ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.035.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
9 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2012/C 035/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposti legali għall-Politika Agrikola Komuni wara l-2013

1

2012/C 035/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq il-pakkett leġiżlattiv dwar il-vittmi tal-kriminalità, inkluża proposta għal Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u proposta għal Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili

10

2012/C 035/03

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment ta’ Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti

16

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 035/04

Rata tal-kambju tal-euro

23

2012/C 035/05

Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti – Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

24

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 035/06

Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għas-servizzi tat-trasport marittimu

26

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 035/07

Sejħa għall-proposti – EACEA/5/12 – MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Taħriġ

40

2012/C 035/08

Estratt mid-Deċiżjoni tal-Qorti rigward Akcinė bendrovė bankas SNORAS skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (minn hawn ’il quddiem id-Direttiva)

42

 

Rettifika

2012/C 035/09

Rettifika għas-sejħa annwali għall-proposti tal-2011 skont il-programm ta' ħidma annwali għall-2011 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1772 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9531) (ĠU C 7, 10.1.2012)

43

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposti legali għall-Politika Agrikola Komuni wara l-2013

2012/C 35/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2),

Wara li kkunsidra t-talba għal Opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-12 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat il-proposti li ġejjin (minn hawn ’il quddiem: il-proposti) dwar il-Politika Agrikola Komuni (minn hawn ’il quddiem: il-“PAK”) wara l-2013, li ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess ġurnata:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal ħlasijiet diretti lil bdiewa skont l-iskemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament dwar ħlasijiet diretti”) (3);

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament waħdieni dwar l-OKS”) (4);

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament dwar l-iżvilupp rurali”) (5);

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament orizzontali”) (6);

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (7);

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar tal-applikazzjoni ta’ ħlasijiet diretti lil bdiewa fir-rigward tas-sena 2013 (8);

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta’ pagament uniku u ta’ appoġġ għal min ikabbar id-dwieli (9).

2.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li qed jiġi kkonsultat b’mod formali mill-Kummissjoni u li ġiet inkluża referenza għall-Opinjoni preżenti fil-preamboli proposti tar-regolament dwar ħlasijiet diretti, ir-regolament waħdieni dwar l-OKS, ir-regolament dwar l-iżvilupp rurali u r-regolament orizzontali.

1.2.   L-għanijiet tal-proposti u l-ipproċessar ta’ dejta personali

3.

Il-Proposti huma maħsuba biex jipprovdu qafas għal (1) produzzjoni vijabbli tal-ikel, (2) ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni dwar il-klima, u (3) żvilupp territorjali bilanċjat. Għal dan il-għan, dawn jistabbilixxu bosta skemi ta’ appoġġ għal bdiewa kif ukoll miżuri oħrajn biex jistimulaw l-iżvilupp agrikolu u rurali.

4.

Matul il-kors ta’ dawn il-programmi, id-dejta personali – l-aktar dik relatata mal-benefiċjarji tal-għajnuna iżda wkoll ma’ partijiet terzi – tiġi pproċessata f’diversi stadji (l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-iżgurar tat-trasparenza tal-ħlasijiet, il-kontroll u l-ġlieda kontra l-frodi, eċċ.). Filwaqt li l-parti l-kbira tal-ipproċessar issir minn u taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tikseb aċċess għal ħafna minn din id-dejta. Il-benefiċjarji u, f’xi każi, partijiet terzi – pereżempju għall-iskop ta’ spezzjonijiet kontra l-frodi – għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti maħtura.

1.3.   L-għan tal-Opinjoni tal-KEPD

5.

Ir-rilevanza tal-protezzjoni tad-dejta fil-kuntest tal-PAK ġiet osservata mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni tagħha fil-kawża Schecke, li annullat il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-benefiċjarji ta’ fondi agrikoli (10). Il-KEPD huwa konxju li f’dan il-każ l-aspetti tal-protezzjoni tad-dejta mhumiex fil-qalba tal-proposti. Madankollu sakemm il-proposti huma relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali, jenħtieġ isiru kummenti pertinenti.

6.

L-għan ta’ din l-Opinjoni mhuwiex li tanalizza s-sett sħiħ ta’ proposti, iżda li toffri l-kontribut tagħha u gwida għat-tfassil tal-ipproċessar ta’ dejta personali meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-PAK b’mod li tirrispetta d-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta u, fl-istess ħin, tiżgura l-amministrazzjoni effettiva tal-għajnuna, il-prevenzjoni u l-investigazzjoni tal-frodi u li l-infiq ikun trasparenti u kontabbli.

7.

Għal dan il-għan, l-Opinjoni preżenti hija strutturata f’żewġ partijiet: l-ewwel parti, li hija aktar ġenerali, tinkludi analiżi u rakkomandazzjonijiet rilevanti għal ħafna mill-proposti. Din tirreferi l-aktar għal kummenti dwar is-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-Kummissjoni. It-tieni parti mbagħad tiddiskuti dispożizzjonijiet speċifiċi li huma inklużi f’bosta mill-proposti (11) u tagħti rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jittrattaw l-kwistjonijiet identifikati fihom.

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTI

2.1.   Kummenti Ġenerali

8.

Kif issemma, ħafna mill-operazzjonijiet ta’ ipproċessar jitwettqu mill-Istati Membri. Madankollu l-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess għad-dejta personali f’ħafna każi. Għalhekk il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-referenzi għall-applikabbiltà tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 huma inklużi fil-preamboli tal-proposti rilevanti (12).

9.

B’mod ġenerali, huwa osservat li ħafna mistoqsijiet ċentrali għall-protezzjoni tad-dejta mhumiex inklużi fil-proposti preżenti, iżda sejrin jiġu rregolati minn atti ddelegati jew implimentattivi. Dan japplika, pereżempju, għal miżuri li għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-monitoraġġ tal-għajnuna, it-twaqqif tas-sistemi tal-IT, it-trasferimenti tal-informazzjoni lil pajjiżi terzi u spezzjonijiet fuq il-post (13).

10.

L-Artikolu 290 tat-TFUE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati mill-Kummissjoni. Din tista’ tingħata s-setgħa “li tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv.” Barra dan, l-“għanijiet, il-kontenut, l-ambitu u t-tul tad-delega” għandhom jiġu definiti b’mod espliċitu. Rigward is-setgħat implimentattivi, l-Artikolu 291 tat-TFUE jistabbilixxi li dawn jistgħu jingħataw lill-Kummissjoni meta “jkunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni li jorbtu legalment”. Għandu jiġi żgurat skrutinju xieraq mill-Istati Membri.

11.

Il-KEPD iqis li l-aspetti ċentrali tal-ipproċessar previsti fil-proposti u s-salvagwardji meħtieġa tal-protezzjoni tad-dejta ma jistgħux jitqiesu bħala “elementi mhux essenzjali”. Għalhekk mill-inqas l-elementi li ġejjin għandhom ikunu diġà rregolati fit-testi leġiżlattivi ewlenin sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali (14):

l-għan speċifiku ta’ kull operazzjoni ta’ ipproċessar għandu jissemma b’mod espliċitu. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ dejta personali u t-trasferimenti lil pajjiżi terzi;

il-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi pproċessata għandhom jiġu previsti u speċifikati minħabba li f’ħafna każi l-ambitu tal-ipproċessar fil-mument ma jkunx ċar (15);

għandhom jiġu ċċarati d-drittijiet għall-aċċess, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għad-dejta mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward għandu jiġi speċifikat li l-Kummissjoni tista’ tipproċessa biss id-dejta personali fejn ikun meħtieġ, pereżempju, għal skopijiet ta’ kontroll;

għandhom jiġu stipulati perjodi massimi ta’ żamma, minħabba li f’xi każi fil-proposti jissemmew biss perjodi minimi ta’ żamma (16);

id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu speċifikati, speċjalment fir-rigward tad-dritt tal-informazzjoni. Filwaqt li l-benefiċjarji jistgħu jkunu jafu li d-dejta tagħhom qiegħda tiġi pproċessata, il-partijiet terzi għandhom jiġu infurmati wkoll b’mod adegwat li d-dejta tagħhom tista’ tintuża għal skopijiet ta’ kontroll;

għandhom jiġu speċifikati wkoll l-ambitu u l-iskop tat-trasferimenti lil pajjiżi terzi, filwaqt li għandhom jiġu rrispettati r-rekwiżiti stipulati mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

12.

Ladarba dawn l-elementi jiġu speċifikati fil-proposti leġiżlattivi ewlenin, jistgħu jintużaw atti ddelegati jew implimentattivi sabiex jimplimentaw dawn is-salvagwardji speċifiċi f’aktar dettall. Il-KEPD jistenna li jiġi kkonsultat dwar l-atti implimentattivi u ddelegati li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ rilevanza għall-protezzjoni tad-dejta.

13.

F’xi każi d-dejta relatata ma’ reati (suspettati) tista’ tiġi pproċessata (pereżempju, f’każi relatati ma’ frodi). Billi l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta tipprovdi għal protezzjoni speċjali ta’ dik id-dejta (17), tista’ tkun meħtieġa verifika minn qabel mid-DPAs nazzjonali kompetenti jew mill-KEPD (18).

14.

Fl-aħħar nett, għandhom jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà, speċjalment fir-rigward ta’ databases u sistemi kompjuterizzati. Għandhom jitqiesu wkoll il-prinċipji tal-kontabilità u tal-Privatezza skont id-Disinn.

2.2.   Kummenti Speċifiċi

Limitazzjoni tal-iskop u l-ambitu tal-ipproċessar

15.

L-Artikolu 157 tar-regolament waħdieni dwar l-OKS jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi atti implimentattivi rigward ir-rekwiżiti tal-komunikazzjoni għal skopijiet differenti (bħall-iżgurar tat-trasparenza tas-suq, il-kontroll tal-miżuri tal-PAK jew l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali) (19)“sabiex jittieħed kont tal-ħtiġijiet tad-dejta u s-sinerġiji potenzjali bejn is-sorsi tad-dejta” (20). Il-KEPD jirrakkomanda li f’din id-dispożizzjoni jiġi speċifikat liema sorsi tad-dejta għandhom jintużaw għal liema skopijiet speċifiċi. F’dan ir-rigward, il-KEPD jixtieq ifakkar fir-riskju li l-interkonnessjoni bejn il-bażijiet tad-dejta tista’ tikkontradixxi l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop (21), li jistabbilixxi li d-dejta personali ma għandhiex tkompli tiġi pproċessata b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-iskop oriġinali tal-ġbir tagħha (22).

16.

L-Artikoli 74 u 77 tar-regolament dwar l-iżvilupp rurali jistabbilixxi Sistema ta’ Monitoraġġ u Valutazzjoni li għandha “titfassal b’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri” għal skopijiet ta’ monitoraġġ u valutazzjoni. Is-sistema ser timplika l-ipproċessar ta’ dejta dwar il-“karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u l-proġett” ipprovdut mill-benefiċjarji nfushom (l-Artikolu 78). Safejn din l-“informazzjoni ewlenija” tinkludi dejta personali, dan għandu jiġi speċifikat fid-dispożizzjoni. Barra dan, għandhom jiġu definiti l-kategoriji tad-dejta li trid tiġi pproċessata u l-KEPD għandu jiġi kkonsultat dwar l-atti implimentattivi previsti fl-Artikolu 74.

17.

Barra dan, l-Artikolu 92 tal-istess proposta jipprovdi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni ġdida “mill-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri” għall-iskambju sigur ta’ “dejta ta’ interess komuni”. Id-definizzjoni tal-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi skambjata hija wiesgħa wisq u għandha tiġi ristretta f’każ li d-dejta personali tkun trid tiġi trasferita bl-użu ta’ din is-sistema. Barra dan, għandha tiġi ċċarata wkoll ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 77 u l-Artikolu 92, minħabba li mhuwiex ċar jekk dawn għandhomx l-istess skop u ambitu.

18.

Il-premessa 40 tar-regolament orizzontali tgħid li l-Istati Membri għandhom joperaw sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (23) għal ċerti ħlasijiet u “jkunu awtorizzati biex jagħmlu użu minnha wkoll għal skemi oħrajn ta’ appoġġ mill-Unjoni”. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi ċċarata, speċjalment jekk ma tkunx tirrigwarda biss l-isfruttar tas-sinerġiji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ infrastruttura, iżda wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-informazzjoni maħżuna fiha għall-iskop tal-monitoraġġ ta’ skemi oħrajn ta’ appoġġ.

19.

Skont l-Artikolu 73(1)(ċ) tar-regolament orizzontali, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom, minbarra l-pakketti u l-intitolamenti għall-ħlasijiet, jinkludu wkoll “kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija f’dan ir-Regolament jew meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola settorjali rilevanti jew mill-Istat Membru kkonċernat” (24). F’każ li jkun mistenni li din l-informazzjoni tkun tinkludi dejta personali, għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tad-dejta meħtieġa.

Id-drittijiet għall-aċċess

20.

Ir-regolament orizzontali jistabbilixxi għadd ta’ korpi għall-implimentazzjoni prattika tal-PAK u jalloka l-kompiti tagħhom (l-Artikoli 7 sa 15). Għall-Kummissjoni huma previsti l-kompetenzi li ġejjin (it-Titoli IV-VII):

għandha jkollha aċċess għad-dejta pproċessata minn dawn il-korpi għal skopijiet ta’ kontroll (ta’ benefiċjarji u ħlasijiet speċifiċi) (25);

għandha jkollha aċċess għal ħafna minn din id-dejta għall-valutazzjoni ġenerali tal-miżuri (26).

21.

L-ewwel kompitu msemmi fil-paragrafu preċedenti jinvolvi l-ipproċessar ta’ dejta personali, filwaqt li għat-tieni kompitu, prima facie ma hemm l-ebda ħtieġa li d-dejta personali tiġi pproċessata: tista’ titwettaq ukoll valutazzjoni ġenerali tal-miżuri fuq il-bażi ta’ dejta aggregata jew anonimizzata. Sakemm il-Kummissjoni ma tipprovdix ġustifikazzjoni adegwata għall-ħtieġa li tipproċessa dejta personali f’dan il-kuntest, għandu jiġi kkjarifikat li ma għandha tiġi pprovduta l-ebda dejta personali lill-Kummissjoni għall-iskop tal-valutazzjoni ġenerali tal-miżuri.

22.

L-Artikoli 49 sa 52 u 61 sa 63 tar-regolament orizzontali jistabbilixxu r-regoli għall-kontrolli fuq il-post (27). Il-proposta tgħid li dawn għandhom jitwettqu primarjament mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, partikolarment fir-rigward taż-żjarat fid-djar jew l-interrogazzjonijiet formali ta’ persuni, iżda tgħid ukoll li l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni b’hekk miksuba. Hawnhekk, il-leġiżlatur għandu jispeċifika li l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal din id-dejta biss meta jkun meħtieġ għal skopijiet ta’ kontroll. Għandhom jiġu speċifikati wkoll il-kategoriji tad-dejta personali li għandu jkollha aċċess għalihom il-Kummissjoni.

23.

Għall-iskop tal-monitoraġġ tal-għajnuna, ir-regolament orizzontali jistabbilixxi Sistema ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (28) (l-Artikoli 68-78) li tikkonsisti minn għadd ta’ bażijiet tad-dejta:

Bażi tad-dejta kompjuterizzata (Art. 70);

Sistema ta’ identifikazzjoni ta’ pakketti agrikoli (Art. 71);

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-ħlasijiet (Art. 72);

Applikazzjonijiet għall-għajnuna (Art. 73).

24.

Il-bażi tad-dejta kompjuterizzata għandha tikkonsisti minn bażi tad-dejta waħda għal kull Stat Membru (u, volontarjament, bażijiet tad-dejta deċentralizzati fihom). Din il-bażi tad-dejta tirreġistra d-dejta miksuba minn kull benefiċjarju permezz ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna u talbiet għal ħlasijiet. Minħabba li mhux id-dejta kollha li tinġabar permezz tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna tista’ tkun meħtieġa għal skopijiet ta’ kontroll, għandha titqies il-possibbiltà li jitnaqqas l-ipproċessar tad-dejta personali f’dan ir-rigward.

25.

L-aċċess għas-Sistema ta’ Amministrazzjoni u Kontroll mhuwiex irregolat b’mod espliċitu. Simili għal dak li ntqal fir-rigward tal-kontrolli fuq il-post, il-KEPD jirrakkomanda li l-leġiżlatur jistabbilixxi regoli limitati b’mod ċar għall-aċċess għal din is-sistema.

26.

Fir-rigward tal-kontrolli, ir-regolament orizzontali jipprevedi l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali, inklużi dawk ta’ partijiet terzi (l-Artikoli 79-88) (29). Dawn id-dokumenti jistgħu jinkludu dejta personali dwar partijiet terzi. Il-kundizzjonijiet li taħthom il-partijiet terzi huma mitluba li jiżvelaw id-dokumenti kummerċjali tagħhom għandhom jiġu speċifikati fl-istrument (30).

27.

L-Artikolu 87 tal-istess proposta jistabbilixxi li l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha “mħejjija jew fid-dawl ta’, jew wara l-iskrutinju”“skont il-liġijiet nazzjonali rilevanti”. Dan japplika kemm għal każi fejn huma jistgħu jipparteċipaw fl-iskrutinju (il-paragrafu 2) kif ukoll f’dawk il-każi fejn ċerti atti huma riservati għal uffiċjali maħtura mil-liġi tal-Istat Membru fejn isir l-iskrutinju (il-paragrafu 4). Fiż-żewġ każi għandu jiġi żgurat li l-uffiċjali tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għal din id-dejta meta jkun meħtieġ biss (jiġifieri għal skopijiet ta’ kontroll), anki f’każi fejn il-liġi nazzjonali tista’ tippermetti l-aċċess għal skopijiet oħra. Għal dan il-għan, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur idaħħal eżattezzi fit-test.

28.

Skont l-Artikolu 102 tar-regolament orizzontali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ċerti kategoriji ta’ informazzjoni, dikjarazzjonijiet u dokumenti lill-Kummissjoni. Dan għandu jinkludi wkoll “sommarju tar-riżultati tal-verifiki u l-kontrolli kollha disponibbli mwettqa” (l-Artikolu 102(1)(ċ)(v)). Għal dan il-każ, għandu jiġi speċifikat jew li ma għandha tiġi inkluża ebda dejta personali f’dawn is-sommarji jew, jekk id-dejta personali tkun meħtieġa, jiġi speċifikat l-għan li għalih jeħtieġ li dawn jiġu kkomunikati.

Perjodi ta’ żamma

29.

L-Artikolu 70(1) tar-regolament orizzontali jgħid li l-bażi tad-dejta kompjuterizzata għandha tippermetti l-konsultazzjoni “permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru” ta’ dejta mis-sena 2000 ’il quddiem u tippermetti “konsultazzjoni diretta u immedjata” ta’ dejta li tirrigwardja “mill-inqas” il-ħames snin kalendriċi konsekuttivi ta’ qabel (31).

30.

Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-ħlasijiet tippermetti l-“verifikazzjoni tad-drittijiet u kontro-verifiki mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u s-sistema ta’ identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli”. L-Artikolu 72(2) tar-regolament orizzontali jistabbilixxi li d-dejta għandha tkun disponibbli għal perjodu ta’ “mill-inqas” erba’ snin (32).

31.

Fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ sistemi, il-KEPD ifakkar fl-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li jistabbilixxu li d-dejta ma għandhiex tinħażen b’mod identifikabbli għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun inġabret. Dan jimplika li għandhom jiġu definiti l-perjodi massimi għaż-żamma tad-dejta, mhux biss il-perjodi minimi taż-żamma.

Trasferimenti internazzjonali

32.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 157(1) tar-regolament waħdieni dwar l-OKS jgħid li d-dejta tista’ tiġi ttrasferita lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-KEPD jixtieq ifakkar li t-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi li ma jipprovdux protezzjoni adegwata jista’ jkun ġustifikat biss fuq bażi ta’ każ b’każ jekk tapplika xi waħda mill-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 95/46/KE jew tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju, jekk it-trasferiment ikun neċessarju jew legalment meħtieġ fuq bażi importanti ta’ interess pubbliku).

33.

F’dan il-każ għandu jiġi speċifikat l-għan speċifiku tat-trasferiment (pereżempju, relatat mal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali) (33). Il-ftehimiet internazzjonali rilevanti għandhom jinkludu salvagwardji speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta personali u l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet mis-suġġetti tad-dejta. Barra dan, f’każ li d-dejta tkun trid tiġi ttrasferita mill-Kummissjoni, it-trasferiment għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-KEPD (34).

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

34.

Il-premessa 70 tar-regolament orizzontali u l-Memoranda ta’ Spjegazzjoni tal-proposti jgħidu li bħalissa qed jitfasslu regoli ġodda dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji “b’kunsiderazzjoni għall-oġġezzjonijiet espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja” fil-kawża Schecke  (35).

35.

Il-KEPD jixtieq ifakkar li r-regoli dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-benefiċjarji għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja (36), jeħtieġ li jinħoloq bilanċ xieraq bejn id-drittijiet fundamentali tal-benefiċjarji għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta u l-interess tal-Unjoni Ewropea li tiggarantixxi t-trasparenza u tiżgura ġestjoni tajba tal-fondi pubbliċi.

36.

Dan huwa rilevanti wkoll fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 157(1) tar-regolament waħdieni dwar l-OKS, li jgħid li d-dejta tista’ “titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, soġġetta għall-protezzjoni ta’ dejta personali u tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom”. L-Artikoli 157(2)(d) u 157(3)(ċ) jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati dwar “il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni” u atti implimentattivi dwar l-arranġamenti għat-tpoġġija tal-informazzjoni u d-dokumenti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

37.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti sejra tkun soġġetta għall-protezzjoni tad-dejta personali. Madankollu fil-proposti għandhom jiġu speċifikati elementi essenzjali bħall-iskop tal-pubblikazzjoni, kif ukoll il-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi ppubblikata, minflok permezz ta’ atti ddelegati jew implimentattivi.

Id-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta

38.

Għandhom jiġu speċifikati d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta, partikolarment fir-rigward tad-dritt għall-informazzjoni u d-dritt għall-aċċess. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward tal-Artikolu 81 tar-regolament orizzontali, li jgħid li jistgħu jiġu ċċekkjati d-dokumenti kummerċjali tal-benefiċjarji, kif ukoll tal-fornituri, tal-klijenti, tat-trasportaturi u ta’ partijiet terzi oħrajn. Filwaqt li l-benefiċjarji jistgħu jkunu jafu li d-dejta tagħhom qiegħda tiġi pproċessata, il-partijiet terzi għandhom ikunu infurmati wkoll b’mod adegwat li d-dejta tagħhom tista’ tintuża għal skopijiet ta’ kontroll (pereżempju, permezz ta’ avviż dwar il-privatezza li għandu jingħata fil-mument tal-ġbir u informazzjoni pprovduta fuq is-siti elettroniċi u d-dokumenti kollha rilevanti). L-obbligu li s-suġġetti tad-dejta, inklużi partijiet terzi, jiġu infurmati għandu jiġi inkluż fil-proposti.

Miżuri ta’ sigurtà

39.

Għandhom jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà, partikolarment fir-rigward tal-bażijiet tad-dejta u s-sistemi kompjuterizzati. Għandhom jitqiesu l-prinċipji tal-kontabilità u tal-Privatezza skont id-Disinn. Lista tal-miżuri ta’ sigurtà li għandhom jiġu adottati fir-rigward ta’ dawn il-bażijiet tad-dejta u s-sistemi kompjuterizzati tista’ tiġi introdotta mill-inqas permezz ta’ atti ddelegati jew implimentattivi. Dan huwa ferm aktar importanti billi d-dejta personali pproċessata fil-kuntest tal-kontrolli u l-iskrutinju tista’ tinkludi dejta dwar reati suspettati.

40.

Il-KEPD jilqa’ r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 103 tar-regolament orizzontali rigward il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali għall-iskrutinju fis-sens tal-Artikoli 79-88 tal-istess regolament.

3.   KONKLUŻJONIJIET

41.

Il-KEPD iqis li l-aspetti ċentrali tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar previsti fil-proposti u s-salvagwardji neċessarji tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu rregolati fit-testi leġiżlattivi ewlenin minflok fl-atti ddelegati jew implimentattivi, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali:

l-għan speċifiku ta’ kull operazzjoni ta’ ipproċessar għandu jissemma espliċitament fil-proposti, partikolarment fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ dejta personali u trasferimenti internazzjonali;

għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi pproċessata;

id-dejta personali għandha tiġi pproċessata biss jekk ikun meħtieġ;

id-drittijiet għall-aċċess għandhom jiġu kkjarifikati. B’mod partikolari, għandu jiġi speċifikat li l-Kummissjoni għandha tipproċessa biss id-dejta personali jekk ikun meħtieġ, pereżempju, għal skopijiet ta’ kontroll;

il-perjodi massimi għaż-żamma tad-dejta għandhom jiġu stipulati fil-Proposti;

għandhom jiġu speċifikati d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, partikolarment fir-rigward tad-dritt għall-informazzjoni. Għandu jiġi żgurat li kemm il-benefiċjarji u kemm il-partijiet terzi jiġu infurmati li d-dejta tagħhom qiegħda tiġi pproċessata;

l-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-ambitu tat-trasferimenti internazzjonali għandhom ikunu limitati sal-punt li jkun meħtieġ u għandhom jiġu stipulati b’mod adegwat fil-proposti.

42.

Dawn l-elementi jistgħu jkomplu jiġu elaborati f’atti ddelegati jew implimentattivi. Il-KEPD jistenna li jiġi kkonsultat f’dan ir-rigward.

43.

Barra dan, għandhom jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà mill-inqas minn atti ddelegati jew implimentattivi, partikolarment fir-rigward tal-bażijiet tad-dejta u s-sistemi kompjuterizzati. Għandhom jitqiesu wkoll il-prinċipji tal-kontabilità u tal-Privatezza skont id-Disinn.

44.

Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li f’xi każi tista’ tiġi pproċessata dejta relatata ma’ reati (suspettati), pereżempju f’każijiet ta’ frodi, tista’ tkun meħtieġa verifika minn qabel mid-DPAs nazzjonali kompetenti jew mill-KEPD.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  COM(2011) 625 finali.

(4)  COM(2011) 626 finali.

(5)  COM(2011) 627 finali.

(6)  COM(2011) 628 finali.

(7)  COM(2011) 629 finali.

(8)  COM(2011) 630 finali.

(9)  COM(2011) 631 finali.

(10)  Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, id-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke, C-92/09 u C-93/09.

(11)  Ħafna minn dawn id-dispożizzjonijiet huma diġà inklużi fil-qafas leġiżlattiv attwali.

(12)  COM(2011) 625 finali: premessa 42; COM(2011) 626 finali: premessa 137; COM(2011) 627 finali: premessa 67; COM(2011) 628 finali: premessa 69.

(13)  Ara, fost l-oħrajn, l-Artikolu 157 tar-regolament waħdieni dwar l-OKS; it-Titolu VII (Monitoraġġ u evalwazzjoni) u l-Artikoli 78 u 92 tar-regolament dwar l-iżvilupp rurali; kif ukoll l-Artikoli 21-23, 49-52, u t-Titolu V, il-Kapitoli II u III tar-regolament orizzontali.

(14)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni ta’ reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (ĠU C 220, 26.7.2011, p. 1), it-taqsima 3.2; l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU C 216, 22.7.2011, p. 9), il-punti 13, 28 u 30; l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ftehimiet ta’ kreditu relatati ma’ proprjetà residenzjali, il-punti 7, 12 u 13; kollha disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(15)  Ara, fost l-oħrajn, l-Artikoli 77 u 92 tar-regolament dwar l-iżvilupp rurali.

(16)  Ara l-Artikoli 70(1) u 72(2) tar-regolament orizzontali.

(17)  L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 95/46/KE.

(18)  L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE.

(19)  L-għanijiet ta’ dawn il-ħtiġijiet tal-komunikazzjoni huma li: “jimplimentaw dan ir-Regolament, jimmonitorjaw, janalizzaw u jimmaniġġjaw is-suq fi prodotti agrikoli, jiżguraw it-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa tal-miżuri tal-PAK, jiċċekkjaw, jikkontrollaw, jimmonitorjaw, jevalwaw u jivverifikaw il-miżuri tal-PAK, u jimplimentaw ftehimiet internazzjonali, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet” (ara l-Artikolu 157(1), l-ewwel subparagrafu).

(20)  L-iskambju ta’ informazzjoni għal skopijiet simili huwa diġà previst fil-leġiżlazzjoni attwali (Ara, pereżempju, l-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament dwar il-finanzjament tal-PAK”) (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1); u l-Artikolu 192 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1)).

(21)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2005) 236 finali), u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi (COM(2005) 237 finali) (ĠU C 91, 19.4.2006, p. 38), speċjalment il-punt 10; l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – “Ħarsa ġenerali lejn il-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja”, speċjalment il-paragrafi 47-48; u l-Kummenti tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interoperabilità tad-databases Ewropej tal-10 ta’ Marzu 2006; kollha disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(22)  Ara l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 95/46/KE.

(23)  Diġà stabbilita mill-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16) (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament dwar ħlasijiet diretti”).

(24)  L-Artikolu 19(1)(ċ) tar-regolament dwar ħlasijiet diretti fih kliem simili.

(25)  L-Artikolu 36 tar-regolament dwar il-finanzjament tal-PAK, diġà jipprevedi l-iskambju ta’ dejta għal skopijiet simili.

(26)  Ara l-Artikolu 110.

(27)  Il-kontrolli fuq il-post huma diġà stabbiliti mil-leġiżlazzjoni attwali (ara l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament dwar il-finanzjament tal-PAK).

(28)  Simili għas-sistema diġà stabbilita mill-Artikolu 14 tar-regolament dwar ħlasijiet diretti.

(29)  L-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali, inklużi dawk ta’ partijiet terzi, u l-aċċess għalihom mill-Kummissjoni huwa diġà stabbilit fil-leġiżlazzjoni attwali (Ara, pereżempju, l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq tranżazzjonijiet li jifformaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (Verżjoni kodifikata), (ĠU L 143, 3.6.2008, p. 1)).

(30)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta tad-19 ta’ April 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU C 216, 22.7.2011, p. 9), speċjalment il-paragrafu 32, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(31)  Kif ġie ddikjarat diġà fl-Artikolu 16 tar-regolament dwar ħlasijiet diretti.

(32)  L-Artikolu 18 tar-regolament dwar ħlasijiet diretti fih kliem simili ħafna.

(33)  L-Artikolu 157(1), l-ewwel subparagrafu tar-regolament waħdieni dwar l-OKS, jinkludi lista ta’ għanijiet għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, iżda ma jispeċifikax għal liema minn dawn l-għanijiet id-dejta tista’ tiġi trasferita lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali.

(34)  L-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(35)  Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, id-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert, kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09.

(36)  Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, Schecke, para. 77-88.


9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/10


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq il-pakkett leġiżlattiv dwar il-vittmi tal-kriminalità, inkluża proposta għal Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u proposta għal Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili

2012/C 35/02

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2) tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Sfont

1.

Fit-18 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni adottat pakkett ta’ strumenti leġislattivi dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità. Il-pakkett leġislattiv jinkludi proposta għal Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (id-“Direttiva proposta”) u proposta għal Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili (ir-“Regolament propost”) (3). Iż-żewġ proposti huma akkumpanjati minn Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE (4).

2.

Il-KEPD ma ġiex ikkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, minkejja l-fatt li l-inizjattiva leġislattiva kienet inkluża fl-Inventarju tal-KEPD ta’ prijoritajiet għal konsultazzjoni leġislattiva (5). Din l-Opinjoni għalhekk hija bbażata fuq l-Artikolu 41(2) tal-istess Regolament. Il-KEPD jirrakkomanda li referenza għall-Opinjoni hija inkluża fil-preambolu tal-istrumenti adottati.

1.2.   Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni tal-pakkett leġislattiv

3.

Il-KEPD jilqa’ l-objettivi tal-politika tal-pakkett leġislattiv, li, f’konformità mal-Programm ta’ Stokkolma u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu, huma li jissaħħu d-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità u li jiġi żgurat li l-bżonn tagħhom għall-protezzjoni, l-appoġġ u l-aċċess għall-ġustizzja jiġi sodisfatt (6).

4.

Id-Direttiva proposta hija maħsuba biex tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (7). Hija tistabbilixxi regoli minimi komuni dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità. B’mod partikolari, id-Direttiva proposta għandha l-għan li tiżgura li l-vittmi jiġu trattati b’rispett, li l-bżonnijiet speċjali tal-vittmi vulnerabbli jiġu kkunsidrati, li l-vittmi jirċievu appoġġ u informazzjoni xierqa, u li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri (8).

5.

Ir-Regolament propost għandu l-għan li jiżgura li l-vittmi li jibbenefikaw minn miżura ta’ protezzjoni fi kwistjoni ċivili f’wieħed mill-Istati Membri jingħatalhom l-istess livell ta’ protezzjoni jekk jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor, mingħajr ma jkollhom jgħaddu minn proċedura separata (9). Din il-miżura tikkumplimenta l-proposta għal Direttiva dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (l-‘inizjattiva OEP’), dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni meħuda fi kwistjonijiet kriminali. L-inizjattiva tal-OEP, li l-KEPD ħareġ Opinjoni fuqha f’Ottubru 2010 (10), bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.

1.3.   L-għan ta’ din l-Opinjoni

6.

Il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali għandha rwol ċentrali fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, kif stabbilit fil-Programm ta’ Stokkolma, u b’mod partikolari fl-ambitu tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. F’Ottubru 2010, il-KEPD ħareġ Opinjoni dwar l-inizjattiva tal-OEP, li fiha enfasizza l-bżonn għal sistema konsistenti ta’ protezzjoni tad-data rigward inizjattivi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (11). F’din l-okkażjoni, il-KEPD enfasizza li l-ipproċessar tad-data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali huwa kkaratterizzat mis-sensittività partikolari tad-data involuta u mill-effetti li l-ipproċessar relatat jista’ jkollu fuq is-suġġetti tad-data (12). Huwa għalhekk meħtieġ li tingħata l-attenzjoni xierqa lill-aspetti tal-protezzjoni tad-data marbuta ma’ inizjattivi f’dan il-qasam u li jiġu introdotti regoli u salvagwardji adegwati fejn ikun meħtieġ.

7.

Skont il-KEPD, ir-rispett għall-privatezza u d-data personali jikkostitwixxi element essenzjali tal-protezzjoni tal-vittmi li l-istrumenti proposti huma maħsuba li jiżguraw. Għalhekk, l-Opinjoni preżenti se tiffoka fuq l-aspetti relatati mal-privatezza tal-proposti u se jippreżenta ideat sabiex ittejjeb jew issaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi.

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTI

2.1.   Direttiva dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità

8.

Diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva proposta jittrattaw direttament jew indirettament il-privatezza u l-protezzjoni tad-data (13). Ġeneralment, il-KEPD jilqa’ dawn id-dispożizzjonijiet, peress li għandhom l-għan li jippreservaw il-privatezza tal-vittmi. Madankollu, huwa jsib li l-istandards ta’ protezzjoni f’xi każijiet jistgħu jiġu msaħħa u ċċarati, mingħajr ma tiġi ppreġudikata n-natura tagħhom bħala standards minimi.

9.

Il-kummenti tal-KEPD se jiffokaw l-aktar fuq l-aspetti li ġejjin: (1) l-Artikolu 23 tad-Direttiva proposta li jittratta d-dritt għal protezzjoni tal-privatezza u r-relazzjonijiet mal-midja, (2) id-drittijiet tal-vittmi għall-informazzjoni u l-aċċess għad-data personali tagħhom stess, u (3) il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn il-vittma u s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi. Dawn l-aspetti se jiġu diskussi fis-subsezzjonijiet li ġejjin.

2.1.1.   Il-protezzjoni tal-privatezza tal-vittma

10.

Id-dispożizzjoni sostantiva ewlenija tad-Direttiva proposta dwar il-privatezza huwa l-Artikolu 23 intitolat “Id-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata”. L-Artikolu 23(1) jistabbilixxi li “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt il-proċeduri fil-qorti, l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jadottaw miżuri xierqa biex jipproteġu l-ħajja privata u r-ritratti tal-vittmi u tal-membri tal-familji tagħhom”. Il-KEPD għandu diversi osservazzjonijiet dwar din id-dispożizzjoni.

11.

L-ewwelnett, l-Artikolu 23(1) ma jkoprix id-dritt sħiħ għall-protezzjoni tal-privatezza tal-vittmi tal-kriminalità. Id-dispożizzjoni għandha kamp ta’ applikazzjoni ħafna aktar limitat peress li hija tipprovdi sempliċiment għas-setgħa tal-“awtoritajiet ġudizzjarji” li joħorġu miżuri protettivi “matul il-proċedimenti tal-qorti”. Madankollu, il-protezzjoni tal-privatezza mhux biss għandha tiġi garantita “matul il-proċeduri tal-qorti”, iżda wkoll matul l-investigazzjoni u l-fażi ta’ qabel il-proċess. B’mod aktar ġenerali, il-privatezza għandha tiġi żgurata fejn ikun meħtieġ mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti kif ukoll wara t-tmiem tal-proċeduri ġudizzjarji.

12.

F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li diversi strumenti internazzjonali adottaw approċċ aktar ambizzjuż meta mqabbla mal-Artikolu 23(1). Ir-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-għajnuna lill-vittmi tal-kriminalità, pereżempju, tistabbilixxi li ‘l-Istati għandhom jieħdu passi xierqa biex jevitaw kemm jista’ jkun l-effett fuq il-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi kif ukoll biex jipproteġu d-data personali tal-vittmi, b’mod partikolari matul l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni’ (enfasi miżjuda) (14). Strumenti oħrajn fihom dispożizzjonijiet simili (15).

13.

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li mal-Artikolu 23 jiżdied paragrafu tal-ewwel li jiddikjara f’termini aktar ġenerali li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu kemm jista’ jkun il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi kif ukoll il-protezzjoni tad-data personali tal-vittmi mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet uffiċjali u wara l-konklużjoni tal-proċeduri kriminali. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(1) attwali għandu jiġi modifikat sabiex jippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji biex joħorġu miżuri ta’ protezzjoni “waqt investigazzjoni kriminali” wkoll.

14.

Fit-tieni lok, l-Artikolu 23(1) ma fih ebda indikazzjoni dwar il-kontenut tal-miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu adottati mill-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex jippreservaw id-dritt tal-vittma għall-privatezza. Il-KEPD jifhem l-intenzjoni li l-Istati Membri jibqa’ jkollhom il-livell massimu ta’ flessibbiltà f’dan il-qasam. Madankollu, preċiżjoni akbar tista’ tkun utli. B’mod partikolari, il-proposta tista’ tipprovdi lista ta’ miżuri minimi li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jadottaw, skont il-liġi nazzjonali, sabiex jipproteġu l-privatezza tal-vittma (16). Dan jista’ jinkludi pereżempju l-kategoriji ta’ miżuri li ġejjin:

projbizzjoni tal-iżvelar jew limitazzjonijiet fl-iżvelar ta’ informazzjoni li tirrigwarda l-identità u l-post fejn ikunu jinsabu l-vittmi jew il-membri tal-familja tal-vittmi fil-każijiet xierqa u skont ċerti kundizzjonijiet partikolari (kif indikat fil-Premessa 22);

ordni biex titneħħa ċerta data kunfidenzjali mill-fajl jew jiġi pprojbit l-iżvelar ta’ informazzjoni speċifika;

limitazzjoni tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva fis-sentenzi u deċiżjonijiet oħra li normalment ikunu disponibbli għall-pubbliku.

15.

Fit-tielet lok, l-Artikolu 23 ma fih ebda dispożizzjoni li tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi. F’dan ir-rigward, ir-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa msemmija hawn fuq għal darb’oħra tipprovdi eżempji utli. Fil-punt 11, ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi li l-Istati għandhom jeħtieġu li l-aġenziji kollha f’kuntatt mal-vittmi jadottaw standards ċari li bihom ikunu jistgħu jiżvelaw biss lil parti terza informazzjoni rċevuta minn jew relatata ma’ vittma, bil-kundizzjoni li l-vittma tkun qablet b’mod espliċitu ma’ dan l-iżvelar, jew jekk ikun hemm ħtieġa jew awtorizzazzjoni legali biex isir dan. Il-KEPD iħeġġeġ lil-leġislatur biex jinkludi dispożizzjoni simili fid-Direttiva proposta.

2.1.2.   Il-privatezza u l-midja

16.

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 jipprovdi li “l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-midja biex issegwi miżuri awtoregolatorji sabiex tipproteġi l-privatezza, l-integrità personali u d-data personali tal-vittmi.” Hawnhekk ukoll il-proposta adottat approċċ minimalistiku, billi rreferiet sempliċement għall-istrument ta’ awtoregolazzjoni.

17.

Il-KEPD jifhem ir-raġunijiet għall-adozzjoni ta’ attitudni kawta rigward dan is-suġġett u ġeneralment jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni. Ir-relazzjoni bejn il-midja u l-privatezza hija estremament delikata u kumplessa. Huwa wkoll qasam fejn, fil-limiti stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, tradizzjonijiet differenti u differenzi kulturali madwar l-Istati Membri jistgħu jkollhom rwol importanti. Dan l-approċċ jidher ukoll konsistenti mal-qafas attwali tal-protezzjoni tad-data (l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46/KE), li jagħti libertà mdaqqsa lill-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data li jsir għal għanijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop ta’ espressjoni artistika jew letterarja (17).

18.

Fir-rigward tal-awtoregolamentazzjoni, il-KEPD huwa konvint li dan l-istrument jista’ jkollu rwol importanti fir-rikonċiljazzjoni tal-privatezza u l-libertà tal-espressjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(2) jirrifletti l-approċċ meħud mir-Rakkomandazzjoni Rec (2006) 8 li jipprovdi wkoll li l-Istati għandhom jinkoraġġixxu lill-midja biex tadotta u tirrispetta miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni sabiex tiġi protetta l-privatezza u d-data personali tal-vittmi (18). Strumenti awtoregolatorji jistgħu jaġixxu wkoll flimkien ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ qafas, iżda dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kumpatibbli mal-ġurisprudenza tal-KEDB dwar l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (19).

2.1.3.   Informazzjoni speċifika u drittijiet ta’ aċċess

19.

Il-KEPD josserva li l-Artikolu 3 tad-Direttiva proposta, dwar id-dritt għall-informazzjoni mill-ewwel kuntatt ma’ awtorità kompetenti, ma jsemmix informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-data. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-data personali tagħhom, il-vittmi għandhom jirċievu fi żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jifhmu bis-sħiħ kif se tiġi pproċessata d-data personali tagħhom.

20.

Il-KEPD għalhekk jirrakkomanda li fl-Artikolu 3 tiġi miżjuda dispożizzjoni addizzjonali li tispeċifika li l-vittmi għandhom jingħataw l-informazzjoni rigward l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali tagħhom skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, il-leġislatur jista’ jikkunsidra li jinkludi regoli dwar l-aċċess tal-vittmi għad-data personali tagħhom, filwaqt li jippreserva l-interessi leġittimi relatati ma’ investigazzjoni kriminali u prosekuzzjoni.

2.1.4.   Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn il-vittmi u s-servizzi ta’ appoġġ

21.

Id-Direttiva proposta tirrikonoxxi d-dritt li l-vittmi tal-kriminalità jirċievu appoġġ mill-mument li fih isseħħ il-kriminalità, tul il-proċeduri kriminali u wara dawn il-proċeduri skont il-bżonnijiet tal-vittmi (20). Ċerti kategoriji ta’ vittmi, bħall-vittmi ta’ vjolenza sesswali, sess, mibegħda razzjali jew delitti oħra ta’ preġudizzju, jew il-vittmi tat-terroriżmu, jistgħu jeħtieġu servizzi speċjalizzati ta’ appoġġ (21), inkluż appoġġ psikoloġiku. F’dawn il-każijiet, il-komunikazzjonijiet bejn il-vittma u l-professjonisti li jipprovdu s-servizzi ta’ appoġġ għandhom jiġu protetti b’mod adegwat mill-iżvelar. Jekk dan ma jsirx, il-vittma tista’ taqta’ qalba milli tikkomunika liberament mal-konsulent tiegħu/tagħha. Għalhekk il-KEPD jilqa’ r-rekwiżit fl-Artikolu 7 li s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi għandhom ikunu “kunfidenzjali”. Madankollu, l-kamp ta’ applikazzjoni u l-konsegwenzi ta’ kunfidenzjalità bħal din jeħtieġ li jiġu ċċarati.

22.

B’mod partikolari, id-Direttiva proposta ma tispeċifikax jekk il-komunikazzjonijiet tal-vittmi ma’ fornituri tas-servizzi ta’ appoġġ għandhomx jitqiesu bħala “privileġġati” jew le, fis-sens li l-iżvelar tagħhom matul il-proċeduri tal-qorti huwa eskluż jew limitat b’xi mod ieħor. Dan normalment ikun il-każ fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ appoġġ ikun professjonista tal-kura tas-saħħa suġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali. Madankollu, wieħed jista’ jimmaġina każijiet fejn ma jingħatax appoġġ minn professjonisti bħal dawn. F’dawn is-sitwazzjonijiet, huwa dubjuż jekk il-vittma tkunx protetta mill-iżvelar jew le.

23.

Għalhekk il-KEPD jirrakkomanda li jiġi speċifikat li l-vittma ta’ dawn ir-reati partikolari għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta l-iżvelar fi kwalunkwe proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ komunikazzjonijiet kunfidenzjali ma’ fornitur ta’ servizz ta’ appoġġ u li komunikazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu żvelati minn parti terza biss bil-kunsens tiegħu/tagħha. Normalment, dan għandu jkun il-każ ukoll fi kwalunkwe proċeduri kriminali, bla ħsara għall-interessi leġittimi u fuq bażi relatati ma’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni (jiġifieri l-ġbir mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ provi indispensabbli).

2.2.   Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili

2.2.1.   Applikabbiltà tal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data

24.

Kif diġà msemmi, ir-Regolament propost jikkumplimenta l-inizjattiva tal-OEP dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet kriminali. Peress li r-Regolament propost jikkonċerna kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali (22), l-applikazzjoni tiegħu taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak li kien l-ewwel pilastru u għalhekk anki fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE (23). Dan ma kienx il-każ għall-inizjattiva tal-OEP.

25.

Il-KEPD għalhekk jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għad-Direttiva 95/46/KE mill-inqas fil-premessi tal-proposta, li tiddikjara li data personali pproċessata skont ir-regolament għandha tiġi protetta skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

2.2.2.   Informazzjoni li għandha tingħata lill-persuna li tikkawża r-riskju

26.

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament propost, persuna li tixtieq tinvoka ordni ta’ protezzjoni fi Stat Membru ieħor għandha tipprovdi ċertifikat lill-awtoritajiet kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ skont il-formola standard stabbilita fl-Anness tar-Regolament propost. L-Anness fih data personali kemm tal-persuna protetta u tal-persuna li tikkawża r-riskju, bħall-identità tagħhom u l-post fejn ikunu jinsabu, u deskrizzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni. Il-KEPD jirrikonoxxi li d-data personali inkluża fiċ-ċertifikat kif meħtieġ fl-Anness fil-prinċipju hija adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva għall-finijiet li tkun inġabret għalihom.

27.

Madankollu, mhuwiex biżżejjed ċar mill-proposta liema data personali tal-persuna protetta se tiġi kkomunikata lill-persuna li tikkawża r-riskju, b’mod partikolari skont l-Artikolu 13 (24). F’dan ir-rigward, il-KEPD iqis li l-persuna li tikkawża r-riskju għandha tirċievi biss dik id-data personali li tkun strettament meħtieġa għat-twettiq tal-miżura. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni in kwistjoni għandha, kemm jista’ jkun, tevita li tiżvela l-indirizz jew dettalji ta’ kuntatt oħra dwar il-persuna protetta (25). Limitazzjoni bħal din għandha tiġi speċifikata fl-Artikolu 13.

3.   KONKLUŻJONIJIET

28.

Il-KEPD jilqa’ l-għanijiet tal-politika taż-żewġ proposti kkunsidrati u b’mod ġenerali jieħu l-istess approċċ tal-Kummissjoni. Madankollu, huwa jsib li l-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali tal-vittmi fid-Direttiva proposta f’xi każijiet tista’ tissaħħaħ u tiġi ċċarata.

29.

Fir-rigward tad-Direttiva proposta dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, il-KEPD jagħti parir lil-leġislatur biex:

jinkludi fl-Artikolu 23 dispożizzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali li tiddikjara li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu kemm jista’ jkun il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi u jipproteġu d-data personali tal-vittmi mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet uffiċjali, matul kwalunkwe proċeduri tal-qorti u wara proċeduri bħal dawn. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(1) attwali għandu jiġi modifikat sabiex jippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji biex joħorġu miżuri ta’ protezzjoni ‘waqt investigazzjoni kriminali’ ukoll;

jispeċifika taħt l-Artikolu 23(1) lista ta’ miżuri minimi (kif diskuss fil-paragrafu 14), li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jadottaw sabiex jipproteġu l-ħajja privata u r-ritratti tal-vittmi u tal-membri tal-familja tagħhom;

jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kollha f’kuntatt mal-vittmi jadottaw standards ċari li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiżvelaw biss lil parti terza, informazzjoni riċevuta minn jew relatata ma’ vittma, bil-kundizzjoni li l-vittma tkun qablet b’mod espliċitu ma’ dan l-iżvelar jew li jkun hemm rekwiżit jew awtorizzazzjoni legali biex dan isir;

fl-Artikolu 3 jinkludi l-ħtieġa li tingħata informazzjoni lill-vittmi dwar l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali tagħhom b’mod konformi mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE u jikkunsidra jekk jinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dritt għal aċċess għad-data personali tagħhom;

jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ kunfidenzjalità tas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi skont l-Artikolu 7, billi jispeċifika li l-vittma għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta l-iżvelar fi kwalunkwe proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ komunikazzjonijiet kunfidenzjali ma’ fornitur ta’ servizz ta’ appoġġ u li fil-prinċipju komunikazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu żvelati minn parti terza bil-kunsens tagħha/tiegħu biss (ara b’mod partikolari l-paragrafi 22-23).

30.

Fir-rigward tal-Regolament propost dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili, il-KEPD jagħti parir lil-leġislatur biex:

idaħħal, mill-inqas fil-premessi tal-proposta, referenza għad-Direttiva 95/46/KE li tiddikjara li d-data personali pproċessata taħt ir-regolament għandha tiġi protetta skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE;

jiddikjara b’mod ċar fl-Artikolu 13 li l-persuna li tikkawża r-riskju għandha tingħata biss dik id-data personali tal-persuna protetta li hija strettament meħtieġa għat-twettiq tal-miżura. Il-komunikazzjoni in kwistjoni għandha, kemm jista’ jkun, tevita li tiżvela l-indirizz jew dettalji oħra ta’ kuntatt dwar il-persuna protetta.

Magħmula fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 015 P. 355-374).

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 26 P. 102-124).

(3)  Rispettivament, COM(2011) 275 u COM(2011) 276.

(4)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE, COM(2011) 274.

(5)  Disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD (http://www.edps.europa.eu) fit-taqsima: Konsultazzjoni/Prijoritajiet.

(6)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE, op. cit., p. 2.

(7)  ĠU L 82, 22.3.2001, p. 1. Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jirrikonoxxi li filwaqt li sar titjib f’dan il-qasam, l-għanijiet tad-Direttiva Qafas ma twettqux kompletament.

(8)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE, op. cit., p. 8.

(9)  Ibid.

(10)  Opinjoni tal-KEPD tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni u l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali, (ĠU C 355, 29.12.2010, p. 1).

(11)  Ibid., ara b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Opinjoni.

(12)  Ibid., punt 1.

(13)  Ara, b’mod partikolari, il-Premessa 22, li tirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-privatezza tal-vittma tista’ tkun mezz importanti li jimpedixxi aktar vittimizzazzjoni; il-Premessa 27 li tirreferi għall-protezzoni ta’ data personali mogħtija lil individwi skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI għall-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa; l-Artikolu 21 li jittratta miżuri sabiex jiġu evitati l-mistoqsijiet mhux meħtieġa dwar il-ħajja privata tal-vittma u miżuri li jippermettu li ssir seduta mingħajr il-preżenza tal-pubbliku; l-Artikolu 23 li jitratta d-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza u l-komportament tal-midja.

(14)  Punt 10.8. tar-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa.

(15)  Ara, eż., Abbozz tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġustizzja u l-Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità u l-Abbuż tal-Poter, Artikoli 5(2)(g), 6, 8(6)(g); Linji Gwida tal-Kumitat tal-Ministri dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Atti Terroristiċi, adottati fit-2 ta’ Marzu 2005, punt VIII; Linji Gwida dwar il-Ġustizzja għat-Tfal Vittmi u x-Xhieda tal-Kriminalità, ECOSOC Res 2005/20, 2005, punti 8(a), 26 sa 28.

(16)  Dan huwa konformi mal-approċċ meħud mill-Artikolu 21 rigward id-dritt għall-protezzjoni ta’ vittmi vulnerabbli waqt il-proċeduri kriminali.

(17)  L-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46/KE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi dwar l-ipproċessar ta’ data personali magħmul biss għal għanijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop ta’ espressjoni artistika jew letterarja jekk dawn ikunu meħtieġa biss biex jirrikonċiljaw id-dritt tal-ħajja privata mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.

(18)  Punt 10.9. tar-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa.

(19)  Artikolu 10, paragrafu 2, tal-KEDB jippermetti biss limitazzjonijiet għad-dritt tal-libertà ta’ espressjoni li huma “preskritti b’liġi”, u ‘meħtieġa f’soċjetà demokratika għal interessi pubbliċi speċifiċi u importanti (bħas-sigurtà nazzjonali, integrità territorjali, libertà mill-kriminalità u d-diżordni, saħħa u moralità) jew għall-protezzjoni tar-reputazzjoni jew id-drittijiet tal-oħrajn. Fil-Konklużjonijiet Ġenerali tagħha tal-kawża Satakunnan (Kawża C-73/07, Tietosuojavaltuutettu v Satakunnan Markkinapörssi and Satamedia, [2008] Ġabra I-9831), l-Avukat Ġenerali Kokott, osservat korrettament li “l-applikazzjoni stretta tar-regoli tal-protezzjoni tad-data tista’ tillimita b’mod sostanzjali l-libertà tal-espressjoni. Il-ġurnaliżmu investigattiv fil-parti l-kbira jiġi eliminat jekk il-midja tkun tista’ tipproċessa u tippubblika data personali biss bil-kunsens ta’, jew f’konformità mal-informazzjoni pprovduta mill-persuna kkonċernata. Min-naħa l-oħra, huwa ovvju li l-midja tista’ tikser id-dritt tal-individwi tar-rispett għall-ħajja privata tagħhom. (17) Konsegwentment, għandu jinsab bilanċ.” (paragrafu 43).

(20)  Ara l-Premessa 13 u l-Artikolu 7 tad-Direttiva proposta.

(21)  Ibid.

(22)  Ara l-Artikolu 81 TFUE, jiġifieri dak li kien l-Artikolu 65 tat-Trattat KE.

(23)  Id-Direttiva 95/46/KE m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet tal-liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà tal-Istat u l-attivitajiet tal-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali (ara l-Artikolu 3 tad-Direttiva).

(24)  L-Artikolu 13 jikkonċerna l-obbligi ta’ informazzjoni vis-à-vis il-persuna li tikkawża r-riskju.

(25)  Ara f’dan ir-rigward l-Opinjoni tal-KEPD tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni u l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali, op. cit., paragrafi 45-49.


9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/16


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment ta’ Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti

2012/C 35/03

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu (2),

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD u l-għan tal-Opinjoni

1.

Fit-28 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment ta’ Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (3) (minn hawn ’il quddiem: “il-ftehim”).

2.

Fid-9 ta’ Novembru 2011, il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali dwar l-abbozz tal-Proposta, fil-kuntest ta’ proċedura mgħaġġla. Fil-11 ta’ Novembru 2011, huwa ħareġ għadd ta’ kummenti ristretti. L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li tikkumplimenta dawn il-kummenti fid-dawl ta’ din l-Proposta u li tagħmel l-opinjonijiet tiegħu disponibbli għall-pubbliku. Din l-Opinjoni tibni wkoll fuq numru ta’ interventi preċedenti mill-KEPD u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 rigward il-PNR.

1.2.   Il-Kuntest tal-Propost

3.

Il-ftehim għandu l-għan li jipprovdi bażi legali soda għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR mill-UE lill-Istati Uniti. Attwalment it-trasferiment huwa bbażat fuq il-ftehim tal-2007 (4) peress li l-Parlament iddeċieda li jipposponi l-vot tiegħu dwar il-kunsens sakemm jiġi sodisfatt it-tħassib tiegħu dwar il-protezzjoni tad-dejta. B’mod partikolari, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 (5), il-Parlament irrefera għar-rekwiżiti li ġejjin:

konformità mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta fuq livell nazzjonali u Ewropew;

valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe strument leġiżlattiv;

test ta’ proporzjonalità li juri li l-istrumenti legali eżistenti mhumiex biżżejjed;

limitazzjoni stretta tal-għan (6) u limitazzjoni tal-użu ta’ dejta tal-PNR għal reati jew theddid speċifiċi, fuq bażi ta’ każ b’każ;

limitazzjoni tal-ammont ta’ dejta li għandha tinġabar;

perjodi limitati ta’ żamma;

projbizzjoni tal-estrazzjoni jew tat-tħejjija tal-profili tad-dejta;

projbizzjoni ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati li jaffettwaw liċ-ċittadini b’mod sinifikanti (7);

mekkaniżmi xierqa għar-reviżjoni indipendenti, sorveljanza ġudizzjarja u kontroll demokratiku;

it-trasferimenti internazzjonali kollha għandhom ikunu konformi mal-istandards tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta u jkunu soġġetti għal mekkaniżmu li jiċċertifika l-livell xieraq.

4.

Dan il-ftehim għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-approċċ globali għall-PNR, li jinkludi negozjati ma’ pajjiżi terzi oħra (jiġifieri l-Awstralja (8) u l-Kanada (9)), u proposta għal skema tal-PNR fil-livell tal-UE (10). Huwa jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tan-negozjati attwali għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-iskambju ta’ dejta personali fil-qafas tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (11). F’kuntest usa’, il-ftehim ġie inizjalat ftit ġimgħat qabel l-adozzjoni mistennija tal-proposti għar-reviżjoni tal-qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-dejta (12).

5.

Il-KEPD jilqa’ dan l-approċċ globali bil-għan li jipprovdi qafas legali koerenti għall-ftehimiet tal-PNR b’mod konformi mar-rekwiżiti legali tal-UE. Madankollu, huwa jiddispjaċih li dan iż-żmien, fil-prattika, ma jippermettix li tiġi żgurata l-konsistenza ta’ dawn il-ftehimiet mar-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Huwa jixtieq ifakkar ukoll li l-ftehim ġenerali bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-iskambji tad-dejta għandu jkun applikabbli għall-Ftehim dwar il-PNR bejn l-UE u l-Istati Uniti.

2.   RIMARKI ĠENERALI

6.

Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali għandha tkun meħtieġa, proporzjonali u stabbilita bil-liġi. Kif intqal ripetutament mill-KEPD (13) u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (14), il-ħtieġa u proporzjonalità tal-iskemi tal-PNR u tat-trasferimenti kbar ta’ dejta tal-PNR lil pajjiżi terzi s’issa għadhom ma ntwerewx. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali huma ta’ din il-fehma wkoll (15). Il-kummenti speċifiċi ta’ hawn taħt huma mingħajr preġudizzju għal din l-osservazzjoni preliminari u fundamentali.

7.

Filwaqt li dan il-ftehim jinkludi xi titjib meta mqabbel mal-ftehim tal-2007, u jinkludi salvagwardji xierqa dwar is-sigurtà u s-sorveljanza tad-dejta, ma jidher li ġie sodisfatt l-ebda tħassib ewlieni espress fl-opinjonijiet imsemmija hawn fuq u lanqas il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Parlament Ewropew biex jipprovdi l-kunsens tiegħu (16).

3.   RIMARKI SPEĊIFIĊI

3.1.   L-għan għandu jiġi ċċarat

8.

L-Artikolu 4(1) tal-ftehim jiddikjara li l-Istati Uniti jipproċessaw dejta tal-PNR għall-finijiet ta’ prevenzjoni, skoperta, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ (a) reati terroristiċi u reati relatati u (b) reati li huma punibbli b’sentenza ta’ priġunerija ta’ tliet snin jew aktar u li huma transnazzjonali fin-natura. Xi wħud minn dawn il-kunċetti huma definiti aktar.

9.

Għalkemm dawn id-definizzjonijiet huma aktar preċiżi milli fil-ftehim tal-2007, għad hemm xi kunċetti u eċċezzjonijiet vagi li jistgħu jinjoraw il-limitazzjoni tal-iskop u jħassru ċ-ċertezza legali. B’mod partikolari:

Fl-Artikolu 4(1)(a)(i), il-kliem “imġiba li (…) tidher li hi intiża biex tintimida jew tisforza” [jew] “tinfluwenza l-politika ta’ gvern” jistgħu jirreferu wkoll għal attivitajiet li ma jistgħux jitqiesu bħala reati terroristiċi skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (17). Il-kunċetti “tidher li”, “tintimida” u “tinfluwenza” għandhom jiġu ċċarati sabiex tiġi eskluża din il-possibbiltà.

L-Artikolu 4(1)(b) għandu jkun fih lista ta’ reati speċifiċi. Ir-referenza għal “reati oħra li huma kkastigati mis-sentenza ta’ priġunerija ta’ tlett snin jew aktar” mhix biżżejjed, peress li dan jinkludi reati differenti fl-UE u fl-Istati Uniti u fl-Istati Membri tal-UE u fl-Istati tal-Istati Uniti differenti.

Ir-reati minuri għandhom jiġu esklużi b’mod espliċitu mill-iskop tal-ftehim.

Fl-Artikolu 4(2), il-kunċett ta’ “theddida serja” għandu jiġi ddefinit u l-użu tad-dejta tal-PNR fejn “ordnat minn qorti” għandu jkun limitat għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1).

Bl-istess mod, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) għal skopijiet bħall-kontroll tal-fruntieri, għandu jiġi speċifikat li l-persuni li hemm suspett li ħadu sehem fi kwalunkwe mir-reati elenkati fl-Artikolu 4(1) biss jistgħu jkunu “suġġetti għal mistoqsijiet jew eżaminazzjonijiet ddettaljati.”

3.2.   Il-lista tad-dejta tal-PNR li għandha tiġi ttrasferita trid titnaqqas

10.

L-Anness I tal-ftehim fih 19-il tip ta’ dejta li sejra tintbagħat lill-Istati Uniti. Ħafna minnhom jinkludu wkoll kategoriji differenti ta’ dejta u huma identiċi għall-oqsma tad-dejta fil-ftehim tal-2007, li kienu diġà meqjusa sproporzjonati mill-KEPD u mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (18).

11.

Dan jirreferi b’mod partikolari għall-qasam “Rimarki ġenerali inkluż informazzjoni OSI (19), SSI (20) and SSR (21)”, li jista’ jiżvela dejta relatata ma’ twemmin reliġjuż (e.ż., il-preferenzi tal-ikel) jew mas-saħħa (e.ż. talba għal siġġu tar-roti). Dejta sensittiva bħal din għandha tiġi eskluża mil-lista b’mod espliċitu.

12.

Filwaqt li tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-lista, għandu jitqies li minħabba t-trasmissjoni avvanzata (l-Artikolu 15(3) tal-ftehim), dawn il-kategoriji sejrin jirreferu mhux biss għal passiġġieri attwali iżda wkoll għal dawk l-individwi li finalment ma jtirux (e.ż., minħabba kanċellazzjonijiet).

13.

Barra minn hekk, il-preżenza ta’ oqsma tad-dejta miftuħ tista’ tħassar iċ-ċertezza legali. Kategoriji bħal “l-informazzjoni kollha disponibbli dwar kuntatti”, “l-informazzjoni dwar il-bagalji kollha” u “rimarki ġenerali” għandhom jiġu definiti aħjar.

14.

Għalhekk, il-lista għandha titnaqqas. B’mod konformi mal-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (22), aħna nemmnu li d-dejta għandha tkun limitata għal din l-informazzjoni: kodiċi tal-lokalizzatur tar-reġistrazzjoni tal-PNR, data tal-prenotazzjoni, data(i) tal-ivvjaġġar previst, isem tal-passiġġieri, ismijiet oħra tal-PNR, itinerarju tal-vjaġġi kollha, identifikaturi għall-biljetti b’xejn, biljetti mingħajr ritorn, informazzjoni fil-qasam tal-biljetti, dejta tal-ATFQ (Kwotazzjoni Awtomatizzata tal-Prezz tal-Biljett), numru tal-biljett, data tal-ħruġ tal-biljett, assenzi preżenza, numru ta’ bagalji, numri tat-tikketta tal-bagalji, passiġġieri mingħajr prenotazzjoni, numru ta’ bagalji fuq kull segment, promozzjonijiet volontarji/involontarji, il-bidliet storiċi kollha għad-dejta tal-PNR fir-rigward tal-punti msemmija hawn fuq.

3.3.   Id-DHS ma għandux jipproċessa dejta sensittiva

15.

L-Artikolu 6 tal-ftehim jiddikjara li d-DHS għandu juża sistemi awtormatizzati għall-filtrazzjoni u “l-protezzjoni” ta’ dejta sensittiva. Madankollu, id-dejta sensittiva għandha tiġi maħżuna għal mill-inqas 30 jum u tista’ tintuża f’każijiet speċifiċi (l-Artikolu 6(4)). Il-KEPD jenfasizza li, anki wara li jkun hemm “protezzjoni”, din id-dejta xorta tkun “sensittiva” u tirrigwarda persuni fiżiċi identifikabbli.

16.

Kif diġà ġie ddikjarat mill-KEPD, id-DHS m’għandux jipproċessa dejta sensittiva relatata maċ-ċittadini tal-UE, anki jekk ikun hemm “protezzjoni” taghha meta tasal. Il-KEPD jirrakkomanda li fit-test tal-ftehim jiġi speċifikat li t-trasportaturi bl-ajru m’għandhomx jittrasferixxu dejta sensittiva lid-DHS.

3.4.   Il-perjodu ta’ żamma huwa eċċessiv

17.

L-Artikolu 8 jistabbilixxi li d-dejta tal-PNR għandha tinżamm sa 5 snin f’database attiva u mbagħad tiġi trasferita f’database inattiva u tiġi maħżuna sa 10 snin. Dan il-perjodu massimu ta’ żamma ta’ 15-il sena huwa spropozjonat b’mod ċar, irrispettivament minn jekk id-dejta tinżammx f’databases “attivi” jew “inattivi”, kif ġie diġà enfasizzat mill-KEPD u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29.

18.

L-Artikolu 8(1) jispeċifika li d-dejta sejra tkun “depersonalizzat[a] u protett[a]” sitt xhur wara li tasal fid-DHS. Madankollu, kemm dejta “protetta” u dejta maħżuna f’“database inattiva” huma dejta personali sakemm dawn ma jiġux anonimizzati. Id-dejta għandha għalhekk tiġi anonimizzata (b’mod irriversibbli) jew imħassra immedjatament wara l-analiżi jew wara massimu ta’ 6 xhur.

3.5.   Użu tal-metodu “push” u l-frekwenza tat-trasferimenti

19.

Il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 15(1), li jiddikjara li d-dejta sejra tiġi trasferita permezz tal-metodu “push”. Madankollu, l-Artikolu 15(5) jeħtieġ li t-trasportaturi “jipprovdu aċċess” għad-dejta tal-PNR f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Sabiex jiġi prekluż b’mod definittiv l-użu tas-sistema “pull”, u fid-dawl tat-tħassib li reċentement ġie enfasizzat għal darb’oħra mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (23), aħna nagħtu parir li l-ftehim jipprojbixxi b’mod espliċitu l-possibbiltà li uffiċjali tal-Istati Uniti jkollhom aċċess għad-dejta separatament permezz ta’ sistema “pull”.

20.

In-numru u l-perjodiċità tat-trasferimenti minn trasportaturi bl-ajru lid-DHS għandu jiġi definit fil-ftehim. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, il-kundizzjonijiet li fihom ikunu awtorizzati trasferimenti addizzjonali għandhom ikunu aktar dettaljati.

3.6.   Sigurtà tad-dejta

21.

Il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 5 tal-ftehim dwar is-sigurtà u l-integrità tad-dejta u, b’mod partikolari, l-obbligu li l-individwi affettwati jiġu notifikati rigward inċident relatat mal-privatezza. Madankollu, l-elementi li ġejjin ta’ notifika tal-ksur tad-dejta għandhom jiġu ċċarati:

Ir-riċevituri tan-notifika: għandu jiġi speċifikat liema “awtoritajiet Ewropej rilevanti” għandhom jiġu nnotifikati. Fi kwalunkwe każ, dawn għandhom jinkludu Awtoritajiet nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta. Għandha tiġi notifikata wkoll awtorità kompetenti tal-Istati Uniti.

Il-limitu tan-notifika lil dawn l-awtoritajiet: għandha tingħata definizzjoni ta’ dak li jikkostitwixxi “inċident sinifikanti relatat mal-privatezza”.

Il-kontenut tan-notifika lill-individwi u lill-awtoritajiet għandu jiġi speċifikat.

22.

Il-KEPD jappoġġa l-obbligu li kull aċċess u pproċessar tal-PNR jiġi rreġistrat jew dokumentat, peress li dan sejjer jippermetti verifika dwar jekk id-DHS ikunx uża d-dejta tal-PNR b’mod xieraq u jekk kienx hemm xi aċċess mhux awtorizzat għas-sistema.

3.7.   Superviżjoni u infurzar

23.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-konformità mas-salvagwardji tal-privatezza fil-ftehim sejra tkun soġġetta għal reviżjoni indipendenti u sorveljanza mill-Uffiċjali dwar il-Privatezza tad-Dipartiment bħall-Kap Uffiċjal tal-Privatezza tad-DHS, kif iddikjarat fl-Artikolu 14(1). Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, il-KEPD u l-Awtoritajiet nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jaħdmu mad-DHS fuq il-proċeduri u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet (24). Il-KEPD jilqa’ referenza għal din il-kooperazzjoni fil-ftehim.

24.

Il-KEPD jappoġġja bis-sħiħ id-dritt għal rimedju “irrispettivament min-nazzjonalità, il-pajjiż ta’ oriġini, jew il-post ta’ residenza” stabbilit fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu. Madankollu, huwa jiddispjaċih li l-Artikolu 21 jiddikjara b’mod espliċitu li l-ftehim “m’għandux joħloq jew jagħti, skont il-liġi tal-Istati Uniti, xi dritt jew benefiċċju lil kwalunkwe persuna”. Anki jekk jingħata d-dritt għal “stħarriġ ġudizzjarju” fl-Istati Uniti skont il-ftehim, dan id-dritt ma jistax ikun ekwivalenti għad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fl-UE, b’mod partikolari fid-dawl tar-restrizzjoni ddikjarata fl-Artikolu 21.

3.8.   Trasferimenti nazzjonali u internazzjonali ’l quddiem

25.

L-Artikolu 16 tal-ftehim jipprojbixxi t-trasferiment tad-dejta lill-awtoritajiet domestiċi li ma jipprovdux lill-PNR salvagwardji “ekwivalenti jew paragunabbli” għal dawk stabbiliti f’dan il-ftehim. Il-KEPD jilqa’ din id-dispożizzjoni. Madankollu, il-lista ta’ awtoritajiet li jistgħu jirċievu dejta tal-PNR, għandha tiġi speċifikata aħjar. F’dak li jirrigwarda trasferimenti internazzjonali, il-ftehim jipprevedi li dawn għandhom iseħħu biss jekk l-użu maħsub tar-riċevitur ikun konsistenti ma’ dan il-ftehim u jipprovdi salvagwardji tal-privatezza “paragunabbli” ma’ dawk previsti fil-ftehim, ħlief f’ċirkostanzi ta’ emerġenza.

26.

Fir-rigward tal-kliem “paragunabbli” jew “ekwivalenti” użat fil-ftehim, il-KEPD jixtieq jenfasizza li m’għandu jsir l-ebda trasferiment domestiku jew internazzjonali ’l quddiem mid-DHS sakemm il-benefiċjarju ma jipprovdix salvagwardji li mhumiex inqas strinġenti minn dawk stabbiliti f’dan il-ftehim. Fil-ftehim għandu jiġi ċċarat ukoll li t-trasferiment ta’ dejta tal-PNR għandu jsir fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa biss tiġi ttrasferita lir-riċevituri rilevanti, u ma għandha tiġi permessa l-ebda eċċezzjoni. Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li t-trasferimenti ta’ dejta lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.

27.

L-Artikolu 17(4) jistabbilixxi li meta d-dejta ta’ residenti ta’ Stat Membru tal-UE tiġi trasferiti lejn pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu infurmati fil-każijiet fejn id-DHS ikun konxju ta’ din is-sitwazzjoni. Din il-kundizzjoni għandha tiġi mħassra, peress li d-DHS għandu dejjem ikun konxju ta’ trasferimenti ’l quddiem lejn pajjiżi terzi.

3.9.   Forma u reviżjoni tal-ftehim

28.

Mhuwiex ċar liema forma legali hija magħżula mill-Istati Uniti għad-dħul f’dan il-ftehim u kif dan il-ftehim sejjer isir legalment vinkolanti fl-Istati Uniti. Dan għandu jiġi ċċarat.

29.

L-Artikolu 20(2) jindirizza l-koerenza mal-iskema possibbli tal-PNR tal-UE. Il-KEPD josserva li l-konsultazzjonijiet dwar l-aġġustament ta’ dan il-ftehim għandhom jeżaminaw b’mod partikolari “jekk kwalunkwe sistema futura tal-PNR tal-UE tapplikax standards ta’ protezzjoni tad-dejta inqas stretti minn dawk previsti f’dan il-ftehim”. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, kull aġġustament għandu wkoll (u partikolarment) jikkunsidra salvagwardji aktar b’saħħithom fi kwalunkwe skema tal-PNR fil-futur.

30.

Il-ftehim għandu jiġi rivedut ukoll fid-dawl tal-qafas il-ġdid għall-protezzjoni tad-dejta u tal-konklużjoni possibbli ta’ ftehim ġenerali bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-iskambju ta’ dejta personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali. Tista’ tiġi miżjuda dispożizzjoni ġdida simili għall-Artikolu 20(2) li tistabbilixxi li “jekk u meta jiġi adottat qafas ġdid għall-protezzjoni tad-dejta fl-UE jew jiġi konkluż ftehim ġdid dwar l-iskambju ta’ dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiddeterminaw jekk il-Ftehim preżenti għandux jiġi aġġustat skont dan. Konsultazzjonijiet bħal dawn għandhom jeżaminaw b’mod partikolari jekk kwalunkwe modifika futura tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE jew kwalunkwe ftehim dwar il-protezzjoni tad-dejta fil-futur bejn l-UE u l-Istati Uniti għandux japplika salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta aktar stretti minn dawk previsti f’dan il-ftehim”.

31.

F’dak li jirrigwarda r-reviżjoni tal-ftehim (l-Artikolu 23), il-KEPD iqis li l-Awtoritajiet nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jiġu inklużi espliċitament fit-tim ta’ reviżjoni. Ir-reviżjoni għandha tikkonċentra wkoll fuq valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżuri, dwar l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, u jinkludu verifika tal-mod li bih it-talbiet tas-suġġetti tad-dejta qegħdin jiġu pproċessati fil-prattika, speċjalment meta ma jkun awtorizzat l-ebda aċċess dirett. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet għandha tkun speċifikata.

4.   KONKLUŻJONI

32.

Il-KEPD jilqa’ s-salvagwardji dwar is-sigurtà u s-sorveljanza tad-dejta previsti fil-ftehim u t-titjib meta mqabbla mal-ftehim tal-2007. Madankollu, jibqa’ ħafna tħassib speċjalment rigward il-koerenza tal-approċċ globali għall-PNR, il-limitazzjoni tal-iskop, il-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi trasferita lid-DHS, l-ipproċessar ta’ dejta sensittiva, il-perjodu ta’ żamma, l-eċċezzjonijiet għall-metodu “push”, id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u t-trasferimenti ’l quddiem.

33.

Dawn l-osservazzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ ħtieġa u proporzjonalità għal kwalunkwe skema leġittima tal-PNR u ftehim li jipprovdi għat-trasferiment kbir ta’ dejta tal-PNR mill-UE lejn pajjiżi terzi. Kif tenna l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju, “in-neċessità u l-proporzjonalità huma prinċipji ewlenin mingħajr liema l-ġlieda kontra t-terroriżmu qatt ma tista’ tkun effettiva”.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  COM(2011) 807 finali.

(4)  Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi tal-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (ĠU L 204, 4.8.2007, p. 18).

(5)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar it-tnedija ta’ negozjati għal ftehimiet ta’ Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-l-Kanada (ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 70). Ara wkoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2003 dwar it-trasferiment ta’ data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta’ titjiriet transatlantiċi (ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 381), tad-9 ta’ Ottubru 2003 dwar it-trasferiment ta’ data mil-linji tal-ajru fil-każ ta’ titjiriet transatlantiċi: stat ta’ negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU C 81 E, 31.3.2004, p. 105), tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni pprovdut mid-data personali misjuba fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNRs) trasferiti lejn l-Uffiċċju tad-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti (ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 665), ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar in-negozjati għal ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-użu ta’ data tar-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali, inkluża l-krminalità organizzata (ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 250), riżoluzzjoni tal-14 ta’ Frar 2007 dwar SWIFT, il-ftehim tal-PNR u d-djaloġu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet (ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 349), u r-riżoluzzjoni tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar il-Ftehim tal-PNR mal-Istati Uniti tal-Amerika (Testi adottati, P6_TA(2007)0347). Dawn huma kollha disponibbli fuq http://www.europarl.europa.eu

(6)  Limitata għall-infurzar tal-liġi u l-finijiet tas-sigurtà fil-każijiet ta’ kriminalità serja organizzata u transnazzjonali jew terroriżmu ta’ natura transkonfinali, fuq il-bażi tad-definizzjonijiet legali stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3) u fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(7)  “L-ebda deċiżjoni biex passiġġier ma jtirx jew deċiżjoni ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni ma tista’ tittieħed unikament fuq ir-riżultati ta’ tfittxijiet awtomatizzati bħal dawn jew tfittxijiet fil-bażijiet tad-data”.

(8)  Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, iffirmat fid-29 ta’ Settembru 2011.

(9)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropew u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar ta’ Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri u r-rekord ta’ Data tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 15).

(10)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji (COM/2011/0032 finali).

(11)  Fit-3 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ tan-negozjati għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali meta tiġi trasferita u pproċessata għall-iskop tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali. Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni fuq http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/10/1661

(12)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija komprensiva dwar il-ħarsien tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea, 4 ta’ Novembru 2010, COM(2010) 609 finali, u s-segwitu tagħha.

(13)  Opinjoni tal-KEPD tal- 25 ta’ Marzu 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji; Opinjoni tal-KEPD tal-15 ta’ Lulju 2011 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-UE u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntiera; Opinjoni tal-KEPD tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lil pajjiżi terzi; u Opinjoni tal-KEPD tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Kollha disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(14)  Opinjoni 10/2011 tad-WP29 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-intraċċar, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serj; Opinjoni 7/2010 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi; Opinjoni 5/2007 dwar il-ftehim ta’ segwitu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data fir-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi tal-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti konkluż f’Lulju 2007 u Opinjoni 4/2003 dwar il-Livell ta’ Protezzjoni żgurat fl-Istati Uniti għat-Trasferiment tad-Data tal-Passiġġieri. Dawn huma kollha disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/wpdocs/2011_en.htm

(15)  Opinjoni tal-FRA tal-14 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva dwar l-użu ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji (disponibbli fuq http://fra.europa.eu/fraWebsite/attachments/FRA-PNR-Opinion-June2011.pdf) u Opinjoni tal-KESE tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji (disponibbli fuq http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.soc-opinions.15579).

(16)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 5.

(17)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(18)  Ara l-Opinjonijiet tal-KEPD u tad-WP29 imsemmija hawn fuq.

(19)  Informazzjoni oħra relatata mas-Servizzi.

(20)  Informazzjoni dwar Servizzi Speċjali.

(21)  Talbiet dwar Servizzi Speċjali.

(22)  Ara l-Opinjoni 4/2003 tad-WP29, imsemmija hawn fuq.

(23)  Ara l-Ittra tad-19 ta’ Jannar 2011 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 lill-Kummissarju Malmström rigward il-Ftehim tal-PNR tal-UE mal-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja.

(24)  Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 pereżempju diġà pprovda gwida dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri (ara l-Opinjoni 2/2007 tad-WP29 tal-15 ta’ Frar 2007 (riveduta u aġġornata fl-24 ta’ Ġunju 2008) dwar informazzjoni lill-passiġġieri dwar it-trasferiment ta’ dejta fil-PNR lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2008/wp151_mt.pdf)


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/23


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Frar 2012

2012/C 35/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3274

JPY

Yen Ġappuniż

102,11

DKK

Krona Daniża

7,4328

GBP

Lira Sterlina

0,83495

SEK

Krona Żvediża

8,8285

CHF

Frank Żvizzeru

1,2114

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6290

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,812

HUF

Forint Ungeriż

289,65

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6990

PLN

Zloty Pollakk

4,1773

RON

Leu Rumen

4,3505

TRY

Lira Turka

2,3191

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2251

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3199

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2927

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5814

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6519

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 480,91

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0158

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3614

HRK

Kuna Kroata

7,5823

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 791,74

MYR

Ringgit Malażjan

3,9878

PHP

Peso Filippin

56,109

RUB

Rouble Russu

39,5590

THB

Baht Tajlandiż

40,791

BRL

Real Brażiljan

2,2853

MXN

Peso Messikan

16,8232

INR

Rupi Indjan

65,2350


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/24


Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: Jannar 2012

Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju u Ġunju 2012

01-2012

EUR

BGN

CZK

DKK

LVL

LTL

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

25,5308

7,43531

0,698968

3,45280

307,329

4,37601

1 BGN =

0,511300

1

13,0539

3,80167

0,357382

1,76542

157,137

2,23745

1 CZK =

0,0391684

0,0766056

1

0,291229

0,0273775

0,135241

12,0376

0,171402

1 DKK =

0,134493

0,263042

3,43372

1

0,0940066

0,464379

41,3337

0,588545

1 LVL =

1,43068

2,79812

36,5264

10,6376

1

4,93985

439,690

6,26068

1 LTL =

0,289620

0,566439

7,39422

2,15341

0,202435

1

89,0087

1,26738

1 HUF =

0,00325384

0,00636386

0,0830731

0,0241933

0,00227433

0,0112349

1

0,0142389

1 PLN =

0,228518

0,446936

5,83425

1,69911

0,159727

0,789029

70,2304

1

1 RON =

0,230327

0,450474

5,88043

1,71255

0,160991

0,795274

70,7862

1,00791

1 SEK =

0,112991

0,220988

2,88475

0,840122

0,0789771

0,390135

34,7254

0,494450

1 GBP =

1,20178

2,35043

30,6823

8,93558

0,840003

4,14949

369,341

5,25899

1 NOK =

0,130290

0,254821

3,32640

0,968744

0,0910683

0,449864

40,0418

0,570149

1 ISK =

0,00626073

0,0122447

0,159841

0,0465504

0,00437605

0,021617

1,92410

0,0273970

1 CHF =

0,825910

1,61531

21,0861

6,14089

0,577284

2,85170

253,826

3,61419


01-2012

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,34165

8,85027

0,832102

7,67520

159,726

1,21079

1 BGN =

2,21988

4,52514

0,425453

3,92433

81,6678

0,619075

1 CZK =

0,170056

0,346651

0,0325921

0,300626

6,25621

0,0474246

1 DKK =

0,583923

1,19030

0,111912

1,03226

21,4821

0,162843

1 LVL =

6,21151

12,6619

1,19047

10,9808

228,517

1,73225

1 LTL =

1,25743

2,56321

0,240993

2,22289

46,2598

0,350668

1 HUF =

0,0141270

0,0287974

0,00270753

0,0249739

0,519723

0,00393971

1 PLN =

0,992147

2,02245

0,190151

1,75393

36,5003

0,276687

1 RON =

1

2,03846

0,191656

1,76781

36,7892

0,278877

1 SEK =

0,490567

1

0,0940200

0,867228

18,0476

0,136808

1 GBP =

5,21769

10,6360

1

9,22388

191,955

1,45509

1 NOK =

0,565672

1,15310

0,108414

1

20,8106

0,157753

1 ISK =

0,0271819

0,0554091

0,00520956

0,0480523

1

0,0075804

1 CHF =

3,58581

7,30952

0,687241

6,33902

131,919

1

Note: all cross rates involving ISK are calculated using ISK/EUR rate data from the Central Bank of Iceland

reference: Jan-12

1 EUR in national currency

1 unit of N.C. in EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

25,5308

0,0391684

DKK

7,43531

0,134493

LVL

0,698968

1,43068

LTL

3,45280

0,289620

HUF

307,329

0,00325384

PLN

4,37601

0,228518

RON

4,34165

0,230327

SEK

8,85027

0,112991

GBP

0,832102

1,20178

NOK

7,67520

0,130290

ISK

159,726

0,00626073

CHF

1,21079

0,825910

Note: ISK/EUR rates based on data from the Central Bank of Iceland

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/26


Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għas-servizzi tat-trasport marittimu

2012/C 35/06

A.

L-avviż preżenti hu maħruġ skont ir-regoli tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim taż-ŻEE”) u l-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”).

B.

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni” ħarġet “Linjigwida dwar l-aplikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE għas-servizz tat-trasport marittimu” (1). Dak l-att mhux vinkolanti jistabbilixxi l-prinċipji li l-Kummissjoni ser issegwi meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq u tkun qed tevalwa l-ftehimiet ta’ koperazzjoni f’dawk is-servizzi marittimi direttament affettwati bit-tibdil li seħħ permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006, jiġifieri servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari (2).

C.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra dan ta’ hawn fuq bħala relevanti għaż-ŻEE. Sabiex iżżomm kundizzjonijiet indaqs ta’ kompetizzjoni u sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea kollha kemm hi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA qed tadotta l-avviż preżenti bil-poter mogħti lilha bl-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. L-Awtorità fi ħsiebha ssegwi l-prinċipji u r-regoli mfissra f’dan l-avviż meta tkun qed tapplika r-regoli rilevanti taż-ŻEE għal xi każ partikolari (3).

D.

B’mod partikolari, l-għan ta’ dan l-avviż hu li jipprovdi gwida dwar kif l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser tapplika l-Artikolu 53 meta tiddefenixxi s-swieq u tevalwa l-ftehimiet ta’ koperazzjoni fis-servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari.

E.

Dan l-avviż japplika għal dawk il-każi li fihom l-Awtorità hija l-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti skont l-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.   INTRODUZZJONI

1.

Dawn il-Linjigwida jistabbilixxu l-prinċipji li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser issegwi meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq u tkun qed tivvaluta l-ftehimiet ta’ koperazzjoni f’dawk is-servizzi ta’ trasport marittimu direttament affettwati bit-tibdil li seħħ permezz tal-inkorporazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006, jiġifieri servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari (4), fil-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Dawn il-Linjigwida huma intenzjonati li jgħinu lill-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li joperaw dawk is-servizzi, l-aktar jekk ikunu qed jitħaddmu lejn u/jew minn port jew portijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea, biex jevalwaw jekk il-ftehimiet tagħhom (5) humiex kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-Linjigwida ma japplikawx għal setturi oħra.

3.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 estenda l-firxa tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (7), biex ikun jinkludi servizzi ta’ kabotaġġ u ta' trasport marittimu mhux regolari. L-inkorporazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 fil-Ftehim taż-ŻEE għalhekk konsegwentament emendat ir-regoli taż-ŻEE. Għaldaqstant, mid-9 ta’ Diċembru 2006, is-servizzi kollha tat-trasport marittimu huma soġġetti għall-qafas proċedurali li hu ġeneralment applikabbli.

4.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 ħassar ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/1986 tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 (issa 81 u 82) tat-Trattat tal-KE għat-trasport marittimu (8) li kien fih l-eżenzjoni ta’ kategorija tal-konferenza tal-bastimenti tal-linja li kienet tippermetti lil-linji tat-tbaħħir li jiltaqgħu fi ħdan konferenzi tal-bastimenti tal-llinja li jiffissaw rati u kundizzjonijiet oħra tal-ġarr, peress li s-sistema tal-konferenzi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE (issa Artikolu 101(3) TFUE). L-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE tar-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 għalhekk tirriżulta fil-fatt li s-sistema ta’ konferenzi ma għadhiex eżentata bħala kategorija mill-projbizzjoni mniżżla fl-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE mit-18 ta’ Ottubru 2008. Wara dan, it-trasportaturi li joperaw is-servizzi lejn u/jew minn port(ijiet) fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom jieqfu mill-attivitajiet kollha tal-konferenzi tal-bastimenti tal-linja li huma kontra l-Artikolu 53 taFtehim taż-ŻEE. Dan huwa l-każ irrispettivament minn jekk ġuriżdizzjonijiet oħrajn jippermettux, b’mod espliċitu jew b’mod taċitu, l-iffissar tar-rati mill-konferenzi tal-bastimenti tal-linja jew minn ftehimiet ta’ diskussjoni. Barra minn dan, il-membri tal-konferenzi għandhom jaraw li, mit-18 ta’ Ottubru 2088 ’l quddiem, kull ftehim li sar skont is-sistema tal-konferenza jkun kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE tat-18 ta’ Ottubru 2008.

5.

Dawn il-Linjigwida jikkumplimentaw il-gwida li diġà nħarġet mill-Awtorità f’avviżi oħra. Minħabba li s-servizzi tat-trasport marittimu huma kkaratterizzati minn ftehimiet ta’ koperazzjoni estensivi bejn it-trasportaturi kompetituri, il-Linjigwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali (9) u l-Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (10) għandhom rilevanza partikolari.

6.

Ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali fit-tbaħħir b’bastimenti tal-linja fejn tidħol il-provvista ta’ servizzi konġunti huma koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 tad-19 ta’ April 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki maqbula bejn kumpaniji tat-tbaħħir (konsorzji) kif implimentat fil-Ftehim taż-ŻEE (11). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 se jkun sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 fis-26 ta’ April 2010 (12). Dawn ir-Regolamenti, kif implimentati fil-Ftehim taż-ŻEE, jistipulaw l-kundizzjonijiet, skont l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, li bihom il-projbizzjoni fl-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma tapplikax għal ftehimiet bejn żewġ operaturi ta’ bastimenti tal-ġarr (konsorzji) jew aktar.

7.

Dawn il-Linjigwida huma bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE li tista’ tingħata mill-Qorti tal-EFTA, mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipji fil-Linjigwida għandhom jiġu applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ.

8.

L-Awtorità ser tapplika dawn il-Linjigwida għal perjodu ta’ ħames snin.

2.   IS-SERVIZZI TA’ TRASPORT MARITTIMU

2.1.   Kamp ta’ applikazzjoni

9.

Is-servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari huma s-setturi tat-trasport marittimu direttament affettwati mit-tibdil li sar bl-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE tar-Regolament (KE) Nru 1419/2006.

10.

It-trasport bil-bastimenti tal-linja jinvolvi t-trasport tal-merkanzija, l-aktar permezz tal-kontejners, fuq bażi regolari lejn portijiet ta’ rotta ġeografika partikolari, ġeneralment magħrufa bħala rotta kummerċjali. Karatteristiċi oħrajn ġenerali tat-trasport bil-bastimenti tal-linja huma li l-iskedi u d-dati tat-tluq huma rreklamati minn qabel u li s-servizzi jkunu disponibbli għal kwalunkwe utent tat-trasport.

11.

L-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86, kif inkorporat fil-Kapitolu G, il-punt 11 tal-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE (13), jiddefinixxi servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari bħala l-ġarr ta’ oġġetti fi kwantità jew il-ġarr ta’ merkanzija sfuża f’bastiment mikri totalment jew parzjalment lil baħħar wieħed jew iżjed fuq il-bażi ta’ vjaġġ jew kiri biż-żmien jew kwalunkwe forma oħra ta’ kuntratt għal tbaħħir li mhux skedat regolarment jew li mhux irreklamat fejn ir-rati tal-ġarr tal-merkanzija huma negozjati b’mod ħieles każ b’każ skont il-kundizzjonijiet tal-provvista u tat-talba. Huwa l-aktar it-trasport mingħajr skeda ta’ kommodità waħda li timla bastiment (14).

12.

Il-kabotaġġ jinvolvi l-provvista ta’ servizzi tat-trasport marittimu, inklużi servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari u tal-linja, li jgħaqqdu żewġ portijiet jew aktar fl-istess taż-ŻEE (15). Għalkemm dawn il-Linjigwida mhumiex speċifikament dwar is-servizz ta’ kabotaġġ, huma madanakollu japplikaw għal dawn is-servizzi safejn dawn ikunu pprovduti bħala jew servizzi marittimi ta’ linja jew inkella servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari.

2.2.   Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE

13.

L-Artikolu 53 taFtehim taż-ZEE jgħodd għall-ftehimiet kollha li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Sabiex ikun hemm effett fuq il-kummerċ, għandu jkun possibbli li jkun previst bi grad ta’ probabbiltà li huwa suffiċjenti fuq il-bażi ta’ sett ta’ fatturi oġġettivi ta’ liġi jew ta’ fatt li l-ftehim jew l-imġieba jista’ jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (16). L-Awtorità ħarġet gwida dwar kif se tapplika l-kunċett ta’ effett fuq il-kummerċ fil-Linjigwida tagħha dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (17).

14.

Servizzi ta’ trasport offerti minn operaturi ta’ tbaħħir tal-linja u operaturi ta' trasport marittimu mhux regolari ħafna drabi jkunu ta’ natura internazzjonali u jkunu jgħaqqdu lill-portijiet taż-ŻEE ma’ pajjiżi terzi w/jew ikunu jinvolvu l-esportazzjoni u l-importazzjoni bejn żewġ Stati taż-ŻEE jew aktar (jiġifieri kummerċ fiż-ŻEE) (18). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn x’aktarx li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, fost affarijiet oħra, minħabba l-impatt li jkollhom fuq is-swieq tal-forniment ta’ servizzi ta’ trasport u servizzi intermedjarji (19).

15.

L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE huwa ta’ relevanza partikolari għas-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu peress li jiddetermina wkoll il-firxa ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-interazzjoni mal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 3 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 53 u 54 taFtehim taż-ŻEE. Il-grad safejn dawn is-servizzi jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE għandu jiġi evalwat f’kull każ għalih (20).

2.3.   Is-suq relevanti

16.

Sabiex jiġu stmati l-effetti ta’ ftehim fuq il-kompetizzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE, huwa meħtieġ li jkun(u) definit(i) is-suq/swieq rilevanti għal-prodott jew ġeografikament. L-għan ewlieni tad-definizzjoni tas-suq huwa li jidentifika b’mod sistematiku l-limitazzjonijiet kompetittivi li tiffaċċja intrapriża. Gwida dwar din il-kwistjoni tista’ tinsab fl-Avviż tal-Awtorità dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni fi ħdan iż-ŻEE (21). Din il-gwida hija wkoll rilevanti għad-definizzjoni tas-suq fir-rigward tas-servizzi tat-trasport marittimu.

17.

Is-suq rilevanti tal-prodott jinkludi dawk il-prodotti w/jew is-servizzi kollha li għandhom jitqiesu bħala li jistgħu jinbidlu ma’ xulxin jew jistgħu jiġu sostitwiti bejniethom mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. Is-suq ġeografiku relevanti jinkludi ż-żona fejn l-impriżi konċernati jkunu involuti fil-provvista jew talba ta’ prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu omoġenji biżżejjed u li jistgħu jkunu distinti minn żoni ġirien peress li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni jkunu sostanzjalment differenti f’dawk iż-żoni (22). Trasportatur (jew trasportaturi) ma jistgħux ikollhom impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq jekk il-klijenti jkunu f’pożizzjoni li jaqilbu mingħajr diffikultà għal fornituri oħra ta’ servizz (23).

2.3.1.   It-trasport bil-bastimenti tal-linja

18.

Is-servizzi tat-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners ġew identifikati bħala s-suq rilevanti tal-prodott għat-trasport bil-bastimenti tal-linja f’bosta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (24). Dawk id-deċiżjonijiet u sentenzi huma relatati ma’ trasport marittimu fuq distanzi twal. Modi oħrajn tat-trasport ma ġewx inklużi fl-istess suq tas-servizzi għalkemm f’xi każijiet dawn is-servizzi jistgħu, b’mod limitat, jinbidlu bejniethom. Dan għaliex huwa biss proporzjon insuffiċjenti mill-merkanzija li tinġarr bil-kontejners li tista’ faċilment tinqaleb għal modi oħrajn tat-trasport, bħal servizzi tat-trasport bl-ajru (25).

19.

Jista’ jkun xieraq taħt xi ċirkostanzi li jiġi definit suq tal-prodotti iżgħar, illimitat għal tip ta’ prodott ittrasportat bil-baħar. Pereżempju, it-trasport tal-merkanzija li titħassar jista’ jkun limitat għal kontejners refriġerati jew jinkludi t-trasport f’bastimenti refriġerati konvenzjonali. Filwaqt li huwa possibbli, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li ssir xi sostituzzjoni bejn it-trasport tal-merkanzija sfuża (break bulk) u dak bil-kontejners (26), jidher li ma hemm ebda tibdil fit-tul mill-kontejners għall-merkanzija sfuża. Għall-parti l-kbira tal-kategoriji ta’ prodotti u wtenti ta’ prodotti fil-kontejners, it-trasport tal-merkanzija sfuża ma joffrix alternattiva raġonevoli għat-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners (27). Ladarba l-merkanzija regolarment tibda titqiegħed fil-kontejners x’aktarx li qatt ma terġa’ tiġi ttrasportata xi darb’oħra bħala merkanzija mhux fil-kontejners (28). It-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners għalhekk huwa sa issa l-aktar soġġett għas-sostitwibbiltà f’direzzjoni waħda (29).

20.

Is-suq rilevanti ġeografiku jikkonsisti fiż-żona fejn ikunu kkummerċjalizzati s-servizzi, ġeneralment varjetà ta’ portijiet fuq kull naħa tas-servizz, iddeterminati miż-żoni ta’ servizzi tal-portijiet li jkollhom partijiet minnhom komuni. Sa fejn hija kkonċernata l-parti Ewropea tas-servizz, sal-lum is-suq ġeografiku fil-każijiet tal-bastimenti tal-linja ġie identifkat bħala varjetà ta’ portijiet fl-Ewropa ta’ Fuq u/jew fil-Mediterran. Minħabba li s-servizzi tal-bastimenti tal-linja mill-Mediterran huma ftit li xejn sostitwibbli għal dawk fil-portijiet fl-Ewropa ta’ Fuq, dawn ġew identifikati bħala swieq separati (30).

2.3.2.   Is-Servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari

21.

L-Awtorità għadha m’applikatx l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għat-trasport marittimu mhux regolari. L-impriżi jistgħu jikkunsidraw l-elementi li ġejjin fl-evalwazzjoni tagħhom safejn dawn ikunu rilevanti għas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari li huma jipprovdu.

L-elementi li għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat is-suq rilevanti tal-prodott min-naħa tad-domanda (is-sostituzzjoni tad-domanda)

22.

It-“termini ewlenin” ta’ talba individwali għat-trasport huma l-punt fejn tibda d-definizzjoni tas-swieq rilevanti ta’ servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari għaliex dawn ġeneralment jidentifikaw l-elementi essenzjali (31) tar-rekwiżit tat-trasport inkwistjoni. Skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti tat-trasport, dawn jiġu mfassla minn elementi negozjabbli u mhux negozjabbli. Ladarba jiġi identifikat element negozjabbli tat-termini ewlenin, pereżempju, it-tip jew id-daqs tal-bastiment, jista’ jindika pereżempju li s-suq rilevanti fir-rigward ta’ dan l-element speċifiku huwa akbar minn dak li huwa stabbilit fir-rekwiżit inizjali għat-trasport.

23.

In-natura tas-servizz ta' trasport marittimu mhux regolari tista’ tkun differenti u hemm varjetà ta’ kuntratti tat-trasport. Għalhekk jista’ jkun meħtieġ li jiġi aċċertat jekk in-naħa tat-talba tqisx li s-servizzi pprovduti taħt kuntratti tal-kiri biż-żmien, kuntratti tal-kiri skont il-vjaġġ u l-kuntratti ta’ kiri ta’ bastiment humiex sostitwibbli. Jekk dan ikun il-każ jistgħu jappartjenu għall-istess suq rilevanti.

24.

It-tipi ta’ bastimenti huma normalment sottodiviżi f’għadd ta’ daqsijiet industrijali standard (32). Minħabba ekonomiji ta’ skala konsiderevoli, servizz b’nuqqas ta’ tqabbil sinifikanti bejn il-volum ta’ merkanzija u d-daqs tal-bastiment ma jidhirx li jista’ joffri rata kompetittiva ta’ trasport. Għaldaqstant, għalhekk, is-sostitwibbiltà ta’ daqsijiet differenti ta’ bastimenti trid tkun evalwata każ b’każ sabiex jiġi aċċertat jekk kull daqs ta’ bastiment jikkostitwixxix suq rilevanti separat.

L-elementi li għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat is-suq rilevanti tal-prodott min-naħa tal-provvista (is-sostituzzjoni tal-provvista)

25.

Il-kundizzjonijiet fiżiċi u tekniċi tal-merkanzija li għandha tinġarr u t-tip ta’ bastiment jipprovdu l-ewwel indikazzjonijiet dwar is-suq rilevanti min-naħa tal-provvista (33). Jekk il-bastimenti jistgħu jiġu aġġustati biex jittrasportaw merkanzija partikolari bi spejjeż negliġibbli u fi żmien qasir (34), il-fornituri tas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari jistgħu jikkompetu għat-trasport ta’ din il-merkanzija. F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-suq rilevanti min-naħa tal-fornitur ikun jinkludi aktar minn tip wieħed ta’ bastiment.

26.

Iżda, hemm għadd ta’ tipi ta’ bastimenti li huma adattati teknikament u/jew mibnija speċjalment biex jipprovdu servizzi tat-trasport speċjalizzati. Għalkemm il-bastimenti speċjalizzati jistgħu wkoll jittrasportaw tipi oħrajn ta’ merkanzija, jistgħu jkollhom żvantaġġ kompetittiv. L-abbiltà tal-fornituri tas-servizzi speċjalizzati li jikkompetu għat-trasport ta’ merkanzija oħra tista’ għalhekk tkun limitata.

27.

Fit-trasport marittimu mhux regolari, il-bastimenti jidħlu fil-portijiet skont it-talba individwali. Il-mobbilità tal-bastimenti tista’, madankollu, tkun limitata minħabba restrizzjonijiet fit-terminal jew limitazzjonijiet ta’ fond, jew inkella minħabba livelli ambjentali stabbiliti għal ċerti tipi ta’ bastimenti, f’ċerti portijiet jew reġjuni.

Kunsiderazzjonijiet addizzjonali li jridu jitqiesu meta jiġi ddeterminat is-suq tal-prodott rilevanti

28.

L-eżistenza ta’ katini ta’ sostituzzjoni bejn id-daqsijiet tal-bastimenti fis-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari għandha wkoll titqies. F’xi swieq tas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari, id-daqsijiet tal-bastimenti fl-estremi tas-suq mhumiex direttament sostitwibbli. L-effetti tas-sostituzzjoni f’katina jistgħu madankollu jillimitaw il-prezzijiet fl-estremi u jwasslu għall-inklużjoni tagħhom f’definizzjoni ta' suq usa’.

29.

F’ċerti swieq tat-trasport marittimu mhux regolari, trid tingħata kunsiderazzjoni għal jekk il-bastimenti jistgħux jitqiesu bħala captive capacity u ma’ għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta ssir l-evalwazzjoni tas-suq rilevanti każ b’każ.

30.

Fatturi oħrajn bħal kemm hu ta’ min jorbot fuqu l-fornitur tas-servizzi, ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà, is-sikurezza u dawk regolatorji jistgħu jinfluwenzaw is-sostitwibbiltà tal-provvista u tat-talba, pereżempju r-rekwiżit ta’ buq doppju għal tankers fl-ilmijiet taż-ŻEE (35).

Dimensjoni ġeografika

31.

Ir-rekwiżiti tat-trasport normalment jinkludu elementi ġeografiċi bħall-portijiet jew ir-reġjuni tat-tagħbija u tal-ħatt. Dawn il-portijiet jipprovdu l-ewwel orjentazzjoni għad-definizzjoni tas-suq rilevanti ġeografiku min-naħa tat-talba, bla ħsara għad-definizzjoni finali tas-suq ġeografiku relevanti.

32.

Xi swieq ġeografiċi jistgħu jiġu definiti biss fuq bażi direzzjonali, jew ikunu biss temporanji, pereżempju meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jew il-perjodi tal-ħsad perjodikament jaffettwaw id-talba għat-trasport ta’ merkanzija partikolari. F’dan il-kuntesst, il-pożizzjonar mill-ġdid tal-bastimenti, il-vjaġġi vojta u l-iżbilanċi kummerċjali għandhom jitqiesu għad-delineazzjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti.

2.4.   Kalkolu tas-Sehem tas-Suq

33.

L-ishma fis-swieq jipprovdu indikazzjonijiet bikrija siwja tal-istruttura tas-suq u tal-importanza kompetittiva tal-partijiet u tal-kompetituri tagħhom. L-Awtorità u l-Kummissjoni tinterpreta l-ishma fis-swieq fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-swieq każ b’każ. Fit-tbaħħir tal-linja, id-dejta dwar il-volum u/jew il-kapaċità ġew identifikati bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ishma tas-suq f’diversi deċiżjonijiet tal-Kumissjoni u sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej (36).

34.

Fis-swieq ta' trasport marittimu mhux regolari, il-fornituri tas-servizzi jikkompetu għall-għotja tal-kuntratti tat-trasport, jiġifieri jbiegħu l-vjaġġi jew kapaċità ta’ trasport. Skont is-servizzi speċifiċi inkwistjoni, id-dejta varja tista’ tippermetti lill-operaturi jikkalkulaw l-ishma annwali tas-suq tagħhom (37), pereżempju:

(a)

l-għadd tal-vjaġġi;

(b)

il-volum tal-partijiet jew is-sehem tal-valur tat-trasport totali ta’ merkanzija speċifika (bejn żewġ portijiet jew firxiet ta’ portijiet);

(c)

sehem il-partijiet fis-suq ta’ kuntratti ta’ kiri biż-żmien;

(d)

l-ishma tal-kapaċità tal-partijiet fil-flotta rilevanti (skont it-tip ta’ bastiment u d-daqs tiegħu).

3.   IL-FTEHIMIET ORIZZONTALI FIS-SETTUR TAT-TRASPORT MARITTIMU

35.

Il-ftehimiet ta’ koperazzjoni huma karatteristika komuni tas-swieq tat-trasport marittimu. Meta wieħed jikkunsidra li dawn il-ftehimiet jistgħu jsiru bejn kompetituri attwali jew potenzjali, u jistgħu jkunu ta’ dannu għall-parametri tal-kompetizzjoni, l-impriżi jridu joqogħdu attenti ħafna biex jaraw li jkunu konformi mar-regolamenti tal-kompetizzjoni. Fis-swieq tas-servizzi, bħal ma hu t-trasport marittimu, l-elementi li ġejjin huma partikolarment rilevanti sabiex ikun imkejjel l-effett li ftehim jista’ jkollu fis-suq rilevanti: il-prezzijiet, il-kosti, il-kwalità, il-frekwenza u d-differenzjazzjoni tas-servizz ipprovdut, l-innovazzjoni, il-marketing u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizz.

36.

Tliet kwistjonijiet għandhom rilevanza partikolari għas-servizzi koperti minn dawn il-Linjigwida: il-ftehimiet tekniċi, l-iskambji tal-informazzjoni u l-gruppi (pools).

3.1.   Ftehimiet tekniċi

37.

Xi tipi ta’ ftehimiet tekniċi jistgħu ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba li ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-ftehimiet orizzontali li l-għan u l-effett uniku tagħhom huwa li jimplimentaw titjib tekniku jew li jiksbu l-koperazzjoni teknika. Il-ftehimiet relatati mal-implimentazzjoni tal-istandards ambjentali jistgħu wkoll jitqiesu li jaqgħu f’din il-kategorija. Il-ftehimiet bejn il-kompetituri relatati mal-prezz, il-kapaċità, jew parametri oħrajn tal-kompetizzjoni fil-prinċipju ma jaqgħux taħt din il-kategorija (38).

3.2.   L-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-kompetituri fit-trasport bil-bastimenti tal-linja

38.

Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni timplika arranġament fuq il-bażi ta’ liema impriżi jaqsmu l-informazzjoni bejniethom jew jipprovduha lil aġenzija komuni responsabbli biex tiċċentralizzaha, tiġborha u tipproċessaha qabel ma troddha lill-parteċipanti fil-forma u fil-frekwenza miftiehma.

39.

Hija prattika komuni f’bosta industriji li l-istatistika aggregata u l-informazzjoni ġenerali dwar is-suq jinġabru, jiġu skambjati u ppubblikati. Din l-informazzjoni tas-suq ippubblikata hija mezz tajjeb biex tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-għarfien tal-klijenti, u għahekk tista’ toħloq l-effiċjenza. Iżda, l-iskambju ta’ dejta kummerċjalment sensittiva u individwalizzata jista’ taħt xi ċirkostanzi jikser l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Dawn il-Linjigwida huma maħsuba biex jgħinu lill-fornituri tas-servizzi tal-linja marittimi jivvalutaw jekk dawn l-iskambji jiksrux ir-regoli tal-kompetizzjoni.

40.

Fis-settur tal-bastimenti tal-linja, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn linji ta’ tbaħħir li jkunu jagħmlu sehem minn konsorzji tat-tbaħħir li altrimenti jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huma permissibbli, safejn dawn ikunu anċillari u neċessarji għall-operazzjoni konġunta ta’ servizzi ta’ trasport tal-linja u l-forom l-oħra ta’ koperazzjoni koperti mill-eżenzjoni ta’ kategorija fir-Regolament (KE) Nru 823/2000 kif inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE (39). Dawn il-Linjigwida ma jikkonċernawx dawn l-iskambji ta’ informazzjoni.

3.2.1.   Ġeneralment

41.

Fl-evalwazzjoni tas-sistemi tal-iskambju tal-informazzjoni taħt il-liġi tal-kompetizzjoni taż-ŻEE, għandhom isiru d-distinzjonijiet li ġejjin.

42.

L-iskambju tal-informazzjoni jista’ jkun mekkaniżmu li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ prattika anti-kompetittiva, bħall-monitoraġġ tal-konformità ma’ kartell; fejn skambju ta’ informazzjoni jkun anċillari għal prattika antikompetittiva bħal din, l-evalwazzjoni tagħha għandha ssir flimkien ma’ evalwazzjoni ta’ dik il-prattika. L-iskambju ta’ informazzjoni nnifsu jista’ jkollu l-iskop li jirrestrinġi l-kompetizzjoni (40). Dawn il-Linjigwida ma jindirizzawx skambji ta’ informazzjoni bħal din.

43.

Madankollu, skambju ta’ informazzjoni jista’ minnu nnifsu jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba l-effett tiegħu. Din is-sitwazzjoni sseħħ meta l-iskambju ta’ informazzjoni jnaqqas jew ineħħi l-livell ta’ inċertezza dwar l-operazzjoni tas-suq inkwistjoni, bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tkun ristretta (41). Kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li bi ħsiebu jsegwi fis-suq. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej kkunsidrat ukoll li l-impriżi huma, għalhekk, preklużi minn kuntatti diretti jew indiretti ma’ operaturi oħrajn li jinfluwenzaw l-imġieba ta’ kompetitur jew jiżvelaw l-imġieba (intenzjonata) tagħhom stess jekk l-għan jew l-effett ta’ dawk il-kuntatti huwa li tiġi ristretta l-kompetizzjoni, jiġifieri li jinħolqu kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ikkonċernat, filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, id-daqs u l-għadd tal-impriżi u l-volum tas-suq (42). B’kuntrast għal dan, fis-suq tal-polpa tal-injam, il-Qorti sabet li t-tħabbir unilaterali tal-prezzijiet kull tliet xhur li jsir indipendentement minn produtturi lill-utenti jikkostitwixxi fih innifsu mġiba tas-suq li ma tnaqqasx l-inċertezza ta’ kull intrapriża dwar l-attitudni fil-futur tal-kompetituri tagħha u għalhekk, fin-nuqqas ta’ xi prattika preliminari magħmula flimkien bejn il-produtturi, ma jikkostitwix fih innifsu ksur tal-Artikolu 81(1) KE (issa Artikolu 102(1)TFUE) (43).

44.

Il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Komunità Ewropea tipprovdi xi gwida ġenerali fl-eżaminazzjoni tal-effetti probabbli ta’ skambju ta’ informazzjoni. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li fejn hemm suq tassew kompetittiv, it-trasparenza x’aktarx twassal għall-intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri (44). Madankollu, f’suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna, li fih il-kompetizzjoni tkun diġà mnaqqsa sew, l-iskambju ta’ informazzjoni preċiża dwar il-bejgħ individwali ta’ spiss bejn il-kompetituri ewlenin, bl-esklużjoni ta’ fornituri oħra u ta’ konsumaturi, x’aktarx li jtellef b’mod sostanzjali l-kompetizzjoni li teżisti bejn il-fornituri. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-iskambju ta’ informazzjoni, fuq bażi regolari u frekwenti, dwar l-operat tas-suq għandu l-effett li jiżvela, fuq bażi perjodika, lill-kompetituri kollha, il-pożizzjonijiet fis-suq u l-istrateġiji tas-suq tad-diversi kompetituri individwali (45). Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet ukoll li sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni wkoll meta s-suq mhuwiex ikkonċentrat ħafna iżda hemm tnaqqis tal-awtonomija tal-impriżi li jieħdu d-deċiżjonijiet li jirriżulta mill-pressjoni matul diskussjonijiet sussegwenti mal-kompetituri (46).

45.

Isegwi li l-effetti attwali jew potenzjali ta’ skambju ta’ informazzjoni għandhom jitqiesu f’kull każ għalih għaliex ir-riżultati tal-evalwazzjoni jiddependu fuq kombinazzjoni ta’ fatturi, kull wieħed speċifiku għal każ individwali. L-istruttura tas-suq fejn isir l-iskambju u l-karatteristiċi tal-iskambju ta’ informazzjoni huma ż-żewġ elementi ewlenin li l-Awtorità teżamina meta tevalwa skambju ta’ informazzjoni. L-evalwazzjoni għandha wkoll tqis l-effetti attwali jew potenzjali li l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jkollu meta mqabbel mas-sitwazzjoni kompetittiva li tirriżulta fin-nuqqas tal-ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni (47). Biex jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-iskambju għandu jkollu impatt negattiv apprezzabbli fuq il-parametri tal-kompetizzjoni (48).

46.

Il-gwida hawn taħt hija relatata l-aktar mal-analiżi ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE tinsab fil-paragrafu 58 hawn taħt, kif ukoll fl-avviż ġenerali dwar is-suġġett (49).

3.2.2.   L-istruttura tas-suq

47.

Il-livell ta’ konċentrazzjoni u l-istruttura tal-provvista u tat-talba f’suq partikolari huma kwistjonijiet ewlenin meta wieħed iqis jekk skambju jaqax taħt l-ambitu tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (50).

48.

Il-livell ta’ konċentrazzjoni huwa rilevanti b’mod partikolari peress li, fi swieq oligopolistiċi kkonċentrati ħafna, aktar huwa probabbli li jseħħu l-effetti restrittivi u aktar huwa probabbli li jkunu sostenibbli milli fi swieq inqas ikkonċentrati. It-trasparenza akbar f’suq konċentrat tista’ ssaħħaħ l-interdipendenza tad-ditti u tnaqqas l-intensità tal-kompetizzjoni.

49.

L-istruttura tal-provvistà u tat-talba hija importanti wkoll, notabbilment in-numru ta’ operaturi kompetituri u s-simetrija u l-istabbilità tal-ishma tagħhom fis-suq u l-eżistenza ta’ kwalunkwe rabta strutturali bejn il-kompetituri (51). L-Awtorità tista’ ukoll tanalizza fatturi oħrajn bħall-omoġenjità tas-servizzi u t-trasparenza ġenerali fis-suq.

3.2.3.   Il-karatteristiċi tal-informazzjoni skambjata

50.

L-iskambju ta’ dejta kummerċjalment sensittiva dwar il-parametri tal-kompetizzjoni, bħal ma hu l-prezz, il-kapaċità jew l-ispejjeż, bejn il-kompetituri għandha probabbiltà akbar li tiġi taqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE minn skambji oħrajn ta’ informazzjoni. Is-sensittività kummerċjali tal-informazzjoni għandha tkun evalwata billi jitqiesu l-kriterji mfissra hawn taħt.

51.

L-iskambju tal-informazzjoni li diġà hija miftuħa għall-pubbliku, fil-prinċipju ma jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (52). Mandankollu, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi l-livell ta’ trasparenza tas-suq u jara jekk l-iskambju jtejjibx l-informazzjoni billi jagħmilha aktar aċċessibbli w/jew jekk jgħaqqadx informazzjoni li tkun diġà disponibbli għall-pubbliku ma’ informazzjoni oħra. L-informazzjoni li tirriżulta tista’ ssir kummerċjalment sensittiva u l-iskambju tagħha jista’ joħloq restrizzjoni għall-kompetizzjoni.

52.

L-informazzjoni tista’ tkun individwali jew aggregata. Id-dejta individwali għandha x’taqsam ma’ intrapriża nominata jew identifikabbli. Id-dejta aggregata tgħaqqad id-dejta minn għadd suffiċjenti ta’ impriżi indipendenti li jrendi l-għarfien ta’ dejta individwali impossibbli. L-iskambju ta’ informazzjoni individwali bejn il-kompetituri huwa iktar probabbli li jinqabad mill-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (53) mill-iskambju tal-informazzjoni aggregata li, fil-prinċipju, ma taqax taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità tagħti attenzjoni partikolari għal-livell ta’ aggregazzjoni. Trid tkun b’mod li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi diżaggregata sabiex l-impriżi jkunu jistgħu direttament jew indirettament jidentifikaw l-istrateġiji kompetittivi tal-kompetituri tagħhom.

53.

Madankollu, fit-tbaħħir tal-linja, trid tingħata attenzjoni meta ssir l-evalwazzjoni ta’ skambji ta’ tbassir ta’ kapaċità anki f’forma miġbura, speċjalment meta jsiru fi swieq konċentrati. Fis-swieq tal-bastimenti tal-linja, id-dejta dwar il-kapaċità hija l-parametru ewlieni biex l-imġieba kompetittiva tiġi kkordinata u għandha effett dirett fuq il-prezzijiet. L-iskambji dwar previżjonijiet dwar il-kapaċità aggregata li jindikaw f’liema rotot kummerċjali se tintuża l-kapaċità jistgħu jkunu antikompetittivi sal-grad li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta’ politika komuni minn bosta trasportaturi jew minnhom kollha u jirriżultaw fil-provvista ta’ servizzi bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet kompetittivi. Barra minn dan, hemm riskju li d-dejta tiġi diżaggregata għaliex tista’ tiġi kkombinata ma’ dikjarazzjonijiet individwali minn trasportaturi tal-linja. Dan jippermetti lill-impriżi jidentifikaw il-pożizzjonijiet tas-suq u l-istrateġiji tal-kompetituri.

54.

L-età tad-dejta u l-perjodu li għandha x’taqsam miegħu huma wkoll fatturi importanti. Id-dejta tista’ tkun storika, riċenti jew futura. L-iskambju ta’ informazzjoni storika ġeneralment ma jitqiesx li jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għaliex ma jistax ikollu impatt reali fuq l-imġieba futura tal-intrapriża. Fil-passat, il-Kummissjoni qieset informazzjoni ta’ aktar minn sena ilu bħala storika (54) filwaqt li informazzjoni inqas antika minn sena ġiet meqjusa bħala riċenti (55). In-natura storika jew riċenti tal-informazzjoni għandha tiġi evalwata b’xi flessibbiltà filwaqt li jitqies l-grad sa fejn id-dejta ma tibqax aktar valida għas-suq rilevanti. Iż-żmien meta d-dejta ssir storika x’akarx li jkun iqsar jekk id-dejta tkun aggregata aktar milli jekk tkun individwali. Simili għal dan, l-iskambju ta’ dejta reċenti dwar il-volum u dwar il-kapaċità x’aktarx ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni jekk id-dejta tkun aggregata sa livell xieraq b’tali mod li t-tranżazzjonijiet ta’ utenti jew trasportaturi individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati direttament jew indirettament. Id-dejta futura għandha x’taqsam mal-perspettiva ta’ intrapriża ta’ kif se jiżviluppa s-suq jew l-istrateġija li bi ħsiebha ssegwi f’dak is-suq. B’mod partikolari l-iskambju ta’ dejta futura x’aktarx ikun problematiku, speċjalment meta għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet jew produzzjoni. Tista’ tiżvela l-istrateġija kummerċjali li bi ħsiebha tadotta intrapriża fis-suq. Meta tagħmel dan, hija tista’ tnaqqas b’mod apprezzabbli l-kompetittività bejn il-partijiet fl-iskambju u għalhekk tista’ potenzjalment tirrestrinġi l-kompetizzjoni.

55.

Il-frekwenza tal-iskambju għandha titqies ukoll. Aktar ma tkun skambjata ta’ spiss id-dejta, aktar ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr il-kompetituri. Dan jiffaċilita r-ritaljazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar inaqqas l-inċentivi biex jinbdew azzjonijiet kompetittivi fis-suq. Dik li tissejjaħ kompetizzjoni moħbija tista’ tiġi ristretta.

56.

Wieħed għandu wkoll jagħti daqqa ta’ għajn lejn kif tiġi rilaxxata d-dejta sabiex ikun jista’ jevalwa l-effett(i) li jista’ jkollha fuq is-suq/swieq. Aktar mal-informazzjoni tiġi maqsuma mal-klijenti, inqas hemm probabbiltà li tkun problematika. Min-naħa l-oħra, jekk it-trasparenza tas-suq titjieb għall-benefiċċju tal-fornituri biss, tista’ ċċaħħad lill-konsumaturi mill-possibbiltà li jiksbu l-vantaġġ ta’ “kompetizzjoni moħbija” akbar.

57.

Fit-tbaħħir tal-linja, l-indiċi tal-prezzijiet jintuża biex juri l-movimenti medji tal-prezzijiet għat-trasportazzjoni ta’ kontejner bil-baħar. Indiċi tal-prezzijiet ibbażat fuq dejta tal-prezzijiet aggregata b’mod xieraq mhux probabbli li jikser l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm il-livell ta’ aggregazzjoni jkun tali li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi diżaggregata b’mod li l-impriżi jkunu jistgħu direttament jew indirettament jidentifikaw l-istrateġiji kompetittivi tal-kompetituri tagħhom. Jekk indiċi tal-prezzijiet inaqqas jew ineħħi l-grad ta’ inċertezza fejn jidħol il-mod kif jaħdem is-suq bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tkun ristretta, ikun jikser l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Meta wieħed jevalwa l-effett probabbli ta’ indiċi tal-prezzijiet bħal dan fuq suq rilevanti partikolari, għandu jitqies il-livell ta’ aggregazzjoni tad-dejta u n-natura storika jew riċenti tagħha, u l-frekwenza li biha l-indiċi jkun ppubblikat. B’mod ġenerali, huwa wkoll importanti li wieħed jevalwa l-elementi individwali kollha ta’ kull skema ta’ skambju ta’ informazzjoni flimkien, sabiex jitqiesu l-interazzjonijiet potenzjali, pereżempju bejn skambju ta’ kapaċità u ta’ dejta dwar il-volum fuq naħa, u ta’ indiċi tal-prezzijiet fuq oħra.

58.

Skambju ta’ informazzjoni bejn il-kumpaniji li jirrestrinġi l-kompetizzjoni jista’ madanakollu joħloq effiċjenzi, bħal pereżempju, ippjanar aħjar tal-investimenti u wżu aktar effiċjenti tal-kapaċità. Effiċjenzi bħal dawn iridu jkunu ssostanzjati u mgħoddija lill-konsumaturi u mkejla kontra l-effetti antikompetittivi tal-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jinnota li waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE hija li l-konsumaturi għandhom jirċievu sehem ġust mill-benefiċċji ġġenerati mill-ftehim restrittiv. Jekk l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi kollha mfissra fl-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE jitwettqu, il-projbizzjoni tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma tkunx tapplika (56).

3.2.4.   Assoċjazzjonijiet kummerċjali

59.

Fit-tbaħħir tal-linja, bħal f’kull settur ieħor, id-diskussjonijiet u l-iskambji tal-informazzjoni jistgħu jsiru f’assoċjazzjoni kummerċjali, sakemm l-assoċjazzjoni ma tintużax bħala (a) forum għal-laqgħat ta’ kartell (57), (b) struttura li toħroġ deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet antikompetittivi lill-membri tagħha (58) jew (c) mezz ta’ skambju ta’ informazzjoni li jnaqqas jew ineħħi l-grad ta’ inċertezza dwar l-operat tas-suq, bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tiġi ristretta filwaqt li ma jitwettqux il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) (59). Dan għandu jkun distint mid-diskussjonijiet li jinżammu b’mod leġittmu fi ħdan assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, pereżempju dwar livelli tekniċi jew ambjentali.

3.3.   Ftehimiet ta’ iggruppar fit-trasport marittimu mhux regolari

60.

Il-forma l-aktar rikurrenti ta’ koperazzjoni fis-settur tat-trasport marittimu mhux regolari hija l-iggruppar tal-bastimenti. Ma hemm ebda mudell universali għall-iggruppar. Iżda xi karatteristiċi jidhru li huma komuni għall-biċċa l-kbira tal-gruppi fit-taqsimiet differenti tas-suq kif stabbilit hawn taħt.

61.

Grupp standard tal-bastimenti jiġbor flimkien għadd ta’ bastimenti simili (60) bi proprjetarji differenti u operati taħt amministrazzjoni waħda. Maniġer ta’ grupp normalment huwa responsabbli għall-amministrazzjoni kummerċjali (eż., marketing konġunt (61), li jinnegozja r-rati tat-trasport u jiċċentralizza d-dħul u l-ispejjeż tal-vjaġġi (62) u l-operazzjoni kummerċjali (l-ippjanar ta’ movimenti tal-bastimenti u l-istruzzjoni lill-bastimenti, li jaħtar lill-aġenti fil-portijiet, li jżomm lill-klijenti aġġornati, li joħroġ il-fatturi tat-trasport, li jordna l-bunkers, li jiġbor id-dħul tal-bastimenti u jqassmu taħt sistema ta’ medja ta’ fatturi miftiehma minn qabel eċċ). Il-maniġer tal-grupp spiss jaġixxi taħt is-superviżjoni ta’ kumitat ġenerali eżekuttiv li jirrappreżenta l-proprjetarji tal-bastimenti. L-operat tekniku tal-bastimenti normalment ikun taħt ir-responsabbiltà ta’ kull proprjetarju (sigurtà, ekwipaġġ, tiswija, mantenuzzjoni, eċċ.). Għalkemm ibiegħu s-servizzi tagħhom flimkien, il-membri tal-grupp spiss iwettqu s-servizzi individwalment.

62.

Isegwi minn din id-deskrizzjoni li l-karatteristika ewlenija tal-gruppi standard tat-tbaħħir hija l-bejgħ konġunt, flimkien ma’ xi karatteristiċi tal-produzzjoni konġunta. Il-gwida kemm fuq il-bejgħ konġunt, bħala varjant ta’ ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni konġunta, u l-produzzjoni konġunta fil-Linjigwida tal-Awtorità dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għal ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali (63) għalhekk hija rilevanti. Minħabba l-varjazzjoni fil-karatteristiċi tal-gruppi, kull grupp għandu jiġi analizzat għalih biex jiġi determinat, b’riferiment għal fejn huwa ċċentrat (64), jekk jaqax taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE w, f’dak il-każ, jekk jissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

63.

Gruppi li jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (65) peress li jkunu maħluqa bħala operazzjoni konġunta li topera fuq bażi dewwiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma (l-hekk imsejħa operazzjonijiet konġunti b'funzjona kompleta, ara l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004) mhumiex affettwati direttament bit-tibdil li ġab ir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 u ma jaqgħux taħt dawn il-Linjigwida. Wieħed jista’ jieħu direzzjoni dwar il-funzjonalità sħiħa, fost oħrajn, fl-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (66). Safejn il-gruppi jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom il-kordinazzjoni tal-imġieba kompetittiva tal-kumpaniji prinċipali tagħhom, il-kordinazzjoni għandha tkun evalwata skont il-kriterji tal-Artikolu 53(1) u (3) tal-Ftehim taż-ŻEE, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk l-operazzjoni hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE (67).

3.3.1.   Gruppi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

64.

Il-ftehimiet ta’ grupp ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-parteċipanti fil-grupp ma jkunux kompetituri reali jew potenzjali. Dan ikun il-każ, pereżempju, fejn żewġ proprjetarji ta’ bastimenti jew aktar jistabbilixxu grupp tat-trasport bil-bastimenti għall-iskop uniku li jagħmlu offerti għal u jipprovdu kuntratti ta’ ġarr li għalihom bħala operaturi individwali ma jkunux jistgħu jagħmlu offerti li jirnexxu jew li ma jkunux jistgħu jwettqu waħedhom. Din il-konklużjoni mhux invalidata f’dawk il-każijiet fejn gruppi bħal dawn xi kultant iġorru merkanzija oħra li tkun tirrappreżenta parti żgħira mill-volum kollu.

65.

Il-gruppi li l-attività tagħhom ma tinfluwenzax il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni għaliex għandhom importanza minuri w/jew ma jaffettwawx b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (68) ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Madanakollu grupp ma jaqax fl-ambitu tal-Avviż tal-Awtorità dwar ftehimiet ta’ importanza minuri jekk jinvolvi ffissar tal-prezzijiet, inkluż bejgħ konġunt.

3.3.2.   Gruppi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

66.

Ftehimiet ta’ grupp bejn kompetituri li jkunu limitati għal bejgħ konġunt għandhom bħala regola l-iskop u l-effett li jikkordinaw il-politika tal-prezzijiet ta’ dawn il-kompetituri (69).

3.3.3.   Gruppi li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

67.

Jekk il-grupp m’għandux bħala l-għan tiegħu r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa analiżi tal-effetti tiegħu fis-suq konċernat. Ftehim jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE meta x’aktarx ikollu impatt negattiv apprezzabbli fuq il-parametri tal-kompetizzjoni fis-suq bħall-prezzijiet, l-ispejjeż, id-differenzjazzjoni tas-servizz, il-kwalità tas-servizz u l-innovazzjoni. Il-ftehimiet jistgħu jkollhom dan l-effett billi jnaqqsu b’mod apprezzabbli l-kompetittività bejn il-partijiet tal-ftehim jew bejniethom u terzi (70).

68.

Xi gruppi tat-trasport marittimu mhux regolarima jinvolvux bejgħ konġunt iżda madankollu fihom xi element ta’ kordinazzjoni fejn jidħlu l-parametri tal-kompetizzjoni (eż. skeda konġunta jew xiri konġunt). Każijiet bħal dawn jiġu biss jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-partijiet għall-ftehim ikollhom xi livell ta’ setgħa fuq is-suq (71).

69.

L-abbiltà tal-grupp li jikkaġuna effetti negattivi apprezzabbli fis-suq tiddependi fuq il-kuntest ekonomiku, filwaqt li titqies is-setgħa kkombinata tal-partijiet fis-suq flimkien man-natura tal-ftehim u ma’ fatturi strutturali oħrajn fis-suq rilevanti. Għandu wkoll jitqies jekk il-ftehim tal-grupp jaffettwax l-imġieba tal-partijiet fis-swieq qrib li jkunu relatati mill-qrib mas-suq direttament affettwat mill-koperazzjoni (72). Dan jista’ pereżempju jkun il-każ fejn is-suq rilevanti tal-grupp huwa dak għat-trasport ta’ prodotti tal-foresta f’bastimenti speċjali forma ta’ kaxxa (suq A) u l-membri tal-grupp ukoll ikunu joperaw bastimenti fis-suq tal-merkanzija sfuża (suq B).

70.

Fejn jidħlu l-fatturi strutturali fis-suq relevanti, jekk il-grupp ikollu sehem żgħir fis-suq, ma jkunx probabbli li jkun hemm effetti restrittivi. Meta jkun qed jiġi evalwat l-impatt ta’ grupp partikolari fuq is-suq rilevanti, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni bħala fatturi addizzjonali l-konċentrazzjoni tas-suq, il-pożizzjoni u l-għadd ta’ kompetituri, l-istabbiltà tal-ishma tas-suq fuq perjodu ta’ żmien, sħubija multipla fi gruppi ostakoli għad-dħul fis-suq u l-probabbilità tad-dħul, it-trasparenza tas-suq, il-kontrapiż tas-saħħa tax-xiri ta’ utenti tat-trasport u n-natura tas-servizzi (pereżempju, servizzi omoġenji kontra servizzi differenzjati).

71.

Fejn tidħol in-natura tal-ftehim, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil klawsoli li jaffettwaw il-grupp jew l-imġieba kompetittiva tal-membri tagħha fis-suq, bħal ma huma klawsoli li ma jħallux lill-membri milli jkunu attivi fl-istess suq barra l-grupp (klawsoli li ma ssirx kompetizzjoni), perjodi ta’ waqfien u perjodi ta’ avviż (klawsoli ta’ ħruġ) kif ukoll skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Kwalunkwe rabta bejn il-gruppi, sew fejn jidħol it-tmexxija jew il-membri, kif ukoll il-qsim ta’ spejjeż u dħul, trid tiġi kkunsidrata wkoll.

3.3.4.   L-Applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE

72.

Fejn il-gruppi jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-impriżi involuti għandhom jiżguraw li jkunu jissodisfaw l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (73). L-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE ma jeskludix a priori ċerti tipi ta’ ftehimiet mill-ambitu tiegħu. Fil-prinċipju, il-ftehimiet restrittivi kollha li jissodisfaw l-erba’ kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE huma koperti mir-regola tal-eċċeżżjoni. Din l-analiżi tinkorpora skala flessibbli. Akbar ma tkun ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni li tinstab skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, akbar għandhom ikunu l-effiċjenzi u l-benefiċċju li jgħaddi għal għand il-konsumaturi.

73.

Hija responsabbiltà tal-impriżi li juru li l-grupp itejjeb is-servizzi tat-trasport jew li jġib ’il quddiem il-progress tekniku jew ekonomiku fil-forma ta’ kisbiet fl-effiċjenza. L-effiċjenzi ġġenerati ma jistgħux ikunu l-iffrankar ta’ spejjeż li huma parti inerenti tat-tnaqqis tal-kompetizzjoni iżda għandhom jirriżultaw mill-integrazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi.

74.

Il-kisbiet ta’ effiċjenza tal-gruppi jistgħu, pereżempju, jirriżultaw mill-kisba ta’ rati aħjar ta’ utilizzazzjoni u ta’ ekonomiji ta’ skala. Gruppi ta' trasport marittimu mhux regolari normalment jippjanaw flimkien il-movimenti tal-bastimenti sabiex jifirxu ġeografikament il-flotot tagħhom Il-firxa tal-bastimenti tista’ tnaqqas l-għadd ta’ vjaġġi vojta li tista’ żżid l-utilizzazzjoni ġenerali tal-kapaċità tal-grupp, u eventwalment twassal għal ekonomiji ta’ skala.

75.

Il-konsumaturi għandhom jirċievi s-sehem ġust tagħhom mill-effiċjenzi li jinħolqu. Skont l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, huma l-effetti pożittivi fuq il-konsumaturi kollha fis-suq relevanti li jridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni, mhux l-effett fuq kull konsumatur individwali (74). Il-passaġġ tal-benefiċċji jrid mill-anqas jikkumpensa lill-konsumaturi għal xi impatt negattiv, attwali jew potenzjali, li jkunu sofrew minħabba r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (75). Sabiex tiġi evalwata l-possibbiltà ta’ passaġġ, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati f’dan il-kuntest l-istruttura tas-swieq tat-trasport marittimu mhux regolariu l-elastiċità tat-talba.

76.

Grupp m’għandux jimponi restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba tal-effiċjenzi. F’dan is-sens huwa meħtieġ li wieħed jara hekk il-partijiet setgħux kisbu l-effiċjenzi weħidhom. Meta ssir din l-evalwazzjoni, ta’ min wieħed jikkunsidra, fost affarjiet oħra, x’inhi l-iskala minima ta’ effiċjenza biex jingħataw id-diversi tipi ta’ servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari. Barra minn dan, kull klawsola restrittiva fil-ftehim ta’ grupp trid tkun raġonevolment meħtieġa sabiex jinkisbu l-effiċjenzi mbassra. Klawsoli restrittivi jistgħu jkunu ġġustifikati għal perjodu itwal jew għall-perjodu kollu ta’ kemm iddum teżisti grupp, jew għal perjodu tranżitorju biss.

77.

Fl-aħħar nett, il-grupp m’għandux jagħti lill-partijiet il-possibiltà li jeliminaw l-kompetizjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tas-servizzi inkwistjoni.


(1)  ĠU C 245, 26.9.2008, p. 2

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta' Settembru 2006 li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 4056/86 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 (issa 81 u 82) tat-Trattat tal-KE għat-trasport marittimu, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni biex jinkludi l-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari, (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2006, li temenda l-Anness XIII (it-trasport) u XIV (il-kompetizjoni) u l-Protokoll 21 (ĠU L 89, 29.3.2007, p. 25 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 29.3.2007, p. 20).

(3)  Il-kompetenza li jittrattaw każi individwali li jaqgħu taħt l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim EEA huwa maqsum bejn l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal_EFTA u l-Kummissjoni skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE Waħda biss mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza hija kompitemeti biex titratta kwalunkwe każ.

(4)  Ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna fir-rigward tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 u l-inkorporazzjoni tiegħu fil-Ftehim taż-ŻEE.

(5)  It-terminu “ftehim” jintuża għal ftehimiet, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u prattika miftiehma.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) kien inkorporat fl-Anness XIV u fil-Protokolli 21 u 23 tal-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2004 tal-24 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 57 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, 10.3.2005, p.42) u fil-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mill-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA tal-24 ta’ Settembru 2004.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 773/2003 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) kien inkorporat fil-Protokolli 21 u 23 tal-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 178/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 133, 26.5.2005, p. 35 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 26.5.2005, p. 25) u fil-Kapitolu III tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mill-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA tat-3 ta’ Diċembru 2004.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 4), kien inkorporat f’Kapitolu G il-paragrafu 11 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE.

(9)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehim ta’ koperazzjoni orizzontali (ĠU C 266, 31.10.2002, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 31.10.2001, p. 1).

(10)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU C 208, 6.9.2007, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 6.9.2007, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 (ĠU L 100, 20.4.2000, p. 24) kien inkorporat fil-Kapitolu G fil-paragrafu 11c tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2000 (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 60 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 21.9.2000, p. 3).

(12)  Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 31), li għadu mhux inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(13)  Ara hawn fuq, in-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna.

(14)  Il-Kummissjoni identifikat serje ta’ karatteristiċi li huma speċifiċi għat-trasport speċjalizzat li jagħmluh distint mis-servizzi tal-linja u mis-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari. Huma jinvolvu l-provvista ta’ servizzi regolari għal tip partikolari ta’ merkanzija. Is-servizz normalment huwa provdut fuq il-bażi ta’ kuntratti għall-ġarr bl-użu ta’ bastimenti speċjalizzati adattati teknikament u/jew mibnija biex iġorru merkanzija speċifika. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/980/KE tad-19 ta' Ottubru 1994 fil-Każ IV/34.446 – Ftehim TransAtlantiku, (ĠU L 376, 31.12.1994, p. 1) (minn hawn ’il quddiem id-Deċiżjoni TAA), paragrafi 47 sa 49.

(15)  L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju tal-libertà biex ikunu provduti servizzi lit-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7), inkorporat fil-Kapitolu V il-paragrafu 53a tal-Anness XIII, mal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/97 (ĠU L 30, 5.2.1998, p. 42 u s-Suppliment taż-ŻEE mal-ĠU Nru 5, 5.2.1998, p. 175).

(16)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ 42/84 Remia BV u oħrajn vs Il-Kummissjoni, [1985], ECR 2545, il-paragrafu 22 u l-Każ 319/82 Ciments et Bétons de l’Est vs Kerpen & Kerpen, [1983] ECR 4173, il-paragrafu 9.

(17)  ĠU C 291, 30.11.2006, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 59, 30.11.2006, p. 18.

(18)  Il-fatt li s-servizz ikun lejn/minn port mhux fiż-ŻEE fih innifsu ma jeskludix li l-kummerċ bejn l-Istati taż- ŻEE jkun affettwat. Trid issir analiżi bir-reqqa tal-effetti fuq il-klijenti u operaturi oħra fi ħdan iż-ŻEE li jistrieħu fuq is-servizzi, sabiex jiġi stabbilit jekk dawn jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni taż-ŻEE. Ara l-Linjigwida dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitat hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/82/KEE tat-23 ta' Diċembru 1992 (Il-Każijiet IV/32.448 u IV/32.450, CEWAL) (ĠU L 34, 10.2.1993, p. 1), il-paragrafu 90, ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawżi Magħquda T-24/93 sa T-26/93 u T-28/93, Compagnie Maritime Belge et vs Il-Kummissjoni, [1996], ECR II-1201, il-paragrafu 205. Id-Deċiżjoni TAA, iċċitata hawn fuq fin-nota 14 ta’ iegħ il-paġna, paragrafi 288-296, ikkonfermata bis-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-395/94, Atlantic Container Line u oħrajn v Il-Kummissjoni (minn issa ’l quddiem is-Sentenza TAA), paragrafi 72-74. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/243/KE tas-16 ta' Settembru 1998, (Każ IV/35.134 – Ftehim dwar il-Konferenza Trans-Atlantika) (minn issal quddiem id-Deċiżjoni TACA) (ĠU L 95, 9.4.1999, p. 1), paragrafi 386-396, Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/68/KE tal-14 ta' Novembru 2002 (Każ COMP/37.396/D2 – TACA Riveduta) (minn issa ’l quddiem id-Deċiżjoni TACA Riveduta), (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 53), il-paragrafu 73.

(20)  Għal wida dwar l-applikazzjoni tal-effett fuq il-kummerċ, ara l-Linjigwida tal-Awtorità dwar il-kunċett tal-effett tal-kummerċ li jinsab Fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitat hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.

(21)  ĠU L 200, 16.7.1998, p. 48 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 28, 16.7.1998, p. 3.

(22)  L-Avviż dwar id-definizzjoni tas-suq, iċċitat aktar ’il fuq fin-nota 21 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 8.

(23)  L-Avviż dwar id-definizzjoni tas-suq, iċċitat aktar ’il fuq fin-nota 21 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 13.

(24)  Id-deċiżjoni TAA, iċċitata han fuq fin-nota 14 ta’ qiegħ il-paġna, u d-deċiżjoni TACA, iċċitata hawn fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragarfi 60-84. Il-definizzjoni tas-suq fid-deċiżjoni TACA kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Prim Istanza Ewropea fis-sentenza tagħha fil-Każijiet Magħquda T-191/98, T-212/98 sa 214/98, Atlantic Container Line AB u Oħrajn v il-Kummissjoni, [2003] ECR II-3275 (minn issal quddiem is-Sentenza TACA), paragrafi 781-883.

(25)  Il-paragrafu 62 tad-Deċiżjoni TACA ċċitata hawn fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, u l-paragrafi 783 sa 789 tas-Sentenza TACA, iċċitati hawn fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna.

(26)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna 19, il-paragrafu 71.

(27)  Is-Sentenza TAA, iċċitata hawn fuq fin-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 273 u s-Sentenza TACA, iċċitata hawn fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 809.

(28)  Is-sentenza TAA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 281; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2005 fil-Każ COMP/M.3829 – MAERSK/PONL (ĠU C 147, 17.6.2005, p. 18), il-paragrafu 13.

(29)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 62-75. is-Sentenza TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 795 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f’MAERSK/PONI, ċċitata hawn fuq fin-nota 28 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 13 u 112-117.

(30)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 76 sa 83 u d-Deċiżjoni TACA Riveduta, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 39.

(31)  Għal kiri skont il-vjaġġ, pereżempju, l-elementi essenzjali ta’ rekwiżit ta’ trasport huma t-tagħbija li għandha tinġarr, il-volum tat-tagħbija, il-portijiet fejn se ssir it-tagħbija u fejn se jsir il-ħatt, il-ġranet meta l-bastiment ikun fil-port jew l-aħħar data meta t-tagħbija għandha tasal u d-dettalji tekniċi dwar il-bastiment meħtieġ.

(32)  Jidher li hija l-fehma tal-industrija li d-daqsijiet tal-bastimenti jikkostitwixxu swieq separati. L-istampa tal-kummerċ u l-Baltic Exchange jippubblikaw indiċijiet tal-prezzijiet għal kull daqs standard tal-bastimenti. Ir-rapporti tal-konsulenti jaqsmu s-swieq fuq il-bażi tad-daqsijiet tal-bastimenti.

(33)  Pereżempju, il-merkanzija likwida sfuża ma tistax tiġi ttrasportata fil-bastimenti tal-merkanzija sfuża niexfa jew il-merkanzija refriġerata ma tistax tiġi ttrasportata fuq trasportaturi tal-karozzi. Bosta tankers taż-żejt jistgħu jġorru prodotti tal-petrolju maħmuġin jew nodfa. Iżda, tanker ma jistax iġorr prodotti nodfa immedjatament wara li jkun ittrasporta prodotti maħmuġin.

(34)  Il-qlib ta’ bastiment tal-merkanzija sfuża niexfa mit-trasport tal-faħam għat-trasport tal-qamħ jista’ jeħtieġ biss proċess ta’ tindif ta’ jum wieħed li jista’ isir matul vjaġġ vojt. Fi swieq oħra ta' trasport marittimu mhux regolari dan il-perjodu ta’ tindif jista’ ikun itwal.

(35)  Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 id-dħul aċċellerat tal-ħtieġa ta’ buq doppju jew disinn ekwivalenti għall-tankers taż-żejt b’buq wieħed u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1) kien inkorporat fil-Kapitolu V, punt 56m tal-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Kongunt taż-ŻEE Nru 132/2002 (ĠU L 336, 12.12.2002, p. 32 u s-Suppliment Nru. 61, 12.12.2002, p. 26).

(36)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta' qiegħ il-paġna, il-paragrafu 85. Id-Deċiżjoni TACA riveduta, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta' qiegħ il-paġna, paragrafi 85 sa 86 u d-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta' qiegħ il-paġna, paragrafi 924, 925 u 927.

(37)  Skont l-ispeċifiċitajiet tas-suq tat-trasport marittimu mhux regolaririlevanti, jista’ jiġri li jkun hemm perjodu iqsar, eż. fi swieq fejn il-kuntratti ta’ ġarr jiġi offerti għal perjodi ta’ anqas minn sena waħda.

(38)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/627/EC tas-16 ta' Mejju 2000 (Il-Każ IV/34.018 – Ftehim dwar Tariffi u Soprataxxi tal-Kummerċ fil-Lvant Imbiegħed (FETTCSA)), (ĠU L 268, 20.10.2000, p. 1), il-paragrafu 153. Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-229/94, Deutsche Bahn AG vs Il-Kummissjoni, [1997], ECR 1689, il-paragrafu 37.

(39)  Ir-Regolament (KE) Nru 823/2000, iċċitat aktar ’l fuq fin-nota 11 ta’ qiegħ il-paġna, japplika għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-linja minn jew lejn port wieħed jew aktar taż-ŻEE esklussivament għall-ġarr ta’ merkanzija l-aktar bil-kontejner – ara l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 3(2)(g) tiegħu.

(40)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-49/92 P, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, [1999], ECR I-4125, il-paragrafi 121 sa 126.

(41)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P, John Deere vs Il-Kummissjoni, [1988], ECR I-3111, il-paragrafu 90 u s-fil-Każ C-194/99 P, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, [2003], ECR I-10821, il-paragrafu 81.

(42)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej fil-Każ C-238/05, Asnef-Equifax vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc), [2006], ECR I-11125, il-paragrafu 52 u fil-Każ C-49/92 P, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, [1999], ECR I-4125, iċċitata hawn fuq fin-nota 40 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafi 116 u 117.

(43)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja fil-Każijiet C-89/85, C-104/85, C-114/85, C-116/85, C-117/85 u C-125/85 sa C-129/85 A. Ahlström Osakeyhtiö and others v Il-Kummissjoni [1993], ECR I-01307, il-paragrafi 59 sa 65.

(44)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P John Deere v Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 88.

(45)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-35/92 John Deere Ltd v Il-Kummissjoni, [1994] ECR II-957, il-paragrafu 51, ikkonfermata fl-appell mis-Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’John Deere Ltd v Il-Kummissjoni, il-Każ C-7/95 P, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna.

(46)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-141/94 Thyssen Stahl AG vs Il-Kummissjoni, [1999], ECR II-347, il-paragrafi 402 u 403.

(47)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P John Deere v Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 75-77.

(48)  Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 16.

(49)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna.

(50)  Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 25.

(51)  Fit-tbaħħir bil-bastimenti tal-linja hemm konnessjonijiet operattivi u/jew strutturali bejn il-kompetitur, pereżempju s-sħubija fi ftehimiet ta’ konsorzji li jippermettu lill-kumpaniji tal-bastimenti tal-linja jaqsmu l-informazzjoni għall-għanijiet li jipprovdu servizz konġunt. L-eżistenza ta’ kollegament bħal dan ikollha titqies każ b’każ meta jiġi evalwat l-impatt li għandu skambju ta’ informazzjoni addizzjonali fis-suq ikkonċernat.

(52)  Is-sentenza TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 1154.

(53)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 78/252/KEE tat-23 ta' Diċembru 1977 fil-Każ IV/29.176 – Vegetable Parchment, (ĠU L 70, 13.3.1978, p. 54).

(54)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/157/KEE tas-17 ta' Frar 1992 fil-Każ IV/31.370 – UK Agricultural Tractor Registration Exchange (ĠU L 68, 13.3.1992, p. 19), il-paragrafu 50.

(55)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/4/KESE tas-26 ta' Novembru 1997 fil-Każ IV/36.069 – Wirtschaftsvereiningung Stahl (ĠU L 1, 3.1.1998, p. 10), il-paragrafu 17.

(56)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta' qiegħ il-paġna.

(57)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/421/KE tas-16 ta' Diċembru 2003, fil-Każ IV/38.240 – Tubi industrijali (ĠU L 125, 28.4.2004, p. 50).

(58)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/896/KEE tal-15 ta' Diċembru 1982, fil-Każ IV/29.883 – AROW/BNIC (ĠU L 379, 31.12.1982, p. 1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/438/KE tal-5 ta' Ġunju 1996, fil-Każ IV/34.983 – Fenex (ĠU L 181, 20.7.1996, p. 28).

(59)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/157/KEE, Skambju taReġistrazzjoni taTrakters Agrikoli fir-Renju Unit, iċċitata aktar ’l fuq fin-nota 54 ta’ qiegħ il-paġna.

(60)  Dan jirriżulta f’li l-grupp ikun jista’ jiġbed kuntratti kbar ta’ ġarr, jgħaqqad numru ta' kuntratti ta’ ġarr u jnaqqas l-għadd ta’ vjaġġi vojta b’ippjanar bir-reqqa tal-flotta.

(61)  Pereżempju, il-bastimenti tal-grupp jinbiegħu bħala unità kummerċjali waħda li toffri soluzzjonijiet tat-trasport irrispettivament minn liem bastiment iwettaq il-vjaġġ attwali.

(62)  Pereżempju, id-dħul tal-grupp jinġabar mill-amministrazzjoni ċentrali u d-dħul huwa mqassam lill-parteċipanti fuq bażi ta’ sistema kumplessa ta’ piżijiet.

(63)  Rispettivament fit-Taqsima 5 u t-Taqsima 3 tal-Linjigwida, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna.

(64)  Linjigwida dwar Ftehimiet ta’ Koperazzjoni Orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 12.

(65)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1), li kien inkorporat fil-Kapitolu A, fil-paragrafu 1 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2004 (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 13 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 19.6.2004, p. 1).

(66)  ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1.

(67)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, iċċitat hawn fuq fin-nota 65 ta’ qiegħ il-paġna, Artikolu 2(4).

(68)  In-Notifika tal-Awtorità dwar ftehimiet ta’ importanza anqas li ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni b’mod apprezzabbli skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (de minimis) (ĠU C 67, 20.3.2003, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE għall-ĠU Nru 15, p. 11 20.3.2003) u l-Linjigwida dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ, iċċitati hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.

(69)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, taqsima 5. L-attivitajiet ta’ sensar indipendenti tal-vapuri meta jkun qed “jirranġa bastiment” ma jaqgħux taħt din il-kategorija.

(70)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3), iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna.

(71)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 149.

(72)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 142.

(73)  Linjiwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta' qiegħ il-paġna.

(74)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-238/05, Asnef-Equifax v Ausbanc, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 42 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 70.

(75)  Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 24.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/40


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/5/12

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ

Taħriġ

2012/C 35/07

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis- settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).

Waħda mill-miżuri li għandha tiġi implimentata skont din id-Deċiżjoni tinvolvi t-titjib tat-taħriġ professjonali kontinwu tal-professjonisti fis-settur awdjoviżiv, sabiex dawn jingħataw l-għarfien u l-kapaċitajiet li għandhom bżonn biex joħolqu prodotti kompetittivi fis-swieq Ewropej u oħrajn.

Il-sejħa għall-proposti EACEA/5/12 hija l-aħħar sejħa għal Taħriġ mnedija taħt il-programm MEDIA 2007 u toffri Ftehim Qafas ta' Sħubija għal 2 snin.

2.   Kandidati eliġibbli

Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

Is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea;

il-pajjiżi ż-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

l-Iżvizzera u l-Kroazja

Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kandidati f’waħda mill-kategoriji ta’ stabbiliment imsemmija hawn taħt, li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-miżuri msemmija fuq:

Skejjel taċ-ċinema u tat-televiżjoni

Universitajiet

Organizzazzjonijiet speċjalizzati fit-taħriġ professjonali

Kumpaniji privati fis-settur awdjoviżiv

Organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet professjonali li jispeċjalizzaw fis-settur awdjoviżiv.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Huma eliġibbli l-azzjonijiet li ġejjin u l-attivitajiet tagħhom, li jseħħu fil-pajjiżi MEDIA.

Azzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp tal-kapaċità tal-professjonisti awdjoviżivi biex jifhmu u jintegraw dimensjoni Ewropea f’xogħolhom billi jtejbu l-għarfien espert fl-oqsma li ġejjin:

Taħriġ fil-ġestjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali

Taħriġ f’teknoloġiji awdjoviżivi ġodda

Taħriġ fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ skripts

It-tul massimu għall-proġetti huwa 12-il xahar.

4.   Kriterji għall-għoti

Il-punti għall-applikanti eliġibbli se jiġu allokati minn total ta' 100 fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

Il-kwalità tal-kontenut tal-attività (20 punt)

Il-ġestjoni tal-proġett (20 punt)

Il-kwalità tas-sħubija mal-industrija tal-awdjoviżiv (20 punt)

Id-dimensjoni Ewropea (20 punt)

L-Impatt (20 punt)

5.   Baġit

L-ammont massimu disponibbli fl-ambitu ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa EUR 7 000 000.

L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż il-50 %/60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm il-possibbiltà li ma tattribwix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Id-dati ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ser ikunu is-16 ta’ April 2012.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA)

Call for proposals EACEA/5/12

Mr Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida ddettaljati għall-kandidati, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jinkisbu mill-indirizz li ġej

http://ec.europa.eu/culture/media/programme/training/forms/index_en.htm

Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.


9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/42


Estratt mid-Deċiżjoni tal-Qorti rigward Akcinė bendrovė bankas SNORAS skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva”)

2012/C 35/08

STEDINA GĦAL PREŻENTAZZJONI TA' TALBA. LIMITI TAŻ-ŻMIEN LI GĦANDHOM JIĠU OSSERVATI

Fis-7 ta’ Diċembru 2011, il-Qorti Regjonali ta’ Vilnius adottat Deċiżjoni biex tibda proċeduri ta’ falliment fir-rigward tal-bank ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata SNORAS (Akcinė bendrovė bankas SNORAS, kodiċi tal-entità legali: 112025973, numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT: LT120259716, uffiċċju rreġistrat: A. Vivulskio g. 7, Vilnius, Lithuania, irreġistrat fir-Reġistru ta’ Entitajiet Legali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “AB bankas SNORAS”)) fil-każ ċivili Nru B2-7791-611/2011, proċeduri ġudizjarji Nru 2-55-3-03098-2011-9. Il-Qorti ħatret lis-Sur Neil Cooper bħala amministratur tal-AB bankas SNORAS. Il-parti tad-Deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2011 u AB bankas SNORAS akkwista l-istatus ta’ kumpanija li tinsab f’falliment. Il-proċeduri ta’ falliment rigward AB bankas SNORAS jikkostitwixxu proċeduri ta’ stralċ skont it-tifsira tad-Direttiva.

Skont id-Deċiżjoni tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius tas-7 ta’ Diċembru 2011, il-kredituri huma intitolati li jressqu applikazzjonijiet ta’ talbiet finanzjarji li seħħew qabel id-data tal-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni sabiex jinbdew proċeduri ta’ falliment. Bid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta' Jannar 2012, il-Qorti Reġjonali ta' Vilnius estendiet il-limitu ta' żmien sal-10 ta' Frar 2012 (din id-data inkluża) biex il-kredituri tal-AB bankas SNORAS iressqu t-talbiet ta' talbiet finanzjarji tagħhom li seħħew qabel id-data tal-bidu tal-proċeduri ta' falliment. Dan ifisser li l-kredituri għandhom iressqu t-talbiet lill-amministratur tal-falliment sal-10 ta’ Frar 2012 (din id-data inkluża). Sabiex jitressqu l-applikazzjonijiet ta’ talbiet, huwa rrakkomandat li tintuża l-formola tal-applikazzjoni ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-bank http://www.snoras.com

It-talbiet, flimkien mad-dokumenti kollha mehmuża, għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Bankrutuojanti AB bankas SNORAS

A. Vivulskio g. 7

LT-03221 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Kwalunkwe kreditur li għandu l-indirizz tiegħu jew tal-uffiċċju tiegħu rreġistrat fil-Litwanja għandu jressaq l-applikazzjoni ta’ talbiet finanzjarji tiegħu/tagħha bil-Litwan. Kwalunkwe kreditur tal-bank li għandu l-indirizz tiegħu jew tal-uffiċċju tiegħu rreġistrat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jista’ jressaq applikazzjoni ta’ talbiet finanzjarji fil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat. Madankollu, għandha tinhemeż mal-applikazzjoni traduzzjoni għal-Litwan, f’liema każ it-talba għandu jkollha t-titlu “Reikalavimo pateikimas” bil-Litwan. Il-formola trid tiġi ffirmata minn persuna awtorizzata. Il-kredituri għandhom jispeċifikaw ukoll in-natura tal-applikazzjoni ta’ talbiet, id-data ta’ meta seħħet u l-ammont tat-talba, u jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe titoli li jkollhom.

Jekk il-kredituri ma jressqux applikazzjoni ta’ talbiet u/jew iressquhom wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi hawn fuq, jew jekk ma tingħatax l-informazzjoni kollha meħtieġa, dawk l-applikazzjonijiet ta' talbiet finanzjarji jistgħu jiġu miċħuda. Madankollu, il-Qorti tista’ taċċetta applikazzjonijiet ta’ kredituri mibgħuta wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien speċifikata jekk jidrilha li hemm raġunijiet biżżejjed talli ma nżammitx id-data tal-iskadenza.

Aktar tagħrif dwar it-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ talbiet jista’ jinkiseb mis-sit tal-internet http://www.snoras.com

Vilnius, il-Litwanja, is-17 ta’ Jannar 2012.

Amministratur ta’ Akcinė bendrovė bankas SNORAS (f’falliment) (li qed jaġixxi bħal l-aġent tagħha mingħajr responsabbiltà personali)

Neil COOPER


Rettifika

9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/43


Rettifika għas-sejħa annwali għall-proposti tal-2011 skont il-programm ta' ħidma annwali għall-2011 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1772 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9531)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 7 tal-10 ta' Jannar 2012 )

2012/C 35/09

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed iħabbar rettifika għas-sejħa annwali għall-proposti skont il-programm ta' ħidma annwali għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, kif ippubblikat fil-ĠU C 7, 10.1.2012, p. 6.

It-test ikkoreġut tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fl-indirizz:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/annual_call_2011.htm