ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.218.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 218

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
23 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

L-471 sessjoni plenarja fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011

2011/C 218/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew dwar L-impatt tal-kriżi konomika u finanzjarja fuq id-distribuzzjoni tal-forza tax-xogħol fost is-setturi produttivi, b’mod partikolari l-SMEs(opinjoni esploratorja)

1

2011/C 218/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-rwol tal-politika tal-familja fil-proċess tat-tibdil demografiku: skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri(opinjoni esploratorja)

7

2011/C 218/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) u l-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea

14

2011/C 218/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Makkinarju agrikolu u għodda tal-kostruzzjoni u tal-manutenzjoni: liema huwa l-aħjar mod kif noħorġu mill-kriżi? (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

19

2011/C 218/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali Ewropea – Il-politika kummerċjali tal-UE qed tikkunsidra sewwa l-interessi tal-industrija Ewropea? (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

25

2011/C 218/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew dwar L-intrapriżi pubbliċi tal-pajjiżi terzi fis-swieq tal-UE tal-akkwisti pubbliċi (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

31

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

L-471 sessjoni plenarja fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011

2011/C 218/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali(COM(2010) 614 finali)

38

2011/C 218/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euroCOM(2010) 524 finali – 2010/0278 (COD)

46

2011/C 218/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euroCOM(2010) 525 finali – 2010/0279 (COD) u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċiCOM(2010) 527 finali – 2010/0281 (COD)

53

2011/C 218/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-White Paper dwar l-iskemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoniCOM(2010) 370 finali

61

2011/C 218/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieriCOM(2010) 657 finali

66

2011/C 218/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturiCOM(2010) 791 finali – 2011/0001 (COD)

69

2011/C 218/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009COM(2010) 775 finali – 2010/0373 (COD)

74

2011/C 218/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjaliCOM(2010) 748 finali/2 – 2010/0383 (COD)

78

2011/C 218/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-SwieqCOM(2011) 8 finali – 2011/0006 COD

82

2011/C 218/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reazzjoni għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni u għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-RiskjiCOM(2011) 52 finali

87

2011/C 218/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futurCOM(2010) 386 finali

91

2011/C 218/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonaliCOM(2010) 379 finali – 2010/0210 (COD)

97

2011/C 218/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qafas ta’ trasferiment intra-ażjendaliCOM(2010) 378 finali – 2010/0209 (COD)

101

2011/C 218/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serjiCOM(2011) 32 finali – 2011/0023 (COD)

107

2011/C 218/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalibCOM(2010) 728 finali – 2010/0362 (COD)

110

2011/C 218/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoliCOM(2010) 733 finali – 2010/0353 COD

114

2011/C 218/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoniCOM (2010) 738 finali – 2010/0354 (COD)

118

2011/C 218/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċiCOM(2010) 759 finali – 2010/0364 (COD)

122

2011/C 218/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru …/… li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008COM(2010) 745 finali – 2010/0365 COD

124

2011/C 218/26

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq tranżazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ GaranzijaCOM(2010) 761 finali – 2010/0266 (COD)

126

2011/C 218/27

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAICOM(2010) 517 finali – 2010/0273 (COD)

130

2011/C 218/28

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-ġestjoni ta’ fjuwil użat u ta’ skart radjuattivCOM(2010) 618 finali

135

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-471 sessjoni plenarja fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011

23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew dwar “L-impatt tal-kriżi konomika u finanzjarja fuq id-distribuzzjoni tal-forza tax-xogħol fost is-setturi produttivi, b’mod partikolari l-SMEs”

(opinjoni esploratorja)

2011/C 218/01

Relatur: is-Sur PEZZINI

Korelatur: is-Sur HAVLÍČEK

Nhar il-15 ta’ Novembru 2010, is-Sur Péter Györkös, Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika tal-Ungerija għall-Unjoni Ewropea, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f’isem il-Presidenza futura Ungeriża, iħejji opinjoni esploratorja dwar

l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq id-distribuzzjoni tal-forza tax-xogħol fost is-setturi produttivi, b’mod partikolari l-SMEs.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’153 vot favur, 5 voti kontra u 11-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-attenzjoni li l-Presidenza Ungeriża qed tagħti lil kwistjoni kruċjali għas-soċjetà ċivili organizzata, jiġifieri l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali fuq il-forza tax-xogħol u fuq id-distribuzzjoni tagħha fost is-setturi produttivi diversi, u b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

1.2   Il-Kumitat ifakkar ukoll li kemm-il darba tenna l-fehmiet tiegħu dwar il-problemi li jiffaċċjaw l-SMEs li jirrappreżentaw, flimkien mas-settur pubbliku u dak tal-ekonomija soċjali, l-istruttura tal-ekonomija u tal-impjieg fl-Ewropa.

1.3   L-SMEs batew ħafna minħabba l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija, anke jekk ta’ spiss irreaġixxew permezz ta’ żieda fil-flessibbiltà u soluzzjonijiet innovattivi.

1.4   Fil-fehma tal-KESE, l-UE tista’ tħabrek iżjed biex tappoġġja lill-SMEs u mhux biss permezz ta’ stqarrijiet ta’ prinċipju. Issa, hemm verament bżonn ta’ azzjoni Komunitarja koerenti u kkoordinata fuq firxa ta’ prijoritajiet, bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet operattivi fis-suq intern u bil-għan li l-SMEs jiġu internazzjonalizzati.

1.4.1   Fost l-azzjonijiet prijoritarji, il-KESE jidentifika: l-iżvilupp tal-potenzjal tal-intraprenditorija l-ġdida, b’mod partikolari fost in-nisa, l-impjieg taż-żgħażagħ u l-appoġġ lill-inizjattiva ewlenija “Żgħażagħ attivi”.

1.4.2   Jirrakkomanda li tiġi organizzata b’mod regolari konferenza annwali tal-SMEs immirata għat-tħejjija ta’ rendikont tas-sitwazzjoni Ewropea tal-SMEs, b’mod partikolari fir-rigward tal-impjieg. Din il-konferenza, li tista’ sservi ta’ mudell, għandha tlaqqa’ diversi organizzazzjonijiet professjonali nazzjonali u Ewropej u mill-istituzzjonijiet Ewropej kollha.

1.5   B’mod partikolari, il-KESE jitlob għat-tnedija ta’ pjan direzzjonali mill-iżjed fis bil-għan li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp ta’ intrapriżi innovattivi ġodda u għall-appoġġ tal-SMEs attwali biex jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, li huma meħtieġa biex noħorġu mill-kriżi, u bil-għan li nerġgħu lura għat-tkabbir sostenibbli. Il-miżuri previsti għandhom ikunu programmati fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, u għandhom jinkludu kemm l-intrapriżi kummerċjali u mhux kummerċjali, kif ukoll dawk tal-ekonomija soċjali. Flimkien ma’ dan il-pjan direzzjonali għandu jiġi previst taħriġ għall-persuni qiegħda u għaż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jsibu impjiegi ġodda.

1.5.1   L-UE tista, bi ftehim mal-Istati Membri, tappoġġja l-użu tal-Fondi Strutturali fir-reġjuni ta’ konverġenza bil-għan li jingħata appoġġ lill-SMEs.

1.6   Fil-fehma tal-KESE, għandu jitħaffef il-proċess tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs bil-għan li jiżdied l-aċċess tagħhom għas-swieq ġodda u, għalhekk, il-kapaċità tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi.

1.6.1   L-aċċess għas-swieq ġodda għandu jkun preċedut minn ftehimiet kummerċjali sodi li jiġbru fihom protokolli proċedurali sempliċi li jistgħu jintużaw immedjatament mill-SMEs.

1.7   Fil-fehma tal-KESE, it-tixrid ta’ kultura intraprenditorjali u tas-sens tal-inizjattiva f’ambjent li jappoġġja l-intraprendituri, jifhem ir-riskji tas-suq u jagħti importanza lill-kapital uman huwa fundamentali.

1.8   It-taħriġ, it-trasferiment tal-għarfien u l-kwalifiki, il-metodi ta’ ħidma ġodda u l-iżvilupp ta’ attitudnijiet favur it-tibdil għandhom jiġu inkoraġġuti, l-iktar matul din il-kriżi, biex jiġi żgurat li l-impjiegi ma jintilfux u li jissaħħaħ ir-rwol li jaqdu l-ħaddiema fit-tisħiħ tal-intrapriżi tagħhom.

1.9   Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-akkwist pubbliku, b’konformità mal-istandards soċjali u ambjentali, bħala mezz biex jappoġġja s-sopravivenza tal-intrapriżi u l-impjiegi lokali. Il-prinċipju “L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir” (“Think Small First”) għandu jkun obbligatorju waqt kriżi, peress li għadd kbir ta’ impjiegi jkunu fil-periklu li jintilfu. L-użu korrett, responsabbli u intelliġenti tad-domanda pubblika għandu jħeġġeġ kompetizzjoni miftuħa u l-innovazzjoni.

1.10   Fil-fehma tal-KESE, jinħtieġ jissaħħaħ l-iżvilupp tal-“clusters” u tal-gruppi settorjali tal-SMEs. L-iskambju ta’ kuntratti u ta’ għarfien bejn l-intrapriżi l-kbar u ż-żgħar jista’ jwassal għal impetu innovattiv, permezz ta’ sistemi ta’ netwerks, anke dawk settorjali.

1.11   Il-KESE jirrakkomanda li sabiex isir l-aħjar użu mill-inizjattivi settorjali ewlenin, l-iżvilupp tagħhom mil-lat tat-teknoloġija, l-impjieg, l-investiment u l-aħjar użu tar-riżorsi umani għandu jittejjeb.

1.12   Il-bżonn li jiġu żviluppati strumenti finanzjarji ġodda għandu jiġi rikonoxxut. Fil-fehma tal-KESE, l-isfida finanzjarja u l-aspetti l-oħrajn tal-kriżi li qed jiffaċċjaw l-SMEs kienu aggravati minħabba l-inkapaċità li jiġu żviluppati miżuri ġodda. Strumenti bħal JEREMIE, JASPERS u JESSICA għandhom jissaħħu.

1.13   Fil-fehma tal-KESE, il-Kummissjoni għandha tħaffef il-pass tal-“fitness checks” tal-leġislazzjoni eżistenti, u b’hekk tagħti eżempju lill-Istati Membri, bil-għan li jitnaqqsu l-effetti kumulattivi tal-leġislazzjoni, l-obbligi marbuta mal-konformità u l-ispejjeż.

1.14   Fil-fehma tal-Kumitat, għandha ssir analiżi preventiva tal-proposti leġislattivi l-ġodda, bil-għan li jiġi stabbilit l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, bis-saħħa ta’ valutazzjonijiet tal-impatt operattivi, Komunitarji u nazzjonali.

1.15   Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tisħaq fuq u żżid l-interventi tagħha fil-promozzjoni tat-teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, li huma sors ta’ impjiegi ġodda u ta’ kwalità aħjar.

1.16   Ikun utli, fil-fehma tal-Kumitat, li jiġi appoġġjat u mħeġġeġ it-tixrid ta’ netweks internazzjonali u settorjali għall-protagonisti fil-qasam tal-kreattività u l-innovazzjoni. Il-KESE jirrakkomanda f’dan ir-rigward li l-“Enterprise Europe Network” minbarra funzjonijiet ġenerali ta’ informazzjoni u parir ikollu wkoll funzjoni settorjali u b’hekk funzjonijiet amministrattivi komprensivi.

1.17   Il-KESE jitlob li l-Istatut Ewropew tal-SMEs jiġi adottat u li jiġi implimentat is-Small Business Act fil-livell tal-Istati Membri mill-iżjed fis, kif diġà osserva qabel.

2.   Introduzzjoni

2.1   Meta faqqgħet il-kriżi ekonomika fl-2008, it-tendenza pożittiva li kienet reġistrata bejn l-2002 u l-2008 fis-settur tal-SMEs waqfet għal għarrieda, bil-konsegwenza li ġie previst telf ta’ 3,25 miljun post tax-xogħol fil-perjodu 2009-2010 (1).

2.2   Ir-rata tal-qgħad fl-UE kienet 9,6 % fl-2010, u kienet ogħla fis-setturi tal-amministrazzjoni pubblika, it-trasport u t-telekomunikazzjoni. Kien hemm espansjoni żgħira fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut u tal-manifattura, mentri s-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ – bejn il-15 u l-24 sena – baqa’ batut, u l-qgħad kien madwar 21 %, jiġifieri l-ogħla rata minn mindu faqqgħet il-kriżi.

2.2.1   Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika u fatturi bħall-globalizzazzjoni, il-progress teknoloġiku, it-tixjiħ demografiku u l-bidla gradwali lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u ta’ partikoli taw spinta qawwija għal tibdil rapidu fil-kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa fis-suq tax-xogħol, bi tkabbir qawwi fil-professjonijiet ġodda.

2.3   Fil-livell settorjali, jidher li r-reċessjoni aċċellerat ix-xejra attwali li l-postijiet tax-xogħol fis-setturi tal-manifattura primarji u bażiċi jiġu ttrasferiti għas-settur tas-servizzi, bi previżjonijiet ta’ tnaqqis sostanzjali fl-impjieg fl-industrija primarja u s-settur tal-biedja, kif ukoll telf ta’ impjiegi mistenni fis-setturi tal-manifattura u l-produzzjoni fil-perjodu 2010-2020. Minn naħa oħra, hija prevista żieda fl-impjieg fis-settur tas-servizzi, b’mod partikolari fis-servizzi lill-industrija u dawk tas-suq. Huma previsti wkoll żidiet fid-distribuzzjoni u t-trasport, u fis-setturi tal-lukandi, tal-forniment tal-ikel u t-turiżmu, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tas-sigurtà.

2.4   Rigward il-profili tax-xogħol, it-tendenza li għandha tiġi kkonsolidata u tiżdied sal-2020 hija dik tal-maniġment intermedju u superjuri (40 %), jiġifieri d-diriġenti, il-professjonisti u t-tekniċi, li jirrappreżentaw l-hekk imsejħa “knowledge and skill-intensive jobs” (impjiegi intensivi fl-għarfien u l-ħiliet speċjalizzati).

2.4.1   L-iżjed tnaqqis sostanzjali huwa mistenni fin-numru tal-ħaddiema bi kwalifiki formali ta’ livell baxx jew b’inqas kwalifiki. Ħareġ fid-dieher li l-impjieg fis-setturi li jipproduċu prodotti kapitali huwa iżjed vulnerabbli għall-kriżijiet ekonomiċi ġenerali minħabba l-importanza partikolari tal-kompetenzi, peress li dawn is-setturi spiss jiġu assoċjati ma’ kompetenzi speċifiċi.

2.5   Il-Kumitat kemm-il darba tenna (2) li “ir-rwol kruċjali li jaqdu l-SMEs fl-ekonomija tal-UE jingħaraf minn kulħadd” u enfasizza (3) li “peress li l-produzzjoni ekonomika, l-innovazzjoni u l-impjieg qed jiddependu dejjem iktar mill-SMEs, waħda mill-prijoritajiet għandha tkun l-iżvilupp tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ”.

2.6   Hemm ’il fuq minn 20 miljun intrapriża indipendenti fl-UE, u 'l fuq minn 99 % minnhom huma SMEs b’inqas minn 250 impjegat. Il-biċċa l-kbira (92 %) huma mikrointrapriżi b’inqas minn 10 impjegati. Barra minn hekk, l-SMEs jirrappreżentaw ’il fuq minn 67 % tal-impjieg fl-UE (4). Ħafna mill-SMEs li baqgħu fuq saqajhom minkejja l-kriżi rnexxilhom jagħmlu dan bis-saħħa tal-impenn tal-persunal tagħhom.

2.7   Barra minn hekk, jeħtieġ niftakru li bosta ostakli, bħal pereżempju:

ambjent li mhuwiex adattat għall-iżvilupp tal-intraprenditorija,

aċċess diffiċli għall-kreditu,

diffikultajiet marbuta mal-internazzjonalizzazzjoni u l-aċċess għas-swieq,

fluss tal-għarfien jew tal-kapaċità tal-ġestjoni insuffiċjenti,

ħarsien insuffiċjenti tal-proprjetà intellettwali,

jistgħu jxekklu l-ħolqien ta’ intraprenditorija ġdida u l-ħolqien u l-iżvilupp rapidu ta’ SMEs innovattivi, u jistgħu jagħmlu mod ukoll li ma tiġix implimentata bis-sħiħ il-politika favur livell massimu ta’ impjiegi.

2.8   Fl-2009, in-numru tal-intrapriżi l-kbar li rreġistraw tnaqqis fil-livelli tal-impjieg kien id-doppju ta’ dak fir-rigward tal-intrapriżi ż-żgħar u aktar mit-triplu fir-rigward tal-mikrointrapriżi. Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw il-kapaċità tal-mikrointrapriżi li jservu ta’ stabbilizzaturi fir-rigward taċ-ċikli ekonomiċi.

2.9   Madankollu, it-tendenzi tas-suq tax-xogħol Komunitarju għadhom ikkaratterizzati minn żbilanċi sostanzjali minn pajjiż għal ieħor, b’livelli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ inaċċettabbli: jekk huwa minnu li r-rata medja tal-UE għall-2010-2011 tilħaq il-livell kritiku ta’ 'l fuq minn 10 %, id-distribuzzjoni tal-forza tax-xogħol fost is-setturi, ir-reġjuni u, fuq kollox, fost il-kategoriji differenti tal-età, hija ferm iżjed preokkupanti.

2.9.1   L-iżjed edizzjoni reċenti tal-pubblikazzjoni “Employment in Europe 2010” turi li ż-żgħażagħ huma l-vittmi prinċipali tal-kriżi, b’impatt qawwi fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena, li jilħaq u jaqbeż it-30 % f’ċerti Stati Membri.

2.10   L-analiżi tat-tendenzi fid-distribuzzjoni tal-forza tax-xogħol Ewropea fis-setturi differenti (5) – skont il-kategorija tal-età, il-ġeneru u t-tip tal-intrapriża – tindika li:

ir-rata tal-qgħad globali tal-UE-27 (6) żdiedet minn 62,2 % fl-2000 għal 64,6 % fl-2009;

ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (7) fl-istess perjodu naqset minn 37,5 % għal 35,2 %;

ir-rata globali tal-qgħad fost in-nisa żdiedet minn 53,7 % għal 58,6 %, mentri għan-nisa żgħażagħ naqset minn 34,1 % għal 33,1 %;

ir-rata tal-qgħad fl-UE-27 fis-settur industrijali naqset minn 26,8 % fl-2000 għal 24,1 % fl-2009;

ir-rata tal-qgħad fis-settur tas-servizzi żdiedet minn 65,9 % fl-2000 għal 70,4 % fl-2009;

ir-rata tal-qgħad fis-settur tal-agrikoltura żdiedet minn 7,3 % fl-2000 għal 5,6 % fl-2009.

2.11   Id-data disponibbli għall-UE-15 turi sitwazzjoni kemxejn aħjar, kemm fir-rigward tar-rata tal-qgħad globali (63,4 %-65,9 %) kif ukoll fir-rigward tal-qgħad fost in-nisa (54,1 %-59,9 %).

2.12   Huwa wieħed mill-għanijiet tal-programm Komunitarju “Żgħażagħ attivi” li ż-żgħażagħ – kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa – jingħataw kompetenzi u kwalifiki ġodda, allavolja dan il-programm jidher limitat, fid-dawl tal-enormità tal-problema u tal-bżonn li din l-inizjattiva tiġi integrata ma’ oħrajn bil-għan li jinħolqu attivitajiet u intrapriżi ġodda.

2.13   Il-Kumitat, fost l-oħrajn permezz tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), diġà esprima fehmtu dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-impjieg fis-settur tal-manifattura, is-settur tal-karozzi, l-industrija tat-tessuti, l-industriji tax-xogħol tal-metall, l-indutrija ajrunawtika, l-industriji kulturali u kreattivi, l-industriji tat-tbaħħir u tal-bini tal-bastimenti, l-industriji tal-faħam u l-azzar, l-industrija tat-tagħmir domestiku u oħrajn fis-setturi tal-forestrija, il-biedja u s-servizzi.

2.14   L-SMEs, flimkien mal-intrapriżi l-kbar, għandhom preżenza importanti fis-setturi kollha, fosthom is-settur tal-manifattura (minn 2 376 000 intrapriża Ewropea, 2 357 000 huma SMEs), is-settur tal-bini (2 914 000 minn 2 916 000), is-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, it-tiswija tal-karozzi u l-muturi u l-prodotti għall-konsum tal-familji (total ta’ 6 491 000 minn 6 497 000), biex ma nsemmux is-servizzi relatati mal-bejgħ tal-proprjetà u l-beni immobbli, is-settur tal-forniment tal-ikel, tal-lukandi u tat-trasport.

2.15   Il-KESE jenfasizza li l-intrapriżi l-kbar, ta’ daqs medju u dawk żgħar jikkomplementaw lil xulxin bis-sħiħ, u dan sikwit joħroġ fid-dieher fil-kwalità tas-sottokuntrattar, l-effiċjenza tal-outsourcing u l-ħolqien ta’ spin-offs innovattivi.

2.16   Jeżistu għadd ta’ possibbiltajiet li jinħolqu impjiegi ġodda – bħala mezz għall-ġlieda kontra l-kriżi u favur tkabbir ekonomiku sostenibbli u kompetittiv – permezz tal-SMEs fis-settur pubbliku u dak privat u fis-settur tal-ekonomija soċjali, b’mod partikolari f’dawn is-setturi (8):

spin-offs fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp,

is-settur tal-IT u attivitajiet relatati miegħu,

l-attivitajiet tal-manutenzjoni u r-ristrutturar tal-patrimonju tal-bini,

l-attivitajiet awżiljarji għall-intermedjazzjoni finanzjarja,

is-settur tal-lukandi u tal-forniment tal-ikel,

is-settur tat-turiżmu u l-kultura,

is-settur tal-posta u tat-telekomunikazzjoni u tat-trasport,

is-settur tal-elettriku, il-gass u l-ilma, u

is-setturi fl-hekk imsejħa lead markets (swieq ġodda): is-servizzi elettroniċi fil-qasam tas-saħħa, il-bini sostenibbli, it-tessuti intelliġenti, il-prodotti fuq bażi bijoloġika, ir-riċiklaġġ, l-enerġija rinnovabbli u l-ekonomija ekoloġika.

2.17   Fir-rigward tad-distribuzzjoni reġjonali tal-kontribut tal-SMEs għall-valur miżjud u l-impjieg tal-UE, jidher li, fil-perjodu 2002-2007, ma tantx kien hemm differenzi mil-lat tal-impjieg, iżda l-kontribut tal-SMEs mil-lat tal-valur miżjud jindika differenzi sostanzjali bejn l-UE-12 u l-UE-15, peress li d-differenza ta’ produttività tax-xogħol bejn l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar fl-Istati Membri ġodda hija ogħla minn dik fl-Istati Membri l-antiki.

2.18   Barra minn hekk, minbarra l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, l-SMEs, li huma mezz importanti biex jikkonvertu l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku f’applikazzjonijiet, jikkontribwixxu bil-bosta għad-dinamiżmu u l-prestazzjoni innovattiva tal-ekonomija, permezz tat-trasferiment u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ideat u s-sejbiet. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, fil-livell Ewropew, l-approċċi l-ġodda msejsa fuq il-prinċipju “L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir” u s-Small Business Act għadhom ma ġewx implimentati kompletament, speċjalment fil-livell reġjonali u nazzjonali.

2.19   Fil-fehma tal-Kumitat, għandu jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ gruppi (“clusters”) innovattivi tal-SMEs b’kapaċità għolja ta’ żvilupp, bħala oriġinaturi ta’ “qabżiet innovattivi” (“innovative leaps”), permezz ta’ sistemi ta’ netwerks li huma kapaċi jqiegħdu prodotti ta’ kwalità għolja li jkunu aċċessibbli għall-utenti fis-suq b’mod rapidu.

2.20   L-element fundamentali għat-tisħiħ tal-iżvilupp u l-kompetittività tal-SMEs huwa li jingħata appoġġ lill-internazzjonalizzazzjoni tagħhom fis-swieq globali u li jiġi żviluppat il-potenzjal tagħhom fis-suq intern billi jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs fir-rigward tal-kompetizzjoni u kwistjionijiet operattivi.

2.21   Filwaqt li, inġenerali, l-SMEs huma responsabbli għal iżjed minn 50 % tal-PDG nazzjonali, huma responsabbli biss għal 30 % tal-esportazzjonijiet, allavolja l-kontribut tagħhom ta’ spiss ikun fi ħdan il-katini globali tal-valur.

2.22   Barra minn hekk, saret enfasi kbira fuq aċċess iżjed sempliċi għall-kreditu: l-UE appoġġjat lill-gvernijiet, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-intrapriżi l-kbar matul il-kriżi, mentri xejn, jew ftit li xejn, mhu qed isir biex jiġu appoġġjati l-SMEs u l-ħolqien ta’ impjieg produttiv u sostenibbli fil-livell lokali. Ikun utli li jissaħħu l-istrumenti JEREMIE, JESSICA u JASPERS.

2.23   Fil-fehma tal-KESE, il-gvernijiet tal-UE għandhom jappoġġjaw bl-akbar qawwa:

il-programmi nazzjonali u reġjonali għall-promozzjoni tal-intraprenditorija,

l-istrumenti biex l-SMEs jibqgħu attivi,

l-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda, marbuta mal-prodotti u s-servizzi intelliġenti,

it-tnaqqis tal-burokrazija,

it-taħriġ tal-persuni qiegħda u taż-żgħażagħ biex ikollhom aċċess għal impjiegi ġodda,

it-titjib tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja tal-forza tax-xogħol,

id-djalogu soċjali,

it-titjib tal-aċċess għall-programmi Komunitarji, b’enfasi partikolari fuq il-finanzjament tal-SMEs,

il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u x-xogħol mhux iddikjarat,

it-tnaqqis u s-semplifikazzjoni tal-burokrazija, permezz tat-tisħiħ tal-one-stop shops u n-netwerks settorjali.

2.24   B’mod partikolari, il-KESE jirrakkomanda li titħaffef ir-reviżjoni li għaddejja bħalissa, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-programmi Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp.

2.25   Il-falliment tas-suq li jippromovi impjiegi sostenibbli, l-iżvilupp tal-ispirtu intraprenditorjali, l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli għandu jiġi indirizzat permezz ta’ pakketti ta’ azzjonijiet dinamiċi, li jkunu jistgħu jindirizzaw u jappoġġjaw il-ħolqien, it-tkabbir u l-ħruġ mis-suq tal-intrapriżi, taħt kundizzjonijiet adegwati, ċari u trasparenti.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Din l-opinjoni esploratorja tħejjiet wara li saret talba mill-Presidenza Ungeriża għal opinjoni dwar l-effett tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq il-forza tax-xogħol u d-distribuzzjoni tagħha fost is-setturi produttivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-SMEs.

3.2   Il-KESE huwa tal-fehma li, jekk nixtiequ noħorġu mill-kriżi u naqdu rwol ewlieni fil-globalizzazzjoni, neħtieġu azzjoni Komunitarja immedjata, koerenti u kkoordinata, li ma tissejjisx biss fuq l-intenzjonijiet biss iżda fuq l-implimentazzjoni fil-prattika ta’ firxa sħiħa ta’ prijoritajiet li għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet operattivi fis-suq intern u s-swieq globali. Din l-azzjoni għandha tappoġġja l-innovazzjoni fi ħdan l-SMEs, tagħti ħajja ġdida lill-ispirtu intraprenditorjali, tkun kapaċi tidentifika mezzi ġodda għat-taħriġ u t-titjib tal-ħiliet tal-persunal u tadatta s-suq tax-xogħol għall-isfidi l-ġodda.

3.3   Biex ikunu jistgħu jiżguraw bis-sħiħ il-kontribut pożittiv tagħhom għall-impjieg, anke fil-kuntest ġdid tal-globalizzazzjoni, u minkejja l-kriżi dinjija attwali fil-pajjiżi industrijalizzati, l-SMEs għandhom ikunu jistgħu jikkompetu taħt l-istess kundizzjonijiet, anke mil-lat ta’ dawn l-aspetti:

it-twaqqif ta’ pjan direzzjonali għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat li l-SMEs jistgħu jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-ħolqien tal-impjieg,

l-iżvilupp tal-kapaċità innovattiva tal-SMEs u l-appoġġ lin-netwerks, id-distretti produttivi, is-servizzi u l-parks teknoloġiċi (9);

garanziji ta’ aċċess għas-swieq barranin, għall-finanzjament u għat-tisħiħ tal-assigurazzjonijiet u tal-garanziji ta’ ħlas fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet internazzjonali;

strutturi intelliġenti li jipprovdu appoġġ ekonomiku lis-swieq (10), flimkien ma’ reċiproċità sħiħa fil-ftuħ tas-suq Ewropew u s-swieq barranin;

rispett tal-istandards soċjali u ambjentali u tal-proprjetà industrijali u intellettwali;

miżuri kontra l-informazzjoni asimmetrika fir-rigward tal-aċċess għall-kreditu, bil-għan li li tiġi żgurata provvista adegwata ta’ krediti, self u parteċipazzjoni fil-kapital ta’ riskju;

strutturi ta’ taħriġ tul il-ħajja, kemm għall-iżvilupp tal-intraprenditorija u l-ġestjoni tal-intrapriżi, kif ukoll biex tiġi żgurata forza tax-xogħol kwalifikata f’qafas ta’ flessigurtà, negozjata bejn l-imsieħba soċjali;

djalogu soċjali fil-livell nazzjonali u Ewropew li jirrikonoxxi l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs, bil-għan li tiġi garantita r-rappreżentazzjoni adegwata tagħhom fil-livell Komunitarju, iżda wkoll djalogu li jagħmilha possibbli li l-imsieħba soċjali jindirizzaw b’mod adegwat l-impatt tal-kriżi;

fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, il-ġlieda kontra l-ekonomija informali u t-tisħiħ tal-politika tal-kompetizzjoni.

3.4   Fil-fehma tal-KESE, jeħtieġ li l-proċeduri amministrattivi u regolatorji għat-twaqqif tal-intrapriżi, b’mod partikolari fil-livell tal-Istati Membri, jiġu razzjonalizzati u ssemplifikati biex jiġi żgurat li l-intrapriżi eżistenti jgawdu mill-opportunitajiet teknoloġiċi u kummerċjali u li s-SMEs ġodda jkunu jistgħu joħolqu impjiegi ġodda, u b’hekk japplikaw b’mod sħiħ u konkret il-prinċipju “L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir” u s-Small Business Act.

3.4.1   Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li jiġi adottat l-Istatut tal-SMEs Ewropej u tiġi eżaminata s-soċjetà kooperattiva Ewropea, bil-għan li tixtered iżjed.

3.5   Jeħtieġ li jiġi ffaċilitat il-proċess tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, billi tiżdied il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi fis-sħubijiet ta’ riċerka u jiġi żgurat aċċess għas-swieq barranin.

3.5.1   Dan l-għan għandu jintlaħaq ukoll permezz ta’ strateġija li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ netwerks internazzjonali fost il-protagonisti fil-qasam tal-kreattività u l-innovazzjoni, fosthom id-diriġenti, ir-riċerkaturi u l-membri tal-professjonijiet liberali, bil-għan li jiġu promossi s-sinerġiji u tittejjeb l-internazzjonalizzazzjoni fil-professjonijiet liberali.

3.6   Jeħtieġ li tixtered il-kultura intraprenditorjali u jissaħħu s-sens tal-inizjattiva u l-intraprenditorija tan-nisa, waqt li jiġu żviluppati l-kompetenzi strateġiċi u ġestjonali u jissaħħaħ it-taħriġ.

3.6.1   Jidher utli wkoll li jiġi introdott pjan direzzjonali, bi statistika kull sitt xhur dwar il-fatturi varjabbli ekonomiċi u soċjali tal-SMEs Ewropej.

3.7   It-taħriġ kontinwu għad-diriġenti u l-ħaddiema għandu jwassal għal riżorsi umani kkwalifikati u aġġornati f’qafas li jinkoraġġixxi oppurtunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa. Il-KESE jitlob li tittieħed azzjoni prijoritarja fil-livell Komunitarju, nazzjonali u reġjonali li tiġġieled kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ billi jinħolqu iżjed opportunitajiet ta’ apprendistat, esperjenzi prattiċi ta’ xogħol (work placements), sponsorships tal-gradwati, b’mod partikolari fil-qasam tax-xjenza, u billi titnieda kampanja li tenfasizza l-benefiċċji ta’ impjieg fis-setturi tal-industrija u l-manifattura u tal-inizjattiva intraprenditorjali, b’mod partikolari fost in-nisa.

3.8   Il-KESE huwa konvint li l-kapaċità ta’ assorbiment tal-innovazzjoni għandha tissaħħaħ: jeħtieġ li jissaħħu n-netwerks tal-kompetenzi u l-għarfien u jiġu żviluppati kemm id-distretti industrijali tal-ġenerazzjoni l-ġdida kif ukoll l-infrastruttura għat-trasferiment tat-teknoloġija u għall-mobbiltà tar-riżorsi umani bejn l-industrija, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet, anke fi ħdan il-qafas tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), li għandu jinkorpora l-SMEs.

3.9   Fil-fehma tal-Kumitat, l-iżvilupp ta’ inizjattivi ewlenin settorjali għandu jkun ikkoordinat aħjar mill-perspettiva ta’ teknoloġija, investiment u t-taħriġ u l-iżvilupp tar-riżorsi umani.

3.10   Is-swieq tax-xogħol Ewropej ser joħorġu minn din il-kriżi mibdula bil-kbir, u għalhekk, il-ħaddiema u l-intraprendituri għandhom ikunu lesti – bis-saħħa tal-kompetenzi u l-appoġġ adegwati – li jadattaw ruħhom għal sitwazzjoni li qed tinbidel: “Il-kriżi ġabet fix-xejn ħafna mill-progress tal-imgħoddi li jfisser li għandna bżonn urġenti li nirriformaw is-swieq tax-xogħol, niżguraw li l-ħiliet ikunu konformi mad-domanda u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu tajbin għall-ħolqien tal-impjiegi.” (11)

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Rapport dwar “European SMEs under pressure” (“SMEs Ewropej taħt pressjoni” – mhux disponibbli bil-Malti), 2010.

(2)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Id-diversi miżuri ta’ politika, minbarra finanzjament xieraq, li jgħinu t-tkabbir u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju”, ĠU C 27, 3.2.2009, p. 7; l-opinjoni tal-KESE dwar “Kif għandhom jiġu appoġġjati l-SMEs biex jadattaw għall-bidliet fis-swieq globali”, ĠU C 255, 22.9.2010, p. 24 u l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: ‘Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir’: ‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa”, ĠU C 182, 4.8.2009, p. 30.

(3)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “L-Istrateġija ta’ Lisbona wara l-2010”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 3.

(4)  Sors: Eurostat.

(5)  Eurostat – Labour market indicators/European Union 27-2010.

(6)  Klassifikazzjoni tal-Eurostat għall-kategorija tal-età 15-64.

(7)  Klassifikazzjoni tal-Eurostat għall-kategorija tal-età 15-24.

(8)  Ara Hartmut Schrör, “Enterprise births, survivals and deaths - employment effects” (“Il-ħolqien, is-sopravivenza u l-mewt tal-intrapriżi – l-impatt fuq l-impjieg”) (Eurostat, Statistics in Focus, 44/2008).

(9)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Iż-żoni industrijali Ewropej u n-netwerks ġodda tal-għarfien”, ĠU C 255, 14.10.2005, p. 1 (“European industrial districts and the new knowledge networks” – mhux disponibbli bil-Malti); l-opinjoni tal-KESE dwar “Ir-rwol tal-parks teknoloġiċi fit-trasformazzjoni industrijali tal-Istati Membri l-ġodda”, ĠU C 65, 17.3.2006, p. 51 (“The role of technology parks in the industrial transformation of the new Member States” – mhux disponibbli bil-Malti); u l-opinjoni tal-KESE dwar “Bidliet industrijali, żvilupp tat-territorju u responsabbiltà tal-intrapriżi”, ĠU C 175, 28.7.2009, p. 63.

(10)  Ara l-aċċess u l-istrutturi semplifikati tal-bażi tad-data dwar l-aċċess tas-suq (Market Access Database – MADB).

(11)  Ara László Andor, Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni – IP/10/1541, 23 ta’ Novembru 2010.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/7


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tal-politika tal-familja fil-proċess tat-tibdil demografiku: skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri”

(opinjoni esploratorja)

2011/C 218/02

Relatur ġenerali: is-Sur BUFFETAUT

Korelatur ġenerali: is-Sinjura OUIN

F'ittra datata l-15 ta’ Novembru 2010, is-Sur Péter GYÖRKÖS, Ambaxxatur, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f'isem il-Presidenza Ungeriża u b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jfassal opinjoni esploratorja dwar

Ir-rwol tal-politika tal-familja fil-proċess tat-tibdil demografiku: skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri.

Fis-7 ta’ Diċembru 2010, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett (relatur: is-Sur BUFFETAUT, korelatur: is-Sinjura OUIN).

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu tal-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), li jaħtar lis-Sur Stéphane BUFFETAUT bħala relatur ġenerali u lis-Sinjura Béatrice OUIN bħala korelatur ġenerali u adotta din l-opinjoni b'183 vot favur, 3 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-politiki tal-familja fl-Ewropa għandhom bażi u kontenut differenti, iżda għandhom għan komuni: l-appoġġ tal-familji. Il-politiki nazzjonali u reġjonali iktar ġenerali, il-politiki tal-investiment u tat-taħriġ, tad-djar u tax-xogħol jistgħu jagħmlu Stat Membru jew reġjun territorju attraenti għall-familji u jikkostitwixxu ambjent favorevoli għalihom.

1.2

It-tqabbil tas-sistemi eżistenti huwa interessanti għax jippermetti l-identifikazzjoni ta’ prattiki tajba iżda, biex ikun effettiv bis-sħiħ, jeħtieġ li l-offerta tas-servizzi u l-mekkaniżmi ta’ appoġġ jissodisfaw l-istennijiet tal-familji u tal-ġenituri jew tal-ġenituri futuri. Dawn l-istennijiet jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor skont il-kultura nazzjonali, it-tradizzjonijiet u d-drawwiet soċjali. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-awtoritjiet pubbliċi jevitaw suppożizzjonijiet ideoloġiċi u jipproponu miżuri li verament jagħtu lill-individwi l-opportunità li jibnu familja u li jkollhom l-ammont ta’ tfal li jixtiequ.

1.3

Għad li l-politiki tal-familja ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea, hija tista' tilleġisla fl-oqsma li jikkonċernaw il-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol, l-ugwaljanza fix-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa, u l-ħarsien u l-iżvilupp tat-tfal.

1.4

L-UE tista' taqdi rwol utli wkoll fir-rigward tal-għarfien dwar is-sitwazzjonijiet u t-tibdil tad-demografija u l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri.

1.5

Illum il-ġurnata, għadd ta’ inizjattivi u finanzjamenti relatati qed jiġu żviluppati taħt it-tmexxija tal-Unjoni Ewropea u l-fondi strutturali jew il-Fond Soċjali Ewropew jistgħu u diġà qed jappoġġjaw il-politiki favur il-familji.

1.6

Ikun opportun li dawn l-inizjattivi jiġu integrati aħjar u li jitqiegħdu taħt l-awtorità, jew tal-anqas taħt il-koordinazzjoni, ta’ korp inkarigat li jiddefinixxi politika ġenerali u li jiddetermina l-prijoritajiet għall-azzjoni u r-riċerka. Dan ir-rwol ta’ kunduttur u ta’ koordinatur jista' jinqasam bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-iktar bis-saħħa tal-Alleanza Ewropea għall-Familji, għall-aspetti ta’ natura aktar politika u ta’ ġestjoni, u l-Eurofound għall-aspetti aktar xjentifiċi.

1.7

Tkun ħaġa tajba li l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-familji jiġu involuti fit-tfassil tal-politiki tal-familja jew li għandhom impatt fuq il-familji, kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri.

1.8

Il-biċċa l-kbira tal-politiki fil-livell Ewropew għandhom impatt dirett fuq il-ħajja tal-familji. F'dawn il-kundizzjonijiet, il-KESE jirrakkomanda li d-dimensjoni tal-familja tiġi integrata b'mod trasversali fil-politiki Ewropej kollha, b'mod partikolari fit-twettiq tal-istudji tal-impatt li issa huma neċessarji għal kwalunkwe leġislazzjoni Ewropea (1), u integrata f'kull valutazzjoni tal-politiki eżistenti li jridu jiġu riveduti.

1.9

Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-idea li l-2014 tkun is-Sena Ewropea tal-Familji.

2.   Introduzzjoni: is-sitwazzjoni demografika attwali

2.1

Il-familji Ewropej għaddejjin minn perjodu ta’ tibdil sħiħ: rata tat-twelid ferm aktar baxxa mir-rata tat-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet għal bosta għexieren ta’ snin (2), nisa li jkollhom l-ewwel tarbija aktar tard f'ħajjithom, żieda fir-rata ta’ separazzjonijiet, żieda fil-persentaġġ ta’ familji b'ġenitur wieħed u familji mingħajr sors ta’ dħul stabbli, żieda fl-istennija tal-ħajja li tfisser ukoll żieda fl-għadd ta’ anzjani dipendenti, l-iktar minħabba l-wirt demografiku. L-evoluzzjoni tal-istrutturi tal-familja qajmet sfidi ġodda li jridu jiġu kkunsidrati fit-tfassil u l-koordinazzjoni tal-politiki tal-familja, u mbagħad fl-implimentazzjoni tagħhom.

2.2

Il-bidla minn familja estiża lejn familja “nukleari”, fost raġunijiet oħra, minħabba l-urbanizzazzjoni u t-tibdil fl-istil tal-ħajja, seħħet flimkien mal-fatt li feġġu gruppi soċjali ġodda li jinsabu f'riskju akbar ta’ esklużjoni soċjali iktar frekwenti. Dawn jinkludu l-persuni qiegħda għal perjodu twil ta’ żmien, il-familji b'ġenitur wieħed, il-ħaddiema foqra u t-tfal foqra jew mhedda mill-faqar. Sfortunatament, dawn il-fenomeni jolqtu lis-soċjetajiet kollha fl-Ewropa. Huwa stmat li 17 % tal-Ewropej huma milquta mill-faqar u l-esklużjoni soċjali u dan għandu impatt fuq il-politiki tal-familja.

2.3

Għalkemm ir-rata tat-twelid hija inqas mir-rata ta’ tiġdid tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha, jeżistu differenzi kemm fil-livell tas-sitwazzjoni demografika tal-Istati Membri u d-diversi reġjuni tagħhom, kif ukoll fil-politiki tal-familja. Ta' min jinnota wkoll li d-densità demografika stess tvarja sew f'kull Stat Membru, ċerti reġjuni għandhom densità ta’ popolazzjoni kbira filwaqt li oħrajn huma abbandunati, u b'hekk tinħoloq il-kwistjoni tal-ġestjoni tat-territorju u taż-żamma tas-servizzi pubbliċi, inklużi dawk għall-familji. Għalhekk, il-motto tal-Unjoni Ewropea, “magħqudin fid-diversità”, huwa partikolarment iġġustifikat f'dan ir-rigward. It-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea, jiġifieri ż-żieda fil-proporzjon ta’ anzjani, għandu aspett pożittiv: żieda fl-istennija tal-ħajja u tal-ħajja b'saħħitha għall-anzjani. Għandu wkoll aspett negattiv: it-tnaqqis qawwi fir-rata tat-twelid li jwassal għal sitwazzjoni fejn mhux qed ikun hemm tiġdid tal-popolazzjoni.

2.4

L-ebda Stat Membru ma laħaq ir-rata ta’ tiġdid tal-popolazzjoni (3), għalkemm tnejn minnhom, Franza u l-Irlanda, mhumiex wisq'il bogħod. Ir-rata tat-twelid tal-Istati Uniti tal-Amerika kważi laħqet din ir-rata ta’ tiġdid tal-popolazzjoni filwaqt li r-rata tat-twelid tal-Ewropa hija madwar kwart inqas.

2.5

F'dan il-qafas ġenerali, hemm differenzi kbar. Fi tmintax-il Stat Membru hemm żieda naturali, jiġifieri r-rata tat-twelid tisboq ir-rata tal-imwiet, filwaqt li f'disa' Stati Membri hemm tnaqqis naturali, jiġifieri r-rata tal-imwiet tisboq ir-rata tat-twelid (f'ordni axxendenti: il-Portugall, l-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Ġermanja).

2.6

Kwalunkwe tibdil f'din it-tendenza jiddependi l-iktar minn titjib nett fir-rata ġenerali tat-twelid (total fertility rate). Il-flussi tal-migrazzjoni jista' jkollhom impatt ukoll però dan mhuwiex biżżejjed għaliex l-immigranti mhux bilfors jibqgħu jgħixu fejn ir-rata tat-twelid tkun iktar baxxa u dawn jixjieħu wkoll. Barra minn hekk, l-immigrazzjoni tirrikjedi politiki attivi ta’ integrazzjoni biex jiġu evitati problemi ta’ koabitazzjoni bejn il-komunitajiet, problemi li jinħassu aktar f'pajjiżi ospitanti b'dinamika demografika dgħajfa.

3.   L-impatt tal-kriżi fuq il-familji

3.1

Il-kriżi ekonomika kellha sensiela ta’ effetti li laqtu l-kundizzjonijiet tal-ħajja ta’ ċerti familji u għamluha aktar diffiċli li jiġu indirizzati t-talbiet għal appoġġ li kienu neċessarji. Is-sitwazzjoni ekonomika laqtet l-ewwel nett l-impjiegi u r-riżorsi ta’ bosta familji.

3.2

Din il-kriżi u s-sitwazzjoni kritika tal-finanzi pubbliċi f'għadd ta’ Stati Membri jistgħu jwasslu wkoll biex il-gvernijiet ibiddlu jew jipposponu l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-politiki tal-familja.

3.3

Il-maġġoranza tal-politiki tal-intern tal-Istati Membri jikkonċernaw direttament lill-familji jew għandhom impatt fuqhom. Dawn jinkludu l-politiki tal-ġlieda kontra l-esklużjoni, il-politiki tat-taħriġ, tad-djar, tat-trasport pubbliku, tal-enerġija, tal-assistenza soċjali, l-edukazzjoni, l-impjieg, eċċ. Dan joħroġ fid-dieher il-ħtieġa li jkun hemm segwitu trasversali ta’ dawn il-politiki mil-lat tal-impatt tagħhom fuq il-familji (family main-streaming) (4).

4.   Politiki favur tipi differenti ta’ familji

4.1

Politika tal-familja komprensiva tinkludi miżuri fiskali u benefiċċji għall-familji, azzjonijiet favur l-ugwaljanza fix-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa, is-servizzi ta’ akkoljenza u appoġġ għat-tfal u l-persuni dipendenti oħra, id-drittijiet tal-familja fis-sistemi tal-assigurazzjoni għat-tixjiħ u l-possibbiltà tal-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol, bħal-leave tal-ġenituri, u l-għażla ta’ xogħol part-time. Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom politiki bħal dawn għalkemm l-enfasi fuq aspett jew ieħor tista' tvarja bejn il-pajjiżi u dawn il-politiki jistgħu jkunu maħsuba aktar bħala politiki soċjali milli bħala politiki tal-familja. Din id-diversità mhijiex sorprendenti peress li t-tradizzjonijiet, il-bżonnijet u l-approċċi soċjali u saħansitra filosofiċi jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, bħalma jvarjaw l-istennijiet tal-familji.

4.2

Il-motivazzjoni għal dawn il-politiki tvarja wkoll: xi kultant tkun ta’ natura morali u ċivika, u f'xi każijiet tkun aktar ekonomika jew politika, filwaqt li f'każijiet oħra dawn il-politiki jkunu intiżi biex iżidu r-rata tat-twelid. Tkun xi tkun il-motivazzjoni, il-benesseri morali, tas-saħħa u edukattiva tat-tfal huwa element kruċjali bħalma huwa l-fatt li l-ġenituri jkunu jistgħu jrabbu l-għadd ta’ tfal li jixtiequ u jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet tal-familja tagħhom mal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja soċjali tagħhom.

4.3

Il-pajjiżi Skandinavi ilhom mis-snin 1970 jagħtu attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn il-missirijiet u l-ommijiet kemm fil-ħajja tax-xogħol tagħhom kif ukoll fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħhom fid-dar u introduċew politiki soċjali u ta’ taħriġ vokazzjonali li jippermettu bilanċ aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja u jagħmluha faċli għall-ġenituri biex jerġgħu lura għax-xogħol wara perjodu ta’ leave tal-ġenituri. Fl-Isvezja, dawn il-politiki kienu bbażati fuq riformi importanti fil-qasam tal-leave tal-ġenituri, tas-servizzi pubbliċi tal-kura għat-tfal, tal-miżuri fiskali speċifiċi għall-familji (it-tneħħija tat-taxxa konġunta fl-1971) u tal-liġi tal-familja. Il-politika tal-familja li ġiet introdotta għandha tliet dimensjonijiet: għajnuna diretta għall-familji, għajnuna għall-ġenituri li jaħdmu fil-forma ta’ leave tal-ġenituri mħallas, u l-qsim tad-dritt għal leave tal-ġenituri mħallas bejn il-missier u l-omm. Dan wassal għal livell għoli ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, parteċipazzjoni akbar min-naħa tal-missirijiet fil-kura tat-tfal iż-żgħar, rati tat-twelid relattivament ogħla mill-medja u tnaqqis tal-faqar fost it-tfal. Fl-1988, il-Finlandja introduċiet benefiċċju għal dawk li jieħdu ħsieb it-tfal id-dar. Fl-1998, in-Norveġja introduċiet benefiċċju simili bil-għan li l-ġenituri li jrabbu t-tfal tagħhom mingħajr ma jaħdmu jingħataw rikonoxximent u xi riżorsi.

4.4

Fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-aspett fundamentali huwa ż-żieda fix-xogħol part-time biex jiġi allokat aktar ħin għat-trobbija tat-tfal; din il-possibbiltà intużat mill-missirijiet aktar minn bnadi oħra. Madankollu, 73,2 % tal-irġiel għandhom impjieg full-time meta mqabbel ma’ 45,9 % tan-nisa. 19 % tal-missirijiet jagħżlu li jużaw il-possibbiltà tal-part-time, persentaġġ li huwa ħafna ogħla meta mqabbel mal-bqija tal-Ewropa, filwaqt li l-persentaġġ fost l-ommijiet huwa ta’ 41 %. Din il-possibbiltà tista' tintuża sakemm it-tfal jagħlqu tmien snin u hija akkumpanjata wkoll minn tnaqqis tat-taxxa ta’ EUR 704 fix-xahar. Id-dritt għal-leave huwa 26 darba iktar min-numru ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa, għal kull tifel/tifla, u huwa kumulattiv. Għaldaqstant, is-servizzi ta’ kura tat-tfal jistgħu jintużaw fuq bażi part-time.

4.5

Fi Franza, il-politika tal-familja ilha teżisti ħafna u baqgħet stabbli ħafna maż-żmien, irrispettivament minn liema partit politiku jkun fil-gvern, u tinkludi benefiċċji finanzjarji għall-familji, sistema fiskali ekwitabbli għall-familji, dispożizzjonijiet fis-sistemi tal-irtirar, fil-liġi tax-xogħol li tistabbilixxi tipi speċifiċi ta’ leave mħallas, sistema ta’ kura tat-tfal sal-età ta’ tliet snin u nurseries bla ħlas minn tliet snin'il fuq. L-importanza tagħha tintwera billi jittieħed impenn kemm mill-Istat kif ukoll mid-dipartimenti u l-bliet, irrispettivament mit-tendenzi politiċi tagħhom. Id-dipartimenti u l-bliet jikkomplementaw il-politika nazzjonali permezz ta’ bosta politiki lokali tal-familja, ibbażati fuq is-sistema ta’ kura jew għajnuna għall-familji. Il-benefiċċji tal-familji huma intiżi bħala kumpens għall-piż li jġarrbu l-familji għal kull tifel/tifla u jiffavorixxu l-familji b'ħafna tfal. B'konformità mal-prinċipju ta’ universalità, l-għoti ta’ dawn il-benefiċċji ma jiddependix mill-mezzi tal-familji. Huma mmirati lejn it-tfal u huwa dan li jiddistingwi politika tal-familja minn politika soċjali. B'riżultat ta’ dan, Franza hija wieħed mill-pajjiżi Ewropej bl-ogħla rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u bl-ogħla rata tat-twelid. Il-kwistjoni tal-libertà tal-għażla tal-kura tat-tfal hija essenzjali fil-politika tal-familja Franċiża iżda biex ikun hemm libertà tal-għażla l-ewwel u qabel kollox irid ikun hemm għażla, jiġifieri provvista biżżejjed ta’ forom differenti ta’ kura.

4.6

Fir-Renju Unit, il-politiki huma aktar iffokati, b'mod effettiv, fuq il-ġlieda kontra l-faqar fost il-familji u t-tfal u b'mod ġenerali huwa aċċettat li l-Istat ma jindaħalx fl-għażliet tal-ħajja personali. Dawn il-politiki jidħlu f'kuntest fejn il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol tippermetti li l-ommijiet jerġgħu jsibu xogħol, mingħajr diffikultajiet kbar, u tagħmilha wkoll possibbli li jiġu indirizzati l-istennijiet eteroġenei ħafna tal-familji. Fost in-nisa li huma aktar iffokati fuq il-ħajja tal-familja, ir-rata tat-twelid hija madwar id-doppju tar-rata fost in-nisa li huma aktar involuti fil-ħajja tax-xogħol.

4.7

Il-Ġermanja, li qed tiffaċċja sitwazzjoni demografika kritika, nediet politika ambizzjuża ftit tas-snin ilu biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja fil-prattika u fl-ispirtu għax ma kenitx meqjusa bħala ħaġa tajba li taħdem meta jkollok it-tfal. Ġew implimentati kemm sistemi ta’ kura iktar żviluppati bi skedi adattati, kif ukoll leave għall-ġenituri ta’ erbatax-il xahar imħallsa b'iktar minn żewġ livelli tas-salarju. Dawn il-miżuri kienu akkumpanjati minn għajnuniet speċifiċi u mmirati għall-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal billi jikkomplementaw id-dħul.

4.8

Fi kwalunkwe każ, minn studji li twettqu joħroġ ċar li rata għolja ta’ nisa fis-suq tax-xogħol sikwit timxi id f'id ma’ rata tat-twelid għolja jew relattivament għolja meta jiġu offruti possibbiltajiet ta’ bilanċjar bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja. Jidher li wara perjodu ta’ transizzjoni demografika, fejn ir-rati ta’ mortalità – l-iktar fost it-tfal, it-tfal-adoloxxenti u l-ommijiet – tbaxxew sew u l-imġiba iġjenika marret għall-aħjar, u iktar nies setgħu jagħżlu meta jkollhom it-tfal, il-perjodu posttransizzjonali huwa karatterizzat miż-żewġ ġenituri li jaħdmu barra mid-dar. Madankollu, ir-rata tal-impjieg full-time fost il-missirijiet hija ogħla minn dik fost in-nisa, b'mod partikolari meta l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi u l-leave tal-ġenituri mħallas ma jkunux sodisfaċenti.

5.   Xenarji differenti

5.1

Fis-sitwazzjoni demografika attwali tal-Unjoni Ewropea, huwa importanti ħafna li jiġi identifikat l-impatt tal-politiki implimentati fuq ir-rata tat-twelid. Fil-fatt, bħalissa jeżistu bosta xenarji tat-tibdil demografiku.

5.2

L-ewwel xenarju jikkonsisti f'bidla abbażi tat-tendenzi attwali. L-Unjoni Ewropea ser tibqa' f'sitwazzjoni b'rata tat-twelid inqas mir-rata tat-tiġdid tal-popolazzjoni u b'inugwaljanza bejn Stat Membru u ieħor, iżda ser ikun hemm żieda żgħira fil-popolazzjoni minħabba l-effetti tal-inerzja demografika, effetti li madankollu mhux ser ikunu ċari, apparti miż-żieda fl-istennija tat-tul tal-ħajja tal-anzjani u apparti minn bilanċ pożittiv tal-migrazzjoni. F'każ bħal dan, l-UE tista' tesperjenza tixjiħ qawwi tal-popolazzjoni minkejja l-immigrazzjoni (“effett strutturali”), żieda qawwija fl-għadd ta’ anzjani, l-hekk imsejjaħ “tkabbir ġerontoloġiku” (effetti ta’ “tendenza”), flimkien ma’ tnaqqis potenzjali fil-forza tax-xogħol minkejja ż-żieda fl-età tal-irtirar. Barra minn hekk, madwar nofs il-pajjiżi Ewropej jistgħu jesperjenzaw tnaqqis fil-popolazzjoni.

5.3

Din is-sitwazzjoni tista' twassal biex tkabbar id-disparitajiet demografiċi kbar bejn l-Istati Membri u hemm il-periklu li ddgħajjef il-koeżjoni tal-Unjoni Ewropea peress li l-politiki li jridu jiġi implimentati u l-bżonnijiet tal-popolazzjoni jistgħu jkunu differenti ħafna minn pajjiż għal ieħor minħabba l-karatteristiċi demografiċi tagħhom.

5.4

Ix-xenarju “katastrofiku” huwa dak fejn ix-xitwa demografika ssir iktar ħarxa, b'rata tat-twelid li tkun ġeneralment iktar baxxa mir-rata tal-imwiet! F'dan il-każ, ser takkumula rata qawwija ħafna tat-tixjiħ, minħabba rata baxxa ħafna tat-twelid, li tkun inqas minn nofs il-limitu ta’ tiġdid tal-popolazzjoni, rata tat-twelid diġà inċerta f'ċerti reġjuni tal-Unjoni Ewropew u forsi tixjiħ minħabba ż-żieda fl-istennija tal-ħajja'l fuq minn 65 sena. Din is-soċjetà daqshekk imxejħa ma jibqgħalhiex il-mezzi biex tiżgura l-finanzjament tad-dħul u l-kura tas-saħħa meħtieġa għall-anzjani.

5.5

Dawn iż-żewġ elementi tax-xenarju “katastrofiku” jwasslu biex iż-żgħażagħ kwalifikati jemigraw u jħallu Unjoni Ewropea li qed tixjieħ biex imorru lejn pajjiżi aktar intraprenditorjali u jwasslu wkoll għal tnaqqis fl-immigrazzjoni. B'hekk, l-Ewropa ssir anqas attraenti għax tkun anqas dinamika, ifqar u jkollha tiffaċċja diffikultajiet baġitarji kbar kif ukoll diffikultajiet biex issib bilanċ tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.

5.6

Ir-riżultat ta’ sitwazzjoni bħal din ikun li l-Unjoni Ewropea jkollha piramida tal-età tal-popolazzjoni żbilanċjata sew, b'ħafna iktar anzjani milli żgħażagħ u b'popolazzjoni attiva li tkun qed tonqos b'rata mgħaġġla u li tkun qed tixjieħ.

5.7

Fl-aħħar nett, it-tielet xenarju, li huwa aktar feliċi, huwa t-tiġdid demografiku, l-hekk imsejħa “rebbiegħa demografika”. F'dan il-każ, ir-rata tat-twelid terġa' tiżdied biex kważi tilħaq ir-rata sempliċi ta’ tiġdid. Iż-żieda fir-rata tat-twelid tixpruna għadd ta’ setturi ekonomiċi. B'hekk, il-popolazzjoni attiva, li kienet qed tonqos, terġa' tibda tiżdied fil-ġenerazzjoni ta’ wara. Din id-dinamika demografika tissarraf f'dinamika ekonomika li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-protezzjoni soċjali. L-Unjoni Ewropea terġa' ssir attraenti għaċ-ċittadini tagħha li ma jibqgħux imħajra jemigraw u ssir attraenti għall-immigranti kkwalifikati.

5.8

Naturalment, dawn ix-xenarji mhumiex previżjonijiet iżda sempliċi ipotesijiet li jippermettu t-tfassil ta’ politiki adatti biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni attwali u jiġi evitat l-agħar xenarju possibbli.

6.   Il-politiki favur il-familji jistgħu jispjegaw id-differenzi fir-rati tat-twelid?

6.1

L-Istati Membri kollha għandhom sensiela ta’ politiki li, flimkien, jagħmlu politika tal-familja li tista' tkun espliċitament msemmija hekk jew le (5). Il-politiki għandhom objettivi differenti:

it-tnaqqis tal-faqar u ż-żamma tad-dħul tal-familji;

appoġġ fl-ewwel snin tat-tfulija u għall-iżvilupp tat-tfal;

il-promozzjoni tal-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja;

li jindirizzaw il-bżonn tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

li jagħmluha possibbli li l-ġenituri jew il-ġenituri futuri jkollhom l-ammont ta’ tfal li jixtiequ u meta jixtiquhom u b'hekk tiżdied ir-rata tat-twelid.

6.2

Jekk irridu nikklassifikaw il-pajjiżi abbażi tal-politiki tagħhom u niddefinixxu l-kategoriji, nistgħu ngħidu li hemm:

pajjiżi b'politika tal-familja dgħajfa u fejn ir-rata tat-twelid hija anqas mill-medja Ewropea;

pajjiżi b'politika tal-familja mhux adattata għall-bżonnijiet tal-familji u fejn ir-rata tat-twelid hija anqas mill-medja Ewropea;

pajjiżi fejn l-appoġġ għall-familji f'termini ta’ PDG jidher anqas jew daqs il-medja tal-Unjoni Ewropea iżda fejn madankollu r-rata tat-twelid hija ogħla mill-medja;

pajjiżi b'politika tal-familja b'saħħitha u fejn ir-rata tat-twelid hija ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea (6).

Għaldaqstant, jidher li dawn il-politiki għandhom effett fuq ir-rata tat-twelid li tvarja skont l-elementi li fuqhom huma bbażati dawn il-politiki.

6.3

It-tqabbil tal-politiki tal-familja huwa interessanti għax jippermetti l-identifikazzjoni ta’ prattiki tajba iżda, biex ikun effettiv bis-sħiħ, jeħtieġ li l-offerta tas-servizzi u l-mekkaniżmi ta’ appoġġ, b'mod partikolari finanzjarju u/jew fiskali, tissodisfa l-istennijiet tal-familji u tal-ġenituri jew tal-ġenituri futuri. Dawn l-istennijiet jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor skont il-kultura nazzjonali, it-tradizzjonijiet u d-drawwiet soċjali. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-awtoritjiet pubbliċi jevitaw is-suppożizzjonijiet ideoloġiċi u jipproponu miżuri li verament jagħtu lill-individwi l-opportunità li jibnu familja u li jkollhom l-ammont ta’ tfal li jixtiequ. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu adattati wkoll għad-diversi popolazzjonijiet skont it-territorji. Minn din l-informazzjoni u fil-kuntest ta’ dawn id-differenzi, isir possibbli li tiġi żviluppata sistema ta’ informazzjoni u ta’ skambju tal-aħjar prattiki. Min-naħa l-oħra, l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi huwa ġġustifikat għalkollox għax il-familja, fejn jinħoloq il-kapital uman (7), tikkostitwixxi l-bażi fundamentali tan-nisġa soċjali. Dan ħareġ fid-dieher matul il-kriżi, fejn il-familja sikwit qdiet rwol biex ittaffi l-problemi soċjali.

7.   L-elementi ewlenin li jiddeterminaw is-suċċess tal-politiki tal-familja

7.1

Il-politiki favur il-familji jvarjaw però dawk il-politiki li jirnexxu għandhom punti komuni, fosthom:

l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jippermettu li jinstab bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja (bħal pereżempju akkoljenza ta’ kwalità għat-tfal, b'mod partikolari l-infrastruttura pubblika għall-kura tat-tfal iż-żgħar, il-flessibbiltà fl-organizzazzjoni tax-xogħol, leave speċifiku), fid-dawl tal-fatt li dawn il-miżuri għandhom jiġu adattati għall-kundizzjonijiet nazzjonali u għandhom jissodisfaw l-istennijiet tal-missirijiet u l-ommijiet kif ukoll il-bżonnijiet emozzjonali, psikoloġiċi u fiżiċi tat-tfal;

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar fost il-familji;

il-fatt li l-politiki jiġu implimentati fil-perjodu fit-tul, taħt gvernijiet differenti u li huma universali. Dawn isiru fl-interess tat-tfal, irrispettivament mid-dħul tal-familja. Dan l-aspett ta’ stabbiltà huwa element importanti ħafna għax il-familji jippjanaw il-futur tagħhom fit-tul. Politika tal-familja adatta u fit-tul hija element ta’ żvilupp sostenibbli;

il-fatt li jirrikonoxxu l-familja u jenfasizzaw ir-rwol tagħha kif ukoll il-valur ta’ ħajja tal-familja ta’ suċċess. Fis-soċjetà kontemporanja, is-suċċess huwa prinċipalment definit f'termini individwali u professjonali; però hemm forom oħra ta’ suċċess personali, jiġifieri b'rabta mar-relazzjonijiet ta’ individwu mal-oħrajn u l-benesseri komuni, li jinkludu s-suċċess fil-familja, fil-komunità jew fil-ħajja kulturali u dan għandu jingħata aktar importanza fil-mezzi tax-xandir (8) u fis-sistemi edukattivi nazzjonali;

il-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari tal-familji b'ħafna tfal.

7.2

Flimkien mal-elementi tal-politika tal-familja fil-veru sens, hemm żewġ politiki oħra li huma importanti ħafna: il-politika tal-impjieg u l-politika tad-djar (9). Mingħajr impjieg u mingħajr dar huwa diffiċli li wieħed jippjana familja. Biex wieħed jibda familja, tal-inqas irid ikollu ċertu fiduċja fil-futur. Rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ u kuntratti ta’ xogħol prekarji jista' jkollhom impatt konsiderevoli fuq it-tiġdid tal-popolazzjoni għax għalkemm iż-żmien għat-trobbija tat-tfal huwa twil, il-perjodu ideali li matulu l-mara tinqabad tqila huwa qasir. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li tingħata attenzjoni lis-sitwazzjoni tal-istudenti u ż-żgħażagħ li huma ġenituri jew jixtiequ jsiru ġenituri.

7.3

Meta l-politiki tal-familja jiġu implimentati fit-tul u jindirizzaw ġenwinament l-istennijiet tal-familji, iħallu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tat-tfal u tal-ġenituri, l-armonija tal-ħajja soċjali u jħeġġu ritorn lejn rata ogħla tat-twelid.

7.4

Stħarriġ reċenti li sar fost 11 000 omm mill-Moviment Dinji tal-Ommijiet juri li dawn jixtiequ:

l-ewwel nett bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

it-tieni nett li s-soċjetà tirrikonoxxi l-importanza tar-rwol tagħhom bħala ommijiet;

it-tielet nett li jkollhom aktar ħin biex jieħdu ħsieb lil uliedhom.

7.5

Ikun interessanti li jitwettaq stħarriġ simili fost il-missirijiet peress li dawn it-tliet prijoritajiet jistgħu japplikaw għalihom ukoll, b'mod partikolari r-rikonoxximent tar-rwol tagħhom, għax dan ċertament jista' jħeġġiġhom jiddedikaw lilhom infushom aktar għall-ħajja tal-familja (10). F'dan ir-rigward, il-proposti reċenti bil-għan li jħeġġu lill-missirijiet jieħdu leave tal-ġenituri, u saħansitra li l-leave tal-missirijiet isir obbligatorju u mħallas, huma interessanti għax joħorġu fid-dieher il-bżonn li l-paternità tiġi apprezzata mill-ġdid kif ukoll għar-responsabbilizzazzjoni tant meħtieġa tal-missirijiet b'mod partikolari f'każijiet ta’ divorzju. Minn dan il-lat, ikun utli li tinġabar informazzjoni dwar il-prattiki tajba fi ħdan l-intrapriżi li jimplimentaw organizzazzjoni tax-xogħol li tkun adattata għar-responsabbiltajiet tal-ġenituri. Ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji tinkludi wkoll il-miżuri għall-għajnuna biex jinkiseb bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja. Huwa fi ħdan l-intrapriżi li dawn il-miżuri jiġu implimentati b'mod konkret. Tkun ħaġa interessanti li tinħoloq “tikketta” għall-intrapriżi “favur” il-familji kif diġà hemm Spanja, bl-appoġġ tal-Ministeru tas-saħħa u l-affarijiet soċjali (11).

7.6

Il-Kumitat ippropona f'opinjoni (12) preċedenti li “jinħolqu inizjattivi sabiex in-nanniet u qraba stretti oħrajn ikunu jistgħu jieħdu ħsieb it-tfal jekk il-ġenituri li jaħdmu jkunu jixtiequ u sakemm dan ikun fl-interess tat-tifel jew tifla”. Rigward il-ħin għall-familja, il-KESE diġà adotta l-prinċipju li “Kull individwu għandu jkun jista' (…) jkollu ammont ta’ snin ta’ kreditu ta’ ħin biex jużah għall-attivitajiet tal-familja (…). Għandu jkun possibbli li persuna tagħżel li tipposponi l-età tal-irtirar tagħha jekk tixtieq tqatta' ftit ħin liberu (iffinanzjat bl-istess mod bħall-pensjoni) tul il-karriera tax-xogħol tagħha.” (13) B'hekk, jekk il-ħin tax-xogħol barra mid-dar jitwaqqaf parzjalment jew temporanjament, id-dħul, min-naħa tiegħu, ma jonqosx b'mod eċċessiv. Għandu jsir kalkolu ekonomiku preċiż, l-iktar biex jiġu determinati l-ekonomiji li jinkisbu minn sistemi kollettivi ta’ kura, li jkunu jistgħu jiġu dedikati għall-allokazzjoni tal-ħin għat-trobbija tat-tfal fil-kalkolu tal-ammonti għall-pensjonijiet. Barra minn hekk, għandhom jiġu garantiti d-drittijiet tan-nanniet fir-rigward tan-neputijiet tagħhom.

7.7

Permezz ta’ stħarriġ dwar l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ, dwar it-tibdil marbut mal-mobbiltà ikbar tal-familji, dwar ir-rabta bejn l-aċċess taż-żgħażagħ għad-djar u d-deċiżjoni li jibnu familja, jew dwar l-impatt ta’ forom ġodda ta’ familji fuq ir-rata tat-twelid, ikunu jistgħu jitfasslu politiki tal-familja adattati għall-bżonnijiet. Stħarriġ bħal dan ikun utli peress li jippermetti li jiġu identifikati aħjar l-istennijiet tal-familji, li jikkostitwixxu element ewlieni tal-politiki mwettqa s'issa.

8.   Xi rwol għandha taqdi l-Unjoni Ewropea?

8.1

Il-politiki tal-familja ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 9 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jispeċifika li l-liġi tal-familja hija regolata mil-liġi nazzjonali. Madankollu, l-Unjoni Ewropea tista' tilleġisla fl-oqsma li jikkonċernaw il-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol u l-imsieħba soċjali jistgħu jinnegozjaw ftehimiet li jsiru direttivi. Dan kien il-każ tal-leave tal-ġenituri u d-diskussjonijiet dwar it-tul tal-leave tal-maternità. L-UE tista' tilleġisla wkoll fil-qasam tal-ugwaljanza fix-xogħol bejn in-nisa u l-irġiel, wieħed mill-elementi ta’ kwalunkwe politika tal-familja kif ukoll fil-ħarsien u l-iżvilupp tat-tfal skont il-programm reċenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-drittijiet tat-tfal (14).

8.2

L-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi objettiv ta’ rata ta’ impjieg għall-irġiel u n-nisa li ma jistax jintlaħaq jekk ma jkunx akkumpanjat minn politika tal-familja li tippermetti lill-irġiel u lin-nisa jrabbu l-ammont ta’ tfal li jixtiequ filwaqt li jibqgħu jaħdmu; attwalment, dan mhuwiex il-każ fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

8.3

L-Unjoni Ewropea tista' taqdi rwol utli wkoll fir-rigward tar-rikonoxximent tas-sitwazzjonijiet u t-tibdil fid-demografija f'kull livell ġeografiku, il-valutazzjoni tal-politiki tal-familja, li jinkludu l-politiki tal-Istati jew il-politiki tal-familja implimentati mill-awtoritajiet lokali u l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri.

8.4

L-Alleanza Ewropea għall-Familji, li tnediet taħt l-aħħar Presidenza Ġermaniża, provdiet għall-implimentazzjoni ta’ Osservatorju li qatt ma ġie stabbilit.

8.5

Illum il-ġurnata, qed jiġu żviluppati għadd ta’ inizjattivi u arranġamenti relatati ta’ finanzjament taħt it-tmexxija tal-Unjoni Ewropea:

il-grupp ta’ esperti dwar il-kwistjonijiet demografiċi;

il-forum Ewropew dwar id-demografija;

il-workshops tal-aħjar prattika;

in-netwerk dwar il-politiki tal-familja;

il-portal tal-internet tal-Alleanza Ewropea għall-Familji;

seminars reġjonali.

L-ammont globali ta’ dawn l-azzjonijiet jilħaq mal-EUR 500 000, li miegħu jiżdied il-proġett ta’ riċerka FAMILYPLATFORM, li wasal fl-aħħar, proġetti oħra ta’ riċerka li, billi jittrattaw id-demografija, huma marbuta wkoll mal-kwistjonijiet tal-familja, u l-bażi tad-data dwar il-familja tal-OECD.

8.6

Tkun ħaġa tajba li dawn l-inizjattivi jiġu integrati aħjar u li jitqiegħdu taħt l-awtorità, jew tal-anqas taħt il-koordinazzjoni, ta’ korp inkarigat li jiddefinixxi politika ġenerali u li jiddetermina l-prijoritajiet għall-azzjoni u r-riċerka. Peress li dan mhuwiex il-mument opportun li jinħolqu korpi ġodda awtonomi fl-Unjoni Ewropea, dan ir-rwol ta’ kunduttur u ta’ koordinatur jista' jinqasam bejn il-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Alleanza Ewropea għall-Familji, għall-aspetti ta’ natura aktar politika u ta’ ġestjoni, u l-Eurofound, għall-aspetti aktar xjentifiċi. Bħala aġenzija tripartitika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurofound hija maqtugħa tajjeb ferm għal dan il-kompitu. B'hekk, bażi tad-data ġenwina tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri permezz ta’ koordinazzjoni tajba tal-inizjattivi kollha li diġà jitwettqu fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-Alleanza għandha tiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni mal-istrutturi u l-azzjonijiet tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni soċjali, li bħalissa għaddej dibattitu dwarha bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet interessati.

8.7

Il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fonda tal-Iżvilupp Reġjonali diġà taw kontribut għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-politiki tal-familja f'ċerti Stati Membri. Għandu jsir ħsieb dwar kif jista' jiġi żviluppat dan it-tip ta’ intervent. Il-politika tal-familja għandha wkoll tiġi inkorporata fil-Pjattaforma tal-ġlieda kontra l-faqar.

8.8

Bl-istess mod, jeħtieġ li fil-programm ta’ riċerka (15) u ta’ innovazzjoni jiġi previst finanzjament għall-istudji u r-riċerka fil-qasam tad-demografija, kif ukoll tas-soċjoloġija, l-antropoloġija u l-filosofija li jittrattaw kwistjonijiet tal-familja wkoll. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitwettqu studji dwar l-effikaċja u l-impatt tal-politiki tal-familji li qed jiġu implimentati. F'dan ir-rigward, tkun ħaġa tajba li l-attività tal-FAMILYPLATFORM ma tiqafx iżda, għall-kuntrarju, tiġi estiża kif ħeġġew l-assoċjazzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati kollha li jaħdmu f'dan il-qasam.

8.9

Tkun ħaġa tajba li l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-familji jiġu involuti iktar fit-tfassil tal-politiki tal-familja jew li għandhom impatt fuq il-familji, kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri.

8.10

L-Ewropej kollha huma jew kienu membri ta’ familja, irrispettivament mill-futur jew l-istorja ta’ din il-familja jew mill-evoluzzjoni ġenerali tal-familji matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. L-ebda persuna ma titwieled mix-xejn u kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri li s-solidarjetà mal-familja għadha fil-quċċata tal-lista tal-valuri fundamentali taċ-ċittadini Ewropej. Barra minn hekk, ħafna politiki li jiġu deċiżi fil-livell Ewropew għandhom impatt dirett fuq il-ħajja tal-familji (il-moviment liberu tal-persuni, l-impjieg u l-protezzjoni soċjali, il-ħarsien tal-ambjent u tal-konsumaturi, id-determinazzjoni tar-rati tal-VAT fuq il-prodotti tat-trabi (16), il-politika tal-mezzi tax-xandir kif ukoll il-programmi edukattivi, kulturali u soċjali).

8.11

F'dawn il-kundizzjonijiet, il-KESE jirrakkomanda li d-dimensjoni tal-familja tiġi integrata b'mod trasversali fil-politiki Ewropej kollha, b'mod partikolari fit-twettiq tal-istudji tal-impatt li issa huma neċessarji għal kwalunkwe leġislazzjoni Ewropea (17) u integrata f'kull valutazzjoni tal-politiki eżistenti bil-għan ta’ reviżjoni. Fi Spanja, is-sistema tat-tariffi tal-ilma kienet tipprevedi li l-ispiża għal kull metru kubiku tiżdied skont il-konsum, biex jitnaqqas il-konsum ta’ riżorsa rari. Però dan il-mekkaniżmu kien żvantaġġuż ferm għall-familji b'ħafna tfal, billi familja ta’ ħames persuni tikkonsma “awtomatikament” iktar ilma minn persuna waħidha jew familja mingħajr tfal. Wara li ttieħdet azzjoni legali, din is-sistema ta’ tariffi ġiet abbandunata (18). Għalhekk, tkun ħaġa tajba li, fil-livell Ewropew, b'mod sistematiku jsir studju ta’ impatt tal-liġijiet fuq il-ħajja tal-familja, sabiex jiġu evitati effetti potenzjalment negattivi għall-familji.

8.12

Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat sa liema punt il-politiki reġjonali, il-politiki tal-investiment u tat-taħriġ, tad-djar u tal-impjieg huma relatati ma’ xulxin u jagħmlu Stat Membru jew reġjun territorju attraenti għall-familji u ż-żgħażagħ anke lil hinn mill-politiki tal-familja fis-sens strett, u b'hekk jistgħu jikkontribwixxu biex joħolqu dinamika demografika globali qawwija.

8.13

Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-idea li l-2014 tkun is-Sena Ewropea tal-Familji u li jiġi ċċelebrat l-għoxrin anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Familja tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-futur tas-soċjetajiet jinsab fil-ġenerazzjonijiet futuri u dawn jitwieldu fi ħdan il-familji. Iżda bħala konklużjoni għandu jiġi enfasizzat li jeżisti fattur influwenti fid-deċiżjoni li tinbeda familja: it-tama ta’ ġejjieni aħjar. Il-gvernijiet huma responsabbli għat-tama tal-popli li jiggvernaw. Dan huwa l-valur u l-piż tal-missjoni tagħhom.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet”, ĠU C 120, 16.05.2008, p. 66, punt 4.8.

(2)  Li d-demografiċi jsejħulha “x-xitwa demografika”.

(3)  Din hija ta’ 2,1 tifel u tifla għal kull mara fl-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifra ta’ 0,1 tifel u tifla għal kull mara tiġi spjegata mill-ħtieġa li jiġi kkumpensat l-impatt tal-ammont sproporzjonat ta’ subien fir-rata tat-twelid u u l-bniet li jmutu qabel ma jkollhom it-tfal.

(4)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet”, ĠU C 120, 16.05.2008, p. 66, punt 4.8.

(5)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-familja u t-tidil demografiku”, ĠU C 161, 13.7.2007, p.66, punt 7 (mhux disponibbli bil-Malti).

(6)  “Komunikazzjoni lill-Grupp ta’ Riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea (presedut mis-Sur Felipe Gonzales)” – Gérard-François Dumont, “UE Prospective démographique” (Il-Prospetti demografiċi għall-UE) – http://www.diploweb.com/UE-Prospective-demographique.html.

(7)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-familja u t-tibdil demografiku”, ĠU C 161, 13/07/2007, p. 66, punt 6.4 u dwar “Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet”, ĠU C 120, 16.05.2008, p. 66, punt 3.11.

(8)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-familja u t-tibdil demografiku”, ĠU C 161, 13.7.2007, p. 66, punt 8.15 u dwar “Il-Promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet”, ĠU C 120,16.05.2008, p. 66, punt 3.13.

(9)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-familja u t-tibdil demografiku”, ĠU C 161, 13.7.2007, p. 66, punt 4.6.

(10)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-familja u t-tibdil demografika”, ĠU C 161, 13.7.2007, p. 66, punt 8.11.

(11)  http://www.en.aenor.es/aenor/certificacion/resp_social/resp_efr.asp

(12)  Opinjoni tal-KESE dwar “In-nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu”, ĠU C 277/102, 17.11.2009, punt. 12.

(13)  Opinjoni tal-KESE dwar dwar “Ir-rabta bejn l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, it-tkabbir ekonomiku u r-rata tal-impjieg”, ĠU C 318/15, 23.12.2009, punt 4.2.6.2.

(14)  COM(2011) 60 finali.

(15)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-familja u t-tibdil demografiku”, ĠU C 161, 13.7.2007, p.66, punt 4.5.

(16)  Il-Kumitat ta l-opinjoni tiegħu favur tnaqqis f'din ir-rata, l-iktar għan-nappies tat-trabi. Opinjoni tal-KESE dwar “Il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet”, ĠU C 120, 16.05.2008, p. 66, punt 4.7.

(17)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet”, ĠU C 120, 16.05.2008, p. 66, punt 4.8.

(18)  http://sentencias.juridicas.com/docs/00285332.html


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/14


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) u l-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea”

2011/C 218/03

Relatur: is-Sinjura PICHENOT

Nhar it-22 ta’ April 2010, il-Kummissjoni Ewropea, iddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) u l-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’161 vot favur, 3 voti kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Bil-għan li titjieb il-prestazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) b’rabta mal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tirrevedi s-sistema b’mod li tinidirizza aktar it-tħassib tas-soċjetà ċivili u l-kuntest tal-globalizzazzjoni. Il-KESE jipproponi li l-istrument tal-VIS jitfassal mill-ġdid billi jiġi integrat f’ċiklu koerenti ta’ valutazzjoni.

1.1   Għal dan il-għan, il-KESE jqis li huwa essenzjali li kwalunkwe ftehim kummerċjali jinkludi minn issa ’l quddiem mekkaniżmu ta’ segwitu bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-unika garanzija ta’ kontroll tal-impenji meħuda u ta’ viġilanza tar-riskji u l-opportunitajiet li jġib miegħu ftuħ kummerċjali fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli. Mekkaniżmu bħal dan huwa indispensabbli fl-approċċ dinamiku propost billi, fi skadenzi stabbiliti, jippermetti li jiġu valutati mill-ġdid ir-riskji u l-opportunitajiet identifikati fl-istudju inizjali.

1.2   Biex ikun hemm koerenza bejn is-sistema u l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli, il-KESE jirrakkomanda li l-VIS:

tiġi integrata f’valutazzjoni ex ante, in itinere u ex post,

tkun ikkoordinata mal-istudju preliminari minn stadju bikri tal-mandat ta’ negozjati u tiġi implimentata fiż-żmien xieraq;

tagħti prijorità lill-osservazzjoni tar-riskji soċjali u ambjentali, kif ukoll lill-valutazzjoni ekonomika li fil-prattika sservi ta’ ġustifikazzjoni tar-rieda tal-UE li tistabbilixxi ftehim kummerċjali;

tipprivileġġa, permezz tal-effetti aggregati tal-liberalizzazzjoni fuq kull wieħed mill-pilastri tal-iżvilupp sostenibbli, valutazzjoni aktar speċifika, determinata fil-livell tas-setturi jew tal-oqsma kkonċernati, b’mod partikolari fil-każ ta’ ekonomija b’proporzjoni kbir ta’ attività informali;

issir punt ta’ referenza għad-dibattitu pubbliku fil-Parlament Ewropew dwar l-“analizi tal-konsegwenzi”;

tinvolvi l-politiki l-oħra tal-Unjoni Ewropea fil-miżuri ta’ appoġġ.

1.3   Sabiex l-informazzjoni provduta tkun aktar rilevanti, il-KESE jirrakkomanda tibdil fil-VIS permezz tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

jinstab bilanċ mill-ġdid bejn it-tliet pilastri;

il-konsulenti għandhom jisiltu minn firxa wiesgħa ta’ metodi disponibbli, b’mod partikolari metodi kwantitattivi, bil-għan li tinkiseb informazzjoni dwar l-aspetti mhux ekonomiċi tal-ftehim kummerċjali kkonċernat;

jiġu żviluppati l-approċċi ekoloġiċi (analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, il-marka tal-karbonju, il-kejl tas-servizzi tal-ekosistema);

it-tim ta’ konsulenti responsabbli għall-istudju għandu jinkludi b’mod sistematiku esperti minn pajjiżi msieħba fil-ftehim kummerċjali kkonċernat;

l-imsieħba soċjali, l-ispeċjalisti dwar kwistjonijiet ambjentali u r-rappreżentanti tal-oqsma kummerċjali għandhom jiġu mistiedna għal diskussjonijiet diretti u fil-fond;

jitqies l-impatt fuq is-sessi;

l-analiżi tal-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju ta’ professjonijiet legali u relatati mas-saħħa, u b’mod partikolari l-indipendenza u l-garanzija tal-integrità fiżika tar-rappreżentanti tagħhom, għandha tikkostitwixxi parti tal-VIS.

1.4   Sabiex jiġi organizzat proċess parteċipattiv imġedded, il-KESE jirrakkomanda li:

l-istudju jibqa’ aċċessibbli f’kull stadju għall-partijiet interessati kollha u għall-pajjiżi msieħba, u jinkludi rapport konċiż;

il-konsultazzjoni tiġi adattata għall-fażijiet differenti taċ-ċiklu u tinfetaħ għall-partijiet interessati kollha tas-soċjetà ċivili u tingħata l-mezzi finanzjarji adatti,

il-KESE jkun jista’ jipparteċipa qabel issir il-VIS permezz ta’ opinjoni dwar l-għażla tal-indikaturi, l-identifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom jiġu kkonsultati u jipproponi forom ta’ konsultazzjoni;

il-KESE jintalab iħejji opinjoni dwar l-“analiżi tal-konsegwenzi” u jippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

il-KESE jiġi rikonoxxut bħala msieħeb importanti għall-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet u ta’ segwitu mas-soċjetajiet ċivili tal-pajjiżi msieħba flimkien mad-delegazzjonijiet tal-UE;

il-KESE jaġixxi bħala faċilitatur biex jiġi żgurat li l-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt tkun ikkoordinata mal-implimentazzjoni futura tal-mekkaniżmi ta’ segwitu stabbiliti fil-ftehimiet;

is-sistema ta’ valutazzjoni ex post tqis ir-rapporti intermedjarji tal-kumitat ta’ segwitu.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà: għodda neċessarja iżda li għandha bżonn titfassal mill-ġdid

2.1   Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija” (1) il-Kummissjoni Ewropea tispeċifika li trid tintensifika l-konsultazzjonijiet tagħha mal-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili, biex tkejjel aħjar l-impatt tal-politiki kummerċjali fuq l-iżvilupp sostenibbli. Konxju mir-rwol ta’ pijunier li jaqdi d-DĠ għall-Kummerċ permezz tal-introduzzjoni ta’ VIS, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ser terġa’ tiftaħ id-dibatittu biex tanalizza l-kisbiet tal-metodu iżda wkoll biex tipprova tegħleb il-limitazzjonijiet jew in-nuqqasijiet tiegħu. F’din l-opinjoni esploratorja, il-KESE jiffoka fuq proposti intiżi biex itejbu l-prestazzjoni tas-sistema u biex jiċċaraw l-għanijiet tagħha. Din l-opinjoni hija intiża biex twieġeb il-mistoqsijiet dwar l-utilità soċjali u politika tal-VIS.

2.2   Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament Ewropew żied il-kompetenzi tiegħu u jinsab f’pożizzjoni ugwali mal-Kunsill tal-UE fil-qasam tal-politika kummerċjali. Għall-ewwel ratifika wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat, dik tal-ftehim mal-Korea t’Isfel f’Marzu 2011, il-partijiet interessati, b’mod partikolari fis-setturi sensittivi, setgħu jittestjaw l-importanza ta’ din is-setgħa l-ġdida mogħtija lill-membri. Għaldaqstant jeħtieġ li l-forma preċedenti ta’ djalogu mas-soċjetà ċivili tinkludi din il-bidla istituzzjonali.

2.3   Il-KESE jinnota b’interess kbir il-modifiki li saru għas-sistema mill-Komunikazzjoni reċenti msemmija hawn fuq tal-Kummissjoni. Il-VIS b’rabta mal-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili għadha tibqa’ tiġi applikata u għandu jittieħed impenn formali biex titwettaq matul in-negozjati u biex it-tagħlimiet li jinsiltu minnha jinġabru f’“karta ta’ pożizzjoni”. Issa żdiedet fażi ġdida magħha. Il-Kummissjoni tistqarr li, biex tikkontrolla l-impatt tal-ftehimiet kummerċjali, dawn ser ikunu soġġetti għal valutazzjoni ex post. Fl-aħħar, hemm fażi importanti tad-dibattitu politiku, wara n-negozjati u qabel l-iffirmar tal-ftehim, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi “analiżi tal-konsegwenzi” li għandha tintbagħat lill-Parlament u lill-Kunsill. Minn issa ’l quddiem, il-VIS m’għandhiex titqies bħala sempliċement għodda limitata għan-negozjati: għandha tkun parti miċ-ċiklu kollu tat-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-politiki. Għaldaqstant il-proposti f’din l-opinjoni dwar it-tfassil mill-ġdid tas-sistema huma topiċi u sinifikanti.

2.4   Fl-assenza ta’ konklużjoni pożittiva fil-livell multilaterali, il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles bilaterali jew reġjonali kulma jmur qed jinkludu aspetti relatati ma’ governanza aktar “sostenibbli” tal-kummerċ dinji, kemm permezz ta’ ċiklu aktar komplet ta’ valutazzjoni (ex ante u ex post) kif ukoll permezz tal-kontenut tagħhom (kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli li jinkludu impenji ambjentali u soċjali).

2.5   Diġà jeżisti djalogu strutturat (2) bejn id-DĠ għall-Kummerċ u s-soċjetà ċivili li jinkludi seduti ta’ informazzjoni u ta’ skambju f’fażijiet differenti tan-negozjati kummerċjali. Dan jindirizza obbligu li jiġu kkonsultati kemm l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej kif ukoll ta’ pajjiżi msieħba għat-tfassil tal-VIS mill-konsulenti. Il-KESE jixtieq jipparteċipa aktar f’dan l-esperiment fuq skala kbira fil-qasam tad-djalogu ċivili.

2.6   Fil-fażi attwali ta’ żvilupp jew ta’ tkomplija tan-negozjati kummerċjali bilaterali jew reġjonali dan it-tip ta’ informazzjoni/konsultazzjoni jqawwi l-qalb iżda huwa wkoll soġġett għall-kritika (3). Fil-VIS innifishom hemm it-tendenza li l-użu mifrux ta’ mudelli ta’ simulazzjoni matematika, bħall-mudelli ta’ bilanċ ġenerali li jista’ jitkejjel u li jitfasslu biex tiġi valutata l-effikaċja tal-politiki makroekonomiċi aktar milli l-impatt ambjentali u soċjali tagħhom, jagħti aktar piż lill-valutazzjoni ekonomika. Ir-riżultati tal-mudelli preżentati fil-VIS sikwit ikunu intuwittivi, mingħajr valur informattiv reali għan-negozjaturi jew għall-partijiet interessati minħabba li ma jiddikjarawx impatti sinifikattivi jew immirati biżżejjed. Peress li n-nuqqas ta’ statistika jew in-nuqqas ta’ statistika affidabbli fis-settur informali jagħmluha diffiċli, il-VIS ma jagħtix rendikont ċar biżżejjed tar-riperkussjonijiet possibbli f’dan is-settur.

2.7   F’termini ta’ proċedura, bosta studji (4) juru l-limitazzjonijiet tat-tfassil ta’ dawn il-VIS u tal-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet. Peress li jitwettqu tard wisq fil-proċess ta’ negozjati, il-VIS la jippermettu li jiġi influwenzat il-kontenut tagħhom b’mod ġenwin u lanqas ma jippermettu li l-atturi kkonċernati jiġu ssensibilizzati fil-ħin dwar l-aktar impatti problematiċi. M’hemmx regoli ċari dwar l-identifikazzjoni u l-għażla tal-atturi ewlenin ikkonsultati.

2.8   B’konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, il-valuri ta’ ċerti indikaturi soċjali jinbidlu b’mod sostanzjali. B’hekk ikun hemm bżonn li l-istudju inizjali jiġi ffinalizzat jew jinbidel biex id-data u x-xenarji li jintużaw jiġu aġġornati u biex tiżdied ir-rilevanza tal-miżuri ta’ appoġġ suġġeriti.

3.   L-integrazzjoni tal-VIS f’ċiklu koerenti ta’ valutazzjoni

3.1   Peress li l-VIS ma kinux sodisfaċenti għax ipprovdew informazzjoni tard wisq, ma kinux ta’ novità għan-negozjati, bl-ebda involviment politiku ċar, wisq anqas konsultazzjonijiet adatti, il-KESE jipproponi li jerġgħu jitfasslu mill-ġdid permezz ta’ approċċ dinamiku. L-ewwel nett, jeħtieġ li l-għan tal-VIS jiffoka fuq l-osservazzjoni ta’ riskji (ambjentali u soċjali) partikolari u fuq il-valutazzjoni u s-segwitu ta’ dawn ir-riskji maż-żmien. Il-valur miżjud tal-VIS huwa l-provvista ta’ din l-informazzjoni dwar ir-riskji antiċipati u osservati.

3.2   Għaldaqstant il-valutazzjoni hija kemm ex ante (riskji antiċipati), in itinere (evoluzzjoni tar-riskji) kif ukoll ex post (impatt osservat). Il-VIS hija ħafna aktar minn sempliċement metodu jew għodda ta’ dijanjosi, u għalhekk hija ta’ natura dinamika. M’għandhiex tibqa’ titqies bħala għodda statika biex jitkejjel il-valur aritmetiku tat-tliet pilastri iżda għandha titqies bħala proċess ta’ koproduzzjoni u ta’ qsim tal-informazzjoni mmirata. Din l-informazzjoni tista’ tintuża bħala “sinjal” jew twissija għas-soċjetà ċivili u n-negozjaturi li għandhom iwettqu kompitu ta’ viġilanza.

3.3   Biex ikun effikaċi, il-proċess tal-VIS għandu jagħmel parti minn ċiklu koerenti ta’ valutazzjoni tal-politiki tal-UE li l-għan komuni tiegħu huwa l-iżvilupp sostenibbli.

3.3.1   L-ewwel nett irid ikun hemm koerenza bejn it-tliet pilastri bit-tisħiħ neċessarju tad-dimensjoni ambjentali u klimatika iżda, fir-rigward tad-dimensjoni soċjali, irid jiġi kkunsidrat ukoll b’mod espliċitu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti (5).

3.3.2   Imbaghad irid ikun hemm koerenza bejn il-politiki u l-miżuri ta’ appoġġ stabbiliti u r-riskji u l-opportunitajiet identifikati. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinvolvu mill-qrib kemm jista’ jkun l-akbar firxa ta’ politiki u miżuri tal-UE (fondi strutturali u programmi speċifiċi, għajnuna għall-iżvilupp, fondi ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni, Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), finanzjament mill-BEI). B’mod reċiproku, dawn l-istrumenti għandhom iqisu l-VIS fil-programmazzjoni tagħhom.

3.3.3   Fl-aħħar, hemm bżonn ta’ koerenza bejn il-valutazzjonijiet differenti stabbiliti mill-Kummissjoni. B’mod partikolari għandha tiġi ċċarata r-rabta bejn il-valutazzjoni tal-impatt li twettqet qabel il-mandat ta’ negozjar u l-VIS. Jekk ikun hemm bżonn, il-mandat ta’ VIS jista’ jiġi adattat u rivedut skont jekk ikunx preċedut minn studju minn qabel ambizzjuż jew, għall-kuntrarju, minn studju modest u mhux komplet dwar ir-riskji soċjali u ambjentali.

3.4   Il-membri tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri kif ukoll is-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti tul il-proċess kollu, ħafna aktar minn kemm huma involuti bħalissa. Il-Kummissjoni tfassal “analiżi tal-konsegwenzi” tal-ftehim kummerċjali biex tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din takkwista dimensjoni strateġika fiċ-ċiklu u l-fatt li tiġi kkunsidrata mill-istituzzjonijiet joffri l-opportunità li d-djalogu ċivili jiġi ffokat fuq mument ewlieni tad-dibattitu politiku.

3.5   Jidher li hemm bżonn li l-VIS jiġu ġeneralizzati u adattati għall-mandati attwali u futuri ta’ negozjati ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles mal-imsieħba ekonomiċi strateġiċi tagħna (l-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja, il-Ġappun, l-Indja, il-Brażil) billi jiġu koperti b’mod aktar preċiż l-aspetti relatati mal-Protokoll dwar id-drittijiet ekonomiċi u soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll dawk relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-kodiċi tal-akkwist pubbliku u l-ftehimiet ta’ investiment.

4.   Inżidu r-rilevanza tal-informazzjoni provduta

4.1   Huwa kruċjali li r-riżultati jiġu kkomunikati lin-negozjaturi fi stadju bikri tad-diskussjonijiet biex il-konsegwenzi pożittivi u negattivi potenzjali jiġu kkunsidrati b’mod ġenwin. Jeħtieġ li l-istudji jibqgħu aċċessibbli f’kull stadju għall-partijiet interessati u għall-pajjiżi msieħba kollha. Għalkemm il-perjodu li fih għandu jitwettaq l-istudju żdied għal disa’ xhur, dan iż-żmien għandu jiġi organizzat b’tali mod li jissaħħaħ il-proċess konsultattiv fil-pajjiżi msieħba.

4.2   B’risposta għall-kritika dwar l-utilità tal-VIS, jeħtieġ li jiġu eliminati l-punti ġenerali u l-kejl kwalitattiv tal-effetti aggregati (ekonomiċi versus ambjentali versus soċjali). Għandha tingħata prijorità biex jiġu mmirati riskji ambjentali u soċjali speċifiċi kif ukoll il-potenzjal f’dawn l-oqsma flimkien mal-valutazzjoni neċessarja tal-opportunitajiet ekonomiċi li, skont il-biċċa l-kbira tal-mudelli, hija pożittiva. Fil-fatt huwa bis-saħħa tagħhom li qed jiġu negozjati l-ftehimiet ikkonċernati, mill-istudju tal-impatt minn qabel sal-mandat.

4.3   Ir-riskji ambjentali u soċjali għandhom jiġu evalwati billi tintuża l-iktar firxa wiesgħa ta’ metodi disponibbli, kemm kwantitattivi kif ukoll dawk aktar kwalitattivi, espliċitament intiżi biex jipprovdu informazzjoni dwar aspett mhux ekonomiku tal-politiki kummerċjali kkonċernati, bħall-impatt fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel u s-sikurezza alimentari. B’mod partikolari, l-approċċi aktar ekoloġiċi, bħall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, il-marka tal-karbonju, l-effett fuq il-bijodiversità, jistħoqqilhom jiġu żviluppati aktar. Dimensjoni oħra hija l-użu ta’ metodi kwalitattivi biex jiġu evalwati l-konsegwenzi soċjali fis-setturi mmirati f’termini ta’ impjieg u ta’ xogħol deċenti.

4.4   F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha titlob b’mod espliċitu għal speċjalisti fi kwistjonijiet soċjali u/jew ambjentali fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti. Huwa rrakkomandat bis-sħiħ li jiġu involuti aktar l-esperti tal-pajjiżi msieħba u dawk tal-ILO, tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u tal-FAO jekk ikun hemm bżonn, b’mod partikolari fil-każ tal-ekonomiji bi proporzjon kbir ta’ attività informali. Barra minn hekk, il-konsulenti għandhom iwettqu analiżi tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjonijiet liberali legali u mediċi biex jipprovdu informazzjoni dwar il-protezzjoni legali tal-interessi tagħhom u tal-integrità fiżika tagħhom.

4.5   L-impatt intra-Ewropew m’għandux jitħalla barra speċjalment fil-VIS li jikkonċernaw l-imsieħba strateġiċi, b’mod partikolari fil-qasam tal-impjieg u tar-ristrutturar. F’dan il-qasam l-involviment tal-imsieħba soċjali huwa essenzjali anke biex jiġu indirizzati tensjonijiet possibbli bejn l-objettivi soċjali u ambjentali fid-dawl ta’ tranżizzjoni ġusta u ta’ tkabbir ekoloġiku u inklużiv. Għandha titfittex b’mod sistematiku informazzjoni settorjali minn fost il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali u l-kumitati Ewropej ta’ djalogu soċjali settorjali li jqiegħdu l-iskambji kummerċjali fl-aġenda tagħhom. Id-diskussjonijiet diretti mal-imsieħba soċjali jagħtu leġittimità akbar lir-riżultati tal-istudju tal-impatt.

4.6   Barra minn hekk, l-impenji volontarji u/jew negozjati ta’ responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji ta’ kumpaniji multinazzjonali kif ukoll il-ftehimiet qafas internazzjonali progressivament għandhom isiru elementi ta’ informazzjoni għall-VIS.

4.7   Ir-riżorsi finanzjarji u umani ddedikati għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-pajjiżi msieħba (għarfien espert b’mod partikolari ambjentali u soċjali, mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni) huma kruċjali għall-kwalità tal-VIS u l-bidu tal-grupp ta’ segwitu. Il-koordinazzjoni f’dan il-qasam bejn id-DĠ għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni u d-DĠ għall-Kummerċ għandha tissaħħaħ u tiġi żviluppata biex tiġi kkunsidrata l-programmazzjoni tas-Servizz Ewropew il-ġdid għall-Azzjoni Esterna.

4.8   L-impatt tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles fuq il-pajjiżi li mhumiex fil-ftehim kummerċjali jew fuq ir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandu jiġi integrat b’mod gradwali mal-kontribut tal-esperti lokali u tas-soċjetà ċivili bil-għan li jiġu valutati l-konsegwenzi ekoloġiċi u soċjali tal-bidla fil-flussi kummerċjali.

4.9   Dan l-approċċ ta’ dijanjosi utli għan-negozjaturi kif ukoll għal assessuri futuri għandu jissarraf f’reviżjoni tal-gwida prattika tal-VIS imfassla mill-Kummissjoni fl-2006 (6) billi l-esperti tad-DĠ għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, id-DĠ għall-Impjieg, id-DĠ għall-Ambjent, id-DĠ għall-Klima u d-DĠ SANCO jiġu involuti ħafna f’din ir-reviżjoni kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħha.

5.   Ir-reviżjoni tal-proċess għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili

5.1   Ħafna minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet jindirizzaw ix-xewqat ta’ dawk li kkontribwixxew għall-konsultazzjoni pubblika li tnediet mid-DĠ għall-Kummerċ fl-2010 dwar il-politika kummerċjali l-ġdida u li esprimew kritika matul din il-konsultazzjoni. Bl-istess mod kif il-VIS għandhom jiddaħħlu f’ċiklu koerenti ta’ valutazzjoni tal-politiki, il-konsultazzjoni għandha tiġi riveduta b’mod dinamiku, bħal proċess adatt għall-fażijiet differenti taċ-ċiklu, u għandha tiġi bbażata fuq għadd ta’ prattiki tajbin.

5.2   Fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet istituzzjonali, il-KESE jista’ jinvolvi ruħu aktar minn stadju bikri fit-tfassil ta’ VIS partikolari, billi jfassal opinjoni dwar l-għażla tal-indikaturi soċjali jew ambjentali, jidentifika miżuri ta’ appoġġ kif ukoll billi jipproponi l-aktar mekkaniżmi adatti ta’ konsultazzjoni.

5.3   Fl-“analiżi tal-konsegwenzi” li għandha titressaq lill-Parlament Ewropew, is-soċjetà ċivili tistenna li l-Kummissjoni tinnota l-mod kif il-konklużjonijiet tal-VIS ġew integrati min-negozjaturi u l-modifiki li saru f’ċerti kapitoli biex jiġu evitati l-problemi identifikati.

5.4   Jeħtieġ li l-istudju inizjali jiddaħħal f’sistema ta’ segwitu u ta’ valutazzjoni minn kmieni (sentejn sa tliet snin) biex, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili, ikunu jistgħu jiġu speċifikati u, jekk ikun hemm il-bżonn, riveduti l-impatti osservati, kif ukoll jiġu identifikati riskji ġodda. Is-segwitu u l-valutazzjoni għandhom jiffokaw fuq ir-riskji u t-tibdil tar-riskji maż-żmien kif ukoll fuq l-effikaċja tal-miżuri ta’ appoġġ.

5.5   Għall-finijiet ta’ ċiklu ġdid ta’ valutazzjoni li jkopri l-VIS, il-KESE għandu disponibbli netwerk ta’ relazzjonijiet stabbiliti ma’ partijiet kbar tas-soċjetà ċivili f’pajjiżi terzi. Għaldaqstant jista’ jaqdi rwol ta’ intermedjarju għall-konsultazzjonijiet. Diġà kiseb esperjenza f’ċerti fażijiet tan-negozjati biex jorganizza djalogu mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi msieħba.

5.6   Dawn il-gruppi ġeografiċi permanenti tal-KESE għall-iskambju mas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi terzi jikkostitwixxu għodda ewlenija biex flimkien mal-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili, jistabbilixxu l-pedamenti tal-kumitati ta’ segwitu tal-ftehimiet. Bl-esperjenza tagħhom fil-qasam tad-djalogu u l-konfrontazzjonijiet dwar aspetti differenti ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ta’ sħubija, dawn il-korpi ta’ ħidma tal-KESE jsiru fora privileġġati għad-dibatittu dwar il-bilanċi miksuba fil-ftehimiet kummerċjali. Kull struttura konġunta tipprovdi bażi ġeografika ta’ għarfien espert prattiku dwar ir-rabtiet empiriċi bejn il-kummerċ internazzjonali u l-iżvilupp sostenibbli.

5.7   Il-mekkaniżmu ta’ segwitu fil-ftehim tal-CARIFORUM huwa risposta għall-monitoraġġ tal-ftehim kollu permezz ta’ analiżi konġunta mis-soċjetajiet ċivili dwar l-applikazzjoni tiegħu. Fil-każ tal-Korea t’Isfel dan jagħmilha possibbli li jiġi mmonitorjat il-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehim. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi ta’ segwitu tikkostitwixxi lieva deċiżiva għall-kredibbiltà tal-impenji Ewropej fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli. Il-validità sussegwenti tal-monitoraġġ u l-fiduċja tal-partiti fil-proċess konsultattiv ser jiddependu mill-kwalità tal-VIS. Din hija r-raġuni għalfejn il-KESE jtenni l-interess tiegħu fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ kumitat ta’ segwitu fil-ftehimiet kummerċjali kollha.

5.8   Il-KESE jappoġġa l-approċċ kooperattiv tad-DĠ għall-Kummerċ bil-għan li f’kull ftehim jinkludi kapitolu dwar “żvilupp sostenibbli” b’impenji soċjali u ambjentali. Il-VIS għandu sehem f’dan l-approċċ ta’ inċentiv billi jindika b’mod empiriku u prattiku l-opportunitajiet offerti mill-kummerċ f’dan il-qasam, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tranżitorji jew il-miżuri ta’ aġġustament, ta’ kumpens jew ta’ salvagwardja meħtieġa bil-għan li jiġu evitati jew jitnaqqsu r-riskji soċjali u ambjentali b’konfomità mal-impenji tal-ftehim.

5.9   Bħala l-fus tas-segwitu tal-Ftehim tal-CARIFORUM, il-KESE ser jaħdem abbażi tar-rabtiet mas-soċjetà ċivili li ġew żviluppati minn qabel. Ser joħloq ukoll sħubija mas-soċjetà ċivili tal-Korea t’Isfel biex jissokta bil-monitoraġġ tal-mekkaniżmi ta’ segwitu li għandhom jiġu implimentati. Bil-għan li jirrevedi l-proċess parteċipattiv, jeħtieġ li jinsiltu tagħlimiet mill-ewwel valutazzjoni ex post tal-ftehim maċ-Ċili.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  COM(2010) 612 tad-9.11.2010.

(2)  DG Trade Civil Society Dialogue. Report of activities 2010. (Rapport ta’ attivitajiet 2010 tad-DĠ għall-Kummerċ dwar id-djalogu mas-soċjetà ċivili), (mhux disponibbli bil-Malti), http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2010/february/tradoc_145785.pdf

(3)  Rapport finali 2010 dwar il-konsultazzjoni pubblika dwar il-politika kummerċjali ġdida tal-Unjoni Ewropea. http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2010/september/tradoc_146556.pdf

(4)  Anne Chetaille (2005). Les études d’impact des accords commerciaux sur le développement durable: bilan et perspectives. (Il-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ ftehimiet kummerċjali dwar l-iżvilupp sostenibbli: sinteżi u perspettivi). Gret, Pariġi.

Ruddy u Hilty (2007). Impact assessment and policy learning in the European Commission. (Valutazzjoni tal-impatt u tagħlim ta’ politika fil-Kummissjoni Ewropea). Sciencedirect.

Pascal Gabriel (2008). Problématiques environnementales, emploi et cohésion sociale. Un examen des développements politiques au niveau international. (Kwistjonijiet ambjentali, relatati max-xogħol u l-koeżjoni soċjali. Analiżi tal-iżviluppi politiċi fil-livell internazzjonali). Syndex/DĠ għall-Impjieg.

Ekins u Voituriez (2009). Trade, Globalisation and Sustainability Impact Assessment. (Kummerċ, Globalizzazzjoni u Valutazzjoni tal-Impatt Sostenibbli). Earthscan, Londra.

(5)  Rapport ta’ informazzjoni, Xogħol deċenti u żvilupp sostenibbli fil-Mediterran, KESE, Settembru 2010.

(6)  Gwida prattika dwar il-VIS, DĠ għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2006/march/tradoc_127974.pdf


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/19


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Makkinarju agrikolu u għodda tal-kostruzzjoni u tal-manutenzjoni: liema huwa l-aħjar mod kif noħorġu mill-kriżi?” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2011/C 218/04

Relatur: is-Sur RANOCCHIARI

Korelatur: is-Sur PESCI

Nhar it-15 ta’ Lulju 2010, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, iddeċieda li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Makkinarju agrikolu u għodda tal-kostruzzjoni u tal-manutenzjoni: liema huwa l-aħjar mod kif noħorġu mill-kriżi?

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, li hija inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’151 vot favur, 3 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   L-industriji Ewropej tal-għodda tal-kostruzzjoni u l-makkinarju agrikolu ntlaqtu b’mod aħrax mill-kriżi fi żmien meta qed isseħħ bidla kbira fid-domanda globali. Madankollu, dan is-settur jagħmel parti minn industrija kompetittiva u teknoloġikament avvanzata.

Iżda hemm bżonn ta’ għadd ta’ inizjattivi fil-livell tal-UE biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-settur biex fit-tul tiġi evitata l-kapaċità eċċessiva tal-produzzjoni tal-UE:

qafas legali li ma jillimitax il-ħila tal-manifatturi li jinnovaw u li jiżviluppaw għodda li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-klijenti;

kundizzjonijiet indaqs fl-Ewropa, permezz ta’ superviżjoni effettiva tas-swieq: l-awtoritajiet tas-suq u tad-dwana għandhom jinfurzaw ir-Regolament 765/2008 b’mod effettiv u jissikkaw il-kontrolli fuq is-suq Ewropew;

leġislazzjoni tal-prodotti u politika tal-kummerċ li jiżguraw aċċess ħieles għas-swieq dinjija;

leġislazzjoni Ewropea li tqis ir-rwol li relattivament qed jonqos tas-swieq Ewropej. Iċ-ċentru tas-suq dinji dejjem qed jersaq lejn l-Amerika t’Isfel u l-Asja, u għalhekk għandha tiġi prevista kull miżura, inkluż it-tnaqqis tal-burokrazija u l-promozzjoni ta’ miżuri volontarji mill-industrija, biex il-fabbriki tal-manifatturi Ewropej jinżammu fl-UE;

l-armonizzazzjoni hija s-soluzzjoni – fl-Ewropa u fid-dinja – tal-ħtiġijiet tas-sigurtà fit-triq u l-protezzjoni ambjentali;

kundizzjonijiet tax-xogħol u miżuri ta’ implimentazzjoni mtejba fl-UE kollha biex jiġu evitati kapaċitajiet eċċessivi fil-ġejjieni u biex jitmexxa 'l quddiem l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda u ideat ġodda dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol ibbażati fuq l-għarfien tal-partijiet interessati kollha;

programm ta’ fondi u inċentivi biex tiġi appoġġjata l-kompetittività tal-SMEs.

1.2   Wara s-seduta li saret fil-11 ta’ Novembru 2010 f’Bologna bħala parti mill-EIMA (Esibizzjoni Internazzjonali tal-Makkinarju Agrikolu), fejn attendew bosta partijiet interessati, fil-kapitoli li ġejjin qed jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet dettaljati oħra.

2.   Sfond għall-opinjoni

2.1   L-industrija Ewropea tal-makkinarju agrikolu u l-għodda tal-kostruzzjoni tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem: li tintema l-popolazzjoni dinjija li dejjem qiegħda tikber, li jiġu pprovduti d-djar u li tiġi żgurata l-infrastruttura neċessarja.

2.2   L-ispejjeż għoljin tal-art fl-Ewropa qed jirriżultaw f’domanda Ewropea għal soluzzjonijiet effiċjenti ħafna u innovattivi għall-biedja u l-bini, u dan qed iwassal biex l-industrija Ewropea tkun mexxejja dinjija fit-teknoloġija.

2.3   Filwaqt li l-Ewropa għaddejja minn perjodu ta’ staġnar, is-swieq tal-Asja, tal-Amerika Latina, tal-Afrika u tal-pajjiżi tal-Komunità ta’ Stati Indipendenti (KSI) ilhom jespandu u ser ikomplu jikbru b’rata mgħaġġla. Għalhekk, wieħed jista’ jgħid li ħarġu atturi globali oħra u dawn qed isiru kompetittivi, anke barra mis-swieq ta’ pajjiżhom.

2.4   Il-kriżi finanzjarja globali laqtet liż-żewġ setturi b’mod konsiderevoli. Meta nfaqgħet il-bużżieqa finanzjarja tal-proprjetà, waħda mill-konsegwenzi kienet tnaqqis konsiderevoli fl-attività tas-settur tal-għodda tal-kostruzzjoni fit-tieni nofs tal-2008. Dan wassal għal tnaqqis drastiku fis-settur tal-bini, bi tnaqqis ta’ 42 % fil-bejgħ fl-2009. Dan it-tnaqqis kien prinċiparjament dovut għan-nuqqas ta’ mezzi finanzjarji min-naħa tal-klijenti u tnaqqis fl-attività tal-kostruzzjoni.

2.5   L-effetti tal-kriżi nħassew iktar tard fis-settur tal-makkinarju agrikolu u għalkemm it-tnaqqis fl-2009 kien inqas akut (– 22 %), l-irkupru ma bediex qabel l-ewwel nofs tal-2010 kif ġara fil-maġġoranza tas-setturi l-oħra tal-industrija, u t-tnaqqis fil-bejgħ għas-sena sħiħa tal-2010 huwa stmat li kien 9 %. L-ixprun prinċipali kien mill-ġdid in-nuqqas ta’ mezzi finanzjarji min-naħa tal-klijenti, flimkien mal-inċertezza.

2.6   Bħalissa hemm bidla dejjem ikbar fid-domanda għall-prodotti. Filwaqt li s-swieq barra l-Ewropa b’rekwiżiti legali ħafna inqas stretti qed jikbru, qed tonqos id-domanda għall-prodotti tal-UE li jikkonformaw ma’ leġislazzjoni dejjem iktar stretta għas-sikurezza u l-ambjent. Dan qed iżid il-portafoll tal-prodotti li diġà huwa kumpless. U qed iwassal ukoll għal bida fil-postijiet tal-produzzjoni; il-prodotti mmirati lejn is-swieq barra l-UE qed isiru manifatturati f’postijiet eqreb tas-sors għad-domanda, b’riżultat ta’ telf ta’ impjiegi fl-UE.

3.   Il-makkinarju agrikolu u tal-kostruzzjoni: l-importanza strateġika tas-settur, l-isfidi li ġejjin, l-istruttura tas-suq

3.1   Kwantitajiet żgħar, diversità kbira ta’ prodotti – dipendenza qawwija mill-fornituri

Hemm bosta similaritajiet bejn iż-żewġ setturi f’termini tal-iskala u l-varjetà tal-produzzjoni tal-manifatturi tagħhom.

Hemm kumpaniji multinazzjonali kbar li jipproduċu firxiet wesgħin ta’ prodotti li jkopru t-tipi ta’ għodda li jintużaw l-iktar, bħat-tratturi agrikoli, l-apparat għat-tħaffir jew l-apparat għat-tagħbija bir-roti.

Fl-istess ħin, hemm manifatturi li jvarjaw minn entitajiet reġjonali mdaqqsa sal-SMEs li jkopru t-tipi ta’ għodda l-iktar komuni iżda jkomplu jeżistu billi jfornu lis-suq bi prodotti speċjalizzati ħafna.

Il-firxa tal-ispeċjalizzazzjoni u l-varjetà tal-prodotti offruti fis-suq ħafna drabi jkunu sproporzjonati meta mqabbla mad-daqs veru tal-manifattur. Huwa pjuttost normali li wieħed isib manifatturi b’200 mudell differenti, li joffru għodda mfassla għal finijiet speċifiċi ħafna u li jbiegħu inqas minn 1 000 prodott fis-sena; ħafna oħrajn jirnexxilhom ikomplu billi jbiegħu sensiela ta’ inqas minn 100 prodott fis-sena ta’ kull mudell.

3.2   L-impjieg u l-produzzjoni

3.2.1   Is-suq tal-makkinarju agrikolu jirrifletti mill-qrib it-tendenzi fis-settur agrikolu.

Mingħajr l-aħħar magni, is-settur agrikolu modern, effiċjenti u kompetittiv ma jeżistix. Illum il-ġurnata hemm iktar minn 10 miljun ruħ jaħdmu fl-agrikoltura. Filwaqt li l-għadd ta’ ħaddiema f’dan is-settur qed jonqos, għadhom jistgħu jiġu identifikati differenzi kbar bejn l-UE15 u l-Istati Membri “il-ġodda” li saru membri tal-UE wara l-2004.

Fl-UE-15, 4 % tal-ħaddiema “biss” huma impjegati f’dan is-settur, filwaqt li fit-12-il Stat Membru l-ġdid il-ħaddiema f’dan is-settur jirrappreżentaw 13,4 % tal-forza totali tax-xogħol.

Għalhekk, fil-fehma tal-KESE, hemm bżonn PAK b’saħħitha għall-bdiewa iżda anke biex l-industrija tkompli tinvesti fir-Riċerka u l-Iżvilupp – li bis-saħħa t’hekk jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet legali u d-domanda tax-xerrejja.

Fis-settur tal-makkinarju agrikolu, hemm mal-4 500 manifattur li ġġeneraw bejgħ ta’ madwar EUR 28 biljun fl-2008. 135 000 ruħ jaħdmu f’dan is-settur u barra minn dawn hemm 125 000 persuna li jaħdmu fid-distribuzzjoni u l-manutenzjoni.

Żewġ terzi tal-produzzjoni tal-UE huma kkonċentrati fil-Ġermanja, l-Italja, Franza, Spanja u r-Renju Unit, filwaqt li t-tnax “il-ġodda” flimkien jirrappreżentaw 7 % tal-produzzjoni tal-makkinarju fl-UE biss.

3.2.2   Is-settur tal-kostruzzjoni fl-UE jimpjega 7,1 % tal-popolazzjoni attiva.

Il-produzzjoni tal-għodda tal-kostruzzjoni ssegwi l-istess tendenza bħall-makkinarju agrikolu fejn l-Italja, il-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit jirrappreżentaw kważi tliet kwarti tal-produzzjoni globali fl-Ewropa. B’kollox hemm madwar 1 200 kumpanija fl-Ewropa b’bejgħ globali ta’ EUR 31 biljun fl-2008, ċifra li niżlet għal 18-il biljun fl-2009. Dan jirrappreżenta nuqqas ta’ 42 %.

L-industrija impjegat 160 000 ħaddiema b’mod dirett u b’mod indirett huwa stmat li fil-katina tal-provvista, in-netwerk tad-distribuzzjoni u l-manutenzjoni hemm 450 000 impjieg li jiddependu mis-settur. Fl-2010, skont l-istimi tal-industrija, l-impjiegi diretti naqsu b’35 % u l-impjiegi indiretti b’20 %.

Madankollu, hemm nuqqas ċar ta’ persunal tas-sengħa u żgħażagħ. Stħarriġ dwar ix-xogħol fl-Industriji tat-Teknoloġija fil-Finlandja juri li d-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ staff kwalifikat żdiedu. Dan in-nuqqas jikkonċerna lill-professjonijiet li ilhom fil-quċċata tal-lista għal iktar minn għaxar snin: welders, ħaddiema tal-metall, mekkaniki u inġiniera.

3.3   Id-dipendenza mill-fornituri tal-komponenti u l-muturi

Il-manifatturi Ewropej fiż-żewġ setturi minn dejjem kienu minn ta’ quddiem fil-kuntest dinji fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata u l-kwalità tal-għodod offruti. It-teknoloġija avvanzata, li tvarja minn funzjonijiet awtomatizzati ħafna u GPS b’riżoluzzjoni qawwija għall-biedja ta’ preċiżjoni, sa trasmissjonijiet kontinwi u varjabbli u s-settur elettroniku, trid tkun l-aktar avvanzata f’dawn l-oqsma.

Min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jagħtu prestazzjoni tajba taħt kondizzjonijiet estremi (trab, tajn, silġ, sħana estrema u bard estrem) ifisser li l-komponenti standard mhux ser jissodisfaw il-ħtiġijiet jew jipprovdu l-iżvilupp addizzjonali speċifiku meħtieġ.

Hemm tħassib li qed jiżdied fl-industrija li l-imsieħba Ewropej neċessarji fis-settur tal-komponenti mhux ser ikunu disponibbli fil-futur, biex permezz ta’ żvilupp komuni jiżguraw li jkunu mexxejja fil-kamp tat-teknoloġija.

Il-muturi huma l-komponent kruċjali għall-iżvilupp tal-prodotti u għall-konformità mal-leġislazzjoni, iżda bil-kontra tas-settur tal-karozzi, huma biss il-kumpaniji multinazzjonali li għandhom il-faċilitajiet biex jipproduċu l-muturi.

L-għadd ta’ manifatturi indipendenti tal-muturi qed jonqos u dawn jokkupaw pożizzjoni marġinali fis-suq; il-maġġoranza tal-manifatturi tal-għodod spiss jiffaċċjaw l-isfida tad-dipendenza fuq il-provvedituri ta’ muturi kkontrollati mill-kompetituri tagħhom.

3.4   L-importanza tan-netwerk tad-distribuzzjoni u l-manutenzjoni

In-netwerk tal-intermedjarji (dealers) u tal-manutenzjoni huwa wieħed mill-fatturi li jiddeterminaw is-suċċess ta’ manifattur. Magni daqshekk kumplessi jġibu magħhom riskji għas-saħħa u s-sikurezza jekk ma jintużawx u ma jinżammux kif jixraq. Huma jeħtieġu sistema ta’ distribuzzjoni mħarrġa sew biex tassisti fl-għażla tal-iktar teknoloġija adatta u tipprovdi manutenzjoni u tiswija ta’ kwalità għolja biex jiġi żgurat servizz rapidu u affidabbli meħtieġ għat-tagħmir kumpless, l-istennijiet ta’ prestazzjoni għolja min-naħa tal-klijenti u għas-setturi fejn il-kondizzjonijiet tal-klima, il-quċċati staġjonali u l-iskadenzi stretti jkunu fatturi importanti.

3.5   L-effett tal-kriżi ekonomika fuq it-tkabbir u l-produzzjoni

Il-kriżi ekonomija laqtet liż-żewġ setturi bl-aħrax u f’mument meta d-domanda globali kienet ta’ livell għoli ħafna. Għall-għodda tal-kostruzzjoni, id-domanda niżlet għalkollox fil-livell dinji fir-raba’ kwart tal-2008. Fl-2009, il-bejgħ globali tal-manifatturi Ewropej naqas bi 42 %, u dan wassal għal stokkijiet drastiċi u użu baxx immens tal-kapaċitajiet. Għas-sena sħiħa tal-2010, kif issemma qabel, ġie reġistrat nuqqas addizzjonali ta’ 9 % filwaqt li fl-aħħar tal-2010 id-domanda fl-Asja reġgħet żdiedet.

Fis-settur tal-makkinarju agrikolu l-effetti tal-kriżi bdew iktar tard billi l-biedja hija inqas dipendenti mill-klima ekonomika ġenerali. Iżda fl-2009 il-bejgħ naqas bi 22 % u huwa stmat li fl-2010 reġa’ naqas b’9 %.

Fiż-żewġ setturi fl-2011 hija mistennija żieda b’figura waħda, bil-wisq inqas minn dak meħtieġ biex nirritornaw għal-livelli ta’ qabel il-kriżi.

L-ikbar fattur ta’ xkil matul il-kriżi kien in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ kreditu – l-iktar għall-klijenti biex jiffinanzjaw magni ġodda, iżda anke għall-manifatturi. Barra minn hekk, naturalment, in-nuqqas ta’ attività, speċjalment fis-settur tal-kostruzzjoni, rażżan id-domanda għal għodda ġdida. Id-domanda fiż-żewġ setturi kienet waħda volatili ħafna.

4.   Id-diffikultajiet u l-isfidi li jridu jiġu ffaċċjati wara l-kriżi

Il-kriżi ekonomika wriet xi wħud mill-aspetti problematiċi taż-żewġ setturi u wasslet għal sitwazzjoni ferm diffiċli li biex tiġi solvuta teħtieġ intervent fil-livell politiku.

4.1   L-insuffiċjenza ta’ fornituri u kompetenzi

Huwa importanti li nenfasizzaw li l-industrija tal-għodda tal-kostruzzjoni bħalissa għaddejja minn bidliet sostanzjali u fundamentali.

Iċ-ċentru tas-suq dinji qed jaqleb dejjem iktar lejn l-Amerika t’Isfel u l-Asja.

Filwaqt li 20 % tad-domanda globali dinjija għall-għodda tal-kostruzzjoni fl-2005 ġiet mill-Ewropa, fl-2014 (1) 14 % biss tad-domanda dinjija globali ser toriġina mill-Ewropa.

L-iktar bidliet impressjonanti jinvolvu liċ-Ċina u l-Indja. Huwa mistenni li d-domanda Ċiniża għall-għodda tal-kostruzzjoni ser tirrappreżenta 34 % tad-domanda dinjija fl-2014, meta mqabbla ma’ 18 % biss fl-2005, li jfisser li d-domanda tkun irduppjat f’9 snin.

Il-konsegwenzi ta’ bidla bħal din huma tal-ikbar importanza, billi d-domanda mill-Istati Uniti u l-UE flimkien ser tirrappreżenta 29 % biss tad-domanda dinjija.

Wieħed mill-effetti tal-kriżi huwa li t-tendenza li l-produzzjoni tiċċaqlaq bi ħġarha lejn postijiet eqreb tas-swieq ġodda barra l-Ewropa aċċellerat bil-kbir. B’riżultat ta’ dan, l-għadd ta’ fornituri kruċjali tal-komponenti fl-Ewropa naqas b’mod drastiku wkoll. Dan ma jikkonċernax biss bidla fis-siti tal-produzzjoni iżda anke l-kompetenzi neċessarji.

Billi r-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tas-swieq barranin huma differenti minn dawk Ewropej, hemm tħassib dejjem jikber dwar in-nuqqas ta’ fornituri ta’ komponenti kruċjali Ewropej bi prezz raġonevoli li fil-ġejjieni jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet Ewropej.

Kwistjoni oħra hija d-disponibbiltà tal-azzar f’ekonomija dinjija li qed tirkurpa fejn iż-żidiet fil-prezzijiet u l-miżuri protezzjonisti jkollhom effett negattiv fuq dan is-settur kif turi l-istatistika ta’ qabel il-kriżi.

4.2   L-effetti fuq l-impjieg: forzi tax-xogħol li qed jixjieħu, nuqqas ta’ persunal kwalifikat u brain drain

L-industrija tal-inġinerija mekkanika timpjega 3,6 miljun ruħ fl-Ewropa (2).

Minn dawn, 10 % jaħdmu fl-industriji tal-makkinarju agrikolu u l-għodda tal-kostruzzjoni. B’mod ġenerali, din l-industrija għandha forza tax-xogħol li qed tixjieħ – 20,1 % tal-ħaddiema biss għandhom inqas minn 30 sena, filwaqt li l-medja fis-setturi l-oħra mhux finanzjarji hija ta’ madwar 1 minn kull 4 ħaddiema.

Min-naħa tal-utenti, anke l-bdiewa qed jiffaċċjaw l-istess problemi: fost il-bdiewa Ewropej 7 % biss għandhom inqas minn 35 sena. L-agrikoltura u l-kostruzzjoni jiġbdu inqas nies minn setturi oħra, billi x-xogħol huwa iktar iebes u l-ħlas huwa inqas minn ħafna impjiegi oħra fl-Ewropa.

Ir-reputazzjoni fqira tal-industrija, li twassal biex in-nies ma jirrikonoxxux l-importanza tagħha għall-komunità kollha kemm hi, in-nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati u inġiniera, in-nuqqas ta’ qbil bejn il-ħiliet meħtieġa u l-ħiliet disponibbli fis-suq tax-xogħol; id-diversità u d-diskrepanzi fin-nomenklaturi tal-kwalifiki u ċ-ċertfikati nazzjonali għal diversi lawreji; in-nuqqas ta’ edukazzjoni tal-ogħla kwalità fix-xjenzi naturali u l-inġinerija: dawn il-karatteristiċi kollha tas-settur marru għall-agħar bil-kriżi ekonomika.

L-industrija ppruvat tillimita t-tnaqqis tal-impjiegi kemm jista’ jkun. Iżda kif issemma qabel il-forza tax-xogħol impjegata mill-industrija tal-għodda tal-kostruzzjoni naqset b’35 % meta mqabbla mal-2008 (3).

Il-kriżi rriżultat ukoll fi brain drain lejn il-Lvant Imbiegħed u l-Amerika t’Isfel, fejn is-swieq qed jiffjorixxu iżjed u fejn il-kriżi kellha effetti inqas drammatiċi.

5.   Azzjoni meħtieġa fil-livell tal-UE

5.1   Naraw li l-miżuri kontra l-kompetizzjoni inġusta qed jiġu infurzati

L-importazzjoni ta’ għodda tal-kostruzzjoni fl-UE li mhijiex konformi, u l-bejgħ u l-użu tagħha, għadha problema kbira għall-industrija Ewropea tal-għodda tal-kostruzzjoni. L-għodda li titpoġġa fis-suq tal-UE għall-ewwel darba trid tikkonforma mar-rekwiżiti kollha validi tas-sikurezza u l-ambjent. Il-makkinarju li ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti ma jkunx konformi u l-Istati Membri għandhom iżommuh milli jitqiegħed fis-suq tal-UE.

Dan huwa sors ta’ kompetizzjoni inġusta u jikkomprometti l-ħila tal-fornituri ta’ intenzjoni tajba milli jwettqu attivitajiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp. Min-naħa tiegħu, dan jhedded il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-għodda tal-kostruzzjoni u l-impjiegi li tipprovdi. Il-probbabbiltà li l-magni mhux konformi jikkawżaw inċident hija ħafna ikbar u ħafna drabi dawn ma jilħqux l-istandards ambjentali mitluba mill-UE.

Il-manifatturi li jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-UE bħalissa qed jiġu kkonfrontati u sfidati mill-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE b’kondizzjonijiet inġusti u għal frazzjoni tal-prezz tas-suq tal-prodotti konformi. L-awtoritajiet m’għandhomx il-mezzi u r-riżorsi biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni, filwaqt li l-leġislazzjoni mhijiex dejjem ċara fid-difiża tal-prodotti legali.

Kulma jmur dejjem qed jitqiegħdu iktar magni mhux konformi b’mod illegali fis-suq tal-UE, mingħajr l-ebda azzjoni effettiva mill-awtoritajiet tal-monitoraġġ tas-suq u tad-dwana, għalkemm fl-1 ta’ Jannar 2010 daħlet fis-seħħ leġislazzjoni iktar stretta (Regolament 765/2008).

Rakkomandazzjoni: il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu kull pass neċessarju biex jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-UE u biex jiżguraw kondizzjonijiet indaqs għall-manifatturi li għandhom bżonn jikkompetu fil-livell internazzjonali.

5.2   Iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin biex jittejjeb l-ambjent

Bħalma huwa l-każ fis-settur tal-karozzi, waħda mill-ikbar sfidi għaż-żewġ setturi hija l-leġislazzjoni li tirregola l-emissjonijiet mill-magni mobbli. Meta mqabbla mas-settur tal-karozzi, l-ispejjeż ta’ konformità għal kull unità ta’ magni mobbli huma estremament għoljin, billi l-produzzjoni u l-bejgħ huma ħafna iktar baxxi u l-għadd ta’ mudelli differenti huwa ħafna ogħla.

Fl-istadju ta’ emissjonijiet li jmiss, li jibda fl-2011 (IIIB), u fl-istadju ta’ warajh, diġà ppjanat għall-2014 (Stadju IV), is-sustanzi prinċipali li jniġġsu ser jitnaqqsu b’iktar minn 90 % meta mqabbla mal-livelli eżistenti. Il-modifiki ser jolqtu lill-magni, iżda jimponu wkoll tfassil mill-ġdid fundamentali tal-magna sħiħa.

It-teknoloġiji imposti minn dawn il-livelli ta’ emissjoni jeħtieġu l-użu ta’ karburanti b’livell baxx immens ta’ kubrit, li huma diffiċli li jinkisbu fl-Ewropa għas-settur tal-vetturi li ma jintużawx fit-triq (off-road) u żgur mhumiex disponibbli barra mill-Ewropa. Dan ser ixekkel il-bejgħ barra mill-Ewropa kemm għall-għodda l-ġdida kif ukoll għal dik użata.

Bħala miżura ta’ serħan mill-kriżi, l-industrija talbet strument leġislattiv li jippermetti żieda fil-kwantitajiet ta’ magni diġà previsti skont l-iskema ta’ flessibbiltà tad-direttivi eżistenti. L-iffrankar konsegwenti fl-ispejjeż għas-settur ikun konsiderevoli bl-ispiża ta’ kumpens ta’ darba biss fl-emissjonijiet ta’ madwar 0,5 %. Il-Kummissjoni Ewropea laqgħet din it-talba u ressqet żewġ proposti li jemendaw id-direttivi rilevanti. Dawn il-proposti qed jiġu kkunsidrati fil-Kunsill u l-Parlament. Madankollu, il-progress f’dan l-ambitu qed jimxi bil-mod wisq u dan jista’ jnaqqas l-effett ekonomiku pożittiv ippjanat.

Il-KESE jirrakkomanda li d-dispożizzjonijiet addizzjonali tal-flessibbiltà għall-istadju li jmiss tal-leġislazzjoni għall-emissjonijiet tal-magni mobbli li ma jintużawx fit-triq u proposta simili għat-tratturi agrikoli jiġu adottati mill-iktar fis possibbli.

It-tnaqqis fil-ġmied u l-emissjonijiet tan-NOx fil-ġejjieni ser jeħtieġu teknoloġiji speċjali li jirriżultaw f’żieda fil-konsum tal-karburant u b’hekk fl-emissjonijiet tas-CO2. L-isforzi min-naħa tal-manifatturi żammew il-konsum tal-karburant milli jiżdied b’mod reali billi tejbu l-effiċjenza tal-magna sħiħa. Kull leġislazzjoni ġdida dwar il-limiti/it-tnaqqis tal-karbonju għandha tikkonforma mal-leġislazzjoni attwali tal-emissjonijiet u għandha tħalli biżżejjed żmien wara tmiem l-istadji attwali tal-emissjonijiet qabel ma tiġi introdotta.

Rakkomandazzjoni: Qabel ma jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ leġislazzjoni iktar stretta jew ġdida li tapplika għall-istess prodotti, għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt fil-livell tal-UE, li fiha jitqiesu l-konsegwenzi negattivi potenzjali għall-kompetittività tal-industrija fis-suq dinji u t-titjib marġinali potenzjali fil-prattika għal dawn il-magni.

5.3   L-età avvanzata tal-għodda li qed tintuża – hemm bżonn skema għall-iskartar tal-magni mobbli

Il-makkinarju li jintuża fl-agrikoltura u l-kostruzzjoni għandu tul ta’ ħajja mistennija twil. Il-medja tat-tul ta’ ħajja tat-tratturi hija ta’ iktar minn 15-il sena. It-titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-għodda l-ġdida għalhekk għandu biss effett limitat u gradwali fuq il-prestazzjoni ambjentali globali tal-għodda li qed tintuża. L-aħjar mod li bih jinkiseb progress mgħaġġel huwa permezz ta’ inċentivi biex titneħħa l-għodda qadima ħafna u li tniġġes. Dan l-approċċ għandu wkoll vantaġġi ċari meta mqabbel mar-rinnovazzjoni ta’ għodda qadima b’sistemi ta’ wara t-trattament. L-adattament tal-għodda l-qadima bil-filtri joħloq ħafna sfidi u ineffiċjenzi addizzjonali rigward is-sikurezza u l-prestazzjoni.

Il-KESE jirrakkomanda li tiġi stabbilita skema għall-iskartar li tkun soluzzjoni sostenibbli għall-problema tal-magni qodma u li jniġġsu li ser jikkontribwixxu għal ambjent iktar nadif u għal kondizzjonijiet tax-xogħol iktar sikuri.

Il-KESE jqis kwalunkwe skema tar-rinnovazzjoni tal-exhaust bħala soluzzjoni żbaljata għall-problema tal-għodda li tniġġes li tintuża f’żoni mibnija. Minflok ma jsolvu l-problema, dawn is-sistemi jżommu magni storbjużi u li mhumiex sikuri fi stat ta’ ħidma u possibbilment saħansitra jżidu r-riskji b’riżultat ta’ installazzjoni inkompetenti.

Il-KESE jirrakkomanda wkoll li jiġu żviluppati rekwiżiti armonizzati għas-sistemi tar-rinnovazzjoni wara t-trattament, mhux biss minħabba l-potenzjal tagħhom għat-tnaqqis tal-exhaust iżda anke biex jindirizzaw ir-riskji li joħolqu meta jiġu installati fuq l-għodda agrikola u tal-kostruzzjoni.

5.4   L-isfida tas-CO2 tista’ tiġi indirizzata mill-industrija

L-istess bħas-sitwazzjoni fis-settur tal-vetturi li jintużaw fit-triq (on-road), il-kontributur prinċipali għall-emissjonijiet tas-CO2 huwa l-konsum tal-karburant. Il-possibbiltajiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jridu jiġu vvalutati f’termini tar-relazzjoni speċifika bejn il-prestazzjoni u x-xogħol tal-għodda u mhux sempliċement il-konsum tal-karburant għal kull km, kif inhu l-każ fis-settur tal-karozzi.

Diġà sar titjib konsiderevoli tul l-aħħar snin li għaddew b’magni iktar effiċjenti. Kulma jmur, l-ispejjeż ta’ tul il-ħajja, li l-biċċa l-kbira minnhom huma spejjeż tal-karburanti, qed isiru fattur iktar importanti għall-klijenti li jieħdu d-deċiżjoni tax-xiri.

Madankollu, biex jinkiseb l-aħjar livell ta’ tnaqqis tas-CO2, l-ottimizzazzjoni m’għandhiex tiffoka biss fuq il-mutur bħala s-sors tas-saħħa iżda fuq il-magna sħiħa, l-applikazzjonijiet u l-proċess, apparti mill-effiċjenza operattiva u l-użu potenzjali ta’ sorsi ta’ enerġija alternattiva b’livell baxx ta’ karbonju.

Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jappoġġjaw approċċ komprensiv, immexxi mis-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-magni mobbli. Billi m’hemmx soluzzjoni unika għall-problemi kollha, soluzzjoni prammatika u affidabbli tkun l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet adatti għall-magni bl-ogħla emissjonijiet (it-tratturi, il-combines, eċċ.) li jkejlu l-effiċjenza globali tal-magna (jiġifieri l-konsum tal-karburant għal kull tunnellata ta’ qamħ li jinħasad jew għal kull km ta’ triq li tinkesa).

5.5   L-armonizzazzjoni hija s-soluzzjoni – fl-Ewropa u fid-dinja – kemm għas-sigurtà fit-triq kif ukoll għall-ambjent

F’mument meta s-swieq qed jitbiegħdu mill-Ewropa, l-importanza ta’ leġislazzjoni u standardizzazzjoni ta’ prodotti armonizzati f’livell dinji qed tiżdied b’rata mgħaġġla. Dan jgħodd ukoll għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà fit-triq, li bħalissa għadha nieqsa fl-għodod tal-kostruzzjoni u f’xi vetturi agrikoli.

Barra minn hekk, l-industrija Ewropea qed tiffaċċja l-isfida tar-rekwiżiti Ewropej li qed isiru dejjem iktar stretti meta mqabbla mal-bqija tad-dinja, u b’hekk il-verżjonijiet Ewropej tal-magni qed isiru jew għaljin wisq jew mhux kompatibbli.

Fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent, pereżempju, l-impatt ta’ kull deċiżjoni fil-livell tal-UE għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa qabel ma tiġi adottata u implimentata kwalunkwe leġislazzjoni fl-UE.

Is-settur tal-makkinarju agrikolu u tal-kostruzzjoni ilu jikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent bit-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-magni tiegħu, kif teħtieġ id-Direttiva 97/68/KE għall-makkinarju mobbli li ma jintużax fit-triq (NRMM) u d-Direttiva 2000/25/KE għat-tratturi. Dan ser iwassal għal tnaqqis konsiderevoli tal-partikoli (97 %), NOx (96 %) u CO (85 %).

L-istess sforzi saru mill-industrija fl-emissjonijiet tal-ħsejjes: l-industrija damet taħdem għaxar snin biex tikkonforma mal-leġislazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes għal 22 magna tal-kostruzzjoni.

Barra minn hekk, l-istandards internazzjonali li japplikaw għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-magni diġà nħolqu u l-istandards għall-iskemi tar-riċiklaġġ għall-għodda li ċċaqlaq il-ħamrija diġà ġew promossi mill-industrija stess.

Għalhekk, biex tiġi żgurata l-kompetittività futura tal-prodotti Ewropej, huwa tal-ikbar importanza li l-liġijiet u r-regolamenti jsiru konsistenti fil-livell internazzjonali.

Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jappoġġjaw, jieħdu sehem u jaġixxu fuq l-iżvilupp tal-istandards globali. Għal dan il-għan, l-UNECE (4) tidher li hija l-laboratorju t-tajjeb għall-iżvilupp ta’ standards bħal dawn.

5.6   Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u d-djalogu soċjali fis-settur

Kemm is-settur tal-makkinarju agrikolu kemm dak tal-makkinarju tal-kostruzzjoni għandhom ħafna atturi ta’ daqs medju u għalhekk jeħtieġu arranġamenti speċjali rigward id-djalogu soċjali. Ir-rappreżentanza tal-persunal hija inqas importanti u l-possibbiltajiet għall-iskambju transnazzjonali tal-informazzjoni huma inqas minn dawk fis-setturi fejn jeżistu l-Kunsilli Ewropej tax-Xogħol. Madankollu, id-diversi kumpaniji tas-settur juru ċerta unità u hemm bżonn ta’ koordinazzjoni organizzata u skambju bl-istess mod. Għalhekk għandu jittejjeb id-djalogu bejn il-kumpaniji u l-ħaddiema.

L-impjieg prekarju qed joħroġ fid-dieher fis-setturi tal-metall kif ukoll f’setturi oħra. Il-konsegwenzi ta’ dan, fost oħrajn, huma livell batut ta’ taħriġ professjonali kontwinu, theddida permanenti tat-telf ta’ ħaddiema bl-esperjenza u kwalifikati lil setturi oħra. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol jintlaqtu ħażin ukoll minn dan it-tip ta’ impjieg.

Rakkomandazzjoni: il-KE għandha tippromovi t-tnedija ta’ analiżi tas-settur b’enfasi speċifika fuq il-livell tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Aħna nirrakkomandaw ukoll li jiġu implimentati azzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-UE kollha kemm hi. Fl-aħħar nett, ikun tal-ikbar importanza li jitwaqqfu miżuri biex jiġu evitati kapaċitajiet eċċessivi fil-futur, bħal dawk li nħolqu matul il-kriżi ekonomika, u li jiġi xprunat mill-ġdid l-iżvilupp ta’ prodotti u ideat ġodda dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol ibbażata fuq l-għarfien tal-partijiet interessati kollha.

5.7   Il-forzi tax-xogħol żgħażagħ u b’ħiliet speċjalizzati għandhom jinżammu fl-Ewropa

In-nuqqas ta’ persunal b’ħiliet speċjalizzati, il-forza tax-xogħol li qed tixjieħ, il-brain drain lejn kontinenti oħra, dawn huma wħud mill-problemi li qed jolqtu lis-settur tal-makkinarju agrikolu u l-għodda tal-kostruzzjoni fil-qasam tal-impjieg. Qed isir dejjem iktar diffiċli li jinġibdu nies żgħażagħ u b’ħiliet speċjalizzati lejn dan is-settur. L-industrija u l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu jagħmlu l-investimenti neċessarji fit-taħriġ, fl-edukazzjoni, fit-tagħlim tul il-ħajja, billi dan huwa settur fundamentali għall-industrija Ewropea.

Mingħajr edukazzjoni tal-ogħla kwalità u żgħazagħ b’ħiliet speċjalizzati m’hemm l-ebda futur, u l-innovazzjoni teknika tirrikjedi inġiniera b’edukazzjoni għolja u li jkunu kreattivi. Għandhom jiġu implimentati programmi f’diversi livelli mmirati lejn il-ħaddiema, li jippromovu l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-użu tagħhom għalihom, iżda wkoll li jispeċifikaw il-valur miżjud u l-benefiċċji li jgawdi min iħaddem meta jinvesti fil-ħaddiema u fil-kompetenzi tagħhom. L-aċċettazzjoni iktar mifruxa ta’ programmi bħal dawn tinkiseb bis-saħħa tal-partijiet interessati fid-djalogu soċjali.

Rakkomandazzjoni: l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw iktar lill-industrija fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fit-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-ħiliet fil-qasam tal-inġinerija mekkanika. Il-programmi appoġġjati għar-rikonverżjoni tal-ħaddiema żejda, qabel ma naslu fis-sitwazzjoni, huma kruċjali għall-ġejjieni.

5.8   L-SMEs iridu jibqgħu fil-qalba tal-innovazzjoni

Kif tindika l-Komunikazzjoni “Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni” li ħarġet dal-aħħar mid-DĠ għall-Intrapriża, waħda mill-isfidi u r-reazzjonijiet ta’ politika ewlenin biex jiġu promossi l-SMEs fid-diversi setturi (inklużi s-setturi tal-makkinarju agrikolu u tal-kostruzzjoni) hija l-aċċess għall-finanzi, li għadu mblukkat.

Filwaqt li ħafna drabi huma l-SMEs li jintroduċu l-innovazzjoni fis-suq, il-possibbiltà tal-investiment fl-innovazzjoni ġiet imxekkla mit-tnaqqis fl-aċċess għall-finanzi. Fl-Istati Membri kollha, l-aċċess għall-finanzi sar iktar diffiċli matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika. B’mod partikolari, l-SMEs ta’ dan is-settur esperjenzaw kondizzjonijiet ta’ kreditu iktar stretti. Għalhekk, ħafna gvernijiet introduċew jew espandew l-iskemi pubbliċi ta’ garanzija jew ipprovdew għajnuna mill-Istat direttament. Iżda dan mhuwiex biżżejjed.

Għalhekk, aħna nirrakkomandaw li l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jappoġġjaw lill-SMEs tas-setturi agrikoli u tal-kostruzzjoni bi proġetti u fondi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Data mill-Off Highway Research: www.offhighway.co.uk.

(2)  Data tal-Eurostat: European Business Facts and Figures, ħarġa tal-2009.

(3)  Data mis-CECE (Committee for European Construction Equipment).

(4)  United Nations Economic Commission for Europe (Ġinevra, www.unece.org)


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/25


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali Ewropea – Il-politika kummerċjali tal-UE qed tikkunsidra sewwa l-interessi tal-industrija Ewropea?” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2011/C 218/05

Relatur: is-Sur PEZZINI

Korelatur: is-Sur PHILIPPE

Nhar is-16 ta’ Settembru 2010, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali Ewropea – Il-politika kummerċjali tal-UE qed tikkunsidra sewwa l-interessi tal-industrija Ewropea?

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’106 voti favur, 2 voti kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jaqsam bis-sħiħ it-tħassib li esprimiet il-Presidenza Ungeriża tal-Unjoni Ewropea dwar il-fatt li “[m]adwar id-dinja għaddejja trasformazzjoni b’veloċità u profondità inkredibbli; l-Ewropa trid tkun kapaċi tieħu pożizzjoni f’kompetizzjoni globali aktar qawwija minn qatt qabel.”

1.2   Il-Kumitat jitob b’urġenza lill-UE sabiex tadotta azzjonijiet koordinati u koerenti favur strateġija integrata dwar id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali li tkun tista’ taqdi rwol ta’ tmexxija fis-sistema kummerċjali u jkollha approċċ uniku għall-ftehimiet kummerċjali multilaterali u bilaterali.

1.3   Il-KESE jqis li huwa indispensabbli li jkun hemm l-istess regoli għall-atturi kollha sabiex ikunu jistgħu jikkompetu f’qafas ta’ kompetizzjoni ġusta, bi tkabbir ekonomiku u soċjali sostenibbli u kompetittiv, b’konformità sħiħa mal-istandards ekonomiċi, soċjali u ambjentali internazzjonali, u b’kunsiderazzjoni tal-fatt li sal-2015, 90 % tat-tkabbir dinji ser ikun iġġenerat barra mill-Ewropa, b’terz iġġenerat miċ-Ċina waħedha. Għalhekk, il-politika kummerċjali tal-UE għandha tappoġġja wkoll il-politika tal-iżvilupp tal-UE u għandha tqis l-inugwaljanzi bejn il-blokki kummerċjali u fi ħdan is-soċjetà, speċjalment fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

1.4   Il-Kumitat iqis li hemm bżonn:

li jiġi stabbilit qafas komuni ta’ governanza Ewropea msaħħa li tkun kapaċi tisfrutta l-potenzjal tas-suq uniku għar-rilanċ tal-industrija Ewropea fix-xena internazzjonali;

li l-UE titkellem b’leħen wieħed fil-livell globali;

li tiġi definita koerenza fl-imġiba tal-Istati Membri.

1.5   Skont il-Kumitat, il-ħidma twila li bdiet fl-1988 għat-twettiq tas-suq intern għandha tkompli u tissaħħaħ, anke permezz tal-ħolqien ta’ liġi Ewropea tal-kuntratti għall-intrapriżi, fuq il-bażi ta’ regolament li jistabbilixxi sistema avvanzata ġdida li, b’mod mhux obbligatorju, tkun tista’ tintuża mill-intrapriżi fil-kuntratti transnazzjonali tagħhom.

1.6   Il-Kumitat jemmen li l-industrija Ewropea tista’ żżomm ir-rwol ta’ tmexxija tagħha mhux biss permezz tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, iżda wkoll billi tiżviluppa infrastrutturi validi u titlob lis-suq dinji għal regolamentazzjoni intelliġenti li tippromovi forom nodfa u sostenibbli tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni.

1.7   Il-KESE jqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-interventi fil-livell Komunitarju, nazzjonali u reġjonali, lill-edukazzjoni u lit-taħriġ kontinwu tar-riżorsi umani u lit-tixrid tal-għarfien.

1.8   Il-KESE jirrakkomanda li l-interessi tal-industrija Ewropea jiġu dejjem ikkunsidrati u li jiġu difiżi bil-qawwa fin-negozjati, permezz tal-użu ċar, trasparenti u diversifikat tal-għodod regolatorji kollha li jeżistu, inklużi l-ftehimiet kummerċjali.

1.9   Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-intrapriżi jkollhom qafas regolatorju intelliġenti, prevedibbli u, fuq kollox, b’inqas spejjeż, u kuntest intraprenditorjali mtejjeb għall-SMEs.

1.10   Huwa fl-interess tal-intrapriżi Ewropej li fil-ftehimiet u fil-kuntatti bilaterali l-punti li ġejjin jiġu assigurati b’mod ċar u trasparenti:

standards soċjali li jirrispettaw lill-ħaddiema, b’konformità mal-ftehimiet internazzjonali;

standards għall-ħarsien tal-ambjent;

limiti għall-isfruttament tar-riżorsi ekoloġiċi;

standards għall-iffrankar tal-enerġija u l-protezzjoni tal-klima;

l-użu mifrux tal-ekotikketti;

il-kultura taċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS;

ir-rispett tal-istandards tekniċi u regolatorji;

il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u intellettwali;

xi strumenti effikaċi li jipproteġu l-kummerċ u li jagħtu aċċess għas-swieq u l-materja prima strateġika, b’referenza għall-kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi miż-żewġ naħat tas-soċjetà ċivili;

inizjattivi li jiffaċilitaw l-attività tal-SMEs fil-pajjiżi terzi;

sistemi ta’ djalogu soċjali u ta’ verifika min-naħa tas-soċjetà ċivili, anke permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post, u

livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

1.11   Il-KESE jaqbel mal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell ta’ Diċembru 2010 dwar “il-ħtieġa li l-isfidi jiġu ttrattati b’mod aktar effiċjenti u li jinħatfu l-opportunitajiet marbuta mal-globalizzazzjoni billi jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt qabel it-tnedija tan-negozjati kummerċjali […] biex ikunu żgurati s-swieq miftuħa, il-kummerċ ġust u l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni. Il-politika kummerċjali tal-UE f’kull każ għandha tqis il-kundizzjonijiet inugwali li fihom ta’ sikwit l-industrija tagħna hija mġiegħla tikkompeti”.

1.12   Il-Kumitat jitlob sabiex jingħata segwitu konkret lir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-UE li “jkomplu jiġu mtejba l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-politiki interni u esterni tal-UE kollha kemm huma” (1).

1.13   Il-Kumitat iqis li l-UE għandha tiżviluppa l-vantaġġi kompetittivi tagħha sabiex tkun tista’ tiddefendi l-interessi tagħha b’mod aktar effikaċi u strateġiku u sabiex il-mudell ekonomiku u soċjali Ewropej ikun aktar kredibbli fix-xena dinjija.

2.   Introduzzjoni

2.1   L-industrija, meqjusa fl-aspetti kollha tagħha, inklużi s-servizzi speċjalizzati li tiddependi minnhom kif ukoll is-servizzi li jiddependu minnha, hija vasta ħafna u tirrappreżenta kważi n-nofs (47 %) tal-PDG tal-UE.

2.2   L-industrija tista’ tagħti kontributi speċifiċi sabiex it-tkabbir tal-ekonomija kollha jsir aktar dinamiku permezz:

ta’ produttività akbar fl-Ewropa;

tal-esportazzjoni tal-prodotti manifatturati (2);

tal-progress teknoloġiku: aktar minn 80 % tal-infiq tas-settur privat fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fl-UE ġej mis-settur tal-manifattura.

2.3   L-isfida tal-ġlieda kontra d-deindustrijalizzazzjoni hija dik li l-politiki kollha tal-UE jkollhom l-għan li jappoġġjaw il-potenzjal tat-tkabbir u tal-kompetittività tal-industrija, billi l-ewwel u qabel kollox isaħħu d-dimensjoni esterna tagħha.

2.4   L-għan mhuwiex li tiġi definita politika għal rasha, iżda li tiddaħħal id-dimensjoni tal-kompetittività industrijali, u tas-servizzi relatati magħha, fil-politiki kollha tal-UE, ibda biex fil-politika kummerċjali komuni.

2.5   Il-ftuħ tas-swieq jirrappreżenta, mingħajr dubju ta’ xejn, il-kundizzjoni assoluta għat-tkabbir tal-impjieg. Madankollu, l-UE għandha bżonn taġġorna l-istrateġija tagħha biex tappoġġja aħjar l-internazzjonalizzazzjoni tal-intrapriżi, f’kuntest ta’ simetrija u reċiproċità li jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti għall-protagonisti kollha.

2.6   Approċċ koerenti jitlob li jiġu indirizzati sensiela ta’ setturi li għandhom valur miżjud konsiderevoli:

Il-politika kummerċjali futura tal-UE għandha tiġi integrata fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020. Dan jimplika l-ħtieġa li titfassal sensiela ta’ regoli preċiżi u effikaċi bil-għan li:

jappoġġjaw is-swieq miftuħa u ġusti, filwaqt li jesiġu li jiġu rispettati l-istess kundizzjonijiet għall-pajjiżi emerġenti u li jipproteġu l-esiġenzi tal-pajjiżi l-anqas żviluppati;

jipproteġu l-proprjetà industrijali u intellettwali;

joħolqu għarfien ġdid u aktar integrat;

jiskoraġġixxu l-falsifikazzjoni;

jiddefendu u jxerrdu l-valur tal-ekonomija soċjali tas-suq (3);

jipproponu u jesiġu livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent, u

jippromovu l-euro bħala l-munita tal-kummerċ internazzjonali.

Il-ftuħ tas-suq dinji u r-reċiproċità sussegwenti tat-tariffi huma limitati ħafna minħabba l-ostakli nontariffarji: jeħtieġ li “[l-]UE (…) tinforza d-drittijiet tagħna skont ftehimiet bilaterali u multilaterali li niftħu swieq li huma magħluqa illegalment” (4) sabiex jiġu żgurati simetrija, reċiproċità u regoli ġusti.

Għandhom jiġu riveduti u msaħħa l-inizjattivi li jappoġġjaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Illum, il-persentaġġ tal-esportazzjonijiet tal-SMEs lil hinn mis-suq intern huwa inqas minn 15 %.

Il-politika tal-UE għandha teżamina aħjar it-tisħiħ ta’ mezzi oħra biex titwettaq l-internazzjonalizzazzjoni, fosthom:

1.

l-investiment dirett barrani (IDB);

2.

il-kooperazzjoni teknoloġika;

3.

l-attivitajiet tas-sottokuntrattar.

L-Istati Ewropej għandhom jimpenjaw ruħhom għall-iżvilupp ta’ djalogu msaħħaħ mal-imsieħba soċjali u mal-atturi ekonomiċi u soċjali kollha.

Rigward l-impjieg, għandha tingħata spinta ġdida biex jiġu appoġġjati l-inizjattivi settorjali avvanzati, fuq l-eżempju tal-azzjonijiet meħuda fil-qasam tas-swieq pilota (lead markets).

2.7   Jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-euro fix-xena internazzjonali bħala l-munita tal-kummerċ internazzjonali kemm għall-materja prima kif ukoll għall-prodotti manifatturati.

2.8   Il-pass imgħaġġel tal-globalizzazzjoni tal-ekonomija dinjija u l-iżvilupp tal-ekonomiji emerġenti qed iġegħluna nirrevedu b’mod sostanzjali l-politiki kummerċjali tal-UE, sabiex dawn iqisu bis-sħiħ l-interessi tal-industrija Ewropea u b’hekk din tkun tista’ żżomm u tkabbar ir-rwol tagħha fil-villaġġ globali.

2.9   B’mod ġenerali, il-politika industrijali tal-UE tiġi implimentata permezz:

ta’ miżuri ġenerali maħsuba biex jiżviluppaw is-suq intern;

ta’ politika kummerċjali esterna (politika tal-antidumping, negozjati kummerċjali bilaterali u multilaterali li għandhom impatt fuq setturi industrijali individwali);

ta’ bosta politiki soċjali, reġjonali u ambjentali mmirati lejn l-iżvilupp tar-riżorsi umani;

ta’ politika tal-kompetizzjoni bi strumenti legali, li huma meħtieġa fil-każijiet fejn is-suq ifalli u opportuni fil-każ tal-għajnuna mill-Istat;

ta’ politika tar-riċerka u l-iżvilupp;

ta’ azzjonijiet għall-innovazzjoni;

tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi Ewropej;

tat-tfittxija tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-imsieħba soċjali, estiżi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari permezz tan-negozjar ta’ Ftehimiet Qafas Internazzjonali;

ta’ sforzi għat-twettiq tal-politiki ambjentali;

ta’ politika ambizzjuża u effiċjenti dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

2.10   Il-kummerċ, l-ekonomija, id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet u l-kulturi, u għalhekk il-prosperità tal-popli, huma kkundizzjonati u determinati mill-kwalità tar-relazzjonijiet bejn l-Istati, il-gvernijiet u l-korpi internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ li wieħed jikkunsidra l-livelli differenti ta’ żvilupp u l-approċċi li jistgħu jiġu adottati biex jiġu solvuti problemi komuni.

2.11   F’din l-opinjoni, il-KESE ser jikkonċentra fuq id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali.

2.12   F’dan il-kuntest, għandu jingħaraf li l-politika industrijali għandha rwol ewlieni, speċjalment abbażi ta’ kuxjenza ġdida: il-bżonn li l-industrija u l-intrapriżi jingħataw lura l-pożizzjoni ċentrali li hija tagħhom.

2.13   “Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni” (5): din l-inizjattiva tiddefinixxi xi prijoritajiet maħsuba biex itejbu l-ambjent tan-negozji, prinċipalment għall-SMEs, u biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ bażi industrijali b’saħħitha u sostenibbli.

2.14   It-tkabbir verament “intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (6) huwa marbut mat-tisħiħ ta’ settur tal-manifattura diversifikat u innovattiv sabiex jopera b’suċċess fis-swieq dinjija.

3.   Oqsma ta’ interess u azzjoni għal dimensjoni esterna koerenti

3.1   Jeżistu diversi oqsma ta’ interess u azzjoni li jenfasizzaw l-importanza tad-dimensjoni esterna tal-politika industrijali Ewropea, iżda l-KESE jixtieq jikkonċentra fuq l-oqsma li ġejjin:

l-strateġija Ewropea dwar l-aċċess għall-materja prima;

l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs;

l-istandardizzazzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI);

id-djalogu dwar ir-regolamentazzjoni;

il-politika kummerċjali komuni;

l-immaġni u l-prospetti tal-Unjoni;

inizjattivi settorjali: is-swieq pilota u l-pjattaformi Ewropej.

3.1.1   L-aċċess għall-materja prima. Aċċess faċli u sigur għall-materja prima huwa kruċjali għall-infrastrutturi u huwa prerekwiżit għall-iżvilupp industrijali. L-inizjattivi tal-UE huma fundamentali biex:

jitneħħew id-distorsjonijiet eżistenti u jinħolqu regoli u ftehimiet ġodda dwar l-aċċess għall-materja prima, speċjalment fil-qasam tal-enerġija;

jintalbu sforzi bla heda biex jiġi ggarantit, anke fil-livell tad-WTO, li l-pajjiżi produtturi jirrispettaw l-istandards ambjentali u soċjali minimi;

jittejbu l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni sostenibbli tal-materja prima fl-Ewropa;

jiġu appoġġjati l-oqsma Ewropej u nazzjonali tar-riċiklaġġ biex titnaqqas il-ħela, jinħolqu impjiegi b’valur miżjud għoli u jiġu limitati l-effetti ambjentali u soċjali tal-proċessi involuti fl-estrazzjoni;

jiġu promossi l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-użu ta’ materja prima sekondarja;

jissaħħu l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni tal-materja prima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li għandhom riżorsi ta’ dan it-tip;

tiġi appoġġjata r-riċerka li diġà qed issir bil-għan li tinkiseb enerġija mill-fużjoni, permezz tal-JET u l-ITER, bl-użu ta’ materja prima (dewterju, litju, tritju) li hija mifruxa ħafna fin-natura, l-aktar fl-ilma baħar.

3.1.1.1   Jekk trid tikkonsolida u tkabbar il-preżenza u l-kompetittività tagħha fil-livell dinji, l-industrija Ewropea jrid ikollha strateġija b’saħħitha u integrata, b’attenzjoni partikolari għall-provvista tal-enerġija u b’“diplomazija tal-materja prima” ta’ vera.

3.1.1.2   L-aċċess għall-materja prima, speċjalment fil-qasam tal-enerġija, għandu jkun pilastru fundamentali tal-politika industrijali l-ġdida. Il-punt ewlieni għandu jkun li jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi tagħna mal-pajjiżi terzi biex:

jitneħħew id-distorsjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-aċċess, b’miżuri kontra r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni (7);

tiġi appoġġjata l-produzzjoni tal-metalli fl-Ewropa;

jissaħħu l-isforzi rigward il-materja prima li l-Ewropa diġà għandha;

il-lista ta’ 14-il materja prima “strateġika” għall-ġejjieni tal-produzzjoni tagħna tiġi monitorjata. Dawn huma: l-antimonju, il-berillju, il-kobalt, il-fluworit, il-gallju, il-ġermanju, il-grafit, l-indju, il-manjeżju, in-nijobju, il-grupp tal-platinu (platinu, palladju, iridju, rodju, rutenju u ożmju), il-metalli tal-art rari, it-tantalju u t-tungstenu;

jiġu stabbiliti riservi strateġiċi tal-materja prima prinċipali;

il-qoton jitqies bħala materja strateġika;

jinħoloq servizz ġeoloġiku Ewropew.

3.1.2   L-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Sfida kruċjali oħra hija dik tad-dimensjoni internazzjonali tal-industrija Ewropea: l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju għandhom ikunu jistgħu jikkompetu mal-industriji l-kbar fis-swieq dinjija, u fl-istess ħin jikkonsolidaw iż-żoni ta’ produzzjoni tagħhom.

3.1.2.1   Jeħtieġ li jinħolqu u jissaħħu l-istrumenti li jappoġġjaw il-prospetti u l-finanzjament (assigurazzjonijiet, garanziji tal-ħlas, eċċ.) b’tali mod li l-SMEs ikunu jistgħu jikbru fil-livell internazzjonali.

3.1.2.2   Skont studju reċenti tad-DĠ Intrapriża, 25 % tal-SMEs Ewropej wettqu attività ta’ importazzjoni jew esportazzjoni matul l-aħħar tliet snin. Lil hinn mis-suq intern Ewropew, 13 % biss kellhom relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, u jekk inqisu s-swieq emerġenti taż-żona BRIC (il-Brażil, ir-Russja, l-Indja u ċ-Ċina), il-persentaġġ ivarja bejn 7 u 10 %.

3.1.2.3   Fil-fatt, l-internazzjonalizzazzjoni hija ta’ benefiċċju għall-intrapriża u tagħtiha vantaġġ:

f’termini ta’ tendenza għar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid: l-SMEs attivi fil-livell internazzjonali jirreġistraw rata ta’ żieda fl-impjiegi ta’ 7 %, filwaqt li din ir-rata fil-każ tal-SMEs l-oħra hija biss ta’ 1 %;

f’termini ta’ tendenza għall-innovazzjoni: l-introduzzjoni ta’ prodotti jew servizzi innovattivi kkonċernat 26 % tal-SMEs attivi fil-livell internazzjonali u 8 % biss tal-intrapriżi l-oħra.

3.1.2.4   It-titjib tal-prestazzjoni fil-kummerċ internazzjonali huwa importanti sabiex jissaħħu t-tkabbir u l-kompetittività.

3.1.2.5   Jeħtieġ, b’mod partikolari, li jiġu intensifikati u estiżi l-inizjattivi pilota għall-ħolqien ta’ ċentri Ewropej tal-appoġġ fil-pajjiżi terzi, l-hekk imsejħa “European Business Centres” (8), u l-isforzi biex it-Timijiet tal-Aċċess għas-Swieq (Market Access Teams) jibdew joperaw b’mod sħiħ.

3.1.3   L-istandardizzazzjoni. Hemm bżonn politika b’saħħtiha tal-istandardizzazzjoni u tal-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, li tassigura dimensjoni esterna fil-proċessi ta’ standardizzazzjoni.

3.1.3.1   Jeħtieġ li jiġi evitat li l-istandards isiru ostakli kummerċjali u li ż-żieda fin-numru ta’ standards nazzjonali fil-qasam tas-servizzi toħloq ostakli għall-kummerċ.

3.1.3.2   Il-KESE huwa konvint li għandu jiddaħħal l-obbligu legali, għal dawk kollha li joħolqu l-istandards, li jirrispettaw il-prinċipji tad-WTO/TBT fil-proċess tal-iżvilupp ta’ dawn l-istandards.

3.1.3.3   Aspett fundamentali ieħor huwa dak tal-interoperabbiltà: is-servizzi u l-applikazzjonijiet għandhom ikunu verament interoperabbli sabiex jiġu aċċettati mis-suq u jilħqu l-għanijiet stabbiliti.

3.1.4   Id-djalogu dwar ir-regolamentazzjoni. Sabiex tkun tassew kompetittiva, l-industrija Ewropea teħtieġ kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tar-regoli u r-regolamenti.

3.1.4.1   Flimkien mal-ostakli kummerċjali “tariffarji”, spiss ikun hemm ostakli nontariffarji ta’ natura regolamentari. Għalhekk, il-KESE jemmen li għandhom jiżdiedu l-isforzi f’diversi oqsma kemm biex l-ostakli eżisenti jitnaqqsu kif ukoll biex jiġi evitat li jinħolqu ostakli ġodda.

3.1.4.2   F’dawn il-kuntesti, il-prinċipju tar-regolamentazzjoni aħjar huwa fundamentali biex jitnaqqsu l-ispejjeż għaljin li ħafna drabi jsiru minħabba r-regolamentazzjoni eċċessiva, u biex ikun hemm aċċess aktar effikaċi għas-swieq internazzjonali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ rikonoxximent reċiproku.

3.1.5   Il-politika kummerċjali komuni hija wieħed mill-pilastri tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea. Hija tirregola r-relazzjonijiet kummerċjali tal-Istati Membri mal-pajjiżi terzi bl-għan fundamentali li jiġu ggarantiti kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet indaqs.

3.1.5.1   Hemm bżonn li tittejjeb l-effikaċja tal-miżuri fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, kemm fis-suq uniku kif ukoll barra minnu, minħabba r-riperkussjonijiet negattivi tagħhom fuq numru li qed jikber ta’ setturi dejjem iktar differenzjati.

3.1.5.2   It-titjib tal-prestazzjoni tagħna – bħalma jindikaw id-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta’ Lisbona – fil-kummerċ transkonfinali u internazzjonali huwa importanti sabiex jissaħħu t-tkabbir, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi fit-tul, filwaqt li jiġi ggarantit leħen Ewropew wieħed.

3.1.5.3   L-istrumenti tad-difiża kummerċjali u tal-aċċess għas-swieq għandhom l-għan li, b’mod partikolari, jipproteġu l-intrapriżi Ewropej mill-ostakli għall-kummerċ. L-Unjoni għandha tkun tista’ tiggarantixxi l-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji u tippromovi n-natura ġusta u sostenibbli tiegħu, b’mod li jkun jista’ jqis il-livelli differenti ta’ żvilupp tal-pajjiżi terzi, filwaqt li tgħin lill-pajjiżi l-anqas żviluppati fi triqithom lejn l-industrijalizzazzjoni u li tesiġi konformità sħiħa mar-regoli min-naħa tal-pajjiżi emerġenti.

3.1.5.4   L-UE għandha tiddefinixxi kriterji ekonomiċi preċiżi biex tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet tal-kummerċ ħieles u biex tidentifika l-imsieħba tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal tas-swieq b’rabta mad-daqs u t-tkabbir ekonomiku, filwaqt li tiżgura mekkaniżmi ċari ta’ valutazzjoni ex ante (fir-rigward tal-koerenza politika) u ex post (fir-rigward tal-konformità sħiħa mas-simetriji u r-reċiproċità), anke bl-appoġġ tad-djalogu soċjali Ewropew u s-soċjetà ċivili organizzata.

3.1.5.5   Hemm bżonn li flimkien mat-tnaqqis tat-tariffi fil-qafas tad-WTO, isir sforz sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’konformità mal-istandards tal-ILO.

3.1.6   L-immaġni u l-prospetti tal-Unjoni. Tinħtieġ viżjoni orjentata fuq il-bażi ta’ loġika ta’ żvilupp sostenibbli li tkun kapaċi tippromovi s-soċjetajiet inklużivi, l-ekonomiji miftuħa u r-relazzjonijiet paċifiċi f’perspettiva globali u fit-tul.

3.1.6.1   L-immaġni tal-Unjoni, fi ħdanha stess, iżda l-aktar lil hinn minnha, għandha tkun ippreżentata aħjar, billi jiġu żgurati l-koerenza, l-unità u l-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni malajr sabiex joħroġ bis-sħiħ il-valur tagħha. Jeħtieġ li tiġi definita u implimentata azzjoni bbażata fuq livelli ta’ sinerġija li jkunu koerenti bejniethom, sabiex:

jiġi żgurat li s-swieq jinfetħu b’mod bilanċjat, filwaqt li jiġu mħarsa r-riżorsi limitati tal-pjaneta u b’hekk jiġi żgurat l-aċċess tal-Ewropa għar-riżorsi li għandha bżonn mil-lat strateġiku;

jissaħħaħ id-djalogu ekonomiku mal-imsieħba prinċipali kollha fil-qafas ta’ approċċ multilaterali;

jissaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-euro;

jiġi propost li l-UE tkun “qawwa regolatorja internazzjonali”, li tippromovi standards ogħla fl-oqsma industrijali, ambjentali u soċjali, kif ukoll rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol dinjitużi, l-akkwisti pubbliċi u l-proprjetà intellettwali;

jerġgħu jitnedew it-tliet politiki prinċipali tal-iżvilupp estern tal-UE: it-tkabbir, il-politika tal-viċinat u l-Unjoni għall-Mediterran, u sħubija ġdida mal-Afrika fil-qafas tal-AKP (9).

3.1.6.2   Il-KESE huwa konvint ħafna li, fin-nuqqas ta’ prospettiva parteċipattiva fil-livell Ewropew fir-rigward tal-prospetti dinjija tal-politika industrijali Ewropea, mhux ser ikun possibbli li tiġi żviluppata dik il-viżjoni strateġika komuni li hija indispensabbli għar-rilanċ qawwi u koerenti tad-dimensjoni esterna tal-politika industrijali Ewropea.

3.1.6.3   Il-KESE huwa konvint li l-interess tal-industriji Ewropej huwa li jikbru u li l-uniku mod biex jitwettaq dan hu li ma jkunux esposti b’mod permanenti għal kompetizzjoni bi spejjeż baxxi.

3.1.7   Inizjattivi settorjali: swieq pilota u pjattaformi

3.1.7.1   L-Ewropa għandha tibni l-futur tagħha fuq il-punti tajbin tagħha. Il-ħin kollu jiġu żviluppati soluzzjonijiet settorjali differenti biex itejbu l-kompetittività globali u biex jagħmlu lill-Ewropa aktar attraenti bħala post fejn wieħed jgħix u jaħdem.

3.1.7.2   Fost is-setturi ewlenin insibu:

l-infrastruttura teknoloġika;

in-netwerks tal-provvista tal-enerġija;

is-soċjetà tal-għarfien u s-soċjetà diġitali;

is-saħħa u l-mobilità;

it-teknoloġiji orizzontali, li huma meħtieġa għall-industriji tal-UE.

3.1.7.3   Fil-fehma tal-KESE, hemm bżonn li jinħoloq qafas imsaħħaħ u koerenti għall-approċċi settorjali differenti eżistenti, fosthom:

il-pjattaformi teknoloġiċi Ewropej;

l-inizjattivi tas-swieq pilota;

il-varji kumitati konsultattivi ta’ livell għoli;

il-pjattaformi tal-innovazzjoni, bħal-LeaderShip, il-Cars 21 u l-ICT Task Force;

il-grupp ta’ livell għoli tal-industrija tal-kimika.

3.1.7.4   Barra minn hekk, il-KESE jemmen li xi setturi, li huma partikolarment sensittivi u promettenti, għandhom jiġu żviluppati aktar, bħal:

l-ispazju;

il-mobilità sostenibbli;

l-isfidi soċjali kbar tal-futur, b’relazzjoni mat-tibdil fil-klima;

l-isfidi kompetittivi, bħall-industrija tal-kimika, dik tal-inġinerija u dik agroalimentari;

is-setturi intensivi fl-enerġija.

4.   Id-dimensjoni esterna tal-politiki tal-UE: il-muftieħ għas-suċċess tal-industrija tal-UE

4.1   Kif enfassizat il-Presidenza Ungeriża, “[m]adwar id-dinja għaddejja trasformazzjoni b’veloċità u profondità inkredibbli; l-Ewropa trid tkun kapaċi tieħu pożizzjoni f’kompetizzjoni globali aktar qawwija minn qatt qabel.”

4.2   Bl-appoġġ ta’ politika industrijali Ewropea li tkun integrata fid-dimensjoni esterna tagħha, għandhom ikunu jistgħu jinnovaw u jsaħħu l-kompetittività tagħhom u joħolqu l-impjiegi 20 miljun intrapriża Ewropea, b’mod partikolari l-SMEs, li jkunu ggwidati mill-kreaturi, mill-ħaddiema, mill-artiġjani u mill-intraprendituri.

4.3   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-kompetittività internazzjonali u s-suq uniku.

4.4   Il-KESE jenfasizza b’mod partikolari l-importanza li l-intrapriżi jkollhom qafas regolatorju intelliġenti, prevedibbli u b’inqas spejjeż, u li l-SMEs ikollhom ambjent intraprenditorjali mtejjeb li jippermettilhom joperaw b’viżjoni fit-tul.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Ara l-punt a) tal-Anness I għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010.

(2)  Madwar tliet kwarti tal-esportazzjonijiet tal-UE; sors: DĠ Intrapriża.

(3)  Ara l-Artikolu 3 tat-Trattat ta’ Lisbona.

(4)  Ara d-dokument tal-Kummissjoni Ewropea COM(2010) 612 finali, Kapitolu 4.

(5)  Ara l-inizjattiva strateġika 10, COM(2020) 2010 finali.

(6)  Ibid.

(7)  Bħal dawk imposti miċ-Ċina, mill-Indja u minn pajjiżi oħra.

(8)  Fiċ-Ċina, it-Tajlandja, l-Indja u l-Vjetnam.

(9)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Id-dimensjoni esterna tal-istrateġija ta’ Lisbona mġedda”, ĠU C 128/2010, p. 41.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/31


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew dwar “L-intrapriżi pubbliċi tal-pajjiżi terzi fis-swieq tal-UE tal-akkwisti pubbliċi” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2011/C 218/06

Relatur: is-Sur ROSSITTO

Korelatur: is-Sur PAETZOLD

Nhar l-16 ta’ Settembru 2010, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

L-intrapriżi pubbliċi tal-pajjiżi terzi fis-swieq tal-UE tal-akkwisti pubbliċi.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’152 vot favur, 4 voti kontra u 9 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jqis bħala vantaġġuż il-ftuħ tas-sistemi tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi kollha għall-kompetizzjoni internazzjonali, fuq il-bażi tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi GPA/WTO: dan jiggarantixxi reċiproċità u simetrija leġislattiva u sostanzjali u jippermetti l-ġlieda kontra l-miżuri protezzjonisti u l-prattiki ta’ kompetizzjoni inġusta, minkejja ftehimiet speċifiċi ma’ pajjiżi emerġenti, b’konformità mal-leġislazzjoni primarja u sekondarja tal-UE f’dan il-qasam u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

1.2   Fil-fehma tal-KESE, l-UE għandha tkabbar is-setgħa ta’ negozjar biex – fuq il-bażi tal-leġislazzjoni primarja u sekondarja tagħha – ittejjeb l-aċċess għas-swieq pubbliċi tal-pajjiżi terzi, billi l-UE fetħet aktar minn 80 % tas-swieq pubbliċi tagħha u l-ekonomiji kbar żviluppati l-oħra fetħu tagħhom b’20 % biss.

1.3   Il-KESE jappella bil-qawwa lill-PE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw, kemm fil-livell intern kif ukoll f’dak internazzjonali, ħarsien aktar effettiv u aktar strateġiku tal-interessi tal-UE fir-rigward tal-aċċess għas-swieq pubbliċi, biex tissaħħaħ il-kredibbiltà dinjija tagħha u l-ħajja fit-tul u l-iżvilupp tal-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew.

1.4   Fil-fehma tal-KESE, il-kuntratturi għandhom jitqiegħdu taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tas-suq sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet indaqs ta’ kompetizzjoni, abbażi ta’ reċiproċità mal-intrapriżi tal-pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-prinċipji ewlenin tal-akkwisti pubbliċi internazzjonali speċjalment fir-rigward tal-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat, diretta jew indiretta, il-metodi tal-kalkolu tal-prezzijiet, wara li jitqiesu l-kontinġenzi ta’ spejjeż u riskji.

1.5   Il-KESE jirrakkomanda lil-leġislaturi tas-suq intern tal-UE u lin-negozjaturi tal-UE, fil-kuntest internazzjonali tal-akkwisti pubbliċi internazzjonali, li jkun hemm koerenza u għarfien ta’ x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi reċiproċi fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, filwaqt li jiġu promossi: it-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità, it-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-konformità mal-istandards soċjali u ambjentali u l-konformità mad-drittijiet fondamentali.

1.6   Il-KESE jqis li huwa indispensabbli li jibda jsir kontroll sistematiku tal-koerenza bejn ir-riżultati tan-negozjati mmexxija mill-Kummissjoni bil-mandat tal-Istati Membri fil-livell bilaterali u multilaterali, u li l-miżuri adottati jiġu applikati, b’mod sħiħ u effettiv, mill-Istati Membri.

1.7   Fil-fehma tal-KESE, ikun opportun li l-Ftehim GPA jinbidel minn wieħed plurilaterali għal wieħed multilaterali, b’adeżjonijiet ġodda u b’miżuri tranżitorji fir-rigward ta’ kumpens, preferenzi ta’ prezz, introduzzjoni ta’ entitajiet jew setturi u ta’ livelli limitu ġodda, u terġa’ titqajjem b’mod qawwi l-idea li jiġu esklużi temporanjament mill-GPA l-akkwisti finanzjati mill-fondi Ewropej, għall-intrapriżi tal-pajjiżi li jżommu miżuri ta’ protezzjoni nazzjonali.

1.8   Il-KESE jitlob li tiġi adottata malajr l-inizjattiva mħabbra dwar il-kundizzjonijiet ta’ “aċċess tal-intrapriżi tal-pajjiżi terzi għas-suq Ewropew tal-akkwisti pubbliċi” (MASP – Market Access Scheme for Procurement) u jitlob mekkaniżmi ċari, trasparenti u verifikati ta’ ftuħ reċiproku tas-swieq, biex jiġi żgurat aċċess simetriku għas-swieq pubbliċi u jsir addattament adegwat tal-pakkett tal-akkwisti tal-2004.

1.9   Il-KESE jemmen li għandu jissaħħaħ l-approċċ ibbażat fuq il-prevenzjoni u fuq sistema ta’ “twissija rapida” dwar il-proġetti u/jew dwar it-tnedija tal-leġislazzjoni tal-pajjiżi terzi li huma restrittivi fir-rigward tal-akkwisti għall-identifikazzjoni u l-ikkundannar internazzjonali ta’ ostakoli possibbli sa mill-fażi inizjali, biex il-bażi tad-data tal-KE dwar l-Aċċess għas-Swieq tiġi rfinuta, b’informazzjoni affidabbli u aċċessibbli b’mod rapidu dwar sejħiet għall-offerti u formalitajiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-offerti, speċjalment għall-SMEs tagħna, akkumpanjata minn bażijiet statistiċi u indikaturi tal-impatt dwar il-fenomeni ta’ distorsjoni.

1.10   Il-KESE jirrakkomanda miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-proċeduri sabiex dawn jiġu adattati għall-isfidi ġodda fil-livell tal-UE, bl-iskop li jiġi żgurat li l-kuntratturi fil-livell intern u f’dak internazzjonali jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal ekonomiku innovattiv tal-SMEs, anki permezz ta’ taħriġ, informazzjoni u assistenza mogħtija lill-kuntratturi u lill-parteċipanti fis-sejħiet għall-offerti internazzjonali u fis-swieq tal-pajjiżi terzi, speċjalment għall-maniġers ta’ livell medju u għoli tagħhom.

2.   Introduzzjoni

2.1   Fl-UE, l-ammont annwali tal-akkwisti tas-settur pubbliku għall-prodotti u s-servizzi jirrappreżenta madwar 17 % tal-PDG, jiġifieri madwar EUR 2 100 biljun: minn dawn, madwar 3 % huwa ogħla mil-livell limitu tal-GPA (il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi fil-qafas tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi) (1). Huwa stmat li l-konsistenza tas-suq globali tal-akkwisti pubbliċi hija bejn 10 % u 20 % tal-PDG, billi m’hemm l-ebda data komparabbli għal pajjiżi li mhumiex membri tal-GPA: il-livell globali tal-akkwisti pubbliċi jinsab ’il fuq sew minn 10 % tal-PDG dinji.

2.2   L-intrapriżi Ewropej, mill-intrapriżi globali kbar sal-SMEs l-aktar intraprendenti, jitħabtu biex jidħlu fis-swieq dinjija iżda jiltaqgħu ma’ diffikultajiet dejjem akbar fl-aċċess għas-suq tal-akkwisti pubbliċi, li mhux daqstant marbuta mal-ostakoli fil-fruntieri daqskemm huma marbuta mal-ostakoli “lil hinn mill-fruntieri” li huma aktar kumplessi u li teknikament joħolqu aktar problemi, u li jeħtieġu proċess itwal ta’ identifikazzjoni, analiżi u eliminazzjoni, u b’regoli u prattiki restrittivi, li joħolqu r-riskju li jimpedixxu lill-intrapriżi tal-UE milli jipparteċipaw b’mod effettiv fl-offerti tal-akkwisti pubbliċi fil-pajjiżi terzi.

2.3   Din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tikkonċerna aspett speċifiku tas-suq tal-akkwisti pubbliċi bħalma jindika t-titolu. L-idea hi li – b’relazzjoni mal-parteċipazzjoni tal-intrapriżi pubbliċi ta’ pajjiżi terzi fis-swieq tal-akkwisti pubbliċi tal-UE – teżamina u tindika b’liema mod l-UE tista’:

tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tagħha fir-rigward tal-akkwisti pubbliċi;

tiggarantixxi li l-intrapriżi pubbliċi ta’ pajjiżi terzi jitħallew joperaw fis-suq Ewropew bir-rispett tal-istess kundizzjonijiet u kriterji ta’ ammissjoni bħall-intrapriżi l-oħra kollha;

tiggarantixxi wkoll reċiproċità u simetrija fl-aċċess għall-intrapriżi Ewropej fis-swieq tal-akkwisti pubbliċi ta’ pajjiżi terzi.

Aspetti oħra tal-akkwisti pubbliċi qed jiġu jew ser jiġu ttrattati f’opinjonijiet tal-KESE.

2.4   Ir-rabta bejn il-ftuħ tal-kummerċ estern u r-riformi tas-suq intern hija doppja: filwaqt li fiż-żewġ każijiet l-għan huwa li titnaqqas l-ispiża tal-ostakoli regolatorji mhux meħtieġa li jimpedixxu l-fluss tal-prodotti, tas-servizzi u tal-investimenti, l-interdipendenza li qiegħda dejjem tikber bejn is-suq intern u s-swieq internazzjonali teħtieġ li l-leġislaturi tas-suq intern tal-UE u n-negozjaturi tal-UE fl-oqsma tal-kummerċ internazzjonali u tal-akkwisti pubbliċi internazzjonali jkunu konxji tal-konsegwenzi reċiproċi possibbli fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom u jimplimentaw politika koerenti, li tiffoka fuq il-promozzjoni tal-prinċipji tal-leġislazzjoni primarja u sekondarja tal-UE bħalma ġew ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali:

il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem;

il-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

il-konformità mal-istandards soċjali u ambjentali;

it-trasparenza;

il-proporzjonalità;

it-trattament ugwali;

in-nondiskriminazzjoni;

ir-rikonoxximent reċiproku.

2.5   Fl-oqsma tal-istandards u r-regolamenti, is-servizzi, l-investimenti u l-akkwisti pubbliċi kif ukoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni, diversi msieħba kummerċjali tagħna għadhom ta’ spiss jużaw proċeduri diffiċli, għandhom nuqqas ta’ trasparenza u jagħmlu użu minn miżuri ta’ politika industrijali mmirati lejn is-sostituzzjoni sfurzata tal-importazzjonijiet, lejn it-trasferimenti sfurzati tat-teknoloġija u lejn aċċess preferenzjali għall-materja prima għall-produtturi lokali.

2.6   Filwaqt li l-intrapriżi tal-UE jbatu minn kompetizzjoni dejjem akbar fis-suq intern tagħhom stess, fatt li vvantaġġja ftuħ trasparenti bi sforzi kbar biex fl-UE jinħoloq suq intern ħieles mill-ostakoli, issa huwa ċar li minħabba dan il-ftuħ, is-suq intern huwa kompletament nieqes minn difiżi kontra l-atturi tas-swieq tal-pajjiżi terzi, li mhumiex lesti jimpenjaw ruħhom biex iwettqu l-istess ftuħ fis-swieq tagħhom.

2.7   L-UE għandha regoli stretti f’dan ir-rigward, bil-għan li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, filwaqt li l-esperjenza turi li l-ebda waħda minn dawn ir-regoli ma tiġi applikata għall-intrapriżi pubbliċi tal-pajjiżi terzi speċjalment meta dawn jipparteċipaw f’akkwisti pubbliċi – u li b’hekk ikunu qed jiksru l-istess prinċipji bażiċi tas-suq intern, bi ħsara kbira għall-industrija u l-ekonomija Ewropea.

2.8   Il-KESE huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġi eżaminat kif l-UE tista’ tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern anki f’każijiet fejn l-intrapriżi pubbliċi ta’ pajjiżi terzi jkollhom il-permess biex joperaw f’dak is-suq, filwaqt li toqgħod attenta ħafna fil-ġlieda kontra l-protezzjoniżmu u fl-istess ħin tiġġieled kontra l-forom kollha ta’ dumping soċjali u ambjentali (2), l-opaċità tal-prezzijiet u l-ispejjeż u s-sussidji mill-Istat, u n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-baġit u mar-regoli tas-suq ħieles, fl-interess tal-konsumaturi u tal-intrapriżi Ewropej u ta’ dawk l-Ewropej li jħallsu t-taxxa.

2.9   Fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, l-akkwisti pubbliċi ġew esklużi b’mod espliċitu mill-obbligu fundamentali tat-trattament nazzjonali kif ukoll mill-impenji tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ tas-Servizzi. Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat (3) li sal-2015, 90 % tat-tkabbir dinji ser ikun iġġenerat barra mill-Ewropa, b’terz iġġenerat miċ-Ċina waħedha. Fis-snin li ġejjin, se jkollna bżonn naħtfu l-opportunità offruta mil-livelli għolja ta’ tkabbir tal-pajjiżi terzi, speċjalment fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Asja.

2.10   Jekk is-suq tagħna huwa diġà sostanzjalment miftuħ, dak tal-imsieħba kummerċjali prinċipali tagħna huwa ħafna inqas miftuħ, speċjalment fil-livell reġjonali u lokali. Ikun biżżejjed li jiġu kkunsidrati xi eżempji f’kontinenti differenti:

2.10.1   Fiċ-ĊINA, il-livelli ta’ ftuħ tas-suq għadhom ħafna iktar baxxi mil-livelli potenzjali. Iċ-Ċina, b’PDG ta’ EUR 3 573,8 biljun fl-2009, fl-istess sena esportat lejn l-UE EUR 227 biljun fi prodotti u servizzi, waqt li importat mill-UE EUR 99,7 biljun. Il-klawsoli favur ix-xiri ta’ prodotti lokali ilhom jeżistu sa mill-2003, skont l-Artikolu 10 tal-GPL (il-Liġi dwar l-Akkwisti Pubbliċi), filwaqt li fl-2007 l-politika favur ix-xiri ta’ prodotti Ċiniżi ġiet imsaħħa minn żewġ digrieti li jillimitaw il-possibbiltà ta’ akkwisti għal prodotti barranin għal meta l-prodotti indiġeni jkunu, b’mod “mhux raġonevoli”, aktar għaljin u ta’ kwalità aktar baxxa. Fl-2009, din ir-regola ġiet interpretata b’mod strett filwaqt li ġiet projbita kull possibbiltà residwa, speċjalment għal prodotti ta’ teknoloġija għolja u innovattivi, filwaqt li ġie impost kontroll strett għal kuntratti ta’ kostruzzjoni fil-“pakketti ta’ stimolu intern” tal-2008 u l-2009. F’Novembru 2009, iċ-Ċina introduċiet “Lista ta’ Akkreditazzjoni tal-Prodotti Indiġeni Innovattivi”, filwaqt li fl-2010 l-Kunsill tal-Istat ippropona bidliet fir-rigward tal-intrapriżi kkontrollati mill-Istat sabiex dawn jaslu biex joperaw fis-suq domestiku biss. Madankollu, fl-istess ħin ipprovdiet għajnuna mill-Istat lill-industrija Ċiniża b’livell għoli tat-teknoloġija biex tkun aktar kompetittiva fis-swieq barranin (4).

2.10.1.1   Fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi għal xogħlijiet, iċ-Ċina abbandunat sistema ta’ liċenzjar għall-“ġestjoni ta’ proġetti”, il-“ġestjoni tal-kostruzzjoni” u servizzi ta’ kostruzzjoni oħra biex tibdilha b’sistema ġdida maħsuba għall-“intrapriżi tal-kostruzzjoni bi sjieda kompletament barranija” (WFOCE – Wholly Foreign-Owned Construction Enterprises) u għall-intrapriżi konġunti (JV – Joint Ventures), fejn l-intrapriżi barranin huma effettivament esklużi minn proġetti li jinvolvu offerti tal-akkwist nazzjonali (NCB) u huma inklużi biss għall-offerti tal-akkwisti internazzjonali (ICB) rari għal proġetti domestiċi. Iż-żewġ sistemi – WFOCE u JV – għandhom jikkonformaw mas-sistema Ċiniża tal-klassifikazzjoni li tipprevedi kapital nominali ta’ mill-inqas 5 darbiet il-valur tal-proġett, tim ta’ persunal prinċipali magħmul minn mill-inqas 300 persuna li jkun ilhom joqogħdu ċ-Ċina għal mill-inqas sena, ir-referenzi ta’ xogħlijiet imwettqa qabel fiċ-Ċina, u għall-JV, il-kunsiderazzjoni tal-imsieħeb bl-aktar kwalifika baxxa (5).

2.10.1.2   L-offerta attwali miċ-Ċiniżi fin-negozjati tad-WTO fil-qafas tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) ma tinkludix il-maġġoranza vasta tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni soġġetti għall-interess mill-intrapriżi Ewropej, la f’livell ta’ attività u lanqas f’livell ta’ kuntratturi.

2.10.1.3   Fir-RUSSJA – li ma tiffurmax parti mill-GPA/WTO – regola tal-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ta’ Diċembru 2008 timponi kundizzjonijiet restrittivi fir-rigward tal-aċċess għall-akkwisti pubbliċi tal-gvern u tal-muniċipalitajiet u tagħti preferenza lill-prodotti u s-servizzi nazzjonali sa 15 % ’l fuq mill-valur tagħhom, filwaqt li fl-2009 ġew adottati miżuri kontra l-kriżi favur ix-xiri ta’ prodotti Russi.

2.10.2   Fil-BRAŻIL, il-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi ġiet emendata f’Lulju 2010 biex tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti li jirriżervaw marġni ta’ 25 % għall-oġġetti u s-servizzi prodotti totalment jew parzjalment fil-Brażil. Fl-2009, il-Brażil irreġistra PDG ta’ EUR 1 128,5 biljun (6).

2.10.3   Fl-ISTATI UNITI, il-Kungress kompla jemenda b’mod aqwa r-rekwiżiti tal-kapitlu “Buy American” tal-Att Amerikan ta’ Rkupru u Investiment mill-Ġdid (ARRA – American Recovery and Reinvestment Act) (7). Fl-2009, il-PDG tal-Istati Uniti kien jammonta għal EUR 10 122,6 biljun, b’esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi lejn l-UE ta’ madwar EUR 286,8 biljun u importazzjoni mill-UE ta’ EUR 323,8 biljun fl-istess sena (8).

2.10.4   Fil-ĠAPPUN – li huwa s-seba’ l-akbar suq tal-esportazzjoni tal-UE, b’EUR 36 biljun ta’ esportazzjonijiet kontra EUR 56,7 biljun ta’ importazzjonijiet fl-2009 – l-intrapriżi tal-UE għandhom diffikultà biex ikollhom aċċess għall-akkwisti pubbliċi, minkejja li l-Ġappun jagħmel parti mill-GPA/WTO: 4 % biss tal-akkwisti pubbliċi kollha Gappuniżi kienu miftuħa għall-intrapriżi tal-UE, għal madwar EUR 22 biljun (2007), jiġifieri anqas minn 0,7 % tal-PDG Ġappuniż filwaqt li l-Ġappun gawda minn aċċess għas-suq tal-akkwisti pubbliċi tal-UE għal EUR 312 biljun, jiġifieri 2,5 % tal-PDG tal-UE (9).

2.10.5   Fil-VJETNAM, f’April 2010 tnediet direttiva dwar l-użu ta’ prodotti u materjali nazzjonali u dwar l-akkwisti ta’ dawn il-prodotti, li huma ffinanzjati mill-fondi tal-Istat. Fl-2009, il-Vjetnam laħaq PDG ta’ EUR 66,8 biljun b’esportazzjoni ta’ prodotti lejn l-UE ta’ EUR 7,8 biljun u importazzjoni mill-UE ta’ EUR 3,8 biljun.

2.10.6   Fl-AWSTRALJA, żewġ stati adottaw regoli dwar l-akkwisti pubbliċi fl-2009 meqjusa bħala strateġiċi –’il fuq minn 250 miljun AUS $ – li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ 40 % tal-prodotti lokali (Awstraljani jew minn New Zealand) fl-Istat ta’ Victoria, filwaqt li fl-Istat ta’ New South Wales ġiet stabbilita preferenza ta’ prezz ta’ 20 % li magħha jiżdiedu, skont il-każijiet, il-preferenzi addizzjonali minn 2,5 għal 5,0 %. L-Awstralja rreġistrat PDG ta’ EUR 712,8 biljun fl-2009, b’esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi lejn l-UE ta’ EUR 14,4 biljun u importazzjoni ta’ EUR 34,1 biljun.

2.11   Min-naħa l-oħra, hemm każijiet bħat-TURKIJA, fejn is-sistema tal-akkwisti pubbliċi tjiebet wara l-adozzjoni tal-Liġi Nru 5812 tal-2008, li introduċiet konformità bejn id-dispożizzjonijiet interni u dawk Komunitarji: l-akkwisti pubbliċi għall-provvista ta’ prodotti, xogħlijiet u servizzi huma bbażati fuq mekkaniżmi miftuħa ta’ kompetizzjoni, għad li t-traspożizzjoni tad-direttivi tal-UE dwar is-sistemi tar-rimedji għad trid tiġi pperfezzjonata (10). Fl-2008, l-akkwisti pubbliċi li jaqbżu l-livell limitu tal-UE kienu jammontaw għal EUR 7 303 miljun għax-xogħlijiet, EUR 8 459 għas-servizzi u EUR 8 042 għall-prodotti.

3.   Il-qafas regolatorju attwali

3.1   Fil-preżent, il-qafas regolatorju li jirregola s-suq tal-akkwisti pubbliċi għall-intrapriżi Ewropej huwa rappreżentat minn:

il-qafas Komunitarju bażiku stabbilit mid-Direttivi tal-Akkwisti tal-2004: id-Direttiva 2004/18/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-akkwisti pubbliċi għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi u d-Direttiva 2004/17/KE li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali flimkien mad-Direttiva 2007/66/KE dwar il-proċeduri ta’ reviżjoni ta’ sejħiet għall-offerti u l-Kodiċi tal-aqwa prattiki għall-aċċess tal-SMEs għas-sejħiet għall-offerti (11), kif ukoll id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE;

it-Trattat, li introduċa fil-liġi primarja tal-UE rikonoxximent tad-dritt għall-awtonomija reġjonali u lokali b’possibbiltà għall-awtoritajiet pubbliċi biex jużaw l-għodod tagħhom stess biex iwettqu l-kompiti tagħhom tas-servizz pubbliku, bħal forom differenti ta’ sħubija pubblika-pubblika;

numru kbir ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fir-rigward tal-akkwisti;

l-istrument ċentrali għall-ftuħ tal-akkwisti pubbliċi internazzjonali rappreżentati mill-Ftehim plurilaterali tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi – GPA, li bħalissa qed jiġi rivedut, filwaqt li l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jeskludi l-akkwisti pubbliċi mid-dispożizzjonijiet prinċipali tiegħu dwar l-aċċess għas-swieq ħlief bil-mandat ta’ negozjar multilaterali dwar l-akkwisti ta’ servizzi fejn il-Komunità għandha rwol ta’ tmexxija għall-impenji fir-rigward ta’ aċċess għas-suq u projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fl-akkwisti ta’ servizzi b’regoli proċedurali komuni fir-rigward tax-xiri;

klawsoli dwar l-“akkwisti pubbliċi” fi ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTAs), ftehimiet ta’ assoċjazzjoni (AAs), ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni (FSK), ftehimiet ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (FSA), ftehimiet ta’ sħubija ekonomika (FSE), ftehimiet temporanji dwar il-kummerċ u kwistjonijiet fil-qasam tal-kummerċ (AIs) u ftehimiet ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika;

applikazzjoni tal-liġi Komunitarja dwar l-akkwisti pubbliċi u xi konċessjonijiet lis-sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati.

4.   Kummenti

Il-KESE jqis bħala vantaġġuż il-ftuħ tas-sistemi tal-akkwist tal-pajjiżi kollha għall-kompetizzjoni internazzjonali, fuq il-bażi tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi GPA/WTO, peress li dan jiggarantixxi reċiproċità u simetrija leġislattiva u sostanzjali u jippermetti l-ġlieda kontra l-miżuri protezzjonisti u l-prattiki ta’ kompetizzjoni inġusta, minkejja ftehimiet speċifiċi ma’ pajjiżi emerġenti.

4.1   Il-KESE jenfasizza d-data miġbura mill-indikazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni li “sal-2015, 90 % tat-tkabbir dinji ser ikun iġġenerat barra mill-Ewropa, b’terz iġġenerat miċ-Ċina waħedha” (12).

4.2   Il-KESE jikkondividi l-prinċipju li sabiex jiġu żviluppati l-vantaġġi kompetittivi tagħha, l-UE għandha “tiżgura ħarsien aktar effettiv u aktar strateġiku tal-interessi tagħha”, filwaqt li ssaħħaħ “il-kredibbiltà globali tagħha u l-ħajja fit-tul u l-iżvilupp tal-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew”: “sabiex tkun aktar kredibbli, l-Ewropa għandha żżid is-setgħa ta’ negozjar tagħha biex ittejjeb l-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi terzi” ladarba “l-Unjoni fetħet aktar minn 80 % tas-suq tagħha tal-akkwisti pubbliċi filwaqt li l-ekonomiji kbar żviluppati l-oħra fetħu tagħhom b’20 % biss” (13).

4.3   Il-KESE jemmen li fir-rigward tal-akkwisti pubbliċi, il-qafas regolatorju Komunitarju li qiegħed fis-seħħ bħalissa jidher adegwat b’mod ġenerali u jqisu bħala suffiċjenti biex jirregola s-suq Ewropew mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali. Sfortunatament, hemm xi Stati Membri li ma jisfruttawx bis-sħiħ l-opportunitajiet li joffri dan il-qafas regolatorju biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u jissugraw li jiftħu s-swieq tagħhom mingħajr bażi ta’ reċiproċità għall-intrapriżi statali tal-pajjiżi terzi li ma jikkonformawx mal-prinċipji ewlenin tal-akkwisti pubbliċi internazzjonali. Madankollu, huwa essenzjali li dawn ir-regoli jiġu segwiti b’mod strett, kif ukoll il-prinċipji fundamentali tat-Trattati u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (KDF).

4.4   Il-KESE huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni pubblika-pubblika m’għandhiex toħloq swieq paralleli li mhumiex konformi mar-regoli tal-akkwisti pubbliċi u li jeskludu l-kumpaniji privati.

4.5   L-UE hija msejħa għal ekonomija miftuħa u li tappoġġja l-kummerċ ħieles billi tipprovdi aċċess sikur fil-livell legali u mhux diskriminatorju lil firxa wiesgħa ta’ akkwisti; jeħtieġ li fl-istess ħin tiżgura l-kunfidenzjalità u t-trasparenza sabiex tippromovi l-innovazzjoni u suq tal-akkwisti pubbliċi sostenibbli li:

jiffavorixxi l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża meta mqabbla mal-aktar offerta baxxa;

jikkunsidra ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tax-xogħol imwettaq.

4.6   Il-KESE jemmen li l-kuntratturi għandhom jitqiegħdu kollha taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq. F’dan ir-rigward, il-KESE jqajjem dubji dwar il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-hekk imsejħa “intrapriżi tal-Istat” tal-pajjiżi terzi, speċjalment fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, diretta jew indiretta, il-metodi tal-kalkolu tal-prezzijiet u l-kunsiderazzjoni bi prekwazjoni tal-ispejjeż u r-riskji. Fil-fatt, is-suq Ewropew jagħti aċċess mingħajr ma jipprovdi assigurazzjoni adegwata kontra l-kompetizzjoni inġusta b’riskji kbar ta’ dumping soċjali u ambjentali possibbli u nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-etika tat-Trattati u tal-KDF min-naħa ta’ dawn l-“intrapriżi” tal-Istat.

4.7   Fil-fehma tal-KESE, jeħtieġ li:

4.7.1

Waqt in-negozjati internazzjonali ma’ pajjiżi terzi, issir enfasi dwar il-fatt li l-valuri, id-drittijiet u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, kif stabbiliti mil-leġislazzjoni primarja tal-Unjoni fuq il-bażi tat-Trattati u tal-KDF, għandhom jiġu rrispettati u mhumiex negozzjabbli.

4.7.2

Waqt in-negozjati internazzjonali, l-Unjoni titkellem b’leħen wieħed, sod, koerenti u solidari, li jiġu evitati azzjonijiet nazzjonali individwali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-pożizzjoni komuni fin-negozjar u li jsir benchmarking tal-ftuħ effettiv tas-swieq nazzjonali skont ir-regoli u l-limiti previsti fil-ftehimiet konklużi fil-livell Ewropew.

4.7.3

Tinkiseb koordinazzjoni akbar bejn is-servizzi tal-Kummissjoni li jittrattaw aspetti differenti tan-negozjati kummerċjali, industrijali u ta’ kooperazzjoni, skont ir-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi fil-livell multilaterali tal-Ftehim GPA tal-1994, fil-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ FTAs, fil-ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni (FSK), jew fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni (AAs) fil-qafas tal-isħubija Ewro-Mediterranja, b’approċċi aktar immirati lejn l-ostakoli nontariffarji u lejn pressjoni għall-ftuħ tal-akkwisti għall-intrapriżi tal-UE.

4.7.4

Il-Ftehim GPA jinbidel minn wieħed plurilaterali għal wieħed multilaterali, b’adeżjonijiet ġodda u b’miżuri tranżitorji fir-rigward ta’ kumpens, preferenzi ta’ prezz, introduzzjoni ta’ entitajiet jew setturi u ta’ livelli limitu ġodda.

4.7.5

Jiġu esklużi temporanjament mill-GPA l-akkwisti finanzjati mill-fondi Ewropej, għall-intrapriżi tal-pajjiżi li jżommu miżuri ta’ protezzjoni nazzjonali, idea li diġà tressqet mill-KESE f’diversi opinjonijiet preċedenti (14).

4.7.6

Il-prinċipji tar-reċiproċità u l-proporzjonalità jiġu applikati b’mod dettaljat għal ċerti setturi, fin-“Noti Ġenerali u Derogi għad-Dispożizzjonijiet tal-Artikolu III tal-Appendiċi I tal-KE” tal-GPA.

4.7.7

L-intrapriżi tal-pajjiżi terzi jkunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-intrapriżi Ewropej fis-swieq tagħhom: l-UE ma tistax tkompli tistabbilixxi n-negozjati fuq reċiproċità formali flok fuq reċiproċità ekonomika effettiva; f’każ ta’ żbilanċ, għandha tiġi prevista klawsola ta’ salvagwardja li tissospendi l-ftehim.

4.7.8

Jekk l-imsieħba kummerċjali ewlenin jibbenefikaw mill-ftuħ ġenerali tal-UE, mingħajr reċiproċità, l-UE għandha tikkunsidra li tintroduċi restrizzjonijiet immirati lejn l-aċċess għal setturi tal-akkwisti pubbliċi tal-UE, biex tħeġġiġhom jipproponu ftuħ reċiproku tas-suq.

4.7.9

Tiġi adottata kemm jista’ jkun malajr l-inizjattiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ “aċċess tal-intrapriżi tal-pajjiżi terzi għas-suq Ewropew tal-akkwisti pubbliċi” (MASP) u b’mekkaniżmi ċari, trasparenti u verifikati għal ftuħ reċiproku tas-swieq u jiġi żgurat aċċess simetriku għas-swieq pubbliċi fl-ekonomiji żviluppati u fl-ekonomiji emerġenti kbar fl-oqsma koperti mid-Direttiva 2004/17/KE (15) u fil-Programm ta’ Ħidma 2011 (16).

4.7.10

Jingħata bidu għal kooperazzjoni teknika akbar bejn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-aċċess għas-swieq u konsultazzjonijiet aktar frekwenti mar-rappreżentanti tal-industrija.

4.7.11

Jiġu stabbiliti kontrolli stretti, u miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni reali tagħhom, fir-rigward tan-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat, diretta jew indiretta, li hija meqjusa bħala pprojbita fl-UE, speċjalment għas-sejħiet tal-offerti li jibbenefikaw minn finanzjament Komunitarju, tal-BEI jew tal-Fondi Strutturali, jew inkella għan-netwerks Ewropej, b’konformità sħiħa mal-garanziji għall-istandards soċjali u ambjentali Komunitarji.

4.7.12

Il-bażi tad-data tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għas-swieq tiġi rfinuta, b’informazzjoni affidabbli u aċċessibbli dwar sejħiet tal-offerti u formalitajiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-offerti li fil-fatt jimpedixxu l-parteċipazzjoni fil-pajjiżi terzi, filwaqt li jiġu pprovduti bażijiet statistiċi u indikaturi ta’ impatt tal-fenomeni ta’ distorsjoni.

4.7.13

Jissaħħaħ l-approċċ ibbażat fuq il-prevenzjoni u sistema ta’ “twissija rapida” dwar il-proġetti u/jew dwar it-tnedija tal-leġislazzjoni tal-pajjiżi terzi li hija restrittiva fir-rigward tal-akkwisti għall-identifikazzjoni u d-denunzja internazzjonali ta’ ostakoli possibbli sa mill-fażi inizjali u sabiex dawn jiġu indirizzati fis-sors permezz tal-użu sistematiku tal-proċedura ta’ notifika fil-qafas tal-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ.

4.7.14

Jiġu introdotti miżuri fil-livell tal-UE għall-SMEs biex jiġi żgurat li l-kuntratturi fil-livell intern u f’dak internazzjonali jisfruttaw il-potenzjal ekonomiku u innovattiv tal-SMEs.

4.7.15

Jingħataw taħriġ, informazzjoni u assistenza lill-parteċipanti fis-sejħiet tal-offerti internazzjonali u fi swieq terzi, b’mod partikolari għall-maniġers ta’ livell medju u għoli tagħhom, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-kwistjonijiet kritiċi direttament relatati mad-daqs tagħhom fir-rigward tal-ħarsien kummerċjali u l-aċċess għas-swieq u għall-informazzjoni.

4.7.16

Isiru emendi għall-Artikolu 55(3) tad-Direttiva 2004/18/KE u għall-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2004/17/KE dwar offerti li huma baxxi barra min-normal, sabiex isir impossibbli li jiġu aċċettati offerti ppreżentati minn intrapriżi tal-Istat li ma jkollhomx provi li l-offerta tagħhom ma tibbenefika minn ebda għajnuna mill-Istat, diretta jew indiretta, li hija meqjusa bħala pprojbita mir-regoli Komunitarji: f’dan ir-rigward, eżempju ta’ “eżami ta’ għajuna mill-Istat” jinsab fl-Artikolu 4 tal-US Millennium Challenge Corporation.

4.7.17

Jiżdied, bħala każ ta’ esklużjoni obbligatorja, mal-Artikolu 45 (17) tad-Direttiva 2004/18/KE u mal-Artikolu 54 (18) tad-Direttiva 2004/17, il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fir-rigward tal-użu tal-privattivi u ta’ data teknika miksuba b’mod qarrieqi.

4.7.18

Jiġi żgurat li l-istrumenti futuri legali Ewropej dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi ma jservux ta’ inċentiva għall-intrapriżi tal-Istat tal-pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat li hi meqjusa bħala pprojbita.

4.7.19

Tiġi żgurata l-pubblikazzjoni rapida u dettaljata, f’bażi tad-data ċentralizzata tal-UE, ta’ regoli u prattiki restrittivi fir-rigward tal-akkwisti pubbliċi li jimpedixxu lill-intrapriżi tal-UE milli jipparteċipaw b’mod effettiv fis-sejħiet tal-offerti fil-pajjiżi terzi, fosthom: atti leġislattivi favur ix-xiri ta’ prodotti lokali jew b’persentaġġi dejjem jiżdiedu ta’ “kontenut lokali” jew b’“pakketti ta’ stimolu” għal teknoloġiji u innovazzjonijiet lokali jew għal “irkupru ekonomiku” nazzjonali, li jiffavorixxu l-kuntesti lokali u jagħmlu l-aċċess aktar diffiċli għall-intrapriżi barranin.

4.7.20

Jiġu msaħħa aktar il-koerenza u l-komplementarità bejn il-politiki interni u l-politika esterna tal-UE, biex jingħata segwitu lill-indikazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Settembru 2010 favur li ssir “reviżjoni tal-interattività bejn il-politika industrijali u dik tal-kompetizzjoni fid-dawl tal-globalizzazzjoni, u li ssir promozzjoni qawwija ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni” (19).

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Sors: l-istimi maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fil-COM(2010) 612 finali.

(2)  Ara COM(2010) 612/1.

(3)  Ara COM(2010) 612/4.

(4)  Waħda mill-preokkupazzjonijiet ċentrali fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi u tal-proprjetà intellettwali hija l-politika tal-“innovazzjoni indiġena” li għandha l-għan li tappoġġja l-intrapriżi Ċiniżi biex jitilgħu ’l fuq fil-katina tal-valur. L-iskema ta’ innovazzjoni indiġena, li tħabbret għall-ewwel darba f’Novembru 2009, tfixkel b’mod sever l-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku Ċiniż f’numru vast ta’ setturi tal-innovazzjoni mit-teknoloġija ekoloġika għat-telekomunikazzjonijiet (ara SEC(2011) 298) finali.

(5)  Ara l-Komunikazzjoni tal-KE, id-dokument tad-WTO Nru “S/C/W/286”, punti 15-19. Barra minn hekk, ix-xiri ta’ intrapriża Ċiniża minn kumpanija barranija tikkanċella l-kwalifiki miksuba mill-intrapriża Ċiniża li jkollha terġa’ tibda mill-bidu nett.

(6)  L-emendi 2010/7 għal-liġi Brażiljana dwar l-akkwisti pubbliċi jintroduċu klawsola favur ix-xiri ta’ prodotti Brażiljani fuq “bażi temporanja”.

(7)  Il-leġislazzjoni tinkludi żewġ dispożizzjonijiet ġodda favur ix-xiri ta’ prodotti Amerikani: dispożizzjoni minnhom tipprojbixxi li l-fondi pprovduti minn din il-liġi jintużaw għal proġetti ta’ kostruzzjoni, alterazzjoni, manutenzjoni jew tiswija ta’ bini pubbliku jew ta’ xogħol pubbliku sakemm il-ħadid, l-azzar u l-prodotti manifatturati użati fil-proġett ma ġewx prodotti fl-Istati Uniti; id-dispożizzjoni l-oħra tipprojbixxi li l-fondi pprovduti minn din il-liġi jintużaw għax-xiri ta’ lista dettaljata ta’ prodotti tessili mid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (Homeland Security), sakemm dawn ma jkunux ġew imkabbra u pproċessati fl-Istati Uniti.

(8)  Eżempju ieħor huwa dak tad-dispożizzjoni li tipprojbixxi lill-gvern Amerikan li jagħmel akkwisti pubbliċi mill-hekk imsejħa “kumpaniji invertiti” (“inverted companies”) li oriġinarjament huma kumpaniji Amerikani li bidlu l-ġurisdizzjoni fiskali u qalbu għal sistema fiskali ta’ pajjiż ieħor, dispożizzjoni li l-kompatibbiltà tagħha mal-GPA/WTO tqajjem tħassib serju. Fil-fatt, b’konsegwenza ta’ dan, l-intrapriżi tal-UE stabbiliti fl-Istati Uniti ma jistgħux jagħmlu bejgħ lill-gvern Amerikan, avolja suppost huma protetti mill-GPA.

(9)  Ara SEC 2011/298.

(10)  Valutazzjoni tal-akkwist pubbliku fit-Turkija fl-2009 – SIGMA (Support for Improvement in Governance and Management – Appoġġ għat-Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni). Inizjattiva konġunta OECD/UE.

(11)  SEC(2008)2193 Servizzi KE.

(12)  COM(2010) 612 Taqsima Nru 1.

(13)  Dikjarazzjoni Konġunta tad-9.2.2011 ta’ Franza, il-Ġermanja, Spanja, il-Portugall, l-Italja u l-Polonja għal reċiproċità aħjar bejn l-UE u l-imsieħba kummerċjali tagħha.

(14)  Opinjoni tal-KESE dwar “L-akkwist pubbliku internazzjonali”, ĠU C 224, 30.8.2008, p. 32.

(15)  COM(2009)592.

(16)  COM 2010/ 612/4 u COM(2010) 623, Vol. II, Anness 1, punt 36.

(17)  Artikolu 45: “Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew in-nies li jitfgħu l-offerti”.

(18)  Artikolu 54: “Kriterji għal għażla kwalitattiva”.

(19)  Ara l-Kunsill dwar il-kompetittività tal-10.12.2010 – Konklużjonijiet dwar politika industrijali integrata għall-era tal-globalizzazzjoni, punt 15.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

L-471 sessjoni plenarja fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011

23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/38


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali”

(COM(2010) 614 finali)

2011/C 218/07

Relatur: is-Sur VAN IERSEL

Korelatur: is-Sur GIBELLIERI

Nhar it-28 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Politika industrijali integrata għall-era tal-globalizzazzjoni – il-kompetittività u s-sostenibilità fix-xena prinċipali

COM(2010) 614 finali

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'119-il vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali bħala aspett ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020. Huwa japprova bis-sħiħ l-approċċ olistiku u l-konnessjoni msaħħa bejn il-politiki tal-UE kif ukoll koordinazzjoni profonda fir-rigward tal-industrija bejn l-UE u l-Istati Membri. L-għan huwa settur industrijali Ewropew kompetittiv u sostenibbli fl-ekonomija globali.

1.2

Il-KESE jappella lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ifasslu lista ta’ prijoritajiet u skadenzi fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill korrispondenti (1).

1.3

Fil-fehma tal-KESE, il-konnessjoni mtejba wasslet għal approċċi integrati f'suq intern kompletament żviluppat fi ħdan ekonomija tas-suq soċjali permezz ta’ leġislazzjoni intelliġenti, riċerka, żvilupp u innovazzjoni, aċċess għall-finanzi, ekonomija li tuża l-enerġija b'effiċjenza u ma tiddependix wisq fuq il-karbonju, politiki fil-qasam tal-ambjent, it-trasport, il-kompetizzjoni u l-impjieg, it-titjib fil-ħiliet u l-kompetenzi, il-kummerċ u kwistjonijiet relatati, u aċċess għall-materji primi.

1.4

Ir-razzjonalizzazzjoni tal-ippjanar intern u l-koordinazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-enfasi fuq relazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Membri jpoġġu t-titjib tal-governanza fiċ-ċentru tal-politika industrijali tal-ġejjieni. L-Istati Membri għandhom itejbu l-koordinazzjoni bejniethom. Barra minn hekk, ir-reġjuni u ż-żoni metropolitani għandhom jieħdu s-sjieda. Fi ftit kliem, għandhom jiġu intensifikati r-rabtiet vertikali kif ukoll dawk orizzontali madwar l-Ewropa sabiex nibqgħu għaddejjin bl-istess ritmu tal-kontinenti l-oħra.

1.5

Il-KESE jenfasizza l-importanza tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar il-politiki nazzjonali dwar l-industrija li għandhom ikunu orjentati lejn objettivi li jkun hemm qbil komuni dwarhom. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu diskussi bil-miftuħ biex tittejjeb il-koordinazzjoni u jiġu promossi l-aħjar prattiki u biex ikun hemm kompetizzjoni aktar ġusta fl-Ewropa.

1.6

Il-KESE jinsisti dwar livell adegwat ta’ riżorsi finanzjarji privati u pubbliċi għall-kompetittività u l-innovazzjoni sabiex ipattu għat-tnaqqis fil-baġits.Il-KESE jilqa' bi pjaċir it-tħabbira dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet transkonfinali għall-kapital ta’ riskju, kif ukoll tal-proposti għall-bonds għall-proġetti pubbliċi u privati tal-UE għall-investimenti fl-enerġija, it-trasport u l-ICT (2). Għandhom jiġu eżaminati bonds għall-proġetti għal oqsma oħra, eż. proġetti ta’ riċerka u ta’ dimostrazzjoni. Il-fondi strutturali u ta’ koeżjoni għandhom jiffukaw ukoll fuq l-objettivi tal-politika industrijali.Għandhom jiġu żviluppati ideat innovattivi ġodda sabiex il-kapital privat jiġi attratt lejn is-settur industrijali.

1.7

Il-politika industrijali tikkonċerna kull xorta ta’ manifattura u servizzi marbutin flimkien. Id-distinzjonijiet bejn is-setturi qed jiċċajpru. L-SMEs qed isiru dejjem aktar importanti kemm f'termini ta’ valur miżjud kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi. Dawn il-fatturi jirrikjedu leġislazzjoni u/jew regolamentazzjoni orizzontali u settorjali intelliġenti, u miżuri li jakkumpanjawhom. Għandhom jitqiesu l-komplessità tan-netwerks internazzjonali u tal-proċessi ta’ manifattura integrata.

1.8

Minħabba l-komplessitajiet u l-multiplikazzjoni tal-konnessjonijiet, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa ta’ impenji (konġunti) bejn partijiet interessati pubbliċi u privati permezz ta’ gruppi ta’ livell għoli, pjattaformi tat-teknoloġija, djalogi soċjali u programmi edukattivi.

1.9

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-prijoritajiet li ġejjin:

il-ħtieġa għal regolamentazzjoni intelliġenti, stabbiltà regolatorja, valutazzjonijiet adegwati, valutazzjonijiet ta’ segwitu;

aċċess għall-finanzi fil-livell tal-UE: FP7/FP8, CIP (3), BEI u FEI, b'mod speċjali għall-SMEs;

l-Unjoni tal-Innovazzjoni għandha tkun marbuta mill-qrib mal-politika industrijali, b'mod speċjali fil-qasam ta’ teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ u industriji b'konsum intensiv ta’ enerġija;

għandha tiġi promossa l-koordinazzjoni fi ħdan u bejn il-ktajjen tal-għarfien – iċ-ċentri ta’ riċerka, l-universitajiet, il-kumpaniji;

brevett Ewropew huwa mod kif il-kredibbiltà tal-politika industrijali tiġi ppruvata fil-prattika;

L-impjegati għandhom jiġu involuti u jipparteċipaw;

hemm bżonn tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha, flimkien mal-promozzjoni tal-intraprenditorjat, biex jiġu ggarantiti impjiegi ta’ livell għoli u stabbli b'pagi adatti u sostenibbli; għandhom jiġu komunikata l-aħjar prattiki;

l-iżviluppi globali jeħtieġu politika attiva tal-kummerċ u sorveljanza effettiva tas-suq, bla dubju huma jirrikjedu vuċi waħda Ewropea biex tinkiseb kompetizzjoni globali ġusta;

ekonomija b'użu effiċjenti tar-riżorsi u b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-Ewropa għandha timplika li l-UE tirrikjedi li jiġu rispettati l-istess standards mill-imsieħba kummerċjali tagħha;

għandu jiġi salvagwardjat l-aċċess għall-materji primi u għal sorsi diversifikati tal-enerġija.

2.   Introduzzjoni

2.1

Il-politika industrijali “bi stil ġdid” tmur lura għal April 2004 (4). Wara proċess twil ta’ liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni, baqgħu prevalenti firxa wiesgħa ta’ kunċetti nazzjonali dwar il-politika industrijali.

2.2

Fil-livell tal-UE, kienu qed jingħataw prominenza kundizzjonijiet qafas li jagħtu s-saħħa lill-industriji. Saru l-analiżijiet settorjali.

2.3

Il-KESE kien attiv f'dan l-iżvilupp u kkummenta f'għadd ta’ opinjonijiet dwar l-interess ikbar għal xi setturi u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom fil-livell tal-UE (5)

2.4

Sadattant, il-kuntest qed jinbidel il-ħin kollu. Minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-opinjonijiet kuntrastanti dwar governanza fil-livell tal-UE, kif ukoll il-prestazzjonijiet industrijali li jvarjaw bejn l-Istati Membri għandhom impatt fuq il-kapaċità Ewropea li twieġeb għall-bidliet.

2.5

B'mod parallel, żviluppaw temi u sfidi ġodda għas-soċjetà, fosthom it-tixjiħ tas-soċjetà, il-ħarsien tal-klima u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-enerġija, l-intensifikazzjoni tal-globalizzazzjoni, is-soċjetà bbażata fuq l-għarfien u s-soċjetà diġitali kif ukoll il-bidliet fis-suq tax-xogħol.

2.6

L-innovazzjoni hija l-ordni tal-ġurnata, kemm dik ispirata mill-iżviluppi fir-riċerka u t-teknoloġija li huma kontinwi, kif ukoll dik kkawżata minn kompetizzjoni akbar, fis-swieq domestiċi u barra.

2.7

Tul dawn l-aħħar għaxar snin, l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha ġew enfasizzati dejjem aktar bħala prijorità.

2.8

Minkejja l-progress ċar, il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta’ punt fokali ppersistew parzjalment minħabba d-differenzi fl-approċċi għan-negozju. Wisq drabi tiġi injorata r-rabta bejn it-tkomplija tas-suq intern u l-politiki industrijali. Il-KESE enfasizza b'mod repetut il-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet t-tajba filwaqt li titqies il-ħtieġa għal oqfsa leġislattivi speċifiċi għas-setturi u l-kwistjonijiet tematiċi, li wieħed jikkunsidraw n-netwerks ta’ valur li għandhom fergħat madwar id-dinja kollha.

3.   X'hemm ġdid fil-Komunikazzjoni

3.1

L-għan tal-politika industrijali huwa li tinżamm industrija tal-manifatturi b'saħħitha fl-Ewropa, u li tikber sensibilizzazzjoni ġenerali fis-soċjetà u fost il-partijiet interessati li l-UE trid tivvaluta u ddaħħal kundizzjonijiet adattati li jqawwu l-industrija tal-manifattura u tas-servizzi biex tiżviluppa b'suċċess fis-swieq domestiċi u ta’ barra.

3.2

Il-politika industrijali għandha tirbaħ l-isfidi tal-inċertezzi u l-iżbilanċi ikbar kif ukoll il-kompetizzjoni ħarxa u l-aġendi stabbiliti mis-suġġetti l-oħra fix-xena dinija hija u tiddefinixxi qafas għal bażi industrijali b'saħħitha fl-Ewropa, għall-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi.

3.3

Il-politika industrijali hija waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 flimkien ma’ inizjattivi ewlenin oħra u oqsma oħra importanti, bħall-innovazzjoni, il-ħiliet, il-kummerċ u s-Suq Uniku. L-approċċ olistiku jenfasizza l-ħtieġa għal koordinament effettiv u l-koerenza bejn il-politiki kollha tal-UE. Il-koordinament u l-koerenza, fosthom it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-politiki tal-UE li takkompanjahom, iridu jappoġġjaw il-progress teknoloġiku u l-innovazzjoni (b'mod speċjali t-teknoloġiji abilitanti ewlenin), ir-ristrutturar, il-ħolqien tal-impjiegi (6) ta’ kwalità u l-preżenza Ewropea fis-swieq internazzjonali.

3.4

Strument ġdid huwa l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-prova ta’ kompetittività permezz ta’ proċedura ta’ valutazzjoni, li għandha tmur lil hinn mis-sempliċi kompetittività tal-prezz jew l-ispejjeż sabiex tinkludi l-fatturi tal-investiment u l-innovazzjoni.

3.5

Id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali, li ta’ spiss tintesa, qed tingħata prijorità. L-istess japplika għall-attenzjoni akbar li trid tingħata lill-aċċess għall-materji primi bħala kundizzjoni bażika għal kwalunkwe politika industrijali.

3.6

Qed titpoġġa enfasi ġdida fuq approċċ orizzontali integrat flimkien mal-applikazzjonijiet settorjali u l-approċċi speċifiċi, il-ħtieġa li wieħed iħares lejn ir-rabtiet bejn is-setturi u l-konnessjonijiet bejn il-ktajjen ta’ valur u tal-provvista (kruċjali għall-SMEs), in-netwerks u l-clusters, l-impatt tas-servizzi tan-negozju u l-aċċess għall-finanzi.

3.7

Flimkien mat-tibdil kontinwu u l-proċess ta’ ristrutturar f'partijiet kbar tal-industrija Ewropea, il-Komunikazzjoni tindika setturi ġodda b'investiment li qed jikber u impjiegi li qed jiżdiedu bħall-ispazju (7), servizzi ġodda tas-sigurtà, u l-industriji kulturali u kreattivi.

3.8

Fil-fehma tal-KESE, il-proposta tal-Kummissjoni, bbażata fuq l-Artikolu 173 tat-Trattat ta’ Lisbona, li jiġu ppublikati rapporti annwali dwar il-qagħda u l-iżvilupp tal-politiki industrijali nazzjonali li suppost għandhom isaħħu l-analiżi komuni u l-approċċi u l-politiki li jkun hemm qbil komuni dwarhom, hija importanti u ambizzjuża ħafna.

3.9

Il-KESE jinnota b'sodisfazzjoni li l-Kunsill Kompetizzjoni jaqbel kompletament mal-qafas għal linji strateġiċi għall-azzjoni tal-UE, li ser jippromovu l-iżvilupp ta’ viżjoni komuni dwar il-prijoritajiet. L-aktar importanti hu li l-Kunsill qed jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal koordinament tal-politiki industrijali tal-Istati Membri.

4.   Kummenti Ġenerali

4.1

Minħabba ċ-ċirkostanzi li qed joħolqu pressjoni, il-KESE huwa tal-fehma li l-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ġew verament f'waqthom.

4.2

Il-politika industrijali bħala inizjattiva ewlenija fl-Istrateġija Ewropa 2020 turi li l-Kummissjoni hija determinata li tħejji strateġija kkordinata kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri. L-impenn tal-Istati Membri huwa essenzjali u urġenti.

4.3

Il-KESE jinsisti fuq l-importanza ta’ industrija tal-manifattura kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa. Din tirrikjedi bażi industrijali b'saħħitha, marbuta ma’ servizzi li huma vitali għall-industrija. Sorsi awtorevoli jenfasizzaw ċaqliq gradwali fl-impjiegi mill-manifattura għas-servizzi marbutin mal-industrija, mhux biss il-kontributi intermedji, iżda wkoll is-servizzi pprovduti mill-produtturi infushom (8).

4.4

Huwa essenzjali li jkun hemm politiki b'saħħithom sabiex jiġi ffurmat il-ġejjieni: enerġija intelliġenti, nanoteknoloġiji u xjenzi tal-ħajja, materjali ġodda, servizzi tan-negozju u mezzi tax-xandir soċjali, u l-ħtieġa li jitwessgħu l-ICT. L-Ewropa la għandha Apple u lanqas Google! Iċ-Ċina qed tħaffef il-pass sew u f'ċerti oqsma diġà qed tgħaddi lill-Ewropa.

4.5

l-UE għandha bżonn kbir ta’ viżjoni u programm biex ittejjeb l-investimenti produttivi u l-produttività. Prinċipji komuni definiti sew għall-azzjoni fl-UE u l-Istati Membri għandhom jiġġeneraw inċentivi għal programmi ta’ investiment ambizzjużi mill-kumpaniji u mill-awtoritajiet pubbliċi.

4.6

Il-politika industrijali għandha bżonn ta’ livell adegwat ta’ riżorsi finanzjarji privati u pubbliċi. It-tnaqqis fil-baġits li qed iseħħ bħalissa għandu jkun ibbilanċjat b'mezzi oħra finanzjarji, li jkun hemm qbil komuni dwarhom (9).

4.7

Il-KESE qed tara tliet temi prinċipali li għandhom bżonn jiġu diskussi aktar fis-snin li ġejjin:

ir-rabta u l-interazzjoni ta’ spettru wiesa' ta’ politiki orizzontali u settorjali tal-UE,

in-netwerks internazzjonali kumplessi u l-proċessi ta’ manifattura integrata (10), u

il-valutazzjoni u l-koordinazzjoni miżjuda ta’ politiki nazzjonali fil-livell tal-UE fost l-Istati Membri.

4.8

Ir-razzjonalizzazzjoni tal-ippjanar intern u l-koordinazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-enfasi fuq relazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Membri jpoġġu t-titjib tal-governanza fiċ-ċentru tal-politika industrijali tal-ġejjieni.

4.9

L-Istati Membri jiżviluppaw l-approċċi u l-miri industrijali tagħhom. Biex il-politika industrijali “bi stil ġdid” tal-UE tkun suċċess, il-Kunsill għandu jiżviluppa l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Kompetizzjoni bħala bażi biex ikun hemm ħidma flimkien aktar intensiva.

4.10

Il-KESE japprova bis-sħiħ il-ħtieġa għal approċċ olistiku u integrat. Il-konnessjoni imtejba tal-politiki huwa kunċett importanti għal ekonomija tas-suq soċjali sostenibbli fl-Ewropa. Għandu jwassal għal approċċ integrat għall-futur industrijali tal-Ewropa f'suq intern operattiv permezz ta’ leġislazzjoni intelliġenti, politika ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni, aċċess għall-finanzi, politika tal-enerġija u politika ta’ dipendenza baxxa fuq il-karbonju, politika ambjentali, politika tat-trasport, politika tal-kompetizzjoni, titjib fil-ħiliet u l-kompetenzi, politika tal-kummerċ u kwistjonijiet relatati, kif ukoll aċċess għall-materji primi. Approċċi settorjali jkabbru l-potenzjal. Dawn is-suġġetti huma diskussi f'Komunikazzjonijiet separati (11).

4.11

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon “provi ta’ kompetittività” effettivi li għandhom jibdew fuq bażi selettiva.

4.12

Huwa ta’ importanza kbira li jinżammu, u anki jiġu estiżi, ir-riżorsi finanzjarji tal-UE fir-riċerka u l-iżvilupp. Proġetti kbar Ewropej, bħalma huma dawk fil-qasam tal-enerġija u t-twettiq ta’ infrastruttura pan-Ewropea, iffinanzjati b'mod konġunt minn Stat Membru jew aktar, għandhom iwasslu għal effetti ta’ lieva.

4.13

Il-clusters industrijali s-soltu jiżviluppaw f'baċini industrijali tradizzjonali li jiżviluppaw b'mod kontinwu bis-saħħa ta’ investiment, teknoloġija u innovazzjoni, ktajjen ta’ valur, kompetenzi u ħiliet, u kuntatti reġjonali u internazzjonali ġodda Ir-reġjuni avvanzati qed jagħtu spinta lill-Ewropa (12). Ir-reġjuni avvanzati qed jagħtu spinta lill-Ewropa.

4.14

Il-KESE jemmen li politiki u azzjonijiet miġburin flimkien fil-livell tal-UE, flimkien ma’ informazzjoni kontinwa aktar trasparenti u aġġornata dwar l-iżviluppi nazzjonali, ser jikkontribwixxu b'mod sostanzjali biex tinħoloq kompetizzjoni ġusta u suq intern b'saħħtu, il-qalba tal-integrazzjoni Ewropea.

4.15

Id-data u l-analiżi huma essenzjali. Il-KESE jfaħħar il-ħidma analitika ddettaljata li saret mill-Kummissjoni. Analiżi fil-fond u preċiża u data li tista' titqabbel fil-livell tal-UE huma indispensabbli għal kull politika. Monitoraġġ u valutazzjoni aktar mill-qrib u li jħarsu 'l quddiem jeħtieġu data affidabbli dwar xejriet dinamiċi u attwali (13). Qed isir progress iżda għad fadal ħafna xi jsir.

4.16

Flimkien mal-istatistiċi nazzjonali, il-Eurostat għandu rwol essenzjali. Għandu jiġi attrezzat b'mod sodisfaċenti biex jiġbor id-data t-tajba u biex janalizza x-xejriet Ewropej u dawk globali u d-dinamiċi tul iż-żmien. Għandu jingħata mezzi mtejba biex ikollu aċċess għad-data. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod komplut.

5.   Il-governanza fil-livell tal-UE; approċċi orizzontali u speċifiċi: setturi u netwerks ta’ valur.

5.1

Il-ġabra tal-attivitajiet tal-Kummissjoni f'kunċett wieħed tenfasizza l-ħtieġa għal dekompartimentalizzazzjoni biex il-viżibbiltà u l-effikaċja jitjiebu.

5.2

Il-politika industrijali tibqa' sa ċertu punt nazzjonali. Il-lista tal-oqsma msemmija fil-Komunikazzjoni li għalihom l-UE (il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-PE) hija responsabbli li taġixxi jew tista' taġixxi hija impressjonanti wkoll. F'dan l-isfond il-qafas koerenti tal-Ewropa 2020 joffri opportunitajiet promettenti.

5.3

Il-KESE jaqbel mal-intenzjonijiet ta’ politika tal-Kummissjoni. Madankollu, ir-rwol tal-Kummissjoni mhux dejjem definit b'mod ċar, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza formali f'għadd ta’ oqsma. F'xi setturi, bħall-enerġija, il-miri u l-proċeduri nazzjonali għadhom jiddominaw u l-kompetenzi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri mhux qed jiġu applikati b'mod koerenti.

5.4

Għaldaqstant, għandhom jittejbu l-awtorità u l-effikaċja tal-Kunsill Kompetizzjoni li – flimkien mal-Kummissjoni – jistabbilixxi l-miri u huwa responsabbli biex jirregola firxa wiesgħa ħafna ta’ suġġetti.

5.5

Il-KESE jappella lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ifasslu lista operattiva ta’ prijoritajiet u l-iskadenzi korrispondenti. Dawn il-prijoritajiet irid ikun fihom ukoll l-infrastruttura ekonomika bħalma huma n-netwerks avvanzati tat-trasport, is-sorsi tal-enerġija diversifikati u l-aċċess għalihom, l-aġenda diġitali u l-ICT.

5.6

Id-dimensjoni esterna tas-suq intern u l-objettiv ta’ kundizzjonijiet globali ekwivalenti jirrikjedu dejjem iktar politika tal-kummerċ attiva u korp diplomatiku Ewropew effettiv.

5.7

Għal darb'oħra l-industrija għaddejja minn bidliet fundamentali minħabba fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, regolamenti mibdulin u s-swieq tal-industrija internazzjonali u tas-servizzi. Dawn l-iżviluppi jolqtu lis-setturi kollha. Il-prijoritajiet, kif inhuma stabbiliti fi programmi ta’ ħidma tal-UE suċċessivi, għandhom jirriflettu x-xejriet biex jiżguraw kundizzjonijiet ta’ qafas ġusti u jinkludu aġenda konkreta li tkun tipprovdi gwida u ċertezza għall-investimenti industrijali. Jeħtieġ li jkun hemm qafas regolatorju stabbli u għal perjodu twil.

5.8

Ir-relazzjoni bejn il-politika industrijali u s-Suq Uniku hija importanti ferm. Il-KESE jinsisti li b'mod parallel ma’ politiki industrijali aktar speċifiċi, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-Att dwar is-Suq Uniku jerġa' jikkonferma b'mod ċar ir-rwol tal-Kummissjoni u tal-UE, u l-ħtieġa għal kompetizzjoni ġusta Ewropea.

5.9

Il-KESE jerġa' jikkonferma l-ħtieġa li jinżamm l-objettiv ta’ 3 % tal-PDG fin-nefqa għar-riċerka u l-iżvilupp.Ir-riżorsi finanzjarji li qed jonqsu m'għandhomx jagħmlu ħsara lill-forzi ta’ innovazzjoni deċiżivi.

5.10

Fir-rigward tal-effiċjenza u l-valur miżjud tal-politiki u l-istrumenti finanzjarji, il-KESE laqa' b'sodisfazzjon, f'diversi opinjonijiet, il-gruppi settorjali ta’ livell għoli, il-pjattaformi tat-teknoloġija, l-istimolu ta’ clusters tal-innovazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali bejn panels u ċentri tar-riċerka, kollha appoġġjati mill-fondi tal-UE. Għandhom jiġu żviluppati proġetti ta’ dimostrazzjoni u ta’ eżempju.

5.11

Proġett ta’ suċċess huwa l-Inizjattiva ta’ Suq Ewlieni għal sitt setturi importanti biex jonqsu l-ostakli għall-prodotti u s-servizzi (14). Bl-istess mod l-UE għandha tibda proġetti industrijali ġodda bħall-vetturi bl-użu ta’ enerġija nadifa u effiċjenti, il-ħżin u l-ġbir tal-karbonju, in-netwerks pan-Ewropej, attivitajiet spazjali, u teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ.

5.12

Il-KESE jqis l-adozzjoni tal-brevett Ewropew bħala każ ta’ prova għall-kredibbiltà tal-politika industrijali tal-UE. Jekk ma jkunx jista' jinkiseb brevett Ewropew għall-UE bħala entità sħiħa għalissa, numru limitat ta’ pajjiżi għandhom, sadanittant, jibdew bih.

5.13

B'mod aktar ġenerali, fil-kuntest tad-dinja llum, il-ħarsien tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali hija prijorità importanti.

5.14

Approċċi mmirati b'mod speċifiku għas-setturi huma essenzjali biex tinkiseb regolamentazzjoni aħjar u aktar adatta u biex jiġu żviluppati l-istrumenti u l-miżuri meħtieġa.

5.15

Madankollu, il-globalizzazzjoni, il-frammentazzjoni tal-katina tal-provvista lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiż, u d-dipendenza reċiproka mill-qrib tas-suġġetti varji jagħmlu l-viżjoni “tradizzjonali” tal-industrija b'kull settur għalih anqas rilevanti. B'daqshekk ma għandux jitqies li qed jiġi miċħud li jeżistu xi problemi speċifiċi ħafna f'xi setturi, iżda li dawn iridu jiġu trattati fuq il-bażi ta’ każ b'każ f'perspettiva Ewropea.

5.16

Approċċ settorjali flessibbli jippermetti l-iskambju b'suċċess ta’ veduti u huwa bażi tajba għall-impenn ta’ partijiet interessati pubbliċi u privati. Barra mill-uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-gvernijiet, hemm ukoll il-kumpaniji, l-istituti tar-riċerka, l-edukazzjoni (għolja), l-imsieħba soċjali, l-NGOs u r-rappreżentanti reġjonali.

6.   Kwistjonijiet speċifiċi ewlenin

6.1

Il-politika industrijali hija kunċett globali b'għadd ta’ oqsma li huma marbutin u konnessi flimkien.

6.2

L-aċċess għall-finanzi u għall-fondi huma ostakli li jridu jiġu indirizzati b'mod urġenti. Il-KESE jilqa' bi pjaċir kbir it-tħabbira dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet transkonfinali għall-kapital ta’ riskju, kif ukoll tal-proposti għall-bonds għall-proġetti pubbliċi u privati tal-UE għall-investimenti fl-enerġija, it-trasport u l-ICT (15). Għandhom jiġu eżaminati bonds għall-proġetti għal oqsma oħra, eż. proġetti ta’ riċerka. Ser ikollhom jitqiesu miżuri oħra, fosthom l-iskemi għat-tnaqqis tat-taxxi.

6.3

L-SMEs ġew milquta' b'mod speċjali mill-kriżi finanzjarja. Iridu jiġu żviluppati ideat innovattivi sabiex jiġi mobilizzat il-kapital privat, eż. crowd funding. Il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni għandha torganizza diskussjonijiet ma’ partijiet interessati esterni sabiex teżamina l-modi u l-mezzi kif il-kapitali jiġi mobilizzat għall-skopijiet industrijali. Għandhom jitqiesu l-prattiki madwar id-dinja. Għandhom jixxerrdu ideat u prattiki fertili.

6.4

Il-KESE jirrakkomanda li l-BEI wkoll, flimkien mal-FEI, għandu jitħeġġeġ fl-isforzi tiegħu biex jiżviluppa strumenti mmirati li jgħinu lill-SMEs Ewropej jikbru.

6.5

Ir-rwol tal-BEI huwa dejjem aktar importanti bħala eżempju għall-investituri privati l-oħra kif ukoll katalist biex jattira fondi finanzjarji addizzjonali. Dan jinkludi wkoll il-promozzjoni ta’ investimenti fit-tul, meħtieġa għall-iżvilupp ta’ proċessi innovattivi. Il-kriterji soċjali u ambjentali għandhom jiġu integrati fis-self tal-BEI, b'valutazzjonijiet ex-post tal-impatt tal-infiq tal-BEI fuq il-firxa kollha tal-industrija Ewropea u għall-kisba tal-objettivi tal-UE.

6.6

Fir-rigward tal-FP7 l-FP8, il-KESE jaqbel mal-iffokar akbar mill-Kummissjoni fuq proġetti industrijali innovattivi u fuq il-kooperazzjoni (transkonfinali).

6.7

Bħalissa, l-fondi kollha tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp qed jiffokaw fuq id-disseminazzjoni u l-approfondiment tal-għarfien. Il-proġetti li huma konformi mal-fehmiet tal-Pjattaformi Teknoloġiċi tal-UE jridu jiġu approvati, kif ukoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (16). Il-KESE jagħti parir li jkun hemm aktar semplifikazzjoni fl-implimentazzjoni. Il-fondi tal-UE għandhom jiġu investiti b'mod immirat biex joħolqu l-effett multiplikatur tal-investimenti pubbliċi u/jew privati.

6.8

Dan ifisser li l-FP8, flimkien mar-riċerka fundamentali, iridu jkunu ispirati wkoll mill-objettivi tal-politika industrijali. Għal proġetti industrijali kbar xorta waħda hija meħtieġa koordinazzjoni effettiva (ċentralizzata) bejn il-finanzjamenti tal-UE u dawk nazzjonali.

6.9

Dan jgħodd ukoll għas-CIP, il-Programm tal-Kompetittività u tal-Innovazzjoni għall-SMEs fil-qasam tal-enerġija, l-ICT u l-intraprenditorija.

6.10

L-iżvilupp f'reġjuni monoindustrijali għandu jiġi rivedut biex iħeġġeġ id-diversifikazzjoni industrijali b'mod aktar effettiv. L-iżvilupp sostenibbli ser jiġi appoġġjat mill-fondi tal-UE għall-proġetti b'dipendenza baxxa fuq il-karbonju u rispettużi għall-ambjent.

6.11

Ir-relazzjoni bejn il-politika tal-innovazzjoni u dik industrijali hija evidenti. L-Innovazzjoni hija qasam wiesa' ħafna li jkopri wkoll kwistjonijiet mhux tekniċi. Ġustament, l-inizjattivi ewlenin tal-innovazzjoni u l-politika industrijali għandhom bejn wieħed u ieħor l-istess punt fokali u għandhom objettivi komuni bħas-sħubijiet ta’ innovazzjoni. Dan ser ikabbar l-effiċjenza u l-viżibbiltà.

6.12

It-tnaqqis fl-industrijalizzazzjoni potenzjali jrid jiġi evitat billi tissaħħaħ ir-rabta bejn l-innovazzjoni u l-industrija (17), fost affarijiet oħra permezz tal-enfasi fuq it-“teknoloġiji abilitanti ewlenin”. Il-kundizzjonijiet għall-industrija mmexxija mix-xjenza jridu jitjiebu.

6.13

Il-politika fil-livell nazzjonali u tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni huma marbutin mill-qrib mal-politika industrijali, b'mod speċjali taħt il-pressjoni ta’ baġits li qed jonqsu u l-isforzi li qed jagħmlu l-kontinenti l-oħra. It-tnaqqis u/jew id-delokalizzazzjoni barra l-pajjiż tal-infiq fir-riċerka mill-kumpaniji huwa inkwetanti wkoll.

6.14

It-trasformazzjoni tar-riċerka u x-xjenza fi prodotti permezz tat-teknoloġija applikata tibqa' punt dgħajjef madwar l-Ewropa. Filwaqt li r-riċerka fundamentali tibqa' kruċjali, il-KESE jinsisti fuq il-ħtieġa għal transizzjoni effettiva, sostenibbli u mgħaġġla mill-laboratorju għall-ekonomija reali.

6.15

Il-miri fil-proċess ta’ transizzjoni għal ekonomiji b'konsum baxx tal-enerġija u tal-karbonju jistgħu jwasslu għal opportunitajiet akbar għall-promozzjoni tal-innovazzjoni.

6.16

Titjib fil-koordinament fi ħdan u bejn il-ktajjen tal-għarfien għandu jkun prijorità. Għandu jiġi diskuss bejn il-partijiet interessati kollha fis-settur pubbliku u privat biex jingħelbu d-differenzi u jiġu promossi l-valur miżjud u l-effikaċja.

6.17

L-universitajiet għadhom mhux qed jaqdu r-rwol tagħhom bis-sħiħ bħala parti integrali mit-trijangolu tal-għarfien. Għandha titqiegħed enfasi fuq netwerks miftuħin u transkonfinali bejn l-universitajiet u l-industrija. L-UE għanda tiffoka fuq il-promozzjoni ta’ dawn l-iżviluppi.

6.18

Il-Kapitlu Soċjali tal-Ewropa 2020 jkopri diversi elementi. Il-ħolqien tal-impjiegi permezz tal-investiment privat, il-katina tal-provvista u l-valur u l-SMEs huwa ċentrali Dan l-objettiv itejjeb ukoll l-aċċettazzjoni tal-istrateġija mill-pubbliku.

6.19

L-impjegati għandhom jiġu involuti u jipparteċipaw. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal djalogu soċjali effettiv u l-promozzjoni ta’ objettivi komuni u impenji f'din l-era ta’ bidliet dinamiċi. Id-djalogu huwa bżonjuż ukoll għal soluzzjonijiet soċjalment aċċettabbli u huwa meħtieġ biex tinħoloq il-fiduċja għat-trasformazzjoni ekonomika, barra minn hekk, għandu jżid is-sensibilizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-pubbliku.

6.20

L-Istati Membri għandhom it-tradizzjonijiet tagħhom f'dan il-qasam. Fil-fehma tal-KESE, il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-impjegati għandhom iseħħu fil-livell tal-kumpanija, f'dawk reġjonali, nazzjonali u tal-UE biex ikabbaru l-antiċipazzjoni u jagħtu forma lill-bidla. Fil-livell tal-UE, id-djalogi soċjali settorjali huma għodda ta’ valur kbir li l-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja u għandha tippromovihom kull fejn għadhom ma jeżistux.

6.21

L-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha huma prijorità. Analiżi tas-suq tax-xogħol (fil-livell settorjali) għandha tkun il-bażi għal linji gwida għall-kurrikula tal-edukazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti, fuq medda medja u twila ta’ żmien tal-ħiliet. Għandhom jiġu eliminati d-differenzi bejn is-sessi. F'xi oqsma, bħall-inġinerija u l-professjonijiet tekniċi, id-differenza bejn il-provvista u t-talba fis-suq tax-xogħol hija inkwetanti. L-intraprenditorija għandha tiġi promossa.

6.22

Il-linji gwida u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki huma meħtieġa biex jifformaw kurrikula tal-edukazzjoni għolja (18). Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex iżżid l-impenn tagħha f'dan il-qasam.

6.23

L-iżviluppi globali jeħtieġu politika kummerċjali Ewropea attiva. Id-diviżjoni tax-xogħol bejn il-pajjiż b''valur għoli' u dawk b''valur baxx' qed tiċċajpar. Qed iseħħu żviluppi ekonomiċi u soċjali b'rata mgħaġġla, l-aktar fl-Ażja. Kundizzjonijiet globali ekwivalenti huma aktar importanti f'termini ambjentali u ta’ livelli soċjali, ir-reċiproċità tal-aċċess tas-suq, il-proprjetà intellettwali, eċċ (19).

6.24

Il-KESE jinsisti li t-teħid tad-deċiżjonijiet kollha Ewropej kif ukoll il-valutazzjoni tal-leġislazzjoni futura jqisu l-perspettiva tal-kompetizzjoni ġusta globali. B'mod parallel, fl-UE għandhom jiġu stabbiliti monitoraġġ aħjar u sorverljanza tas-suq aktar effettiv. Il-kompetenzi tal-kontrolluri tad-dwana għandhom jikbru.

6.25

Is-sinifikat tal-istandardizzazzjoni ma tantx jista' jiġi stmat iżżejjed bħala strument importanti fis-Suq Uniku. Il-kumpaniji Amerikani u Ċiniżi ta’ spiss qed jikkonformaw ma’ dawn il-livelli b'mod spontanju għaliex qed ikunu ta’ eżempju fid-dinja.

6.26

Il-KESE jenfasizza r-rabta bejn il-politika industrijali, il-politika tal-kummerċ u kwistjonijiet relatati. Iridu jiġu miġġielda l-ostakli artifiċjali għall-kummerċ u l-investiment f'partijiet oħra tad-dinja. In-negozjati dwar dawn il-kwistjonijiet jistgħu jmorru lil hinn mill-qafas tad-WTO u jridu jiġu trattati f'oqfsa bilaterali jew multilaterali oħra. Id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali timplika li l-UE trid titkellem b'vuċi waħda fi kwalunkwe forum internazzjonali ekonomiku (20).

6.27

L-UE trid tiġġieled b'mod aggressiv il-limitazzjonijiet fuq l-aċċess għall-materji primi li japplikaw l-imsieħba fin-negozju. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon ir-rakkomandazzjonijiet għal azzjoni dwar il-prezzijiet fuq il-materji primi u l-konsolidazzjoni tas-suq fis-settur tal-minjieri. L-ispekulazzjoni fuq is-swieq tal-kumditajiet trid tiġi indirizzata.

6.28

Mingħajr ħsara għall-għanijiet u l-livelli miftehma tal-UE dwar l-enerġija u l-klima, l-istrumenti ta’ politika jridu jiġu studjati u mfassla b'attenzjoni rigward il-punt sa fejn ser ikollhom impatt fuq il-kompetittività tal-industrija (21). Ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'użu baxx tal-karbonju fl-Ewropa għandha timplika li l-UE tirrikjedi li l-istess livelli jiġu milħuqa mill-imsieħba tagħha fil-kummerċ (22). Is-soluzzjoni ppreferuta hija ftehimiet multilaterali. Is-sanzjonijiet kummerċjali għandhom jiġu evitati.

6.29

Rigward il-livelli soċjali, il-KESE jipponta lejn id-dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-livelli prinċipali tax-xogħol fl-1998 dwar id-diskriminazzjoni, l-impjieg tat-tfal, l-impjieg furzat kif ukoll il-libertà tal-għaqdiet tal-ħaddiema u n-negozjati kollettivi (23). Il-konvenzjonijiet tal-ILO huma aktar konkreti, iżda għadd ta’ pajjiżi ma rratifikawhomx jew mhux qed jimplimentawhom.

6.30

Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) għandha tiġi implimentata internazzjonalment fuq il-bażi tad-Dikjarazzjonijiet tal-ILO u l-Linji Gwida tal-OECD kif ukoll ta’ strumenti internazzjonali oħra li huma rikonoxxuti b'mod mifrux (24). Il-Kumpaniji għandhom jibdew jużaw is-CSR bħala tiketta sabiex jippromovu l-immaġni tagħhom.

7.   Ir-rabta bejn il-politiki industrijali nazzjonali u l-UE

7.1

Minkejja d-differenzi bejn l-istati, l-ekonomija tal-Istati Uniti taħdem bħala suq wieħed u bi gvern ċentrali wieħed. L-istess jgħodd għaċ-Ċina u għal oħrajn.

7.2

Bil-kontra, fl-Ewropa l-Istati Membri kollha għandhom il-forma tagħhom ta’ politika industrijali (25). Ix-xenarju huwa diversifikat ħafna minħabba strutturi nazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tradizzjonijiet diverġenti, relazzjonijiet partikolari bejn is-setturi pubbliċi u privati u strutturi diverġenti tal-ekonomiji u l-vantaġġi komparattivi. Barra minn hekk, il-kriżi attwali tista' ġġib it-tentazzjoni ta’ protezzjoniżmu moħbi.

7.3

Minħabba dawn id-diverġenzi kollha r-riżultati f'termini ta’ tkabbir ekonomiku u impjiegi fl-Istati Membri huma differenti ħafna. Il-Kunsill jenfasizza li tkun ħaġa tajba li jsiru rapporti annwali dwar l-iżvilupp tal-politiki nazzjonali industrijali. Minħabba fil-kompetenzi limitati tal-Kummissjoni f'dan il-qasam, din m'hijiex biċċa xogħol faċli.

7.4

Għan ewlieni tal-Ewropa 2020 huwa li l-UE u l-Istati Membri joqorbu lejn xulxin. Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu parti ulterjuri mill-governanza tal-UE. It-trasparenza, eżempji ta’ suċċess u prattiki tajbin jistgħu jwasslu għal konverġenza pożittiva fl-atteġjamenti governattivi. Għandhom iwasslu għal diskussjonijiet fil-Kunsill dwar il-kunċetti varji u r-riżultati prattiċi tagħhom.

7.5

Naturalment, kull Stat Membru huwa ħieles li jiddeċiedi liema huma l-preġji tiegħu u joħloq l-għarfien u infrastrutturi oħra, jekk il-miżuri huma konformi mar-regoli tal-UE. Pjattaformi għad-diskussjoni dwar l-esperjenzi jistgħu jsaħħu l-kooperazzjoni bejn gruppi ta’ Stati Membri.

7.6

Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet nazzjonali jistgħu jipprovdu opportunitajiet ġodda bejn il-gvernijiet, bejn il-gvernijiet u l-Kummissjoni kif ukoll, naturalment għall-kumpaniji, b'mod partikolari għall-għadd kbir ta’ SMEs li qed jinternazzjonalizzaw.

7.7

Diversi pajjiżi għandhom il-pjattaformi innovattivi tagħhom b'miri nazzjonali. Dawn rarament huma għall-benefiċċju ta’ objettivi Ewropej. Il-KESE jagħti parir li jiġi studjat kif l-approċċi transkonfinali jistgħu jkabbru l-effikaċja tagħhom. L-aħjar prattiki għandhom jiġu disseminati u diskussi.

7.8

Ir-rapport annwali għandu janalizza l-koerenza bejn il-politika industrijali tal-UE u l-politiki nazzjonali. Dan l-aħħar, xi Stati Membri – eż. il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi – qed ifasslu dokumenti ta’ politika dwar il-politika nazzjonali tagħhom (26). Iżda r-rabta mal-objettivi u l-azzjonijiet Ewropej għadha dgħajfa. Il-KESE jirrakkomanda li ssir analiżi ta’ dawn ir-rapporti nazzjonali mill-Kummissjoni f'perspettiva Ewropea fir-rapport annwali tagħha li jmiss.

7.9

Qed jintensifikaw ukoll l-iskambji ta’ fehmiet bejn l-Istati Membri dwar politiki industrijali mixtieqa. Prattiki ta’ dan it-tip, kif ukoll ir-riżultati operattivi, għandhom jixxerrdu mal-Unjoni kollha sabiex il-viżjonijiet magħluqa nazzjonali jiġu sostitwiti minn perspettivi usa'.

7.10

Barra minn hekk, ir-reġjuni u ż-żoni metropolitani għandhom jieħdu s-sjieda. Għandha tingħathalhom is-setgħa li jiżviluppaw clusters u li jintensifikaw il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel, iċ-ċentri tal-għarfien u l-industrija (eż. permezz tal-iżvilupp ta’ netwerks settorjali reġjonali).

7.11

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-prestazzjonijiet u l-prattiki f'oqsma speċifiċi bħall-akkwist pubbliku – 17 % tal-PNG – fejn, skont l-analiżijiet u għall-kuntrarju tad-direttivi tal-UE, ser ikun hemm prevalenza tal-għanijiet industrijali nazzjonali.

7.12

Eżempju partikolari ta’ dan huwa t-tagħmir militari, li ta’ spiss jiġi injorat. It-tnaqqis fil-baġits spiss ikollu effett negattiv fuq l-ispiża militari. Studji indipendenti jridu jagħmluha possibbli li jinkiseb valur akbar għall-flus.

7.13

F'dan il-qasam, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli fi ħdan l-UE u, bl-istess mod, li jiżviluppaw katini ta’ provvista transkonfinali kompetittivi. Għandhom jiġu promossi l-effetti ta’ konsegwenza u dawk ta’ ġenerazzjoni (spill-over u spin-off) bejn il-produzzjoni militari u dik ċivili. B'mod parallel, trid tiġi prevista l-armonizzazzjoni Ewropea tal-permessi tal-esportazzjoni.

7.14

Qasam ieħor interessanti huwa “l-utilitajiet pubbliċi”. Fuq il-bażi ta’ inventorju mill-Kummissjoni, irid jiġi previst aktar ftuħ għall-kooperazzjoni transkonfinali u/jew l-aħjar prattiki.

7.15

L-analiżi tal-UE tista' tipproduċi data interessanti dwar il-kwalità ta’ spettru wiesa' ta’ kundizzjonijiet fl-Istati Membri. Is-semplifikazzjoni tal-prattiki amministrattivi (mingħajr ħsara għas-sigurtà tal-prodottu u l-protezzjoni tal-konsumatur) u t-tnaqqis fil-piżijiet finanzjarji jridu jiġu promossi (27). F'xi oqsma u pajjiżi dawn il-proċessi qed iseħħu bħalissa.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Kompetizzjoni fl-10.12.2010 (ref.17838/10). Il-Kunsill Ewropew kellu bidu tajjeb fl-4 ta’ Frar 2011 dwar l-enerġija u l-promozzjoni tal-innovazzjoni.

(2)  Ara Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, taqsima 9, COM(2011) 11 finali.

(3)  Il-Programm Kwadru u l-Programm tal-Kompetittività u tal-Innovazzjoni.

(4)  COM(2004) 274 finali.

(5)  Opinjonijiet tal-KESE rilevanti jinsabu f'http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.enterprises-and-industry.

(6)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-postijiet tax-xogħol innovattivi bħala sors ta’ produttività u ta’ impjiegi ta’ kwalità”, adottata fit-18.3.2011 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), b'mod partikolari punt 2.6.

(7)  Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-importanza partikolari tal-industriji spazjali għall-iżvilupp taż-żoni remoti u rurali.

(8)  Fost l-oħrajn, ara Is-setturi li joħolqu l-impjiegi fuq perjodu qasir u medju, wara l-kriżi - Les secteurs créateurs d'emploi à court-moyen terme après la crise (Centre d'analyse stratégique kollegat mal-Prim Ministru Franċiż, Novembru 2010).

(9)  Il-Ġermanja, pereżempju, reċentement żiedet il-baġit tal-innovazzjoni b'20 %.

(10)  ĠU C 168, 20.7.2007, p. 1.

(11)  L-ewwel eżempju tal-applikazzjoni ta’ dan il-metodu jinstab f'LeaderSHIP 2015, strateġija għal settur tal-bini tal-vapuri Ewropew li tnieda fl-2005.

(12)  Dan il-punt jidher permezz tal-iżvilupp f'għadd ta’ reġjuni u żoni metropolitani madwar l-Ewropa fejn strutturi industrijali superati qed jeħdulhom posthom investimenti orjentati lejn il-ġejjieni u dinamiżmu ġdid.

(13)  Il-KESE kien diġà ressaq dan l-argument f'Rapport ta’ Informazzjoni bit-titlu “Stħarriġ settorjali dwar ir-rilokazzjoni” (A sectoral survey of relocation – mhux disponibbli bil-Malti) (2006) li wera d-difetti fid-data użata mill-Kummissjoni mil-lat ta’ kemm tista' tiġi paragunata.

(14)  L-inizjattiva tas-suq ewlieni identifikat is-swieq li ġejjin: is-saħħa elettronika, it-tessuti protettivi, il-bini sostenibbli, ir-riċiklaġġ, il-prodotti b'bażi bijoloġika u l-enerġiji rinnovabbli.

(15)  Ara nota 2 f'qiegħ il-paġna.

(16)  L-ewwel tliet Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjon (KICs), għaddejjin bħalissa.

(17)  Ara, fost l-oħrajn, “It-tnaqqis tal-industrijalizzazzjoni fl-Ewropa. M'hemmx ħin x'jintilef!” (The de-industrialisation of Europe. There is no more time to lose!), Académie Royale de Belgique, 2010.

(18)  ĠU C 128, 18.5.2010, p. 48.

(19)  Ara l-Komunikazzjoni dwar il-Politika Kummerċjali, SEC(2010) 1268.

(20)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE bit-titlu “Id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali Ewropea – Il-politika kummerċjali tal-UE qed tikkunsidra sewwa l-interessi tal-industrija Ewropea?” (Ara paġna 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali) u ĠU C 128, 18.5.2010, p. 41.

(21)  Opinjoni tal-KESE dwar “L-impatt tal-iżvilupp kontinwu tas-swieq tal-enerġija fuq il-ktajjen tal-valur industrijali fl-Ewropa” (ĠU C 77, 31.3.2009, p. 88), b'mod partikolari punt 16.

(22)  Opinjoni tal-KESE dwar l-effetti tal-ftehimiet internazzjonali biex jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra fuq il-proċessi tat-tibdil industrijali fl-Ewropa (The effects of international agreements to reduce greenhouse gas emissions on the industrial change processes in Europe – verżjoni Maltija mhux disponibbli) (ĠU C 185, 8.8.2006, p. 62).

(23)  Ara d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji Fundamentali u d-Drittijiet fuq il-Post tax-Xogħol, (Declaration on Fundamental Principles and Rights at Work – il-verżjoni bil-Malti mhux disponibbli) (1998).

(24)  Fost l-oħrajn il-UN Global Compact u l-International Financial Reporting Standards (IFRS, fosthom l-International Accounting Standards) The UN Guiding Principles on Business and Human Rights, imfassla minn John Ruggie, huwa rilevanti wkoll.

(25)  B'mod eżaġerat dan jitla' għal 27 politika industrijali u ta’ innovazzjoni.

(26)  Fid-dettall: Il-Ġermanja bħala nazzjonali industrijali kompetittiv (Ġermanja), Feuilles de route des comités stratégiques de filière (Franza), the Growth Aġenda (ir-Renju Unit; dan daqt ser jiġi segwit minn programm dettaljat), Plan Integral de Política Industrial 2020 (Spanja), Naar de top: de hoofdlijnen van het nieuwe bedrijfslevenbeleid (il-Pajjiżi l-Baxxi).

(27)  Grupp Stoiber.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/46


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro”

COM(2010) 524 finali – 2010/0278 (COD)

2011/C 218/08

Relatur: is-Sur FARRUGIA

Nhar is-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità mal-Artikoli 136 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro

COM(2010) 524 finali – 2010/0278 (COD)

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'139 vot favur, 10 voti kontra u 33 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jirrikonoxxi li hemm bżonn ta’ riformi għall-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) sabiex jiġu indirizzati l-problemi ta’ wara l-kriżi tal-2008, kif ukoll il-problemi li kien ilhom jeżistu u kienu ovvji anke qabel il-kriżi. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li l-PST ma kellux suċċess fil-prevenzjoni u l-limitazzjoni tal-iżbilanċi fiskali li joriġinaw minn sorsi oħra fosthom l-iżbilanċi makroekonomiċi u l-insuffiċjenzi fil-prattiki u r-regolamenti bankiera u finanzjarji.

1.2   Filwaqt li jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja bħala pass wieħed fid-direzzjoni tar-riforma li hi ferm meħtieġa, il-KESE jesprimi l-bżonn ta’ reviżjoni adegwata fil-partijiet preventivi u korrettivi ta’ din il-proposta.

1.3   Il-KESE jemmen li r-regoli fiskali għandhom iqisu serjament:

il-kwistjoni tal-kwalità tal-attivitajiet fiskali, f'termini ta’ titjib fil-kontribuzzjoni tal-mekkaniżmi tad-dħul u tan-nefqa għall-aspett tal-provvista tal-ekonomija;

li s-sostenibbiltà tal-pożizzjonijiet finanzjarji fiskali tiġi assigurata l-aħjar b'enfasi aktar qawwija fuq l-approċċi preventivi milli dawk korrettivi, u;

li l-mekkaniżmi li huma bbażati fuq l-inċentivi għandhom possibbiltà akbar ta’ suċċess minn dawk li huma bbażati biss fuq miżuri punittivi,

Din il-perspettiva ma tnaqqasx mill-importanza tal-aspett korrettiv li huwa essenzjali biex jippromovi d-dixxiplina fiskali.

1.3.1   Approċċ ta’ dan it-tip jidher li huwa konformi mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

1.4   Rigward il-parti preventiva, u b'koerenza mal-miri identifikati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, qed jiġi propost li l-iffissar ta’ miri numeriċi għall-prestazzjoni fiskali, ikun ibbażat fuq sistema b'żewġ fronti b'elementi minn fuq għal isfel u oħrajn minn isfel għal fuq. L-element minn fuq għal isfel ikun iffukat fuq l-iffissar ta’ mira li tiddetermina l-isforz ta’ konsolidazzjoni meħtieġ għaż-żona kollha tal-euro filwaqt li l-aproċċ minn isfel għal fuq jissarraf fit-tqassim ta’ dan l-isforz f'azzjonijiet li jridu jsiru mill-Istati Membri individwali. Dan isaħħaħ l-isforzi tal-Kummissjoni, permezz ta’ approċċ formali, biex iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull pajjiż ikunu aktar fil-mira waqt l-implimentazzjoni tal-PST.

1.5   Fi ħdan dan l-approċċ, l-effetti pożittivi fuq il-kredibbiltà mistennija mill-eżistenza tal-unjoni monetarja jistgħu jirrikjedu li l-Istati Membri jintalbu li jagħmlu sforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali li jkunu konsistenti mad-daqs relattiv tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jagħmlu dawn l-isforzi.

1.6   Il-KESE jkompli billi jissuġġerixxi li l-impożizzjoni ta’ depożiti li jħallu interessi, depożiti li ma jħallux interessi u multi issir b'mod li dawn jiġu ffinanzjati b'mod dirett, l-ewwel u qabel kollox, mill-korrezzjoni tal-aspetti tal-politika li jkunu qed jikkawżaw pożizzjoni fiskali li mhijiex sostenibbli. Din tiġi stabbilita permezz ta’ valutazzjoni tad-devjazzjonijiet fl-aspetti tad-dħul u tan-nefqa mit-triq tal-konverġenza kif stabbilita mill-parti preventiva. Barra minn hekk, il-valur tagħhom jiġi kkalkolat skont id-daqs tal-aspetti tan-nefqa u/jew tad-dħul li jistgħu jiġu identifikati li qed iwasslu b'mod dirett għan-nuqqas ta’ sostenibbiltà tal-politika fiskali. Dan l-aproċċ jiżgura titjib fil-kwalità tal-politika fiskali.

1.7   Qed jiġi suġġerit ukoll li l-penali li jiġu imposti mill-parti korrettiva jkunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt rigoruża biex josservaw l-effett ta’ titjib fil-kwalità tal-politika fiskali.

1.8   Biex jintlaħaq bilanċ bejn l-approċċ tal-inċentivi u dak punittiv fil-parti korrettiva, il-KESE jipproponi li l-imgħax fuq id-depożiti li ma jħallux interessi jkun jista' jinkiseb mill-Istat Membru kkonċernat darba jinkiseb tnaqqis fid-dejn pubbliku li huwa tal-anqas daqs l-imgħax u li huwa probabbli li jibqa' jinżamm fil-futur. Mill-banda l-oħra, il-multi jiġu diretti lejn il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

1.9   Il-KESE jemmen li r-riforma adegwata tas-sorveljanza baġitarja ser isservi ta’ bażi għat-tisħiħ tal-governanza u r-restawr tal-kredibbiltà fiż-żona tal-euro.

2.   Infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro

2.1   Il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali tal-2008 wasslet għal żjieda qawwija fid-defiċit fiskali u d-dejn. Dawn komplew kabbru preokkupazzjoni aktar fit-tul dwar is-sostenibbiltà fiskali. Il-prestazzjon fiskali varja tal-Istati Membri, bil-possibbilta reali ta’ nuqqas ta’ ħlas tad-dejn f'xi każijiet, flimkien man-nuqqas ta’ koordinazzjoni fiskali u ta’ mekkaniżmi ta’ kumpens hija sfida kbira oħra. Dan it-tħassib jiżdiedu miegħu l-insuffiċjenzi fis-sistemi finanzjarji u bankarji u fl-infrastrutturi regolatorji, kif ukoll il-possibbiltà marbuta magħhom ta’ nuqqas ta’ ħlas.

2.2   Il-PST, bħala qafas msejjes fuq ir-regoli għall-koordinazzjoni tal-politiki fiskali nazzjonali fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, ġie mwaqqaf b'mod speċifiku biex jiżgura d-dixxiplina fiskali, iżda l-esperjenza reċenti ħarġet fid-deher in-nuqqasijiet u d-dgħjufijiet tas-sistema li għad fadal u li jistgħu jipperikolaw b'mod serju l-instabbiltà tal-euro. Dan wassal għal dibattitu dwar l-importanza tal-governanza ekonomika (1) li fih il-Kummissjoni ppreżentat pakkett leġislattiv ta’ sitt komunikati f'Settembru 2009. Il-Pakkett huwa magħmul minn:

It-tisħiħ tal-PST bi tfassil ta’ politiki fiskali prudenti (2)

Prevenzjoni u korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (3)

Twaqqif ta’ oqfsa fiskali nazzjonali ta’ kwalità (4) u

Infurzar aktar b'saħħtu (5)

2.3   L-opinjoni jiffoka b'mod speċifiku fuq l-infurzar f'termini tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (6) Qed tinġibed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-KESE bħalissa qed ifassal opinjoni dwar COM(2010) 527 finali (7)

3.   Kuntest

3.1   L-istrument ewlieni għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza taż-żona tal-euro huwa l-PST, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar id-dixxiplina baġitarja. F'Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-bżonn urġenti biex isaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u b'hekk qabel li:

(i)

it-tisħiħ kemm tal-partijiet preventivi kif ukoll dawk korrettivi tal-PST, inklużi s-sanzjonijiet filwaqt li titqies is-sitwazzjoni partikolari tal-Istati Membri taż-żona tal-euro;

(ii)

l-għoti ta’ rwol iktar prominenti, fis-sorveljanza baġitarja, lil-livelli u l-evoluzzjonijiet tad-dejn u s-sostenibbiltà kumplessiva;

(iii)

l-iżgurar li l-Istati Membri kollha għandhom regoli baġitarji nazzjonali u oqfsa baġitarji għat-terminu medju b'konformità mal-PST;

(iv)

l-iżgurar tal-kwalità tad-data statistika.

3.2   Rigward l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro, il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill qed tfittex li tkompli temenda r-Regolament Nru 1466/97 u KE Nru 1467/97 li stabbilew il-bażi għall-PST (8). B'mod partikolari, ir-regolament propost jimmira li jagħti sostanza lill-parti preventiva u jsaħħaħ il-partijiet korrettivi tal-PST.

3.2.1   Fir-rigward tal-parti preventiva, ir-regolament propost jindika li l-għanijiet għall-medda medja taż-żmien (MTOs), indikati fil-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza u r-rekwiżit ta’ 0,5 % fil-konverġenza annwali tal-PDG ser jinżammu, iżda ser isiru operattivi permezz tad-dispożizzjoni ta’ prinċipju ġdid ta’ tfassil ta’ politika fiskali prudenti. Skont il-proposta, dan il-prinċipju jindika li t-tkabbir annwali fin-nefqa m'għandux jaqbeż rata prudenti tat-tkabbir fil-PDG fuq medda medja taż-żmien, sakemm l-eċċess ma jitpattiex b'żidiet fid-dħul tal-gvern jew it-tnaqqis diskrezzjonarju fid-dħul ma jiġix kkumpensat minn tnaqqis fl-infiq. Fil-każ ta’ devjazzjonijiet minn tfassil prudenti tal-politika fiskali, toħroġ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni bl-appoġġ ta’ mekkaniżmu ta’ infurzar skont l-Artikolu 136 tat-Trattat, fil-forma ta’ impożizzjoni ta’ depożitu li jħalli l-interessi, li jammonta għal 0,2 % tal-PDG.

3.2.2   Il-parti korrettiva hija marbuta mal-obbligi li l-Istati Membri taż-żona tal-euro jevitaw defiċits u dejn eċċessivi, b'limitu ta’ 3 % tal-PDG għad-defiċit u 60 % tal-PDG għad-dejn, li fihom, tnaqqis suffiċjenti lejn il-kriterju tad-dejn huwa meqjus aċċettabbli wkoll.

3.2.2.1   Il-proposta tal-Kummissjoni tagħraf li l-enfasi fuq il-bilanċ tal-baġit annwali tista' tirriżulta f'attenzjoni żejda għal kunsiderazzjonijiet immedjati, u li d-dejn għandu jingħata importanza akbar bħala indikatur ta’ sostenibbiltà fiskali aktar fit-tul.

3.2.2.2   Fil-parti korrettiva, ir-regolament propost jiddikjara li l-infurzar jissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ sett ġdid ta’ sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, li japplikaw aktar kmieni fil-proċess u skont approċċ gradwat. Depożitu li ma jħallix interessi li jammonta għal 0,2 % tal-PDG ikun japplika fuq deċiżjoni li pajjiż jitqiegħed f'defiċit eċċessiv. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, id-depożitu jiġi konvertit f'multa.

3.2.3   Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-aspetti operattivi tal-infurzar għall-parti preventiva u dik korrettiva jsiru permezz ta’ proċedura ta’ votazzjoni bil-kontra fejn issir rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex b'hekk l-Istat Membru jiġi obbligat li jagħmel id-depożitu. Din ir-rakkomandazzjoni tibqa' sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix bil-kontra b'maġġoranza kwalifikata fi żmien għaxart ijiem mill-preżentazzjoni tar-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni.

3.2.4   Il-proposta ta’ regolament tal-Kummissjoni tgħid li l-Kunsill jista' jnaqqas l-ammont tad-depożitu unanimament jew fuq il-bażi ta’ proposta speċifika mill-Kummissjoni minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali jew talba motivata mill-Istat Membru. Fil-każ tal-parti preventiva, ladarba l-Kunsill ikun sodisfatt li l-Istat Membru jkun indirizza s-sitwazzjoni, id-depożitu jiġi ritornat bl-interess miġbur lill-Istat Membru kkonċernat. Fir-rigward tal-parti korrettiva, il-proposta ta’ regolament tal-Kummissjoni tgħid li d-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi rilaxxat wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv filwaqt li l-interessi fuq dawn id-depożiti u l-multi miġbura għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri taż-żona tal-euro li ma għandhomx defiċit eċċessiv u li lanqas m'huma suġġetti għal proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.

3.2.5   Il-proposta qed issir fi ħdan appell għal valutazzjoni makroekonomika aktar mifruxa li tinkludi l-identifikazzjoni tal-iżbilanċi strutturali li għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività. Għal dan il-għan, ġiet ippubblikata wkoll Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (9) kif ukoll Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (10).

3.3   Is-sorveljanza baġitarja effettiva fil-livell taż-żona tal-euro għandha bżonn li tiġi akkumpanjata minn attenzjoni speċifika fuq l-oqfsa baġitarji nazzjonali.

3.4   Dawn il-proposti huma parti minn riforma aktar wiesgħa ta’ governanza eknomika mnebbħa mill-objettivi indikati fl-Istrateġija Ewropa 2020. Il-koordinazzjoni ekonomika, inkluża s-sorveljanza tal-pożizzjoni fiskali permezz tal-adeżjoni tar-regoli fiskali u r-riformi strutturali hija mistennija li tiġi integrata fis-Semestru Ewropew li jiġbor fih perjodu ta’ żmien li fih il-politiki baġitarji u strutturali tal-Istati Membri jiġu riveduti biex jiġu identifikati l-inkonsistenzi u l-iżbilanċi kollha li jfiġġu kif ukoll biex isaħħu l-koordinazzjoni meta l-aktar deċiżjonijiet baġitarji importanti jkunu għadhom qed jitħejjew (11).

4.   Kummenti Ġenerali

4.1   Ir-riformi fil-PST li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sistema huma meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet li ħarġu fid-deher mal-kriżi eċċezzjonali tal-2008, imma wkoll biex jitrattaw id-difetti li kienu tfaċċaw anke qabel il-kriżi.

4.2   Filfatt, xi snin qabel il-kriżi, għadd ta’ pajjiżi fiż-żona tal-euro kellhom defiċits fiskali 'il fuq mill-valur ta’ referenza tat-3 %, flimkien ma’ proporzjonijiet tad-dejn pubbliku li kienu qed jikbru (12). Il-bidu tal-kriżi finanzjarja u ekonomika rriżulta fi twessigħ importanti tal-pożizzjoni fiskali b'mod li d-defiċit medju fiż-żona tal-euro huwa mistenni li jilħaq is-6,3 % tal-PDG sal-aħħar tal-2010 u l-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa mistenni li jilħaq l-84,1 % (13). Il-PST ma kienx dirett biex jevita dawn l-iżbilanċi li ħafna drabi seħħew bħala riżultat tat-tensjonijiet kbar fil-qasam makroekonomiku u finanzjarju.

4.3   Hemm żewġ osservazzjonijiet ewlenin li jridu jiġu indirizzati fir-rigward tal-PST. L-ewwel tirreferi għat-titjib li jista' jiġi implimentat għall-mekkaniżmi tal-infurzar. It-tieni jirrelata mad-dipendenza eċċessiva fuq il-kriterju tad-defiċit fiskali b'kunsiderazzjoni għad-dejn limitata. Iċ-ċiklu ekonomiku ma kienx preżenti biżżejjed fl-applikazzjoni tal-PST.

4.3.1   Rigward in-nuqqas ta’ infurzar, tul is-snin, għadd ta’ pajjiżi kisru l-kriterji tad-defiċit u tad-dejn. In-nuqqas ta’ sanzjonijiet wasslu għal imġieba fiskali li mhux biss injorat is-sostenibbiltà fiskali fil-livell tal-Istati Membri iżda li l-anqas ma qieset l-impatt tal-imġieba fiskali mhux sostenibbli minn Membru wieħed fuq l-unjoni monetarja kollha. In-nuqqas ta’ infurzar fil-passat dgħajjef il-PST u xellef il-kredibbiltà tiegħu.

4.3.1.1   Huwa mistenni li r-riformi fil-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt, imsaħħa minn pakkett ġdid ta’ sanzjonijiet fiskali aktar severi jindirizzaw dan in-nuqqas. Madankollu, wieħed għad irid jara kemm fil-prattika ser ikun hemm infurzar kredibbli.

4.3.1.2   Minn lat jista' jsir l-argument li din id-darba, il-perikli fil-każ ta’ pakkett li mhuwiex effettiv huma kbar ħafna. Aktar minn qabel is-suq finanzjarju ser joqgħod aktar attent għall-pajjiżi fiż-żona tal-euro u josserva l-bilanċi fiskali u makroekonomiċi. In-nuqqas ta’ kredibbiltà jindika l-falliment tal-PST li għalhekk jipperikola b'mod serju l-istabbiltà taż-żona tal-euro.

4.3.1.3   Fl-istess waqt, wieħed irid iqis il-fatt li l-proposti għal sorveljanza msaħħa qed isiru fil-kuntest ta’ kriżi bla preċedent li fiha t-tkabbir ekonomiku għadu dgħajjef. Il-gvernijiet kellhom jintervjenu permezz ta’ injezzjonijiet tal-kapital li tefgħu fil-banek biex jevitaw kollass totali fis-sistema finanzjarja. Kellhom jindaħħlu wkoll biex jillimitaw il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi.

4.3.2   Rigward id-dipendenza żejda fuq il-kriterju tad-defiċit, huwa nnotat li r-reviżjoni tal-2005 tal-PST ppruvat titfa' l-punt fokali fuq id-defiċits strutturali biex tikkunsidra s-sitwazzjoni ċiklika ta’ kull Stat Membru. Madankollu, din it-tip ta’ enfasi ma’ qisitx id-dixxiplina fiskali minn perspettiva aktar fit-tul. Enfasi akbar fuq il-kriterju tad-dejn, sa ċertu punt ser tindirizza dan in-nuqqas.

4.3.2.1   Madankollu l-mekkaniżmu jrid iqis ir-raġunijiet li għalihom ġie akkumulat id-dejn. L-iffinanzjar bid-dejn ta’ proġetti kapitali pubbliċi li jagħtu ritorn qawwi ekonomiku u soċjali ma jistgħux jitqiesu bl-istess mod ta’ nfiq li huwa ta’ natura rikorrenti jew li għandu rata ta’ ritorn baxxa.

4.3.2.2   Barra minn hekk, filwaqt li r-riforma fil-mekkaniżmi tas-sorveljanza hija mistennija li tqis karatteristiċi li huma speċifiċi għall-pajjiż bħall-kompożizzjoni tad-dejn, ir-riskji marbutin mal-istruttura tad-dejn, id-dejn fis-settur privat kif ukoll ir-responsabbiltajiet marbutin mat-tixjieh, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn id-dejn domestiku u dak barrani, peress li tal-aħħar jikkontribwixxi għall-istabbiltà makroekonomika.

4.3.2.3   Kritika oħra għall-mekkaniżmu ta’ sorveljanza hija marbuta mal-enfasi fuq il-valuri ta’ referenza speċifiċi, li essenzjalment huma arbitrarji (14). Minkejja dan, huwa rikonoxxut li l-approċċ tal-valur ta’ referenza għandu merti importanti f'termini ta’ sempliċità, trasparenza u tħaffif tal-governanza.

4.3.2.4   Mill-banda l-oħra, id-diverġenza tal-Istati Membri individwali minn dawn il-valuri ta’ referenza jindika kemm il-konverġenza fl-UE għadha 'l bogħod. Ikun tajjeb li l-konverġenza bejn il-pajjiżi seħħ malajr u l-enfasi reċenti li l-Kunsill Ewropew poġġa fuq dan l-aspett hija adatta. Mill-banda l-oħra, fil-livell tal-pajjiż, dan jirrikjedi bilanċ attent bejn l-impenn meħtieġ għad-dixxiplina fiskali u l-ħtiġijiet speċifiċi għar-ristrutturar, l-investiment u t-tkabbir li jista' jkollhom bżonn is-sostenn ta’ miżuri fiskali.

4.4   Huwa importanti li jerġa' jitfakkar li s-sostenibbiltà fiskali ma tistax titqies maqtugħa mill-iżbilanċi makroekonomiċi. Għaldaqstant, huwa importanti ferm li jkun hemm sorveljanza makroekonomika aktar wiesgħa li tosserva l-korrezzjoni tal-iżbilanċi.

4.5   L-imbottatura lejn l-istabbiliment ta’ oqfsa baġitarji nazzjonali li jikkomplementaw il-PST hija bbażata fuq l-għarfien tal-fatt li filwaqt li d-dixxipplina fiskali hija kwistjoni komuni għall-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro, il-poter leġislattiv tal-politika fiskali qiegħed fil-livell nazzjonali.

4.5.1   Il-punt safejn jista' jiġi żviluppat approċċ aktar deċentralizzat għad-dixxiplina fiskali jiddependi f'estrem wieħed fuq bidliet relevanti fit-Trattat li jillimitaw l-interess nazzjonali fuq dawk komuni, iżda jista' jaħdem ukoll permezz ta’ arranġament aktar flessibbli fil-livell ta’ qbil tal-Istat Membru. Jekk ma jsirx dan it-tibdil, ikunu kemm ikunu ġustifikati l-interessi komuni, l-interessi nazzjonali dejjem ser jibqgħu minn fuq (15). Għaldaqstant huwa importanti li jitqies ir-rwol li jista' jkollhom il-liġijiet tar-responsabbiltà fiskali fil-livell nazzjonali, li permezz tas-suċċess fl-implimentazzjoni tagħhom jistgħu jinċentivaw il-promozzjoni tas-sostenibbiltà fiskali madwar iż-żona tal-euro.

5.   Kummenti Speċifiċi

5.1   Filwaqt li għandhom jiġu mfaħħra l-għanijiet tar-Regolament propost ibbażati fuq it-tisħiħ tal-PST permezz ta’ għodod li jwasslu għall-infurzar effettiv, hemm dettalji speċifiċi rigward il-parti preventiva u dik korrettiva tal-Patt li l-KESE jikkunsidra li għandhom bżonn ta’ aktar ħsieb.

5.2   Il-mira tal-infiq, indikata fil-parti preventiva, ibbażata fuq rata prudenti ta’ tkabbir tal-PDG għal medda medja ta’ żmien ma tqisx l-aspetti differenti fin-nefqa tal-gvern – minkejja li mira globali tal-infiq hija utli għall-iskop tas-sempliċità u t-tħaffif tal-governanza. Dan jgħodd ukoll għar-regoli fiskali li jiffokaw biss fuq indikaturi globali bħall-kriterji tad-defiċit u tad-dejn. Dawn il-kriterji ma jqisux it-tkabbir fit-tul min-naħa tal-provvista li jirriżultaw minn xi kategoriji tan-nefqa tal-gvern kif ukoll l-iżvilupp fil-kwalità tan-nefqa fiskali u l-mekkanżimi li jiġġeneraw id-dħul b'mod ġenerali.

5.2.1   Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ enfasi fuq il-kwalità taċ-ċifri pubbliċi permezz ta’ valutazzjoni tal-kompożizzjoni u l-effiċjenza tal-infiq pubbliku. Dan jista' jkun partikolarment relevanti għall-investiment fil-kapital uman permezz ta’ nfiq fuq l-edukazzjoni u s-saħħa, infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, fuq l-infrastruttura pubblika u l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet (16)  (17). Għaldaqstant qed jiġi propost li din it-tip ta’ nefqa tiġi eskluża mil-limitu tal-infiq, speċjalment meta tikkonsisti minn infiq li huwa ffinanzjat mill-programmi ta’ fondi tal-UE u l-elementi ta’ kofinanzjament nazzjonali tagħhom. Biex tinżamm il-kwalità tan-nefqa soċjali, l-elementi mhux diskriminatorji tal-benefiċċji tal-qgħad jistgħu jiġu esklużi wkoll. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-miri fiskali trid tkun kompletament koerenti mal-kisba tal-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 li jiffukaw fuq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv filwaqt li l-kisba ta’ dawn il-miri tista' tirrikjedi nefqa akbar min-naħa tal-gvern (18).

5.2.2   Barra minn hekk biex ir-regolament ma joħloqx klima ta’ inċertezza, il-KESE jissuġġerixxi li tingħata definizzjoni ċara tat-termini “tfassil ta’ politiki fiskali prudenti”, “rata prudenti ta’ tkabbir fuq perjodu medju” u “ċirkostanzi eċċezzjonali”.

5.3   Il-mekkaniżmu ta’ infurzar m'għandux jintuża biss minħabba d-devjazzjonijiet mill-valuri numeriċi iżda għall-kuntrarju għandhom jitqiesu kunsiderazzjonijiet aktar mifruxa bħall-kundizzjonijiet ekonomiċi, politiċi u soċjali prevalenti fl-Istati Membri. Din il-proposta m'għandhiex il-għan li tnaqqas mill-qawwa tal-parti preventiva iżda li tippermetti li jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet partikolari li jkunu prevalenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. Filfatt, dan hu konformi mar-regolament propost dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi fejn wara li jiskatta l-mekkaniżmu tal-allert, issir reviżjoni fil-fond tal-Istat Membru.

5.4   Huwa ssuġġerit ukoll li l-impożizzjoni ta’ depożiti li jħallu interessi, depożiti li ma jħallux interessi u multi issir f'kull każ b'mod li dawn jiġu ffinanzjati b'mod dirett mill-korrezzjoni tal-aspetti tal-politika li jkunu qed jikkawżaw pożizzjoni fiskali imprudenti jew mhux sostenibbli, li jiġi stabbilit permezz ta’ devjazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-parti preventiva. Barra minn hekk, il-valur tagħhom jiġi kkalkolat skont id-daqs tal-aspetti tan-nefqa u/jew tad-dħul li jistgħu jiġu identifikati li qed iwasslu b'mod dirett għan-nuqqas ta’ sostenibbiltà tal-politika fiskali. Aproċċ bħal dan jevita r-risku li d-depożiti u l-multi jiġu ffinanzjati min-nefqa tal-gvern li tagħti rata ta’ ritorn għolja ħafna. Filwaqt li huwa rikonoxxut li l-identifikazzjoni ta’ mġieba mhux sostenibbli mhijiex faċli, hemm bżonn li jsir sforz biex jinħarġu definizzjonijiet ċari u operattivament fattibbli li jistgħu jkunu utli f'dan il-kuntest.

5.4.1   Barra minn hekk, huwa essenzjali li d-depożitu jiġi rilaxxat biss darba l-Istat Membru kkonċernat jieħu l-impenn li dawn il-fondi jpoġġihom f'infiq produttiv. F'dan ir-rigward, jista' jkun mixtieq l-użu ta’ approċċi li jqabblu l-ispejjeż mal-benefiċċji li huma simili għal dawk applikati fl-allokazzjoni tal-Fondi tal-Koeżjoni u Strutturali (19).

5.5   Barra minn hekk iridu jitqiesu b'mod xieraq l-implikazzjonijiet tal-infurzar fejn l-impożizzjoni ta’ depożitu li ma jħallix imaxx u s-sanzjoni jiġu imposti f'mument meta l-qagħda ekonomika u soċjali tal-Istat Membru tista' titqies vulnerabbli. Bħala riżultat, kull rakkomandazzjoni li ssir mill-Kummissjoni biex tibda taġixxi l-parti korrettiva għandha ssirilha valutazzjoni tal-impatt rigoruża li tikkunsidra l-implikazzjonijiet ta’ imġieba li mhix sostenibbli fuq l-unjoni monetarja b'mod globali kif ukoll l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-infurzar fil-livell nazzjonali. Huwa importanti li l-infurzar ma jwassalx għal aktar falliment milli qed jipprova jsolvi.

5.6   Artikolu 7 tar-Regolament jirreferi għad-distribuzzjoni tal-interessi u l-multi li taqla l-Kummissjoni, b'mod proporzjonat għas-sehem fl-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li m'għandhom defiċit jew żbilanċ eċċessivi. Għal dan il-għan, is-sistema ta’ distribuzzjoni tista' toħloq żbilanċi akbar fi ħdan l-unjoni monetarja li tista' twassal għal diverġenzi akbar bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro li jmorru kontra r-rekwiżiti tal-unjoni monetarja.

5.7   Biex jintlaħaq bilanċ bejn l-approċċ tal-inċentivi u dak punittiv fil-parti korrettiva, il-KESE jipproponi li l-interest fuq id-depożiti li ma jħallux interessi jkun jista' jinkiseb mill-Istat Membru kkonċernat darba jinkiseb tnaqqis fid-dejn pubbliku li huwa tal-anqas daqs l-imaxx u li huwa probabbli li jinżamm fil-futur. Mill-banda l-oħra, il-multi jiġu diretti lejn il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

5.8   Il-premessa wara dan is-suġġeriment huwa li l-PST għandu jservi ta’ inċentiv lejn il-promozzjoni ta’ mġieba sostenibbli aktar milli mekkaniżmu strettament punittiv.

5.9   Filwaqt li huwa rikonoxxut li l-mira li tintlaħaq konverġenza ekonomika u fiskali fundamentali trid tiġi bbażata fuq miri komuni, qed jiġi argomentat li jista' jkun hemm bżonn li l-mira li “daqs wieħed jiġi lil kulħadd” tiġi implimentata b'mod flessibbli hi hu tkejjel is-sostenibbiltà fiskali fiż-żmien immedjat, tal-anqas sakemm tintlaħaq konverġenza ekonomika suffiċjenti bejn il-pajjiżi, iżda wkoll fid-dawl tal-mod asimetriku li bih l-Istati Membri differenti ntlaqtu mill-episodju reċenti ta’ reċessjoni.

5.9.1   Huwa importanti wkoll li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas fejn Stati Membri individwali jibbenefikaw mill-effetti pożittivi fuq il-kredibbiltà mistennija mill-eżistenza ta’ żona monetarja kbira. Għalhekk jista' jiġi kkunsidrat li l-pajjiżi jintalbu li jagħmlu sforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali b'mod li jkun konsistenti mad-daqs realttiv tagħhom fi ħdan iż-żona monetarja, ħalli jikkompensaw għal dawk bi prestazzjoni aktar baxxa, biex il-mira globali komuni għaż-żona tal-euro tintlaħaq b'mod konsistenti. Dan l-approċċ jibbenefika b'mod dirett lill-pajjiżi kollha, permezz tal-kredibbiltà ekonomika li tkun stabbilita għaż-żona komplessivament u speċjalment fit-tfassil tal-politika ta’ dawn bi prestazzjoni aħjar.

5.9.2   L-effikaċja ta'approċċ bħal dan tiddependi ħafna mill-mekkaniżmu ta’ sorveljanza kif propost mill-Kummissjoni li tiżgura li l-pajjiżi li qed jaqgħu lura qed jagħmlu kull sforz possibbli biex jilħqu l-konverġenza bl-aħjar veloċità possibbli. Hemm ukoll bżonn ta’ enfasi konsistenti fuq kejl statistiku korrett u li l-istatistiċi u r-rapportaġġ jittejbu b'mod li jiżguraw disponibbiltà fiabbli u f'waqtha ta’ data kredibbli.

5.9.3   Bħala konsegwenza l-Kumitat jissuġġerixxi li għall-perjodu immedjat u sakemm tintlaħaq konverġenza ekonomika suffiċjenti bejn l-istati membri differenti, tintuża' sistema b'żewġ fronti b'elementi minn fuq għal isfel u oħrajn minn isfel għal fuq biex tikkomplementa l-isforzi li qed isiru bħalissa u li huma mmirati li jroddu lura s-sostenibbiltà fiskali liż-żona tal-euro billi magħhom jiddaħħlu l-elementi meħtieġa ta’ flessibbiltà b'mod ippjanat u regolat tajjeb.

5.9.4   L-approċċ minn fuq għal isfel huwa bbażat fuq l-iffissar ta’ mira għaż-żona kollha li tiddefinixxi l-isforz ta’ konsolidazzjoni fiskali meħtieġ f'dak il-livell. Il-kisba ta’ mira bħal din tkabbar il-kredibbilta taż-żona tal-euro b'mod ġenerali u l-pajjiżi kollha jgawdu minn dan b'mod individwali. L-approċċ minn isfel għal fuq jikkonsisti fid-distribuzzjoni tal-isforz li jrid isir miż-żona kollha f'azzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istati Membri individwali. Id-distribuzzjoni tqis għad ta’ kriterji ekonomiċi oġġettivi bħall-qagħda tal-iżvilupp, il-ħtiġijiet għall-investiment, il-punt tar-riforma tal-pensjonijiet, il-punt tar-riformi strutturali, il-kwalità tal-finanzi pubbliċi u l-effiċjenza tas-sistemi tat-tassazzjoni. Barra minn hekk, dan l-approċċ jevita approċċ li jkun restrittiv iżżejjed tal-PST jagħmel ħsara permanenti għat-tkabbir fil-każ ta’ ċerti pajjiżi.

5.9.5   Dan l-approċċ minn naħa jdaħħal element ta’ solidarjetà ġustifikabbli madwar il-pajjiżi taż-żona tal-euro, filwaqt li min-naħa l-oħra jserva ta’ pass lejn koordinazzjoni mtejba u l-integrazzjoni fiskali. Fil-każ ta’ konverġenza ekonomika fundamentali suffiċjenti, id-distribuzzjoni minn isfel għal fuq tal-isforz bejn l-Istati Membri jkun ekwivalenti għal sitwazzjoni fejn il-pajjiżi differenti jkunu qed isegwu miri numeriċi komuni. Sadattant, l-eżerċizzju tal-flessibbiltà meħtieġa fuq il-bażi tal-pajjiżi individwali ma tibqax isseħħ, kif ġara ta’ spiss fil-passat, fuq bażi li tidher ad hoc u forsi bla ġustifikazzjoni, iżda tkun tifforma parti minn sistema koerenti u konsistenti biex isiru l-isforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali meħtieġa fil-livell taż-żona tal-euro. Dan l-approċċ jikkontribwixxi ferm għaż-żamma tal-kredibbiltà tas-sistema.

5.9.6   Approċċ bħal dan huwa simili fin-natura għal dak adottat għall-iffissar tal-miri tal-Istrateġija Ewropea 2020, fejn l-Istati Membri jiffissaw il-miri nazzjonali tagħhom li jkunu koerenti mal-miri ġenerali stabbiliti għall-UE. Fil-fatt l-Anness 1 tal-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali li jippreżenta miri provviżorji u li jvarjaw mill-Istati Membri jirreferi għall-fatt li parti importanti mill-istrateġija hija li kull Stat Membru jiddeċiedi hu l-livell tiegħu ta’ ambizzjoni rigward il-miri globali tal-Ewropa 2020. Qed jingħad li hemm possibbiltà akbar li dawn il-miri jiġu rrispettati minħabba fid-dibattitu politiku intern meħtieġ biex jiġu stabbiliti fejn il-mira hija stabbilita billi jitqiesu l-pożizzjonijiet tal-bidu u konsiderazzjonjiet nazzjonali. F'dan il-kuntest, jista' jiġi propost li jiġu stabbiliti perjodi ta’ transizzjoni espliċiti f'qafas ta’ żmien realistiku għall-konsolidazzjoni għall-pajjiżi li jeħtieġu sforzi ta’ konsolidazzjoni partikolarment kbar.

5.9.7   Dan l-approċċ propost mhuwiex iġib dgħajfien fil-mekkaniżmu ta’ prevenzjoni msemmi fil-proposta tal-Kummissjoni peress li huwa bbażat fuq il-konverġenza fit-tul għall-istess miri numeriċi għall-membri kollha taż-żona tal-euro. Mill-banda l-oħra huwa intiż li jippermetti għal qafas formali li jiġġustifika rati differenti ta’ konverġenza fil-livell tal-Istati Membri individwali taż-żona tal-euro fl-istess spirtu tal-approċċi speċifiċi għal kull pajjiż propost mill-Kummissjoni innifisha. Dan jidher ukoll bħala mezz importanti biex titjieb il-kredibbiltà tas-sistema billi tiddaħħal il-flessibbiltà fil-pjani ta’ konverġenza speċifiċi għall-pajjiż b'mod formali.

5.10   Fl-aħħar ta’ min wieħed jinnota li d-djalogu socjali għandu rwol importanti. Fil-livell nazzjonali, id-djalogu soċjali huwa importanti għall-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika nazzjonali li tiffoka fuq il-politika fiskali u s-sorveljanza makroekonomika. Djalogu soċjali matur u komprensiv jippermetti li l-isfidi soċjali u ekonomiċi jiġu ffaċċjati speċjalment dawk li jkunu fit-tul bħar-riforma fil-pensjonijiet u n-nefqa fuq is-saħħa. Biex il-gvernijiet jilħqu objettivi bħas-sostenibbiltà fiskali u l-bilanċ makroekonomiku, irid ikun hemm grad qawwi ta’ sħubija soċjali u kollaborazzjoni, li jinkludi l-kunsens politiku.

5.10.1   Il-KESE għandu wkoll rwol importanti x'jilgħab permezz tad-djalogu effettiv fost il-membri tiegħu dwar is-sostenibbiltà fiskali. Il-KESE jista' jipprovdi rakkomandazzjonijiet u riformi għal dan il-għan b'koordinazzjoni mill-viċin mad-djalogu soċjali nazzjonali. Kif qed jiġi ssuġġerit fl-Opinjoni dwar “It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ” il-KESE jista' jorganizza sessjonijiet annwali biex jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti għar-riformi. Barra minn hekk, il-KESE għandu sehem x'jaqdi biex jiżgura li l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet l-oħra tas-soċjetà ċvili jkunu aġġornati mal-għanijiet tal-Komunità li jwasslu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 107, 6.4.2011, pg.7.

(2)  COM(2010) 522 finali u COM(2010) 526 finali.

(3)  COM (2010) 527 finali.

(4)  COM (2010) 523 finali.

(5)  COM(2010) 524 finali u COM(2010) 525 finali.

(6)  COM (2010) 524 finali.

(7)  Opinjoni tal-KESE dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Ara paġna 53 tal-Ġurnal Uffiċjali.

(8)  Ir-Regolamenti ġew emendati fl-2005 mir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 u kkomplementati mir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar “It-titjib tal-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.”

(9)  COM (2010) 525 finali.

(10)  COM (2010) 527 finali.

(11)  Is-Semestru Ewropew tnieda permezz tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat f'Jannar 2011 (COM (2011) 11finali). L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jgħaqqad flimkien l-azzjonijiet differenti li huma essenzjali biex jissaħħaħ l-irkupru fi żmien qasir filwaqt li jiġu ffokati wkoll l-għanijiet tal-Ewropa 2020.

(12)  Statisitiċi tal-Ewrostat, 16.12.2010.

(13)  Kummissjoni Ewropea, Previżjoni Ekonomika Ewropea, Ħarifa 2010.

(14)  Wyplosz, C (2002), “Fiscal Discipline in EMU: Rules or Institutions?”, (Id-dixxiplina fiskali fl-UEM: Regoli jew Istituzzjonijiet?” Graduate Institute for International Studies, Ġinevra u CEPR.

(15)  Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni – Dipartiment tal-Politika A: Economic and Scientific Policies, Economic and Monetary Affairs, Multilateral Surveillance (Politiki Ekonomiċi u Xjentifiċi, Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, Sorveljanza Multilaterali (Charles Wyplosz).

(16)  Salvador Barrios u Andrea Schaechter, (2008), The Quality of Public Finances and Growth, (Il-Kwalità tal-Finanzi Pubbliċi u t-Tkabbir) European Commission Economic Papers 337.

(17)  António Afonso, Werner Ebert, Ludger Schuknecht u Michael Thöne, (2005), Quality of Public Finances and Growth, (Il-kwalità tal-Finanzi Pubbliċi u t-Tkabbir) ECB Working Paper Series Nru.438.

(18)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 7.

(19)  Kummissjoni tal-UE, Direttorat Ġenerali Politika Reġjonali, Gwida għall-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proġetti ta’ investiment (Guide to Cost-Benefit Analysis of Investment Projects), Ġunju 2008.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/53


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro”

COM(2010) 525 finali – 2010/0279 (COD)

u l-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi”

COM(2010) 527 finali – 2010/0281 (COD)

2011/C 218/09

Relatur: is-Sur PALMIERI

Nhar l-1 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 136 u 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

(COM(2010) 525 finali – 2010/0279 (COD))

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

(COM(2010) 527 finali – 2010/0281 (COD)).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’189 voti favur, 2 voti kontra u 11-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) bi pjaċir jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea – fil-qafas tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika Ewropea – fehmet il-ħtieġa li tingħata attenzjoni kbira lill-kunsiderazzjoni tal-iżbilanċi ta’ natura makroekonomika, bħalma jingħataw attenzjoni l-iżbilanċi baġitarji – billi huma fatturi ta’ instabbiltà ekonomika, finanzjarja u soċjali tal-ekonomiji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE).

1.2   Il-KESE jirrikonoxxi li l-kriżi ekonomika attwali fil-fatt ippreżentat sfidi kbar lis-sistema ekonomika, soċjali u saħansitra dik politika tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali, u tal-Unjoni Monetarja u Ekonomika (UME) b’mod partikolari. Għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-kriżi deher biċ-ċar li mhux biżżejjed li titqies biss id-dimensjoni kwantitattiva tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiż, billi kien jeħtieġ li tiġi vvalutata wkoll il-kwalità tal-istess tkabbir, jiġifieri li jiġu identifikati l-fatturi makroekonomiċi tas-sostenibbiltà jew ta’ dan il-proċess.

1.3   Il-KESE jħeġġeġ li t-tisħiħ tal-governanza ekonomika Ewropea ssir realtà, filwaqt li jkun żgurat li tingħata attenzjoni ugwali lill-ħtiġijiet tal-istabbiltà u tat-tkabbir li jġib miegħu impjiegi ġodda.

1.4   Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ li t-tisħiħ tal-governanza ekonomika, il-qafas tal-politiki ekonomiċi, soċjali u ta’ koeżjoni tal-UE, jappoġġja b’mod effettiv il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politika ġdida Ewropea tal-koeżjoni.

1.5   Il-KESE beħsiebu jikkontribwixxi biex jinħoloq il-qbil mifrux li hu meħtieġ biex tissaħħaħ b’mod effikaċi l-governanza ekonomika, filwaqt li minn naħa jenfasizza xi limiti u riskji inerenti għall-approċċ adottat mill-Kummissjoni, u min-naħa l-oħra l-potenzjal importanti li ġej minnu.

1.6   Jekk, kif diġà enfasizzat il-Kummissjoni (1), l-evidenza u d-dewmien tal-iżbilanċi makroekonomiċi bejn l-Istati Membri għandhom jiżdiedu mal-kompetittività u jekk b’kompettitività rridu nfissru – skont l-istess definizzjoni li tagħti l-Kummissjoni – il-ħila tal-ekonomija li tipprovdi lill-popolazzjoni tagħha b’livelli ta’ għajxien għolja u li qed jogħlew u rati għolja ta’ impjieg fuq bażi sostenibbli (2) – u l-KESE jenfasizza l-bżonn, ifisser li għandha titqies firxa usa’ ta’ kawżi ekonomiċi, finanzjarji u soċjali biex jiġu valutati dawn l-iżbilanċi.

1.7   Għalhekk, il-KESE jqis li t-tabella ta’ valutazzjoni tal-iżbilanċi għandha tkun magħmula minn indikaturi ekonomiċi, finanzjarji u soċjali. F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jitqiesu l-iżbilanċi li jinħolqu minn inugwaljanzi dejjem ikbar fid-distribuzzjoni li kienu fost il-kawżi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-Istati Membri dan l-aħħar (3).

1.8   Id-differenzi makroekonomiċi mhumiex biss il-konsegwenza tal-Unjoni Monetarja, iżda wkoll ir-riżultat tal-ftuħ tas-Suq Intern. Id-distribuzzjoni transkonfinali tax-xogħol hija msejsa fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi kompetittivi fis-swieq rispettivi. Għalhekk, il-miżuri previsti m’għandux ikollhom l-għan li jwittu d-differenzi rispettivi meta dawn ġejjin minn dinamiki tas-Suq Intern li ma joħolqux effetti ħżiena.

1.9   Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa – fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi - li naslu għal valutazzjoni preċiża u ġusta kemm tal-fatturi tal-kompetittività marbuta mal-prezzijiet, kif ukoll tal-fatturi mhux marbuta mal-prezz.

1.10   Il-KESE jittama li d-dibattitu dwar l-indikaturi li ser ikunu inklużi fit-tabella prevista mill-Kummissjoni jiġi estiż b’tali mod li – fil-livell Ewropew u nazzjonali – jinkludi firxa estensiva ta’ atturi istituzzjonali u korpi ta’ rappreżentanza tas-soċjetà ċivili, fosthom il-KESE stess u l-Kumitat tar-Reġjuni.

1.11   Il-KESE huwa tal-fehma li t-tabella ta’ valutazzjoni proposta mill-KE għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi – minħabba l-problemi tekniċi fl-approċċ (it-twaqqif ta’ limiti ta’ twissija, il-weighting li għandu jiġi attribwit lid-diversi sorsi ta’ żbilanċ, il-perjodu ta’ żmien għall-kunsiderazzjoni). B’hekk, għandu jiġi segwit minn valutazzjoni usa’ u iktar fil-fond tal-iżbilanċi tal-Istat Membru konċernat.

1.12   Il-KESE jenfasizza l-periklu li r-rabta bejn l-identifikazzjoni tal-iżbilanċi, l-intervent tal-miżuri korrettivi u r-ristawr tal-bilanċ fi żmien raġonevoli biżżejjed, ma tistax titqies bħala fatt. F’dan il-kuntest hemm għadd ta’ fatturi li jistgħu jtawlu l-proċess: a) l-interrelazzjonijiet kumplessi bejn l-objettivi makroekonomiċi; ii) il-kontroll indirett tal-istrumenti min-naħa tal-persuni li jfasslu l-politika; c) in-nuqqas ta’ effikaċja potenzjali tas-sistema tas-sanzjonijiet proposta għall-pajjiżi tal-UEM.

1.13   Il-KESE jenfasizza li hemm ir-riskju li kwalunkwe miżura restrittiva għall-bilanċjar mill-ġdid tista’ twassal biex tingħata preferenza lill-politiki proċikliċi, u b’hekk tiggrava u tittawwal il-fażi attwali ta’ tnaqqis fl-attività ekonomika. Jista’ jkun il-każ ukoll li t-taħlita ta’ politiki ekonomiċi preskritti għal Stat Membru partikolari, meħtieġa għall-finijiet ta’ żbilanċi interni, tirriżulta f’realtà mhux adatta għall-UE globalment.

1.14   Il-KESE jisħaq li – fir-rigward tal-ambitu tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi essenzjalment marbuta mal-espożizzjoni għad-debitu eċċessiv tas-settur privat – il-kapaċità ta’ monitoraġġ u kontroll li jistgħu jeżerċitaw il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, il-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku u l-Awtorità Ewropea għall-Viġilanza Bankarja ġiet sottovalutata. Għalhekk, bħala aspett wieħed tal-koordinazzjoni bejn dawn il-korpi, il-KESE jitlob li jinħolqu kondizzjonijiet biex tiġi żgurata s-sorveljanza effikaċi, diretta jew indiretta, tas-sistema bankarja, flimkien ma’ interventi f’waqthom għar-regolazzjoni tal-kreditu: il-kriterji (regolatorji) ta’ interventi bħal dawn għandhom jiġu definiti.

1.15   Il-KESE jenfasizza li fil-pakkett leġislattiv għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi għad jonqos li jissemma d-dibattitu dwar il-baġit tal-UE. Il-verifika tax-xokkijiet asimetriċi fl-Istati Membri taż-żona tal-euro teħtieġ l-użu ta’ strumenti biex jerġa’ jinstab bilanċ fis-sistema makroekonomika. F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-opportunità li jiġi valutat il-potenzjal li ġġib magħha sistema ta’ baġit iktar flessibbli b’iktar riżorsi minn dawk li għandha s-sistema attwali. Dan għandu jippermetti t-trasferimenti neċessarji mill-oqsma li jkunu bbenefikaw mix-xokkijiet għal dawk li tkun saritilhom ħsara, jew permezz ta’ stabilizzaturi awtomatiċi, jew bil-finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment pan-Ewropej (pereżempju bil-ħruġ ta’ eurobonds) (4).

1.16   Il-KESE jtenni li l-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi Ewropej – li kapaċi jagħtu leġittimità demokratika b’saħħitha liċ-ċittadini Ewropej – teħtieġ rwol iktar ċar u preċiż għall-Parlament Ewropew (PE), għall-KESE u għall-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll tal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw liċ-ċittadini, min-naħa soċjali u tas-soċjetà ċivili (5).

1.17   Il-KESE jsostni li l-PE jista’ jkun kruċjali biex jintlaħaq kunsens dwar il-qafas ta’ referenza makroekonomiku, il-prijoritizzazzjoni tal-problemi li għandhom jiġu indirizzati u l-identifikazzjoni tal-politiki ekonomiċi li għandhom jiġu implimentati. F’dan il-kuntest, il-PE jassumi r-rwol prinċipali tal-post fejn – flimkien mal-korpi istituzzjonali Ewropej l-oħra – jintlaħaq ftehim dwar strateġija komuni li ma tkunx limitata għat-twaqqif tar-regoli u l-proċeduri formali, iżda anke tfassal politiki konkreti biex jissaħħu l-fiduċja u l-istennijiet taċ-ċittadini Ewropej.

1.18   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011, li jgħidu li l-KESE għandu jkun involut f’“kooperazzjoni mill-qrib” fl-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew, “sabiex tiġi żgurata appartenenza wiesgħa”. Għaldaqstant, huwa jesprimi r-rieda tiegħu li jipparteċipa bis-sħiħ u jispera li ma jdumx ma jidħol fi djalogu mal-Kunsill dwar dan is-suġġett.

1.19   Il-KESE – proprju għaliex huwa l-forum għad-djalogu ċivili – jista’ jorganizza sessjoni annwali speċifika (fil-ħarifa) biex jiġu diskussi r-rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri u b’hekk jinħoloq dibattitu mal-kumitati ekonomiċi u soċjali nazzjonali rispettivi, mal-parlamenti nazzjonali u l-PE, biex b’hekk l-istrateġiji adottati jkunu jistgħu jiġu valutati, mqassma u promossi fil-livell nazzjonali.

1.20   Il-KESE jħeġġeġ li b’mod progressiv isir użu iktar intensiv tad-djalogu makroekonomiku b’tali mod li l-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi ma jitħallewx biss f’idejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet tal-Istati Membri. Id-djalogu makroekonomiku għandu jkun strument biex, b’mod maqsum bejn il-gvernijiet u l-imsieħba soċjali, is-sitwazzjoni ekonomika u l-miżuri li għandhom jittieħdu jiġu valutati fil-livell tal-UE, b’rabta stretta mad-djalogu soċjali u b’koordinazzjoni mal-livell nazzjonali, b’tali mod li jkun hemm koerenza bejn id-dinamika tal-UE kollha kemm hi u d-dinamika tal-Istati Membri.

2.   Il-miżuri korrettivi tal-iżbilanċi makroekonomiċi interni proposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-komunikazzjonijiet COM(2010) 525 u 527 finali

2.1   Nhar it-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni ħarġet il-komunikazzjoni dwar It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegiGħodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ  (6). B’din il-komunikazzjoni, l-għan tal-Kummissjoni huwa li tkompli tiżviluppa l-ideat li kienet ressqet fil-komunikazzjoni tagħha dwar It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika  (7).

2.2   Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja internazzjonali, il-Kummissjoni u t-task force tal-President Van Rompuy jagħrfu li r-rispett tal-parametri stabbiliti fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) – u msaħħaħ iktar fl-ambitu tar-riforma tal-governanza – mhuwiex biżżejjed biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-UEM. Anke l-preżenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi fi ħdan l-Istati Membri tal-UE tirrappreżenta riskju li ssir ħsara lis-sistema ekonomika Ewropea kollha kemm hi, u tikkontribwixxi kemm għad-deterjorazzjoni tal-finanzi pubbliċi kif ukoll għall-iżvilupp ta’ tensjoni fis-swieq finanzjarji.

F’dan il-kuntest, fid-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ressqet pakkett leġislattiv ta’ sitt proposti finalizzati (8) biex iwasslu għal qafas leġislattiv fl-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni kemm tal-baġit (b’rabta mal-PST) (9) kif ukoll tan-natura makroekonomika. Is-suġġett ta’ din l-opinjoni huwa l-proposta tal-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-iżbilanċi makroekonomiċi, ibbażata fuq COM(2010) 525 u 527 finali li jittrattaw rispettivament il-proċedura għall-iżbilanċi eċċessivi fl-Istati Membri b’sanzjonijiet limitati għal-limiti għall-pajjiżi tal-UEM u l-mekkaniżmu ta’ twissija li għalihom huma soġġetti l-Istati Membri kollha.

2.3.1   Il-mekkaniżmu ta’ twissija għall-Istati Membri kollha huwa magħmul minn:

il-valutazzjoni regolari tar-riskji li jinbtu mill-iżbilanċi makroekonomiċi f’kull Stat Membru, ibbażata fuq qafas ta’ referenza magħmul minn indikaturi ekonomiċi u minn livelli ta’ limitu indikattivi (tabella ta’ valutazzjoni);

l-identifikazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, abbażi ta’ interpretazzjoni ekonomika u mhux mekkanika, tal-Istati Membri li huwa maħsub li għandhom riskju ta’ żbilanċi, b’tali mod li tiġi valutata kemm is-sitwazzjoni hija verament serja;

analiżi fil-fond dwar is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-Istati Membri b’tabella tal-valutazzjoni li tkun negattiva b’mod partikolari;

fil-każ ta’ riskju effettiv, ir-rakkomandazzjonijiet potenzjali mill-Kummissjoni lill-Istat Membru interessat li jikkoreġi l-iżbilanċ, fl-ambitu tar-rakkomandazzjonijiet l-oħra ta’ politiki previsti fis-semestru Ewropew (Artikolu 121(2) TFUE);

f’każ ta’ riskju serju ta’ żbilanċ jew – fiż-żona tal-euro – jekk dan l-iżbilanċ ikunx jista’ jinfirex għall-Istati Membri l-oħra, b’theddida għat-tħaddim tajjeb tal-UEM, il-ftuħ eventwali ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (Artikolu 121(4) TFUE).

2.3.2   Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv teħtieġ li l-Istat Membru jressaq pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kunsill tal-UE. Jekk il-miżuri korretti jitqiesu li huma adegwati, il-proċedura tiġi sospiża sakemm jiġi implimentat il-pjan korrettiv miftiehem, iżda l-Istat Membru jkollu jirreferi perjodikament, lill-Kunsill Ecofin dwar il-progress li jkun sar. Il-proċedura tingħalaq biss meta l-Kunsill, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, iqis li l-iżbilanċ ikun naqas biżżejjed b’tali mod li ma jkunx ikkunsidrat bħala wieħed eċċessiv.

2.3.3   Għall-pajjiżi tal-UEM biss, jekk ma tittiħidx azzjoni fil-konfront ta’ żbilanċi eċċessivi, jiġu adottati s-sanzjonijiet (b’massimu ta’ 0,1 % tal-PDG) meta l-Istat Membru, wara żewġ skadenzi suċċessivi, ma jkunx ippreżenta pjan adegwat għall-azzjoni korrettiva jew ma jkunx ħa l-miżuri previsti.

2.4   L-istrument fundamentali biex jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ twissija dwar l-iżbilanċi makroekonomi huwa t-tabella tal-valutazzjoni proposta mill-Kummissjoni, flimkien ma’ analiżi speċifika tas-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri. Il-karatteristiċi tiegħu huma:

i)

sett limitat ta’ indikaturi għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi u problemi ta’ kompetittività;

ii)

limiti ta’ twissija li jekk ikunu nqabżu jwasslu għall-analiżi;

iii)

il-possibbiltà ta’ limiti divrenzjati skont is-sħubija jew le fiż-żona tal-euro;

iv)

karattru “li qed jiżviluppa”, billi l-kompożizzjoni tal-indikaturi għandha tiġi aġġustata, tul iż-żmien, għall-bidliet tad-diversi sorsi tal-iżbilanċ.

2.4.1   Mill-ewwel abbozzi tal-Kummissjoni rigward l-għażla tal-indikaturi għat-tabella tal-valutazzjoni (10), xi wħud minnhom jidhru li se jkunu komposti minn dawn li ġejjin, fosthom l-ewwel tlieta huma relatati mal-qagħda esterna u l-aħħar erba’ mas-sitwazzjoni interna:

il-bilanċ tal-kont kurrenti bħala sehem tal-PDG, li jirrifletti l-qagħda tal-kreditu jew debitu nett jew rigward il-bqija tad-dinja,

il-qagħda finanzjarja netta mal-pajjiżi barranin bħala sehem tal-PDG, li tirrappreżenta l-kontroparti f’termini ta’ stokk tal-bilanċ tal-parti kurrenti,

il-varjazzjoni tar-rata tal-kambju reali effettiva bbażata fuq l-ispiża għal kull unità ta’ xogħol li tgħaqqad il-kompetittività tal-pajjiż (b’valuri ta’ limiti differenti għaż-żona tal-euro),

il-varjazzjoni tal-prezz reali tad-djar, biex jiġi kkontrollat l-iżvilupp ta’ bżieżaq finanzjarji spekulattivi jew inkella l-varjazzjoni tal-kwota tal-valur miżjud fis-settur tal-proprjetà globalment,

id-dejn tas-settur privat bħala sehem tal-PDG, biex tiġi stmata l-vulnerabbiltà tas-settur privat fil-konfront tal-bidliet fiċ-ċiklu ekonomiku, fl-inflazzjoni u fir-rata tal-interessi,

il-varjazzjoni tal-kreditu mogħti lis-settur privat, li jirrappreżenta l-kontroparti f’termini ta’ flussi tal-istokk ta’ dejn privat,

id-dejn privat bħala sehem tal-PDG, bħala indikatur tradizzjonali dwar l-istat tal-finanzi tal-Istati Membri.

3.   Il-persistenza tad-distakki tal-kompetittività fiż-żona tal-euro

3.1   Il-preżenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri hija marbuta mad-diverġenzi persistenti bejn id-domanda u l-provvista aggregata fl-Istati Membri, li jwasslu għal eċċessi jew żbilanċi sistematiċi fit-tfaddil globali tal-ekonomija. Dan jirriżulta minn bosta fatturi li jinfluwenzaw id-domanda, u l-provvista aggregata għandha tendenza li tinfluwenza b’mod negattiv it-tħaddim tal-ekonomija tal-Istati Membri tal-UEM u tal-UE b’mod globali.

3.2   M’hemmx dubju li għandha tintlaqa’ b’mod favorevoli l-attenzjoni ġdida li biha l-Kummissjoni qed tqis li l-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri – l-istess bħall-iżbilanċi tal-baġits pubbliċi – għandhom jitqiesu bħala fatturi ta’ instabbiltà ekonomika u finanzjarja fl-UE kollha kemm hi.

3.3   Wara iktar minn għaxar snin li fihom il-Kummissjoni, fi ħdan l-UEM, kienet stabbiliet il-bilanċ tal-baġits pubbliċi bħala għan esklużiv tal-monitoraġġ, waslet għal approċċ li jippermetti valutazzjoni tal-prestazzjoni nazzjonali li ċertament huwa iktar komplut u estiż għall-Istati Membri kollha. Għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-kriżi jidher biċ-ċar li mhux biżżejjed li titqies biss id-dimensjoni kwantitattiva tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiż, billi jeħtieġ li tiġi vvalutata wkoll il-kwalità tat-tkabbir, jiġifieri li jiġu identifikati l-fatturi makroekonomiċi bbażati fuq is-sostenibbiltà jew le ta’ din id-dinamika.

3.4   Bit-twaqqif tal-UEM tqies b’mod żbaljat li d-distakki makroekonomiċi fl-Istati Membri kienu se jkunu biss temporanji. L-esperjenza tal-euro, apparti li wriet il-karattru persistenti ta’ dawn id-diverġenzi, wriet ukoll kif dawn jistgħu jheddu l-bażi tal-UEM proprja, u b’hekk tinħoloq pożizzjoni diffiċli li tiġi sostnuta kif qed juruna l-kriżijiet finanzjarji ta’ dawn l-aħħar xhur.

3.4.1   B’mod partikolari, tul l-aħħar għaxar snin qabel il-kriżi ekonomika, ħarġet fid-dieher diverġenza persistenti fil-produttività – riflessa bħala rata tal-kambju reali effettiva u fil-kompetittività tal-pajjiżi msieħba fiż-żona tal-euro (żviluppi tal-esportazzjoni) (Ara l-Illustrazzjonijijet 1 u 2 fl-Anness) (11). In-natura eċċezzjonali ta’ din is-sitwazzjoni hija pjuttost minħabba d-dewmien tagħha milli fl-eżistenza tagħha, għax f’każi preċedenti (fis-snin sebgħin u tmenin) id-differenzi malajr tneħħew bl-allinjament mill-ġdid tar-rati tal-kambju nominali tal-pajjiżi konċernati.

3.4.2   Dawn id-diverġenzi wasslu għal riperkussjonijiet għall-bilanċi kummerċjali tal-Istati Membri. Il-bilanċ tal-kummerċ tal-Ġermanja u tal-grupp ta’ pajjiżi “periferiċi” magħmul mill-Portugall, l-Irlanda, l-Italja, il-Greċja u Spanja juri mġiba opposta, u d-defiċits rispettivi jidhru li qed isiru iktar simili (12) (ara l-Illustrazzjonijiet 3 u 4 fl-Anness). Din id-dinamika ma tidhirx li hija ta’ natura temporanja, anzi d-diverġenzi kellhom tendenza jikbru, ibda bit-twaqqif tal-UEM, għad li l-kriżi tal-2008 tidher li naqsithom.

3.4.3   Id-dewmien tad-diverġenzi fil-kompetittività u fl-esportazzjoni għandhom tendenza jiġu riflessi fil-bilanċi tal-ħlasijiet kurrenti u fil-pożizzjoni tal-assi netti barranin (ara l-Illustrazzjonijiet 5 u 6 fl-Anness), li b’hekk wasslu għal sitwazzjonijiet diffiċli għal xi wħud mill-Istati Membri taż-żona tal-euro li jsostnuhom fil-perjodu medju.

4.   Punti kritiċi tal-azzjoni proposta

4.1   Quddiem sitwazzjoni problematika bħal din, li titlob soluzzjonijiet daqstant ieħor b’saħħithom, għad hemm xi dubji fir-rigward tal-approċċ adottat mill-Kummissjoni u għalhekk, għar-riskji li jistgħu jirriżultaw.

4.2   Jekk, kif diġà enfasizzat il-Kummissjoni (13), l-evidenza u d-dewmien tal-iżbilanċi makroekonomiċi interni għandhom jiżdiedu mal-kompetittività u jekk b’kompettitività rridu nfissru – skont l-istess definizzjoni li tagħti l-Kummissjoni – il-ħila tal-ekonomija li tipprovdi lill-popolazzjoni tagħha b’livelli ta’ għajxien għoljin u li qed jogħlew u rati għolja ta’ impjieg fuq bażi sostenibbli (14), u l-KESE jemmen li għandha titqies firxa usa’ ta’ kawżi ekonomiċi, finanzjarji u soċjali u għalhekk, l-inklużjoni tal-indikaturi fit-tabella tal-valutazzjoni kapaċi tindika l-potenzjali żbilanċi makroekonomiċi.

4.2.1   Fost il-fatturi tal-kompetittività nsibu kemm dawk marbuta mal-prezzijiet (sintesizzati mar-rata tal-kambju reali effettiva), kif ukoll dawk mhux marbuta mal-prezzijiet, li huma daqstant importanti. F’dan il-kuntest insibu d-divrenzjar tal-prodott, il-kontenut teknoloġiku tal-assi prodotti, il-kwalità tal-prodotti offruti, il-kwalità tas-servizzi marbuta mal-prodott (is-servizzi tal-għajnuna), eċċ. Dawn jirrappreżentaw sensiela sħiħa ta’ elementi li jiddeterminaw id-definizzjoni tal-kompetittività ta’ sistema ta’ produzzjoni li, anke jekk hija diffiċli li tiġi kkwantifikata f’indikatur uniku, madankollu jeħtieġ sforz opportun għall-identifikazzjoni ta’ elementi varjabbli adegwati biex jiġi indikat il-livell u d-dinamika fi ħdan l-Istati Membri tal-UEM.

4.2.2   Il-ħidma inizjali tal-Kummissjoni dwar l-għażla tal-indikaturi turi li ġie sottovalutat l-impatt tal-inugwaljanzi dejjem ikbar bejn l-Istati Membri fil-ħolqien tal-iżbilanċi għat-tul (tal-inqas fl-aħħar għoxrin sena) karatterizzata minn inugwaljanzi fid-distribuzzjoni u r-remunerazzjoni. Dan jirreferi b’mod partikolari għar-rwol tagħhom bħala xprun tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, minħabba l-iżbilanċi bejn l-espansjoni globali tal-provvista tal-prodotti u s-servizzi u d-deterjorament fil-poter tal-akkwist tal-konsumaturi (15).

4.2.3   Is-sett ta’ indikaturi li għandu jiddaħħal fit-tabella tal-valutazzjoni għandu jkun kapaċi jidentifika dawk il-fatturi li jistgħu jiġġeneraw żbilanċi fid-domanda u l-provvista aggregata li jirriżultaw minn fenomeni ta’ natura makroekonomika, finanzjarja u soċjali. Pereżempju, jista’ jkun siewi li fit-tabella tal-valutazzjoni jiddaħħal kemm il-koeffiċjent ta’ Gini, li għall-pajjiżi Mediterranji u Anglo-Sassoni jagħti valuri partikolarment għoljin (16) kif ukoll id-differenza bejn il-produzzjoni attwali u dik potenzjali ta’ pajjiż. Dan iwassal sabiex ikun jista’ jitqies iċ-ċiklu ekonomiku tiegħu.

4.2.4   Għalhekk, huwa rakkomandat li d-dibattitu dwar l-indikaturi li għandhom jiddaħħlu fit-tabella tal-valutazzjoni jitwessa’ b’tali mod li – fil-livell nazzjonali u dak Ewropew – iħaddan l-ikbar għadd possibbli ta’ atturi istituzzjonali u mill-korpi li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili organizzata, fosthom il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni.

4.3   Barra minn hekk, fl-approċċ tal-Kummissjoni, it-tqabbil bejn il-governanza fiskali u l-governanza makroekonomika jidher dgħajjef u msejjes ftit li xejn fuq bażi xjentifika. Filwaqt li fil-fatt jeżistu raġunijiet validi għat-trażżin tal-politika fiskali tal-Istati Membri tal-UEM (17), rigward l-iżbilanċi makroekonomiċi interni r-raġunijiet u l-modalità tal-koordinazzjoni jidhru ħafna iktar kontroversjali, għad li l-proċedura tal-monitoraġġ tirrifletti ħtiġiet konkreti (18).

4.3.1   Minħabba l-ħafna kawżi tal-iżbilanċ, il-fatturi li jridu jiġu monitorjati b’mod konġunt fil-fatt huma bosta (skambji ma’ pajjiżi barranin, l-ispejjeż tal-produzzjoni, l-inugwaljanzi distributtivi, il-fatturi tal-produttività tal-prezz u mhux, il-bżieżaq tal-proprjetà u dawk finanzjarji spekulattivi, eċċ.) u jinteraġixxu wkoll ma’ elementi kulturali u soċjali barra mis-sistema produttiva (pereżempju, il-preferenzi u l-imġiba tal-konsumaturi u l-faddala). Minbarra l-problemi tal-identifikazzjoni u l-għażla ta’ dawn il-fatturi hemm ukoll il-problema tat-twaqqif tal-limiti tat-twissija, kif ukoll il-problema tal-għoti ta’ weighting lid-diversi sorsi ta’ żbilanċ (19).

4.3.2   U magħhom jiżdied ukoll li r-relazzjoni bejn l-identifikazzjoni tal-iżbilanċi (fosthom il-limiti tat-twissija), l-implimentazzjoni tal-interventi korrettivi u r-ristawr rapidu tal-iżbilanċi bħal dawn f’perjodi raġonevoli, mhijiex waħda żgurata. Mhijiex ħaġa ċerta jekk l-intervent biex jiġi garantit bilanċ makroekonomiku mill-ġdid jippermettix l-identifikazzjoni tar-reazzjonijiet ta’ politika ekonomika iktar adatta. Anzi, id-deċiżjonijiet żbaljati jistgħu jħeġġu politiki proċikliċi, u b’hekk ikabbru u jtawlu l-fażi attwali ta’ nuqqas ta’ attività ekonomika b’interventi restrittivi, meta għall-kuntrarju jinħtieġu interventi ta’ espansjoni li jsaħħu d-domanda. Jista’ jkun il-każ ukoll li t-taħlita ta’ politiki ekonomiċi preskritti għal Stat Membru partikolari, meħtieġa għall-finijiet ta’ żbilanċi interni, tirriżulta f’realtà mhux adatta għall-UE globalment.

4.3.3   L-indikaturi li l-Kummissjoni tidher qed tiffavorixxi għall-finijiet tas-sorveljanza – l-iktar il-prezzijiet u s-salarji, u bis-saħħa t’hekk il-kompetittività – jiddependu l-ewwel nett minn atturi barra mill-isfera pubblika (l-intrapriżi u t-trejdjunjins), u għalhekk huma kontrollati biss indirettament u b’dewmin mill-politika ekonomika, fosthom, l-inċentivi, ir-regolazzjoni tal-kompetittività u d-djalogu soċjali. B’hekk, dawn l-elementi varjabbli ma tantx huma influwenzati mill-mekkaniżmi awtomatiċi u ż-żmien opportun meħtieġ għall-intervent, u dan jispjega għalfejn il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa tal-flessibbiltà fl-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda u l-evoluzzjoni kontinwa tagħhom.

4.4   Barra minn hekk, fil-pakkett leġislattiv propost jonqos dibattitu f’waqtu dwar il-politika monetarja u dwar il-kreditu. Dan huwa kamp iktar fertili fejn titfittex koordinazzjoni ikbar, fil-qafas tal-monitoraġġ finanzjarju u l-kontroll tal-akkumulazzjoni eċċessiva tad-dejn (u fl-istess ħin tal-krediti) fis-settur privat (20) u li dwaru l-KESE diġà ressaq xi proposti (21). M’hemm l-ebda referenza għar-rwol tal-istabbiltà ekonomika li – fil-kuntest tal-awtonomija statutorja karatteristika ġusta – tista’ tiġi żviluppata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), flimkien mas-sistema ta’ banek ċentrali nazzjonali u l-istituti l-ġodda tal-Bord Ewropew dwar ir-riskju sistemiku u l-Awtorità Bankarja Ewropea.

4.4.1   Dawn l-istituzzjonijiet, tal-inqas potenzjalment, jidhru li jistgħu jistabbilixxu politika Ewropea tal-monitoraġġ tal-kreditu iktar prudenti u iktar attenta meta mqabbla mal-passat, meta r-regoli u l-prattiki inadegwati ppermettew l-eċċessi u b’konsegwenza ġabu xi Stati Membri fi kriżi, u fl-istess ħin ġiet mhedda l-istabbiltà tal-UEM kollha kemm hi. Fil-fatt għandu jitfakkar li l-pajjiżi f’diffikultajiet illum, bħall-Irlanda u Spanja, sal-2007 kienu jirrispettaw il-limiti tal-PST, b’baġits bilanċjati u b’dejn pubbliku baxx, filwaqt li min-naħa tal-kreditu espandew il-provvista li sostniet il-boom tal-proprjetà, filwaqt li l-espansjoni eċċessiva tal-kreditu bla ebda mod ma inkwetat l-awtoritajiet monetarji tal-UE. Dawn il-problemi huma marbuta wkoll mar-rwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni, u b’mod partikolari mal-impatt tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-finanzi pubblikati mill-Istati Membri, li dwar il-KESE diġà esprima t-tħassib tiegħu (22).

4.4.2   Għal din ir-raġuni nsostnu li wasal il-waqt biex jingħataw setgħat speċifiċi fil-livell tal-UE għall-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni li jxekklu l-espansjoni eċċessiva tal-kreditu fl-Istati Membri, l-iktar l-għoti ta’ ipoteki reċiproki (23). F’żona finanzjarja integrata – bħall-UEM – ikun aħjar li s-setgħat tal-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni ma jiġux fdati lill-awtoritajiet nazzjonali, iżda lill-korp terz. Fil-fatt l-awtoritajiet finanzjarji Ewropej ġodda jistgħu jingħataw kompetenzi u setgħat b’tali mod li jwettqu b’mod effettiv monitoraġġ dirett jew indirett tas-sistema bankarja, flimkien ma’ interventi ta’ regolazzjoni tal-kreditu: il-kriterji (regolatorji) ta’ interventi bħal dawn għandhom jiġu definiti.

4.5   Fl-aħħar nett, fil-pakkett leġislattiv propost lanqas il-baġit tal-UE ma jissemma. Il-ħolqien potenzjali ta’ xokkijiet asimetriċi fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, kif ukoll varjazzjonijiet fid-domanda jew il-provvista li jkunu pożittivi f’ċerti pajjiżi u negattivi f’pajjiżi oħra, billi m’hemmx flessibbiltà la fir-rati tal-kambju u lanqas fir-rati tal-interessi (24), jeħtieġ li jintużaw strumenti oħra ta’ aġġustament tas-sistema ekonomika. Minbarra l-prezzijiet u s-salarji, li ġeneralment ma tantx ikunu flessibbli, skont it-teorija ekonomika, l-uniku strument effettiv f’tali sitwazzjoni huwa sistema baġitarja iktar flessibbli b’iktar riżorsi minn dawk attwali. Dan għandu jippermetti t-trasferimenti neċessarji mill-oqsma li jkunu bbenefikaw mix-xokkijiet għal dawk li tkun saritilhom ħsara, jew permezz ta’ stabilizzaturi awtomatiċi, jew bil-finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment pan-Ewropej (pereżempju bil-ħruġ ta’ eurobonds) (25).

4.6   Sabiex ikun jista’ jinkiseb bilanċ bejn l-inċentivi u s-sanzjonijiet meta jiġu kkoreġuti l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro, il-KESE huwa favur li l-pieni imposti ma jiġux distribwiti bejn l-Istati Membri skont id-daqs tad-Dħul Nazzjonali Gross, kif tipproponi l-Kummissjoni, iżda li jidħlu fil-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

4.7   Anke f’din l-opinjoni, il-KESE jtenni (26) li hemm ir-riskju li r-regoli u l-proċeduri awtomatiċi mhux biss ikunu ftit li xejn effettivi għall-finijiet ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet gravi, billi dawn kważi dejjem jinbtu minn ġrajjiet straordinarji u imprevedibbli, iżda anke li jagħmlu s-sitwazzjoni agħar. Minn naħa jistgħu jnaqqsu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE, li f’għajnejn iċ-ċittadini Ewropej iżommu lura mill-għażliet politiċi biex jafdaw lit-“teknokrati ta’ Brussell”, kif ħareġ fid-dieher mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru (27), u min-naħa l-oħra, jiċċaraw approċċ tradizzjonali għas-soluzzjonijiet tal-problemi li jwarrab it-temi tat-tkabbir, tal-ugwaljanza soċjali u tal-ħsara lill-ambjent, bir-riskju li l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 jmutu malli jaraw id-dawl.

4.8   Jidher li l-istess approċċ fuq perjodu qasir li jiddetermina l-attivitajiet finanzjarji, u li deher li kien identifikat bħala fattur mistur tal-kriżi, issa qed jidher bħala linja gwida tal-politika Ewropea (28). Qed jinfirex l-użu ta’ interventi “spot” – kemm fl-istituzzjonijiet tal-UE kemm fl-ambitu intergovernattiv (29) – bħala reazzjoni għas-sitwazzjonijiet kritiċi li jeħtieġu dehra ta’ veloċità fid-deċiżjonijiet, jew b’mod parallel mal-żvilupp tal-opinjoni pubblika tal-iktar Stati Membri kruċjali, segwiti minn tħassib mill-politiċi l-iktar minħabba l-iskadenzi kontinwi tal-elezzjonijiet.

5.   Il-potenzjal tal-azzjoni kontra l-iżbilanċi makroekonomiċi

5.1   Koordinazzjoni effikaċi tal-politiki ekonomiċi Ewropej, li ma tiġix influwenzata mid-dinamika elettorali u mill-bidliet għal għarrieda tal-opinjoni pubblika, tirrikjedi rwol iktar ċar u preċiż għall-Parlament Ewropew (PE), għall-Kumitat tar-Reġjuni u għall-KESE, kif ukoll għall-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw liċ-ċittadini u lis-soċjetà ċivili. Bis-saħħa tagħhom, il-koordinazzjoni prevista mill-Kummissjoni tista’ tikseb leġittimità demokratika qawwija għall-proċeduri preventivi u korrettivi, u b’hekk jintlaħaq il-qbil mifrux li jidher meħtieġ biex tiġi implimentata b’mod effettiv.

5.2   B’mod partikolari, fis-semestru Ewropew, kif inhu maħsub bħalissa, il-PE ngħata rwol sekondarju, limitat għall-fażi inizjali tad-dibattitu u d-direzzjoni inizjali meħuda mill-proċess tal-koordinazzjoni. Għall-kuntrarju, huwa jista’ jiżviluppa rwol iktar utli u iktar effettiv jekk jiġi koordinat mal-attività tal-parlamenti nazzjonali fil-fażi tad-diskussjoni u approvazzjoni tal-baġits tal-Istati Membri individwali. Il-PE jista’ saħansitra jkun fattur determinanti fit-tqassim tal-qafas makroekonomiku ta’ referenza, tal-problemi li jridu jiġu indirizzati, fl-identifikazzjoni tal-politiki ekonomiċi li jridu jiġu attivati. Il-PE jista’ jkun il-post fejn jintlaħaq ftehim dwar strateġija komuni li ma tkunx limitata għat-twaqqif ta’ regoli u proċeduri formali, iżda li jidħol fid-dettall tal-politiki konkreti biex isaħħaħ il-fiduċja u l-istennijiet taċ-ċittadini Ewropej.

5.3   L-enfasi fuq l-iżbilanċi kompetittivi ġġib magħha attenzjoni dejjem ikbar għan-negozjati bejn il-gvernijiet, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, l-iktar fiż-żona tal-euro, fejn l-Istati Membri m’għadx għandhom il-possibbiltà li jaġġustaw ir-rata tal-kambju. Ir-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet, l-imsieħba tad-djalogu soċjali (it-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet intraprenditorjali) u s-soċjetà ċivili, għalhekk għandhom jagħmlu parti integrali mill-istrateġija proposta mill-Kummissjoni.

5.4   F’dan il-kuntest, il-KESE – fir-rwol tiegħu bħala korp konsultattiv tal-istituzzjonijiet Ewropej – jista jikkontribwixxi biex isaħħaħ il-governanza ekonomika tal-UE bħala forum kapaċi jippromovi d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili. Il-valur miżjud tal-KESE huwa li proprju li l-membri tiegħu jinkludu rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet li – wara valutazzjoni bir-reqqa – jistgħu jsostnu l-kunsens għall-politiki ekonomiċi fl-Istati Membri. Dan ifisser li l-KESE jkun jista’ jagħti kontribut importanti biex mhux biss il-mexxejja politiċi iżda anke u b’mod speċjali ċ-ċittadini tal-Istati Membri u n-nisġa produttiva, soċjali u ċivili tal-UE jieħdu interess u jassumu r-responsabbiltà.

5.4.1   Il-KESE jista’ jorganizza sessjoni annwali dedikata għad-diskussjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet u l-mod kif jista’ jinħoloq il-kunsens dwar ir-riformi fil-livell nazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-impatt soċjali tal-miżuri adottati (30). Diskussjoni ta’ dan it-tip tista’ ssir fil-ħarifa, wara l-adozzjoni formali tar-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri, u l-konklużjonijiet tagħhom jistgħu jservu ta’ bażi għad-diskussjoni mal-kumitati ekonomiċi u soċjali nazzjonali rispettivi, il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, biex b’hekk l-istrateġiji adottati jkunu jistgħu jiġu analizzati u mbagħad mxerrda u promossi fil-livell nazzjonali.

5.5   Barra minn hekk, huwa rakkomandabbli li jiġi promoss użu iktar intensiv u funzjonali tad-djalogu makroekonomiku. B’żieda fil-kwalità, huwa għandu jkun strument għall-valutazzjoni konġunta bejn il-gvernijiet u l-imsieħba soċjali, tas-sitwazzjoni ekonomika fil-livell tal-UE u l-miżuri li għandhom jittieħdu jiġu valutati, b’rabta stretta mad-djalogu soċjali u b’koordinazzjoni mal-livell nazzjonali, b’tali mod li jkun hemm koerenza bejn id-dinamika tal-UE u d-dinamika nazzjonali fir-rigward tal-kompatibbiltà soċjali.

5.5.1   Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi ma jistgħux jitħallew biss f’idejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet tal-Istati Membri (31). Il-proċess tat-tfassil tas-salarji u l-prezzijiet huwa aspett kruċjali fil-mekkaniżmu wiesa’ ta’ monitoraġġ tal-iżbilanċi makroekonomiċi, u b’hekk kull azzjoni politika għandha tqis l-Artikolu 153(5) tat-Trattat Ewropew u tinvolvi l-imsieħba soċjali, sew fil-livell nazzjonali u sew fil-livell Ewropew. F’dan il-qafas, id-djalogu makroekonomiku fil-livell Ewropew jista’ jissaħħaħ permezz ta’ struttura u organizzazzjoni stabbli, u fil-livell nazzjonali jista’ jiġi komunikat b’mod aħjar bid-djalogi nazzjonali u l-istituzzjonijiet inkarigati. Il-gvernijiet nazzjonali għandhom isostnu u jagħtu inċentivi għall-parteċipazzjoni tal-intrapriżi u t-trejdjunjins f’dawn il-korpi u t-tipi ta’ negozjar kollettiv li jseħħu fi ħdanhom. Fil-konfront tal-kumplessità u d-dewmien tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi permezz tar-riformi nazzjonali, it-tisħiħ tad-djalogu makroekonomiku jista’ jirrappreżenta strument iktar effettiv, f’waqtu u koordinat biex tinżamm koerenza bejn il-problemi makroekonomiċi u d-dinamika tas-suq tax-xogħol.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Kummissjoni Ewropea - DĠ ECFIN, The impact of the global crisis on competitiveness and current account divergences in the euro area, Quarterly Report on the Euro Area (L-impatt tal-kriżi globali fuq il-kompetittività u d-diverġenzi fil-kontijiet kurrenti fiż-żona tal-euro, Rapport ta’ kull tliet xhur dwar iż-żona tal-euro), n. 1/2010.

(2)  COM(2002) 714 finali.

(3)  ILO-FMI, The Challenges of Growth, Employment and Social Cohesion (L-isfidi tat-tkabbir, tal-impjieg u tal-koeżjoni soċjali), dokument ta’ diskussjoni għall-konferenza konġunta ILO-FMI, Oslo, 13.9.2010, p. 67-73.

(4)  Monti M., A New Strategy for the Single Market. At the Service of Europe’s Economy and Society, Report to the President of the European Commission (Strateġija ġdida għas-suq uniku. Għas-servizz tas-soċjetà u l-ekonomija tal-Ewropa, Rapport lill-President tal-Kummissjoni Ewropea), Mejju 2010. Delors J., Fernandes S., Mermet E., Le semester européen: un essai à transformer (Is-semestru Ewropew: prova għat-trasformazzjoni), Notre Europe. Les Brefs, n. 22, Frar 2011. Amato A., Baldwin R., Gros D., Micossi S., Padoan P., A new political deal for Eurozone sustainable growth: An open letter to the President of the European Council (Ftehim politiku ġdid għat-tkabbir sostenibbli taż-żona tal-euro: Ittra miftuħa lill-President tal-Kunsill Ewropew), VoxEU.org, Diċembru 2010, disponibbli fuq l-internet: www.voxeu.org/index.php?q=node/5893.

(5)  Mill-punt 1.15 sal-punt 1.18 intennu l-istess rakkomandazzjonijiet li saru fl-opinjoni ECO/282 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi - Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ, ĠU 2011/C 107/02, p. 7.

(6)  COM(2010) 367 finali, suġġett tal-opinjoni tal-KESE dwar It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, ĠU 2011/C 107/02 p. 7.

(7)  COM(2010) 250 finali.

(8)  Għal iktar dettalji ara:

http://ec.europa.eu/economy_finance/articles/eu_economic_situation/2010-09-eu_economic_governance_proposals_en.htm.

(9)  Opinjoni tal-KESE “Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro” (Ara paġna 46 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Kummissjoni Ewropea – DĠ ECFIN, A structured framework to prevent and correct macroeconomic imbalances: operationalising the alert mechanism u A structured surveillance procedure to prevent and correct harmful macroeconomic imbalances: An explanation of the Commission's proposal of 29 September 2010, Nota għall-Kumissjoni għall-Politika Ekonomika u s-Sostituti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, 11 ta’ Novembru 2010 (Ref. Ċentru Ewropew għar-Riċerka - CER, 2011).

(11)  Kummissjoni Ewropea – DĠ ECFIN, Surveillance of Intra-Euro-Area Competitiveness and Imbalances, European Economy, n. 1/2010.

(12)  Altomonte C., Marzinotto B., Monitoring Macroeconomic Imbalances in Europe: Proposal for a Refined Analytical Framework, Nota għall-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew, Settembru 2010.

(13)  Kummissjoni Ewropea - DĠ ECFIN, The impact of the global crisis on competitiveness and current account divergences in the euro area, Quarterly Report on the Euro Area, n. 1/2010.

(14)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-politika industrijali f’Ewropa wara t-tkabbir (COM(2002) 714 finali) (Mhux disponibbli bil-Malti).

(15)  ILO-FMI, The Challenges of Growth, Employment and Social Cohesion, dokument ta’ diskussjoni għall-konferenza konġunta ILO-FMI, Oslo, 13 ta’ Settembru 2010 (p. 67-73).

(16)  OECD, It-tqassim tad-dħul u l-faqar fil-pajjiżi tal-OECD: tkabbir inugwali? Ottubru 2008.

(17)  B’rabta mal-effetti sekondarji (spillovers) negattivi li fl-unjoni monetarja jinħolqu minħabba pajjiżi b’dejn qawwi meta mqabbla mal-pajjiżi għaqlin, fosthom ir-rata tal-interessi komuni. De Grauwe P., Economics of Monetary Union, Oxford University Press, 2009, Kapitolu 10.

(18)  Tabellini G., Reforming the Stability Pact: Focus on financial supervision, VoxEU.org, Ottubru 2010, disponibbli fuq l-internet www.voxeu.org/index.php?q=node/5622.

(19)  Belke A., Reinforcing EU Governance in Times of Crisis: The Commission Proposal and beyond, Deutsches Institut fur Wirtschaftsforschung – DIW Discussion Papers, Berlin, Novembru 2010.

(20)  De Grauwe P., Why a tougher Stability and Growth Pact is a bad idea, VoxEU.org, Ottubru 2010, disponibbli fuq l-internet www.voxeu.com/index.php?q=node/5615. Giavazzi F., Spaventa L., The European Commission's proposals: Empty and useless, VoxEU.org, Ottubru 2010, disponibbli fuq l-internet: www.voxeu.org/index.php?q=node/5680. Tabellini G., Reforming the Stability Pact: Focus on financial supervision, VoxEU.org, Ottubru 2010, disponibbli fuq l-internet www.voxeu.org/index.php?q=node/5622.

(21)  Opinjoni tal-KESE dwar l-Implikazzjonijiet tal-kriżi tad-dejn sovran għall-governanza tal-UE ĠU 2011/C 51/03 p. 15.

(22)  Opinjonijiet tal-KESE dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni; ĠU 2009/C 277/25 p. 117 u dwar l-Aġenziji li jiggradaw il-kreditu; ĠU 2011/C 54/12 p. 37.

(23)  Spaventa L., How to prevent excessive current account imbalances, EuroIntelligence, Settembru 2010, disponibbli fuq l-internet www.eurointelligence.com/index.php?id=581&tx_ttnews[tt_news]=2909&tx_ttnews[backPid]=901&cHash=b44c8f9ae0.

(24)  Jekk il-varjazzjonijiet pożittivi u negattivi jiġu kumpensati fil-livell tal-unjoni monetarja, il-Bank Ċentrali tal-Unjoni ma jkollux għalfejn jintervjeni fil-politika monetarja. Ara De Grauwe P. Economics of Monetary Union, op. cit. Kapitolu 1).

(25)  Monti M., A New Strategy for the Single Market. At the Service of Europe’s Economy and Society, Report to the President of the European Commission, Mejju 2010. Delors J., Fernandes S., Mermet E., Le semester européen: un essai à transformer (Is-semestru Ewropew: prova għat-trasformazzjoni), Notre Europe. Les Brefs, n. 22, Frar 2011. Amato A., Baldwin R., Gros D., Micossi S., Padoan P., A new political deal for Eurozone sustainable growth: An open letter to the President of the European Council, VoxEU.org, Diċembru 2010, disponibbli fuq l-internet: www.voxeu.org/index.php?q=node/5893.

(26)  Kif issemma fl-opinjoni tal-KESE. It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, ĠU 2011/C 107/02 p. 7.

(27)  It-tnaqqis tal-fiduċja mhuwiex daqstant fl-istituzzjonijiet Komunitarji nnifishom, iżda pjuttost f’kemm hija meqjusa utli s-sħubija fl-UE. Informazzjoni mill-Ewrobarometru 73 – l-ewwel riżultati, mistoqsijiet QA9a u QA10a.

(28)  Monti M., Europe must buck short-term tendencies, Financial Times, 13 ta’ Diċembru 2010.

(29)  Pereżempju, il-patt tal-kompetittività propost mill-gvern Franċiż u l-gvern Ġermaniż fl-4 ta’ Frar 2011.

(30)  Kif issemma fl-opinjoni tal-KESE, It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 7.

(31)  Watt A., Economic Governance in Europe: A Change of Course only after Ramming the Ice, Social Europe Journal, 30 ta’ Lulju 2010, disponibbli fuq l-internet www.social-europe.eu/2010/07/economic-governance-in-europe-a-change-of-course-only-after-ramming-the-ice. Watt A., European economic governance: what reforms are to be expected and what are needed?, paper for European Alternatives, 2010, disponibbli fuq l-internet www.euroalter.com/wp-content/uploads/2010/11/Watt-ENG.pdf.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/61


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“White Paper dwar l-iskemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni”

COM(2010) 370 finali

2011/C 218/10

Relatur: is-Sur WUERMELING

Nhar it-12 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-White Paper dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni

COM(2010) 370 finali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-5 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (sessjoni tal-5 ta’ Mejju 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’148 vot favur, 7 voti kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni. Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipproponi miżuri għall-ħarsien tad-detenturi ta’ polza tal-assigurazzjoni fi ħdan l-UE.

1.2   Il-KESE jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tintroduċi regoli armonizzati għall-iskemi ta’ garanzija. Huwa jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprevedi direttiva Ewropea b’livell għoli ta’ protezzjoni fil-forma ta’ armonizzazzjoni minima, sabiex is-sistemi nazzjonali jipprovdu wkoll aktar protezzjoni fil-qasam. L-iskema ta’ garanzija għandha tintuża biss meta jkun falla kull tentattiv ieħor (“last resort”), wara li jkunu ntużaw b’mod sħiħ l-istrumenti prudenzjali l-oħra.

1.3   Iżda, għandna nżommu quddiem għajnejna l-fatt li, matul dawn l-aħħar snin, kien hemm titjib konsiderevoli fid-dispożizzjonijiet marbuta mas-solvenza tal-kumpaniji tal-asigurazzjoni b’konsegwenza tas-superviżjoni u r-rekwiżiti kapitali. Fil-prattika, ir-rata ta’ falliment tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni hija baxxa u dawn il-miżuri għandhom ikomplu jnaqqsuha. Dan kollu għandu jiġi kkunsidrat meta jkunu qed jitfasslu l-iskemi ta’ garanzija bil-għan li jinsab bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji. Għalhekk, il-KESE huwa favur ir-rekwiżiti tal-UE li, min-naħa, jilħqu l-għan li jitħarsu l-konsumaturi u l-impjegati u, min-naħa l-oħra, iżommu l-ispejjeż tal-impriżi u l-persuni assigurati baxxi.

1.4   Il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha raġun tindirizza l-kwistjoni ta’ kopertura illimitata għall-iskemi ta’ garanzija fil-White Paper. Kumpaniji tal-assigurazzjoni sodi m’għandhomx isibu ruħhom f’sitwazzjoni diffiċli minħabba obbligi ta’ garanzija illimitati. Għalhekk, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, fil-White Paper, il-Kummissjoni tikkunsidra limiti fuq il-pretensjonijiet (claims).

1.5   F’każ ta’ inizjattiva leġislattiva, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-kwistjoni ta’ f’liema mument tista’ tiġi applikata l-iskema ta’ garanzija. Madankollu, qabel ma tintuża l-iskema ta’ garanzija, għandhom jiġu sfruttati b’mod sħiħ l-interventi prudenzjali kollha possibbli. Is-sempliċi tnaqqis tar-rekwiżit kapitali minimu (minimum capital requirement) skont id-Direttiva Solvenza II mhux biżżejjed f’dan ir-rigward.

1.6   Rigward il-kwistjoni tad-dispożizzjonijiet finanzjarji għall-iskemi ta’ garanzija, il-KESE jirrakkomanda li jiġu eżaminati mill-ġdid id-diversi għażliet fuq il-bażi tar-riżultati tal-ħames studju ta’ impatt kwantitattiv (QIS5) tad-Direttiva Solvenza II. Ikun għaqli li jiġi stabbilit livell speċifiku ta’ protezzjoni fil-livell tal-UE, iżda l-allokazzjoni speċifika għandha tiġi stabbilita skont ir-riskju nazzjonali rispettiv u r-riskju ta’ kull fergħa.

1.7   Rigward l-iskemi attwali ta’ garanzija fil-livell nazzjonali, il-leġislazzjoni Ewropea għandha tagħmel provvediment għal standard għoli u adegwat ta’ protezzjoni. Il-kwistjonijiet organizzattivi, imbagħad, jistgħu jitħallew f’idejn l-Istati Membri, pereżempju, fir-rigward tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet fid-dettall, il-mument li fih isir il-finanzjament, id-deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-portafolli jew l-għoti ta’ kumpens u l-introduzzjoni ta’ skemi ta’ garanzija speċifiċi għal kull fergħa.

2.   Introduzzjoni

2.1   Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jkopru r-riskji bażiċi tad-detenturi, bħall-mard, l-inċidenti jew ir-responsabbiltà ċivili, u jipprovdu għall-ħtiġijiet tagħhom meta jkunu mdaħħlin fl-età (1). Il-falliment ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni jista’ jwassal għal telf irreparabbli fl-assi kollha tad-detenturi jew f’parti minnhom, u jista’ saħansitra jfaqqarhom.

2.1.1   Il-kwistjoni tal-ħtieġa ta’ skema ta’ garanzija toħroġ fid-dieher b’modi differenti fid-diversi fergħat tal-assigurazzjoni. Filwaqt li fil-każ tal-assigurazzjoni tal-ħajja, ta’ spiss ikun hemm il-periklu li jintilef il-kapital imġemma’, dan mhuwiex il-każ għall-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

2.1.2   L-assigurazzjoni tal-ħajja bbażata fuq l-akkumulazzjoni tal-kapital għandha l-għan li tipprovdi kopertura fit-tul għan-nies imdaħħla fl-età jew għas-superstiti. Jekk tintilef u ma jkun hemm l-ebda protezzjoni kontra l-insolvenza, parti sostanzjali mill-provvediment personali tintilef. Is-sistemi soċjali tal-Istat ikollhom jintervjenu f’każ ta’ emerġenza. Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-introduzzjoni ta’ skema ta’ garanzija hija l-aktar urġenti f’dan il-qasam.

2.1.3   Fil-każ tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u tar-responsabbiltà ċivili għandhom jiġu protetti d-detenturi ta’ polza li, fil-mument tal-insolvenza, ikunu għamlu pretensjonijiet li għad iridu jitħallsu. Iżda għad-detenturi l-oħra ta’ polza ma jkunx hemm il-problema li polza ġdida minn kumpanija tal-assigurazzjoni oħra tingħata taħt kundizzjonijiet inqas vantaġġużi minħabba li d-detentur ikun ixjeħ jew saħħtu marret lura. B’mod ġenerali, polza ġdida tista’ tinkiseb fis-suq taħt kundizzjonijiet simili.

2.2   Skont id-data tal-Kummissjoni, minn fost 5 200 kumpanija tal-assigurazzjoni (ċifri tal-2008), mill-1994 ’l hawn kien hemm 130 li ma setgħux jagħmlu l-ħlasijiet. Iżda ta’ min josserva f’dan ir-rigward li l-kumpaniji huma obbligati bil-liġi li jżommu livell adegwat ta’ kapital proprju biex jissodisfaw, kompletament jew għall-inqas parzjalment, il-pretensjonijiet tad-detenturi f’każi bħal dawn.

2.3   Għalhekk, s’issa, ma kienx hemm bżonn li jiġu introdotti skemi ta’ garanzija fil-livell Ewropew għal dawk il-każi rari ta’ insolvenza tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Il-Kummissjoni bdiet tħejji direttiva fl-2001, iżda l-pjan kien pospost. Minkejja li l-iskemi kollettivi ta’ garanzija mhumiex in-norma fl-ekonomiji tas-suq, ġew introdotti kemm-il darba fis-settur finanzjarju minħabba r-riskji speċjali għall-konsumaturi.

2.4   Fis-settur bankarju, ilha teżisti skema ta’ garanzija tad-depożiti fil-livell Ewropew mill-1994 ’l hawn minħabba r-riskju ta’ “paniku bankarju” li jista’ jiddestabbilizza bil-kbir is-swieq finanzjarji (2). Attwalment, din l-iskema qed tiġi aġġornata (3). Madankollu, is-settur tal-assigurazzjoni huwa espost għal riskji differenti mill-banek. B’mod partikolari, is-settur tal-assigurazzjoni la jiffaċċja r-risku ta’ “paniku” u lanqas ma jeħtieġ rifinanzjament. Għalhekk, skema ta’ garanzija effettiva għas-settur tal-assigurazzjoni għandha tkun organizzata b’mod strutturalment differenti minn skemi maħsuba għas-settur bankarju.

2.5   Sabiex jipproteġi d-detenturi milli jitilfu l-pretensjonijiet tagħhom, il-leġislatur adotta prekawzjonijiet estensivi fis-settur tal-assigurazzjoni: superviżjoni komprensiva u proattiva, rekwiżiti kapitali stretti, liġijiet stretti dwar l-investiment tal-kapital u l-protezzjoni tad-drittijiet fil-qafas tal-liġi dwar il-falliment. L-implimentazzjoni tad-Direttiva Solvenza II ser tkompli tnaqqas ir-riskju ta’ diffikultajiet finanzjarji għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni (4).

2.6   Ir-riskji tal-assigurazzjoni diretta jiġu assigurati wkoll b’mod speċjali mir-riassigurazzjonijiet, u dan ikompli jnaqqas ir-riskju ta’ falliment. Permezz tal-ġbir u d-diversifikazzjoni ta’ bosta riskji fil-qafas tar-riassigurazzjoni tinħoloq għaqda aktar b’saħħitha bejn il-kumpaniji tal-assigurazzjoni li tipproteġi aktar lill-konsumaturi.

2.7   Ta’ min jgħid ukoll li, fid-dawl tal-kriżi tas-suq finanzjarju, l-UE sejset is-superviżjoni finanzjarja fuq bażi totalment ġdida, fil-livell Ewropew. Rigward is-settur tal-assigurazzjoni, dan jinkludi wkoll il-ħolqien ta’ “Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol” (AEAPX).

2.8   Is-settur tal-assigurazzjoni baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-kriżi finanzjarja. Ma kienx hu li kkawżaha (5), iżda ntlaqat mill-konsegwenzi tagħha. Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni Ewropej kellhom jagħmlu għadd ta’ deprezzamenti tal-assi u r-rati baxxi tal-imgħax b’konsegwenza tal-għoti ta’ salvataġġ finanzjaru (bail-outs) u l-politika monetarja qed jagħmluha diffiċli għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni li jiksbu r-redditu meħtieġ mill-investimenti tagħhom fil-kapital. Il-każi spettakolari ta’ diffikultajiet fis-settur, bħall-kumpanija AIG fl-Istati Uniti jew, dan l-aħħar, l-Ambac, ma kinux ikkawżati minn attivitajiet tradizzjonali tal-assigurazajoni, iżda minn derivati finanzjarji li jixbhu l-attività bankarja. Dan jista’ jseħħ anke fil-ġejjieni, b’mod speċjali fil-każ ta’ impriżi u konglomerati finanzjarji li jwettqu sew attivitajiet bankarji u sew attivitajiet ta’ assigurazzjoni.

2.9   L-iskemi ta’ garanzija għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni diġà jeżistu fi 12 mis-27 Stat Membru (6). Huma kumplessi ħafna: f’xi wħud mill-Istati Membri, hemm biss garanzija għal ċerti fergħat ta’ negozju. Barra minn hekk, mhux ilkoll huma koperti bl-istess livell u hemm ukoll xi garanziji statali.

2.10   Bħala regola, l-impriżi tal-assigurazzjoni li joperaw fl-Ewropa jaħdmu fis-swieq nazzjonali ma’ kumpaniji sussidjarji indipendenti li jikkontribwixxu għall-iskemi nazzjonali ta’ garanzija rispettivi. Jekk kumpanija Ewropea kbira ssib ruħha f’sitwazzjoni diffiċli, l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija ġeneralment huma biżżejjed biex jipproteġu lid-detenturi. Madankollu l-KESE jappella biex tinħoloq sistema ta’ assigurazzjoni Ewropea għall-impriżi tal-assigurazzjoni b’attività transkonfinali, għall-każijiet fejn is-sistemi ta’ assigurazzjoni nazzjonali mhumiex biżżejjed.

2.11   Fl-aħħar mill-aħħar, l-ispejjeż iġġenerati minn skema ta’ garanzija jgħaddu fuq id-detenturi fil-forma ta’ primjums iżjed għaljin. Filwaqt li d-detenturi individwali huma protetti kontra l-insolvenza, id-detenturi kollettivi jridu jġarrbu l-ispejjeż.

3.   Kummenti dwar il-fehmiet tal-Kummissjoni fil-Kapitolu 3 tal-White Paper

3.1   Tip ta’ miżuri possibbli fil-livell tal-UE (White Paper 3.1)

Hemm differenzi kbar bejn is-swieq nazzjonali tal-assigurazzjoni mil-lat tal-istruttura tal-prodotti u tar-riskju. Għalhekk l-istrument li jintuża għandu jkun direttiva għal armonizzazzjoni minima, bil-għan li l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu b’mod xieraq il-karatteristiċi nazzjonali speċifiċi fil-qafas tal-leġislazzjoni li tirregola l-insolvenza, il-kuntratti, it-tassazzjoni u s-settur soċjali u sabiex jinżammu l-iskemi ta’ garanzija eżistenti li taw prova tas-siwi tagħhom, fejn jirriflettu d-dispożizzjonijiet tad-direttiva.

3.2   Il-livell ta’ ċentralizzazzjoni u r-rwol tas-sistemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni (White Paper 3.2)

3.2.1   L-ewwel u qabel kollox, huwa importanti niżguraw li kumpanija tal-assigurazzjoni ma ssirx insolventi. Bis-saħħa ta’ sistema superviżorja effettiva, nevitaw li dan jiġri. Jekk dan ma jirnexxix, imbagħad jistgħu jintużaw l-iskemi ta’ garanzija.

3.3   Ambitu ġeografiku (White Paper 3.3)

Il-Kummissjoni tiffavorixxi ġustament il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini, li huwa konformi mal-prinċipji tas-superviżjoni Ewropea tal-assigurazzjoni. Skont id-Direttiva Solvenza II, is-superviżjoni tal-attivitajiet kollha tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-UE għandha ssir fil-pajjiż ta’ oriġini tal-kumpaniji. Dan jgħodd ukoll għall-attivitajiet li jitwettqu fil-qafas tal-libertà tal-istabbiliment permezz ta’ fergħat dipendenti jew fil-qafas tal-provvediment ħieles tas-servizzi permezz ta’ servizzi transkonfinali.

3.4   Poloz koperti (White Paper 3.4)

3.4.1   Minħabba d-differenzi bejn il-fergħat tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, jagħmel sens li jinħolqu strutturi ta’ garanzija separati għal dawn l-oqsma. Fi ħdan l-istess fergħa, ir-riskju huwa bejn wieħed u ieħor omoġen. Dan jiġġustifika l-assistenza reċiproka. Min-naħa l-oħra, huwa diffiċli li wieħed jiġġustifika għalfejn dawk li, pereżempju, għandhom assigurazzjoni li tkopri l-oġġetti tad-dar għandhom jikkontribwixxu għal skema ta’ garanzija li l-fondi tagħha ser jintużaw għas-salvagwardja ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni tal-ħajja. Peress li dan jista’ jiddependi mill-karatteristiċi nazzjonali, bħal jekk fis-suq rispettiv hemmx l-obbligu ta’ separazzjoni legali tal-kumpaniji fil-fergħat differenti tal-assigurazzjoni (l-hekk imsejjaħ prinċipju tas-separazzjoni tal-fergħat tal-assigurazzjoni), il-leġislatur Ewropew għandu jagħti l-libertà tal-azzjoni lill-Istati Membri.

3.4.2   Fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u b’konformità mal-opinjoni mfassla mill-CEIOPS (Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej), il-KESE jqis li dan is-suġġett għandu jiġi inkluż fid-direttiva futura dwar l-iskemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ bilanċ kompetittiv u biex ikun aktar faċli għall-konsumaturi li jifhmu.

3.4.3   Il-proposti tal-Kummissjoni ma jinkludux protezzjoni għall-pensjonijiet tax-xogħol. Huma biss l-iskemi ta’ pensjoni tal-kumpaniji fit-tifsira tradizzjonali tagħhom li jaqgħu taħt l-iskema ta’ garanzija. Madankollu, il-KESE jara lok għal azzjoni anke fejn jidħlu pensjonijiet oħra tax-xogħol, u huwa favur li din il-kwistjoni tiġi inkorporata fl-azzjoni ta’ segwitu tal-Green Paper dwar il-pensjonijiet.

3.4.4   Kontribut adatt u li jista’ jintlaħaq minn but kulħadd min-naħa tad-detenturi tal-poloz huwa inċentiv effettiv biex id-detenturi jsiru jafu kemm hija soda l-kumpanija tal-assigurazzjoni, sakemm dan ikun possibbli għall-konsumatur.

3.4.5   Ta’ min jiġu stabbiliti limiti massimi jew forom oħra għal-limitazzjoni tas-servizzi tal-iskema ta’ garanzija, bħal-limiti de minimis jew l-eċċessi, kif ippropona fl-opinjoni tiegħu s-CEIOPS. B’hekk id-detenturi tal-poloz ma jġarrbux il-piż ta’ akkumulazzjoni ta’ limiti. B’hekk jitnaqqas ukoll b’mod sinifikanti l-piż fuq l-iskemi ta’ garanzija u dan jiġi rifless fl-ispejjeż. Id-detenturi tal-poloz, li fl-aħħar mill-aħħar iġarrbu l-ispiża, jibbenifikaw ukoll minn dan.

3.5   Atturi eliġibbli (White Paper 3.5)

3.5.1   Il-Kummissjoni tispjega tajjeb li garanzija għall-operaturi tas-suq kollha tiġġenera spejjeż sproporzjonati kbar ħafna. L-ewwel sentenza tal-White Paper tippreżenta l-iskemi ta’ garanzija bħala miżura għall-protezzjoni tal-konsumatur. Madanakollu, dan ma jfissirx li l-grupp ta’ dawk li jibbenefikaw minn protezzjoni għandu jkun limitat għall-konsumaturi. L-entitajiet li jirċievu l-istess protezzjoni tal-konsumaturi skont il-leġislazzjoni nazzjonali ta’ xi pajjiżi, kemm jekk huma d-detenturi tal-polza, l-assigurati jew il-benefiċjarji, għandhom jiġu koperti wkoll.

3.5.2   L-Istati Membri għandhom ikunu liberi mill-bidu nett li jeskludu mill-ambitu tal-iskemi ta’ garanzija assigurazzjoni purament kummerċjali li tkopri, pereżempju, il-perjodi ta’ inattività jew it-trasport. Bl-istess mod, għandhom jiddeċiedu jekk jagħmilx sens li jinkludu kumpaniji żgħar fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

3.6   F’każ ta’ inizjattiva leġislattiva, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-kwistjoni ta’ f’liema mument tista’ tiġi applikata l-iskema ta’ garanzija u min jiddiċiedi dwar dan. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-użu ta’ skema ta’ garanzija mhux biss f’każ ta’ falliment, iżda anke biex jiġi evitat falliment. Il-KESE jemmen li għal raġunijiet ta’ effiċjenza u biex tiġi riflessa n-natura tal-iskema u l-għan li għalih tfasslet, it-tnaqqis tar-rekwiżit kapitali minimu skont id-Direttiva Solvenza II għandu jkun biżżejjed biex tintuża l-iskema ta’ garanzija.

3.7   Il-finanzjament (White Paper 3.6)

3.7.1   Għażla ta’ żmien għall-iffinanzjar (White Paper 3.6.1)

3.7.1.1   L-għażla bejn finanzjament ex post, ex ante jew taħlita tat-tnejn ser tkun is-suġġett ta’ diskussjoni kontroversjali. Is-sistemi kollha għandhom il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom.

3.7.1.2   Finanzjament ex post ineħħi inqas likwidità mis-suq u, minħabba li l-ispejjeż huma aktar baxxi, inaqqas il-primjums għad-detenturi tal-poloz. Dan jevita l-problema ta’ investiment intermedjarju tal-fondi miġbura. Fil-każ ta’ finanzjament ex post, l-ebda parti tar-riżorsi ma tintuża għall-ispejjeż amministrattivi qabel ma jkun hemm każ ta’ insolvenza.

3.7.1.3   Mill-banda l-oħra, finanzjament ex post jagħmel il-ġlieda kontra l-problema ta’ periklu morali diffiċli. Billi l-operaturi tas-suq li mhumiex b’saħħithom jitħallew barra mis-suq minħabba l-insolvenza tagħhom, huma ma jistgħux jaqsmu l-piż tal-ispejjeż matul il-finanzjament.

3.7.1.4   L-ikbar vantaġġ ta’ finanzjament ex ante huwa proprju li l-kontributi fir-riskju tal-insolvenza huma kwantifikabbli. L-operaturi tas-suq bi prattiki kummerċjali aktar riskjużi jkollhom iħallsu aktar. Barra minn hekk, l-effetti proċikliċi jistgħu jiġu evitati aktar fil-qafas ta’ finanzjament ex ante milli f’wieħed ex post.

3.7.1.5   L-għażla taż-żmien għall-finanzjament tista’ tkun kruċjali għall-effiċjenza tal-iskema ta’ garanzija. Il-vantaġġi ta’ sistema ta’ finanzjament ex nunc josbqu bil-ħafna l-iżvantaġġi u huwa diffiċli li wieħed jara għaliex it-tradizzjonijiet u l-karatteristiċi nazzjonali jfissru li d-deċiżjoni aħjar titħalla f’idejn l-Istati Membri. Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-iskema, id-direttiva għandha tinkludi forma waħda ex nunc ta’ finanzjament.

3.7.2   Livell ta’ mira (White Paper 3.6.2)

3.7.2.1   Il-kontributi finanzjarji għall-iskema ta’ garanzija għandhom ikunu limitati, kif talab is-CEIOPS fl-opinjoni tiegħu. Kopertura obbligatorja illimitata tagħmilha impossibbli biex jiġi kkalkulat ir-riskju għall-kumpaniji individwali. Dan iwassal għal sitwazzjoni fejn kull kumpanija tal-assigurazzjoni tkun responsabbli għas-suq sħiħ (7). Il-ġestjoni tar-riskju ta’ kumpanija individwali ma tibqax tiddependi mid-deċiżjonijiet tal-kumpanija stess iżda tibda tiddependi l-aktar mill-approċċ tar-riskju tal-kompetituri l-oħra.

3.7.2.2   Il-Kummissjoni stabbiliet, bħala l-punt tat-tluq, mira għas-sistemi ta’ garanzija ta’ 1,2 % tal-primjums grossi miktuba. Il-KESE jixtieq li l-possibiltajiet differenti jiġu analizzati mill-ġdid fuq il-bażi taċ-ċifri disponibbli bħalissa dwar id-Direttiva Solvenza II. F’dan ir-rigward għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li Solvenza II u mekkaniżmi oħra ta’ intervent inħolqu biex id-detenturi tal-poloz jingħataw aktar protezzjoni. Dan l-aspett jenfasizzah ukoll is-CEIOPS fl-opinjoni tiegħu.

3.7.2.3   Il-kalkoli tal-Kummissjoni huma bbażati fuq probabbiltà medja tal-iskema ta’ garanzija kkonċernata ta’ 0,1 %. Madankollu, il-kopertura tal-kapital proprju hija ta’ 100 % tar-rekwiżiti kapitali tas-solvenza. Jekk il-kapital ikun ogħla mir-rekwiżiti kapitali tas-solvenza f’xi Stati Membri u f’xi fergħat ta’ negozju, ir-riskju ta’ falliment jonqos b’mod korrispondenti. Għalhekk, id-Direttiva għandha tagħmilha possibbli biex l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija jkunu jistgħu jevalwaw ir-rekwiżiti ta’ kapital f’termini ta’ riskju reali ta’ telf fis-swieq nazzjonali u fil-varji fergħat ta’ negozju.

3.7.2.4   Fil-White Paper, il-Kummissjoni ma tindirizzax il-kwistjoni jekk għandux isir kontribut ġdid fl-iskema ta’ garanzija wara li jkun hemm telf. Hemm bżonn ta’ regoli u limiti ċari biex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ responsabbiltà illimitata u biex il-kumpaniji jkunu jistgħu jevalwaw l-obbligi tagħhom minn qabel u jieħdu l-miżuri neċessarji.

3.7.3   Kontribuzzjonijiet (White Paper 3.6.3)

3.7.3.1   Id-daqs tal-kontribut għandu jkun ibbażat fuq id-data disponibbli biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi. Fil-każ tal-assigurazzjoni tal-ħajja, il-kontribut jista’ jintrabat mal-kapital disponibbli, u fil-każ tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja mal-ammont tar-riżervi tekniċi. Il-kapital proprju b’rabta mar-rekwiżiti kapitali tas-solvenza jista’ jkun kriterju wkoll. Il-leġislatur Ewropew għandu jirranġa l-metodoloġija u jippermetti lill-Istati Membri li jiddeċiedu huma dwar id-dettalji tal-ammont tal-kontributi sabiex ikunu jistgħu jqisu l-karatteristiċi nazzjonali speċifiċi.

3.7.3.2   Qabel ma jsir rikors għall-iskemi ta’ garanzija, l-assiguraturi solventi għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu r-riedni ta’ kumpaniji f’riskju, mingħajr kontribut finanzjarju, jekk jixtiequ jiżguraw il-klijentela tagħhom.

3.8   Trasferiment ta’ portafoll u/jew kumpens tal-pretensjonijiet (White Paper 3.7)

3.8.1   Jeżistu żewġ metodi differenti fejn jidħlu skemi ta’ garanzija: ħlas ta’ darba tad-danni lid-detentur tal-polza, jew il-kontinwazzjoni tal-kuntratt mill-impriża ta’ garanzija kontra l-insolvenza li tieħu f’idha l-portafoll. Fil-fehma tal-KESE, dan it-“trasferiment tal-portafoll” fil-każ ta’ assigurazzjoni tal-ħajja huwa ta’ vantaġġ għad-detentur tal-polza. Mill-banda l-oħra, fil-każ ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja u ta’ assigurazzjoni tal-inċidenti, il-pagamenti ta’ kumpens għandhom ikunu biżżejjed għall-protezzjoni tal-konsumatur. Madankollu, id-direttiva Ewropea m’għandhiex ixxekkel l-użu tal-aktar sistema li tiffavorixxi lill-konsumatur.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 48, 15.2.2011, p. 38, Punt 1.4.

(2)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5; ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(3)  COM(2010) 368 finali 2010/0207 (COD) tat-12.7.2010.

(4)  ĠU C 224/11, 30.8.2008, Punt 3.1.

(5)  ĠU C 48, 15.2.2011, p. 38, punt 1.3.

(6)  Ir-rapport Nru DAF/AS/WD (2010)20 tal-OECD tal-10 ta’ Novembru 2010 jagħti ħarsa komprensiva lejn is-sistemi ta’ dan it-tip fl-Istati tal-OECD.

(7)  ĠU C 48, 15.2.2011, p. 38, Punt 2.7.3.1.


APPENDIĊI

għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emenda li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):

Punt 2.10

Ibdel kif gej:

“2.10

Bħala regola, l-impriżi tal-assigurazzjoni li joperaw fl-Ewropa jaħdmu fis-swieq nazzjonali ma’ kumpaniji sussidjarji indipendenti li jikkontribwixxu għall-iskemi nazzjonali ta’ garanzija rispettivi. Jekk kumpanija Ewropea kbira ssib ruħha f’sitwazzjoni diffiċli, l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija ġeneralment huma biżżejjed biex jipproteġu lid-detenturi. Madankollu l-KESE jappella biex sistema ta’ assigurazzjoni Ewropea għall-impriżi tal-assigurazzjoni b’attività transkonfinali, għall-każijiet fejn is-sistemi ta’ assigurazzjoni nazzjonali mhumiex biżżejjed.”

Raġuni

At this stage a European-wide mutual bail out of insurance companies seems to be premature.

Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda:

Voti favur

:

68

Voti kontra

:

78

Astensjonijiet

:

13


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/66


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri”

COM(2010) 657 finali

2011/C 218/11

Relatur: is-Sur MANOLIU

Nhar l-10 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri

COM(2010) 657 finali

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Intern, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-5 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret l-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’148 voti favur, u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-KESE jikkunsidra li l-mobbiltà sostenibbli tfisser li n-nies u l-merkanzija jiċċaqilqu madwar l-Ewropa bl-aktar mod effiċjenti, filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet u jiġi ffrankat il-karburant. Dan ifisser informazzjoni u aċċess għall-aktar mezz jew mezzi tat-trasport adatti u l-investiment fit-teknoloġija, l-infrastruttura u l-ġestjoni tas-sistemi li jinkoraġġixxu l-mobbiltà ħielsa u sostenibbli.

1.2

Fl-opinjoni tal-KESE, il-mobbiltà sostenibbli tfisser it-tfassil ta’ qafas regolatorju li jippermetti li l-industrija tal-karozzi Ewropea timxi ’l quddiem u tkompli tkun innovattiva u toħloq teknoloġiji u vetturi b’emissjonijiet baxxi għal futur sostenibbli.

1.3

Il-KESE jenfasizza li l-qafas leġislattiv li jimplimenta l-mira tal-emissjonijiet medji għall-flotta l-ġdida tal-karozzi għandu jiggarantixxi miri tat-tnaqqis li ma jaffettwawx il-kompetittività, li jkunu soċjalment ekwi u sostenibbli, b’rispett għad-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u għandu jevita kull xkiel mhux iġġustifikat għall-kompetizzjoni bejn il-manifatturi tal-karozzi.

1.4

Il-Kumitat huwa sodisfatt li “fil-perspettiva ta’ regolamentazzjoni aħjar”, il-Kummissjoni Ewropea “għandha l-għan li tippromovi interazzjoni koerenti bejn id-diversi oqsma tal-politika, li tipprovdi previdibilità u li tfittex il-protezzjoni tal-interessi pubbliċi (eż. l-ambjent u s-sikurezza) filwaqt li tipprova tnaqqas il-piż regolatorju fuq l-industrija”.

1.5

Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn għall-approċċ olistiku kif ukoll l-integrazzjoni tal-fatturi differenti involuti fl-iżvilupp u l-kompetittività tal-industrija u l-partijiet interessati kkonċernati.

1.6

Fl-iffissar tal-livelli tal-emissjonjiet, il-KESE jqis li huwa importanti li wieħed jikkunsidra l-implikazzjonijiet għall-konsumaturi, is-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-istimolu għall-innovazzjoni u t-tnaqqis għall-konsum tal-enerġija. Huwa importanti li l-manifatturi tal-vetturi jkollhom is-siġurtà f’dak li jirrigwarda l-ippjanar.

2.   Kuntest

2.1

Skont iċ-ċifri li ħarġet l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (ACEA), is-suq tal-UE għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri naqas b’5,5 % fl-2010, b’total ta’ 13 360 599 unità ġdida rreġistrata matul is-sena. Ir-riżultati tal-2010 kienu kkaratterizzatimit-tmiem tal-iskemi ta’ rinnovament tal-flotot tal-gvern f’ħafna pajjiżi tal-UE. Ir-reġistrazzjonijiet f’Diċembru ammontaw għal 1 009 638 unità, 3,2 % inqas sena għal sena.

2.2

F’Diċembru (– 3,2 %), it-talba għal karozzi ġodda naqset b’mod sinifikanti fi Spanja (– 23,9 %), l-Italja (– 21,7 %), u r-Renju Unit (– 18,0 %). Is-suq Franċiż baqa’ stabbli (– 0,7 %) filwaqt li s-suq Ġermaniż espanda b’6,9 %.

2.3

Is-settur tal-karozzi għall-passiġġieri jinkludi firxa akbar ta’ mudelli minn qabel. Tipi ġodda ta’ vetturi versatili bħall-isports wagons, u l-crossover wagon/SUV jikkompetu mas-sedans, il-coupe, il-convertibles, il-hatchbacks u l-wagons għal sehemhom fis-suq. Barra minn hekk, dawn l-istili l-ġodda huma distribwiti tajjeb fost is-setturi tal-vetturi, minn karozzi kumpatti għal karozzi lussużi.

2.4

Din hi aħbar tajba għax-xerrejja, li għandhom għażla akbar fil-prezzijiet, kif ukoll fl-istili u l-funzjonalità. L-imġieba tal-konsumaturi għandha effett fuq l-emissjonijiet globali mill-karozzi tal-passiġġieri. Il-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni dwar jekk il-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri jissodisfawx il-miri tal-emissjonijiet.

2.5

Il-mobbiltà sostenibbli trid tiżgura li l-konsumaturi jkollhom għażliet reali, iżda wkoll li jkunu mħeġġa jixtru l-aktar vettura adatta għall-ħtiġijiet tagħhom u li jiġu edukati dwar it-tekniki tas-sewqan li jirrispetta l-ambjent biex jonqos it-tniġġis mhux meħtieġ u jiġu ffrankati l-flus.

2.6

Fil-produzzjoni tal-vetturi, dan ifisser li jinstabu materjali aktar sostenibbli, titjieb il-loġistika tal-katina tal-provvista biex jonqsu l-iskart u l-emissjonijiet mhux meħtieġa, u li d-disinn jaħseb għal aktar partijiet b’mod li jistgħu jiġu rriċiklati wara li ma jibqgħux jintużaw.

2.7

Il-politiki tal-gvernijiet irid ikun fihom aktar mezzi kosteffettivi biex ibaxxu l-livell tas-CO2, inċentivi fiskali ragruppati u l-iżvilupp ta’ karburanti alternattivi u enerġiji rinnovabbli, kif ukoll l-infrastruttura tagħhom.

2.8

Għalhekk, għandha titfassal metodoloġija ġdida li permezz tagħha tkun tista’ tingħata konsiderazzjoni ġusta lill-iffrankar tas-CO2 mill-vetturi li jieħdu żewġ karburanti u mill-vetturi b’karburant flessibbli, li kapaċi jaħdmu b’karburanti alternattivi.

2.9

L-industrija ser ikollha bżonn tinvesti aktar u aktar f’teknoloġiji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi teknoloġiji intelliġenti tal-ġestjoni tat-traffiku. Irid isir ukoll titjib ieħor fl-effiċjenza tal-magni.

2.10

L-UE fasslet strateġija ambizzjuża biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tat-triq u diġà sar ħafna progress. Ir-regolament (KE) Nru 443/2009 li jistabbilixxi l-livelli tal-emissjonijiet għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri (1) jeħtieġ li sal-2015 tinkiseb medja ta’ emissjonijiet tal-flotta ta’ 130 g CO2/km għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri.

2.11

Il-manifatturi tal-karozzi qed jaħdmu biex jilħqu miri ambizzjużi sal-2012 fuq is-CO2 għall-karozzi l-ġodda u miri oħra għall-2020. L-industrija ser tipparteċipa b’mod attiv fid-dibattitu dwar it-trasport sostenibbli.

2.12

Fl-aħħar għoxrin sena, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u l-vetturi kummerċjali naqsu b’mod drammatiku, tnaqqis ta’ madwar 20 % mill-1995. Il-Kummissjoni Ewropea rikonoxxiet dan il-progress u l-fatt li l-investiment fit-teknoloġija tal-vetturi kienet l-ixprun ewlieni tiegħu; il-KESE hu tal-fehma li biex isir tnaqqis ieħor sinifikanti, is-soċjetà trid tħares lil hinn mit-teknoloġija tal-vetturi.

2.13

Fl-opinjonijiet tal-KESE dan jissejjaħ l-approċċ integrat, li jiżgura l-kompetittività u s-sostenibbiltà tat-tkabbir tal-industrija tal-karozzi biex titħares il-produzzjoni tal-karozzi fl-Ewropa, u biex jipprovdi qafas effiċjenti għall-iżvilupp u l-aġġornament tas-suq ta’ vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

2.14

L-Istati Membri għandhom josservaw in-numru ta’ vetturi rreġistrati biex jivvalutaw l-impatt fuq il-proċess tal-monitoraġġ u l-kisba tal-mira tal-emissjonijiet medji tas-CO2 tal-EU għall-flotta tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri b’koerenza mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima.

2.15

Il-KESE jqis li l-miri tal-Komunità għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri huma meħtieġa biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri differenti fil-livell tal-Istati Membri.

2.16

Il-miri komuni jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibbiltà biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tnaqqis tas-CO2 milli jkun provdut minn miri ta’ tnaqqis nazzjonali separati.

3.   Data, trasmissjoni tad-data, sorsi tad-data, żamma tad-data u kontroll

3.1

B’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, kull sena, l-Istati Membri jridu jirreġistraw u jittrasmettu ċerta data lill-Kummissjoni dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fit-territorju tagħhom fis-sena preċedenti (2).

3.2

Dik id-data se tkun il-bażi biex tiġi ddeterminata l-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għall-manifatturi ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u se sservi għall-valutazzjoni ta’ jekk il-manifatturi jikkonformawx ma’ dawk il-miri; huwa meħtieġ li r-regoli dwar il-ġbir u r-rapportar ta’ dik id-data jiġu armonizzati.

3.3

Biex ikun hemm valutazzjoni kompluta ta’ jekk kull manifattur jikkonformax mal-miri speċifiċi tas-CO2 u biex tinkiseb l-esperjenza meħtieġa tal-applikazzjoni tar-regolament, il-Kummissjoni teħtieġ data ddettaljata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġbru din id-data u jwassluha lill-Kummissjoni.

3.4

Irrispettivament mis-sors tad-data użata minn kull Stat Membru biex iħejji d-data aggregata ta’ monitoraġġ u d-data ddettaljata ta’ monitoraġġ, din id-data ser tkun ibbażata fuq informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-karozza tal-passiġġieri relevanti.

3.5

Is-sorsi ewlenin li se jużaw l-Istati Membri biex jiġbru d-data huma ċ-ċertifikati ta’ konformità jew id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tipi. Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ma jistax jieħu post iċ-ċertifikat tal-konformità għall-iskop tar-reġistrazzjoni ta’ vettura. Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jinħareġ biss wara li l-vettura tkun ġiet irreġistrata.

3.6

Huwa importanti li d-data dwar ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri tkun preċiża u tista’ tiġi pproċessata b’mod effettiv biex jiġu ffissati miri speċifiċi għall-emissjonijiet. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jirrappurtaw l-informazzjoni dwar il-vetturi li għadhom kemm ġew irreġistrati u li huma ddisinjati biex jużaw karburanti alternattivi, inkluż il-proporzjon tal-pompi ta’ riforniment fit-territorju tagħhom.

3.7

L-Istati Membri ser jassiguraw iż-żamma, il-ġabra, il-kontroll, il-verifika u t-trasmissjoni tad-data aggregata tal-monitoraġġ u d-data ddettaljata tal-monitoraġġ.

3.8

Id-data trid tiġi osservata u rreġistrata b’rabta ma’ manifattur partikolari, b’hekk, huwa importanti li l-manifattur ikun identifikat u ssir distinzjoni mill-għamla (trade name) tal-manifattur.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p.1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 293 of 11.11.2010, pġ. 15.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/69


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi”

COM(2010) 791 finali – 2011/0001 (COD)

2011/C 218/12

Relatur: is-Sur HERNÁNDEZ BATALLER

Nhar id-19 ta’ Jannar u t-18 ta’ Jannar 2010, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

COM(2010) 791 finali – 2011/0001 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-5 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret nhar l-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’104 voti favur, 13-il vot kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni u jilqa’ l-intenzjoni tagħha li tttejjeb iċ-ċarezza, iċ-ċertezza u s-sigurtà legali tal-liġijiet tal-Unjoni.

1.2   Madankollu, il-KESE jiddispjaċih li r-reviżjoni proposta għandha kontenut tant limitat u li ma tkoprix l-aspetti kollha tar-Regolament li jeħtieġ li jiġu mmodifikati, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004.

1.3   Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra, fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament 2006/2004, il-proposti li jinsabu f’dan id-dokument sabiex ittejjeb il-kooperazzjoni attwali bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali inkarigati mill-konsum.

2.   Sfond

2.1   Il-KESE diġà esprima ruħu b’mod favorevoli dwar il-proposta (1) għal Regolament (KE) Nru 2006/2004, anke jekk jiddispjaċih li hemm xi lakuni li jaffettwaw b’mod partikolari s-sistema prevista ta’ assistenza reċiproka u s-sistema kkunsidrata ta’ reċiproċità, li setgħu wasslu għal sitwazzjonijiet li jxekklu l-funzjonament tas-suq uniku.

2.2   Nhar is-27 ta’ Ottubru 2004 ġie approvat ir-Regolament Nru 2006/2004 (2) dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, essenzjalment b’konformità mal-kundizzjonijiet deskritti fil-proposta.

3.   Ir-rapport ta’ implimentazzjoni

3.1   Fit-2 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ppreżentat rapport ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (3). F’dan ir-rapport ġie analizzat il-qafas istituzzjonali u eżekuttiv tal-ħolqien tan-netwerk, il-funzjonament proprju tan-netwerk u l-qafas ta’ kooperazzjoni. Fl-Opinjoni (4) tiegħu, il-KESE esprima d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma kkonsultatux fir-rigward tar-rapport ta’ implimentazzjoni tar-Regolament.

3.2   Fil-konklużjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li n-netwerk għadu ma laħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu u tinnota li l-effikaċja tan-netwerk għandha tittejjeb permezz ta’ għadd ta’ miżuri li meta jiġi ż-żmien jinkludu wkoll ir-reviżjoni tar-Regolament 2006/2004 fir-rigward ta’ aspetti marbutin mar-regoli ta’ implimentazzjoni; l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni annwali ta’ implimentazzjoni tal-leġislazzjoni; l-eżerċizzji konġunti bħall-“kontrolli”, jew il-promozzjoni ta’ interpretazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni tal-UE, jew definizzjoni mtejba tagħha, bil-għan li n-netwerk ikun iktar viżibbli.

4.   Proposta tal-Kummissjoni

4.1   Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal modifika tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, bil-għan li taġġorna l-kontenut tal-anness tar-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi sabiex dan jirrifletti l-evoluzzjoni leġislattiva reċenti fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi.

4.2   L-aġġornament tal-Anness se jikkonsisti mit-tneħħija tal-leġislazzjoni li mhix rilevanti għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur bejn l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni, u mill-aġġornament ta’ referenzi għal-leġislazzjoni l-qadima li ma għadhiex fis-seħħ permezz ta’ referenzi għal-leġislazzjoni li daħlet minflokha fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur.

4.3   Dan jimplika, fost affarijiet oħra, it-tneħħija ta’ ċerti referenzi (bħad-Direttiva dwar il-pubbliċità qarrieqa u l-pubbliċità komparattiva) (5) jew is-sostituzzjoni tagħhom (bħalma huwa l-każ tad-Direttiva dwar il-kreditu għall-konsum; dik tas-servizzi tal-komunikazzjoni awdjoviżivi, jew dik dwar l-użu ta’ prodott għal żmien stabbilit (timeshare)).

5.   Kummenti ġenerali

5.1   Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, billi jemmen li liġijiet Ewropej miktubin b’mod iktar ċar għandhom jagħtu sigurtà u ċertezza legali ikbar liċ-ċittadini kollha. Madankollu, il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema indipendenti u dawk tal-intrapriżi ż-żgħar, li jkollhom problemi simili għal dawk tal-konsumaturi meta jkunu qed jitrattaw ma’ intrapriżi kbar, speċjalment l-industriji tan-netwerks.

5.2   Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni għal darb’oħra talli tippromovi b’mod koerenti din il-kooperazzjoni amministrattiva li hija meħtieġa biex is-suq uniku jaħdem sewwa, u jirrikonoxxi l-isforzi li għamlet il-Kummissjoni favur it-trasparenza bl-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar il-Linji gwida għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS)  (6).

5.3   Minkejja dan, il-KESE jqis li l-proposta hija wisq ristretta u ma tindirizzax ħafna mill-kwistjonijiet attwali li jaffettwaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet inkarigati mill-konsum. Il-Kummissjoni lanqas biss tindirizza l-kwistjonijiet li hija tqis bħala “punti dgħajfa” fir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament 2006/2004.

5.3.1   Fil-fehma tal-KESE, fil-proposta għal modifika, setgħu ġew indirizzati wħud mill-kwistjonijiet li ġejjin:

5.4   Is-superviżjoni sistematika tas-suq

5.4.1   It-twettiq tas-superviżjoni u l-ispezzjoni tal-prodotti u s-servizzi rregolati mil-leġislazzjoni Komunitarja jitlob ippjanar konġunt wiesa’ u preċiż fil-programmazzjoni, kemm f’termini ta’ żmien kif ukoll ta’ kontenut, tal-azzjonijiet meħtieġa f’kull każ mill-awtoritajiet inkarigati mill-konsum fl-Istati Membri. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ verifika ekwivalenti sabiex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet supranazzjonali permezz ta’ kampanji sistematiċi ta’ superviżjoni tas-suq li jippermettu li jinżamm f’kull mument livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fl-ambitu tas-suq uniku.

5.4.2   Din il-koordinazzjoni annwali tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, speċjalment fir-rigward tar-regolamenti ta’ natura orizzontali, tista’ tiġi kkompletata b’inizjattivi ta’ informazzjoni u analiżi tas-suq, permezz tal-kontrolli adegwati, li jirregolaw l-azzjonijiet ta’ “kontroll” li qed isiru bħalissa.

5.5   Proċedura penali

5.5.1   Sabiex jiġi evitat “effett ta’ fruntiera” fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ korrezzjoni għall-ksur tar-regoli Komunitarji fis-seħħ, għandha tiġi kkunsidrata l-armonizzazzjoni minima tal-kriterji komuni tal-proċeduri penali u tas-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti mill-awtoritajiet inkarigati mill-konsum sabiex jiġu żgurati garanziji u effikaċja ekwivalenti fit-tnedija u s-soluzzjoni ta’ każijiet li jinvolvu l-istess tip ta’ ksur.

5.6   Il-KESE jqis li d-diverġenzi fl-aspetti essenzjali tal-iskemi penali jista’ jirriżulta fi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UE; ir-riżultat ikun ħsara kbira lill-protezzjoni tal-konsumatur u lill-integrità tas-suq, distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq uniku u fl-aħħar mill-aħħar ħsara lill-fiduċja tal-konsumaturi.

5.7   Il-KESE jqis li konverġenza ikbar u applikazzjoni iktar stretta tal-iskemi penali huma indispensabbli biex jiġi evitat ir-riskju ta’ funzjonament ħażin tas-suq uniku. Għalhekk jipproponi li tiġi stabbilita lista minima ta’ kriterji komuni sabiex issir approssimazzjoni minima tal-iskemi penali nazzjonali li tinkludi:

ċerti tipi ta’ sanzjonijiet amministrattivi adegwati fir-rigward tal-ksur tad-dispożizzjonijiet fundamentali;

il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet gravi;

multi amministrattivi ta’ ammont għoli biżżejjed – filwaqt li titqies l-infrazzjoni li tkun saret;

kriterji li jridu jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet;

sanzjonijiet għall-persuni fiżiċi u legali;

introduzzjoni potenzjali ta’ sanzjonijiet penali għall-iktar ksur gravi;

mekkaniżmi adegwati ta’ appoġġ għall-applikazzjoni effikaċi tas-sanzjonijiet.

5.8   Is-superviżjoni tal-kwalità tal-prodotti u s-servizzi

5.8.1   Każ partikolari fl-iżvilupp tal-inizjattiva “Superviżjoni sistematika tas-suq” imsemmija iktar ’il fuq huwa l-metodoloġija għall-monitoraġġ tal-prodotti u s-servizzi u l-analiżi pertinenti, bil-għan li jiġu vverifikati l-applikazzjoni tal-liġijiet korrispondenti u l-informazzjoni awtorizzata u, b’mod speċjali, il-prevenzjoni u l-garanzija tal-kwalità inerenti tagħhom.

5.8.2   Għandha tiġi stabbilita proċedura komuni li twassal għall-konverġenza metodoloġika fil-prattika kkonċernata, u għandha ssir ħidma għat-tfassil u l-elaborazzjoni ta’ pjan transnazzjonali li jippermetti l-estensjoni tal-kamp ta’ monitoraġġ bl-ikbar effiċjenzja fl-użu tar-riżorsi disponibbli f’kull amministrazzjoni li tieħu sehem, billi jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-punti ripetuti li jistgħu jirriżultaw fi pressjonijiet divrenzjati mhux mixtieqa f’dan ir-rigward.

5.8.3   Minbarra t-twaqqif ta’ kriterji ta’ azzjoni uniformi fl-għażla tal-prodotti li għandhom jiġu mmonitorjati, jeħtieġ ukoll li jiġu ddeterminati, fil-proċedura komuni, l-aspetti marbutin mal-għażla tal-kampjuni, ir-reġistrazzjoni tad-dokumenti, it-twettiq ta’ testijiet analitiċi komparattivi u deċiżivi inizjali, u l-kwistjonijiet l-oħra kollha mhux koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ kwalità jew leġislazzjoni rilevanti oħra.

5.9   Il-bżonn ta’ din l-inizjattiva huwa evidenti f’suq globali fejn qed isir dejjem iktar komuni li l-konsumaturi jirrikorru għall-kummerċ transkonfinali biex jissodisfaw ix-xewqat u l-bżonnijiet tagħhom.

5.10   Sigurtà tal-prodotti. Anke jekk dan il-qasam huwa fost l-iktar adatti għall-kooperazzjoni u għalhekk għandu livell ta’ armonizzazzjoni ogħla minn oħrajn, huwa xorta waħda jbati minn ċerti lakuni, barra mis-sistema ta’ skambju rapidu tal-informazzjoni, imsejjaħ netwerk ta’ twissija, sistema li tista’ tittejjeb u tiġi kkompletata bl-implimentazzjoni tal-għodod u l-istrumenti marbutin mal-perċezzjoni, il-ġestjoni u l-komunikazzjoni tar-riskji, bħal dawk użati fl-osservazzjoni tar-riskji marbutin mal-prodotti tal-ikel.

5.10.1   Konkretament, l-użu regolari ta’ Ewrobarometru għall-analiżi tal-perċezzjoni tar-riskju tal-prodotti nonalimentari min-naħa tal-konsumaturi jkun mingħajr dubju vantaġġ meta niġu biex nindirizzaw aspetti relatati oħra, inklużi dawk marbutin mal-informazzjoni u l-edukazzjoni taċ-ċittadini f’termini ta’ konsum.

5.10.2   Miżura oħra li għandha tiġi proposta biex tittejjeb l-effiċjenza tan-netwerks ta’ twissija attwali hija l-integrazzjoni tan-netwerks kollha f’għodda waħda li tippermetti l-interoperabbiltà, jiġifieri l-iskambju tad-data indipendentement mill-oriġini u s-sorsi kemm tal-informazzjoni kif ukoll tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni (tas-saħħa, tal-ikel, tal-konsum, tat-taxxi, eċċ.).

5.11   Konsiderazzjoni tal-aspetti etiċi u ambjentali fl-awtorizzazzjoni tal-kummerċ tal-prodotti u s-servizzi. Huwa importanti ħafna li l-proċeduri marbutin mat-twissijiet imsemmija hawn fuq jiġu estiżi għall-prodotti li jridu jitneħħew mis-suq għal raġunijiet ekoloġiċi, etiċi jew oħrajn marbutin ma’ prattiki tan-negozju li jiksru d-dritt għad-dinjità tal-persuna jew ir-regoli ambjentali, skont il-lista ta’ infrazzjonijiet stipulati fil-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, ħsara lill-ambjent jew użu eċċessiv tar-riżorsi naturali, fost affarijiet oħra, kemm fl-istadju tal-produzzjoni kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni u l-provvista tal-prodotti u s-servizzi korrispondenti.

5.11.1   In-nuqqas ta’ għarfien tal-konsumaturi dwar l-oriġini tal-prodotti – fejn u kif ġew prodotti u distribwiti kif ukoll x’impatt ekonomiku u soċjali għandhom għall-komunità li tipproduċihom u timmanifatturahom – huwa partikolarment kritiku fil-kuntest tal-produzzjoni u l-manifattura delokalizzata. Għal din ir-raġuni, sa fejn hu possibbli, il-konsumaturi jridu jsibu fuq is-siti tal-internet jew b’mezzi oħra, informazzjoni dwar dawn is-suġġetti kif ukoll informazzjoni li tippermettilhom ma jipparteċipawx mingħajr ma jafu fil-konsum ta’ prodotti li joriġinaw minn prattiki illegali. Fl-istess waqt għandu jiġi inkluż il-kontenut li jippermetti lill-konsumaturi li jikkunsidraw kriterji oħra fid-deċiżjonijiet tagħhom ta’ xiri, lil hinn mill-kriterji tradizzjonali ta’ kwalità u ta’ prezz, u dan jiggarantixxi li l-konsumatur, bl-azzjonijiet tiegħu ma jikkontribwix, b’mod dirett jew indirett, għal prattiki illegali marbutin mal-prodott ikkonċernat u li kien jevita li jagħmel kieku kellu l-informazzjoni rilevanti.

5.11.2   Dan id-dritt tal-konsumatur għall-aċċess għal informazzjoni kompluta dwar il-prodotti offerti – dak li jista’ jissejjaħ “it-traċċabbiltà soċjali tal-prodotti” – ikun pożittiv kemm għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll għat-tisħiħ tal-għoti tas-setgħa taċ-ċittadini u r-rwol tagħhom fis-suq bis-saħħa tal-għażliet liberi li dawn jagħmlu huma u jieħdu d-deċiżjoni biex jixtru prodott partikolari (“ix-xirja tiegħek hija l-vot tiegħek”).

5.12   Il-promozzjoni tal-prattiki intraprenditorjali t-tajba fil-qasam tal-konsum responsabbli

5.12.1   Fid-dawl tal-importanza dejjem ikbar u t-tifrix tal-programmi ta’ Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpaniji jeħtieġu li l-politiki tal-konsum jingħataw rwol ewlieni f’dan il-qasam, u li l-konsumaturi jipparteċipaw b’mod kollettiv fit-tfassil tar-rapporti dwar ir-responsabbiltà soċjali korrispondenti.

5.12.2   L-adozzjoni ta’ kriterji u politiki ta’ promozzjoni komuni fir-rigward tal-kontroll tal-programmi ta’ responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji transkonfinali u l-impatt tagħhom fuq il-konsumaturi u l-utenti fil-livell supranazzjonali għandha tiġi kkompletata b’mekkaniżmi persważivi ta’ rikonoxximent ta’ prattiki tajba bħall-awtoregolazzjoni, il-kodiċi ta’ kondotta, iċ-ċertifikati ta’ kwalità u kull inizjattiva volontarja oħra orjentata lejn il-konverġenza tal-interessi rispettivi.

5.12.3   Barra minn hekk, dawn l-azzjonijiet itejbu l-kompetittività tal-intrapriżi fil-qafas ta’ suq b’kompetizzjoni ġusta u fejn huwa possibbli li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajbin biex jiġu stabbiliti vantaġġi għall-partijiet kollha li joperaw fih (produtturi, distributuri, konsumaturi) permezz ta’ sinerġiji li juru li t-tilwim mhuwiex inevitabbli, b’mod speċjali f’kuntesti ta’ reċiproċità fid-diversi attivitajiet u bir-rikonoxximent min-naħa tal-konsumaturi u l-utenti tal-valur miżjud li dan jirrappreżenta.

5.12.4   F’din l-inizjattiva jkun ukoll utli li wieħed jikkunsidra b’mod speċifiku l-elementi marbutin mal-agroekoloġija, il-kummerċ ġust, ix-xiri responsabbli, is-sovranità alimentari, eċċ., u aspetti oħra ta’ rilevanza attwali bħalma huma dawk marbutin mal-organiżmi ġenetikament immodifikati.

5.13   L-azzjonijiet kollettivi

5.14   L-azzjonijiet kollettivi ta’ twissija huma koperti minn regolamentazzjoni Komunitarja filwaqt li l-azzjonijiet kollettivi ta’ rimedju jew ta’ rikors mhumiex. Il-KESE kemm-il darba esprima ruħu favur it-twaqqif ta’ qafas Komunitarju armonizzat li jinkludi wkoll il-possibbiltà ta’ talba ta’ “danni insinifikanti”.

5.15   Bħala miżuri addizzjonali, flimkien mas-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti mill-awtoritajiet f’każ ta’ ksur gravi tal-liġijiet, għandhom jiġu previsti wkoll il-konfiskazzjoni tal-benefiċċji illeċiti miksuba minn attivitajiet illegali, u l-ħlas ta’ penali għad-danni. Dawn il-flus, kif il-KESE (7) diġà stqarr fil-passat, għandhom jintużaw għal Fond ta’ għajnuna għar-riżorsi kollettivi li jiffaċilita t-tmexxija ta’ dan it-tip ta’ azzjonijiet kollettivi ta’ rimedju mill-assoċjazzjonijet tal-konsumaturi. Mill-banda l-oħra, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-awtoritajiet għandhom ukoll jipparteċipaw mil-lat finanzjarju f’dan il-fond. Għal dan il-għan, il-KESE (8) jfakkar lill-Kummissjoni fil-bżonn li tapprova leġislazzjoni supranazzjonali armonizzanti tal-azzjonijiet kollettivi, sabiex tkun tista’ tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

5.16   Il-KESE jtenni l-pożizzjoni tiegħu li, fir-Regolament imsemmi, għandu jiddaħħal Artikolu li jipprevedi l-possibbiltà ta’ tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet mal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi bil-għan li l-awtorità nazzjonali kompetenti tinkariga lil “korpi oħra” bit-twaqqif jew bil-projbizzjoni tal-kontravenzjonijiet intra-Komunitarji.

5.17   Il-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim

5.17.1   Il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta’ konsultazzjoni dwar ir-rikors għal mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni ta’ tilwim marbut mat-tranżazzjonijiet u l-prattiki kummerċjali fl-UE. Il-KESE ma ġiex ikkonsultat dwar dan u qiegħed jistenna bil-ħerqa l-istedina tal-Kummissjoni biex jesprimi ruħu għal darb’oħra dwar dawn is-sistemi komplementari tal-aċċess għall-protezzjoni legali effettiva.

5.17.2   Għal dan il-għan, u sabiex tittejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi, wieħed għandu jirrifletti dwar il-possibbiltà li jinħoloq “ċertifikat Komunitarju” għall-organizzazzjonijiet jew l-intrapriżi li jissieħbu f’dawn is-sistemi.

5.18   In-netwerks u ċ-ċentri tar-riżorsi

5.18.1   Jeħtieġ li jiġu promossi n-netwerks Ewropej permezz tal-ħolqien ta’ miżuri ta’ żvilupp tan-netwerks ta’ kooperazzjoni attwali sabiex jiġu stimulati l-informazzjoni, it-taħriġ u l-edukazzjoni tal-konsumaturi (pereżempju, iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, il-pubblikazzjonijiet, il-programmi, il-proġetti, eċċ.).

5.19   Traċċabbiltà tal-prezzijiet. F’suq uniku fejn il-konsumaturi jaqsmu t-tħassib u l-problemi, u li n-natura globali tiegħu tista’ xxekkel l-aċċess għall-informazzjoni affidabbli minn naħa u ċċajpar l-istabbiliment tal-prezzijiet tal-prodotti min-naħa l-oħra, ikun interessanti li jinħoloq metodu ta’ traċċabbiltà tal-prezzijiet tal-prodotti analogi u bażiċi, li jagħti koeżjoni ikbar lis-suq uniku għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-utenti, u b’mod speċjali itejjeb it-trasparenza li ttejjeb il-fiduċja tagħhom, li hija indikatur qawwi tas-saħħa ekonomika ta’ żona speċifika, f’dan il-każ tal-Unjoni Ewropea.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 108, 30.04.2004, p. 86.

(2)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(3)  COM(2009) 336 finali (mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  ĠU C 18, 19.01.2011, p. 100.

(5)  Id-dirattiva 2006/114/KE tfittex li tħares l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tal-pubbliċità komparattiva biss. Fl-anness tar-regolament propost ser ikun hemm referenza biss għall-artikoli rilevanti ta’ din id-Direttiva.

(6)  ĠU L 57, 2.3.2011, p. 44.

(7)  Ara ĠU C 162, 25.6.2008, p. 1 u ĠU C 175, 28.7.2009, p. 20.

(8)  Ara ĠU C 324, 30.12.2006, p. 1.


APPENDIĊI

għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

A)   It-test li jidher hawn taħt tal-opinjoni tas-sezzjoni ġie modifikat b'emenda adottata mill-Assemblea iżda kiseb aktar minn kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 54(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):

“5.7

Il-KESE jqis li konverġenza ikbar u applikazzjoni iktar stretta tal-iskemi penali huma indispensabbli biex jiġi evitat ir-riskju ta’ funzjonament ħażin tas-suq uniku. Għalhekk jipproponi li tiġi stabbilita lista minima ta’ kriterji komuni sabiex issir approssimazzjoni minima tal-iskemi penali nazzjonali li tinkludi:

ċerti tipi ta’ sanzjonijiet amministrattivi adegwati fir-rigward tal-ksur tad- dispożizzjonijiet fundamentali;

il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet;

multi amministrattivi ta’ ammont għoli biżżejjed;

sanzjonijiet għall-persuni fiżiċi u legali;

kriterji li jridu jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet;

introduzzjoni potenzjali ta’ sanzjonijiet penali għall-iktar ksur gravi;

mekkaniżmi adegwati ta’ appoġġ għall-applikazzjoni effikaċi tas-sanzjonijiet.”

Riżultat tal-vot:

Voti favur

:

82

Voti kontra

:

44

Astensjonijiet

:

10

B)   L-emendi li ġejjin ma ġewx aċċettati minkejja li mill-inqas kwart tal-voti mitfugħa kienu favur (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):

Punt 5.11.2

Raġuni

In practice it is unfeasible to put all the requested information on the product label, especially for SME's. This will put an extra (administrative) burden on SME's producing and distributing goods and services, create a competitive disadvantage and problems when importing products from third countries.

Moreover: do consumer organisations already have studies concerning the use of this information by consumers and the willingness of consumers to pay the extra costs encountered by the provision of this information?

Riżultat tal-vot:

Voti favur

:

45

Voti kontra

:

75

Abstensjonijiet

:

4

Punt 5.16

Raġuni

It's not acceptable that an organisation representing one party will be made responsible for stopping or prohibiting intra Community infringements.

Riżultat tal-vot:

Voti favur

:

38

Voti kontra

:

76

Abstensjonijiet

:

8


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/74


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009”

COM(2010) 775 finali – 2010/0373 (COD)

2011/C 218/13

Relatur: is-Sur WUERMELING

Nhar it-18 ta’ Jannar u nhar it-28 ta’ Jannar 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rispettivament, iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009

COM(2010) 775 finali – 2010/0373 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-5 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju (seduta tal-5 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'137 voti favur, 8 voti kontra u 19-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fil-ħolqien taż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA). Il-fatt li l-pagamenti bl-euro mingħajr flus kontanti jkunu jistgħu jsiru fl-Ewropa kollha bi proċedura ta’ ħlas uniformi huwa pass importanti għat-twettiq tas-suq uniku.

1.2   Madankollu l-KESE jemmen li jeħtieġ li l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tiġi mmodifikata f'ċerti punti, sabiex ikun hemm tranżizzjoni mingħajr problemi kemm għall-konsumaturi u l-intrapriżi bħala utenti kif ukoll għall-banek bħala provvedituri tas-servizz.

1.3   L-iskadenzi msemmija fil-proposta għal Regolament għat-tranżizzjoni obbligatorja tal-proċeduri ta’ pagament SEPA huma qosra wisq fil-fehma tal-KESE. Huwa biss jekk l-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha jkollhom biżżejjed ħin biex jippreparaw ruħhom li jkunu jistgħu jiggarantixxu l-effiċjenza, is-sigurtà u l-faċilità tal-użu tal-proċeduri. L-iskadenza ta’ implimentazzjoni għat-trasferimenti għandha tkun ta’ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u mhux ta’ sena. Fil-każ tad-debitu dirett, l-iskadenza għandha tkun ta’ erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u mhux ta’ sentejn.

1.4   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati għandha tiġi limitata konsiderevolment jew imħassra fil-proposta għal Regolament, billi l-adattament tar-rekwiżiti tal-proċeduri ta’ pagament koperti mir-Regolament għall-progress tekniku u l-iżvilupp tas-suq għandu effetti prattiċi konsiderevoli. Il-leġislatur irid jiddeċiedi dwar dan fil-proċess leġislattiv, u bil-parteċipazzjoni tal-KESE.

1.5   Il-KESE jilqa' bis-sħiħ il-fatt li l-proposta għal Regolament tistipula li fil-ġejjieni l-ħlasijiet interbankarji multilaterali għad-debiti diretti ser ikunu pprojbiti għalkollox. B'hekk jinħolqu ċarezza u trasparenza fir-relazzjonijiet kuntrattwali kumplessi li hemm wara l-proċeduri ta’ pagament. Dan huwa fuq kollox ta’ benefiċċju għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

2.   Kuntest tal-Opinjoni

2.1   L-ikkompletar taż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro hija waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea għat-twettiq tas-suq uniku. Permezz tal-proċeduri Ewropej ġodda tat-trasferiment u d-debiti diretti tas-SEPA, l-utenti tal-għodod ta’ pagament jistgħu jwettqu pagamenti nazzjonali kif ukoll transkonfinali permezz ta’ proċedura waħda. Dan jiffaċilita l-pagamenti, inaqqas il-burokrazija u jiffranka l-ispejjeż għall-operaturi kollha tal-kummerċ intra-Komunitarju, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-intrapriżi. Fil-ġejjieni iktar minn 500 miljun ċittadin u 'l fuq minn 20 miljun kumpanija fis-suq uniku għandhom jibbenefikaw minn din il-proċedura l-ġdida.

2.2   L-ewwel qafas legali għas-SEPA diġà ġie stabbilit fis-snin li għaddew. Id-Direttiva 2007/64/KE dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern introduċiet kundizzjonijiet armonizzati u drittijiet għall-klijenti tas-servizzi ta’ pagament fl-UE. B'hekk infetaħ is-suq uniku għas-servizzi ta’ ħlas. Iżda d-diversità tas-sistemi nazzjonali u tal-proċeduri għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali baqgħet hemm. Iżda issa nħolqot bażi legali biex tiġi stabbilita proċedura unika għall-pagamenti transkonfinali kollha.

2.3   Bir-Regolament (KE) Nru 924/2009 dwar il-pagamenti transkonfinali fil-Komunità ġie stabbilit li l-imposti għall-pagament ta’ debiti diretti transkonfinali u nazzjonali jridu jkunu indaqs. Ġiet ukoll stabbilita l-bażi tal-infrastruttura tal-pagament tas-SEPA.

2.4   Il-KESE ħareġ Opinjoni dwar dawn iż-żewġ proċeduri leġislattivi. (1) F'dawn huwa laqa' l-fatt li wara l-introduzzjoni tal-euro għandha tinħoloq ukoll iż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro.

2.5   Il-banek ilhom joffru t-trasferimenti tas-SEPA mit-28 ta’ Jannar 2008 għall-ipproċessar tal- pagamenti. Minn Novembru 2009, l-ipproċessar ta’ trasferiment ma jistax idum iktar minn tlett ijiem ta’ ħidma bankarji. Mill-2012 dan iż-żmien ta’ proċessar għandu jitnaqqas għal jum ta’ ħidma biss.

2.6   Id-debitu dirett tas-SEPA sar possibbli fit-2 ta’ Novembru 2009. Ġew previsti żewġ proċeduri differenti: id-debitu dirett bażiku tas-SEPA bħala l-proċedura standard (SEPA Core Direct Debit) u d-debitu dirett tal-kumpaniji għat-tranżazzjonijiet bejn l-imsieħba kummerċjali (SEPA Business to Business Direct Debit). Minn Novembru 2010, il-banek kollha huma obbligati jkunu aċċessibbli għad-debiti diretti tas-SEPA.

2.7   Madankollu l-użu tal-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA għadu limitat. B'hekk l-għadd ta’ trasferimenti tas-SEPA fil-bidu tal-2011, jiġifieri tliet snin wara l-introduzzjoni tagħhom, kien ta’ madwar 4 %. Jekk din it-tendenza tibqa' hekk, ser jgħaddu 25 sena qabel ma naraw il-vantaġġi tas-SEPA.

2.8   Il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-progress miksub bl-approċċ purament ibbażat fuq l-ekonomija tas-suq tal-proġett tas-SEPA huwa limitat wisq. Għalhekk hija qiegħda tipproponi miżuri leġislattivi sabiex l-introduzzjoni tal-għodda ta’ pagament tas-SEPA tkun obbligatorja. L-għodda ta’ pagament nazzjonali għandhom jiġu sostitwiti mill-proċeduri tas-SEPA sa data speċifika.

2.9   Ġie kkalkulat għall-Kummissjoni Ewropea li l-banek, bħala l-provvedituri tas-servizz, ser ikollhom jonfqu EUR 52 biljun għat-tranżizzjoni lejn il-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA. Mill-banda l-oħra, skont dawn il-kalkoli, l-utenti fuq in-naħa tad-domanda ser jibbenefikaw minn dawn il-proċeduri permezz ta’ prezzijiet iktar baxxi u vantaġġi prattiċi.

2.10   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2010 b'hekk tistabbilixxi l-iskadenza finali għat-tneħħija tat-trasferimenti u d-debiti diretti nazzjonali biex jibdew jintużaw l-għodod ta’ pagament tas-SEPA. Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, il-proċeduri ta’ trasferiment nazzjonali għandhom jibqgħu possibbli għal 12-il xahar u dawk għad-debitu dirett għal 24 xahar.

2.11   Differenza prinċipali għall-utenti u l-intrapriżi bejn it-trasferiment u d-debitu dirett tas-SEPA u l-proċeduri nazzjonali li ntużaw s'issa hija li anke għall-pagamenti purament nazzjonali ser ikollhom jintużaw l-International Bank Account Number (IBAN) u l-Bank Identifier Code (BIC), u mhux il-kowd nazzjonali ta’ identifikazzjoni tal-bank u n-numru tal-kont kif sar s'issa. L-IBAN huwa numru tal-kont bankarju standardizzat u internazzjonali, li jkollu massimu ta’ 34 karattru. Il-BIC huwa l-kowd bankarju internazzjonali ta’ istituzzjoni finanzjarja u għandu massimu ta’ 11-il karattru.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-KESE jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Il-proposta għal Regolament hija pass determinanti biex tinħoloq żona unika ta’ pagamenti bl-euro effiċjenti.

3.2   Is-suq uniku huwa wieħed mill-iktar elementi importanti tat-tkabbir ekonomiku tal-UE. L-introduzzjoni tal-euro kienet pass importanti biex l-Istati Membri jkomplu jersqu lejn xulxin. Għalhekk, fil-fehma tal-KESE, ikun pass 'il quddiem konsistenti jekk issa l-proġett ta’ sistema unika ta’ pagament jitwettaq b'suċċess fl-Ewropa kollha.

3.3   Madankollu l-KESE jemmen li r-Regolament propost huwa ambizzjuż wisq f'dak li jirrigwarda l-istabbiliment tad-dati finali għat-tneħħija tal-proċeduri ta’ pagament nazzjonali. L-iktar ħaġa importanti hija li l-proġett ikun ta’ suċċess u mhux li jiġi implimentat malajr. Il-pagamenti huma kwistjoni sensittiva ħafna għall-konsumaturi iżda wkoll għall-operaturi ekonomiċi l-oħra. Bl-istess mod bħall-introduzzjoni tal-euro, iridu jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha li wieħed jista' jimmaġina, bħal testijiet, perjodi ta’ prova, kampanji ta’ informazzjoni eċċ., sabiex ikunu jistgħu jiġi esklużi l-interferenzi, l-interruzzjonijiet fit-tħaddim, il-pagamenti żbaljati, it-telf ta’ flus ittrasferiti jew problemi simili oħra. Dan jeħtieġ li jkun hemm biżżejjed żmien ta’ tħejjija. Għaldaqstant il-KESE jwissi li l-ħidma m'għandhiex issir b'għaġla eċċessiva li tista' tipperikola s-suċċess tal-proġett. Madankollu għandu jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li perjodi ta’ tranżizzjoni twal wisq jistgħu jwasslu għal spejjeż addizzjonali.

3.4   Għadhom ma ġewx iċċarati l-kwistjonijiet kollha sabiex tiġi ggarantita tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn il-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA. Għandu jitqies il-fatt li ħafna kwistjonijiet mhux solvuti jistgħu jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali mill-partijiet involuti fil-proġett SEPA. Huwa importanti ħafna li jinstab bilanċ bejn l-interessi tal-banek min-naħa tal-offerta u dawk tal-utenti min-naħa tad-domanda.

3.5   Kemm mill-perspettiva tal-konsumaturi kif ukoll minn dik tal-ekonomija, kemm-il darba tqum il-mistoqsija ta’ għaliex il-proċeduri nazzjonali ta’ pagament għandhom jitwaqqfu minħabba s-SEPA. Il-proċeduri nazzjonali bin-numri tal-kontijiet u tal-banek qodma huma proċeduri li saru familjari għall-utenti wara tant snin. Huwa minnu li l-proċeduri ta’ pagament il-ġodda tas-SEPA ser jiffaċilitaw it-trasferimenti u d-debiti diretti transkonfinali. Iżda s-SEPA ser issir obbligatorja wkoll għall-proċeduri ta’ pagament li huma f'ħafna każi nazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea u l-banek huma mitluba jirriklamaw iktar il-vantaġġi tal-proċeduri ta’ pagament il-ġodda tas-SEPA fir-rigward tar-rapidità u l-ispejjeż.

3.6   Is-suċċess tal-proġett tas-SEPA jiddependi b'mod konsiderevoli mill-aċċettazzjoni tal-utenti, jiġifieri l-konsumaturi u n-negozji. Għalhekk l-għodod ta’ pagament tas-SEPA u l-komponenti tagħhom, l-IBAN u l-BIC, għandhom ikunu iktar magħrufa fost il-pubbliku. Għandha ssir kampanja ta’ informazzjoni akbar min-naħa tas-settur tas-servizzi finanzjarji. Dan għadu ma sarx biżżejjed fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tal-prodotti l-ġodda tas-SEPA għadhom mhux magħrufa biżżejjed fost partijiet kbar mill-popolazzjoni, kif ukoll fost ħafna SMEs.

3.7   Il-faċilità tal-użu tal-IBAN b'massimu ta’ 34 karattru tista' tittejjeb billi jitpoġġa spazju, sing jew daħla ġdida bejn kull erba' karattri. Għandu jitqies il-fatt li l-utenti anzjani b'mod speċjali jista' jkollhom xi diffikultajiet b'data u sekwenzi ta’ karattri ġodda. Għalhekk il-banek għandhom joffru għajnuna lill-konsumatri, pereżempju permezz ta’ programmi ta’ konverżjoni.

3.8   Barra minn hekk, l-għodod ta’ pagament il-ġodda għandhom jiġu ttestjati sewwa. S'issa dan ma kienx possibbli għall-prodotti kollha tas-SEPA, billi pereżempju d-debitu dirett tas-SEPA jista' biss jintuża minn mindu daħlet b'mod uniformi l-aċċessibbiltà obbligatorja tal-banek kollha f'Novembru 2010. Huma biss it-testijiet prattiċi li jistgħu jagħtu lill-partijiet involuti, banek u utenti, il-possibbiltà li jagħrfu u jegħlbu d-diffikultajiet tal-bidu u l-ostakoli prattiċi. Permezz ta’ perjodi ta’ tħejjija twal biżżejjed għandu jiġi fuq kollox iggarantit li l-proċeduri ta’ pagament il-ġodda tas-SEPA jkunu jistgħu jiġu pproċessati awtomatikament u li jkunu adatti għal użu wiesa'.

3.9   Fil-fehma tal-KESE, l-introduzzjoni obbligatorja tas-SEPA għandha tiġi akkumpanjata minn miżuri ta’ sigurtà suffiċjenti, filwaqt li tinżamm il-faċilità tal-użu tal-proċeduri b'mod speċjali għat-tranżazzjonijiet bankarji bil-massa (retail banking). Dak li jħallas, dak li jirċievi l-pagament u l-provveditur tal-pagament kollha għandu jkollhom il-garanzija li l-pagamenti ser jiġu pproċessati sewwa, fil-ħin u b'mod affidabbli.

3.10   Jista' wkoll ikun hemm problemi ta’ implimentazzjoni fil-livell nazzjonali meta ssir it-tranżizzjoni għall-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA. B'hekk, pereżempju, il-Ġermanja – pajjiż fejn id-debitu dirett jintuża ħafna iktar milli f'kull pajjiż ieħor tal-UE – għadu ma ġiex iċċarat jekk l-ordnijiet attwali ta’ debitu dirett humiex ser jinbidlu għal proċeduri ta’ debitu dirett tas-SEPA. Għandha tinstab soluzzjoni effiċjenti u legalment sikura, li ma tiżvantaġġja la lill-konsumaturi u lanqas lill-intrapriżi. Huwa impossibbli li l-klijenti kollha jiġu kkuntattjati biex iressqu ordni ġdida. Dan jikkawża burokrazija u spejjeż eċċessivi. Il-konsumatur ma jkunx qed jinqeda lanqas, billi jirċievi ammont enormi ta’ ittri mill-imsieħba kuntrattwali tiegħu.

3.11   Barra minn hekk, l-utenti għandhom jiġu involuti iktar fil-livell Ewropew u nazzjonali fir-rigward tat-tfassil tal-proċeduri ta’ pagament. Dan jgħodd mhux biss għall-fażi attwali tal-implimentazzjoni tal-għodda tal-pagament tas-SEPA, iżda wkoll għall-iżvilupp addizzjonali tal-proċeduri. Bit-twaqqif tal-Kunsill tas-SEPA, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew għamlu l-ewwel pass lejn involviment ikbar tal-utenti fil-proċess ta’ żvilupp ta’ dawn l-għodod. B'xorti ħażina, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi rrappreżentati fil-Kunsill tas-SEPA ma jirriflettux biżżejjed lill-partijiet involuti fil-proġett tas-SEPA. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi stabbilit grupp ta’ esperti – magħmul mill-istess numru ta’ rappreżentanti tal-provvedituri u tal-utenti – fi ħdan il-Kunsill tas-SEPA għall-iżvilupp tekniku addizzjonali tal-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Artikolu 5(1) u (2) – Skadenzi suffiċjenti għat-tranżizzjoni lejn is-SEPA

4.1.1   Fil-fehma tal-KESE, l-iskadenzi proposti mill-Kummissjoni Ewropea għat-tranżizzjoni obbligatorja lejn il-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA huma qosra wisq. L-ewwel għandu jiġi ggarantit li l-prodotti l-ġodda tas-SEPA jkunu effiċjenti u sikuri daqs il-proċeduri ta’ pagament nazzjonali attwali.

4.1.2   L-iskadenza ta’ implimentazzjoni għat-trasferimenti għandha tkun ta’ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u mhux ta’ sena.

4.1.3   Fil-każ tad-debitu dirett, l-iskadenza għandha tkun ta’ erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u mhux ta’ sentejn.

4.1.4   Skadenzi itwal huma meħtieġa fuq kollox sabiex tintrebaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-proċeduri ta’ pagament il-ġodda tas-SEPA. Il-konsumaturi għandhom isiru jafu aktar dwar is-SEPA. Dan jgħodd fuq kollox għall-għarfien tagħhom dwar l-IBAN u l-BIC. Barra minn hekk, il-vantaġġi tal-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA għandhom jiġu spjegati aħjar. Il-prodotti l-ġodda għandhom ikunu effiċjenti u sikuri fl-użu prattiku tagħhom. Barra minn dan, il-problemi nazzjonali, bħall-migrazzjoni tal-ordni ta’ debitu dirett, għad iridu jiġu solvuti.

4.1.5   Mill-perspettiva tal-intrapriżi, hemm bżonn ta’ skadenzi itwal minħabba l-fatt li l-bidliet fil-proċeduri ta’ proċessar jitolbu ħafna ħin u spejjeż. Minħabba f'hekk l-intrapriżi jkollhom iwettqu investimenti addizzjonali u jadattaw il-proċeduri u s-sistemi operattivi tagħhom. Eżempju ta’ dan huwa l-bidla tad-data kollha dwar il-klijenti għall-IBAN u l-BIC. Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni Ewropea nnutat hija stess li ċ-ċiklu ta’ investiment addizzjonali għas-sistemi tal-IT fl-intrapriżi jeħtieġ minn tliet sa ħames snin.

4.2   Artikolu 5(4) b'rabta ma’ Artikolu 12 – L-ebda trasferiment eċċessiv tal-kompetenzi

4.2.1   Fil-fehma tal-KESE, huwa indispensabbli li fil-ġejjieni wkoll id-deċiżjonijiet importanti dwar it-tfassil tas-SEPA jittieħdu mil-leġislatur Ewropew, bil-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet konsultattivi bħall-KESE. Il-KESE jqis li l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea, fil-forma ta’ atti legali delegati, għall-adattament tal-iżvilupp tekniku u tas-suq hija miżura li tmur 'il bogħod wisq. Anke tibdiliet żgħar fil-proċeduri ta’ pagament Ewropej jista' jkollhom konsegwenzi sustanzjali għall-konsumaturi, l-intrapriżi u l-provvedituri ta’ servizzi ta’ pagament, li għandhom jiġu diskussi fid-detall u deċiżi fi ħdan il-proċedura leġislattiva rilevanti.

4.2.2   L-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li t-trasferiment tas-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati huwa permess biss għall-ikkompletar jew l-emendar ta’ elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv ikkonċernat.

4.2.3   Ir-rekwiżiti għat-trasferimenti u d-debiti diretti tas-SEPA li jinsabu fl-anness tal-proposta għal Regolament jirrappreżentaw kriterji determinanti għall-prodotti tas-SEPA tal-ġejjieni. Kull tibdil żgħir ta’ dawn ir-rekwiżiti jista' jaffettwa b'mod deċiżiv il-proċeduri tekniċi tal-provvedituri u l-utenti. Fl-aħħar, ir-rekwiżiti fl-anness jinkludu l-eżiġenza li jitneħħew il-proċeduri nazzjonali, billi dawn ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji tas-SEPA. Bidla tar-rekwiżiti mingħajr involviment suffiċjenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għaldaqstant, għandha tinċaħad.

4.3   Artikolu 6 – Ċarezza dwar l-istruttura futura tal-ispejjeż

4.3.1   Il-KESE jilqa' bis-sħiħ il-fatt li fil-ġejjieni l-imposti interbankarji multilaterali għad-debiti diretti ser ikunu pprojbiti għalkollox. Għandu jiġi ggarantit li l-imposti futuri tal-proċeduri ta’ pagament ikunu trasparenti u marbutin ma’ servizzi konkreti pprovduti mill-banek.

4.3.2   Il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat mill-bidu tal-proġett li l-proċeduri ġodda tas-SEPA m'għandhomx ikunu iktar għaljin mill-proċeduri nazzjonali li ntużaw s'issa. Il-KESE jaqbel bis-sħiħ ma’ din l-eżiġenza u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura li l-pagamenti tas-SEPA l-ġodda ma jogħlewx iktar minn dawk l-antiki nazzjonali billi jiżdiedu l-miżati nazzjonali, kif kien ġara matul l-implimentazzjoni tal-euro. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-proċeduri ta’ pagament il-ġodda jistgħu ma jiġux aċċettati mill-konsumaturi. L-imposti interbankarji multilaterali mhumiex korrenti fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro. Għaldaqstant ikun qed jingħata sinjal totalment ħażin jekk dawn l-imposti jiġu introdotti fil-pajjiżi taż-żona tal-euro flimkien mal-proċeduri ta’ pagament tas-SEPA.

4.3.3   Barra minn hekk il-KESE jenfasizza li t-tranżazzjonijiet diretti li ma jkunux jistgħu jitwettqu kif suppost minn provveditur ta’ servizz ta’ pagament, minħabba li l-ordni tal-pagament ma jiġix aċċettat, jiġi rifjutat, ritornat jew inversat (R-transactions), il-konsumaturi għandhom jeħlu miżata multilaterali tal-interkambju biss f'każ li ma jkollhomx fondi suffiċjenti fil-kontijiet tagħhom meta jasal il-ħin tal-pagament tad-debitu dirett. F'kull każ ieħor din il-miżata għandha titħallas minn dak li qed jitħallas. Dak li qed jitħallas, il-bank ta’ dak li qed jitħallas jew il-bank ta’ dak li qed iħallas m'għandhomx jitħallew jgħaddu l-miżati ta’ min qed iħallas għal tranżazzjonijiet inversati mhux ikkawżati minn dak li qed iħallas.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 51, u ĠU C 228, 22.09.2009, p. 66.


APPENDIĊI

għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):

Punt 3.11 (ġdid)

Żid il-punt li jmiss:

“”

Raġuni

Is-sigurtà ta’ sistema ta’ ħlas għall-Ewropa kollha hija kruċjali biex tissaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumaturi fis-servizzi tal-ħlas.

Riżultat tal-votazzjoni:

 

64 favur

 

74 kontra

 

13-il astensjoni

Punt 3.12 (ġdid)

Punt ġdid:

“”

Raġuni

Pożizzjoni konformi mal-Artikolu 62 tar-Regolament dwar il-Pagamenti.

Riżultat tal-votazzjoni:

 

64 favur

 

83 kontra

 

10 astensjonijiet


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/78


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali”

COM(2010) 748 finali/2 – 2010/0383 (COD)

2011/C 218/14

Relatur ġenerali: is-Sur HERNÁNDEZ BATALLER

Nhar id-15 ta’ Frar 2011, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 67(4) u l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

COM(2010) 748 finali/2 – 2010/0383 (COD).

Nhar l-1 ta’ Frar 2011 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu tal-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju) li jaħtar lis-Sur Bernardo Hernández Bataller bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’162 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għaliex jemmen li din tista’ tippermetti li jintlaħaq l-għan li jitneħħew l-ostakli legali. Dan jiffaċilita l-ħajja taċ-ċittadini u tal-intrapriżi, filwaqt li jtejjeb ir-rimedji effettivi.

1.2   Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tissokta bl-azzjoni tagħha li tneħħi l-ostakli legali fl-Unjoni Ewropea, bil-għan li jinħoloq spazju ġudizzjarju Ewropew ġenwin, fid-dawl tal-kummenti kollha li l-Kumitat ippreżenta f’opinjonijiet differenti dwar din il-kwistjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1   Fl-1 ta’ Marzu 2002, ir-Regolament 44/2001 issostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell u, b’mod ġenerali, l-istrumenti bilaterali kollha bejn l-Istati Membri differenti dwar din il-kwistjoni. Magħruf ukoll bħala r-“Regolament Brussell I”, dan huwa l-iktar att ġuridiku importanti tal-UE s’issa dwar il-kooperazzjoni legali fi kwistjonijiet ċivili.

2.2   Bażikament, ir-Regolament 44/2001 jagħmilha possibbli li, f’ċerti każi, kwalunkwe persuna fiżika jew legali involuta fi proċedura legali transnazzjonali u domiċiljata fi Stat Membru differenti minn dak li fih jitressaq każ, tista’ tibda proċeduri quddiem il-qrati ta’ Stat Membru, billi tingħata preferenza lill-eqreb punt ta’ konnessjoni.

2.2.1   Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tar-Regolament jistabbilixxi li fi kwistjonijiet marbuta ma’ kuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, huwa possibblili jinbdew proċeduri legali kontra intrapriża fl-Istat Membru li fih saret, jew li fih kellha ssir, il-konsenja tal-oġġetti.

2.2.2   L-oqsma li fihom tapplika r-regola l-ġdida huma elenkati fl-Artikolu 5 (responsabbiltà kuntrattwali u ekstrakuntrattwali, talba għad-danni jew għall-interessi, operazzjonijiet ta’ fergħat u aġenziji, eċċ.).

2.2.3   Sezzjoni sħiħa tar-Regolament – Sezzjoni 3 – hija ddedikata għall-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet dwar l-assigurazzjoni. Skont din is-sezzjoni, id-detenturi ta’ polza tal-assigurazzjoni jistgħu jressqu każ kontra l-assiguratur fil-qrati fejn ikunu domiċiljati, anke jekk l-assiguratur huwa domiċiljat fi Stat Membru differenti. Iżda jekk l-assiguratur ikun jixtieq iressaq każ kontra d-detentur tal-polza, il-persuna assigurata jew il-benefiċjarju, hu obbligat jagħmel dan quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih dawn tal-aħħar ikunu domiċiljati.

2.3   Ir-Regolament 44/2001 fih sensiela ta’ allokazzjonijiet espliċiti ta’ ġurisdizzjoni, u jagħti attenzjoni partikolari lil ċerti gruppi speċifiċi bil-għan li jipproteġihom (kuntratti tal-konsumatur, kuntratti individwali tal-impjieg). Iżda r-regoli tradizzjonali dwar l-allokazzjoni tal-ġurisdizzjoni jibqgħu japplikaw fil-kawżi dwar il-proprjetà immobbli, ix-xoljiment ta’ persuni legali, l-entrati fir-reġistri u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi.

2.4   Ir-Regolament 44/2001, wara li jiddedika żewġ sezzjonijiet twal għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi u r-rikonoxximent ta’ dokumenti pubbliċi ta’ Stati Membri oħra, jikkonkludi b’sensiela ta’ dispożizzjonijiet finali u transitorji, li jindirizzaw l-iżjed ir-rabtiet bejn dan l-istrument ġdid ta’ kooperazzjoni legali u konvenzjonijiet oħra iżjed speċifiċi li l-Istati Membri setgħu ssieħbu fihom.

2.5   Fil-21 ta’ April 2009, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u Green Paper, li dwarha l-KESE ppubblika opinjoni (1), li fiha wera l-appoġġ tiegħu għal diversi proposti ta’ riforma li għamlet il-Kummissjoni.

3.   Proposta għal Regolament

3.1   L-għan ġenerali tar-reviżjoni huwa li tkompli tiġi żviluppata ż-żona Ewropea tal-ġustizzja billi jitneħħew l-ostakoli li fadal għall-moviment liberu tad-deċiżjonijiet legali, b’konformità mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. L-importanza ta’ dan l-għan ġiet enfasizzata mill-Kunsill Ewropew fil-Programm ta’ Stokkolma li ġie ppubblikat fl-2009 (2). B’mod aktar speċifiku, il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita t-tilwim transkonfinali u l-moviment liberu tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea. Ir-reviżjoni għandha wkoll tikkontribwixxi biex jinħoloq l-ambjent legali meħtieġ biex tirkupra l-ekonomija Ewropea.

3.2   L-elementi proposti tar-riforma huma dawn li ġejjin:

l-abolizzjoni tal-proċedura intermedja għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi (exequatur) bl-eċċezzjoni ta’ sentenzi f’każijiet ta’ malafama u sentenzi mogħtija fi proċedimenti kompensatorji kollettivi; u għadd ta’ soluzzjonijiet biex, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, sentenza mogħtija fi Stat Membru titwaqqaf milli jkollha effett fi Stat Membru ieħor.

il-proposta tinkludi wkoll sensiela ta’ formoli standard maħsuba biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tas-sentenza barranija fin-nuqqas tal-proċedura ta’ exequatur kif ukoll it-talba għal reviżjoni fil-qafas tal-proċedura msemmija hawn fuq li tissalvagwardja d-drittijiet tad-difiża.

l-estensjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni tar-Regolament għal tilwim li jinvolvi konvenuti minn pajjiżi terzi, inkluż li jiġu rregolati dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikun hemm l-istess kwistjoni pendenti ġewwa u barra l-UE. L-emenda se tiżgura li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni li jħarsu l-konsumaturi, il-ħaddiema u l-persuni assigurati japplikaw ukoll jekk il-konvenut ikun domiċiljat barra l-UE.

titjib fl-effettività tal-ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti, b’żewġ emendi:

meta l-partijiet ikunu għażlu qorti jew qrati partikolari biex jirrisolvu t-tilwima tagħhom, il-proposta tagħti prijorità lill-qorti magħżula biex tiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni tagħha, irrispettivament minn jekk din tkunx l-ewwel jew it-tieni qorti li quddiemha jkun tressaq il-każ;

barra minn dan, il-proposta tintroduċi regola armonizzata dwar il-kunflitt tal-liġijiet dwar il-validità sostantiva ta’ ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti, u b’hekk tiżgura li jkun hemm eżitu simili dwar din l-kwistjoni tkun liema tkun il-qorti li quddiemha titressaq it-tilwima.

titjib fir-rabta bejn ir-Regolament u l-arbitraġġ;

titjib fl-aċċess għall-ġustizzja għal xi tilwim speċifiku; u

kjarifika tal-kundizzjonijiet li taħthom il-miżuri provviżorji jistgħu jiċċirkulaw fl-UE.

4.   Kummenti ġenerali

4.1   Il-Kumitat jilaq’ b’sodisfazzjon kbir il-proposta tal-Kummissjoni u jappoġġja r-riformulazzjoni tat-test tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2011 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (Brussell I).

4.2   Mill-proposta tal-Kummissjoni joħroġ biċ-ċar li din hija inizjattiva meħtieġa għat-titjib tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u s-suq intern, li tista’ titnieda biss fil-livell supranazzjonali. Din l-inizjattiva hija wkoll strument legali utli f’dinja globalizzata: ser tiffaċilita t-tranżazzjonijiet kummerċjali internazzjonali u ttaffi l-kunflitti li jqumu fir-relazzjonijiet marbuta mal-pajjiżi barra l-UE.

4.2.1   Ta’ min jenfasizza f’dan ir-rigward li l-innovazzjonijiet kollha introdotti fil-mekkaniżmi legali proposti, kif ukoll il-klassifikazzjoni ta’ ċerti regoli u prinċipji f’dan il-qasam li diġà ġew applikati fl-UE, jinbtu mill-esperjenzi li l-operaturi legali transnazzjonali, l-esperti u l-korpi kompetenti tal-Istati Membri ttrasmettew pubblikament lill-Kummissjoni Ewropea.

4.2.2   Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jitqies b’mod ġenerali: l-azzjoni supranazzjonali hija ġġustifikata fid-dawl tal-fatt li mhuwiex fil-kompetenza tal-Istati Membri li jemendaw unilateralment ċerti aspetti tar-regolament Brussell I, bħall-exequatur, u d-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni u l-koordinazzjoni tal-proċeduri legali tal-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri u l-proċeduri tal-arbitraġġ. L-importanza tal-hekk imsejħa sussidjarjetà funzjonali hija rikonoxxuta wkoll, li tagħmel parti integrali mill-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva minqux fit-TUE wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Il-KESE fil-passat diġà saħaq li hu favur ħafna mill-proposti li issa qed tippreżenta l-Kummissjoni (3).

4.3   Il-proposta hija realistika, flessibbli u jidher li ngħata ħafna ħsieb fil-mod li bih tirrakkomanda soluzzjonijiet tekniċi għall-problemi li qamu matul is-snin li fihom kien fis-seħħ ir-Regolament Brussell I: l-abolizzjoni tal-exequatur bl-eċċezzjoni ta’ sentenzi f’każijiet ta’ malafama u sentenzi mogħtija fi proċedimenti kompensatorji kollettivi; l-estensjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni tar-regolament għal tilwim li jinvolvi konvenuti minn pajjiżi terzi; titjib fl-effettività tal-ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti; titjib fir-rabta bejn ir-Regolament u l-arbitraġġ; klassifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom il-miżuri provviżorji u kawtelatorji maħruġa minn qorti ta’ Stat Membru wieħed jistgħu japplikaw fi Stati Membri oħra; u, fil-qosor, titjib fl-aċċess għall-ġustizzja u l-funzjonament ta’ ċerti proċeduri pendenti fil-qrati nazzjonali.

4.3.1   Ma teżisti l-ebda raġuni bażika biex l-azzjonijiet kollettivi jiġu esklużi mill-abolizzjoni tal-exequatur tal-proposta. Għaldaqstant, il-formulazzjoni tal-Artikolu 37 mhix sodisfaċenti. Il-KESE diġà qal kemm-il darba li hu favur regolamentazzjoni supranazzjonali tal-azzjonijiet kollettivi. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrifletti dwar il-possibbiltà li jiġi emendat l-Artikolu 6 tar-Regolament 44/2001, b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu akkumulati l-proċeduri tal-azzjonijiet li jieħdu l-konvenuti, jekk ir-raġunijiet tat-talbiet tagħhom jkunu marbuta b’mod tant strett li jkun jagħmel sens li jiġu pproċessati u jinstemgħu flimkien sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet kontradittorji li jistgħu jinħarġu f’sentenzi separati.

4.3.2   Rigward l-esklużjoni tal-malafama, fil-verità l-Artikolu 37(3)(a) jagħti interpretazzjoni usa’, u jinkludi s-sentenzi li jinħarġu fi Stat Membru ieħor dwar l-obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw mill-ksur tal-privatezza u d-drittijiet tal-personalità. Jeħtieġ li l-Kummissjoni teżamina l-ambitu ta’ din l-eċċezzjoni u l-possibbiltà li tneħħiha, sabiex ma tkunx tapplika għal aspetti tal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini.

4.3.3   Bil-għan li napprofondixxu d-dibattitu dwar il-bidliet li jeħtieġ isiru fil-mekkaniżmi u l-proċeduri legali indirizzati fil-proposta, ikun tajjeb li jsiru xi kummenti bil-għan li jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni fil-ġejjieni.

4.3.4   L-Artikolu 58(3) tal-verżjoni kkonsolidata tar-Regolament jistabbilixxi li l-qorti kompetenti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha “mingħajr dewmien” f’każ ta’ appelli kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tas-sentenza u s-sentenzi mogħtija fuq appell. It-tul ta’ żmien massimu jista’ jkun iżjed preċiż, bil-għan li ma jkunx hemm dewmien mhux iġġustifikat jew dewmien li jkun ta’ ħsara għall-partijiet involuti.

4.3.5   Għalhekk, jistgħu jiġu ffissati dawn l-iskadenzi: jew id-90 jum stabbiliti fl-Artikolu 58(2) f’każ ta’ deċiżjonijiet dwar appelli kontra deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, jew tul ta’ żmien bejn is-sitt ġimgħat previsti fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri) u l-iskadenza ta’ 90 jum.

4.3.6   Bl-istess mod, it-test dwar il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ kooperazzjoni legali – stabbilit fl-Artikolu 31 tal-verżjoni kkonsolidata tar-Regolament – jista’ jiġi riformulat bil-għan li jissaħħaħ ir-rwol tal-qorti kompetenti dwar il-mertu tal-każ u jilqa’ kontra azzjonijiet b’intenzjoni ħażina li jistgħu jwasslu biex ikun hemm dewmien biex tinstab soluzzjoni għat-tilwima.

4.3.7   Fil-fatt, il-kompitu ta’ “koordinazzjoni” bejn il-qorti kompetenti dwar il-mertu tal-każ u l-korp ġurisdizzjonali fi Stat Membru ieħor li titressaq quddiemu applikazzjoni għal miżuri provviżorji jew protettivi huwa pjuttost ġeneralizzat. Din id-dispożizzjoni tillimta l-kompitu tat-tieni qorti msemmija għas-sempliċi obbligu li tikseb informazzjoni fuq iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ (pereżempju, l-urġenza tal-miżura mitluba jew il-fatt li l-qorti kkonsultata dwar il-mertu tal-każ tista’ tirrifjuta kwalunkwe miżura simili). Dan il-kompitu jista’ jiġi kkomplementat b’dispożizzjoni oħra li tistabbilixxi n-natura eċċezzjonali tal-ammissibbiltà ta’ dawn il-miżuri, jew anke, b’mod ġenerali, sospensjoni favur l-imħallef li jiddeċiedi dwar il-mertu tal-każ.

4.3.8   Dan ikun ukoll għalkollox b’konformità mar-rwol ċentrali li, għall-finijiet ta’ rapidità u fir-rigward tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qorti kompetenti biex tirrisolvi tilwim dwar il-mertu tal-każ fl-interpretazzjoni tar-regolamenti konnessi, bħar-Regolament 2201/2003 msemmi hawn fuq.

4.4   Għandu jiġi enfasizzat il-fatt li l-klawżola dwar l-istrateġija pubblika (ordre public) (Artikolu 34(1) tar-Regolament Brussell I fis-seħħ u l-Artikolu 48(1) tal-proposta tal-verżjoni riformulata) tinżamm, fil-każijiet biss li fihom il-proċedura tal-exequatur titneħħa. Din il-klawżola tippermetti lill-qrati tal-Istat Membru mitlub li ma jirrikonoxxux sentenzi maħruġa fi Stat Membru ieħor, meta dawn imorru kontra l-istrateġija pubblika tiegħu biċ-ċar.

4.4.1   Indubbjament, din hija possibbiltà li tista’ tagħti lok għal interpretazzjonijiet differenti u marġni ta’ diskrezzjoni lill-imħallfin ikkkonċernati. Iżda, kif joħroġ biċ-ċar mill-fattt li din id-dispożizzjoni ntużat wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Brussell I, ir-riskju bħalissa huwa żgħir ħafna minħabba, minn tal-inqas, tliet limiti legali: il-kriterji stabbiliti dwar il-kwistjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (4), il-fatt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hija fis-seħħ u torbot bis-sħiħ, u l-konsolidazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tillimita l-kunċett ta’ strateġija pubblika għall-effett utli tal-liġi tal-UE.

4.4.2   Madakollu, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħti attenzjoni partikolari lill-imġiba tal-qrati tal-Istati Membri, bil-għan li tiżgura li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi jiġi implimentat sew kull darba li jittieħdu deċiżjonijiet legali dwar ġurisdizzjoni għall-finijiet ta’ strateġija pubblika.

4.5   Il-proposta għar-riformulazzjoni tar-regolament tistabbilixxi regola ġdida dwar ir-rikonoxximent tal-konvenzjonijiet tal-arbitraġġ li jaħtru forum fi Stat Membru tal-UE bil-għan li jitnaqqas il-periklu tal-hekk imsejjaħ forum-shopping. Iżda din il-kwistjoni hija indirizzata b’mod marġinali ħafna, u qajla huwa biżżejjed.

4.5.1   Fid-dawl tal-fatt li dan l-approċċ biex jiġi riżolt it-tilwim qed isir dejjem iżjed mifrux – b’mod partikolari fi kwistjonijiet kummerċjali – u tax-xewqa li dan l-approċċ jiġi estiż għal oqsma ewlenin oħra ta’ interess għaċ-ċittadini Ewropej (pereżempju, il-liġi tal-konsumatur u l-liġi tax-xogħol), il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ħolqien, malajr kemm jista’ jkun, ta’ strument legali supranazzjonali għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-arbitraġġ. Fil-fatt, għalkemm il-proposta twitti t-triq għall-monitoraġġ legali, l-arbitraġġ huwa espliċitament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (Artikolu 1(2)(d)).

4.6   Il-Kummissjoni tista’ tħejji komunikazzjoni jew gwida dwar kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 5 tal-proposta, li huwa kważi identiku għat-termini tal-artikolu fis-seħħ tar-Regolament Brussell I. B’hekk l-Artikolu 5 jiġi ċċarat u l-proċess tal-adozzjoni tas-sentenzi jsir b’pass iżjed mgħaġġel.

4.6.1   Skont iż-żewġ dispożizzjonijiet, il-qorti kompetenti fi kwistjonijiet kuntrattwali hija dik tal-post fejn ġie esegwit jew għandu jiġi esegwit l-obbligu. Hemm eċċezzjoni rigward il-bejgħ ta’ merkanzija, f’liema każ il-qorti kompetenti hija dik tal-Istat Membru fejn il-merkanzija ġiet ikkonsenjata jew kellha tiġi kkonsenjata, rigward il-provvista tas-servizzi, f’liema każ il-qorti kompetenti hija dik tal-Istat Membru fejn is-servizzi ġew ipprovduti jew kellhom jiġu pprovduti.

4.6.2   Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tinterpreta l-kunċetti ta’ “servizz” u “merkanzija” b’relazzjoni mal-libertajiet tas-suq intern, ma tapplikax għar-Regolament Brussell I. Għalhekk, il-kwistjonijiet li kellha tindirizza l-Qorti tal-Ġustizzja sa issa dwar l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5 rrisolviethom billi rreferiet għal ċerti regolamenti internazzjonali li la jorbtu l-UE u lanqas l-Istati Membri kollha, u għalhekk mhumiex regoli komuni għall-kuntratti intra-Komunitarji.

4.7   Paradossalment, ir-raġuni għar-riformulazzjoni tal-Artikolu 24(2) tal-proposta hija biex jitħaffef il-pass tal-proċeduri legali: dan l-artikolu jaffettwa biss l-applikazzjoni tal-Artikolu 24(1) (li jgħid li qorti ta’ Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni) bil-kundizzjoni li dokument li bih jitressqu l-proċedimenti jrid jinkludi tagħrif għall-konvenut dwar id-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti u l-konsegwenzi jekk jidher quddiemha. Din id-dispożizzjoni tista’ tiġi implimentata faċilment billi jiddaħħlu klawżoli standard, iżda tista’ tkun ta’ ħsara għad-drittijiet tal-partijiet l-iżjed dgħajfa f’kuntratt, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 24(2) jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għall-kuntratti tal-assigurazzjoni, kuntratti tal-konsumatur u kuntratti individwali tal-impjieg.

4.7.1   Fid-dawl tal-fatt li huwa l-kompitu tal-qorti li jirċievi t-talba li jivverifika jekk il-konvenut ingħatax l-informazzjoni, iżda li ma ġie stabbilit l-ebda rekwiżit speċifiku dwar il-kwistjoni, il-Kumitat jixtieq jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tista’ twassal għall-inċertezza u taħti lok għad-diskrezzjoni fis-27 ġurisdizzjoni sovrana tal-UE. Għalhekk, il-KESE jitlob lill-Kummisjoni Ewropea tikkunsidra mill-ġdid il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni bil-għan li ssaħħaħ il-pożizzjoni legali tal-konsumaturi u tal-ħaddiema u tiżgura li tintuża l-istess proċedura, hi liema hi l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 255, 22.9.2010, p. 48.

(2)  Adottat fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009.

(3)  ĠU C 117, 26.4.2000, p. 6 (mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Marzu 2000, kawża C-7/98, Krombach, Ġabra tal-Ġurisprudenza 2000, p. I-01935.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/82


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq”

COM(2011) 8 finali – 2011/0006 COD

2011/C 218/15

Relatur: is-Sur WUERMELING

Fit-3 ta’ Frar 2011 u fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill u l-Parlament rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar

il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

COM(2011) 8 finali – 2011/0006 COD.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, responsabbli sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-5 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’111-il vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE bi pjaċir jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal direttiva li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE. Huwa jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tibdel il-leġislazzjoni settorjali b’tali mod li s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) tkun tista’ taħdem b’mod effettiv. Il-Kumitat itenni l-appoġġ sod tiegħu għar-reġoli superviżorji l-ġodda għall-assigurazzjoni (“Solvenza II”), b’mod partikolari fid-dawl tal-esperjenzi tal-kriżi finanzjarja reċenti.

1.2

Madankollu, it-tiftixa għal standards ta’ solvenza sodi għandha tqis il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tas-swieq tal-assigurazzjoni li jġorru r-riskji tal-klijenti tagħhom u jwettqu r-rwol tagħhom bħala provvedituri ta’ finanzjament għal komunitajiet u impriżi ta’ kull daqs.

1.3

Il-KESE jilqa’ l-emenda addizzjonali tad-Direttiva tas-Solvenza II rigward ir-regoli tranżizzjonali minbarra l-estensjoni ta’ xahrejn sad-data tal-implimentazzjoni.

1.4

Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn tal-prinċipju għal tranżizzjoni mis-sistema attwali (Solvenza I) għas-sistema l-ġdida (Solvenza II). Għandu jkun hemm tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn is-sistema l-ġdida. L-interruzzjonijiet fis-suq għandhom jiġu evitati b’approċċ li jorbot il-miżuri superviżorji mar-regoli tranżizzjonali b’mod konsistenti. Is-Solvenza II m’għandhiex tirriżulta f’konsolidazzjoni tas-suq, b’mod speċjali rigward il-kumpaniji tal-assigurazzjoni ż-żgħar u ta’ daqs medju.

1.5

Il-miżuri tranżizzjonali kif tressqu fil-proposta attwali għandhom jippermettu proċess ta’ dħul/tneħħija gradwali (phasing in/phasing out) li jqis il-kapaċità tal-intrapriżi biex iwettqu dawn il-bidliet. Il-perjodu ta’ żmien tat-tranżizzjoni stabbilit bħala massimu jista’ jitqassar mill-Kummissjoni jekk u meta jkun hemm evidenza li tippermetti dan. Huwa ovvju li l-perjodi tranżizzjonali ser ikunu differenti fl-oqsma differenti.

1.6

L-iskeda tal-implimentazzjoni għandha tirrifletti b’mod realistiku l-kapaċità kemm tas-superviżuri kemm tal-impriżi tal-assigurazzjoni, inklużi l-kumpaniji ż-żgħar biex tilħaq l-għan stabbilit mid-Direttiva Solvenza II. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-AEAPX biex jiżguraw li s-sistema l-ġdida ma twassal għall-ebda piż amministrattiv żejjed u li din ma tkunx ta’ kumplessità li ma tistax tiġi ġestita, li tista’ twassal għal impatt negattiv fuq il-kwalità tas-servizz mogħti lill-konsumaturi.

1.7

Il-KESE japprova l-leġitimizzazzjoni demokratika tal-ġabra ta’ regoli Ewropea (“ġabra unika ta’ regoli”) għall-assiguraturi. Id-definizzjoni tal-ambitu adatt tal-istandards tekniċi għandha titqies bħala għodda oħra għall-konverġenza tas-superviżjoni u bil-għan li tiġi żviluppata ġabra unika ta’ regoli.

1.8

Il-KESE huwa tal-fehma li għandha ssir distinzjoni ċara bejn il-kwistjonijiet purament tekniċi fuq naħa, u dawk li huma ta’ natura politika u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet Komunitarji mogħnija b’mandat politiku, fuq in-naħa l-oħra.

1.9

Madankollu, il-KESE jenfasizza l-istatus tal-AEAPX bħala korp awtonomu. Fil-kompitu tagħha biex tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ ġabra unika ta’ regoli, l-AEAPX taġixxi fl-ambitu tal-mandati hekk kif stipulati mill-istituzzjonijiet leġislattivi b’responsabbiltà politika.

1.10

Il-KESE jemmen li l-industrija tal-assigurazzjoni għandha tkompli toffri lill-konsumaturi pensjonijiet garantiti fit-tul u għandha tibqa’ msieħba affidabbli għall-provvista fi xjuħithom. Għalhekk, struttura tar-rata tal-interessi għat-tul hija indispensabbli għall-kalkolu tal-kapital tas-solvenza. Il-KESE jirrakkomanda soluzzjoni li tiżgura li prodotti bħal dawn jibqgħu ekonomikament vijabbli.

1.11

Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li l-metodi li jintużaw rigward kalkoli bħal dawn m’għandhomx jitqiesu bħala kwistjoni teknika biss, iżda għandhom jiġu definiti taħt is-superviżjoni tal-Parlament u l-Kunsill, jirriflettu l-implikazzjonijiet politiċi li jista’ jkollu t-twaqqif ta’ metodi bħal dawn fuq il-livell ġenerali ta’ tħejjija taċ-ċittadini rigward iż-żieda fl-istennija tat-tul tal-ħajja u r-rata baxxa ta’ sostituzzjoni mill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar.

1.12

Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu konsultati b’mod kontinwu l-gruppi tal-partijiet interessati tal-AEAPX li jinkludu r-rappreżentanti tat-trejdjunjins industrijali, il-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji kif ukoll l-akkademiċi fil-qasam tar-regolazzjoni u s-superviżjoni.

2.   Kuntest u kummenti ġenerali

2.1

Fid-19 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal direttiva intiża biex temenda żewġ direttivi preċedenti li jindirizzaw l-attivitajiet fis-settur tas-servizzi finanzjarji, id-Direttiva dwar il-Prospectus u d-Direttiva tas-Solvenza II. Il-proposta hija msemmija Direttiva-Omnibus II peress li hija t-tieni direttiva li tiġbor flimkien diversi emendi għal direttivi eżistenti biex tadattahom għall-istruttura Ewropea l-ġdida għas-superviżjoni finanzjarja.

2.2

Id-Direttiva tas-Solvenza II tkopri l-adozzjoni u s-segwitu tal-industrija tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Ir-riforma mħejjija bir-reqqa tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni Ewropea għandha l-għan li b’mod sostenibbli ssaħħaħ l-industrija tal-assigurazzjoni u tagħmilha iktar kompetittiva: ir-rekwiżiti tal-kapital għall-assiguraturi ser ikunu bbażati ħafna iktar fuq ir-riskju (Pilastru I). Ir-rekwiżiti għall-ġestjoni tar-riskju kwalitattiv (Pilastru II) u r-rappurtar mill-assiguraturi (Pilastru III) ser jiġu modernizzati wkoll.

2.3

Id-Direttiva Omnibus II għandha l-għan li tadatta l-arranġamenti superviżorji Ewropej b’segwitu tal-konklużjonijiet tal-grupp ta’ livell għoli, presedut mis-Sur Jacques de Larosière u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2009, li pproponew li tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), netwerk ta’ korpi superviżorji nazzjonali li jaħdmu id f’id tal-Awtortiajiet tas-Superviżuri Ewropej (ASE).

2.4

Il-KESE adotta għadd ta’ opinjonijiet (fosthom CESE 100/2010 u 446/2010) dwar l-istruttura superviżorja l-ġdida, esprima appoġġ ġenerali għar-riformi u enfasizza d-distinzjoni li għandha ssir bejn il-kwistjonijiet tekniċi u l-kwistjonijiet politiċi, li kienu jitqiesu bħala kwistjoni għall-istituzzjonijiet Komunitarji li għandhom mandat politiku. L-opinjonijiet tal-KESE enfasizzaw il-bżonn li l-awtoritajiet il-ġodda jżommu d-djalogu mal-korpi rappreżentattivi tal-industriji tas-servizzi finanzjarji, it-trejdjunjins, il-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji u bl-istess mod mal-KESE bħala r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Ewropa.

2.5

Il-KESE esprima l-appoġġ ġenerali tiegħu għall-ħidma tal-Kummssjoni biex l-Awtoritajiet li għadhom kif ġew stabbiliti jingħataw is-setgħat li jippermettuhom jistabbilixxu standards tekniċi u jirrisolvu d-differenzi bejn il-korpi superviżorji nazzjonali, li l-proposta attwali beħsiebha twettaq fil-qasam tat-titoli u l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol.

2.6

Il-KESE jirrikkmanda l-għanijiet ġenerali tad-direttiva, li jitħarsu l-konsumaturi kollha tas-servizzi finanzjarji u li tiġi żgurata l-istabbiltà tas-swieq permezz ta’ approċċ flessibbli, l-impenn tagħha għall-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità fit-triq lejn il-konverġenza superviżorja kif ukoll il-ħolqien ta’ ġabra unika ta’ regoli. Dawn l-għanijiet jistgħu jikkontribwixxu għall-proċess biex is-Suq Uniku jsir iktar realtà u biex l-Ewropa tinżamm fuq quddiem nett tal-istandards internazzjonali, mingħajr ma titlef il-kuntatt mas-swieq internazzjonali tas-servizzi finanzjarji.

2.7

L-Omnibus II l-ewwel nett jemenda d-Direttiva tas-Solvenza II, billi tipprovdi poteri ġodda għal standards tekniċi vinkolanti u ġġib il-proċeduri għall-miżuri tal-implimentazzjoni konformi mat-Trattat ta’ Lisbona. Il-proposta tinkludi emendi ġenerali li jinsabu fil-biċċa l-kbira tal-liġijiet settorjali fis-settur finanzjarju kif inhuma inklużi mid-Direttiva “Omnibus I” u meħtieġa biex id-direttivi joperaw fil-kuntest tal-awtoritajiet il-ġodda, pereżempju bl-isem ġdid ta’ “EIOPA” minflok CEIOPS u billi jiġi żgurat li l-mezzi adatti jkunu disponibbli għall-iskambju tal-informazzjoni.

2.8

Din il-proposta taġġusta wkoll is-sistema eżistenti tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (Livell 2) għat-Trattat ta’ Lisbona. Id-Direttiva tas-Solvenza II daħlet fis-seħħ qabel it-Trattat il-ġdid. Għalhekk, hemm bżonn li l-Mandati eżistenti tal-Livell 2 jinbidlu f’mandati għall-atti delegati, għall-miżuri ta’ implimentazzjoni jew għall-istandards tekniċi regolatorji. Għandhom jiġu previsti proċeduri ta’ kontroll adatti.

2.9

Id-Direttiva tas-Solvenza II tintroduċi wkoll arranġamenti tranżizzjonali. Dan huwa meħtieġ biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni mingħajr xkiel għas-sistema l-ġdida. L-interruzzjonijiet tas-suq għandhom jiġu evitati, u għandu jkun possibbli wkoll li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq il-firxa sħiħa tal-prodotti importanti tal-assigurazzjoni.

3.   Emendi addizzjonali għad-Direttiva tas-Solvenza II

3.1

Fl-opinjoni tiegħu dwar id-Direttiva tas-Solvenza II (CESE 976/2008), il-KESE laqa’ l-isforzi fundamentali li saru biex tissaħħaħ l-industrija tal-assigurazzjoni u biex issir iktar kompetittiva, b’allokazzjoni aħjar tal-kapital, ġestjoni aħjar tar-riskju u rappurtar aħjar. F’dan ir-rigward, fil-fehma tal-KESE, is-Solvenza II tirrappreżenta wkoll ir-reazzjoni t-tajba fid-dawl tal-esperjenzji tal-kriżi finanzjarja reċenti. Huwa jappoġġja lill-Kummissjoni fl-approċċ tagħha li ma tagħmilx bidliet fundamentali lid-Direttiva tas-Solvenza II. Madankollu, f’każijiet fejn l-aġġustament tal-miżuri ta’ implimentazzjoni jidher li mhuwiex adatt, jista’ jkun hemm bżonn iktar bidlet f’oqsma speċifiċi li jkollhom ambitu limitat.

3.2

Tul iż-żmien, meta l-kriżi kkawżata mill-kummerċ fid-derivattivi tal-kreditu qajmet it-tħassib dwar kemm kienu sodi l-attivitajiet finanzjarji, tqajmet il-biża li t-tibdil żgħir fl-istandards tas-solvenza applikabbli għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni jintlaqat minn ipotesijiet ispirati minn tendenza li jiġu evitati r-riskji estremi. Il-KESE jirrikonoxxi l-istqarrijiet li għamlet il-Kummissjoni biex tikkonferma l-impenn tagħha għal perspettiva bilanċjata rigward dawn l-istandards. Huwa jappella lill-Kummissjoni biex tevita li toħloq problemi ta’ volatilità f’industrija fejn normalment l-impenji jittieħdu għat-tul.

3.3

Twettqu bosta ċikli ta’ studji ta’ impatt kwantitattivi minn mindu tnieda l-proċess ta’ riforma tas-Solvenza II, fejn l-iktar reċenti fosthom, magħruf bħala QIS 5, kien jinvolvi madwar żewġ terzi mis-suq Ewropew tal-assigurazzjoni. Ir-riżultati ġew ippubblikati dan l-aħħar mill-AEAPX u jeħtieġu iktar analiżi fil-fond. Mill-istudji ta’ impatt li twettqu, ħareġ b’mod ċar li l-iskedar u l-ambitu tal-migrazzjoni lejn is-sistema l-ġdida jista’ jkollhom konsegwenzi serji għad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-assigurazzjoni għall-komunitajiet, l-intrapriżi u l-familji, kif ukoll għall-kundizzjonijiet ta’ tħaddim tal-impriżi tal-assigurazzjoni.

3.4

Il-Kumitat itenni l-appoġġ preċedenti tiegħu għall-prinċipji tal-proporzjonalità u l-flessibbiltà. Huwa insista li dan għandu jwassal għal rekwiżiti ċari u adegwti, filwaqt li d-diversità tas-suq tal-assigurazzjoni, f’termini tad-daqs u n-natura tal-impriżi tal-assigurazzjoni, jistħoqqilhom il-kunsiderazzjoni adatta. Fl-istadju attwali, il-KESE jinsab imħasseb li l-implimentazzjoni tas-Solvenza II ser iġġib magħha livell ta’ kumplessità li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni ż-żgħar u ta’ daqs medju mhux ser ikunu jistgħu jlaħħqu miegħu.

3.5

Tfassil adatt tar-regoli tas-Solvenza II u tas-superviżjoni finanzjarja tal-UE huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-swieq tal-assigurazzjoni. Dawn l-għanijiet ser jiġu fil-periklu jekk ma naqbdux it-triq it-tajba minn issa.

Dewmien sal-1 ta’ Jannar 2013

3.6

Il-KESE japprova l-estensjoni ta’ xahrejn għad-data tal-implimentazzjoni tas-Solvenza II, li issa ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.

3.7

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li jkun aħjar li s-sistema l-ġdida tas-Solvenza II tinbeda bil-kalkolu, ir-rappurtar u l-ħtiġijiet l-oħra l-ġodda fil-bidu normali tas-sena finanzjarja għall-maġġoranza tal-impriżi tal-assigurazzjoni (1 ta’ Jannar) minflok matul is-sena finanzjarja, kif ipproponiet id-Direttiva tas-Solvenza II (1 ta’ Novembru). Konsegwentement, id-dati l-oħra tad-Direttiva tas-Solvenza II, b’mod speċjali rigward ir-regoli tranżizzjonali u l-klawżola tar-reviżjoni, iridu jiġu estiżi b’xahrejn ukoll, kif ġie pprovdut fl-Omnibus 2.

Sistema tranżizzjonali

3.8

Il-proposta tal-Kummissjoni tindirizza l-appell biex it-tranżizzjoni bejn l-istandards imtejba tas-Solvenza I u l-istandards tas-Solvenza II ikollha inqas xkiel, sabiex jiġu evitati l-interruzzjonijiet fis-suq. Il-gruppi b’attivitajiet kemm barra u ġewwa l-UE għandhom ikunu jistgħu jamministraw l-iżvilupp tan-negozju tagħhom b’mod iktar effettiv.

3.9

Huwa importanti li t-tranżizzjoni tkopri t-tliet pilastri tas-Solvenza II: Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li r-regoli tranżizzjonali għandhom ikunu possibbli għall-kalkoli, il-governanza u r-rappurtar. Hemm bżonn li jitqies l-impatt fuq il-firxa ta’ prodotti tal-assigurazzjoni li huma importanti għas-swieq nazzjonali. Il-ħames Studju ta’ Impatt Kwantitattiv (QIS5) għandu jitqies bħala sors ewlieni ta’ kunsiderazzjonijiet għar-rekwiżiti tranżizzjonali. Il-QIS5 żvela li hemm bżonn urġenti ta’ kunċett tranżizzjonali konsistenti (dħul/tneħħija gradwali), sabiex il-kumpaniji u s-superviżuri jkollhom żmien biżżejjed biex iħejju lilhom innifishom.

3.10

Il-KESE jirrakkomanda li ssir analiżi kif suppost dwar kif dawn ir-regoli tranżizzjonali jistgħu jintrabtu b’mod konsistenti mal-azzjonijiet superviżorji fil-każ li ma jikkonformawx mar-regoli l-ġodda. Tranżizzjoni mingħajr xkiel għandha tqis ukoll il-livelli attwali ta’ intervent superviżorju li jiżguraw li l-protezzjoni tal-persuni li jkollhom polza ma tkunx inqas milli hi llum.

3.11

Il-KESE jirrakkomanda li t-tranżizzjoni għandha tirreferi b’mod iktar ċar għall-istandards imtejba tas-Solvenza I bħala livell minimu (fakultattiv).

3.12

Rigward ir-rappurtar, il-KESE jirrakkomanda li ssir ħidma iktar dettaljata mhux biss dwar il-metodi iżda anke dwar il-kontenut u l-iskedar tar-rappurtar matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Billi hemm xi dubju dwar x’għandu jiġi inkluż fir-rapporti ta’ kull tliet xhur jew anke fil-parti tal-introduzzjoni, jidher li jkun aħjar li l-aġġustament għall-istandards tar-rappurtar jitħallew isiru wara l-1 ta’ Jannar 2013. Dan ikun essenzjali għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. B’mod partikolari, is-soċjetajiet tal-mutwalitajiet u assiguraturi oħra mingħajr aċċess għas-swieq tal-ishma m’għandhomx ikunu obbligati jissodisfaw l-istess obbligi ta’ rappurtar bħall-kumpaniji internazzjonali kkwotati fil-boroż li jkunu ħejjew il-kontijiet skont l-IFRS mill-bidu nett, jew li jkunu obbligati jaħdmu bl-istess skadenzi qosra.

Niżguraw il-garanziji fit-tul għall-pensjonijiet

3.13

Il-KESE enfasizza l-importanza ta’ assigurazzjoni tal-pensjonijiet li tkun soda u amministrata sew u tipi oħra ta’ provvista għax-xjuħija fil-kuntest tas-soċjetajiet tal-Ewropa li qed jixjieħu, l-iktar reċenti fil-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-pensjonijiet adegwati, sostenibbli u siguri fl-Ewropa (CESE 72/2011).

3.14

It-tħejjija ta’ politiki dwar il-kalkolu tar-rata tal-imgħax għall-pensjonijiet huma tal-ikbar importanza għat-termini li jiddeterminaw il-protezzjoni li jiksbu l-konsumaturi. Il-KESE jinsab imħasseb dwar l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax li qed tiġi diskussa bħalissa. Probabbilment ser twassal għal tnaqqis enormi fil-provvista u żieda fl-ispejjeż tal-prodotti tal-pensjoni.

3.15

F’dan ir-rigward, il-KESE jikkritika l-fatt li, skont il-proposta tal-Omnibus II tal-Kummissjoni, l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax u l-primjum għal nuqqas ta’ likwidità mhux ser jiġu determinati minn korpi leġislattivi. L-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax u r-riskju tar-rata tal-imgħax jiddeterminaw il-futur tal-provvista privata għax-xjuħija. Deċiżjoni politika daqshekk importanti ma tistax tittieħed biss fil-livell amministrattiv tal-AEAPX.

L-isfidi għall-AEAPX

3.16

F’livell iktar fundamentali, billi kemm din il-proposta kif ukoll il-miżuri tal-implimentazzjoni għad iridu jiġu adottati, l-iskeda għat-tnedija effettiva tas-Solvenza II tidher li hija waħda problematika. Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-istruzzjonijiet li ser jiġu ppubblikati tard. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħroġ tali struzzjonijiet minnufih jew li tippermetti termini ta’ aġġustament raġonevoli.

3.17

Il-KESE jirrikonoxxi wkoll l-ammont ta’ xogħol importanti li l-AEAPX assenjat lilha nnifisha, b’mod partikolari għax għadha fil-proċess ta’ espansjoni u għadha ma laħqitx il-livell ta’ persunal mistenni. Għaldaqstant, il-KESE jqis li l-proposta li qed tiġi kkunsidrata tista’ tisboq il-kapaċitajiet disponibbli tagħha, u jistenna lill-Kummissjoni tikkunsidra l-bilanċ tal-prijoritajiet li jridu jiġu assenjati.

3.18

Il-KESE huwa tal-fehma li għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa jekk l-AEAPX hijiex ser ikollha riżorsi biżżejjed għas-setgħat u l-kompiti assenjati lilha mit-tieni Direttiva Omnibus, b’mod partikolari rigward id-data dwar il-kontribut tekniku u l-medjazzjoni vinkolati, meta s-Solvenza II tidħol fis-seħħ. Il-proposta li l-AEAPX tiżviluppa abbozz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011 tidher kemxejn ambizzjuża.

3.19

Il-KESE huwa konxju mill-fatt li l-AEAPX għaddejja mill-proċess biex issaħħaħ il-persunal u l-għarfien tagħha. Ir-reġim tranżizzjonali għandu jirrifletti r-riżorsi mogħtija lill-AEAPX biex jiġu evitati l-interruzzjonijiet. Ir-riżorsi għandhom ikunu konformi mas-setgħat u l-kompiti.

3.20

Dan jista’ jaffettwa l-bilanċ tad-dmirijiet bejn il-korpi superviżorji tal-Istati Membri li għandhom iwettqu s-superviżjoni ta’ kuljum tal-kumpaniji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom b’mod konsistenti, u l-Awtorità l-ġdida.

3.21

F’livell iktar speċifiku, il-KESE jqis li s-superviżur tal-grupp għandu jkun ikkonfermat bi rwol ta’ tmexxija fl-approvazzjoni tal-mudelli interni tal-grupp sħiħ, u li d-direttiva m’għandha tħalli l-ebda dubju dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet rispettivi li jkunu nħolqu.

3.22

Il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha raġun tindirizza d-diversi rwoli tas-superviżuri nazzjonali u tal-awtorità superviżorja tal-assigurazzjoni tal-UE, l-AEAPX. Hija ħaġa importanti li b’mod adatt tiġi inkluża l-possibbiltà li l-AEAPX issolvi t-tilwim b’mod bilanċjat f’dawk l-oqsma fejn il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikun diġà previst mid-Direttiva tas-Solvenza II jew leġislazzjoni settorjali oħra.

Is-setgħa tal-implimentazzjoni

3.23

Il-KESE huwa tal-fehma li t-tħaddim tas-sistema ta’ Lamfalussy tal-implimentazzjoni tar-regolamenti finanzjarji fid-diversi livelli legali jeħtieġ sistema ta’ kaskata konsistenti biex jiġi żgurat li l-istandards tekniċi jibnu fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni. B’hekk, l-ebda kwistjoni ma tiġi regolata mingħajr bażi ta’ responsabbiltà politika, b’mod partikolari rigward is-sussidjarjetà, u l-enfasi tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tibqa’ uniformi u ċara.

3.24

Il-KESE jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għall-istandards tekniċi vinkolanti (Livell 3) fl-oqsma fejn il-miżuri ta’ implimentazzjoni (Livell 2) diġà ġew previsti. L-istandards tekniċi vinkolanti addizzjonali għandu jkollhom ambitu ristrett. Tkun ħaġa tajba jekk il-bilanċ futur bejn l-istituzzjonijiet Ewropej bid-delega tas-setgħat ikun iktar ċar.

3.25

Fil-fehma tal-KESE, il-prijoritizzazzjoni tal-istandards tekniċi vinkolanti tista’ tkun kruċjali biex tiġi żgurata l-kwalità tar-regoli armonizzati. Ċerti standards tekniċi implimentatorji jistgħu ma jkunux meħtieġa fil-bidu tas-Solvenza II u l-AEAPX tingħata iktar żmien biex tiżviluppahom u fl-istess ħin tqis il-prattika tal-industrija u l-esperjenzi tas-superviżuri. Standards tekniċi implimentatorji oħra jistgħu jiġu trattati bħala fakultattivi (“jistgħu”) u għandhom jiġu stabbiliti biss meta jkun hemm il-bżonn ta’ armonizzazzjoni fil-futur.

3.26

Għandha tingħata kunsiderazzjoni bir-reqqa lill-ambitu tas-setgħat delegati fil-qasam tal-istandards tekniċi. Ta’ min wieħed jistaqsi jekk id-densità mistennija tar-regolazzjoni hijiex verament neċessarja. Jekk ikun hemm id-dubji, għall-miżuri implimentatorji (Livell 2), m’għandu jiġi previst l-ebda standard tekniku ieħor (Livell 3), pereżempju Livell 3 ma jidhirx neċessarju fir-rigward tal-analiżi tar-riskju u s-solvenza proprji (ORSA), il-klassifika tal-fondi proprji jew il-fondi magħluqa (ring-fenced).

3.27

Ir-regoli f’diversi livelli ma jkunux trasparenti. Barra minn hekk, jista’ jkun li hemm devjazzjonijiet nazzjonali għall-istess suġġetti tar-regolazzjoni. Dan jinvolvi wisq kumplessità – b’mod partikolari għall-SMEs. Aspett li jrid jiġi kkunsidrat bir-reqqa wkoll huwa l-estensjoni proposta ta’ ċerti miżuri implimentatorji tal-kontenut.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/87


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reazzjoni għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni u għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji”

COM(2011) 52 finali

2011/C 218/16

Relatur Ġenerali: is-Sur WOLF

Nhar id-9 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reazzjoni għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni u għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji

COM(2011) 52 finali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-14 ta’ Marzu 2011.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma (Artikoli 20 u 57(1) tar-Regoli tal-Proċedura), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu tal-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju ) li jaħtar lis-Sur Wolf bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’118-il vot favur, vot wieħed kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat jilqa’ r-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti u jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fih. Jappoġġja wkoll ir-risposta li l-Kummissjoni tagħti għal dan ir-rapport fil-komunikazzjoni tagħha, li dwarha jesprimi ruħu b’mod speċifiku.

1.2   B’referenza wkoll għar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti, il-Kumitat jirrakkomanda b’mod partikolari li:

il-baġit intiż għall-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni jiżdied għal proporzjon tal-baġit totali li jirrifletti b’mod ċar l-importanza u l-piż li dan il-qasam jingħata fl-Istrateġija 2020,

l-appoġġ jiġi kkonċentrat fuq dawk il-kompiti li s-suċċess tagħhom jiddependi mill-kooperazzjoni transnazzjonali,

tinżamm u tissaħħaħ ir-riċerka kollaborattiva,

l-infrastrutturi l-kbar jiġu inklużi fl-appoġġ,

issir enfasi akbar fuq it-“teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ” (key enabling technologies), li mingħajrhom la nistgħu niffaċċjaw l-isfidi tal-kompetizzjoni globali u lanqas nindirizzaw it-temi soċjali l-kbar,

titwitta t-triq għal iktar parteċipazzjoni minn Stati Membri li s’issa kienu għadhom mhux irrappreżentati biżżejjed permezz ta’ konnessjonijiet imtejba bejn il-Fondi Strutturali u l-Programm Kwadru,

mill-inqas 20 % tal-baġit globali tal-programm għandu jkun disponibbli għar-R&Ż taħt it-tmexxija tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka,

il-proċeduri amministattivi jiġu ssemplifikati b’mod radikali u jiġi kkunsidrat moratorju għall-istrumenti ġodda.

1.3   Il-Kumitat jappella lill-Istati Membri li jissodisfaw għalkollox l-“obbligu ta’ 3 %” li għandhom u, jekk ikun possibbli mil-lat ekonomiku, jisbqu b’mod ċar dan l-għan.

1.4   B’referenza għat-terminoloġija użata għat-tliet kategoriji ta’ riċerka fir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti, il-Kumitat għandu xi riżervi dwar il-kunċett “xjenza għax-xjenza” (“science for science”). Jirrakkomanda li floku jintuża l-kunċett “xjenza għall-għarfien” (“science for knowledge”).

1.5   Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti rigward il-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF). Huwa jaqbel mal-evalwazzjoni ppreżentata fir-rapport u huwa tal-fehma li l-RSFF hija strument finanzjarju utli ħafna li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni.

2.   Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni

2.1   B’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill twettqet evalwazzjoni interim tas-Seba’ Programm Kwadru (FP7) (1) minn grupp ta’ esperti esterni. Ir-rapport fih għaxar rakkomandazzjonijiet ċari u sinifikanti ħafna. Dwar dan ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, ħarġet il-komunikazzjoni msemmija hawn fuq, li fiha tirrispondi għar-rakkomandazzjonijiet mogħtija fl-evalwazzjoni interim.

L-opinjoni preżenti tal-Kumitat tikkummenta fuq din il-komunikazzjoni, u b’hekk anki fuq ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti u r-rakkomandazzjonijiet mogħtija fih.

2.2   Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tittratta b’mod partikolari l-punti li ġejjin tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti:

1)

Biex jiġu avvanzati ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u l-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, li jintegraw il-bażi tar-riċerka.

2)

Biex jiġu żviluppati u implimentati infrastrutturi tar-riċerka ta’ kwalità għolja.

3)

Il-livell tal-finanzjament għandu, tal-anqas, jinżamm.

4)

Jeħtieġ li jkun hemm strateġija ta’ innovazzjoni artikolata sewwa.

5)

Jeħtieġ qabża kbira fis-semplifikazzjoni.

6)

It-taħlita tal-miżuri ta’ finanzjament fl-FP7 u l-programmi suċċessuri għandhom iżommu bilanċ differenti bejn l-approċċ li jimxi minn isfel għal fuq u l-approċċ li jimxi minn fuq għal isfel fir-riċerka.

7)

Għandu jitqies moratorju fuq strumenti ġodda.

8)

Għandhom jittieħdu passi oħra sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-FP7 fis-snin li ġejjin.

9)

Li titwitta t-triq għal iktar parteċipazzjoni minn Stati Membri li ma jkunux irrappreżentati biżżejjed, permezz ta’ konnessjonijiet imtejba bejn il-Fondi Strutturali u l-FP.

10)

Il-ftuħ tal-FP7 għal kooperazzjoni internazzjonali.

2.3   B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tapprova dawn ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti u tesprimi wkoll l-intenzjoni tagħha li fil-Programm Kwadru li jmiss tagħtihom il-kunsiderazzjoni li jistħoqqilhom. Madankollu, il-Kummissjoni żżid ukoll ċerti bidliet pjuttost żgħar fl-enfasi u tagħti xi spjegazzjonijiet jew interpretazzjonijiet.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-Kumitat jagħraf li r-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti u l-komunikazzjoni li fiha l-Kummissjoni tesprimi l-opinjoni tagħha dwaru jiffurmaw il-bażi tal-Green Paper (2) tal-Kummissjoni li fiha jiġu ppreżentati l-prinċipji li hija beħsiebha tadotta għall-promozzjoni futura tar-riċerka u l-innovazzjoni. Għaldaqstant, dawn iż-żewġ dokumenti huma aktar importanti minn evalwazzjoni interim normali.

3.2   Il-Kumitat jinnota b’sodisfazzjon kbir li, fil-parti l-kbira tagħhom, ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti msemmija hawn fuq (punt 2.2) jaqblu b’mod estensiv mal-istqarrijiet u r-rakkomandazzjonijiet li l-Kumitat għamel diġà f’opinjonijiet preċedenti.

3.3   Il-Kumitat iwieġeb għall-kummenti tal-Kummissjoni dwar xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti kif ġej:

3.3.1   Biex jiġu avvanzati ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u l-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, li jintegraw il-bażi tar-riċerka.

Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti li l-appoġġ tal-UE għandu jiġi kkonċentrat fuq dawk l-oqsma li fihom il-massa kritika hija vitali u s-suċċess jiddependi mill-kooperazzjoni transnazzjonali. Fil-fehma tal-Kumitat, dan japplika b’mod partikolari għar-riċerka kollaborattiva li hija ta’ suċċess, li taqdi rwol prinċipali deċiżiv u integrattiv, u li għandha tinżamm u tiġi żviluppata.

3.3.2   Biex jiġu żviluppati u implimentati infrastrutturi tar-riċerka ta’ kwalità għolja.

Kif diġà esprima f’opinjonijiet preċedenti, il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ. Billi l-infrastrutturi prinċipali ġeneralment jeċċedu l-kapaċità tal-Istati Membri individwali li jiffinanzjawhom u jużawhom, huma jissodisfaw il-kundizzjoni stabbilita f’punt 3.3.1, u għalhekk għandhom jingħataw appoġġ affidabbli mill-Kummissjoni matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u l-operat tagħhom.

3.3.3   Il-livell tal-finanzjament għandu, tal-anqas, jinżamm.

Filwaqt li r-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti jgħid li l-persentaġġ tal-baġit totali tal-UE li ser ikollu l-FP7 meta jintemm għandu jitqies bħala minimu (“The percentage of the total EU budget that FP7 will have when it ends should be regarded as a minimum”) – li skont il-Kumitat din hija pożizzjoni minima li għandha tiġi appoġġjata – il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni turi attitudni saħansitra iktar difensiva f’dan ir-rigward. Il-Kumitat huwa mħasseb immens dwar din it-tendenza; din tmur kontra l-istqarrijiet u l-għanijiet politiċi preċedenti kollha b’rabta mal-Istrateġija 2020. Għaldaqstant, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-atturi politiċi kollha responsabbli f’dan ir-rigward biex jagħtu lir-riċerka u l-innovazzjoni l-istatus u l-piż meħtieġa fil-baġit tal-UE u fl-Istrateġija Ewropa 2020.

3.3.4   Jeħtieġ li jkun hemm strateġija ta’ innovazzjoni artikolata sewwa.

Il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ u jirreferi għall-opinjonijiet tiegħu INT/545 (3) u INT/571. L-innovazzjonijiet iwasslu għall-progress, it-tkabbir, il-prosperità, is-sigurtà soċjali, il-kompetittività internazzjonali u l-impjieg. Huma jirrikjedu u jsaħħu klima soċjali ta’ assigurazzjoni u ta’ fiduċja fl-individwi li, fid-dawl tas-sitwazzjoni globali tal-kompetizzjoni, jistgħu jwasslu għal iktar progress u dinamika kostruttiva. Sabiex l-innovazzjonijiet jikbru sew, hemm bżonn approċċ Ewropew u suq uniku Ewropew fejn iż-Żona Ewropea tar-Riċerka bi Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp b’saħħtu taqdi rwol ċentrali.

3.3.5   Jeħtieġ qabża kbira fis-semplifikazzjoni.

Il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ u jirreferi għall-opinjoni (4) tiegħu dwar dan is-suġġett (għalkemm il-metafora “quantum leap” hija interpretazzjoni ħażina tat-terminu korrispondenti fil-fiżika). L-għadd dejjem ikbar ta’ proġetti u strumenti differenti li bosta drabi jkollhom regoli u proċeduri differenti ħafna, sar waħda mill-problemi prinċipali tal-finanzjament tar-riċerka mill-UE. Din il-kumplessità hija aggravata mid-differenzi, kultant kbar, bejn ir-regoli fl-Istati Membri individwali u l-kontributuri nazzjonali tagħhom. Għalhekk, tinħtieġ semplifikazzjoni radikali li tinkludi l-aċċettazzjoni tal-prattiki tal-kontabbiltà normali tal-Istati Membri.

3.3.6   It-taħlita tal-miżuri ta’ finanzjament fl-FP7 u l-programmi suċċessuri għandhom iżommu bilanċ differenti bejn l-approċċ li jimxi minn isfel għal fuq u l-approċċ li jimxi minn fuq għal isfel fir-riċerka.

Korrett, jekk dan ifisser li l-approċċi li jimxu minn isfel għal fuq għandhom jingħataw piż akbar. Filwaqt li l-approċċi li jimxu minn fuq għal isfel jirriżultaw minn perspettiva strateġika tal-partijiet interessati ewlenin fuq il-bażi tal-istat tal-għarfien preżenti, l-approċċi li jimxu minn isfel għal fuq jużaw il-potenzjal kreattiv tax-xjenzati u l-inġiniera li jkunu qed jaħdmu direttament fuq dak li jrid jiġi investigat jew imtejjeb. Anke rigward kwistjonijiet soċjali prinċipali bħas-saħħa, il-klima u l-enerġija, jew rigward it-teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ, għandha ssir enfasi akbar fuq il-proposti u l-idea li jaslu minn isfel għal fuq permezz tal-komunità tal-għarfien wiesa’, pjuttost milli fuq id-direttivi li jkunu ġejjin minn fuq biss. “[I]l-politika tal-innovazzjoni [għandha tiġi mmirata] lejn innovazzjonijiet organizzattivi u dawk li jitmexxew mill-impjegati fil-post tax-xogħol (5)”;

3.3.7   Għandu jitqies moratorju fuq strumenti ġodda.

Korrett, bħalma diġà ntqal f’numru ta’ opinjonijiet tal-Kumitat li jindirizzaw il-problema tal-proliferazzjoni dejjem akbar ta’ strumenti. Dan jirreferi direttament ukoll għall-punt 3.3.5. Jekk ma jitqisux suffiċjenti f’dan ir-rigward l-istqarrijiet ċari tar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti (6), l-istrumenti ta’ appoġġ għandhom jiġu eżaminati flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ utenti b’tali mod li jiġi stabbilit liema kienu ta’ suċċess, sabiex imbagħad jiġu mneħħija jew ristretti dawk l-istrumenti inqas utli.

3.3.8   Għandhom jittieħdu passi oħra sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-FP7 fis-snin li ġejjin.

Korrett: l-ewwel nett, dan jirrikjedi l-inkoraġġiment biex aktar nisa jistudjaw ix-xjenza u t-teknoloġija. Imbagħad, dan japplika wkoll għall-kwistjoni aktar ġenerali relatata mas-sess, jiġifieri l-kwistjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet professjonali. Rigward il-karrieri fir-R&Ż, kwistjoni speċifika hija li jingħataw possibbiltajiet suffiċjenti għal karrieri doppji (7) li huma partikolarment importanti minħabba l-mobbiltà meħtieġa tar-riċerkaturi.

3.3.9   Li titwitta t-triq għal iktar parteċipazzjoni minn Stati Membri li ma jkunux irrappreżentati biżżejjed, permezz ta’ konnessjonijiet imtejba bejn il-Fondi Strutturali u l-FP.

Korrett: ara wkoll l-opinjoni tal-KESE dwar il-Green Paper. Il-KESE jappoġġja dak li jintqal fil-Green Paper tal-Kummissjoni (8) f’dan il-kuntest: “Fl-aħħar nett, eċċellenza ta’ livell dinji jista’ biss ikollha suċċess f’sistema li fiha r-riċerkaturi madwar l-UE kollha huma pprovduti bil-mezzi biex jiżviluppaw u jersqu lejn l-eċċellenza u eventwalment ikunu jistgħu jikkompetu biex jilħqu l-quċċata. Dan jitlob li l-Istati Membri jsegwu aġendi ambizzjużi tal-immodernizzar għal bażi ta’ riċerka pubblika tagħhom u jsostnu wkoll il-finanzjament pubbliku. Il-finanzjament tal-UE, ukoll permezz tal-Fondi għall-politika ta’ koeżjoni, għandhom jgħinu sabiex jinbena livell ta’ eċċellenza fejn u kif xieraq.”

3.3.10   Il-ftuħ tal-FP7 għal kooperazzjoni internazzjonali.

Korrett: il-Kumitat diġà esprima l-appoġġ tiegħu għal din l-azzjoni importanti (9). Il-kooperazzjoni internazzjonali għandha impatt favorevoli fuq il-progress xjentifiku u tekniku kif ukoll fuq il-fehim bejn in-nazzjonijiet. Għandu jiġi rikonoxxut il-fatt li f’dan ir-rigward diġà nkiseb ħafna. Madankollu, is-suċċess tal-kooperazzjoni internazzjonali jiddependi wkoll minn kemm iż-Żona Ewropea tar-Riċerka tkun attraenti u mill-prestazzjoni tal-universitajiet u l-istituti tar-riċerka Ewropej.

3.4   Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti rigward il-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF). Huwa jaqbel mal-evalwazzjoni ppreżentata fir-rapport u huwa tal-fehma li l-RSFF hija strument finanzjarju utli ħafna li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa jfakkar ukoll it-talbiet tiegħu dwar il-kapital ta’ riskju, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ħolqien tal-intrapriżi, pereżempju f’punt 4.8 tal-opinjoni tiegħu dwar “Unjoni tal-Innovazzjoni” (10).

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   F’din is-sezzjoni tal-opinjoni l-Kumitat jixtieq jindirizza dawk l-aspetti li fil-fehma tiegħu ma ġewx ittrattati b’mod adegwat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni jew li jeħtieġu kumment dwar ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti.

4.2   Teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ

Il-Kummissjoni diġà ddedikat komunikazzjoni għall-importanza li pożizzjoni minn ta’ quddiem fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ għandha għall-kompetittività globali, u l-KESE ħareġ opinjoni (11) li tirreferi għal din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. L-iżvilupp u d-disponibbiltà tat-teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ huma kundizzjoni vitali biex l-ekonomija Ewropea tiffaċċja l-kompetizzjoni globali u ssolvi l-kompiti li joħolqu l-isfidi soċjali l-kbar. Madankollu, il-komunikazzjoni li qed tiġi diskussa hawnhekk ma tagħtix importanza suffiċjenti lil dan is-suġġett essenzjali. Għaldaqstant, il-Kumitat jirrakkomanda b’mod espliċitu li din il-kwistjoni tingħata viżibbiltà u piż akbar waqt il-preparamenti għall-FP8.

4.3   Kunsill Ewropew għar-Riċerka

Fir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti u l-komunikazzjoni relatata tal-Kummissjoni ma jsirx biżżejjed riferiment għas-suċċess li diġà huwa evidenti tal-parti mill-programm “Ideat”, li hi vvalutata u mmexxija mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u għall-istandard għoli tal-ħidma li ssir f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li għal din il-parti mill-programm jiġu allokati 20 % mill-baġit totali tal-FP8.

4.4   Terminoloġija

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi l-kbar, ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti jirrakkomanda l-istruttura li ġejja għall-programm:

Science for science (Xjenza għax-xjenza) – ir-riċerkaturi jistabbilixxu l-aġenda,

Science for competitiveness (Xjenza għall-kompetittività) – l-industrija tistabbilixxi l-aġenda,

Science for society (Xjenza għas-soċjetà) – l-atturi tas-soċjetà ċivili jistabbilixxu l-aġenda.

Il-KESE jidhirlu li dawn it-titoli ntgħażlu bir-reqqa u b’mod intelliġenti, iżda jinsab imħasseb li jista’ jkun li ma jirriflettux tajjeb biżżejjed ir-relazzjoni kumplessa bejn l-approċċ li jimxi minn isfel għal fuq u l-approċċ li jimxi minn fuq għal isfel, jew bejn ir-riċerka bażika u r-riċerka applikata. F’dan ir-rigward huwa jirreferi għall-opinjoni tiegħu INT/571, u f’dan il-punt jenfasizza biss li fil-fatt ma teżisti l-ebda “xjenza għax-xjenza” (“science for science”), iżda teżisti biss “xjenza għall-għarfien” (“science for knowledge”). It-tliet kategoriji msemmija fir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti aktar jikkonċernaw il-kwistjoni ta’ jekk l-għarfien il-ġdid li huwa mistenni bħala riżultat ta’ kull riċerka partikolari jitqiesx awtomatikament rilevanti u utli għas-soluzzjoni tal-problemi, u jekk iva, sa liema punt.

4.4.1   Il-Kumitat jirreferi wkoll għal dak li qal fl-opinjoni tiegħu INT/545 dwar l-innovazzjonijiet li jżidu l-ammont ta’ għarfien u dwar dawk rivoluzzjonarji. F’din l-opinjoni joħroġ ċar li l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li fetħu t-triq ma ħarġux – jew rarament ħarġu – mill-industriji diġà eżistenti, iżda huma ħolqu industriji u setturi kompletament ġodda li ma kinux jeżistu qabel.

4.4.2   Għaldaqstant, il-Kumitat jirrakkomanda li din it-terminoloġija, minkejja li hija konċiża u tiġbor l-essenzjali, terġa’ tiġi kkunsidrata sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ diżgwid li jista’ jwassal għal deċiżjonijiet ħżiena u allokazzjonijiet żbaljati tar-riżorsi.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Disponibbli onlajn minn hawn: http://ec.europa.eu/research/evaluations.

(2)  COM(2011) 48 finali.

(3)  CESE 524/2011 – Unjoni tal-Innovazzjoni.

(4)  Pereżempju, ĠU C 48, 15.2.2011, p. 129-133.

(5)  CESE 543/2011 – Postijiet tax-xogħol innovattivi, punt 2.6.

(6)  Dwar dan ara r-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti mill-punt 4.3 ’l quddiem.

(7)  CESE 305/2004, b’mod partikolari punt 5.5.5.2, ĠU C 110, 30.4.2004, p. 3 (mhux disponibbli bil-Malti).

(8)  COM(2011) 52 finali.

(9)  ĠU C 306, 16.12.2009.

(10)  ĠU C 132, 3.5.2011, pġ.39 (Unjoni tal-Innovazzjoni).

(11)  ĠU C 48, 15.2.2011, p. 112.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/91


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur”

COM(2010) 386 finali

2011/C 218/17

Relatur: is-Sur PÎRVULESCU

Nhar l-20 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur

COM(2010) 386 finali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-24 ta’ Marzu 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’167 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Fid-dawl tal-fatt li l-effetti tal-kriżi ekonomika attwali għadhom qed jinħassu bis-sħiħ, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-periklu li qed jikber tar-radikalizzazzjoni, kemm fir-rigward tat-terroriżmu mqanqal mir-reliġjon u l-ideoloġija. Ir-rispett tad-drittijiet fundamentali għandu jikkostitwixxi kriterju fundamentali ta’ valutazzjoni meta tkun qed tiġi ppjanata u implimentata l-politika kontra t-terroriżmu.

1.2   Il-KESE jirrakkomanda li jiġi analizzat mill-ġdid l-aspett tal-prevenzjoni, u għandha tiżdied dimensjoni ġdida fis-sors, bil-għan li tiżviluppa r-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni u ssib tarf it-tensjonijiet fi stadju bikri. Din hija dimensjoni trasversali marbuta kemm mal-politika kontra t-terroriżmu kif ukoll ma’ politiki oħra tal-UE u tal-Istati Membri, pereżempju dawk fil-qasam taż-żgħażagħ, il-kultura, l-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-ħajja politika u ċivika.

1.3   Il-KESE jirrakkomanda li fid-dokumenti uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-korpi speċjalizzati tintuża l-espressjoni “terroriżmu mqanqal mill-bigotterija, ir-razziżmu u l-ksenofobija” minflok “terroriżmu Iżlamiku”.

1.4   Il-KESE jissuġġerixxi li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali jfasslu l-politiki tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli dwar id-dinamika tat-terroriżmu. Fid-dawl tal-varjetà tal-fenomenu, huwa żball li tiġi adottata politika waħda li tapplika għas-sitwazzjonijiet kollha, peress li din tkun għalja u ineffikaċi biex tiġi attwata. Barra minn hekk, għandu jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità, sabiex ir-rispons, l-isforzi u l-ispejjeż ikunu adattati għall-iskala tat-theddid ta’ din ix-xorta.

1.5   Il-KESE jirrakkomanda li minbarra l-erba’ oqsma ta’ azzjoni (il-prevenzjoni, il-protezzjoni, il-persegwiment u r-rispons) u l-aspetti trasversali (ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-kooperazzjoni internazzjonali u s-sħubijiet mal-pajjiżi terzi, u l-finanzjament), id-dokumenti strateġiċi dwar il-politika tal-UE kontra t-terroriżmu għandhom iqisu wkoll it-tipi ta’ terroriżmu skont il-motivazzjoni u l-frekwenza (separatist, xellugi estrem jew anarkist, lemini estrem, marbut ma’ kawża partikolari u terroriżmu mqanqal mir-reliġjon). Din l-istruttura strateġika għandha tgħin lill-gvernijiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet ikkonċernati l-oħra jadattaw l-approċċ u l-istrumenti tagħhom għall-isfidi speċifiċi tat-tipi differenti ta’ terroriżmu.

1.6   Il-KESE jissuġġerixxi li l-istrateġija speċifika tal-UE għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ tat-terroristi u l-pjan ta’ azzjoni korrispondenti għandhom jinkludu miżuri konkreti bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni u għandhom jibnu fuq, fost oħrajn, il-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

1.7   Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-gvernijiet nazzjonali jivvalutaw bir-reqqa l-impatt ekonomiku tal-miżuri tas-sigurtà fuq l-attivitajiet tal-operaturi privati. Iwissi li l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għaljin u l-proċeduri kkumplikati jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-attivitajiet tal-operaturi ekonomiċi u taċ-ċittadini.

1.8   Il-KESE jwissi li l-użu illegali jew b’mod mhux adatt ta’ informazzjoni personali, li ta’ spiss hija delikata, assoċjat maż-żieda fis-setgħat tal-awtoritajiet, jista’ jwassal għal diskriminazzjoni u l-istigmatizzazzjoni ta’ persuni jew gruppi speċifiċi.

1.9   Sabiex tissaħħaħ il-kredibilità tal-politika kontra t-terroriżmu u l-importanza tal-problema tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2007 dwar l-użu allegat tal-pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasportazzjoni u ż-żamma illegali ta’ priġunieri, sabiex titwettaq valutazzjoni tal-leġislazzjoni kontra t-terroriżmu fil-livell tal-Istati Membri u ta’ proċeduri oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet ta’ dan it-tip.

1.10   Il-KESE jirrakkomanda li l-Unjoni Ewropea tippromovi b’iktar determinazzjoni mudell ta’ ġlieda kontra t-terroriżmu, li jkun ibbażat fuq standards u proċeduri demokratiċi, f’pajjiżi fejn il-politika kontra t-terroriżmu tista’ tikkomprometti d-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali.

2.   Introduzzjoni

2.1   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tipprovdi l-elementi essenzjali ta’ valutazzjoni politika tal-istrateġija attwali tal-UE kontra t-terroriżmu, b’konformità mat-talba tal-Parlament Ewropew, u tirrappreżenta fażi preparatorja importanti fil-qafas tal-istrateġija usa’ tas-sigurtà interna.

2.2   Huwa partikolarment importanti li jiġu kkunsidrati l-kisbiet preċedenti u jsiru t-tħejjijiet għall-isfidi tal-ġejjieni fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u tal-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma multiannwali ġdid u pjan ta’ azzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà (il-“programm ta’ Stokkolma”). Għaldaqstant, valutazzjoni ta’ dan it-tip hija neċessarja. Il-Komunikazzjoni tissejjes fuq u tikkomplementa l-miżuri u l-inizjattivi fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu identifikati fil-programm ta’ Stokkolma (1) u l-pjan ta’ azzjoni li jimplimenta dan il-programm (2), li jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet futuri tal-UE.

2.3   L-istrateġija adottata mill-UE fl-2005 kontra t-terroriżmu (3), li tibqa’ l-qafas ta’ referenza prinċipali għall-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam, hija bbażata fuq erba’ oqsma ta’ azzjoni: il-prevenzjoni, il-protezzjoni, il-persegwiment u r-rispons. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ssegwi din l-istruttura. Għal kull waħda minn dawn l-oqsma ta’ azzjoni, ġew enfasizzati għadd ta’ kisbiet importanti u ġew identifikati għadd ta’ sfidi għall-ġejjieni.

2.4   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-valutazzjoni integrata tal-politika tal-Unjoni Ewropea kontra t-terroriżmu u huwa tal-fehma li dan huwa pass importanti bil-għan li jkun hemm viżjoni bbilanċjata tat-theddid terroristiku u l-istrumenti għall-ġlieda kontrih.

2.5   Il-KESE jitlob li l-istrateġija riveduta kontra t-terroriżmu, l-istess bħall-istrateġija għas-sigurtà interna li tnediet reċentement, tistabbilixxi għanijiet u strumenti li permezz tagħhom jiġi evitat li l-elementi essenzjali tas-sigurtà tal-individwu jikkompromettu l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dawn il-libertajiet u d-drittijiet jirrappreżentaw il-pedament tal-istat tad-dritt u tas-soċjetà demokratika u fl-ebda każ ma jistgħu jiġu sospiżi jew limitati.

2.6   Il-KESE diġà ħareġ żewġ opinjonijiet li indirizzaw b’mod dirett il-kwistjoni tal-politika kontra t-terroriżmu. Dawn iż-żewġ dokumenti ffukaw fuq il-prevenzjoni u, b’mod partikolari, fuq il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, u t-tnejn li huma taw ħarsa ġenerali lejn il-pożizzjoni tal-Kumitat. Din l-opinjoni għandha l-għan li teżamina u tifformula mill-ġdid dawn iż-żewġ dokumenti, b’mod li tikkontribwixxi għad-direzzjoni l-ġdida tal-politika kontra t-terroriżmu, fid-dawl tat-tendenzi ġodda f’dan il-qasam.

3.   Osservazzjonijiet ġenerali

3.1   Il-kriżi ekonomika laqtet b’mod strutturali mhux biss l-ekonomiji Ewropej, iżda wkoll ir-relazzjonijiet soċjali, politiċi u kulturali fi ħdan l-Ewropa. Hija dgħajfet ir-rabtiet ta’ solidarjetà bejn iċ-ċittadini, il-gruppi u l-istituzzjonijiet politiċi. F’dan il-kuntest, it-telf ta’ fiduċja u l-intolleranza fil-konfront tal-minoranzi nfirxu bħal leħħa ta’ berqa, tant li dawn tal-aħħar kellhom jadottaw pożizzjoni difensiva.

3.2   Il-KESE huwa tal-fehma li l-politika tal-UE kontra t-terroriżmu tirrappreżenta qasam kumpless u delikat, li jitlob li l-esiġenza li jiġu garantiti s-sigurtà, l-iżvilupp teknoloġiku u l-istrumenti leġislattivi għandha dejjem tkun marbuta ma’ sistema soda għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

3.3   Fid-dawl tal-aspetti differenti tat-terroriżmu u l-kawżi fundamentali marbuta miegħu, il-KESE jirrakkomanda li l-politika tal-UE kontra t-terroriżmu tiġi kkompletata minn viżjoni ta’ integrazzjoni u kooperazzjoni politika li xxejjen kwalunkwe att terroristiku. Huwa importanti li fid-dibattitu dwar il-prevenzjoni, jissaħħu mill-aktar fis ċerti għanijiet, bħall-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u t-titjib tal-kwalità tal-impjiegi, b’mod partikolari fil-qafas tad-dimensjoni soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020.

3.4   L-aħħar rapport tal-Europol jipprovdi informazzjoni importanti dwar id-dinamika tat-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea (4). Fl-2009, in-numru tal-attakki terroristiċi, kemm dawk li fallew jew twaqqfu milli jsiru kif ukoll dawk imwettqa, naqas. Meta mqabbel mal-2007, in-numru tal-attakki naqas bin-nofs, li jirrifletti biċ-ċar li n-numru qiegħed kulma jmur jonqos.

3.5   Inbidlu mhux biss l-impatt iżda saħansitra l-istruttura tal-attakki. Fl-2009, l-aktar tipi komuni kienu l-attakki separatisti (257), u mbagħad dawk imwettqa minn estremisti tax-xellug jew anarkisti (40), dawk minn estremisti leminija (4), u fl-aħħar nett, dawk marbuta ma’ kawżi partikolari (2). Tajjeb ngħidu li t-terroriżmu mqanqal mir-reliġjon, li huwa perċepit mill-pubbliku inġenerali bħala l-aktar tip komuni u perikoluż tat-terroriżmu, huwa fil-fatt l-aktar tip ta’ attakk rari, u kien hemm attakk wieħed ta’ dan it-tip fl-2009 (fl-Italja).

3.6   Il-KESE jiddispjaċih għat-telfa ta’ ħajjiet u d-danni materjali kkawżati mill-attivitajiet terroristiċi. Madankollu, il-fatt li n-numru tal-atti terroristiċi qed jonqos juri li t-terroriżmu jista’ jitrażżan permezz ta’ taħlita intelliġenti u għaqlija ta’ politiki u miżuri. Il-politiki kontra t-terroriżmu għandhom jindirizzaw dan il-fenomenu fid-dawl taż-żona ta’ fejn isir, il-motivazzjoni, it-tip u l-kawżi marbuta miegħu.

3.7   Fid-dawl tad-differenzi sostanzjali bejn il-perċezzjoni pubblika tat-terroriżmu u s-sitwazzjoni fil-prattika, il-KESE jitlob lill-gvernijiet u lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħtu sehemhom biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-kawżi, id-dimensjonijiet u l-effetti tiegħu. Iwiddeb kontra r-riskju ta’ informazzjoni inkorretta u inkompleta dwar il-fenomenu u jenfasizza wkoll il-periklu li t-theddida terroristika tinbidel f’argument favur l-esklużjoni soċjali, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni. Peress li l-għan tat-terroriżmu huwa li jxerred il-biża’; jekk nesaġeraw it-theddid terroristiku, inkunu qegħdin naqdu l-interessi ta’ dawk li jistgħu jwettqu azzjonijiet ta’ din ix-xorta. Min-naħa l-oħra, hemm bżonn li tiġi evitata t-tendenza li jiġi żviluppat “suq tat-terroriżmu” li jiġġustifika l-interess speċjali tal-partijiet ekonomiċi u istituzzjonali differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-theddid terroristiku.

3.8   Hemm dinamika interessanti fir-rigward tal-persegwiment u l-kastigi marbuta ma’ reati terroristiċi. Il-biċċa l-kbira tal-arresti saru fuq il-bażi li l-persuni suspettati huma membri ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi, u mhux minħabba reati marbuta direttament mat-tħejjija jew it-twettiq tal-attakki terroristiċi. Dan juri li l-awtoritajiet nazzjonali qed jirnexxilhom iwaqqfu t-tħejjija jew it-twettiq ta’ attakki terroristiċi f’fażi bikrija.

3.9   L-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija f’dan il-qasam, u b’mod partikolari fil-qasam tas-sorveljanza, il-ġbir u l-ħżin tad-data, għandhom jiġu adattati skont il-gravità tat-theddid. Il-politika kontra t-terroriżmu m’għandhiex tiġi trasformata f’intrużjoni fil-ħajja privata taċ-ċittadini, għaliex tista’ tinkoraġġixxi pjuttost milli trażżan sens ġenerali ta’ insigurtà, u tista’ tnaqqar mill-fiduċja fil-konfront tal-azzjonijiet tal-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE.

3.10   Il-KESE huwa tal-fehma li s-soċjetà ċivili Ewropea għandha rwol importanti x’taqdi fit-trażżin tat-theddid terroristiku. Ikun tajjeb li, anke jekk hija diversifikata ħafna mil-lat ta’ valuri, modi ta’ organizzazzjoni u mezzi promossi ta’ azzjonijiet, is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta fid-dimensjonijiet kollha tal-politika kontra t-terroriżmu, u b’mod partikolari fil-fażi tal-prevenzjoni. Bl-istess mod, is-soċjetà ċivili tista’ taqdi rwol fit-tħejjija ta’ mudell għall-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u s-solidarjetà li għandu jiġi qabel il-prevenzjoni fil-veru sens tal-kelma, jiġifieri l-fażi meta l-individwi diġà huma lesti jwettqu azzjonijiet terroristiċi (5).Il-KESE jaħseb li l-aktar mod effikaċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu huwa li jiġu indirizzati l-kawżi pjuttosti milli l-effetti.

3.11   Il-KESE huwa tal-fehma li s-soċjetà ċivili Ewropea tista’ sservi ta’ pont bejn iċ-ċittadini, il-gvernijiet nazzjonali u lokali u l-komunitajiet u l-gruppi li jistgħu jiġu involuti f’azzjonijiet terroristiċi. Tista’ taqdi rwol partikulari, li jikkomplementa l-interventi pubbliċi, waqt li tibbaża fuq strumenti u programmi speċifiċi, pereżempju l-medjazzjoni jew l-edukazzjoni.

4.   Kummenti speċifiċi

Il-kisbiet u l-isfidi ewlenin tal-UE għall-ġejjieni

4.1   Prevenzjoni

4.1.1   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, dan l-aħħar, l-istrateġija ħadet direzzjoni ġdida favur il-prevenzjoni. Fil-qafas tal-programm ta’ Stokkolma, dan il-qasam ta’ azzjoni ser jissaħħaħ fil-ħames snin li ġejjin, u ser tiġi indirizzata r-riċerka fil-qasam tas-sigurtà, kif ukoll l-aspetti politiċi u dawk marbuta mas-soċjetà. Huwa tal-fehma wkoll li huwa għaqli li l-problema tal-użu tal-internet għal skopijiet terroristiċi – għall-komunikazzjoni, il-finanzjament, it-taħriġ, ir-reklutaġġ u l-propaganda – qed tiġi trattata bħala prijorità. Madankollu, is-sorveljanza ta’ dawn l-iskambji fuq l-internet m’għandhiex tiżviluppa fi strument li jista’ jkollu impatt fuq il-ħajja privata taċ-ċittadini.

4.1.2   Il-KESE appoġġa l-inizjattiva li titħejja strateġija speċifika tal-UE għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għat-terroriżmu (6), li għandha tliet għanijiet: li xxekkel l-attivitajiet tan-netwerks u l-individwi li jiġbdu lejhom rekluti ġodda bil-għan li jissieħbu fi gruppi terroristiċi; li tiżgura li l-fehma tal-maġġoranza tegħleb il-fehmiet estremisti u li tippromovi d-demokrazija, is-sigurtà, il-ġustizzja, id-demokrazija u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Il-KESE jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-valutazzjonijiet intermedjarji tal-implimentazzjoni tal-istrateġija u huwa lest li jgħin biex jaġġusta l-istrateġija fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati. Josserva però li l-aħħar pjan ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu ma jinkludi l-ebda inizjattiva fis-sezzjoni dwar l-indirizzar tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni, jinsabu fejn jinsabu fl-UE u l-promozzjoni tal-integrazzjoni fit-tul meta dan ikun meħtieġ (7).

4.1.3   Għalkemm il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-attenzjoni mogħtija lill-prevenzjoni, jenfasizza li din ma tippermettix li l-kawżi tat-terroriżmu jiġu indirizzati b’mod adegwat. Bħalma diġà osserva l-Kumitat, “wieħed jista” jispjega għadd ta’ atti terroristiċi bħala r-riżultat tal-proċess ta’ aljenazzjoni, radikalizzazzjoni u reklutaġġ, aggravat mill-inugwaljanzi orizzontali bejn gruppi ta’ nies li jgħixu fl-istess art, minn fenomeni bħall-esklużjoni u d-diskriminazzjoni (soċjali, politika u ekonomika)’ (8). Jipproponi wkoll li jissaħħaħ id-djalogu bil-għan li jiġu identifikati t-tweġibiet politiċi għall-iżvilupp tat-terroriżmu, li għandhom jikkunsidraw mill-ġdid ir-relazzjonijiet politiċi, istituzzjonali, soċjali u ekonomiċi fil-livell tal-Istati Membri u jkollhom l-għan jikkalmaw b’mod effettiv it-tensjonijiet li għandhom l-għeruq tagħhom fl-istorja.

4.1.4   Il-KESE jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea, fl-2008, waqqfet Netwerk Ewropew tal-Esperti fil-qasam tar-Radikalizzazzjoni, għax jemmen li kontribut istituzzjonali li jqis in-natura speċifika ta’ kull soċjetà u ta’ kull tip ta’ att terroristiku jista’ jgħin biex jaġġusta l-politiki tal-UE u tal-Istati Membri f’dan il-qasam.

4.1.5   Fid-dawl tal-fatt li l-biċċa l-kbira tal-atti terroristiċi li jsiru fl-Unjoni Ewropea huma kaġun ta’ kwistjonijiet storiċi jew marbuta mas-separatiżmu, il-KESE huwa tal-fehma li l-Kumitat tar-Reġjuni, bħala l-korp tal-UE li jlaqqa’ flimkien ir-rappreżentanti lokali u reġjonali, għandu jiġi involut aktar mill-qrib fid-dibattitu Ewropew, u jistqarr li huwa ħerqan ħafna li jkollu djalogu miegħu.

4.1.6   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta komunikazzjoni dwar il-prattiki tajba tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ tat-terroristi. Il-Kumitat jirrakkomanda li f’din il-komunikazzjoni futura, il-Kummissjoni tqis il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet fl-opinjoni tal-Kumitat dwar “Ir-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq” (9). Il-prattiki tajba identifikati ser jgħinu lill-partijiet ikkonċernati kollha jifhmu aħjar it-tipi differenti tat-terroriżmu, ikklassifikati skont il-motivazzjoni u l-frekwenza tagħhom. Dan ser jirrappreżenta pass ’il quddiem fit-tfassil ta’ politiki speċifiċi għal kull Stat Membru u kull tip ta’ theddida terroristika.

4.2   Protezzjoni

4.2.1   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, il-komunità xjentifika u s-settur privat biex jipproteġu ħajjet iċ-ċittadini u l-integrità tal-infrastrutturi. Dan il-qasam ta’ azzjoni, li jħaddan attivitajiet bħall-valutazzjoni tat-theddid fil-livell tal-UE, is-sigurtà tal-katina tal-provvista, il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, is-sigurtà tat-trasport u l-kontroll tal-fruntieri, kif ukoll ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà, huwa l-aktar wieħed kumpless u għali. Madankollu, l-iżvilupp tas-sistemi ta’ protezzjoni għandu jirrifletti l-gravità tat-theddid u jkun adattat għat-tipi differenti tat-terroriżmu.

4.2.2   Is-sigurtà tat-trasport fit-territorju tal-Istati Membri hija qasam ewlieni. Is-suq intern jissejjes fuq il-moviment liberu tal-beni, il-kapital, is-servizzi u l-persuni. Il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-pajjiżi membri, fi ħdan u barra l-fruntieri tagħhom, hija element importanti tal-ekonomiji u l-istili ta’ ħajja tal-Ewropej. Din il-mobbiltà tiffaċilita l-għarfien reċiproku, il-komunikazzjoni u t-tolleranza. Il-KESE huwa tal-fehma li s-sigurtà tat-trasport, fl-aspetti kollha tiegħu, jitlob attenzjoni konsiderevoli mill-istituzzjonijiet Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali.

4.2.3   Il-KESE jieħu nota tal-isforzi li qed tagħmel il-komunità xjentifika fil-qasam tas-sigurtà biex tiżviluppa t-teknoloġiji li jipproteġu l-integrità tal-persuni u tal-infrastrutturi. Iżda, din il-komunità għandha tkun konxja tal-impatt potenzjali tat-teknoloġija fuq il-ħajja u l-privatezza tal-persuni, u għandha tiggarantixxi li t-teknoloġija ma tintużax b’mod abbużiv jew b’mod li jagħmel ħsara lid-dinjità u d-drittijiet tal-persuni.

4.2.4   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li s-settur privat (pereżempju l-industriji tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-industriji kimiċi) jikkoopera fil-ġlieda kontra t-theddid terroristiku. Jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll li l-operaturi privati tat-trasport huma miftuħa għal miżuri msaħħa tas-sigurtà, li l-applikazzjoni tagħhom tista’ twassal għal telf ekonomiku. F’dan ir-rigward, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-gvernijiet nazzjonali jivvalutaw bir-reqqa l-impatt ekonomiku tal-miżuri tas-sigurtà fuq l-attivitajiet tal-operaturi privati. Iwissi li l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għaljin u l-proċeduri kkumplikati jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-attivitajiet tal-operaturi ekonomiċi u taċ-ċittadini.

4.2.5   Fid-dawl tal-fatt li fl-Ewropa ħafna attivitajiet marbuta mal-protezzjoni tat-trasport tal-persuni jsiru bil-kooperazzjoni ta’ operaturi privati, dawn l-operaturi għandhom jiġu inklużi fil-programmi ta’ taħriġ u informazzjoni sabiex il-proċeduri tas-sigurtà ma jipperikolawx is-sigurtà u d-dinjità tal-passiġġieri.

4.3   Persegwiment

4.3.1   Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħħar żviluppi dwar dan il-qasam ta’ azzjoni, li jkopri l-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, il-miżuri bil-għan li jimpedixxu ċ-ċaqliq u l-attivitajiet tat-terroristi, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. F’dan il-qasam ta’ azzjoni, il-partijiet ikkonċernati kollha jistgħu jagħtu xhieda tal-viżjoni tagħhom billi jsawru t-tweġiba tagħhom skont it-tip tat-theddid terroristiku.

4.3.2   Il-Kumitat huwa tal-fehma li s-suċċess tal-ġlieda kontra t-theddid terroristiku jiddependi wkoll mill-kooperazzjoni bilaterali bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn dawn l-awtoritajiet u l-aġenziji speċjalizzati Ewropej. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li tinġibed l-attenzjoni għall-kwistjoni delikata tal-ġbir u l-użu tal-informazzjoni ta’ natura privata. Il-protezzjoni tad-dritt għal ħajja privata għandha tkun preokkupazzjoni kostanti fil-kuntest tal-isforzi li jsiru fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) osserva li l-użu illegali jew b’mod mhux adatt ta’ informazzjoni personali, li ta’ spiss hija delikata, assoċjat maż-żieda fis-setgħat tal-awtoritajiet jista’ jwassal għal diskriminazzjoni u l-istigmatizzazzjoni ta’ persuni jew gruppi speċifiċi (10).

4.3.3   Wieħed mill-komponenti importanti tal-politika kontra t-terroriżmu huwa li jiġi limitat l-aċċess tat-terroristi għall-finanzjament. Il-Kumitat josserva li l-leġislazzjoni tal-UE dwar il-proċeduri marbuta mal-elenkar ta’ ċittadini fuq il-lista tal-persuni u l-entitajiet relatati mat-terroriżmu ġiet emendata b’mod li tirrispetta d-drittijiet fundamentali. Il-KESE huwa tal-fehma li l-proċeduri ta’ sanzjonijiet individwali u dawk marbuta mal-iffriżar tal-assi għandhom ikunu adegwati, ċari u trasparenti. Il-persuni suspettati għandhom ikunu jistgħu jiddefendu ruħhom u jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet.

4.3.4   Il-Kumitat jaqbel li t-trasparenza, il-governanza tajba u r-responsabbiltà huma essenzjali għall-NGOs. Proċeduri volontarji fil-livell Ewropew jistgħu jkunu utli iżda m’għandhomx iwasslu għall-ħolqien ta’ sensiela ġdida ta’ regoli li, waqt li jintroduċu ostakoli regolamentarji jew finanzjarji irrealistiċi, jikkontradixxu l-leġislazzjoni tal-Istati Membri u jistgħu jikkompromettu l-kapaċitajiet tas-settur jew l-impenn taċ-ċittadini li jaħdmu favur il-benefiċjarji tal-attivitajiet tagħhom. Il-Kumitat huwa lest li jikkoopera biex jinstabu s-soluzzjonijiet bil-għan li tiġi stabbilita strateġija komuni tal-politika kontra t-terroriżmu u fl-interess tad-dritt u x-xewqa taċ-ċittadini li jorganizzaw ruħhom f’assoċjazzjonijiet indipendenti, libertà fundamentali li għandha tiġi rispettata.

4.4   Rispons

4.4.1   Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħħar żviluppi f’dan il-qasam ta’ azzjoni, li jkopri l-kapaċità tal-popolazzjoni ċivili li tirreaġixxi għall-konsegwenzi ta’ attentat terroristiku, is-sistemi ta’ twissija bikrija, il-ġestjoni ġenerali tal-kriżiijiet u l-għajnuna lill-vittmi tat-terroriżmu. Il-KESE huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom isaħħu l-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu, bil-għan li jipproteġu b’mod effikaċi l-ħajja u s-sigurtà tal-persuni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

4.4.2   Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi li saru biex jillimitaw l-aċċess għall-materjal kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (KBRN) li jista’ jintuża għal finijiet ta’ terroriżmu. L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tal-KBRN, li jikkonsisti f’130 azzjoni speċifika fl-oqsma tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u r-reazzjoni f’każ ta’ inċidenti li jinvolvu dan it-tip ta’ materjal, għandha tingħata prijorità, iżda fl-istess ħin għandhom jiġu kkunsidrati l-effetti potenzjali tal-miżuri proposti fuq is-settur ekonomiku kkonċernat. Ikun tajjeb li jsiru konsultazzjonijiet estiżi mar-rappreżentanti ta’ dan is-settur.

4.4.3   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-għajnuna lill-vittmi tat-terroriżmu, billi ddedikat madwar EUR 5 miljun biex jiġu megħjuna l-vittmi tat-terroriżmu u appoġġjat netwerk li jħaddan l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn il-vittmi. Huwa tal-fehma li dan l-appoġġ għandu jitkompla u jittejjeb.

Kwistjonijiet orizzontali

4.5   Rispett tad-drittijiet fundamentali

4.5.1   Il-Kumitat jilqa’ bi pjaċir il-fatt li r-rispett tad-drittijiet fundamentali ġie indirizzat bħala prijorità orizzontali. Iżda, l-impenn tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali għandu jimxi id f’id ma’ impenn simili min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali. Barra minn hekk, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali m’għandhiex tkun ristretta għall-fażi tal-ħolqien u t-tħejjija tal-istrumenti, iżda għandha tkopri wkoll l-implimentazzjoni tagħhom.

4.5.2   Is-sistema Ewropea tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija soda mil-lat ġuridiku u din ir-realtà għandha tkun riflessa aħjar fil-komunikazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa importanti li l-gvernijiet nazzjonali jużaw l-istrumenti speċifiċi b’aktar determinazzjoni. L-impenji fil-livell politiku jridu jiġu riflessi fl-azzjonijiet tagħhom. Il-prattiki li jittolleraw jew jorganizzaw it-tortura fuq it-territorju tal-Istati Membri għandhom jiġu sanzjonati u eliminati b’mod definittiv. Hemm bżonn li jiġi rispettat il-prinċipju tan-non-refoulement. Il-prattiki diskriminatorji espressament identifikati u sanzjonati mil-leġislazzjoni internazzjonali, Ewropea u nazzjonali għandhom jiġu persegwitati u miġġielda.

4.5.3   Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tidentifika l-aktar mekkaniżmi rapidi ta’ segwitu u tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali, fil-kuntest tal-politika kontra t-terroriżmu. Għal dan il-għan, huwa possibbli li jintuża iżjed il-potenzjal tas-soċjetà ċivili Ewropea, li fil-prinċipju taħdem biex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini.

4.6   Kooperazzjoni internazzjonali u sħubijiet mal-pajjiżi terzi

4.6.1   It-terroriżmu, partikolarment dak imqanqal mir-reliġjon, għandu dimensjoni internazzjonali importanti. L-Unjoni Ewropea għandha tikkoopera mal-pajjiżi terzi biex trażżan it-theddid terroristiku, minkejja li, kif diskuss hawn fuq, m’għadhiex il-mira preferuta ta’ dan it-tip ta’ theddid.

4.6.2   L-Unjoni Ewropea, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, għandha tippromovi proċeduri u standards demokratiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Fl-Unjoni Ewropea, insibu firxa wiesgħa ta’ sistemi li jiggarantixxu u jippromovu b’mod ġenwin id-drittijiet tal-bniedem. Iżda, f’għadd ġmielu ta’ pajjiżi terzi, il-politika kontra t-terroriżmu hija fil-periklu li tkun żvijata u tagħmel ħsara lill-kwalità tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali.

4.7   Finanzjament

4.7.1   Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ il-programm “Is-sigurtà u s-salvagwardja tal-libertajiet”, li jħaddan il-programm speċifiku għall-prevenzjoni, il-preparazzjoni u l-ġestjoni tal-konsegwenzi fil-qasam tat-terroriżmu. Il-kwota tal-ispejjeż għal kull wieħed mill-erba’ setturi mfissra fi ħdan l-istrateġija (prevenzjoni, protezzjoni, persegwiment u rispons) għandha tiġi bbilanċjata mill-ġdid u l-impenn politiku favur il-prevenzjoni għandu jkun akkumpanjat minn riżorsi baġitarji korrispondenti. Barra minn hekk hemm bżonn li tingħata aktar attenzjoni lir-relazzjonijiet bejn il-pubbliku u l-privat fil-ġlieda kontra t-theddid terroristiku. Il-KESE jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-valutazzjonijiet intermedji ta’ dan il-programm u jittama li kien faċli li jiġu akkwistati l-fondi disponibbli u li l-użu tagħhom wassal għar-riżultati mixtieqa.

5.   Inħarsu ’l quddiem

5.1   Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, nistgħu napprofondixxu l-koordinazzjoni bejn il-politiki tal-Istati Membri, anke fil-qasam tal-politika kontra t-terroriżmu. Permezz ta’ dan l-istess Trattat, ġew estiżi r-responsabbiltajiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk huwa possibbli li titħejja politika kontra t-terroriżmu li fil-fażijiet kollha tagħha, inkluża dik tal-implimentazzjoni, tipprevedi li fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jiġu applikati l-aktar standards u proċeduri avvanzati. Il-Kumitat huwa tal-fehma li din il-politika għandha tiġi adattata skont l-iżviluppi konkreti marbuta mat-terroriżmu, iżda l-enfasi għandha ssir fuq il-prevenzjoni, fis-sens wiesa’ tal-kunċett, jiġifieri li l-kawżi politiċi u ekonomiċi tat-terroriżmu kif ukoll dawk relatati mas-soċjetà jiġu indirizzati direttament.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(2)  COM(2010) 171 finali, 20.4.2010.

(3)  Dok. Nru 14469/4/05, 30.11.2005.

(4)  Ir-rapport tal-Europol tal-2010 “TE-SAT 2010 – EU terrorism situation and trend report” (rapport dwar is-sitwazzjoni u t-tendenzi tat-terroriżmu fl-Ewropa – mhux disponibbli bil-Malti) huwa disponibbli bl-Ingliż onlajn: http://www.europol.europa.eu/publications/EU_Terrorism_Situation_and_Trend_Report_TE-SAT/Tesat2010.pdf.

(5)  ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80.

(6)  L-istrateġija tal-UE kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għat-terroriżmu ġiet riveduta f’Novembru 2008 (CS/2008/15175).

(7)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, EU Action Plan on combating terrorism (Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra t-terroriżmu), 17 ta’ Jannar 2011 (mhux disponibbli bil-Malti).

(8)  ĠU C 211, 19.8.2008, p. 61.

(9)  L-opinjoni tal-KESE dwar “Ir-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq” adottata fit-23.10.2008, ĠU C 100, 30.4.2009, p. 100.

(10)  Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-politika kontra t-terroriżmu tal-UE (2010) - Counter-Terrorism Policy and Data Protection (Politika kontra t-terroriżmu u protezzjoni tad-data), kontribut mis-Sur Giovanni Buttarelli matul is-seduta organizzata mill-KESE fid-9 ta’ Frar 2011.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/97


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonali”

COM(2010) 379 finali – 2010/0210 (COD)

2011/C 218/18

Relatur: Is-Sinjura SCHWENG

Nhar id-29 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonali

COM(2010) 379 finali – 2010/0210 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-24 ta’ Marzu 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’165 vot favur, 3 voti kontra u 9 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa’ l-proposta għal Direttiva bħala parti mill-isforzi Ewropej għall-iżvilupp ta’ approċċ komprensiv dwar l-immigrazzjoni legali. Id-Direttiva proposta tista’ tikkontribwixxi biex tkun koperta ż-żieda fid-domanda għall-ħaddiema li titfaċċa waqt ċerti staġuni u li l-forza tax-xogħol domestika ma tistax tlaħħaq magħha. Fl-istess ħin, din il-proposta qiegħda tagħti kontribut importanti għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali.

1.2

Il-KESE jilqa’ b’mod partikolari l-proċeduri ffaċilitati u rapidi għall-ammissjoni peress li, min-natura tiegħu, ix-xogħol staġonali jikkonsisti f’attivitajiet temporanji u peress li l-intrapriżi jkunu qed jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema proprju f’dawk iż-żminijiet.

1.3

Il-KESE jappoġġja wkoll id-dispożizzjoni li l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe test dwar is-suq tax-xogħol tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-KESE jirrakkomanda li l-imsieħba soċjali jiġu involuti fil-miżuri kollha relatati mal-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħala ħaddiema staġonali.

1.4

Il-KESE jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew jirrevedu d-dispożizzjoni dwar it-tul ta’ żmien massimu ta’ permanenza peress li sitt xhur f’sena kalendarja ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-intrapriżi, pereżempju f’pajjiżi b’żewġ staġuni. Il-Kumitat jissuġġerixxi għalhekk li fejn ikun ġustifikat, għandu jkun possibbli li l-eċċezzjonijiet nazzjonali fejn jidħol it-tul ta’ żmien massimu ta’ permanenza jiġu stabbiliti f’konsultazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali. F’dan il-kuntest wieħed għandu jiżgura li n-natura staġjonali tal-kuntratt tax-xogħol u l-possibbiltajiet ta’ kontroll korrispondenti ma jiġux injorati.

1.5

Il-KESE jitlob li fid-Direttiva jiġu inklużi regoli ċari dwar is-setturi ekonomiċi li fihom jistgħu jitwettqu attivitajiet staġonali. Għandu jkun possibbli li jsiru eċċezzjonijiet fil-livell nazzjonali f’konsultazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.

1.6

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ħaddiema staġonali jingħataw aċċess temporanju għas-suq tax-xogħol tal-Istat Membru li jkun. Għalhekk, għall-applikazzjoni tal-prinċipju “lex loci laboris”, fejn tidħol il-liġi tax-xogħol, għandhom igawdu mill-istess drittijiet bħall-ħaddiema tal-Istat ospitanti, irrispettivament minn jekk dawn id-drittijiet ikunux stabbiliti minn liġijiet, ftehimiet kollettivi ġenerali jew ftehimiet kollettivi reġjonali. Madankollu, it-trattament indaqs fir-rigward tas-sigurtà soċjali għandu jiddependi mill-eżistenza ta’ ftehimiet bilaterali.

2.   Introduzzjoni u kontenut tal-proposta għal Direttiva

2.1

Fil-qafas tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan Strateġiku dwar l-immigrazzjoni legali” (1), il-Kummissjoni Ewropea pprevediet l-adozzjoni ta’ total ta’ ħames proposti leġislattivi dwar l-immigrazzjoni ta’ ħaddiema bejn l-2007 u l-2009, fosthom proposta għal Direttiva dwar id-dħul u r-residenza ta’ ħaddiema staġonali. Bil-Programm ta’ Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew nhar l-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009, ġie kkonfermat l-impenn tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku dwar l-immigrazzjoni legali.

2.2

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha (2) fit-13 ta’ Lulju 2010 u ġġustifikatha bid-domanda tal-Istati Membri għax-xogħol staġonali, li għalih ikunu disponibbli inqas u inqas ċittadini tal-UE. Minkejja li fl-UE qiegħda tiżdied id-domanda għal ħaddiema bi kwalifiki għoljin, is-setturi tradizzjonali se jibqgħu jirreġistraw ħtieġa strutturali ta’ ħaddiema bi ftit kwalifiki li se tkompli tikber. Minbarra dan, kif tkompli tispjega l-Kummissjoni, hemm evidenza sinifikanti li ċerti ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi jiffaċċjaw sfruttament u kundizzjonijiet tax-xogħol mhux dinjitużi li jistgħu jkunu ta’ theddida għal saħħithom u għas-sikurezza tagħhom.

2.3

Mill-konsultazzjonijiet li twettqu biex titħejja l-proposta għal Direttiva deher ċar li hemm ħtieġa ta’ regoli uniformi tal-UE dwar il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għal uħud mill-kategoriji ewlenin ta’ immigranti ekonomiċi (b’mod partikolari l-ħaddiema bi kwalifiki għolja mibgħuta minn pajjiż għal ieħor fi ħdan grupp ta’ kumpaniji u l-ħaddiema staġonali). Ikun xieraq li dawn il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni jitfasslu b’mod kemm jista’ jkun sempliċi, mingħajr burokrazija żejda, u b’mod flessibbli.

2.4

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi proċedura ffaċilitata għall-ammissjoni ta’ ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi abbażi ta’ definizzjonijiet u kriterji komuni. Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-ħaddiema staġonali jingħataw permess uniku għax-xogħol u r-residenza li jipprovdilhom dritt għal permanenza ta’ sitt xhur f’sena kalendarja. L-Istati Membri jingħataw il-possibilità li jipprevedu permess multiplu għall-ħaddiema staġonali għal massimu ta’ tliet snin jew proċedura ffaċilitata għad-dħul mill-ġdid waqt staġuni sussegwenti. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema staġonali huma ddefiniti b’mod ċar u jipprevedu li, fir-rigward ta’ ċerti drittijiet, il-ħaddiema staġonali jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-ħaddiema li jkunu ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, fi ħdan l-Unjoni Ewropea hemm varjazzjoni sinifikanti fl-ammont ta’ xogħol staġonali li jsir minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi: ivarja minn 919 fl-Ungerija u 3 860 fi Franza għal 7 552 fl-Isvezja u 24 838 ħaddiem staġonali ammessi fi Spanja (id-data kollha hija tal-2008). F’ħafna Stati Membri, il-ħaddiema staġjonali jwettqu xogħlijiet li ma jitolbux ħafna kwalifiki, bħal pereżempju fl-agrikoltura (60 % tal-ħaddiema staġonali fl-Italja, 20 % tal-ħaddiema staġonali fil-Greċja) u t-turiżmu (fi Spanja, il-permessi tax-xogħol fis-settur tal-lukandi u l-gastronomija ammontaw għal 13 % tal-permessi tax-xogħol kollha maħruġa fl-2003). Ċerti reġjuni tal-Awstrija jiddependu mill-ħaddiema staġonali, u għaldaqstant il-kwota għall-istaġun tax-xitwa 2008/2009 ġiet iddefinita bl-għadd ta’ 8 000.

3.2

Il-Kumitat diġà ttratta l-kwistjoni ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’għadd kbir ta’ opinjonijiet preċedenti. Fil-qafas tal-konsultazzjonijiet dwar il-Green Paper dwar il-migrazzjoni ekonomika (3), il-Kumitat esprima ruħu favur l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ħaddiema staġonali, u f’dan il-kuntest talab ukoll li għandu jkun hemm kuntratt tax-xogħol.

3.3

Bħala bażi legali, il-Kummissjoni għażlet l-Artikoli 79(2)(a) u (b). Fil-fehma tal-Kumitat, seta’ jiġi kkunsidrat ukoll li l-proposta għal Direttiva tkun ibbażata fuq l-Artikolu 153 billi jiġu rregolati wkoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg. F’dan il-każ l-imsieħba soċjali kellhom jiġu kkonsultati wkoll. Madankollu, il-Kumitat huwa konxju li, skont il-ġurisprudenza permanenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, meta proposta għal direttiva jkollha żewġ għanijiet u wieħed minn dawn l-għanijiet jiġi identifikat bħala l-għan prinċipali jew predominanti, hi trid tkun ibbażata fuq il-bażi legali mitluba mill-għan prinċipali jew predominanti.

3.4

Proċedura Komunitarja komuni għar-residenza u l-permess tax-xogħol ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għax-xogħol staġonali tagħti kontribut importanti biex id-domanda għal ħaddiema miżjuda f’ċerti staġuni tlaħħaq mal-offerta. L-intrapriżi għandhom u se jibqa’ jkollhom ċerta ħtieġa ta’ ħaddiema kemm bi kwalifiki baxxi kif ukoll bi kwalifiki għoljin. Għalkemm żdiedet ir-rata tal-qgħad minħabba l-kriżi, f’ċerti pajjiżi, setturi u professjonijiet ma jinstabux biżżejjed ħaddiema mill-UE biex ikopru l-ħtieġa staġonali.

3.5

Il-Kumitat ifakkar li l-ħaddiema Ewropej, irrispettivament minn jekk jaħdmux bħala ħaddiema mobbli jew ħaddiema staġonali f’pajjiż barrani, huma sottomessi kemm għal-liġi Ewropea kif ukoll għal dik nazzjonali. Id-direttiva dwar il-ħaddiema staġonali m’għandhiex twassal għall-ħolqien ta’ kategorija speċjali ta’ ħaddiema. Il-liġi tax-xogħol tal-Istat fejn isir ix-xogħol għandha tiġi applikata b’mod sħiħ.

3.6

Il-Kumitat jaqbel mal-idea li, barra minn hekk, proċedura Komunitarja komuni tista’ tikkontribwixxi biex il-ħaddiema staġonali jkunu impjegati legalment u b’hekk tipprevieni l-isfruttament li qed iseħħ f’ċerti reġjuni. F’dan il-kuntest, ta’ min wieħed jikkunsidra wkoll l-hekk imsejħa Direttiva dwar is-sanzjonijiet 2009/52 (4), li tobbliga lil min iħaddem li jaċċerta ruħu dwar ir-residenza legali tal-impjegati u timponi sanzjonijiet f’każijiet ta’ ksur ta’ din ir-regola. Il-possibbiltà li l-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi jibqgħu b’mod illegali wara l-iskadenza tal-permess ta’ residenza tagħhom tiġi eliminata permezz tal-hekk imsejħa “Direttiva dwar r-ritorn” 2008/115: din tipprevedi li l-qagħda illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tintemm permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti li fiha r-ritorn volontarju jieħu l-preċedenza fuq ir-ritorn bil-forza.

3.7

Kienet proprju l-proposta għal Direttiva preżenti li wasslet għal serje ta’ analiżi fil-fond, minn seba’ parlamenti nazzjonali, tal-kwistjoni ta’ jekk humiex qegħdin jiġu osservati s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (5), u kien hemm kritika, fost l-oħrajn, kemm b’rabta mat-tul tad-dritt ta’ residenza u kemm fir-rigward tal-kwistjoni tal-akkomodazzjoni.

3.8

Sabiex jiġi kkunsidrat it-tħassib tal-parlamenti nazzjonali b’rabta mar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kumitat jipproponi li t-tul tal-permess ta’ residenza jiġi rregolat fil-livell nazzjonali skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż li jkun. B’hekk anke dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw ħtieġa miżjuda ta’ ħaddiema staġonali kemm fl-istaġun tax-xitwa u kemm fl-istaġun tas-sajf ikunu jistgħu jżommu r-regoli attwali.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni li d-definizzjonijiet magħżula tal-“ħaddiema staġonali” u x-“xogħol staġonali” jħallu spazju wiesa’ għal manuvri u b’hekk l-Istati Membri huma liberi biex jagħżlu liema setturi għandhom ikunu deskritti bħala dipendenti mill-istaġuni. B’hekk tinħoloq ċerta tensjoni mal-Premessa 10, li tagħti indikazzjoni ċara li l-attivitajiet li jiddependu mill-istaġuni jinsabu tipikament f’setturi bħall-agrikoltura, matul il-perjodu tat-tħawwil jew tal-ħsad, jew bħat-turiżmu, matul il-perjodu tal-vaganzi. Għaldaqstant, ikun xieraq li d-Direttiva tinkludi regoli ċari dwar is-setturi speċifiċi li fihom jistgħu jitwettqu attivitajiet staġonali. Għandu jkun possibbli li jsiru eċċezzjonijiet fil-livell nazzjonali f’konsultazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.

4.2

Ir-rekwiżit li fl-attivitajiet staġonali l-livelli ta’ ħaddiema meħtieġa għandhom ikunu ogħla minn dawk neċessarji għall-operazzjonijiet kontinwi tas-soltu jitlob interpretazzjoni u b’hekk joħloq inċertezza legali. Il-Kumitat jqis li wieħed għandu jiffoka fuq ħtieġa ta’ ħaddiema “ miżjuda” jew “miżjuda”. Ikollu jiġi ddeterminat mill-awtorità flimkien mal-imsieħba soċjali nazzjonali jekk teżistix tali ħtieġa “miżjuda (b’mod sinifikanti)”.

4.3

Il-Kumitat jilqa’ espliċitament il-fatt li l-eżistenza ta’ kuntratt tax-xogħol validu għal perjodu definit jew ta’ offerta vinkolanti ta’ impjieg kif ukoll id-dikjarazzjoni tar-rata ta’ paga u s-sigħat ta’ xogħol jikkostitwixxu prerekwiżiti għall-permess uniku bħala ħaddiem staġonali. B’hekk, l-awtorità li toħroġ il-permess tkun f’pożizzjoni li teżamina l-bażi kuntrattwali tal-impjieg taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Fl-istess ħin, jiġi żgurat ir-rispett tal-kundizzjonijiet nazzjonali li japplikaw għall-impjiegi fil-pajjiż ikkonċernat.

4.4

Fost ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ applikazzjoni għall-ammissjoni jissemma wkoll il-każ li l-persuna li timpjega tkun ġiet issanzjonata għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali. Il-Kumitat jikkundanna bil-qawwa kollha x-xogħol mhux iddikjarat, iżda jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li din ir-raġuni għal rifjut tista’ tiġi interpretata b’tali mod li saħansitra nuqqasijiet żgħar ikunu jistgħu jwasslu għal rifjut permanenti ta’ applikazzjonijiet. Biex ikun hemm ċertezza legali, ikun xieraq li, b’mod analogu mad-Direttiva dwar is-sanzjonijiet, jiġi ċċarat li din ir-raġuni għal rifjut tista’ tiġi invokata għal perjodu ta’ żmien limitat, li għandu jkun proporzjonat mal-gravità tal-ksur, mill-impożizzjoni tas-sanzjoni.

4.5

Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li Stati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu dan, ikunu jistgħu jwettqu test dwar is-suq tax-xogħol anki fil-futur. Il-Kumitat jaqbel ukoll mal-possibilità li applikazzjonijiet jiġu rrifjutati abbażi tal-volum ta’ ammissjonijiet. Iżda kemm fit-test dwar is-suq tax-xogħol u kemm fid-determinar tal-volum ta’ ammissjonijiet ikun xieraq li jiġu involuti l-imsieħba soċjali nazzjonali kif ukoll is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi. Il-volum għandu jiġi ddeterminat b’tali mod li ma jtawwalx wisq il-proċeduri għal permess individwali.

4.6

Fl-opinjoni tal-Kumitat, it-tul ta’ żmien tal-permanenza stabbilit fl-Artikolu 11 bħala perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur fi kwalunkwe sena kalendarja mhuwiex flessibbli biżżejjed u jista’ jkun li jmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà: sabiex l-intrapriżi fl-Istati Membri b’żewġ staġuni jingħataw il-possibilità li jużaw ħaddiema minn pajjiżi terzi waqt it-tnejn li huma, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet fejn jidħol it-tul massimu tal-permess ta’ residenza u tax-xogħol għall-ħaddiema staġonali fil-qafas ta’ ċertu perjodu ta’ żmien. Dawn għandhom jiġu stabbiliti f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali nazzjonali. Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ma jsirx mod ta’ kif tiġi evitata n-natura staġonali tal-kuntratt tal-impjieg u s-sistema ta’ kontroll li takkumpanjah. F’dan ir-rigward, id-Direttiva tista’ tipprevedi ċerti firxiet flessibbli ta’ għażliet għat-tul ta’ żmien tal-permanenza.

4.7

L-enfasi fuq is-sena kalendarja ma taqbilx mal-prattika tal-ħajja reali u ma tiħux inkunsiderazzjoni ż-żoni turistiċi li għandhom staġun kemm tax-xitwa u kemm tas-sajf. B’hekk, min iħaddem jew l-impjegat ikun imġiegħel iressaq applikazzjoni ġdida waqt l-impjieg attwali.

4.8

Il-Kumitat jemmen ukoll li l-Artikolu 11(2), li jippermetti li “matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-ħaddiema staġonali għandhom jitħallew jestendu l-kuntratt tagħhom jew jiġu impjegati bħala ħaddiema staġonali ma’ persuna differenti li timpjega”, mhux ifformulat b’mod ċar u jqanqal mistoqsijiet ulterjuri: il-“perjodu msemmi fil-paragrafu 1”, wieħed għandu jifhmu bħala s-sena kalendarja, jew qed bħala l-perjodu ta’ sitt xhur msemmi? B’hekk, pereżempju, ħaddiem staġonali jista’ jestendi d-dritt ta’ residenza tiegħu għal 11-il xahar f’sena kalendarja?

4.9

Il-Kumitat iħeġġeġ li l-possibilità li wieħed jibdel lil min iħaddmu għandha tiġi stabbilita biss b’ċerti kundizzjonijiet u kunsiderazzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż ikkonċernat: normalment, il-ħaddiema staġonali jiġu impjegati biex ikopru l-ħtieġa ta’ ħaddiema ta’ ċertu impjegatur konkret. Din il-ħtieġa taqbel ukoll mad-dritt ta’ residenza tagħhom. Il-bdil ta’ min iħaddem għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità responsabbli sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli.

4.10

Fil-prinċipju, il-Kumitat jaqbel mal-iffaċilitar tad-dħul mill-ġdid; din id-dispożizzjoni tippermetti li min iħaddem li jerġa’ juża ħaddiema staġonali li magħhom kellu esperjenza pożittiva. Skont il-proposta, impjegaturi li ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom li jinħolqu mill-kuntratt tax-xogħol u għal din ir-raġuni jkunu ġew soġġetti għal sanzjonijiet huma esklużi mill-applikazzjonijiet għal ħaddiema staġonali. Sabiex ikun evitat li saħansitra l-iċken ksur iwassal għall-esklużjoni fir-rigward tal-ħaddiema staġonali, ta’ min jiffoka fuq il-kwistjoni ta’ jekk is-sanzjonijiet ġewx imposti minħabba ksur ta’ .

4.11

Taħt it-titolu “Salvagwardji proċedurali”, id-Direttiva tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jadottaw deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u jinnotifikaw lill-applikant fi żmien 30 jum. Il-Kumitat, fil-prinċipju, jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliment ta’ perjodu ta’ żmien għad-deċiżjoni, iżda jiġbed l-attenzjoni li f’kull każ l-awtorità għandu jkollha l-possibilità li teżamina d-dettalji mressqa fiż-żmien stipulat.

4.12

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 14, li skontu min jimpjega l-ħaddiema staġonali għandu jipprovdi evidenza li l-ħaddiem staġonali se jibbenefika minn akkomodazzjoni li tiżgura livell ta’ għajxien xieraq, tqajjem il-kwistjoni ta’ jekk din tinkludix ukoll l-obbligu li min iħaddem jipprovdi din l-akkomodazzjoni hu. Fil-każ li din l-interpretazzjoni hija eżatta, il-Kumitat jemmen li dan l-obbligu ma jaqbilx mal-prattika tal-ħajja reali. Madankollu, jekk min iħaddem jipprovdi akkomodazzjoni, fi kwalunkwe każ din għandha tkun tista’ tiġi spezzjonata mill-awtorità responsabbli.

4.13

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni li l-ħaddiema staġonali jingħataw aċċess temporanju għas-suq tax-xogħol tal-Istat Membru li jkun. Għalhekk, għall-applikazzjoni tal-prinċipju “lex loci laboris”, fejn tidħol il-liġi tax-xogħol, għandhom igawdu mill-istess drittijiet bħall-ħaddiema tal-Istat ospitanti, irrispettivament minn jekk dawn id-drittijiet ikunux stabbiliti minn liġijiet, ftehimiet kollettivi ġenerali, jew ftehimiet kollettivi reġjonali. Għaldaqstant, fil-fehma tal-Kumitat, għandhom jitneħħew l-enfasi fuq il-ftehimiet kollettivi ta’ applikazzjoni universali kif ukoll id-definizzjoni tagħhom fl-Artikolu 16 (paragrafu 1, subparagrafu 2).

4.14

Fil-prinċipju, id-dispożizzjoni li tistipula trattament ugwali tal-ħaddiema staġonali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru fir-rigward tal-fergħat ta’ sigurtà soċjali – għall-inqas għall-oqsma tal-pensjonijiet u tal-benefiċċji ta’ qabel il-pensjoni, tas-superstiti, tal-qgħad u tal-familja – għandha tkun possibbli biss bil-kundizzjoni li jkunu jeżistu ftehimiet bilaterali rilevanti. Madankollu, għal dan il-grupp ta’ persuni, l-obbligu li wieħed iħallas kontribuzzjonijiet fis-sistema nazzjonali rilevanti għandu wkoll iġib miegħu d-dritt għall-benefiċċji rispettivi.

4.15

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu r-riżorsi meħtieġa lill-awtoritajiet tal-kontroll tagħhom (eż. l-ispezzjoni tax-xogħol) u jħarrġuhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b’kundiserazzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.16

Minbarra l-awtoritajiet, l-atturi ewlenin fis-suq tax-xogħol nazzjonali partikolari huma l-imsieħba soċjali nazzjonali. Għaldaqstant, ikun xieraq li d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw id-determinar ta’ f’liema setturi huwa permess ix-xogħol staġonali, it-testijiet dwar is-suq tax-xogħol, kif ukoll il-monitoraġġ tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-impjiegi, jittieħdu f’interazzjoni mill-qrib magħhom.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  COM(2005) 669 finali (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  COM(2010) 379 finali.

(3)  ĠU C 286/20, 17.11.2005 (mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Direttiva 2009/52, ĠU L 168/2009, 30.6.2009, p. 24.

(5)  http://www.ipex.eu/ipex/cms/home/Documents/dossier_COD20100210.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/101


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qafas ta’ trasferiment intra-ażjendali”

COM(2010) 378 finali – 2010/0209 (COD)

2011/C 218/19

Relatur: is-Sur RÖPKE

Nhar id-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qafas ta’ trasferiment intra-ażjendali

COM(2010) 378 finali – 2010/0209 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-24 ta’ Marzu 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'152 vot favur, 2 voti kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea sabiex permezz tal-proposta għal direttiva dwar il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qafas ta’ trasferiment intra-ażjendali toħloq kundizzjonijiet trasparenti u armonizzati tal-ammissjoni ta’ dan il-grupp ta’ ħaddiema sekondati temporanjament.

1.2   Madanakollu, il-KESE jinsab imħasseb serjament dwar parti mill-kontenut tal-proposta għal direttiva u dwar il-mod kif il-Kummissjoni Ewropea kkomunikat mal-imsieħba soċjali Ewropej qabel il-publikazzjoni.

1.3   Il-Kumitat jiddispjaċih li l-Artikolu 79 tat-TFUE ntgħażel bħala l-unika bażi legali ta’ din id-direttiva minkejja li dan jinkludi dispożizzjonijiet importanti dwar il-pożizzjoni fil-liġi tax-xogħol tal-maniġers, speċjalisti u apprendisti gradwati u għalhekk ser ikollu impatti sinifikanti fuq is-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri. Fil-każ ta’ inizjattiva bħal din għandu jkun hemm konsultazzjoni formali mal-imsieħba soċjali skont l-Artikolu 154 tat-TFUE qabel ma l-Kummissjoni tiddistribwixxi proposta għal direttiva konkreta. Konsultazzjoni bħal din ma kinitx biss tenfasizza l-għan tat-Trattat ta’ Lisbona li jsaħħaħ ir-rwol tad-djalogu soċjali fl-UE. Hija kienet tista' sservi ta’ opportunità biex qabel il-pubblikazzjoni jiġu ċċarati wħud mill-kontroversji li nqalgħu issa bejn l-imsieħba soċjali.

1.4   Il-proposta għal direttiva, li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tal-familji tagħhom fil-qafas ta’ trasferiment intra-ażjendali, ma tikkonċernax biss lil grupp relattivament żgħir ta’ maniġers iżda anki lil speċjalisti u apprendisti gradwati. Fil-fehma tal-KESE, direttiva li tiffokka biss fuq il-maniġers tiġġustifika aħjar il-pożizzjoni partikolari u l-bżonnijiet ta’ dan il-grupp ta’ nies. Madanakollu, huwa iktar importanti wkoll li l-prinċipji tal-ugwaljanza u t-trattament ugwali japplikaw għall-impjegati kollha li huma koperti mid-direttiva fejn jidħlu salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol u li jiġi żgurat li d-direttiva ma tiġix abbużata.

1.5   Il-KESE jissuġġerixxi għalhekk li l-persuni trasferiti fl-istess azjenda jingħataw l-istess trattament li jirċievu l-impjegati fil-pajjiż ospitanti jew il-persunal permanenti mhux biss fejn jidħol is-salarju iżda fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kollha. Din l-ugwaljanza m'għandhiex tapplika biss fil-każ ta’ ftehimiet ġenerali applikabbli b'mod kollettiv iżda għad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġislazzjoni u l-ftehimiet kollettivi, inklużi l-ftehimiet tal-kumpaniji. Fil-fehma tal-KESE, ir-regoli dwar ir-riunifikazzjoni tal-familji għandhom ikunu simili għal dawk tad-Direttiva dwar il-Karta Blu (Direttiva 2009/50/KE).

1.6   Il-proposta ġiet ippubblikata matul l-ikbar kriżi finanzjarja u ekonomika fl-istorja tal-UE. Xi Stati Membri għadhom il-bogħod mill-irkupru ekonomiku u tant għandhom rati ta’ qgħad għoljin li mistennija rati ta’ migrazzjoni ogħla fl-UE. Fl-Istħarriġ Annwali tagħha dwar it-Tkabbir 2011 (1), il-Kummissjoni Ewropea tirreferi b'mod speċifiku għar-riskju li anki jekk ikun hemm tkabbir ekonomiku, dan mhux ser jirnexxilu jwassal għal ħolqien dinamiku biżżejjed tal-impjiegi u konsegwentement dan ifisser li hemm bżonn li jiżdied l-użu relattivament baxx tal-forza tax-xogħol fl-UE. Min-naħa l-oħra u b'konformità mal-aħħar Rapport Konġunt dwar ix-Xogħol (2010), il-KESE jikkunsidra li ċerti Stati Membri u kategoriji tal-impjieg għadhom qed jesperjenzaw nuqqas ta’ ħaddiema.

1.7   L-impjegati kkonċernati jiġu trasferiti minn pajjiżi terzi fejn il-pagi u l-livelli ta’ ħarsien soċjali huma ħafna iktar baxxi minn dawk tal-UE. Għalhekk jeħtieġ li tiġi monitorjata b'mod effettiv il-konformità mad-direttiva filwaqt li jiġu evitati piżijiet burokratiċi żejda fuq il-kumpaniji. Għal dan il-għan bħalissa l-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri qed tiżviluppa sistema elettronika ta’ skambju sabiex din tiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali amministrattva b'rabta mad-Direttiva dwar is-sekondar tal-ħaddiema (Direttiva 96/71/KE). Din is-sistema għandha tkopri wkoll każijiet ta’ trasferimenti intra-ażjendali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

1.8   Fil-fehma tal-KESE, id-definizzjonijiet ta’ “maniġers”, “speċjalisti” u “apprendisti gradwati” għandhom jiġu ċċarati kemm sabiex il-kumpaniji kkonċernati jingħataw iktar ċertezza legali, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li dawn ma jkollhomx imorru lil hinn mill-obbligi fil-qafas tal-GATS u l-ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi terzi. Id-definizzjonijiet għandhom jiġu fformulati b'tali mod li jkopru preċiżament it-tliet kategoriji ta’ impjegati b'livell għoli ta’ kwalifiki ta’ liema t-trasferimenti d-direttiva timmira li tirregola.

1.9   Il-KESE huwa tal-fehma li jekk id-direttiva tilqa' dawn ir-rekwiżiti msemmija hija tista' tagħti kontribut sabiex tiffaċilita t-trasferiment intra-ażjendali tal-għarfien fl-UE u ssaħħaħ il-kompetittività tal-UE.

2.   Il-proposta għal direttiva

2.1   Permezz ta’ din id-direttiva għandu jkun iktar faċli għall-kumpaniji li għandhom kumpaniji sussidjarji tagħhom fl-UE u anki barra mill-UE li jitrasferixxu ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati f'kumpanija bis-sede tagħha barra mill-UE lejn kumpaniji sussidjarji jew fergħat fl-Istati Membri. Trasferiment bħal dan għandu jkun possibbli għall-maniġers, l-ispeċjalisti u l-apprendisti gradwati.

2.2   “Maniġer” huwa kwalunwke persuna li taħdem f'pożizzjoni għolja, li tirregola prinċipalment il-ġestjoni tal-entità ospitanti, li tirċievi superviżjoni jew direzzjoni ġenerali prinċipalment mill-bord ta’ diretturi jew l-azzjonisti tal-kumpanija jew l-ekwivalenti.

2.3   “Speċjalista” huwa kwalunkwe persuna li jkollha għarfien mhux komuni essenzjali u speċifiku għall-entità ospitanti, filwaqt li jitqies mhux biss l-għarfien speċifiku tal-entità ospitanti, iżda wkoll jekk il-persuna għandhiex livell għoli ta’ kwalifika rigward tip ta’ xogħol jew sengħa li jirrikjedi għarfien tekniku speċifiku.

2.4   “Apprendist gradwat” huwa kwalunkwe persuna bi kwalifika ta’ mill-inqas tliet snin ta’ edukazzjoni f'università jew università teknika li tiġi ttrasferita sabiex twessa' l-għarfien u l-esperjenza tagħha f'kumpanija bi tħejjija għal pożizzjoni maniġerjali fi ħdan l-istess kumpanija.

2.5   L-għan tad-direttiva mhuwiex li tapplika għar-riċerkaturi għax diġà teżisti Direttiva separata dwar dan (Direttiva 2005/71/KE).

2.6   L-Istati Membri jistgħu jitolbu li qabel it-trasferiment, il-persuna sekondata jkun diġà kellha kuntratt ta’ impjieg mal-kumpanija ta’ mill-inqas 12-il xahar u jistgħu wkoll ipoġġu limitu fuq in-numru ta’ persuni li jkunu daħlu b'dan il-mod. It-tul tat-trasferiment għandu jkun limitat għal mhux iktar minn tliet snin għall-maniġers u l-ispeċjalisti u sena għall-apprendisti gradwati.

2.7   Proċedura ta’ ammissjoni mħaffa u permessi konġunti ta’ residenza u ta’ xogħol għandhom jagħmlu trasferimenti bħal dawn iktar attraenti.

2.8   Il-persuni trasferiti fi ħdan l-istess ażjenda għandhom jitħallew jaħdmu fi kwalunkwe entità oħra stabbilita fi Stat Membru ieħor u li tappartjeni għall-istess grupp ta’ impriżi u fis-siti ta’ klijenti ta’ dik l-impriża ospitanti fi Stati Membri oħra sakemm it-trasferiment ma jaqbiżx it-tnax-il xahar. Jeżistu madanakollu eċċezzjonijiet għal dan.

2.9   Għandu jkun hemm konformità mat-tariffi tal-paga minima u l-ftehimiet kollettivi tal-pajjiż ospitanti. Barra minn hekk, id-drittijiet bħal-libertà ta’ assoċjazzjoni, ta’ affiljazzjoni u ta’ sħubija fi trade union jew assoċjazzjoni ta’ min iħaddem, ir-rikonoxximent tad-diplomi b'konformità mal-proċeduri nazzjonali, l-aċċess għall-beni u s-servizzi u l-aċċess għas-sistemi ta’ sigurtà soċjali għandhom jiġu rispettati wkoll. Madanakollu, mhuwiex l-għan tad-direttiva li tapplika l-liġi tax-xogħol u soċjali tal-pajjiżi ospitanti kollha kemm hi.

3.   Daħla

3.1   Sa mill-Ftehim ta’ Amsterdam, il-politika tal-migrazzjoni waqgħet parzjalment taħt il-kompetenza tal-UE. Il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bosta drabi talbu li tiġi żviluppata politika tal-migrazzjoni tal-UE (fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Tampere fl-1999, il-Programm tal-Aja 2004, fil-Programm ta’ Stokkolma 2009 u fil-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil).

3.2   Fl-2005, wara konsultazzjoni pubblika fil-forma ta’ Green Paper, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat “Pjan Srateġiku dwar il-Migrazzjoni Legali” li kien għamel bosta proposti għal direttivi dwar il-migrazzjoni marbuta max-xogħol. Fil-25 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill adotta Direttiva (2) dwar l-immigrazzjoni ta’ ħaddiema kwalifikati ħafna (“il-Karta Blu tal-UE”) filwaqt li d-Direttiva dwar il-Permess Uniku għadha qed tiġi negozjata fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll proposta għal direttiva dwar ix-xogħol staġjonali fl-istess żmien li ppubblikat il-proposta li hija s-suġġett ta’ din l-opinjoni.

3.2.1   Oriġinarjament, fl-2001, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal direttiva orizzontali li tkopri kull forma ta’ immigrazzjoni marbuta max-xogħol. Issa l-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu approċċ settorjali għax approċċ orizzontali rriżulta li ma kienx fattibbli.

3.3   Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal direttiva dwar it-trasferimenti intra-ażjendali. L-għan tal-proposta kien li fil-livell tal-UE jiġu armonizzati r-regoli dwar l-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terżi li jiġu trasferiti minn kumpaniji li s-sede tagħhom tinsab barra mill-UE għal kumpanija fl-istess grupp fl-UE.

3.4   L-abbozz tad-direttiva jistabbilixxi r-regoli għal ħaddiema li huma residenti u ċittadini ta’ pajjiż mhux fl-UE, li għandhom kuntratt tax-xogħol ma’ kumpanija li tikkonsisti fi grupp ta’ kumpaniji li hija stabbilita f'dak il-pajjiż u li jiġu trasferuti minn dik il-kumpanija għal kumpanija assoċjata fi Stat Membru tal-UE.

3.5   Fil-memorandum ta’ spjegazzjoni l-Kummissoni Ewropea tgħid li d-direttiva proposta għandha tati kontribut sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Permezz tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tal-ammissjoni trasparenti u armonizzati għall-gruppi ta’ ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali temporanju għandu jkun possibbli li tingħata tweġiba rapida għad-domanda tal-kumpaniji multinazzjonali għat-trasferiment intra-ażjendali ta’ maniġers u speċjalisti minn pajjiżi terzi. Permezz ta’ trasferiment, l-apprendisti gradwati għandhom ikunu jistgħu jitħejjew biex jaħdmu f'pożizzjoni ta’ ġestjoni fil-kumpanija. Il-Kummissjoni hija konvinta li d-direttiva proposta ser tgħin sabiex tnaqqas l-ostakli amministrattivi li mhumiex neċessarji filwaqt li tħares id-drittijiet tal-impjegati u tipprovdi biżżejjed garanziji fi żminijiet ta’ diffikultà ekonomika.

3.6   Fil-prinċipju, l-għan tal-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandu jkun minn naħa li din tkun attraenti għall-“aqwa talenti”, iżda li min-naħa l-oħra tiżgura li l-istandards tax-xogħol u soċjali ma jiġux mhedda u li dan jiġi żgurat permezz ta’ mekkaniżmi komplementari adegwati. Minkejja li din id-direttiva mhix relatata direttament mal-migrazzjoni fil-perjodu fit-tul dan ir-rekwiżit għandu jitqies.

3.7   Il-promozzjoni ta’ dawn il-movimenti transnazzjonali teħtieġ klima ta’ kompetizzjoni ġusta u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, inkluż il-ħolqien ta’ status legali sikur għal ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali. Il-proposta tistabbilixxi wkoll xi drittijiet għall-persuni trasferiti bħall-ħlas tar-rinumerazzjoni stabbilit fil-ftehimiet kollettivi tal-pajjiż ospitanti. Madanakollu, m'għandhiex tapplika l-liġi sħiħa tax-xogħol. Il-maniġers ħafna drabi jitħallsu iktar mis-salarju minimu iżda dan mhux dejjem jgħodd għall-ispeċjalisti u l-apprendisti gradwati.

3.8   Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impieg bi kwalifiki għoljin” (3), il-KESE ħa l-pożizzjoni li peress li l-leġislazzjoni dwar l-ammissjoni ta’ ħaddiema immigranti hija marbuta fost affarijiet oħra mat-tendenzi fis-suq tax-xogħol, għandu jkun hemm djalogu bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali. Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru” (4), il-KESE stqarr li kull Stat Membru, bi ftehim mal-imsieħba soċjali, għandu jiddeċiedi liema tip ta’ immigrazzjoni hemm bżonn.

3.9   Fl-Opinjoni tiegħu dwar it-tema “L-integrazzjoni tal-ħaddiema immigranti” (5), il-KESE stqarr li l-integrazzjoni fil-post tax-xogħol flimkien mal-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali huma sfida għall-imsieħba soċjali wkoll u li għandhom jiġu appoġġjati minnhom permezz tan-negozjati kollettivi u fil-qafas tad-djalogu soċjali anki fil-livell Ewropew.

3.10   Minn dawn il-punti preċedenti jidher ċar li l-KESE huwa konvint li l-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti fil-proċess leġislattiv kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell Ewropew.

3.11   B'rabta mat-trasferimenti intra-ażjendali u l-kwistjoni tal-mobbiltà esterna jeħtieġ li jiġi kkunsidrat taħt liema kundizzjonijiet iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE jistgħu jiġu trasferiti f'pajjiżi terzi. Għandu jiġi żgurat li d-direttiva proposta ma tfixkilx il-kapaċità tal-Unjoni li tikseb impenji reċiproki taħt Mode 4 tal-GATS jew il-ftehimiet bilaterali. Dan huwa importanti b'mod partikolari għas-setturi bħall-industrija tal-bini li s'issa mhix “regolata” mill-GATS.

4.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

4.1   L-ewwel reazzjonijiet tal-imsieħba soċjali Ewropej għad-direttiva proposta kienu varjati immens. BUSINESSEUROPE b'mod ġenerali laqgħet il-proposta u rat fiha kontribut għal iktar trasparenza u semplifikazzjoni tal-proċess ta’ ammissjoni għat-trasferimenti intra-ażjendali. Madanakollu, BUSINESSEUROPE tikkritika wkoll ċerti dispożizzjonijiet tal-proposti. Dawn jikkonċernaw b'mod partikolari l-possibbiltà tal-bżonn ta’ perjodu ta’ 12-il xahar ta’ impjieg fi ħdan il-kumpanija li ser titrasferixxi. Ir-restrizzjonijiet fuq l-Istati Membri li japplikaw regoli iktar favorevoli tista' twassal għal deterjorazzjoni fir-regoli nazzjonali stabbiliti attwalment.

4.2   B'kuntrast ma’ dan, il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) esprimiet tħassib serju dwar id-direttiva proposta u talbet lill-Kummissjoni sabiex tirtiraha. Il-KETU tikkritika l-għażla tal-Artikolu 79 tat-TFUE bħala l-unika bażi legali ta’ din id-direttiva minkejja li din (bħad-Direttiva dwar il-ħaddiema staġjonali) ser ikollha impatti konsiderevoli fuq is-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri. Proposti bħal dawn għandhom jitħejjew f'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali skont l-Artikolu 154 tat-TFUE. Barra minn hekk, hija tħoss li l-proposta ma tiżgurax trattament ugwali għall-persuni trasferiti fl-istess ażjendi u lanqas tipprovdi mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tar-regolamenti.

4.3   F'termini ta’ politika tal-migrazzjoni, dan l-approċċ, tal-anqas parzjalment, isegwi l-kunċett tal-“migrazzjoni ċirkulari”: huwa maħsub li tkun migrazzjoni temporanja. Ħafna drabi dan il-kunċett mhuwiex ikkunsidrat bħala wieħed li kellu suċċess fejn jidħlu l-politiki tal-integrazzjoni u s-suq tax-xogħol. Jekk l-Ewropa m'għandhiex biżżejjed ħaddiema kwalifikati u residenti żgħażagħ f'ċerti pajjiżi, setturi u professjonijiet fuq perijodu twil, dan in-nuqqas jista' jiġi indirizzat permezz ta’ missjoni intensiva ta’ taħriġ u billi jintuża l-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-Ewropa. Imbagħad wara jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati l-migrazzjoni kontrollata relatata max-xogħol bi drittijiet li jiżdiedu gradwalment u l-possibbiltà ta’ permess għal residenza itwal.

4.4   Oħrajn iqisu l-kunċett tal-migrazzjoni temporanja jew ċirkulari bħala l-aħjar mod ta’ kif wieħed iħeġġeġ il-migrazzjoni ta’ ħaddiema bi kwalifiki għolja fl-Ewropa li mbagħad jistgħu jużaw l-esperjenza li jiksbu f'pajjiżhom. Fl-istess waqt l-Ewropa tkun qed toħloq kundizzjonijiet ġusti mal-kompetituri tagħha fil-kompetizzjoni globali għall-aqwa talent.

4.5   Verżjonijiet speċifiċi tal-approċċ tal-migrazzjoni temporanja diġà fallew f'ċerti Stati Membri fil-passat. Peress li kien maħsub li l-migrazzjoni kienet ta’ natura temporanja ma sarx investiment fil-miżuri ta’ integrazzjoni. Dawn in-nuqqasijiet għadhom sa ċertu punt s'issa ma ġewx solvuti.

4.6   Fl-2007, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat komunikazzjoni importanti dwar l-emigrazzjoni ċirkolari u l-partenarjati bejn l-UE u pajjiżi terzi (6) li ssemmi l-vantaġġi iżda anke l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-kunċett. Il-KESE ta kontribut għal dan id-dibattitu b'mod oġġettiv bl-opinjoni (7) tiegħu fuq inizjattiva proprja fejn irrikonoxxa li l-arranġamenti temporanji għad-dħul jistgħu jkunu utli wkoll u li l-inflessibbiltà attwali tal-leġislazzjoni fl-Ewropa hija ostaklu kbir għall-emigrazzjoni ċirkolari.

4.7   Il-kwistjoni tar-riunifikazzjoni mill-ġdid tal-familja hija marbuta ma’ dan ukoll u ssir kwistjoni iktar rilevanti meta l-migrazzjoni temporanja tinbidel f'waħdha li ddum bosta snin jew f'migrazzjoni permanenti. Għalhekk, ir-regoli dwar ir-riunifikazzjoni tal-familji għandhom ikunu simili għal dawk tad-Direttiva dwar il-Karta Blu (Direttiva 2009/F50/KE).

4.8   Il-KESE enfasizza l-importanza tal-integrazzjoni f'bosta opinjonijiet tiegħu (8).

4.9   L-UE u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jaħdmu id f'id sabiex jippromovu l-politika tal-integrazzjoni. Ftit ilu l-KESE enfasizza (9) li l-politika komuni tal-immigrazzjoni għandha tinkludi wkoll l-integrazzjoni fil-forma ta’ proċess soċjali reċiproku ta’ adattament bejn l-immigranti u s-soċjetà ospitanti, li għandu jiġi appoġġjat permezz ta’ prattiki ta’ amministrazzjoni u governanza tajba fl-UE, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Fl-opinjoni tiegħu dwar it-tema “L-integrazzjoni u l-Aġenda Soċjali” (10) il-KESE jipproponi li jinħoloq proċess ta’ mainstreaming tal-integrazzjoni fl-istrumenti politiċi, leġislattivi u finanzjarji differenti tal-UE sabiex dan jaqdi l-promozzjoni tal-integrazzjoni, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni.

4.10   Dan l-abbozz ta’ direttiva madanakollu jinsab f'kunflitt mal-isforzi tal-integrazzjoni peress li huwa u jserraħħ fuq in-natura temporanja tal-migrazzjoni jistgħu jintesew il-miżuri tal-integrazzjoni.

4.11   Sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta l-persuni trasferiti għandu jkollhom għall-anqas l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-persunal lokali tal-kumpanija. Dan m'għandux jikkonċerna biss is-salarji minimi iżda anki l-istandards tal-liġi tax-xogħol fil-pajjiż ospitanti. Għalhekk għandhom jgħoddu l-elementi kollha tal-liġi tax-xogħol tal-pajjiż ospitanti kullimkien.

4.12   B'rabta ma’ dawn id-drittijiet, fl-Opinjoni tiegħu dwar il-“Green Paper dwar Strateġija tal-UE għat-Treġija tal-Migrazzjoni Ekonomika” (11) il-KESE kien stqarr li l-punt tat-tluq għal dan id-dibattitu għandu jkun il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Il-ħaddiema migranti, irrispettivament mid-dewmien tal-permess tar-residenza u tax-xogħol tagħhom, għandu jkollhom l-istess drittijiet ekonomiċi, tax-xogħol u soċjali bħall-bqija tal-ħaddiema l-oħra.

4.13   Fl-Opinjoni tiegħu dwar id-Direttiva dwar il-Permess Uniku (12), il-KESE ġibed l-attenzjoni għar-rwol li jaqdu l-imsieħba soċjali fl-appoġġ tat-trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol fid-diversi oqsma (fil-livell kummerċjali, settorjali, nazzjonali u Ewropew). Il-Kunsilli Ewropej tax-Xogħol ukoll ser ikunu atturi prinċipali f'dan il-qasam: dan l-abbozz huwa relatat primarjament ma’ gruppi kbar ta’ kumpaniji b'numru kbir ta’ kumpaniji sussidjarji.

4.14   Il-kontroll tal-konformità mar-regoli għandu importanza partikolari. Fl-Opinjoni tiegħu “Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b”residenza illegali' (13), il-KESE jinnota li l-monitoraġġ mhux ser ikun faċli minħabba li l-korpi ta’ sorveljanza m'għandhomx biżżejjed persunal ikkwalifikat, hemm diffikultajiet fil-qsim tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi kkonċernati u hemm numru kbir ta’ kumpaniji li għandhom jiġu ssorveljati. L-Istati Membri għandhom għalhekk joqogħdu attenti li jiżguraw li l-korpi ta’ monitoraġġ ikollhom biżżejjed riżorsi biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv.

4.15   L-iskop tad-direttiva mhuwiex definit b'mod ċar u huwa vast wisq: b'mod partikolari d-definizzjoni tal-ispeċjalisti għandha tiġi limitata b'mod ċar sabiex jiġi evitat li fil-fatt l-impjegati kollha ta’ kumpanija jaħdmu sa tliet snien f'kumpanija sussidjarja fl-Istat Membru kkonċernat. Id-definizzjoni tal-apprendisti gradwati wkoll għandha terġa' tiġi eżaminata sabiex il-persuni li fil-fatt jintbagħtu jaħdmu bħala apprendisti jkun dawk li qed jiħarrġu għal kompiti maniġerjali speċifiċi. Il-formulazzjoni għandha tittieħed mill-offerta tal-GATS tal-UE tal-2005.

4.16   Il-possibbiltà li jiġu esklużi ċerti setturi mill-iskop tad-direttiva għandha tiġi eżaminata abbażi tat-talba kemm tal-impjegati kif ukoll tat-trade unions tas-settur ikkonċernat.

4.17   Fil-każ ta’ trasferimenti minn Stat Membru għal ieħor jeżistu problemi prattiċi fir-rigward tal-ħlas tas-salarji dovuti lill-persuna ssekondata. It-tħassib li ta’ spiss jinqala' fir-rigward tad-dumping tas-salarji b'rabta mat-trasferimenti minn Stati Membri oħra (fl-ambitu tad-Direttiva dwar is-Sekondar tal-Ħaddiema) jgħodd ukoll għall-ambitu ta’ din il-proposta. Għalhekk, pereżempju l-Opinjoni tal-KESE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema (14) tenfasizza li nuqqasijiet fil-possibbiltajiet ta’ kontroll jistgħu jirriżultaw fi problemi.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1   Id-definizzjoni ta’ speċjalist hija waħda li tfixkel u tista' tinkludi fiha kull tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg. Din id-definizzjoni (“Speċjalista tfisser kwalunkwe persuna li tippossedi għarfien mhux komuni essenzjali u speċifiku għall-entità ospitanti, filwaqt li jittieħed kont mhux biss tal-għarfien speċifiku tal-entità ospitanti, iżda wkoll ta’ jekk il-persuna għandhiex livell għoli ta’ kwalifika rigward tip ta’ xogħol jew sengħa li tirrikjedi għarfien tekniku speċifiku”) hija ħafna iktar wiesgħa mid-definizzjoni korrispondenti fil-parti tal-GATS li hija vinkolanti għall-UE peress li (fil-verżjoni Ġermaniża) ma jintalab l-ebda għarfien mhux komuni. Dan jimplika li kull ħaddiem speċjalist jista' jiġi trasferit u dan iżid sew il-periklu ta’ pressjoni fuq il-pagi.

5.2   Minkejja li t-trasferimenti intra-ażjendali attwalment jintużaw biss mill-kumpaniji multinazzjonali l-kbar, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-entità ospitanti sabiex jiġu evitati każijiet ta’ abbuż. Hija għandha tkun ta’ ċertu daqs u timpjega ammont speċifiku ta’ ħaddiema sabiex jiġu evitati każijiet ta’ abbuż fejn it-trasferimenti intra-ażjendali jintużaw biex jinħolqu intrapriżi magħmula minn persuna waħda magħmula mill-maniġer jew l-ispeċjalist trasferit.

5.3   Għandu jiġi żgurat li l-aġenziji tax-xogħol temporanju (li jagħmlu parti minn grupp ta’ kumpaniji) ma jitrasferux ħaddiema f'kumpaniji sussidjarji tal-grupp.

5.4   Il-proposta għal direttiva tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjoni jekk min jimpjega jew l-entità ospitanti kienu ġew sanzjonati b'mod konformi mal-leġislazzjoni nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali. Id-dispożizzjoni għandha tiġi estiża għall-każijiet ta’ rimunerazzjoni li tkun inqas minn dik prevista mill-kuntratti kollettivi. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, min jimpjega għandu jiġi eskluż milli japplika għat-trasferimenti temporanjament biss u mhux b'mod permanenti hekk kif previst fil-proposta. Għandu jkun possibbli wkoll li jsir divrenzjar skont il-gravità tal-offiża.

5.5   Il-possibbiltà tar-ritorn fil-kumpanija tal-pajjiż prinċipali mhix biżżejjed: għandu jsir mill-inqas kuntratt li jkun validu wara tmiem it-trasferiment sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema ma jiġux impjegati biss għat-trasferiment.

5.6   L-abbozz jipprevedi biss konformità mal-legislazzjoni nazzjonali fejn jidħlu s-salarji. Madanakollu, f'oqsma sensittivi bħat-trasferimenti intra-ażjendali d-direttiva għandha tindika li d-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi tax-xogħol (kemm id-dispożizzjonijiet ta’ natura leġislattiva kif ukoll dawk marbuta man-negozjar kollettiv) fil-pajjiż ospitanti għandhom japplikaw għat-trasferimenti intra-ażjendali u li l-organizzazzjoni li qed titrasferixxi jew l-entità ospitanti għandha timpenja ruħha minn qabel it-trasferiment li ser tirrispetta dawn id-dispożizzjonijiet. Huwa importanti ħafna li jiġu evitati impjiegi prekarji jew differenzi bejn il-persuni trasferiti u l-persunal permanenti.

5.7   Fil-prattika, ir-regola tal-Artikolu 16 effettivament tagħti lil Stat Membru l-kompetenza li joħroġ il-permessi ta’ residenza u ta’ xogħol anki fit-territorji ta’ Stati Membri oħra. L-awtoritajiet tal-Istati Membri individwali m'għandhomx il-kompetenza li joħorġu awtorizzazzjonijiet u permessi bħal dawn. L-UE ma tistax titrasferixxi din il-kompetenza għax l-UE stess m'għandhiex il-kompetenza li toħroġ il-permessi ta’ residenza u ta’ xogħol għal Stati Membri individwali. Barra minn hekk, m'hemmx il-possibbiltà li t-tieni Stat Membru, b'xi mod jivverifika l-permess tax-xogħol maħruġ mill-ewwel Stat Membru flimkien mal-permess tar-residenza. Għalhekk jeħtieġ li jiġi speċifikat li permess huwa validu biss fl-Istat Membru li fih jinħareġ.

5.8   Attawlment lanqas ma huwa ċar liema sistema tapplika fil-każ ta’ trasferiment ieħor għat-tieni Stat Membru għax f'dal-każ dan ikun trasferiment minn Stat Membru għal ieħor. Fi kwalunkwe każ ser ikun hemm bżonn ta’ proċeduri speċifiċi ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri.

5.9   Il-proposta tipprevedi l-introduzzjoni ta’ proċeduri semplifikati. Madanakollu, mhuwiex ċar fhiex ser jikkonsistu eżattament dwan is-semplifikazzjonijiet. Proċedura rapida m'għandhiex tkun għad-detriment tal-evalwazzjoni dettaljata tat-talbiet. Fi kwalunkwe każ jeħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ikunu f'qagħda li jevalwaw kull każ bir-reqqa u mingħajr l-ebda dewmien, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħlas tas-salarji.

5.10   It-trasferimenti huma previsti għal perjodu massimu ta’ tliet snin. Perjodu ta’ trasferiment bħal dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala impjieg intern bil-għan li jaqdi l-bżonnijiet tal-kumpanija għal perjodu qasir ta’ żmien. L-impjegati trasferiti għandhom jiġu integrati fl-operat tal-pajjiż ospitanti b'mod normali. Għalhekk jeħtieġ li l-liġi soċjali u tax-xogħol tapplika b'mod sħiħ.

5.11   F'bosta setturi, it-trasferimenti ta’ tliet snin jaqbżu l-perjodu normali ta’ dewmien tal-kuntratti tax-xogħol. Dwar l-immigrazzjoni ta’ ħaddiema bi kwalifiki għoljin diġà ġiet adottata Direttiva Qafas 2009/50/EG (id-Direttiva dwar il-Karta Blu).

5.12   Is-salarji minimi mhumiex biżżejjed biex jiżguraw li ma jkunx hemm dumping tas-salarji. F'każijiet fejn persuna terġa' tiġi trasferita fit-tieni Stat Membru l-proposta tipprevedi li japplikaw il-kundizzjonijiet tal-pajjiż li joħroġ il-permess. F'dan il-każ jista' jiġri li s-salarju minimu applikabbli ma jkunx dak tal-pajjiż fejn ikun ittieħed l-impjieg (fejn jista' jkun ogħla) iżda fil-pajjiż li qed joħroġ il-permess. Għalhekk jeħtieġ li jiġi ċċarat li min qed jiġi trasferit jingħata s-salarju minimu applikabbli fl-Istat fejn jaħdem. Jeħtieġ li hawnhekk tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-ftehimiet kollettivi kollha u tal-prinċipju tat-trattament ugwali.

5.13   Il-proposta għal direttiva li qed tiġi indirizzata hawn ma tipprovdi l-ebda possibbiltà li min qed jiġi trasferit iressaq ilment kontra min jimpjegah quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea. Il-ġurisdizzjoni li tapplika għal impjegati trasferiti minn pajjiżi terżi pereżempju fil-każ tal-pagament tas-salarji b'konformità mal-ftehimiet kollettivi fil-pajjiż ospitanti, ġeneralment tkun tal-Istat li qed jibgħat lill-impjegat trasferit u mhux l-Istat Membru kkonċernat. Dan jagħmilha diffiċli b'mod inaċċettabbli għal min qed jiġi trasferit li jressaq ilment leġittimu. L-aċċess għal dan id-dritt madanakollu huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali ta’ soċjetà demokratika u għandu għalhekk jiġi provdut fil-pajjiż ospitanti.

5.14   Il-KESE jappella lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jaħdmu sabiex fil-proċess leġislattiv li jmiss jeliminaw in-nuqqasijiet imsemmija b'rabta ma’ din id-direttiva sabiex jiġi żgurat li din id-direttiva verament tkun tista' tagħti kontribut effettiv biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti intrakorporattivi meħtieġa tal-għarfien lejn l-UE.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  COM(2011) 11 finali, 12.1.2011.

(2)  COM(2007) 637 u 638, 23.10.2007.

(3)  ĠU C 27/108, 3.02.2009.

(4)  ĠU C 27/114, 3.02.2009.

(5)  ĠU C 354/16, 28.12.2010.

(6)  COM(2007) 248 finali.

(7)  ĠU C 44/91, 16.02.2008.

(8)  Ara l-Opinjonijiet tal-KESE: ĠU C 125/112, 27.5.2002, ĠU C 80/92, 30.3.2004, ĠU C 318/128, 23.12.2006, ĠU C 347/19, 18.12.2010, ĠU C 354/16 28.12.2010, l-Opinjoni tal-KESE dwar it-Tema “L-integrazzjoni tal-ħaddiema immigranti” (relatur: is-Sur Pariza Castaños).

(9)  ĠU C 48, 15.02.2011.

(10)  ĠU C 347/19, 18.12.2010.

(11)  ĠU C 286/20, 17.11.2005 (mhux disponibbli bil-Malti).

(12)  Ara nota f'qiegħ il-paġna numru 4.

(13)  ĠU C 204/70, 9.08.2008.

(14)  ĠU C 224/95, 30.8.2008.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/107


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji”

COM(2011) 32 finali – 2011/0023 (COD)

2011/C 218/20

Relatur ġenerali: is-Sur GARCÍA-CARO

Nhar it-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji

COM(2011) 32 finali – 2011/0023 (COD).

Nhar l-14 ta’ Marzu 2011, il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-471 Sessjoni Plenarja tiegħu tal-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju 2011) li jaħtar lis-Sur García-Caro García-Caro bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni bi 80 vot favur, 2 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jilqa’ b’sodisfazzjon il-Proposta għal Direttiva iżda għandu xi riżervi li jesprimi f’dan id-dokument, u jinsab imħasseb għax l-għażla rikorrenti bejn is-sigurtà u l-libertà jew iktar konkretament bejn it-titjib tas-sigurtà u t-tnaqqis tad-drittijiet taċ-ċittadini, f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tad-data personali, ma tista’ bl-ebda mod tmur kontra l-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati d-drittijiet fundamentali tal-persuni.

1.2   Il-KESE jaqbel mal-opinjoni ġenerali tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Parlament Ewropew. Iqis ukoll li l-proposta ma tipprovdix ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-bżonn li d-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) taċ-ċittadini kollha li jaqbdu titjiriet internazzjonali tintuża b’mod ġeneralizzat u mingħajr distinzjoni, u konsegwentement jikkunsidra li l-miżura proposta hija sproporzjonata.

1.3   Il-KESE jappoġġja b’mod partikolari l-kumment tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data fl-aħħar opinjoni tiegħu dwar il-proposta biex ma jsirx użu sistematiku u mingħajr distinzjoni tad-data tal-PNR iżda li din tintuża skont il-każ.

1.4   Il-KESE jqis li l-għażla ċentralizzata ta’ Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri waħdanija minflok l-għażla deċentralizzata fl-Istati Membri mqajma fil-proposta tista’ tkun inqas għalja għall-kumpaniji tal-ajru u għall-Istati Membri stess, u tista’ toffri superviżjoni u kontroll aħjar tad-data ta’ natura personali fil-PNR, billi tevita t-trażmissjoni ripetuta ta’ din id-data.

2.   Introduzzjoni għall-Proposta għal Direttiva

2.1   Il-Proposta għal Direttiva għandha l-għan li tirregola t-trasferiment mill-kumpaniji tal-ajru tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) tat-titjiriet internazzjonali fl-Istati Membri, kif ukoll l-ipproċessar tad-data u l-iskambju tagħha bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Għandha l-għan ukoll li tarmonizza d-dispożizzjonijiet tal-pajjiżi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data bil-għan li l-PNR jintużaw għall-ġlieda kontra t-terroriżmu (1) u r-reati serji (2), skont id-definizzjonijiet mogħtija lilhom mil-liġi Komunitarja.

2.2   Il-proposta tinkludi d-definizzjoni tal-forom ta’ użu tal-PNR mill-Istati Membri, id-data li għandha tinġabar, ir-raġunijiet għaliex tista’ tintuża, it-trażmissjoni tad-data bejn l-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri (UIP) u d-diversi pajjiżi u l-kundizzjonijiet tekniċi tal-komunikazzjoni tagħhom. Għal dan intgħażlet sistema deċentralizzata ta’ ġbir u proċessar tal-PNR minn kull pajjiż.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, bħala rappreżentant leġittimu tas-soċjetà ċivili organizzata, huwa l-interlokutur adatt biex iwassal l-opinjoni tas-soċjetà ċivili. F’dan ir-rigward jirringrazzja lill-Kunsill talli ressaq din il-proposta quddiemu għal konsultazzjoni fakultattiva.

3.2   Il-Proposta għal Direttiva li tressqet għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tista’ tiġi kkwalifikata bħala armonizzazzjoni a priori tal-leġislazzjonijiet tal-Istati Membri f’dan il-qassam, billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri m’għandhomx regoli speċifiċi għall-użu tad-data tal-PNR bl-objettivi speċifikati fil-proposta. F’dan ir-rigward il-Kumitat iqis li jkun siewi li jiġi stabbilit qafas legali komuni li l-leġislazzjonijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw għalih, sabiex il-garanziji u s-sigurtà fil-protezzjoni tad-data għaċ-ċittadini jkunu l-istess fl-Unjoni Ewropea kollha.

3.3   Hekk kif inhu speċifikat fil-proposta, ninsabu quddiem regola li tippermetti li tiġi proċessata u analizzata firxa wiesgħa ta’ data ta’ miljuni ta’ ċittadini li qatt ma wettqu u qatt mhu se jwettqu reati bħal dawk imsemmija fid-Direttiva. Għaldaqstant ser tintuża data ta’ persuni assolutament normali sabiex jiġu identifikati profili ta’ kriminali perikolużi. Fil-fehma tal-Kumitat, ninsabu quddiem għażla bejn is-sigurtà u l-libertà jew b’mod iktar konkret bejn it-titjib tas-sigurtà u t-tnaqqis tad-drittijiet taċ-ċittadini f’dak li għandu x’jaqsam mad-data personali.

3.4   L-iżvilupp twil ta’ din il-proposta ppermetta li jitressqu iktar minn darba opinjonijiet differenti ferm ikkwalifikati min-naħa ta’ interlokuturi prinċipali f’dan il-qasam. Minn mindu l-Kummissjoni, fl-2007, adottat il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tal-PNR, li ħejjiet it-triq għall-Proposta għal Direttiva, esprimew ruħhom dwarha l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (3), li barra minn hekk f’Marzu ta’ din is-sena ressaq opinjoni dwar dan it-test il-ġdid, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data, li esprima ruħu wkoll f’April ta’ din is-sena (4), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Parlament Ewropew, li b’rabta mal-proposta tal-2007, ħareġ ir-Riżoluzzjoni korrispondenti (5), u li, fir-rigward ta’ din il-proposta, qed jipparteċipa fil-proċedura legali tagħha b’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.5   Il-KESE jaqbel mal-opinjoni ġenerali tal-interlokuturi kkwalifikati kollha. Iqis ukoll li l-proposta ma tipprovdix ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-bżonn li d-data tal-PNR taċ-ċittadini kollha li jaqbdu titjiriet internazzjonali tintuża b’mod ġeneralizzat u mingħajr distinzjoni, u konsegwentement jikkunsidra li l-miżura proposta hija sproporzjonata, b’mod speċjali meta fir-raġuni u l-kontenut tal-proposta huwa rikonoxxut li “… fuq il-livell tal-UE, l-istatistiċi dettaljati dwar il-limitu safejn tali dejta tgħin fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti serji u terroriżmu mhumiex disponibbli”. (6) Għalhekk il-KESE jappoġġja b’mod partikolari l-kumment tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data biex ma jsirx użu sistematiku u mingħajr distinzjoni tad-data tal-PNR, iżda li din tintuża skont il-każ.

3.6   B’konformità mal-kummenti ta’ hawn fuq, u għall-finijiet ta’ koerenza mal-opinjonijiet preċedenti tal-KESE, din l-opinjoni tevoka u tinkorpora r-rakkomandazzjoni li ġejja, li kienet ġiet adottata fl-opinjoni dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini” (7): “Il-politiki tas-sigurtà m’għandhomx jipperikolaw il-valuri fundamentali (id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet pubbliċi) jew il-prinċipji demokratiċi (l-istat tad-dritt) li huma komuni fl-Unjoni kollha. Il-libertà tal-persuna m’għandhiex tonqos minħabba l-għan tas-sigurtà kollettiva u tal-istat. Ċerti proposti ta’ politika jirrepetu żball li kien isir fiż-żminijiet tal-bidu: li tiġi ssagrifikata l-libertà biex titjieb is-sigurtà”.

3.7   F’kull każ, it-test li jiġi prodott fl-aħħar tal-proċess leġislattiv għandu jipprovdi l-ogħla livell possibbli ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data personali mniżżla fil-PNR, b’konformità mal-prinċipji stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar “Il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali” (8) u dawk stipulati fid-Direttiva 95/46/KE dwar “Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data” (9). Dawn ir-regoli ta’ natura eċċezzjonali ma jistgħu bl-ebda mod imorru kontra l-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati d-drittijiet fundamentali tal-persuni.

3.8   Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-Proposta għal Direttiva indubbjament tirrappreżenta użu eċċezzjonali tad-data personali, il-KESE huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet l-iktar eċċezzjonali li jinsabu fl-Artikoli 6 u 7 għandhom jinżammu f’livell baxx, bil-għan li ma jsirx użu abbużiv mid-dispożizzjonijiet eċċezzjonali, u għandha dejjem tingħata raġuni għat-talbiet ta’ data lil hinn mir-regoli ġenerali stipulati fl-Artikoli 4 u 5 tal-proposta.

3.9   Bil-għan li jiġi żgurat li d-data tintuża biss għall-finijiet stipulati fil-Proposta għal Direttiva u li jkun possibbli li, f’kull ħin, ikun magħruf min għandu aċċess għall-bażijiet tad-data tal-PNR jew għad-data pproċessata, it-test tal-proposta għandu jistabbilixxi sistema ta’ traċċabbiltà sabiex l-aġenti jew l-awtoritajiet li kellhom aċċess għad-data, u l-ipproċessar u l-manipulazzjoni tad-data li wettqu, ikunu jistgħu jiġu identifikati.

4.   Kummenti partikolari

4.1   Dwar l-Artikolu 3

F’dinja globalizzata, il-premessa (18) tal-proposta tinftiehem diffiċilment, ħlief jekk nifhmuha bħala li qed tiġġustifika l-għażla li saret fl-Artikolu 3 li jiġi adottat mudell deċentralizzat. Fil-fehma tal-KESE, hemm il-periklu li dan il-mudell iżid l-ispejjeż tal-kumpaniji tal-ajru, peress li jkollhom jittrażmettu d-data tagħhom lill-unitajiet tal-Istati kollha li fihom tista’ tagħmel waqfa qasira kull titjira internazzjonali. Bl-istess mod, bis-saħħa ta’ dan it-tip ta’ mudell, għadd ta’ unitajiet ikunu jistgħu jipproċessaw u jittrażmettu d-data personali. Din is-sistema qajla tidher li hija kompatibbli mal-kriterji tal-effikaċja u l-effiċjenza li kulħadd għandu jħaddan.

4.2   Dwar l-Artikolu 4(1)

Il-KESE jipproponi li s-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu: “… u tinforma lit-trasportatur bl-ajru sabiex ma jibqax jittrasferixxi din id-dejta”, għaliex huwa tal-fehma li, ladarba tinstab anomalija, għandu jkun hemm istruzzjonijiet biex din tiġi kkoreġuta minnufih.

4.3   Dwar l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(4)

Fil-fehma tal-KESE, hemm diskrepanza rigward il-formulazzjoni ta’ dawn iż-żewġ artikoli. L-Artikolu 4(4) jgħid li l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stat Membru għandha tittrasferixxi d-data pproċessata lill-awtoritajiet kompetenti skont il-każ ikkonċernat. Iżda, l-Artikolu 5(4) jgħid li d-data tal-PNR tal-passiġġieri u r-riżultat tal-ipproċessar tad-data tal-PNR riċevuti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jistgħu jiġu pproċessati aktar mill-awtoritajiet kompetenti. Il-KESE huwa tal-fehma li għandha tinstab soluzzjoni għal din il-kontradizzjoni ovvja jew tiġi ċċarata iktar sabiex ma jkunx hemm lok għal interpretazzjonijiet differenti.

4.4   Dwar l-Artikolu 6(1)

Skont l-argument żviluppat fil-punt 4.1, il-KESE huwa tal-fehma li din is-sistema, li permezz tagħha d-data tiġi ttrasferita lil Unitajiet differenti tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, iżżid il-piżijiet amministrattivi tat-trasportaturi bl-ajru minkejja li, f’dan il-preċiż mument, qed isiru appelli biex dawn il-piżijiet jitnaqqsu, u żżid ukoll l-ispejjeż operattivi tagħhom, li jistgħu jġarrbuhom il-konsumaturi fil-prezz finali tal-biljett tal-ajru.

4.5   Dwar l-Artikolu 6(2)

Fir-rigward tas-sigurtà u l-protezzjoni tad-data personali, il-KESE huwa tal-fehma li t-trasferiment “permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor” li għandu jsir fil-każ ta’ falliment tekniku tal-mezzi elettroniċi ma jirrappreżentax l-iktar soluzzjoni adegwata. Għalhekk, il-Kumitat jitlob li jingħataw iktar dettalji dwar il-mezzi li jistgħu jiġu użati għat-trasferiment.

4.6   Dwar l-Artikolu 6(3)

Il-Kumitat huwa tal-fehma li t-test fil-bidu tal-paragrafu jkun iżjed effettiv jekk titneħħa l-kelma “jistgħu”, sabiex l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu ma tkunx l-għażla tal-Istati Membri. Għalhekk, il-paragrafu msemmi għandu jibda hekk: “L-Istati Membri għandhom jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru …”.

4.7   Dwar l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 7

Fil-fehma tal-KESE, l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 7 kollu kemm hu jintroduċu sensiela ta’ dispożizzjonijiet suċċessivi ta’ natura eċċezzjonali, li kulma jmur isiru ta’ natura iktar serja, li jabolixxu t-trasferiment tad-data “fuq bażi ta’ każ b’każ” kif imniżżel fl-Artikolu 4(4) u jgħaddu lejn trasferiment kważi ġenerali, fejn kulħadd huwa intitolat biex jittrasferixxi u jirċievi d-data tal-PNR. L-Artikolu 7 huwa ġabra tal-eċċezzjonijiet għan-norma.

4.8   Dwar l-Artikolu 8

Bil-għan li ma nsibux ruħna f’sitwazzjoni bl-iżjed ċirkustanzi eċċezzjonali, li tikkonsisti minn trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi li jistgħu, min-naħa tagħhom, jittrasferixxuhom lil pajjiżi terzi oħra, ikun tajjeb li dan l-artikolu jispeċifika li t-trasferiment għandu jsir ladarba d-data tkun ġiet ipproċessata mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jew l-awtorità kompetenti fi ħdan l-Istat Membru, li mbagħad jittrasferixxiha lil pajjiż terz, u dan isir biss skont il-każ ikkonċernat.

4.9   Dwar l-Artikolu 11(3)

Għall-istess raġuni li ngħatat għall-Artikolu 4(1), il-KESE jipproponi li s-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu: “… u l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tinforma lit-trasportatur bl-ajru sabiex ma jibqax jittrasferixxi din id-dejta”.

4.10   Dwar l-Artikolu 11(4)

Ikun loġiku li s-sistema tat-traċċabbiltà proposta mill-KESE fil-punt 3.9 ta’ din l-opinjoni titpoġġa f’dan l-artikolu, bil-għan li f’kull mument jiġi rreġistrat kull min ikollu aċċess għall-informazzjoni.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

(2)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 110, 1.5.2008.

(4)  Opinjoni Nru 145, 5.12.2007 u Opinjoni Nru 10, 5.4.2011.

(5)  P6_TA (2008) 0561.

(6)  COM(2011) 32 finali, p. 6.

(7)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80.

(8)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(9)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/110


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib”

COM(2010) 728 finali – 2010/0362 (COD)

2011/C 218/21

Relatur: is-Sinjura Dilyana SLAVOVA

Nhar it-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

COM(2010) 728 finali – 2010/0362 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’150 vot favur, 3 voti kontra u 13-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jinnota li l-kriżi tal-2007-2009 poġġiet pressjoni kbira fuq is-settur tal-ħalib, u b’mod partikolari fuq il-produtturi.

1.2

Il-KESE jinnota l-iżbilanċi tul il-katina tal-provvista, l-aktar bejn il-bejjiegħa bl-imnut fuq naħa u l-bdiewa u l-proċessuri fuq in-naħa l-oħra li jfixklu d-distribuzzjoni aktar ġusta tal-valur miżjud tal-prodotti lill-produtturi tal-ħalib. Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tieħu miżuri li jiżguraw li t-trasparenza tiġi applikata b’mod ugwali tul il-katina kollha tal-prodotti tal-ħalib (produtturi – proċessuri – distributuri – bejjiegħa bl-imnut).

1.3

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qed tuża r-rakkomandazzjonijiet li ħareġ il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Ħalib u li qed tindirizza f’waqtu l-isfidi li qed jiffaċċja s-settur tal-ħalib.

1.4

Il-KESE huwa konvint li l-aħjar effiċjenza fil-katina tal-provvista tal-ħalib hija fl-interess tal-partijiet kollha involuti u jenfasizza li d-distribuzzjoni ġusta tal-valur miżjud tul il-katina, partikolarment it-tisħiħ tas-saħħa tan-negozjar tal-produtturi, tgħin biex titjieb l-effiċjenza globali, il-kompetittività u s-sostenibbiltà.

1.5

Il-KESE jqis li l-erba’ elementi kollha (ir-relazzjonijiet kuntrattwali, is-saħħa tan-negozjar tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u t-trasparenza) huma marbutin flimkien mill-qrib u jiddependu minn xulxin. Għalhekk dawn l-elementi għandhom jiġu trattati flimkien.

1.6

Il-KESE jirrikonoxxi li l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib tista’ tvarja ħafna bejn l-Istati Membri u għalhekk jaqbel li l-użu ta’ kuntratti għandu jibqa’ volontarju. Madankollu, fil-prinċipju, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti obbligatorja fit-territorju tagħhom sabiex jiżguraw li jitħares il-funzjonament xieraq tas-suq intern.Huwa essenzjali li jiġi enfasizzat li l-proposta ma tkunx applikabbli għall-kooperattivi u li tinġibed l-attenzjoni għall-aħjar prattiki stabbiliti f’xi Stati Membri.

1.7

Il-KESE jaqbel li dawn il-kuntratti għandu jkollhom tal-anqas l-erba’ aspetti ewlenin li ġejjin, li għandhom jiġu negozjati b’mod ħieles bejn il-partijiet: (1) il-prezz pagabbli/il-formula tal-prezz mal-kunsinna, (2) il-volum, (3) il-ħin tal-kunsinna waqt l-istaġun, u (4) it-tul tal-kuntratt.

1.8

Il-KESE jħeġġeġ it-twaqqif tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, speċjalment f’xi Stati Membri ġodda fejn is-settur ifframmentat tal-produzzjoni tal-ħalib għandu saħħa tan-negozjar limitata ħafna. Il-KESE jagħraf il-valur miżjud fis-settur tal-frott u l-ħaxix frisk tal-organizzazzjonijiet li jsaħħu r-rabtiet bejn il-partijiet interessati varji fi ħdan l-oqsma differenti, peress li jistgħu jtejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-swieq; jikkunsidra li żviluppi simili jistgħu jtejbu t-tħaddim globali tal-katina tal-provvista tal-ħalib.

1.9

Il-KESE jqis li hemm bżonn ta’ aktar kjarifiki u żvilupp fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE għas-settur tal-ħalib biex jippermettu li organizzazzjonijiet tal-produtturi ewlenin jibbenefikaw minn titjib fis-saħħa tan-negozjar.

1.10

Il-KESE jisħaq li trasparenza akbar tista’ tgħin lill-katina tal-prodotti tal-ħalib biex taħdem aħjar, għall-benefiċċju tal-atturi kollha, u f’dan il-kuntest jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli lill-Kummissjoni li tiżgura li t-trasparenza ma tfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern.

1.11

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni, filwaqt li jenfasizza l-fatt li l-proposta mhux ser issolvi l-problemi kollha fis-settur tal-ħalib.

2.   Introduzzjoni

2.1

Il-produzzjoni tal-ħalib hija importanti ħafna fl-UE, mhux biss minn perspettiva ekonomika minħabba l-valur tal-bejgħ u l-għadd ta’ impjiegi iżda wkoll minħabba r-rwol tagħha f’termini tal-użu tal-art u l-ħarsien tal-ambjent. F’ħafna reġjuni, partikolarment dawk muntanjużi u żvantaġġjati, hija wkoll waħda mill-ftit tipi ta’ produzzjonijiet li hemm possibbiltà vera li tiġi żviluppata u tinżamm.

2.2

Is-settur tal-ħalib għandu sehem importanti fil-kwalità tal-ħajja tal-Ewropa minħabba l-kontribut li jagħti għas-saħħa u nutrizzjoni responsabbli u sikura għall-konsumaturi u l-importanza ekonomika tagħha għall-iżvilupp rurali u s-sostenibbiltà ambjentali.

2.3

Is-setturi li jipproduċu u jipproċessaw il-ħalib ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri. L-istrutturi tal-produzzjoni u l-ipproċessar ivarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor, b’estrem wieħed ikun organizzazzjoni predominanti ta’ kooperattiva li tipproċessa wkoll il-ħalib u fl-estrem l-ieħor, għadd kbir ta’ produtturi individwali u għadd kbir ta’ proċessuri privati. Fit-tħejjija għall-2015, anke l-aktar ambjenti organizzati tal-produtturi ser ikollhom iħejju lilhom innifishom b’mod adegwat għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq li ser ikollhom jiffaċjaw ladarba il-kwoti jitneħħew. Ta’ min wieħed jinnota li, fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi (fil-livell tal-UE u dak nazzjonali) qed jirtiraw mill-ġestjoni tal-produzzjoni, il-partijiet interessati fis-settur ser ikollhom jiffaċċjaw ċirkostanzi kompletament ġodda, u jassumu responsabbiltajiet ġodda. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-produtturi għandhom bżonn jiżguraw li jġibu prezz ġust mis-suq.

3.   Kuntest

3.1

F’Ottubru 2009, fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni diffiċli fis-suq tal-ħalib, twaqqaf Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Ħalib bil-għan li jiddiskuti l-arranġamenti għal żmien medju u fit-tul għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, filwaqt li jaħdem fuq qafas regolatorju u jgħin l-istabbilizzazzjoni tas-suq u tad-dħul tal-produtturi.

3.2

Il-Grupp ta’ Livell Għoli kiseb kontribut bil-fomm u bil-miktub minn gruppi kbar Ewropej interessati fil-katina tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib li jirrappreżentaw lir-raħħala, lill-proċessuri tal-prodotti tal-ħalib, lin-negozjanti tal-ħalib, lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-konsumaturi. Barra minn hekk, il-Grupp ta’ Livell Għoli irċieva kontribuzzjonijiet minn esperti akkademiċ, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni li ġew mistiedna.

3.3

Saret ukoll konferenza tal-partijiet interessati fis-26 ta’ Marzu 2010 li ppermettiet li firxa usa’ ta’ atturi fil-katina tal-provvista jesprimu l-fehmiet tagħhom. Il-Grupp ta’ Livell Għoli ppreżenta r-rapport tiegħu fil-15 ta’ Ġunju 2010, li kien fih analiżi tas-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u numru ta’ rakkomandazzjonijiet.

3.4

Il-Grupp ta’ Livell Għoli skopra żbilanċi kbar fil-katina tal-provvista (produtturi – proċessuri – distributuri – bejjiegħa bl-imnut), u distribuzzjoni mhux ugwali tal-valur miżjud. Din is-sitwazzjoni nħolqot minħabba nuqqas ta’ trasparenza, riġidità u problemi fit-trasmissjoni tal-prezz tul il-katina tal-provvista.

3.5

Ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Grupp ta’ Livell Għoli ġew eżaminati mill-Kunsill u l-konklużjonijiet tal-Presidenza ġew adottati fil-laqgħa tas-27 ta’ Settembru 2010. Dawn il-konklużjonijiet iħeġġu lill-Kummissjoni sabiex sa l-aħħar tas-sena tissottometti r-risposta tagħha għall-ewwel erba’ rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli (ir-relazzjonijiet kuntrattwali, is-saħħa ta’ negozjar tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u t-trasparenza).

3.6

Il-proposta tal-Kummissjoni attwali tindirizza l-erba’ elementi kollha (ir-relazzjonijiet kuntrattwali, is-saħħa tan-negozjar tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u t-trasparenza) sal-punt li fih id-dispożizzjonijiet attwali marbutin magħhom jeħtieġu li jiġu emendati.

3.7

Rigward ir-relazzjonijiet bejn il-produtturi tal-ħalib u l-imħaleb, il-konċentrazzjoni tal-provvista ta’ spiss tkun ħafna inqas mill-konċentrazzjoni fil-livell tal-ipproċessar. Dan jirriżulta fi żbilanċ fis-saħħa tan-negozjar bejn dawn il-livelli. Il-proposta tipprovdi li jitfasslu minn qabel kuntratti bil-miktub mhux obbligatorji, li jinkludu l-aspetti ewlenin tal-prezz, il-ħin u l-ammont ta’ kunsinni, u t-tul tal-kuntratt, għal kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat minn raħħal lil maħleb. L-Istati Membri għandhom l-għażla li jużaw kuntratti obbligatorji fit-territorju tagħhom. Il-kooperattivi, minħabba n-natura speċifika tagħhom, mhumiex meħtieġa li jkollhom kuntratti jekk l-istatuti tagħhom ikun fihom dispożizzjonijiet simili.

3.8

Sabiex is-saħħa tan-negozjar terġa’ tiġi bbilanċjata, il-proposta tippjana li tippermetti lir-raħħala jinnegozjaw il-kuntratti kollettivament permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. Hija tistabbilixxi limiti kwantitattivi xierqa għall-volum ta’ din in-negozzjazzjoni li għandhom ipoġġu lir-raħħala fuq l-istess livell tal-imħaleb ewlenin filwaqt li tinżamm kompetizzjoni adegwata fil-provvista tal-ħalib mhux ipproċessat. Il-limiti huma stabbiliti għal 3,5 % tal-produzzjoni globali tal-UE u 33 % tal-produzzjoni nazzjonali, b’salvagwardji speċifiċi pprovduti wkoll biex tiġi evitata ħsara kbira partikolarment lill-SMEs. Dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għalhekk għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal rikonoxximent skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

3.9

Il-proposta tistabbilixxi wkoll regoli speċifiċi tal-UE għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkopru l-partijiet kollha tal-katina. Dawn l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom rwoli potenzjalment utli fir-riċerka, it-titjib tal-kwalità, il-promozzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattika fil-metodi tal-produzzjoni u l-ipproċessar.

3.10

Qed jiġi propost li jiġu applikati r-regoli tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali attwali fis-settur tal-frott u l-ħaxix, b’adattament adegwat għas-settur tal-prodotti tal-ħalib.

3.11

L-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkontribwixxu sabiex itejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u s-suq, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta’ data statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul tal-kuntratti għall-kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat li ġew konklużi, u billi tiġi pprovduta analiżi ta’ xejriet potenzjali futuri tas-suq fil-livell reġjonali jew nazzjonali.

3.12

Il-proposta tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ xi miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-elementi li għalihom tista’ tkun eżerċitata dik is-setgħa għandhom jiġu ddefiniti, flimkien mal-kundizzjonijiet li tkun soġġetta għalihom dik id-delega.

3.13

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-proposta timmira li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib fil-katina tal-provvista tal-ħalib u biex is-settur jitħejja għal futur aktar orjentat lejn is-suq u li jkun aktar sostenibbli.

4.2

Huwa jipprovdi għal kuntratti bil-miktub bejn il-produtturi u l-proċessuri tal-ħalib, il-possibbiltà li dawn jinnegozjaw it-termini tal-kuntratt b’mod kollettiv permezz ta’ organizzazzjonjiet tal-produtturi b’mod li s-saħħa tan-negozjar tal-produtturi tal-ħalib tiġi bbilanċjata fir-rigward ta’ proċessuri ewlenin, regoli speċifiċi tal-UE għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali u miżuri li jtejbu t-trasparenza fis-suq. Huwa propost li l-miżuri jkunu validi sal-2020 b’żewġ reviżjonijiet intermedji. Limiti adatti tad-daqs għan-negozjati kollettivi u miżuri oħra ta’ salvagwardja għandhom jippermettu li jintlaħaq l-għan li tissaħħaħ is-saħħa tan-negozjar tal-produtturi tal-ħalib filwaqt li jitħarsu l-kompetittività u l-interessi tal-SMEs.

4.3

Kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi kif ser jitratta r-relazzjonijiet kuntrattwali. Kull Stat Membru huwa ħieles, fil-limiti tas-sistema tal-liġi tal-kuntratti tiegħu biex jiddeċiedi jekk japplikax l-obbligu għall-kuntratti bejn ir-raħħala u l-proċessuri. Minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet madwar l-UE f’dan il-kuntest, fl-interessi tas-sussidjarjetà, deċiżjoni bħal din għandha tibqa’ f’idejn l-Istati Membri.

4.4

Il-KESE jaqbel li hemm bżonn li tissaħħaħ is-saħħa tan-negozjar tal-produtturi, iżda s-sitwazzjonijiet differenti u l-karatteristiċi nazzjonali jridu jitqiesu wkoll.

4.5

Rigward it-tul tad-delega tal-atti delegati, il-KESE jemmen li dan għandu jkun dejjem għal perjodu ta’ żmien speċifiku (mandat). Barra minn hekk, l-atti delegati għandhom jiġu reżervati għall-oqsma li fihom id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu malajr.

4.6

L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jintużaw fil-każijiet li fihom ikun aħjar li l-Istati Membri jarmonizzaw l-implimentazzjoni tagħhom.

4.7

Il-KESE huwa konvint mill-importanza tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati waqt it-tħejjija tal-leġislazzjoni tal-UE. Għalhekk huwa importanti li l-esperti tal-Istati Membri jiġu kkonsultati fl-isforz li jiġi regolat aħjar is-suq instabbli tal-ħalib. F’dan ir-rigward, huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li din l-volatilità ma tagħmilx ħsara irrevokabbli lill-produtturi tas-settur tal-ħalib fl-UE. F’dan il-kuntest, huwa ċar li trid tiġi kkunsidrata distribuzzjoni aktar trasparenti u ugwali tal-valur miżjud bejn l-atturi tas-suq kif ukoll, b’mod partikolari, il-ħtieġa li tiżdied is-saħħa tan-negozjar għall-produtturi.

4.8

L-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jeżistu bħalissa fi ftit Stati Membri jwettqu dawn ir-rwoli b’rispett għal-liġi Ewropea. L-effiċjenza tagħhom hija limitata mill-iżbilanċi fil-katina tal-prodotti tal-ħalib.

4.9

Madankollu, huwa ċar għall-KESE li l-proposti tal-Kummissjoni ma jsolvux il-problemi kollha tas-suq tal-ħalib u ma japplikawx għall-kooperattivi tal-prodotti tal-ħalib, li jiffurmaw madwar 58 % tal-produzzjoni tal-ħalib. Il-KESE jesprimi d-diżappunt tiegħu li dawn il-proposti ma jinkludu la l-industrija tal-ħalib u lanqas id-distributuri l-kbar li għandhom rwol determinanti f’dak li jirrigwarda l-bilanċ tas-suq tal-ħalib u l-iffissar tal-prezzijiet.

4.10

Il-KESE huwa tal-fehma li l-limiti previsti jistgħu jkunu restrittivi żżejjed minħabba fl-istruttura tas-settur tal-ħalib fil-livell nazzjonali u speċjalment fl-aktar Stati Membri żgħar. Il-KESE jappella lill-KE, biex f’xi każijiet eċċezzjonali, tippermetti lill-produtturi kollha li jfornu maħleb wieħed jingħaqdu flimkien, biex b’hekk ikun possibbli li jitwaqqfu gruppi ta’ produtturi skont id-daqs tax-xerrej.

4.11

Peress li l-Kummissjoni qed tippjana li tirtira mill-ġestjoni tal-produzzjoni tal-ħalib u tgħaddi r-responsabbiltà lill-operaturi lokali, huwa essenzjali għall-operaturi li jkollhom l-aktar informazzjoni kompleta u aġġornata possibbli dwar l-iżviluppi fis-suq, li jridu jkunu trasparenti. Għalhekk il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġi stabbilit strument ta’ monitoraġġ effettiv fil-livell Ewropew, bħala rekwiżit li jippermetti grad ta’ gwida fuq il-produzzjoni.

4.12

Fl-aħħar, iċ-ċirkostanzi l-ġodda jagħmluha essenzjali li jinżammu xi għodod tal-ġestjoni tas-suq (bħall-interventi, il-ħażna privata, ir-rifużjoni tal-esportazzjoni) li għandhom bżonn li min naħa jkunu effettivi, u minn naħa oħra ħfief u faċli biex jiġu implimentati.

5.   Kummenti Speċifiċi

5.1

Il-KESE jirrikonoxxi l-isforz speċjali tal-Kummissjoni li tipproponi abbozz ta’ Regolament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. Il-KESE jqis dan l-att kemm pożittiv kif ukoll f’waqtu biex jilħaq l-isfidi l-kbar li jiffaċċja dan is-settur speċifiku tal-agrikoltura.

5.2

Madankollu l-KESE jisħaq li l-proposta mhux ser issolvi l-problemi kollha li s-settur tal-prodotti tal-ħalib qed jiffaċċja. Biex ikompli jitjieb it-tħaddim bla tfixkil tal-katina tal-prodotti tal-ħalib, il-monitoraġġ għandu jiżgura t-trasparenza tul il-katina kollha tal-prodotti tal-ħalib (produtturi – proċessuri – distributuri – bejjiegħa bl-imnut).

5.3

Settur tal-prodotti tal-ħalib tal-UE li jkollu suċċess wara l-2015 ser jeħtieġ produzzjoni effiċjenti ħafna tal-ħalib minn unitajiet ta’ daqs ekonomiku adegwat u livell għoli ta’ kapital uman. Għalhekk l-isforzi ta’ ristrutturar għandhom ikomplu, kemm fl-azjendi agrikoli kif ukoll fl-imħaleb: huwa vitali li r-raħħala jkollhomm aċċess għal imħaleb effettivi, kompetittivi u innovattivi li jistgħu jisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunitajiet tas-suq. Hawnhekk trid tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni żvantaġġati, fejn l-imħaleb spiss ikollhom jiffaċċjaw ċirkostanzi ġeografiċi anqas vantaġġati u għalhekk huma relattivament żvantaġġati. F’dan il-kuntest, trid tingħata attenzjoni partikolari lill-produzzjoni reġjonali trasparenti u effiċjenti li tiżgura impatt ambjentali baxx, lill-informazzjoni għall-konsumaturi u lill-kwalità, billi jonqos in-numru ta’ intermedjarji. L-industrija tal-prodotti tal-ħalib kollha kemm hi għandha tiffoka fuq prodotti ta’ kwalità għolja, u ta’ valur miżjud li għalihom qed jikber is-suq domestiku u l-opportunitajiet għall-esportazzjoni huma tajbin.

5.4

Il-KESE jqis li l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistabbilixxu regolamenti biex itejbu u jistabbilizzaw l-operat tas-suq tal-prodotti tal-ħalib tagħhom li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta skont ir-regolament (KE) Nru 510/2006.

5.5

Hemm disparità akbar bejn l-Istati Membri fis-settur tal-prodotti tal-ħalib milli f’setturi agrikoli oħra tal-UE; dan jirrikjedi flessibbiltà akbar fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE. Il-KESE jipprevedi l-ħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għar-raħħala u l-proċessuri tal-prodotti tal-ħalib bil-għan li s-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Membri jiġi ristrutturat u mmodernizzat.

5.6

Il-KESE jappella lill-Kummissjoni li tirreaġixxi b’aktar għaġla u flessibbiltà għall-kriżijiet. Fl-2011 is-suq tal-prodotti tal-ħalib huwa instabbli ferm, b’rifless tat-tibdil fil-klima, u huwa possibbli li jista’ jkun hemm repetizzjoni taċ-ċiklu tal-kriżi 2007-2009. Għalhekk il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tkompli tissorvelja d-dinamika tas-settur tal-prodotti tal-ħalib biex tagħmel dak li tista’ ħalli tevita kriżi fis-settur li tagħmel ħsara kbira.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/114


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli”

COM(2010) 733 finali – 2010/0353 COD

2011/C 218/22

Relatur: is-Sur ESPUNY MOYANO

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, nhar it-18 u s-27 ta’ Jannar 2011 rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli

COM(2010) 733 finali – 2010/0353 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-5 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni bi 82 vot favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tinkludi fil-Pakkett tal-Kwalità l-leġislazzjoni Ewropea kollha relatata mal-kwalità tal-prodotti agrikoli. Dan ser iwassal għal politika aktar koerenti dwar din il-kwistjoni, u ser jikkontribwixxi, l-ewwel nett, għat-twaqqif ta’ settur agroalimentari Ewropew aktar solidu u dinamiku. Il-Kumitat jappoġġja l-importanza li tiżdied il-kwalità tal-prodotti Ewropej u l-valur miżjud tagħhom, kif ukoll l-informazzjoni għall-konsumaturi, filwaqt li jittejbu l-instrumenti u d-dispożizzjonijiet tal-UE f’dan il-qasam.

1.2   Il-Kumitat japprova l-iskemi tal-kwalità applikabbli għall-prodotti agrikoli eżistenti fil-livell tal-UE (denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti) u jirrikonoxxi li dawn huma inizjattivi eċċellenti għall-promozzjoni tal-prodotti Ewropej. Il-fatt li ċerti prodotti jibbenefikaw minn dawn iċ-ċertifikazzjonijiet jagħti, fil-fehma tal-KESE, valur miżjud sinifikanti lil żona partikolari, lill-bdiewa, u lill-prodotturi involuti, u ta’ benefiċċju wkoll għall-konsumatur aħħari. Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni li temmen li dawn l-iskemi jagħtu kontribut lill-politika tal-iżvilupp rurali. Madankollu, il-Kumitat jenfasizza li huwa importanti li l-kwalità tal-prodotti Ewropej u l-mod ta’ produzzjoni tagħhom għandhom jiġu rikonoxxuti mhux biss fis-suq intern iżda wkoll, u fuq kollox, fis-suq estern, u li din il-kwalità għandha titħeġġeġ. Il-KESE jitlob li r-rikonoxximent u l-kontroll tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agroalimentari jsiru bir-reqqa fil-livelli kollha (1).

1.3   Il-KESE jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu fir-rigward taż-żamma tad-differenzazzjoni bejn l-iskemi tal-kwalità tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini (DPO) u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP), minkejja li huwa tal-fehma li d-definizzjonijiet proposti huma anqas ċari minn dawk li jinsabu fir-Regolament 510/2006. Madankollu jiddeplora li t-test il-ġdid ma jagħmilx distinzjoni bejn it-tliet fażijiet tal-produzzjoni (produzzjoni agrikola jew trobbija tal-annimali, l-ipproċessar u l-preparazzjoni), u li jirreferi biss għall-fażijiet ta’ produzzjoni.

1.4   Fir-rigward tar-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott bħala speċjalità tradizzjonali garantita, il-KESE huwa tal-fehma li t-tradizzjoni ta’ prodott partikolari hija assoċjata mhux biss mad-dewmien fiż-żmien hekk kif stipulat fil-proposta, iżda wkoll ma’ parametri oħra bħalma huma l-karatteristiċi speċifiċi tal-materja prima, il-metodu ta’ produzzjoni jew ta’ proċessar, il-kultura taż-żona u kwalitajiet u fatturi oħra. Barra minn hekk, l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti huma fi stat kostanti ta’ bidla u b’hekk il-KESE ma jaqbilx li n-numru ta’ snin għandu jkun il-parametru ewlieni għall-inklużjoni ta’ prodott f’din il-kategorija.

1.5   Il-KESE jqis li jekk is-sistema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti tiġi limitata biss għar-reġistrazzjonijiet b’isem riżervat, dan jista’ mhux biss inaqqas in-numru ta’ reġistrazzjonijiet b’mod sinifikanti iżda wkoll jelimina għodda li tippremja d-diversità u lil dawk li jagħżlu li jipproduċu prodotti tal-ikel partikolari b’konformità mat-tradizzjoni. F’dan ir-rigward, il-KESE jipproponi li, meta jgħaddi l-perjodu ta’ transizzjoni, il-Kummissjoni tippreżenta sistema li tippermetti ż-żamma tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati mingħajr isem riżervat qabel ma jidħol fis-seħħ ir-Regolament li qed jiġi diskuss hawnhekk.

1.6   Fir-rigward tat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji, il-KESE jitlob li tkun tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid l-għażla li jiġu inklużi u rikonoxxuti l-prodotti tal-muntanji (2).

1.7   Fil-futur, il-kunċett tal-kwalità għandu jitwessa’. Il-konsumatur għandu jkun jista’ jiddistingwi aħjar, kif diġà jista’ jagħmel fil-każ tal-bajd, bejn il-forom possibbli ta’ trobbija tal-annimali. Barra minn hekk, ir-riklamar fuq l-imballaġġ (stampi ta’ baqar qed jirgħu fil-miftuħ jew stqarrijiet li t-tali ħalib huwa ħalib tal-Alpi) għandu jikkorrispondi mal-kontenut tal-prodott. Il-KESE qed jistenna proposti konkreti dwar dan mill-Kummissjoni.

1.8   Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ta’ segwitu adatti bil-ħsieb li jiġi faċilitat ir-rispett tar-rekwiżiti tekniċi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fl-iskemi tal- kwalità tal-UE.

1.9   Fir-rigward tar-regoli supplementari li qed tipprevedi l-Kummissjoni biex jissuplementaw l-ispeċifikazzjonijiet għall-adozzjoni ta’ DPO jew ta’ IĠP, kif ukoll fir-rigward ta’ termini ta’ kwalità mhux obbligatorji, il-KESE jaqbel li dawn ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati.

1.10   Fir-rigward tal-indikazzjoni tal-post ta’ produzzjoni u/jew tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tat-trobbija tal-annimali prevista fir-regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-KESE jitlob biex l-ispejjeż u l-benefiċċji jiġu ppreċiżati fil-valutazzjonijiet tal-impatt previsti għal kull każ. Min-naħa l-oħra, għaddejja l-ħidma dwar in-natura obbligatorja tal-indikazzjonijiet ta’ oriġini għal-ċerti prodotti agroalimentari skont il-proposta għal regolament relatata mal-informazzjoni għall-konsumaturi. L-aktar dokumenti riċenti dwar dan is-suġġett jirreferu għall-ħtieġa ta’ valutazzjonijiet każ b’każ. Il-KESE jitlob biex jitkomplew l-isforzi sabiex jiddefinixxu u jiggarantixxu l-koerenza bejn iż-żewġ pakketti leġislattivi, filwaqt li jiġi evitat l-irduppjar possibbli bejniethom.

1.11   Fir-rigward tal-linji gwida dwar it-tikkettar ta’ prodotti li jużaw DPO u IĠP bħala ingredjenti, u dwar l-aħjar prattika applikabbli għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarja, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi u jħeġġeġ li jkun hemm konformità magħhom.

2.   Sommarju tal-komunikazzjoni

2.1   Il-Pakkett tal-Kwalità għandu l-għan li jtejjeb il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kwalità tal-prodotti agrikoli, kif ukoll il-funzjonament tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali u dawk privati sabiex dawn isiru aktar sempliċi, trasparenti, komprensibbli, u aktar adattabbli għall-innovazzjoni, u li jillimitaw inqas lill-produtturi u lill-awtoritajiet amministrattivi.

2.2   Fl-2009, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni COM(2009) 234 rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, fejn il-linji strateġiċi kienu dawn li ġejjin:

it-titjib fil-komunikazzjoni bejn il-bdiewa, ix-xerrejja u l-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli;

iż-żieda fil-koerenza tal-istrumenti tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, u

it-tnaqqis tal-kumplessità biex ikun aktar faċli għall-bdiewa, għall-produtturi u għall-konsumaturi li jużaw u jifhmu d-diversi skemi u rekwiżiti ta’ ttikkettar.

2.3   Il-Pakkett tal-Kwalità jinkludi:

2.3.1

proposta għal regolament li jissemplifika l-ġestjoni tal-iskemi tal-kwalità billi dawn jingħaqdu bħala strument leġislattiv uniku. Dan ir-regolament jiżgura l-koerenza bejn l-istrumenti differenti u jagħmilha iktar faċli għall-partijiet interessati li jifhmu l-iskemi.

2.3.2

proposta għal regolament rigward l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, li ser iżid it-trasparenza u jissemplifika l-proċeduri applikabbli;

2.3.3

linji gwida li jistabbilixxu l-aħjar prattiki applikabbli għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ iskemi volontarji taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel;

2.3.4

linji gwida dwar it-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel li jużaw Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini (DPO) u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP) bħala ingredjenti;

2.4   Denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi:

Il-proposta żżomm u ssaħħaħ l-iskema tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel, mingħajr ħsara għall-iskemi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed, għall-ispirti, jew għall-inbejjed aromatizzati. Barra minn hekk, il-proċedura attwali għar-reġistrazzjoni tqassar il-limitu taż-żmien stabbilit, ġiet stabbilita sensiela ta’ regoli minimi komuni applikabbli għall-kontroll uffiċjali, filwaqt li nżamm il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament (il-prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem u oħrajn).

2.5   Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti:

L-iskema għar-riżervar tal-ismijiet qed tinżamm, iżda qed tiġi eliminata l-għażla li wieħed jirreġistra ismijiet mingħajr ma jirriżervahom. L-iskema ta’ reġistrazzjoni hija semplifikata, il-kriterju tat-tradizzjoni ġie estiż għal ħamsin sena u l-iskema hija ristretta għall-ikel ippreparat u għal prodotti oħra pproċessati.

2.6   Termini tal-kwalità mhux obbligatorji:

Ġie propost li dawn it-termini jiġu inklużi fir-regolament sabiex jinxteħet dawl fuq il-karatteristiċi li jagħtu valur miżjud lill-prodott u jippromovu standards tal-kummerċjalizzazzjoni speċifiċi (tiġieġ imrobbija barra f’libertà totali, għasel li ġej mill-fjuri, żejt taż-żebbuġa tal-ewwel għasir kiesaħ), billi jiġu adattati għall-qafas leġislattiv tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.7   Standards tal-kummerċjalizzazzjoni:

Il-proposta tistipula li bħala regola ġenerali l-Kummissjoni tadotta l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni permezz ta’ atti delegati. Ġiet introdotta bażi legali għat-tikkettar obbligatorju tal-post tal-biedja għas-setturi kollha, skont l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur. Ser issir analiżi każ b’każ, u l-ewwel waħda ser tkun dwar is-settur tal-ħalib.

2.8   Il-prinċipju tas-sussidjarjetà:

Dan il-prinċipju ġie stabbilit sabiex jiggarantixxi li t-termini u l-ismijiet ta’ valur miżjud igawdu mill-istess livell ta’ protezzjoni f’kull Stat Membru tal-UE, sabiex ma jiżgwidax lill-konsumaturi u ma jfixkilx il-kummerċ fl-Unjoni. Id-determinazzjoni effettiva u effikaċi ta’ dawn id-drittijiet ser titwettaq fil-livell tal-UE. Bil-kontra ta’ dan, l-ipproċessar u l-analiżi tal-applikazzjonijiet ser jiġu effettwati fil-livell nazzjonali peress li huwa f’dan il-livell li dawn jistgħu jitwettqu bl-aktar mod effiċjenti u effettiv.

2.9   Il-prinċipju tal-proporzjonalità:

Sabiex ikunu żgurati l-kredibbiltà tal-iskemi ta’ kwalità u r-rispett effettiv tal-kundizzjonijiet tagħhom, il-produtturi jridu jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom u l-impenn tal-kwalità tal-iskemi filwaqt li għandu jkollhom id-dritt li jkollhom aċċess għall-iskema li jagħżlu huma. Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-kontroll huma proporzjonali għall-garanzija tal-kwalità korrispondenti.

3.   Osservazzjonijiet ġenerali

3.1   Il-Pakkett tal-Kwalità stabbilixxa, għall-ewwel darba, politika komprensiva li tikkonċerna l-iskemi Komunitarji u t-termini ta’ kwalità li jiġġeneraw valur miżjud tal-prodotti agrikoli, kif ukoll l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Tinkludi wkoll żewġ linji gwida dwar l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarja u l-użu ta’ DPO u IĠP bħala ingredjenti. Il-KESE jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni dawn l-aħħar tliet snin sabiex toħloq din l-iskema unika ambizzjuża magħmula minn għadd ta’ testi leġislattivi li qegħdin fis-seħħ u li tħejjew b’mod frammentat, għal kull settur.

3.2   Il-Kummissjoni tiddefendi l-idea li l-forza tal-produzzjoni agroalimentari Ewropea ġejja mid-diversità tagħha, mill-għarfien tal-produtturi kif ukoll mill-art u mit-territorji fejn issir il-produzzjoni. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon dan l-argument. Huwa jappoġġja wkoll l-idea li dawn l-iskemi tal-kwalità Komunitarji jippromovu d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni, jipproteġu kontra l-użu abbużiv jew l-imitazzjoni tal-prodotti u jgħinu lill-konsumatur ikun infurmat dwar il-karatteristiċi u l-attributi tal-prodotti. Il-KESE jappoġġja l-approċċ fejn diversi skemi tal-kwalità huma inizjattivi eċċellenti għall-promozzjoni tal-prodotti Ewropej. Madankollu, huwa jfakkar fl-importanza tar-rikonoxximent internazzjonali tal-kwalitajiet ta’ dawn il-prodotti. Is-sensibilizzazzjoni dwar il-kwalità Ewropea fi ħdan is-suq intern mhijiex biżżejjed biex l-agrikoltura u l-industrija tal-ipproċessar tal-ikel tal-UE jkunu jistgħu jmantnu u jiżviluppaw lilhom infushom. Jeħtieġ li jitħeġġu wkoll fi swieq oħra. F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-mudell Ewropew ta’ produzzjoni, u l-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ugwali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-UE u ta’ pajjiżi terzi f’termini ta’ kwalità, saħħa, l-ambjent, il-benessri tal-annimali, hekk kif rikonoxxut mill-Presidenza tal-Kunsill fil-konklużjonijiet tagħha dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020”.

3.3   L-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli joffru valur miżjud lir-reġjun fejn isseħħ il-produzzjoni, u jikkontribwixxu għall-isfida biex tinżamm id-diversità u tissaħħaħ il-kompetittività tal-attivitajiet agrikoli u tal-ipproċessar. B’hekk dawn jgħinu biex jinkisbu l-objettivi tal-politiki tal-iżvilupp rurali, li jinsabu fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020” (COM(2010) 672). Il-KESE jilqa’ l-konsistenza bejn iż-żewġ politiki u jitlob ukoll biex ikun hemm konsistenza bejn dan ir-regolament dwar l-iskemi tal-kwalità tal-prodotti agrikoli u l-prijoritajiet ta’ politiki oħrajn bħalma hi l-Istrateġija Ewropea 2020 (il-ħolqien tal-valur, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, it-titjib tal-kompetittività tal-produzzjoni, ir-rispett għall-ambjent, l-użu effikaċi tar-riżorsi, eċċ.). Barra minn hekk, huwa jitlob biex ir-regolament ikun sensittiv għall-isfidi tas-suq uniku (tkabbir kbir, sostenibbli u ekwu tal-intrapriżi u funzjonament aħjar tas-suq intern), u konformi mal-objettivi tal-politiki li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, il-kompetizzjoni u s-suq estern.

3.4   Fir-rigward tal-linji gwida għat-tikkettar tal-prodotti tal-ikel bl-użu ta’ DPO u IĠP bħala ingredjenti (2010/C 341/03), il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ din l-inizjattiva u jħeġġeġ li jkun hemm konformità magħhom.

3.5   Il-Kumitat jilqa’ wkoll il-linji gwida tal-aħjar prattiki proposti mill-Kummissjoni għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarja (2010/C 341/04). Dawn l-aħħar snin rajna żieda fil-bejgħ tal-prodotti agrikoli b’tikketti mhux regolatorji, li jissenjalaw il-kunsiderazzjoni ta’ rekwiżiti etiċi, soċjali u ambjentali. Bl-istess mod, hekk kif uriet il-Kummissjoni, jeħtieġ li jkun hemm aktar kredibbiltà, trasparenza u ċarezza fil-ftehimiet tal-katina tal-provvista. Il-Kumitat preċedentement kien talab lill-Kummissjoni biex tfassal dawn il-linji gwida (3) u konsegwentement iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet li attwalment qed jużaw skemi ta’ ċertifikazzjoni għal prodotti agrikoli sabiex jirrevedu l-proċeduri tagħhom sabiex jinkiseb livell għoli ta’ konformità mal-linji gwida tal-aħjar prattiki.

4.   Kummenti partikolari

4.1   Denominazzjoni protetta tal-oriġini (id-DPO) u l-indikazzjoni ġeografika protetta (l-IĠP)

4.1.1   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żamma taż-żewġ skemi ta’ kwalità, iżda jiddeplora li d-definizzjoni l-ġdida proposta ma żżommx ir-referenza għat-tliet fażijiet ta’ produzzjoni (produzzjoni agrikola u trobbija tal-annimali, l-ipproċessar, u l-preparazzjoni).

4.1.2   Il-KESE jagħraf il-kontribut ta’ dawn il-prodotti agrikoli għall-preservazzjoni tal-metodi tradizzjonali ta’ produzzjoni, kif ukoll għall-ħarsien tal-ambjent, li huwa ta’ benefiċċju mhux biss għall-produtturi u għal min jipproċessa, iżda wkoll għall-konsumaturi. Ir-rikonoxximent ta’ dawn l-iskemi ta’ kwalità jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp taż-żoni rurali kkonċernati billi tgħin lill-popolazzjoni lokali tibqa’ tgħix fil-lokalità, ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja u l-kwalità tal-għajxien tagħhom, tikkonsolida u tippromovi l-opportunitajiet ta’ impjieg u negozju, filwaqt li tinkoraġġixxi l-użu bi profitt tar-riżorsi naturali.

4.1.3   Biex jippruvaw jadottaw DPO jew IĠP, il-produtturi għandhom jirrispettaw l-ispeċifiċitajiet. Skont il-proposta u sabiex ikun garantit li dawn l-ispeċifiċitajiet jipprovdu informazzjoni preċiża u adegwata, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistabbilixxi regoli supplementari. Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, il-KESE huwa tal-fehma li jekk il-post ta’ produzzjoni tal-prodott agrikolu użat ikun differenti mill-post ta’ oriġini tal-prodott ipproċessat, dan għandu jiġi indikat fuq it-tikketta.

4.1.4   Il-KESE jappoġġja u japprova l-fatt li jkunu l-Istati Membri li jieħdu l-passi amministrattivi jew ġudizzjarji adatti sabiex jevitaw jew iwaqqfu l-użu illegali tad-DPO jew tal-IĠP, kif ukoll fuq talba ta’ grupp ta’ produtturi.

4.2   Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

4.2.1   Il-KESE jilqa’ b’mod favorevoli ż-żamma tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti bħala waħda mill-iskemi tal-kwalità għal ċerti prodotti, peress li dawn huma l-unika forma ta’ rikonoxximent ta’ prodotti li joriġinaw minn Stat Membru u huma tradizzjonali.

4.2.2   Fir-rigward tar-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott bħala STG, il-KESE huwa tal-fehma li jekk is-sistema tal-STG tiġi limitata biss għar-reġistrazzjonijiet b’isem riżervat, dan jista’ mhux biss inaqqas in-numru ta’ reġistrazzjonijiet b’mod sinifikanti iżda wkoll jelimina għodda li tippremja d-diversità u lil dawk li jagħżlu li jipproduċu prodotti tal-ikel partikolari b’konformità mat-tradizzjoni. F’dan ir-rigward, il-KESE jipproponi li, meta jgħaddi l-perjodu ta’ transizzjoni, il-Kummissjoni tippreżenta sistema li tippermetti ż-żamma tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati mingħajr isem riżervat qabel ma jidħol fis-seħħ ir-Regolament li qed jiġi diskuss hawnhekk. Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li t-tradizzjoni ta’ prodott partikolari hija assoċjata mhux biss mad-dewmien fiż-żmien hekk kif stipulat fil-proposta, iżda wkoll ma’ parametri oħra bħalma huma l-karatteristiċi speċifiċi tal-materja prima, il-metodu ta’ produzzjoni jew ta’ proċessar, il-kultura taż-żona u kwalitajiet u fatturi oħra. Għaldaqstant, il-KESE ma jaqbilx li n-numru ta’ snin għandu jkun il-parametru applikabbli biex prodott jiġi identifikat bħala STG.

4.3   Indikazzjonijiet u simboli tal-iskema tal-kwalità u r-rwol tal-produtturi

4.3.1   Il-proposta għal regolament tipprevedi li l-gruppi tal-produtturi ikunu jistgħu jikkontribwixxu sabiex tiġi garantita l-kwalità tal-prodotti tagħhom fis-suq, iħejju attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni, jiggarantixxu l-konformità ta’ prodott mal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu u jieħdu miżuri sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-iskema. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon u jappoġġja dan it-titjib tal-iskema li qed issaħħaħ u tikkjarifika r-rwol ta’ dawn il-gruppi, u jitlob li tiġi prevista parteċipazzjoni akbar ta’ dawn il-gruppi kemm fir-rigward tal-ġestjoni tal-provvista fis-suq kif ukoll f’dak li jikkonċerna l-użu tad-DPO u l-IĠP bħala ingredjenti. Madankollu, jitlob biex l-għoti ta’ dan id-dritt ma jkunx għad-detriment tad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Min-naħa l-oħra, il-KESE huwa sodisfatt li l-operaturi li jħejju, jaħżnu u jikkummerċjalizzaw denominazzjoni protetta tal-oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta jew speċjalità tradizzjonali se jkunu wkoll soġġetti għal verifiki uffiċjali.

4.4   Iktar indikazzjonijiet għal politika ta’ kwalità iktar komprensiva

4.4.1   Il-KESE huwa tal-fehma li fil-futur fil-qasam tal-kwalità għandhom jiġu fformulati dikjarazzjonijiet iktar konkreti pereżempju fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom jinżammu l-annimali (trobbija fil-miftuħ, fost it-tiben). Dan it-tip ta’ differenzjar jidher adegwat sabiex il-konsumatur ikun jista’ jiddistingwi aħjar bejn id-diversi forom ta’ produzzjoni u huwa neċessarju wkoll għal distinzjoni bejn il-forom ta’ produzzjoni industrijali u dawk tal-bdiewa. Bħala eżempju pożittiv fil-qasam, nistgħu nsemmu t-tikkettar tal-bajd. Il-Kummissjoni mitluba tressaq proposti li jikkonċernaw tipi oħra ta’ trobbija tal-annimali.

4.4.2   Barra minn hekk, illum-il ġurnata tista’ tingħata informazzjoni fuq l-imballaġġ li tissuġġerixxi forma speċifika ta’ kwalità lill-konsumatur mingħajr ma din tkun speċifikament relatata mal-prodott. Pereżempju fuq kartuna ħalib tista’ ssib stampa ta’ baqra qed tirgħa mingħajr ma jiġi garantit li l-ħalib ġej minn baqar li jirgħu fil-beraħ jew jiġi riklamat ħalib tal-Alpi meta l-ħalib ma jkunx ġej mir-reġjun tal-Alpi iżda pereżempju mill-Ungerija. Dan jgħodd ukoll għal perżut riklamat li ġej minn Schwarzwald meta l-unika parti mill-proċess li ssir fir-reġjun hi l-affumikazzjoni iżda mhux il-produzzjoni tal-laħam. Il-KESE jqis li dan huwa ingann għax jirreferi għal kwalità li fil-fatt ma teżistix u għalhekk din hija prattika li tqarraq bil-konsumatur. Fil-Komunikazzjoni, ma hemm l-ebda stqarrija ċara dwar kif prattiki bħal dawn ser jitwaqqfu.

4.5   Proċedura tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni

4.5.1   Il-Kummissjoni tippreżenta proposti sabiex titqassar il-proċedura għar-reġistrazzjoni li, fil-fehma tal-KESE, jistgħu jġibu magħhom titjib. Madankollu, fir-rigward tat-twaqqif tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni kull xahar, il-KESE jħeġġeġ li titqies iż-żamma ta’ din il-pubblikazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat is-segwitu, filwaqt li jitqies ukoll li hemm proposta biex jitnaqqas il-perjodu ta’ żmien għal oppożizzjoni għal xahrejn biss.

4.5.2   Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda l-garanzija li t-termini ġeneriċi ma jkunux jistgħu jiġu reġistrati bħala DPO jew IĠP, il-KESE jemmen li jeħtieġ li l-proposta tiġi sostnuta minn valutazzjoni mwettqa fil-livell kemm nazzjonali kif ukoll tal-UE.

Brussell, 5 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 18, 19.1.2011, p. 1-4, “Insaħħu l-mudell agroalimentari Ewropew”, u ĠU C 18, 19.1.2011, p. 5, “Il-mudell agrikolu Komunitarju: kwalità tal-produzzjoni u komunikazzjoni lill-konsumaturi bħala fatturi ta’ kompetittività”.

(2)  ĠU C 120, 16.5.2008, p. 47-48, “L-agrikoltura f'żoni bi żvantaġġi naturali speċifiċi”.

(3)  ĠU C 28, 3.2.2006, p. 72-81, “Il-kummerċ etiku u skemi tal-assigurazzjoni tal-konsumatur” (mhux disponibbli bil-Malti).


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/118


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni”

COM (2010) 738 finali – 2010/0354 (COD)

2011/C 218/23

Relatur: is-Sur POLICA

Nhar is-27 ta’ Jannar 2011, il-Parlament Ewropew, u nhar it-18 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43(2) u, għat-Titolu II, l-Artikolu 118(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

COM(2010) 738 finali – 2010/0354 (COD)

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’152 vot favur, 5 voti kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Sinteżi tal-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tal-KESE

1.1   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni mfassla biex tidħol fis-seħħ politika koerenti dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli li għandha l-għan li tgħin lill-bdiewa jikkomunikaw aħjar il-kwalitajiet, il-karatteristiċi u l-attributi tal-prodotti agrikoli u li tiżgura li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni xierqa. Barra minn hekk il-Kumitat huwa konvint li l-pakkett ta’ kwalità jista’ jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ xogħol mal-intrapriża fiż-żoni rurali b’mod li jiġġieled it-tnaqqis fil-popolazzjoni, jikkontribwixxi għaż-żamma tal-karatteristiċi kulturali, titjieb ir-relazzjoni bejn il-bniedem u l-ambjent u jkun hemm ġestjoni aktar korretta tar-riżorsi naturali.

1.2   Il-Kumitat jaqbel mat-titjib fis-sistemi tal-karatteristiċi agroalimentari (denominazzjonijiet tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti), b’mod li r-rekwiżiti jiġu semplifikati u mħeffa u jissaħħaħ il-mudell tagħhom. Il-Kumitat daqstant ieħor jittama li jissaħħaħ il-ħarsien minn prattiki kummerċjali inġusti u jqis li implimentazzjoni mifruxa b’mod ġenerali tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tista’ tikkontribwixxi għal dan it-titjib.

1.3   Kif indika f’opinjonijiet preċedenti (1), il-Kumitat iqis it-traċċabbiltà, fis-sens tal-possibbiltà li prodott jiġi segwit tul il-katina mill-produzzjoni sal-bejgħ, bħala strument importanti li jista’ jippermetti implimentazzjoni serja tal-indikazzjonijiet kollha li ser jiddaħħlu darba jiġu adottati standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni. L-indikazzjonijiet li jidhru fuq it-tikketta waħedhom, mhumiex jitqiesu li huma biżżejjed, u trid tiġi ggarantita l-possibbiltà ta’ kontroll oġġettiv ta’ dak li jkun hemm miktub.

1.4   Barra milli tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-informazzjoni, permezz ta’ strumenti ta’ traċċabbiltà effikaċi, hemm bżonn li tikber u tiġi implimentata l-effikaċja, billi fuq it-tikketta titpoġġa informazzjoni ċara, kompluta u li tinftiehem u jinstab bilanċ ġust bejn id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni kompluta, il-leġġibbiltà effettiva, minħabba fid-daqs tal-ittri stampati, u b’hekk jiġu evitati l-kumplessità żejda, it-tekniċiżmi u t-tul li jistgħu jħawdu jew jaqtgħu qalb in-nies milli jaqrawha.

1.5   Biex tkun garantita l-adegwatezza u tiżdied l-effikaċja tal-kontrolli, huwa rakkomandat li anke l-irċevuti u b’mod ġenerali d-dokumenti kollha li jakkumpanjaw il-prodotti, jkollhom l-informazzjoni bażika li tinsab fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tas-settur speċifiku jew tal-prodott. Trid tingħata attenzjoni partikolari lill-prodotti ta’ pajjiżi terzi li jiġu importati fl-Unjoni Ewropea biex jiġu miġġielda u skuraġġuti prattiki kummerċjali mhux ġusti (2).

1.6   In-netwerk ta’ kontroll, meħtieġ biex jivverifika l-konformità tal-prodotti mad-dispożizzjonijiet stabbiliti u li jridu jiġu stabbiliti u biex japplika s-sanzjonijiet amministrattivi adatti fil-każ ta’ ksur tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, għandu jiġi akkumpanjat minn sforz u inizjattivi biex l-atturi fis-settur ikollhom responsabbiltà akbar u tissaħħaħ kultura dejjem aktar mifruxa tar-rispett tar-regoli.

1.7   Il-Kumitat jifhem li l-użu tal-istrument tal-atti delegati biex jirregola l-qasam tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, li jinsab fil-proposta, b’konformità mal-approċċ tas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni li ddaħħlet fit-Trattat ta’ Lisbona, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 290 tat-TFUE, koerenti ma’ approċċ li s’issa ġie adottat spiss mill-Kummissjoni u aċċettat f’sitwazzjonijiet simili mill-Kumitat (3). Madankollu, jirrakkomanda li dawn l-istrumenti jiġu użati b’attenzjoni, peress li jekk ma jintużawx għal każijiet speċifiċi kif meħtieġa, jistgħu jfixklu setturi li diġà għandhom standards ta’ kummerċjalizzazzjoni preċiżi, l-ewwel fosthom is-settur tal-frott u l-ħaxix frisk (4);

1.8   F’dak li jirrigwarda l-informazzjoni li bilfors trid tidher fuq it-tikketta, hija ċertament pożittiva l-introduzzjoni ta’ bażi legali li fis-setturi kollha toħloq l-obbligu li fit-tikketta jiġi indikat “il-post tal-produzzjoni” (5), li tirrispondi għall-aspettattivi tal-konsumaturi fil-qasam tat-trasparenza u l-informazzjoni u b’hekk tevita referenzi oħra li jistgħu jqarqu. Għall-kuntrarju ma tantx tidher koerenti l-previżjoni tal-“livell ġeografiku adegwat” li għandu jiġi deċiż għal kull każ. Pjuttost, huwa preferibbli li, kif xi ftit diġà qal fil-passat il-Kumitat (6), fuq it-tikketta għandu jkun hemm “il-post tal-produzzjoni” fis-sens tal-post fejn il-prodott jiġi kkultivat jew imrobbi, jiġifieri l-pajjiż minn fejn jiġi l-prodott agrikolu mhux ipproċessat jew użat fit-tħejjija ta’ prodott tal-ikel.

1.9   Il-Parlament u l-Kunsill, b’mod ċar esprimew ir-rieda li jirregolaw u jagħtu ħarsien legali lill-prodotti bażiċi għall-ikel taċ-ċittadini Ewropej: għal dan il-għan l-Unjoni diġà għamlet ħafna fil-passat u għandha l-aktar kompetenzi wiesgħa tekniċi u legali biex tkompli tagħmel dan. B’mod partikolari, il-Kumitat huwa kontra l-adozzjoni awtomatika ta’ standards ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet oħra internazzjonali (7) mingħajr ma qabel ma ssir analiżi u valutazzjoni li jistabbilixxu l-effikaċja u l-koerenza mal-qafas regolatorju l-ġdid.

1.10   Il-KESE jaqbel mal-prinċipju tal-proporzjonalità li hemm fil-parti legali tal-proposta, iżda huwa preokkupat li l-implimentazzjoni tiegħu fil-kuntest tal-indikazzjonijiet fakultattivi ta’ kwalità tista’ ddaħħal kontrolli anqas stretti u twassal għal tnaqqis fil-livell tal-osservanza tal-istess standards. L-għan għandu jkun li l-burokrazija titħaffef u titnaqqas, filwaqt li tinżamm sistema ta’ kontroll adegwata li tħares lill-konsumaturi.

1.11   Il-miżuri li hemm fil-proposta jkunu aktar effikaċi jekk ikunu kkomunikati b’mod mifrux u mmirati direttament lejn il-konsumaturi jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom. Fil-fatt, il-mezzi tax-xandir jiġu utilizzati ħafna biex iħajru għax-xiri, iżda mhux biżżejjed biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu informati aħjar dwar l-istandards li jħarsuhom u biex ikunu aktar sensibilizzati fl-għażliet tagħhom huma u jixtru.

2.   Daħla – id-dokument tal-Kummissjoni

2.1   Il-pakkett tal-kwalità għandu l-għan li jtejjeb kemm id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, kif ukoll it-tħaddim ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni nazzjonali u privati, sabiex dawn isiru iktar sempliċi, iktar trasparenti u iktar faċli biex wieħed jifhimhom, u jkunu jistgħu jiġu adattati iktar għall-innovazzjoni kif ukoll inqas ta’ piż għall-produtturi u għall-amministrazzjonijiet.

2.1.1   Il-pakkett tal-kwalità huwa konsistenti mal-politiki l-oħra tal-Unjoni. Filfatt, il-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar il-PAK ta’ wara l-2013 identifikat, fost affarijiet oħra, il-ħtieġa li tinżamm id-diversità tal-attivitajiet agrikoli fiż-żoni rurali u li tissaħħaħ il-kompetittività. Anke l-Komunikazzjoni, filwaqt li indikat il-prijoritajiet tal-UE, ippuntat lejn l-għan tal-promozzjoni ta’ kompetittività ekonomika akbar għall-ekonomija bħala għan strateġiku fid-dawl tal-fatt li l-kwalità hija waħda mill-punti b’saħħithom tal-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea.

2.2   Fl-2009, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar il-politika ta’ kwalità tal-prodotti agrikoli (COM(2009) 234 finali) li l-miri strateġiċi tagħha kienu:

titjib fil-komunikazzjoni bejn il-bdiewa, ix-xerrejja u l-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli,

żieda fil-koerenza tal-istrumenti użati fil-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli,

tnaqqis tal-kumplessità biex ikun aktar faċli għall-bdiewa, il-produtturi u l-konsumaturi li jużaw u jifhmu d-diversi skemi u rekwiżiti tat-tikkettar.

2.3   Il-Pakkett tal-Kwalità jinkludi:

2.3.1

proposta ta’ regolament bil-għan li tissemplifika l-ġestjoni tas-sistemi ta’ kwalità billi tgħaqqadhom fi strument legali wieħed. Dan ir-regolament jiżgura l-koerenza bejn l-istrumenti differenti u jagħmilha iktar faċli għall-partijiet interessati li jifhmu l-iskemi;

2.3.2

proposta ta’ regolament dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni bil-għan li tikber it-trasparenza u tissemplifika il-proċeduri applikabbli;

2.3.3

linji gwida li jistabbilixxu l-aħjar prattika għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni marbutin mal-prodotti agrikoli u mal-oġġetti tal-ikel;

2.3.4

linji gwida dwar it-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel li jużaw ingredjenti b’Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini (DPO) u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP).

2.4   Id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi:

Il-proposta żżomm u ssaħħaħ l-iskema għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel, ħlief għall-iskemi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed, għax-xorb aromatizzati, u għall-ispirti. Barra minn hekk, il-proċedura attwali ta’ reġistrazzjoni tantiċipa l-iskadenzi previsti, iddaħħal għadd ta’ standards minimi komuni fuq il-kontrolli uffiċjali u żżomm l-istess ambitu tal-applikazzjoni tar-regolament (prodotti għall-konsum mill-bniedem u prodotti oħra).

2.5   L-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti:

Il-proposta żżomm l-iskema għar-riservar tal-ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali, iżda tneħħi l-għażla li wieħed jirreġistra ismijiet mingħajr ma jirriżervahom. Is-sistema tar-reġistrazzjoni hija semplifikata, il-kriterju tat-tradizzjoni ġie estiż għal 50 sena u s-sistema hija limitata għall-pjatti lesti u għall-prodotti pproċessati.

2.6   Indikazzjoni tal-kwalità fakultattivi:

Il-proposta hija maħsuba li tinkludi l-indikazzjonijiet ta’ kwalità fakultattivi fir-regolament, peress li għandhom kwalitajiet li jimplikaw valur miżjud, u biex jappoġġjaw xi standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni (laħam tat-tjur imrobbija fil-miftuħ, għasel tal-fjuri, żejt taż-żebbuġa tal-ewwel għasra kiesħa), b’adattament għall-qafas leġislattiv tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

2.7   L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni:

Il-proposta tipprevedi, bħar-regolament ġenerali, li l-Kummissjoni tadotta n-normi tal-kummerċjalizzazzjoni permezz tal-atti delegati. Ser titwaqqaf bażi legali għas-setturi kollha li tobbliga li fuq it-tikketta jiġi indikat il-post tal-produzzjoni, fil-livell ġeografiku adattat, b’konformità mal-ispeċifiċità ta’ kull settur. Ser isir studju għal kull każ, li ser jibda bis-settur tal-ħalib.

2.8   Il-proposta tipprevedi li s-superviżjoni tal-iskemi kollha tiġi fdata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: barra minn hekk, is-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll tal-Istati Membri individwali trid issir fl-ogħla livell possibbli, jiġifieri fil-livell tal-Unjoni sabiex tinżamm il-kredibbiltà tal-liġi dwar l-ikel fl-Unjoni Ewropea kollha, skont il-prinċipji stabbiliti f’dak ir-Regolament.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li għandha l-għan li toffri lill-produtturi l-għodod adatti biex jikkomunikaw max-xerrejja u mal-konsumaturi l-karatteristiċi u l-metodi tal-produzzjoni u tħares lill-produtturi minn prattiki kummerċjali inġusti, hija pass importanti f’sensiela ta’ deċiżjonijiet dwar il-kwalità.

3.2   It-traċċabbiltà hija strument importanti biex prodott jiġi segwit tul il-katina u b’mod parallel tikkontribwixxi għall-informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta, biex il-konsumaturi jkollhom informazzjoni ċara, kompluta u li tinftiehem dwar il-prodott għall-bejgħ. Għaldaqstant, l-istrument tat-traċċabbiltà ser ikun il-pakkett sħiħ ta’ ċertifikati, reġistrazzjonijiet u dokumenti kummerċjali li huma evidenza tal-proċessi u t-trasferimenti miżmuma mill-atturi kollha fil-katina tal-produzzjoni u murija meta mitluba mill-korpi ta’ kontroll.

3.3   Il-proposta tipprevedi li l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki, ibbażati fuq l-analiżi tar-riskju, biex jaraw jekk il-prodotti humiex konformi mar-regoli stabbiliti, u li jridu jiġu stabbiliti, u japplikaw pieni amministrattivi adatti. Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ netwerk effikaċi ta’ kontroll, li jwessa’ u jimplimenta l-kompetenzi tal-Awtoritajiet ta’ kontroll nazzjonali rispettivi li minn issa diġà huma inkarigati mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-setturi li diġà jippreveduh.

3.4   Jirrakkomanda li flimkien mal-attività ta’ superviżjoni permezz ta’ sistema ta’ kontroll, u permezz tal-analiżi, isiru sforzi u jittieħdu inizjattivi biex l-atturi fis-settur jiġu responsabbilizzati aktar u biex tissaħħaħ u tinfirex dejjem aktar kultura ta’ rispett tar-regoli.

3.5   Għal dak li jirrigwarda l-indikazzjonijiet tal-“post tal-produzzjoni”, li bilfors iridu jidhru fuq it-tikketta, il-proposta hija xi ftit ġenerika wisq, u tipprevedi “il-livell ġeografiku adatt” li jkun deċiż għal kull każ. Filfatt, jekk jinżamm dan il-parametru, jista’ jiġri, f’każ estrem, li oġġett tal-ikel fuq it-tikketta jkollu biss “prodott fl-UE”: dan jeskludi l-oriġini minn pajjiż terz, iżda xorta waħda jista’ ma jkunx koerenti mal-isforz tajjeb ħafna ta’ informazzjoni u trasparenza favur il-konsumaturi li l-istandards il-ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni qed iwasslu.

3.6   L-użu mifrux b’mod ġenerali tal-istrument tal-atti delegati, kif jinsab fil-proposta ta’ modifika/supplement tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni attwali u dawk li jridu jiġu approvati, ma tippermettix, bħalissa, li r-regolamentazzjoni tiġi vvalutata fil-fond biżżejjed u b’mod kumplessiv. Hija ħaġa pożittiva ferm li l-kontenut ġenerali tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni futuri ġew indikati bi preċiżjoni u li stabbilew minn issa qafas ta’ data, informazzjoni u indikazzjonijiet li jkopru l-aspetti kollha, proċessar u trasport, li jirrigwardaw il-prodott għall-bejgħ. Madankollu, mal-valutazzjoni ċertament pożittiva dwar l-applikabbiltà tagħhom, imsaħħa mill-valutazzjoni tal-impatt li saret, s’issa għad m’hemmx valutazzjoni dwar l-applikazzjoni effettiva tagħhom, speċjalment dwar l-effikaċja għal kull kategorija jew prodott. Din il-valutazzjoni tista’ ssir biss wara li l-istandards jiġu implimentati fil-fatt.

3.7   Il-proposti inklużi fil-pakkett tal-kwalità jidħlu fi proġett uniku ta’ kwalità integrali. Dan ifisser li l-istrumenti differenti jridu jitqiesu bħala komplementari għal xulxin u jaħdmu kompletament flimkien. Għaldaqstant, ser ikun meħtieġ li ssir attenzjoni ħalli kull modifika li ssir lil wieħed minn dawn l-istrumenti ma jkollhiex effetti negattivi jew mhux mixtieqa fuq l-oħrajn.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Fir-rigward tat-twettiq tal-għan tal-politika tal-kwalità, tidher nieqsa mill-koerenza d-dispożizzjoni fl-Artikolu 112b(3) li prodott għandu jitqies a priori bħala wieħed li huwa konformi mal-istandards ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni meta l-prodott maħsub biex jiġi kkummerċjalizzat ikun konformi ma’ standard applikabbli, kif inhu xieraq, li jkun adottat minn waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali mniżżlin fl-Anness XIIb. Filfatt, il-Kumitat huwa kontra din id-dispożizzjoni, li ma tippermettix li ssir kwalunkwe verifika, ġenerali u speċifika, tal-konformità fis-sustanza tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, li huma meqjusa essenzjali għall-ħarsien taċ-ċittadini Ewropej u għall-kompetizzjoni.

4.2   Id-derogi previsti fl-Artikolu 112k, ma jidhrux li għandhom spjegazzjoni tajba biżżejjed tar-raġunijiet li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jidderogaw jew iħallu fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali, b’riferiment partikolari għall-grass tat-tidlik u l-prattiki enoloġiċi. Madankollu, jekk ir-raġuni hija dik li tikkristallizza dak li qed jiġri bħalissa bl-iskop li ma jinħolqux għadd ta’ sistemi oħra b’deroga għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni l-ġodda, il-Kumitat jaqbel mal-għażla iżda jitlob spjegazzjoni fit-test tal-proposta biex jikkjarifika u jikkonferma din l-interpretazzjoni.

4.3   Fil-proposta tal-Parlament u tal-Kunsill li timmodifika r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tiddaħħal dispożizzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni li permezz tal-istrument tal-atti delegati tadotta standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti kollha mniżżla fl-Anness I tal-istess proposta, u għall-akohol etiliku fil-produzzjoni tal-biedja. Jirrakkomanda li dawn l-istrumenti jiġu użati b’attenzjoni, li jekk ma jintużawx għal każijiet speċifiċi kif meħtieġa, jistgħu jfixklu setturi li diġà għandhom standands ta’ kummerċjalizzazzjoni preċiżi, l-ewwel fosthom is-settur tal-frott u l-ħaxix frisk.

4.4   Fl-aħħar irid jiġbed l-attenzjoni li minħabba l-kumplessità tal-abrogazzjonijiet u l-bidliet li saru lir-Regolament oriġinali (KE) Nru 1234/2007, hemm bżonn li dawn jiġu indikati b’mod preċiż biex b’hekk ikun aktar faċli li jinqraw u jinftiehmu mill-utenti finali, l-aktar il-produtturi u l-konsumaturi biex b’hekk tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni korretta tagħhom.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Ġ.U. C 18 19.01.2011 pġ. 5-10“Il-mudell agrikolu Komunitarju: kwalità tal-produzzjoni u komunikazzjoni lill-konsumaturi bħala fatturi ta’ kompetittività”.

(2)  G.U. C 100 30.04.2009 pġ.60-64“Is-sigurtà sanitarja tal-importazzjonijiet agrikoli u alimentari”.

(3)  NAT/489 “Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fil-qafas tal-PAK”.

(4)  Regolament (KE) Nru 1580/07, kif ġie modifikat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1221/08.

(5)  COM(2010) 738 finali. – Artikolu. 112 e (3)c.

(6)  Ġ.U. C 77 31.03.2009 pġ. 81, punt. 1.3 u ĠU C 354 28.12.2010, pġ. 35, punt 5.5 18.

(7)  COM(2010) 738 finali – Artikolu 112b (3) u anness XIIb.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/122


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi”

COM(2010) 759 finali – 2010/0364 (COD)

2011/C 218/24

Relatur: is-Sur ADAMS

Nhar is-27 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill, u fit-18 ta’ Jannar 2011, il-Parlament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

COM(2010) 759 finali – 2010/0364 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’156 vot favur, 6 voti kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni qed tapprofitta ruħha mir-reviżjoni ta’ dawk ir-regoli affettwati mit-Trattat ta’ Lisbona sabiex tinkludi miżuri li jissemplifikaw. Madanakollu, dawn il-punti ta’ semplifikazzjoni jikkonċernaw l-aktar l-amministrazzjoni filwaqt li għad hemm bżonn li r-regoli inġenerali jsiru aktar sempliċi għall-bdiewa u l-produtturi organiċi.

1.2

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ppreżenta kummenti dettaljati marbutin mal-implikazzjonijiet tal-allinjament tas-setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni fl-opinjoni reċenti tiegħu CESE 357/2011 dwar “L-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)” u din il-proposta tappoġġja l-approċċ għal dawn is-setgħat kif ippreżentati mill-Kummissjoni.

1.3

Il-Kumitat jemmen li r-rwol tal-gruppi li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-atti, partikolarment il-kontribut tal-NGOs u tal-partijiet ikkonċernati, għandu jinżamm.

1.4

Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-logo l-ġdid tal-UE dwar il-prodotti organiċi, meta jkunu qed jiġu indikati prodotti organiċi li jkunu ġejjin minn barra l-UE, għandu jkun ta’ kulur differenti.

2.   Sfond tal-opinjoni

2.1

Din l-opinjoni tikkunsidra d-dokument COM(2010)759: Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa lli s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 834/2007 dwar l-istess suġġett jiġu allinjati mad-differenzjazzjoni bejn is-setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni introdotti mill-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

2.2

L-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE jipprevedu bdil fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-atti leġislattivi tal-UE.

2.3

L-akbar parti tar-regolament hija dwar it-tibdil żgħir għar-regolament preċedenti dwar it-tikkettar ta’ prodotti organiċi u, b’mod partikolari, ir-regolament il-ġdid jintroduċi referenzi għal seba’ Artikoli ġodda (38a-g). Dawn jistabbilixxu “” taħt is-setgħat delegati.

2.4

Suġġetti speċifiċi li jissemmew huma r-regoli għall-produzzjoni bħar-rekwiżiti għall-operaturi u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti u sustanzi; il-logo tal-UE dwar il-prodotti organiċi; u kwistjonijiet dwar is-sistemi ta’ kontroll, eż. l-ivverifikar tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1

Għalkemm dan ir-regolament għandu ambitu limitat u fil-parti l-kbira tiegħu huwa ta’ natura teknika, biex wieħed jifhem il-pożizzjoni preżenti tal-produzzjoni organika bħala komponent tal-PAK, hemm bżonn ta’ spjegazzjoni qasira. Id-definizzjoni ta’ biedja “organika” bdiet tiżviluppa biss hekk kif il-metodi moderni tal-biedja bdew b’mod ġenerali jieħdu post is-sistemi tradizzjonali. Illum il-ġurnata hija forma ta’ agrikoltura li primarjament tuża t-tinwib (crop rotation), l-għelejjel biex l-art tirkupra (green manure), il-kompost u l-kontroll organiku tal-insetti u l-annimali li jagħmlu l-ħsara biex tinżamm il-produttività tal-ħamrija u jiġu kkontrollati dawn l-organiżmi qerrieda. Hija teskludi jew tillimita b’mod strett l-użu ta’ fertilizzanti mmanifatturati, il-pestiċidi (li jinkludu l-erbiċidi, l-insettiċidi u l-fungiċidi), ir-regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti bħall-ormoni, l-antibijotiċi għall-bhejjem, l-addittivi tal-ikel, u l-organiżmi ġenetikament modifikati.

3.2

Il-mudelli tal-produzzjoni organika għandhom l-għeruq tagħhom fi prinċipji ekoloġiċi, fi tradizzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali, u sa ċertu punt, f’valuri filosofiċi. B’riżultat ta’ dan, żviluppaw bosta approċċi differenti madwar l-Ewropa. Fil-bidu tas-sebgħinijiet, b’rispons għall-“Ewropeanizzazzjoni” u għal żieda fl-interess u fid-domanda, l-għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet tal-kontroll organiku nazzjonali u volontarji bdew ifittxu affarijiet komuni bejniethom. Fit-tmeninijiet, bi tweġiba għat-talbiet mill-konsumaturi, il-bdiewa, il-proċessuri u l-bejjiegħa, il-Kummissjoni bdiet ix-xogħol dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-produzzjoni organika fi ħdan il-PAK. Dan wassal għal regolament dwar il-pjanti (1991) (1) u dwar il-bhejjem (1999) (2).

3.3

Madanakollu, il-livell ta’ varjazzjoni kontinwa fil-filosofija u l-approċċ marbutin mal-prodotti organiċi, flimkien mad-dħul fix-xena tal-produtturi globali, ħtieġu aġġustamenti, modifiki u żviluppi kontinwi tar-regolamenti tal-UE (3). L-aktar eżempju reċenti ta’ dawn l-iżviluppi kien l-adozzjoni ta’ logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea fl-2010 u r-regolament marbut ma’ dan (4).

3.4

Bħalissa, ir-regolamenti dwar il-produzzjoni organika jipprovdu standard bażiku uniformi għall-operaturi kollha. Din hija parti importanti tas-suq bi kważi 5 % tal-art agrikola fl-UE użata għall-produzzjoni organika u bejgħ ta’ EUR 18-il biljun ta’ prodotti b’ċertifikazzjoni organika (5). It-tikketti privati stabbiliti ta’ korpi nazzjonali ta’ kontroll rikonoxxuti jistgħu jidhru maġenb it-tikketta tal-UE u dawn jistgħu jindikaw lill-konsumaturi li ġew applikati kriterji addizzjonali. Il-Kumitat jinnota li r-regolament preżenti jipproponi emendi maħsuba għas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni li huma ta’ ambitu limitat u ta’ natura purament teknika.

3.5

Il-Kumitat esprima l-fehmiet dettaljati tiegħu fuq l-implikazzjonijiet usa’ tal-Artikoli 290 u 291 fl-opinjoni reċenti tiegħu CESE 357/2011 dwar “L-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)”.

3.6

F’dan il-każ, u bħala parti mill-proċess kontinwu biex naslu għall-konsolidazzjoni tar-regolazzjoni tal-prodotti organiċi, il-Kumitat jappoġġja l-approċċ għas-setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni kif ippreżentati mill-Kummissjoni fir-regolament propost. Madanakollu, il-Kumitat jixtieq jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin.

3.7

Ir-rwol tal-gruppi li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-atti, partikolarment il-kontribut tal-NGOs u tal-partijiet ikkonċernati, għandu jinżamm. Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti organiċi għadhom qasam kumpless li jgawdi minn rappreżentanza wiesgħa ta’ interessi.

3.8

L-użu tal-logo il-ġdid tal-UE għall-produzzjoni organika se jsir obbligatorju mis-sena d-dieħla. Il-proposta għall-estensjoni tal-użu tiegħu f’pajjiżi terzi taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għandha tiġi riveduta, u għandha titqies il-possibbiltà li l-logo ikun differenzjat, forsi b’kulur differenti, biex jindika li l-prodott ikun ġej minn pajjiż li mhuwiex fl-UE.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(2)  Regolament (KEE) Nru 1804/99.

(3)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Movimenti tal-Biedja Organika (IFOAM) għandha aktar minn 750 membru minn 115-il pajjiż.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010.

(5)  Ċifri għall-2009.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/124


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru …/… li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008”

COM(2010) 745 finali – 2010/0365 COD

2011/C 218/25

Relatur: is-Sur KALLIO

Nhar it-18 ta’ Jannar 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 42, 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru …/… li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008

COM(2010) 745 finali – 2010/0365 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’150 vot favur, 6 voti kontra u 9 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jenfasizza li l-Politika Agrikola Komuni Ewropea u l-ġestjoni tajba tagħha huma importanti għall-katina tal-provvista tal-ikel kollha u għall-bdiewa. Il-bdiewa ta’ sikwit isibu l-proċeduri amministrattivi kumplessi u tqal bħala xkiel. Jekk il-proposta għar-riforma u s-semplifikazzjoni tal-PAK iżżid l-effiċjenza amministrattiva u ttejjeb l-ambitu tal-awtoritajiet għall-azzjoni, allura tkun iġġustifikata.

1.2

B’mod partikolari l-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li xi wħud mis-setgħat il-ġodda jistgħu jfissru li l-Istati Membri jkollhom spejjeż amministrattivi ogħla għall-attivitajiet tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni. Din il-problema għandha tiġi evitata meta tiġi implimentata l-proposta.

1.3

Il-KESE jemmen li għandhom jingħataw aktar spjegazzjonijiet dwar il-firxa tas-setgħat li għandhom jingħataw għall-adozzjoni ta’ atti delegati. It-tqegħid tal-kliem tad-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu aktar ċari u preċiżi milli huma fil-proposta tal-Kummissjoni.

1.4

Il-KESE jemmen li huwa importanti li r-regolament bażiku jinkludi r-regoli ċentrali kollha li jagħtu l-forma konkreta lill-prinċipji fundamentali tal-politika agrikola. F’oqsma oħra s-setgħat jistgħu jiġu trasferiti lill-Kummissjoni. L-ambitu tas-setgħat ta’ implimentazzjoni fil-politika agrikola għandu jkun pjuttost miftuħ sabiex din tkun tista’ tiġi mmaniġġjata b’mod effettiv.

1.5

Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li l-Kummissjoni jkollha ambitu wiesa’ għall-konsultazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri meta tadotta atti delegati. Proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ u wiesa’ jista’ jnaqqas l-inċertezza u l-konfużjoni li qamu waqt it-tħejjija tar-riforma. L-Istati Membri għandu jkollhom biżżejjed opportunitajiet biex jagħtu fehmthom fit-tfassil ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi.

1.6

Il-KESE jistenna li l-emendi proposti jagħmlu iħaffu l-finanzi u l-ġestjoni tal-politika agrikola tal-UE, u dan jimplika wkoll is-semplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-burokrazija. Hija ħasra li mingħajr l-għajnuna tal-esperti, huwa verament diffiċli biex wieħed jifhem u jinterpreta r-regolamenti ta’ finanzjament ikkonċernati. Għal din ir-raġuni, il-proċess ta’ semplifikazzjoni għandu jkompli u jiżdied.

2.   Kummenti ġenerali

2.1

L-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li att leġislattiv jista’ jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali biex tissupplementa jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv.

2.2

Taħt l-Artikolu 291 tat-TFUE, fejn hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti, att leġislattiv għandu jgħaddi s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni.

2.3

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni hija li l-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ att leġislattiv, tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati (TFUE Artikolu 290) jew regoli ta’ implimentazzjoni (TFUE Artikolu 291) f’ċerti oqsma. Fir-rigward tas-setgħat delegati, il-kompetenza tal-Kummissjoni f’kull kwistjoni individwali hija determinata fir-regolament leġislattiv bażiku. Il-Kummissjoni tikkonsulta lill-esperti tal-Istati Membri meta tadotta atti delegati, iżda f’dawn il-kwistjonijiet ma tiġix segwita l-proċedura ta’ komitoloġija. Iżda, il-Kummissjoni ssegwi l-proċedura ta’ komitoloġija meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni, u f’dan il-każ l-esperti tal-Istati Membri jkollhom l-opportunità jikkummentaw u jivvutaw formalment dwar il-leġislazzjoni proposta.

2.4

Il-proposta hija mmirata wkoll biex tissemplifika l-proċeduri billi tirrevoka żewġ regolamenti tal-Kunsill. Id-dispożizzjonijiet regolatorji in kwistjoni jiġu trasferiti għar-regolament propost. Barra minn hekk, il-proposta għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-Istati Membri billi tissemplifika l-proċeduri ta’ rkupru.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1

Tradizzjonalment, il-Kummissjoni gawdiet minn setgħat wesgħin fil-politika agrikola. Il-Kumissjoni issa qed tipproponi li r-regoli dwar is-superviżjoni u l-ġestjoni u ċerti obbligi speċifiċi jiġu adottati bħala atti delegati. Diġà kien hemm drabi fejn kien hemm diffikultajiet fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni nazzjonali ta’ sistemi ta’ pagament, kontabilità u monitoraġġ għall-għajnuna agrikola eżistenti. Tajjeb li nistaqsu jekk l-atti delegati jipprovdux kundizzjonijiet aħjar għall-ġestjoni finanzjarja. Hemm ukoll ir-riskju li l-introduzzjoni ta’ atti delegati tista’ tfisser spejjeż ogħla għall-Istati Membri fil-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-għajnuna.

3.2

Il-proposta tal-Kummissjoni fiha ’l fuq minn tnax-il punt li jagħtu setgħat għall-adozzjoni ta’ atti delegati. Dawn is-setgħat jikkonċernaw, fost affarijiet oħra, l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti u l-proċeduri ta’ adozzjoni, kif ukoll il-ħatra ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-ġestjoni tajba ta’ approprjazzjonijiet u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sussidji. In-natura preċiża tas-setgħat delegati u l-ambitu tal-mandat li jingħata lill-Kummissjoni jqajjem bosta mistoqsijiet. Is-setgħat proposti jidhru wesgħin u ġenerali wisq.

3.3

B’mod partikolari, hemm bżonn li l-kliem tal-obbligi tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni jkun aktar preċiż, peress li l-proposta m’għandhiex twassal għat-twessigħ tal-ambitu tagħhom.

3.4

Il-proposta fiha wkoll punti ġodda dwar is-setgħat biex jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jikkonċernaw il-konformità mad-dixxiplina fiskali, ir-regoli dwar it-tressiq ta’ dokumenti lill-Kummissjoni u l-approvazzjoni tal-kontijiet. L-għan ta’ dawn is-setgħat jidher li huwa definit aħjar milli fil-każ tal-atti delegati.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/126


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq tranżazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija”

COM(2010) 761 finali – 2010/0266 (COD)

2011/C 218/26

Relatur uniku: is-Sur LIOLIOS

Nhar l-1 ta’ Frar u nhar it-18 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 42, 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

COM(2010) 761 finali – 2010/0366 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ April 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'149 vot favur, 3 voti kontra u 13-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Sabiex ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija jiġi allinjat mat-Trattat ta’ Lisbona, qed jiġi propost li s-setgħat ta’ implimentazzjoni li r-regolament 485/2008 jagħti lill-Kummissjoni jiġu allinjati mad-distinzjonijiet li l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jintroduċu bejn is-setgħat ta’ delega u s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

1.2

Il-Kumitat huwa favur li jsir użu mill-proċeduri ta’ konsultazzjoni li jinvolvu partijiet interessati kif ukoll li jsir sforz biex jinkiseb u jintuża għarfien speċjalizzat waqt li jkunu qed jiġu stabbiliti atti tal-Unjoni Ewropea.

1.3

Fir-rigward tal-allinjament tar-Regolament 485/2008 mal-Artikolu 290 tat-TFUE, il-KESE huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni tikkonforma mat-termini dwar id-delega tas-setgħat, hekk kif previsti mil-leġislatur fit-tieni sentenza tal-Artikolu 290(1) tat-TFUE. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar kontenut ġdid għat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(2) tal-abbozz ta’ regolament tiddefinixxi biċ-ċar l-objettivi, il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega tas-setgħat.

1.4

Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li l-Kummissjoni mhux qed tirrispetta l-kriterji temporali għad-delega tas-setgħat, hekk kif previst mil-leġislatur fit-tieni sentenza tal-Artikolu 290(1) tat-TFUE. Il-proposta tal-Kummissjoni, hekk kif stipulata fl-Artikolu 13a tal-proposta għal regolament ġdid, li tagħti lill-Kummissjoni s-setgħat li tadotta atti delegati għal perjodu ta’ żmien indefinit, tmur lil hinn minn kif previst mil-leġislatur rigward it-tul ta’ żmien tad-delega tas-setgħat li għandu jkun definit, u tmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità u tqajjem għadd ta’ mistoqsijiet dwar il-prinċipju ta’ leġittimità. Il-KESE huwa tal-fehma li t-tul ta’ żmien tad-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni għandu jiġi definit b'mod ċar, u għandu jkun għal perjodu ta’ żmien speċifiku.

1.5

Il-KESE jaqbel li t-tul ta’ żmien – li huwa tliet xhur inqas mis-sistema preċedenti – li fih il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jifformulaw l-oġġezzjonijiet tagħhom dwar l-att delegat, jitnaqqas għal xahrejn bil-kundizzjoni li kwalunkwe estensjoni ta’ dan il-perjodu tkun ta’ xahrejn.

1.6

Il-KESE għandu r-riżervi tiegħu rigward id-deċiżjoni dwar id-dispożizzjonijiet relatati mas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, hekk kif stipulat fl-Artikolu 13d tal-proposta. Dan l-Artikolu jirreferi għar-Regolament 1290/2005 (1), li attwalment qed jiġi emendat (2). Ir-Regolament emendat 1290/2005 huwa ta’ importanza kbira għar-Regolament 485/2008, iżda l-kontenut għadu mhux magħruf (3). Madankollu, meta wieħed iqis li l-artikolu relatat tar-Regolament emendat Nru 1290/2005 jirreferi, min-naħa tiegħu, għall-proċedura tal-komitoloġija l-ġdida, hekk kif previst fir-Regolament il-ġdid (UE) 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni (4) tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, u peress li din il-proċedura l-ġdida tissemplifika s-sistema preċedenti, l-Artikolu 13d il-ġdid, fil-fehma tal-KESE, mhux se joħloq problemi ta’ implimentazzjoni.

2.   Sfond ġenerali

2.1

Fil-proposta li temenda r-regolament ikkonċernat, il-Kummissjoni tgħid li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, hekk kif previst skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 485/2008, għandhom jiġu allinjati mad-distinzjonijiet li l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE jistabbilixxu bejn is-setgħat ta’ delega u s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

2.2

L-Artikolu 291 il-ġdid tat-TFUE jibbaża fuq l-Artikolu 202(3) u 211(4) l-antiki tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u jagħti lill-Kummissjoni, jew skont ċerti kundizzjonijiet lill-Kunsill, id-dritt li teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 290 tat-TFUE jippermetti li l-Kummissjoni tingħata setgħa ġdida li tadotta atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġislattiv. L-Artikolu 291 tat-TFUE jirregola l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni, jew f'każijiet speċifiċi, mill-Kunsill.

2.3

Fil-proposta tal-Kummissjoni, l-allinjament tar-Regolament Nru (CE) 485/2008 mal-Artikolu 290 tat-TFUE jinsab speċifikament fl-Artikolu l-ġdid 1(2) kif ukoll fl-Artikoli l-ġodda 13a, 13b u 13c tar-regolament propost. L-allinjament mal-Artikolu 291 tat-TFUE huwa msemmi speċifikament fl-Artikolu 13d il-ġdid tar-regolament propost.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-Kumitat huwa favur li jsir użu mill-proċeduri ta’ konsultazzjoni li jinvolvu partijiet interessati kif ukoll li jsir sforz biex jinkiseb u jintuża għarfien speċjalizzat waqt li jkunu qed jiġu stabbiliti atti tal-Unjoni Ewropea. Fil-fehma tal-KESE, dawn il-proċeduri huma partikolarment importanti fir-rigward tal-proposta attwali għall-allinjament tar-Regolament Nru 485/2008 mat-Trattat ta’ Lisbona, peress li jikkunsidra li l-emendi li huma immirati lejn semplifikazzjoni mhumiex limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, u lanqas huma ta’ natura purament teknika. Dawn jikkonċernaw is-settur tal-agrikoltura, li peress li huwa s-suġġett ta’ kompetenza maqsuma skont l-Artikolu 4(2)d tat-TFUE, u jaqa' taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 43 ta’ dan l-istess trattat, huwa settur partikolarment sensittiv.

3.2

Fir-rigward tal-allinjament tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, hekk kif stipulati fir-Regolament Nru 485/2008 bid-distinzjoni bejn is-setgħat ta’ delega u s-setgħat ta’ implimentazzjoni, għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-atti “quasi leġislattivi” tal-Artikolu 290 tat-TFUE u l-atti ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 291 tat-TFUE. Fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE (5), il-Kummissjoni tinnota li għall-finijiet ta’ effiċjenza, il-leġislatur jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati.B'dan il-mod, il-Kummisjoni tista' tikkompleta jew temenda l-ħidma tal-leġislatur. Delega bħal din hija dejjem fakultattiva u għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet tat-Trattat. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 291 tat-TFUE jippermetti li l-Kummissjoni tadotta atti li n-natura tagħhom hija eżekuttiva u mhux leġislattiva. (B'konformità mal-Artikolu 291(1) tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)), huma l-Istati Membri li huma responsabbli mill-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ atti legalment vinkolanti tal-Unjoni u għalhekk dawn jeżerċitaw ir-responsabbiltà proprja tagħhom u mhux dik tal-Unjoni. Din is-setgħa tal-Istati Membri tista' tiġi limitata biss meta l-implimentazzjoni ta’ atti legalment vinkolanti tal-Unjoni titlob li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi. Huwa biss hawnhekk li l-Kummissjoni teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, li f'dan il-każ huwa obbligatorju (6).

3.3

Meta l-leġistlatur jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati, jeħtieġ li jiġi determinat il-kamp ta’ applikazzjoni f'kull att. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 290(1) tat-TFUE jirrikjedi b'mod espliċitu li l-leġislatur jiddefinixxi l-objettivi, il-kontenut, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata tad-delega ta’ setgħa. B'hekk jiddefinixxi żewġ tipi ta’ limiti fuq is-setgħat delegati: limitu materjali u limitu temporali (7).

3.4

Hawnhekk jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk f'dan ir-regolament propost il-leġislatur huwiex qed jikkonforma mal-kundizzjonijiet materjali u temporali stipulati.

3.5

Il-limiti materjali fuq id-delega ta’ setgħa huma stipulati fl-Artikolu 1(2) tar-regolament propost u jirrigwarda t-tfassil mill-Kummissjoni ta’ lista ta’ miżuri li min-natura tagħhom mhumiex adatti għal kontroll ex-post permezz ta’ skrutinju tad-dokumenti kummerċjali u li għalihom ir-regolament ma japplikax.

3.6

Id-delega ta’ setgħa hija ċara u espliċita ħafna. Id-delega ma tmurx kontra l-Artikolu 290 tat-TFUE peress li tirreferi b'mod effettiv għal elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv, u l-objettivi, il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega huma definiti sew biżżejjed.

3.7

F'dak li jirrigwarda l-limiti temporali tad-delega ta’ setgħa, fl-Artikolu 13a tar-regolament propost il-Kummissjoni tipproponi li s-setgħat li tadotta l-atti delegati msemmija fir-regolament għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit. Din il-proposta tal-Kummissjoni l-ewwel nett tmur kontra t-tieni sentenza tal-Artikolu 290(1) tat-TFUE li jistipula li l-atti leġislattivi jiddefinixxu b'mod espliċitu, fost elementi oħra, id-durata tad-delega ta’ setgħa.

3.8

Ġustifikazzjoni għal din il-proposta, hekk kif provduta mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE (8), hija l-fehma li r-rekwiżit li bih il-leġislatur stabbilixxa skadenza ċara fuq id-delega “ma tagħtix il-prattika ta’ klawżoli ta’ estinzjoni (sunset clauses) li, jekk imdaħħla f'att leġislattiv, jinvolvu t-tmiem awtomatiku tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni, li jobbligawha, fil-prattika, li tippreżenta proposta leġislattiva ġdida ladarba jkun skada ż-żmien impost mil-leġislatur. L-Artikolu 290 jeżiġi qabel kolllox li s-setgħat delegati jkunu stabbiliti f'qafas ċar u previdibbli; iżda ma jimponix li l-Kummissjoni tingħata limiti ta’ żmien issikkati wisq.” Għal din ir-raġuni, fil-fehma tal-Kummissjoni, id-delegi ta’ setgħat għandhom, fil-prinċipju, ikunu għal perjodu ta’ żmien indefinit. Bħala ġustifika addizzjonali għal din il-fehma, il-Kummissjoni tenfasizza li skont l-Artikolu 290(2)a tat-TFUE, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jiddeċiedu li jirtiraw id-delega: “Legalment, revoka għandha effetti identiċi ta’ dawk ta’ klawsola ta’ estinzjoni; it-tnejn li huma jtemmu s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha, jekk ikun utli u meħtieġ, tippreżenta proposta leġislattiva oħra. Fi kliem ieħor, jekk f'ċerti oqsma l-leġislatur iqis neċessarju li jiġi evitat li d-delega ta’ setgħa ssir mandat perpetwu, jista' jingħata d-dritt ta’ revoka, li tista' tkun iktar ħafifa biex tintuża minn klawżola ta’ estinzjoni awtomatika.”

3.9

Fl-Anness għall-komunikazzjoni, il-Kummissjoni tipprovdi l-mudelli ta’ applikazzjoni tal-artikolu l-ġdid tat-Trattat. Fir-rigward tal-perjodi ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat, il-Kummissjoni tipproponi jew tul indeterminat ta’ żmien jew li jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien ta’ validità li, jiġġedded awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawh (9).

3.10

L-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati għal tul indefinit ta’ żmien bla ebda mod ma jikkostitwixxi definizzjoni espliċita tad-durata tad-delega ta’ setgħa. It-Trattat jesiġi ċarament li d-durata tad-delega ta’ setgħa għandha tiġi definita b'mod espliċitu sabiex il-leġislatur ikun jista' jimmonitorja lill-Kummissjoni b'mod regolari u effettiv. Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 290(2)a tat-TFUE li tagħti lill-Kunsill jew lill-Parlament Ewropew id-dritt li jirtiraw id-delega ma tistax tkun sostitut għall-konformità mar-rekwiżit tal-leġislatur biex id-durata tad-delega ta’ setgħa tkun definita b'mod espliċitu. Dan id-dritt għal irtirar huwa salvagwardja addizzjonali sabiex ikun żgurat li ma ssirx ħsara lid-drittijiet tal-leġislatur. L-għoti indefinit tas-setgħat lill-Kummissjoni jaqbeż il-limiti temporali previsti fl-Artikolu 290 tat-TFUE u jeċċedi r-responsabbiltà delegata tal-Kummissjoni.

3.11

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(2)d tat-TFUE, is-settur tal-agrikoltura huwa qasam ta’ kompetenza maqsuma bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Dan ifisser li l-UE għandha tosserva l-prinċipju ta’ sussidjarjetà (TUE Artikolu 5(3)) meta tkun qed tieħu inizjattivi leġislattivi f'dan il-qasam. Ir-regolament emendat inkwistjoni jirrigwarda l-kontrolli, l-assistenza u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tat-transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Il-ħtieġa għal approċċ Ewropew uniku u uniformi f'dan il-qasam iġġustifika l-adozzjoni ta’ regolament mill-Unjoni. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) TUE), il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma jistgħux jeċċedu dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati. L-għoti ta’ setgħa lill-Kummissjoni għal durata indefinita biex tadotta atti delegati huwa ksur tar-rekwiżit li d-durata tal-perjodu tad-delega tkun espliċitament definita, rekwiżit maħsub sabiex jippermetti monitoraġġ regolari u effettiv tal-Kummissjoni fl-eżerċizzju ta’ atti “quasi leġislattivi”. Dan jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, b'estensjoni ta’ dan, tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, u skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll (Nru 2), dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, jista' jwassal għal rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (10).

3.12

Id-delega ta’ setgħa li tippermetti li l-Kummissjoni tadotta atti delegati tirrigwarda wkoll id-distinzjoni bejn is-setgħat. Filwaqt li l-korpi leġislattivi kompetenti tal-Unjoni Ewropea huma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, is-setgħa li jiġu adottati atti “quasi leġislattivi” hija mogħtija eċċezzjonalment lill-Kummissjoni, korp b'setgħat eżekuttivi. Minħabba li hawnhekk qegħdin fil-periklu kwistjonijiet ta’ legalità demokratika fundamentali, għandhom jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet li saru mil-leġislatur għall-objettivi, l-kontenut, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata definiti b'mod espliċitu ta’ din is-setgħa delegata. Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 290 kif ukoll l-Artikolu 291(3) tat-TFUE ma jipprevedux sistema ta’ monitoraġġ għall-atti delegati tal-Kummissjoni, m'għandhomx jitnaqqsu d-drittijiet ta’ monitoraġġ tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

3.13

L-alternattiva proposta mill-Kummissjoni għat-tiġdid awtomatiku tad-delega ta’ setgħa tagħha mhux se jkun ta’ ksur anqas gravi tal-liġi primarja tal-Unjoni Ewropea mill-proposta għal durata indefinita tad-delega ta’ setgħa.

3.14

Fl-aħħar nett, l-għoti indefinit ta’ setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati ma jikkostitwix applikazzjoni konformi mal-Artikolu 290 tat-TFUE. Id-dritt tal-Kunsill u tal-Parlament li jirtiraw id-delega ta’ setgħa mhuwiex sostitut għall-intenzjoni li jkun hemm durata definita b'mod espliċitu għad-delega ta’ setgħa, bil-ħsieb ta’ monitoraġġ regolari u effettiv ta’ atti “quasi leġislattivi” tal-Kummissjoni. Meta tkun qed tadotta atti delegati, il-Kummissjoni ma tkunx qed teżerċita l-kompetenza tagħha iżda dik tas-setgħa leġislattiva. M'għandux jiġi limitat id-dritt tal-korp kompetenti, f'dan il-każ il-leġislatur, li jagħmel kontrolli regolari u effettivi fuq il-Kummissjoni. Peress li s-settur tal-agrikoltura huwa suġġett ta’ kompetenza maqsuma bejn l-UE u l-Istati Membri, u għaldaqstant kwalunkwe att leġislattiv tal-Unjoni għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti indefinit ta’ setgħa lilha nnifisha sabiex tadotta atti delegati mhijiex aċċettabbli.

3.15

Il-perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika li ġie stabbilit mill-Artikolu 13c il-ġdid tal-proposta għal regolament fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirreġistraw l-oġġezzjonijiet tagħhom huwa iqsar minn dak ta’ tliet xhur kif inhu fis-seħħ bħalissa. Għall-finijiet ta’ tħaffif u effettività tal-proċedura, il-KESE ma jopponix dan it-tqassir tal-perjodu, bil-kundizzjoni li kwalunkwe estensjoni tkun ta’ xahrejn.

3.16

L-Artikolu 13d tal-proposta għal regolament jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 291 tat-TFUE u jikkonforma mal-kontenut tiegħu. Ser japplika wkoll ir-Regolament il-ġdid (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11), li jissemplifika l-proċeduri ta’ komitoloġija preċedenti billi jipprovdi għal żewġ proċeduri biss: il-proċedura konsultattiva u l-proċedura ta’ eżaminazzjoni.

4.   Kummenti partikolari

4.1

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hu mistieden jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kwistjonijiet li għadhom ma ġewx ippreċiżati sew. Pereżempju, il-Premessa 4 u l-Artikolu 13d tal-proposta tal-Kummissjoni jirreferu rispettivament għall-Artikolu 41d(1) u l-Artikolu 42d(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (12), iżda dawn l-artikoli ma jeżistux f'dan ir-regolament.

4.2

Il-Kummissjoni ressqet proposta biex temenda dan ir-regolament (13) iżda l-proċedura ta’ adozzjoni għadha ma tlestietx. La l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lanqas il-Parlament Ewropew għadhom ma adottaw il-proposta tal-Kummissjoni. Anki jekk din tiġi adottata fil-ġejjieni, l-Artikoli 41d u 42d ser jirreferu għall-kontenut il-ġdid tar-Regolament 1290/2005 li se jkun innumerat b'mod differenti. Barra minn hekk, il-punt 26 tal-Artikolu 1 ta’ din il-proposta tal-Kummissjoni jgħid li l-Artikolu 41 ser jitħassar u ma hemm l-ebda referenza għall-Artikolu 41d. Għaldaqstant huwa tal-iskantament kif il-Kummissjoni qed tagħti tant attenzjoni lill-proċess ta’ emenda tar-Regolament 485/2008 meta l-kontenut bażiku tal-proposta tagħha, jiġifieri r-Regolament Nru 1290/2005, essenzjalment għadu mhux magħruf.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Regolament (KE) Nru 1290/2005 tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209 tal-11.08.2005, p. 1), mhux disponibbli bil-Malti.

(2)  Proposta li temenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni u li tirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 tal-Kunsill.

(3)  Ara l-paragrafu 4.2.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. Dan ir-regolament jirrevoka d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28.6.1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23), mhux disponibbli bil-Malti.

(5)  COM(2009) 673 finali.

(6)  COM(2009) 673 finali, p. 4 u ta’ wara.

(7)  Il-Kummissjoni hija tal-istess opinjoni: COM(2009) 673 finali, p.6 u ta’ wara.

(8)  COM(2009) 673 finali, p. 5 u ta’ wara.

(9)  Artikolu A, COM (2009) 673 finali, p. 12.

(10)  ĠU C 83, tat-30.3.2010, p. 206.

(11)  ĠU L 55, tat-28.2.2011, p. 13. Dan ir-regolament jirrevoka d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28.6.1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23), mhux disponibbli bil-Malti.

(12)  ĠU L 209, tal-11.8.2005, p. 1.

(13)  Proposta li temenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni u li tirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008 tal-Kunsill COM(2010) 745 finali.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/130


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI”

COM(2010) 517 finali – 2010/0273 (COD)

2011/C 218/27

Relatur Ġenerali: is-Sur MORGAN

Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI

COM(2010) 517 finali – 2010/0273 (COD).

Nhar il-15 ta’ Frar 2011, il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma (Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-471 Sessjoni Plenarja, li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (laqgħa tal-4 ta’ Mejju 2011), li jaħtar lis-Sur Morgan bħala relatur ġenerali u adotta din l-opinjoni b'173 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jilqa' bi pjaċir il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Il-Kumitat jaqbel mat-tħassib kbir tal-Kummissjoni dwar l-iskala taċ-ċiberkriminalità fl-Ewropa u l-ħsara attwali u potenzjali li qed issir lill-ekonomija u l-benesseri taċ-ċittadini minn din it-theddida li kulma jmur qiegħda dejjem tikber.

1.2

Il-Kumitat jaqsam ukoll id-diżappunt tal-Kummissjoni li 17-il Stat Membru biss mis-27 s'issa rratifikaw il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa (“il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità”) (1) Il-Kumitat jappella lill-Istati Membri li għad fadal (2) – l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit – biex jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità kemm jista' jkun malajr.

1.3

Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li d-Direttiva hija meħtieġa b'mod urġenti biex taġġorna d-definizzjoni tar-reati involuti fl-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, u biex iżżid il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali fl-UE biex din il-problema kritika tiġi indirizzata b'mod effettiv.

1.4

Minħabba l-bżonn urġenti għal azzjoni leġislattiva biex tindirizza speċifikament l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, il-Kumitat jaqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-għażla ta’ politika li tirrikorri għal direttiva appoġġjata b'miżuri mhux leġislattivi, immirata lejn dan l-aspett partikolari taċ-ċiberkriminalità.

1.5

Madankollu, kif diġà stqarr f'opinjoni preċedenti (3), il-KESE jixtieq li fl-istess ħin il-Kummissjoni tkompli bil-ħidma fuq it-tfassil ta’ leġislazzjoni komprensiva tal-UE kontra ċ-ċiberkriminalità. Il-Kumitat jemmen li qafas komprensiv huwa essenzjali biex l-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija Ewropa 2020 jirnexxu (4). Il-qafas għandu jitratta kwistjonijiet ta’ prevenzjoni, sejbien u edukazzjoni barra mill-infurzar tal-liġi u l-kastig.

1.6

Meta jasal il-waqt, il-KESE jixtieq jikkunsidra proposti mill-Kummissjoni għal qafas komprensiv ta’ azzjoni biex il-kwistjoni ġenerali tas-sigurtà tal-internet tiġi trattata. Jekk wieħed iħares 10 snin “il quddiem, bil-parti l-kbira tal-popolazzjoni tuża l-internet, u b'ħafna mill-attività ekonomika u soċjali tiddependi mill-internet, huwa inkonċepibbli li nkunu għadna nistgħu nibbażaw fuq l-approċċ attwali għalkollox każwali u bla struttura għall-użu tal-internet, speċjalment peress li l-valur ekonomiku ta’ din l-attività ma jkunx jista” jiġi kkalkulat. Ser ikun hemm diversi kwistjonijiet, li jinvolvu sfidi oħra bħas-sigurtà tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Is-sigurtà tal-ajru hija kkontrollata minn awtorità ċentrali li tistabbilixxi standards għall-ajruplani, l-ajruporti u l-operazzjonijiet tal-ajru. Wasal iż-żmien li tinħoloq awtorità analoga, li tistabbilixxi standards għal apparat tat-terminals li ma jfallix (PCs, Pads, 'Phones), is-sigurtà tan-netwerk, is-sigurtà tas-siti web u s-sigurtà tad-data. Il-konfigurazzjoni fiżika tal-internet hija element ewlieni fid-difiża kontra ċ-ċiberkriminalità. L-UE ser ikollha bżonn ta’ regolatur b'poteri fuq l-internet.

1.7

Id-Direttiva ser tiffoka fuq id-definizzjoni tal-att kriminali u t-theddida tal-pieni. Il-KESE jitlob li jkun hemm attenzjoni parallela fuq il-prevenzjoni permezz ta’ miżuri tas-sigurtà mtejba. Dawk li jipproduċu t-tagħmir għandhom jirrispettaw standards biex joħolqu apparat li ma jfallix. Mhuwiex aċċettabbli li s-sigurtà tal-apparat, u għalhekk tan-netwerk, tiddependi mill-kapriċċi tas-sid. Għandha tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ skema ta’ identità elettronika għall-Ewropa kollha, iżda hemm bżonn li din titfassal bil-għaqal biex tevita ksur tal-privatezza personali; għandu jinbeda l-użu tal-kapaċitajiet kollha ta’ sigurtà fl-IPv6, u t-tagħlim dwar is-sigurtà personali fuq l-internet liċ-ċittadini, inkluż is-sigurtà tad-data, għandu jifforma parti bażika mill-kurrikula kollha tal-litteriżmu diġitali. Il-Kummissjoni għandha tirreferi għall-opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat li trattaw dawn il-kwistjonijiet (5).

1.8

Il-Kumitat huwa sodisfatt li d-Direttiva proposta tkopri b'mod adegwat l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni bl-użu tal-“botnets” (6), inklużi l-attakki li jwaqqfu s-servizz (Denial-of-Service, DoS) (7). Il-Kumitat jemmen ukoll li d-Direttiva ser tgħin lill-awtoritajiet iħarrku ċ-ċiberkriminalità li tipprova tuża b'mod abbużiv l-interkonnettività internazzjonali tan-netwerks, kif ukoll biex iħarrku lil dawk li jwettqu r-reati u jippruvaw jistaħbew wara l-anonimità li jistgħu jipprovdu l-għodod sofistikati taċ-ċiberkriminalità.

1.9

Il-Kumitat huwa sodisfatt ukoll bil-lista ta’ reati kriminali koperti mid-Direttiva, speċjalment l-inklużjoni tal-“interċettazzjoni illegali” u l-ispjegazzjoni ċara tal-“‘għodod’ li jistgħu jintużaw biex jitwettqu r-reati”.

1.10

Madankollu, jekk titqies l-importanza tal-fiduċja u s-sigurtà għall-Ekonomija Diġitali, u l-ispiża enormi fis-sena taċ-ċiberkriminalità (8), il-Kumitat jipproponi li fid-Direttiva, il-ħruxija tal-pieni għandha tirrifletti s-serjetà tar-reat u sservi wkoll ta’ deterrent realistiku għall-kriminali. Id-Direttiva proposta tistipula pieni minimi ta’ sentejn jew ħames snin il-ħabs (ħames snin għal ċirkostanzi aggravanti). Il-KESE jipprevedi skala ta’ pieni marbutin mal-gravità tar-reat.

1.11

Il-KESE jipproponi li għandha tittieħed l-opportunità biex jintbagħat messaġġ qawwi lill-kriminali u liċ-ċittadini li jixtiequ jserrħu rashom, permezz ta’ pieni aktar stretti. Ir-Renju Unit (9), pereżempju, għandu pieni sa 10 snin għal attakki fuq skala kbira fuq sistemi tal-informazzjoni, u l-Estonja żiedet il-pieni tagħha fejn l-użu terrorist ta’ attakki fuq skala kbira jista' jiġi kkastigat b'sa 25 sena ħabs (10).

1.12

Il-Kumitat jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex id-Direttiva tkun appoġġata minn miżuri mhux leġislattivi għall-promozzjoni ta’ aktar azzjoni koordinata fil-livell tal-UE u infurzar aktar effettiv. Il-KESE jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li l-koordinazzjoni tiġi estiża biex tinkludi kooperazzjoni mill-qrib mal-EFTA u l-pajjiżi tan-NATO.

1.13

Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ il-programmi ta’ taħriġ u r-rakkomandazzjonijiet tal-aħjar prattiki proposti biex tittejjeb l-effikaċja tal-punti ta’ kuntatt 24/7 eżistenti għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

1.14

Minbarra l-miżuri mhux leġislattivi msemmijin fil-proposta, il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni li b'mod speċjali timmira l-fondi tar-riċerka u l-iżvilupp fuq l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sejbien bikri u ta’ rispons biex jindirizzaw l-attakki fuq is-sistemi tal-informazzjoni. L-aktar teknoloġiji avvanzati fit-teknoloġiji tal-cloud computing (11) u l-grid computing (12) għandhom il-potenzjal li jipprovdu protezzjoni akbar lill-Ewropa minn ħafna theddid.

1.15

Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) tisponsorja programm ta’ żvilupp ta’ ħiliet immirati biex tissaħħaħ l-industrija tas-sigurtà tal-ICT tal-Ewropa lil hinn mill-infurzar tal-liġi (13).

1.16

Biex isaħħaħ id-difiża tal-Ewropa kontra l-attakki ċibernetiċi, il-Kumitat jixtieq itenni l-importanza tal-iżvilupp ta’ Sħubija Ewropea bejn is-Settur Privat u Pubbliku għar-Reżistenza (EP3R) u tal-integrazzjoni tagħha mal-ħidma tal-ENISA u l-Grupp Governattiv Ewropew ta’ CERTs (EGC).

1.17

Fl-Ewropa għandha titrawwem industrija tas-sigurtà tal-informazzjoni b'saħħitha li jkollha kompetenza ugwali għal dik fl-Istati Uniti li hija ffinanzjata tajjeb ħafna (14). L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-edukazzjoni fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika għandu jiżdied b'mod sinifikanti.

1.18

Il-Kumitat jinnota l-eżenzjonijiet taħt il-Protokolli tat-Trattati li ngħataw lir-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka milli jimplimentaw id-Direttiva proposta. Minkejja li għandhom l-eżenzjoni, il-Kumitat jappella lil dawn l-Istati Membri biex jikkooperaw kemm jista' jkun mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva biex iżommu lill-kriminali milli japprofittaw ruħhom minn dawn il-lakuni fil-politika madwar l-Unjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1

Illum il-ġurnata, l-Ewropa tiddependi ħafna mis-sistemi tal-informazzjoni għall-ħolqien tal-ġid u l-kwalità tal-ħajja tagħna. Huwa importanti li hekk kif qed tikber id-dipendenza tagħna, jiżdiedu wkoll is-sofistikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà u l-liġijiet b'saħħithom għall-ħarsien tas-sistemi tal-informazzjoni minn xi attakk.

2.2

L-internet huwa l-pjattaforma ewlenija tas-soċjetà diġitali. L-indirizzar tat-theddid għas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni huwa importanti ħafna għall-iżvilupp tas-soċjetà diġitali u l-ekonomija diġitali. L-internet huwa l-appoġġ tal-biċċa l-kbira tal-Infrastruttura Essenzjali ta’ Informazzjoni tal-Ewropa. Huwa l-bażi tal-pjattaformi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-provvista tal-oġġetti u s-servizzi essenzjali. L-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni - sistemi tal-gvern, sistemi finanzjarji, servizzi soċjali u sistemi ta’ infrastruttura essenzjali bħall-provvista tal-elettriku, l-ilma, it-trasport, is-saħħa u s-servizzi ta’ emerġenza - saru problema kbira.

2.3

L-arkitettura tal-internet hija bbażata fuq l-interkonnessjoni ta’ miljuni ta’ kompjuters bl-ipproċċessar, il-komunikazzjoni u l-kontroll distribwiti globalment. L-arkitettura ddistribwita hija l-punt kruċjali biex l-internet ikun stabbli u reżistenti, b'irkupru malajr ta’ flussi ta’ traffiku kull meta titfaċċa problema. Madankollu, ifisser ukoll li attakki ċibernetiċi fuq skala kbira jistgħu jsiru minn xifer in-netwerk, pereżempju bl-użu ta’ botnets, minn kull persuna b'dik l-intenzjoni u b'għarfien bażiku.

2.4

L-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni ggravaw dawn il-problemi billi ffaċilitaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-għodda (“software malizzjuż” (15) u “botnets”), waqt li joffru l-anonimità lit-trasgressuri u jifirxu r-responsabbiltà fuq ġurisdizzjonijiet differenti. Minħabba d-diffikultajiet biex tinbeda prosekuzzjoni, il-kriminalità organizzata tista' tagħmel qligħ konsiderevoli bi ftit riskju.

2.5

Skont studju tal-2009 (16) ppreżentat lill-Forum Ekonomiku Dinji, l-ispiża dinjija taċ-ċiberkriminalità hija ta’ $ 1 triljun u qed tikber malajr urapport reċenti tal-gvern tar-Renju Unit (17) jgħid li l-ispiża annwali fir-Renju Unit biss hija ta’ £ 27 biljun. Il-prezz għoli taċ-ċiberkriminalità jitlob azzjoni ħarxa, infurzar qawwi u pieni għoljin għat-trasgressuri.

2.6

Kif dettaljat fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposta għal Direttiva (18), il-kriminalità organizzata u l-gvernijiet ostili japprofittaw mill-potenzjal qerriedi tal-attakki fuq is-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni. L-attakki minn dawn il-botnets jistgħu jkunu perikolużi ħafna għall-pajjiż affettwat kollu, u jistgħu jintużaw ukoll minn terroristi jew oħrajn bħala għodda biex ipoġġu pressjoni politika fuq stat.

2.7

L-attakk fuq l-Estonja f'April-Mejju 2007 ġibed l-attenzjoni għal din il-problema. L-attakk kisser partijiet importanti mill-infrastruttura tal-informazzjoni essenzjali tal-gvern u tas-settur privat għal ġranet sħaħ minħabba attakki fuq skala kbira li saru kontriha - bi spiża ta’ bejn EUR 19-28 miljun u spejjeż politiċi sinifikanti. Attakki qerrieda simili saru wkoll kontra l-Litwanja u l-Ġeorġja.

2.8

Netwerks tal-komunikazzjoni globali jinvolvu livell għoli ta’ interkonnettività transkonfinali. Huwa vitali li jkun hemm azzjoni kollettiva u uniformi mis-27 Stati Membri kollha biex tingħeleb iċ-ċiberkriminalità, u b'mod speċifiku, l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Din l-interdipendenza internazzjonali tpoġġi r-responsabbiltà fuq spallejn l-UE biex ikollha politika integrata għall-ħarsien tas-sistemi tal-informazzjoni minn attakki u li tikkastiga lil dawk li jwettqu r-reat.

2.9

Fl-opinjoni tiegħu tal-2007 dwar Strateġija għal Soċjetà tal-Informazzjoni Sikura (19), il-Kumitat qal li jixtieq jara leġislazzjoni komprensiva tal-UE kontra ċ-ċiberkriminalità. Minbarra l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, qafas komprensiv għandu jkopri ċ-ċiberkriminalità finanzjarja, kontenut illegali fuq l-internet, il-ġbir/il-ħżin/it-trasferiment ta’ evidenza elettronika, u regoli aktar dettaljati tal-ġurisdizzjoni.

2.10

Il-Kumitat jagħraf li t-tfassil ta’ qafas komprensiv huwa biċċa xogħol tqila, li ssir aktar diffiċli minħabba n-nuqqas ta’ kunsens politiku (20) u minħabba l-problemi ta’ differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri dwar l-ammissibbiltà tal-evidenza elettronika fil-qrati. Madankollu, dan il-qafas komprensiv iżid kemm jista' jkun il-benefiċċji kemm tal-istrumenti leġislattivi kif ukoll ta’ dawk mhux leġislattivi biex jiġi indirizzat l-ispettru wiesa' tal-problemi ċibernetiċi. Jindirizza wkoll il-qafas tal-liġi kriminali u fl-istess ħin itejjeb il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi fi ħdan l-Unjoni. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem lejn il-mira ta’ qafas legali komprensiv għaċ-ċiberkriminalità.

2.11

Il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità tirrikjedi ħiliet speċjali. L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-proposta għal-Regolament dwar l-ENISA (21) tefa' d-dawl fuq l-importanza tat-taħriġ tal-persunal tal-infurzar tal-liġi. Il-Kumitat huwa sodisfatt li l-Kummissjoni miexja 'l quddiem fit-twaqqif ta’ pjattaforma għat-taħriġ fiċ-ċiberkriminalità bl-involviment tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u s-settur privat, kif propost fid-dokument COM(2007) 267 (22).

2.12

Partijiet interessati fis-sigurtà ċibernetika fil-livell tal-UE jinkludu kull ċittadin li ħajtu tista' tiddipendi minn servizzi vitali. L-istess ċittadini għandhom responsabbiltà biex iħarsu sakemm jistgħu l-konnessjoni tagħhom mal-internet minn attakk. B'iktar responsabbiltà huma l-fornituri tat-teknoloġija u tas-servizzi tal-ICTs li jfornu s-sistemi tal-informazzjoni.

2.13

Huwa essenzjali li l-partijiet interessati kollha jiġu informati b'mod adatt dwar is-sigurtà ċibernetika. Huwa importanti wkoll li l-Ewropa jkollha numru kbir ta’ esperti b'ħiliet fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika.

2.14

Fl-Ewropa għandha titrawwem industrija tas-sigurtà tal-informazzjoni b'saħħitha li jkollha kompetenza ugwali għal dik fl-Istati Uniti li hija ffinanzjata tajjeb ħafna (23). L-investiment fir-R&Ż u l-edukazzjoni fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika għandu jiżdied b'mod sinifikanti.

3.   Il-punti ewlenin tal-Proposta għal Direttiva

3.1

L-iskop tal-proposta huwa li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni (24). Id-Deċiżjoni Qafas irreaġixxiet, kif stabbilit fil-premessi tagħha, għall-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħra, li jinkludu l-pulizija u servizzi oħrajn speċjalizzati fl-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, billi jsir tqarrib tar-regoli tal-liġi kriminali fl-Istati Membri fir-rigward tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Hija introduċiet leġislazzjoni tal-UE sabiex jiġu indirizzati reati bħall-aċċess illegali għal sistemi tal-informazzjoni, l-interferenza illegali fis-sistema u l-interferenza illegali fid-data, kif ukoll regoli speċifiċi dwar ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi, il-ġurisdizzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni. L-Istati Membri ntalbu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas sas-16 ta’ Marzu 2007.

3.2

Fl-14 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas (25) Fil-konklużjonijiet, ġie stabbilit li numru ta’ “theddid emerġenti kien enfasizzat mill-attakki reċenti madwar l-Ewropa minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni Qafas, partikolarment l-iżvilupp ta’ attakki simultanji fuq skala kbira kontra s-sistemi tal-informazzjoni u ż-żieda fl-użu kriminali tal-hekk imsejħa ‘botnets’”. Dawn l-attakki ma kinux fiċ-ċentru tal-attenzjoni meta d-Deċiżjoni Qafas ġiet adottata.

3.3

Il-proposta tikkunsidra l-metodi l-ġodda tat-twettiq ta’ reati ċibernetiċi, speċjalment l-użu tal-botnets (26). Huwa diffiċli ħafna li jiġu traċċati dawk li jwettqu r-reat, billi l-kompjuters li jiffurmaw il-botnet u li jagħmlu l-attakk jistgħu jinsabu xi mkien ieħor mit-trasgressur innifsu.

3.4

L-attakki li jsiru minn botnet ġeneralment ikunu eżegwiti fuq skala kbira. L-attakki fuq skala kbira huma dawk l-attakki li jew jistgħu jsiru permezz tal-użu ta’ għodod li jaffettwaw numru sinifikanti ta’ sistemi tal-informazzjoni (kompjuters); jew l-attakki li jikkawżaw ħsara konsiderevoli, eż. mil-lat ta’ interruzzjonijiet fis-servizzi tas-sistema, spejjeż finanzjarji, telf ta’ data personali, eċċ. Il-ħsara kkawżata minn attakki fuq skala kbira għandha impatt qawwi fuq il-funzjonament tal-mira nnifisha, u/jew taffettwa l-ambjent tax-xogħol tagħha. F'dan il-kuntest, “botnet kbir” ifisser li għandu l-ħila li jikkawża ħsara serja. Huwa diffiċli li l-botnets jiġu definiti f'termini ta’ daqs, iżda huwa stmat li l-akbar botnets identifikati għandhom bejn 40 000 u 100 000 konnessjoni (jiġifieri kompjuters infettati) għal kull perjodu ta’ 24 siegħa (27).

3.5

Id-Deċiżjoni Qafas għandha numru ta’ nuqqasijiet minħabba t-tendenzi fid-daqs u fin-numru tar-reati (attakki ċibernetiċi). Hija tqarreb il-leġislazzjoni biss għal numru limitat ta’ reati, iżda ma tindirizzax kompletament it-theddida potenzjali tal-attakki fuq skala kbira għas-soċjetà. Hija lanqas ma tikkunsidra b'mod suffiċjenti l-gravità tar-reati u s-sanzjonijiet kontrihom.

3.6

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jsir tqarrib tar-regoli tal-liġi kriminali fl-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, u li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet kompetenti oħra, inklużi l-pulizija u servizzi speċjalizzati oħrajn ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri.

3.7

L-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, partikolarment dawk li jirriżultaw mit-theddida tal-kriminalità organizzata, jirrappreżentaw theddida li qed tikber, u qed jiżdied it-tħassib dwar il-potenzjal ta’ attakki terroristiċi jew li huma mmotivati mill-politika kontra s-sistemi tal-informazzjoni li jagħmlu parti mill-infrastruttura essenzjali tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan jikkostitwixxi theddida għall-ksib ta’ soċjetà tal-informazzjoni aktar sikura u tal-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u għalhekk jinħtieġ rispons fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

3.8

Hemm evidenza ta’ tendenza għal attakki fuq skala kbira li qed isiru aktar perikolużi u rikorrenti, kontra s-sistemi tal-informazzjoni li huma essenzjali għall-istati jew għall-funzjonijiet partikolari fis-settur pubbliku jew privat. Din it-tendenza hija akkumpanjata mill-iżvilupp ta’ għodod dejjem aktar sofistikati li jistgħu jintużaw minn kriminali sabiex jiġu mnedija attakki ċibernetiċi ta’ tipi varji.

3.9

Id-definizzjonijiet komuni f'dan il-qasam, partikolarment tas-sistemi tal-informazzjoni u tad-data tal-kompjuter, huma importanti sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti fl-Istati Membri għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.10

Tinħass il-ħtieġa li jinkiseb approċċ komuni għall-elementi kostitwenti ta’ reati kriminali billi jiġu introdotti r-reati komuni ta’ aċċess illegali fis-sistema tal-informazzjoni, l-interferenza illegali fis-sistema, l-interferenza illegali fid-data, u l-interċettazzjoni illegali.

3.11

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni fir-rigward tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.12

Id-Direttiva, waqt li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2005/222/ĠAI, ser iżżomm id-dispożizzjonijiet attwali tagħha u ser tinkludi l-elementi ġodda li ġejjin:

(a)

tippenalizza l-produzzjoni, il-bejgħ, il-kisba għall-użu, l-importazzjoni, id-distribuzzjoni jew modi oħra li jrendu disponibbli l-mezzi/l-għodda għat-twettiq tar-reati.

(b)

tinkludi bħala ċirkostanzi aggravanti:

l-aspett tal-kobor tal-attakki, - il-botnets jew għodda simili jkunu indirizzati permezz tal-introduzzjoni ta’ ċirkostanza aggravanti ġdida, fis-sens li l-att li jiġi stabbilit botnet jew għodod simili jkun fattur aggravanti meta jitwettqu r-reati mniżżlin fid-Deċiżjoni Qafas eżistenti;

meta tali attakki jitwettqu billi tinħeba l-identità vera tat-trasgressur u billi jiġi kkawżat preġudizzju fuq l-identità tas-sid leġittimu.

(c)

tintroduċi l-“interċettazzjoni illegali” bħala reat kriminali.

(d)

tintroduċi miżuri biex tittejjeb il-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali Ewropea billi tissaħħaħ l-istruttura 24/7 eżistenti tal-punti ta’ kuntatt (28).

(e)

tindirizza l-ħtieġa li tiġi provduta data statistika dwar iċ-ċiberkriminalità fosthom r-reati li hemm referenza għalihom fid-Deċiżjoni ta’ Qafas attwali u l-“interċezzjoni illegali” li ddaħlet dan l-aħħar.

(f)

tid-definizzjonijiet tar-reati kriminali elenkati fl-Artikoli 3, 4, u 5 (l-aċċess illegali għal sistemi tal-informazzjoni, l-interferenza illegali fis-sistemi u l-interferenza illegali), fiha dispożizzjoni li tippermetti li tikkriminalizza biss il-“każijiet li mhumiex minuri” fil-proċess tat-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Il-Konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa, Budapest, 23.11.2001, CETS nru 185.

(2)  Ara. http://conventions.coe.int/Treaty/Commun/ChercheSig.asp?NT=185&CM=&DF=&CL=ENG

(3)  Opinjoni tal-KESE dwar “Soċjetà tal-Informazzjoni Sikura”, ĠU C 97, 28.4.2007, p. 21 - mhux disponibbli bil-Malti.

(4)  COM(2010) 245, COM(2010) 2020.

(5)  Opinjoni tal-KESE dwar “Soċjetà tal-Informazzjoni Sikura”, ĠU C 97, 28.4.2007, p. 21 (mhux disponibbli bil-Malti). Opinjoni tal-KESE dwar “L-iżvilupp tal-internet”, ĠU C 175, 28.7.2009, p. 92; Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni”, ĠU C 255, 22.9.2010, p. 98; Opinjoni tal-KESE dwar “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58; Opinjoni tal-KESE dwar “Regolament ‘Ġdid’ tal-ENISA”, għadha mhux ippubblikata fil-ĠU;. Opinjoni tal-KESE dwar “Tisħiħ tal-litteriżmu diġitali, il-ħiliet elettroniċi u l-inklużjoni elettronika”, għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

(6)  It-terminu “botnet” jindika netwerk ta’ kompjuters li jkunu ġew infettati minn software malizzjuż (virus tal-kompjuter). Tali netwerk ta’ kompjuters li jkunu ġew kompromessi (“zombies”) jista' jiġi attivat sabiex iwettaq azzjonijiet speċifiċi, bħall-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni (attakki ċibernetiċi). Dawn iż-“zombies” jistgħu jiġu kkontrollati – sikwit mingħajr ma jkunu jafu l-utenti tal-kompjuters li jkunu ġew kompromessi – minn kompjuter ieħor. Huwa diffiċli li jiġu traċċati dawk li jwettqu r-reat, billi l-kompjuters li jiffurmaw il-botnet u li jwettqu l-attakk jistgħu jkunu jinsabu x'imkien ieħor mit-trasgressur innifsu.

(7)  Attakki li jwaqqfu s-servizz huma att biex riżorsa tal-kompjuter (pereżempju sit web jew servizz tal-internet) ma tkunx disponibbli għall-utent intenzjonat. Is-server jew paġna web ikkuntattjata tidher li “ma tkunx disponibbli” għall-utenti tiegħu. Ir-riżultati ta’ attakk bħal dan jista', pereżempju, jwassal biex sistemi ta’ ħlas bl-internet ma jkunux operattivi, u jwasslu għal telf għall-utenti tagħhom.

(8)  Skont studju tal-2009 ppreżentat lill-Forum Ekonomiku Dinji, l-ispiża dinjija taċ-ċiberkriminalità hija ta’ $ 1 triljun u qed tikber malajr. Ara punti 2.5 u 2.7 hawn taħt.

(9)  http://www.legislation.gov.uk/ukpga/2006/48/contents.

(10)  SEC(2010) 112 finali – Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni u l-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanjaw id-dokument għall-Proposta għal Direttiva dwar l-attakki fuq is-sistemi tal-informazzjoni,

(11)  Cloud computing jirreferi għall-provvista ta’ riżorsi ta’ komputazzjoni fuq talba, jew b'mod awtomatiku, bl-internet. Is-servizzi Cloud jiġu ppreżentati lill-utenti b'mod sempliċi li faċli jinftihem mingħajr mal-utenti jkollhom bżonn ikunu jafu kif is-servizzi huma pprovduti. L-aktar software avvanzat għall-utenti aħħarin kontra l-viruses u għas-sigurtà tal-internet jistgħu jitwasslu permezz ta’ pjattaforma cloud għal kull utent b'konnessjoni fl-Ewropa, b'hekk tonqos il-ħtieġa li l-utenti jipproteġu lilhom innifishom.

(12)  Grids huma forma ta’ distribuzzjoni tal-komputazzjoni li permezz tagħha “kompjuter supervirtwali” huwa magħmul minn diversi kompjuters akkoppjati mill-bogħod u magħqudin f'netwerk(networked loosely coupled computers) biex jagħmlu biċċiet tax-xogħol kbar. It-teknoloġiji tal-komputazzjoni grid jistgħu jipprovdu pjattaforma għal analiżi f'ħin reali tal-attakki ċibernetiċi u s-sistemi ta’ reazzjoni.

(13)  Opinjoni tal-KESE dwar “Regolament ‘Ġdid’ tal-ENISA”, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 58.

(14)  Iċ-ċifri uffiċjali mill-Whitehouse juru li fl-2010 il-gvern Amerikan nefaq $ 407 miljun fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-edukazzjoni dwar is-sigurtà ċibernetika u qed jipproponi li jonfoq $ 548 miljun fis-sena finanzjarja tal-l-2012. http://www.whitehouse.gov/sites/default/files/microsites/ostp/FY12-slides.pdf.

(15)  Is-“software malizzjuż” (malware), huwa software imfassal biex jaċċessa sistema ta’ kompjuter bil-moħbi mingħajr il-kunsens infurmat tas-sid.

(16)  “Unsecured Economies: Protecting Vital Information” (Ekonomiji mhux siguri: il-protezzjoni ta’ informazzjoni vitali), li sar minn riċerkaturi tas-Centre for Education and Research in Information Assurance and Security tal-Università ta’ Purdue għal McAfee (2009), http://www.cerias.purdue.edu/assets/pdf/mfe_unsec_econ_pr_rpt_fnl_online_012109.pdf.

(17)  http://www.cabinetoffice.gov.uk/resource-library/cost-of-cyber-crime.

(18)  SEC(2010)1122.

(19)  Opinjoni tal-KESE dwar “Soċjetà tal-Informazzjoni Sikura”, ĠU C 97, 28.4.2007, p. 21 (TEN/254) (mhux disponibbli bil-Malti).

(20)  SEC(2010) 1122, Valutazzjoni tal-Impatt tal-COM(2010) 517 (disponibbli bl-Ingliż biss).

(21)  Opinjoni tal-KESE dwar “Regolament ‘Ġdid’ tal-ENISA”, għadha mhux ippubblikata fil-ĠU, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 58.

(22)  COM(2007) 267 “Lejn politika ġenerali fil-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika”.

(23)  Iċ-ċifri uffiċjali mill-Whitehouse juru li fl-2010 il-gvern Amerikan nefaq $ 407 miljun fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-edukazzjoni dwar is-sigurtà ċibernetika u qed jipproponi li jonfoq $ 548 miljun f'FY fl-2010. http://www.whitehouse.gov/sites/default/files/microsites/ostp/FY12-slides.pdf.

(24)  ĠU L 69, 16.3.2005, p. 68.

(25)  Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni – COM(2008) 448.

(26)  Ara n-nota 6 f'qiegħ il-paġna hawn fuq.

(27)  In-numru ta’ konnessjonijiet għal kull 24 siegħa huwa l-unità tal-kejl li tintuża normalment biex jiġi stmat id-daqs tal-botnets.

(28)  Introdotta mill-Konvenzjoni, u d-DQ 2005/222/ĠAI dwar l-Attakki kontra s-Sistemi tal-Informazzjoni.


23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/135


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-ġestjoni ta’ fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv”

COM(2010) 618 finali

2011/C 218/28

Relatur: is-Sur ADAMS

Nhar l-1 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet, b 'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-ġestjoni ta’ fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv

COM(2010) 618 finali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-29 ta’ Marzu 2011.

Matul l-471 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2011 (seduta tal-4 ta’ Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'146 vot favur, 7 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Konklużjonijiet

1.2   Din id-Direttiva ilha titħejja għal aktar minn għaxar snin u l-Kumitat jilqagħha bi pjaċir bħala pass ċar 'il quddiem fit-talba biex il-ġestjoni ppjanata tal-volum kbir eżistenti ta’ skart radjuattiv madwar l-UE kollha tilħaq standards minimi.

1.3   Qed issir enfasi inkoraġġanti fuq it-trasparenza u l-impenn pubbliku, u r-rekwiżit li jitbassru kemm l-ispejjeż kif ukoll il-finanzjament tal-proposti se jipprovdi għodda analitika ċentrali. Għall-ewwel darba, standards tas-sigurtà maqbula internazzjonalment ser isiru legalment vinkolanti u infurzabbli fl-Unjoni Ewropea. L-UE għandha tikkoopera mal-pajjiżi ġirien tagħha u tħeġġiġhom jadottaw standards ta’ sigurtà simili.

1.4   Iżda t-triq tal-iżvilupp ta’ din id-Direttiva ma kinitx waħda faċli. Il-limiti taċ-ċertezza xjentifika għadhom qed jiġu diskussi, filwaqt li d-diffikultajiet biex jiġu antiċipati x-xenarji politiċi u soċjali fil-ġejjieni mbiegħed huma ovvji għal kulħadd.

1.4.1   Minkejja li hemm kunsens xjentifiku wiesa' dwar il-fattibbiltà teknika ġenerali tar-rimi ġeoloġiku fil-fond, hemm dibattitu kontinwu dwar il-livell ta’ ċertezza xjentifika jew ta’ adegwatezza f'diversi oqsma. X'aktarx li dan mhuwiex ser jissolva kompletament għas-sodisfazzjon tal-partijiet involuti kollha, speċjalment minħabba n-natura intrinsika tal-iskart radjuattiv ta’ livell għoli, l-interazzjoni tiegħu mal-ambjent immedjat tiegħu u l-perjodi ta’ żmien ġeoloġiċi li qed jitqiesu. Jidher ċar li l-arranġamenti attwali għall-“ħżin” mhumiex sostenibbli fuq żmien medju u dan isaħħaħ il-ħtieġa għall-azzjoni.

1.4.2   Għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet imqanqla u li ma jaslu għall-ebda soluzzjoni dwar x'inhu livell adegwat ta’ sigurtà u ta’ riskju. X'jinvolvi eżattament il-fatt li tingħata l-ogħla prijorità għas-sigurtà tal-bniedem u dik ambjentali? Fil-prattika, it-turija ta’ sigurtà ser tkun taħlita ta’ argumenti kwalitattivi u kwantittivi, li jfittxu li kemm jista' jkun inaqqsu l-inċertezzi, fil-kuntest tat-teħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali.

1.4.3   Il-fiduċja fil-projezzjoni ta’ koerenza politika u istituzzjonali u l-kompetenza ta’ kwalunkwe sistema ta’ ġestjoni loġikament tonqos mal-mogħdija taż-żmien. Għaldaqstant, is-sigurtà “passiva” ssir element qawwi, bil-ħtieġa li tkun effettiva anke meta s-sorveljanza u l-għarfien dwar maħżen ta’ skart jintilfu maż-żmien.

1.4.4   Il-kontribut u l-iżvilupp kontinwu tal-enerġija nukleari bbażata fuq il-fissjoni bħala parti mit-taħlita tal-enerġija tal-Istati Membri, sa ċertu punt, tiddependi mill-aċċettazzjoni tal-pubbliku kif ukoll mis-sostenibbiltà finanzjarja. Id-dibattitu dwar l-użu jew l-iżvilupp tal-enerġija nukleari huwa distrazzjoni sinifikanti mis-soluzzjoni tal-ħtieġa immedjata u urġenti li tiġi indirizzata l-problema dejjem takkumula tal-iskart radjuattiv, speċjalment peress li l-programmi attwali u li għadhom għaddejjin ta’ dekummissjonar ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ser ikomplu jkabbru l-problema. L-attitudnijiet tal-pubbliku jvarjaw ħafna madwar l-UE iżda l-maġġoranza kbira tal-Ewropej jemmnu tassew li jkun utli li jkun hemm strument Komunitarju dwar il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv (Attitudes towards radioactive waste (Attitudnijiet lejn l-iskart radjuattiv), Ewrobarometru, Ġunju 2008 (mhux disponibbli bil-Malti)).

1.5   Għalhekk, il-Kumitat qed jipprova jindirizza b'mod kostruttiv l-ambivalenza fl-attitudnijiet tal-pubbliku u qed jippreżenta għadd ta’ rakkomandazzjonijiet rilevanti biex isaħħaħ id-determinazzjoni tal-Kummissjoni li ssib soluzzjoni.

1.6   Rakkomandazzjonijiet

1.6.1   Il-Kumitat qed iressaq sensiela ta’ kummenti, suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet speċifiċi fis-sezzjonijiet 4 u 5 ta’ din l-opinjoni u jitlob lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill iqisuhom b'mod sħiħ. Barra minn hekk, b'mod aktar ġenerali jirrakkomanda li:

l-Istati Membri jirrikonoxxu l-prijoritizzazzjoni tas-sigurtà fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u li b'mod urġenti u konsistenti jittrasponu d-Direttiva f'liġi nazzjonali bħala tweġiba għall-problema urġenti tal-akkumulazzjoni tal-iskart radjuattiv;

isiru sforzi akbar mill-gvernijiet, l-industrija nukleari u l-komunitajiet xjentifiċi rilevanti biex jipprovdu aktar tagħrif dettaljat, trasparenti u li jkun sarlu valutazzjoni tar-riskju dwar l-alternattivi tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv għall-pubbliku inġenerali.

2.   Introduzzjoni

2.1   Il-kwistjoni tas-sigurtà nukleari bħalissa qed tiġbed attenzjoni u tħassib konsiderevoli b'riżultat tal-impatt tat-terremot u t-tsunami fuq erba' reatturi f'Fukushima fit-tramuntana tal-Ġappun. Il-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni sikuri u l-miżuri ta’ prekawzjoni għall-impjanti nukleari Ewropej huma rregolati mid-Direttiva dwar is-Sigurtà Nukleari (ara punt 5.6) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri. Fil-21 ta’ Marzu, l-Istati Membri qablu li jtejbu l-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nukleari rispettivi tagħhom u li jitolbu lill-Grupp Ewropew tar-Regolaturi tas-Sigurtà Nukleari (ENSREG) jiddefinixxi l-modalitajiet għall-istress tests proposti (riskju globali u valutazzjonijiet ta’ sigurtà) għall-impjanti nukleari kollha tal-UE. Fid-dawl tat-tħassib kbir tal-pubbliku b'konsegwenza tal-inċident serju fl-impjant tal-elettriku ta’ Fukushima Daiichi, il-Kumitat, b'urġenza u trasparenza, ser jimpenja ruħu bis-sħiħ fid-djalogu mas-soċjetà ċivili dwar dan is-suġġett u dwar kwistjonijiet relatati, b'mod partikolari permezz ta’ riorjentazzjoni attiva tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasparenza tal-ENEF (Forum Ewropew tal-Enerġija Nukleari), li l-KESE qiegħed jippresiedi bħalissa, u l-parteċipazzjoni fil-Gruppi ta’ Ħidma dwar l-Opportunitajiet u r-Riskji.

2.2   Minn perspettiva teknika, l-inċident ta’ Fukushima m'għandux rabta diretta mal-analiżi tad-Direttiva dwar l-iskart radjuattiv li saret f'din l-Opinjoni. Madankollu, naturalment dan l-inċident żied it-tħassib pubbliku u l-kuxjenza dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nukleari u l-Kumitat jemmen li jista' jaqdi rwol fid-dibattitu attwali.

2.3   F'Novembru 2010, kien hemm 143 impjant tal-enerġija nukleari (reatturi) joperaw f'14-il Stat Membru tal-UE. Barra minn hekk, hemm għadd ta’ impjanti li ngħalqu u faċilitajiet nukleari oħrajn, bħal impjanti għar-ripproċessar tal-fjuwil użat, li jiġġeneraw l-iskart radjuattiv. Kull sena, tipikament l-UE tipproduċi 280 metru kubu ta’ skart ta’ livell għoli, 3 600 tunnellata ta’ metall tqil ta’ fjuwil użat u 5 100 metru kubu ta’ skart radjuattiv ta’ ħajja twila li għalih ma teżisti l-ebda rotta ta’ rimi (is-Sitt Rapport dwar is-Sitwazzjoni tal-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv u tal-Fjuwil Użat fl-Unjoni Ewropea, SEC(2008)2416); hemm każijiet oħra ta’ skart b'attività aktar baxxa li ħafna minnu jintrema b'mod regolari. L-iskart ta’ livell għoli huwa radjuattiv ħafna, fih radjunuklidi ta’ ħajja twila u jiġġenera ammont konsiderevoli ta’ sħana. Huwa jirrappreżenta 10 % tal-volum tal-iskart radjuattiv iġġenerat, fih madwar 99 % tar-radjuattività totali u jinkludi prodotti ta’ fissjoni u fjuwil użat.

2.4   Dan l-iskart ġej mir-riproċessar ta’ fjuwil nukleari użat, fjuwil użat destinat direttament għar-rimi, operazzjonijiet ta’ rutina f'impjanti nukleari u dekummissjonar. Qed jiġu ppjanati ħafna aktar impjanti nukleari, xi wħud fi Stati Membri li m'għandhom l-ebda esperjenza preċedenti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari. Jekk l-iskart li jirriżulta, li f'xi każijiet jibqa' theddida għal għexieren ta’ millenji, ma jiġix immaniġġjat u mmonitorjat, hemm riskji sinifikanti għas-saħħa, is-sigurtà u s-sikurezza. Fin-natura tiegħu, l-iskart radjuattiv fih isotopi ta’ elementi li jgħaddu minn diżintegrazzjoni radjuattiva u jirrilaxxa radjazzjoni jonizzanti li tista' tagħmel il-ħsara lill-bnedmin u lill-ambjent.

2.5   Id-deċiżjonijiet li jittieħdu f'dan is-seklu ser ikollhom implikazzjonijiet għal mitt seklu fil-futur. L-enfasi ewlenija tad-Direttiva hija l-indirizzar tal-iskart li jkun ġej miċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, iżda ser jiġu koperti wkoll l-iskart radjuattiv iġġenerat fir-riċerka, il-mediċina u l-industrija. Minħabba ż-żieda fil-ġenerazzjoni tal-elettriku minn impjanti tal-enerġija nukleari, l-iskart ta’ livell għoli kiber b'medja ta’ 1,5 % kull sena bejn l-2000 u l-2005 u d-dekummissjonar ta’ impjanti aktar antiki issa qed iżid mal-kwantità. Fl-aħħar tal-2004, fl-Ewropa nħażnu madwar 220 000 metru kubu ta’ skart ta’ livell baxx jew intermedju b'ħajja twila, 7 000 metru kubu ta’ skart radjuattiv ta’ livell għoli u 38 000 tunnellata ta’ metall tqil ta’ fjuwil użat (dawn iċ-ċifri mhumiex ċerti għax f'pajjiżi fejn isir ir-riproċessar bħar-Renju Unit u Franza, il-fjuwil nukleari użat u l-plutonju u l-uranju riproċessati bħalissa mhumiex klassifikati bħala skart nukleari, abbażi tal-fatt li l-fjuwil użat huwa materjal riċiklabbli u li l-uranju u l-plutonju riproċessati jistgħu jintużaw biex isir fjuwil frisk).

2.6   Għaddew 54 sena minn mindu beda jopera l-ewwel impjant nukleari kummerċjali. F'dan iż-żmien kollu kien hemm dibattitu kontinwu dwar il-ġestjoni tal-iskart. Qasam wieħed fejn hemm qbil ġenerali huwa li l-ħżin temporanju fuq żmien twil huwa adatt għall-ewwel fażi ta’ kull soluzzjoni. Bħalissa, għad m'hemm l-ebda mħażen finali għall-iskart nukleari ta’ attività għolja fl-UE, għalkemm l-Isvezja, il-Finlandja u Franza t-tlieta li huma qed jippjanaw li fil-pajjiżi tagħhom dawn l-imħażen ikunu jaħdmu sal-2025. L-għan huwa li jitfasslu u jinbnew faċilitajiet li jiżguraw is-sigurtà fuq tul ta’ żmien permezz ta’ sistemi ta’ protezzjoni sikuri b'mod passiv ipprovduti minn barrieri ġeoloġiċi stabbli u mfassla bl-inġinerija, bl-ebda dipendenza mill-monitoraġġ, l-intervent uman jew il-kontrolli istituzzjonali wara li l-faċilità tkun għalqet. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati jew m'hemm l-ebda politika definittiva dwar il-fjuwil użat jew għadha ma ġietx implimentata, ħlief għal arranġamenti biex jiżguraw perjodu ta’ ħażna estiż li jkun sigur sa mitt sena (is-Sitt Rapport dwar is-Sitwazzjoni tal-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv u tal-Fjuwil Użat fl-Unjoni Ewropea, SEC(2008)2416).

2.7   93 % taċ-ċittadini Ewropej iqisu li hemm bżonn urġenti li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, minflok ma nħalluha għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-maġġoranza kbira taċ-ċittadini tal-UE fil-pajjiżi kollha jaqblu li l-UE għandha tarmonizza l-istandards u li għandha tkun tista' timmonitorja l-prattiki nazzjonali (Attitudes towards radioactive waste (Attitudnijiet lejn l-iskart radjuattiv), Ewrobarometru, Ġunju 2008 (mhux disponibbli bil-Malti)).

2.8   Il-leġislazzjoni tal-UE eżistenti tqieset bħala mhux adegwata. Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom diġà stabbilixxiet qafas Komunitarju għas-sigurtà nukleari tal-installazzjonijiet nukleari, appoġġjata mis-27 Stat Membru tal-UE, u din id-Direttiva dwar il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv (COM(2010) 618) hija l-pass loġiku li jmiss.

2.9   It-taħlita tal-enerġija ta’ kull Stat Membru u l-għażla tiegħu dwar l-użu tal-enerġija nukleari hija kompetenza nazzjonali u mhijiex soġġetta għal din id-Direttiva. Minkejja dan, l-iskart nukleari ma jistax jiġi separat mill-użu tal-enerġija nukleari: hemm volumi kbar ta’ skart li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ theddida serja, fit-tul u transnazzjonali. Anke jekk it-tħaddim tal-impjanti nukleari jieqaf illum, irridu nindirizzaw l-iskart li jeżisti diġà. Huwa fl-interess taċ-ċittadini kollha tal-UE li l-iskart radjuattiv jintrema bl-aktar mod sigur possibbli. Dan huwa l-kuntest li fih il-Kummissjoni pproponiet id-Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-iżgurar ta’ ġestjoni responsabbli tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.

2.10   L-aħħar li l-Kumitat ikkunsidra din il-kwistjoni kien fl-2003 (1), meta enfasizza l-ħtieġa għal azzjoni urġenti fid-dawl tat-tkabbir u tal-importanza tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. Id-Direttiva proposta, li kienet is-suġġett tal-opinjoni tal-2003, ma kinitx approvata għax l-Istati Membri ħassew li xi aspetti minnha kienu preskrittivi wisq u kellhom bżonn ta’ aktar ħin biex jaħsbu.

3.   Sommarju tad-Direttiva proposta

3.1   L-Istati Membri huma mitluba li, fi żmien erba' snin mill-adozzjoni tad-Direttiva, ifasslu u jippreżentaw programmi nazzjonali li jindikaw il-post attwali fejn ipoġġu l-iskart u l-pjanijiet tagħhom għall-ġestjoni u r-rimi.

3.2   Ser ikun hemm qafas legalment vinkolanti u infurzabbli biex jiżgura li l-Istati Membri kollha japplikaw l-istandards komuni żviluppati mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) għall-istadji kollha tal-fjuwil użat u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv sar-rimi aħħari.

3.3   Il-programmi nazzjonali għandhom jinkludu inventarji għall-iskart radjuattiv, pjani ta’ ġestjoni mill-ġenerazzjoni sar-rimi, pjani għal wara l-għeluq ta’ faċilità tar-rimi, attivitajiet ta’ Riċerka u Żvilupp, skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni u għall-punti li juru li jkun intlaħaq objettiv, deskrizzjoni tal-attivitajiet kollha li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet għar-rimi, valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-iskemi ta’ finanzjament magħżula. Id-Direttiva ma tistipulax preferenza għal forma partikolari ta’ rimi.

3.4   Id-Direttiva proposta fiha artikolu ta’ trasparenza biex jiżgura d-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-pubbliku u l-parteċipazzjoni effettiva tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar ċerti aspetti tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.

3.5   L-Istati Membri jridu jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, u wara dan il-Kummissjoni ser tressaq rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li jkun sar. L-Istati Membri ser jitolbu wkoll reviżjoni internazzjonali mill-pari tal-programm nazzjonali tagħhom u dan ser jiġi rrappurtat ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

4.   Kummenti ġenerali

4.1   F'din l-opinjoni, il-Kumitat qed jindirizza primarjament il-problema prattika u urġenti tal-eżistenza u l-produzzjoni kontinwa tal-iskart radjuattiv. L-ikbar proporzjon ta’ dan l-iskart ('il fuq minn 90 %) ġej minn attivitajiet assoċjati mal-produzzjoni tal-enerġija nukleari. L-alternattiva tal-Istati Membri li jagħżlu li jużaw jew li jespandu l-enerġija nukleari bħala parti mit-taħlita tal-enerġija tinsab f'idejhom, iżda l-implikazzjonijiet fit-tul tal-ġestjoni tal-iskart li jirriżulta jista' jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali (u transġenerazzjonali).

4.2   L-opinjoni pubblika dwar l-enerġija nukleari f'pajjiżi b'impjanti tal-enerġija nukleari tkun affettwata b'mod sinifikanti (favur il-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari), jekk ikunu assigurati li teżisti soluzzjoni sigura u permanenti għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv (Attitudes towards radioactive waste (Attitudnijiet lejn l-iskart radjuattiv), Ewrobarometru, Ġunju 2008 (mhux disponibbli bil-Malti)). L-ostakli ewlenin għal din l-assigurazzjoni huma l-periklu fit-tul mill-iskart ta’ livell għoli, dubji dwar is-sigurtà tar-rimi ġeoloġiku fil-fond, jekk dan ir-riskju marbut ma’ dawn is-siti hux ser jibqa' fil-memorja kollettiva għall-ġenerazzjonijiet futuri u l-inċertezza dwar il-fattibbiltà ta’ metodi oħra ta’ rimi.

4.3   Fid-dawl tal-progress bil-mod ta’ xi Stati Membri fir-rigward ta’ proposti għall-ġestjoni fit-tul ta’ skart radjuattiv, id-Direttiva proposta, li fiha nfisha ilha tiġi żviluppata snin sħaħ, għandha sservi biex tixpruna l-formulazzjoni komprensiva tal-programmi nazzjonali ta’ ġestjoni. Jeżistu eżempji ta’ metodoloġija tajba li jistgħu jintużaw bħala referenza. Id-Direttiva proposta qed timmira li xi aspetti ċentrali tal-istandards, konklużi taħt l-awspiċji tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), isiru legalment vinkolanti u infurzabbli permezz tal-liġi tal-UE. Il-Kumitat jilqa' dan l-approċċ.

4.4   L-UE għandha korp ta’ leġislazzjoni sinifikanti dwar l-iskart, inkluż l-iskart perikoluż (2). Minkejja li d-Direttiva tagħmilha ċara li mhijiex qed tibni fuq din il-leġislazzjoni iżda li għandha bażi legali differenti, il-kapitolu 3 tal-Euratom, għandha taħtaf l-opportunità li hemm fil-premessi għad-Direttiva proposta biex tħaddan l-prinċipji li jinsabu fil-korp eżistenti ta’ liġijiet dwar l-iskart perikoluż.

4.5   L-approċċ ta’ “min iniġġes iħallas” inbidel biex ġie jinkludi r-rekwiżit li jiġi żgurat li l-proposti għall-ġestjoni tal-iskart ikunu finanzjati b'mod adegwat u sigur, “filwaqt li titqies ir-responsabbiltà tal-produtturi tal-iskart radjuattiv”. Għalhekk jistgħu jqumu kwistjonijiet dwar is-sussidji reċiproċi u konsegwentement kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-enerġija. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li d-Direttiva tistabbilixxi bla ebda dubju li l-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart għandu jsir skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” (f'dan il-każ il-kumpanija li toħloq l-iskart radjuattiv bit-tħaddim tar-reatturi nukleari) ħlief f'sitwazzjonijiet ta’ force majeure, fejn ikollu bżonn jintervjeni l-Istat.

4.6   Il-Kumitat jinnota li huwa biss l-iskart radjuattiv ċivili li huwa kopert mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. F'xi pajjiżi, ingħataw bosta riżorsi għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv militari. Naturalment, hemm implikazzjonijiet ta’ sigurtà addizzjonali għall-programmi militari/ċivili konġunti, iżda peress li l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv mhux ċivili jista' juża riżorsi teknoloġiċi u finanzjarji sostanzjali, kif ukoll il-kapaċità ta’ rimi f'xi Stati Membri, għandhom jitqiesu rabtiet aktar speċifiċi ma’ din id-Direttiva.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1   L-iskart radjuattiv ġie eskluż speċifikament mid-Direttivi tal-UE dwar l-Iskart (3) iżda dawn fihom bosta prinċipji ta’ valur li għandhom jitqiesu. Għalhekk, il-Kumitat jissuġġerixxi li d-Direttiva preżenti għandha tagħmel referenza speċifika għad-Direttiva tal-Kunsill fuq skart perikoluż (91/689/KEE) u tgħid li hija komplementari għaliha.

5.2   Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-klawżola fl-Artikolu 2 li teskludi “rilaxxi awtorizzati”, għandha, fil-fatt, tinkludi dawn ir-rilaxxi. Bħalissa, m'hemm l-ebda konsistenza madwar l-UE kollha dwar ir-regolazzjoni ta’ dawn ir-rilaxxi, u minħabba varjazzjonijiet fl-interpretazzjoni, għadhom kontroversjali bejn l-Istati Membri (pereżempju bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda dwar ir-rilaxxi fil-Baħar Irlandiż).

5.3   Il-Kumitat dejjem appoġġja l-prevenzjoni tal-iskart kif imħeġġeġ mill-UE u kif jingħata prijorità taħt id-Direttiva dwar l-Iskart (2006/12/KE). Kif jiġri f'għadd ta’ industriji, il-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari twassal għal skart perikoluż sinifikanti. Bħalissa, l-Istati Membri huma maqsumin dwar jekk ekonomikament, soċjalment u ambjentalment hux se jkun hemm alternattivi sostenibbli għall-enerġija nukleari u għalhekk dwar jekk l-iskart nukleari huwiex ser jibqa' jiġi inevitabbilment prodott. Biex insolvu din id-dilemma, u peress li l-maġġoranza tal-Kumitat jaqsam il-fehma li l-enerġija nukleari ser ikollha bżonn taqdi rwol fit-transizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi, il-Kumitat jissuġġerixxi li d-Direttiva tesprimi preferenza għall-qerda tal-massa ta’ skart radjuattiv mis-sors, hekk kif jitjiebu u jiġu żviluppati alternattivi sostenibbli.

5.4   L-Artikolu 3.3 jiddefinixxi r-“rimi” bħala t-tqegħid ta’ fjuwil użat jew ta’ skart radjuattiv f'faċilità awtorizzata mingħajr l-intenzjoni li jiġi rkuprat. Il-Kumitat jagħraf li hemm fehmiet diverġenti dwar il-kwistjoni tar-riversibbiltà u l-possibbiltà ta’ rkupru tal-iskart. Il-Kumitat jemmen li fl-iżvilupp ta’ kunċetti għar-rimi, m'għandhomx jiġu esklużi r-riversibbiltà u l-possibbiltà ta’ rkupru, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-każ tas-sigurtà assoċjat.

5.5   L-Artikolu 4.3 jeħtieġ li l-iskart radjuattiv jintrema fl-Istat Membru fejn ikun ġie ġġenerat, sakemm ma jiġux konklużi ftehimiet bejn l-Istati Membri biex jużaw flimkien il-faċilitajiet tar-rimi f'wieħed minnhom. Il-Kumitat jirrakkomanda li jsir użu aktar intensiv minn din l-għażla, sabiex il-faċilitajiet li huma partikolarment adegwati jintużaw bl-aħjar mod possibbli. Il-Kumitat jilqa' dan l-approċċ ċar kemm għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv iġġenerat mill-Istati Membri esklużivament fl-UE kif ukoll għall-opportunità li jiġu żviluppati faċilitajiet komuni. Ġie nnutat li dan ma jeskludix ir-ripatrijazzjoni ta’ skart riproċessat li jkun ġej mir-riproċessar tal-fjuwil użat lejn pajjiżi tal-oriġini li mhumiex fl-UE. Madankollu, biex jiġi evitat kull dubju, qed jiġi ssuġġerit li dan il-punt jitniżżel b'mod espliċitu jew fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jew fil-Premessi.

5.6   Il-Kumitat jistaqsi jekk awtovalutazzjoni fuq 10 snin mill-Istati Membri dwar il-programmi tagħhom, flimkien ma’ reviżjoni internazzjonali mill-pari (Artikolu 16), joffrux l-opportunità li l-għarfien u l-aħjar prattiki jiġu ssudati bis-sħiħ. Hemm ukoll il-kwistjoni ta’ jekk hux ser jiġi applikat b'mod konsistenti ċertu ammont suffiċjenti ta’ oġġettività, reqqa u analiżi indipendenti. Ser ikun hemm spejjeż konsiderevoli ta’ rappurtaġġ u oħrajn marbutin magħhom għall-Istati Membri, u l-Kumitat iqis li, meta jasal il-waqt, għandu jitwaqqaf Bord ta’ Monitoraġġ, bil-għan li tgħasses il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv fl-UE. Dan mhux biss itejjeb l-istandards tar-rappurtaġġ u l-prattiki tajbin iżda jservi bħala mekkaniżmu effiċjenti ta’ qsim tal-ispejjeż u jservi ta’ bażi għad-Direttiva dwar is-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (4).

5.7   Il-Kumitat jilqa' b'mod espliċitu l-fatt li l-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tkompli tipprovdi appoġġ għar-riċerka dwar ir-rimi ġeoloġiku tal-iskart radjuattiv u tikkoordina r-riċerka madwar l-UE. Il-Kumitat jenfasizza li dawn il-programmi għandhom jiġu promossi b'mod adegwat u fuq bażi wiesgħa u jappella lill-Istati Membri sabiex jindirizzaw din il-kwistjoni fil-programmi nazzjonali ta’ riċerka tagħhom u permezz ta’ riċerka kollaborattiva bis-saħħa tal-programmi qafas tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Iżvilupp.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 133, 6.6.2003, p. 70

(2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20

(3)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3

(4)  ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18


APPENDIĊI

għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

It-test li ġej tal-Opinjoni tas-Sezzjoni ġie modifikat favur emenda li ġiet adottata mill-Assemblea, minkejja li mill-inqas kwart tal-voti mitfugħa kienu kontra din il-bidla:

Punt 5.5

L-Artikolu 4.3 jeħtieġ li l-iskart radjuattiv jintrema fl-Istat Membru fejn ikun ġie ġġenerat, sakemm ma jiġux konklużi ftehimiet bejn l-Istati Membri biex jużaw il-faċilitajiet tar-rimi f'wieħed minnhom. Il-Kumitat jilqa’ dan l-approċċ ċar kemm għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv iġġenerat mill-Istati Membri esklużivament fl-UE kif ukoll għall-opportunità li jiġu żviluppati faċilitajiet komuni. Ġie nnutat li dan ma jeskludix ir-ripatrijazzjoni ta’ skart riproċessat li jkun ġej mir-riproċessar tal-fjuwil użat lejn pajjiżi tal-oriġini li mhumiex fl-UE. Madankollu, biex jiġi evitat kull dubju, qed jiġi ssuġġerit li dan il-punt jitniżżel b'mod espliċitu jew fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jew fil-Premessi.

Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda:

67 vot favur, 57 vot kontra u 26 astensjoni.