistabbilixxi rekwiżiti biex jiddaħħlu b'mod koordinat servizzi ta' kollegament tad-dejta li jibbażaw fuq komunikazzjoni ta' dejta mill-ajru għall-art minn punt għall-ieħor.

(2)

Il-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 tiddefinixxi l-ispazju tal-ajru 'l fuq minn FL285 li fih ikun japplika dak ir-Regolament mill-5 ta' Frar 2015.

(3)

Il-Kroazja ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Għalhekk l-ispazju tal-ajru Kroat għandu jiżdied kif jixraq mal-ispazju tal-ajru li fih japplika r-Regolament (KE) Nru 29/2009.

(4)

Madankollu l-Kroazja għandha tingħata perjodu ta' tranżizzjoni ta' sena, meta mqabbel mad-data tal-applikazzjoni tal-5 ta' Frar 2015 li jkun japplika għall-Istati Membri l-oħra koperti bil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, permezz ta' applikazzjoni differita ta' dan ir-Regolament, biex il-partijiet regolati bħall-operaturi u l-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) ikunu jistgħu jħejju għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, tiddaħħal linja ġdida “— Zagreb FIR,” wara l-linja “— Warszawa FIR,”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-5 ta' Frar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3.)


1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 442/2014

tat-30 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 f'dak li jirrigwarda l-inklużjoni fil-lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-iskop ta' ekwivalenza fir-rigward tal-importazzjoni ta' prodotti organiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċedura għar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-biedja organika tat-3237 laqgħa tal-Kunsill tal-Agrikoltura u s-Sajd li saret bejn it-13 u l-14 ta' Mejju 2013, ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-mekkaniżmi li jeżistu fil-preżent sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ internazzjonali fi prodotti organiċi u sabiex f'kull ftehim kummerċjali jkunu meħtieġa r-reċiproċità u t-trasparenza.

(3)

Ir-rieżami li għadu għaddej tal-qafas legali tas-settur tal-produzzjoni organika żvela n-nuqqasijiet li jeżistu bħalissa fis-sistema ta' rikonoxximent ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' ekwivalenza. Il-biċċa l-kbira tal-arranġamenti ta' ekwivalenza ffirmati mill-Kummissjoni u minn pajjiżi terzi ġew applikati mill-Kummissjoni Ewropea b'mod unilaterali, u dan ma għinx biex jippromwovi kundizzjonijiet ekwi. Ġie konkluż li r-rikonoxximent tal-ekwivalenza ma' pajjiżi terzi għandu jiġi stabbilit permezz ta' ftehimiet internazzjonali. Għaldaqstant, l-iskema tar-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi li teżisti fil-preżent għall-iskop ta' ekwivalenza bbażata fuq arranġamenti ta' ekwivalenza għandha tinbidel u ssir skema bbażata fuq ftehimiet internazzjonali bbilanċjati, bil-għan li tippromwovi kundizzjonijiet ekwi, trasparenza u ċertezza legali.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għall-iskema l-ġdida ta' rikonoxximent ibbażata fuq ftehimiet internazzjonali, huwa xieraq li tiġi introdotta data finali sa meta jistgħu jaslu talbiet ġodda għall-inklużjoni fil-lista prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 u stabbilita fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. It-talbiet li jaslu wara dik id-data ma għandhomx jibqgħu jkunu ammissibbli.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jinbidel b' dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk tinkludix pajjiż terz fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 7 wara li tirċievi talba għall-inklużjoni mir-rappreżentant tal-pajjiż terz ikkonċernat, sakemm din it-talba titressaq qabel l-1 ta' Lulju 2014”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

F'isem il-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 443/2014

tat-30 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5 (4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Rawnd tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2011, l-2012 u l-2013, jeħtieġ li jiġu modifikati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa b'seħħ mill-1 ta' Mejju 2014 u l-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 2014.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, jeħtieġ li l-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament jinbidel fl-intier tiegħu.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness XVIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar għandhom jiġu sostitwiti mil-livelli elenkati fil-kolonna korrispondenti ta' dan l-Anness kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Kommunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta' dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

(f'tunnellati)

Numru tal-ordni

Il-Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Livelli tal-iskattar

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

445 127

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

27 287

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

12 678

78.0075

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

12 677

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

12 663

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

112 241

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

252 542

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

82 192

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

81 570

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

310 090

78.0160

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

51 670

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

69 907

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

553 379

78.0180

Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

72 914

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

183 233

78.0235

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

25 489

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

5 630

78.0265

0809 29 00

Ċirasa. għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu

32 371

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

3 146

78.0280

0809 40 05

Pruna

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

16 404 ”


1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/43


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 444/2014

tat-30 ta' April 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

CL

173,8

MA

38,6

TN

89,9

TR

97,3

ZZ

99,9

0707 00 05

AL

41,5

MA

35,6

TR

132,1

ZZ

69,7

0709 93 10

MA

70,8

TR

93,5

ZA

31,4

ZZ

65,2

0805 10 20

EG

41,1

IL

70,8

MA

52,6

TN

64,4

TR

50,5

ZZ

55,9

0805 50 10

MA

35,6

TR

85,1

ZZ

60,4

0808 10 80

AR

113,3

BR

86,2

CL

97,3

CN

98,7

MK

30,8

NZ

140,7

US

213,6

ZA

118,9

ZZ

112,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/45


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 57 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem għall-muturi u vetturi ttrattati bħala muturi

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-serje ta' emendi 02 — Data tad-dħul fis-seħħ: it-12 ta' Settembru 2001

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' fanal ta' quddiem

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Speċifikazzjonijiet speċjali

8.

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-lentijiet u l-filtri kkuluriti

9.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

10.

Konformità tal-produzzjoni

11.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

12.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' fanal ta' quddiem

13.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

14.

Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI:

Anness 1 —

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' fanal ta' quddiem skont ir-Regolament Nru 57

Anness 2 —

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Testijiet fotometriċi

Anness 4 —

Testijiet tal-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika tal-fanali ta' quddiem waqt it-tħaddim

Anness 5 —

Rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta' kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

Anness 6 —

Rekwiżiti għall-fanali li fihom lentijiet magħmula minn materjal tal-plastik — l-ittestjar ta' kampjuni tal-lenti jew tal-materjal u ta' fanali kompluti.

Anness 7 —

Rekwiżiti minimi għat-teħid ta' kampjuni minn spettur

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem li jużaw bozoz tal-filament u li jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-ħġieġ jew tal-plastik (1), li huma pprovduti għat-tagħmir tal-muturi u vetturi ttrattati bħala muturi.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan ir-Regolament,

2.1.   “Lenti” tfisser il-komponent ta' barra nett tal-fanal ta' quddiem (unità) li tittrażmetti d-dawl minn ġos-superfiċje illuminanti;

2.2.   “Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati f'saff wieħed jew iktar lill-wiċċ ta' barra tal-lenti;

2.3.   Fanali ta' quddiem ta' “tipi” differenti huma fanali ta' quddiem li huma differenti f'aspetti essenzjali bħal:

2.3.1.

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark;

2.3.2.

l-immarkar tal-fanal ta' quddiem kif definit fil-paragrafu 4.1.4 ta' hawn taħt;

2.3.3.

il-karatteristiċi tas-sistema ottika;

2.3.4.

l-inklużjoni jew is-soppressjoni tal-komponenti li jistgħu jimmodifikaw l-effetti ottiċi permezz ta' riflessjoni, rifrazzjoni jew assorbiment u/jew deformazzjoni waqt l-użu. Bidla fil-kulur tar-raġġi mitfugħa minn fanali ta' quddiem li l-karatteristiċi l-oħra tagħhom ma nbidlux, ma tikkostitwix bidla tat-tip tal-fanal ta' quddiem. L-istess numru tal-approvazzjoni għandu għalhekk jiġi assenjat lil dawk il-fanali ta' quddiem.

2.3.5.

il-materjali li jikkostitwixxu l-lentijiet u l-kisja, jekk ikun hemm.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' FANAL TA' QUDDIEM (2)

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem kummerċjali jew tat-trejdmark jew mir-rappreżentant akkreditat b'mod xieraq tiegħu.

3.2.   Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkollha magħha:

3.2.1.

tliet kopji tad-disinni f'dettall suffiċjenti biex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip u li jirrappreżentaw kif jidher minn quddiem il-fanal ta' quddiem, b'dettalji tar-ribbing tal-lenti, jekk ikun hemm, u s-sezzjoni trasversali; id-disinni għandhom jindikaw l-ispazju rriservat għall-marka tal-approvazzjoni;

3.2.2.

deskrizzjoni teknika qasira li tindika, b'mod partikolari, il-kategorija jew il-kategoriji tal-bozza tal-filament ipprovduta (ara l-anness 3, il-paragrafu 6, ta' dan ir-Regolament);

3.2.3.

żewġ kampjuni tat-tip tal-fanal ta' quddiem b'lentijiet bla kulur (3);

3.2.4.

għat-test tal-materjal tal-plastik li minnu huma magħmula l-lentijiet:

3.2.4.1.

tlettax-il lenti;

3.2.4.1.1.

sitta minn dawn il-lentijiet jistgħu jiġu ssostitwiti b'sitt kampjuni ta' materjal b'daqs ta' mill-inqas 60 × 80 mm, li jkollhom is-superfiċje ta' barra ċatta jew konvessa u b'erja sostanzjalment ċatta (bir-raġġ tal-kurvatura mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs ta' b'daqs ta' mill-inqas 15 × 15 mm;

3.2.4.1.2.

kull waħda minn dawn il-lentijiet jew il-kampjuni tal-materjal għandha tiġi prodotta permezz tal-metodu li għandu jintuża fil-produzzjoni tal-massa;

3.2.4.2.

riflettur li jistgħu jitwaħħlu miegħu l-lentijiet skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

3.3.   Il-materjali li minnhom huma magħmula l-lentijiet u l-kisjiet, jekk ikun hemm, għandhom ikollhom magħhom ir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta' dawn il-materjali u l-kisjiet jekk diġà jkunu ġew ittestjati.

3.4.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti sabiex ikunu żgurati kontrolli effettivi tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.   IMMARKAR

4.1.   Il-fanali ta' quddiem imressqa għall-approvazzjoni għandhom ikollhom fuqhom l-iskrizzjonijiet li ġejjin b'mod ċar, li jinqara u li ma jitħassarx:

4.1.1.

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-applikant;

4.1.2.

esternament u/jew fuq il-lenti, l-indikazzjoni tal-immarkar estern tal-fanal ta' quddiem, viżibbli meta l-fanal ta' quddiem ikun imwaħħal fuq il-vettura.

L-unitajiet kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li huma ddisinjati b'tali mod li l-filament tar-raġġ tad-dawl baxx ma jkunx jista' jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi funzjoni ta' dawl oħra li jista' jkun inkorporat reċiprokament magħha, għandhom ikunu mmarkati b'linja djagonali (/) wara s-simbolu tar-raġġ tad-dawl baxx fil-marka tal-approvazzjoni.

4.1.3.

fuq in-naħa ta' wara tal-fanal ta' quddiem l-indikazzjoni tal-kategorija S1 u/jew S2 tal-bozza tal-filament ammessa;

4.1.4.

il-marki huma elenkati fit-tabella li ġejja:

Immarkar estern tal-fanali ta' quddiem

Indikazzjoni tal-kategorija tal-bozza tal-filament

MB

S1

MB

S2

MB

S1/S2

4.1.5.

Fuq fanali ta' quddiem li jinkorporaw lenti magħmula minn materjal tal-plastik, l-ittri “PL” iridu jitwaħħlu ħdejn is-simbolu preskritt fil-paragrafi 4.1.2 u 4.1.4 hawn fuq.

4.2.   Barra minn hekk, għandhom jinkludu, fuq il-lenti u fuq il-parti prinċipali (4), spazji ta' daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali li jissemmew fil-paragrafu 4; dawn l-ispazji għandhom jiġu indikati fuq l-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.1 imsemmi qabel.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.   Jekk il-kampjuni kollha ta' tip ta' fanal ta' quddiem sottomessi skont il-paragrafu 3. imsemmi qabel jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

5.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 01 li jikkorrispondu għas-sejre ta' emendi 01 li daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Frar 1989) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m'għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal ta' quddiem, ħlief fil-każ ta' estensjoni tal-approvazzjoni għal fanal ta' quddiem li jvarja biss fil-kulur tad-dawl mitfugħ.

5.3.   In-notifika tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' fanal ta' quddiem skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-anness 1 ta' dan ir-Regolament.

5.4.   Minbarra l-marki preskritti fil-paragrafu 4.1, kull fanal ta' quddiem li jikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollu, fl-ispazji msemmija fil-paragrafu 4.2 hawn fuq:

5.4.1.

marka tal-approvazzjoni internazzjonali (5) li tikkonsisti minn:

5.4.1.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi lill-pajjiż li ta l-approvazzjoni (6);

5.4.1.2.

numru tal-approvazzjoni.

5.4.2.

F'kull każ, il-mod operattiv rilevanti użat matul il-proċedura tat-test skont il-paragrafu 1.1.1.1 tal-anness 4 u l-vultaġġi permessi skont il-paragrafu 1.1.1.2 tal-anness 4 għandhom jiġu stipulati fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni u fuq l-avviż trażmess lill-pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament.

Fil-każijiet korrispondenti l-apparat għandu jiġi mmarkat kif ġej:

Fuq unitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li huma ddisinjati b'tali mod li l-filament tar-raġġ tad-dawl baxx ma jkunx jista' jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi funzjoni ta' dawl oħra li jista' jkun inkorporat reċiprokament magħha, għandha titqiegħed linja djagonali (/) wara s-simbolu tar-raġġ tad-dawl baxx fil-marka tal-approvazzjoni.

5.5.   Il-marki skont il-paragrafu 5.4 għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment u jkunu indelibbli.

5.6.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.   Kull kampjun ta' tip ta' fanal ta' quddiem għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu u fil-paragrafu 7 hawn taħt u, jekk meħtieġ, ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 8.

6.2.   Il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li, waqt l-użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li jkunu soġġetti għalihom, jibqa' jiġi żgurat it-tħaddim tagħhom u ma jitilfux il-karatteristiċi stipulati b'dan ir-Regolament.

6.2.1.   Il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu mgħammra b'apparat li bih jistgħu jkunu aġġustati fuq il-vetturi sabiex jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Strument bħal dan m'għandux għalfejn jitwaħħal fuq komponenti li fihom ir-riflettur u l-lenti tad-diffużjoni ma jistgħux jiġu sseparati, sakemm l-użu ta' komponenti bħal dawn isir biss f'vetturi li fuqhom il-fanali ta' quddiem ikunu jistgħu jiġu aġġustati b'xi mezzi oħra.

Fejn fanal ta' quddiem li jipprovdi raġġ għas-sewqan u fanal ta' quddiem li jipprovdi raġġ tad-dawl baxx, kull wieħed minnhom mgħammar bil-bozza tiegħu, ikunu mmuntati biex jifformaw unità komposta, l-istrument li jaġġusta għandu jippermetti li kull sistema ottika tkun tista' tiġi aġġustata b'mod individwali kif ikun hemm bżonn.

6.2.2.   Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal assemblaġġi ta' fanali ta' quddiem li r-rifletturi tagħhom ma jistgħux jiġu diviżi. Għal dan it-tip ta' assemblaġġ, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.3 tar-Regolament preżenti għandhom japplikaw. Fejn jintuża aktar minn sors ta' dawl wieħed biex jipprovdi r-raġġ ewlieni, għandhom jintużaw il-funzjonijiet tagħhom flimkien biex ikun iddeterminat il-valur massimu tal-illuminazzjoni (Emax).

6.3.   Il-partijiet intiżi biex iżommu l-bozza tal-filament fir-riflettur għandhom ikunu mfassla b'tali mod li, anki fid-dlam, il-bozza tal-filament ma tkun tista' titwaħħal f'ebda pożizzjoni ħlief f'dik it-tajba.

6.4.   Għandhom jitwettqu testijiet komplementari skont ir-rekwiżiti tal-anness 4 sabiex ikun żgurat li waqt l-użu ma jkun hemm l-ebda bidla eċċessiva fil-prestazzjoni fotometrika.

6.5.   Jekk il-lenti tal-fanal ta' quddiem tkun magħmula minn materjal tal-plastik, it-testijiet għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-anness 6.

7.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET SPEĊJALI

7.1.   Il-pożizzjoni korretta tal-lenti fir-rigward tas-sistema ottika għandha tkun immarkata b'mod ċar u tissakkar biex ma ddurx waqt it-tħaddim.

7.2.   Għall-kejl tal-illuminazzjoni prodotta mill-fanal ta' quddiem, għandu jintuża skrin tal-kejl kif deskritt fl-anness 3 ta' dan ir-Regolament u bozza tal-filament standard (S1 u/jew S2, ir-Regolament Nru 37) b'bozza lixxa u bla kulur.

Il-bozza tal-filament standard għandha tiġi aġġustata għall-fluss luminuż ta' referenza applikabbli skont il-valuri preskritti għal dawn il-bozoz.

7.3.   Ir-raġġ tad-dawl il-baxx għandu jkollu punt tal-waqfien ċar biżżejjed sabiex l-immirar ikun jista' jsir b'mod sodisfaċenti bl-għajnuna tiegħu. Il-“punt tal-waqfien” għandu jkun kemm jista' jkun dritt u orizzontali fuq firxa ta' mill-inqas 5° fuq kull naħa tal-linja v-v (ara l-anness 3).

Meta mmirati skont l-anness 3, il-fanali ta' quddiem għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fih.

7.4.   Id-disinn tar-raġġ ma għandux jippreżenta varjazzjonijiet laterali detrimentali għall-viżibilità tajba.

7.5.   L-illuminazzjoni tal-iskrin imsemmi fil-paragrafu 7.2 għandha titkejjel permezz ta' fotoelement li jkollu erja utli fi ħdan kaxxa b'ġenb ta' 65 mm.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-LENTIJIET U L-FILTRI KKULURITI

8.1.   Approvazzjoni tista' tinkiseb għall-fanali ta' quddiem li jitfgħu dawl bla kulur jew isfar selettiv b'bozza tal-filament mhux kulurita. Espressi f'koordinati trikromatiċi CIE, il-karatteristiċi kolorimetriċi korrispondenti għal-lentijiet jew il-filtri sofor huma dawn li ġejjin:

Filtru selettiv isfar (skrin jew lenti)

Limitu lejn l-aħmar

y ≥ 0,138 + 0,58 x

Limitu lejn l-aħdar

y ≤ 1,29 x — 0,1

Limitu lejn l-abjad

y ≥ — x + 0,966

Limitu lejn valur spettrali

y ≤ — x + 0,992

li jista' jiġi espress kif ġej:

tul tal-mewġiet dominanti

575 — 585 n m

fattur tal-purità

0,90 — 0,98

Il-fattur tat-trażmissjoni għandu jkun ≥ 0,78

Il-fattur tat-trażmissjoni għandu jkun ddeterminat bl-użu ta' sors tad-dawl b'temperatura tal-kulur ta' 2 856 K. (Korrispondenti għall-illuminanti A tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-illuminazzjoni (CIE)).

8.2.   Il-filtru għandu jkun parti mill-fanal ta' quddiem, u għandu jingħaqad magħha b'tali mod li l-utent ma jkun jista jneħħih bi żball jew intenzjonalment, b'għodod ordinarji.

8.3.   Osservazzjoni dwar il-kulur

Billi kull approvazzjoni skont dan ir-Regolament tingħata, skont il-paragrafu 8.1 hawn fuq, għal tip ta' fanal ta' quddiem li jitfa' raġġ ta' dawl bla kulur jew dawl isfar selettiv, l-artikolu 3 tal-ftehim li r-Regolament huwa anness miegħu ma għandux jimpedixxi lill-Partijiet Kontraenti milli jipprojbixxu fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ ta' dawl bla kulur jew isfar selettiv fuq vetturi rreġistrati minnhom.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

9.1.   Wara sitt xhur mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 113, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jieqfu jagħtu approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament.

9.2.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni jekk it-tip tal-fanal ta' quddiem ikun jikkorrispondi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

9.3.   Approvazzjonijiet MB eżistenti mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 113 u l-estensjonijiet kollha ta' dawn l-approvazzjonijiet, inklużi dawk għal serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament mogħtija sussegwentement, għandhom jibqgħu validi indefinitivament.

9.4.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għall-fanali ta' quddiem fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-fanali ta' quddiem ikunu maħsuba bħala sostituzzjonijiet biex jitwaħħlu fuq vetturi li qed jintużaw.

9.5.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 113, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil ta' fanal ta' quddiem fuq tip ġdid ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament Nru 113.

9.6.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil fuq tip ta' vettura jew vettura ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament.

9.7.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil jew l-użu fuq vettura li qed tintuża ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje preċedenti ta' emendi, sakemm il-fanal ta' quddiem ikun intiż għas-sostituzzjoni.

10.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   Il-fanali ta' quddiem approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturati b'mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 7 hawn fuq.

10.2.   Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 10.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.

10.3.   Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b'mod partikolari:

10.3.1.

jassigura l-eżistenza ta' proċeduri għal kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

10.3.2.

ikollu aċċess għat-tagħmir ta' kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma' kull tip approvat;

10.3.3.

jiżgura li d-dejta tar-riżultati tat-testijiet tiġi rreġistrata u li d-dokumenti relatati għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat f'konformità mad-dipartiment amministrattiv;

10.3.4.

janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, sabiex jikkontrolla u jiżgura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott filwaqt li jagħmel konċessjoni għal varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali;

10.3.5.

jiżgura li, għal kull tip ta' prodott, għall-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fl-anness 5 ta' dan ir-Regolament;

10.3.6.

jassigura li kull ġbir ta' kampjuni li jagħtu evidenza ta' nuqqas ta' konformità mat-tip tat-test ikkunsidrat, jagħti lok għal teħid ta' kampjun ieħor u test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

10.4.   L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta' kontroll dwar il-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni.

10.4.1.   F'kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun żar il-post.

10.4.2.   L-ispettur jista' jieħu kampjuni kif ġie ġie biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta' kampjuni jista' jiġi ddeterminat fid-dawl tar-riżultati tal-kontrolli tal-manifattur stess.

10.4.3.   Meta l-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li jinħtieġ li tiġi vverifikata l-validità tat-testijiet imwettqa fl-applikazzjoni tal-paragrafu 10.4.2. imsemmi qabel, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni, sabiex jintbagħtu lid-dipartiment tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, permezz tal-kriterji tal-anness 7.

10.4.4.   L-awtorità kompetenti tista' twettaq kull test preskritt f'dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet isiru fuq kampjuni magħżula kif ġie ġie mingħajr ma tiġi kkawżata distorsjoni tal-impenji ta' kunsinna tal-manifattur u f'konformità mal-kriterji tal-anness 7.

10.4.5.   L-awtorità kompetenti għandha taħdem biex tikseb frekwenza ta' spezzjoni ta' darba kull sentejn. Madankollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. Fil-każ li jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista' jkun.

10.5.   Il-fanali ta' quddiem b'difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

11.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta' fanal ta' quddiem f'konformità ma' dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma jkunux sodisfatti, jew jekk fanal ta' quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

11.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolment tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-anness 1 ta' dan ir-Regolament.

12.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' FANAL TA' QUDDIEM

12.1.   Kull modifika tat-tip ta' fanal ta' quddiem għandha tkun innotifikata lid-dipartimenti amministrattivi li approvaw it-tip ta' fanal ta' quddiem. Id-Dipartiment imbagħad jista' jew:

12.1.1.

Jikkunsidra li mhux probabbli li l-modifiki li saru jkollhom effett negattiv notevoli u li, fi kwalunkwe każ, il-fanal ta' quddiem xorta huwa konformi mar-rekwiżiti; jew

12.1.2.

Jitlob rapport ieħor tat-testijiet mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

12.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

12.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil estensjoni bħal din u tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li taqbel mal-mudell fl-anness 1 ta' dan ir-Regolament.

13.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċevi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf lil Parti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li fanal ta' quddiem li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik approvata skont dan ir-Regolament tingħaqad ma' strument mekkaniku għat-tindif tal-fanal ta' quddiem (bil-wajpers).

(2)  Applikazzjoni għall-approvazzoni ta' bozza tal-filament: ara r-Regolament Nru 37.

(3)  Jekk tkun maħsuba għall-manifattura tal-fanali ta' quddiem bil-lentijiet ikkuluriti, għandhom jintbagħtu wkoll żewġ kampjuni tal-lentijiet ikkuluriti għall-ittestjar tal-kulur biss.

(4)  Ir-riflettur qed jiġi kkunsidrat bħala parti prinċipali. Jekk il-lenti ma tistax tinqala' mill-parti ewlenija tal-fanal ta' quddiem, spazju fuq il-lenti għandu jkun biżżejjed.

(5)  Jekk tipi differenti ta' fanali ta' quddiem ikollhom lenti identika jew riflettur identiku, il-lenti u r-riflettur jista' jkollhom fuqhom id-diversi marki tal-approvazzjoni ta' dawn it-tipi ta' fanali ta' quddiem, bil-kundizzjoni li n-numru tal-approvazzjoni mogħti għat-tip speċifiku sottomess ikun jista' jiġi identifikat mingħajr ambigwità.

(6)  In-numri differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Image

a = 12 mm min.

Il-fanal ta' quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) bin-numru tal-approvazzjoni 012439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

Nota:

In-numru tal-approvazzjoni jrid jitqiegħed qrib iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-“E” jew inkella fuq ix-xellug jew il-lemin ta' dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-“E” u jridu jħarsu fl-istess direzzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma' simboli oħra.

Identifikazzjoni ta' fanal ta' quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 57 Il-fanal ta' quddiem ikun iddisinjat b'tali mod li l-filament tar-raġġ tad-dawl baxx

jista' jinxtegħel

ma għandux jinxtegħel

simultanjament mar-raġġ għas-sewqan u/jew funzjoni oħra tad-dawl inkorporata reċiprokament.

Image

Il-fanal ta' quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq huwa fanal ta' quddiem li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik li ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) bin-numru tal-approvazzjoni 01 2440. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

Huwa ddisinjat b'tali mod li l-filament tar-raġġ tad-dawl baxx jista' jinxtegħel simultanjament mar-raġġ għas-sewqan u/jew funzjoni ta' dawl ieħor inkorporata reċiprokament.


ANNESS 3

TESTIJIET FOTOMETRIĊI

1.   Għall-immirar, l-iskrin tal-immirar għandu jitqiegħed f'distanza ta' mill-anqas 10 m quddiem il-fanal ta' quddiem, u l-linja h-h għandha tkun orizzontali. Għall-kejl, il-fotoelement għandha tkun f'distanza ta' 25 m quddiem il-fanal ta' quddiem u perpendikulari mal-linja li tgħaqqad il-filament tal-bozza tal-filament u l-punt HV.

2.   Lateralment, il-fanal ta' quddiem għandu jkun immirat b'mod li ċ-ċentru tar-raġġ għas-sewqan ikun fuq il-linja vertikali v-v.

3.   Vertikalment, il-fanal ta' quddiem għandu jkun immirat b'mod li l-“punt tal-waqfien” tar-raġġ tad-dawl baxx ikun jinsab 250 mm taħt il-linja h-h.

4.   Il-fanal ta' quddiem, meta mmirat skont il-paragrafi 2 u 3 hawn fuq, simili għall-kundizzjonijiet tar-raġġ għas-sewqan, għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

4.1.   iċ-ċentru luminuż tar-raġġ għas-sewqan għandu jkun jinsab mhux iktar minn 0,6° 'il fuq jew taħt il-linja h-h.

4.2.   l-illuminazzjoni tar-raġġ għas-sewqan għandha tilħaq il-valur massimu tagħha Emax fiċ-ċentru tad-disinn tar-raġġ sħiħ u tonqos lateralment;

4.3.   l-illuminazzjoni massima (Emax) tar-raġġ għas-sewqan għandha tkun mill-inqas 32 lux;

4.3.1.   32 lux għall-fanali ta' quddiem tal-klassi MB;

4.4.   l-illuminazzjoni prodotta mir-raġġ għas-sewqan għandha tissodisfa l-valuri li ġejjin:

4.4.1.   il-punt tal-intersezzjoni (HV) tal-linji h-h u v-v għandu jinstab fl-isolux 90 fil-mija tal-illuminazzjoni massima.

4.4.2.   mill-punt HV, orizzontalment lejn il-lemin u x-xellug, l-illuminazzjoni tar-raġġ għas-sewqan ma għandhiex tkun inqas minn 12 lux għall-fanali ta' quddiem tal-klassi MB sa distanza ta' 1,125 m u mhux inqas minn 3 lux sa distanza ta' 2,25 m.

4.5.   l-illuminazzjoni li tiġi mir-raġġ tad-dawl baxx fuq l-iskrin għandha tissodisfa l-valuri li ġejjin:

Il-punt tal-kejl

Fanal ta' quddiem tal-klassi MB

Kwalunkwe punt fuq u 'l fuq mil-linja h-h

≤ 0,7 lux

Kwalunkwe punt fuq il-linja 50L-50R ħlief 50 V (*)

≥ 1,5 lux

Il-punt 50 V

≥ 3 lux

Kwalunkwe punt fuq il-linja 25L-25R

≥ 3 lux

Kwalunkwe punt fiż-żona IV

≥ 1,5 lux

5.   L-ISKRIN TAL-KEJL U L-IMMIRAR

(dimensjonijiet f'mm għal distanza ta' 25 m)

Image

6.   Għall-bozoz tal-filament, għandhom jintużaw il-kategoriji S1 jew S2 skont ir-Regolament Nru 37.


(*)  Formula


ANNESS 4

TESTIJIET TAL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA TAL-FANALI TA' QUDDIEM WAQT IT-TĦADDIM

IT-TESTIJIET FUQ IL-FANALI TA' QUDDIEM KOMPLUTI

Ladarba jkunu tkejlu l-valuri fotometriċi konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti, fil-punti għal Emax għar-raġġ għas-sewqan u HV, 50 R, 50 L, B 50 għar-raġġ tad-dawl baxx, għandu jiġi ttestjat kampjun ta' fanal ta' quddiem komplut għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt it-tħaddim. “Fanal ta' quddiem komplut” għandha tinftiehem bħala l-fanal innifsu komplut inklużi dawk il-partijiet tal-bodi ta' madwaru u l-fanali li jistgħu jinfluwenzaw id-dissipazzjoni termali tiegħu.

1.   TEST GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA

It-testijiet għandhom jitwettqu f'atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f'temperatura tal-ambjent ta' 23 °C ± 5 °C, bil-fanali ta' quddiem kompluti mmuntati fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura.

1.1.   Fanal ta' quddiem nadif

Il-fanal ta' quddiem għandu jitħaddem għal 12-il siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1 u jiġi ċċekkjat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.1.1.   Proċedura tat-test

Il-fanal ta' quddiem għandu jitħaddem għal perjodu skont il-ħin speċifikat, sabiex:

1.1.1.1.

(a)

fil-każ fejn se tiġi approvata funzjoni waħda biss ta' tidwil (raġġ għas-sewqan jew ir-raġġ baxx), għandu jinxtegħel il-filament korrispondenti għall-ħin preskritt (1),

(b)

fil-każ ta' fanal tar-raġġ baxx u fanal tas-sewqan reċiprokament inkorporati (bozza b'żewġ filamenti jew żewġ bozoz bil-filament):

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta' quddiem għandu jintuża b'filament wieħed mixgħul (2) f'ħin wieħed, it-test għandu jitwettaq skont din il-kundizzjoni, u jattiva funzjoni wara l-oħra għal nofs iż-żmien speċifikat fil-paragrafu 1.1;

Fil-każijiet l-oħra kollha, il-fanal ta' quddiem għandu jkun soġġett għaċ-ċiklu li ġej sakemm il-ħin speċifikat jintlaħaq:

 

15-il minuta, bil-filament tar-raġġ tad-dawl baxx mixgħul;

 

5 minuti, il-filamenti kollha mixgħula.

(c)

fil-każ ta' funzjonijiet tad-tidwil raggruppati, il-funzjonijiet individwali kollha għandhom jinxtegħlu simultanjament għaż-żmien speċifikat għall-funzjonijiet tad-tidwil individwali (a) ukoll bil-qies tal-użu tal-funzjonijiet tad-tidwil inkorporati reċiprokament (b), skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

1.1.1.2.

Vultaġġ tal-ittestjar

Il-vultaġġ għandu jkun aġġustat b'tali mod li jfornixxi 90 % tal-watts massimi speċifikati għall-bozoz tal-filament tal-kategorija S fir-Regolament Nru. 37.

Il-qawwa applikata għandha tikkonforma fil-każijiet kollha mal-valur korrispondenti ta' bozza tal-filament b'vultaġġ stmat ta' 12 V, minbarra fil-każ fejn l-applikant għall-approvazzjoni jispeċifika li l-fanal ta' quddiem jista' jintuża b'vultaġġ differenti.

1.1.2.   Riżultati tal-ittestjar

1.1.2.1.   Spezzjoni viżwali

Ladarba l-fanal ta' quddiem ikun ġie stabilizzat għat-temperatura ambjentali, il-lenti tal-fanal ta' quddiem u l-lenti esterna, jekk applikabbli, għandhom jitnaddfu b'ċarruta tal-qoton nadifa u niedja. Il-fanal għandu mbagħad jiġi spezzjonat viżwalment; ma għandu jkun hemm ebda tgħawwiġ, deformazzjoni, tixqiq jew bidla fil-kulur la tal-lenti tal-fanal ta' quddiem u lanqas tal-lenti esterna, jekk applikabbl.

1.1.2.2.   It-test fotometriku

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu verifikati għall-punti li ġejjin:

Raġġ tad-dawl baxx:

50 R, 50 L, B 50 HV

Raġġ għas-sewqan:

Punt ta' Emax

Jista' jsir immirar ieħor biex issir konċessjoni għal kwalunkwe deformazzjoni tal-bażi tal-fanal ta' quddiem minħabba s-sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt ta' waqfien hija koperta fil-paragrafu 2 ta' dan l-anness).

Hija permissibbli diskrepanza ta' 10 % bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.

1.2.   Fanal ta' quddiem maħmuġ

Wara li tiġi ttestjata kif speċifikat fis-sottoparagrafu 1.1 imsemmi qabel, il-fanal ta' quddiem għandu jitħaddem għal siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1, wara li jkun ġie ppreparat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.2.1, u vverifikat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.2.1.   Preparazzjoni tal-fanal ta' quddiem

1.2.1.1.   Taħlita tal-ittestjar

1.2.1.1.1.   Għal fanal ta' quddiem bil-lenti ta' barra tal-ħġieġ:

It-taħlita ta' ilma u ta' aġent li jniġġġes li għandha tiġi applikata mal-fanal ta' quddiem għandha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż ta' ramel tas-silika b'partikuli ta' 0 – 100 μm,

 

parti waħda skont il-piż ta' trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b'partikuli ta' 0 – 100 μm,

 

0,2 partijiet skont il-piż ta' NaCMC (3), u

 

ammont xieraq ta' ilma distillat, b'konduttività ta' ≤ 1 mS/m.

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.1.2.   Għal fanal ta' quddiem bil-lenti ta' barra tal-plastik:

It-taħlita ta' ilma u ta' aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata fuq il-fanal ta' quddiem għandha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż ta' ramel tas-silika b'partikuli ta' 0 – 100 μm,

 

parti waħda skont il-piż ta' trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b'partikuli ta' 0 – 100 μm,

 

parti skont il-piż ta' NaCMC,

 

13-il parti skont il-piż ta' ilma distillat b'konduttività ta'≤ 1 mS/m, u

 

2 ± 1 partijiet skont il-piż ta' surface-actant (4).

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.2.   L-applikazzjoni tat-taħlita tat-test mal-fanal ta' quddiem

It-taħlita tat-test għandha tkun applikata b'mod uniformi mas-superfiċje kollha li titfa' d-dawl tal-fanal ta' quddiem u mbagħad titħalla tinxef. Din il-proċedura għandha tiġi rripetuta sakemm il-valur tal-illuminazzjoni jkun naqas għal 15–20 % tal-valuri mkejla għal kull wieħed mill-punti li ġejjin fl-kundizzjonijiet deskritti f'dan l-anness:

 

Il-punt ta' Emax fir-raġġ tad-dawl tas-sewqan, id-distribuzzjoni fotometrika għal fanal bir-raġġ tas-sewqan/bir-raġġ baxx,

 

Il-punt ta' Emax fir-raġġ tad-dawl tas-sewqan, id-distribuzzjoni fotometrika għal fanal bir-raġġ tas-sewqan biss,

 

B 50 u 50 V (5) għal fanal tad-dawl baxx biss.

1.2.1.3.   It-tagħmir għall-kejl

It-tagħmir għall-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak użat matul it-testijiet tal-approvazzjoni tal-fanali ta' quddiem. Għandu jintuża bozza tal-filament standard (ta' referenza) għall-verifika fotometrika.

2.   VERIFIKA TAĊ-ĊAQLIQ VERTIKALI TAL-PUNT TAL-WAQFIEN TAĦT L-EFFETT TAS-SĦANA

Dan it-test jikkonsisti fil-verifika li t-tendenza vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana ma taqbiżx valur speċifikat għal fanal tad-dawl baxx li jkun qed jitħaddem.

Il-fanal ta' quddiem ittestjat skont il-paragrafu 1, għandu jkun soġġett għat-test deskritt fil-paragrafu 2.1, mingħajr ma jitneħħa minn fejn kien imwaħħal matul it-test jew aġġustat mill-ġdid.

2.1.   It-test

It-test għandu jitwettaq f'atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f'temperatura tal-ambjent ta' 23 °C ± 5 °C.

Bl-użu ta' bozza tal-filament prodotta bil-massa li ntużat għal mill-inqas siegħa, il-fanal ta' quddiem għandu jitħaddem biex jitfa' r-raġġ baxx mingħajr ma jkun żarmat jew mingħajr ma tkun aġġustat mill-ġdid minn kif kien imwaħħal matul it-test. (Għall-fini ta' dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2). Il-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien fil-parti orizzontali tagħha (bejn il-linji vertikali li jgħaddu mill-punt 50 L u 50 R) trid tiġi verifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r60) rispettivament wara t-tħaddim.

Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien kif deskritt qabel għandu jitwettaq permezz ta' kwalunkwe metodu li jagħti preċiżjoni aċċettabbli u riżultati li jistgħu jistgħu riprodotti.

2.2.   Riżultati tal-ittestjar

2.2.1.   Ir-riżultat f'milliradians (mrad) għandu jitqies bħala aċċettabbli għal bozza tad-dawl baxx, biss meta l-valur assolut Δ rI = (r3 – r60) irreġistrat fuq il-fanal ta' quddiem ma jkunx aktar minn 1,0 mrad (Δ rI ≤ 1,0 mrad).

2.2.2.   Madankollu, jekk dan il-valur ikun aktar minn 1,0 mrad imma mhux aktar minn 1,5 mrad (1,0 mrad < Δ rI ≤ 1,5 mrad) fanal ta' quddiem ieħor għandu jiġi ttestjat kif deskritt fil-paragrafu 2.1 wara li jkun ġie soġġett għaċ-ċiklu kif deskritt hawn taħt għal tliet darbiet konsekuttivi, sabiex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-fanal ta' quddiem fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura:

It-tħaddim tal-bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx għal siegħa, (il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2),

Perjodu ta' serħan għal siegħa.

It-tip tal-fanal ta' quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk il-valur medju tal-valuri assoluti Δ rI imkejla fuq l-ewwel kampjun u Δ rII imkejla fuq it-tieni kampjun ma jkunx aktar minn 1,0 mrad:

Formula


(1)  Meta l-fanal ta' quddiem ittestjat ikun raggruppat u/jew reċiprokament inkorporat ma' bozoz li jagħtu s-sinjali, dawn tal-aħħar għandhom jinxtegħlu sakemm idum it-test.

(2)  Jekk żewġ bozoz tal-filament jew aktar ikunu mixgħula simultanjament meta l-fanal ta' quddiem jkun qed jintuża għall-ifflexxjar, dan m'għandux jitqies li jkun użu normali tal-filamenti simultanjament.

(3)  NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodju tal-karbossimetilċelluloża, ġeneralment imsejjaħ CMC. L-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ irid ikollu grad ta' sostituzzjoni (DS) ta' 0,6 – 0,7 u viskożità ta' 200 – 300 cPgħal soluzzjoni ta' 2 % f'20 °C.

(4)  It-tolleranza fuq il-kwantità hija minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex b'mod korrett fuq il-lenti kollha tal-plastik.

(5)  Il-punt 50 V jinstab 375 mm 'l isfel minn HV fuq il-linja vertikali v-v fuq l-iskrin f'distanza ta' 25 m.


ANNESS 5

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA' KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet fil-manifattura inevitabbli skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

1.2.   Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità ta' fanali ta' quddiem prodotti bil-massa m'għandhiex tiġi kkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-prestazzjoni fotometrika ta' kwalunkwe fanal ta' quddiem magħżul kif ġie ġie u mgħammar b'bozza tal-filament standard:

1.2.1.   l-ebda valur li jitkejjel ma jvarja negattivament b'iżjed minn 20 % mill-valuri minimi preskritti f'dan ir-Regolament. Għall-valur fiż-żona III, id-devjazzjoni mhux favorevoli massima tista' tkun rispettivament ta':

 

0,3 lux ekwivalenti 20 %

 

0,45 lux ekwivalenti 30 %

1.2.2.   u jekk, għar-raġġ għas-sewqan, HV ikun jinstab fl-isolux 0,75 Emax, tkun osservata tolleranza ta' ± 20 % għall-valuri massimi u ta' — 20 % għall-valuri minimi għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafi 4.3 u 4.4 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

1.2.3.   Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti aktar 'il fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanal ta' quddiem għandhom jiġu repetuti bl-użu ta' fanal bil-filament standard ieħor.

1.3.   Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:

Wieħed mill-fanali ta' quddiem li huwa parti mill-kampjun għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jkun ġie soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.

Il-fanal ta' quddiem għandu jiġi kkunsidrat aċċettabbli jekk Δr ma jeċċedix 1,5 mrad.

Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma ma jkunx ta' aktar minn 2,0 mrad, fanal ta' quddiem ieħor għandu jiġi soġġett għat-test biex b'hekk il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni ma teċċedix l-1,5 mrad.

1.4.   Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom ikunu konformi ma' meta l-fanal ta' quddiem ikun mgħammar b'bozza tal-filament stabbilita f'temperatura tal-kulur Standard A.

Il-prestazzjoni fotometrika ta' fanal ta' quddiem li qed jitfa' dawl isfar selettiv meta jkun mgħammar b'bozza tal-filament bla kulur għandha tkun il-valuri inklużi f'dan ir-Regolament immultiplikati b'0,84.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta' fanal ta' quddiem id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas dawn it-testijiet, f'intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Jekk jittieħdu kampjuni u jirriżulta li skont it-tip ta' test li jkun sarilhom ma jikkonformawx, iridu jerġgħu jittieħdu kampjuni oħrajn u jerġgħu jiġu sottomessi għat-testijiet. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet tal-konformità f'dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.   It-testijiet għandhom ġeneralment jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.2.2.   Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, metodi ekwivalenti jistgħu jintużaw bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.2.3.   L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma' kejl magħmul minn awtorità kompetenti.

2.2.4.   Fil-każijiet kollha l-metodi ta' referenza għandhom ikunu dawk ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari għall-iskop ta' verifika amministrattiva u teħid ta' kampjuni.

2.3.   In-natura tat-teħid tal-kampjuni

Kampjuni ta' fanali ta' quddiem għandhom jingħażlu kif ġie ġie mill-produzzjoni ta' lott uniformi. Lott uniformi tfisser sett ta' fanali ta' quddiem tal-istess tip, definit skont il-metodi tal- produzzjoni tal-manifattur.

L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni tas-serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista' jiġbor flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, sakemm dawn jaħdmu blistess sistema ta' kwalità u ġestjoni tal-kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u rreġistrati

Il-fanali ta' quddiem li huma parti mill-kampjun għandhom ikunu soġġetti għall-kejl fotometriku fil-punti pprovduti fir-Regolament, bil-qari limitat għall-punti Emax, HV (1), fil-każ ta' raġġ għas-sewqan, u għall-punti HV, 50 R, 50 L fil-każ tar-raġġ tad-dawl baxx (ara l-figura fl-Anness 3).

2.5.   Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà

Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jagħmel studju statistiku tar-riżultati tat-testijiet u jiddefinixxi, fi qbil mal-awtorità kompetenti, il-kriterji li jiddeċiedu kemm il-prodotti tiegħu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet għall-verifika tal-konformità li jinsabu fil-paragrafu 10.1 ta' dan ir-Regolament.

Il-kriterji għall-kejl tal-aċċettabbiltà għandhom ikunu tali sabiex, b'livell ta' fiduċja ta' 95 %, il-probabbiltà minima li jgħaddu minn test għall-għarrieda skont l-Anness 7 (l-ewwel kampjunar) tkun ta' 0,95.


(1)  Il-punt 50 V jinstab 375 mm 'l isfel minn HV fuq il-linja vertikali v-v fuq l-iskrin f'distanza ta' 25 m.


ANNESS 6

REKWIŻITI GĦALL-FANALI LI FIHOM LENTIJIET MAGĦMULA MINN MATERJAL TAL-PLASTIK — L-ITTESTJAR TA' KAMPJUNI TAL-LENTI JEW TAL-MATERJAL U TA' FANALI KOMPLUTI

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Il-kampjuni pprovduti skont il-paragrafu 3.2.4 ta' dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 hawn taħt.

1.2.   Iż-żewġ kampjuni ta' fanali kompluti pprovduti skont il-paragrafu 3.2.3 ta' dan ir-Regolament u li jinkorporaw lentijiet ta' materjal tal-plastik għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.6 aktar 'l isfel.

1.3.   Il-kampjuni tal-lentijiet ta' materjal tal-plastik jew il-kampjuni tal-materjal għandhom jiġu soġġetti, flimkien mar-riflettur li huma intenzjonati li jitwaħħlu miegħu (fejn japplika), għat-testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġika indikat fit-Tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

1.4.   Madankollu, jekk il-manifattur tal-fanal jista' jipprova li l-prodott diġà għadda mit-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.1–2.5 hawn isfel, jew testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, dawk it-testijiet ma għandhomx għalfejn jiġu ripetuti; it-testijiet preskritti fit-tabella B tal-appendiċi 1 biss għandhom ikunu obbligatorji.

2.   TESTIJIET

2.1.   Reżistenza għal tibdil fit-temperatura

2.1.1.   It-testijiet

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għal ħames ċikli ta' tibdil fit-temperatura u fl-umdità (RH = umdità relattiva) skont dan il-programm:

 

3 sigħat f'40 °C ± 2 °C u 85-95 % RH;

 

siegħa fi 23 °C ± 5 °C u 60-75 % RH;

 

15-il siegħa fi — 30 °C ± 2 °C;

 

siegħa fi 23 °C ± 5 °C u 60-75 % RH;

 

3 sigħat fi 80 °C ± 2 °C;

 

siegħa fi 23 °C ± 5 °C u 60-75 % RH;

Qabel dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f'temperatura ta' 23 °C ± 5 °C u f'RH ta' 60-75 % għal mill-inqas erba' sigħat.

Nota:

Il-perjodi ta' siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 5 °C għandhom jinkludu l-perjodi ta' tranżizzjoni minn temperatura għall-oħra li huma neċessarji sabiex ikunu evitati l-effetti ta' xokk termali.

2.1.2.   Pożizzjonijiet fotometriċi

2.1.2.1.   Il-metodu

Għandu jitwettaq kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.

Dan il-kejl għandu jsir bl-użu ta' bozza standard, fil-punti li ġejjin:

 

B 50 u 50 V għar-raġġ għas-sewqan ta' fanal għas-sewqan jew fanal tad-dawl baxx/għas-sewqan.

 

Emax għar-raġġ għas-sewqan ta' fanal għas-sewqan jew fanal tad-dawl baxx/għas-sewqan;

2.1.2.2.   Riżultati

Il-varjazzjoni bejn il-valuri fotometriċi mkejla fuq kull kampjun qabel u wara t-test m'għandhiex teċċedu l-10 % inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.

2.2.   Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi u kimiċi

2.2.1.   Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni ta' materjal) għandhom ikunu esposti għar-radjazzjoni minn sors li jkollu distribuzzjoni tal-enerġija spettrali simili għal dik ta' korp iswed b'temperatura ta' bejn 5 500 K u 6 000 K. Il-filtri xierqa għandhom jitqiegħdu bejn is-sors u l-kampjuni sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-radjazzjonijiet b'tulijiet tal-mewġ iżgħar minn 295 nm u akbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom jiġu esposti għal illuminazzjoni enerġetika ta' 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għal perjodu ta' ħin tant li l-enerġija luminuża li jirċievu tkun daqs 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fil-kumpartiment, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed imqiegħed fuq livell flimkien mal-kampjuni għandha tkun 50 °C ± 5 °C. Sabiex tiġi żgurata espożizzjoni regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors tar-radjazzjoni b'veloċità ta' bejn 1 u 5 1/min.

Il-kampjuni għandhom jiġu mraxxa bl-ilma distillat b'konduttività ta' inqas minn 1mS/m f'temperatura ta' 23 °C ± 5 °C, skont iċ-ċiklu li ġej:

traxxix

:

5 minuti;

inxif

:

25 minuta.

2.2.2.   Reżistenza għall-aġenti kimiċi

Wara li jkun sar it-test deskritt fil-paragrafu 2.2.1 imsemmi qabel u l-kejl deskritt fil-paragrafu 2.2.3.1 isfel, il-wiċċ ta' barra tal-imsemmija tliet kampjuni għandu jiġi ttrattat kif deskritt fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 hawn taħt.

2.2.2.1.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tat-test għandha tkun magħmula minn 61,5 % n-ettan, 12,5 % toluwen, 7,5 % etil tetraklorur, 12,5 % trikloretilen u 6 % ksilen (volum fil-milja).

2.2.2.2.   Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar

Xarrab biċċa ċarruta tal-qoton (skont ISO 105) sakemm ma tkunx tista' tixrob aktar fit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 hawn fuq u, f'10 sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta' barra tal-kampjun bi pressjoni ta' 50 N/cm2, li tikkorrispondi għal sforz ta' 100 N applikata fuq superfiċje tal-ittestjar ta' 14 × 14 mm.

Matul dan il-perjodu ta' 10-minuti, iċ-ċarruta għandha tixxarrab għal darb'oħra bit-taħlita sabiex il-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun kontinwament identika ma' dik tat-taħlita tal-ittestjar preskritta.

Matul il-perjodu tal-applikazzjoni, huwa permissibbli li tkun ikkompensata l-pressjoni applikata fuq il-kampjun sabiex ma tikkawżax tixqiq.

2.2.2.3.   Tindif

Fit-tmiem tal-applikazzjoni tat-taħlita tat-test, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fil-beraħ u mbagħad għandhom jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fil-paragrafu 2.3 (Reżistenza għad-deterġenti) 23 °C ± 5 °C.

Wara, il-kampjuni għandhom jitlaħalħu b'attenzjoni b'ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,2 % fil-mija ta' impuritajiet f'temperatura ta' 23 °C ± 5 °C u mbagħad jintmesħu b'ċarruta ratba.

2.2.3.   Riżultati

2.2.3.1.   Wara t-test ta' reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta' barra tal-kampjuni għandu jkun ħieles minn xquq, grif, tixlif u deformazzjoni, u l-varjazzjoni medja fit-trażmissjoni

Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-appendiċi 2 għal dan l-anness ma għandhiex teċċedi 0,020 (Δ tm < 0,020).

2.2.3.2.   Wara t-test ta' reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni m'għandux ikollhom traċċi ta' tbajja' kimiċi li jistgħu jikkawżaw varjazzjoni fid-diffużjoni tal-fluss, li l-varjazzjoni medja tiegħu

Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-appendiċi 2 ta' dan l-anness ma għandhiex teċċedi 0,020 (Δ dm ≤ 0,020).

2.3.   Reżistenza għal diterġenti u idrokarburi

2.3.1.   Reżistenza għad-diterġenti

Il-wiċċ ta' barra tat-tliet kampjuni (il-lentijiet jew il-kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal temperatura ta' 50 °C ± 5 °C u wara jiġi mgħaddas għal ħames minuti f'taħlita miżmuma f'temperatura ta' 23 °C ± 5 °C u magħmula minn 99 parti ta' ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,02 % ta' impuritajiet u parti ta' alkilaril sulfonat.

Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu f'50 °C ± 5 °C. Il-wiċċ tal-kampjuni għandu jitnaddaf b'ċarruta niedja.

2.3.2.   Reżistenza għall-idrokarburi

Il-wiċċ ta' barra ta' dawn it-tliet kampjuni għandu mbagħad jingħorok ħafif għal minuta b'ċarruta tal-qoton imxarrba f'taħlita magħmula minn 70 % n-ettan u 30 % toluwee (volum fil-mija), u wara għandu jitnixxef fil-beraħ.

2.3.3.   Riżultati

Wara li ż-żewġ testijiet imsemmija qabel ikunu twettqu suċċessivament, il-valur medju tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni

Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-appendiċi 2 ta' dan l-anness ma għandhiex teċċedi 0,010 (Δ tm < 0,010).

2.4.   Reżistenza għad-deterjorazzjoni mekkanika

2.4.1.   Metodu ta' deterjorazzjoni mekkanika

Il-wiċċ ta' barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandu jiġi soġġett għat-test ta' deterjorazzjoni mekkanika uniformi bil-metodu deskritt fl-appendiċi 3 ta' dan l-Anness.

2.4.2.   Riżultati

Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:

 

fit-trażmissjoni:Formula,

 

u fid-diffużjoni:Formula,

għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-appendiċi 2 fl-erja speċifikata fil-paragrafu 3.2.4.1.1 ta' dan ir-Regolament. Il-valur medju tat-tliet kampjuni għandu jkun tali li:

 

Δ tm < 0,100;

 

Δ dm < 0,050.

2.5.   Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli

2.5.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Superfiċje b'erja ta' 20 mm × 20 mm tal-kisi ta' lenti għandha tinqata' b'xafra jew b'labra f'xibka ta' kwadri b'daqs bejn wieħed u ieħor ta' 2 mm × 2 mm. Il-pressjoni fuq ix-xafra jew fuq il-labra għandha tkun biżżejjed li tal-inqas taqta l-kisi.

2.5.2.   Deskrizzjoni tat-test

Uża tejp adeżiv b'forza ta' twaħħil ta' 2 N/(cm tal-wisa') ± 20 % mkejjel fil-kundizzjonijiet standardizzati speċifikati fl-appendiċi 4 ta' dan l-Anness. Dan it-tejp adeżiv ta' wisa' minimu ta' 25 mm, għandu jingħafas għal mill-inqas ħames minuti mal-wiċċ ippreparat skont il-paragrafu 2.5.1.

Imbagħad it-tarf tat-tejp adeżiv għandu jitgħabba b'mod li l-forza tat-twaħħil mas-superfiċje kkunsidrata tkun ibbilanċjata b'forza perpendikulari għal dik is-superfiċje. F'dan l-istadju, it-tejp għandu jitqatta' b'veloċità kostanti ta' 1,5 m/s ± 0,2 m/s.

2.5.3.   Riżultati

M'għandu jkun hemm ebda ħsara evidenti fiż-żona maqsuma f'kaxex. Ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxex jew fit-truf tal-qatgħat għandhom jiġu permessi, sakemm iż-żona tal-ħsara ma taqbiżx il-15 fil-mija tas-superfiċje maqsuma f'kaxex.

2.6.   It-testijiet tal-fanal komplut li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik

2.6.1.   Reżistenza għal deterjorazzjoni mekkanika tas-superfiċje tal-lenti

2.6.1.1.   It-testijiet

Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 1 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.4.1 imsemmi qabel.

2.6.1.2.   Riżultati

Wara t-test, ir-riżultati tal-kejl fotometriku mwettaq fuq il-fanal skont dan ir-Regolament, m'għandhomx ikunu aktar minn 30 % tal-valuri massimi speċifikati fil-punt B 50, u mhux iktar minn 10 % inqas mill-valuri minimi speċifikati fil-punt 50 V.

2.6.2.   Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli

Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 2 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.5. imsemmi qabel.

3.   IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

3.1.   Fir-rigward tal-materjali użati għall-manifattura tal-lentijiet, il-fanali ta' serje għandhom għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konformi ma' dan ir-Regolament jekk:

3.1.1.   Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti kimiċi u test tar-reżistenza għad-deterġenti u l-idrokarburi, il-wiċċ ta' barra tal-kampjuni ma juri la xquq, la brix, la laqx, la deformazzjonijiet viżibbli għall-għajnejn (ara l-paragrafi 2.2.2, 2.3.1 u 2.3.2);

3.1.2.   Wara t-test deskritt fil-paragrafu 2.6.1.1, il-valuri fotometriċi fil-punti tal-kejl ikkunsidrati fil-paragrafu 2.6.1.2 ikunu fil-limiti preskritti għall-konformità tal-produzzjoni f'dan ir-Regolament.

3.2.   Jekk ir-riżultati tat-test ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-testijiet għandhom jiġu ripetuti fuq kampjun ieħor ta' fanali ta' quddiem magħżula kif ġie ġie.

Appendiċi 1

ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI

A.   It-testijiet fuq il-materjali tal-plastik (il-lentijiet jew il-kampjuni ta' materjal ipprovduti skont il-paragrafu 3.2.4 ta' dan ir-Regolament).

Kampjuni

Lentijiet jew kampjuni tal-materjal

Lentijiet

Testijiet

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

1.1.

Fotometrija limitata (paragrafu 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

1.1.1.

Bidla fit-temperatura (paragrafu 2.1.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

1.1.2.

Fotometrija limitata (paragrafu 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

1.2.1.

Kejl tat-trażmissjoni

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

1.2.2.

Kejl tad-diffużjoni

X

X

X

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

1.3.

Aġenti atmosferiċi (paragrafu 2.2.1)

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3.1.

Kejl tat-trażmissjoni

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.

Aġenti kimiċi (paragrafu 2.2.2)

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.1.

Kejl tad-diffużjoni

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.5.

Deterġenti (paragrafu 2.3.1)

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

1.6.

Idrokarburi (paragrafu 2.3.2)

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

1.6.1.

Kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

1.7.

Deterjorazzjoni (paragrafu 2.4.1)

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

1.7.1.

Kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

1.7.2.

Kejl tad-diffużjoni

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

1.8.

Twaħħil (paragrafu 2.5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

B.   It-testijiet fuq il-fanali kompluti (ipprovduti skont il-paragrafu 3.2.3 ta' dan ir-Regolament).

Testijiet

Fanal komplut

 

Kampjun Nru

 

1

2

2.1.

Deterjorazzjoni (paragrafu 2.6.1.1)

X

 

2.2.

Fotometrija (paragrafu 2.6.1.2)

X

 

2.3.

Twaħħil (paragrafu 2.6.2)

 

X

Appendiċi 2

METODU TAL-KEJL TAD-DIFFUŻJONI U T-TRAŻMISSJONI TAD-DAWL

1.   TAGĦMIR (ara l-figura)

Ir-raġġ tal-kollimatur K b'nofs diverġenza β/2 = 17,4 × 10-4 rd huwa limitat b'dijaframma DT b'fetħa ta' 6 mm li magħha sserraħ l-istruttura li fuqha hemm il-kampjun.

Lenti akromatika konverġenti L2, korretta għall-aberrazzjonijiet sferiċi tgħaqqad id-dijaframma DT mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun tali li ma tinħoloqx dijaframma bid-dawl imxerred mill-kampjun f'kon b'nofs angolu ta' fuq ta' β/2 = 14°.

Id-dijaframma annulari DD, bl-angoli α/2 = 1° u αmax/2 = 12° titqiegħed fi pjan fokali tal-immaġini tal-lenti L2.

Il-parti ċentrali li mhix trasparenti tad-dijaframma hija meħtieġa biex jiġi eliminat id-dawl li jkun ġej direttament mis-sors tad-dawl. Għandu jkun possibbli li titneħħa l-parti ċentrali tad-dijaframma mir-raġġ tad-dawl b'tali mod li din tmur lura eżatt għall-pożizzjoni oriġinali tagħha.

Id-distanza L2 DT u t-tul fokali F2  (1) tal-lenti L2 għandha tintagħżel b'mod li l-immaġini ta' DT tkopri kompletament ir-riċevitur R.

Meta l-fluss inizjali tal-inċidenza jissemma bħala 1 000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta' kull qari għandha tkun aħjar minn unità waħda.

2.   KEJL

Għandu jittieħed il-qari li ġej:

Qari

Bil-kampjun

Bil-parti ċentrali ta' DD

Kwantità rappreżentata

T1

le

le

Fluss tal-inċidenza fil-qari inizjali

T2

Iva

(qabel it-test)

le

Il-fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f'medda ta' 24 °C

T3

iva

(wara t-test)

le

Il-fluss trażmess mill-materjal ittestjat f'medda ta' 24 °C

T4

iva

(qabel it-test)

iva

Fluss diffuż mill-materjal il-ġdid

T5

iva

(wara t-test)

iva

Fluss diffuż mill-materjal ittestjat

Figura 1

Image

(1)  Għal L2 huwa rrakkomandat li tintuża distanza fokali ta' madwar 80 mm.

Appendiċi 3

METODU TA' TTESTJAR BIT-TRAXXIX

1.   TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR

1.1.   L-apparat tat-traxxix

L-apparat tat-traxxix użat għandu jkun mgħammar b'żennuna b'dijametru ta' 1,3 mm li tippermetti rata ta' fluss tal-likwidu ta' 0,24 ± 0,02 1/minuta fi pressjoni operattiva ta' 6,0 bars – 0, + 0,5 bar.

F'dawn il-kundizzjonijiet ta' użu, għandu jinkiseb merżuq b'dijametru ta' 170 mm ± 50 mm fuq il-wiċċ espost għad-deterjorazzjoni, f'distanza ta' 380 mm ± 10 mm miż-żennuna.

1.2.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn:

Ramel siliċiku ta' ebusija 7 fuq l-iskala Mohs u b'daqs ta' granula ta' bejn 0 u 0,2 mm b'distribuzzjoni kważi normali, li għandha fattur angulari ta' bejn 1,8 u 2;

Ilma b'ebusija li ma teċċedix il-205 g/m3 għal taħlita li tinkludi 25 g ta' ramel għal kull litru ta' ilma.

2.   IT-TEST

Is-superfiċje ta' barra tal-lentijiet tal-fanal għandha tiġi soġġetta darba jew iktar minn darba għall-azzjoni tal-ġett tar-ramel prodott kif deskritt fuq. Il-ġett għandu jiġi sprejjat kważi b'mod perpendikulari mas-superfiċje li għandha tiġi ttestjata.

Id-deterjorazzjoni għandha tiġi verifikata permezz ta' kampjun wieħed jew iktar tal-ħġieġ imqiegħed bħala referenza ħdejn il-lentijiet li għandhom jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tiġi mraxxa sakemm il-varjazzjoni fid-diffużjoni tad-dawl fuq il-kampjun jew il-kampjuni mkejla bil-metodu deskritt fl-appendiċi 2, tkun tali li:

Formula

Diversi kampjuni ta' referenza jistgħu jintużaw sabiex jiġi vverifikat li s-superfiċje kollha li għandha tiġi ttestjata tkun iddeterjorat b'mod omoġenju.

Appendiċi 4

TEST TAT-TWAĦĦIL BIT-TEJP ADEŻIV

1.   SKOP

Dan il-metodu jippermetti li tiġi ddeterminata l-forza lineari tat-twaħħil f'kundizzjonijiet standard tat-tejp adeżiv ma' plejt tal-ħġieġ.

2.   IL-PRINĊIPJU

Il-kejl tal-forza neċessarja sabiex jinqala' tejp adeżiv minn ma' folja tal-ħġieġ f'angolu ta' 90°.

3.   KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI SPEĊIFIKATI

Il-kundizzjonijiet tal-ambjent għandhom ikunu b'temperatura ta' 23 °C ± 5 °C u umdità relattiva (RH) ta' 65 ± 15 %.

4.   BIĊĊIET TAT-TEST

Qabel it-test, ir-romblu tal-kampjun tat-tejp adeżiv għandu jiġi kkundizzjonat għal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-paragrafu 3 msemmi qabel).

Ħames biċċiet tat-test, kull waħda twila 400 mm, għandhom jiġu ttestjati minn kull romblu. Dawn il-biċċiet tat-test għandhom jittieħdu mir-romblu wara li l-ewwel tliet dawriet ikunu ntremew.

5.   PROĊEDURA

It-test għandu jsir fil-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fil-paragrafu 3.

Ħu l-ħames biċċiet tat-test filwaqt li tħoll it-tejp b'mod radjali b'veloċità ta' madwar 300 mm/s, imbagħad applikahom fi 15-il sekonda bil-mod kif ġej:

Waħħal it-tejp mal-plejt tal-ħġieġ progressivament billi togħrok b'mod ħafif bis-saba' mat-tul kollu, mingħajr pressjoni eċċessiva, b'tali mod li ma titħalla ebda bużżieqa tal-arja bejn it-tejp u l-plejt tal-ħġieġ.

Ħalli l-assemblaġġ fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati għal 10 minuti.

Aqla' madwar 25 mm tal-biċċa tat-test minn mal-folja fi pjan perpendikulari għall-assi tal-biċċa tat-test.

Waħħal il-folja u itwi lura t-tarf ħieles tat-tejp f'90°. Applika forza b'tali mod li l-linja ta' separazzjoni bejn it-tejp u l-plejt tkun perpendikulari ma' din il-forza u perpendikulari mal-plejt.

Iġbed sabiex taqla' b'veloċità ta' 300 mm/s ± 30 mm/s u rreġistra l-forza meħtieġa.

6.   RIŻULTATI

Il-ħames valuri miksuba għandhom jitqiegħdu fl-ordni u għandu jittieħed il-valur medju bħala r-riżultat tal-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress fi Newtons għal kull ċentimetru ta' wisa' tat-tejp.


ANNESS 7

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati li ntlaħqu minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura.

1.2.   Fir-rispett tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità tal-fanali ta' quddiem prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta l-prestazzjonijiet fotometriċi ta' kwalunkwe fanal ta' quddiem magħżul kif ġie ġie u mgħammar b'bozza tal-filament standard;

1.2.1.   l-ebda valur li jitkejjel ma jiddevja b'mod mhux favorevoli b'iżjed minn 20 % mill-valuri minimi preskritti f'dan ir-Regolament.

Fiż-żona III, id-devjazzjoni massima tista' tkun rispettivament:

 

0,3 lux ekwivalenti 20 %

 

0,45 lux ekwivalenti 30 %

1.2.2.   u jekk, għar-raġġ għas-sewqan, HV ikun jinstab fl-isolux 0,75 Emax, tkun osservata tolleranza ta' + 20 % għall-valuri massimi u ta'– 20 % għall-valuri minimi għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fl-Anness 3, fil-paragrafu 4.3 u 4.4 ta' dan ir-Regolament.

1.2.3.   Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti aktar 'il fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet għandhom jiġu ripetuti bl-użu ta' bozza tal-filament standard oħra.

1.2.4.   Fanali ta' quddiem b'difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

1.3.   Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom ikunu konformi ma' meta l-fanal ta' quddiem ikun mgħammar b'fanal ta' filament stabbilit f'temperatura tal-kulur Standard A.

Il-prestazzjoni fotometrika ta' fanal ta' quddiem li jarmi dawl isfar selettiv meta mgħammar b'bozza tal-filament bla kulur għandha tiġi mmultiplikata b'0,84.

2.   L-EWWEL KAMPJUNAR

Fl-ewwel teħid ta' kampjuni erba' fanali ta' quddiem jintagħżlu kif ġie ġie. L-ewwel kampjun ta' tnejn ikun immarkat A, it-tieni kampjun ta' tnejn ikun immarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

2.1.1.   Wara l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni murija fil-Figura 1 ta' dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta' quddiem prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem fid-direzzjonijiet mhux favorevoli tkun:

2.1.1.1.

kampjun A

A1:

fanal ta' quddiem wieħed

0 %

 

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn

20 %

A2:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn

0 %

 

iżda mhux iktar minn

20 %

 

mur għall-kampjun B

 

2.1.1.2.

kampjun B

B1:

iż-żewġ fanali ta' quddiem

0 %

2.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

2.2.1.   Wara l-proċedura tat-teħid ta' kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta' dan l-Anness il-konformità ta' fanali ta' quddiem prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem ikunu:

2.2.1.1.

kampjun A

A3:

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn

20 %

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

20 %

 

iżda mhux iktar minn

30 %

2.2.1.2.

kampjun B

B2:

fil-każ ta' A2

 

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

0 %

 

iżda mhux iktar minn

20 %

 

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn

20 %

B3:

fil-każ ta' A2

 

 

fanal ta' quddiem wieħed

0 %

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

20 %

 

iżda mhux iktar minn

30 %

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jiġi applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem ikunu:

2.3.1.

kampjun A

A4:

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn

20 %

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

30 %

A5:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn

20 %

2.3.2.

kampjun B

B4:

fil-każ ta' A2

 

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

0 %

 

iżda mhux iktar minn

20 %

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

20 %

B5:

fil-każ ta' A2

 

 

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn

20 %

B6:

fil-każ ta' A2

 

 

fanal ta' quddiem wieħed

0 %

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

30 %

3.   KAMPJUNAR RIPETUT

Fil-każ ta' A3, B2, B3 jinħtieġ kampjunar ripetut, it-tielet kampjun C ta' żewġ fanali ta' quddiem u r-raba' kampjun D ta' żewġ fanali ta' quddiem, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament, fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

3.1.1.   Wara l-proċedura tat-teħid ta' kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta' dan l-Anness il-konformità ta' fanali ta' quddiem prodotti bil-massa m'għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-miżuri mkejla tal-fanali ta' quddiem ikunu:

3.1.1.1.

kampjun C

C1:

fanal ta' quddiem wieħed

0 %

 

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn

20 %

C2:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn

0 %

 

iżda mhux iktar minn

20 %

 

mur għall-kampjun D

 

3.1.1.2.

kampjun D

D1:

fil-każ ta' C2

 

 

iż-żewġ fanali ta' quddiem

0 %

3.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

3.2.1.   Wara l-proċedura tat-teħid ta' kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta' dan l-Anness il-konformità ta' fanali ta' quddiem prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem ikunu:

3.2.1.1.

kampjun D

D2:

fil-każ ta' C2

 

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

0 %

 

iżda mhux iktar minn

20 %

 

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn

20 %

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni fil-Figura 1 ta' dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem ikunu:

3.3.1.

kampjun C

C3:

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn

20 %

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

20 %

C4:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn

20 %

3.3.2.

kampjun D

D3:

fil-każ ta' C2

 

 

fanal ta' quddiem wieħed 0 jew iktar minn

0 %

 

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn

20 %

4.   BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TAL-PUNT TAL-WAQFIEN

Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjonijiet vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:

Wieħed mill-fanali ta' quddiem tal-kampjun A wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta' dan l-Anness għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jiġi soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.

Il-fanal ta' quddiem għandu jiġi kkunsidrat aċċettabbli jekk Δr ma jeċċedix 1,5 mrad.

Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma ma jkunx aktar minn 2,0 mrad, it-tieni fanal ta' quddiem tal-kampjun A għandu jiġi soġġett għat-test li warajh il-valur medju tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni ma għandux jeċċedi 1,5 mrad. Madankollu, jekk ma jkunx hemm konformità ma' dan il-valur ta' 1,5 mrad fuq il-kampjun A, iż-żewġ fanali ta' quddiem tal-kampjun B għandhom jiġu soġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta' Δr għal kull wieħed minnhom ma għandux jeċċedi 1,5 mrad.

Figura 1

Image