ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 247

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-128 sessjoni plenarja tal-KtR, 22.3.2018–23.3.2018

2018/C 247/01

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

1

2018/C 247/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Tingħata spinta lill-konnettività tal-broadband fl-Ewropa

7

2018/C 247/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-FSE bi tħejjija għall-proposta għal wara l-2020

11

2018/C 247/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-prezz u r-riskju ta’ nuqqas ta’ koeżjoni: il-valur strateġiku tal-politika ta’ koeżjoni biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat u jiġu indirizzati sfidi ġodda għar-reġjuni Ewropej

16

2018/C 247/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Tkabbir: L-inklużjoni tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Punent tal-Balkani fl-Inizjattivi ta’ Kooperazzjoni Makroreġjonali, Transkonfinali u Transnazzjonali tal-UE

22

2018/C 247/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pakkett kummerċjali

28

2018/C 247/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għall-industrija: ir-rwol u l-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

38

2018/C 247/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Fond Ewropew għad-Difiża

43


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-128 sessjoni plenarja tal-KtR, 22.3.2018–23.3.2018

2018/C 247/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali emendat u strumenti baġitarji ġodda għaż-żona tal-euro

54

2018/C 247/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

62


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-128 sessjoni plenarja tal-KtR, 22.3.2018–23.3.2018

13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/1


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-“Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni”

(2018/C 247/01)

Relatur:

Dimitrios Kalogeropoulos (EL/PPE), Politikament responsabbli quddiem il-Kunsill Muniċipali ta’ Palaio Faliro

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twettiq tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

COM(2017) 558 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti preliminari

1.

Jenfasizza li minħabba diversi raġunijiet varji l-movimenti migratorji huma parti integrali tal-istorja tal-bniedem u partikolarment tal-istorja Ewropea; jenfasizza li l-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa bħalissa jinsabu taħt pressjoni min-numru kbir ta’ migranti li jirriżulta mill-instabbiltà f’ pajjiżi barra l-UE. Il-kontinent tal-Ewropa, u b’mod partikolari r-reġjuni mal-konfini tan-Nofsinhar u tal-Lvant, u s-sena l-oħra l-Punent tal-Mediterran u l-kosta Spanjola, inkluża l-kosta Atlantika tan-Nofsinhar ta’ Spanja, ilhom għal żmien twil ċentru ta’ emigrazzjoni, iżda f’dawn l-aħħar snin saru punt ta’ wasla prinċipali għall-flussi migratorji u tar-refuġjati minn barra l-UE.

2.

In-numru ta’ migranti u refuġjati, l-aktar minn pajjiżi Afrikani u Asjatiċi, kif ukoll mil-Lvant Nofsani li jippruvaw jidħlu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) żdied drastikament f’dawn l-aħħar snin. Mill-2015, l-Ewropa rċeviet l-akbar numru ta’ migranti u refuġjati minn tmiem it-tieni gwerra dinjija. Fatturi bħalma huma l-kriżi kontinwa fis-Sirja, l-iżvilupp ta’ ċentri ta’ nkwiet f’diversi reġjuni tal-Afrika u l-Asja, u t-tentattiv minn ħafna persuni f’dawk il-kontinenti biex ifittxu kundizzjonijiet ta’ għajxien aħjar fl-Ewropa, kienu kritiċi biex din it-tendenza tiggrava. Il-pajjiżi ewlenin tal-wasla fl-UE huma dawk bil-kosti mal-Baħar Mediterran, b’mod partikolari l-Greċja u l-Italja.

3.

Biex din l-isfida bla preċedent tiġi indirizzata kemm jista’ jkun b’mod effettiv, f’Mejju 2015, l-Unjoni Ewropea ħabbret Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (1). Il-prijorità immedjata kienet li jiġu salvati l-ħajjiet fil-baħar fid-dawl tat-traġedji umanitarji fil-Mediterran, u għalhekk biex tiġi żviluppata azzjoni Ewropea fl-oqsma li ġejjin: (1) li jittejbu l-operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ (2) li jiġu miġġielda n-netwerks kriminali ta’ dħul klandestin u traffikar tal-persuni; (3) li r-refuġjati jiġu rilokati fi ħdan il-fruntieri tal-UE; (4) li l-persuni spostati jirritornaw lejn il-post ta’ oriġini tagħhom; (5) li jkun hemm kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu indirizzati mill-iktar livell baxx il-flussi migratorji; u (6) li tingħata l-għajnuna lill-Istati Membri tal-UE li jkollhom l-ewwel responsabbiltà għall-wasla tal-migranti u r-refuġjati. L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tistabbilixxi wkoll erba’ pilastri sabiex tiġi adottata politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni: (1) li jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari; (2) li jiġu salvati l-ħajjiet u li l-fruntieri esterni jkunu aktar siguri; (3) li tiġi pprovduta l-bażi għall-implimentazzjoni koerenti ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil; u (4) li titfassal politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali.

4.

L-esperjenza tal-istorja turi li l-migranti huma sfurzati jfittxu rotot aktar perikolużi biex jidħlu fil-pajjiżi tad-destinazzjoni fin-nuqqas ta’ rotot legali għall-migrazzjoni. U dan jimbotta lill-persuni biex jirrikorru għand in-netwerks tat-traffikar, fejn jirriskjaw ħajjithom u s-sikurezza personali. Fil-każ tan-nisa tiżdied b’mod konsiderevoli l-vulnerabbiltà tagħhom;

Kummenti speċifiċi

5.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jinnota l-ewwel nett li filwaqt li l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni taqa’ prinċipalment fir-responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti f’dan il-qasam;

6.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni b’rabta mal-akkoljenza taż-żieda fin-numru ta’ refuġjati u migranti. Dan minħabba li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-korpi li jilqgħu r-refuġjati u l-migranti, li huma meħtieġa li jgħinu, jakkomodaw u jieħdu ħsieb f’kundizzjonijiet dinjitużi, ħafna drabi għal perjodi ta’ żmien indeterminat, u li f’ħafna każijiet ikollhom bżonn jgħinuhom biex jintegraw. B’mod partikolari, dan jaffettwa r-reġjuni fil-fruntieri esterni tal-UE (bħall-gżejjer tal-Eġew tal-Greċja qrib il-kosta tat-Turkija, ċerti reġjuni insulari tal-Italja, kif ukoll il-kosta tal-Andalucía, u speċjalment il-wasliet tal-migranti fil-provinċji ta’ Cádiz, Granada u Almería, it-territorji ta’ Ceuta u Melilla, u l-Gżejjer Kanarji) fejn il-migranti jaslu l-ewwel fit-territorju tal-UE;

7.

fid-dawl ta’ dawn il-fatti, josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti f’kull stadju tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, inklużi l-istabbiliment tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riżultati kif ukoll il-monitoraġġ tal-konsegwenzi, għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-politiki ta’ gvern f’dan il-qasam; dan il-proċess għandu jinkludi lil-livelli kollha ta’ governanza, f’manjiera trasparenti, l-ewwel nett bil-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet lokali;

8.

jilqa’ l-isforzi tal-UE biex tappoġġja l-istabbiliment ta’ strutturi politiċi u amministrattivi sostenibbli fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u asil, u jqis li dawn l-isforzi għandhom jinkludu l-appoġġ tal-bini ta’ istituzzjonijiet reġjonali u lokali billi jingħata finanzjament effettiv, assistenza teknika u taħriġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-għan li jsir l-aħjar użu tal-għajnuna umanitarja u tar-riżorsi finanzjarji eżistenti u futuri, b’mod partikolari għall-akkoljenza inizjali; f’dan ir-rigward, ir-reġjuni li l-aktar jiġu affettwati minn flussi migratorji jew li jkollhom proporzjon għoli ta’ migranti għandu jkollhom aċċess dirett għall-finanzjament ta’ integrazzjoni tal-UE;

9.

jinnota li l-awtoritajiet sottonazzjonali rappreżentati fil-KtR qed jagħmlu sforz konsiderevoli u jinvestu wkoll riżorsi daqstant konsiderevoli biex jiġu indirizzati fil-livell lokali l-kwistjonijiet umanitarji li jirriżultaw mill-flussi tar-refuġjati u tal-migranti. F’dan il-kuntest il-KtR diġà wera li huwa msieħeb prezzjuż għall-korpi l-oħra kkonċernati (inkluża l-Kummissjoni Ewropea) fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni;

Il-prijoritajiet

10.

iqis li huwa evidenti li, minn naħa, il-kumplessità ta’ din il-kwistjoni tirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri tal-UE u min-naħa l-oħra titlob li kwalunkwe azzjoni meħuda mill-UE u l-Istati Membri tagħha għandha dejjem tkun irregolata mill-prinċipji globali ta’ konformità mal-liġi internazzjonali u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

11.

jemmen li huwa assolutament essenzjali li l-UE tkompli l-isforzi tagħha biex tistabbilixxi u ssaħħaħ il-qafas Ewropew komuni għall-migrazzjoni u għall-asil, kif ukoll l-azzjoni preventiva tagħha sabiex tgħin fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, fil-promozzjoni tal-istabbiltà u fir-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-viċinat tagħha. L-UE trid tkun f’pożizzjoni li toffri għajnuna lil dawk l-Istati Membri li jġorru piż akbar fir-rigward tal-flussi migratorji u tar-refuġjati, billi tibbaża l-politika tagħha fuq il-prinċipju fundamentali ta’ solidarjetà; iż-żona tal-Mediterran teħtieġ appoġġ fuq bażi wiesa’ f’dan ir-rigward, bħalma jeħtieġu t-territorji extra-Ewropej Spanjoli bħal Ceuta u Melilla;

12.

jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni preventiva dwar il-migrazzjoni irregolari sabiex l-għajnuna tkun tista’ tiġi ffukata fuq dawk li verament jinsabu fil-bżonn ta’ protezzjoni. Jesprimi wkoll tħassib kbir dwar il-kummerċ tal-iskjavi li żviluppa f’ċerti pajjiżi fl-Afrika bħala riżultat tar-rotot u l-attivitajiet illegali tad-dħul klandestin, u b’mod partikolari t-traffikar tan-nisa u tat-tfajliet għall-finijiet ta’ sfruttament sesswali;

13.

jikkunsidra li l-UE, bħala l-akbar donatur internazzjonali, għandha tagħmel sforzi sabiex tiżgura li l-politika tal-migrazzjoni u l-kooperazzjoni tal-iżvilupp internazzjonali jkunu politiki pubbliċi kkoordinati. Fl-istess waqt, il-KtR jikkunsidra bħala perikoluża t-tendenza ta’ ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali (bħall-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD) li jippermettu li l-ispejjeż li jiġġarrbu mill-pajjiżi żviluppati fit-trattament tar-refuġjati jingħaddu bħala għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali;

14.

jenfasizza l-importanza kruċjali tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali bħala politika pubblika mfassla sabiex tippromovi t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-pajjiżi terzi, telimina l-inugwaljanzi u, fil-qasam tal-azzjoni umanitarja, tħalli impatt fuq sitwazzjonijiet li jwasslu għal migrazzjoni sfurzata;

15.

kif inhuma l-affarijiet bħalissa, jidentifika sitt oqsma għall-azzjoni: (1) reazzjoni immedjata u l-għoti tal-għajnuna lill-Istati Membri fejn jeżistu sitwazzjonijiet urġenti minħabba żieda fil-flussi tar-refuġjati jew migratorji; (2) tnaqqis fl-inċentivi li jkomplu l-migrazzjoni irregolari; (3) ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE; (4) asil politiku; (5) ġestjoni tal-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni tal-migranti fis-soċjetà u (6) kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini;

Reazzjoni għal sitwazzjonijiet urġenti

16.

jilqa’ l-azzjoni meħuda s’issa mill-UE biex tindirizza s-sitwazzjonijiet kritiċi li nqalgħu minħabba żieda fil-flussi migratorji u tar-refuġjati tul dawn l-aħħar snin, miżuri li jinkludu:

operazzjonijiet konġunti Triton u Poseidon fil-Mediterran Ċentrali u tal-Lvant rispettivament;

l-għoti ta’ assistenza finanzjarja speċjali lill-Istati Membri li jinsabu fl-akbar diffikultà, li jridu jtejbu s-servizzi bażiċi tas-saħħa, soċjali u legali li jingħataw mir-reġjuni lil din il-popolazzjoni;

il-ħolqien u t-tmexxija ta’ faċilitajiet ta’ akkoljenza u ta’ identifikazzjoni (“hotspots”) fil-Greċja u l-Italja, kif ukoll punti ta’ wasla fl-Andalucia;

il-ftehim bejn l-UE u t-Turkija, li kellu l-effett li jillimita drastikament il-flussi migratorji mhux ikkontrollati mit-Turkija lejn il-Greċja (għalkemm dan ma għandux jiġi kkunsidrat bħala mudell sabiex jiġu ttrattati l-problemi tal-migrazzjoni) filwaqt li qanqal xi tħassib dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u s-“sostenibbiltà” tiegħu, bħala parti minn politika komprensiva tal-UE b’rispons għall-kriżi;

l-għoti ta’ għajnuna lill-gwardja tal-kosta Libjana, li kienet strumentali fit-tnaqqis tal-flussi lejn l-Italja fil-qafas tal-operazzjoni SOPHIA tal-EUNAVFOR MED;

iż-żieda tal-finanzjament lill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-UE, li ppermettielu jipprovdi iktar għajnuna lill-Istati Membri; dawn il-fondi jridu jilħqu lir-reġjuni;

17.

jirrikonoxxi l-bżonn li l-UE tieħu aktar miżuri radikali biex:

tiżdied l-assistenza li tingħata lill-Istati Membri li jkunu l-aktar esposti li jilqgħu lill-migranti u r-refuġjati, b’enfasi partikolari li jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reġjuni (bħall-gżejjer tal-Eġew tal-Greċja u l-Italja, kif ukoll il-kosta fin-Nofsinhar ta’ Spanja u l-gżejjer) li jirċievu l-maġġoranza ta’ refuġjati u migranti minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom;

tittaffa l-pressjoni fuq ir-reġjuni li jirċievu l-parti l-kbira tar-refuġjati u l-migranti, filwaqt li jitqiesu fatturi bħalma huma ċ-ċirkustanzi partikolari tal-gżejjer;

tiġi żgurata implimentazzjoni stretta tal-ftehim bejn l-UE u t-Turkija, f’konformità sħiħa mal-istandards tad-dritt umanitarju u internazzjonali, inklużi d-dispożizzjonijiet sabiex il-persuni jiġu ripatrijati lejn it-Turkija, filwaqt li jiġi żgurat aċċess għal proċeduri tal-asil adatti lil dawk li huma intitolati għalihom;

tingħata l-assistenza meħtieġa lill-gruppi ta’ nies li l-aktar ikunu ġew affettwati ħażin minn dawn il-movimenti, b’mod partikolari l-minorenni mhux akkumpanjati;

18.

jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol pożittiv li għandhom ċerti organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) fl-indirizzar tal-problemi serji ta’ akkomodazzjoni, ikel, kura tas-saħħa, eċċ. għar-refuġjati u l-migranti, speċjalment f’reġjuni li jirċievu l-akbar fluss ta’ refuġjati u migranti, iżda jinnota l-ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-azzjoni tal-NGO fi sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali b’tali mod li l-kontribut tal-NGOs ikun aktar simplifikat u effettiv, kif ukoll ikun kompatibbli mal-ħtiġijiet u s-sitwazzjonijiet lokali, filwaqt li jkunu wkoll soġġetti għar-rekwiżiti neċessarji ta’ responsabbiltà soċjali; jikkunsidra li s-SVE jista’ jkollu rwol ċentrali fl-akkoljenza tar-refuġjati u tal-migranti, f’kooperazzjoni mal-NGOs u mal-amministraturi pubbliċi;

19.

jenfasizza l-importanza tal-għajnuna umanitarja internazzjonali li tingħata mill-UE u mill-Istati Membri tagħha lill-pajjiżi terzi fejn is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jintrabtu mill-qrib maż-żieda fil-flussi tal-migranti;

L-iskoraġġiment tal-migrazzjoni irregolari

20.

iqis bħala essenzjali li l-UE tkompli bl-isforzi tagħhoma fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra n-netwerks irregolari ta’ migrazzjoni, speċjalment fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu;

21.

jenfasizza l-ħtieġa għal bażi legali soda għall-operazzjoni EUNAVFOR Med Sophia sabiex tissaħħaħ l-effettività tagħha u titjieb il-kapaċità tagħha li xxekkel il-mudell tan-negozju tat-traffikanti u tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin; jitlob, pereżempju, li l-istituzzjonijiet tal-UE jikkooperaw mal-Gwardja tal-Kosta Libjana sabiex iwaqqfu d-dingis u d-dgħajjes li jkunu qegħdin jitilqu b’mod illegali biex jaslu fl-UE; jinnota li l-attivitajiet ta’ viġilanza, inkluż l-appoġġ għal attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ, gradwalment imxew minn ibħra qrib it-territorju Taljan għal ibħra eqreb tal-Libja; jirrikonoxxi l-fatt li waħda mill-konsegwenzi diretti ta’ din kienet bidla fil-mudell tan-negozju tat-traffikanti li jqiegħdu migranti u refuġjati irregolari fuq dingis irħas, li jistgħu jintefħu u li bl-ebda mod ma jkunu tajbin għat-tbaħħir, filwaqt li ma jkollhom l-ebda prospett li xi darba jilħqu l-kosta Taljana, bis-suppożizzjoni li dawn jiġu salvati qrib jew ġewwa l-ibħra territorjali Libjani;

22.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pass tassew produttiv li jinħoloq Ċentru Ewropew għad-Dħul Klandestin ta’ Migranti;

23.

jappella għal aktar inizjattivi mill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni koerenti, li jinvolvi l-Istati Membri kollha tal-UE, il-korpi rilevanti tal-UE, kif ukoll korpi oħra involuti fil-kwistjoni, sabiex tingħata tweġiba aktar effettiva tan-netwerks ta’ kuntrabandu;

24.

jemmen li huwa essenzjali li titjieb l-effettività tal-qafas Ewropew dwar ir-ritorn ta’ dawk mingħajr id-dritt ta’ permanenza b’tali mod li l-għadd ta’ ritorni jista’ jiżdied, f’konformità mar-regoli Ewropej u internazzjonali;

Il-ġestjoni tal-fruntieri

25.

jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala żvilupp estremament importanti u pass deċiżiv speċifikament lejn protezzjoni aktar effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE. Il-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta qed tagħmilha possibbli li titjieb il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u tiżgura reazzjoni fil-pront u effiċjenti ta’ sitwazzjonijiet li jkunu jeħtieġu azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni;

26.

jirrikonoxxi li hemm aktar lok għal azzjoni min-naħa tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tgħin f’oqsma bħal: (1) li tiġi pprovduta assistenza teknika u operattiva sabiex jiġu appoġġjati l-attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ għall-persuni f’diffikultà fil-baħar matul l-operazzjonijiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri; (2) li jiġu organizzati, ikkoordinati u mwettqa operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi; (3) li tiġi promossa l-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE; jisħaq dwar il-ħtieġa urġenti li jitnaqqas in-numru ta’ inċidenti ta’ qsim minn pajjiż għall-ieħor u li d-dingis u d-dgħajjes jitwaqqfu milli jitilqu illegalment biex jaslu fl-UE;

27.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa sett ta’ linji gwida għall-ħolqien u t-tmexxija ta’ ċentri ta’ akkoljenza u ta’ identifikazzjoni (“hotspots”) fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri kollha tal-UE, linji gwida li fost affarijiet oħra jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-UE u dawk internazzjonali u jistabbilixxu qafas amministrattiv speċifiku għal dawn il-faċilitajiet. Dan se jfisser li tislet mill-esperjenza miksuba (inkluża dik tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti) mill-ħolqien u t-tmexxija ta’ ċentri ta’ akkoljenza u ta’ identifikazzjoni fil-Greċja u l-Italja, li fost affarijiet oħra jenfasizza l-ħtieġa li jiġi studjat it-trattament speċifiku tar-refuġjati u tal-migranti;

Il-politika komuni dwar l-asil

28.

iqis li huwa essenzjali li s-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil tiġi adattata għall-ħtiġijiet attwali urġenti, u f’dan il-kuntest jemmen li huwa assolutament essenzjali li tiġi riveduta s-sitwazzjoni mas-sistema ta’ Dublin, li tistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi deċiż liema Stat Membru tal-UE huwa responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Istati Membri jagħmlu progress fir-rigward tar-riforma proposta għal-leġislazzjoni tal-UE li, minkejja li x’aktarx mhijiex biżżejjed, tinsab fid-direzzjoni t-tajba;

29.

jinnota li s-sistema attwali tinvolvi distribuzzjoni inugwali ta’ refuġjati u migranti bejn l-Istati Membri, bi pressjoni li taqa’ ħafna iktar fuq l-Istati Membri (b’mod partikolari l-Greċja u l-Italja) li l-pożizzjoni ġeografika tagħhom tfisser li jirċievu l-maġġoranza assoluta ta’ dawk li jaslu. Is-sitwazzjoni attwali tikkontribwixxi għal tensjonijiet soċjali u skuntentizza fil-pajjiżi li jiffaċċjaw għadd sproporzjonat ta’ wasliet ta’ refuġjati u migranti irregolari, b’mod partikolari fil-livell lokali, u tiġġenera movimenti sussegwenti ta’ migrazzjoni sekondarja fl-UE. Jekk il-problema għandha tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv, huwa kruċjali li, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li l-aktar ġew affettwati, titqies il-possibbiltà fit-tul li r-responsabbiltà għall-eżaminar tal-applikazzjonijiet għall-asil tiġi ttrasferita mil-livell nazzjonali għal dak tal-UE. Barra minn hekk, il-KtR jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-proċeduri sabiex jiġu analizzati l-applikazzjonijiet għall-asil, mingħajr ma tiġi kompromessa ċ-ċertezza tad-dritt;

30.

iqis bħala kostruttiv il-pjan li r-refuġjati jiġu allokati proporzjonalment bejn l-Istati Membri kollha tal-UE, filwaqt li jirrikonoxxi li għalkemm sar progress f’dan il-qasam, is-sistema mhix qed taħdem 100 % b’mod effettiv;

31.

jenfasizza li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri hija prekundizzjoni għall-ġestjoni tajba tal-għadd kbir ta’ applikanti għall-asil;

32.

jenfasizza li l-protezzjoni tan-nisa (speċjalment l-ommijiet u n-nisa tqal) u tat-tfal (speċjalment minorenni mhux akkumpanjati), li huma l-aktar gruppi ta’ refuġjati vulnerabbli, trid tiġi ttrattata bħala partikolarment importanti; fl-Istati Membri fejn ir-reġjuni għandhom responsabbiltà amministrattiva għat-tutela tal-minorenni mhux akkumpanjati, dawn ir-reġjuni għandhom jirċievu għajnuna finanzjarja li tippermettilhom jassistu lil dawn il-minorenni migranti;

Il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni

33.

jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu rotot sikuri lejn l-UE għall-migranti legali jew persuni intitolati għal status ta’ protezzjoni internazzjonali skont il-liġi internazzjonali, bħal viżas umanitarji, żieda fir-riunifikazzjoni tal-familja u programmi ta’ sponsorizzazzjoni privata; Biex jintlaħaq dan huwa essenzjali li jiġu stabbiliti u jitwessgħu l-forom eżistenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kemm jekk ikunu pajjiżi ta’ oriġini ta’ persuni spostati jew pajjiżi li minnhom ikunu qed jivvjaġġaw il-persuni sabiex jaslu fl-UE. L-istabbiliment ta’ hotspots fuq it-territorju ta’ pajjiżi terzi huwa pass importanti lejn dan il-għan, u għalhekk l-UE għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonkludi ftehimiet rilevanti ma’ pajjiżi bħal dawn, filwaqt li tiżgura rispett sħiħ tal-liġi tal-UE u tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. Fl-istess ħin, ser ikun meħtieġ li jiġi żviluppat qafas koerenti ta’ linji gwida u regoli sabiex jiġi żgurat li l-elementi essenzjali kollha huma f’posthom għat-tħaddim bla xkiel tal-hotspots;

34.

iqis bħala prijorità li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (refuġjati u migranti legali) jiġu integrati kemm jista’ jkun malajr u bl-aktar mod komplet possibbli fis-soċjetajiet tal-Istati Membri tal-UE. L-integrazzjoni għandha tkun fuq diversi livelli u għandha tkun komprensiva. Madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-karatteristiċi speċifiċi lokali fil-pajjiżi ospitanti u l-karatteristiċi partikolari u d-diversità (nazzjonali, lingwistiċi, reliġjużi, eċċ.) taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. L-approċċ għandu għalhekk jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi f’kull każ;

35.

josserva li s-suċċess tal-politiki ta’ integrazzjoni dejjem ser jistrieħ fuq il-prinċipji tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, il-libertà tal-espressjoni u l-istat tad-dritt, billi dawn huma l-bażi tal-valuri Ewropej;

36.

jemmen li l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat fil-livell lokali u reġjonali huwa parti essenzjali minn kwalunkwe proċess immirat lejn l-integrazzjoni tal-migranti; f’dan ir-rigward, m’għandux jintesa li l-aċċess għal xogħol diċenti huwa prekundizzjoni sabiex kwalunkwe proġett ta’ integrazzjoni jitlesta b’suċċess. F’dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-aħjar prattiki eżistenti fil-livell internazzjonali li bnew is-suċċess tagħhom fuq l-involviment sa mill-bidu nett tal-popolazzjoni tat-territorji ospitanti;

37.

jikkunsidra li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp ta’ “pjani direzzjonali” immirati lejn l-integrazzjoni sħiħa tal-migranti u tar-refuġjati. F’dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-aħjar prattiki u l-proġetti pilota appoġġjati minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNHCR u li diġà ġew imnedija minn awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-KtR

38.

jenfasizza r-rwol partikolari li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu u għandhom jaqdu fl-oqsma kollha ta’ hawn fuq. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jimmaniġġjaw il-kwistjonijiet kollha relatati mal-flussi migratorji u tar-refuġjati fil-prattika, u għalhekk huwa essenzjali li jingħataw ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikunu jistgħu jindirizzaw dawn l-isfidi; dan jirrikjedi baġit tal-UE proporzjonat maż-żieda fil-ħtiġijiet u li jitqassam bejn l-awtoritajiet skont l-attivitajiet li fil-verità jwettqu, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-UE dwar il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u dwar il-migrazzjoni. Involviment mill-qrib tal-awtoritajiet u tal-korpi sottonazzjonali jgħin fit-tħejjija ta’ sistema ta’ governanza li tkun kapaċi tfassal u timplimenta politiki li jkunu koerenti u kkoordinati bejn il-livelli differenti. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu parzjalment responsabbli għall-ġestjoni tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni;

39.

fl-aħħar nett, jenfasizza r-rwol tal-KtR kemm bħala l-ewwel korp uffiċjali li jirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell tal-UE u bħala korp li jista’ jippromovi b’mod effettiv id-djalogu — permezz ta’ organizzazzjonijiet bħalma huma l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) — mal-pajjiżi ta’ oriġini u/jew ta’ tranżitu tar-refuġjati u l-migranti.

Brussell, it-22 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COM(2015) 240 final.


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/7


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Tingħata spinta lill-konnettività tal-broadband fl-Ewropa”

(2018/C 247/02)

Relatur:

Mart Võrklaev (EE/ALDE), Sindku tal-Muniċipalità ta’ Rae

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jirrimarka li skont il-Bank Dinji (1), it-tkabbir mgħaġġel tat-teknoloġiji diġitali wassal għal bidla sinifikanti tas-soċjetà madwar id-dinja u issa l-Internet sar infrastruttura fundamentali, inaqqas l-ispejjeż fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni u jġib l-innovazzjoni li tikkontribwixxi għal konnettività aħjar bejn iċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet;

2.

jilqa’ l-ħidma tal-Pjattaforma tal-Broadband flimkien mal-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jiġu żgurati kooperazzjoni aħjar, regolamentazzjoni aħjar u l-implimentazzjoni tal-konnettività diġitali fl-Ewropa u, naturalment, il-finanzjament aħjar tagħhom;

3.

huwa konxju tal-fatt li fl-2015, il-kopertura tal-broadband fiss u d-disponibbiltà fl-UE kienet ta’ 97 % tad-djar, (b’rata medja ta’ użu ta’ 72 %) u li l-firxa ta’ servizzi bbażati fuq teknoloġija wireless kienet saħansitra ogħla. Madankollu, hemm differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ broadband fiss bejn iż-żoni urbani u dawk rurali.

4.

jirrimarka li skont is-seba’ Rapport ta’ Koeżjoni, ser ikun hemm il-ħtieġa għal aktar investiment, filwaqt li s-servizzi bażiċi tal-broadband ikunu aċċessibbli għad-djar kollha fl-UE, l-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) — li huwa ferm aktar rapidu — huwa disponibbli biss għal 40 % tar-residenti rurali meta kkumparat mad-90 % ta’ dawk urbani;

5.

jinnota li l-Internet b’veloċità baxxa u b’penetrazzjoni dgħajfa fiż-żoni rurali, u l-problemi speċifiċi f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jistgħu jkunu ta’ xkiel biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-UE għall-2020–2025, li skont il-Kummissjoni Ewropea jistgħu jħallu estimu ta’ qligħ ta’ EUR 146,5 biljun lill-UE u fl-istess ħin joħolqu sa 2,4 miljuni impjiegi ġodda;

6.

jaqbel mal-G20 (2) li l-għan aħħari li jingħeleb id-distakk diġitali huwa li tingħata opportunità ugwali liċ-ċittadini kollha biex jibbenefikaw mill-iżvilupp diġitali, li l-vantaġġi tiegħu jvarjaw minn aktar effiċjenza, permezz ta’ inklużjoni soċjali u ekonomika akbar, għal aktar opportunitajiet għall-parteċipazzjoni f’ekonomija ġdida. Id-distakk diġitali għandu żewġ dimensjonijiet: l-aċċess għal konnettività tajba tal-broadband, u l-motivazzjoni għall-użu tas-servizzi tal-Internet;

7.

jenfasizza li s-soluzzjoni tal-problema tal-hekk imsejjaħ “last mile” hija importanti għall-iżvilupp tal-UE kollha, u tirrikjedi miżuri flessibbli;

8.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwoli ta’ importanza potenzjali tal-infrastruttura tal-ICT u tal-broadband flimkien mal-bini ta’ kapaċitajiet li jista’ jkollhom fir-ristrutturar ta’ żoni rurali fir-rigward tad-depopolazzjoni u l-emarġinazzjoni ta’ żoni rurali li huma problemi li qed jikbru madwar l-Ewropa;

Problemi ta’ konnettività u soluzzjonijiet possibbli

9.

huwa tal-fehma li għadd ta’ sfidi importanti jeħtieġ li jiġu indirizzati, bħal pereżempju:

il-fatt li l-konnettività b’veloċità għolja ħafna għal infrastrutturi fissi u mobbli madwar l-UE hija limitata;

ir-riskju li ma jkunx hemm kapaċità biżżejjed biex jiġu indirizzati l-bidliet rapidi teknoloġiċi u tas-suq bħall-avvanz tal-Internet tal-oġġetti;

piżijiet amministrattivi minħabba regolamentazzjoni żejda u nuqqas ta’ koerenza, inklużi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

10.

jinsab imħasseb dwar il-konnettività f’ċerti żoni, li turi l-importanza tal-kurrikuli skolastiċi u l-programmi ta’ tagħlim elettroniku għall-adulti. Il-broadband ma jirrigwardax biss kwistjonijiet ta’ finanzjament, iżda wkoll id-domanda għall-bini u l-użu tal-infrastruttura. L-istituzzjonijiet pubbliċi kollha, l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi għandhom ikunu mgħammra b’konnessjoni broadband b’veloċità għolja;

11.

jinnota li f’xi pajjiżi u reġjuni, anki l-għarfien tekniku u n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament għall-infrastruttura tal-broadband kif ukoll l-hekk imsejħa l-aħjar prattiki jistgħu jkunu ta’ problema;

12.

jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija taċ-ċentri ta’ eċċellenza tal-broadband kif ukoll il-kooperazzjoni tad-diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jintlaħaq għan komuni. Dan għandu jiġi rifless ukoll fil-baġit tal-UE li jmiss.

13.

iqis il-ħtieġa li fl-Istati Membri kollha għandhom jitwaqqfu ċentri ta’ eċċellenza, li flimkien jiffurmaw netwerk komuni, u li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jikkuntattjaw lil dawn iċ-ċentri, qabel ma jfittxu soluzzjonijiet — il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minn qabel u għandhom jiġu mfittxija soluzzjonijiet ottimali abbażi tal-partikolaritajiet nazzjonali u reġjonali;

14.

jilqa’ l-ħames għodod għaż-żoni rurali tal-UE, li għandhom iwasslu għal progress fir-rigward ta’ kopertura broadband aħjar;

15.

huwa konxju minn kif qed jiżviluppa l-potenzjal tal-kunċett emerġenti ta’ “raħal intelliġenti” propost bħala parti mid-“Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0 dwar Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali”. Dan jirrigwarda l-investiment fis-settur tal-ICT sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u jkun garantit l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-infrastrutturi filwaqt li jridu jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi territorjali;

16.

f’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi msaħħa fuq ir-regolazzjoni proporzjonata u l-konkorrenza fl-infrastruttura sabiex jiġi promoss l-investiment li jikkaratterizza d-dispożizzjonijiet ta’ aċċess tan-netwerk u l-enfasi fuq soluzzjonijiet kollaborattivi msejsa fuq is-suq li jippromovu l-implimentazzjoni tal-infrastruttura f’żoni lokali u reġjuni fejn il-każ intraprenditorjali mhuwiex definit b’mod ċar. Huwa importanti li r-regolazzjoni dwar l-aċċess tikkontribwixxi biex tiġi evitata qasma diġitali għal netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna u li tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali;

17.

iqis bħala neċessarju, fl-interess tal-kompetizzjoni kemm fis-swieq fissi u kemm f’dawk tal-5G, li s-servizzi jiġu separati min-netwerks, fuq l-istess linji tas-settur tal-enerġija (unbundling). Pereżempju, f’għadd ta’ Stati Membri (l-Iżvezja, ir-Renju Unit, eċċ.) saret separazzjoni kompleta bejn is-servizzi ta’ telekomunikazzjoni u dawk tal-operat tan-netwerk. Fil-fehma tal-KtR, in-netwerks tal-fibrottika għandhom jappartjenu lill-kumpanniji tat-telekomunikazzjoni, li l-mudell kummerċjali tagħhom huwa bbażat fuq l-aċċess indaqs għall-fornituri ta’ servizzi kollha. Dan għandu jippermetti lil ħafna fornituri tas-servizzi biex ikunu jistgħu joperaw fis-suq, il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu servizzi għall-valur mixtieq u l-iżvilupp fit-tul ta’ dan il-qasam ikun garantit ukoll;

18.

jikkunsidra li dan għandu jipprovdi opportunitajiet indaqs għal kulħadd fl-iżvilupp tan-netwerks tal-5G: m’għandux ikun hemm dipendenza fuq infrastruttura bażika ta’ kumpaniji ta’ telekomunikazzjoni li jiddominaw is-suq. Għalhekk, l-UE għandha tappoġġja l-iżvilupp ta’ netwerks miftuħa u tmexxi wkoll l-Istati Membri f’din id-direzzjoni, b’tali mod li l-operaturi kollha tan-netwerks eżistenti u dawk ġodda jsiru indipendenti mill-operatur.

19.

jenfasizza l-importanza ta’ stħarriġ ġeografiku aktar preċiż minn perspettiva tal-analiżi tas-suq dwar l-infrastrutturi eżistenti u ta’ proġetti ppjanati għall-ġejjieni sabiex jiġu identifikati żoni ta’ esklużjoni diġitali. Peress li tendenzjalment dawn iż-żoni jinsabu f’reġjuni żvantaġġati u b’popolazzjoni baxxa, l-effiċjenza tal-fondi pubbliċi ta’ dawn iż-żoni għandha tiżdied permezz ta’ reġistrazzjoni korretta ta’ dawn iż-żoni;

20.

jitlob dispożizzjonijiet legali fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-infrastruttura eżistenti (netwerks tal-elettriku, piluni, eċċ.) tkun tista’ tintuża bl-aktar mod flessibbli fl-espansjoni tan-netwerk tal-broadband, u b’hekk jiġu ffrankati l-ħin u l-flus meta tiġi provduta l-kopertura ġdida tal-broadband;

21.

jenfasizza li, fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, hemm EUR 14 biljun disponibbli mill-fondi SIE għall-ħolqien ta’ infrastruttura tal-broadband;

22.

jappoġġja l-promozzjoni tat-twettiq tal-broadband permezz tat-tisħiħ tal-politika ta’ koeżjoni, fost l-oħrajn biex jiżgura li din tkun tista’ tindirizza l-fallimenti tas-suq l-aktar severi fiż-żoni rurali sparsament popolati tal-UE. Dan ma jeskludix żieda fl-istrumenti finanzjarji (bħal self finanzjarju) f’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment u banek promozzjonali oħrajn;

23.

Jappoġġja t-tisħiħ tar-rwol tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-FEIS fi strumenti finanzjarji ta’ finanzjament u faċilitajiet ta’ taħlit (jiġu kkombinati l-għotjiet ma’ strumenti finanzjarji) biex jindirizza tipi aktar moderati ta’ fallimenti tas-suq, bħalma hu n-nuqqas ta’ finanzjament ta’ ekwità għal proġetti iżgħar f’żoni iktar vijabbli. Tali interventi komplementari jkunu jiżguraw konnettività tal-broadband ta’ kwalità għolja fir-reġjuni kollha tal-UE;

24.

jirrakkomanda li tintuża pjattaforma tal-broadband komuni bħala strument ta’ kooperazzjoni u l-involviment tad-DĠ REGIO fil-ħidma ta’ din il-pjattaforma;

25.

jappoġġja l-promozzjoni tal-użu tal-Programmi tal-UE u l-iżvilupp ta’ kunċetti ġodda għal sħubiji pubbliċi-privati għal investimenti favur l-investimenti fit-twettiq tal-broadband;

26.

itenni li fiż-żoni fejn kumpaniji kbar mhumiex interessati jinvestu u fejn il-kumpaniji żgħar isibu diffikultajiet, għandhom jiġu żviluppati mudelli aktar sempliċi li jagħmluha aktar faċli għan-negozji ż-żgħar biex jinvestu u jipprovdu soluzzjonijiet lil dawn iż-żoni b’nuqqas ta’ kopertura, jew il-proġetti għall-iżvilupp tal-broadband jiġu rikonoxxuti bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (3);

27.

f’dan ir-rigward, jirrimarka li huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-proċeduri, hekk kif it-teknoloġija tiżviluppa aktar malajr mill-attivazzjoni tal-istrutturi relatati;

28.

huwa tal-fehma li l-pjani tal-iżvilupp li ġenwinament jiffunzjonaw tajjeb għat-twettiq tal-broadband jistgħu jiġu żviluppati biss b’kunsens bejn il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, il-gvernijiet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-Istati, il-bliet u r-reġjuni kollha. F’pajjiżi fejn intlaħaq ftehim bħal dan (l-Isvezja, ir-Renju Unit, eċċ.), it-twettiq tal-broadband diġà huwa aktar avvanzat. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-kopertura tal-broadband barra miż-żoni urbani tirriskja li tibqa’ inadegwata;

29.

Jilqa’ l-inizjattiva eċċellenti tal-Bank Ewropew għall-Investiment biex jistabilixxi fond għat-twettiq tal-broadband u jħeġġeġ l-implimentazzjoni tiegħu mingħajr dewmien; jispera li dan ser jgħin il-finanzjament, b’mod partikolari, ta’ proġetti żgħar u t-tneħħija tal-“white spots”;

30.

jirreferi għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Grupp ta’ Livell Għoli (HLG) dwar is-semplifikazzjoni wara l-2020, li tenfasizza l-ħtieġa biex l-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku għal fondi SIE ikunu allinjati ma’ dawk għal programmi ġestiti ċentralment. Il-KtR jtenni t-talba tiegħu għal valutazzjoni ta’ jekk hux biss xi wħud min-nefqiet tal-Fondi SIE, jew kollha, jistgħu jkunu eżentati mill-proċeduri ta’ għajnuna għall-Istati wara l-2020. F’dan il-kuntest, il-KtR bi pjaċir jinnota li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-ħtieġa ta’ definizzjonijiet komuni biex il-fondi jkunu jistgħu jiġu mqabbla u kkombinati ġew adottati mill-HLG (4);

31.

jinsisti li l-Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom ikunu allineati mal-fondi differenti tal-UE disponibbli għal finanzjament tat-twettiq tal-broadband, b’ħarsa lejn it-twettiq rapidu ta’ netwerks tal-broadband, u jesprimi tħassib dwar in-numru ta’ prereġistrazzjonijiet mhux milqugħa, li ser inaqqsu jew saħansitra jipprevjenu ċ-ċaqliq tal-investimenti, u li għaldaqstant ser ikunu responsabbli mill-iżvilupp kajman tal-konnessjonijiet broadband f’dawn iż-żoni;

32.

jinnota bi pjaċir — kif imsemmi fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-HGL dwar is-Semplifikazzjoni — li l-prinċipju ta’ approċċ differenzjat qed jiġi kkunsidrat ukoll. Approċċ bħal dan għandu jippermetti tnaqqis sinifikanti tal-piż amministrattiv u jqis aħjar il-partikolaritajiet tal-implimentazzjoni fir-reġjuni inkwistjoni u b’hekk ikun faċilitat l-approċċ territorjali u jkun promoss l-investiment imfassal apposta għall-espansjoni tal-broadband;

33.

jissuġġerixxi li jitwettqu konnessjonijiet broadband b’veloċità għolja kemm jista’ jkun malajr, sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet għas-soċjetà tal-gigabits biex timmassimizza l-opportunitajiet tas-suq uniku diġitali u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Istati Membri kollha f’dan il-qasam. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, iridu jiġu segwiti soluzzjonijiet differenti, għaliex il-konnessjoni ta’ kull dar man-netwerk tal-fibrottika tista’ tkun għalja u tinvolvi ħafna ħin, speċjalment f’żoni skarsament popolati;

34.

huwa tal-fehma, li minbarra l-konnessjonijiet bil-kejbil, ikun utli li f’żoni abitati mifruxin u f’żoni inaċċessibbli wieħed jikkunsidra u jivvaluta l-potenzjal ta’ broadband mobbli, broadband bis-satellita u l-iżvilupp ta’ netwerks pubbliċi tal-Wi-Fi f’żoni u istituzzjonijiet pubbliċi, bħall-inizjattiva WiFi4EU. Jekk jinsabu soluzzjonijiet alternattivi titaffef l-espansjoni tan-netwerks u fl-istess ħin jiġu ffrankati l-flus, iżda huwa importanti li wieħed isegwi approċċ sistematiku u maħsub bir-reqqa biex ikun żgurat li s-soluzzjonijiet jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-persuni u t-teknoloġiji jkunu vijabbli fuq perjodu ta’ żmien twil;

35.

jenfasizza l-importanza li jkunu indirizzati l-problemi tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju b’riżultat tal-iżvilupp mgħaġġel tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet tal-5G, minħabba l-fatt li t-teknoloġija tal-5G tirrikjedi netwerks bi prestazzjoni għolja fl-UE kollha. Huwa importanti ħafna li wieħed ifittex approċċ komuni għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-frekwenzi ogħla (spettru) li se jintużaw fil-futur, inkluż, fejn xieraq, prevedibbiltà regolatorja akbar f’termini ta’ użu kondiviż tal-ispettru u flessibbiltà akbar, biex jirrispondu għad-differenzi fid-domanda għal meded armonizzati tal-ispettru fil-livell nazzjonali jew dak lokali;

36.

jappoġġja l-miżuri bażiċi tal-Kodiċi tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, bħal pereżempju l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda biex ikun sostnut l-iżvilupp ta’ netwerks b’veloċità għolja ħafna madwar l-Ewropa, li jippermetti veloċitajiet ta’ gigabits fis-sekonda, biex jitwessa’ l-iskop tal-qafas regolatorju biex jinkludi għodod ġodda ta’ komunikazzjoni; l-hekk imsejħa servizzi “over-the-top”, u l-forniment lill-utenti finali ta’ aċċess funzjonali għall-Internet bi prezz raġonevoli;

37.

jilqa’ l-kompetizzjoni “European Broadband Awards” tal-Kummissjoni Ewropea, li tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet għall-problema ta’ kopertura tal-broadband, u għall-promozzjoni tal-aħjar prattiki.

Brussell, it-22 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  “World Development Report 2016: Digital dividends”.

(2)  “L-infrastruttura diġitali: Negħlbu d-Distakk Diġitali fl-Ekonomiji Emerġenti”, Ideat tal-G20, April 2017.

(3)  COR-2016-02880.

(4)  COR-2017-04842-00-00-PAC-TRA (EN).


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/11


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-“Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-FSE bi tħejjija għall-proposta għal wara l-2020”

(2018/C 247/03)

Relatur:

Catiuscia MARINI (IT/PSE). President tar-Reġjun ta’ Umbria

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Politika ta’ koeżjoni

1.

Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-politika reġjonali ta’ koeżjoni, bħala politika fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi hija maħsuba biex tmexxi ’l quddiem l-objettivi tal-Unjoni kif definiti fit-Trattati tal-UE bis-sehem u r-responsabbiltà tal-livelli kollha ta’ gvern, u b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet territorjali;

2.

jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni hija waħda mill-politiki Ewropej l-iktar immonitorjati u vvalutati, kif jixhdu l-għadd ta’ eżerċizzji ta’ valutazzjoni li twettqu, kif ukoll ir-riżultati tar-rapporti dwar il-koeżjoni li kull tant żmien jitfasslu mill-Kummissjoni Ewropea u jiġu diskussi f’numru ta’ fora;

3.

jiġbed l-attenzjoni għan-natura pervażiva ta’ din il-politika, li jwassalha biex tkun magħrufa sew miċ-ċittadini Ewropej, u tikkontribwixxi b’tali mod għal perċezzjoni pożittiva tal-Ewropa miċ-ċittadini stess, fi żmien meta l-UE teħtieġ bil-qawwa li ttejjeb l-immaġni tagħha;

4.

iqis importanti Qafas Strateġiku Komuni ġdid li jkun legalment vinkolanti u li jkopri l-politiki Ewropej kollha, u li jibqa’ jinkludi l-għodod ta’ implimentazzjoni territorjali b’użu ta’ diversi fondi (Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità — CLLD, u Investiment Territorjali Integrat — ITI); huwa tal-fehma li Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni robust li jkopri l-Fondi SIE huwa daqstant importanti, billi huwa essenzjali biex jiġu assigurati s-sinerġiji meħtieġa bejn il-politiki li għandhom objettivi komplementari;

5.

jirriferi għall-Opinjoni reċenti tiegħu dwar il-futur tal-Politika (1) ta’ koeżjoni, (adottata f’Mejju 2017), u dwar is-semplifikazzjoni (2) (adottata fi Frar 2018), fejn huma indirizzati l-punti prinċipali għal aktar titjib ta’ din il-politika, f’termini ta’ orjentazzjoni iktar determinata lejn ir-riżultati u aktar semplifikazzjoni;

6.

madankollu, huwa konxju li r-riżultati u l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni mhux qed jiġu ppreżentati biżżejjed u li mingħajr valutazzjoni adegwata ta’ din il-politika, jista’ jkun hemm konsegwenzi negattivi fuq il-perċezzjoni tal-Fondi Strutturali min-naħa tal-opinjoni pubblika;

7.

għaldaqstant, jappella għal komunikazzjoni iktar diretta u inklużiva, li tkun kapaċi toħloq narrattiva pożittiva u interessanti dwar l-użu tal-fondi.

Ir-rwol tal-Fond Soċjali Ewropew

8.

ifakkar li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) kien l-ewwel strument finanzjarju tal-UE li nħoloq mit-Trattat ta’ Ruma (1957),u jibqa’ l-istrument prinċipali tal-Unjoni Ewropea li jibbenefika direttament liċ-ċittadini, b’rabta mal-politiki tal-impjieg u l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni, u li jaqdi rwol sinifikanti fir-riforma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-ġudikatura; għaldaqstant, l-FSE jippromovi livell massimu ta’ impjieg, itejjeb il-produttività tax-xogħol u l-opportunitajiet indaqs, jippromovi l-inklużjoni soċjali, inaqqas id-differenzi fir-rati ta’ impjieg bejn ir-reġjuni Ewropej, kif ukoll ġewwa dawn ir-reġjuni stess u bejn bliet u żoni ruralidifferenti;

9.

jenfasizza l-impatti pożittivi tat-twettiq tal-programmi ffinanzjati mill-FSE: huwa stmat li fil-perjodu bejn l-2007 u l-2014, bis-saħħa tal-appoġġ tal-FSE, 9,4 miljun ċittadin Ewropew sabu impjieg u 8,7 miljun kisbu kwalifika professjonali (3);

10.

jiddispjaċih li ħafna Stati Membri naqqsu l-kofinanzjament tal-miżuri tal-FSE — ta’ spiss anke bħala konsegwenza tal-politiki ta’ konsolidazzjoni baġitarja –u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw kofinanzjament nazzjonali suffiċjenti;

11.

minkejja dan, jinnota r-rwol tal-FSE bħala “stabilizzatur awtomatiku” — imsaħħaħ fl-aħħar snin mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti — fl-appoġġ tal-miżuri tal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku matul il-kriżi ekonomika, u b’dan il-mod qed juru flessibbiltà adegwata permezz taż-żieda fir-rati ta’ kofinanzjament tal-UE u permezz tal-modulazzjoni tal-prefinanzjament għas-salvagwardja tal-investiment soċjali f’reġjuni li jkunu qed iġarrbu skossi ekonomiċi asimmetriċi, kif ukoll biex jirreaġixxu għall-isfidi u biex jintervjenu favur il-gruppi l-iżjed vulnerabbli u esposti;

12.

jappella għal relazzjoni eqreb bejn il-proporzjon ta’ nies soċjalment esklużi u l-allokazzjoni ta’ riżorsi; jenfasizza li approċċ aktar b’saħħtu mmirat aktar lejn it-territorju u bbażat fuq il-post għall-użu tal-Fondi għandu jżid l-effiċjenza u l-effettività tal-appoġġ;

13.

jisħaq ukoll li r-rwol tal-FSE fir-rigward tas-sehem globali tal-investiment pubbliku fil-politiki soċjali jibqa’ aktar u aktar kruċjali peress li d-diskrepanza infrastrutturali minima fl-infrastruttura soċjali hija stmata għal EUR 100-150 biljun kull sena fl-UE u tirrappreżenta diskrepanza totali li taqbeż EUR 1,5 triljun fl-2018-2030. Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) qed jikkumpensa dik id-diskrepanza biss b’mod limitat billi bħalissa 4 % biss tal-finanzjament approvat jappoġġja proġetti ta’ infrastruttura soċjali; jenfasizza l-ħtieġa biex jinkiseb bilanċ u tiġi evitata d-duplikazzjoni bejn l-investimenti ppjanati fil-kapital soċjali kofinanzjat taħt l-FSE u investiment tal-kapital uman, tal-ħiliet u dak soċjali taħt Fondi futur possibbli InvestEU;

14.

huwa favur miżuri implimentati fil-perjodu 2014-2020 għat-tisħiħ tar-rwol tal-FSE — kemm għall-politiki attivi tal-impjieg kif ukoll dawk għall-inklużjoni soċjali — bħall-previżjoni ta’ kwota minima garantita għall-FSE, interventi speċifiċi għall-impjieg taż-żgħażagħ (YEI), u enfasi fuq ir-riżultati u l-effiċjenza;

15.

jenfasizza r-riżultati pożittivi li nkisbu s’issa fil-perjodu attwali ta’ programmazzjoni, kif jixhed ir-Rapport Strateġiku 2017: 4,2 miljun persuna qiegħda u 2,1 miljun persuna mhux attivi interessati minn azzjonijiet sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għas-suq tax-xogħol; EUR 14,6 miljun investiment fit-taħriġ, b’700 000 persuna li tejbu l-kompetenzi tagħhom; 634 000 persuna bi bżonnijiet speċjali li ġew megħjuna biex isibu impjieg;

16.

jinnota Valur Miżjud Ewropew għoli tal-FSE fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti u dak attwali, peress li l-interventi tal-FSE, f’ħafna Stati Membri u reġjuni kellhom impatt tanġibbli u kwantifikabbli fl-indirizzar tal-kwistjonijiet bħal rati għolja ta’ qgħad, tnaqqis demografiku u l-faqar immarkati bħala prijoritajiet Ewropej taħt l-Istrateġija Ewropa 2020;

17.

jinnota l-importanza li parti sinifikanti tar-riżorsi ġiet diretta lejn interventi ta’ tisħiħ u ta’ bini tal-kapaċità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali u reġjonali, sabiex ikunu sostnuti fit-twettiq tar-riformi strutturali, anke b’mod koerenti mal-Pjan ta’ riforma ta’ kull Stat Membru;

18.

iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien fit-twettiq tal-miżuri maħsuba biex jiffavorixxu l-integrazzjoni taż-żoni periferiċi u rurali, u jappella biex tingħata aktar attenzjoni lejn l-inklużjoni soċjali fiż-żoni urbani u rurali l-iżjed imwiegħra, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-integrazzjoni ekonomika u soċjali taż-żgħażagħ.

Id-dimensjoni soċjali fil-politiki Ewropej

19.

iqis il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bħala importanti ħafna għall-kontribut tal-UE tista’ tagħti għall-progress mil-lat ekonomiku u soċjali, fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali, l-għajnuna mogħtija liċ-ċittadini sabiex jadattaw għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, sabiex jingħataw is-setgħa biex jisfruttaw ir-rivoluzzjoni diġitali u sabiex tipproteġihom mit-theddid u l-inċertezzi dejjem ikbar fi ħdan il-fruntieri tagħha u lil hinn minnhom;

20.

itenni mill-ġdid l-importanza li r-reġjuni tal-fruntiera jippromovu mobilità tax-xogħol transfruntiera reali billi jitneħħew l-ostakli fil-liġi tax-xogħol u s-sigurtà soċjali (jiġu eradikati l-ostakli tat-taxxa, jiġu esportati l-benefiċċji tal-qgħad u d-drittijiet tal-pensjoni jsiru trasferibbli); itenni mill-ġdid ukoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom rwol importanti fil-qasam ta’ konsulenza għall-vjaġġaturi li jużaw is-servizzi ta’ EURES jew strutturi transfruntiera eżistenti (4);

21.

għaldaqstant, jenfasizza l-importanza partikolari tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jqiegħed id-dimensjoni soċjali fiċ-ċentru tal-aġenda Ewropea; f’dan ir-rigward jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni tal-istrateġiji u l-objettivi li għandu jkun hemm bejn il-Pilastru Soċjali u l-FSE (5) u jħeġġeġ biex fi ħdan l-20 prinċipju ewlenininklużi fil-Pilastru, dawk li jkunu rilevanti għandhom jikunu riflessi fil-programmi appoġġati mill-FSE;

22.

jirrakkomanda li t-twettiq tal-prinċipji tal-pilastru soċjali fl-ambitu tal-programmazjoni tal-FSE fil-kuntest tal-esiġenza li jiġu stabbiliti azzjonijiet integrati li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet territorjali, u t-tendenzi fuq perjodu medju ta’ żmien fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni, kif espress mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-perspettivi okkupazzjonali tal-Unjoni Ewropea;

23.

jinnota oqsma ta’ integrazzjoni qawwija bejn il-pilastru soċjali u l-politika ta’ koeżjoni, sakemm din tal-aħħar — minħabba l-mudell partikolari tagħha ta’ governanza f’diversi livelli — tkun tista’ tirrikonċilja t-twettiq ta’ proġetti fuq “format” Ewropew mar-rispett tal-kuntratti soċjali tipiċi ta’ kull Stat Membru;

24.

iqis neċessarju li d-dibattitu dwar il-pilastru soċjali jkun akkumpanjat mill-ewwel valutazzjoni, fil-livell Ewropew, tal-proċess u tar-riżultati tal-applikazzjoni tal-objettiv tematiku 9 (Inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar), meqjusa b’rabta mal-mudell tal-għajnuna soċjali stess tal-Istati Membri diversi u mal-kriżijiet/bidliet li qed jesperjenzaw, għalkemm huwa diffiċli tifhem il-kontribut għall-pilastru fin-nuqqas ta’ dawn l-indikazzjonijiet.

25.

iwissi kontra l-possibilità ta’ duplikazzjoni bejn Programm ta’ Riforma Strutturali futur u oqsma potenzjali ta’ appoġġ għal riformi strutturali indirizzati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej permezz ta’ konċentrazzjoni tematika li attwalment hija bbażata fuq l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u aktar ’il quddiem fuq l-istrateġija suċċessur tagħha. Għal dan il-għan, jappella għal definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ riformi strutturali eliġibbli għal appoġġ mill-UE fuq il-bażi tal-kompetenzi u l-valur miżjud tal-UE, kif ukoll għal distinzjoni ċara bejn l-appoġġ eliġibbli abbażi tal-politika ta’ koeżjoni (l-Artikolu 175) u tal-appoġġ eliġibbli fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (l-Artikolu 197);

Rakkomandazzjonijiet għal wara l-2020

26.

jittama li l-proċess għad-definizzjoni tal-proposta tal-QFP (qafas finanzjarju pluriennali) li jmiss jitnieda fi żmien xieraq biex ikun hemm parteċipazzjoni adegwata taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati ewlenin, u b’hekk jiġi evitat dewmien tal-adozzjoni tar-regolamenti u tal-linji gwida li ħolqu dewmien fil-programmazzjoni attwali;

27.

billi jibni fuq l-istudju tal-KtR dwar “Is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri tal-Fond Soċjali Ewropew fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa”, jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li qed jikber li l-FSE se jkun meħtieġ jaqdi fis-snin li ġejjin, b’referenza partikolari għall-isfidi ta’: il-qgħad fit-tul, l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, it-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-emarġinazzjoni taż-żoni interni periferiċi u tal-fruntiera, id-depopolazzjoni taż-żoni rurali, it-tibdil demografiku minħabba l-migrazzjoni, l-integrazzjoni tar-refuġjati u tal-migranti, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali fiż-żoni urbani, in-nuqqas ta’ kompetenzi speċifiċi u l-adattament tat-taħriġ ġenerali, vokazzjonli u għoli għall-evoluzzjoni teknoloġika, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali ta’ gruppi żvantaġġati, l-appoġġ fl-edukazzjoni għal persuni minn tfal ta’ età ta’ qabel l-iskola sal-anzjani, u l-għajnuna lill-adulti b’livell baxx ta’ għarfien u kompetenzi, kif ukoll l-adattament tal-istandards edukattivi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tal-UE;

28.

jisħaq fuq il-komplementarjetà bejn il-FEG u l-FSE bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) peress li l-FEG huwa mekkaniżmu li jagħti għajnuna fuq perjodu qasir ta’ żmien filwaqt li l-miżuri fuq perjodu twil huma appoġġjati mill-FSIE li jistgħu jaġixxu bħala miżuri ta’ segwitu fl-oqsma tal-FEG;

29.

jenfasizza li r-rivoluzzjoni diġitali li għaddejjin minnha bħalissa qed issawwar epoka ġdida u l-effetti fis-suq tax-xogħol li qed toħloq u li se tkompli toħloq fil-futur, u jirrimarka dwar l-isfidi li dan il-fenomenu joħloq għas-sistemi tal-iskejjel u tat-taħriġ f’termini ta’ adattament għall-kompetenzi ġodda meħtieġa u t-tisħiħ tal-opportunitajiet ta’ tagħlim offruti liċ-ċittadini kollha f’kull livell ta’ edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali u fl-edukazzjoni/taħriġ ta’ livell avvanzat;

30.

jipproponi li l-miżuri kollha tal-bażi jiġu definiti fil-futur fil-qafas tal-FSE, sabiex jiġi żgurat liż-żgħażagħ żvantaġġati aċċess għal livell ta’ studju minimu u jingħataw il-mezzi neċessarji biex jiksbu livell adegwat ta’ kompetenzi;

31.

huwa tal-fehma li huwa importanti ħafna li tiġi żgurata l-flessibbiltà meħtieġa li tippermetti li l-programmazzjoni tal-FSE tiġi adattata għall-isfidi l-ġodda li jistgħu jinqalgħu;

32.

itenni l-bżonn li din ir-rivoluzzjoni diġitali tiġi appoġġata, permezz tal-integrazzjoni bejn l-investimenti fil-qasam diġitali minn naħa, u min-naħa l-oħra interventi li jinvolvu persuni, anke dawk li huma attivi fl-organizzazzjonijiet pubbliċi lokali u reġjonali;

33.

għaldaqstant, jaħseb li biex jiġu indirizzati b’suċċess l-isfidi tal-bżonn ta’ adattament għall-evoluzzjoni teknoloġika u għall-globalizzazzjoni, hija meħtieġa l-integrazzjoni tal-istrumenti differenti Ewropej li jinċentivaw u li jappoġġaw, sabiex jintużaw b’sinerġija lejn l-objettivi definiti fl-istrateġiji rispettivi tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti;

34.

huwa konvint li sabiex jiġu indirizzati b’mod adegwat dawn l-isfidi, l-FSE għandu jibqa’ parti integrali tal-Fondi SIE u komponent fundamentali tal-politika reġjonali ta’ koeżjoni, b’tali mod li tiġi sfruttata kull opportunità ta’ sinerġija fl-integrazzjoni mal-azzjonijiet finanzjati minn fondi strutturali oħrajn, kif ukoll mill-fondi għall-iżvilupp rurali; l-FSE għandu jinteraġixxi fil-prattika ma’ fondi strutturali oħra, l-iżjed il-FEŻR, bil-għan li tinkiseb politika reġjonali li tiġi integrata permezz ta’ miżuri konġunti bejn fondi strutturali diversi;

35.

barra minn hekk, huwa konvint li għandha tiġi preservata l-possibbiltà li l-FSE jibqa’ Fond ġestit b’mod kondiviż u għaldaqstant jirrifjuta għal kollox kull proposta maħsuba biex tmexxi l-FSE lejn mudell ta’ ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll jirrifjuta kull suġġeriment ta’ ċentralizzazzjoni taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri, sakemm dan ma jkunx meħtieġ minħabba l-istruttura istituzzjonali tal-Istat Membru;

36.

fil-fatt, jaħseb li fattur importanti ta’ suċċess fit-twettiq tal-FSE huwa proprjament l-approċċ minn isfel għal fuq, li jippermetti adattament aħjar tal-interventi mal-ħtiġijiet tal-benefiċjarji, bl-applikazzjoni tal-metodu ta’ sħubija bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri, il-gvernijiet lokali u reġjonali, u l-forzi ekonomiċi u soċjali tat-territorju;

37.

jappella għal mekkaniżmi speċifiċi biex tiġi introdotta, fil-livell lokali u reġjonali, koordinazzjoni bejn l-FSE u FSIE oħra u strumenti. Dan għandu jippermetti l-kumplimentaritajiet fil-livell tal-operazzjonijiet inklużi possibbiltajiet għal appoġġ minn bosta sorsi ta’ finanzjament fi ħdan operazzjoni waħda;

38.

jaqbel mas-suġġerimenti ta’ integrazzjoni fl-FSE ta’ fondi oħrajn li jintervjenu fil-qasam soċjali u tal-politiki tal-impjieg (FSE+ jew Fond umbrella), bil-kundizzjoni li dawn l-operazzjonijiet iwasslu għal sinerġiji evidenti, u li dawn il-fondi jsegwu huma stetss il-mudell ta’ ġestjoni kondiviża; Dawn is-sinerġiji se jkunu partikolarment evidenti fil-każ tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), li jopera fi skema ta’ ġestjoni kondiviża;

39.

josserva li l-FSE ser ikompli jkun importanti fil-livell lokali u reġjonali biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tat-tluq kmieni mill-iskola, it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol u t-titjib tal-kapaċità tas-sistema edukattiva biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet;

40.

josserva li bis-saħħa tal-adattament fil-livell reġjonali tal-FSE nistgħu niżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tan-negozji b’rabta mal-ħiliet fir-reġjuni differenti, permezz tat-taħriġ adatt u t-tqabbil ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol mal-impjegaturi. L-FSE huwa essenzjali għat-teħid ta’ miżuri biex jiġu żgurati l-ħiliet adatti fil-livell reġjonali, u biex isir possibbli adattament fi ħdan ċerti setturi, pereżempju dawk li jiffaċċjaw sfidi sostanzjali minħabba d-diġitalizzazzjoni;

41.

fl-istess ħin jesprimi t-tħassib tiegħu li l-ħolqien tal-FSE umbrella jista’ jwassal għal tnaqqis kumplessiv ta’ riżorsi ddedikati għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, u biex idgħajjef ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ipprogrammar u l-ġestjoni ta’ dawn il-fondi;

42.

jaqbel dwar il-ħtieġa għal viżibbiltà akbar tal-FSE fil-QFP, u jqis li huwa mixtieq li — fi ħdan it-titolu dwar il-politika ta’ koeżjoni — jinħolqu sottotitoli għall-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali, u jittama, b’mod ġenerali, li jkun hemm trasparenza akbar tal-istruttura tal-QFP sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jinterpretaw aħjar il-prijoritajiet tal-UE;

43.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020” (6), tħalli barra l-informazzjoni dwar kif il-QFP li jmiss għandu jindirizza l-isfidi soċjali għall-Unjoni Ewropea u ftit iħalli marġini għal partijiet interessati biex isawru il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-QFP li jmiss, li ser jiġi ppreżentat fit-2 ta’ Mejju;

44.

itenni li biex dawn l-objettivi ta’ żvilupp ekonomiku kif ukoll inklużjoni soċjali jiġu segwiti, jeħtieġ approċċ organiku u integrat li jista’ jintlaħaq l-aħjar permezz tal-implimentazzjoni ta’ programmi li jeħtieġu aktar fondi implimentati jew minn fond wieħed b’ambitu wiesa’ u flessibbli; Għalhekk, il-KtR jirrikonoxxi l-importanza ta’ għodod ta’ żvilupp territorjali b’użu ta’ diversi fondi, bħall-programmi implimentattivi b’użu ta’ diversi fondi, jiġifieri l-ITI u s-CLLD, filwaqt li jirrifjuta kull tentattiv li jiġi introdott l-obbligu ta’ programmi b’fond wieħed;

45.

jitlob, għalhekk, għal aktar armonizzazzjoni — kif ukoll semplifikazzjoni — tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, b’tali mod li d-differenzi, il-lakuni u d-dupplikazzjonijiet fir-regoli operattivi tal-fondi jkunu minimizzati u sabiex ir-regoli jiġu definiti b’mod sempliċi u trasparenti, filwaqt li titħalla biżżejjed flessibilità għal soluzzjonijiet imfassla apposta li jistgħu jkunu żviluppati f’livell nazzjonali reġjonali u lokali, inklużi għodod ta’ “pagament skont ir-riżultati” u kif ukoll Pjani ta’ Azzjoni Konġunta u l-Opzjonijiet ta’ Nfiq Simplifikat; isejjaħ f’dan ir-rigward, għal aktar gwida mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu ta’ Opzjonijiet ta’ Nfiq Simplifikat fil-livelli kollha, mingħajr restrizzjonijiet jew rekwiżiti għal-livelli minimi tagħhom;

46.

ifakkar fir-rwol importanti li żvolġa l-FSE fis-segwitu tal-istqarrijiet dwar l-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali espressi fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż, u jittama li jkun hemm allinjament aħjar bejn semestru Ewropew riformat u l-politika ta’ koeżjoni. Is-Semestru Ewropew għandu fil-fatt ikompli jiġi demokratizzat fil-livell Ewropew u nazzjonali, jiġi definit aħjar f’termini ta’ valur miżjud Ewropew u ta’ rabta mal-kompetenzi tal-UE u jkun wkoll aktar iffokat fuq is-sjieda. Għal dan tista’ tkun ta’ kontribut l-adozzjoni ta’ Kodiċi ta’ Kondotta li jistabbilixxi standards għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll għall-istabbiliment ta’ “djalogu strutturali dwar l-istat tal-koeżjoni fl-Ewropa” biex jiġi integrat fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

47.

huwa għalhekk kontra s-subordinazzjoni sempliċi tal-politika ta’ koeżjoni għas-Semestru Ewropew, li tista’ taffettwa l-istatus tagħha kif stabbilit fit-Trattati, u minflok jitlob l-involviment strutturat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba fil-proċess tas-semestru Ewropew, l-integrazzjoni ta’ analiżi territorjali fil-proċess kollu, u l-introduzzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi territorjali meta jkun possibbli.

48.

jipproponi li tiġi eżaminata, b’koerenza ma’ Opinjonijiet adottati mill-KtR dwar “Indikaturi għal żvilupp territorjali — Il-PDG u lil hinn minnu” u l-Opinjoni dwar “Il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2020”, jiġi kkunsidrat ukoll l-użu ta’ indikaturi barra mill-PDG li jqisu l-aspetti soċjali, ambjentali u demografiċi, bħal pereżempju l-Indiċi ta’ Progress Soċjali Ewropew.

Brussell, it-22 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COR 1814/2016.

(2)  COR 4842/2017.

(3)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Ex-post evaluation of the 2007-2013 ESF Programmes” (SWD(2016) 452 final).

(4)  COR 1319/2014.

(5)  COR-03141/2017.

(6)  COM(2018) 98 final, ippubblikata fl-14 ta’ Frar 2018.


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/16


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-prezz u r-riskju ta’ nuqqas ta’ koeżjoni: il-valur strateġiku tal-politika ta’ koeżjoni biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat u jiġu indirizzati sfidi ġodda għar-reġjuni Ewropej

(2018/C 247/04)

Relatur:

Mieczysław Struk (PL/PPE), President tar-Reġjun ta’ Pomorskie

Dokument ta’ referenza:

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-Reġjun tiegħi. L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna: Is-Seba’ Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

COM(2017) 583 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-pubblikazzjoni tas-Seba’ Rapport ta’ Koeżjoni bħala punt tat-tluq importanti fid-dibattitu dwar il-politika ta’ koeżjoni ġdida wara l-2020; f’dan ir-rigward jenfasizza li l-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020 hija mistennija li pereżempju tipprovdi aktar minn 7,4 miljun impjieg, kwalifiki aħjar għal kważi 9 miljun persuna u Internet bil-broadband għal madwar 15-il miljun dar, iżda wkoll biex jiġi appoġġjat l-investiment f’1,1 miljun SMEs u biex jiġu injettati EUR 16-il biljun fl-ekonomija diġitali; għalhekk, jiġbed l-attenzjoni lejn il-prezz inestimabbli ta’ “nuqqas ta’ koeżjoni”, peress li l-konverġenza territorjali Ewropea hija aktar vitali minn qatt qabel għall-Ewropa u ċ-ċittadini, l-ekonomija u kif ukoll il-bliet u r-reġjuni tagħha;

2.

japprezza l-fatt li l-Parlament Ewropew regolarment jidentifika l-prezz tan-non-Ewropa peress li dan juri li n-nuqqas ta’ azzjoni komuni fil-livell Ewropew f’ċerti żoni jwassal għal effiċjenza inqas b’mod sinifikanti tal-ekonomija, kif ukoll disponibbiltà limitata ta’ servizzi pubbliċi importanti;

3.

jiddispjaċih, f’dan il-kuntest, li l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea s’issa ma nkludewx il-kwistjoni tal-prezz ta’ nuqqas ta’ koeżjoni fix-xogħol analitiku tagħhom u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

4.

jirringrazzja lill-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għat-talba tagħha lill-KtR biex ifassal Opinjoni dwar “Il-prezz u r-riskju ta’ nuqqas ta’ koeżjoni”, li tipprovdi lill-KtR b’opportunità eċċellenti biex jidħol f’riflessjoni usa’ dwar ir-rwol strateġiku tal-politika ta’ koeżjoni;

5.

ifakkar il-fatt fundamentali li t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni Ewropea huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; il-KtR għalhekk jenfasizza li l-Politika ta’ Koeżjoni għandha tkompli tissodisfa l-mandat tagħha biex tikkombina l-appoġġ għaż-żoni l-anqas żviluppati u dawk bi problemi ma’offerta lir-reġjuni kollha, sabiex jittieħed kont tal-isfidi u l-potenzjali reġjonali rispettivi kollha u biex jiġi promoss l-iżvilupp armonizzat tal-UE kollha kemm hi, b’hekk jintwera b’mod ċar il-valur miżjud tal-finanzjament tal-UE liċ-ċittadini fuq il-post; ifakkar, f’dan ir-rigward, l-aspetti speċifiċi tar-reġjuni identifikati fl-Artikolu 349 TFUE;

6.

jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni hija l-politika ta’ investiment ewlenija Ewropea li għandha l-għan li tikseb l-objettivi tat-Trattat imsemmijin hawn fuq, iżda kapaċi wkoll tistimula l-innovazzjoni, iġġestixxi l-impatt tat-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija baxxa fil-karbonju, kif ukoll ittaffi l-iskossi ekonomiċi asimmetriċi billi tissalvagwardja l-investiment pubbliku fir-reġjuni favorevoli għat-tkabbir, u b’hekk tgħin tnaqqas il-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali; konsegwentement, il-KtR itenni l-appoġġ b’saħħtu tiegħu għall-#CohesionAlliance (1);

7.

jinnota li l-politika ta’ koeżjoni għandha wieħed mill-oqfsa ta’ prestazzjoni l-aktar żviluppati fost il-politiki tal-UE u hija l-iżjed politika tal-UE mmonitorjata bl-akbar akkuratezza, u evalwata bl-aqwa mod li kapaċi dejjem iktar ittejjeb l-effettività tagħha matul l-aħħar għaxar snin;

Il-koeżjoni ekonomika

8.

jilqa’ l-osservazzjonijiet tas-Seba’ Rapport ta’ Koeżjoni li l-ekonomija tal-UE qed tirkupra mill-kriżi ekonomika u li d-differenzi reġjonali għadhom kif bdew jerġgħu jonqsu. Madankollu, peress li bosta reġjuni ma laħqux il-livelli ta’ PDG per capita u ta’ impjieg li kellhom qabel il-kriżi u esperjenzjaw ammont sostanzjali ta’ xogħol b’lura fir-rigward tal-investiment pubbliku, l-impatt tal-kriżi ekonomika għadu ma ngħelibx;

9.

jilqa’ l-evidenza kkwotata li bejn l-2000 u l-2015 ir-reġjuni inqas żviluppati kienu kapaċi jlaħħqu mal-medja Ewropea, li b’mod partikolari huwa l-każ għall-maġġoranza tar-reġjuni fil-pajjiżi tal-UE-13. Madankollu, jinnota bi tħassib li s-sitwazzjoni f’għadd ta’ reġjuni, l-aktar fin-Nofsinhar tal-Ewropa, ma tjibitx u li saħansitra hija agħar milli kienet qabel il-kriżi;

10.

jinnota li t-tkabbir ekonomiku kien ferm aktar mgħaġġel fir-reġjuni fejn il-PDG kien diġà ferm ogħla mill-medja tal-UE u b’mod partikolari f’bosta żoni metropolitani, li huma l-muturi ewlenin tal-kompetittività reġjonali. Min-naħa l-oħra, jista’ jiġi osservat li r-reġjuni li għandhom PDG per capita qrib il-medja tal-UE jidhru maqbudin f’“nassa ta’ dħul medju” b’rati ta’ tkabbir ferm aktar baxxi minn dawk tal-medja tal-UE;

11.

jesprimi tħassib dwar id-diversità wiesgħa tal-prestazzjoni tal-innovazzjoni, li mhux biss baqgħet ikkonċentrata fit-territorji tal-aktar eġjuni żviluppati fil-Majjistral tal-UE, iżda qed ikollha tendenza li titwessa’, bir-reġjuni li qegħdin fuq quddiem ikomplu jtejbu l-prestazzjoni tagħhom filwaqt li l-prestazzjoni ta’ dawk tal-periferiji, inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni qed tonqos. Dan juri l-importanza ta’ approċċ ibbażat fuq il-post minn isfel għal fuq, irrappreżentat minn strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, fl-appoġġ tal-kapaċità innovattiva tar-reġjuni;

Il-koeżjoni soċjali

12.

jilqa’ l-fatt li s-sitwazzjoni tal-impjieg fl-UE qed titjieb flimkien mal-irkupru ekonomiku. Madankollu, id-differenzi reġjonali fir-rati tal-qgħad xorta għadhom sinifikanti, b’diversi reġjuni fl-Istati Membri tan-Nofsinhar jesperjenzaw rati ta’ qgħad ta’ aktar minn 20 %;

13.

jinnota bi tħassib li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu problema urġenti, minħabba li baqa’ ogħla mil-livell ta’ qabel il-kriżi, u huwa aktar mid-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad. Is-sitwazzjoni fir-reġjuni ta’ tranżizzjoni u dawk inqas żviluppati hija partikolarment inkwetanti;

14.

jiġbed l-attenzjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, li, minkejja xi żviluppi pożittivi, għadha għolja b’mod inaċċettabbli;

15.

jenfasizza li bosta territorji, l-aktar ir-reġjuni u ż-żoni rurali tal-UE-13, iffaċċjaw tnaqqis sinifikanti fil-popolazzjoni, kaġun ta’ tibdil naturali u emigrazzjoni, filwaqt li reġjuni oħrajn esperjenzaw tkabbir sostanzjali fil-popolazzjoni totali. L-għadd kbir ta’ migranti u refuġjati li qed jaslu fl-UE sa mill-2015 għandu wkoll impatt sinifikanti fir-rigward tad-demografija u l-koeżjoni soċjali fuq ċerti Stati Membri, reġjuni u bliet;

Il-koeżjoni territorjali

16.

jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni ambjentali għall-iżvilupp sostenibbli tal-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa u għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha. L-għadd dejjem jikber ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali – b’mod partikolari t-tibdil fil-klima u ż-żieda riżultanti fil-frekwenza u l-intensità tad-diżastri naturali, l-estensjoni tal-insedjament uman, iż-żoni urbani u l-attivitajiet industrijali, it-telf tal-bijodiversità u l-frammentazzjoni tal-ħabitats, u pressjonijiet oħrajn fuq l-ambjent, bħat-tniġġis tal-arja u tal-ilma – għandhom konsegwenzi ta’ ħsara potenzjali għall-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-UE. Minkejja l-progress magħmul fit-tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali, il-KtR jesprimi t-tħassib tiegħu li l-għanijiet ambjentali ewlenin għadhom ma ġewx issodisfati, b’mod partikolari fil-parti ċentrali u partijiet tal-Lvant tal-UE;

17.

jilqa’ l-progress sostanzjali li sar biex ikunu limitati l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, iżda jinnota wkoll li parti minn dan il-progress kien biss ir-riżultat ta’ riduzzjoni fl-attività matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, jiġifieri li hemm bżonn sforzi addizzjonali biex tinkiseb bidla għal sorsi tal-enerġija nadifa inklużi dawk rinnovabbli ekonomija aktar nadifa u aktar effiċjenti fl-enerġija, inkluż it-trasport b’emissjonijiet baxxi;

18.

jiġbed l-attenzjoni fuq id-dimensjoni territorjali tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali kkawżati mill-klima, li għandhom impatt mhux uniformi fuq ir-reġjuni. Għalhekk, il-KtR jenfasizza l-importanza ta’ evalwazzjoni fil-fond tal-vulnerabbiltà u miżuri ta’ adattament għall-bliet u r-reġjuni Ewropej, kif ukoll il-forniment ta’ infrastruttura ekoloġika;

19.

jenfasizza li n-netwerk tat-trasport tal-UE, prinċipalment tas-sistema ferrovjarja, bl-ebda mod ma huwa ottimali, speċjalment fir-reġjuni tal-UE-13. F’dan ir-rigward il-KtR jenfasizza li l-ikkompletar tat-TEN-T, u l-iżjed in-netwerk ċentrali li jikkollega n-nodi prinċipali tat-TEN-T, u l-integrazzjoni tiegħu ma’ sistemi tat-trasport nazzjonali u reġjonali huma meħtieġa mhux biss biex jitneħħew punti ta’ konġestjoni, jitnaqqsu l-ħinijiet tal-ivvjaġġar u jiddgħajfu l-effetti negattivi tal-lokazzjoni periferika ta’ ċerti reġjuni, iżda, fuq kollox, biex jistimulaw l-iżvilupp ekonomiku tal-UE kollha billi jagħmlu lis-Suq Uniku aktar effiċjenti; Għall-istess raġunijiet, il-KtR jenfasizza li t-trasformazzjoni diġitali hija waħda mill-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw ir-reġjuni kollha tal-UE u jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-investimenti f’infrastruttura tal-broadband u l-ħiliet diġitali;

20.

jirrimarka li kważi terz taċ-ċittadini tal-UE jgħixu u jaħdmu fir-reġjuni tal-fruntieri, li b’mod ġenerali ma jmorrux tajjeb ekonomikament daqs reġjuni oħra. Minkejja l-progress sinifikanti li sar f’dawn l-aħħar deċennji, il-fruntieri għadhom jostakolaw il-moviment tal-merkanzija, tas-servizzi, tan-nies, tal-kapital u tal-ideat. Dan ma jippermettix li l-benefiċċji tal-integrazzjoni jiġu sfruttati bis-sħiħ. It-tneħħija tal-ostakoli fir-reġjuni tal-fruntieri ġġib magħha gwadanji sinifikanti f’termini ta’ PDG iżda wkoll tnaqqis sinifikanti tal-kostijiet speċifiċi għall-fruntieri;

L-isfidi għall-bliet u r-reġjuni

21.

jirrimarka li t-tibdil demografiku huwa waħda mill-akbar sfidi li qed tiffaċċja l-UE, u għandu implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali mifruxin fuq skala wiesgħa. Dan jinkludi l-popolazzjoni li qed tixjieħ, tnaqqis fin-numru ta’ żgħażagħ, rata tat-twelid iżjed baxxa u tnaqqis fil-forza tax-xogħol attiva. Dan ifisser li t-tkabbir demografiku jiddependi ħafna mill-migrazzjoni, li tvarja ħafna fost ir-reġjuni tal-UE. Dawn l-iżbilanċi joħolqu impatt soċjoekonomiku sostanzjali kemm f’żoni milquta mid-depopolazzjoni u tixjiħ – l-aktar f’reġjuni ta’ tranżizzjoni – li ta’ spiss qegħdin jesperjenzaw bidla lejn servizzi lokali mhux kummerċjabbli li jillimitaw il-potenzjal tagħhom fl-esportazzjoni, it-tkabbir u l-innovazzjoni, kif ukoll fiċ-ċentri urbani ewlenin li qed jesperjenzaw influss ta’ popolazzjoni. Għalhekk, il-KtR jirrimarka li l-politika ta’ koeżjoni għandha taqdi rwol aktar b’saħħtu fl-indirizzar tal-isfidi soċjali, inklużi t-tixjiħ, mard marbut mal-istil ta’ ħajja u l-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-NEETs, kif ukoll l-integrazzjoni tal-migranti/ir-refuġjati, il-faqar u l-esklużjoni soċjali;

22.

jenfasizza li l-avvenimenti estremi tat-temp x’aktarx li ser jiżdiedu fil-frekwenza u fl-impatt tagħhom fl-Ewropa kollha. L-effetti tat-tibdil fil-klima jvarjaw ħafna bejn ir-reġjuni, iżda ż-żieda fl-esponiment għar-riskju ta’ diżastri jżid it-telfiet potenzjali, speċjalment f’żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni;

23.

jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali għat-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali, li titħeġġeġ is-solidarjetà bejn ir-reġjuni tal-UE, u li jkun provdut valur miżjud sostanzjali għall-objettivi tal-UE;

24.

jenfasizza l-fatt li r-reġjuni u l-bliet qed jiffaċċjaw sfidi mingħajr preċedent, li jvarjaw mill-kompetizzjoni globali, it-trasformazzjoni diġitali u ż-żieda tat-teknoloġiji rivoluzzjonarji, tibdiliet demografiċi u l-migrazzjoni, ir-riskju ta’ faqar u l-esklużjoni soċjali, għas-sigurtà tal-enerġija, it-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità. Dawn l-isfidi kollha għandhom impatt territorjali qawwi b’distribuzzjoni inugwali tal-benefiċċji u tal-ispejjeż fl-ekonomiji u l-komunitajiet reġjonali tal-Ewropa, u dan huwa kkonfermat mis-Seba’ Rapport ta’ Koeżjoni li juri l-ħruġ fid-dieher tal-hekk imsejħa klabbijiet ta’ żvilupp reġjonali. Il-potenzjal ta’ dawn l-isfidi biex isaħħu b’mod reċiproku u biex jittrasformaw b’mod negattiv ix-xenarju ekonomiku, soċjali u territorjali tal-Ewropa huwa kbir ħafna u jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-twessigħ tal-inugwaljanzi eżistenti, u għaldaqstant iċaħħdu l-għan tat-Trattat li tissaħħaħ il-koeżjoni tal-UE;

25.

jenfasizza, f’dan il-kuntest, li l-Politika ta’ Koeżjoni għandha tkompli tinvesti fir-reġjuni kollha tal-UE peress li l-adattament tagħhom għall-iskossi msemmijin hawn fuq jeħtieġ strateġiji fit-tul, ibbażati fuq il-post u sensittivi għall-post u li jkunu kapaċi jintegraw id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u territorjali kif ukoll sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u ma’ strumenti oħra tal-UE. Għalhekk, il-KtR itenni bil-qawwa l-oġġezzjoni tiegħu għall-kunsiderazzjoni li tista’ tagħmel il-ħsara tad-dimensjoni soċjali u l-Fond Soċjali Ewropew b’mod separat mill-politika ta’ koeżjoni; fl-istess ħin, il-KtR jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-rwol dejjem jikber li l-FSE għandu jaqdi biex jippromovi l-konverġenza soċjali territorjali u l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-FSE;

26.

josserva li, abbażi tal-Artikolu 174 tat-TFUE, huwa kruċjali li jitqies l-impatt territorjali tal-interventi pubbliċi u, għalhekk, itenni l-importanza tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali fit-tfassil tal-politiki pubbliċi tal-UE biex ikollhom l-aqwa effiċjenza possibbli;

Ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni

27.

jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkun fil-qalba tad-diskussjoni dwar kif il-potenzjal tal-partijiet kollha tal-UE jkun jista’ jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u kif iċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jibbenefikaw minn integrazzjoni Ewropea b’mod inklużiv, iżda wkoll kif tista’ tiżgura li l-partijiet kollha tal-UE jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni globali. Għalhekk, il-Kumitat itenni l-appoġġ tiegħu biex tiġi żgurata politika ta’ koeżjoni b’saħħitha u mtejba wara l-2020 u jenfasizza r-rwol sinifikanti li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli taqdi fil-futur tal-UE, kif deskritt fl-opinjoni tiegħu dwar “Il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2020” (2);

28.

ifakkar li l-politika ta’ koeżjoni, bl-appoġġ ta’ politiki reġjonali tal-Istati Membri individwali, hija maħsuba biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi li jippermettu lill-UE kollha kemm hi tisfrutta l-benefiċċji kollha tas-Suq Uniku, li – flimkien mar-reżiljenza territorjali – hija fattur ewlieni li tiddetermina l-pożizzjoni kompetittiva tal-UE fix-xena globali. Fl-istess ħin, il-KtR jenfasizza li, minkejja li s-Suq Uniku kien “magna ta’ konverġenza” ta’ suċċess għall-UE, il-benefiċċji mhumiex imqassmin b’mod ugwali u mhux jaslu għand ir-reġjuni u l-gruppi soċjali żvantaġġati b’mod awtomatiku, inklużi dawk bi sfidi ġeografiċi speċifiċi. Għalhekk, għad hemm riskju ta’ żieda fl-iskonnessjoni ekonomika u soċjali bejn il-“magni” ta’ tkabbir tal-UE u reġjuni oħrajn;

29.

f’dan il-kuntest jenfasizza li l-missjoni tal-politika ta’ koeżjoni għadha estremament valida, minħabba li din tippermetti liċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment dawk minn territorji inqas żviluppati, biex jibbenefikaw mill-vantaġġi offruti mill-integrazzjoni tal-UE. Bl-użu tal-għodod tagħha, ir-reġjuni inqas żviluppati jistgħu jużaw u jisfruttaw il-potenzjal endoġenu tagħhom, filwaqt li dawk iktar b’saħħithom jiġu mgħammra aħjar biex jirreaġixxu għall-isfidi globali. F’dan ir-rigward, il-politika ta’ koeżjoni hija l-aktar espressjoni tanġibbli tas-solidarjetà Ewropea, li toffri opportunitajiet indaqs u kwalità ta’ ħajja aħjar għan-nies fir-reġjuni kollha tal-UE. Il-KtR, għalhekk, jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni futura m’għandhiex tiġi ttrattata bħala rigal iżda bħala pilastru indispensabbli ta’ Suq Uniku li jgħaqqad flimkien diversi pajjiżi u reġjuni b’livelli differenti ta’ żvilupp;

30.

jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni hija l-politika Ewropea ewlenija għall-ġlieda kontra l-iżbilanċi territorjali u għat-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp minħabba l-sfidi differenti. Kienet ta’ suċċess fil-kontribut sinifikanti li tat fir-rigward tal-bidla pożittiva ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE, minħabba approċċ transsettorjali kumpless bil-għan ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, l-SMEs, ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, l-infrastruttura tat-trasport, ir-riġenerazzjoni urbana, it-trasformazzjoni industrijali, id-diversifikazzjoni rurali, iżda wkoll l-edukazzjoni u l-ħiliet, l-impjieg, il-kultura u l-infrastruttura soċjali, kif ukoll l-inklużjoni soċjali, biex insemmu biss xi ftit. F’dan ir-rigward, il-KtR jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji u koordinazzjoni aktar b’saħħithom bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-politiki u l-programmi settorjali tal-UE;

31.

jenfasizza l-fatt li, minħabba l-għadd kbir ta’ sfidi u d-dimensjoni territorjali serja tagħhom, tinħtieġ akar minn qatt qabel politika ta’ koeżjoni effettiva u b’saħħitha għar-reġjuni kollha tal-UE għal Unjoni Ewropea b’saħħitha u effettiva. Il-KtR jafferma mill-ġdid li l-politika ta’ koeżjoni għandha l-kapaċità għal rispons sensittiv għall-post u flessibbli fir-rigward tal-isfidi attwali u emerġenti, speċjalment dawn li jinbtu minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi akuta b’rabta mal-globalizzazzjoni; jenfasizza, fl-istess ħin, li l-għan predominanti ta’ Ewropa ekonomikament, soċjalment u ambjentalment b’saħħitha u koeżjoni territorjali akbar jista’ jintlaħaq biss jekk iż-żoni urbani u rurali t-tnejn li huma, bħala spazji funzjonali komplimentari, isiru iżjed b’saħħithom bis-saħħa ta’ appoġġ iddedikat b’mod adegwat;

32.

jirrimarka li l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni għandhom jittejbu fil-ġejjieni bil-ħsieb għal aktar sempliċità u kapaċità akbar biex jirreaġixxu għal sfidi ġodda, iżda dawn ma għandhomx isiru kumplikati wisq minħabba li huwa kważi impossibbli li wieħed jikkombina l-kisba tal-konverġenza ekonomika u soċjali, l-indirizzar taċ-ċikli tan-negozju, is-salvagwardja tad-dixxiplina fiskali u l-prevenzjoni tal-erożjoni politika; ifakkar, f’dan il-kuntest, l-appoġġ tiegħu għal approċċ differenzjat għas-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni;

33.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea għat-tneħħija tal-ostakli tal-fruntieri u li titrawwem kooperazzjoni transkonfinali li timmira lejn riżultati konkreti għaċ-ċittadini tal-UE. F’dan il-kuntest, jitlob li, meta fil-ġejjieni jitfasslu programmi tal-ETC dawn ikunu flessibbli biżżejjed biex jakkomodaw il-ħtiġijiet speċifiċi differenti fir-reġjuni tal-fruntiera, inkluż l-ambitu għal proġetti bejn il-persuni u fuq skala żgħira. Il-KtR iqis, barra minn hekk, il-ħtieġa tal-eliminazzjoni ta’ limitu ta’ 150 km impost fuq il-kooperazzjoni marittima, kif ukoll il-ħtieġa għal approċċ iktar proporzjonat fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, rekwiżiti ta’ verifika finanzjarja u kontroll fil-programmi tal-ETC (3). Il-KtR jindika wkoll l-ħtieġa dejjem tikber biex isir użu akbar tal-istrateġiji makroreġjonali li jkun appoġġjat mill-Politika ta’ Koeżjoni flimkien ma’ politiki tal-UE oħrajn;

34.

isejjaħ lill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tiġi żviluppata metodoloġija b’rabta mal-“prezz tan-nuqqas ta’ Koeżjoni” sabiex tipprovdi evidenza addizzjonali kwantifikabbli dwar il-valur miżjud Ewropew tal-politika ta’ koeżjoni;

Il-valuri tal-politika ta’ koeżjoni

35.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni għandha ħafna effetti pożittivi kollaterali għax tikkontribwixxi għal kwalità aħjar ta’ governanza u istituzzjonijiet aħjar f’bosta reġjuni. Mhix biss prerekwiżit ewlieni tat-tkabbir ekonomiku, iżda wkoll bażi soda għall-benesseri tas-soċjetà inġenerali, inklużi l-fiduċja taċ-ċittadini u l-leġittimità politika tal-UE. Il-KtR jinnota li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli tinsisti għal kultura amministrattiva ġdida fir-reġjuni billi tintroduċi governanza f’diversi livelli, il-prinċipju ta’ sħubijiet, ippjanar ekonomiku fuq terminu medju, programmar u finanzjament pluriennali, strumenti u approċċi integrati bbażati fuq il-post, iżda wkoll proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu trasparenti u bbażati fuq l-evidenza, kundizzjonalitajiet ex-ante, orjentazzjoni lejn ir-riżultati, konċentrazzjoni tematika, mekkaniżmi xprunati mill-inċentivi, mekkaniżmi avvanzati ta’ ġestjoni kif ukoll miżuri ta’ komunikazzjoni biex tittraduċi l-effetti diretti tagħha liċ-ċittadini;

36.

jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni hija l-aktar politika effettiva tal-UE biex tegħleb il-kompartimentalizzazzjoni tal-politika. Din għandha l-potenzjal biex tkun l-ixprun prinċipali għat-trasformazzjoni strutturali fl-UE billi tlaqqa’ flimkien diversi politiki settorjali permezz ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni integrati, ibbażati fuq il-post u intelliġenti li jipprovdu soluzzjonijiet imfasslin apposta bbażati fuq il-vantaġġi komparattivi, l-opportunitajiet għall-iżvilupp u l-isfidi ta’ territorju partikolari, kif definit miċ-ċittadini, l-intraprendituri u l-amministrazzjonijiet fuq il-post.

37.

jindika f’dan ir-rigward li l-politika ta’ koeżjoni tista’ tkun ferm aktar effiċjenti, jekk l-Istati Membri huma determinati li jimplimentaw dawk ir-riformi strutturali u l-kundizzjonijiet ex-ante li jikkontribwixxu għal ambjent iżjed favorevoli għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, inkluża kapaċità istituzzjonali msaħħa. Il-KtR jinsisti wkoll li kwalunkwe rabta oħra, inkluża dik finanzjarja, bejn ir-riformi strutturali u l-politika ta’ koeżjoni tkun teħtieġ involviment attiv min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta’ Kodiċi ta’ Kondotta għas-Semestru Ewropew sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u s-sens ta’ appartenenza tal-proċess; huwa wkoll indispensabbli għal kull riforma strutturali li tgħaddi minn test minn qabel tal-Valur Miżjud Ewropew u biex tikkonferma r-relazzjoni diretta tagħha mal-objettivi tat-Trattat (4);

38.

jirrimarka li l-politika ta’ koeżjoni tat prova li l-awtonomizzazzjoni tal-atturi reġjonali u lokali hija kruċjali biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni strutturali. Barra minn hekk, ir-riċerka turi li hemm potenzjal li għadu mhux sfruttat biex tiżdied il-produttività fil-livell nazzjonali billi tittejjeb il-prestazzjoni tar-reġjuni. Din hija r-raġuni għala l-KtR jenfasizza li jeħtieġ li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jkollhom rabtiet aktar b’saħħithom ma’ politika ta’ koeżjoni b’saħħitha u intelliġenti, bħala parti mill-promozzjoni estensiva ta’ strateġiji kumplessi u robusti ta’ żvilupp. Din għandha tagħti lill-UE l-leġittimità fil-livell lokali u reġjonali billi tagħmel il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea aktar tanġibbli għaċ-ċittadini;

Messaġġ ta’ twissija bikrija: Il-prezz u r-riskju tan-nuqqas ta’ koeżjoni għall-Unjoni Ewropea

39.

jenfasizza l-ħtieġa assoluta li jiġi pprovdut qafas ta’ politika suċċessiv għall-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex ikun hemm konċentrazzjoni tematika u r-rispons territorjali tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2020;

40.

jenfasizza li t-tnaqqis jew il-frammentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, pereżempju billi din tiġi ristretta għal ċerti kategoriji ta’ reġjuni jew billi jiġi separat il-Fond Soċjali Ewropew, iġib miegħu riskji politiċi kbar, li jqajjem dubji dwar il-kapaċità tal-UE li tissodisfa l-objettivi tat-Trattat li ssaħħaħ il-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika minħabba n-nuqqas ta’ massa kritika ta’ appoġġ f’bosta reġjuni jiġifieri wkoll inqas investimenti f’objettivi Ewropej ewlenin;

41.

f’dan ir-rigward, jenfasizza t-tħassib tiegħu li n-nuqqas ta’ koeżjoni fl-Unjoni Ewropea, fl-agħar każ, jista’ jwassal għal:

(a)

żieda fid-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni u tensjonijiet akbar fost l-Istati Membri;

(b)

id-diżintegrazzjoni tas-Suq Uniku u governanza ekonomika tal-UE inqas effettiva;

(c)

nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

(d)

ostakli serji biex jindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni;

(e)

tnaqqis fil-fiduċja fl-istituzzjonijiet politiċi tal-UE u d-demokrazija nnifisha, li jwassal għal żieda tal-populiżmu u n-nazzjonaliżmu u, għaldaqstant, għal instabbiltà politika u fl-aħħar nett anke għad-diżintegrazzjoni tal-UE

42.

għalhekk iqis li l-fatt li tingħeleb id-diviżjoni territorjali, soċjali u ekonomika li tippersisti fl-UE huwa l-isfida ewlenija fit-tul għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi;

43.

itenni, f’dan il-kuntest, li l-politika ta’ koeżjoni ma tistax tkun soġġetta għal xi kundizzjonalitajiet ex-post fil-livell Ewropew, li huma barra mill-kontroll tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jew li jistgħu jsiru ostaġġi għall-politiki segwiti mill-gvernijiet nazzjonali.

Brussell, it-22 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  www.cohesionalliance.eu

(2)  ĠU C 306, 15.9.2017, p. 8.

(3)  Workshop reċenti tal-KtR dwar is-semplifikazzjoni tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (https://cor.europa.eu/Documents/Migrated/Events/ETC-WORKSHOP-FINAL-REPORT.pdf)

(4)  Riżoluzzjoni tal-KtR dwar l-emendar tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni fil-qasam tal-Fondi SIE biex jiġu appoġġjati r-riformi strutturali – COR-2017-06173-00-00-RES


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/22


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Tkabbir: L-inklużjoni tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Punent tal-Balkani fl-Inizjattivi ta’ Kooperazzjoni Makroreġjonali, Transkonfinali u Transnazzjonali tal-UE

(2018/C 247/05)

Relatur Ġenerali:

Prof. Franz Schausberger (AT/PPE), Rappreżentant tal-Provinċja ta’ Salzburg fil-Kumitat tar-Reġjuni

Dokument ta’ referenza:

COM(2018) 65 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Presidenza Bulgara tat prijorità lit-tema dwar il-Balkani tal-Punent u talbet għal kontribut tal-KtR f’dan ir-rigward;

2.

jilqa’ u jappoġġja l-Istrateġija li ppreżentat il-Kummissjoni Ewropea (KE) fis-6 ta’ Frar 2018 għal Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent;

3.

huwa tal-istess konvinzjoni tal-Kummissjoni li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma parti mill-Ewropa u għandhom wirt Ewropew, storja u futur komuni u li prospett kredibbli biex jingħaqdu mal-UE huwa fundamentali għat-trasformazzjoni fir-reġjun u għaldaqstant għas-sigurtà, il-prosperità, il-benesseri soċjali, ir-rikonċiljazzjoni u l-istabilità;

4.

jilqa’ l-possibilità li s-Serbja u l-Montenegro jsiru Stati Membri tal-UE sal-2025, li jinfetħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Albanija u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li jitwiegħed status ta’ pajjiż kandidat lill-Bożnija-Ħerzegovina, u li l-Kosovo (1) jingħata s-setgħa jagħmel aktar progress biex ikompli miexi fit-triq Ewropea tiegħu bl-implimentazzjoni tal-FSA;

5.

fl-istess ħin, jappoġġja bis-sħiħ id-dikjarazzjoni ċara tal-Kummissjoni li dawn ix-xenarji jistgħu jinkisbu biss jekk il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jissodisfaw il-kriterji u l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa, speċjalment dawk dwar it-tisħiħ tad-demokrazija, u jwettqu r-riformi kollha meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, il-kompetittività, il-kooperazzjoni reġjonali u r-rikonċiljazzjoni, u li m’għandu jkun hemm l-ebda eċċezzjonijiet politiċi f’dan ir-rigward jew tibdil tal-kundizzjonijiet matul il-proċess;

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi żieda sostanzjali fl-appoġġ tagħha għall-proċess ta’ trasformazzjoni fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, pereżempju permezz ta’ żieda gradwali tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) fit-tħejjija lejn l-2020, skont pjan ta’ azzjoni speċifiku b’sitt inizjattivi ewlenin;

7.

huwa tal-fehma li l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandha tifforma parti minn strateġija usa’ biex tissaħħaħ l-UE sal-2025, għax l-Unjoni Ewropea għandha tkun aktar b’saħħitha u aktar stabbli qabel ma tkun tista’ tikber aktar u s-27 Stati Membri u l-popolazzjonijiet tagħhom iridu jkunu konvinti mill-valur miżjud ta’ dan it-tkabbir tal-UE;

8.

jilqa’ pożittivament l-impenn imġedded li ħadu l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fis-Summit ta’ Trieste fl-2017 biex jappoġġjaw lil xulxin fil-mixja lejn l-Ewropa u biex isolvu d-differenzi politiċi fil-qafas tal-istituzzjonijiet demokratiċi tagħhom, u jsaħħu id-djalogu politiku reċiproku, peress li l-bini ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien huwa punt ewlieni fit-triq lejn l-Unjoni Ewropea;

9.

jagħmel referenza għall-bosta opinjonijiet tiegħu li ripetutament enfasizzaw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti b’mod attiv fl-integrazzjoni Ewropea u li l-istandards tal-UE u l-aħjar prattiki għandhom jiġu implimentati fil-livell reġjonali u lokali kemm jista’ jkun kmieni fil-proċess tat-tkabbir. Huwa biss b’dan il-mod li l-għarfien meħtieġ jista’ jinkiseb fil-livelli sottonazzjonali b’mod adegwat u f’waqtu għall-kompiti u r-responsabbiltajiet futuri skont l-acquis tal-UE;

10.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-Aġenda tal-Konnettività tal-UE u inizjattivi reġjonali oħrajn bħall-Proċess ta’ Berlin, u jħeġġeġ bil-qawwa sforzi biex ikunu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-pajjiżi tat-tkabbir u li wieħed jagħmel użu mill-esperjenza tal-Istati Membri l-ġodda matul il-proċess ta’ implimentazzjoni, speċjalment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-iżvilupp diġitali, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ;

11.

jitlob li jiġu implimentati arranġamenti speċjali u impenji irrevokabbli sabiex jiżguraw li l-Istati Membri l-ġodda mhumiex f’pożizzjoni li jimblokkaw l-adeżjoni ta’ pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent bħala kandidati;

Is-sinifikat tal-livelli sottonazzjonali fil-proċess tat-tkabbir

12.

jinnota bi tħassib li l-amministrazzjoni pubblika fil-livelli kollha tal-gvern, speċjalment l-awtonomija lokali, għadha dgħajfa fil-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Balkani, b’kapaċità amministrattiva limitata, b’livell għoli ta’ politiċizzazzjoni u korruzzjoni kif ukoll nuqqas ta’ trasparenza u nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji;

13.

jenfasizza li l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi għandu jissaħħaħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, bi sforzi biex ikunu żgurati proċessi elettorali sodi u l-funzjonament xieraq tal-assemblej reġjonali u l-kunsilli muniċipali, flimkien ma’ djalogu kostruttiv u sostenibbli mas-soċjetà ċivili;

14.

jistieden lill-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent biex ifasslu u jimplimentaw programmi biex jirriformaw u jtejbu l-kwalità u d-dover ta’ rendikont tal-amministrazzjoni – b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati finanzi pubbliċi trasparenti – kif ukoll strateġiji tal-gvern elettroniku. Jappella wkoll għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi aħjar għaċ-ċittadini kif ukoll liġijiet ġodda dwar proċeduri amministrattivi ġenerali, ibbilanċjati u strutturi tal-pagi ġusti għas-servizz ċivili u għall-uffiċjali tal-gvern reġjonali u lokali, flimkien ma’ proċeduri trasparenti ta’ reklutaġġ u sensja;

15.

jinnota li f’bosta pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sar progress importanti bl-adozzjoni ta’ liġijiet ġodda għar-riforma tal-amministrazzjoni lokali, iżda jemmen li għad hemm bżonn ta’ sforzi konsiderevoli li jridu jsiru u jridu jiġu trasferiti riżorsi finanzjarji fundamentali sabiex tiżdied il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwoli estiżi tagħhom bi tħejjija għall-adeżjoni u wara għall-benefiċċju tal-popolazzjonijiet tagħhom;

16.

jenfasizza, bħala eżempju pożittiv, id-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-liġi Serba dwar is-servizz ċivili fil-provinċja awtonoma ta’ Vojvodina u fil-livell lokali, iżda jinnota li l-liġi dwar ir-riżorsi ta’ Vojvodina – kif meħtieġ mill-kostituzzjoni – għad trid tiġi adottata;

17.

iqis b’mod pożittiv, li f’diversi Stati tal-Balkani, speċjalment fl-Albanija, ġew konklużi u implimentati r-riformi territorjali lokali bit-trasferiment ta’ setgħat ġodda lill-muniċipalitajiet, minkejja l-progress kajman tal-konsolidazzjoni finanzjarja u amministrattiva tal-muniċipalitajiet il-ġodda;

18.

iqis b’mod pożittiv ħafna li l-istrateġija tat-tkabbir tal-KE titlob espliċitament bilanċ xieraq bejn il-gvernijiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sens tal-governanza f’diversi livelli, peress li d-dimensjoni tal-gvern reġjonali u lokali hija ġeneralment assenti fl-ippjanar strateġiku u operattiv għat-tkabbir tal-UE fil-pajjiżi tat-tkabbir tal-Balkani tal-Punent;

19.

iqis li “approċċ minn isfel għal fuq” bħala assolutament essenzjali għas-suċċess f’waqtu ta’ aktar integrazzjoni tal-UE biex tinkludi l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

20.

bi pjaċir jinnota li, speċjalment fil-livell lokali fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, il-kooperazzjoni transkonfinali ġiet imsaħħa permezz tal-iskambju ta’ esperjenza, it-trasferiment ta’ għarfien, trasferiment tal-aħjar prattiki u l-introduzzjoni ta’ metodi u approċċi ġodda. B’mod partikolari, għandhom jiġu enfasizzati l-attivitajiet u l-inizjattivi ta’ assoċjazzjonijiet muniċipali u reġjonali u organizzazzjonijiet bħall-Ewroreġjun Adrijatiku Jonju (AIE) n-Netwerk NALAS – in-Netwerk tal-Assoċjazzjonijiet tal-Awtoritajiet Lokali fix-Xlokk tal-Ewropa, li għandhom ikunu involuti u promossi aktar mill-qrib fil-livell Ewropew;

21.

jiddispjaċih li bħalissa m’hemm l-ebda pjattaforma komprensiva u sostenibbli għal kooperazzjoni lokali u lanqas xi rabtiet sodi mal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni tal-istandards tal-UE u t-traspożizzjoni tal-acquis tal-UE fil-livell lokali, u li l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni pożittiva bħall-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali (KKR), ir-ReSPA (2) u l-Proċess ta’ Berlin huma mmirati prinċipalment lejn il-gvernijiet ċentrali, filwaqt li ma jitqiesx il-livell lokali u reġjonali;

Id-deċentralizzazzjoni u d-demokrazija

22.

jiddeplora l-fatt li l-iżvilupp tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent matul dawn l-aħħar għaxar snin kien ikkaratterizzat minn imblukkar ta’ riformi, nuqqas ta’ paċenzja u xettiċiżmu dejjem jikber lejn sħubija mal-UE u sinjali ta’ aktar instabbiltà, korruzzjoni, nazzjonaliżmu u politiċizzazzjoni estrema tal-istituzzjonijiet tal-istat u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, li sa ċertu punt wasslu għal bidla lejn aktar forom awtokratiċi ta’ gvern u ċentralizzazzjoni;

23.

jirrimarka, b’mod speċjali b’rabta mal-Bożnija-Ħerzegovina, l-importanza ta’ koordinazzjoni tajba bejn il-livelli kollha ta’ governanza u amministrazzjoni għall-kapaċità tal-pajjiż biex jiffunzjona, għall-implimentazzjoni effettiva tal-aġenda ta’ riforma, il-mobbiltà u għall-ħolqien ta’ żona ekonomika unika, u jilqa’ l-fatt li l-livelli kollha issa qablu dwar risposta għall-kwestjonarju komprensiv tal-Kummissjoni;

24.

jinnota li l-liġijiet elettorali għall-elezzjonijiet lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent huma fil-biċċa l-kbira konformi mal-istandards Ewropej, u li l-elezzjonijiet lokali huma prinċipalment immexxija b’mod kalm u ordinat, iżda li għad hemm nuqqasijiet sostanzjali minħabba n-nuqqas ta’ imparzjalità u l-politiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni elettorali u b’rabta mat-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji, il-proċess ta’ reġistrazzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet elettorali;

25.

huwa konvint li, bħala pilastru tal-proċess ta’ riforma demokratika, id-deċentralizzazzjoni hija fundamentali għall-koeżjoni soċjali, l-istabbiltà u l-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-Balkani tal-Punent u għaldaqstant għall-futur tal-Ewropa;

26.

huwa konxju li, fl-impenn tal-passi fundamentali meħtieġa biex tissaħħaħ id-deċentralizzazzjoni fil-veru sens tal-kelma, wieħed għandu joqgħod attent li ma joħloqx diviżjonijiet u tensjonijiet etniċi;

27.

huwa konvint li l-depolitiċizzazzjoni tas-servizz ċivili hija essenzjali għat-tisħiħ tal-fiduċja bejn is-servizz pubbliku u ċ-ċittadini fil-livell reġjonali u lokali;

L-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livell lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent

28.

jiddispjaċih li, wara ħafna snin ta’ involviment tal-UE, il-gvern u l-amministrazzjoni ċentrali, reġjonali u lokali fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għad għandhom konnessjoni mill-qrib mal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, bl-interessi pubbliċi u dawk privati marbutin mill-qrib;

29.

għalhekk jirrakkomanda li s-servizzi tal-prosekuzzjoni speċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll l-awtoritajiet ġudizzjarji, jissaħħu sostanzjalment, b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jikkonfiskaw assi miksuba illegalment, jneħħu persuni minn karigi pubbliċi, jistabbilixxu regoli iktar stretti għall-persuni li jkollhom karigi u jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi biex iċ-ċittadini jiksbu l-informazzjoni u jressqu l-ilmenti;

30.

jenfasizza, għalhekk, li m’hemmx biss il-ħtieġa li jittejbu b’mod sinifikattiv u jiġu salvagwardjati l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tal-ġudikatura fil-livell nazzjonali. Hemm ukoll il-ħtieġa ta’ trasparenza ċara fl-awtoritajiet reġjonali u lokali, b’mod partikolari fil-qasam tal-akkwist pubbliku; barra minn hekk, jilqa’ eżempji pożittivi bħat-twaqqif tal-uffiċċju kontra l-korruzzjoni u l-abbozzar ta’ pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti fi kważi l-muniċipalitajiet kollha fil-Montenegro u l-isforzi kontinwi fl-Albanija;

31.

jistenna li l-pajjiżi kkonċernati jżidu l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-istat tad-dritt u l-ġustizzja, biex jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali, il-libertà u s-sigurtà u biex jipproteġu l-minoranzi, notevolment il-komunità tar-Roma – li għalihom l-inklużjoni soċjali għandha tiġi promossa b’mod aktar qawwi – u l-komunità LGBTI kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-indirizzar tal-vjolenza domestika; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li s-Serbja hija l-ewwel pajjiż kandidat li introduċa l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-UE;

32.

għandu tama kbira li l-Presidenza Bulgara tal-Kunsill se jirnexxilha tiddirezzjona l-forzi politiċi kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina f’qasir żmien lejn soluzzjoni komuni fir-rigward tar-riformi leġittimi kostituzzjonali tal-liġi elettorali qabel l-elezzjonijiet ta’ Ottubru 2018. Hawnhekk wieħed irid iqis id-dispożizzjonijiet li jirriżultaw mill-fatt li t-tliet gruppi etniċi tal-Bożnija-Ħerzegovina huma popli kostitwenti u ugwali. Dan ifisser ukoll li d-deċiżjonijiet ta’ Sejdić-Finci, Zornić u ta’ Pilav tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jeħtieġu li jiġu implimentati sabiex membri tal-komunitajiet Lhud u Rom u rappreżentanti ta’ minoranzi nazzjonali oħrajn ikunu jistgħu joħorġu għall-elezzjoni tal-presidenza u l-Federazzjoni tal-Popli u li l-elezzjonijiet lokali jkunu jistgħu jerġgħu jsiru f’Bestar wara aktar minn seba’ snin;

33.

jenfasizza l-importanza tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa f’kultura politika demokratika biex b’hekk ikun żgurat il-pluraliżmu ta’ soċjetà demokratika. Kwistjoni waħda hawnhekk hija t-tentattivi mhux xierqa li jkunu influwenzati l-ġurnalisti u r-rappurtar tagħhom fuq il-bażi tas-sjieda tal-midja opaka;

34.

jirrimarka li sistema Ewropea ta’ kultura demokratika tirrikjedi li jittieħdu d-deċiżjonijiet politiċi fil-livelli politiċi kollha biex tintwera mġiba eżemplari, bħall-evitar ta’ konfrontazzjoni u provokazzjoni, l-evitar ta’ azzjonijiet radikali u retorika nazzjonalistika, tintwera sensittività fil-konfront tal-gruppi vulnerabbli u żvantaġġati, il-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal-minoritajiet etniċi, lingwistiċi jew reliġjużi kif ukoll li jintwera r-rispett totali lejn kulħadd, irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru;

35.

jistieden lill-mexxejja politiċi biex jevitaw u jikkundannaw kwalunkwe ħaġa li tista’ tħeġġeġ tensjonijiet interetniċi, biex jikkonfrontaw b’mod attiv narrattivi nazzjonalisti u l-glorifikazzjoni ta’ delitti tal-gwerra, biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu u biex iwettqu xogħol preventiv maż-żgħażagħ;

Kooperazzjoni transkonfinali reġjonali u lokali

36.

jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajba bħala ġirien bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma prerekwiżiti ewlenin għal progress Ewropew u opportunitajiet ekonomiċi ġodda;

37.

jappoġġja l-inizjattivi kollha li għandhom l-għan li jtejbu r-relazzjonijiet reċiproċi bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-kooperazzjoni transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali, kif ukoll programmi ta’ ġemellaġġ u ta’ TAIEX, u joffri l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni possibbli tal-pajjiżi kandidati mill-Balkani tal-Punent fir-REKT;

38.

jagħmilha ċara li tilwimiet bilaterali transkonfinali għandhom jiġu solvuti mill-aktar fis minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-pajjiżi kkonċernati jew ikunu soġġetti għal deċiżjoni ġudizjarja jew arbitraġġ internazzjonali vinkolanti u mingħajr kundizzjoni; jikkundanna, f’dan ir-rigward, it-tilwim li għadu għaddej bejn is-Slovenja u l-Kroazja fir-rigward tal-ibħra internazzjonali tal-Bajja ta’ Piran, li sar problema interna tal-UE bl-adeżjoni taż-żewġ pajjiżi mal-Unjoni, u jilqa’ l-iffirmar tat-trattati tal-fruntiera bejn il-Montenegro, min-naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo, min-naħa l-oħra;

39.

jilqa’ bi pjaċir l-adeżjoni riċenti tar-Repubblika tas-Serbja mal-Konvenzjoni ta’ Madrid, u jistenna li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Kosovo jingħaqdu ma’ din il-konvenzjoni, li toffri soluzzjonijiet konkreti biex jingħelbu l-ostakli prinċipali tal-kooperazzjoni territorjali transfruntiera;

40.

huwa konvint li ma jista’ jkun hemm l-ebda stabbiltà fit-tul mingħajr normalizzazzjoni effettiva u komprensiva tar-relazzjonijiet bejn Belgrad u Priština permezz ta’ djalogu sponsorjat mill-UE fir-reġjun, u għalhekk hu meħtieġ urġentement ftehim ta’ normalizzazzjoni vinkolanti u komprensiv; jilqa’ n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kroazja u l-progress li sar fid-djalogu bejn Belgrad u Priština;

41.

jinnota b’sodisfazzjon li s-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Kosovo baqgħet ġeneralment kalma u l-komunikazzjoni bejn il-muniċipalitajiet tat-Tramuntana u l-istituzzjonijiet ċentrali tjiebet u li l-provokazzjonijiet okkażjonali u l-atti ta’ vjolenza, li għandhom jiġu kkundannati, ma wasslux għal dgħufija fid-djalogu bejn Belgrad u Priština;

42.

iqis li ż-żona ekonomika reġjonali miftiehma waqt is-summit tal-Balkani tal-Punent fi Trieste f’Lulju 2017 bħala pass sinifikanti lejn l-avvanz tal-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u lejn il-fatt li s-suq reġjonali jsir aktar attraenti, u jittama li l-pjan ta’ azzjoni miftiehem jista’ jiġi implimentat f’qasir żmien;

43.

iqis li huwa ta’ importanza kbira li tissaħħaħ il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali transkonfinali ma’ u fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun garantit l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, jittejjeb l-kontroll mal-fruntieri, eċċ., u jħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin;

44.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li riċentement in-negozjati bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja imxew b’mod pożittiv fir-rigward tad-differenzi jaħarqu dwar l-isem li ilhom għaddejjin għal bosta snin, u jittama, li l-Presidenza Bulgara, flimkien man-negozjati li għaddejjin taħt il-patroċinju tan-NU, jirnexxilha tmewwet dan il-konflitt u twassalhom għal soluzzjoni;

Is-sitwazzjoni ekonomika u l-istrateġiji makroreġjonali fil-Balkani tal-Punent

45.

jinnota b’dispjaċir li, fil-mument, l-ebda mill-Balkani tal-Punent ma jistgħu jitqiesu bħala ekonomiji tas-suq li jiffunzjonaw u lanqas ma huma kapaċi jaffaċċjaw il-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE, speċjalment minħabba l-influwenza politika u settur privat sottosżviluppat. Dan għandu impatt negattiv ferm fuq is-swieq tax-xogħol u speċjalment fir-rigward tal-opportunitajiet ta’ impjieg għaż-żgħażagħ, li huma ftit;

46.

jindika li fil-biċċa l-kbira tal muniċipalitajiet tal-pajjiżi kandidati, hemm fehma ġenerali li proġetti u programmi tal-UE huma kkumplikati wisq għaċ-ċirkostanzi fl-amministrazzjonijiet lokali, u b’hekk l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissimplifika l-aċċess għal proġetti u programmi jixxejnu minħabba mekkaniżmu ta’ sorveljanza dejjem aktar sofistikat u komplikat;

47.

jappoġġja l-estensjoni tan-netwerk TEN-T attwali, inkluża t-tlestija tal-kuritur u t-tkabbir lejn ix-Xlokk tal-Ewropa, li jista’ jsolvi l-problema attwali ta’ nuqqas ta’ konnessjonijiet ta’ trasport fil-Balkani tal-Punent u t-titjib tal-konnessjoni bejn il-Lvant u l-Punent permezz tat-triq, tal-baħar, bl-ajru u bin-netwerk ferrovjarju bħala prerekwiżit għall-iżvilupp tar-reġjun sħiħ;

48.

jissuġġerixxi, għalhekk, l-involviment tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jew assoċjazzjonijiet lokali fil-proċess ta’ negozjati tal-IPA, il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

49.

jilqa’ l-fatt li, bil-ħsieb li timplimenta l-istrateġija proposta, l-UE għandha l-intenzjoni li żżid il-finanzjament tal-IPA b’mod gradwali fit-tħejjija għall-2020, b’enfasi aktar b’saħħitha fuq il-bżonnijiet tal-pajjiżi;

50.

ifakkar l-eżempju pożittiv tal-Fond għall-Innovazzjoni ffinanzjat mill-IPA, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jipprovdi finanzjament għal proġetti pilota għall-innovazzjoni u biex tingħata spinta lir-riċerka u l-iżvilupp f’intrapriżi privati. Il-fond jappoġġja wkoll, permezz pereżempju tal-Proġetti ta’ Innovazzjoni tas-Serbja, it-twettiq ta’ start-ups u spin-offs innovattivi kif ukoll teknoloġiji u servizzi orjentati lejn is-suq, għaldqastant jaqdu rwol prinċipali biex irendu lis-settur privat Serb aktar kompetittiv;

51.

jenfasizza, bħala eżempju pożittiv ta’ kooperazzjoni transkonfinali reġjonali ta’ suċċess, l-inizjattiva konġunta bejn ir-Rumanija u s-Serbja dwar il-kanċer taħt il- “Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali Interreg-IPA”, immirat lejn it-titjib u d-dijanjożi u t-trattament ta’ tumuri malinji;

52.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali maġġuri bejn ir-reġjuni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-programm tal-UE għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-SMEs mmirat lejn l-iżvilupp ta’ settur privat sod, u l-ħolqien ippjanat ta’ programm li jappoġġja t-trasferiment tat-teknoloġija u negozji ġodda;

53.

jenfasizza li l-istrateġiji makroreġjonali (MRSs) u strumenti oħra tal-UE għall-kooperazzjoni transkonfinali bħar-REKT u l-programmi Interreg huma elementi fundamentali għall-ġejjieni tal-UE;

54.

jilqa’ l-fatt li l-Presidenza Bulgara tal-Kunsill għamlet mill-ekonomija diġitali prijorità oħra u jappoġġja l-isforzi kollha biex jingħaqdu l-infrastrutturi bejn il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-UE fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-servizzi diġitali;

55.

jistenna li l-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent jaqdu rwol kostruttiv f’inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali bħall-Proċess ta’ Berlin, l-Istrateġija tad-Danubju, l-Inizjattiva Adrijatika u Jonika, il-Proċess ta’ Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali u jenfasizza l-importanza tal-uffiċċju reġjonali ta’ kooperazzjoni għaż-żgħażagħ tal-Balkani tal-Punent għar-rikonċiljazzjoni fir-reġjun;

56.

jemmen li l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) tista’ tipprovdi opportunità kbira għar-reġjun kollu, iżda jindika wkoll problemi persistenti bħal pereżempju n-nuqqas ta’ riżorsi, il-governanza kif ukoll l-isfidi kkawżati mill-kriżi tal-migrazzjoni;

57.

huwa favur strateġiji makroreġjonali bħala strument għall-integrazzjoni Ewropea, ibbażati fuq l-istabbiltà, ir-rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien bejn Stati Membri tal-UE, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali; huwa tal-opinjoni li l-istrateġiji makroreġjonali tal-UE għandhom ikopru l-Balkani tal-Punent kollu b’mod sħiħ. il-Kosovo u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja la qed jipparteċipaw fl-istrateġija makroreġjonali għar-reġjun tad-Danubju u lanqas fl-istrateġija makroreġjonali tal-Adrijatiku-Jonju; għaldaqstant jirrakkomanda li anke dawk il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li għadhom mhux jipparteċipaw fl-imsemmijin strateġiji, iżda li għandhom rabta magħhom f’termini ġeografiċi u ekonomiċi, jagħmlu dan issa, biex b’hekk il-Balkani tal-Punent kollu jkun inkluż fiż-żona koperta mill-istrateġiji makroreġjonali u jkun jista’ jagħmel użu mill-possibilitajiet ta’ finanzjament bħala parti mill-proġetti implimentati taħt dawk l-istrateġiji;

Brussell, it-22 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Din ir-referenza hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus tal-Kosovo, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  ReSPA hija organizzazzjoni internazzjonali li ġiet fdata bil-missjoni li ssaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika fil-Balkani tal-Punent (https://www.respaweb.eu)


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/28


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pakkett kummerċjali

(2018/C 247/06)

Relatur:

Micaela Fanelli (IT/PSE) Sindku ta’ Riccia fil-Provinċja ta’ Campobasso

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

COM(2017) 487 final

Komunikazzjoni dwar il-lista tal-2017 tal-materja prima kritika għall-UE

COM(2017) 490 final

Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika Kummerċjali għal Kulħadd – It-Twettiq ta’ Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b’Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni

COM(2017) 491 final

Komunikazzjoni dwar politika ta’ kummerċ li hija bbilanċjata u progressiva biex nisfruttaw il-globalizzazzjoni

COM(2017) 492 final

Komunikazzjoni dwar Nilqgħu l-Investiment Dirett Barrani filwaqt li Nħarsu l-Interessi Essenzjali

COM(2017) 494 final

Rakkomandazzjonijiet għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill

COM(2017) 469 final, COM(2017) 472 final u COM(2017) 493 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-analiżi tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea

COM(2017) 487 final

Emenda 1

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(13)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati u biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jiġu skrinjati b’mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ żmien għall-iskrinjar u l-possibbiltà li l-investituri barranin jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet ta’ skrinjar.

(13)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-qafas proċedurali għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani mill-Istati Membri biex l-investituri, il-Kummissjoni u Stati Membri oħra , kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet soċjali kkonċernati, ikunu jistgħu jifhmu kif dawn l-investimenti aktarx jiġu skrinjati u biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jiġu skrinjati b’mod trasparenti u li jkunu nondiskriminatorji minn pajjiż terz għal ieħor. Jenħtieġ li tal-inqas dawn l-elementi jinkludu l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ żmien għall-iskrinjar u l-possibbiltà li l-investituri barranin jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet ta’ skrinjar.

Raġuni

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri se jkollhom impatt kbir fuq l-awtoritajiet reġjonali li fihom ikun ippjanat jew diġà sar l-investiment dirett barrani (IDB), u għalhekk għandhom ikunu involuti f’dawn id-deċiżjonijiet.

Emenda 2

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(18)

Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell minimu ta’ informazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward ta’ investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li din l-informazzjoni ssir disponibbli mill-Istati Membri li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun ġie komplut fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani, u l-finanzjament tal-investiment ippjanat jew komplut, inkluż, meta disponibbli, informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi.

(18)

Għal dan il-għan, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat livell minimu ta’ informazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward ta’ investimenti diretti barranin li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li din l-informazzjoni , wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati, i ssir disponibbli mill-Istati Membri li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun ġie komplut fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni. L-informazzjoni rilevanti tinkludi aspetti bħall-istruttura tas-sjieda tal-investitur barrani, u l-finanzjament tal-investiment ippjanat jew komplut, inkluż, meta disponibbli, informazzjoni dwar sussidji mogħtija minn pajjiżi terzi.

Raġuni

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri se jkollhom impatt kbir fuq l-awtoritajiet reġjonali li fihom ikun ippjanat jew diġà sar l-investiment dirett barrani (IDB), u għalhekk għandhom ikunu involuti f’dawn id-deċiżjonijiet.

Emenda 3

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Artikolu 3

Skrinjar ta’ investimenti diretti barranin

Skrinjar ta’ investimenti diretti barranin

2.   Il-Kummissjoni tista’ tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta’ sigurta jew ordni pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tiskrinja investimenti diretti barranin li aktarx jaffettwaw proġetti eżistenti jew ippjanati b’mod responsabbli jew programmi ta’ interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta’ sigurta jew ordni pubbliku.

Emenda 4

Artikolu 6(1) u 6(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

Artikolu 6

Qafas għall-iskrinjar tal-Istati Membri

Qafas għall-iskrinjar tal-Istati Membri

1.   Il-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri għandhom ikunu trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni bejn il-pajjiżi terzi. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-iskrinjar, il-bażi għall-iskrinjar u r-regoli proċedurali dettaljati applikabbli.

1.   Il-mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-Istati Membri għandhom ikunu trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni bejn il-pajjiżi terzi. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-iskrinjar, il-bażi għall-iskrinjar u r-regoli proċedurali dettaljati applikabbli. Barra minn hekk, bħala parti mill-proċedura msemmija hawn fuq u sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun diġà sar.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu taż-żmien għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet tal-iskrinjar. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom jippermettulhom iqisu l-kummenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu taż-żmien għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet tal-iskrinjar. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom jippermettulhom iqisu l-kummenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun diġà sar u tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

(…)

(…)

Raġuni

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri se jkollhom impatt kbir fuq l-awtoritajiet reġjonali li fihom ikun ippjanat jew diġà sar l-investiment dirett barrani (IDB), u għalhekk għandhom ikunu involuti f’dawn id-deċiżjonijiet.

Emenda 5

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Artikolu 8

Artikolu 8

Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni

Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull investiment dirett barrani li jinsab għaddej minn skrinjar fil-qafas tal-mekkaniżmi ta’ skrinjar tagħhom, fi żmien ħamest (5) ijiem ta’ xogħol mill-bidu tal-iskrinjar. Bħala parti mill-informazzjoni, u meta applikabbli, l-Istati Membri li jiskrinjaw għandhom jaħdmu biex jindikaw jekk iqisux li l-investiment dirett barrani li għaddej minn skrinjar x’aktarx li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

1.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li fihom l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew ikun diġà sar u jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull investiment dirett barrani li jinsab għaddej minn skrinjar fil-qafas tal-mekkaniżmi ta’ skrinjar tagħhom, fi żmien ħamest (5) ijiem ta’ xogħol mill-bidu tal-iskrinjar. Bħala parti mill-informazzjoni, u meta applikabbli, l-Istati Membri li jiskrinjaw għandhom jaħdmu biex jindikaw jekk iqisux li l-investiment dirett barrani li għaddej minn skrinjar x’aktarx li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Raġuni

Huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu kkonsultati fil-qafas tal-iskrinjar ta’ investiment dirett barrani partikolari.

Emenda 6

Artikolu 8(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Artikolu 8

Artikolu 8

Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni

Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni

6.   L-Istati Membri fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandhom debitament iqisu l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.

6.   L-Istati Membri fejn l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew tlesta għandhom debitament iqisu l-kummenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li fihom l-investiment dirett barrani huwa ppjanat jew diġà sar kif imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 2 u l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Raġuni

Huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu kkonsultati fil-qafas tal-iskrinjar ta’ investiment dirett barrani partikolari.

Emenda 7

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Artikolu 12

Artikolu 12

Il-punti ta’ kuntatt

Il-punti ta’ kuntatt

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani (“punt ta’ kuntatt ta’ skrinjar IDB”) għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta’ kuntatt ta’ skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu jaħtar tal-anqas punt ta’ kuntatt wieħed ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani (“punt ta’ kuntatt ta’ skrinjar IDB”) għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jinvolvu dawn il-punti ta’ kuntatt ta’ skrinjar IDB dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-punti ta’ kuntatt ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani għandhom ukoll, fuq talba tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati, jipprovdulhom l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-iskrinjar ta’ dawn l-investimenti.

Raġuni

(i)

Minħabba li f’xi Stati Membri l-politika kummerċjali hija ddelegata fil-livell reġjonali, huwa xieraq li jiġu ppjanati punti ta’ kuntatt reġjonali anki f’dawn il-każijiet.

(ii)

Huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom informazzjoni kemm jista’ jkun kompluta meta jiġu biex jieħdu pożizzjoni dwar l-iskrinjar ta’ IDB partikolari.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pakkett ta’ proposti dwar il-kummerċ u l-investiment ippreżentat mill-Kummissjoni, wara d-dokument ta’ riflessjoni dwar il-ġestjoni effettiva tal-globalizzazzjoni, u bħala tweġiba għall-isfidi li trid taffaċċja l-politika kummerċjali tal-UE;

2.

jemmen li l-politika kummerċjali hija msejħa biex taffaċċja sfidi ta’ diversi tipi billi ssib il-bilanċ ġust bejn id-diversi objettivi: issaħħaħ il-pożizzjoni kummerċjali tal-UE billi tgħaqqadha maċ-ċentri globali ta’ tkabbir, tassumi rwol ewlieni fl-appoġġ lis-sistema kummerċjali multilaterali, iżżid it-tkabbir ekonomiku u tnaqqas il-faqar, tipproteġi lill-intrapriżi, liċ-ċittadini u lir-reġjuni tal-UE mill-kompetizzjoni inġusta u timmaniġġja l-ispejjeż soċjali u territorjali, b’mod partikolari fis-setturi vulnerabbli u bejn il-ħaddiema l-inqas ikkwalifikati;

3.

jaqbel li, matul is-snin, il-kummerċ internazzjonali saħħaħ it-tkabbir u ħeġġeġ il-kompetittività kemm fl-UE kif ukoll barra mill-UE; madankollu jenfasizza t-tħassib dejjem jikber dwar in-nuqqas ta’ ugwaljanza fit-tqassim soċjali tal-benefiċċji tiegħu, dwar l-impatti qawwija tiegħu f’termini ta’ proċessi evidenti ta’ agglomerazzjoni u ta’ emarġinazzjoni territorjali u, b’mod partikolari, dwar l-isfida diffiċli għar-reżiljenza ta’ xi ekonomiji u komunitajiet lokali;

4.

jappoġġja bil-qawwa l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-politika kummerċjali għandha rwol importanti x’taqdi biex tiżgura li l-globalizzazzjoni jkollha effetti ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali pożittivi għaċ-ċittadini u għall-impriżi fl-Ewropa u lil hinn minnha;

5.

jenfasizza r-rwol fundamentali li għandu l-FEG biex jappoġġja lill-persuni li jitilfu l-impjieg minħabba l-bidliet strutturali fix-xejriet tal-kummerċ dinji marbutin mal-globalizzazzjoni; madankollu (1), itenni l-ħtieġa għal riforma tal-mekkaniżmi operattivi tiegħu, permezz ta’ semplifikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-FEG, permezz ta’ livelli limiti aktar baxxi għall-attivazzjoni tal-Fond (2) u permezz taż-żieda fil- baġit tiegħu b’mill-anqas EUR 500 miljun fis-sena u l-integrazzjoni tiegħu fil-QFP sabiex jitqies il-fatt li sa mill-2014 il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG ġie estiż biex jinkludi n-NEETs u li jista’ jkun hemm bżonn jiġi estiż aktar biex ikopri miżuri preventivi; jinsisti dwar il-komplementarjetà bejn l-FEG u l-Fond Soċjali Ewropew bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) peress li l-FEG huwa mekkaniżmu li jipprovdi assistenza fuq terminu qasir filwaqt li l-miżuri fuq terminu twil huma appoġġjati mill-FSIE u jistgħu jservu bħala miżuri ta’ segwitu fl-oqsma tal-FEG;

6.

jenfasizza li, kif intwera f’analiżi (3) tal-flussi kummerċjali f’xi Stati Membri, ir-riżultati tar-reġjuni f’termini ta’ esportazzjonijet huma relatati b’mod pożittiv mal-PDG, li l-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet hija relatata b’mod pożittiv mal-Indiċi tal-Kompetittività Reġjonali, u li f’kull Stat Membru analizzat, il-propensità u l-parteċipazzjoni tan-nisġa produttiva fl-esportazzjonijiet hija kkonċentrata ħafna fi ftit reġjuni;

7.

jinnota bi tħassib li dawn l-analiżijiet huma kkonfermati minn studju (4) ieħor, li jgħid li l-benefiċċji tal-IDB jidhru ħafna inqas fir-reġjuni rurali, mhux metropolitani u inqas żviluppati meta mqabbla ma’ reġjuni oħrajn u li r-riperkussjonijiet f’termini ta’ żieda fil-produttività huma inqas fir-reġjuni rurali u mhux metropolitani, u saħansitra żero fir-reġjuni inqas żviluppati; għalhekk, il-kontribut għall-konverġenza tal-impatt dirett tal-IDB u tal-ftuħ tas-swieq aktarx huwa limitat ħafna;

8.

jenfasizza f’dan ir-rigward ir-rwol fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni biex tiżgura livell adegwat ta’ investimenti pubbliċi fir-reġjuni u fit-territorji tal-UE li jirriżultaw emarġinati minn dawn il-flussi, iżżid il-kompetittività tagħhom billi fl-istess ħin tistimula l-IDB diretti lejhom u billi tħeġġeġ it-tkabbir tal-impriżi mhux Ewropej diġà preżenti fl-Ewropa;

9.

ifakkar li s-7 Rapport ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (9 ta’ Ottubru 2017) enfasizza li l-ġestjoni tal-globalizzazzjoni, permezz tal-appoġġ tat-trasformazzjoni ekonomika fir-reġjuni, l-innovazzjoni, il-modernizzazzjoni industrijali u l-użu tat-teknoloġija, għandha tkun fost it-tliet prijoritajiet għall-politika ta’ koeżjoni futura għal wara l-2020;

10.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni kummerċjali ulterjuri jnaqqsu l-ammont ta’ dazji doganali li jikkostitwixxu riżorsa proprja sinifkanti għall-baġit tal-UE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex f’qasir żmien tippreżenta proposta għal riforma sostanzjali tar-riżorsi proprji tal-UE, kif mitlub fl-Opinjoni tal-KtR 2017/1530 dwar Ir-riforma tar-riżorsi tal-UE fi ħdan il-QFP li jmiss wara l-2020;

It-trasparenza u l-leġittimità demokratika tal-politika kummerċjali tal-UE

11.

jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni li tagħmel in-negozjati kummerċjali aktar trasparenti u jittama li dan l-approċċ jagħti l-possibilità lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u/jew partijiet ikkonċernati oħrajn sa mill-fażijiet tat-tfassil tal-għanijiet tal-politika kummerċjali speċifiċi għal ċerti proċessi ta’ negozjar fil-qasam tal-kummerċ barra l-UE;

12.

jirreferi f’dan ir-rigward għall-istudju tal-KtR dwar Id-dimensjoni demokratika tan-negozjati tal-UE dwar il-ftehimiet kummerċjali: ir-rwol u r-responsabilitajiet taċ-ċittadini u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn huwa enfasizzat li s-sempliċi disponibilità ta’ informazzjoni mhijiex biżżejjed biex tiżgura proċess trasparenti u parteċipattiv u li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-mekkaniżmi fil-livell nazzjonali u lokali mmirati li jiżguraw l-aċċess għal din l-informazzjoni; b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali jenfasizzaw in-nuqqas frekwenti ta’ mekkaniżmi formali ta’ paragun mal-livelli nazzjonali rispettivi tal-politika kummerċjali, nuqqas li jinħass saħansitra aktar fil-livell tal-UE;

13.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura aktar ċarezza dwar in-natura mħallta ta’ ħafna ftehimiet kummerċjali billi tissepara l-kapitolu dwar l-investimenti; madankollu jsostni li l-kriżi tal-qbil fir-rigward tal-ftuħ globali tas-swieq u l-iffirmar ta’ ftehimiet kummerċjali ġodda tiddependi ħafna fuq id-dokumentazzjoni fqira tal-impatti pożittivi u negattivi ta’ ftehimiet partikolari u min-nuqqas ta’ ċarezza dwar ir-responsabilitajiet tal-gvernijiet biex iwieġbu għall-effetti negattivi ta’ distribuzzjoni ġġenerati minn dawn il-ftehimiet;

14.

f’konformità ma’ dak li ntqal hawn fuq, ifakkar il-pożizzjoni tal-KtR li huwa essenzjali li kwalunkwe pass ulterjuri fil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandu jkun preċedut minn valutazzjonijiet tal-impatt territorjali li jistgħu jservu ta’ għodda b’saħħitha għall-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni – qabel il-bidu tal-proċess ta’ negozjar – l-impatt ta’ ftehim kummerċjali partikolari fuq ir-reġjuni Ewropej, u b’hekk jippermettu kemm deċiżjonijiet aktar sodi, infurmati, trasparenti u bbażati fuq data konkreta dwar il-kontenut tagħhom, u jippermettu li l-appoġġ mfassal apposta jingħata lir-reġjuni kkonċernati biex jgħinhom jantiċipaw jew jimmaniġġjaw l-impatti tagħhom;

15.

jiddispjaċih f’dan ir-rigward għall-fatt li Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Awstralja u ma’ New Zealand, fit-taqsima dwar l-effetti u l-partijiet ikkonċernati tad-diversi għażliet strateġiċi, ma tipprovdix din il-valutazzjoni tal-impatt (5);

16.

iqis l-istudju dwar l-impatt ekonomiku kumulattiv ta’ ftehimiet potenzjali ta’ kummerċ ħieles attwali u futuri bejn l-UE u 12-il sieħeb kummerċjali dwar l-agrikoltura tal-UE (6), li sar miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, eżempju tajjeb ta’ kif il-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta’ politiki kummerċjali sodi, trasparenti u bbażati fuq data konkreta;

17.

jilqa’ l-fatt li dan l-istudju pprovda appoġġ xjentifiku bbażat fuq data konkreta lill-proċess tad-definizzjoni tal-politiki Ewropej, billi l-bdiewa tal-UE jafu dak li jistgħu jistennew mill-ftehimiet kummerċjali, b’mod partikolari mal-Awstralja u ma’ New Zealand; huwa tal-fehma li, fil-kuntest ta’ dawn in-negozjati, il-Kummissjoni għandha tagħmel enfasi partikolari fuq l-effetti negattivi possibbli fuq ċerti setturi agrikoli, kif indikat fl-istudju, u tħares lil dawn is-setturi waqt li tikkunsidra l-prinċipji bażiċi tal-politika agrikola komuni u l-fatt li l-agrikoltura hija l-attività ewlenija u unika li ssostni l-impjiegi, l-intraprenditorija u l-provvista tal-ikel lokali f’ħafna żoni tal-UE, bħaż-żoni muntanjużi, fejn il-bdiewa jżommu ż-żoni rurali ħajjin f’ċirkustanzi diffiċli waqt li jikkontribwixxu fost l-oħrajn għall-preservazzjoni ta’ bilanċi ekoloġiċi kruċjali;

18.

jafferma mill-ġdid, b’mod partikolari fid-dawl tan-negozjati mal-Awstralja u ma’ New Zealand, il-pożizzjoni li ilu jsostni, li l-ftehimiet kummerċjali tal-UE ma għandhomx jipprevjenu lill-amministrazzjonijiet pubbliċi ta’ kwalunkwe livell milli jipprovdu, jappoġġjaw jew jirregolaw is-servizzi pubbliċi, lanqas li jwessgħu l-firxa tas-servizzi li joffru liċ-ċittadini (7) u lanqas li jipprevedu l-inklużjoni ta’ ċerti klawżoli soċjali mmirati, fost l-oħrajn, biex jinċentivaw l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali, f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2015;

19.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni stabbilixxiet fit-22 ta’ Diċembru 2017 grupp konsultattiv dwar il-ftehimiet kummerċjali tal-UE bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-inklużività fil-politika kummerċjali tal-UE, iżda fid-dawl ta’ dak li ntqal, jiddispjaċih li l-ebda wieħed mit-28 espert tiegħu (8) mhu qed jirrappreżenta awtorità jew assoċjazzjoni lokali jew reġjonali. Fil-każ li l-Kummissjoni żżomm il-pożizzjoni tagħha li m’għandu jkun hemm l-ebda istituzzjoni jew korp tal-Unjoni rappreżentati fil-grupp konsultattiv, il-KtR jistenna li tal-anqas ikun mistieden biex jattendi bħala osservatur;

20.

jitlob li l-istandards tax-xogħol u standards legali eżistenti dwar is-sikurezza tal-prodotti, dwar id-data, dwar il-ħarsien tal-konsumaturi, tas-saħħa u tal-ambjent, u dwar il-benessri tal-annimali fl-UE u fil-livell nazzjonali jibqgħu jinżammu mingħajr ma jitnaqqsu; għandu jkun possibbli li dawn l-istandards jiġu aġġustati skont il-liġi tal-UE fil-livell tal-Istat Membru, u l-latitudni regolatorja u finanzjarja tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-qasam m’għandhomx ikunu taħt pressjoni minn ftehimiet internazzjonali tal-kummerċ u tal-investiment;

It-tiftix tal-ekwità barra l-UE

21.

jenfasizza li l-politika kummerċjali ma tirrigwardax biss l-interessi ekonomiċi, iżda hija wkoll għodda importanti għas-solidarjetà mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ma’ dawk involuti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi reġjonali; ifakkar f’dan ir-rigward id-deċiżjoni konġunta bejn l-UE u l-Ġordan dwar it-tnaqqis tar-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kummerċ bilaterali bħala eżempju tajjeb ta’ din it-tendenza;

22.

jilqa’ d-dokument informali tal-Kummissjoni dwar il-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tal-UE (9), dokument li ta bidu għad-dibattitu dwar il-konformità u l-implimentazzjoni u dwar il-modi kif id-dispożizzjonijiet tas-sostenibbiltà jingħaqdu mal-kummerċ;

23.

rigward il-kwistjoni dwar jekk il-ksur ta’ dispożizzjoni tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandux ikollu effetti kummerċjali jew saħansitra sanzjonijiet, il-KtR jappoġġja l-idea li l-pajjiżi li jikkompetu b’mod inġust billi jbaxxu l-istandards relatati mal-konvenzjonijiet fundamentali tax-xogħol, bħal pereżempju t-tħaddim tat-tfal, għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet possibbli; jemmen li hemm bżonn ta’ aktar studji u proġetti ta’ riċerka f’dan ir-rigward, biex ikun żgurat li l-politiki jitfasslu abbażi ta’ evidenza konklużiva;

24.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ is-sistema kummerċjali multilaterali li tqiegħed fiċ-ċentru lid-WTO u jinnota li, mingħajrha, il-kummerċ globali se jkun aktar soġġett għad-dinamika tal-poter bejn l-Istati milli għall-valuri; isostni li d-WTO tista’ tipprovdi l-qafas ideali li jnaqqas kemm jista’ jkun l-esternalitajiet negattivi tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali għall-pajjiżi terzi, jagħmel multilaterali l-kooperazzjoni regolatorja mwettqa sal-lum bejn pajjiżi li għandhom l-istess prinċipji u joffri direzzjoni espliċita lejn is-sħubija lil membri oħrajn rilevanti tad-WTO;

Il-Qorti Multilaterali tal-Investiment

25.

jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rakkomandazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati biex tiġi stabbilita Qorti Multilaterali tal-Investiment (QMI), bħala soluzzjoni għal ħafna mill-problemi li nqalgħu bis-sistema tal-ISDS, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ leġittimità u garanziji ta’ indipendenza, in-nuqqas ta’ prevedibbiltà u konsistenza tal-ġurisprudenza, in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ rimedju, l-ispejjeż kbar, in-nuqqas ta’ trasparenza fis-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-istat u n-nuqqas ta’ aċċessibbiltà min-naħa tal-SMEs;

26.

jinnota li, skont l-istudju tal-KtR dwar Id-dimensjoni demokratika tan-negozjati dwar il-ftehimiet kummerċjali: ir-rwol u r-responsabilitajiet taċ-ċittadini u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aspett li l-aktar li jissemma mill-awtoritajiet lokali u reġjonali rigward il-konsegwenzi tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles huwa s-soluzzjoni tal-ISDS li, mill-perspettiva tagħhom, jippermetti lill-impriżi privati jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-gvernijiet lokali;

27.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ħarsien tad-drittijiet tal-investituri privati żgurat permezz ta’ mekkaniżmi ta’ sanzjonar u l-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema, li llum ma għandhiex dawn il-mekkaniżmi, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-proposta dwar il-ħolqien ta’ QMI ma tipprevedix li tinżamm sistema legali parallela ma’ qorti speċjali għall-investituri barranin li tippermetti li jiġu evitati s-sistemi legali nazzjonali għall-benefiċċju biss ta’ dawn l-investituri; jeżiġi wkoll li l-QMI tħares mhux biss id-drittijiet tal-investituri iżda wkoll id-drittijiet tal-Istati li jfasslu l-liġijiet u d-drittijiet tal-partijiet terzi;

28.

jittama li l-Kummissjoni tiċċara kemm jista’ jkun malajr jekk din il-qorti multilaterali tal-investiment tistax titqies bħala istituzzjoni unilaterali jew tkun relatata mal-ġurisdizzjoni ta’ stat ieħor, u b’liema mod il-komunitajiet ikkonċernati jistgħu jipparteċipaw fil-proċedimenti ġudizzjarji;

29.

jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar dettalji dwar il-konsegwenzi prevedibbli fuq it-tilwim taħt it-trattati bilaterali attwali dwar l-investiment (TBI) u l-interkonnessjonijiet bejn il-Qorti Multilaterali tal-Investiment u l-ġurisdizzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni tal-eżawriment tal-mezzi ta’ rimedju nazzjonali; fir-rigward tat-TBI fi ħdan l-UE u fl-isfond tal-każ kurrenti C-284/16 Achmea, jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-mekkaniżmi ISDS stabbiliti fil-kunflitt tat-TBI fi ħdan l-UE (qabel l-adeżjoni) huma f’kunflitt mal-liġi tal-UE dwar il-kompetenza esklużiva tal-qrati tal-UE għal talbiet li jinvolvu l-liġi tal-UE;

30.

huwa fiduċjuż li t-talba tal-Belġju tas-6 ta’ Settembru 2017 għal opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) dwar il-leġittimità tas-sistema ġdida ta’ Qorti bilaterali tal-Investiment prevista mill-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada (CETA) se tiċċara aktar id-dibattitu sħiħ dwar il-protezzjoni tal-investiment;

31.

jinnota bi tħassib li ħafna mill-imsieħba kummerċjali ewlenin tal-UE, fosthom l-Istati Uniti u l-Ġappun, ma jappoġġjawx il-ħolqien tal-QMI u li l-preferenza tal-Ġappun għal sistema ISDS hija wieħed mill-punti prinċipali mhux solvuti fil-kontinwazzjoni tal-ftehim fi prinċipju ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles li ntlaħaq fis-6 ta’ Lulju 2016;

Il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-UE

32.

jenfasizza l-importanza tal-IDB għall-ekonomija tal-UE b’mod ġenerali, u b’mod aktar speċifiku għal uħud mir-reġjuni tagħha, meta wieħed iqis li fil-perjodu ta’ bejn l-2003 u l-2015, l-investituri mhux Ewropej wettqu aktar minn 52 000 proġett ta’ IDB fl-Ewropa, għal valur totali ta’ aktar minn EUR 2 600 biljun (10);

33.

jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-ftuħ għall-IDB jibqa’ prinċipju essenzjali għall-UE u sors importanti ta’ tkabbir, li għandu jkun akkumpanjat minn politiki vigorużi u effettivi sabiex, minn naħa jiftaħ ekonomiji oħrajn u jiżgura li kulħadd ikollu jsegwi l-istess regoli, u min-naħa l-oħra, jipproteġi l-assi kritiċi Ewropej minn investiment li jkun ta’ detriment għall-interessi leġittimi tal-UE jew tal-membri tagħha;

34.

jilqa’ għalhekk il-prinċipji bażiċi tal-proposta ta’ Regolament tal-Kummissjoni Ewropea peress li l-IDB jista’ attwalment jiġi ttrattat b’mod differenti mill-Istati Membri minħabba li m’hemmx regolament wieħed dwar l-iskrinjar tiegħu fil-livell Ewropew;

35.

huwa mħasseb dwar id-dritt tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq verifika għal raġunijiet ta’ sigurtà u ordni pubbliku f’każ ta’ IDB li jista’ jkollu riperkussjonijiet fuq proġetti jew programmi ta’ interess tal-Unjoni, minħabba li dan il-kriterju huwa vag ħafna, peress li jista’ jinkludi t-tipi kollha ta’ IDB, u l-lista fl-anness rilevanti mhijiex eżawrjenti. Barra minn hekk, m’hemmx definizzjoni ċara ta’ sigurtà u ordni pubbliku, u għalhekk, m’hemm l-ebda ċertezza tad-dritt rigward l-ambitu tas-setgħat ta’ intervent tal-Kummissjoni Ewropea; dan jista’ jwassal biex l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiddeċiedu b’mod awtonomu dwar l-IDB għal raġunijiet ta’ sigurtà u ordni pubbliku;

36.

jiddispjaċih li proposta importanti bħal din tkun ippreżentata mill-Kummissjoni mingħajr valutazzjoni tal-impatt; huwa tal-fehma li l-istudju mħabbar fil-komunikazzjoni li takkumpanja l-proposta dwar il-flussi ta’ investiment fl-UE u l-valutazzjoni tal-impatt kellhom isiru qabel il-preżentazzjoni tal-proposta sabiex jiġi żgurat li d-diskussjonijiet interistituzzjonali relatati jkunu bbażati fuq data konkreta;

37.

jitlob li l-proposta għal regolament tagħmilha ċara li r-restrizzjonijiet eżistenti fuq il-moviment liberu tal-kapital bejn l-UE u l-pajjiżi terzi jistgħu jinżammu, mingħajr ebda limitu, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà, jew jinżammu mingħajr ma jkun speċifikat qafas proċedurali speċifiku;

38.

jemmen li l-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-politiki wara l-kundizzjonijiet li wasslu għal investimenti problematiċi, peress li f’ħafna każijiet l-IDB f’infrastrutturi jew impriżi li qabel kienu proprjetà tal-gvern huma l-konsegwenza tal-politiki ta’ awsterità u tal-liberalizzazzjoni f’setturi strateġiċi;

39.

jenfasizza li l-ġustifikazzjoni ta’ restrizzjoni tal-IDB għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali u ta’ ordni pubbliku hija differenti minn restrizzjoni minħabba l-biża’ ta’ distorsjonijiet fis-suq, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-mekkaniżmu ma jintużax bħala miżura protettiva moħbija; jinnota f’dan ir-rigward li mekkaniżmu ta’ skrinjar tal-IDB li jillimita l-investiment sempliċiment minħabba li l-IDB huwa ssussidjat ma jistax ikun raġuni suffiċjenti biex jimblokka investiment, u li dan għandu juri li l-IDB inkwistjoni jissodisfa l-għanijiet industrijali strateġiċi jew nazzjonali ta’ Stat barrani;

40.

jistieden lill-Kummissjoni tiċċara aktar l-impatt f’każ li Stat Membru ma jikkonformax mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni u sa fejn il-qafas propost jippermetti reazzjonijiet proporzjonati u f’waqthom meta wieħed iqis li l-iskrinjar tal-investiment tal-UE m’għandux idum iktar miż-żmien speċifikat għal proċeduri nazzjonali;

41.

jitlob biex jitnieda djalogu dwar l-investiment ma’ msieħba kummerċjali ewlenin tal-UE. L-approssimazzjoni ta’ regoli internazzjonali dwar l-iskrinjar ta’ investimenti diretti barranin fil-fatt tillimita l-kunflitti u tiġi promossa ċ-ċertezza tal-investiment;

42.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-koleġislaturi qablu li tiġi emendata l-metodoloġija attwali tal-UE għall-antidumping, li se jkollha tikkunsidra l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti;

43.

jinnota madankollu li r-regoli l-ġodda se jkunu kompletament effettivi biss jekk l-UE taġġorna l-istrumenti tagħha għad-difiża tal-kummerċ u li l-impatt pożittiv għall-industrija huwa marbut mas-suċċess tal-pjani ta’ modernizzazzjoni tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ proposti fl-2013;

44.

jaqbel mal-fatt li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rigward tal-investiment dirett barrani peress li jaqa’ taħt il-politika kummerċjali komuni skont l-Artikolu 207(1) tat-TFUE. Jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni qed tipproponi dan ir-Regolament biss għal dawk l-Istati Membri li stabbilixxew mekkaniżmi tal-iskrinjar tal-investiment u li l-proposta ma tirrikjedix li l-Istati Membri jimplimentaw l-iskrinjar tal-investiment tagħhom stess. Il-proposta hija b’hekk konformi bis-sħiħ mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Opinjoni tal-KtR dwar id-Dokument ta’ Riflessjoni dwar il-Ġestjoni tal-Globalizzazzjoni, relatur: Micaela Fanelli, adottata fl-10 ta’ Ottubru 2017.

(2)  Jitqies b’mod partikolari li l-programm ekwivalenti tal-Istati Uniti (“Għajnuna għal Aġġustament Kummerċjali/TAA) ma jipprevedi l-ebda limitu minimu ta’ sensji li għandu jintlaħaq,

(3)  EPRS.

(4)  ESPON, The World in Europe, global FDI flows towards Europe (Id-dinja fl-Ewropa, il-flussi globali ta’ IDB lejn l-Ewropa).

(5)  Fil-paġna 18, dokument disponibbli hawnhekk: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1505372743628&uri=SWD:2017:293:FIN (bl-Ingliż biss, traduzzjoni mhux uffiċjali).

(6)  Studju ppubblikat fil-15 ta’ Novembru 2016, disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-scientific-and-technical-research-reports/cumulative-economic-impact-future-trade-agreements-eu-agriculture .

(7)  Opinjoni tal-KtR dwar Politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment, relatur is-Sur Neale Richmond (IE/PPE), adottata fit-8 ta’ April 2016.

(8)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156487.pdf.

(9)  Disponibbli hawnhekk.

(10)  Il-proġett ta’ riċerka ESPON dwar it-tema The World in Europe, global FDI flows towards Europe (“Id-dinja fl-Ewropa, il-flussi ta’ IDB lejn l-Ewropa”).


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/38


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għall-industrija: ir-rwol u l-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

(2018/C 247/07)

Relatur:

Is-Sur Heinz Lehmann (DE/PPE), Membru tal-Landtag ta’ Sachsen

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “Ninvestu f’industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli — Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE”

(COM(2017) 479 final).

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (1) bħala pass importanti ieħor, u jistieden lill-Kummissjoni biex tużaha bħala bażi għall-iżvilupp ta’ strateġija ta’ politika industrijali ambizzjuża tal-UE, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew (2), il-Parlament Ewropew (3), il-Kunsill Kompetittività (4), il-KtR (5) u l-grupp tal-Ħbieb tal-Industrija (6);

2.

jitlob għal strateġija ta’ politika industrijali fil-livell Ewropew li tindirizza l-isfidi, l-opportunitajiet u l-fatturi attwali u futuri tal-kompetittività industrijali f’kuntest globali; iqis li, abbażi ta’ viżjoni wiesgħa, din l-istrateġija għandha tkompli tiġi żviluppata għall-industrija Ewropea fil-perjodu medju b’enfasi fuq l-2030 u wara;

3.

iħeġġeġ l-inklużjoni ta’ dimensjoni territorjali b’saħħitha f’din l-istrateġija, filwaqt li jitqiesu l-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti reġjonali. Il-Kumitat ifakkar fil-kompitu konġunt u kontinwu stabbilit fl-Artikolu 173 tat-TFUE li l-politika industrijali Ewropea ssir effettiva, u jesprimi r-rieda tiegħu li jappoġġja fi sħubija lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, speċjalment għaliex l-implimentazzjoni tagħhom tirrikjedi impenn u sforz kondiviż mill-atturi kollha fil-livelli kollha;

4.

jitlob għal strateġija industrijali orizzontali b’miżuri, u indikaturi strateġiċi, b’valutazzjonijiet tal-impatt stretti kif ukoll b’qafas adatt għall-monitoraġġ u l-kontroll; jitlob biex b’mod immirat jiġu implimentati miżuri speċifiċi skont is-settur għal setturi fi tranżizzjoni ekonomika kif ukoll setturi b’potenzjal kbir ta’ tkabbir; jenfasizza li l-istrateġija għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-innovazzjoni, it-teknoloġiji abilitanti essenzjali (KET), proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEI), id-diġitalizzazzjoni u l-SMEs minħabba l-importanza trasversali tagħhom;

L-industrija tal-Ewropa f’era ġdida

5.

jenfasizza li l-industrija hi ta’ importanza kbira għar-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa — bħala sors ta’ 50 miljun impjieg, esportazzjonijiet u innovazzjoni — u li l-iżgurar tal-kompetittività futura tal-industrija Ewropea f’kuntest globali li qed jinbidel b’mod rapidu huwa kruċjali għal żvilupp bilanċjat u sostenibbli;

6.

jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza relattivament kbira tal-kummerċ barrani fil-ġenerazzjoni tal-PDG (83,05 % fl-2015) (7). Fuq din il-bażi, il-Kumitat jitlob li tingħata iktar attenzjoni biex jiġi stimulat il-konsum domestiku, li se jiżgura li l-industrija tal-UE tkun tista’ tiffunzjona b’mod stabbli u se jħaffef it-tkabbir;

7.

jemmen li t-tkabbir endoġeniku għandu jkun possibbli kullimkien sabiex ir-reġjuni kollha — inkluż fiż-żoni rurali — ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħolqien tal-valur u jkollhom l-opportunità joħolqu u jżommu impjieg lokali bi kwalifiki għoljin bil-għan li tinżamm il-paċi soċjali;

8.

jappoġġja l-ħolqien ta’ ambjent favur l-innovazzjoni u fl-istess waqt jitlob li jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, sabiex tittejjeb l-aċċettazzjoni tal-attivitajiet industrijali mil-livelli kollha tas-soċjetà: mill-iskejjel preprimarji san-negozji u l-amministrazzjonijiet;

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tibdil permezz tad-diġitalizzazzjoni progressiva fil-mudelli ta’ negozju qed jersaq dejjem aktar fiċ-ċentru tal-iżvilupp futur, sabiex fil-futur l-azzjoni tal-istat tiġi divrenzjata wkoll skont il-mudelli ta’ negozju u mhux biss is-setturi;

Insaħħu l-industrija Ewropea

10.

jappella biex jinżamm l-objettiv strateġiku li l-industrija tirrappreżenta 20 % tal-PDG sa mill-2020;

11.

huwa tal-fehma li s-sovranità teknoloġika Ewropea toffri lill-Ewropa l-opportunità biex iżżomm u tespandi industrija globalment kompetittiva;

12.

jitlob biex jinħolqu u jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni Ewropea u globali, anke għat-teknoloġiji ta’ importanza strateġika għall-Ewropa (pereżempju l-mikroelettronika, iċ-ċelloli tal-batteriji);

13.

ifakkar li l-kundizzjonijiet qafas ta’ oqsma regolatorji oħra li jillimitaw in-negozji fl-UE biss (pereżempju ċerti regolamenti dwar is-sustanzi) jistgħu jwasslu biex ċerti setturi jwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom jew jimxu lejn pajjiżi terzi, li jista’ jolqot il-katina tal-valur kollha tal-UE;

14.

jenfasizza l-importanza strateġika tal-IPCEIs għall-kompetittività tal-industrija Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel użu tajjeb mill-potenzjal li joffru; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi forums strateġiċi sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni internazzjonali tal-partijiet interessati u jitlob biex il-kunċett tal-IPCEI jkompli jiġi żviluppat b’mod konsistenti u f’waqtu, filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tagħlimiet misluta;

15.

jilqa’ l-kummenti tal-Kummissjoni dwar l-industrija tad-difiża u jappoġġja approċċ strateġiku kkoordinat minħabba l-importanza ewlenija tiegħu b’rabta mal-politika ekonomika, teknoloġika u tas-sigurtà; il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jintuża wkoll għar-riċerka u għandu jkollu linja baġitarja proprja tiegħu;

16.

jenfasizza l-importanza tal-industriji marittimi biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ekonomija blu u jinkiseb il-potenzjal sħiħ tagħhom, u jilqa’ l-kisbiet f’oqsma bħall-vapuri tal-passiġġieri u l-enerġija rinnovabbli tal-baħar; jitlob biex, wara li titlesta l-inizjattiva LeaderSHIP 2020, ikun possibbli li jitfassal pjan direzzjonali biex jappoġġja lill-industriji marittimi bl-involviment tal-oqsma ta’ politika Ewropej kollha;

Suq Uniku aktar b’saħħtu u ġust: insaħħu l-individwi u n-negozji

17.

jaqbel li suq uniku għall-oġġetti u s-servizzi li jaħdem tajjeb jista’ jiffaċilita l-integrazzjoni tal-kumpaniji fil-ktajjen ta’ valur Ewropej u għaldaqstant huwa essenzjali għas-suċċess tal-industrija Ewropea;

18.

ifakkar li s-suq Ewropew huwa aktar importanti għar-reġjuni milli s-suq globali u għaldaqstant jitlob għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għal Suq Uniku (8), l-applikazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni dwar is-suq uniku u għal miżuri bilaterali fi ħdan l-UE (eż. il-ftehimiet bilaterali ta’ investiment intra-UE) li jopponu b’mod ċar il-frammentazzjoni; jenfasizza li s-servizzi kummerċjali kompetittivi huma intermedjarji dejjem aktar importanti mil-lat tal-produttività u l-kompetittività f’termini ta’ spejjeż tal-industrija tal-manifattura;

19.

jitlob għal approċċ aktar flessibbli fir-rigward tal-akkwist pubbliku biex ikun aktar favur l-innovazzjoni u miftuħ għat-teknoloġija;

20.

jilqa’ l-adozzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, iżda jenfasizza l-bżonn li dan jiġi kkomplementat b’aġenda soċjali Ewropea b’saħħitha, li fost l-oħrajn tħejji t-triq għal konverġenza reali tal-pagi skont il-produttività;

21.

jenfasizza li l-professjonisti u l-maniġers li kisbu l-kwalifiki tagħhom permezz tat-taħriġ vokazzjonali huma s-sinsla produttiva ta’ ħafna kumpaniji, inkluż b’mod partikolari l-SMEs; ifakkar li rekwiżiti għolja ta’ kwalifiki u bilanċ sensibbli bejn l-esperjenza prattika u taħriġ teoretiku għal industriji speċjalizzati ħafna, u b’użu intensiv tat-teknoloġija u l-għarfien huma deċiżivi;

22.

ifakkar fir-responsabilitànazzjonali jew reġjonali tat-tfassil ta’ strateġiji għall-ksib u ż-żamma tal-kompetenzi ewlenin;

Naġġornaw l-industrija għall-era diġitali

23.

jenfasizza li t-tħassib fundamentali ta’ futur diġitali għandu jkun li jiġi żgurat il-futur tal-industrija u s-soċjetà kollha kemm hi;

24.

ifakkar fil-kompitu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw aktar l-infrastruttura neċessarja kollha għad-diġitalizzazzjoni b’mod li tkun tħares ’il quddiem, u b’hekk tibqa’ miftuħa għas-soluzzjonijiet tekniċi kollha u tikkunsidra taħlita tajba ta’ sistemi tal-broadband, il-frekwenza tar-radju u l-ġestjoni diġitali u l-kompatibbiltà tagħhom;

25.

ifakkar li l-eżempji tajbin biex tiġi kkalkulata l-kosteffettività tal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji diġitali f’kumpaniji stabbiliti jistgħu jnaqqsu l-ostakli għall-introduzzjoni u l-użu u jistgħu jappoġġjaw il-mudelli tan-negozju li jinbidlu, u jitlob biex l-infrastruttura tipprovdi appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-SMEs (ċentri tal-innovazzjoni diġitali);

26.

jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi r-rwol mexxej tal-industrija Ewropea bħala għan fid-disa’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka kif ukoll tal-Innovazzjoni. Il-Kumitat jissuġġerixxi li jissaħħu l-isforzi biex tintlaħaq il-mira li 3 % tal-PDG jintefaq fuq R&Ż u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-industrija għall-bidla u l-innovazzjoni permezz ta’ pjattaformi tematiċi ulterjuri għall-modernizzazzjoni industrijali, pereżempju sħubijiet għal proċessi tal-manifattura ġodda, il-manifattura sostenibbli, l-istampar 3D, u l-industrija 4.0;

Nibbażaw fuq il-pożizzjoni ta’ tmexxija tal-Ewropa fl-ekonomija ċirkolari u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

27.

jaqbel mal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill li r-rwol ta’ tmexxija tal-Ewropa f’ekonomija ċirkolari u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għandu jissaħħaħ sabiex isir kontribut ewlieni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima; ifakkar fit-talba tiegħu biex l-istrumenti tal-politika ambjentali, tal-klima u tal-enerġija fil-livell tal-UE u dak nazzjonali jitfasslu b’tali mod li l-industriji tal-manifattura b’użu intensiv tal-enerġija u dawk li jiddependu mill-kummerċ barrani ma jkunux mgħobbija bla bżonn jew ostakolati mil-lat tal-kompetittività internazzjonali tagħhom;

28.

jitlob biex is-settur domestiku tal-materja prima jiġi promoss b’mod effettiv fl-esplorazzjoni u l-estrazzjoni kif ukoll l-użu tal-materja prima, billi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-materjal jingħalaq b’mod olistiku, u permezz tas-sostituzzjoni sabiex tonqos id-dipendenza mill-importazzjoni tal-materja prima. Il-Kumitat iħeġġeġ it-titjib tal-kooperazzjoni Ewropea dwar l-effiċjenza fir-riżorsi u l-manifattura addittiva u jitlob biex il-mudelli kummerċjali kollaborattivi u funzjonali jiġu appoġġjati prinċipalment minn inċentivi pożittivi;

29.

jaqbel li l-iżvilupp u l-manifattura ta’ sistemi għall-ħżin tal-enerġija huma importanti għall-funzjonament ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fl-UE; jitlob biex dan is-settur li għandu bżonn jiġi żviluppat mill-ġdid fl-Ewropa ma jiġix ostakolat u biex jiġi salvagwardjat il-bilanċ bejn il-miri ta’ frankar ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u s-sigurtà tal-provvista;

L-appoġġ tal-innovazzjoni fuq il-post

30.

jilqa’ l-kunċett ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti żviluppat mill-Kummissjoni u jitlob biex jiġi sfruttat il-potenzjal ġdid, pereżempju permezz tal-innovazzjoni trasversali, peress li l-internazzjonalità, l-interdixxiplinarità u d-diversità tal-perspettivi jikkostitiwixxu pedamenti essenzjali għall-proċessi olistiċi tal-innovazzjoni;

31.

ifakkar li n-netwerks reġjonali u interreġjonali, bħall-cluster tal-bini ħafif MERGE jew l-inizjattiva Vanguard, jistgħu jkissru ċ-ċiklu vizzjuż tal-emigrazzjoni, in-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet u ta’ ekonomija fuq skala żgħira, isaħħu r-reputazzjoni ta’ reġjun bħala ċentru tal-innovazzjoni, iżidu l-inċentivi biex il-kumpaniji jitħeġġu jistabbilixxu jew jiċċaqalu lejn iż-żona u jistimolaw il-ħolqien ta’ ktajjen ġodda tal-valur;

32.

ifakkar fis-semplifikazzjonijiet proposti għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu (9);

33.

jirrikonoxxi r-riforma komprensiva tal-għajnuna tal-2014, li wasslet għal proċeduri ħafna aktar sempliċi għan-negozji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali iżda jitlob biex jittejjeb b’mod sinifikanti l-appoġġ għall-inizjattivi tal-clusters (Artikolu 27 tal-GBER) billi jiżdiedu r-rati ta’ appoġġ; jitlob biex fil-futur tingħata prijorità lill-clusters transkonfinali u n-netwerks ta’ clusters kif ukoll lill-finanzjament imħallat, speċjalment għal proġetti ewlenin u infrastrutturali;

Id-dimensjoni internazzjonali

34.

huwa konxju tal-importanza tal-integrazzjoni tal-industrija Ewropea fil-ktajjen ta’ valur globali, u li huma biss il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, ir-rikonoxximent reċiproku tal-istandards u t-tneħħija tal-ostakli tariffarji u mhux tariffarji għall-kummerċ li jistgħu jiżguraw aċċess ħieles u ġust għas-swieq globali;

35.

jilqa’, b’mod partikolari, it-tisħiħ tal-istrumenti ta’ difiża kummerċjali sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti fil-kummerċ dinji, b’mod partikolari għall-industriji tradizzjonali, bħalma hu s-settur tal-azzar (10);

36.

jitlob biex il-pajjiżi tal-COP jitħeġġu jitrasferixxu bis-sħiħ u mill-aktar fis il-miri maqbula ta’ tnaqqis fl-istandards nazzjonali u jistenna li l-partijiet kollha jagħmlu ħilithom biex jipprevjenu d-dumping ambjentali bl-effetti negattivi kollha li jġib miegħu;

37.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fit-tfassil tal-oqsma strateġiċi fejn huwa importanti li ssir analiżi tal-investiment dirett barrani;

Sħubija mal-Istati Membri, ir-reġjuni, il-bliet u s-settur privat

38.

jenfasizza r-rwol ċentrali, li r-reġjuni u l-ekosistemi reġjonali, fejn jiffunzjona tajjeb id-djalogu bejn l-SMEs, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, iċ-ċentri tax-xjenza u l-awtoritajiet lokali, għandhom fir-rigward tal-modernizzazzjoni industrijali, u jitlob għal approċċ ibbażat fuq il-post għall-politika industrijali Ewropea; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom setgħat u kompetenzi importanti fl-oqsma ta’ politika bħar-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-ħiliet, l-appoġġ għall-esportazzjoni, l-infrastruttura, l-SMEs u r-regolamentazzjoni;

39.

iqis lilu nnifsu bħala msieħeb attiv tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Ġurnata annwali tal-Industrija, b’mod partikolari l-enfasi tematika fuq il-KETs u l-IPCEI li hija ppjanata għall-2018; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi stabbilita round table ta’ livell għoli dwar il-politika industrijali u jitlob biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti mill-qrib fid-dibattitu dwar id-definizzjoni tal-KETs li huma strateġikament importanti għall-Ewropa; jitlob biex il-partijiet interessati reġjonali, bħall-intraprendituri, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, jiġu involuti b’mod attiv; jilqa’ l-azzjonijiet pilota li qed jgħinu lir-reġjuni biex, fi spirtu ta’ sħubija, jindirizza l-isfidi tal-bidla strutturali.

Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “Ninvestu f’industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE” (COM(2017) 479 final).

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016 u tat-22-23 ta’ Ġunju 2017.

(3)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar Il-bini ta’ strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa (2017/2732(RSP)).

(4)  Konklużjoni dwar strateġija futura għall-politika industrijali tal-UE, Kunsill Kompetittività, 29 ta’ Mejju 2017 (283/17); Konklużjonijiet dwar Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, Kunsill Kompetittività, 30 ta’ Novembru 2017 (705/17).

(5)  Opinjoni tal-KtR tal-11 ta’ April 2013 dwar “Industrija Ewropea aktar b’saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku”

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa” adottata fil-15 ta’ Ġunju 2016 COR-2016-01726-00-00-PAC-TRA

(6)  Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Varsavja fl-okkażjoni tar-raba’ Konferenza Ministerjali tal-Ħbieb tal-Industrija, Varsavja, 22 ta’ April 2016;

Dikjarazzjoni ta’ Berlin: dikjarazzjoni konġunta dwar il-politika industrijali fl-okkażjoni tal-ħames Konferenza Ministerjali tal-Ħbieb tal-Industrija, Berlin, 30 ta’ Ġunju 2017.

(7)  Data tal-Bank Dinji, Kummerċ (% ta’ PDG), [https://data.worldbank.org/indicator/NE.TRD.GNFS.ZS], 7.1.2018.

(8)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Naġġornaw is-Suq Uniku, April 2016 (relatur: Alessandro Pastacci (IT/PSE)); Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-pakkett tas-servizzi: ekonomija tas-servizzi li taħdem favur l-Ewropej, Ottubru 2017 (relatur: Jean-Luc Vanraes (BE/ALDE)).

(9)  Spinta lin-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fl-Ewropa: perspettiva reġjonali u lokali, COR-2017-00032-00-01-AC-TRA (EN).

(10)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar L-Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa, Ġunju 2016, (relatur: Isolde Ries (DE/PSE)).


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/43


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Fond Ewropew għad-Difiża

(2018/C 247/08)

Relatur:

Dainis Turlais (LV/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Riga

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

COM(2017) 294 final – 2017/0125(COD)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – It-Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża

COM(2017) 295 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Żid konsiderazzjoni ġdida wara l-aħħar konsiderazzjoni:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Wara li kkunsidra l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fis-Sigurtà u d-Difiża (PESCO) maqbula minn 23 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Novembru 2017, kif deskritt fit-Trattat tal-UE, fl-Artikoli 42 (6) u 46, kif ukoll fil-Protokoll 10 tal-istess Trattat;

Emenda 2

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(2)

Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”). Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb i l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l- koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta’ innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(2)

Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u sabiex ikun hemm titjib fl-effiċjenza fl-infiq ġenerali tal-Unjoni għad-difiża u b’hekk titrawwem l-awtonomija strateġika tal-UE , għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”). Il-Programm għandu jiggarantixxi li l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża jiġu żgurati, filwaqt li jingaħata appoġġ għall- koperazzjoni bejn l-impriżi speċjalment l-SMEs, minn diversi stati waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta’ innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

Emenda 3

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(3)

Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta’ skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm għandu jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(3)

Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta’ skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm għandu jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-impriżi rispettivi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża , u b’hekk jippromovi l-istandardizzazzjoni tas-sistemi militari filwaqt li jtejjeb l-interoperabbiltà tagħhom.

Emenda 4

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)

Il-Programm għandu jkopri perjodu ta’ sentejn mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 filwaqt li l-ammont għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jiġi ddeterminat għal dan il-perjodu.

(4)

Il-Programm għandu jkopri perjodu ta’ sentejn mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 filwaqt li l-ammont għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jiġi ddeterminat għal dan il-perjodu. Sabiex il-Programm jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandu jiġi riżervat ammont ta’ EUR 500 miljun fi prezzijiet kurrenti għal dak l-għan. Minħabba li l-Programm huwa inizjattiva ġdida li ma kinitx prevista fiż-żmien meta ġie stabbilit il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2020-2014, u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-iffinanzjar ta’ programmi plurijennali eżistenti, dak l-ammont għandu jittieħed minn marġnijiet mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-ammont finali għandu jiġi awtorizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill permezz tal-proċedura baġitarja annwali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)

Il-Programm għandu jiġu implimentat b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-finanzjament jista’ jieħu l-għamla ta’ għotjiet. Meta jkun xieraq jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku.

(5)

Il-Programm għandu jiġu implimentat b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-finanzjament jista’ jieħu l-għamla ta’ għotjiet. Meta jkun xieraq jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku , u jistgħu jkunu ta’ interess il-mekkaniżmi ta’ taħlit.

Raġuni

Mhux applikabbli

Emenda 6

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(10)

Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta’ koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta’ prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta’ prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta’ sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża.

(10)

Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-awtonomija strateġika tal-UE billi jsaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża tagħha u li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta’ koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta’ prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta’ prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta’ sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża żviluppati mill-Istati Membri .

Emenda 7

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(13)

Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u għalhekk l-entitajiet biss stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b’mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni.

(13)

Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u għalhekk l-entitajiet biss stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b’mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni.

Il-kooperazzjoni transkonfinali tirrikjedi li l-kumpaniji stabbiliti fl-UE jkollhom il-protezzjoni minn interferenza minn kumpaniji minn Stati mhux membri.

Emenda 8

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(21)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma pluriennali b’konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat tal-Programm”) biex tistabbilixxi dan il-programm ta’ ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta’ ħidma jirrifletti u jippermettu din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u li għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn proporzjon tal-baġit totali.

(21)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma pluriennali b’konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat tal-Programm”) biex tistabbilixxi dan il-programm ta’ ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta’ ħidma jirrifletti u jippermetti din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs , fejn l-ammont tal-għotja jkun mill-inqas 20 % tal-baġit annwali globali.

Emenda 9

Premessa ġdida wara Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(26)

Il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq approċċ territorjali/ibbażat fuq post, filwaqt li tipprovdi informazzjoni lil SMEs, lil raggruppamenti reġjonali u lil reġjuni fl-Istati Membri kollha dwar il-possibbiltajiet għall-użu tal-Programm u dwar aktar possibbiltajiet ta’ finanzjament għal proġetti ta’ difiża, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-protezzjoni ta’ strateġiji reġjonali għall-iżvilupp tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

Emenda 10

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

Artikolu 2

L-għanijiet

L-għanijiet

Il-Programm għandu ikollu dawn l-għanijiet:

Il-Programm għandu ikollu dawn l-għanijiet:

(a)

irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

(a)

irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

(b)

jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs, waqt l-iżvilupp ta’ teknoloġiji jew prodotti b’konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b’mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni;

(b)

jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs, waqt l-iżvilupp ta’ teknoloġiji jew prodotti b’konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b’mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni;

(c)

irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp.

(c)

irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp.

 

(d)

jibni kapaċità ta’ difiża u sigurtà fl-Istati Membri tal-UE li jinsabu mal-fruntieri esterni.

Raġuni

Il-programm għandu jkun inklużiv u miftuħ għal benefiċjarji minn kull Stat Membru, li jkisser is-sajlos ġeografiċi. Sabiex jimplimentaw l-obbligazzjonijiet fil-kontroll u d-difiża tal-fruntieri esterni tal-UE, l-Istati Membri rispettivi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiżviluppaw speċjalizzazzjonijiet intelliġenti fil-kuntest tal-industrija tad-difiża.

Emenda 11

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Artikolu 3

Il-baġit

Il-baġit

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali , li għandhom jittieħdu esklużivament minn marġnijiet mhux allokati u mhux minn riallokazzjonijiet baġitarji .

Raġuni

Ma jistax jiġi immaġinat li l-baġit allokat għal dan il-programm, li ma kienx previst fil-mument tal-istabbiliment tal-qafas finanzjarju pluriennali, jittieħed minn mezzi li kienu diġà allokati għall-programmi attwali tal-UE.

Emenda 12

Artikolu 4(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-finanzjament

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-finanzjament

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata bit-tipi ta’ finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari:

(a)

għotjiet;

(b)

strumenti finanzjarji;

(c)

akkwist pubbliku.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata bit-tipi ta’ finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’mod partikolari għotjiet, u possibbilment ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji, u akkwist pubbliku. Tista’ tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal assistenza teknika għall-iżvilupp ta’ proġetti mill-SMEs.

Emenda 13

Artikolu 7(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-entitajiet eliġibbli

L-entitajiet eliġibbli

Il-benefiċjarji għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri jkollhom sjieda ta’ fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b’impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

Il-benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji għal kooperazzjoni transkonfinali, u s-subkuntratturi tagħhom għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri jkollhom sjieda ta’ fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b’impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

Emenda 14

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ dawn il-kriterji kumulattivi:

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ dawn il-kriterji kumulattivi:

(a)

eċċellenza

(a)

eċċellenza

(b)

kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u b’hekk irawmu l-awtonomija industrijali tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tad-difiża; u

(b)

kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u b’hekk irawmu l-awtonomija industrijali tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tad-difiża; u

(c)

kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta’ difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni; u

(c)

kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta’ difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni; u

(d)

il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta’ finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; u

(d)

il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta’ finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; u

(e)

għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi l-benefiċjarji juri li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b’mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli.

(e)

għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi l-benefiċjarji juri li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b’mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli.

 

L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-parti tal-Programm bl-għan li jappoġġjaw ‘l-SMEs u t-tisħiħ tal-kapaċità fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

 

(a)

eċċellenza

 

(b)

potenzjal biex tinħoloq sistema integrata ta’ impriżi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża

 

(c)

il-vijabbiltà, billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż huma koperti minn mezzi oħrajn ta’ finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri.

Raġuni

Mhux applikabbli

Emenda 15

Artikolu 13(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-programm ta’ ħidma

Il-programm ta’ ħidma

Il-programm ta’ ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn proporzjon tal-baġit totali.

Il-programm ta’ ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn tal-anqas 20 % tal-baġit totali.

Raġuni

Mhux applikabbli

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Introduzzjoni

1.

jinnota li s-sigurtà globali qed tiġi mhedda minn firxa dejjem aktar usa’ ta’ theddid (gwerra, kunflitti armati, terroriżmu, immigrazzjoni illegali, korruzzjoni, populiżmu). Jeżistu problemi speċifiċi tas-sigurtà f’kull pajjiż tal-UE u f’kull reġjun. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jappoġġa l-proposta għal “Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża” u l-objettivi tiegħu ta’: promozzjoni tal-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, inkluż fil-qasam taċ-ċiberdifiża, l-isfruttar aħjar tar-riżultati mir-riċerka dwar id-difiża, il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bejn impriżi fl-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiii tad-difiża, kif ukoll proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul fl-Istati Membri. Jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-inizjattiva biex jiġi stabbilit Fond Ewropew għad-Difiża, li tiġbor fiha kemm il-“Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża” kif ukoll l-“Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-Difiża”.

2.

jassumi li s-sigurtà ta’ kull pajjiż kif ukoll madwar l-UE sserraħ primarjament fuq żewġ pilastri: il-potenzjal ekonomiku, kif ukoll l-unità u l-koeżjoni tas-soċjetà. Sadattant, is-sigurtà ta’ kull Stat Membru individwali hija sinonima mas-sigurtà tal-UE kollha kemm hi. L-UE għandha tkun aktar viġilanti dwar is-sigurtà tagħha u tadotta profil aktar b’saħħtu bħala attur globali influenti favur il-paċi.

Konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

3.

jirrikonoxxi l-Artikolu 173 tat-TFUE bħala l-bażi ġuridika xierqa għall-Programm għax jirrelata mal-kompetittività tal-industrija.

4.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-programm EDIDP ser tkun ġestita mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li topera bħala aġenzija regolatorja responsabbli biss lejn il-Kunsill. Barra minn hekk, mhijiex prattika komuni għal aġenzija regolatorja li timmaniġġja allokazzjonijiet tal-baġit daqshekk kbar. Il-KtR għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura l-ogħla livell ta’ trasparenza fit-tħaddim tal-programm EDIDP u tieħdu eżempju dwar il-funzjonament tal-aġenziji eżekuttivi responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.

5.

jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal tal-Istati Membri tal-UE kollha u mhux tiffoka fuq oqsma speċifiċi. M’għandux jiġi minsi li l-iżvilupp reġjonali huwa rilevanti wkoll għas-sigurtà interna tal-Istati Membri individwali tal-UE u huwa wieħed mill-għanijiet ta’ żvilupp tagħhom;

6.

jappella għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża tar-reġjuni bi fruntieri esterni tal-UE;

Enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE

7.

jinsisti li l-UE tista’ tilħaq il-paċi, il-libertà, l-ugwaljanza u l-istabbiltà permezz ta’ ħidma mill-qrib mal-gvernijiet tal-Istati Membri, fejn il-valur miżjud Ewropew jinsab fuq l-aġenda. Dan għandu jkun ukoll l-għan tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża;

8.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tuża s-setgħat kollha tagħha biex isssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Istati Membri tal-UE u biex titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jiġu żgurati integrazzjoni aktar profonda u gwida ċara dwar id-direzzjoni tal-pjan ta’ appoġġ għall-ippjanar tal-kapaċitajiet ta’ difiża nazzjonali u t-twaqqif ta’ ktajjen ta’ provvista integrati u kompetittivi;

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-bini ta’ ktajjen ta’ provvista kompetittivi u integrati fl-UE jiddependi fuq ir-rieda politika tal-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom għaliha. Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jfassal u jippromovi azzjonijiet bejn l-Istati Membri fil-qasam ta’ tagħmir u teknoloġiji tad-difiża;

10.

jenfasizza l-importanza ta’ ħidma attiva għall-awtonomija strateġika tal-UE u biex tiżdied il-kapaċità ta’ difiża tagħha. Il-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża għandha tingħata appoġġ, u għandha tingħata attenzjoni kbira biex jiġi vverifikat jekk l-applikanti joriġinawx effettivament mill-UE. Il-kuntratturi u s-sottokuntratturi prinċipali għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni Ewropea, u tal-inqas in-nofs tal-impriża għandu jkun jappartjeni lill-Istati Membri jew persuni fiżiċi u legali tal-UE u li huma effettivament ikkontrollati mill-kapital Ewropew. Il-ġestjoni u l-kontroll effettiv ta’ dawn l-impriżi għandu jkun jista’ jiġi lokalizzat fl-Unjoni Ewropea. Barra dan, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura wkoll li l-ebda pajjiż terz ma jkollu kontroll effettiv fuq l-organizzazzjonijiet membri tal-konsorzju;

11.

jenfasizza li l-Fond Ewropew għad-Difiża ma jieħux post l-azzjonijiet tal-Istati Membri, iżda jintroduċi proġetti transkonfinali li Stat Membru ma jkunx jista’ jiffinanzja waħdu. Il-Fond Ewropew għad-Difiża, flimkien mal-Istati Membri, in-NATO u investimenti internazzjonali oħrajn – jikkomplementa l-azzjoni mwettqa mill-Istati Membri u jipprovdi valur miżjud Ewropew ċar għall-politika tad-difiża Ewropea;

L-integrazzjoni tal-SMEs fil-ktajjen tal-provvista tal-industrija tad-difiża Ewropea

12.

jilqa’ bi pjaċir l-approċċ ta’ “ċiklu tal-ħajja” għal Fond Ewropew għad-Difiża biex jingħata appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti/teknoloġiji tad-difiża u li għalihom huma previsti żewġ komponenti (twieqi) fil-Fond Ewropew għad-Difiża;

13.

jirrakkomanda bil-qawwa li jingħataw punti addizzjonali fl-analiżi tal-applikazzjonijiet għal proġetti ta’ konsorzji magħmulin minn numru kbir ta’ SMEs;

14.

jinnota li prijorità importanti għall-iżvilupp taż-żewġ oqsma ta’ Fond Ewropew għad-Difiża huwa mekkaniżmu effettiv għall-ippjanar tal-kapaċitajiet, li jistabbilixxi l-prijoritajiet għar-riċerka u l-ħiliet u jikkordina iż-żewġ oqsma mill-qrib;

15.

jemmen li għandu jintuża finanzjament addizzjonali tal-UE biex jappoġġa l-industrija tad-difiża fit-territorju tagħha stess, u jappoġġja d-definizzjoni tal-benefiċjarji kif tintuża mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha;

16.

jistieden lill-Istati Membri biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-ġestjoni taż-żewġ setturi tal-Fond u biex jiddefinixxu l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tagħhom;

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani tal-Kummissjoni li tippromovi użu aktar effiċjenti tal-applikazzjonijiet ċivili fil-qasam militari; iqis li għandu jkun hemm investiment f’dawn it-teknoloġiji bħala opportunità eċċellenti biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku fl-UE u biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, peress li dan il-qasam għandu rabta trasversali ma’ diversi setturi: l-elettronika, l-ajruspazju, ir-robotika, l-informatika bi prestazzjoni għolja l-ispazju, it-tessuti, il-kostruzzjoni, it-telekomunikazzjoni, is-sorveljanza, l-enerġija, in-navigazzjoni, eċċ.;

18.

jirrimarka li l-kumpaniji li jaħdmu b’dawn it-teknoloġiji innovattivi huma fuq kollox l-istart-ups u l-SMEs li, b’appoġġ xieraq, jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-avvanz teknoloġiku fis-settur tad-difiża. Hija pożittiva u importanti d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-UE tipprovdi appoġġ speċifiku għall-SMEs f’dan is-settur;

19.

jappella għal koordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi rilevanti sabiex il-partijiet interessati jiġu informati u jiġu promossi oġġetti u teknoloġiji ġodda b’użu doppju. L-UE għandha tisfrutta dan il-potenzjal enormi f’termini ta’ tkabbir u kompetittività;

20.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li tiffaċilita l-involviment tal-SMEs fi proġetti transkonfinali, li għandhom jingħataw appoġġ finanzjarju mill-Fond Ewropew tad-Difiża. Huwa importanti li jitfakkar li l-involviment tal-SMEs fil-katina tal-forniment tal-industrija tad-difiża Ewropea għandu jservi biex itejjeb is-sigurtà u d-difiża tal-UE, il-kompetittività u l-awtonomija strateġika. Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jipprovdi inċentivi biex jintlaħqu dawn l-objettivi;

21.

huwa tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea għandha timmobilizza l-istrumenti kollha li għandha sabiex jiġi żgurat li l-SMEs jgawdu minn aċċess ugwali għall-Fond Ewropew għad-Difiża madwar l-UE. Il-progress fl-innovazzjoni ma jistax jitkejjel fuq perjodu ta’ żmien qasir, madankollu jeħtieġ li l-ewwel jinkisbu r-riżultati. Ċertament, l-introduzzjoni ta’ politika tal-innovazzjoni ppjanata tajjeb u koordinata fil-livelli kollha se sservi biex tħeġġeġ lil aktar kumpaniji innovattivi biex jagħmlu investimenti strateġiċi fl-SMEs;

22.

jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-miżuri li ġejjin li jistgħu jżidu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti ta’ difiża:

il-kriterji tal-għoti għall-iffinanzjar ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP) għandhom jinkludu wkoll il-kundizzjoni li jkunu involuti tal-inqas tliet kumpaniji minn tal-anqas żewġ Stati Membri. Huwa importanti li l-proġetti proposti jkunu verament transkonfinali u jkunu jistgħu jikkontribwixxu biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża fl-UE. Il-kriterji tal-għoti għandhom jallokaw punti addizzjonali għal dawk il-konsorzji li jinvolvu għadd ta’ kumpaniji u Stati Membri;

konsorzji b’numru akbar ta’ SMEs parteċipanti għandu jkollhom preċedenza fuq proġetti simili b’għadd iżgħar ta’ SMEs;

jitlob li, sakemm ikun possibbli, mill-inqas qasam tematiku wieħed ta’ riċerka u żvilupp jiġi marbut mal-SMEs, kif diġà huwa l-każ fl-offerti tal-akkwist pubbliku għal proposti ta’ riċerka;

jitlob li tiġi stabbilita sistema ta’ komunikazzjoni stabbli biex tikkoordina l-attivitajiet ta’ informazzjoni konġunti mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, peress li wieħed mill-benefiċċji ewlenin ta’ tali sistema huwa li sservi ta’ punt uniku ta’ servizz għall-alternattivi ta’ finanzjament kollha, inklużi l-programmi rilevanti kollha tal-UE fil-qasam tad-difiża u l-oġġetti b’użu doppju. Huwa importanti li din is-sistema ta’ komunikazzjoni tintuża biex jiġu ppubblikati eżempji ta’ prattika tajba;

jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li talloka parti mill-Fond Ewropew għad-Difiża għall-SMEs għal proġetti li jippromovu l-parteċipazzjoni transkonfinali ta’ SMEs; jilqa’ bi pjaċir l-għajnuna tal-Unjoni sa massimu ta’ 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni.

Finanzjament

23.

jirrimarka li l-grupp tal-BEI huwa msieħeb importanti għall-investimenti f’teknoloġiji b’użu doppju fejn l-SMEs jaqdu rwol importanti fl-oqsma ta’ tagħmir jew teknoloġija militari għal użu ċivili, is-sigurtà ċibernetika, it-tilqim, is-sigurtà bijoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastrutturi tal-informazzjoni;

24.

jenfasizza li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tad-difiża, is-servizzi bankarji mhumiex kollha adatti biex jappoġġjaw “l-SMEs; jilqa” bi pjaċir l-approċċ proattiv tal-BEI biex jintużaw strumenti oħrajn bħal self, garanziji u ekwità.

25.

iqis li l-adozzjoni ta’ Fond Ewropew għad-Difiża m’għandhiex isservi bħala pretest biex jinfluwenza b’xi mod jew jitnaqqsu l-allokazzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni, li għandhom jibqgħu l-għodda ewlenija ta’ investiment pubbliku tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li titjieb l-integrazzjoni Ewropea permezz tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.

Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-128 sessjoni plenarja tal-KtR, 22.3.2018–23.3.2018

13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/54


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali emendat u strumenti baġitarji ġodda għaż-żona tal-euro

(2018/C 247/09)

Relatur Ġenerali:

Is-Sinjura Zrihen (BE/PSE), Membru tal-Parlament ta’ Walloon

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni dwar strumenti baġitarji ġodda għal żona tal-euro stabbli fi ħdan il-qafas tal-Unjoni

COM(2017) 822 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu

COM(2017) 825 final

Għall-informazzjoni:

Komunikazzjoni dwar aktar passi lejn it-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa: Pjan Direzzjonali

COM(2017) 821 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu COM(2017) 825 final

Emenda 1

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (“il-Programm”) ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista’ jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. L-iżvilupp ta’ ekonomiji reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali sodi, li jippermettu lill-Istati Membri biex jassorbu x-xokkijiet b’mod effiċjenti u li jirkupraw minnhom malajr, jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali. L-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jiffavorixxu t-tkabbir hija strument adegwat biex jinkiseb żvilupp bħal dan.

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (“il-Programm”) ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir li huma rilevanti għall-implimentazzjoni tal-objettivi tat-Trattat tal-UE u li huma relatati direttament mal-kompetenzi tal-UE , anke permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru. L-iżvilupp ta’ ekonomiji reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali sodi, li jippermettu lill-Istati Membri biex jassorbu x-xokkijiet b’mod effiċjenti u li jirkupraw minnhom malajr, għandu jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali . Is-sjieda tar-riformi strutturali rilevanti għall-UE fil-prattika, b’mod partikolari mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħab soċjali, hija essenzjali sabiex il-Programm jirnexxi.

Emenda 2

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali bit-tisħiħ ta’ riformi strutturali hija kruċjali għal parteċipazzjoni b’suċċess fl- Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan hu ta’ importanza partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhux l-euro, fit-tħejjija tagħhom sabiex jingħaqdu maż-żona tal-euro.

It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz tal-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali li jippreżentaw interess għall-UE hija kruċjali għal parteċipazzjoni b’suċċess u konverġenza akbar fi ħdan l- Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan hu ta’ importanza partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhux l-euro, fit-tħejjija tagħhom sabiex jingħaqdu maż-żona tal-euro.

Emenda 3

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat li l-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm jistgħu jkunu ta’ appoġġ għal riformi li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri li jixtiequ jadottaw l-euro biex iħejju rwieħhom għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.

 

Raġuni

Redundant given Recital 3

Emenda 4

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber mill-Istati Membri għall-appoġġ, u fid-dawl tal-bżonn li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tiżdied għal livell suffiċjenti li jippermetti lill-Unjoni li tipprovdi appoġġ li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dawk l-Istati Membri li jagħmlu t-talba.

Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber mill-Istati Membri għall-appoġġ, u fid-dawl tal-bżonn li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali rilevanti għall-UE fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tiżdied billi jintuża l-Istrument ta’ Flessibbiltà skont l-Artikolu 11 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali għal livell suffiċjenti li jippermetti lill-Unjoni li tipprovdi appoġġ li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dawk l-Istati Membri li jagħmlu t-talba.

Emenda 5

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Artikolu 4

L-objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b’reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-investiment, li jkun ukoll ta’ tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.”;

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri , li jikkostitwixxi valur miżjud Ewropew fl-oqsma ta’ azzjoni rilevanti tal-kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri u li għad mhumiex is-suġġett tal-programmi ta’ assistenza teknika, billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b’reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-investiment, li jkun ukoll ta’ tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.”;

Emenda 6

Artikolu 1(1)a ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Artikolu 5.2

 

L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta’ politika relatati mal-koeżjoni, mal-kompetittività, mal-produttività, mal-innovazzjoni, mat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, mal-impjiegi u mal-investiment, b’mod partikolari ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

a)

il-ġestjoni finanzjarja u tal-assi pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul;

 

b)

ir-riforma istituzzjonali u l -il-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż, meta jkun xieraq, permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistemi ġudizzjarji u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

 

c)

l-ambjent tan-negozju (inkluż għall-SMEs), ir-riindustrijalizzazzjoni, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-intrapriżi, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni , il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;

 

d)

l-edukazzjoni u t-taħriġ; il-politiki tas-suq tax-xogħol, inkluż id-djalogu soċjali, għall-ħolqien ta’ impjiegi; il-ġlieda kontra l-faqar; il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali; is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali; is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa; kif ukoll il-koeżjoni, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri;

 

e)

il-politiki għall-implimentazzjoni tal-azzjoni klimatika, għall-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija u għall-kisba tad-diversifikazzjoni tal-enerġija, kif ukoll għas-settur agrikolu, tas-sajd u tal-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

 

f)

il-politiki tas-settur finanzjarju, inkluża l-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, l-istabbiltà finanzjarja, l-aċċess għall-finanzjament u s-self lill-ekonomija reali; il-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ ta’ kwalità tad-data u l-istatistiki; u l-politiki mmirati lejn il-ġlieda tal-evażjoni tat-taxxa.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Dwar l-emenda għar-Regolament għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali 2018-2020

1.

Jaqbel mal-prinċipju sottostanti ta’ dan il-programm ta’ appoġġ, li għandu l-għan li jipprovdi – fuq bażi volontarja u fuq talba – assistenza teknika fir-rigward tar-riformi strutturali fl-Istati Membri. Madankollu, fil-fehma tal-KtR, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-riformi strutturali eliġibbli għall-appoġġ tal-UE għandu jiġi limitat għal oqsma ta’ politika li huma rilevanti għall-implimentazzjoni tal-objettivi tat-Trattat tal-UE u li huma relatati direttament mal-kompetenzi tal-UE. Il-KtR jirrifjuta kwalunkwe proposta għal finanzjament ta’ riformi strutturali mhux speċifikati fl-Istati Membri li ma saritilhom l-ebda valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew minn qabel u li mhumiex relatati direttament mal-kompetenzi tal-UE bbażati fuq it-Trattat. F’dan il-kuntest, josserva r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Frar 2018 li tirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jemenda r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru 1303/2013 tas-6 ta’ Diċembru 2017 (1);

2.

jingħaqad mal-Kummissjoni dwar il-fatt li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-programm ta’ appoġġ għandu jkun li titjieb il-kapaċità amministrattiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern fl-Istati Membri li jagħmlu t-talba; jenfasizza l-importanza ta’ governanza fuq diversi livelli u approċċ ibbażat fuq il-post ladarba jkunu jridu jiġu determinati u implimentati r-riformi;

3.

jitlob li jkun hemm sett uniku ta’ linji gwida li jkopru l-għodod għat-titjib tal-istrutturi amministrattivi kollha ffinanzjati mill-UE u li jippermettu koordinazzjoni effettiva ma’ programmi ta’ assistenza teknika eżistenti fil-livell tal-UE u tal-Istat Membru benefiċjarju, kif mitlub ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA);

4.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni m’għandhiex data kwantitattiva u kwalitattiva li turi l-effettività tal-programm; jenfasizza li bħala programm ta’ appoġġ tekniku, il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għandu jsir permanenti wara l-2020 biss fuq valutazzjoni pożittiva tar-riżultati tiegħu għall-2017-2020;

5.

jenfasizza li, fuq il-bażi tad-diviżjoni tas-setgħat u r-responsabbiltajiet fis-seħħ f’kull Stat Membru kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSR) ta’ spiss indirizzati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-programm għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

6.

jinsab kuntent li l-Kummissjoni tipproponi li jiżdied il-baġit tal-programm SRSP emendat billi jintuża l-Istrument ta’ Flessibbiltà skont l-Artikolu 11 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali;

Dwar is-sjieda u l-finanzjament ta’ riformi strutturali rilevanti għall-UE

7.

jenfasizza li fl-Istati Membri hemm ħafna ostakoli għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni adegwati tar-riformi strutturali rilevanti għall-UE, inkluż nuqqas ta’ sjieda, kumplessità politika u istituzzjonali tar-riformi, impatti negattivi possibbli fuq gruppi soċjali u territorji, nuqqas ta’ spazju fiskali biex iġarrab il-kost tar-riformi, kapaċità amministrattiva u istituzzjonali insuffiċjenti, u nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-livelli tal-gvern. Ġeneralment, is-sjieda fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-CSR għadha titqies bħala insuffiċjenti u dan huwa parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess bħala sħab;

8.

jenfasizza li ċentri ta’ għarfien, li jipprovdu assistenza teknika b’xejn lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar kif għandhom jiġu interpretati r-regoli tal-UE u jużaw il-Fondi tal-UE, jaqdu rwol importanti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli u l-assorbiment tal-Fondi; jistieden lill-Istati Membri li m’għandhomx tali ċentri ta’ għarfien biex jipprevedu l-ħolqien tagħhom u dan sabiex jiġi faċilitat l-użu effettiv tal-istrument baġitarju l-ġdid.

9.

jenfasizza li filwaqt li ċerti CSR għandhom ankraġġ legali permezz tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) rilevanti u tal-proċeduri ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP), oħrajn huma ta’ rilevanza politika minflok ma huma legalment vinkolanti; jinnota li la t-theddida ta’ sanzjonijiet taħt il-PST u l-MIP u lanqas espożizzjoni politika ma żguraw implimentazzjoni sodisfaċenti tas-CSR u żieda fis-sjieda tar-riformi; japella għal approċċ li jkun aktar minn isfel għal fuq permezz tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex tinħoloq sjieda akbar;

10.

jinnota li, filwaqt li mhemmx dubju dwar l-importanza tal-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika fl-UE, irid jiġi vverifikat jekk l-inċentivi u l-impenji finanzjarji previsti għal ċerti riformi fl-Istati Membri għandhomx effettivament bażi ġuridika korrispondenti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jistaqsi għalhekk dwar il-proġett li ser jinkludi riżorsi finanzjarji sostanzjali fi strument li jipprovdi appoġġ fuq bażi purament volontarja u jibbaża fuq sistema trasparenti tal-għażla u ta’ validazzjoni tad-domandi, li jaf ikun problema f’termini ta’ prijoritizzazzjoni tematika, pjanifikazzjoni baġitarja u ekwilibriju territorjali ġust;

11.

jinsisti wkoll li fid-dawl tad-diviżjoni attwali tas-setgħat, ħafna riformi strutturali rilevanti għall-UE jaffettwaw oqsma ta’ kompetenza kondiviża tal-livell nazzjonali u subnazzjonali tal-gvern. Għalhekk, biex jiġi evitat ksur tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, huwa neċessarju li l-Istati Membri jinvolvu l-livelli reġjonali u lokali bħala sħab permanenti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali;

12.

jiddeplora, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li jintlaħaq qbil dwar l-impenn bilaterali ta’ riforma u l-inċentivi finanzjarji bejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali u implimentata fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mingħajr ma tiġi prevista assoċjazzjoni formali tal-livell reġjonali jew lokali skont it-tqassim intern tal-kompetenzi tal-Istat Membru. Fil-fatt, hemm riskju reali li l-approċċ propost iwassal għal kontestazzjoni ta’ dan it-tqassim tal-kompetenzi u l-ksur tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà jew l-awtonomija lokali jew reġjonali kif definiti fil-karti korrispondenti tal-Kunsill tal-Ewropa. Bħala eżempju, id-dokument ta’ riflessjoni dwar “l-approfondiment tal-UEM”, ippubblikat mill-Kummissjoni f’Mejju 2017, jirreferi pereżempju għall-proposti li jintlaħaq qbil dwar l-istandards vinkolanti biex titkejjel il-kwalità tal-infiq pubbliku. Sorveljanza fuq dawn l-istandards permezz ta’ tabelli ta’ valutazzjoni eżistenti tiġi inkorporata fis-Semestru Ewropew. Il-fatt li l-aċċess għall-fondi tal-UE jkun jiddependi fuq il-ksib ta’ livell partikolari ta’ dawn l-istandards, iwassal biex l-UE timponi l-approċċ u d-direzzjoni tal-politika tagħha f’oqsma ta’ politika li fihom hija tikkondividi l-kompetenzi mal-livelli l-aktar baxxi ta’ gvern – u dan ikun jikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

13.

jiddeplora, barra minn hekk, li l-kriterji għall-valutazzjoni tal-issodisfar tal-impenji ta’ riforma u l-iskattar ta’ partijiet tal-pagament huma stabbiliti u amministrati mill-Kummissjoni waħedha, mingħajr l-awtoritajiet tal-Istat Membru; jinnota li l-proposta hija nieqsa minn trasparenza dwar il-kriterji tal-valutazzjoni u li tali kriterji ma jistgħux jiġu dedotti mis-CSR, li ġeneralment huma ddefiniti mingħajr miri, għanijiet u dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ sistemiku; jemmen finalment li l-inċentivi finanzjarji tal-UE ma għandhomx jitqiesu bħala rieda ta’ evażjoni tal-proċessi demokratiċi fil-livell Ewropew jew nazzjonali jew ir-rikatt finanzjarju;

14.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tipprovdi l-ebda bażi u indikazzjoni dwar kif l-inċentivi finanzjarji proposti għandhom jiġu kkwantifikati, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-kwantifikazzjoni tal-kostijiet fuq terminu qasir tar-riformi x’aktarx li tvarja b’mod konsiderevoli, skont jekk din tinkludix kostijiet amministrattivi biss (tfassil, implimentazzjoni, u bini ta’ kapaċità) jew anke kostijiet soċjali;

15.

jenfasizza li l-impenji ta’ riforma għandhom jibnu fuq valutazzjoni realistika tal-isfidi tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-korpi pubbliċi kkonċernati, u għandhom jinkludu strateġiji għat-titjib tal-istrutturi amministrattivi xierqa. Il-kundizzjonijiet mhux ekwi li jeżistu bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE fir-rigward tal-istrutturi amministrattivi, murija wkoll mill-analiżi tal-KtR tas-CSR minn perspettiva territorjali, għandhom jitqiesu;

16.

jinnota li politiki oħra tal-UE jgħinu fil-promozzjoni ta’ riformi strutturali. Dan huwa l-każ għall-Fondi SIE, permezz ta’ kundizzjonalitajiet ex-ante, dment li dawn ikunu relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, mat-titjib tal-istrutturi amministrattivi u, permezz ta’ konċentrazzjoni tematika, mal-implimentazzjoni tar-riformi li jaqgħu taħt l-Istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza għalhekk li hemm ħtieġa kbira li jiġi pprovdut qafas ta’ politika sussegwenti għall-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss tkun permessa konċentrazzjoni tematika kontinwa; jenfasizza li dan il-qafas ġdid jeħtieġ li jkun ibbażat fuq viżjoni territorjali ġdida li taġġorna l-Perspettiva ta’ Żvilupp Spazjali tal-1999 (2);

17.

jinsisti wkoll li kwalunkwe rabta ulterjuri bejn ir-riformi strutturali rilevanti għall-UE u l-politika ta’ koeżjoni tagħmilha ħafna aktar importanti li s-Semestru Ewropew jiġi demokratizzat fil-livell Ewropew u jiġi kkomplementat minn Kodiċi ta’ Kondotta li jistabbilixxi standards għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex tiżdied l-effiċjenza u s-sjieda tal-proċess (3); jenfasizza li l-prinċipji tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità, tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli għandhom ikunu l-pedament komuni tal-politika ta’ koeżjoni u politiki oħra tal-UE li jappoġġjaw ir-riformi strutturali;

18.

itenni t-talba tiegħu li l-għodod baġitarji ġodda tal-UEM jiġu ffinanzjati mingħajr ma jiġi eliminat l-investiment privat kif ukoll fondi pubbliċi oħra bħal skemi ta’ finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni;

19.

iqis li l-proposta għal inċentivi finanzjarji għal riformi strutturali, kif ippreżentata fil-komunikazzjoni, hija insuffiċjenti bħala bażi li fuqha jiġu żviluppati l-proposti leġislattivi meħtieġa; jiddeplora li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt u lanqas konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati qabel ma ppublikat din il-proposta;

20.

jiddispjaċih li l-proposta għal fażi pilota fl-2018-2020 għall-għodda ta’ twettiq ta’ riforma, u l-bidliet relatati mar-regolament SRSP u mas-CPR, huma inkonsistenti mal-pubblikazzjoni mħabbra tal-proposta l-ġdida tal-QFP f’Mejju 2018;

21.

għalhekk jissuġġerixxi li meta tiġi żviluppata għodda ta’ appoġġ finanzjarju biex tappoġġja r-riformi strutturali jitqiesu l-prinċipji li ġejjin:

l-appoġġ baġitarju għal riformi strutturali biex tiġi promossa l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jaqgħu taħt il-politika ta’ koeżjoni għandu jkun appoġġjat permezz tal-programmi FSIE futuri filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà, tas-sħubija u l-governanza fuq diversi livelli minflok jiġi stabbilit porgramm ta’ finanzjament separat;

is-sehem tal-politika ta’ koeżjoni fil-QFP li jmiss għandu jibqa’ fl-istess livell bħal dak tal-lum sabiex tiġi żgurata effettività tal-politika, u t-“tneħħija ta’ fuq nett” tar-riżorsi FSIE biex jiġu ffinanzjati riformi strutturali għandha tiġi evitata;

il-finanzjament mill-UE għal riformi strutturali li jaqgħu taħt il-politika ta’ koeżjoni għandu jiġi appoġġjat billi jingħata self minflok għotjiet;

il-mod li bih jiġu ddefiniti r-riformi strutturali u tittieħed deċiżjoni dwarhom jeħtieġ li jiġi rivedut billi jiġu inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Dan jippermetti li tiżdied “dimensjoni territorjali” mas-Semestru Ewropew u tiġi faċilitata wkoll id-diversità territorjali fl-Ewropa, li jittieħed kont tagħha u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u jgħin biex tiġi rispettata d-diviżjoni tal-poteri fi ħdan l-UE;

kwalunkwe proposta għall-finanzjament mill-UE għal riformi strutturali jeħtieġ li tinkludi valutazzjoni tal-impatt ex ante u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u għandha tinkludi dispożizzjonijiet għal evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu.

Strumenti baġitarji għall-Istati Membri li huma lesti li jingħaqdu mal-euro u għall-Unjoni Bankarja

22.

Jinnota li strutturi ekonomiċi reżiljenti u grad għoli ta’ konverġenza sostenibbli huma prekundizzjonijiet għall-Istati Membri biex jadottaw l-euro; jilqa’ l-proposta li tinħoloq faċilità ta’ konverġenza biex tappoġġja lill-Istati Membri li jinvolvu ruħhom f’dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara r-rwoli rispettivi tal-faċilità ta’ konverġenza, is-SRSP, il-Fondi SIE u l-Fond ta’ Koeżjoni;

23.

itenni l-appoġġ tiegħu għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja; jinnota li l-Istati Membri għadhom ma qablux dwar garanzija ta’ kontinġenza fiskali f’każ li l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ma jkunx biżżejjed; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi linja ta’ kreditu jew garanziji fi ħdan il-Fond Monetarju Ewropew futur;

Funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni li tipproteġi l-investiment minn xokkijiet asimmetriċi kbar

24.

Itenni li d-differenzi fiċ-ċikli kummerċjali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, li jirriżultaw minn fatturi strutturali, jistgħu jitneħħew billi jinħoloq strument tal-UE li jindirizza x-xokkijiet asimmetriċi; jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-kriterji li jeħtieġ li tissodisfa l-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni;

25.

itenni l-fehma tiegħu li sabiex ikun effettiv, kwalunkwe appoġġ potenzjali ma għandux jirkeb l-istrumenti eżistenti bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), iżda minflok jikkomplementahom;

26.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-kapaċità fiskali għandha tkun kbira biżżejjed biex tkun effettiva; itenni madankollu l-oppożizzjoni tiegħu għall-fatt li l-kapaċità fiskali taż-żona tal-euro ssir intestatura taż-żona tal-euro fil-baġit tal-UE filwaqt li l-limitu tar-riżorsi proprji jibqa’ fiss fil-livell attwali ta’ 1,23 % tal-ING tal-UE, sabiex jiġi evitat l-effett ta’ eliminazzjoni fuq il-finanzjament għall-FSIE u politiki oħra tal-UE;

27.

jenfasizza li funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni li tippreżerva l-livelli ta’ investiment pubbliku fi żminijiet diffiċli minn xokkijiet asimmetriċi kbar hija ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; jemmen li l-Iskema ta’ Protezzjoni tal-Investiment Ewropew proposta tista’ tkun l-ewwel pass lejn tali funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni;

28.

jinsisti fuq l-importanza tal-“funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni” tal-politika ta’ koeżjoni li, flimkien ma’ elementi ta’ flessibbiltà bħaż-żieda fir-rati ta’ kofinanzjament tal-UE u l-modulazzjoni ta’ prefinanzjament, kellha rwol importanti waqt il-kriżi finanzjarja fis-salvagwardja tal-investiment pubbliku f’reġjuni li jbatu minn xokkijiet ekonomiċi asimmetriċi;

29.

jinnota li l-Iskema ta’ Protezzjoni tal-Investiment Ewropew proposta tibda b’self, li huwa komponent ta’ għotja relattivament żgħir u mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni bbażat fuq kontribuzzjonijiet volontarji tal-Istat Membru; jenfasizza li l-Iskema jista’ jkollha użu limitat għall-Istati Membri li għandhom ftit spazju fiskali u li jistgħu jsibuha diffiċli biex jisselfu fi żminijiet ta’ kriżi;

30.

jistieden lill-Kummissjoni telabora dwar skemi ta’ stabbilizzazzjoni bbażati fuq l-għotjiet u bbażati fuq l-assigurazzjoni, bħal fond prekawzjonarju (rainy day fund);

31.

jistenna bil-ħerqa l-pjattaformi ta’ investiment nazzjonali mħabbra li fihom se jipparteċipaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenzi tagħhom fir-rigward tal-Fondi SIE u l-FEIS.

Brussell, it-22 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COM(2017) 826 final.

(2)  CdR 4285/2015

(3)  CdR 5386/2016


13.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/62


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

(2018/C 247/10)

Relatur:

Luc Van den Brande (BE/PPE), Membru tal-Uffiċċju ta’ Kooperazzjoni Fjamminga-Ewropea

Dokumenti ta’ referenza:

COM(2017) 482 final

SWD(2017) 294 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Is-suġġett

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, biex tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati (minn hawn ’il quddiem “l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej” jew “inizjattiva”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, biex tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni skont l-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-implimentazzjoni tat-Trattati (minn hawn ’il quddiem “l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej” jew “inizjattiva”).

Raġuni

Tiżdied referenza għall-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun ċar li “att legali” jfisser mhux biss regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet vinkolanti, iżda wkoll rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet mhux vinkolanti.

Emenda 2

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Is-suġġett

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, biex tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati (minn hawn ’il quddiem “l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej” jew “inizjattiva”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tas-setgħat tagħha, biex tissottometti kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati (minn hawn ’il quddiem “l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej” jew “inizjattiva”).

 

“L-implimentazzjoni tat-Trattati” għandha tinftiehem ukoll li tfisser li l-Kummissjoni għandha l-għażla, skont l-Artikolu 48 tat-TUE, li tressaq proposti sabiex jiġu emendati t-Trattati.

Raġuni

L-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Kummissjoni tista’ tressaq proposti lill-Kunsill sabiex jiġu emendati t-Trattati. Peress li l-Kummissjoni għandha l-awtorità li tipproponi tibdil għat-Trattat, l-inizjattivi taċ-ċittadini li jipproponu tibdil bħal dan għandhom jitqiesu wkoll bħala ammissibbli.

Emenda 3

Artikolu 4.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Informazzjoni u assistenza mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri

Informazzjoni u assistenza mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri

Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta’ dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’konformità ma’ dan ir-Regolament . Grupp ta’ organizzaturi jista’, barra minn hekk, jipprovdi traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tal-Anness għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u, jekk ikun il-każ , tal-abbozz ta’ att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2).

Wara li l-Kummissjoni tirreġistra inizjattiva skont l-Artikolu 6, din għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kontenut ta’ dik l-inizjattiva fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, għall-pubblikazzjoni tagħha fir-reġistru u l-użu tagħha għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’konformità ma’ dan ir-Regolament, inklużi traduzzjonijiet tal-Anness għall-pubblikazzjoni tiegħu fir-reġistru u, jekk applikabbli , tal-abbozz ta’ att legali msemmi fl-Anness II u ppreżentat skont l-Artikolu 6(2).

Raġuni

Jidher raġonevoli li l-Kummissjoni Ewropea, ladarba tiġi reġistrata inizjattiva, tipprovdi wkoll traduzzjonijiet tad-dokumenti annessi, b’mod partikolari wkoll tal-abbozz tal-att legali meta jkun jagħmel parti mill-inizjattiva.

Emenda 4

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Reġistrazzjoni

Reġistrazzjoni

1.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva jistgħu jinġabru biss wara li l-inizjattiva tkun ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni.

1.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva jistgħu jinġabru biss wara li l-inizjattiva tkun ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni.

2.   Il-grupp ta’ organizzaturi għandhom jissottomettu t-talba għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni permezz tar-reġistru.

2.   Il-grupp ta’ organizzaturi għandhom jissottomettu t-talba għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni permezz tar-reġistru.

Meta jippreżenta talba il-grupp ta’ organizzaturi għandu wkoll:

Meta jippreżenta talba il-grupp ta’ organizzaturi għandu wkoll:

(a)

jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

(a)

jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-Anness II, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

(b)

fejn huwa magħmul minn aktar minn 7 membri, jindika lil dawk is-seba’ membri biex jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u (2);

(b)

fejn huwa magħmul minn aktar minn 7 membri, jindika lil dawk is-seba’ membri biex jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u (2);

(c)

skont kif ikun il-każ, jindika li entità legali nħolqot, skont l-Artikolu 5(7).

(c)

skont kif ikun il-każ, jindika li entità legali nħolqot, skont l-Artikolu 5(7).

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tiegħu.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tiegħu.

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq it-talba għal reġistrazzjoni lil kumitat indipendenti ta’ seba’ membri, magħmul minn avukati, akkademiċi u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Ewropea, li għandu jevalwa l-ammissibbiltà tat-talba għal reġistrazzjoni. Dan jista’ jorganizza seduta mal-grupp ta’ organizzaturi. Il-kumitat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’deċiżjoni motivata, u l-Kummissjoni ser tieħu deċiżjoni fuq dik il-bażi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirreġistra inizjattiva jekk:

(…)

3.   Il-Kummissjoni għandha tirreġistra inizjattiva jekk:

(…)

Raġuni

Wieħed mill-punti problematiċi ewlenin tar-regolament il-ġdid għadu l-kunflitt ta’ interess tal-Kummissjoni u l-monopolju tagħha fuq l-istadji kollha tal-proċedura. Huwa għalhekk propost – f’konformità mal-Opinjoni tal-KtR tal-2015 – li d-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni għandha tiġi fdata lil kumitat indipendenti ta’ avukati, akkademiċi u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Ewropea.

Emenda 5

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-perjodu ta’ ġbir

Il-perjodu ta’ ġbir

1.   Kull dikjarazzjoni ta’ appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it- 12 -il xahar minn data magħżula mill-grupp tal-organizzaturi (il-“perjodu ta’ ġbir”), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m’għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

1.   Kull dikjarazzjoni ta’ appoġġ għandha tinġabar fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it- 18 -il xahar minn data magħżula mill-grupp tal-organizzaturi (il-“perjodu ta’ ġbir”), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(6). Dik id-data m’għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva skont l-Artikolu 6.

Il-grupp ta’ organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data magħżula mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel dik id-data.

Il-grupp ta’ organizzaturi għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data magħżula mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel dik id-data.

Fejn il-grupp ta’ organizzaturi jixtieq itemm il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ 12 -il xahar wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha se jispiċċa l-perjodu tal-ġbir.

Fejn il-grupp ta’ organizzaturi jixtieq itemm il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ 18 -il xahar wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha se jispiċċa l-perjodu tal-ġbir.

Raġuni

Il-ġbir ta’ miljun firma huwa pjuttost biċċa xogħol kbira, u jeħtieġ ammont kbir ta’ pubbliċità u sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini. Sabiex jintlaħaq l-għan aħħari fi żmien sena, il-grupp ta’ organizzaturi jrid ikun organizzat tajjeb ħafna. Huwa importanti li tiġi evitata sitwazzjoni fejn huma biss organizzazzjonijiet kbar mhux governattivi organizzati b’mod transnazzjonali li jkunu jistgħu jniedu l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej. Għalhekk aħna nipproponu li l-perjodu ta’ ġbir jiżdied għal 18-il xahar, li jkun anqas ta’ deterrent għal organizzaturi potenzjali tal-inizjattiva.

Emenda 6

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Pubblikazzjoni u smigħ pubbliku

Pubblikazzjoni u smigħ pubbliku

1.   (…)

1.   (…)

2.   Fi żmien tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva, il-grupp ta’ organizzaturi għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-inizjattiva waqt smigħ pubbliku.

2.   Fi żmien tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva, il-grupp ta’ organizzaturi għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-inizjattiva waqt smigħ pubbliku.

Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jorganizzaw is-smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew. Rappreżentanti tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-korpi konsultattivi tal-Unjoni, kif ukoll partijiet interessati, għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ.

Il-Parlament Ewropew għandu jorganizza s-smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew. Rappreżentanti tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-korpi konsultattivi tal-Unjoni, il-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll partijiet interessati, għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fis-smigħ.

Il- Kummissjoni u l- Parlament Ewropew għandhom jiżguraw rappreżentazzjoni bilanċjata tal-interessi pubbliċi u privati rilevanti.

Il-Parlament Ewropew għandu jiżgura rappreżentazzjoni bilanċjata tal-interessi rilevanti fis-smigħ .

3.   Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata fis-seduta f’livell xieraq.

3.   Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata fis-seduta f’livell xieraq.

 

4.    Wara s-seduta, il-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea dwar kif tirrispondi l-ECI inkwistjoni

Raġuni

L-aħjar post għal grupp ta’ organizzaturi biex jispjega l-inizjattiva tiegħu huwa l-Parlament Ewropew, u għaldaqstant, ikun loġiku li l-Parlament Ewropew jieħu responsabbiltà sħiħa għall-organizzazzjoni ta’ dan is-smigħ. Ma hemm assolutament l-ebda raġuni istituzzjonali biex il-Kummissjoni tkun involuta fl-organizzazzjoni. Dan għandu jagħti wkoll lill-organizzaturi aktar fiduċja li l-proċess ser ikun trasparenti u indipendenti. Li l-Parlamenti nazzjonali jiġu assoċjati ma’ dan il-proċess għandu jżid l-opportunitajiet ta’ ħolqien ta’ dibattitu Ewropew.

Huwa importanti li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-inizjattiva wara s-smigħ.

Emenda 7

Żid Artikolu ġdid wara l-Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-inizjattivi li ma jiksbux iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 12(5), iżda li jiġbru 75 % tal-firem meħtieġa fi żmien il-perjodu ta’ ġbir, għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għall-finijiet ta’ informazzjoni.

Raġuni

L-esperjenza tal-imgħoddi wriet li xi inizjattivi li ma setgħux jiksbu l-għadd meħtieġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kienu madankollu innovattivi għall-politika Ewropea. Għalhekk ikun ta’ dispjaċir li jintilef il-messaġġ politiku ta’ inizjattivi bħal dawn. Il-Parlament Ewropew jista’ jiddeċiedi, fuq il-bażi tar-rilevanza politika u soċjali ta’ inizjattivi bħal dawn, li jiżviluppa inizjattivi tiegħu stess.

Emenda 8

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Rieżami

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perijodikament il-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perijodikament il-funzjonament tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn tliet snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Raġuni

Huwa importanti li jiġi evalwat il-funzjonament tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej f’intervalli regolari, mhux biss fir-rigward tal-proċeduri, iżda wkoll tal-impatt politiku tagħha u l-involviment reali taċ-ċittadini fil-politika. Tenħtieġ reviżjoni f’waqtha sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni korrettiva, u għalhekk ikun aktar adegwat intervall ta’ tliet snin. Jekk dan ir-Regolament il-ġdid ifalli jkun ifisser it-tmiem tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

Fit-13 ta’ Ottubru 2015, il-Kumitat tar-Reġjuni adotta Opinjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (1). L-Opinjoni ġiet suġġerita mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 211/2011. Minħabba l-volum sinifikanti u t-tip tal-kontributi riċevuti matul il-proċedura li għaddejja bħalissa, il-KtR appella għal reviżjoni tar-regolament imsemmi hawn fuq.

2.

L-Ewropej jinsabu fil-qofol tal-proġett Ewropew. Id-demokrazija parteċipattiva Ewropea għandha tinftiehem bħala li tinkoraġġixxi liċ-ċittadini Ewropej biex ikunu involuti fil-politika Ewropea u jfasslu l-ġejjieni tal-Ewropa. It-Trattat (Artikolu 10(3)) jagħti lil kull ċittadin id-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni.

3.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija dritt taċ-ċittadini Ewropej. Din tista’ tgħin biex ikun hemm rispons għad-defiċit demokratiku perċepit tal-Unjoni Ewropea kif ukoll biex jitnaqqas id-distakk bejn iċ-ċittadini tal-UE u l-istituzzjonijiet Ewropej u dawk li jfasslu l-politika Ewropea. Minħabba l-kriżi ekonomika u ta’ fiduċja li għadha għaddejja fl-UE, huwa kruċjali li jiġu pprovduti l-opportunitajiet għal djalogu miftuħ bejn iċ-ċittadini tal-UE biex jiġi evitat li jsiru dejjem iżjed diżillużi bil-kunċett ta’ integrazzjoni Ewropea. Huwa partikolarment importanti li tinbena jew terġa’ tinkiseb il-fiduċja ta’ dawk iż-żgħażagħ Ewropej li setgħu tilfu l-fiduċja fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea. Billi jiġi offrut id-dritt għal inizjattiva leġislattiva, l-IĊE bħala strument transnazzjonali, tipprovdi opportunità biex jinvolvu ruħhom mal-aġenda politika tal-UE u għandha l-għan li tħeġġeġ dibattitu madwar l-Ewropa dwar kwistjonijiet ta’ tħassib għaċ-ċittadini Ewropej.

4.

Skont l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-istituzzjonijiet tal-UE huma meħtieġa jinformaw liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, u jagħtuhom l-opportunità li jwasslu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma kollha ta’ azzjoni tal-Unjoni. L-istess artikolu jinkludi mandat espliċitu biex il-Kummissjoni Ewropea tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati sabiex tassigura li l-azzjonijiet tal-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti; il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkunsidra bis-serjetá r-rekwiżit bażiku tal-“obbligu ta’ rendikont” bħala prerekwiżit għad-demokrazija u l-governanza tajba f’konformità mal-ispirtu tat-Trattati.

5.

Sabiex jiġi żgurat li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tkun tista’ ssir parti li tirnexxi fin-nisġa demokratika tal-UE, huwa ta’ importanza fundamentali li l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li jirnexxu jwasslu għal dibattiti ta’ politika ġenwini u jirċievu aktar segwitu politiku sostanzjali mill-istituzzjonijiet tal-UE.

6.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mhijiex sostitut għad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li wassal għal progress fl-approfondiment tal-Unjoni u li għandu jkompli. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mezz addizzjonali għall-fehim reċiproku bejn iċ-ċittadini u tipprovdi dimensjoni transnazzjonali għad-dibattiti tal-UE, li hija ta’ benefiċċju għas-sistema istituzzjonali tal-UE inġenerali, inkluż il-Kummissjoni Ewropea stess; l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għalhekk għandha l-potenzjal li tkun eżempju tajjeb ħafna ta’ “demokrazija f’azzjoni”.

7.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej toffri l-opportunità għaċ-ċittadini Ewropej biex jipparteċipaw fil-proċess Ewropew ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u jinfluwenzaw l-aġenda politika Ewropea. Madankollu, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa inizjattivi addizzjonali biex issaħħaħ id-djalogu ċivili u tqarreb lin-nies mal-politiki Ewropej. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għandha tiġi kkunsidrata bħala wieħed mill-istrumenti biex jinkisbu l-għanijiet ta’ demokrazija parteċipattiva, iżda m’għandux ikun mistenni li din l-inizjattiva ser tiżgura awtomatikament l-involviment pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropew.

8.

Għandha tingħata attenzjoni lill-possibilitajiet previsti fit-Trattat rigward id-demokrazija parteċipattiva u b’mod partikolari d-djalogu ċivili vertikali (2). Bil-għan li jinżamm “djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili” (Artikolu 11(2) tat-TFUE), il-Kummissjoni Ewropea għandha tniedi “skema ta’ djalogu” fejn l-istituzzjonijiet Ewropej jiffukaw fuq li jipprovdu kwalità aktar milli jikkonċentraw fuq proċeduri. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mhijiex strument ta’ kodeċiżjoni tal-ħidma: din trid titqies bħala pilastru fundamentali tad-demokrazija parteċipattiva ddedikata għad-deliberazzjoni, il-kollaborazzjoni, il-kooperazzjoni u t-tfassil konġunt u bħala tieqa ta’ opportunità biex il-Kummissjoni Ewropea tiġi kkonfrontata bi tħassib serju, sabiex tinħoloq sensibilizzazzjoni u jiġi ġġenerat fehim reċiproku.

9.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija l-espressjoni tad-demokrazija parteċipattiva li tikkomplementa l-idea ta’ demokrazija rappreżentattiva; hija ssaħħaħ l-għadd ta’ drittijiet relatati maċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-dibattitu pubbliku dwar il-politika Ewropea; għandha ssaħħaħ is-sjieda tal-Unjoni taċ-ċittadini u l-identifikazzjoni tagħhom magħha.

10.

Għandhom jissaħħu l-istrumenti ta’ parteċipazzjoni legali u politiċi tagħna sabiex naslu għal arkitettura ta’ governanza mġedda abbażi tal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli. Il-governanza f’diversi livelli hija essenzjalment imsejsa fuq diversi kanali u għalhekk tippermetti ċittadinanza Ewropea aktar “attiva”. L-isfida hija li tipprovdi sistema ta’ rappreżentazzjoni tal-interessi innovattivi fejn in-nies iħossuhom rappreżentati fuq bażi ugwali fl-identitajiet differenti tagħhom.

11.

Spazju pubbliku Ewropew għal dibattitu bejn iċ-ċittadini u ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet huwa importanti għal-leġittimità u r-responsabbiltà tal-UE. Id-defiċit demokratiku jista’ jiġi eliminat biss jekk tinħoloq sfera pubblika Ewropea li tinkorpora l-proċess demokratiku.

12.

Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar id-demokrazija parteċipattiva fil-livell Ewropew, kif espressi fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta’ Ottubru 2015, jibqgħu fis-seħħ b’mod sħiħ.

Ir-Regolament il-ġdid dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

13.

Fl-Opinjoni tiegħu tal-2015, il-Kumitat tar-Reġjuni qal li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fil-forma attwali tagħha mhux se tippromovi d-demokrazija parteċipattiva, peress li l-proċedura u d-diversi regoli joħolqu wisq restrizzjonijiet amministrattivi u tekniċi, ostakoli u tfixkil li jistgħu jiskuraġġixxu liċ-ċittadini milli jieħdu sehem fil-proċess demokratiku Ewropew. Barra minn hekk, l-inizjattiva taċ-ċittadini attwali ma kinitx tippermetti li ċ-ċittadini jinfluwenzaw l-aġenda politika Ewropea u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi.

14.

F’konformità mal-fehmiet diġà espressi mill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Ombudsman Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li r-regolament il-ġdid huwa pass importanti fid-direzzjoni t-tajba biex jittejjbu l-proċeduri tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Titjib proċedurali u amministrattiv fir-Regolament il-ġdid

15.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib proċedurali u amministrattiv li ġej fir-Regolament il-ġdid propost mill-Kummissjoni:

Iċ-ċittadini li jniedu inizjattiva huma individwi (organizzaturi) iżda minn hemm ’il quddiem jistgħu joħolqu entità b’personalità ġuridika b’tali mod li jillimitaw ir-responsabbiltà kriminali tal-organizzaturi minħabba frodi u negliġenza serja.

Il-perjodu permess għall-ġbir tal-firem għadu ta’ 12-il xahar, iżda l-organizzaturi tal-inizjattiva jingħataw perjodu ieħor ta’ tliet xhur wara r-reġistrazzjoni biex jiddeċiedu dwar id-data tal-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.

Kwalunkwe persuna ta’ età akbar minn 16 tista’ tiffirma dikjarazzjoni ta’ appoġġ.

Id-data personali li għandha tiġi ppreżentata minn kull min jiffirma dikjarazzjoni ta’ appoġġ ġiet issemplifikata. Ser ikun possibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE biex jagħtu l-appoġġ tagħhom abbażi tan-nazzjonalità tagħhom, irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom. Il-Kummissjoni tipproponi għażla bejn żewġ formoli ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ. (attwalment l-Istati Membri jużaw 13-il formola differenti).

Titjib fil-proċedura tar-reġistrazzjoni, inkluża l-possibilità li wieħed jirreġistra inizjattivi parzjalment minflok ma tiġi miċħuda l-inizjattiva kollha kemm hi fuq il-bażi ta’ ammissibbiltà, bil-Kummissjoni tirreġistra biss il-parti ammissibbli.

Ser titwaqqaf pjattaforma ta’ kollaborazzjoni onlajn għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li tipprovdi forum għal diskussjoni, pariri u appoġġ għall-organizzaturi.

Ser tinħoloq u titħaddem sistema ċentrali ta’ ġbir onlajn mill-Kummissjoni sabiex tissemplifika l-ġbir u l-ġbir f’katalogi tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kif ukoll sabiex dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu ċċekkjati mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Kummissjoni ser tiżviluppaha u torganizzaha b’mod permanenti u toffriha mingħajr ħlas.

Wara r-reġistrazzjoni ta’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni ser tipprovdi traduzzjoni fil-lingwi kollha tal-UE u tinforma lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE dwar Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ġdida.

Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għal organizzaturi (potenzjali) ta’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (l-Istati Membri huma mitluba joħolqu punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej).

Il-Kummissjoni se tipprovdi aktar sensibilizzazzjoni u attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Għad m’hemmx approċċ politiku

16.

Minkejja l-proposti u l-miżuri t’hawn fuq inklużi fir-Regolament il-ġdid biex jitjiebu l-proċedura tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u jitneħħew ħafna ostakli, l-impressjoni għadha waħda ta’ pożizzjoni mhux miftuħa biżżejjed u wisq prudenti min-naħa tal-Kummissjoni. Dan huwa partikolarment evidenti fl-aspetti aktar politiċi tal-inizjattiva taċ-ċittadini:

Id-demokrazija parteċipattiva hija partikolarment importanti biex terġa’ tinkiseb jew titjieb il-fiduċja fil-proġett Ewropew. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għandha għalhekk titqies bħala strument transkonfinali li jippermetti liċ-ċittadini biex jieħdu sehem fil-proċess demokratiku Ewropew u biex tingħatalhom vuċi fit-tfassil tal-politika tal-UE: spazju pubbliku Ewropew għd-dibattitu bejn iċ-ċittadini u dawk li jfasslu l-politika. Ir-regolament il-ġdid ma jipprovdix bażi xierqa għal dan.

Dan il-kunflitt ta’ interess min-naħa tal-Kummissjoni qiegħed jagħmel ħsara serja għall-effettività tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fit-trawwim tal-parteċipazzjoni u l-fiduċja: b’mod parallel, hija għandha tkun fornitur ewlieni tal-informazzjoni u struttura ta’ appoġġ għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, tkun l-ewwel “destinatarju” għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, u tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni u l-ammissibbiltà tal-inizjattivi.

Ir-regolament il-ġdid ma jagħmel xejn biex isolvi l-kunflitt ta’ interess tal-Kummissjoni, jiġifieri li hija: (1) il-fornitur ċentrali ta’ informazzjoni, (2) l-istruttura ta’ appoġġ għal inizjattivi taċ-ċittadini, (3) l-awtorità li l-organizzaturi għandhom jirrappurtaw lilha u għandhom jirreġistraw magħha, (4) l-awtorità li tiddetermina jekk inizjattiva tistax tiġi reġistrata, u (5) il-korp li għandu jsegwi fuq Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess. In-nuqqas li tinstab soluzzjoni għal dan il-kunflitt ta’ interess għadu jkun ta’ ħsara għall-effettività u l-leġittimità tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Għaldaqstant il-KtR ippropona fl-Opinjoni tiegħu tal-2015 li jitwaqqaf kumitat ad hoc imparzjali magħmul minn esperti, akkademiċi u avukati biex jinvestiga kriterji ta’ ammissibilità bħal tip ta’ “kunsill tal-għorrief” jew “Rappreżentanza taċ-Ċittadini Ewropej”.

Il-Kummissjoni tillimita l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej għal kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Kummissjoni fejn att legali tal-Unjoni jista’ jkun meħtieġ fil-qafas tat-Trattati. Il-Kummissjoni taqbad mal-approċċ legalistiku u ma tipprovdix biżżejjed ċarezza skont kriterji li għandhom jiġu definiti. Dan jista’ jagħti lok għal valutazzjonijiet arbitrarji u riskji, li joħonqu kwalunkwe dibattitu politiku miftuħ u trasparenti.

Bl-istess mod il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda proposta li tindirizza x-xewqa li taċċetta inizjattivi taċ-ċittadini li jipproponu emenda għat-Trattati tal-UE.

Kien ikun xieraq li ssir referenza għad-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini u għall-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-kriterji tal-eliġibbiltà.

Ċerti inizjattivi taċ-ċittadini ġew ippreżentati dwar kwistjonijiet importanti, iżda ma laħqux il-miljun firma jew jintlaħaq il-livell minimu meħtieġ f’ċerti pajjiżi. Tali Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej bħalissa qegħdin sempliċiment jitwarrbu f’kexxun. Madankollu, f’każijiet fejn inġabar għadd sinifikanti ta’ firem, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa tipi xierqa ta’ rispons sabiex ma jintilifx il-messaġġ politiku potenzjali u l-mobilizzazzjoni assoċjata.

Il-Kummissjoni għandha tispjega l-għażliet politiċi tagħha lill-pubbliku b’mod dettaljat u trasparenti fit-tweġiba formali tagħha lil Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li kisbet iktar minn miljun firma. Għandu jiġi żgurat segwitu politiku b’saħħtu.

Il-Parlament Ewropew għandu rwol essenzjali x’jaqdi biex jibda dibattitu politiku mal-pubbliku ġenerali, pereżempju permezz tas-smigħ pubbliku li huma previsti. Il-Parlament għandu wkoll jaġixxi bħala garanti tas-segwitu politiku għal Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess u l-internalizzazzjoni tal-messaġġ politiku ta’ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li ma jkunux laħqu l-għadd meħtieġ ta’ firem.

Għandhom jitqiesu b’mod serju l-possibbiltajiet għal segwitu aktar strutturat u fit-tul għas-seduti tal-Parlament Ewropew billi jinħolqu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini biex tiġi riveduta l-azzjoni li ttieħdet b’rispons għal Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li tkun irnexxiet u biex jitkompla d-dibattitu dwar is-suġġett. It-tieni seduta formali organizzata mill-PE u li tinvolvi wkoll lill-proponenti tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, wara l-pubblikazzjoni tar-reazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u li toħloq spazju għal aktar dibattitu bejn il-partijiet interessati kollha, għandha tiġi esplorata.

Żieda fis-sensibilizzazzjoni ġenerali u l-għarfien dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

17.

L-għarfien pubbliku dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej huwa importanti. Għal dan il-għan, il-kampanji ta’ reklamar u promozzjoni għandhom ikunu organizzati bil-għan li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tingħata profil ogħla fil-midja u fost il-pubbliku.

18.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tista’ tkun għodda effettiva għal parteċipazzjoni demokratika. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għalhekk għandhom jimmassimizzaw l-isforzi ta’ komunikazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ dan l-istrument sabiex jinformaw bl-eżistenza tiegħu lil kemm jista’ jkun Ewropej u jħeġġu parteċipazzjoni attiva fih.

Il-kontribut tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

19.

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tappoġġa rappreżentanti eletti lokali u reġjonali biex ikunu fuq quddiem fiż-żieda fl-isforzi biex iċ-ċittadini jkunu mgħarrfin dwar l-istrument tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

20.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tipprovdi liċ-ċittadini Ewropej bi strument li jippermettilhom li jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jirrikonoxxi r-rwol u r-responsabilitajiet tiegħu stess u f’dan il-kuntest jenfasizza d-deċiżjoni tal-Bureau tiegħu (3) dwar l-involviment tal-KtR fl-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej. Itenni l-impenn tiegħu biex jappoġġja lill-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li jaqgħu fil-kompetenza politika tal-KtR u li huma meqjusa bħala politikament rilevanti, billi pereżempju: jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fl-iskrinjar tagħha ta’ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej proposti mill-perspettiva tar-rilevanza lokali/reġjonali tagħhom u s-sussidjarjetà; l-ospitar ta’ avvenimenti relatati mal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej; appoġġ għal azzjoni ta’ komunikazzjoni deċentralizzata dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej; fejn xieraq, tfassil ta’ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja dwar is-suġġett tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej; parteċipazzjoni attiva fis-seduti tal-PE u s-segwitu politiku; appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess u fejn xieraq il-leġislazzjoni bi tweġiba għalihom.

Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  ĠU C 423, 17.12.2015, p. 1.

(2)  Reaching out to EU citizens – A new opportunity “About us, with us, for us”, rapport minn Luc Van den Brande, Konsulent speċjali lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, Ottubru 2017.

(3)  Il-144 laqgħa tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni, 10 ta’ April 2013, punt 8 – CDR1335-2013_11_00_TRA_NB-item 8.