ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 459

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
9 ta' Diċembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 459/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8046 — TUI/Transat France) ( 1 )

1

2016/C 459/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8136 — BASF/Chemetall) ( 1 )

1

2016/C 459/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8281 — Mitsubishi Corporation/Mitsubishi Motors Corporation/KTB-Trading) ( 1 )

2

2016/C 459/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8289 — Engie/Omnes Capital/Predica/MAIA) ( 1 )

2


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2016/C 459/05 CON/2016/49

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Ottubru 2016 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (CON/2016/49)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2016/C 459/06

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2217, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

7

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 459/07

Rata tal-kambju tal-euro

9

2016/C 459/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)  ( 1 )

10

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 459/09

Rapport Speċjali Nru 28/2016 — L-indirizzar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-UE: ittieħdu passi importanti iżda jeħtieġ li jsir aktar

15

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 459/10

Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 459/11

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 459/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

28


 

Rettifika

2016/C 459/13

Rettifika tas-Sejħa għall-proposti — Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni b’rabta mal-politika agrikola komuni (PAK) għall-2017 ( ĠU C 401, 29.10.2016 )

31


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8046 — TUI/Transat France)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 459/01)

Fl-20 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix għall-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8046. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8136 — BASF/Chemetall)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 459/02)

Fit-28 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8136. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8281 — Mitsubishi Corporation/Mitsubishi Motors Corporation/KTB-Trading)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 459/03)

Fit-2 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8281. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8289 — Engie/Omnes Capital/Predica/MAIA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 459/04)

Fil-5 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8289. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Ottubru 2016

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva 2009/101/KE

(CON/2016/49)

(2016/C 459/05)

Introduzzjoni u bażi legali

Fid-19 ta’ Awwissu 2016 u t-23 ta’ Settembru 2016, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew rispettivament għal opinjoni dwar proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u i temenda d-Direttiva 2009/101/KE (1) (iktar ‘il quddiem “id-direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li huma fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE. B’mod partikolari, il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 127(2) u (5) u l-Artikolu 128(1) tat-Trattat, billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet għal ċerti kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluża l-promozzjoni tal-operazzjoni bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas, sabiex ikun hemm tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u li tawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro ġewwa l-Unjoni. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet

1.1.   Regolament ta’ pjattaformi ta’ skambju ta’ muniti virtwali u fornituri tal-kartieri ta’ kustodja

1.1.1.

Id-direttiva proposta twessa’ l-lista ta’ entitajiet obbligati li għalihom tapplika d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) sabiex jiġu inklużi fornituri li jaħdmu primarjament u professjonalment f’servizzi ta’ skambju bejn “muniti virtwali” u “muniti ta’ kors legali” (mifhuma fid-direttiva proposta li huma muniti ddikjarati li huma valuta legali (3)) u fornituri tal-kartieri li joffru servizzi ta’ kustodja ta’ kredenzjali neċessarji għall-aċċess ta’ muniti virtwali (iktar ‘il quddiem “fornituri tal-kartieri ta’ kustodja”) (4). Id-direttiva proposta teħtieġ ukoll lill-Istati Membri li jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali u fornituri tal-kartieri ta’ kustodja ikunu liċenzjati jew reġistrati (5). Il- BĊE jappoġġa bis-sħiħ dawn id-dispożizzjonijiet, li huma skont ir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) (6), peress li terroristi u gruppi oħra kriminali bħalissa jistgħu jittrasferixxu flus ġewwa netwerks ta’ munita virtwali billi jaħbu t-trasferimenti jew billi jibbenefikaw minn ċertu grad ta’ anonimità f’dawn il-pjattaformi ta’ skambju. L-użu ta’ muniti virtwali fih ukoll riskji ikbar minn mezzi tradizzjonali ta’ ħlas fis-sens li t-trasferibbiltà ta’ munita virtwali tiddependi fuq l-Internet u hija limitata biss mill-kapaċità tan-netwerk ta’ kompjuters u l-infrastruttura tal-IT sottostanti l-munita virtwali partikolari.

F’dan il-kuntest, il-BĊE jsemmi wkoll li l-muniti diġitali mhux neċessarjament għandhom jiġu skambjati f’muniti stabbiliti legalment. Jistgħu jintużaw ukoll biex jinxtraw oġġetti u servizzi, mingħajr ma jkun meħtieġ skambju f’munita legalment stabbilita jew l-użu ta’ fornitur tal-kartiera ta’ kustodja. Dawn it-tranżazzjonijiet ma jkunux koperti minn l-ebda miżuri ta’ kontroll ipprovduti fil-proposta u jistgħu jipprovdu mezz għall-finanzjament ta’ attivitajiet illegali.

1.1.2.

Il-BĊE jirrikonoxxi li l-avvanzi teknoloġiċi relatati mat-teknoloġija tal-ktieb idditribwit sottostanti l-mezzi alternattivi ta’ ħlas, bħal muniti virtwali, jista’ jkollhom il-potenzjal li jżidu l-effiċjenza, il-firxa u l-għażla ta’ ħlas u l-metodi ta’ trasferiment. Il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni għandhom, madankollu, jieħdu ħsieb li ma jidhrux li qed jippromwovu l-użu ta’ muniti diġitali mwaqqfa privatament, billi dawn il-mezzi alternattivi ta’ ħlas la huma muniti legalment stabbiliti, u lanqas ma jikkostitwixxu valuta legali maħruġa mill-banek ċentrali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn (7). Il-BĊE għandu tħassib fuq diversi affarijiet fir-rigward tad-differenzi li jeżistu bejn dak li l-proposta tirriferi għalihom bħala “muniti ta’ kors legali” u “muniti virtwali”, waħda minnhom hija l-volatilità assoċjata mal-muniti virtwali, li tipikament hija ogħla mill-muniti maħruġa mill-banek ċentrali jew li l-ħruġ tagħhom huwa awtorizzat diversament mill-banek ċentrali, billi din il-volatilità mhux dejjem tidher li hija relatata ma’ fatturi ekonomiċi jew finanzjarji. Tħassib ieħor huwa li: (a) diversament mid-detenturi ta’ muniti stabbiliti legalment, id-detenturi ta’ unitajiet ta’ muniti virtwali tipikament m’għandhomx garanzija li jkunu jistgħu jiskambjaw l-unitajiet tagħhom għal oġġetti u servizzi jew munita stabbilita legalment fil-futur; u (b) id-dipendenza fuq atturi ekonomiċi fuq unitajiet ta’ muniti virtwali, jekk miżjuda sostanzjalment fil-futur, tista’ fil-prinċipju taffettwa l-kontroll tal-banek ċentrali fuq il-provvista ta’ flus bir-riskju potenzjali għall-istabbiltà tal-prezzijiet, għalkemm taħt il-prattika kurrenti dan ir-riskju huwa limitat. Għalhekk, filwaqt li huwa xieraq għall-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni, b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-FATF, li jirregolaw il-muniti virtwali mill-perspettivi ta’ kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament ta’ kontra t-terroriżmu, m’għandhomx f’dan il-kuntest partikolari jippruvaw jippromwovu użu ikbar ta’ muniti virtwali.

1.1.3.

Il-kliem “muniti virtwali” huwa ddefinit fid-direttiva proposta bħala li jfisser “rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur li la huwa maħruġ minn bank ċentrali jew awtorità pubblika, lanqas ma huwa neċessarjament marbut ma’ munita ta’ kors legali iżda huwa aċċettat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħala mezz ta’ ħlas u jista’ jiġi ttrasferit, maħżun jew innegozjat elettronikament” (8).

Il-BĊE jixtieq jagħmel numru ta’ kummenti speċifiċi dwar din id-definizzjoni.

L-ewwel nett, “muniti virtwali” ma jikkwalifikawx bħala muniti minn perspettiva tal-Unjoni (9). Skont it-Trattati u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98, l-euro hija l-munita unika tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Unjoni, i.e. ta’ dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom (10). B’mod konsistenti mal-approċċ, li jew diġà ġie adottat, jew bħalissa qed jiġi kkunsidrat, minn ġurisdizzjonijiet oħrajn li jirregolaw il-pjattaformi ta’ skambju ta’ munita virtwali, inklużi l-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti, il-BĊE jirrakkomanda li jiġu ddefiniti iktar speċifikament il-muniti virtwali, b’mod li espliċitament jiġi kkjarifikat li l-muniti virtwali m’humiex muniti legalment stabbiliti jew flus (11).

It-tieni nett, peress li l-muniti virtwali fil-fatt mhumiex muniti, ikun iktar preċiż jekk jitqiesu bħala mezzi ta’ skambju, iktar milli mezzi ta’ ħlas. Barra minn hekk, id-defininzzjoni tad-direttiva proposta ta’ “muniti virtwali” bħala mezz ta’ ħlas ma tqisx li f’ċerti ċirkustanzi l-muniti virtwali jistgħu jintużaw għal skopijiet li mhumiex dawk ta’ mezz ta’ ħlas (12). Kif ġie osservat mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS), it-teknoloġija tal-ktieb iddistribwit sottostanti ħafna skemi ta’ munita diġitali jista’ jkollhom applikazzjoni ferm usa’ lil hinn mill-ħlasijiet (13). F’dan ir-rigward, il-FATF innota li użi mhux għal ħlas ta’ muniti virtwali jistgħu jinkludu prodotti beni rifuġju (store-of-value) għall-finijiet ta’ tifdil jew investiment, bħal derivattivi, komoditajiet, u prodotti tat-titoli (14). Muniti diġitali iktar riċenti, li huma bbażati fuq ktieb iddistribwit iktar sofistikat u teknoloġija tal-blockchain, għandhom firxa wiesgħa ta’ użi li jmorru lil hinn minn skopijiet ta’ ħlas (15), inklużi, pereżempju, każino onlajn. Fid-dawl ta’ dan li ntqal iktar ‘il fuq, il-BĊE jissuġġerixxi li d-direttiva proposta tirreferi wkoll għal użi oħra posibbli ta’ muniti virtwali fid-definizzjoni proposta ta’ dak il-kliem.

Il-BĊE jissuġġerixxi l-adattament tad-definizzjoni ta’ muniti virtwali taħt id-direttiva proposta sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-punti msemmija iktar il fuq.

1.2.   Reġistri ċentrali ta’ kontijiet bankarji u tal-ħlas

1.2.1.

Bis-saħħa tad-direttiva proposta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jpoġġu fis-seħħ mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati jew sistemi ta’ irkupru ta’ dejta elettroniċi, li jippermettu l-identifikazzjoni, b’mod tempestiv, ta’ kull persuna naturali jew legali li jkollha jew tikkontrolla kontijiet ta’ ħlas u kontijiet bankarji miżmumin minn istituzzjoni ta’ kreditu fit-territorju tagħhom (16). Il-memorandum spjegattiv li jakkumpanja d-direttiva proposta jiċċara f’dan ir-rigward li l-Istati Membri huma liberi li jwaqqfu jew reġistru bankarju ċentrali, jew sistema ta’ irkupru, liema waħda tkun l-iktar xierqa għall-qafas eżistenti tagħhom (17). Għalhekk l-Istati Membri huma liberi li jindikaw il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tagħhom bħala amministratur tar-reġistru ċentrali tal-kontijiet bankarji (u tal-ħlas). Barra minn hekk, taħt id-direttiva proposta, dan ir-reġistru ċentrali jkun miftuħ għall aċċess mill-unitajiet ta’ intelligence finanzjarja u awtoritajiet kompetenti oħrajn.

1.2.2.

Il-BĊE diġà esprima l-fehma tiegħu li, għall-finijiet tal-valutazzjoni jekk il-projbizzjoni fit-Trattat fuq il-finanzjament monetarju nkisritx, kompiti fdati lil BĊN fis-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali (SEBĊ) dwar it-twaqqif ta’ reġistru ċentrali ta’ kontijiet bankarji m’għandhomx jiġu kkunsidrati kompiti ta’ bank ċentrali, u lanqas ma jiffaċilitaw l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kompiti (18). Il-BĊE jikkunsidra l-kompitu ta’ twaqqif ta’ reġistru ċentrali bis-saħħa tal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2015/849 b’mod ċar huwa kompitu governattiv billi l-għan tiegħu huwa l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex tiġi ssalvagwardata l-indipendenza finanzjarji tal-membri tas-SEBĊ u jitneħħa t-tħassib tal-finanzjament monetarju assoċjat mat-twettiq ta’ kompitu governattiv, il-BĊE jenfasizza li, meta tieħu ħsieb l-operazzjoni ta’ reġistru ċentrali tal-kontijiet, il-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-direttiva proposta għandha tinkludi mekkaniżmu tal-irkupru tal-ispejjeż bi proċeduri espliċiti għall-monitoraġġ, l-allokazzjoni u l-fatturar tal-ispejjeż kollha magħmula mill-BĊNi li huma assoċjati mal-operazzjoni u l-għoti tal-aċċess lir-reġistru ċentrali.

2.   Osservazzjonijiet tekniċi u proposti ta’ abbozzar

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qed jiġu stipulati proposti speċifiċi tal-abbozzar f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Ottubru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2016) 450 finali.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(3)  Ara l-premessa 6 tad-direttiva proposta.

(4)  Ara premessa 6 u l-punt (1) tad-direttiva proposta.

(5)  Ara l-punt (16) tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta.

(6)  Ara tal-FATF: “International Standards on Combating Money Laundering and the Financing of Terrorism & Proliferation: The FATF Recommendations” (Frar 2012). Ara wkoll ir-rapport tal-FATF “Virtual Currencies - Key Definitions and Potential AML/CFT Risks” (Ġunju 2014) u tal-FATF’s “Guidance for a Risk-Based Approach - Virtual Currencies” (Ġunju 2015). Id-dokumenti kollha huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-FATF fi: www.fatf-gafi.org.

(7)  Ara l-paġna 13 tal-Memorandum Spjegattiv li jakkumpanja d-direttiva proposta u l-premessi 6 u 7 tad-direttiva proposta. Ara wkoll l-Abbozz tar-rapport tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fuq muniti virtwali (2016/2007 (INI)) tat-23 ta’ Frar 2016.

(8)  Il-punt (2)(c) tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta. Id-definizzjoni tidher li hija bbażata fuq dik proposta fil-paragrafu 19 tal-Opinjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) fuq il-muniti virtwali tal-4 ta’ Lulju 2014 (ABE/Op/2014/08), disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ABE fi www.eba.europa.eu.

(9)  Ara d-definizzjoni ta’ “munita” fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151 21.5.2014, p. 1).

Ara wkoll il-paġna 16 tal-iStaff Discussion Note tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) fuq “Virtual Currencies and Beyond: Initial Considerations” (Jannar 2016), disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-FMI fi www.imf.org.

(10)  Ara l-Preambolu u l-Artikolu 3(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; l-Artikolu 119(2) tat-Trattat dwar il- Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 111).

(11)  Ara, pereżempju, l-Artikoli 2 sa 5 tal-Att dwar s-Servizzi ta’ Ħlas Ġappuniż, li jiddefinixxu ċ-ċibermunita li teskludi l-yen u muniti barranin, u l-Artikolu 103(8) tal-United States’ National Conference of Commissioners on Uniform State Laws Draft Regulation of Virtual Currency Businesses Act ta’ Frar 2 2016, li jiddefinixxi l-munita virtwali li teskludi l-flus. Għal analiżi wiesgħa tat-trattament regolatorju ta’ Bitcoin f’41 ġurisdizzjoni, ara r-rapport tal-Law Library of Congress “Regulation of Bitcoin in Selected Jurisdictions” (Jannar 2014); ara wkoll il-proċeduri tal-Parlament Kanadiż tal-iStanding Senate Committee on Banking, Trade and Commerce tas-26 ta’ Marzu 2014, fejn il-Canadian Department of Finance ddikjara li “il-munita virtwali mhijiex… il-munita uffiċjali tal-pajjiż; mhijiex id-dollaru Kanadiż”.

(12)  Ara l-paġna 24 tar-Rapport tal-BĊE “Virtual Currency Schemes – a further analysis” (Frar 2015), disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE fi www.ecb.europa.eu.

(13)  Ara l-paġna 15 of the tar-rapport tal-BIS “Committee on Payments and Market Infrastructures” dwar id-“Digital currencies” (Novembru 2015), disponibbli fiwww.bis.org.

(14)  Pereżempju, muniti kripto bħal “ethers”, l-unità monetarja tal-“ethereum block chain”, jiġu nnegozjati fuq boroż għal investiment jew għanijiet spekulattiv, imma mhux dejjem iservu bħala mezz ta’ ħlas. Ara wkoll il-paġna 4 tal-“Guidance for a risk based approach - Virtual Currencies” tal-FATF (Ġunju 2015), disponibbli fis-sit elettroniku tal-FATF fi www.fatf-gafi.org.

(15)  Ara wkoll il-paġna 7 tal-iStaff Discussion Note tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) fuq “Virtual Currencies and Beyond: Initial Considerations” (Jannar 2016), disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-FMI fi www.imf.org.

(16)  Ara l-punt (12) tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta.

(17)  Ara l-paġna 7 tal-Memorandum Spjegattiv li jakkumpanja d-direttiva proposta.

(18)  Ara, pereżempju, il-paragrafu 2.1 tal-Opinjoni CON/2011/30; paragrafu 2 tal-Opinjoni CON/2011/98; paragrafi 3.1 u 3.2 tal-Opinjoni CON/2015/46; u l-paragrafi 3.1 sa 3.8 tal-Opinjoni CON/2016/35. L-opinjonijiet tal-BĊE kollha huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2217, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

(2016/C 459/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2217 (2), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li inti/il-kumpanija tiegħek għandek tiġi inkluż/għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-UNSCR 2321 (2016).

Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jkunu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations – Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

Wara d-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea. Ir-raġunijiet għall-indikazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (3), sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C- Kwistjonijiet Orizzontali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  ĠU L 334, 9.12.2016, p. 35.

(3)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Diċembru 2016

(2016/C 459/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0762

JPY

Yen Ġappuniż

122,61

DKK

Krona Daniża

7,4390

GBP

Lira Sterlina

0,84995

SEK

Krona Żvediża

9,7228

CHF

Frank Żvizzeru

1,0853

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0145

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,038

HUF

Forint Ungeriż

314,29

PLN

Zloty Pollakk

4,4540

RON

Leu Rumen

4,5020

TRY

Lira Turka

3,6676

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4406

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4222

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3475

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4973

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5272

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 250,03

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7162

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4041

HRK

Kuna Kroata

7,5355

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 298,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,7590

PHP

Peso Filippin

53,465

RUB

Rouble Russu

68,1900

THB

Baht Tajlandiż

38,334

BRL

Real Brażiljan

3,6599

MXN

Peso Messikan

21,8915

INR

Rupi Indjan

72,5055


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/10


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

(Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 459/08)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni li ġie sostitwit

Kummenti

010001-00-0301

Precast concrete composite wall with point connectors

 

 

020001-00-0405

Assemblaġġi ċappetta multi-assi moħbija

 

 

020002-00-0404

Sistema ta’ ħġieġ għall-galleriji (u terrazzini) mingħajr frames vertikali

 

 

020011-00-0405

Bokkaporti tal-bjut, art, ħitan u soqfa li jipprovdu aċċess jew għall-użu bħala bieb ta‘ emerġenza/bi jew mingħajr reżistenza għan-nar

 

 

040005-00-1201

Prodotti tal-insulazzjoni termali u/jew akustiċi mmanifatturati fil-fabbrika, magħmulin minn fibri veġetali jew tal-annimali

 

 

040016-00-0404

Glass fibre mesh għar-rinforz ta’ renderings fuq bażi ta’ siment

 

 

040048-00-0502

Tapit tar-rubber fibre biex jintuża għal impact sound insulation

 

 

040065-00-1201

Insulazzjoni termali u/jew boards li jassorbu l-ħsejjes ibbażati fuq expanded polystyrene u siment

 

 

040090-00-1201

Factory-made boards u prodotti ffurmati minn moulding ta’ expanded polylactic acid (epla) għal insulazzjoni termali u/jew akustika.

 

 

040138-00-1201

Prodotti ffurmati in-situ tat-tip loose fill thermal u/jew insulazzjoni akustika magħmulin minn fibri tal-ħxejjex

 

 

040288-00-1201

Insulazzjonijiet termali u akustiċi magħmulin fil-fabbrika, magħmulin minn fibri tal-polyester

 

 

060001-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni T400 (MINIMU) N1 W3 GXX

 

 

060003-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika u b’ħajt estern speċifiku bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060008-00-0802

Kit għaċ-ċumnija bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni ta’ T400 (minimu) N1/P1 W3 Gxx u b’ħitan esterni differenti u bidla possibbli tal-ħajt estern

 

 

070001-01-0504

Gypsum plasterboards għal applikazzjonijiet li jifilħu l-piż

070001-00-0504

 

080002-00-0102

Ġeogrilja eżagonali li ma ssaħħaħx għall-istabbilizzazzjoni ta’ saffi granulużi maħlula billi tingħaqad mal-aggregat

 

 

090001-00-0404

Wool boards minerali kkompressati prefabbrikati b’finish organiku u inorganiku u b’sistema speċifikata ta‘ rbit

 

 

090017-00-0404

Point supported vertical glazing

 

 

090058-00-0404

Ventilated external wall cladding kit li jinkludi metallic honeycomb panel u l-fixings assoċjati miegħu

 

 

120001-01-0106

Retro-reflective sheetings mikropriżmatiċi

120001-00-0106

 

120003-00-0106

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin

 

 

130002-00-0304

Slab element ta’ njam solidu – element ta’ dowel jointed timber boards biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130005-00-0304

Slab element magħmul minn injam solidu biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130010-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes – veneer lumber laminat strutturali magħmul mill-fagu

 

 

130011-00-0304

Prefabricated wood slab element magħmul minn mechanically jointed square-sawn timber members biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130012-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Qastan

 

 

130013-00-0304

Slab element ta’ injam solidu – element ta’ timber boards magħquda permezz ta’ dovetail connections biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130022-00-0304

Travu monolitiku jew laminat u wall logs tal-injam

 

 

130033-00-0603

Imsiemer u viti biex jintużaw f’nailing plates fi strutturi tal-injam

 

 

130167-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Injam artab

 

 

150003-00-0301

Siment ta’ saħħa kbira

 

 

180008-00-0704

Floor drain - bil shutter mekkaniku interkambjabbli

 

 

190002-00-0502

Dry floating flooring kit ibbażat fuq prefabricated interlocked units magħmulin minn madum taċ-ċeramika u twapet tal-lastku

 

 

200002-00-0602

Sistema ta‘ tension rods

 

 

200005-00-0103

Piles tal-azzar strutturali b’sezzjonijiet vojta u splices riġidi

 

 

200014-00-0103

Pile joints u rock shoes għal concrete piles

 

 

200017-00-0302

Prodotti hot rolled u komponenti strutturali magħmulin minn steel grades Q235B, Q235D, Q345B u Q345D

 

 

200019-00-0102

Gabion boxes u mtieraħ magħmulin minn hexagonal woven mesh

 

 

200022-00-0302

Termo-mekkanikament imrembel azzar prodotti twal magħmula ta ‘qamħ multa azzar strutturali jistgħu jiġu ssaldjati ta’ gradi tal-azzar speċjali

 

 

200026-00-0102

Sistemi xibka tal-wajer azzar għall timla rinfurzat

 

 

200033-00-0602

Nailed Shear Connector

 

 

200039-00-0102

Hexagonal woven mesh gabion boxes u mtieraħ b’kisja taż-żingu

 

 

200043-00-0103

Pile pipes magħmulin minn ductile iron

 

 

220007-00-0402

Fully supported copper alloy sheet and strip għas-soqfa, external cladding u internal lining

 

 

220008-00-0402

Eaves profiles għal terrazzini u galleriji

 

 

220013-00-0401

Self-supporting ridgelight

 

 

220021-00-0402

Sun tunnel kits

 

 

220025-00-0401

Glazing orizzontali Strutturali Cantilevered (kanopew strutturali tal-ħġieġ/saqaf)

 

 

230004-00-0106

Wire ring mesh panels

 

 

230005-00-0106

Wire rope net panels

 

 

230008-00-0106

Double twisted steel wire mesh irrinfurzat jew le bil-ħbula

 

 

230012-00-0105

Additivi għall-produzzjoni tal-asfalt – granuli tal-bitumen magħmulin minn bituminous roofing felt riċiklat

 

 

230025-00-0106

Sistemi flessibbli ta’ facing għall-istabbilizzazzjoni ta’ art inklinata u protezzjoni tal-blat

 

 

260006-00-0301

Polymeric concrete addition

 

 

280001-00-0704

Preassembled line unit għad-drenaġġ jew infiltrazzjoni

 

 

290001-00-0701

Sistema ta’ pajpijiet għad-distribuzzjoni ta’ ilma kiesaħ jew sħun fil-bini

 

 

320002-02-0605

Coated metal water stop sheet għal kostruzzjoni u crack joints ikkontrollati ġo waterproof concrete

320002-00-0605

320002-01-0605

 

330008-02-0601

Anchor channels

330008-00-0601

330008-01-0601

 

330011-00-0601

Viti aġġustabbli tal-concrete

 

 

330012-00-0601

Cast-in anchor bi threaded socket interna

 

 

330075-00-0601

Elevator lifting device

 

 

330079-00-0602

Floor Fixing Assemblies għall-użu f’Checker Plate jew Open Bar Grating

 

 

330080-00-0602

High Slip Resistance Clamp (HSR) Assembly

 

 

330083-00-0601

Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali

 

 

330084-00-0601

Steel-plate b’cast-in anchors

 

 

330153-00-0602

Cartridge fired pin għall-konnessjonijiet ta’ thin gauge steel members u sheeting

 

 

330155-00-0602

Self-adjustable clamp assembly

 

 

330196-00-0604

Plastic anchors għat-twaħħil ta’ external thermal insulation composite systems (ETICS) b’rendering

ETAG 014

 

330232-00-0601

Fasteners mekkaniċi għall-użu fil-konkos

ETAG 001-1

ETAG 001-2

ETAG 001-3

ETAG 001-4

 

340002-00-0204

Panels ta’ wires tal-azzar b’insulazzjoni termali inkorporata għal struttura sħiħa

 

 

340006-00-0506

Kits tat’turġien prefabbrikati

ETAG 008

 

340020-00-0106

Kits flessibbli biex iżommu debris flows u shallow landslides/open hill debris flows

 

 

340025-00-0403

Substructure kit għal bini msaħħan

 

 

340037-00-0204

Light weight steel/wood load bearing roof elements

 

 

350003-00-1109

Kit għal service ducts reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn pre-fabricated connection pieces (magħmulin minn mechanically pre-coated steel sheet) u aċċessorji

 

 

350005-00-1104

Prodotti intumixxenti għal skopijiet ta’ fire sealing u fire stopping

 

 

350134-00-1104

Fire proof water trap b’siġill intumixxenti kontra n-nar (kombinata ma’ stainless steel floor gully penetration)

 

 

360005-00-0604

Cavity Tray

 

 

Nota:

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EAD) huma adottati mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) bl-Ingliż. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għall-korrettezza tat-titli li ġew ipprovduti mill-EOTA għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li d-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (http://www.eota.eu) għandha żżomm disponibbli d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni b’mezzi elettroniċi b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha ta’ qabel ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.


Il-Qorti tal-Awdituri

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/15


Rapport Speċjali Nru 28/2016

“L-indirizzar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-UE: ittieħdu passi importanti iżda jeħtieġ li jsir aktar”

(2016/C 459/09)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 28/2016 “L-indirizzar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-UE: ittieħdu passi importanti iżda jeħtieġ li jsir aktar” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/16


Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2016/C 459/10)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

14.11.2016

Tul ta’ żmien tal-għeluq

14.11-31.12.2016

Stat Membru

Franza

Stokk jew grupp ta’ stokkijiet

SBR/678-

Speċi

Il-paġella l-ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

Tipi ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

38/DSS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/17


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2016/C 459/11)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijietoġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qegħdin ikunu oġġett ta’ dumping u b’hekk qegħdin joħolqu ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fil-25 ta’ Ottubru 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Eurofer”) f’isem tmien produtturi tal-Unjoni (“l-ilmentaturi”) ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li jirrappreżentaw aktar minn 53 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni (“CRS”- corrosion resistant steels) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-prodotti huma rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew mhux illigat; kompletament deossidati bl-aluminju; miksijin jew mgħottijin b’galvanizzazzjoni b’immersjoni taħraq biż-żingu u/jew bl-aluminju, u b’ebda metall ieħor; b’passivazzjoni kimika; li skont il-piż, fihom: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta’ karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0,045 % ta’ nijobju u mhux aktar minn 0,010 % ta’ vanadju, ippreżentati f’kojls, f’folji maqtugħa skont id-daqs u fi strixxi dojoq.

Il-prodotti li ġejjin mhumiex inklużi:

prodotti tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b’veloċità għolja;

prodotti mhux maħduma ulterjorment għajr rrumblati bis-sħana jew bil-kesħa.

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun l-oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70. (kodiċijiet TARIĊ: 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990035, 7225990092, 7226993010, 7226997094). Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina titqies bħala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, l-ilmentaturi stabbilixxew valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Kanada. L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz ta’ esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni ta’ ħsara u r-rabta ta’ kawżalità

L-ilmentaturi pprovdew evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li pprovdew l-ilmentaturi turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u/jew fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Ladarba ddeterminat, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, wara li infurmat lill-Istati Membri, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Il-proċedura ta’ determinazzjoni ta’ dumping

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.2.1.1.   Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li se jiġu investigati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(a)   Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom) kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jppreżentaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li teħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima (b) hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun ma jridx jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Il-marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġni ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli kif meħtieġ fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni se teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”) u jibagħtuha lura mimlija kif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 5.2.2.2 hawn taħt.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni ta’ dumping individwali għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun indebitament ta’ piż u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.2.2.   Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

5.2.2.1.   Għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5.2.2.2 aktar ‘l isfel, f’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali se jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni se tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adattat. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament lill-Kanada. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, produtturi oħrajn b’ekonomija tas-suq huma t-Tajwan, it-Turkija, l-Awstralja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja (4). Bl-għan li finalment tagħżel il-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li għalihom hemm indikazzjonijiet li l-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat qed isseħħ. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-għażla tal-pajjiż analogu fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.2.2.   It-trattament tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq

B’konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jippreżentaw talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan l-għan (“talba għal TES”). It-TES jingħata jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (5) jkunu ssodisfati. Il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, sa fejn hu possibbli u mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta’ applikazzjoni għat-TES lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina magħżula biex ikunu fil-kampjun, u lill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkooperaw li jixtiequ japplikaw għal marġni individwali ta’ dumping, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni se tivvaluta biss il-formoli ta’ talba għal TES sottomessi mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li t-talba tagħhom għal marġni individwali ta’ dumping tkun ġiet aċċettata.

Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES iridu jippreżentaw formola ta’ talba għal TES mimlija fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.3.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (6)  (7)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jppreżentaw kull informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi spezzjonat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.7 aktar ‘l isfel). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ġustifikattiva. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ġustifikattiva jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ jeħtieġ li ssir bil-miktub u jeħtieġ tispeċifika r-raġunijiet għalfejn tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, trid titressaq talba għas-smigħ fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limited” (Ristretti)  (8).

Partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn it-taqsiriet jeħtieġ li jkunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jippreżentaw is-sottomissjonijiet u r-rikjesti kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz tal-posta reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika tagħhom u jeħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tan-negozju uffiċjali operattiv u li jkun ikkonsultat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba espliċita li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati jeħtieġ li jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku:

(a)

TRADE-CRS-DUMPING@ec.europa.eu - għandu jintuża mill-produtturi esportaturi, mill-importaturi relatati, l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentati tal-pajjiż ikkonċernat u għal kwistjonijiet marbuta ma’ pajjiżi analogi.

(b)

TRADE-CRS-INJURY@ec.europa.eu - għandu jintuża biex jintbagħat l-Anness II u għal kwistjonijiet marbuta mad-determinazzjoni tal-ħsara u l-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni.

6.   Nuqqas ta’ koperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu isiru sejbiet provviżorji jew finali, kemm jekk fl-affermattiv kif ukoll jekk fin-negattiv, b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun kkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata m’għandux jitqies bħala nuqqas ta’ koperazzjoni, sakemm il-parti interessata ma turix li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kostijiet addizzjonali mhux raġonevoli. Jeħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ interfaċċja bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid tiġi ppreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet proviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż)

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri proviżorji mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Proċessar ta’ data personali

Kull data personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9).


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mhux se jitqiesu.

(4)  L-evidenza prima facie turi li l-Indja ma tistax titqies bħala pajjiż analogu xieraq minħabba fid-distorsjonijiet fis-suq bħar-Regolament tal-Prezzijiet Minimi ta’ Importazzjoni li qed jiġi implimentat din is-sena kif ukoll is-sussidji, b’mod partikolari l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni ta’ minerali tal-ħadid u l-politika duwalistika tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-minerali tal-ħadid li tnaqqas il-kost tal-materja prima ewlenija għall-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat. Ir-Repubblika tal-Korea hija ekonomija b’konglomerati kbar li fihom ir-relazzjonijiet bejn il-fornituri u l-klijenti ta’ sikwit mhumiex ċari.

(5)  Il-produtturi esportaturi jridu juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-kostijiet tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; (ii) id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords kontabilistiċi bażiċi, li jiġu awditjati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha; (iii) ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà ġuridika u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(6)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) parti terza li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta’ kwoti ta’ ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament, jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kull assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bħala persuna li jkollha l-kapaċità twettaq atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(7)  Id-data mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(8)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/28


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 459/12)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“NOVAC AFUMAT DIN ŢARA BÂRSEI”

Nru tal-UE: RO-PDO-0005-01183 — 20.11.2013

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Novac afumat din Ţara Bârsei”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Rumanija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Novac afumat din Ţara Bârsei” huwa flett tal-ħut iffumigat miksub mill-ispeċji tal-karpjun ta’ rasu kbira (Arystichthys nobilis). Jitqiegħed fis-suq f’forma ffumigata.

Karatteristiċi organolettiċi:

Dehra:

flettijiet ta’ ħut iffumigat b’piż ta’ bejn 100 u 400 g;

flettijiet ta’ ħut iffumigat b’wiċċ lixx li jkun ħieles minn skulurazzjoni jew tiċritiet tal-ġilda.

Kulur:

dehbi fuq in-naħa tal-ġilda;

kannella fl-aħmar fuq in-naħa tal-muskolu.

Aroma u togħma:

l-ebda aroma jew togħma ta’ ħama, fajd jew ħaxix;

aroma speċifika ta’ ħut iffumigat bis-sħana.

Karatteristiċi fiżikokimiċi:

Klorur tas-sodju: massimu ta’ 5 %

Kontenut tal-umdità: 65-75 %

Proteini: minimu ta’ 11 %

Xaħam: massimu ta’ 4 %

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-karpjun ta’ rasu kbira jagħlef prinċipalment fuq iż-żooplankton u jikkonsma wkoll kwantitajiet żgħar ta’ alka planktonika u insetti jew larvi ta’ insetti.

Il-karpjun ta’ rasu kbira huwa l-materja prima għall-prodott lest “Novac afumat din Ţara Bârsei”, u jinkiseb minn ċiklu ta’ tliet snin ta’ tkabbir f’farms tal-ħut fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-ħut jintagħżel minn fost il-grupp bil-piż 1 200 sa 2 000 g.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-proċess tal-produzzjoni użat biex jinkiseb in-“Novac afumat din Ţara Bârsei” jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-produzzjoni tan-“Novac afumat din Ţara Bârsei” tinvolvi l-istadji li ġejjin: it-trobbija tal-karpjun ta’ rasu kbira, l-aċċettazzjoni (il-kondizzjonament u l-ħżin), l-ipproċessar preliminari (it-tneħħija tal-qoxra protettiva, id-dekapitazzjoni, l-evixxerazzjoni u t-tindif), l-iffilettjar, it-tmelliħ, l-iffumigar u l-immaturar tal-ħut.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinkludi t-territorji amministrattivi tal-muniċipalitajiet ta’: Dumbrăvița, Feldioara, Hălchiu, Bod u Hărman. Dawn huma l-lokalitajiet fil-pjanuri l-baxxi tal-Olt u huma kkonfinati: mill-konfini amministrattiva tal-muniċipalità ta’ Măierus fit-Tramuntana, mix-xmara Olt fil-Lvant, mit-territorju amministrattiv tal-muniċipalità ta’ Prejmer fix-Xlokk, mit-territorju amministrattiv ta’ Brașov u Sânpetru fin-Nofsinhar, mit-territorju amministrattiv ta’ Codlea fil-Lbiċ, mill-muntanji Perșani fil-Punent, u mit-territorju amministrattiv tal-muniċipalità ta’ Crizbav fil-Majjistral.

Image

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Ilma ta’ taħt l-art:

Mill-aspett idroġeoloġiku, iż-żona għandha akwiferi fil-blat kalkarju u l-konglomerat fit-tarf tad-dipressjoni Bârsei. Il-fissuri u l-fetħiet li minnhom tgħaddi l-preċipitazzjoni atmosferika (xita, borra) u l-għoljiet bil-ħafna nixxigħat tagħhom jalimentaw in-netwerk idrografiku. L-ilma f’dawn ix-xmajjar li jgħaddu minn dawn iż-żoni karatterizzati minn blat siliċiku iebes huwa ċar u għandu pH newtrali, u huwa ideali għall-iżvilupp tal-karpjun ta’ rasu kbira.

Ħamrija:

Minkejja li tinsab f’żona muntanjuża, iż-żona ġeografika ddefinita għandha xi wħud mill-karatteristiċi tal-pjanuri. Il-farms tal-ħut fiż-żona ġeografika ddefinita għandhom ħamrija idromorfika li tinkludi art mistagħdra (ħamrija gley, ħamrija sewda) u ħamrija klimoidromorfika (ħamrija tal-mergħat) li huma favorevoli għall-iżvilupp tal-organiżmi li jservu ta’ għalf għal din l-ispeċi ta’ ħut.

Żoni rurali protetti:

Il-produzzjoni tan-“Novac afumat din Ţara Bârsei” hija marbuta mill-qrib mal-post tal-oriġini fiż-żona ddefinita fejn jinsabu s-sorsi tal-ilma essenzjali għat-trobbija tal-ħut, minħabba l-prossimità naturali tal-pjanura tal-għargħar tax-xmara Olt u t-tributarji tagħha.

Ir-rata ta’ produzzjoni u l-kwalità tal-karpjun ta’ rasu kbira jissaħħu bil-ħamrija li fuqha nbnew il-farms tal-ħut u bid-diversità u bil-kwalità tar-riżorsi naturali għall-għalf.

Fatturi umani

Ir-rendiment għoli (300 kg/ha) ippermetta l-ipproċessar u l-preservazzjoni tal-karpjun ta’ rasu kbira. Wieħed mill-metodi tal-ipproċessar huwa l-iffumigar fis-sħana użat sa minn żminijiet antiki.

Il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet marbuta mal-produzzjoni tan-“Novac afumat din Ţara Bârsei” jitwettqu bl-idejn. Dan ifisser li l-esperjenza u l-għarfien tan-nies lokali għandhom rwol importanti.

Jintużaw it-tekniki lokali antiki tat-tmelliħ u l-iffumigar u dawn jagħmlu parti mill-fażijiet tal-produzzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tal-prodott.

Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi saljenti tan-“Novac afumat din Ţara Bârsei” huma:

il-kontenut ta’ xaħam baxx (4 % jew inqas) meta mqabbel ma’ ħut imkabbar f’żoni oħra ta’ pixxikultura barra ż-żona ġeografika, dovut għar-rata ta’ tkabbir aktar bil-mod tal-karpjun ta’ rasu kbira f’ilma b’temperaturi aktar baxxi (24 °C - massimu tas-sajf);

l-istruttura kompatta tal-flettijiet, li tirriżulta mill-għalf tal-ħuta; il-kwalità tal-plankton hija ddeterminata minn fatturi naturali li huma speċifiċi għaż-żona, jiġifieri l-ilma pur u l-ħamrija idromorfika li jsaħħu l-iżvilupp tal-organiżmi li jikkostitwixxu l-għalf għal din l-ispeċi ta’ ħut;

l-aroma pjaċevoli, li tingħata mill-metodu tal-iffumigar bis-sħana abbażi tas-serratura tal-fagu miż-żona ġeografika ddefinita;

b’mod ġenerali, il-flettijiet mill-karpjun ta’ rasu kbira miksuba minn barra ż-żona ġeografika għandhom ċiklu ta’ tkabbir ta’ sentejn u jiżnu aktar minn 4 000 g.

Il-fatturi naturali taż-żona ġeografika ddefinita jinfluwenzaw il-kwalitajiet tal-prodott. Madankollu, hija l-kombinazzjoni tal-fatturi naturali mal-esperjenza teknika fit-trobbija tal-ħut u mal-iffumigar tal-flettijiet li tiddefinixxi l-karattru speċifiku tal-prodott.

Sa miż-żminijiet l-aktar imbiegħda, in-nies ta’ din iż-żona pprattikaw is-sajd u l-metodi ta’ preservazzjoni tal-ħut, inkluż l-iffumigar bis-sħana abbażi tas-serratura tal-fagu. Il-proċess ta’ preservazzjoni jsegwi t-tradizzjoni tal-iffumigar bis-sħana. Il-proċedura tal-iffumigar u tat-tisjir isseħħ ġewwa kamra b’temperatura ta’ 75–80 °C, biċ-centru tal-prodott jilħaq temperatura ta’ 70 °C, għal minimu ta’ ħames minuti f’umdità ta’ 25 %.

Il-karatteristiċi tal-flett tal-karpjun ta’ rasu kbira ffumigat bis-sħana huma apprezzati mill-konsumaturi f’fieri kummerċjali speċjalizzati.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

www.madr.ro

http://www.madr.ro/docs/ind-alimentara/produse-traditionale/caiet-sarcini-novac-afumat-din-tara-barsei-igp-.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/31


Rettifika tas-Sejħa għall-proposti — “Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni b’rabta mal-politika agrikola komuni (PAK)” għall-2017

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 401 tad-29 ta’ Ottubru 2016 )

(2016/C 459/13)

Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 9, ħassar is-sentenza li ġejja:

“Dawn għandu jkollhom ukoll impatt sinifikanti li jista' jitkejjel permezz tal-indikaturi rilevanti msemmija fit-taqsima 11.4.”

Fil-punt 11.1e,

minflok:

“F'każ ta' akkwist ogħla minn EUR 70 000”,

aqra:

“F'każ ta' akkwist ogħla minn EUR 60 000”.