ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.338.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 338

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
21 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Addendum għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 272, 18.10.2011 )

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni

2

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) Nru 1345/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1346/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-imniefaħ fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ kwalunkwe Stat Membru, minbarra d-Danimarka u l-Irlanda

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1347/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-imniefaħ fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1349/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1350/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2011/2012

27

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1351/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward is-sospensjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli fix-Xatt tal-Punent u fil-Medda ta’ Gaża

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1353/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti, id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u tad-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-infiq taħt l-FAEG u l-FAEŻR

35

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

36

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

39

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1356/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Diċembru 2011 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

50

 

*

Regolament (UE) Nru 1358/2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2011 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (BĊE/2011/26)

51

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/857/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/858/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/784/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/859/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/860/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

56

 

 

2011/861/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2011 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9269)

61

 

 

2011/862/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2011 u li temenda d-Deċiżjoni 2010/712/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi approvati b’dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9478)

64

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/2/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat Konġunt tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tal-25 ta’ Novembru 2011 li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

70

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/1


ADDENDUM

għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 272, tat-18 ta' Ottubru 2011)

Id-Dikjarazzjoni li ġejja hija miżjuda mar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011:

DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma konxji mill-importanza tal-għoti ta' informazzjoni preċiża lill-konsumaturi, b'mod partikolari meta l-prodotti jkunu mmarkati b'indikazzjoni tal-oriġini, sabiex huma jiġu protetti minn dikjarazzjonijiet frodulenti, impreċiżi jew qarrieqa. L-użu ta' teknoloġiji ġodda, bħat-tikkettar elettroniku, inkluża l-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju, jista' jkun għodda utli biex tingħata tali informazzjoni filwaqt li jinżamm il-pass mal-iżvilupp tekniku. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex, meta tfassal ir-rapport skont l-Artikolu 24 tar-Regolament, tqis l-impatt tagħhom fuq ir-rekwiżiti ta' tikkettar ġodda possibbli, inkluż bil-għan li tittejjeb it-traċċabbiltà tal-prodotti.


DIRETTIVI

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/2


DIRETTIVA 2011/99/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82(1)(a) u (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

L-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji.

(3)

Skont il-programm ta’ Stokkolma - Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (2), ir-rikonoxximent reċiproku għandu jestendi għat-tipi kollha ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja, li, skont is-sistema legali, jistgħu jkunu jew kriminali jew amministrattivi. Huwa jappella wkoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jeżaminaw kif tista’ titjieb il-leġislazzjoni u l-miżuri ta’ appoġġ prattiku għall-protezzjoni tal-vittmi. Il-programm jinnota wkoll li l-vittmi ta’ kriminalità jistgħu jkunu offruti miżuri ta’ protezzjoni speċjali li għandhom ikunu effettivi fi ħdan l-Unjoni. Din id-Direttiva tifforma parti minn sett ta’ miżuri koerenti u komprensivi dwar id-drittijiet tal-vittmi.

(4)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa tappella lill-Istati Membri sabiex itejbu l-liġijiet u l-politiki nazzjonali tagħhom biex jiġġieldu s-suriet kollha ta’vjolenza kontra n-nisa u jaġixxu sabiex jittrattaw il-kawżi tal-vjolenza kontra n-nisa, mhux l-anqas billi jutilizzaw miżuri preventivi, u appellat lill-Unjoni biex tiggarantixxi d-dritt tal-assistenza u l-appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 tapprova l-proposta li tintroduċi l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għall-vittmi.

(5)

Fir-riżoluzzjoni tagħha tal-10 ta’ Ġunju 2011 dwar pjan direzzjonali biex jissaħħu d-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittmi, b’mod partikolari f’proċedimenti kriminali, il-Kunsill iddikjara li għandha tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jissaħħu d-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittimi tal-kriminalità, u appellat lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti adatti għal dak il-għan. F’dan il-qafas, għandu jinħoloq mekkaniżmu li jiżgura fost l-Istati Membri r-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet rigward il-miżuri ta’ protezzjoni għall-vittmi tal-kriminalità. Skont dik ir-Riżoluzzjoni, din id-Direttiva, li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta’ protezzjoni meħuda f’materji kriminali, għandha tkun ikkomplimentata minn mekkaniżmu adatt li jikkonċerna miżuri li jittieħdu f’materji ċivili.

(6)

F’żona komuni ta’ ġustizzja mingħajr fruntieri interni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-protezzjoni pprovduta lil persuna fiżika fi Stat Membru wieħed tinżamm u titkompla fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li persuna tiċċaqlaq fih jew li fih tkun ċċaqilqet. Għandu jkun żgurat ukoll li l-eżerċizzju leġittimu minn ċittadini tal-Unjoni tad-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 21 TFUE, ma jirriżultax f’telf tal-protezzjoni tagħhom.

(7)

Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli li skonthom il-protezzjoni li tirriżulta minn ċerti miżuri ta’ protezzjoni adottati f’konformità mal-liġi ta’ Stat Membru wieħed (“l-Istat emittenti”) tista’ tiġi estiża għal Stat Membru ieħor li fih il-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew toqgħod (“l-Istat ta’ eżekuzzjoni”).

(8)

Din id-Direttiva tieħu f’kunsiderazzjoni t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri kif ukoll il-fatt li tista’ tiġi pprovduta protezzjoni effettiva permezz ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni maħruġa minn awtorità li mhijiex qorti kriminali. Din id-Direttiva ma toħloqx obbligi biex jiġu modifikati s-sistemi nazzjonali għall-addozzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni u lanqas ma toħloq obbligi biex jiġi introdott jew emendat sistema ta’ liġi kriminali għall-eżekuzzjoni ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

(9)

Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta’ protezzjoni li għandhom speċifikament l-għan li jipproteġu persuna minn att kriminali ta’ persuna oħra li tista’, bi kwalunkwe mod, tipperikola l-ħajja jew l-integrità fiżika, psikoloġika u sesswali ta’ dik il-persuna, per eżempju bil-prevenzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ fastidju, kif ukoll lid-dinjità jew il-libertà personali ta’ dik il-persuna, per eżempju bil-prevenzjoni ta’ ħtif, issegwiment ta’ movimenti u forom oħra ta’ ġegħil indirett, u li jimmiraw għall-prevenzjoni ta’ atti ġodda ta’ kriminalità jew għat-tnaqqis tal-konsegwenzi ta’ atti preċedenti ta’ kriminalità. Id-drittijiet personali tal-persuna protetta jammontaw għal valuri fundamentali rikonoxxuti u sostnuti fl-Istati Membru kollha. Madankollu, Stat Membru mhuwiex obbligat joħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni fuq bażi ta’ miżura kriminali li ma sservix speċifikament għall-protezzjoni ta’ persuna, iżda primarjament isservi għal għanijiet oħrajn, bħal pereżempju r-riabilitazzjoni soċjali tal-awtur tar-reat. Huwa importanti li nenfasizzaw li din id-Direttiva tapplika għal miżuri ta’ protezzjoni li għandhom l-għan li jħarsu mhux biss lill-vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, imma wkoll il-vittmi kollha, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull tip ta’ reat ikkonċernat.

(10)

Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta’ protezzjoni addottati f’materji kriminali, u għalhekk ma tkoprix il-miżuri ta’ protezzjoni addottati f’materji ċivili. Sabiex miżura ta’ protezzjoni tkun tista’ tiġi eżegwita skont din id-Direttiva, mhuwiex meħtieġ li jkun ġie stabbilit reat kriminali permezz ta’ deċiżjoni finali. Lanqas ma hija rilevanti ix-xorta kriminali, amministrattiva jew ċivili tal-awtorità li taddotta miżura ta’ protezzjoni. Din id-Direttiva ma tobbligax lill-Istati Membri li jemendaw il-liġi nazzjonali sabiex jkunu jistgħu jaddottaw miżuri ta’ protezzjoni fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali.

(11)

Din id-Direttiva hija intiża biex tapplika għall-miżuri ta’ protezzjoni addottati favur il-vittmi, jew li jistaw isiru vittmi, ta’ reati. Għaldaqstant, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-miżuri adottati bil-ħsieb ta’ protezzjoni ta’ xhieda.

(12)

Jekk miżura ta’ protezzjoni, kif definita f’din id-Direttiva, hija addottata għall-protezzjoni ta’ qarib tal-persuna prinċipali protetta, tista’ tintalab u tinħareġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni wkoll fir-rigward ta’ dak il-qarib, soġġetta għall-kondizzjonijiet imniżżla f’din id-Direttiva.

(13)

Kwalunkwe talba għall-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni għandha tiġi ttrattata b’ħeffa xierqa u tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

(14)

Fejn għandha tingħata informazzjoni skont din id-Direttiva lill-persuna protetta jew lil persuna li tkun qed tikkawża l-periklu, din l-informazzjoni, fejn rilevanti, għandha tingħata wkoll lill-kustodju jew lir-rappreżentant tal-persuna kkonċernata. Għandha tingħata wkoll attenzjoni dovuta lill-ħtieġa li l-persuna protetta, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jew il-kustodju jew ir-rappreżentant fil-proċedimenti, jirċievu l-informazzjoni, kif provdut f’din id-Direttiva, f’lingwa li dik il-persuna tifehm.

(15)

Fil-proċeduri għall-ħruġ u għar-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kif jixraq il-ħtiġijiet tal-vittmi, inkluż b’mod partikolari l-persuni vulnerabbli, bħal minorenni jew il-persuni b’diżabilità.

(16)

Għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, miżura ta’ protezzjoni tista’ tkun ġiet imposta wara sentenza, skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (3), jew wara deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (4). Jekk tkun ġiet addottata deċiżjoni fl-Istat emittenti abbażi ta’ wieħed minn dawn id-Deċiżjonijiet Qafas, il-proċedura għar-rikonoxximent għandha għaldaqstant tiġi segwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. Dan, madankollu, ma jeskludix il-possibbiltà li l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni tiġi ttrasferita lejn Stat Membru ieħor barra dak l-Istat li jeżegwixxi d-deċiżjonijiet ibbażati fuq dawn id-Deċiżjonijiet Qafas.

(17)

F’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu għandha tingħata, jew fil-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni jew qabel ma tinħareġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, il-possibbiltà li tinstema’ u li tikkuntesta l-miżura ta’ protezzjoni.

(18)

Sabiex jiġi evitat li jitwettaq reat kontra l-vittma fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, dak l-Istat għandu jkollu l-mezzi legali għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni adottata preċedentement fl-Istat emittenti favur il-vittma, filwaqt li tiġi evitata wkoll il-ħtieġa biex il-vittma tibda proċedimenti ġodda jew tipproduċi l-evidenza fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għal darb’oħra, bħallikieku l-Istat emittenti ma jkunx adotta d-deċiżjoni. Ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni mill-Istat ta’ eżekuzzjoni jimplika, inter alia, li l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat, soġġett għal limitazzjonijiet imniżżlin f’din id-Direttiva, taċċetta l-eżistenza u l-validità tal-miżura ta’ protezzjoni adottata fl-Istat emittenti, tagħraf is-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, u taqbel li l-protezzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tkompli tiġi pprovduta f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

(19)

Din id-Direttiva fiha lista eżawrijenti ta’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet li, meta imposti fl-Istat emittenti u inklużi fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, soġġett għal-limitazzjonijiet imniżżlin f’din id-Direttiva. Tipi oħra ta’ miżuri ta’ protezzjoni jistgħu jeżistu fil-livell nazzjonali, bħal kieku, jekk provduti mil-liġi nazzjonali, l-obbligu fuq il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu li tibqa’ f’post speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu jiġu imposti fl-Istat emittenti fil-qafas tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ waħda mill-miżuri ta’ protezzjoni li, skont din id-Direttiva, tista’ tkun il-bażi għal ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

(20)

Peress, li fl-Istati Membri, tipi differenti ta’ awtoritajiet (ċivili, kriminali jew amministrattivi) huma kompetenti biex joħorġu u jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni, huwa xieraq li jiġu pprovdut livell għoli ta’ flessibbiltà fil-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri taħt din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni mhix meħtieġa li tieħu l-istess miżura ta’ protezzjoni bħal dawk adottati fil-każijiet kollha fl-Istat emittenti, u għandha ammont ta’ diskrezzjoni biex tadotta kwalunkwe miżura li hija tqis adegwata u xierqa skont il-liġi nazzjonali tagħha f’każ simili sabiex tipprovdi protezzjoni kontinwa lill-persuna protetta fid-dawl tal-miżura ta’ protezzjoni adottata fl-Istat emittenti kif deskritt fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

(21)

Il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet li għalihom tapplika din id-Direttiva jinkludu, fost oħrajn, miżuri bl-għan li jillimitaw il-kuntatti personali jew remoti bejn il-persuna protetta u l-persuna li tikkawża l-periklu, per eżempju billi jimponu ċerti kundizzjonijiet fuq tali kuntatti jew jimponu restrizzjonijiet fuq il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet.

(22)

L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta dwar kwalunkwe miżura adotta fuq bażi tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni. Fin-notifika lill-persuna li tikkawża l-periklu, għandu jittieħed kont tad-debitu tal-interessi tal-persuna protetta li l-indirizz jew dettalji tal-kuntatt oħra ta’ dik il-persuna ma jinkixfux. Tali dettalji għandhom jiġu esklużi min-notifika, dment li l-indirizz jew dettalji oħra ta’ kuntatt ma jkunux inklużi fil-projbizzjoni jew restrizzjoni imposti bħala miżura ta’ infurzar fuq il-persuna li tikkawża l-periklu.

(23)

Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tirtira l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri li tkun adottat sabiex tinforza l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, bl-intendiment li l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’ - b’mod awtonomu, u f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha - tadotta kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha sabiex tipproteġi l-persuna kkonċernata.

(24)

Peress li din id-Direttiva tittratta sitwazzjonijiet fejn il-persuna protetta tiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor, il-ħruġ jew l-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni ma timplika l-ebda trasferiment għall-Istat ta’ eżekuzzjoni ta’ setgħat relatati ma’ pieni prinċipali, sospiżi, alternattivi, kondizzjonali jew sekondarji, jew relatati ma’ miżuri ta’ sigurtà imposti fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, jekk din tal-aħħar tkompli tirrisjedi fl-Istat li adotta l-miżura ta’ protezzjoni.

(25)

Fejn adatt, għandu jkun possibbli l-użu ta’ mezzi elettroniċi bil-ħsieb li l-miżuri adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jitwettqu fil-prattika, f’konformità mal-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali.

(26)

Fil-qafas ta’ kooperazzjoni fost l-awtoritajiet involuti fl-iżgurar tas-salvagwardja tal-persuna protetta, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżuri adottati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni bil-ħsieb tal-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti biex tiddeċiedi fil-pront dwar kwalunkwe reazzjoni xierqa fir-rigward tal-miżura ta’ protezzjoni imposta fl-Istat tagħha dwar il-persuna li tikkawża l-periklu. Tali reazzjoni tista’ tinkludi, fejn adatt, l-impożizzjoni ta’ miżura ta’ kustodja minflok il-miżura mhux ta’ kustodja li kienet adottata oriġinarjament, pereżempju, bħala alternattiva għad-detenzjoni preventiva jew bħala konsegwenza tas-sospensjoni kondizzjonali ta’ piena. Huwa mifhum li tali deċiżjoni, peress li ma tikkonsistix fl-impożizzjoni ex novo ta’ penali fir-rigward ta’ reat kriminali ġdid, ma tinterferixxix mal-possibbiltà li l-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’, fejn applikabbli, jimponi penali f’każ ta’ ksur tal-miżuri adottati sabiex tiġi esegwita l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

(27)

Fid-dawl tat-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri, fejn l-ebda miżura ta’ protezzjoni ma tkun disponibbli fl-Istat ta’ eżekuzzjoni f’każ simili għas-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta’ protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni li tiegħu hija konxja.

(28)

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni bla xkiel ta’ din id-Direttiva f’kull każ partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati emittenti u ta’ eżekuzzjoni għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’kont meħud tal-prinċipju ta’ ne bis in idem.

(29)

Il-persuna protetta m’għandhiex tkun obbligata tbati spejjeż għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni li jkunu sproporzjonati meta mqabbla ma’ kawża simili nazzjonali. Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, il-persuna protetta ma tkunx obbligata tniedi aktar proċedimenti nazzjonali biex tikseb mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, bħala konsegwenza diretta tar- rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħha f’kawża simili biex tiġi żgurata s-salvagwardja tal-persuna protetta.

(30)

Filwaqt li jżommu f’moħħhom il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku li fuqu hija bbażata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippromwovu, safejn hu l-aktar possibbli, kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti meta japplikaw din id-Direttiva.

(31)

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jitolbu lil dawk responsabbli mit-taħriġ tal-ġudikanti, tal-prosekuturi, tal-pulizija u tal-persunal ġudizzjarju involuti fil-proċeduri maħsuba għall-ħruġ jew għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni biex jipprovdu taħriġ adegwat fir-rigward tal-objettivi ta’ din id-Direttiva.

(32)

Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, għall-inqas fir-rigward tan-numru ta’ ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti. F’dan ir-rigward, tipi oħra ta’ data, bħal pereżempju, t-tipi tar-reati kkonċernati, ikunu utli wkoll.

(33)

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta’ persuni protetti, biex b’hekk tikkumplimenta, iżda mhux taffettwa, l-istrumenti li diġà huma stabbiliti f’dan il-qasam, bħad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI.

(34)

Meta deċiżjoni relatata ma’ miżura ta’ protezzjoni taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (5), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (6), jew l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal (7), ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ dik id-deċiżjoni għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-istrument legali rilevanti.

(35)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, fejn ikun xieraq, f’kampanji edukattivi u f’kampanji li jżidu l-kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.

(36)

Id-data personali pproċessata meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva għandha tkun protetta f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (8) u mal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1981 għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali.

(37)

Din id-Direttiva għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali, garantiti bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, f’konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE.

(38)

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu d-drittijiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa.

(39)

Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta’ persuni li jinsabu f’periklu, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ minħabba raġunijiet ta’ daqs u l-effetti, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imniżżel f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(40)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(41)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhux ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(42)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu lil awtorità ġudizzjarja jew ekwivalenti fi Stat Membru, fejn tkun addottata miżura ta’ protezzjoni bil-ħsieb li tiġi protetta persuna kontra att kriminali ta’ persuna oħra li tista’ tipperikola l-ħajja, l-intergrità fiżika jew psikoloġika, id-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha, li toħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni li tippermetti lil awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tkompli bil-protezzjoni tal-persuna fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ieħor, wara mġiba kriminali, jew allegata mġiba kriminali, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat emittenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Ordni Ewropea ta’ protezzjoni” tfisser deċiżjoni, meħuda minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ miżura ta’ protezzjoni, li abbażi tagħha awtorità ġudizzjarja jew ekwivalenti ta’ Stat Membru ieħor tieħu kwalunkwe miżura jew miżuri adatti skont il-liġi nazzjonali tagħha stess bil-ħsieb li titkompla il-protezzjoni tal-persuna protetta,

(2)

“Miżura ta’ protezzjoni” tfisser deċiżjoni f’materji kriminali adottata fl-Istat emittenti b’konformità mal-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali tiegħu li skonthom wieħed jew aktar mill-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 5 huma imposti fuq persuna li tikkawża periklu biex tipproteġi persuna protetta minn att kriminali li jista’ jipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika, id-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha.

(3)

“Persuna protetta” tfisser persuna fiżika li hija l-oġġett tal-protezzjoni li tirriżulta minn miżura ta’ protezzjoni adottata mill-Istat emittenti.

(4)

“Persuna li tikkawża l-periklu” tfisser il-persuna fiżika li fuqha ġew imposti wieħed jew aktar mill- projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet, imsemmijin fl-Artikolu 5.

(5)

“Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru fejn tkun ġiet adottata miżura ta’ protezzjoni, li tikkostitwixxi l-bażi għall-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni;

(6)

“Stat ta’ eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet ordni Ewropea ta’ protezzjoni bil-ħsieb li din tiġi rikonoxxuta.

(7)

“Stat ta’ superviżjoni” tfisser l-Istat Membru li lilu tkun ġiet trasferita sentenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI.

Artikolu 3

Nomina ta’ awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar liema awtorità jew awtorijatiet ġudizzjarja jew ekwivalenti tkun kompetenti skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex toħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni u biex tirrikonoxxi tali ordni, f’konformità ma’ din id-Direttiva, meta dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta’ eżekuzzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri kollha l-informazzjoni li tkun irceviet. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Rikors għal awtorità ċentrali

1.   Kull Stat Membru jista’ jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu tipprovdi dan, aktar minn awtorità ċentrali waħda, sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

2.   Stat Membru jista’, jekk ikun meħtieġ bħala riżultat tal-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta’ kwalunkwe ordni Ewropea ta’ protezzjoni, kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatata magħha. Bħala konsegwenza, il-komunikazzjonijiet, il-konsultazzjonijiet, l-iskambji ta’ informazzjoni, l-istħarriġ u n-notifiki kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu ttratati, fejn adatt, bl-assistenza tal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali nominati tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu użu mill-possibiltajiet imsemmijin f’dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni relatata mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat emittenti.

Artikolu 5

Ħtieġa ta’ miżura ta’ protezzjoni eżistenti skont il-liġi nazzjonali

L-ordni Ewropea ta’ protezzjoni tista’ tinħareġ biss meta miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet addottata preċedentement fl-Istat emittenti, bl-impożizzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu wieħed jew aktar mill-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet li ġejjin:

(a)

projbizzjoni milli tidħol f’ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

(b)

projbizzjoni jew regolazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik ordinarja, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor; jew

(c)

projbizzjoni jew regolazzjoni dwar li wieħed jersaq qrib il-persuna protetta iktar mid-distanza preskritta.

Artikolu 6

Ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni

1.   Ordni Ewropea ta’ protezzjoni tista’ tinħareġ meta l-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew tkun diġà tirrisjedi fi Stat Membru ieħor, jew meta l-persuna protetta tiddeċiedi li toqgħod jew tkun diġà toqgħod fi Stat Membru ieħor. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar jekk toħroġx ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tieħu kont, inter alia, tat-tul tal-perijodu jew il-perijodi li il-persuna protetta ikollha l-intenzjoni li toqgħod fl-Istat ta’ eżekuzzjoni u s-serjetà tal-ħtieġa għall-protezzjoni.

2.   Awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti tal-Istat emittenti tista’ toħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni fuq it-talba tal-persuna protetta biss u wara li tivverifika li l-miżura ta’ protezzjoni tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 5.

3.   Il-persuna protetta tista’ tippreżenta talba għall-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. Jekk tiġi ppreżentata tali talba fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tiegħu għandha tittrasferixxi din it-talba malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.

4.   Qabel il-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, il-persuna li tikkawża periklu għandha tingħata d-dritt li tinstema’ u d-dritt li tikkuntesta l-miżura ta’ protezzjoni, jekk dik il-persuna ma kinitx ingħatat dawn id-drittijiet fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni.

5.   Meta awtorità kompetenti tadotta miżura ta’ protezzjoni li jkun fiha wieħed jew aktar mill-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5, din għandha tinforma lill-persuna protetta b’mod adatt, f’konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tagħha dwar il-possibiltà li titlob ordni Ewropea ta’ protezzjoni f’każ li dik il-persuna tkun bi ħsiebha titlaq lejn Stat Membru ieħor, kif ukoll dwar il-kondizzjonijiet bażiċi għal tali talba. L-awtorità għandha tavża lill-persuna protetta biex tippreżenta applikazzjoni qabel ma titlaq mit-territorju tal-Istat emittenti.

6.   Jekk il-persuna protetta jkollha gwardjan jew rappreżentant, dak il-gwardjan jew rappreżentant jista’ jintroduċi t-talba msemmija fil-paragrafi 2 u 3, f’isem il-persuna protetta.

7.   Jekk it-talba biex tinħareġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni tiġi miċħuda, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma lill-persuna protetta dwar kwalunkwe rimedji legali applikabli li huma disponibbli, skont il-liġi nazzjonali tagħha, kontra dik id-deċiżjoni.

Artikolu 7

Formola u kontenut tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni

L-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għandha tinħareġ f’konformità mal-formola mniżżla fl-Anness I għal din id-Direttiva. Għandha, tinkludi b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna protetta, kif ukoll l-identità u ċ-ċittadinanza tal-gwardjan jew tar-rappreżentant jekk il-persuna protetta tkun minorenni jew legalment inkapaċitata;

(b)

id-data li minnha l-persuna protetta bi ħsiebha tirrisjedi jew toqgħod fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, u l-perijodu jew il-perijodi għal kemm ser toqogħod, jekk ikun magħruf;

(c)

l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax, u l-indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti;

(d)

l-identifikazzjoni (pereżempju, permezz ta’ numru u data) tal-att legali li jkun fih il-miżura ta’ protezzjoni li abbażi tagħha tkun inħarġet l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni;

(e)

sommarju tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni fl-Istat emittenti;

(f)

il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imposti, fil-miżura ta’ protezzjoni li fuqhom tkun ibbażata l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, it-tul ta’ żmien u l-indikazzjoni tal-piena, jekk ikun hemm, fil-każ ta’ ksur ta’xi projbizzjoni jew restrizzjonijiet minnhom;

(g)

l-użu ta’ kwalunkwe apparat tekniku, jekk ikun il-każ, li jkun ġie pprovdut lill-persuna protetta jew lill-persuna li tikkawża l-periklu bħala mezz biex tiġi infurzata l-miżura ta’ protezzjoni;

(h)

l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna li tikkawża l-periklu, kif ukoll id-dettalji tal-kuntatt ta’ dik il-persuna;

(i)

fejn din l-informazzjoni tkun magħrufa mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti mingħajr ma tkun meħtieġa informazzjoni oħra, jekk il-persuna protetta u/jew il-persuna li tikkawża l-periklu tkun ingħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti;

(j)

deskrizzjoni, fejn adatt, ta’ ċirkostanzi oħrajn li jista’ jkollhom effett fuq il-valutazzjoni tal-periklu li tiffaċċja l-persuna protetta;

(k)

l-indikazzjoni espressa, fejn applikabbli, li sentenza, skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI, diġà tkun ġiet ittrasferita lejn l-Istat ta’ superviżjoni, meta dan ikun differenti mill-Istat ta’ eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, u l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat għall-infurzar ta’ tali sentenza jew deċiżjoni.

Artikolu 8

Proċedura ta’ trasmissjoni

1.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tittrasmetti l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, hija għandha tagħmel dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub sabiex l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tkun tista’ tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

2.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jew tal-Istat emittenti ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti tal-Istat l-ieħor, l-awtorità tal-aħħar għandha tagħmel l-istħarriġ kollu rilevanti, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (9), il-Membru Nazzjonali tal-Eurojust jew is-Sistema Nazzjonali għall-koordinazzjoni tal-Eurojust tal-Istat tagħha, sabiex tikseb l-informazzjoni neċessarja.

3.   Meta awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li jirċievi ordni Ewropea ta’ protezzjoni ma jkollhiex kompetenza biex tirrikonoxxiha, dik l-awtorità għandha, ex officio, tibgħat l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni lill-awtorità kompetenti u għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kif meħtieġ bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Artikolu 9

Miżuri fl-Istat ta’ eżekuzzjoni

1.   Hekk kif tirċievi ordni Ewropea ta’ protezzjoni mibgħuta f’konformità mal-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha mingħajr dewmien żejjed tirrikonoxxi dik l-ordni u tieħu deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħha f’każ simili sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuna protetta, sakemm ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non rikonoxximent imsemmijin fl-Artikolu 10. L-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’ japplika, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, miżuri kriminali, amministrattivi jew ċivili.

2.   Il-miżura adottata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni skont il-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe miżura oħra meħuda abbażi ta’ deċiżjoni sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 11, għandha tikkorrispondi, sal-ogħla grad possibbli, mal-miżura ta’ protezzjoni adottata fl-Istat emittenti.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta bi kwalunkwe miżuri addottati f’konformità mal-paragrafu 1, kif ukoll dwar il-konsegwenzi legali possibbli ta’ ksur ta’ miżura bħal din kif provdut għalih fil-liġi nazzjonali u f’konformità mal-Artikolu 11(2). L-indirizz jew id-dettalji l-oħra ta’ kuntatt tal-persuna protetta ma għandhomx jiġu żvelati lill-persuna li tikkawża l-periklu sakemm dan ma jkunx meħtieġ bil-ħsieb tal-infurzar tal-miżura adottata f’konformità mal-paragrafu 1.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni tikkunsidra li l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 7 ma tkunx kompluta, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, tassenja perijodu ta’ żmien raġonevoli għaliha li fih għandha tipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

Artikolu 10

Raġunijiet għal non rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx ġiet kompluta fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni;

(b)

ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew issodisfati;

(c)

il-miżura ta’ protezzjoni tirrigwarda att li ma jikkostitwixxix reat kriminali taħt il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni;

(d)

il-protezzjoni tkun ġejja mill-eżekuzzjoni ta’ pieni jew miżura li, skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, hija koperta bl-amnestija u hija relatata ma’ att jew kondotta li taqa’ taħt il-kompetenza tiegħu skont dik il-liġi;

(e)

tkun konferita l-immunità taħt il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni lill-persuna li tikkawża l-periklu, li tagħmilha impossibbli li jkunu adottati miżuri abbażi ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni;

(f)

il-prosekuzzjoni kriminali kontra l-persuna li tikkawża l-periklu, għall-att jew kondotta li fir-rigward tagħha l-miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet adottata tkun preskritta skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, meta l-att jew kondotta jaqgħu fil-kompetenza tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu;

(g)

ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni jikser il-prinċipju ne bis in idem;

(h)

skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, il-persuna li tikkawża l-periklu, minħabba l-età ta’ dik il-persuna, ma tkux tista’ tinżamm kriminalment responsabbli għall-att jew kondotta li fir-rigward tagħha tkun ġiet adottata l-miżura ta’ protezzjoni;

(i)

il-miżura ta’ protezzjoni tirrigwarda reat kriminali li, taħt il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, huwa kkunsidrat li twettaq, b’mod sħiħ jew fil-parti l-kbira jew essenzjali tiegħu fit-territorju tiegħu.

2.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta li tirrikonoxxi ordni Ewropea ta’ protezzjoni fl-applikazzjoni ta’ wieħed mill-mottivi msemmija fil-paragrafu 1, għandha:

(a)

tinforma lill-Istat emittenti u lill-persuna protetta mingħajr dewmien mhux xieraq b’dan ir-rifjut u r-raġunijiet relatati ma’ dan;

(b)

fejn ikun xieraq, tinforma lill-persuna protetta dwar il-possibilità li titlob l-adozzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni b’komformità mad-dritt nazzjonali tagħha;

(c)

tinforma lill-persuna protetta dwar ir-rimedji legali applikabbli li huma disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħha kontra dik it-tali deċiżjoni.

Artikolu 11

Liġi regolatorja u kompetenza fl-Istat ta’ eżekuzzjoni

1.   L-Istat ta’ eżekuzzjoni għandu jkun kompetenti li jadotta u jinforza miżuri f’dak l-Istat wara r-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni. Il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tapplika għall-adozzjoni u l-infurzar tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 9(1), inklużi r-regoli dwar remedji legali kontra deċiżjonijiet adottati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni relatati mal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

2.   F’każ ta’ ksur ta’ miżura waħda jew aktar meħuda mill-Istat ta’ eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tkun, b’konformità mal-paragrafu 1, kompententi biex:

(a)

timponi pieni kriminali u tieħu kwalunkwe miżura oħra bħala konsegwenza tal-ksur, jekk tali ksur jammonta għal reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni;

(b)

tieħu kwalunkwe deċiżjoni mhux kriminali relatata mal-ksur;

(c)

tieħu kwalunkwe miżura urġenti u proviżorja sabiex jintemm il-ksur, sakemm, fejn adatt tittieħed deċiżjoni sussegwenti mill-Istat emittenti.

3.   Jekk ma hemm l-ebda miżura disponibbli fil-livell nazzjonali f’każ simili li tista’ tittieħed fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta’ protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, li tiegħu hija konxja.

Artikolu 12

Notifika fil-każ ta’ ksur

L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew l-Istat ta’ superviżjoni bi kwalunkwe ksur tal-miżura jew miżuri meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni. In-notifika għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 13

Kompetenza fl-Istat emittenti

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandu jkollha kompetenza esklużiva biex tieħu deċiżjonijiet relati ma’:

(a)

it-tiġdid, ir-reviżjoni, il-modifika, ir-revoka u l-irtirar tal-miżura ta’ protezzjoni u, konsegwentement, tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni;

(b)

l-impożizzjoni ta’ miżura ta’ kustodja bħala konsegwenza tar-revoka tal-miżura ta’ protezzjoni, dment li l-miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet applikata abbażi ta’ sentenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI, jew abbażi ta’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI.

2.   Il-liġi tal-Istat emittenti għandha tapplika għal deċiżjonijiet addotati b’konformità mal-paragrafu 1.

3.   Fejn sentenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI, diġà tkun ġiet ittrasferita, jew tiġi ttrasferita wara l-ħruġ ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, lil Stat Membru ieħor, deċiżjonijiet sussegwenti, kif previst minn dawk id-Deċiżjonijiet Qafas, għandhom jittieħdu f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk id-Deċiżjonijiet Qafas.

4.   Meta l-miżura ta’ protezzjoni tkun tinsab f’sentenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI li tkun ġiet ittrasferita jew tiġi trasferita wara li tinħareġ l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni lil Stat Membru ieħor, u l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ superviżjoni tkun ħadet deċiżjonijiet sussegwenti li jaffettwaw l-obbligi jew l-istruzzjonijiet li jkun hemm fil-miżura ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 14 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha ġġedded, teżamina, timmodifika, tirrevoka jew tirtira mingħajr dewmien l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni kif meħtieġ.

5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità mal-paragrafi 1 jew 4.

6.   Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun irrevokat jew irtirat l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1 jew mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri adottati f’konformità mal-Artikolu 9(1) hekk kif hija tiġi debitament innotifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.

7.   Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1 jew mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha, kif meħtieġ:

(a)

timmodifika il-miżuri addotati abbażi tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, filwaqt li taġixxi f’konformità mal-Artikolu 9; jew

(b)

tirrifjuta li tinforza il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni mmodifikati meta dan ma jkunx skont it-tipi ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, jew jekk l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni b’konformità mal-Artikolu 7 ma tkunx kompluta jew ma tkunx ġiet ikkompletata fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 9(4).

Artikolu 14

Raġunijiet għas-sospensjoni ta’ miżuri meħudin abbażi ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’ tissospendi l-miżuri meħudin fl-eżekuzzjoni ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni:

(a)

fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-persuna protetta ma tkunx tirrisjedi jew toqgħod fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, jew tkun definittivament telqet minn dak it-territorju;

(b)

meta, skont il-liġi nazzjonali tagħha, it-tul massimu ta’ żmien tal-miżuri adottati fl-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni jkun skada;

(c)

fil-każ imsemmi fl-Artikolu 13(7)(b); jew

(d)

fejn sentenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI, tiġi trasferita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent ta’ ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u, fejn ikun possibbli, lill-persuna protetta dwar din id-deċiżjoni.

3.   Qabel ma tissospendi l-miżuri f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’ tistieden lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk il-protezzjoni prevista mill-ordni Ewropea ta’ protezzjoni tkunx għadha meħtieġa fiċ-ċirkostanzi tal-każ in kwistjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha twieġeb, mingħajr dewmien, għal tali stedina.

Artikolu 15

Prijorità fir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni

Ordni Ewropea ta’ protezzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bl-istess prijorità li tkun applikabbli f’kawża nazzjonali simili, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

Artikolu 16

Konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti

Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni bla xkiel u effiċjenti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 17

Lingwi

1.   L-ordni Ewropea ta’ protezzjoni għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.

2.   Il-formola msemmija fl-Artikolu 12 għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat emittenti.

3.   Kwalunkwe Stat Membru jista’, meta din id-Direttiva tiġi adottata jew f’data aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni ddepożitata mal-Kummissjoni li huwa jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 18

Spejjeż

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ eżekuzzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, ħlief għall-ispejjeż li joħorġu esklużivament fit-territorju tal-Istat emittenti.

Artikolu 19

Relazzjoni mal- ftehimiet u arranġamenti oħrajn

1.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jkunu fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa’ u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw iktar il-proċeduri għat-teħid ta’ miżuri ta’ protezzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa’ u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċeduri għat-teħid ta’ miżuri ta’ protezzjoni.

3.   Sal-11 ta’ April 2012, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet u l-arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 li huma jixtiequ jkomplu japplikaw. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehimiet jew arranġamenti ġodda kif imsemmija fil-paragrafu 2, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu ffirmati tali ftehimiet jew arranġamenti.

Artikolu 20

Relazzjoni ma’ strumenti oħrajn

1.   Din id-Direttiva m’għandha taffettwa la l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, la Regolament (KE) Nru 2201/2003, la dik tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, jew il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal.

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI jew tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI.

Artikolu 21

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-11 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Ġbir ta’ data

L-Istati Membri, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, għall-inqas dwar in-numru ta’ ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti.

Artikolu 23

Reviżjoni

Sal-11 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. SZPUNAR


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ 14 ta’ Diċembru 2010 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill wara l-ewwel qari tal-24 ta’ Novembru 2011 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2011 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102.

(4)  ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20.

(5)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 48, 21.2.2003, p. 3.

(8)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(9)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130.


ANNESS I

ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

imsemmija fl-Artikolu 7 tad-

DIRETTIVA 2011/99/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAT-13 TA' DIĊEMBRU 2011 DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi ttrattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

FORMOLA

imsemmija fl-Artikolu 12 tad-

DIRETTIVA 2011/99/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAT-13 TA' DIĊEMBRU 2011 DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

NOTIFIKA TA' KSUR TAL-MIŻURA MEĦUDA ABBAŻI TAL-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi ttrattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (EU) Nru 1345/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/859/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar (2), l-informazzjoni relatata ma’ entità waħda fuq il-lista fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 għandha tiġi aġġornata.

(3)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 194/2008, l-entrata għal Mayar (H.K) Ltd għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Mayar India Ltd (Yangon Branch)

37, Rm (703/4), Level (7), Alanpya Pagoda Rd, La Pyayt Wun Plaza, Dagon, Yangon.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1.

(2)  Ara paġna 55 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1346/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-imniefaħ fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ kwalunkwe Stat Membru, minbarra d-Danimarka u l-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2) jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

23/T&Q

Stat Membru

L-Istati Membri kollha minbarra d-Danimarka u l-Irlanda

Stokk

BOR/678-

Speċi

Mniefaħ (Caproidae)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

Data

29.11.2011


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1347/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

85/T&Q

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HER/5B6ANB

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN

Data

26.11.2011


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1348/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-imniefaħ fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2011 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

83/T&Q

Stat Membru

Ir-Renju Unit/GBR

Stokk

BOR/678-

Speċi

Mniefaħ (Caproidae)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

Data

13.11.2011


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1349/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 134 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 biex timmaniġġja l-importazzjonijiet, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tiddetermina l-prodotti li għalihom l-importazzjoni tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja Hija u tivvaluta l-ħtieġa ta’ sistema tal-liċenzji, il-Kummissjoni tqis l-istrumenti xierqa għall-ġestjoni tas-swieq u b’mod partikulari għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (2) fl-Artikolu 1 (2)(a)(i) tiegħu flimkien mal-Anness II, il-Parti I, il-Punt I tiegħu jipprovdi għall-obbligu ta’ liċenzja għall-importazzjoni tal-“banana, impurtata friska skont ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni” li taqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 0803 00 19.

(3)

Preżentament, il-monitoraġġ effettiv tal-importazzjoni jista’ jsir permezz ta’ mezzi oħra. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u għall-fini biex jittaffa l-piż amministrattiv għall-Istati Membri u l-operaturi, għandu jitneħħa r-rekwiżit ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-banana. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità fir-rigward tal-banana li tkun tqiegħdet f’ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni (3) jillimita l-validità tal-liċenzji għas-sena tal-ħruġ. Għaldaqstant huwa xieraq li jitħeħħa l-obbligu biex jinkisbu liċenzji tal-importazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu b’hekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008, jitħassar il-Punt I “Banana (il-Parti XI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1350/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-promozzjoni tal-provvista taċ-ċereali fis-suq Komunitarju matul l-ewwel ftit xhur tas-sena tas-suq 2011/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 633/2011 (2) issospenda, sal-31 ta Diċembru 2011, id-dazji doganali fuq il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità baxxa u medja u tax-xgħir għall-għalf li nfetħu permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) u (KE) Nru 2305/2003 (4) rispettivament.

(2)

Il-prospettivi tal-iżvilupp fis-suq taċ-ċereali tal-Unjoni Ewropea għal tmiem is-sena tas-suq 2011/2012, jissuġerixxu li l-prezzijiet se jibqgħu għoljin, meta wieħed iqis il-livelli baxxi tal-istokkijiet u l-istat attwali tal-istimi tal-Kummissjoni rigward il-kwantitajiet li se jkunu disponibbli effettivament mill-ħsad tal-2011. Sabiex tiġi ffaċilitata ż-żamma tal-flussi tal-importazzjoni meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ fis-suq tal-Unjoni, jeħtieġ li tkun żgurata kontinwità fil-politika tal-importazzjoni taċ-ċereali billi sat-30 ta’ Ġunju 2012 tinżamm is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni li llum qed igawdu minn din il-miżura.

(3)

Barra minn hekk, l-operaturi m’għandhomx jiġu ppenalizzati f’każijiet fejn il-kunsinna taċ-ċereali diġà tkun intbagħtet għall-importazzjoni fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitqies il-ħin meħtieġ għat-trasport u l-operaturi għandhom jitħallew iqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa ċ-ċereali skont l-iskema ta’ sospensjoni tad-dazji doganali prevista f’dan ir-Regolament għall-prodotti kollha fejn it-trasport dirett lejn id-destinazzjoni fl-Unjoni jkun inbeda tal-anqas sat-30 ta’ Ġunju 2012. Għandha tiġi stabbilita wkoll l-evidenza li trid tingħata biex tiġġustifika t-trasport dirett lejn l-Unjoni u d-data ta’ meta jkun inbeda t-trasport.

(4)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-proċedura għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ppreżentax fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni tal-prodotti rilevanti tal-kodiċi tan-NM 1001 99 00, ta’ kwalunkwe kwalità barra l-kwalità għolja skont id-definizzjoni fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (5), u tan-NM 1003 hija sospiża għas-sena tas-suq 2011/2012, għall-importazzjonijiet kollha li jsiru skont il-kwoti tariffarji bid-dazju mnaqqas miftuħa permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 2305/2003.

2.   Fejn it-trasport taċ-ċereali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jsir direttament lejn destinazzjoni fl-Unjoni, u dan it-trasport ikun inbeda sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Ġunju 2012, is-sospensjoni tad-dazji doganali skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ tgħodd għall-finijiet tar-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa.

Għandha tiġi pprovduta evidenza tat-trasport dirett lejn destinazzjoni fl-Unjoni u tad-data meta jkun inbeda t-trasport, b’mod li tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti, permezz tad-dokument oriġinali tat-trasport.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2011, p. 19.

(3)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.

(5)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1351/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward is-sospensjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli fix-Xatt tal-Punent u fil-Medda ta’ Gaża

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ġie konkluż Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) (2) Il-Ftehim ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/824/UE (3).

(2)

Il-Ftehim jipprovdi għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data li fiha daħal fis-seħħ, għal konċessjonijiet ta’ tariffa mkabbra applikabbli fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ kwantitajiet bla limitu ta’ prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża. Barra minn hekk, il-possibbiltà ta’ estensjoni oħra tal-konċessjonijiet ta’ tariffa mkabbra hi wkoll prevista fil-Ftehim, li tiddependi mill-iżvilupp ekonomiku fil-futur tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża.

(3)

Peress li l-Ftehim jipprovdi għal aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd, hu neċessarju li tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza stipulati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 747/2001 għal prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, waqt il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 tal-21 ta’ Diċembru 1987 li jiffissal-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Israel, il-Ġordan, il-Marokk u x-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża (4), ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (5).

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 700/88 tas-17 ta’ Marzu 1988 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-florikultura li ġejjin minn Ċipru, l-Israel, il-Ġordan, il-Marokk u x-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża (6), ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2006 (7).

(6)

B’riżultat ta’ dan it-tħassir, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 747/2001 li jipprovdi għan-non-eliġibbiltà għall-konċessjonijiet tariffarji għal fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri fejn il-kondizzjonijiet tal-prezzijiet stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 4088/87 mhumiex osservati, sar żejjed u għalhekk għandu jitħassar.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(8)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej:

“Artikolu 1a

Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza għall prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża

L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza stipulati fl-Anness VIII għall-prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża għandha tiġi sospiża b’mod temporanju għal perjodu ta’ għaxar snin mill-1 ta’ Jannar 2012.

Madankollu, jiddependi mill-iżvilupp ekonomiku fil-futur tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, tista’ tkun ikkunsidrata l-possibbiltà ta’ estensjoni għal perjodu addizzjonali mill-inqas sena qabel ma jintemm il-perjodu ta’ għaxar snin kif previst fil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju tal-Ittri li ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/824/UE (*).

(*)  OJ L 328, 10.12.2011, p. 2.”"

(2)

L-Artikolu 2 qed jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.

(2)  ĠU L 328, 10.12.2011, p. 5.

(3)  ĠU L 328, 10.12.2011, p. 2.

(4)  ĠU L 382, 31.12.1987, p. 22.

(5)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 72, 18.3.1988, p. 16.

(7)  ĠU L 222, 15.8.2006, p. 4.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1352/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Billi:

(1)

ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jistabbilixxi projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti li m’għandhom l-ebda użu prtikolari ħlief għall-iskop tal-piena kapitali, tat-tortura u t-trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti u kontrolli fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għal skop bħal dan. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-rispett u l-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja u l-projbizzjoni ta’ tortura u trattament jew kastig inuman u degradanti.

(2)

F’ċerti każijiet riċenti prodotti mediċinali esportati lejn pajjiżi terzi ġew żvijati u użati għall-piena kapitali, notevolment bl-amministrazzjoni ta’ doża eċċessiva letali permezz ta’ injezzjoni. L-Unjoni ma tapprovax il-piena kapitali fiċ-ċirkustanzi kollha u taħdem favur l-abolizzjoni universali tagħha. L-esportaturi oġġezzjonaw għall-assoċjazzjoni involontarja tagħhom mal-użu tal-prodotti li żviluppaw għall-użu mediku.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li wieħed jipprovdi l-lista tal-prodotti skont ir-restrizzjonijiet tal-kummerċ sabiex jiġi evitat l-użu ħażin ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-piena kapitali u jassigura li l-esportaturi ta’ prodotti mediċinali huma soġġetti għal kundizzjonijiet uniformi f’dan ir-rigward. Il-prodotti mediċinali relevanti ġew żviluppati, fost oħrajn, għall-anestesija u l-loppju u l-esportazzjoni tagħhom m’għandhiex għalhekk tkun soġġetta għal projbizzjoni sħiħa.

(4)

Jeħtieġ ukoll li titwessa’ l-projbizzjoni fuq il-kummerċ ta’ ċintorini għax-xokkijiet elettriċi biex ikopru apparat simili li jintlibes fuq il-ġisem bħal kmiem u manetti għax-xokkijiet elettriċi li għandhom l-istess impatt bħaċ-ċintorini għax-xokkijiet elettriċi.

(5)

Jeħtieġ li jiġi projbit il-kummerċ ta’ lembubi bil-ponot li mhumiex permessi għall-infurzar tal-liġi. Filwaqt li l-ponot kapaċi jikkawżaw uġigħ jew tbagħtija fiżika sinifikanti, il-lembubi bil-ponot ma jidhrux aktar effettivi għall-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża minn lembubi ordinarji u l-uġigħ jew it-tbagħtija fiżika kkawżati mill-ponot huma għalhekk krudili u mhux bilfors jinħtieġu għall-iskop tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża.

(6)

Bidliet fin-numerar ta’ ċerti partijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) seħħew wara li ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 u l-kodiċi relevanti tan-NM għandhom jiġu aġġornati kif jixraq.

(7)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjoni tal-prodotti.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness II u Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 se jiġu mibdula bit-testi f’Anness I u Anness II, rispettivament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan m’għandux japplika għal prodotti mniżżla fil-punt 4.1 tal-Anness III li għalih ġiet ippreżentata dikjarazzjoni tal-esportazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS II

Lista ta’ prodotti msemmijin fl-Artikoli 3 u 4

Nota Introduttorja:

Il-‘kodiċi tan-NM’ f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1).

Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Nota: din il-lista ma tkoprix il-prodotti tekniċi mediċi

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1.   Prodotti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

ex 4421 90 98

ex 8208 90 00

1.1.

Forok u giljottini

ex 8543 70 90

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 10 00

ex 9402 90 00

1.2.

Siġġijiet elettriċi għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin

ex 9406 00 38

ex 9406 00 80

1.3.

Kmamar mingħajr arja, magħmulin pereżempju mill-azzar u mill-ħġieġ, maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ gass jew sustanza letali

ex 8413 81 00

ex 9018 90 50

ex 9018 90 60

ex 9018 90 84

1.4.

Sistemi awtomatiċi għall-injezzjoni tad-drogi maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ sustanza kimika letali

2.   Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

ex 8543 70 90

2.1.

Tagħmir għax-xokkijiet tal-elettriku li hu maħsub biex jintlibes fuq il-ġisem minn individwu mrażżan, bħal ċintorini, kmiem u manetti, maħsubin biex irażżnu l-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ xokkijiet elettriċi li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi 10 000  V

3.   Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub skont kif qed jingħad għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet, kif ġej:

ex 9304 00 00

3.1.

Lembubi jew bsaten magħmulin mill-metall jew materjal ieħor li jkollhom lasta b’ponot tal-metall


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.”


ANNESS II

“ANNESS III

Lista ta’ prodotti msemmijin fl-Artikolu 5

Nota Introduttorja:

Il-kodiċi tan-NM f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1.   Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

ex 9401 61 00

ex 9401 69 00

ex 9401 71 00

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 20 80

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

1.1.

Siġġijiet għat-trażżin u twavel bil-manetti

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax is-siġġijiet għat-trażżin maħsubin għal persuni b’diżabbiltà

ex 7326 90 98

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

1.2.

Manetti tas-saqajn, ktajjen għal grupp ta’ priġunieri, manetti u manetti individwali jew manetti fil-forma ta’ brazzuletti

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax ‘manetti ordinarji’. Il-manetti ordinarji huma manetti li għandhom qies ġenerali inkluża katina imkejla mix-xifer ta’ barra ta’ manetta waħda sax-xifer ta’ barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta jinqaflu u li ma ġewx modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbagħtija fiżika

ex 7326 90 98

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

1.3.

Manetti tas-saba’ l-kbir u strumenti għat-tgħaffiġ tas-saba’ l-kbir, inklużi manetti bis-snien tas-saba’ l-kbir

2.   Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex 8543 70 90

ex 9304 00 00

2.1.

Tagħmir tax-xokkijiet elettriċi li jista’ jinġarr, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, stun guns u dart guns tax-xokkijiet elettriċi li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi l-10 000  V.

1.

Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Anness II.

2.

Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

3.   Tagħmir li jista’ jinġarr għad-disseminazzjoni tas-sustanzi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża u sustanzi relatati, kif ġej:

ex 8424 20 00

ex 9304 00 00

3.1.

Tagħmir li jista’ jinġarr maħsub jew modifikat għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża bl-amministrazzjoni jew disseminazzjoni ta’ sustanza kimika inkapaċitanti

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax tagħmir individwali li jista’ jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

ex 2924 29 98

3.2.

Vanillilamide tal-aċidu pelargoniku (PAVA) (CAS RN 2444-46-4)

ex 2939 99 00

3.3.

Oleoreżina tal-kapsiku (OC) (CAS RN 8023-77-6)

4.   Prodotti li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin permezz ta’ injezzjoni letali, kif ġej:

ex 2933 53 90

[(a) to (f)]

ex 2933 59 95

[(g) and (h)]

4.1.

Barbiturati qosra u li jaġixxu bħala intermedji inklużi, iżda mhux limitati għal:

(a)

amobarbital (CAS RN 57-43-2

(b)

melħ tas-sodju amobarbital (CAS RN 64-43-7)

(c)

pentobarbital (CAS RN 76-74-4)”

(d)

melħ tas-sodju pentobarbital (CAS 57-33-0)

(e)

sekobarbital (CAS RN 76-73-3)

(f)

melħ tas-sodju amobarbital (CAS RN 309-43-3)

(g)

tijopental (CAS RN 76-75-5)

(h)

melħ tas-sodju tijopental (CAS RN 71-73-8), magħruf ukoll bħala sodju tijopentonju

Nota:

Dan il-punt jikkontrolla wkoll il-prodotti li fihom wieħed mill-aġenti anestetiċi mniżżlin taħt l-aġenti anestetiċi barbiturati qosra u li jaġixxu bħala intermedji.”


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1353/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti, id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u tad-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-infiq taħt l-FAEG u l-FAEŻR

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 70[(4c)] tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (2) jippermetti żieda fir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal massimu ta’ 95 % għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja.

(2)

Sabiex l-Istati Membri jitħallew jibbenefikaw kemm jista' jkun malajr mir-rata miżjuda ta’ kofinanzjament, ir-regoli għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-kuntest tal-kontijiet tal-FAEŻR, previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (3), għandhom jiġu adattati b'effett immedjat.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 883/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artiklu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006 jiżdied is-subparagrafu li jmiss:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-programmi tal-iżvilupp rurali mmodifikati skont l-Artikolu 70[(4c)] tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, matul il-perjodu li fih tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 70[(4c)] ta’ dak ir-Regolament, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ referenza. Għall-aħħar perjodu ta’ referenza meta tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 70[(4c)] tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, id-dikjarazzjoni tal-infiq imsemmija fl-Artikolu 16 għandha tindika separatament in-nefqa mġarrba qabel u wara li d-deroga ma baqgħetx tapplika. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li trid titħallas fir-rigward ta’ dawn il-perjodi ta’ referenza sekondarji għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pjan ta’ finanzjament fis-seħħ matul kull perjodu ta’ referenza sekondarju”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1354/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu mill-2012. Id-dazji u l-kwantitajiet għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi li jkunu fis-seħħ fis-sena 2012. B’riżultat tan-negozjati li wasslu għal Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (2), l-Unjoni ħadet l-obbligu li żżid il-volum annwali tan-New Zealand b’400 tunnellata u li tinkorpora fl-iskeda tagħha kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni erga omnes tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż bil-piż tal-karkassa ta’ 200 tunnellata.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (3) stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali ta’ 2 000 tunnellata u żieda ta’ 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta’ Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra kull sena mal-kwota tariffarja tal-GATT/WTO għaċ-Ċilì u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jitħaddmu bl-istess mod.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1245/2010 tal-21 ta’ Diċembru 2010 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għas-sena 2011, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (4) fetaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għas-sena 2011 skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi fis-seħħ matul is-sena 2011. Dawk il-kwoti tariffarji għandhom jinżammu u jinfetħu kull sena filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet msemmija hawn fuq man-New Zealand u maċ-Ċilì. Ir-Regolament (UE) Nru 1245/2010 jiskadi wkoll fi tmiem is-sena 2011 u għalhekk għandu jiġi mħassar. Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal aktar minn sena waħda u għandu jaqdi l-oġġettiv tas-simplifikazzjoni billi jevita l-adozzjoni ta’ regolment fuq bażi annwali.

(4)

L-importazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati fuq il-bażi ta’ sena kalendarja.

(5)

Jeħtieġ li jiġi ffissat ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni.

(6)

Il-kwoti tariffarji għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għandhom, permezz ta’ deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż (5), jitħaddmu f’konformità mal-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6).

(7)

Skont dan ir-Regolament il-kwoti tariffarji inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu bis-sistema ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Għalhekk l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jirrinunzjaw ir-rekwiżit għas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati skont dawk il-kwoti f’konformità mal-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(8)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta’ prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni fuq l-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skont il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi tan-NM, il-pajjiżi tal-oriġini, il-volum annwali, u n-numri tas-serje huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

1.   Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għal piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a)

għal annimali ħajjin: 0,47;

(b)

għall-ħaruf bla għadam u għal-laħam tal-gidi bla għadam: 1,67;

(c)

għal-laħam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż bla għadam, għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;

(d)

għal prodotti tal-laħam bl-għadma: 1,00.

“Gidi” għandha tfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.

Artikolu 4

B’deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. M’hemmx bżonn ta’ liċenzji ta’ importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Biex wieħed jibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, għandha titressaq lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni prova valida tal-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat kif ukoll dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġetti kkonċernati.

L-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji barra dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tkun deteminata skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Unjoni.

2.   Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata f’dak il-ftehim;

(b)

fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi stipulati f’dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

il-kodiċi NM (tal-anqas l-ewwel erba’ ċifri),

in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja ikkonċernata,

il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tariffarja tiegħu hija skont il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija ppreżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru wieħed tas-serje.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 1245/2010 huwa mħassar.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 2.

(3)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 37.

(5)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi) KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI MILL-2012

Kodiċi NM

Dazju “Ad valorem

%

Dazju speċifiku

EUR/100 Kg

Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Oriġini

Volum fis-sena f’tunnellati ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent =0,47)

Bla għadam ħaruf (1)

(Koeffiċjent =1,67)

Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadam (2)

(Koeffiċjent =1,81)

Laħam bl-għadma u Karkassi

(Koeffiċjent =1,00)

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

19 186

09.2109

09.2110

09.2013

In-New Zealand

228 254

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì (3)

6 800

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Il-Groenlandja

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faeroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (4)

200

09.2178

09.2179

09.2016

Erga omnes  (5)

200

0204 , 0210 99 21 , 0210 99 29 , 0210 99 60

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

L-Islanda

1 850

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10  %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (5)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U laħam tal-mogħoż barra dak tal-gidi.

(3)  Il-kwota tariffarja għaċ-Ċilì tiżdied b’200 t fis-sena.

(4)  “Oħrajn” għandha tirreferi għall-membri kollha tad-WTO minbarra l-Arġentina, l-Awstralja, in-New Zealand, l-Urugwaj, iċ-Ċilì, il-Groenlandja u l-Islanda.

(5)  “Erga omnes” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1355/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għaldaqstant, l-Anness V għandu jiġi aġġornat.

(3)

Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

“ANNESS V

Lista ta’ persuni, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)

A.   Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)

#

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

CHANG Song-taek (alias JANG Song-Taek)

Data tat-twelid:

jew 2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946 (il-provinċja ta' Hamgyong tat-Tramuntana)

Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617

Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

2.

CHON Chi Bu

 

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, qabel kien direttur tekniku ta' Yongbyon.

3.

CHU Kyu-Chang (alias JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: bejn l-1928 u l-1933 -{}-

Prim Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

4.

HYON Chol-hae

Data tat-twelid 1934 (Manchuria, iċ-Ċina)

Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (konsulent militari ta' Kim Jong-Il).

5.

JON Pyong-ho

Data tat-twelid 1926

Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

6.

Logutenent Ġenerali KIM Yong Chol

(alias: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul)

Data tat-twelid 1946

(Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq)

Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

7.

KIM Yong-chun (alias Young-chun)

Data tat-twelid: 4.3.1935

Numru tal-passaport: 554410660

Deputat President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali ta' Kim Jong-Il għall-istrateġija nukleari.

8.

O Kuk-Ryo

Data tat-twelid 1931

(il-provinċja ta' Jilin, iċ-Ċina)

Deputat President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li jissorvelja l-akkwiżizzjoni barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programmi nukleari u dawk ballistiċi.

9.

PAEK Se-bong

Data tat-twelid 1946

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

10.

PAK Jae-gyong (alias Chae-Kyong)

Data tat-twelid 1933

Numru tal-passaport: 554410661

Deputat Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Deputat Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong-Il).

11.

PAK To-Chun

Data tat-twelid: 9.3.1944

(Jagang, Rangrim)

Membru tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà. Responsabbli mill-industrija tal-armi u huwa rrappurtat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hija deċiżiva għall-programm nukleari tat- trasport tar-RDPK.

12.

PYON Yong Rip (alias Yong-Nip)

Data tat-twelid: 20.9.1929

Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.09.2005)

President tal-Akkademja tax-Xjenzi, li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM (Armi għall-Qerda tal-Massa)

13.

RYOM Yong

 

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti), responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

14.

SO Sang-kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.


B.   Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Green Pine Associated Corporation (alias: Chongsong Yonhap; Ch’o’ngsong Yo’nhap; Saengpil Associated Company; General Precious Metal Complex (GPM); Myong Dae Company; Twin Dragon Trading (TDT))

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pjongjang / Nungrado, Pjongjang

Ch’o’ngsong Yo’nhap ġiet identifikata għal sanzjonijiet talli esportat armi jew materjal relatat lejn il-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' bastimenti u armamenti marittimi militari, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi tal-missili, u esportat torpidows u assistenza teknika lejn ditti Iranajani relatati mad-difiża. Green Pine hija responsabbli għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mill-Korea ta' Fuq u ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-KOMID wara li din intagħżlet mill-UNSC.

2.

Hesong Trading Corporation

Post: Pjongjang

Ikkontrollata mill-Korea Mining Development Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); negozjant tal-armi ewlieni u esportatur ewlieni ta’ merkanzija u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

Hesong Trading Corporation hija involuta f‘akkwisti għal użu potenzjali fil-programm ta' missili ballistiċi.

3.

Korea Complex Equipment Import Corporation

Post: Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang

Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

4.

Korea Heungjin Trading Company

Post: Pjongjang

Entità bbażata fi Pjongjang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet kummerċjali (KOMID li ġiet iddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Heungjin Trading Company hija ssuspettata wkoll li involviet ruħha fil-forniment ta' merkanzija relatata mal-missli lejn is-Shahid Hemmat Industrial Group tal-Iran.

5.

Korea International Chemical Joint Venture Company

(alias Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation)

Post: Hamhung, Provinċja ta' Hamgyong tan-Nofsinhar; Man gyongdae-kuyok, Pjongjang; Mangyungdae-gu, Pjongjang

Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

6.

Korea Kwangsong Trading Corporation

Post: Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang

Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

7.

Korea Pugang mining and machinery Corporation ltd

 

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni tat-trab tal-aluminju, li jista' jintuża għall-missili.

8.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

(alias: Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation)

Post: Distrett Ċentrali, Pjongjang; Mangungdae-gu, Pjongjang; Distrett ta' Mangyongdae, Pjongjang;

Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

Is-siti ta' produzzjoni tal-Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation dan l-aħħar ġew immodernizzati u huma parzjalment maħsuba għall-ipproċessar tal-materjali rilevanti għall-produzzjoni nukleari.

9.

Korea Taesong Trading Company

Post: Pjongjang

Entità bbażata fi Pjongjang użata mill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet kummerċjali (KOMID ġiet iddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Il-Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem il-KOMID f'negozjati mas-Sirja.

10.

Munitions Industry Department

(alias: Military Supplies Industry Department) -{}-

Post: Pjongjang

Responsabbli għall-attivitajiet ta' superviżjoni tal-industrji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż it-Tieni Kumitat Ekonomiku (TKE) u l-KOMID. Dan jinkludi s-superviżjoni tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi u l-programmi nukleari tal-Korea ta' Fuq.

Sa ftit żmien ilu, Munitions Industry Department kien immexxi minn Jon Pyong Ho; skont it-tagħrif disponibbli, dak li qabel kien l-ewwel viċi direttur tal-Munitions Industry Department (MID), Chu Kyu-ch’ang (Ju Gyu-chang), huwa d-diretturt ta' bħalissa ta' MID, li hija magħrufa pubblikament bħala l-Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-superviżjoni tat-tfigħ tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) fil-5 ta' April 2009 u t-tfigħ tal-missila TD-2, li ma rnexxiex, f'Lulju 2006.

11.

Korean Ryengwang Trading corporation

Distrett ta' Rakwon-dong, Pothonggang, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

12.

Reconnaissance General Bureau (RGB)

(alias: Chongch’al Ch’ongguk; RGB; KPA Unit 586)

Post: Hyongjesan-Guyok, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq; Nungrado, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq

Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence għall-Korea ta' Fuq, maħluqa fil-bidu tal-2009 bl-amalgamazzjoni tal-organizzazzjonijiet eżistenti tal-intelligence mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, id-Dipartiment tal-Operati u Uffiċċju 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata Popolari tal-Korea. Hija taqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hija primarjament responsabbli għall-ġbir tal-intelligence militari. L-RGB tinnegozja f'armi konvenzjonali u tikkontrolla l-impriża tal-armi konvenzjonali Green Pine Associated Corporation (Green Pine) tal-Korea ta' Fuq.

13.

It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin fil-programm tal-missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli mis-superviżjoni tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Imexxi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġie magħżul min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni fuq livell nazzjonali responsabbli mir-riċerka u mill-iżvilupp tas-sistemi avvanzati tal-armi tal-Korea ta' Fuq, fosthom missili u x'aktarx armi nukleari. Il-Kumitat juża għadd ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir u tagħrif minn barra l-pajjiż, fosthom mill-Korea Tangun Trading Corporation, biex jintużaw fi programmi ta' missili u x'aktarx armi nukleari fil-Korea ta' Fuq.

14.

Sobaeku United Corp. (alias Sobaeksu United Corp.)

 

Kumpanija Statali, involuta fir-riċerka jew fl-akkwiżizzjoni ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha bosta depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

15.

Tosong Technology Trading Corporation

Post: Pjongjang

Ikkontrollata mill-Korea Mining Development Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); negozjant tal-armi ewlieni u esportatur ewlieni ta’ merkanzija u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

16.

Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

 

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).


C.   Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)

#

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

JON Il-chun

Data tat-twelid: 24.8.1941

Fi Frar 2010 KIM Tong-un tneħħa mill-kariga tiegħu ta' direttur ta' Office 39 li. fost affarijiet oħrajn, huwa responsabbli mill-akkwiżizzjoni ta' merkanzija permezz tar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-RDPK b’mod li jiġu evitati s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-persuni ewlenin tal-Bank tal-Iżvilupp tal-Istat.

2.

KIM Tong-un

 

Qabel kien direttur ta' "Office 39" tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

3.

KIM Tong-Myo'ng

(alias: Kim Chin-so'k)

Data tat-twelid 1964

Nazzjonalità: tal-Korea ta’ Fuq

Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

Kim Dong Myong kellu bosta karigi f'Tanchon sa mill-inqas l-2002 u bħalissa huwa l-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-alias Kim Chin-so'k.


D.   Persuni ġuridiċi, entitatjiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)

#

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Amroggang Development Banking Corporation

(alias: Amroggang Development Bank; Amnokkang Development Bank)

Indirizz: Tongan-dong, Pjongjang

Entità proprjetà jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

Stabbilita fl-2006, Amroggang Development Banking Corporation hija ġestita mill-uffiċjali ta' Tanchon Commercial Bank, li għandu rwol fl-iffinanzjar tal-bejgħ min-naħa ta’ KOMID (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) ta' missili ballistiċi u li kien involut ukoll fit-tranżizzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal għand Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran.

2.

Bank of East Land

(alias: Dongbang Bank; Tongbang U’nhaeng; Tongbang Bank)

Indirizz: PO Box 32, BEL Building, Jonseung-Dung, Distrett ta' Moranbong, Pjongjang

Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li tiffaċilita t-tranżizzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lil Green Pine Associated Corporation (Green Pine), li hija manifattur u esportatur iddenotat tal-armi. Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jiġu ttrasferiti fondi b'mod li jiġu evitati s-sanzjonijiet.

Fl-2007 u fl-2008, Bank of East Land iffaċilita t-tranżizzjonijiet li jinvolvu lil Green Pine u lil istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani ddenotati, inkluż Bank Melli u Bank Sepah. Bank of East Land iffaċilita wkoll it-tranżizzjonijiet finanzjarji għall-benefiċċju tal-programmi tal-armi ta' Reconnaissance General Bureau’s (RGB) tal-Korea ta' Fuq.

3.

Korea Daesong Bank

(alias: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank)

Indirizz: Segori-dong, Gyongheung St., Distrett ta' Potonggang, Pjongjang

Tel: 850 2 381 8221

Tel: 850 2 18111 ext. 8221

Faks: 850 2 381 4576

Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li taqa’ direttament taħt Office 39 u li hija involuta fl-iffaċilitar ta' proġetti ta' finanzjament għall-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

4.

Korea Daesong General Trading Corporation

(alias: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation)

Indirizz: Pulgan Gori Dong 1, Distrett ta' Potonggang, Pjongjang

Tel: 850 2 18111 ext. 8204/8208

Tel: 850 2 381 8208/4188

Faks: 850 2 381 4431/4432

Kumpanija li taqa’ taħt Office 39 u li tintuża għall-iffaċilitar ta' tranżizzjonijiet barranin f'isem Office 39.

Id-Direttur ta' Office 39, Kim Tong-un, huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 329/2007.’

5.

Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC)

(alias: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC)

Indirizz: Jungson-dong, Sungri Street, Distrett Ċentrali, Pjongjang

Subordinarja li taġixxi f'isem ta' jew fuq ordni ta', u hija wkoll proprjetà jew ikkontrollata mill-Korea Ryonbong General Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

Tipprovdi servizzi finanzjarji biex tappoġġa kemm lil Tanchon Commercial Bank (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) u kemm Korea Hyoksin Trading Corporation (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009);

Sa mill-2008, Tanchon Commercial Bank kien qiegħed juża lil KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati ma’ Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (entità ddenotata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009.

Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU jiddeskrivuha bħala li hija involuta fl-iżvilupp tal-armi tal-qerda tal-massa, pruvat tuża lil KKBC b'rabta mal-akkwiżizzjoni ta' tagħmir b'użu doppju fl-2008. KKBC għandha mill-inqas fergħa waħda barra mill-pajjiż f'Dandong, iċ-Ċina.

6.

Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

(alias: Office #39; Office Nru 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor, Division 39.)

Indirizz: Second KWP Government Building (Korean: Ch’o’ngsa), Chungso’ng, Urban Tower (Korean’Dong), Chung Ward, Pjongjang; Chung-Guyok (Distrett Ċentrali), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pjongjang; Changgwang Street, Pjongjang.

Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea jipparteċipa f'attivitajiet ekonomiċi illeċiti biex jappoġġa lill-Gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon kollu li jiġbru u jiġġestixxu fondi u huwa responsabbli għall-ġbir ta' munità barranija għall-mexxejja ta' livell għoli tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea fil-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar tan-narkotiċi. Office 39 jikkontrolla għadd ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u barra mill-pajjiż li permezz tagħhom iwettaq bosta attivitajiet illeċiti inklużi l-produzzjoni, il-kuntrabandu u t-tixrid ta' narkotiċi. Office 39 kien involut ukoll fit-tentattiv biex tiġi akkwistata merkanzija lussuża u biex din tiġi ttrasferita lejn il-Korea ta' Fuq.

Office 39 jinsab fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti inkarigati bl-akkwiżizzjoni tal-munità u tal-merkanzija. Jingħad li din l-entità hija taħt il-kontroll dirett ta' KIM Jong-il; l-uffiċċju jikkontrolla bosta kumpaniji kummerċjali li wħud minnhom huma attivi f’attivitajiet illeċiti, fosthom, Daesong General Bureau, li jagħmel parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpaniji tal-pajjiż. Skont ċerti sorsi Office 39 għandu uffiċċju ta’ Rappreżentanza f'Ruma, f’Beijing, f’Bangkok, f’Singapor, f’Hongkong u f’Dubai. Għad-dinja esterna Office 39 ibiddel l-isem u l-apparenza b'mod regolari. Id-direttur ta' Office 39, JON Il-chun, huwa diġà elenkat fil-lista tal-UE dwar is-sanzjonijiet.

Office 39 ipproduċa metamfetamina f'Sangwon, fil-Provinċja ta' Pyongan tan-Nofsinhar, u kien involut wkoll fit-tixrid ta' amfetamina lil kuntrabandisti żgħar tal-Korea ta' Fuq għat-tixrid fiċ-Ċina u fil-Korea ta' Isfel. Office 39 jopera wkoll irziezet li jkabbru l-peprin fil-Provinċa ta' Hamkyo’ng tat-Tramuntana u jipproduċi oppju u eroina f'Hamhu’ng u f’Nachin.

Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat, li falla, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq, minn ġoċ-Ċina – żewġ jottijiet lussużi magħmula l-Italja li jiswew aktar minn $15-il miljun. It-tentattiv, li twaqqaf mill-awtoritajiet Taljani, biex il-jottijiet destinati għal Kim Jong-il kienet qiegħda tikser is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontral-Korea ta' Fuq skont l-UNSCR 1718, li jirrikjedi b'mod speċifiku li l-Istati Membri jipprevjenu l-fornitura, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' merkanzija lussuża lejn il-Korea ta' Fuq.

Preċedentament, Office 39 kien jintuża minn Banco Delta Asia giex jaħsel rikavat illeċitu. Banco Delta Asia ġie identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala “tħassib ewlieni dwar il-ħasil tal-flus” skont it-Taqsima 311 tal-att USA PATRIOT, għax irrappreżentat riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u ta' reati finanzjarji oħrajn.”


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1356/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

61,8

MA

67,1

TN

88,5

TR

107,8

ZZ

81,3

0707 00 05

JO

182,1

TR

149,7

ZZ

165,9

0709 90 70

MA

37,8

TR

140,3

ZZ

89,1

0805 10 20

AR

41,5

BR

39,7

CL

30,5

MA

53,2

TR

67,2

ZA

48,3

ZZ

46,7

0805 20 10

MA

87,3

TR

79,7

ZZ

83,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

75,8

MA

64,3

TR

78,1

ZZ

72,7

0805 50 10

AR

52,9

TR

52,4

ZZ

52,7

0808 10 80

CA

112,8

US

108,5

ZA

121,8

ZZ

114,4

0808 20 50

CN

80,4

ZZ

80,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1357/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Diċembru 2011 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Diċembru 2011 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Diċembru 2011 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 0,401722 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/51


REGOLAMENT (UE) Nru 1358/2011 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li temenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9)

(BĊE/2011/26)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 19.1 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipola illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jitlob li istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri jżommu riżervi minimi f’kontijiet mal-BĊE u ma’ banek ċentrali nazzjonali għat-twettiq tal-għanijiet tal-politika monetarja u li r-regolamenti dwar il-kalkolu u d-determinazzjoni tar-riżervi minimi meħtieġa jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2003/9) (1) jistabbilixxi, inter alia, il-kategoriji ta’ istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti tar-riżerva u l-proporzjoni tar-riżerva applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ obbligazzjonijiet.

(3)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011 il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar miżuri msaħħa addizzjonali għall-appoġġ ta’ kreditu biex jappoġġaw is-self tal-banek u l-likwidità fis-suq tal-flus taż-żona tal-euro. Peress illi mhuwiex meħtieġ illi s-sistema tar-riżerva minima tal-BĊE tiġi applikata l-istess bħal ma jsir taħt ċirkostanzi normali sabiex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet tas-suq tal-flus, sabiex tkun tista’ tissaħħaħ il-provvista ta’ likwidità lil kontropartijiet għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huwa meħtieġ illi jitnaqqas il-proporzjon tar-riżerva għal 1 %. Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għal Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) huwa mibdul b’li gej:

“2.   Proporzjon ta’ riżerva ta’ 1 % għandu japplika għall-obbligazzjonijiet l-oħra kollha inklużi fil-bażi tar-riżerva.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Artikolu 1 għandu japplika mill-perjodu taż-żamma li jibda fit-18 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.


DEĊIŻJONIJIET

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/857/PESK

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Waqt li jikkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, l-Artiklu 42(4) u l-Artiklu 43(2) tiegħu,

Waqt li jikkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1).

(2)

Fis-26 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/312/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u li testendiha sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Fit-8 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) irrakkomanda l-estensjoni teknika tal-EU BAM Rafah għal 6 xhur oħra.

(4)

L-EU BAM Rafah għandha tiġi estiża ulterjorment mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012 abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(6)

L-EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 12 ġie sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EU BAM Rafah f’konformità mal-Artikoli 5 u 9, f’koordinazzjoni mad-Direttorat tas-Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EU BAM Rafah u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-EU BAM Rafah, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattar u l-istrumenti ta’ sostenn tiegħu.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mad-Direttetorat ta’ Sigurtà tas-SEAE.

4.   Il-persunal tal-EU BAM Rafah għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda d-dmirijiet tiegħu f’konformità mal-OPLAN. Hu għandu jirċievi taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post, organizzat mill-SMSO.”;

(2)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 ġie sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-25 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 21 570 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 970 000.”;

(3)

fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu ġie sostitwit b’dan li ġej:

“Hija ser tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  ĠU L 140, 27.5.2011, p. 55.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/858/PESK

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/784/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) li kienet estiża l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK (2) u skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(2)

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/784/PESK (3) li kompliet mill-1 ta’ Jannar 2011 il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani, u li tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Fit-8 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) irrakkomanda l-estensjoni teknika tal- EUPOL COPPS għall-sitt xhur oħra.

(4)

L-EUPOL COPPS għandha tiġi estiża ulterjorment mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012 abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(6)

L-EUPOL COPPS ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/784/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL COPPS f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 9, f’koordinazzjoni mad-Direttorat tas-Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUPOL COPPS u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-EUPOL COPPS, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u l-istrumenti ta’ sostenn tiegħu.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mad-Direttorat ta’ Sigurtà tas-SEAE.

4.   Il-persunal tal-EUPOL COPPS għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f’konformità mal-OPLAN. Hu għandu jirċievi taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.”;

(2)

L-Artikolu 13 paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun EUR 8 250 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal- EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sa 30 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 4 750 000.”;

(3)

L-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

(2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 76

(3)  ĠU L 335, 18.12.2010, p. 60


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/859/PESK

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK tas-26 ta’ April 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Fis- 26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar.

(2)

L-informazzjoni marbuta ma’ entità waħda fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK għandha tiġi aġġornata.

(3)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK, l-entrata għal Mayar (H.K) Ltd għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“Mayar India Ltd (Yangon Branch)

37, Rm (703/4), Level (7), Alanpya Pagoda Rd, La Pyayt Wun Plaza, Dagon, Yangon”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 22.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/860/PESK

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 12(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

(2)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta’ persuni u entitajiet, kif tinsab fl-Anness II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK, li għaliha japplikaw l-Artikoli 4(1)(b) u (c) u 5(1)(b) u (c) ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(4)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrata li tikkonċerna entità waħda inkluża fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi emendata.

(5)

Barra minn hekk il-Kunsill iddeċieda li aktar persuni u entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK.

(6)

Il-lista tal-persuni u l-entitajiet imniżżla fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandhom jiġu emendati kif imniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32.


ANNESS

Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu f’ punt (A) u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu f’punt (B):

A.   Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Logutenent Ġenerali Kim Yong Chol

(magħruf ukoll bħala: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul)

Data tat-Twelid: 1946

Lokalità: Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq

Kim Yong Chol huwa l-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

2.

Pak To-Chun

Data tat-Twelid: 9 ta' Marzu 1944

Post tat-Twelid: Jagang, Rangrim

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali.

Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u ta' lanċatur tar-rokits tar-RDPK.

B.   Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Hesong Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Mining Development Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

Involuta f'fornimenti b'użu potenzjali fi programm ta' missili ballistiċi.

2.

Tosong Technology Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Mining Development Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

3.

Korea Complex Equipment Import Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

4.

Korea International Chemical Joint Venture Company

(magħrufa wkoll bħala Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation)

Hamhung, South Hamgyong Province, RDPK; Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, RDPK; Mangyungdae-gu, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

5.

Korea Kwangsong Trading Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

6.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

(magħrufa wkoll bħala: Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation)

Central District, Pyongyang, RDPK; Mangungdae-gu, Pyongyang, RDPK; Mangyongdae District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

Is-siti ta' produzzjoni ġew reċentement modernizzati u huma parzjalment maħsuba għall-ipproċessar ta' materjal relevanti għall-produzzjoni nukleari.

7.

Munitions Industry Department

(magħruf ukoll bħala: Military Supplies Industry Department)

Pyongyang, RDPK

Responsabbli għas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-industriji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż is-Second Economic Committee (SEC) u KOMID. Dan jinkludi s-sorveljanza tal-iżvilupp tal-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq.

Sa reċenti, kien immexxi minn Jon Pyong Ho. L-informazzjoni tissuġġerixxi li l-ex l-ewwel viċi direttur ta' Munitions Industry Department (MID) Chu Kyu-ch’ang (Ju Gyu-chang) issa huwa d-direttur tal-MID, li pubblikament jirreferu għalih bħala Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-sorveljanza fil-5 ta' April, 2009 tal-isparar tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) u fl-Lulju 2006 l-isparar li ma rnexxiex ta' ta' TD-2.

8.

Reconnaissance General Bureau (RGB)

(magħruf ukoll bħala: Chongch’al Ch’ongguk; RGB; KPA Unit 586)

Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Nungrado, Pyongyang, Korea ta' Fuq.

Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tal-Korea ta' Fuq, maħluqa kmieni fl-2009 bil-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Korean Workers' Party, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Dan jaqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hu primarjament inkarigat mill-ġbir ta' intelligence militari. L-RGB hu involut fil-kummerċ ta' armi konvenzjonali u jikkontrolla l-intrapriża tal-Korea ta' Fuq ta' armi konvenzjonali nnominata mill-UE bħala Green Pine Associated Corporation (Green Pine).

(b)

F’punt (B) l-entrata għal Green Pine Associated Corporation għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Green Pine Associated Corporation (magħrufa wkoll bħala: Chongsong Yonhap; Ch’o’ngsong Yo’nhap; Saengpil Associated Company; General Precious Metal Complex (GPM); Myong Dae Company; Twin Dragon Trading (TDT))

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang/Nungrado, Pyongyang

Ch’o’ngsong Yo’nhap ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta’ Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta’ missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine hija responsabbli għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mill-Korea ta’ Fuq u assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-KOMID wara li din ġiet indikata mill-KSNU.

(2)

Fl-Anness III il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (A) u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (B):

A.   Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 4(1)(c) u 5(1)(c)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Kim Tong-Myo'ng

(magħruf ukoll bħala: Kim Chin-so'k)

Data tat-Twelid: 1964, Ċittadinanza: Korea ta' Fuq.

Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (innominat mill-Kumitat 1718 f'April 2009).

Kim Dong Myong kellu diversi pożizzjonijiet fit-Tanchon sa mill-inqas l-2002, hu attwalment il-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-użu tal-psewdonimu Kim Chin-so'k.

B.   Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(c)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC)

(magħrufa wkoll bħala: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC)

Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, RDPK

Subordinat li taġixxi f'isem ta' jew taħt id-direzzjoni ta', proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009).

Tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ kemm għal Tanchon Commercial Bank (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) kif ukoll għal Korea Hyoksin Trading Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'Lulju 2009).

Sa mill-2008, Tanchon qed juża l-KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal milljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009.

Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU ddiskrevewh bħala li kien involut fl-iżvilupp ta' armi ta' distruzzjoni massiva, fittex li juża l-KKBC f'konnessjoni max-xiri fl-2008 ta' tagħmir b'użu doppju. Il-KKBC għandu mill-inqas fergħa bflarranija f'Dandong, iċ-Ċina.

2.

Amroggang Development Banking Corporation

(magħrufa wkoll bħala: Amroggang Development Bank; Amnokkang Development Bank)

Tongan-dong, Pyongyang, RDPK

Proprjetà ta' jew ikkontrolata minn Tanchon Commercial Bank (innominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009). Stabbilita fl-2006, Amroggang hi mmexxija minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID (innominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran.

3.

Bank of East Land

(magħruf ukoll bħala: Dongbang Bank; Tongbang U’nhaeng; Tongbang Bank)

PO Box 32, BEL Building, Jonseung-Dung, Moranbong District, Pyongyang, Korea ta' Fuq.

Bank of East Land (magħruf ukoll bħala Dongbang Bank) Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq -jiffaċilita transazzjonijiet relatati ma' armi, u appoġġ ieħor lil, manifattur u esportatur innominat ta' armi Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Il-Bank of East Land ħadem b'mod attiv mal-Green Pine għat-trasferiment ta' fondi b'mod li jaħarbu s-sanzjonijiet.

Fl-2007 u l-2008, il-Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu lil Green Pine u nnomina istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, inkluż il-Bank Melli u l-Bank Sepah. Il-Bank of East Land iffaċilita wkoll transazzjonijiet finanzjarji għall-benefiċċju tal-programm tal-armi ta' Reconnaissance General Bureau (RGB) tal-Korea ta' Fuq.

4.

Office 39 of the The Korean Workers’ Party

(magħruf ukoll bħala: Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor Division 39.)

Second KWP Government Building (Korean: Ch’o’ngsa), Chungso’ng, Urban Tower (Korean’Dong), Chung Ward, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Chung-Guyok (Central District), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Changgwang Street, Pyongyang, North Korea.

Office 39 tal-Korean Workers’ Party hu involut f'attività ekonomika illeċita b'appoġġ għall-gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon li jiġbru u jamministraw fondi u hu responsabbli għall-qligħ ta' munita barranija għat-tmexxija għolja tal-Korean Workers’ Party tal-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar ta' narkotiċi. Office 39 jikkontrolla numru ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u fl-esteru li permezz tagħhom iwettaq għadd ta' attivitajiet illeċiti inklużi l-produzzjoni, il-kuntrabandu, u d-distribuzzjoni ta' narkotiċi. Office 39 kien ukoll involut f'attentat ta' akkwist u trasferiment ta' oġġetti lussużi lejn il-Korea ta' Fuq.

Office 39 jidher fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti bil-kompitu li jakkwistaw munita u merkanzija. Hu mifhum li hu taħt il-kmand dirett ta' KIM Jong-il.

Dan jikkontrolla diversi kumpanniji kummerċjali li xi wħud minnhom huma attivi f'attivitajiet illeċiti, fosthom Daesong General Bureau, parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpanniji tal-pajjiż. Skont xi sorsi, Office 39 għandu uffiċċju ta' rappreżentanza f'Ruma, Beijing, Bangkok, Singapore, Hongkong u Dubai. Għall-barrani, office 39 jibdel l-isem u d-dehra regolarment. Id-direttur ta' Office 39, JON il-chun, diġà hu mniżżel fil-lista ta' sanzjonijiet tal-UE.

Office 39 ipproduċa l-metamfetamina f'Sangwon, South Pyongan Province u kien involut ukoll fid-distribuzzjoni tal-metamfetamina lil kuntrabandisti fuq skala żgħira tal-Korea ta' Fuq għad-distribuzzjoni miċ-Ċina u l-Korea t'Isfel. Office 39 jopera wkoll azjendi għat-tkabbir tal-peprin fin-North Hamkyo’ng Province u n-North Pyongan Province u jipproduċi l-oppju u l-eroina f'Hamhu’ng u Nachin.

Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat li ma irnexxiex, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq - miċ-Ċina - żewġ jottijiet lussużi magħmulin fl-Italja li jiswew aktar minn 15-il miljun dollaru. L-attentat biex jiġu esportati l-jottijiet destinati għal Kim Jong-il li twqqaf mill-awtoritajiet Taljani kien bi ksur tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korea ta' Fuq taħt il-UNSCR 1718 li jirrikjedu b'mod speċifiku lill-Istati Membri li jimpedixxu l-provvista, il-bejgħ, jew it-trasferiment ta' oġġetti lussużi lill-Korea ta' Fuq.

Office 39 qabel uża l-Banco Delta Asia għall-ħasil ta' rikavati illeċiti. Banco Delta Asia kien identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala "intrapriża primarja għall-ħasil tal-flus" taħt it-Taqsima 311 tal-PATRIOT Act tal-Istati Uniti għax dan kien jirrappreżenta riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u reati finanzjarji oħrajn.


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/61


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2011

dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9269)

(2011/861/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiċu (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Frar 2011, f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-Kenja talbet deroga mir-regoli tal-oriġini stabbiliti f’dak l-Anness għall-perjodu ta’ sena. Fl-20 ta’ Settembru 2011, il-Kenja ppreżentat informazzjoni addizzjonali relatata mat-talba li għamlet. It-talba tkopri kwantità totali ta’ 2 000 tunnellata metrika flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604. It-talba saret minħabba li l-qbid u l-provvista ta’ tonn nej tal-oriġini naqsu u minħabba l-problema tal-piraterija.

(2)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kenja l-qabdiet tat-tonn nej tal-oriġini huma inqas mis-soltu, anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet staġonali normali u wasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-flettijiet tat-tonn. Barra minn hekk, il-Kenja ġibdet l-attenzjoni tar-riskju involut minħabba l-piraterija waqt il-forniment tat-tonn nej. Din is-sitwazzjoni anormali qed twassal biex ikun impossibbli għall-Kenja li tikkonforma mar-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 matul perjodu partikolari.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi AKP għall-Unjoni kif ukoll it-tranżizzjoni mingħajr diffikultà mill-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-AKP u l-KE għall-Ftehim li jistabbilixxi l-qafas għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika (Ftehim Interim ta’ Sħubija-EAC-UE), għandha tingħata deroga ġdida b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2011.

(4)

Deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ma għandhiex tikkawża ħsara serja f’industrija Komunitarja stabbilita meta wieħed iqis l-importazzjonijiet konċernati, dejjem jekk jitħarsu ċerti kundizzjonijiet relatati mal-kwantitajiet, is-sorveljanza u t-tul ta’ żmien.

(5)

Huwa għalhekk iġġustifikat li tingħata deroga temporanja skont l-Artikolu 36(1)(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(6)

Il-Kenja se tibbenefika minn deroga awtomatika mir-regoli tal-oriġini għall-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 f’konformità mal-Artikolu 41(8) tal-Protokoll tal-Oriġini mehmuż mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE, meta dak il-Ftehim jidħol fis-seħħ jew meta jiġi applikat b’mod temporanju.

(7)

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u d-derogi minnhom għandhom jiġu sostitwiti mir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE, li d-dħul fis-seħħ tiegħu jew l-applikazzjoni provviżorja tiegħu huma mistennija li jseħħu fl-2012. Għalhekk, id-deroga għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2011. Filwaqt li għadha trid tingħata deroga fl-2011, is-sitwazzjoni globali, inkluż l-istat tar-ratifika tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE, se tiġi rivalutata fl-2012.

(8)

Skont l-Artikolu 41(8) tal-Protokoll tal-Oriġini mehmuż mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE, id-deroga awtomatika mir-regoli tal-oriġini hija limitata għall-kwota annwali ta’ 2 000 tunnellata metrika flettijiet tat-tonn għall-pajjiżi li jkunu inizjalaw il-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE (il-Kenja, l-Uganda, it-Tanzanija, ir-Rwanda, il-Burundi). Il-Kenja hija l-uniku pajjiż fir-reġjun li bħalissa qed jesporta flettijiet tat-tonn lill-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-Kenja tingħata deroga skont l-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward ta’ 2 000 tunnellata metrika flettijiet tat-tonn, li hija kwantità li ma taqbiżx il-kwota annwali sħiħa mogħtija lir-reġjun tal-EAC skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija EAC-UE.

(9)

Kif xieraq, għandha tingħata deroga lill-Kenja għal 2 000 tunnellata metrika flettijiet tat-tonn għall-perjodu ta’ sena.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) jistipula r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Kenja, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(11)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Kenja għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni d-dettalji taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 li jkunu nħarġu, b’mod regolari.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dan l-Anness, il-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn materjali li mhumiex tal-oriġini, għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mill-Kenja skont it-termini stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness li huma dikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn l-Unjoni mill-Kenja matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tal-Kenja għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex iwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 kollha li joħorġu għal dawk il-prodotti għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-kaxxa Nru 7 taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 li nħarġu skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi dan li ġej:

“Derogation — Implementing Decision 2011/861/EU”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu

Kwantitajiet

09.1667

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

1.1.2011 sal-31.12.2011

2 000 tunnellata metrika


21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/64


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2011 u li temenda d-Deċiżjoni 2010/712/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi approvati b’dik id-Deċiżjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9478)

(2011/862/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 27(5) u (6) u 28(2)tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (2) tistipula li biex jiġu approvati skont il-miżuri stipulati fl-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni għandhom jissodisfaw tal-anqas il-kriterji mniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/712/UE tat-23 ta’ Novembru 2010 li tapprova programmi annwali u pluriennali u l-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2011 u s-snin ta’ wara (3) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri dwar l-infiq li sar għal dawk il-programmi. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni kollha tagħhom għall-2011, filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(5)

Ċerti Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja attwali, jeħtieġ li jingħata appoġġ addizzjonali biex jiġu kkumpensati s-sidien tal-annimali maqtulin u miżuri oħra ffinanzjati f’livell ta’ 50 % biex jiġi żgurat li jitkomplew il-programmi veterinarji kofinanzjati mill-UE, sabiex tinżamm it-tendenza pożittiva fir-rigward tal-mard differenti.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għal livell ogħla ta’ finanzjament, filwaqt li qieset is-sitwazzjoni veterinarja u d-disponibbiltà tal-fondi mis-sena finanzjarja attwali, u qieset li huwa xieraq li l-miżuri eliġibbli li jiġu ffinanzjati f’livell ta’ 50 %, jingħataw appoġġ ikbar billi jiġi mmodifikat il-livell ta’ finanzjament għal 60 %.

(7)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal numru ta’ programmi nazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq li jiġu riallokati l-fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk li jipprevedu li se jaqbżuha. Ir-riallokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aktar tagħrif reċenti dwar in-nefqa reali mġarrba mill-Istati Membri kkonċernati.

(8)

Barra minn hekk, il-Portugall ippreżenta programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi tal-bovini, il-Latvja ppreżentat programm emendat għall-kontroll tas-salmonellożi, ir-Rumanija u s-Slovakkja ppreżentaw programmi emendati għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer, id-Danimarka ppreżentat programm ta’ stħarriġ emendat għall-influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar selvaġġi, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, u r-Renju Unit ippreżentaw programmi emendati għall-Enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE), l-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) u l-iskrapie u r-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja ppreżentaw programmi emendati għall-qerda tar-rabja.

(9)

Il-Kummissjoni vvalutat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu li huma konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/341/KE. Il-programmi emendati għandhom għalhekk jiġu approvati.

(10)

Id-Deċiżjoni 2010/712/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi tal-bovini ppreżentat mill-Portugall

Il-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi tal-bovini ppreżentat mill-Portugall fit-12 ta’ April 2011 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-programmi emendati għas-Salmonellożi (zoonotic salmonella) f’qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f’qatgħat tad-dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Belġju u mil-Latvja

Il-programmi emendati li ġejjin għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f’qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u brojler ta’ Gallus gallus u f’qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) huma b’dan approvati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

(a)

il-programm ippreżentat mill-Belġju fis-26 ta’ Lulju 2011;

(b)

il-programm ippreżentat mil-Latvja fit-8 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 3

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-programmi tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentati mir-Rumanija u s-Slovakkja

Il-programmi emendati li ġejjin għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

(a)

il-programm ippreżentat mir-Rumanija fis-7 ta’ Ottubru 2011;

(b)

il-programm ippreżentat mis-Slovakkja fil-21 ta’ Novembru 2011.

Artikolu 4

Approvazzjoni tal-programm ta’ stħarriġ emendat għall-influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar selvaġġi ppreżentat mid-Danimarka

Il-programm emendat ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar selvaġġi ppreżentat mid-Danimarka fl-4 ta’ Marzu 2011 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 5

Approvazzjoni ta’ programmi emendati għall-Enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE), l-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) u l-iskrapie, ippreżentati minn ċerti Stati Membri

Il-programmi emendati li ġejjin għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE), u għall-qerda tal-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) u tal-iskrapie huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

(a)

il-programm ippreżentat mill-Belġju fil-15 ta’ Ġunju 2011;

(b)

il-programm ippreżentat mir-Repubblika Ċeka fis-17 ta’ Ġunju 2011;

(c)

il-programm ippreżentat mid-Danimarka fit-8 ta’ Ġunju 2011;

(d)

il-programm ippreżentat mill-Ġermanja fl-14 ta’ Ġunju 2011;

(e)

il-programm ippreżentat mill-Estonja fis-27 ta’ Ġunju 2011;

(f)

il-programm ippreżentat mill-Irlanda fid-29 ta’ Ġunju 2011;

(g)

il-programm ippreżentat minn Spanja fl-1 ta’ Lulju 2011;

(h)

il-programm ippreżentat minn Franza fit-13 ta’ Lulju 2011;

(i)

il-programm ippreżentat mill-Italja fit-22 ta’ Ġunju 2011;

(j)

il-programm ippreżentat minn Ċipru fit-30 ta’ Ġunju 2011;

(k)

il-programm ippreżentat mil-Latvja fit-28 ta’ Ġunju 2011;

(l)

il-programm ippreżentat mil-Lussemburgu fl-24 ta’ Ġunju 2011;

(m)

il-programm ippreżentat mill-Ungerija fid-29 ta’ Ġunju 2011;

(n)

il-programm ippreżentat mill-Pajjiżi l-Baxxi fit-30 ta’ Ġunju 2011;

(o)

il-programm ippreżentat mill-Awstrija fid-29 ta’ Ġunju 2011;

(p)

il-programm ippreżentat mill-Polonja fit-28 ta’ Ġunju 2011;

(q)

il-programm ippreżentat mill-Portugall fid-29 ta’ Ġunju 2011.

(r)

il-programm ippreżentat mis-Slovenja fit-8 ta’ Ġunju 2011;

(s)

il-programm ippreżentat mis-Slovakkja fit-30 ta’ Ġunju 2011;

(t)

il-programm ppreżentat mill-Finlandja fit-22 ta’ Ġunju 2011;

(u)

il-programm ippreżentat mill-Isvezja fl-20 ta’ Ġunju 2011;

(v)

il-programm ippreżentat mir-Renju Unit fit-28 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 6

Approvazzjoni tal-programmi emendati għar-rabja ppreżentati mir-Rumanija u mill-Finlandja

Il-programmi emendati li ġejjin għall-qerda tar-rabja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

(a)

il-programm ippreżentat mir-Rumanija fit-23 ta’ Settembru 2011;

(b)

il-programm ppreżentat mill-Finlandja fil-15 ta’ Settembru 2011.

Artikolu 7

Approvazzjoni tal-programm multiannwali għar-rabja emendat ippreżentat mis-Slovenja

Il-programm multiannwali emendat għall-qerda tar-rabja ppreżentat mis-Slovenja fis-16 ta’ Settembru 2011 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 8

Emendi għad-Deċiżjoni 2010/712/UE

Id-Deċiżjoni 2010/712/UE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 4 600 000 għal Spanja;

(ii)

EUR 3 000 000 għall-Italja;

(iii)

EUR 90 000 għal Ċipru;

(iv)

EUR 1 040 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 1 350 000 għar-Renju Unit.”

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

:

għal test rose bengal

:

EUR 0,24 għal kull test;

(b)

:

għal test SAT

:

EUR 0,24 għal kull test;

(c)

:

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

:

EUR 0,48 għal kull test;

(d)

:

għal test ELISA

:

EUR 1,2 għal kull test”.

2.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 16 000 000 għall-Irlanda;

(ii)

EUR 18 500 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 5 500 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 1 440 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 26 500 000 għar-Renju Unit.”

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) u (b) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

:

għal test għat-tuberkulożi

:

EUR 2,4 għal kull test;

(b)

:

għal test gamma-interferon

:

EUR 6 għal kull test”.

3.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 160 000 għall-Greċja;

(ii)

EUR 9 200 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 4 200 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 85 000 għal Ċipru;

(v)

EUR 2 260 000 għall-Portugall.”

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) u (b) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

:

għal test rose bengal

:

EUR 0,24 għal kull test;

(b)

:

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

:

EUR 0.48 għal kull test”.

4.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 420 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 10 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 1 700 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 0 għad-Danimarka;

(v)

EUR 400 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 10 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 100 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 5 200 000 għall-Spanja;

(x)

EUR 3 000 000 għal Franza;

(xi)

EUR 300 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 20 000 għal-Latvja;

(xiii)

EUR 5 000 għal-Litwanja;

(xiv)

EUR 60 000 għall-Ungerija;

(xv)

EUR 10 000 għal Malta;

(xvi)

EUR 50 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

(xvii)

EUR 160 000 għall-Awstrija;

(xviii)

EUR 50 000 għall-Polonja;

(xix)

EUR 1 650 000 għall-Portugall;

(xx)

EUR 100 000 għar-Rumanija;

(xxi)

EUR 50 000 għas-Slovenja;

(xxii)

EUR 60 000 għas-Slovakkja;

(xxiii)

EUR 20 000 għall-Finlandja;

(xxiv)

EUR 20 000 għall-Isvezja.”

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (f) huma sostitwiti b’li ġej:

“(a)

:

għal test ELISA

:

EUR 3 għal kull test;

(b)

:

għal test PCR

:

EUR 12 għal kull test;

(c)

:

għax-xiri ta’ tilqim monovalenti

:

EUR 0,36 għal kull doża;

(d)

:

għax-xiri ta’ tilqim bivalenti

:

EUR 0,54 għal kull doża;

(e)

:

għall-amministrazzjoni ta’ tilqim għall-annimali bovini

:

EUR 1,80 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati;

(f)

:

għall-amministrazzjoni ta’ tilqim għall-annimali ovini jew kaprini

:

EUR 0,90 għal kull annimal ovin jew kaprin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati;”

5.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 1 200 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 25 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 2 100 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 340 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 1 000 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 40 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 120 000 għall-Irlanda;

(viii)

ta’ EUR 1 000 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 1 300 000 għal Spanja;

(x)

EUR 660 000 għal Franza;

(xi)

EUR 1 700 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 150 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 1 650 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 20 000 għal-Lussemburgu;

(xv)

EUR 2 400 000 għall-Ungerija;

(xvi)

EUR 150 000 għal Malta;

(xvii)

EUR 3 900 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xviii)

EUR 1 200 000 għall-Awstrija;

(xix)

EUR 4 800 000 għall-Polonja;

(xx)

EUR 65 000 għall-Portugall;

(xxi)

EUR 500 000 għar-Rumanija;

(xxii)

EUR 120 000 għas-Slovenja;

(xxiii)

EUR 600 000 għas-Slovakkja;

(xxiv)

EUR 75 000 għar-Renju Unit.’

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (e) huma sostitwiti b’li ġej:

“(a)

:

għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni/iżolament)

:

EUR 8,4 għal kull test;

(b)

:

għax-xiri ta’ tilqima

:

EUR 0,06 għal kull doża;

(c)

:

għas-serotipar tal-iżolati rilevanti tas-salmonella spp.

:

EUR 24 għal kull test;

(d)

:

għal test batterjoloġiku biex jivverifika l-effiċjenza ta’ diżinfezzjoni tal-gallinari tat-tiġieġ wara d-depopulazzjoni ta’ qatgħa li tittestja pożittiv għas-salmonella,

:

EUR 6 għal kull test;

(e)

:

għal test għad-detezzjoni tal-aġenti antimikrobi jew l-effett ta’ inibizzjoni tal-formazzjoni ta’ batterji fit-tessuti, minn tjur meħudin minn qatgħet ittestjati għas-Salmonella

:

EUR 6 għal kull test”

6.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 120 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 1 600 000 għall-Ġermanja;

(iii)

EUR 240 000 għal Franza;

(iv)

EUR 160 000 għall-Italja;

(v)

EUR 700 000 għall-Ungerija;

(vi)

EUR 700 000 għar-Rumanija;

(vii)

EUR 30 000 għas-Slovenja;

(viii)

EUR 300 000 għas-Slovakkja.”

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 2,5” hija sostitwita bi’“EUR 3”.

7.

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 90 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 25 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 70 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 80 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 300 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 75 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 50 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 150 000 għal Spanja;

(x)

EUR 150 000 għal Franza;

(xi)

EUR 1 000 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 20 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 45 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 10 000 għal-Litwanja;

(xv)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 360 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 20 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 360 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

(xix)

EUR 60 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 100 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 45 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 180 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 50 000 għas-Slovenja;

(xxiv)

EUR 15 000 għas-Slovakkja;

(xxv)

EUR 25 000 għall-Finlandja;

(xxvi)

EUR 50 000 għall-Isvezja;

(xxvii)

EUR 160 000 għar-Renju Unit.”

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (e) huma sostitwiti b’li ġej:

“(a)

:

test ELISA

:

EUR 2,4 għal kull test;

(b)

:

test bl-immunodiffużjoni fil-ġel agar

:

EUR 1,44 għal kull test;

(c)

:

test HI għal H5/H7

:

EUR 14,40 għal kull test;

(d)

:

test bl-iżolament tal-vajrus

:

EUR 48 għal kull test;

(e)

:

test PCR

:

EUR 24 għal kull test.”

8.

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2(c), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

(b)

Il-paragrafu 2(d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

(i)

EUR 1 900 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 330 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 1 030 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 1 370 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 7 750 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 330 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 4 000 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 2 000 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 6 650 000 għal Spanja;

(x)

EUR 18 850 000 għal Franza;

(xi)

EUR 6 000 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 1 700 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 320 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 720 000 għal-Litwanja;

(xv)

EUR 125 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 1 180 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 25 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 3 530 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

(xix)

EUR 1 800 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 3 440 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 1 800 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 1 000 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 250 000 għas-Slovenja;

(xxiv)

EUR 550 000 għas-Slovakkja;

(xxv)

EUR 580 000 għall-Finlandja;

(xxvi)

EUR 850 000 għall-Isvezja;

(xxvii)

EUR 6 500 000 għar-Renju Unit.”

(c)

Fil-paragrafu 3(d), “EUR 10” hija sostitwita bi “EUR 12”.

9.

L-Artikolu 10, il-paragrafu 2(c) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (i), “EUR 1 800 000” huwa sostitwit bi “EUR 850 000”;

(b)

Fil-punt (ii), “EUR 620,000” huwa sostitwit b’“EUR 570,000”;

(c)

Fil-punt (iv), “EUR 7 110 000” huwa sostitwit bi “EUR 8 110 000”;

(d)

Fil-punt (v), “EUR 5 000 000” huwa sostitwit b’“EUR 2 100 000”;

(e)

Fil-punt (vii), “EUR 200 000” huwa sostitwit b’“EUR 290 000”;

10.

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 10, “il-paragrafi 2 u 3” huwa sostitwit b’“il-paragrafu 2(a), il-paragrafu 2(b) u l-paragrafu 3”.

11.

Il-paragrafu 5(c) tal-Artikolu 11, huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (i), “EUR 2 250 000” huwa sostitwit b’“EUR 1 600 000”;

(b)

Fil-punt (ii), “EUR 1 800 000” huwa sostitwit b’“EUR 1 500 000”;

(c)

Fil-punt (v), “EUR 740 000” huwa sostitwit bi “EUR 850 000”.

12.

Fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 11, “il-paragrafi 5 u 6” huwa sostitwit b’“il-paragrafu 5(a), il-paragrafu 5(b) u l-paragrafu 6”.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(3)  ĠU L 309, 25.11.2010, p. 18.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/70


DEĊIŻJONI Nru 2/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAT-TRASPORT BL-AJRU BEJN IL-KOMUNITÀ U L-ISVIZZERA STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tal-25 ta’ Novembru 2011

li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

(2011/2/UE)

IL-KUMITAT TAT-TRASPORT BL-AJRU BEJN IL-KOMUNITÀ U L-ISVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness għal din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim, b'seħħ mill-1 ta’ Frar 2012.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Matthew BALDWIN

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Peter MÜLLER


ANNESS

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea;

Kull fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew il-ħtieġa ta’ konnessjoni ma’ dawn tal-aħħar, għall-għan ta’ dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw b'mod indaqs għall-Isvizzera jew għall-ħtieġa ta’ konnessjoni mal-Isvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92, li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Bla ħsara għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu li jfissru l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 1008/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:

Id-Direttiva 2000/34/KE

Nru 437/2003

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani [inġenji tal-ajru], kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004

Nru 2009/12

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (li għandha tiġi applikata mill-Isvizzera mill-1 ta’ Lulju 2011)

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)

Nru 80/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

2.   Regoli dwar il-kompetizzjoni

Nru 3975/87

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru (l-Artikolu 6(3)), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (l-Artikoli 1-13, 15-45)

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Sa fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)

Ir-Regolament (KEE) Nru 17/62 ġie mħassar mir-Regolament (KE) Nru 1/2003, bl-eċċezjoni tal-Artikolu 8(3) li jibqa' japplika għad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sad-data tat-tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)

(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għandu japplika dan li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera:

(1)

Fir-rigward ta’ konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta’ mhux inqas minn tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Svizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta’ sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-Konfederazzjoni Svizzera s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Svizzera esprimiet nuqqas ta’ qbil rigward it-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Svizzera skont dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [l-Amalgamazzjonijiet]:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2).

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien imsemmi fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Svizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti għand l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008

Nru 2006/111

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi

Nru 487/2009

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru.

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva Nru 2004/36/KE, kif emendata bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009,

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħa konferita lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħa konferita lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5), (7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), (5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).

Minkejja l-adattament orizzontali pprovdut fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jiftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jiġi interpretat fis-sens ta’ trasferiment ta’ setgħa lill-EASA biex taġixxi f'isem l-Isvizzera fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi tal-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.

Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

(a)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”;

(ii)

fil-paragrafu 2(a), il-kliem “jew l-Isvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”;

(iii)

fil-paragrafu 2, jitħassru l-punti (b) u (c);

(iv)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma’ pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim li jipprovdi li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta’ dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Isvizzera offerta ta’ ftehim simili mal-pajjiż terz konċernat. Min-naħa tagħha, l-Isvizzera għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi korrispondenti għal dawk tal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 29, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Svizzeri li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 30, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A għal dan l-Anness, skont l-Appendiċi għall-Anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 37, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-Bord ta’ Ġestjoni u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt tal-vot”.

(e)

Fl-Artikolu 59, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.   L-Isvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

S (0,2/100) + S [1 – (a + b) 0,2/100] c/C

meta:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija li mhux koperta mit-tariffi u imposti li jissemmew fil-paragrafu 1(c) u (d)

a

=

l-għadd ta’ Stati Assoċjati

b

=

l-għadd tal-Istati Membri tal-UE

c

=

il-kontribut tal-Isvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribut totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 61, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Isvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B għal dan l-Anness”.

(g)

L-Anness II għar-Regolament għandu jkun estiż għall-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c [HB-IDJ] – tip CL600-2B19

 

A/c - [HB-IKR, HB-IMY, HB-IWY] – tip Gulfstream G-IV

 

A/c - [HB-IMJ, HB-IVZ, HB-JES] – tip Gulfstream G-V

 

A/c - [HB-XJF, HB-ZCW, HB-ZDF] – tip MD900.

Nru 1108/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva Nru 2006/23/KE

Nru 91/670

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili

(l-Artikoli 1-8)

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13)), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008

Nru 996/2010

Regulation of the European Parliament and of the Council of 20 October 2010 on the investigation and prevention of accidents and incidents in civil aviation and repealing Directive 94/56/KE

Nru 2004/36

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sikurezza ta’ ajruplani [inġenji tal-ajru] ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-9, u 11-14), kif emendata l-aħħar bi:

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/49/KE

Nru 351/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2008 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità

Nru 768/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza ta’ inġenji tal-arju li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema tal-informazzjoni

Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-12)

Nru 1321/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta’ tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'depożitu ċentrali ta’ tagħrif

Nru 1330/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta’ tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 736/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni

Nru 1702/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinftiehmu suġġett għall-aġġustament li ġej:

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 3, 4, 6, 8, 10, 11, 13 u 14, id-data “it-28 ta’ Settembru 2003” għandha tkun sostitwita bil-kliem “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fl-Anness għar-Regolament”.

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010.

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel [jistabbilixxi] ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea

Nru 593/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet [tariffi] u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, kif emendat l-aħħar bi:

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 2004/36/KE

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011 (2)

4.   Sigurtà fl-Avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 185/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011

Nru 2010/774

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tat-13 ta’ April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, [traduzzjoni mhux uffiċjali] kif emendata bi:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2604/UE,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/3572/UE,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/9139/UE.

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “fil-livell Komunitarju, li jinvolvi l-Isvizzera”.

 

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni, ma għandhomx jinftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi, fir-rigward tal-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15a, 16 u 17.

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 1 u 6, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz tagħhom, safejn hija legalment konċernata”.

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6, u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru [Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru] (Ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiż, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008,

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikolu 9.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet ta’ titjir fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew [traduzzjoni mhux uffiċjali], kif emendata l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2010

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi ta’ skambju ta’ dejta tat-titjira għall-iskopijiet tan-notifika, koordinament u trasferiment ta’ titjiriet bejn unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009

Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (li għandha tiġi applikata mill-Isvizzera sa mid-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni Svizzera rilevanti iżda mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012), kif emendata l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010

Nru 2006/23

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'il fuq mil-livell 195 ta’ titjir

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011

Nru 1265/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru.

Nru 691/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru

Miżuri korrettivi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament huma obbligatorji għall-Isvizzera wara li kienu adottati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt

Nru 2010/5134

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 2010/5110

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-ħatra ta’ Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali fil-kuntest tal-Ispazju tal-Ajru

Nru 176/2011

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta’ blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali

Nru 2011/121

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/121/UE tal-21 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni u l-limiti ta’ twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014

6.   Ambjent u Storbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss [storbju] fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, u 14-18)

(L-emendi għall-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes [storbju] minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

(l-Artikoli 1-8)

Nru 2006/93/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).

7.   Ħarsien tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

(l-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur.

(l-Artikoli 1-11)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(l-Artikoli 1-18)

Nru 1107/2006

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b'diżabbiltà u ta’ persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.

8.   Mixxellanju

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2)).

9.   Annessi

A

:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B

:

Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ parteċipanti mill-Isvizzera fl-attivitajiet tal-EASA


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(2)  Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Isvizzera sakemm tkun fis-seħħ fl-UE.

ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri l-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għat-twettiq ta’ ħidmiethom,

QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżentati minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġi mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, fejn hu possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu rimessa jew jirrimborżaw l-ammont ta’ taxxa indiretta jew taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta’ din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, madankollu, biex ikollhom effett li jikkaġunaw distorzjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta’ taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżenti minn dazji doganali, projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha fir-rigward ta’ oġġetti intenzjonati għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti importati b'dan il-mod, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha wkoll tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet u t-trażmissjonijiet uffiċjali tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru t-trattament mogħti minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

Laissez-passer f'għamla li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, li għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jistgħu jinħarġu lill-membri u lill-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-laissez-passer għandu jinħareġ lill-uffiċjali u impjegati oħrajn taħt kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet sabiex dawn il-laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

M'għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort'oħra fuq il-moviment liberu ta’ Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, jingħataw:

(a)

mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali anzjani li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-Gvernijiet ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ Gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta’ opinjonijiet jew voti espressi minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tiġi invokata la meta Membru jinqabad fil-fatt li jwettaq reat u lanqas ma żżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet skont il-konswetudini.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom:

(a)

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x'jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Huma għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux suġġetti għal restrizzjonijiet fl-immigrazzjoni jew għal formalitajiet fir-reġistrazzjoni ta’ frustieri;

(c)

fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f'dak il-pajjiż, bla ħsara, f'kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skont il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, mingħajr preġudizzju f'kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż ikkonernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja, konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom, għal skopijiet ta’ taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta’ taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, sakemm dak il-pajjiż huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-konjugi, safejn il-konjugi ma jkollhomx separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqgħodu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ dak it-taxxa, titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn ikkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħrajn inklużi f'dawk il-kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi skont il-konswetudini lil missjonijiet f'pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha l-obbligu li tneħħi din l-immunità mogħtija, lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor, kull meta dik l-istituzzjoni tikkunsidra li t-tneħħija ta’ din l-immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

Għall-iskop li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u r-Rapporteurs Assistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta’ immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili f'każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma’ dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżenti minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni simili fil-każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Appendiċi

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA FL-ISVIZZERA

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Isvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika b'mod ekwu fl-Isvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

Oġġetti u servizzi esportati mill-Isvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa Svizzera fuq il-valur miżjud (VAT). Fil-każ ta’ oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Isvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta’ rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jammonta għal total ta’ tal-anqas Frank Svizzeru 100 (taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formoli pprovduti mill-Amministrazzjoni Svizzera għal dan il-għan. Bħala regola, it-talbiet għar-rifużjoni, flimkien mad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni meħtieġa, għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu tressqu.

3.   Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Isvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Isvizzera mhix meqjusa bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 hawn fuq.

L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Svizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha kompetenza esklussiva għall-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħha għal dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol għall-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI SVIZZERI F'ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Isvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dawn.

Artikolu 2

Kontrolli

1.   Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta’ Marzu 2003, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) kif ukoll l-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipprevedu t-twettiq fi kwalunkwe mument ta’ verifiki xjentifiċi, finanzjarji, tekniċi jew ta’ xort'oħra fis-sedi tagħhom u tas-sottokuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi dawk f'format elettroniku, biex iwettqu dawn il-verifiki. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni.

4.   Il-verifiki jistgħu jseħħu sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fuq it-territorju Svizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ dawn il-verifiki.

Artikolu 3

Kontolli fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata biex twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Svizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali tal-Verifika Svizzeru jew ma’ awtoritajiet Svizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Svizzeru, li għandu jiġi notifikat fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Svizzeri konċernati jkunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Svizzeri kompetenti.

4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu kontrolli jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Svizzeri, filwaqt li jaġixxu f'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni, biex jaqdu dmirijiethom fit-twettiq ta’ kontrolli jew spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika, dwar kull fatt jew suspett relatat ma’ irregolarità li jkunu saru jafu bih waqt it-twettiq tal-kontrolli jew l-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki u l-ispezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet Svizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta’ wieħed mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Svizzeri għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih li jirrelata ma’ irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali Svizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma għandhix tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief dawk li fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Isvizzera, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħrajn ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera, miżuri u penali ammistrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002, u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjari tal-Komunità Ewropea (4).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta’ applikazzzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu infurzabbli fl-Isvizzera.

L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-kontroll tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Svizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jseħħ skont ir-regoli ta’ proċedura Svizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawżola ta’ arbitraġġ, huma infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.