ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.187.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
28 ta' Ġunju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kunsill

2011/C 187/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittmi, b'mod partikolari fi proċedimenti kriminali

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 187/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

6

2011/C 187/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6220 – General Mills/Yoplait) ( 1 )

10

2011/C 187/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6195 – Holcim/Basalt/H + B Grondstoffen JV) ( 1 )

10

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 187/05

Rata tal-kambju tal-euro

11

2011/C 187/06

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2011(Ippublikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 187/07

Sejħa għal proposti skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għall-2011 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1766 kif emendata bid-Deċiżjoni C(2011) 4317)

13

2011/C 187/08

Evalwazzjonijiet esterni tat-TEN-T – Reġistrazzjoni u għażla tal-esperti

14

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 187/09

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

15

2011/C 187/10

Notifika tal-inizjazzjoni ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mingħajr saldaturi li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Russja u fl-Ukraina

16

2011/C 187/11

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

21

2011/C 187/12

Notifika tal-inizjazzjoni ta' proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, barra pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi ta' azzar li ma jissaddadx li joriġinaw fil-Belarus

22

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 187/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6218 – INEOS/Tessenderlo Group S-PVC Assets) ( 1 )

27

2011/C 187/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6269 – SNCF/HFPS/Wehinger GmbH/Rail Holding) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

28

2011/C 187/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6196 – Lenovo/Medion) ( 1 )

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kunsill

28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/1


RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Ġunju 2011

dwar Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittmi, b'mod partikolari fi proċedimenti kriminali

2011/C 187/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Billi

(1)

Il-protezzjoni attiva tal-vittmi tal-kriminalità hija prijorità għolja għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Fl-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-drittijiet fundamentali (il-“Karta”) u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (il-“Konvenzjoni”), li għalihom huma parti l-Istati Membri kollha, tappella lill-Istati biex jipproteġu b'mod attiv lill-vittmi tal-kriminalità.

(2)

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet b'suċċess spazju ta' libertà tal-moviment u r-residenza, li ċ-ċittadini jibbenefikaw minnu billi jivvjaġġaw, jistudjaw u jaħdmu dejjem aktar f'pajjiżi oħra minbarra dak tar-residenza tagħhom. Madankollu, it-tneħħija ta' fruntieri interni u l-eżerċizzju dejjem jiżdied tad-drittijiet għal-libertà tal-moviment u r-residenza wasslu, b’konsegwenza inevitabbli, għal żieda fin-numru ta' persuni li sfaw vittmi ta' reat u ġew involuti fi proċedimenti kriminali fi Stat Membru barra dak tar-residenza tagħhom.

(3)

Dan jirrikjedi azzjoni speċifika sabiex jiġi stabbilit standard minimu komuni ta' protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u d-drittijiet tagħhom fi proċedimenti kriminali fl-Unjoni kollha. Tali azzjoni, li tista' tinkludi l-leġislazzjoni kif ukoll miżura oħra Such action, ser issaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini li l-Unjoni Ewropea u l-Istati membri tagħha ser jipproteġu u jiggarantixxu d-drittijiet tagħhom.

(4)

Fil-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura li sservi ċ-ċittadin (1), il-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza li jingħata appoġġ speċjali u protezzjoni legali lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli jew li jsibu lilhom infushom f'sitwazzjonijiet partikolarment esposti, bħal persuni soġġetti għal vjolenza ripetuta f'relazzjonijiet mill-qrib, vittmi ta' vjolenza tal-ġeneru, jew persuni li jisfaw vittmi ta' tipi oħra ta' reati fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini jew residenti. F'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija li tiżgura l-issodisfar tad-drittijiet tal-persuni li jisfaw vittmi tal-kriminalità (2), u t-titjib tal-appoġġ għalihom, il-Kunsill Ewropew ħeġġeġ li jittieħed approċċ integrat u koordinat lejn il-vittmi. Bħala pass ta' rispons għall-Programm ta' Stokkolma, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta' miżuri dwar il-vittmi tal-kriminalità inkluża Direttiva dwar id-Drittijiet, l-Appoġġ u l-Protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (3) kif ukoll Regolament dwar ir-Rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (4).

(5)

Fid-dawl tal-progress konsiderevoli mwettaq skont il-Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (5), il-Kunsill iqis li approċċ simili għandu jiġi adottat fil-qasam tal-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.

(6)

L-azzjoni f'dan il-qasam hija kkontemplata speċifikament bħala parti mill-proċess għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku bħala prinċipju bażi tal-ħolqien ta' spazju reali ta' libertà, sigurtà u ġustizzja: tabilħaqq, l-Artikolu 82(2)(c) tat-TFUE jipprevedi li l-Unjoni tista', permezz ta' Direttivi, tistabbilixxi regoli minimi dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità meta meħtieġ biex jiġi faċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li għandhom dimensjoni transkonfinali.

(7)

Il-kwistjoni tar-rwol tal-vittmi fi proċedimenti kriminali diġà kienet indirizzata fil-livell tal-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali. Madankollu, għaddew aktar minn għaxar snin mill-approvazzjoni ta' dak l-istrument, u l-progress imwettaq fil-ħolqien tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizza, kif ukoll il-kwistjonijiet pendenti tal-implimentazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-vittmi, jeħtieġu li l-Unjoni tirrevedi u ttejjeb il-kontenut tad-Deċiżjoni Kwadru, ukoll fid-dawl tas-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-istrument (6).

(8)

Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi żgurat li l-vittmi tal-kriminalità jingħataw kumpens ġust u adatt għall-ħsarat imġarrba, bħal dawk previsti bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 relatati mal-vittmi tal-kriminalità, għandhom ukoll jiġu riveduti u jekk meħtieġ mtejba, sabiex titjieb l-operabbiltà tagħhom u jiġu komplimentati l-istrumenti għall-protezzjoni tal-vittmi.

(9)

Barra minn hekk, għandu jinħoloq mekkaniżmu biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku fost l-Istati Membri tad-deċiżjonijiet rigward il-miżuri ta' protezzjoni, skont il-linji mfassla mill-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili. Dan il-mekkaniżmu għandu jikkompleta dak previst bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ordni ta' protezzjoni Ewropew, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' protezzjoni adottati f'materji kriminali, li qed jiġi diskuss bħalissa. Id-dispożizzjonijiet mniżżla fiż-żewġ proposti m'għandhomx jistabbilixxu obbligi li s-sistemi nazzjonali jiġu mmodifikati għall-miżuri ta' protezzjoni, iżda titħalla għall-Istati Membri biex jiddeċiedu f'liema sistema jistgħu joħorġu jew jeżerċitaw il-miżuri ta' protezzjoni.

(10)

B'kont meħud tal-importanza u l-kumplessità ta' dawn il-kwistjonijiet, jidher adatt li dawn jiġu indirizzati b'approċċ gradwali, filwaqt li jkun żgurat bilanċ ta' konsistenza ġenerali. Permezz tal-indirizzar tal-azzjonijiet futuri, qasam wieħed wara l-ieħor, tista' tingħata attenzjoni ffokata għal kull miżura individwali, sabiex il-problemi jkunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati b'mod li jingħata valur miżjud lil kull miżura.

(11)

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-proċess ta' implimentazzjoni tal-istrumenti leġislattivi f'dan il-qasam. I-miżuri prattiċi u l-aħjar prattiki għandhom jinġabru fi strument legali mhux vinkolanti, bħal Rakkomandazzjoni, sabiex fil-proċess ta' implimentazzjoni l-Istati Membri jingħataw għajnuna u ispirazzjoni.

(12)

Meta jiġu indirizzati l-miżuri meħtieġa għat-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi, għandu jittieħed kont debitu tal-prinċipji bħal dawk li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni Rec(2006)8 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar assistenza lill-vittmi tal-kriminalità ukoll. L-Unjoni għandha speċjalment ukoll tieħu kont tal-istandards imniżżla fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-7 ta' April 2011.

(13)

Il-lista ta' miżuri fl-Anness għal dan id-dokument għandha titqies indikattiva, bl-indirizzar biss tal-ewwel grupp ta' miżuri li għandhom jiġu trattati bħala kwistjoni ta' prijorità. Aktar miżuri, kemm leġislattivi kif ukoll mhux leġislattivi, kif ukoll miżuri prattiċi jistgħu jiġu proposti fil-futur jekk ikun meqjus adatt, ukoll fid-dawl tal-proċess kurrenti tal-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti legali kontemplati f'dan il-Pjan direzzjonali,

B'DAN JADOTTA R-RIŻOLUZZJONI LI ĠEJJA:

1.

Għandha tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea għat-tisħiħ tad-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, b'mod partikolari matul il-proċedimenti kriminali. Tali azzjoni tista' tinkludi l-leġislazzjoni kif ukoll miżuri oħra.

2.

Il-Kunsill jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal pakkett ta' miżuri dwar il-vittmi tal-kriminalità, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti rigward il-miżuri mniżżla fil-Pjan direzzjonali.

3.

Il-Kunsill japprova l-“Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali” (minn issa msejjaħ “il-Pjan direzzjonali”), imniżżel fl-Anness għal din ir-Riżoluzzjoni, bħala l-bażi għal azzjoni futura. Il-miżuri inklużi fil-Pjan direzzjonali, li għandhom jiġu komplimentati b'miżuri oħra, għandhom jingħataw prijorità.

4.

Il-Kunsill ser jeżamina l-proposti kollha ppreżentati fil-kuntest tal-Pjan direzzjonali u għandu l-intenzjoni li jittrattahom bħala kwistjonijiet ta' prijorità.

5.

Il-Kunsill ser jaġixxi b'kooperazzjoni sħiħa mal-Parlament Ewropew, f'konformità mar-regoli applikabbli.


(1)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1; ara l-punt 2.3.4.

(2)  Adottata fl-2969 laqgħa tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni fil-Lussemburgu, 23 ta' Ottubru 2009.

(3)  10610/11 DROIPEN 45 JUSTCIV 141 ENFOPOL 165 DATAPROTECT 58 SOC 434 FREMP 59 CODEC 887 (COM(2011) 275 finali tat-18 ta' Mejju 2011).

(4)  10613/11 JUSTCIV 143 COPEN 123 CODEC 889 (COM(2011) 276 finali tat-18 ta' Mejju 2011).

(5)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 (2009/C 295/01) (ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1).

(6)  Ara r-Rapport mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu18 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċeduri kriminali (COM(2004) 54 finali/2 tas-16 ta’ Frar 2004); Rapport mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Kwardru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċeduri kriminali (2001/220/ĠAI) (COM(2009); 166 finali tal-20 ta’ April 2009); Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità' (SEC(2011) 780 finali tat-18 ta’ Mejju 2011).


ANNESS

PJAN DIREZZJONALI GĦAT-TISĦIĦ TAD-DRITTIJIET U L-PROTEZZJONI TAL-VITTMI, B'MOD PARTIKOLARI FI PROĊEDIMENTI KRIMINALI

L-ordni tal-miżuri indikat hawn taħt hu indikattiv. L-ispjegazzjonijiet provduti fir-rigward ta' kull miżura iservu sempliċiment bħala indikazzjoni tal-azzjoni proposta, u m'għandhomx l-għan li jirregolaw l-ambitu u l-kontenut preċiżi tal-miżura konċernata. Dan il-Pjan direzzjonali jappoġġa u jibni fuq il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal pakkett ta' miżuri dwar il-vittmi tal-kriminalità.

Prinċipji ġenerali

L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni diretta għat-tisħiħ tad-drittijiet u l-protezzzjoni tal-vittmi għandha jkollha l-għan biex jiġu introdotti standards minimi komuni u biex jintlaħqu, fost oħrajn, l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(1)

Jiġu stabbiliti proċeduri u strutturi adegwati biex jiġu rispettati d-dinjità, l-integrità personali u psikoloġika kif ukoll il-privatezza tal-vittma fi proċedimenti kriminali.

(2)

Jitjieb l-aċċess tal-vittmi tal-kriminalità għall-ġustizzja, ukoll billi jitrawwem ir-rwol tas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi.

(3)

Jitfasslu proċeduri u strutturi adegwati mmirati għall-prevenzjoni tal-vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta.

(4)

Tiġi inkoraġġuta l-proviżjoni tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għall-vittma fi ħdan il-proċedimenti kriminali.

(5)

Fejn adatt, il-vittmi jiġu inkoraġġuti jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċedimenti kriminali.

(6)

Jissaħħaħ id-dritt tal-vittmi u tal-avukat tagħhom li jirċievu informazzjoni f'waqtha dwar il-proċedimenti u l-eżitu tagħhom.

(7)

Jiġi inkoraġġut ir-rikors għall-metodi ta' ġustizzja restorattiva u ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim b'kont meħud tal-interess tal-vittma.

(8)

Tingħata attenzjoni speċjali lit-tfal, bħala parti mill-aktar grupp vulnerabbli ta' vittmi, u dejjem b'kont meħud tal-aħjar interess tat-tfal.

(9)

Jiġi żgurat li l-Istati Membri jipprovdu t-taħriġ, jew jinkoraġġixxu l-proviżjoni ta' taħriġ, għall-professjonisti rilevanti kollha.

(10)

Jiġi żgurat li l-vittmi jista' jingħata kumpens kif adatt.

Fit-trawwim tad-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali l-Unjoni għandha tikkunsidra l-elementi fundamentali tas-sistemi nazzjonali tal-liġi kriminali u tieħu kont debitu tad-drittijiet u l-interessi tal-partijiet kollha involuti, kif ukoll l-għan ġenerali tal-proċedimenti kriminali.

L-insegwiment ta' dawn l-objettivi għandu jkun fih il-miżuri mniżżla hawn taħt, kif ukoll kwalunkwe miżura oħra li tista' tkun adatta matul l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti.

Miżura A:   Direttiva li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali kienet pass importanti fl-istabbiliment ta' approċċ komprensiv għall-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità fl-UE. Madankollu, għaxar snin wara l-approvazzjoni tagħha, jenħtieġ li jiġu riveduti u supplimentati l-prinċipji mniżżla fid-Deċiżjoni Kwadru u li jittieħdu passi 'l quddiem sinifikanti fil-livell tal-protezzjoni tal-vittmi fl-UE kollha, b'mod partikolari fil-qafas tal-proċedimenti kriminali. Għal dan il-għan, fit-18 ta' Mejju 2011 l-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità. Il-Kunsill jieħu l-impenn biex jeżamina din il-proposta bħala kwistjoni ta' prijorità, ukoll fid-dawl tal-prinċipji ġenerali mniżżla hawn fuq.

Miżura B:   Rakkomandazzjoni jew Rakkomandazzjonijiet dwar miżuri prattiċi u l-aħjar prattiki fir-rigward tad-Direttiva mniżżla f'Miżura A

Ladarba l-istrument legali vinkolanti u komprensiv imsemmi taħt il-Miżura A jkun approvat, il-Kummissjoni hi mistiedna, malajr kemm hu prattikabbli, tikkumplimenta dan bi proposta (jew proposti) għal Rakkomandazzjoni li għandha taġixxi bħala gwida u mudell għall-Istati Membri biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva, billi tibni fuq il-prinċipji previst bid-Direttiva. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tanalizza l-aħjar prattiki eżistenti fost l-Istati Membri fil-qasam tal-asistenza u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, billi tibni fuqhom fi ħdan il-qafas tal-istrumenti leġislattivi applikabbli.

Ir-Rakkomandazzjoni għandha tieħu kont tal-aħjar prattiki dwar il-kwistjoni tal-protezzjoni tal-vittmi, inklużi dawk stabbiliti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi kif ukoll dawk minn istituzzjonijiet minbarra l-Unjoni Ewropea, bħar-Rakkomandazzjoni Rec(2006)8 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assistenza lill-vittmi tal-kriminalità, u tindirizza oqsma bħal dawk koperti mill-Miżura A.

Miżura C:   Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' protezzjoni għall-vittmi meħuda f'materji ċivili

Il-Kummissjoni ppreżentat, fit-18 ta' Mejju 2011, proposta għal Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili biex jitlesta l-mekkaniżmu għar-rikonoxximent reċiproku previst fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni, li qed tiġi diskussa attwalment. Din id-Direttiva għandha l-għan li tipprevedi r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet meħuda f'materji kriminali minn awtorità ġudizzjarja jew dik ekwivalenti biex il-vittmi tal-kriminalità jiġu protetti minn aktar periklu li jista' jiġi kkawżat mill-awtur allegat ta' ksur. Mekkaniżmu simili hu previst għar-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' protezzjoni meħuda f'materji ċivili. Il-Kunsill jieħu l-impenn biex jeżamina din il-proposta bħala kwistjoni ta' prijorità, ukoll fid-dawl tal-prinċipji ġenerali mniżżla hawn fuq.

Miżura D:   Reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 fir-rigward ta' kumpens għall-vittmi tal-kriminalità

Fid-dawl tal-konklużjonijiet meħuda mir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE u kwalunkwe analiżi ulterjuri, il-Kummissjoni hi mistiedna tirrevedi d-Direttiva dwar il-Kumpens, b'mod partikolari jekk il-proċeduri eżistenti biex il-vittma jitlob kumpens għandhiex tiġi riveduta jew simplifikata, u biex tippreżenta kwalunkwe proposta leġislattiva jew mhux leġislattiva fil-qasam ta' kumpens għall-vittmi tal-kriminalità.

Miżura E:   Ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi

Fl-att legali ġenerali previst taħt il-Miżura A ser ikun hemm regoli ġenerali, li japplikaw għall-vittmi kollha tal-kriminalità li jeħtieġu assistenza, appoġġ u protezzjoni fir-rigward ta' proċediementi kriminali relatati mal-kriminalità li għaliha sfaw vittmi. Dan l-att legali ser ikun fih ukoll regoli ġenerali għal kull tip ta' vittma vulnerabbli.

Xi vittmi għandhom ħtiġijiet speċifiċi bbażati fuq it-tip jew fuq iċ-ċirkostanzi ta' kriminalità li huma vittma tagħha, minħabba r-reperkussjonijiet fiżiċi u psikoloġiċi ta' dawn ir-reati, bħall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, it-tfal vittmi tal-esplojtazzjon sesswali, il-vittmi tat-terroriżmu u l-vittmi tal-kriminalità organizzata. Il-ħtiġijiet speċjali tagħhom jistgħu jiġu indirizzati fil-leġislazzjoni speċifika li tittratta l-ġlieda kontra dawn it-tipi ta' reati.

Min-naħa l-oħra, xi vittmi tal-kriminalità jeħtieġu appoġġ u assistenza speċjali minħabba l-karatteristiċi personali tagħhom, li għandhom jiġu evalwati skont il-każ. F'dan ir-rigward, it-tfal dejjem għandhom jiġu kkunsidrati partikolarment vulnerabbli.

Il-Kummissjoni hi mistiedna, fil-kuntest tal-kontroll tagħha tal-implimentazzjoni tal-istrumenti leġislattivi msemmija hawn fuq u kwalunkwe ieħr li jindirizza oqsma speċifiċi tal-kriminalità, u wara li tkun evalwat l-operazzjoni prattika tagħhom ladarba l-perijodu għall-implimentazzjoni jkun skada, tipproponi permezz tar-Rakkomandazzjonijiet miżuri prattiċi u tissuġġerixxi l-aħjar prattiki biex tingħata gwida lill-Istati Membri li jkunu fil-proċess biex jittrattaw l-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/6


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.9.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 671/A/09

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prechod na digitálne televízne vysielanie v Slovenskej republike – Koncové zariadenie pre sociálne znevýhodnene osoby

Il-bażi legali

zákon č. 523/2004 Z. z. o rozpočtových pravidlách verejnej správy a o zmene a doplnení niektorých zákonov, v znení neskorších predpisov, zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov; výnos MDPT SR o poskytovaní dotácií na podporu prechodu na digitálne televízne vysielanie v Slovenskej republike

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Appoġġ lill-konsumaturi individwali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 10 625 700 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-1.7.2013

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo dopravy, pôšt a telekomunikácií Slovenskej republiky

Námestie Slobody 6

PO Box 100

810 05 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 402/10

Stat Membru

Il-Bulgarija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Помощ за оздравяване на „Български държавни железници“ ЕАД

Pomosht za ozdravjavane na „Bylgarski dyrzhavni zheleznici“ EAD

Il-bażi legali

Закон за държавния бюджет на Република България за 2011 г.

Zakon za dyrzhavnia bjudzhet na Republika Bylgaria za 2011 g.

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Aizdevums uzņēmuma sanācijai, Garanzija

L-estimi

Baġit globali: BGN 248,6 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

15.12.2010-15.6.2011

Setturi ekonomiċi

Il-ferroviji

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Министерство на транспорта, информационните технологии и съобщенията

ул. „Дякон Игнатий“ № 9

1000 София

БЪЛГАРИЯ

Ministerstvo na transporta, informacionnite tehnologii i syobshteniata

Ul. „Djakon Ignatij“ No 9

1000 Sofia

BULGARIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

24.5.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 484/10

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Sachsen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Zuwendungen an KMU nach erfolgreicher Überwindung einer Krisensituation

Il-bażi legali

§§ 23, 44 der Haushaltsordnung des Freistaates Sachsen

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sächsische Aufbaubank

Pirnaische Straße 9

01069 Dresden

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.4.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.322266 (11/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Basque country

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayuda para fomentar el euskera en los centros de trabajo

Il-bażi legali

Proyecto de Orden de … de … de 2011, de la Consejera de Cultura, por la que se regula la concesión de subvenciones para fomentar el uso y la presencia del euskera en los centros de trabajo de entidades del sector privado y en corporaciones de derecho público ubicados en la CAV durante el año 2011 (LANHITZ)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 2,4 miljun

 

Baġit globali: EUR 2,4 miljun

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

24.4.2011-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport, L-edukazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Departamento de Cultura del Gobierno Vasco

Donostia-San Sebastián, 1

01010 Vitoria-Gasteiz

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6220 – General Mills/Yoplait)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/03

Fit-22 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6220. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6195 – Holcim/Basalt/H + B Grondstoffen JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/04

Fis-6 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6195. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Ġunju 2011

2011/C 187/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4205

JPY

Yen Ġappuniż

114,74

DKK

Krona Daniża

7,4580

GBP

Lira Sterlina

0,88970

SEK

Krona Żvediża

9,1929

CHF

Frank Żvizzeru

1,1849

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7845

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,442

HUF

Forint Ungeriż

268,96

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,0024

RON

Leu Rumen

4,2220

TRY

Lira Turka

2,3352

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3605

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4056

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0621

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7677

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7641

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 541,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8039

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2038

HRK

Kuna Kroata

7,3703

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 249,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,3439

PHP

Peso Filippin

61,935

RUB

Rouble Russu

40,2441

THB

Baht Tajlandiż

43,893

BRL

Real Brażiljan

2,2750

MXN

Peso Messikan

16,9253

INR

Rupi Indjan

63,9760


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/12


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2011

(Ippublikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

2011/C 187/06

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' referenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punt bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 764/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 125, 28.4.2011, p. 4.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.7.2011

2,05

2,05

3,97

2,05

1,79

2,05

1,76

2,05

2,05

2,05

2,05

2,05

5,61

2,05

2,05

2,56

2,05

2,20

2,05

2,05

4,26

2,05

7,18

2,65

2,05

2,05

1,48

1.5.2011

30.6.2011

1,73

1,73

3,97

1,73

1,79

1,73

1,76

1,73

1,73

1,73

1,73

1,73

5,61

1,73

1,73

2,56

1,73

2,20

1,73

1,73

4,26

1,73

7,18

2,65

1,73

1,73

1,48

1.3.2011

30.4.2011

1,49

1,49

3,97

1,49

1,79

1,49

1,76

1,49

1,49

1,49

1,49

1,49

5,61

1,49

1,49

2,56

1,49

2,20

1,49

1,49

4,26

1,49

7,18

2,23

1,49

1,49

1,48

1.1.2011

28.2.2011

1,49

1,49

3,97

1,49

1,79

1,49

1,76

1,49

1,49

1,49

1,49

1,49

5,61

1,49

1,49

2,56

1,49

2,64

1,49

1,49

4,26

1,49

7,18

1,76

1,49

1,49

1,48

1.12.2010

31.12.2010

1,45

1,45

4,15

1,45

2,03

1,45

1,88

1,85

1,45

1,45

1,45

1,45

5,97

1,45

1,45

2,85

1,45

3,15

1,45

1,45

4,49

1,45

7,82

1,38

1,45

1,45

1,35

1.10.2010

30.11.2010

1,24

1,24

4,15

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,38

1,24

1,24

1,35

1.9.2010

30.9.2010

1,24

1,24

4,15

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,18

1,24

1,24

1,35

1.8.2010

31.8.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,18

1,24

1,24

1,35

1.7.2010

31.7.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,02

1,24

1,24

1,35

1.6.2010

30.6.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,77

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

3,45

1,24

4,72

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,02

1,24

1,24

1,16

1.5.2010

31.5.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,77

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

4,46

1,24

6,47

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,02

1,24

1,24

1,16

1.4.2010

30.4.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

3,47

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

5,90

1,24

8,97

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16

1.3.2010

31.3.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

4,73

1,24

1,24

1,24

1,24

7,03

1,24

1,24

7,17

1,24

11,76

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16

1.1.2010

28.2.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

6,94

1,24

1,24

1,24

1,24

7,03

1,24

1,24

8,70

1,24

15,11

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/13


Sejħa għal proposti skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għall-2011 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1766 kif emendata bid-Deċiżjoni C(2011) 4317)

2011/C 187/07

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi sejħa għal proposti, skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, sabiex isiru għotjiet għal:

Il-qasam Nru 14: Proġett Prijoritarju TEN-T Nru 21 – Awtostradi tal-Baħar. L-ammont disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2011, huwa ta’ mhux iktar minn EUR 70 miljun.

Il-qasam Nru 15: Proġetti fil-qasam tas-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS). L-ammont disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2011, huwa ta’ mhux iktar minn EUR 10 miljun.

Il-qasam Nru 16: Proġetti fil-qasam tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS). L-ammont disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2011, huwa ta’ mhux iktar minn EUR 100 miljun.

Il-proposti jridu jitressqu sat-23 ta’ Settembru 2011.

It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq is-sit:

http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2011.htm


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/14


Evalwazzjonijiet esterni tat-TEN-T – Reġistrazzjoni u għażla tal-esperti

2011/C 187/08

L-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T (Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) tistieden esperti indipendenti fl-oqsma rispettivi sabiex jappoġġjaw l-għażla tal-aħjar proposti sottomessi għas-sejħiet għall-proposti tat-TEN-T. Fl-2011, dawn l-oqsma huma s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), is-Servizzi tal-Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS) u l-Awtostradi tal-Baħar (MoS).

Bħal fil-passat, l-esperti indipendenti għall-evalwazzjonijiet esterni tat-TEN-T fl-2011 sejrin jintgħażlu minn fuq id-database tal-EMM imwaqqfa mid-DĠ għar-Riċerka.

Jekk inti interessat li tinħatar, aħna qegħdin nistednuk biex tirreġistra fid-database tal-EMM:

https://cordis.europa.eu/emmfp7/index.cfm

L-Aġenzija sejra tfittex fid-database biex tidentifika u tagħżel esperti xierqa billi tuża kelmiet ewlenin relatati mal-kompetenza tagħhom.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/15


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 187/09

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tinbediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba għandha tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, biex tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza (3)

Ċertu frawli ffriżat

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju tal-antidumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2007 (ĠU L 100, 17.4.2007, p. 1)

18.4.2012


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/16


Notifika tal-inizjazzjoni ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mingħajr saldaturi li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Russja u fl-Ukraina

2011/C 187/10

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Russja u fl-Ukraina (“il-pajjiżi kkonċernati”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal reviżjoni

L-ilment ġie ppreżentat fid-29 ta’ Marzu 2011 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f'dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi.

2.   Prodott

Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, bi profil trasversali ċirkulari, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b'Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW) u analiżi kimika (3) li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Russja u fil-Ukraina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat fi ħdan il-kodiċi tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (4).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv tal-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 (5), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2008 (6).

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba hija bbażata fuq ir-raġunament li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li tirriżulta fi tkomplija jew okkorrenza mill-ġdid ta' dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

Filwaqt li juru l-probabilità tar-rikorrenza tad-dumping għall-Kroazja u r-Russja, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-UE flimkien mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiż terz, l-Istati Uniti tal-Amerika, intużaw mill-applikant minħabba n-nuqqas attwali ta' volumi rappreżentattivi ta' importazzjoni mill-Kroazja u r-Russja lejn l-UE. Dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew imqabbla ma' valur normali maħdum għall-Kroazja u mal-prezzijiet domestiċi għar-Russja. Fuq din il-bażi, l-applikant jallega li hemm probabilità ta' rikorrenza ta' dumping għall-Kroazja u r-Russja.

L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping fir-rigward tal-Ukraina hija bbażata fuq tqabbil ta' valur normali, stabbilit fuq il-bażi ta' prezzijiet domestiċi, bil-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġni ta' dumping ikkalkolata għall-Ukraina hija sinifikanti.

Fir-rigward tal-Ukraina, l-applikant jallega wkoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn dan il-pajjiż komplew jikkaġunaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni minħabba l-prezzijiet baxxi tagħhom. L-evidenza prima facie li pprovda l-applikant turi li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat kompla jkollu impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, fost konsegwenzi oħra, bir-riżultat ta’ effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u fuq il-qagħda tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.

L-applikant jallega wkoll il-probabilità ta' kontinwità jew ta' rikorrenza ta' dumping dannuż għall-pajjiżi kollha kkonċernati. F'dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jaqgħu, il-livell attwali tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta' kapaċità mhux użata fil-pajjiżi kkonċernati.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li l-qagħda diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni se tmur aktar għall-agħar jekk il-miżuri jitħallew jaqgħu u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati x'aktarx twassal għal rikorrenza ta' aktar ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan il-mod qed tniedi reviżjoni f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

5.1.    Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabilità ta’ dumping u ta' ħsara

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri tkunx aktarx se twassal jew ma twassalx għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara.

(a)   It-teħid ta’ kampjuni

Fir-rigward tan-numru evidentement kbir ta' partijiet involuti f'dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   It-teħid ta' kampjuni għall-esportaturi/produtturi fir-Russja u fl-Ukraina

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk dan huwa l-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha fir-Russja u fl-Ukraina, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma b'dan il-mod mitluba li jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks, u l-persuna ta’ kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2010 u l-31 ta' Marzu 2011 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (7) separatament u f'totali,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq domestiku waqt il-perjodu bejn l-1 ta' April 2010 u l-31 ta' Marzu 2011,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħrajn waqt il-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2010 u l-31 ta' Marzu 2011,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji kollha relatati (8), involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (esportazzjoni u/jew lokali) tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibilità tal-inklużjoni tagħha fil-kampjun, titqies li ma tkunx ikkooperat fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għan-nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif meqjus meħtieġ għall-għażla tal-kampjun minn fost l-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista', barra minn hekk, tikkuntattja lill-awtoritajiet tar-Russja u tal-Ukraina, u kull assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

(ii)   It-teħid ta' kampjun għall-importaturi

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni hux meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f'tunnellati u l-valur f'EUR tal-importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid li jkun sar f'dan is-suq waqt il-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2010 u l-31 ta' Marzu 2011 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina fil-Kroazja, fir-Russja u fl-Ukraina,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji kollha relatati (9), involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibilità tal-inklużjoni tagħha fil-kampjun, titqies li ma tkunx ikkooperat fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għan-nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-għażla tal-kampjun tal-importaturi, barra minn dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   It-teħid tal-kampjuni għall-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi mill-Unjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni permezz tad-dettalji ta' kuntatt fit-Taqsima 7 hawn taħt) u jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jkunu nnotifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji finalment magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut se jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tagħhom, dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija/kumpaniji tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, l-ispiża tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jibagħtu xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjuni għall-esportaturi/produtturi fir-Russja u fl-Ukraina u l-importaturi għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba ibbażata fuq il-fatti disponibbli tista' tkun inqas vantaġġjuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni li tkun parti mill-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi fl-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi magħrufa fil-Kroazja, lill-esportaturi/produtturi li jkunu parti mill-kampjun fir-Russja u fl-Ukraina u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi li jkunu parti mill-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati.

Għall-esportaturi/produtturi fil-Kroazja, il-partijiet kollha bħal dawn interessati għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-Kummissjoni bil-faks, iżda mhux aktar tard mil-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 6(a)(i) ta' dan l-avviż, sabiex isiru jafu jekk humiex imniżżla fl-ilment u, jekk meħtieġ, jitolbu għal kwestjonarju, minħabba li l-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 6(a)(ii) ta' dan l-avviż japplika għal kull tali parti interessata.

(c)   Ġbir ta' tagħrif u seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati, b'dan, qed jiġu mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jissottomettu tagħrif barra mit-tweġibiet li taw fil-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn iressqu talba li turi li għandhom raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

5.2.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-probabbiltà li jissokta d-dumping u li l-kontinwazzjoni tal-ħsara jiġu kkonfermati, għandu jkun stabbilit jekk ikunx kontra l-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri anti-dumping. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista' tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Unjoni, lill-importaturi, lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lill-utenti rappreżentattivi u lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi. Tali partijiet, inklużi dawk mhux magħrufa mill-Kummissjoni, kemm-il darba jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif. Il-partijiet li aġixxew f'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, waqt li jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min jinnota li kull tagħrif imressaq skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se jitqies biss jekk ikun sostnut minn evidenza fattwali fil-mument meta jitressaq.

6.   Limiti ta’ żmien

(a)   Limiti ta’ żmien ġenerali

(i)   Biex il-partijiet jitolbu kwestjonarju

Il-partijiet kollha interessati li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali għandhom jitolbu kwestjonarju jew formoli oħrajn ta’ lment mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet li jridu jippreżentaw rwieħhom, biex jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet kollha interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati matul l-investigazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippeżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi fuq il-preżentazzjoni tal-parti fil-limitu ta' żmien imsemmi qabel.

Il-kumpaniji li jintgħażlu f'kampjun għandhom jissottomettu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien speċifikat fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Seduti ta' smigħ

Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

(b)   Limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull tagħrif ieħor rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet li jkunu ġew inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (10) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

8.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dan it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u jintużaw il-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Il-possibilità li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Peress li din ir-reviżjoni tal-iskadenza tnediet f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jiġu rrevokati jew miżmuma f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk kwalunkwe parti fil-proċediment tikkunsidra li reviżjoni tal-livell tal-miżuri hija neċessarja biex ikun jista' jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob li ssir reviżjoni f'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jkunu jixtiequ jitolbu tali reviżjoni, li ssir indipendentement mir-reviżjoni tal-iskadenza msemmija f'dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

11.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Jekk jogħġbok kun af li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (11).

12.   Uffiċjal tas-Seduti ta' Smigħ

Huwa nnutat ukoll, li jekk il-partijiet interessati jikkunsidraw li qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom għal difiża, dawn jistgħu jitolbu li jsir intervent mill-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ tad-Direttorat Ġeneral għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala punt ta' interazzjoni bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun xieraq, il-medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-fajl, mal-kunfidenzjalità, mal-estensjoni tal-limiti taż-żmien u mat-trattament tas-sottomissjonijiet bil-miktub u/jew orali tal-opinjonijiet. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduti ta' Smigħ fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU C 348, 21.12.2010, p. 16.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  Il-VEK għandu jiġi ddeterminat f'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Issaldjar (IIW).

(4)  Kif definit bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (EU) Nru 861/2010 tal-5 ta' Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, 29.10.2010, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jingħaqdu flimkien id-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.

(5)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4.

(6)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 1.

(7)  Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u l-Ungerija.

(8)  Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(9)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 8.

(10)  Dan ifisser li d-dokument ikun għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(11)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/21


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 187/11

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tinbediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba għandha tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta' hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (Unit H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza (3)

Twavel għall-mogħdija

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

l-Ukraina

Dazju tal-antidumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12) kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1241/2010 tal-Kunsill (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 8)

Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1243/2010 tal-Kunsill (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 22)

27.4.2012


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/22


Notifika tal-inizjazzjoni ta' proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, barra pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi ta' azzar li ma jissaddadx li joriġinaw fil-Belarus

2011/C 187/12

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, li joriġinaw fil-Belarus, qed ikunu oġġett ta' dumping u għalhekk qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fis-16 ta’ Mejju 2011 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f'dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, barra pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx b’qasma ċirkolari, b’dijametru estern li ma jeċċedix l-406,4 mm, b’Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (CEV) li ma jeċċedix iż-0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tas-Saldatura (IIW) (2) (“il-prodott li qed jiġi investigat”)

3.   L-Allegazzjoni ta' dumping  (3)

Il-prodott li allegatament qed jiġi dumped huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fil-Belarus (“il-pajjiż ikkonċernat”), li bħalissa jaqa' fil-kodiċijiet tan-NM ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 23 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93. Dawn il-kodiċijiet tan-NM qed jingħataw bħala tagħrif biss.

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-Belarus jitqies bħala pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq, l-ilmentatur stabbilixxa l-valur normali għall-importazzjonijiet mill-Belarus abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika. L-allegazzjoni ta’ dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz ta’ esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   Allegazzjoni ta' ħsara

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq.

L-evidenza prima facie li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat ta’ effetti sostanzjali mhux mixtieqa fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u fuq il-qagħda tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Billi wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċediment, b'dan qiegħda tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Proċedura biex jiġi ddeterminat id-dumping

Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna li jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni ser tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-Belarus, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat. Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi kollha huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, b'faks, mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw rwieħhom u jitolbu kwestjonarju.

Il-produtturi esportaturi u, fejn applikabbli, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi, iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju mimli se jkollu tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat lill-Unjoni.

5.1.2.   Il-proċedura addizzjonali fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

5.1.2.1.   L-Għażla ta’ Pajjiż Terz b’Ekonomija tas-Suq

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-Belarus il-valur normali għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur mibni f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni se tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xieraq. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament lill-Istati Uniti tal-Amerika. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.1.2.2.   It-trattament tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

Produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat jistgħu jitolbu trattament individwali (“TI”). Sabiex jingħataw TI, dawn il-produtturi esportaturi għandhom jipprovdu evidenza li huma jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (5). Il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tagħhom stess. Il-valur normali għall-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jissejjes fuq il-valuri stabbiliti għall-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq magħżul kif deskritt hawn fuq.

Biex japplikaw għal TI, il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat għandhom iressqu stqarrijiet sostanzjati b'mod xieraq, li jitolbu għal trattament individwali fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni se tibgħat formoli għall-istqarrijiet lill-produtturi esportaturi kollha fil-Belarus li huma msemmija fl-ilment u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi msemmija fl-ilment, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Belarus.

5.1.3.   L-investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati  (6)  (7)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti tal-iskadenza statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli dawk l-importaturi mhux relatati li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna tal-kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

il-qligħ totali matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2010 u l-31 ta' Marzu 2011,

il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2010 u l-31 ta' Marzu 2011 tal-prodott importat li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (8) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun jimplika li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fil-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies bħala li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal importaturi li ma jikkooperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ fl-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jissottomettu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott fl-Unjoni li qiegħed jiġi investigat u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data ta’ notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

5.2.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ ħsara

Ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ industrija bħal din. Id-determinazzjoni ta’ ħsara hija msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi determinazzjoni oġġettiva tal-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-prodott fl-Unjoni li qed jiġi investigat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tnaqqas għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi mill-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-użu tad-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt) u jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji finalment magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data ta’ notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli se jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija/i, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw rwieħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew b'mod ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif imressaq skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk ikun sostnut b’evidenza fattwali meta jitressaq.

5.4.    Sottomissjonijiet oħra bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ġustifikattiva. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u l-evidenza ġustifikattiva għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Il-possibilità ta’ seduta mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu biex jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Struzzjonijiet kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif sottomess għall-għażla tal-kampjuni, il-formoli mimlija għall-istqarrijiet għall-TI, il-kwestjonarji mimlija u kwalunkwe aġġornament tagħhom, li jsiru mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub kemm fuq karta kif ukoll f’format elettroniku, u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Jekk parti interessata ma tkunx tista’ tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku minħabba raġunijiet tekniċi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih.

Is-sottomissjonijiet kollha, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (9).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed li jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet ta' terzi persuni għal seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda ssir. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost oħrajn, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/ho/index_en.htm).

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa' xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (10).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Is-CEV għandu jiġi ddeterminat skont ir-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).

(3)  Id-dumping huwa l-prattika ta' bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali ġeneralment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat biex ifisser prodott li jixbah fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbah ħafna lill-prodott.

(4)  Il-produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(5)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) fil-każ ta’ ditti li huma kompletament jew parzjalment ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti; (ii) il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament; (iii) il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jiffurmaw parti mill-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat; (iv) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq u (v) l-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(6)  Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi li jista’ jittiħdilhom kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għall-dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) huma uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegat u impjegatur; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tipposjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew għat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu membri tal-istess familja biss jekk għandhom ir-relazzjonijiet li ġejjin ma’ xulxin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika.

(7)  Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni tad-dumping.

(8)  Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 6.

(9)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6218 – INEOS/Tessenderlo Group S-PVC Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/13

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Kerling plc, li topera taħt l-isem kummerċjali ta’ INEOS ChlorVinyls, u parti minn INEOS Group of Companies (“INEOS”, l-Isvizzera), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet minn Tessenderlo Chemie NV, li topera taħt l-isem kummerċjali Tessenderlo Group (“Tessenderlo”, il-Belġju), permezz tax-xiri ta’ ċerti assi relatati mas-Suspension Polyvinyl Chloride (“S-PVC”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal INEOS: Il-manifattura ta’ petrokimiċi, kimiċi speċjalizzati u prodotti miż-żejt. Permezz tas-sussidjarja tagħha INEOS ChlorVinyls, il-kumpanija hi waħda mill-produtturi ewlenin tal-chlor-alkali fl-Ewropa u fornitur importanti tal-PVC,

għal Tessenderlo: L-industrija tal-kimika, id-derivattivi naturali, il-konverżjoni tal-plastik, il-ġelatina, u soluzzjonijiet agrikoli. L-assi li se jinbiegħu jinkludu n-negozju ta’ S-PVC ta’ Tessenderlo.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6218 – INEOS/Tessenderlo Group S-PVC Assets, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/28


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6269 – SNCF/HFPS/Wehinger GmbH/Rail Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/14

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) SNCF (Franza), Haselsteiner Familien-Privatstiftung (“HFPS”, l-Awstrija) u Stefan Wehinger Beteiligungs-und Beratungs GmbH (“Wehinger GmbH”, l-Awstrija) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Rail Holding AG (l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal SNCF: servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija bil-ferroviji fi Franza u pajjiżi oħra taż-ŻEE; ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja ta’ Franza,

għal HFPS: investimenti f’negozji żgħar u medji attivi f’diversi setturi bħas-settur tal-kostruzzjoni,

għal Wehinger GmbH: azzjonista fil-pussess ta’ ishma f’Rail Holding AG,

għal Rail Holding AG: azzjonista ta’ WESTbahn Management GmbH (l-Awstrija), ippjanata li topera s-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Awstrija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6269 – SNCF/HFPS/Wehinger GmbH/Rail Holding, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6196 – Lenovo/Medion)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/15

1.

Fil-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lenovo Group Limited (“Lenovo”, iċ-Ċina) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Medion AG (“Medion”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lenovo: desktop u notebook PCs, servers, drivers tal-ħażna; software għall-ġestjoni tal-IT; Servizzi tal-IT,

għal Medion: tagħmir elettroniku għall-konsumaturi privati, b’mod partikolari desktop u notebook PCs, telefowns, mezzi tan-navigazzjoni, televixins; software; servizzi ta' telekomunikazzjoni mobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6196 – Lenovo/Medion, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).