ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.285.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 285E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
21 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2009-2010
Dati tas-seduti: 24 – 26 ta' Novembru 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 95 E, 15.4.2010.
It-testi adottati tal-25 Novembru 2009 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2007 ġew ippublikati fil-ĠU L 19, 23.1.2010.
TESTI ADOTTATI

 

L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/01

Il-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15)

1

2010/C 285E/02

Programm multi-annwali 2010 - 2014 dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma

12

2010/C 285E/03

Is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja qabel it-Tmien Konferenza Ministerjali tal-Kummerċ tal-Euromed – Brussell – id-9 ta' Diċembru 2009

35

2010/C 285E/04

Il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru

42

2010/C 285E/05

Immarkar tal-oriġini
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-immarkar tal-oriġini

44

 

Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/06

L-istrateġija dwar it-tkabbir li jikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta’ strateġija tal-Kummissjoni 2009 dwar it-tkabbir li jikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija

47

2010/C 285E/07

L-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa

53

 

Il-Ħamis, 26 ta’' Novembru 2009

2010/C 285E/08

Il-problema tal-piraterija 'l barra mill-kosta tas-Somalja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar soluzzjoni politika rigward il-problema tal-piraterija 'l barra mill-kosta tas-Somalja

59

 

Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/09

Ambjenti bla tipjip
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar ambjenti bla tipjip

63

2010/C 285E/10

Ratifika u implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet aġġornati tal-ILO
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati

67

2010/C 285E/11

Il-laqgħa għolja tal-FAO dwar is-Sigurtà tal-Ikel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-laqgħa għolja tal-FAO u s-Sigurtà tal-Ikel

69

2010/C 285E/12

Nikaragwa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar in-Nikaragwa

74

2010/C 285E/13

Is-sitwazzjoni fil-Laos u l-Vjetnam
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Laos u l-Vjetnam

76

2010/C 285E/14

Iċ-Ċina: drittijiet tal-minoranzi u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar iċ-Ċina: drittijiet tal-minoranzi u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt

80

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/15

Talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Tobias Pflüger
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Tobias Pflüger (2009/2055(IMM))

84

 

L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/16

L-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew għat-Trattat ta’ Lisbona
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona (2009/2062(REG))

86

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/17

Networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ***III
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (PE-CONS 3677/2009 – C7-0273/2009 – 2007/0247(COD))

111

2010/C 285E/18

L-istatistika rigward il-pestiċidi ***III
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika rigward il-pestiċidi (PE-CONS 3676/2009 – C7-0258/2009 – 2006/0258(COD))

112

2010/C 285E/19

Għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-networks trans-Ewropej ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-networks trans-Ewropej (verżjoni kodifikata) (COM(2009)0113 – C7-0039/2009 – 2009/0037(COD))

113

2010/C 285E/20

Għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġeorġja *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġeorġja (COM(2009)0523 – C7-0269/2009 – 2009/0147(CNS))

114

2010/C 285E/21

Għajnuna makro-finanzjarja lill-Armenja *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi l-għajnuna makro-finanzjarja lill-Armenja (COM(2009)0531 – C7-0268/2009 – 2009/0150 (CNS))

115

2010/C 285E/22

Assistenza makro-finanzjarja lis-Serbja *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tingħata assistenza makro-finanzjarja lis-Serbja (COM(2009)0513 – C7-0270/2009 – 2009/0145(CNS))

116

2010/C 285E/23

Assistenza makro-finanzjarja lill-Bożnja u Ħerzegovina *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill biex tingħata assistenza makro-finanzjarja lill-Bożnja u Ħerzegovina (COM(2009)0596 – C7-0278/2009 – 2009/0166(CNS))

117

2010/C 285E/24

Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (10893/2009 – C7-0002/2009– 2007/0238(CNS))

118

2010/C 285E/25

Emendi għall-Annessi II u III tal-Konvenzjoni OSPAR *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Kommunità Ewropea, tal-Emendi għall-Anness II u l-Anness III tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar tal-Grigal tal-Atlantiku (Konvenzjoni OSPAR) dwar il-ħżin ta’ flussi tad-diossidu tal-karbonju f’formazzjonijiet ġeoloġiċi (COM(2009)0236 – C7-0019/2009 – 2009/0071(CNS))

121

2010/C 285E/26

Ftehim KE/Danimarka dwar is-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (emenda tad-Deċiżjoni 2006/326/KE) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/326/KE biex tipprovdi għal proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (COM(2009)0100 – C6-0108/2009 – 2009/0031(CNS))

123

2010/C 285E/27

Ftehim bejn il-KE u d-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (emenda tad-Deċiżjoni 2006/325/KE) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprevedi proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (COM(2009)0101 – C6-0109/2009 – 2009/0034(CNS))

124

2010/C 285E/28

Pjan ta' rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi pjan ta' rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral (COM(2009)0127 – C7-0006/2009 – 2009/0041(CNS))

125

2010/C 285E/29

Ftehim ta' adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, emendata bil-Protokoll ta' Vilnjus tat-3 ta' Ġunju 1999 *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendat mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (COM(2009)0441 – C7-0164/2009 – 2009/0121(CNS))

126

2010/C 285E/30

Protokoll dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta' Manteniment *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Protokoll dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta' Manteniment (COM(2009)0081 – C6-0101/2009 – 2009/0023(CNS))

127

2010/C 285E/31

Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, f'dak li jirrigwarda l-proċedura regolatorja bi skrutinju – Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V (COM(2009)0142 – C7-0047/2009 – 2009/0048(COD))

128

2010/C 285E/32

L-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika fil-Qasam Doganali *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika fil-Qasam Doganali (17483/2008 –C6-0037/2009 – 2009/0803(CNS))

129

 

L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/33

It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (14639/6/2009 – C7-0287/2009 – 2008/0221(COD))

150

ANNESS

151

2010/C 285E/34

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Belġju - industrija tessili; Irlanda - Dell
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0515 – C7-0208/2009 – 2009/2135(BUD))

151

ANNESS

154

 

Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009

2010/C 285E/35

Is-Sena Ewropea ta’ Volontarjat (2011) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta’ Volontarjat (2011) (COM(2009)0254 – C7-0054/2009 – 2009/0072(CNS))

156

2010/C 285E/36

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina. (COM(2009)0182 – C7-0018/2009 – 2009/0062(CNS))

170

2010/C 285E/37

Termini ta' Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija’ (l-IPEEC) u tal-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tat-Termini ta' Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (l-IPEEC) u tal-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (COM(2009)0438 – C7-0219/2009 – 2009/0119(CNS))

171

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2009-2010 Dati tas-seduti: 24 – 26 ta' Novembru 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 95 E, 15.4.2010. It-testi adottati tal-25 Novembru 2009 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2007 ġew ippublikati fil-ĠU L 19, 23.1.2010. TESTI ADOTTATI

L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/1


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
Il-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima

P7_TA(2009)0089

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15)

2010/C 285 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), u l-Protokoll ta’ Kyoto għall-UNFCCC,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Bali (Deċiżjoni 1/COP 13),

wara li kkunsidra l-15-il Konferenza tal-Partijiet (COP 15) tal-UNFCCC li jmiss kif ukoll il-ħames Konferenza tal-Partijiet li qed isservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kyoto (COP/MOP 5) li se jsiru f'Kopenħagen, fid-Danimarka, mis-7 sat-18 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidra l-pakkett dwar il-klima u l-enerġija adottat mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2008, b'mod partikulari d-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra (1) u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2009 bit-titlu “Żieda fil-finanzjament internazzjonali għall-klima: Pjan Ewropew għall-ftehim ta’ Kopenħagen” (COM(2009)0475),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-bidla fil-klima, u b’mod partikulari dawk tal-4 ta’ Frar 2009 dwar “L-2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima” (4) u tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar “Strateġija tal-UE favur ftehim komprensiv dwar il-bidla fil-klima f'Kopenħagen u l-finanzjament xieraq tal-politika dwar il-bidla fil-klima” (5),

wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta tal-20 ta’ Diċembru 2005 tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea: “Il-Kunsens Ewropew” (6), u b’mod partikulari, il-punti 22, 38, 75, 76 u 105 tagħha,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 u t-30 ta’ Ottubru 2009,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2008 bit-titlu “Il-Bini ta’ Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima (GCCA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw u li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima” (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali komprensiv dwar il-bidla fil-klima għal wara l-2012 mistennija li jkunu konklużi f'Kopenħagen f'Diċembru 2009; billi dan il-ftehim għandu jorbot ġuridikament u jkun konsistenti mal-aħħar evidenza xjentifika, li tindika li l-bidla fil-klima qed isseħħ b'rata aktar mgħaġġla u b'mod aktar aggressiv milli kien previst, u mal-objettiv li ż-żieda globali fit-temperatura medja annwali tal-wiċċ tiġi limitata għal 2°C jew aktar 'il fuq mil-livelli ta' qabel l-era industrijali (“l-objettiv ta' 2°C”),

B.

billi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ 2°C, huwa neċessarju li l-pajjiżi żviluppati jieħdu l-inizjattiva li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tagħhom, kif ukoll li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu wkoll sabiex jinkiseb dan l-objettiv,

C.

billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw kienu dawk li l-inqas ikkontribwew għall-bidla fil-klima iżda qed jiffaċċjaw l-aktar konsegwenzi severi tagħha, u billi l-bidla fil-klima qed tpoġġi f’sogru 40 % tal-investiment biex jonqos il-faqar, u b’hekk qed jiġu mhedda l-effikaċja u s-sostenibilità tal-attività għall-iżvilupp; billi jidher ċar li hemm bżonn ta’ aktar koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-inizjattivi dwar il-bidla fil-klima u dawk għall-iżvilupp,

D.

billi l-bidla fil-klima tista’ tkompli tkabbar il-potenzjal għall-kunflitti dwar ir-riżorsi naturali minħabba l-ammont dejjem jonqos ta’ meded ta’ raba’ tajjeb għall-kultivazzjoni, l-iskarsezza dejjem ikbar tal-ilma jew id-deforestazzjoni, jew minħabba l-migrazzjoni għal raġunijiet klimatiċi, billi għandu jitqies ukoll l-impatt potenzjali fuq is-saħħa pubblika,

E.

billi d-deforestazzjoni hi responsabbli għal madwar 20 % tal-emissjonijiet dinjija ta’ gassijiet b'effett serra, hija kawża ewlenija li twassal għat-telf tal-bijodiversità u tikkostitwixxi theddida serja għall-iżvilupp u, b’mod partikulari, għall-għajxien tal-fqar,

F.

billi hemm bżonn li r-riżorsi finanzjarji jiżdiedu b’mod sinifikattiv sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament u għaldaqstant għandhom ikunu disponibbli riżorsi sabiex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima b’impenn simili għal dak li kien meħtieġ biex tiġi indirizzata l-kriżi finanzjarja attwali,

G.

billi ħafna mill-flus imwiegħda għall-bidla fil-klima ġejjin mill-baġits tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), u b’hekk qed jiġu żvijati fondi mill-għajnuna għall-iżvilupp u qed tinħoloq theddida serja għat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs),

H.

billi qafas internazzjonali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet fuq l-iskala meħtieġa se jipproduċi wkoll kobenefiċċji immedjati kbar għas-saħħa dinjija, u billi mingħajr it-tali qafas jeżisti riskju li l-progress lejn l-MDGs ma jseħħx, u jista' anke jkun hemm rigress,

I.

billi l-UE hi l-unika entità reġjonali fid-dinja li aċċettat objettivi vinkolanti għall-kisba tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra billi adottat il-pakkett dwar il-klima u l-enerġija msemmi hawn fuq li jikkonsisti f'miżuri leġiżlattivi biex sal-2020 jiġi implimentat tnaqqis unilaterali ta' 20 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990, bl-impenn li dan jiżdied għal tnaqqis ta' 30 % jew aktar, f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi, jekk jintlaħaq ftehim internazzjonali vinkolanti u ambizzjuż biżżejjed f'Kopenħagen, li jirrikjedi sforz simili mill-pajjiżi żviluppati l-oħra u kontribuzzjonijiet xierqa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma aktar avvanzati ekonomikament, kontribuzzjonijiet li jkunu jikkorrispondu għar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom,

J.

billi trasformazzjoni globali fit-teknoloġija u l-kooperazzjoni teknoloġika hi meħtieġa sabiex taċċellera l-pass tal-innovazzjoni u żżid l-iskala tad-dimostrazzjoni u tal-applikazzjoni sabiex il-pajjiżi kollha jista’ jkollhom aċċess għal teknoloġiji sostenibbli bi prezz raġjonevoli,

K.

billi l-effiċjenza fl-enerġija għandha rwol kruċjali biex ikunu limitati l-emissjonijiet tas-CO2, b’mod partikulari l-inizjattivi riċenti dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet u r-regoli dwar l-ittikkettar tal-enerġija,

L.

billi l-miżuri klimatiċi ambizzjużi jagħtu kontribut sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi ekonomika attwali billi jinħolqu l-impjiegi u tiżdied l-attività ekonomika, u billi l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tqis li hu meħtieġ ftehim ambizzjuż f’Kopenħagen biex l-investimenti li batew minn dewmien minħabba l-kriżi jiġu diretti lejn investimenti ambjentalment sostenibbli,

M.

billi għadd ta’ pajjiżi terzi ħadu miżuri sabiex jiġġieldu l-bidla fil-klima, bħalma huma l-miri għal tnaqqis fl-emissjonijiet,

N.

billi huwa meħtieġ pakkett komprensiv f’Kopenħagen sabiex tiġi trattata r-rilokazzjoni tal-karbonju u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fil-mixja lejn azzjoni ta’ tnaqqis ta’ 30 % fl-emissjonijiet tal-gass b’effett serra,

O.

billi tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra jirrikjedi approċċ olistiku li jkopri s-setturi kollha tal-produzzjoni u tal-mobilità responsabbli mill-emissjonijiet u li dan it-tnaqqis jiġi meqjus fil-qafas tat-tranżizzjoni b’suċċess lejn mudell ekonomiku sostenibbli, li jipprovdi għall-kwalità ambjentali li timxi id f’id mat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-ġid u l-progress teknoloġiku,

Għan

1.

Iħeġġeġ lill-UE biex tkompli tiżviluppa politika esterna dwar il-klima u titkellem b’vuċi waħda sabiex iżżomm l-irwol ta' tmexxija tagħha fin-negożjati fis-COP 15, u biex iżżomm livell għoli ta’ ambizzjoni fid-diskussjonijiet mas-sħab internazzjonali tagħha, sabiex jinkiseb ftehim internazzjonali ambizzjuż u legalment vinkolanti f’Kopenħagen, f’konformità mal-aħħar żviluppi fix-xjenza u f’konsistenza mal-objettiv ta’ 2oC;

2.

Jenfasizza li sa l-aħħar tas-sena f'Kopenħagen, jeħtieġ tal-anqas li l-Partijiet jaslu għal ftehim vinkolanti legalment dwar il-miri ta' mitigazzjoni tal-pajjiżi industrijalizzati u dwar il-finanzjamenti, kif ukoll jistabbilixxu proċess li jorbot ġuridikament biex, sal-ewwel parti tal-2010, jintlaħaq ftehim komprensiv ġuridikament vinkolanti dwar il-klima wara l-2012, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013;

3.

Jistieden lill-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern tal-membri tal-COP 15 sabiex jagħtu l-prijorità kollha possibbli lil din il-kwistjoni u juru tmexxija politika u jenfasizza l-importanza li l-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern ikunu disponibbli sabiex jattendu s-sessjoni ta’ livell għoli tas-COP 15 sabiex tkun evitata kull possibilità li ftehim li jinvolvi impenji nazzjonali sinifikanti u fuq medda twila ta’ żmien ma jintlaħaqx minħabba li n-negozjaturi preżenti ma jkollhomx il-mandat politiku jew l-awtorità meħtieġa;

4.

Jenfasizza li, sabiex ikunu żgurati impenji li jkomplu wara li jiskadi l-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta' Kyoto, huwa vitali li f’Kopenħagen jiġu konklużi n-negozjati tal- ftehim għal wara l-2012, u jirrimarka li dewmien ulterjuri fl-azzjoni globali jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn il-ġenerazzjonijiet futuri ma jkunux jistgħu jikkontrollaw il-bidla fil-klima;

Impenji għat-tnaqqis

5.

Jenfasizza li l-ftehim internazzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' “responsabilità komuni iżda differenzjata”, fejn il-pajjiżi industrijalizzati jkollhom irwol ta’ tmexxija fit-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi tagħhom, hi tal-fehma li, madankollu, minħabba s-saħħa ekonomika tagħhom, iċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil għandhom jimpenjaw ruħhom ukoll, li jiksbu miri simili għal dawk tal-pajjiżi industrijalizzati, filwaqt li l-pajjiżi emerġenti għandhom, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Bali, li jieħdu azzjonijiet ta’ mitigazzjoni xierqa fuq livell nazzjonali fil-kuntest ta’ żvilupp sostenibbli appoġġjati u magħmula possibbli, b’mod li jista’ jitkejjel, jiġi rrapurtat u verifikat, permezz ta’ teknoloġija, finanzjament u bini tal-kapaċità minn pajjiżi żviluppati;

6.

Jemmen li l-ftehim ta' Kopenħagen għandu jorbot lill-partijiet għal tnaqqis mandatorju u jipprovdi sanzjonijiet fuq livell internazzjonali f’każ ta’ nuqqas ta' konformità, sanzjonijiet li l-forma tagħhom għad trid tiġi definita;

7.

Ifakkar li l-ftehim internazzjonali għandu jiżgura tnaqqis kollettiv tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra fil-pajjiżi żviluppati fil-parti l-għolja tal-firxa ta’ bejn il-25 u l-40 % għall-2020 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 kif irrakkomandat mir-Raba’ Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC 4AR), u li data xjentifika riċenti tindika li hu meħtieġ tnaqqis ta’ mill-inqas 40 %; u jitlob li dan it-tnaqqis ikun wieħed domestiku; ifakkar li għandu jiġi stabbilit objettiv ta’ tnaqqis fuq perjodu twil ta’ żmien għall-UE u għall-pajjiżi żviluppati l-oħrajn tal-anqas ta’ 80 % sal-2050 vis à vis il-livelli tal-1990; ifakkar li l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett serra għandhom jibdew jonqsu sa mhux aktar tard mill-2015; jenfasizza l-ħtieġa li l-miri ta’ tnaqqis miftiehma fil-ftehim internazzjonali jkunu konformi mal-objettiv ta’ 2°C u l-aħħar żviluppi xjentifiċi; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm reviżjonijiet regolari tal-ftehim sabiex ikun żgurat li l-miri tat-tnaqqis ikunu ambizzjużi biżżejjed biex jintlaħaq l-objettiv ta’ 2°C u li dawk il-miri jkomplu jkunu konformi mal-aħħar żviluppi xjentifiċi; jitlob sabiex jitwaqqaf mekkaniżmu ta’ kontabilità dinji tal-karbonju;

8.

Jistieden lill-UE biex tiċċara taħt liema kundizzjonijiet hija tkun lesta li żżid l-impenn tagħha għat-tnaqqis, meta tikkunsidra l-fatt li l-aħħar rakkomandazzjonijiet jitolbu impenn ta' 40 % ta' tnaqqis tal-emissjonijiet,

9.

Jitlob li l-ftehim ta' Kopenħagen ikun jinkludi r-rekwiżiti ta' rappurtaġġ li permezz tagħhom il-Partijiet interessati tal-Anness I ikollhom jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni għall-kisba ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fil-perjodu sal-2050, bi qbil mal-limitu ta' 2°C;

10.

Jirrikonoxxi l-impenn tal-Ġappun li jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu b’25 % sal-2020, u jilqa’ b’sodisfazzjon is-sinjali pożittivi min-naħa taċ-Ċina; iħeġġeġ, fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, lill-Istati Uniti sabiex tagħmel vinkolanti l-għanijiet stipulati waqt l-elezzjoni elettorali, biex b’hekk tagħti sinjal qawwi tar-rieda tal-pajjiżi żviluppati ewlenin li jiġġieldu l-bidla fil-klima; jenfasizza f’dan ir-rigward li huwa wkoll estremament importanti li l-Indja tagħti kontribut;

11.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-10 ta' Settembru 2009 imsemmija hawn fuq mill-Kummissjoni bit-titlu “Żieda fil-finanzjament internazzjonali għall-klima: Pjan Ewropew għall-ftehim ta’ Kopenħagen” bħala pass importanti fid-diskussjoni u jenfasizza speċjalment ir-rwol tal-Parlament bħala awtorità baġitarja;

12.

Ifakkar li l-ftehim internazzjonali għandu wkoll jiżgura li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw b’mod kollettiv jillimitaw it-tkabbir tal-emissjonijiet tagħhom għal bejn il-15 % u t-30 % inqas minn dik li hi n-norma bħalissa sabiex jiġi żgurat li l-għan ta’ 2 oC jinkiseb;

13.

Jenfasizza li l-pajjiżi li mhumiex fl-Anness I ma jistgħux ikunu ttrattati bħala grupp wieħed minħabba li l-kapaċità tagħhom li jinvestu fil-mitigazzjoni u fl-adattament għall-bidla fil-klima, kif ukoll il-kapaċitajiet tagħhom ta’ aġġustament għall-bidla fil-klima mhumiex l-istess;

14.

Jitlob lill-UE sabiex tistieden lill-membri tas-COP 15 biex jiżviluppaw viżjoni komuni għas-sena 2050 u lil hinn minnha;

15.

Barra minn hekk, ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu li ċerti prinċipji adottati fil-pakkett tal-klima u l-enerġija jintużaw bħala mudell għall-ftehim internazzjonali, b'mod partikulari l-pjan lineari vinkolanti għall-impenji tal-pajjiżi żviluppati, id-divrenzjar fuq il-bażi ta' emissjonijiet ivverifikati u l-prodott gross domestiku (PGD), u sistema ta' konformità msaħħa b'fattur ta’ tnaqqis annwali;

Finanzjament

16.

Jenfasizza li ftehim f’Kopenħagen jista’ jipprovdi l-istimulu neċessarju għal “Patt Ġdid Sostentibbli” li jagħti spinta sostenibbli lit-tkabbir soċjali u ekonomiku, jippromwovi t-teknoloġiji ambjentalment sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li jnaqqas il-konsum tal-enerġija u jiżgura impjiegi ġodda u koeżjoni soċjali kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota wkoll li għandhom jitqiesu kif xieraq l-aspetti tas-saħħa pubblika tal-bidla fil-klima; ifakkar fir-Rapport Stern dwar l-Ekonomija tal-Bidla fil-Klima b’riferiment għal inċentivi ekonomiċi ċari biex il-komunità internazzjonali taġixxi kemm jista' jkun malajr biex tindirizza l-bidla fil-klima; jirrikonoxxi li l-investimenti inizjali mis-settur pubbliku f’infrastruttura tal-enerġija sostenibbli u f’riċerka u żvilupp komplementari jnaqqsu l-ispiża soċjali tal-bidla fil-klima;

17.

Jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tal-pajjiżi kollha biex tkun indirizzata l-isfida tal-bidla fil-klima tista’ sseħħ biss jekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ekonomiji emerġenti jkunu jistgħu jżommu tkabbir ekonomiku sostenibbli; jitlob, għaldaqstant, li jiġu definiti strateġiji ta’ reazzjoni li jkunu iktar integrati verament fir-rigward tal-isfidi tal-iżvilupp u l-bidla fil-klima;

18.

Jinnota li l-bidla fil-klima hija sfida li għaliha m’hemmx soluzzjoni politika unika, iżda li l-ġabra flimkien tal-opportunitajiet eżistenti u ż-żieda sostanzjali fl-effiċjenza fl-oqsma kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà fil-pajjiżi żviluppati u f'dawk li qed jiżviluppaw tikkontribwixxi għas-sejba ta' soluzzjoni għall-problema tar-riżorsi u t-tqassim, u tħejji t-triq għat-tielet rivoluzzjoni industrijali;

19.

Jenfasizza li n-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jiġu affettwati l-iktar mill-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u li huwa għalhekk ukoll fl-interess ta' dawk il-pajjiżi li jsir kontribut għall-konklużjoni b'suċċess tal-konvenzjoni dwar il-bidla fil-klima;

20.

Jenfasizza r-responsabilità tal-pajjiżi żviluppati biex jipprovdu appoġġ tekniku u finanzjarju li jkun suffiċjenti, sostenibbli u prevedibbli lill-pajjiiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn ikunu jistgħu jimpenjaw ruħhom biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, jadattaw ruħhom għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u jnaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u mid-degradazzjoni tal-foresti, kif ukoll biex iżidu l-bini tal-kapaċità tagħhom sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont il-ftehim internazzjonali futur dwar il-bidla fil-klima;

21.

Jinsisti li dawn l-impenji, sabiex jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ u prevedibbli għall-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-UNFCCC, iridu jkunu ġodda u lil hinn mill-ODA u indipendenti minn proċeduri baġitarji annwali fl-Istati Membri; ifakkar li r-riżorsi għandhom jitqassmu mhux bħala self, iżda bħala għotjiet; ifakkar dwar l-impenji eżistenti li għandhom l-għan li jilħqu livelli ta' ODA ta' 0.7 % tal-PGD sal-2015;

22.

Jenfasizza l-bżonn li tinbeda malajr sistema ta' appoġġ pubbliku internazzjonali sabiex jintlaħaq ftehim ta' Kopenħagen ambizzjuż, u jistieden lill-UE biex tal-anqas tieħu impenn konformi mal-istima tal-Kummissjoni għal finanzjament globali ta' bejn EUR 5 biljun u EUR 7 biljun ta' kull sena għall-perjodu 2010-2012;

23.

Ifakkar li l-kontribuzzjoni kollettiva tal-UE għall-isforzi ta' mitigazzjoni u l-bżonnijiet ta' adattament tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw m’għandhiex tkun anqas minn EUR 30 000 miljun fis-sena sal-2020, ċifra li tista’ tiżdied ma’ għarfien ġdid dwar il-gravità tal-bidla fil-klima u l-iskala tal-ispejjeż tagħha;

24.

Jistieden lill-komunità internazzjonali biex iżżid b'mod sostanzjali l-appoġġ finanzjarju tagħha lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn jadattaw għall-bidla fil-klima u biex jittaffew l-effetti ta' din il-bidla fuqhom billi jsir stħarriġ dwar mekkaniżmi finanzjarji innovattivi (pereżempju il-bdil ta’ self ta’ flus ma’ interventi favur l-ambjent (debt-for-nature swaps);

25.

Jenfasizza li parti sostanzjali mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ ċertifikati fl-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE, inkluż l-irkant għall-avjazzjoni u t-trasport marittimu, għandha tiġi allokata sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jiġġieldu l-bidla fil-klima u jadattaw ruħhom għaliha; jenfasizza, madankollu, li 'l fuq minn 50 % tal-emissjonijiet tal-UE mhumiex koperti mill-ETS tal-UE li nbdiet fl-2005; ifakkar li huwa għalhekk meħtieġ li jiġu żviluppati strateġiji alternattivi sabiex kull parti tal-ekonomija, mhux biss l-industrija, u partikolarment l-Istati Membri kollha, jerfgħu l-piż tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jassumu r-responsabilitajiet tagħhom;

26.

Jenfasizza li r-reviżjoni tal-baġit tal-UE li jmiss teħtieġ tiffoka fuq id-disponibilità suffiċjenti ta' riżorsi għal miżuri ta' protezzjoni kontra l-bidla fil-klima u ta' adattament għaliha;

27.

Jirrakkomanda li l-pajjiżi żviluppati jikkunsidraw l-allokazzjoni ta' perċentwali tal-PGD tagħhom għall-ħolqien ta' fond ta' kooperazzjoni għall-ħolqien ta' teknoloġiji tal-enerġija favur l-ambjent, b'mod indipendenti minn fondi ta' għajnuna għall-iżvilupp eżistenti;

28.

Jappoġġja l-proposta tan-Norveġja għal Unitajiet ta' Ammont Assenjati u l-proposti tad-Danimarka u tal-Messiku;

29.

Jitlob sabiex l-istrutturi amministrattivi mwaqqfa fir-rigward tal-finanzjament ambjentali taħt il-Ftehim ta' Kopenħagen jiżguraw rappreżentanza ugwali ta' pajjiżi żviluppati u ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza, barra minn hekk li, sabiex jiġi garantit li t-trasferimenti finanzjarji jintużaw b’mod sostenibbli, għandha tiġi applikata l-esperjenza akkwistata mill-politiki għall-iżvilupp u l-prinċipji stabbiliti bħall-“governanza tajba”; jirrimarka li l-pajjiżi donaturi għandhom jinvestu fit-tkabbir tal-“kapaċità ta' assorbiment” fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex dawn tal-aħħar ikunu kapaċi jużaw ir-riżorsi b'mod effettiv;

Kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw

30.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isaħħu l-ftehimiet ta’ sħubija tagħhom dwar il-klima li għandhom bħalissa mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex jidħlu fi ftehimjiet ta’ sħubija ġodda fejn huma għadhom ma jeżistux, u jipprovdu appoġġ finanzjarju ferm ikbar għall-iżvilupp u t-trasferiment teknoloġiku, għal ftehim dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali, inkluż għal Programmi Nazzjonali ta' Azzjoni għall-Adattament (NAPAs) bħala strumenti importanti ta' adattament għall-bidla fil-klima, filwaqt li jippromwovu r-responsabilità;

31.

Jinsisti li l-ftehim internazzjonali ta' wara l-2012 dwar il-bidla fil-klima għandu jqis il-proċessi ta' żvilupp eżistenti kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f'dak nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibnu r-rabtiet meħtieġa bejn il-bidla fil-klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) billi jinkludu l-adattament għall-bidla fil-klima u l-mitigazzjoni tagħha fil-proġetti u l-programmi għall-kisba tal-MDGs u fl-istrateġiji kollha għat-tnaqqis tal-faqar;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu b'mod sostanzjali l-baġit għall-GCCA u jissuġġerixxi li sors ta' finanzjament jista' jinkiseb mid-dħul mistenni mill-irkant fil-kuntest tal-Iskema ta' skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett serra tal-UE (EU ETS); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-GCCA ssir clearing house għall-finanzjament ta' adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'hekk jiġi evitat il-ħolqien ta' inizjattivi bilaterali ġodda tal-UE;

33.

Jikkunsidra li l-bidla fil-klima tikkawża l-ispostament tal-persuni u għalhekk toħloq migrazzjoni ġdida furzata li għandha tiġi indirizzata kif xieraq mill-komunità internazzjonali; jistieden lill-komunità internazzjonali biex tidentifika u tindirizza n-nuqqasijiet legali li jeżistu fir-rigward tal-ħarsien tar-refuġjati minħabba l-bidla fil-klima u biex tagħti bidu għal sistema speċifika ta' assistenza u ħarsien;

34.

Jenfasizza l-bżonn li jkunu żgurati r-responsabilità u l-fiduċja istituzzjonali bit-twaqqif ta’ rappreżentanza ġusta ta' pajjiżi donaturi u ta' pajjiżi riċevituri fil-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjonijiet ta' finanzjament għall-adattament;

Enerġija u effiċjenza tal-enerġija

35.

Jikkunsidra li t-trasformazzjoni globali lejn ekonomija sostenibbli effiċjenti mhux biss hija meħtieġa sabiex tevita bidla perikoluża fil-klima bit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra, iżda għandha wkoll il-potenzjal li żżid l-investimenti, l-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja mingħajr ma tikkomprometti l-objettiv li jiġi żgurat aċċess għal servizzi tal-enerġija modern għal kulħadd; jenfasizza l-bżonn urġenti li tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija fuq skala globali u li tiżdied il-kwota tar-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli;

36.

Jenfasizza li bidla fuq skala internazzjonali lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju se tirrikjedi li l-enerġija nukleari tkun parti importanti mit-taħlita ta' enerġija fil-medda ta' żmien medju; jirrimarka madankollu li l-kwistjoni tas-sigurtà u tas-sikurezza taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari għandha tiġi indirizzata kif xieraq fil-livell internazzjonali biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli;

37.

Iħeġġeġ lill-gvernijiet kollha, inklużi dawk tal-Istati Membri tal-UE u l-UE biex jaħdmu favur l-effiċjenza tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jgħollu l-livell tal-ambizzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-pakkett dwar l-effiċjenza tal-enerġija, li qiegħed jiġi diskuss bħalissa (COM(2008)0780) partikolarment fir-rigward tar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment fl-Enerġija tal-Bini, sabiex jiġi milħuq ftehim dinamiku u koeżiv mal-Kunsill, u b'hekk jingħata messaġġ qawwi dwar l-impenn tal-UE fid-dawl tal-ftehim ta' Kopenħagen, u b’hekk tiġi ffaċilita t-tranżizzjoni ta’ tnaqqis ta’ 30 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra;

38.

Jenfasizza li l-użu fuq skala kbira tal-fjuwils fossili fil-ġenerazzjoni tal-enerġija jikkostitwixxi sors ewlieni ta' emissjonijiet tas-CO2 madwar id-dinja; jirrikonoxxi li l-fjuwils fossili fuq medda ta' żmien medja se jibqa' jkollhom rwol importanti fil-provvista tal-enerġija; jitlob lill-partijiet involuti fin-negozjati biex jagħtu importanza kbira favur żvilupp ulterjuri u l-użu ta' teknoloġiji ta' fjuwils fossili sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-produzzjoni tal-elettriku;

39.

Jikkunsidra li kemm il-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet kif ukoll il-finanzjament ta' impenji għandhom jiġu soġġetti għal skema ta' konformità msaħħa, inkluż mekkaniżmu ta' twissija bikrija u sanzjonijiet, bħall-irtirar futur ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati;

Adattament

40.

Jenfasizza r-responsabilità storika tal-pajjiżi żviluppati fir-rigward tal-bidla irriversibbli fil-klima, u jfakkar fl-obbligu ta’ għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi l-inqas żviluppati biex jadattaw għal din il-bidla;

41.

Jistieden, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-bini tal-kapaċità sabiex jistgħu jadattaw ruħhom għall-bidla fil-klima u biex jingħata appoġġ teknoloġiku adegwat għal dawk il-pajjiżi l-iktar milquta mill-bidla fil-klima;

42.

Jagħraf l-importanza ta' adattament proattiv għall-bidla fil-klima inevitabbli, partikolarment fl-aktar reġjuni u gruppi fi ħdan soċjetajiet vulnerabbli u jenfasizza l-importanza ta' sensibilizzazzjoni bħala mezz biex jiġi indirizzat l-adattament għall-bidla fil-klima bl-aktar mod effikaċi;

43.

Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ukoll iżidu l-isforzi tagħhom biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni urġenti ta' azzjonijiet ta' adattament fi ħdan l-UE sabiex ir-riżorsi jkunu merfugħa għal azzjoni internazzjonali futura;

Kooperazzjoni u riċerka teknoloġika

44.

Jemmen li jeħtieġ approċċ ġdid għall-kooperazzjoni teknoloġika biex tinkiseb l-aċċellerazzjoni meħtieġa fl-innovazzjoni u fl-iskala ta' użu sabiex il-pajjiżi kollha jkollhom aċċess għal teknoloġiji favur l-ambjent bi prezz raġjonevoli, filwaqt li jiġu rispettati l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

45.

Jikkunsidra li l-Ftehim ta' Kopenħagen għandu jipprovdi għal Programmi ta' Azzjoni relatati mat-Teknoloġija sabiex teknoloġiji ewlenin għall-adattament u l-mitigazzjoni jipprovdu appoġġ tul il-katina teknoloġika kollha b’għanijiet bħal żieda b’mod konsiderevoli tal-finanzjament għall-mitigazzjoni u l-adattament relatati mar-riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni (RD&D); f'dan il-kuntest jappoġġja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li, b'mod globali, l-RD&D relatata mal-enerġija mill-inqas għandha tirdoppja sal-2012 u tiżdied b'erba' darbiet sal-2020;

46.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi żviluppati biex jinvestu iktar fir-riċerka fil-qasam ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati favur proċessi ta' produzzjoni sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija; jikkunsidra bħala essenzjali li jiżdied il-finanzjament għall-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fil-kuntest tas-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka (FP7);

Suq Globali tal-Karbonju

47.

Jenfasizza li, għalkemm is-soluzzjonijiet tas-suq, li jinkludu l-iżvilupp ta’ suq global tal-karbonju, permezz ta’ mekkaniżmi ta’ “limiti massimi u skambji” (“cap and trade”) jew skemi ta’ taxxa fil-pajjiżi żviluppati, mhumiex is-soluzzjoni għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-futur qarib, dan għandu jibqa’ l-għan fuq perjodu ta’ żmien twil għan-negozjati kollha; jistieden lill-UE u lis-sħab tagħha fid-dinja sabiex, fil-futur immedjat, isibu l-aktar mod effettiv biex ikunu promossi rabtiet bejn l-ETS UE u skemi reġjonali u federali tal-kummerċ fl-Istati Uniti u bnadi oħra, li dawn imbagħad jistgħu jwasslu għal aktar diversità fl-għażliet ta’ tnaqqis, ta’ titjib fid-daqs u l-likwidità tas-suq, u fl-aħħar nett ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi aktar effiċjenti;

48.

Jirrimarka li suq globali tal-karbonju li jiffunzjona sew hu essenzjali għall-ekonomija tal-UE sabiex jista' jlaħħaq mal-impenji ambizzjużi tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra sal-2020; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ftehim internazzjonali u komprensiv post-2012 li jistipula sforzi kumparabbli minn pajjiżi żviluppati oħra sabiex jingħeleb il-periklu ta’ rilokazzjoni tal-karbonju b’mod partikulari bil-għan li jintlaħqu l-miri fuq perjodu ta’ żmien twil tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-irwol importanti li għandha l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi żviluppati;

49.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kyoto (CDM) bħala possibilità li tippermetti lill-pajjiżi żviluppati li jipparteċipaw fis-suq tal-karbonju u li tipprovdihom b’teknoloġiji moderni u effiċjenti; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ metodi ta’ kumpens biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-pajjiżi żviluppati ma jistax ikun parti mir-responsabilità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu mitigati l-emissjonijiet tagħhom ta' gass b'effett serra fi ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, u dan mhuwiex sostitut għall-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-azzjoni ta’ mitigazzjoni tagħhom;

50.

Jinsisti, barra minn hekk, li standards stretti ta' kwalità tal-proġetti għandhom ikunu parti minn mekkaniżmi futuri ta' metodi ta’ kumpens biex jiġi evitat li l-pajjiżi żviluppati jieħdu l-alternattivi ta' tnaqqis li ma jiswewx ħafna flus lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jinsisti li jkun garantit standard għoli ta’ dawn il-proġetti, b’ammonti ta’ tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet li jkunu affidabbli, verifikabbli u reali li jappoġġjaw ukoll żvilupp sostenibbli f’dawn il-pajjiżi;

51.

Hu tal-fehma li s-CDM u l-Implimentazzjoni Konġunta (lk) għandhom ikunu riformati, filwaqt li jitqiesu l-istandards tal-kwalità tal-proġetti, barra minn hekk, japprova l-fehma tal-Kummissjoni dwar il-qbil għall-perjodu post-2012 dwar mekkaniżmi settorjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ekonomikament aktar avvanzati b'hekk dawn isiru għodda effettiva għall-protezzjoni tal-klima u għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi żviluppati;

52.

Jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jissodisfaw l-impenji ta’ mitigazzjoni primarjament fl-UE u jfakkar lill-partijiet kollha li l-użu ta’ mekkaniżmi flessibbli għandu jkun limitat;

Bidla fl-Użu tal-Art, Deforestazzjoni, Degradazzjoni tal-Foresti u tar-Riżorsi Naturali

53.

Jikkunsidra li għandu jkunu pprovdut appoġġ finanzjarju sinifikanti kif ukoll assistenza teknika u amministrattiva lill-pajjiżi żviluppati biex titwaqqaf id-deforestazzjoni tropikali l-aktar tard sal-2020, u għandu jintwera impenn deċisiv f’negozjati internazzjonali għal ftehim globali u komprensiv post 2012 dwar il-klima;

54.

Jenfasizza li l-konservazzjoni ta' postijiet naturali għall-assorbiment tal-karbonju tikkostitwixxi l-iktar mezz effiċjenti u effettiv għall-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u ma jidher li tinvolvi l-ebda konsegwenza negattiva; barra minn hekk, huwa tal-opinjoni li l-iżvilupp ta' politika ta' forestazzjoni komprensiva hija fundamentali fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

55.

Jistieden lill-UE biex tieħu l-impenn li tiffinanzja sforzi internazzjonali biex tieqaf id-deforestazzjoni u biex tiġi promossa afforestazzjoni globali mhux kummerċjali;

56.

Jenfasizza li l-protezzjoni tal-foresti hi essenzjali biex ikun hemm protezzjoni globali tal-klima li tirnexxi u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-ħtieġa tal-konservazzjoni tal-foresti u biex jintegraw dan l-aspett fi ftehim internazzjonali;

57.

Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-finanzjament pubbliku huwa l-istrument l-iktar realistiku li bih jistgħu jkunu pprovduti inċentivi għall-ġlieda kontra d-deforestazzjoni tul il-perjodu 2013 sal-2020; jistieden, barra minn hekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jipprovdu fondi għall-perjodu 2010-2012 għal azzjoni bikrija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq Mekkaniżmu Globali tal-Karbonju tal-Foresti skont il-qafas tal-UNFCCC, ibbażat fuq skema ta’ finanzjament permanenti; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-impenn tagħhom sabiex jintemmu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u tal-art, kif ukoll id-deżertifikazzjoni madwar id-dinja billi jallokaw parti sinifikanti mid-dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE sabiex jitnaqqsu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposta tal-Kummissjoni li tkun aċċettata l-proposta ta' finanzjament li saret minn Norveġja u biex jallokaw parti mid-dħul ġejjieni mill-irkant tal-Unitajiet ta' Ammont Assenjati lill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Meditteran (GFCM);

58.

Jenfasizza li l-GFCM ġejjieni għandha tkun relatata mad-deċiżjonijiet, u għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u li l-impatti fuq il-bijodiversità jridu jiġu kkunsidrati espliċitament mill-attivitajiet, ir-regoli u l-modalitajiet tat-“Tnaqqis tal-Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni” (REDD); jikkunsidra li l-GFCM l-ewwel u qabel kollox trid tiżgura li jkunu mħarsa l-foresti antiki; jenfasizza li l-attivitajiet industrijali ta' foresterija li għandhom potenzjal baxx ta' mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u jistgħu jkunu ta' theddida għall-bijodiversità ma jistgħux ikunu eliġibbli għall-finanzjament permezz tal-GFCM;

59.

Jenfasizza li kwalunkwe GFCM futura għandha tirrispetta d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali, inkluż id-dritt tagħhom għal proprjetà kollettiva u għal territorji indiġeni awtonomi, u tipprovdi għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom u għas-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet, fil-livelli kollha, inkluż fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet nazzjonali tal-pjanijiet REDD, u l-allokazzjoni jew id-distribuzzjoni ta' fondi;

60.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tippromwovi standards soċjali u ambjentali b'saħħithom għar-REDD; jistieden lill-Unjoni Ewropea biex titkellem favur il-mekkaniżmi tar-REDD li jmorru lil hinn mill-proġett attwali tal-Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif (CDM) u li jindirizzaw il-kawżi li verament jikkawżaw id-deforestazzjoni, bħalma huma l-governanza fqira, il-faqar, il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' rinfurzar tal-liġi, permezz ta' politika ta' appoġġ u riforma istituzzjonali fil-livell lokali , reġjonali u nazzjonali;

61.

Jappella biex l-effikaċja ambjentali tal-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Anness I tkun il-prinċipju li jmexxi lill-approċċ tal-UE fir-rigward tar-regoli tal-kontabilità internazzjonali għall-ġestjoni tal-foresti u l-LULUCF inġenerali;

62.

Jenfasizza li l-prattiki segwiti f'diversi setturi, inklużi l-ġestjoni tal-ilma, il-konservazzjoni tal-ekosistema, il-produzzjoni agrikola, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija, bidla fl-użu tal-art, is-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u r-riskju ta' diżastri, wasslu biex jikkawżaw u jiggravaw il-bidla fil-klima, iżda fl-istess ħin dawn is-setturi sofrew ukoll konsegwenzi gravi minħabba l-effetti negattivi tal-bidla fil-klima; iqis li dawn iż-żewġ dimensjonijiet għandhom ikunu inklużi fil-Ftehim ta' Kopenħagen flimkien ma' miżuri mmirati sabiex ikun assigurat livell għoli ta' mitigazzjoni u ta' adattament għall-bidla fil-klima f'dawk is-setturi;

Avjazzjoni Internazzjonali u Trasport Marittimu

63.

Ifakkar li l-avjazzjoni għandha firxa ta' impatti li mhumiex ikkawżati mis-CO2 u li bejn wieħed u ieħor jirdoppjaw il-potenzjal tagħha ta' tisħin globali; jistieden lill-UE biex tiżgura li dawk l-impatti jiġu kkunsidrati fil-ftehim ta' Kopenħagen;

64.

Jinsisti li – fid-dawl tal-falliment tan-negozjati li jinvolvu l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) – l-avjazzjoni internazzjonali u t-tbaħħir għandhom ikunu inkorporati fi ftehim skont il- UNFCCC;

65.

Iħeġġeġ sabiex il-ftehimiet internazzjonali fis-setturi tal-avjazzjoni u marittimi jipprevedu l-istess miri vinkolanti bħal dawk ta' setturi industrijali oħra; iħeġġeġ ukoll sabiex f'kuntest globali tal-inqas 50 % tal-kwoti f'dan il-qasam ikunu rkantati;

L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili

66.

Jenfasizza l-importanza kbira tal-fatt li ċ-ċittadini lokali jirċievu informazzjoni komprensiva u jkunu kkonsultati u jieħdu sehem fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u jinkoraġġixxi b'mod partikulari liċ-ċentri urbani, lir-reġjuni u lill-konurbazzjonijiet biex iniedu l-kampanji ta' informazzjoni tagħhom stess, bl-appoġġ tal-gvern, għandhom ikunu marbuta ma' miri speċifiċi ta' tnaqqis;

67.

Jirrikonoxxi li sal-2030, peress illi żewġ terzi tal-umanità se jkunu qed jgħixu f'ċentri urbani, il-bliet, l-awtoritajiet lokali u dawk reġjonali għandhom rwol ta' importanza fundamentali fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet prattiċi dwar il-klima; jilqa' b’sodisfazzjon l-impenji murija fil-Ftehim Dinji tas-Sindki u tal-Gvernijiet Lokali dwar il-Protezzjoni tal-Klima, u jitlob lill-UE biex tippromwovi l-impenn min-naħa tal-bliet, tal-awtoritajiet lokali u dawk reġjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali dwar il-bidla fil-klima, inklużi Pjanijiet ta' Azzjoni ta' Mitigazzjoni u Programmi ta' Azzjoni ta' Adattament;

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew

68.

Jemmen li d-delegazzjoni tal-UE għandha rwol importanti f’dawn in-negożjati dwar il-bidla fil-klima, u għalhekk ma jistax jaċċetta li l-Membri tal-Parlament Ewropew li jagħmlu parti minn din id-delegazzjoni ma setgħux jattendu l-laqgħat ta' koordinazzjoni tal-UE fil-Konferenza preċedenti tal-Partijiet; jistenna li l-parteċipanti tal-Parlament Ewropew ikollhomm aċċess għal dawn il-laqgħat f’Kopenħagen tal-inqas fuq il-bażi ta’ status ta’ osservaturi, bid-dritt jew mingħajr id-dritt li jitkellmu;

*

* *

69.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, bit-talba li din tiġi ċċirkulata mal-partijiet kollha involuti li mhumiex relatati mal-UE.


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

(3)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2009)0042.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2009)0121.

(6)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(7)  Testi adottati, P6_TA(2008)0491.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/12


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
Programm multi-annwali 2010 - 2014 dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma

P7_TA(2009)0090

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma

2010/C 285 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu li jittrattaw żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (“l-AFSJ”) u l-qafas legali l-ġdid tagħha għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u t-tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif emendat mit-Trattat ta' Lisbona, il-Protokoll Nru 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) kif imdaħħal mit-Trattat ta' Lisbona, dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (“l-ECHR”), u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 Ġunju 2009 intitolata “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini” (COM (2009)0262), li tispjega l-prijoritajiet tagħha fl-AFSJ għall-2010-2014, flimkien mal-valutazzjoni tagħha tal-Programm tal-Aja u Pjan ta' Azzjoni (COM (2009)0263) u t-tabella ta' implimentazzjoni assoċjata (SEC (2009)0765), kif ukoll il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-parlamenti nazzjonali, mis-soċjetà ċivili u mill-aġenziji u l-entitajiet,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' dokument tal-Presidenza tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2009 intitolat 'Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz taċ-ċittadin' (14449/09),

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, l-AFSJ kien objettiv essenzjali tal-Unjoni Ewropea; billi huwa essenzjali li wieħed jirritorna għall-ispirtu oriġinali tal-Programm ta' Tampere, li jħaddan aspetti tal-liġi kriminali u ċivili, u li jiffoka fuq l-istat ta' dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

B.

billi l-globalizzazzjoni ma taffettwax biss lis-settur finanzjarju iżda qed taffettwa dejjem aktar lill-AFSJ; billi teħtieġ approċċ politiku aktar olistiku flimkien ma' miżuri sabiex ikunu ttrattati l-kwistjonijiet urġenti tal-migrazzjoni u l-ażil, u tirrikjedi b'mod partikolari skambji u koperazzjoni aktar mill-qrib bejn dawk involuti fil-politiki tal-ġustizzja u l-intern, l-iżvilupp, il-kummerċ internazzjonali u l-affarijiet soċjali,

C.

billi t-Trattat ta’ Lisbona, li ġie approvat dan l-aħħar b'votazzjoni parlamentari jew bi proċedura ta' referendum, se jagħti sura ġdida lill-bażijiet, l-objettivi u l-metodi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-politiki relatati mal-AFSJ,

D.

billi d-drittijiet u r-rwol istituzzjonali mogħti għall-ewwel darba lill-parlamenti nazzjonali mit-Trattat ta’ Lisbona se jkollu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp u l-funzjonament tal-AFSJ b’mod partikolari, mhux l-inqas għaliex se jipprovdi garanzija akbar ta’ rispett lejn il-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

E.

billi, f'ħafna oqsma tal-politika tal-ġustizzja u l-intern, soluzzjonijiet nazzjonali m'għadhomx xierqa u għaldaqstant jeħtieġ li jinħolqu reazzjonijiet Ewropej għall-isfidi internazzjonali tal-migrazzjoni, is-sigurtà u t-teknoloġija, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

F.

billi t-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri interni tal-UE hija waħda mill-ikbar kisbiet tal-integrazzjoni Ewropea,

G.

billi ċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fl-Unjoni permezz tal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri huma rappreżentati fil-Kunsill mill-gvernijiet rispettivi tagħhom, li huma stess huma responsabbli demokratikament lejn il-parlamenti nazzjonali tagħhom; billi, konsegwentement, il-parlamentarizzazzjoni meħtieġa tal-Unjoni Ewropea trid tiddependi, min-naħa l-waħda, fuq it-twessigħ tas-setgħat tal-Parlament Ewropew vis-à-vis it-teħid ta' deċiżjonijiet kollu tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, fuq kontroll akbar tal-gvernijiet nazzjonali mill-parlamenti rispettivi tagħhom,

H.

billi miżuri konġunti jridu jinżammu fil-qasam ta' kompetenza tal-Komunità, u billi strateġiji Ewropej għandhom ikunu adottati biss meta x'aktarx li jirnexxu aktar minn azzjonijiet nazzjonali,

I.

billi d-drittijiet u d-drittijiet ta' protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE, speċjalment il-protezzjoni tad-data, jridu jitħarsu u billi l-politika tal-ġustizzja komuni u tal-intern trid tibqa' soġġetta għas-superviżjoni parlamentari,

J.

billi t-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv għandu jkollha l-akbar importanza u ċ-ċittadini u l-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jsegwu u jimmoniterjaw id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki relatati mal-AFSJ,

K.

billi l-adeżjoni tal-Unjoni għall-ECHR u l-libertajiet fundamentali, prevista mit-Trattat ta' Lisbona, mhux se taffettwa l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni bbażata fuq il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u se tikkostitwixxi element prezzjuż ta' protezzjoni supplimentari, filwaqt li jżomm f'moħħu li għandha tiġi stabbilita distinzjoni ċara tal-kompetenzi bejn il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja,

L.

billi jeħtieġ, fl-interess tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-frodi u l-korruzzjoni b'mod qawwi u propizju, kif ukoll tal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija, li l-Europol u l-Eurojust ikunu involuti b'mod aktar sistematiku fl-investigazzjonijiet, li jinħoloq uffiċċju ta' Prosekutur Ewropew, u li jinkisbu riżultati effettivi u li jitkejlu, u billi ċ-ċittadini tal-UE jridu li l-UE jkollha rwol akbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

M.

billi fil-qasam tal-ġustizzja ċivili l-prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin iridu jirriflettu l-bżonnijiet espressi minn ċittadini individwali u n-negozju,

N.

billi r-rikonoxximent reċiproku, bħala l-pedament tal-AFSJ, jirrikjedi fiduċja reċiproka fis-sistemi ġuridiċi ta' pajjiżi oħra, u billi dawk il-valuri jistgħu jkunu żgurati biss permezz ta' għarfien u fehim reċiproċi, biex b'hekk tinħoloq kultura ġudizzjarja Ewropea,

O.

billi l-qasam ġudizzjarju Ewropew għandu jkun mibni fuq kultura ġudizzjarja Ewropea fost il-prattikanti, il-ġudikatura u l-prosekuturi li ma jkunx biss ibbażat fuq il-liġi Komunitarja imma żviluppat permezz ta' għarfien u fehim reċiproċi tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, reviżjoni bl-għeruq u x-xniexel tal-kurrikula tal-università, skambji, żjarat ta' studju u taħriġ komuni bl-appoġġ attiv tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea,

P.

billi l-fiduċja reċiproka tiddependi wkoll minn evalwazzjoni kontinwa tal-effikaċja u r-riżultati tad-diversi sistemi nazzjonali, imwettqa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; billi f'dan ir-rigward trid issir referenza għall-ħidma ta' siwi kbir tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja fil-Kunsill tal-Ewropa,

Q.

billi n-netwerks Ewropej fid-diversi setturi tas-sistema ġudizzjarja (in-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju, in-Netwerk Ewropew ta' Kunsilli għall-Ġudikatura, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea, in-netwerk Ewroġustizzja tal-Prosekuturi Ġenerali Ewropej, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u netwerks ta' prattikanti) irid ikollhom rwol attiv fit-twettiq ulterjuri ta' kultura ġudizzjarja Ewropea, u wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 1991 dwar it-twaqqif ta' Akkademja tal-Liġi Ewropea (1), il-pożizzjoni tiegħu tal-24 ta' Settembru 2002 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni li twaqqaf netwerk Ewropew għat-taħriġ ġudizzjarju (2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 dwar ir-rwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarja Ewropea (3) u r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja kriminali Ewropea (4),

R.

billi l-kriminalità ċibernetika kienet qed tiżdied b'mod sinifikanti fis-snin li għaddew, u wasslet għal sfidi ġudizzjarji aktar kumplessi u tefgħet piż fuq il-kapaċitajiet tal-qrati; billi, abbażi ta' dawn l-iżviluppi, jeħtieġ li jkun eżaminat it-twaqqif ta' Qorti Ewropea għal Kwistjonijiet Ċibernetiċi li tispeċjalizza fi kwistjonijiet marbuta mal-kriminalità ċibernetika,

Lejn AFSJ prevista mit-Trattat ta' Lisbona

1.

Jinnota li l-programm pluriennali ġdid fl-AFSJ aktarx jiġi adottat u implimentat taħt il-qafas legali l-ġdid definit mit-Trattat ta' Lisbona, b'tali mod li diġà jinkorpora l-innovazzjonijiet kollha li hemm fih, skond liema:

il-koperazzjoni ta' Schengen, li tħaddan fiha l-libertà ta' moviment ta' persuni fl-UE, ikkonfermata bħala l-qalba tal-AFSJ u ż-żona ta' Schengen għandha titkabbar iżjed;

il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali ta' kull persuna u l-bini ta' Ewropa tad-drittijiet, tal-ġustizzja, tas-solidarjetà u tad-diversità, huma n-nukleu ta' valuri li ma jinqasamx tal-politiki Ewropej;dawn qegħdin fuq nett fl-aġenda Ewropea, u l-istituzzjonijiet tal-UE jiġu msejħa biex jirrispettaw il-prinċipju tad- drittijiet ugwali għall-persuni kollha;

il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet se jissaħħaħ bl-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kollu taħt is-superviżjoni ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja;

salvagwardji addizzjonali se jiżguraw rispett kbir tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fl-AFSJ billi jiżguraw li għadd ta' parlamenti nazzjonali jista’ jagħti bidu għal “proċedura ta' twissija” kif ukoll billi jikkonferixxi fuq Stat Membru wieħed id-dritt li jagħmel użu minn “brejk ta' emerġenza” meta jqis li abbozz ta' strument legali fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali jista' jaffettwa elementi essenzjali tal-ordni nazzjonali interna tiegħu; l-użu tal-“brejk ta' emerġenza” normalment iwassal għal koperazzjoni msaħħa bejn grupp ewlieni ta' Stati li jixtiequ jintegraw il-politiki tagħhom;

2.

Josserva li l-azzjoni tal-UE ssir aktar kredibbli billi tkun imsejsa fuq qafas legali ġdid jew imsawwar mill-ġdid, inklużi dispożizzjonijiet ġodda dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' minoranzi nazzjonali, dispożizzjonijiet ġodda għall-prevenzjoni ta' kull forma ta' inugwaljanza, speċjalment bejn l-irġiel u n-nisa (Artikolu 8 TFUE) jew kull forma ta' diskriminazzjoni (Artikolu 10 TFUE), dispożizzjonijiet li jippromwovu t-trasparenza fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE (Artikolu 15 TFUE), dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni tad-data personali mill-abbużi ta' entitajiet pubbliċi jew privati (Artikolu 16 TFUE), dwar il-protezzjoni konsulari u diplomatika (Artikolu 23 TFUE), dwar politiki komuni fl-oqsma tal-ażil u l-immigrazzjoni (Artikolu 77 et seq. TFUE), dwar it-titjib tal-integrazzjoni ta' ċittadini minn pajjiżi terzi (Artikolu 79(4) TFUE), u dwar it-titjib tal-amministrazzjoni tajba (Artikolu 298 TFUE);

3.

Jenfasizza l-importanza tal-estensjoni mingħajr restrizzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, kemm għat-teħid ta’ deċiżjonijiet preliminari dwar kwalunkwe kwistjoni relattiva għall-AFSJ u kemm biex tippermetti lill-Kummissjoni tniedi proċeduri ta' ksur (5);

4.

Jiġbed l-attenzjoni li l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u l-impriżi fl-AFSJ kollha tal-Ewropa jsir iktar ikkumplikat u anqas trasparenti bl-eżistenza ta' derogi nazzjonali, u li għaldaqstant, fl-interess tal-ekwità, il-koerenza u s-sempliċità, dawn għandhom ikunu evitati kull meta jkun possibbli;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni mit-Trattat ta' Lisbona tal-proċedura ta' kodeċiżjoni bħala proċedura leġiżlattiva ordinarja fl-oqsma tal-AFSJ fejn ma kinitx ġiet applikata sal-lum, biex b'hekk ikun żgurat li d-diversi aspetti tal-politika Ewropea tal-ġustizzja u l-intern, u diversi miżuri li jittieħdu skont din il-politika, jaqgħu taħt superviżjoni parlamentari; iqis li l-involviment tal-Parlament Ewropew fir-ratifika tal-ftehimiet internazzjonali mhuwiex ħlief il-kompletament neċessarju għall-kompetenzi li se jingħatawlha fil-livell intern, partikolarment fil-kwistjonijiet koperti mit-tielet pilastru attwali;

6.

Iqis li l-prinċipju ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Unjoni, jieħu sinifikat partikolari fl-AFSJ u għandu jiġi ttrasformat f’solidarjetà attiva, obbligatorja, b’mod partikolari fil-każ ta’ kontroll tal-fruntieri, l-immigrazzjoni, il-protezzjoni ċivili u l-klawsola ta’ solidarjetà;

7.

Jenfasizza li l-UE għandha għeruqha mħawla fil-prinċipju tal-libertà; jirrimarka li bħala appoġġ għal dik il-libertà, is-sigurtà għandha tiġi segwita permezz tal-istat tad-dritt u tkun soġġetta għall-obbligi tad-drittijiet fundamentali; jistqarr li l-bilanċ bejn is-sigurtà u l-libertà għandu jiġi kkunsidrat minn din il-perspettiva;

Programm pluriennali aktar koerenti, trasparenti u demokratiku

8.

Iqis li l-Programm ta' Stokkolma għandu b'mod partikolari :

jindirizza l-problemi tal-migrazzjoni b'solidarjetà;

jilħaq bilanċ aħjar bejn is-sigurtà taċ-ċittadini (eż. protezzjoni tal-fruntieri esterni, prosekuzzjoni ta' kriminalità transkonfinali) u l-protezzjoni tad-drittijiet individwali tagħhom;

jipprovdi liċ-ċittadini b'aċċess xieraq għall-ġustizzja; u

isib tarf tal-problemi prattiċi li ċ-ċittadini jiffaċċjaw fl-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet suġġetti għal ordinamenti ġuridiċi differenti;

9.

Iqis li, fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, objettiv ta' prijorità għandu jkun li jassigura, fi spirtu ta' koperazzjoni leali, li ċ-ċittadini jibbenefikaw minn protezzjoni indaqs tad-drittijiet fundamentali tagħhom kull fejn dawn ikunu, kemm jekk jiffaċċjaw il-poter pubbliku eżerċitat mill-Unjoni, inkluż mill-aġenziji u l-entitajiet oħra kif ukoll mill-Istati Membri, u li ħadd ma għandu jsofri żvantaġġi fl-eżerċitar tal-libertajiet fundamentali tiegħu mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni skont it-tradizzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt komuni għall-Istati Membri;

Koperazzjoni interparlamentari

10.

Jirrimarka li fil-qafas legali u istituzzjonali ġdid maħluq mit-Trattat ta' Lisbona aktar azzjoni fl-AFSJ tista’ tiġi żviluppata biss billi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili jiġu assoċjati b'mod xieraq, bil-ħsieb li jinbena dibattitu miftuħ u kontinwu;

11.

Jitlob għal proċess ta’ leġiżlazzjoni aktar trasparenti fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali, u jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li se jippermetti l-usa' applikazzjoni tad-dritt tal-aċċess għal dokumenti u informazzjoni fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, speċjalment f'każijiet fejn proposta tista' taffettwa d-drittijiet tal-individwu u taċ-ċittadin, irrispettivament jekk l-inizjattiva tiġix sottomessa mill-Kummissjoni jew minn grupp ta' Stati Membri;

12.

Iħabbar – fl-interess tal-illeġiżlar trasparenti f'livell internazzjonali fejn il-Kummissjoni ggwadanjat kompetenza Komunitarja filwaqt li l-Parlament tħalla biss bid-dritt tal-kunsens, kif jidher b'mod partikulari mill-iżviluppi b'rabta mal-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata – li impenja ruħu li jsegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata; jimpenja ruħu li jappoġġja l-ħolqien ta' Forum Parlamentari, miftuħ għal Membri tal-PE u għal membri tal-parlamenti nazzjonali li jkunu interessati, bil-għan li jipprovdi mezz sabiex id-deputati jkunu mgħarrfa dwar l-iżviluppi fil-Konferenza u dwar il-ħidmiet u l-kisbiet tagħha u li jippermetti li jsir dibattitu f'forum pubbliku dwar id-diversi kwistjonijiet;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien permezz tat-Trattat ta' Lisbona ta' qafas għall-evalwazzjoni tal-politiki AFSJ u jitlob li titwaqqaf sistema ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni konkreta, speċjalment fil-qasam tal-ġustizzja, li tiffoka fuq il-kwalità, l-effiċjenza u l-ekwità tal-istrumenti legali eżistenti, tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li tinvolvi mill-qrib il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; għalhekk:

jinnota li attwalment hemm bosta sistemi ta' evalwazzjoni fl-AFSJ u li dawn jeħtieġ jiġu kkonsolidati f'qafas wieħed u koerenti, li jkopri l-aspetti kollha mill-evalwazzjonijiet ex-ante sal-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni,

iqis li l-evalwazzjonijiet imwettqa minn entitajiet differenti tal-UE għandhom ikunu kkoordinati aħjar,

jitlob għall-ħolqien ta' sistema ta' evalwazzjoni ġenerali li tagħti lill-Parlament u lill-parlamenti nazzjonali aċċess għall-informazzjoni relatata mal-politiki (Artikolu 70 TFUE) u l-attivitajiet tal-kumitat għas-sigurtà interna (Artikolu 71 TFUE) kif ukoll tal-EUROPOL (Artikolu 88 TFUE) u tal-Eurojust (Artikolu 85 TFUE), flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (Frontex), l-Uffiċju Ewropew għas-Sostenn tal-Ażil (EASO) u s-sistema ta' Schengen; iqis li f'dan il-qafas, il-Parlament għandu jingħata d-dritt li jressaq opinjoni vinkolanti dwar il-ħatra tad-Diretturi tal-Aġenziji (ladarba l-Parlament huwa wkoll l-Awtorità tal-Baġit);

iqis ukoll li, sabiex tkun ikkuntestwalizzata l-koperazzjoni tal-Parlament mal-parlamenti nazzjonali fil-qafas tal-AFSJ, ta' min joħloq forum permanenti ta' rappreżentanti fuq livell politiku (tnejn minn kull Kamra + żewġ sostituti) li jiltaqa' darbtejn fis-sena u jaqsam spazju ta' xogħol komuni fejn l-informazzjoni kollha li tittratta l-AFSJ, anke dik ta' natura ristretta, tista' tkun ikkomunikata b'mod immedjat); iqis ukoll li r-rappreżentanti tal-Parlamenti nazzjonali għandhom jitħallew jattendu l-proċedimenti tal-Parlament fil-livell ta' kumitat kif ukoll id-dibattitu annwali tal-Parlament dwar il-progress tal-AFSJ;

14.

Iqis li għandha tingħata prijorità lit-tnaqqis tad-distakk wiesa' bejn ir-regoli u l-politiki approvati fil-livell Ewropew u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali;

15.

Jitlob li evalwazzjoni perjodika tar-riżultati miksuba fi ħdan il-programm pluriennali tkun is-suġġett ta' dibattitu annwali fil-Parlament Ewropew, li għandu jinvolvi s-soċjetà ċivili u jiffoka fuq il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE u li għandu jkun ibbażat fuq rapporti mill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) kif ukoll fuq evalwazzjonijiet u studji minn esperti indipendenti, input mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament;

Ewropa tad-drittijiet

16.

Iqis li l-protezzjoni effettiva u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali jiffurmaw il-bażi tad-demokrazija fl-Ewropa u huma prerekwiżiti għall-konsolidazzjoni tal-AFSJ; għalhekk jemmen bis-sħiħ li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ir-responsabilità li jipproponu b'mod attiv miżuri li jippromwovu d-drittijiet fundamentali;

17.

Ifakkar ukoll li l-Unjoni qed taderixxi għall-ECHR, u li, konsegwentement, in-negozjati bil-ħsieb ta' adeżjoni tal-Unjoni mal-ECHR għandhom jibdew immedjatament;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar il-ftehima interistituzzjonali fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona u l-konsegwenzi tar-rabta bejn l-ECHR, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istituzzjonijiet tal-UE;

19.

Jitlob proposta ċara u komprensiva dwar id-drittijiet li għandhom ikunu żgurati lill-konvenuti sabiex ikun aċċertat li huma jkollhom ġuri ġust, u jirrifjuta l-approċċ inkrimentali li qed jiġi adottat bħalissa;

20.

Ifakkar li, mat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta se ssir vinkolanti b'parità mat-Trattati u kompletament applikabbli għall-miżuri kollha meħuda fil-qasam tal-AFSJ, u li l-konformità se tiġi kkontrollata mill-Qorti tal-Ġustizzja; jiddeplora, madankollu, l-introduzzjoni tal-protokoll li jillimita l-effett tal-Karta fuq il-liġi domestika ta' żewġ Stati Membri u jtenni t-tħassib tiegħu dwar l-inugwaljanza li dan jista' jipproduċi fost in-nies;

21.

Jitlob li jkun hemm reviżjoni bir-reqqa u imparzjali tan-neċessità, il-proporzjonalità u l-effettività tal-miżuri eżistenti fil-qasam tal-libertà u l-ġustizzja, inkluż l-impatt tagħhom fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri u l-prinċipji tal-UE u tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jitlob għal evalwazzjoni tal-impatt fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-UE għal kull politika, programm u proposta leġiżlattiva ġdida, u li din l-evalwazzjoni għandha tiddikjara b'mod ċar liema drittijiet fundamentali jistgħu jiġu effettwati u liema miżuri huma maħsuba biex jissalvagwardjawhom skont il-prinċipji ta' proporzjonalità u neċessità; iqis li l-FRAgħandha tiġi kkonsultata matul iċ-ċiklu politiku tal-proposti leġiżlattivi li għandhom implikazzjonijiet għad-dritttijiet fundamentali u tal-bniedem; u jitlob lill-Kummissjoni biex toħroġ risposta formali għal kull wieħed mir-rapporti tal-FRA, li tkun tinkludi lista ta' azzjonijiet proposti li jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma mill-FRA;

22.

Jitlob li l-promozzjoni tal-valuri tal-UE, li jinkludu r-razzjonalizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, titnaqqax b'mod permanenti bħala għan fundamentali tal-ftehimiet tal-UE ma' pajjiżi terzi, u tad-dimensjoni esterna kollha tal-AFSJ, b'mod speċjali fid-dawl tal-għodod il-ġodda pprovduti għal dan il-għan mit-Trattat ta' Liżbona; jirrikonoxxi l-importanza ta' politika interna xierqa u konsistenti dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex tinkiseb u tinżamm il-kredibilità esterna meħtieġa;

23.

Iqis il-piena kapitali bħala kastig krudil, inuman u degradanti, u jħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha sabiex jaħdmu kemm jifilħu għall-abolizzjoni tagħha fil-pajjiżi kollha tad-dinja;

24.

Jitlob li d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-AFSJ tirrispetta, tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u jħeġġeġ biex il-koperazzjoni internazzjonali tkun ibbażata fuq dawn il-valuri, biex it-tortura ma tkunx ittollerata, biex il-konsenji straordinarji jiġu definittivament abbandunati u biex issir inkjesta xierqa dwar dawn il-prattiki sabiex jiġi żgurat li ma jkomplux isiru fil-ġejjieni;

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-integrazzjoni

25.

Jitlob li tittieħed azzjoni bis-sħiħ biex iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE jiġu infurmati dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi kampanji ta' qawmien ta' kuxjenza maħsuba għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għal gruppi vulnerabbli, inizjattivi edukattivi mhux formali u l-integrazzjoni tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u tal-ugwaljanza fil-kurrikuli tal-edukazzjoni formali, kif ukoll sabiex l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri attivi fl-AFSJ isiru aktar konxji mill-importanza kruċjali tad-drittijiet fundamentali, u biex jiġu identifikati modi ta' kif jinstab rimedju, fil-livell nazzjonali jew dak Ewropew, f'każijiet fejn dawn id-drittijiet jiġu miksura;

26.

Jisħaq li l-intolleranza li kulma jmur qiegħda tikber fl-UE jeħtieġ li tiġi ttrattata mhux biss bl-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28. Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (6), imma wkoll b’aktar leġiżlazzjoni f’livell Ewropew dwar ir-reati tal-mibegħda;

27.

iqis li d-diversità ssaħħaħ l-Unjoni u li l-Unjoni għandha tkun ambjent sikur fejn id-differenzi u s-sensittivitajiet nazzjonali huma rispettati u fejn l-aktar vulnerabbli, bħar-Roma, ikunu protetti; għalhekk jinsisti li prijorità tal-Programm ta' Stokkolma għandha tkun li żżid attivament il-livell ta' kuxjenza dwar leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar, id-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess, orjentazzjoni sesswali, età, diżabilità, affiljazzjoni reliġjuża jew twemmin reliġjuż kulur, dixxendenza, nazzjonalità jew oriġini etnika, razziżmu, anti-Semitiżmu, ksenofobija u omofobija kif ukoll il-protezzjoni tat-tfal u l-minoranzi; iqis li l-użu sħiħ tal-istrumenti eżistenti u l-miżuri li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa għandhom isiru b'determinazzjoni u jiġu applikati; jistieden għalhekk, lill-Presidenza Spanjola u l-Presidenzi li jsegwu biex iwettqu progress matul il-mandat tagħhhom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni sabiex jiġi żgurat li l-vittmi ta' dawn il-krimini jgawdu l-istess livell ta' protezzjoni fl-Istati Membri kollha;

28.

Ifakkar li, mill-perspettiva ta' ċittadin ordinarju, waħda mill-akbar theddidiet għas-sigurtà interna hija l-esklużjoni soċjali; jirrimarka li l-qgħad u problemi oħra finanzjarji, bħalma hu d-dejn eżaġerat, aggravat minħabba l-kriżi finanzjarja globali, iżidu r-riskju ta' esklużjoni u li l-minoranzi etniċi huma estensivament vulnerabbli, għax huma wkoll jiffaċċjaw ir-riskju li jispiċċaw vittmi ta' diskriminazzjoni u ta' krimini b'motivazzjoni razzista;

29.

Jitlob għall-ġbir u l-kumpilazzjoni mill-FRA ta' statistika affidabbli u komparabbli dwar ir-raġunijiet kollha għad-diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni kontra minoranzi nazzjonali, u għat-trattament ugwali ta' dawn ir-raġunijiet differenti, inkluża d-dejta komparativa dwar il-vjolenza kontra n-nisa fl-UE, u l-pubblikazzjoni tagħha f’forma li tista’ tinftiehem malajr, u jaqbel mal-idea tat-Tliet Presidenzi tal-Kunsill (Spanjola, Belġjana u Ungeriża) li għandha ssir reviżjoni possibbli tal-mandat tal-FRA kemm jista' jkun malajr u li din ir-reviżjoni toffri opportunità biex tikber il-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u l-ambitu għall-kunsiderazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-mandat tal-FRA, li attwalment jirrikjedih li jeżamina s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea;

30.

Jerġa' jafferma li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex ir-Roma jiġu integrati bis-sħiħ fis-soċjetà billi jmexxu 'l quddiem l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema skolastika u fis-suq tax-xogħol u billi jiġġieldu l-vjolenza li tista' ssir fuqhom;

31.

Jenfasizza li filwaqt li l-liġi u min ifassal il-politiki fl-UE adottaw ġabra estensiva ta' liġijiet għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni multipla li jġarrbu n-nisa li jappartjenu għal xi minoranza, speċjalment in-nisa Roma, jidher li ma sar ebda progress sinifikanti; għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jirrevedu l-implimentazzjoni tal-politiki kollha marbuta mal-fenomenu tad-diskriminazzjoni multipla;

32.

Iqis li huwa essenzjali li l-UE tippreżenta direttiva u pjan ta' azzjoni Ewropew dwar il-vjolenza kontra n-nisa, bil-għan li jiżguraw il-prevenzjoni tal-vjolenza, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prosekuzzjoni ta' min iwettaq il-vjolenza; iqis li jeħtieġ li l-UE tistabbilixxi mekkaniżmi sabiex ikun żgurat li l-politiki kollha mfassla biex jevitaw u jikkumbattu t-traffikar tal-persuni jinkorporaw id-dimensjoni tal-ġeneru u l-analiżi ta’ dan it-traffikar;

Drittijiet akbtar b’saħħithom marbuta maċ-ċittadinanza fl-Unjoni

33.

Jirrimarka li, bl-introduzzjoni tal-'inizjattiva taċ-ċittadini' fit-Trattat ta' Lisbona, iċ-ċittadini se jkollhom rwol dirett fl-eżerċitar tal-poter sovran tal-Unjoni billi jkunu, għall-ewwel darba, direttament involuti fit-tnedija ta' proposti leġiżlattivi Ewropej;jitlob bil-qawwa li dan l-istrument ġdid jiġi implimentat b'mod li verament jinkoraġġixxi lin-nies jużawh u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis kif jixraq l-inizjattivi kollha li jissodisfaw il-kriterji legali;

34.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni fit-Trattat ta' Lisbona għal inizjattiva taċ-ċittadini u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis kif jixraq ir-rwol tal-Parlament u d-dritt eżistenti ta' petizzjoni meta tippreżenta proposta għall-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tagħha;

35.

Għandu l-intenzjoni jagħti bidu għal proposta ġdida għal riforma fondamentali tal-liġi li tirregola l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; itenni l-pożizzjoni tiegħu li, sabiex jinkoraġġixxi liċ-ċittadini Ewropej jieħdu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej fil-post tar-residenza tagħhom li mhumiex ċittadini tiegħu, il-Kunsill, taħt arranġamenti li għandu jistabbilixxi, għandu jaġixxi biex jiffaċilita d-dritt tal-vot u d-dritt li joħroġ bħala kandidat;

36.

Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u b'hekk ikunu jistgħu jivvjaġġaw, jaħdmu, jistudjaw, jirtiraw, jipparteċipaw fil-ħajja politika u demokratika kif ukoll ikollhom ħajja familjari mingħajr restrizzjoni f’kull parti tal-Unjoni, filwaqt li jiġu żgurat li jżommu d-dritt għall-benefiċċji soċjali kollha irrispettivament ta' fejn jgħixu; iqis li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE ikunu jistgħu faċilment jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet muniċipali;

37.

Jistieden lill-Istati Membri, mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-liġi tal-familja, sabiex jassiguraw il-libertà tal-moviment liċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom, inkluż ir-reġistrazzjoni ta' sħubijiet u ta’ żwiġijiet, skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (7), filwaqt li jevitaw kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi inkluż l-orjentazzjoni sesswali;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jesploraw modi li bihom jista' jiġi ffaċilitat il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE billi jgħinu lill-ċittadini tal-UE li jagħżlu li jagħmlu użu minn dan id-dritt biex jintegraw u jipparteċipaw fil-pajjiż ospitanti li jagħżlu li jemigraw lejh fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal-libertà tal-moviment fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

39.

Iqis li l-eżerċizzju ta' dawn il-libertajiet għandu jkun iggarantit lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u li ċ-ċittadini tal-UE għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet speċifiċi tagħhom, anke barra l-Unjoni; għalhekk jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-koordinazzjoni u tal-koperazzjoni tal-protezzjoni konsulari;

40.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b’mod ġust u konsistenti l-obbligu tagħhom li jiżguraw protezzjoni konsulari u diplomatika għaċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' ftehim dwar l-ammont minimu ta' assistenza konsulari offruta liċ-ċittadini tal-UE barra t-territorju tal-Unjoni;

41.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jagħtu prijorità lit-titjib tat-trasparenza u l-aċċess għal dokumenti, għaliex dawn huma essenzjali sabiex tintlaħaq UE orjentata lejn iċ-ċittadini;

42.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza li saret fil-Programm ta' Stokkolma għall-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kunsill biex fil-Programm ta' Stokkolma jinkludi taqsima speċifika dwar il-miżuri xierqa meħtieġa sabiex jagħtu s-setgħa lin-nisa biex jipparteċipaw fil-kampanji elettorali u fil-ħajja politika b'mod ġenerali, bl-għan li jitnaqqas id-defiċit demokratiku li għadu jeżisti minħabba l-preżenza limitata tan-nisa fl-elezzjonijiet muniċipali, nazzjonali u Ewropej;

Il-migrazzjoni

43.

Iqis li kwalunkwe approċċ komprensiv lejn l-immigrazzjoni għandu qabel xejn iqis il-mottivi ('push factors)' li jwasslu lin-nies biex iħallu pajjiżhom, u li dan jeħtieġ pjanijiet ċari għall-iżvilupp u l-investiment fil-pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu, b'mod partikulari permezz tat-tħaffif tat-trasferimenti ta' flus mill-migranti lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom jew permezz tad-dħul fis-seħħ ta' politiki kummerċjali u agrikoli li jmexxu 'l quddiem l-opportunitajiet ekonomiċi, kif ukoll permezz tal-iżvilupp tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

44.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-iżvilupp kontinwu ta' fondi adegwati u ta' Programmi Reġjonali ta' Protezzjoni, li jikkoperaw mill-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (il-UNHCR) u l-pajjiżi terzi involuti;

45.

Iħeġġeġ biex il-politiki Komunitarji dwar l-integrazzjoni, l-immigrazzjoni u l-asil ikunu mibnija fuq ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u fuq ECHR, sabiex ikunu żgurati l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u r-rispett sħiħ tal-prinċipju tan-non-refoulement; jirrimarka li l-politiki dwar l-imigrazzjoni u l-asil għandhom jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet tal-iżjed gruppi vulnerabbli, bħar-refuġjati u dawk li qed ifittxu l-asil, u b'mod partikulari tat-tfal u tat-tfal li ma jkunux akkumpanjati; jitlob li jiġi stabbilit qafas legali konsistenti u komprensiv li jħaffef il-migrazzjoni legali;

46.

Iħeġġeġ it-tfassil ta' politika dwar l-immigrazzjoni iżjed b'saħħitha li tkun konnessa mill-qrib ma' politiki Komunitarji oħrajn, b'mod speċjali mal-politika dwar l-impjiegi, sabiex tagħmel l-immigrazzjoni legali alternattiva għall-immigrazzjoni illegali u biex tkabbar kemm jista' jkun l-effett pożittiv kemm għall-Istati Membri u kemm għall-benessri tal-immigranti nfushom;

47.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi kkonsolidat l-approċċ globali tal-UE lejn il-migrazzjoni b'tali mod li joffri l-possibilità ta' modi ġodda ta' involviment fi djalogu u koperazzjoni politika ma' pajjiżi terzi, sabiex jittejbu l-flussi migratorji, jiġu evitati traġedji umanitarji;

48.

Jenfasizza l-ħtieġa li tinkiseb kompatibilità qawwija bejn il-politiki dwar l-immigrazzjoni u l-politiki għall-iżvilupp, u biex isaħħaħ id-djalogu mal-pajjżi tal-oriġini u mal-pajjiżi ta' tranżitu, bil-ħsieb li tiġi evitata l-problema tal-migrazzjoni illegali; f'dan ir-rigward jisħaq li t-teħid ta' azzjoni konġunta effettiva kontra l-migrazzjoni illegali għandha tpoġġi lill-Istati Membri f'qagħda aħjar biex ifasslu dispożizzjonijiet dwar il-migrazzjoni legali;

L-ażil

49.

Jitlob li jsir żvilupp ulterjuri fis-Sistema Komuni Ewropea dwar l-Ażil sabiex titwaqqaf “Ewropa tal-Ażil” kif inhu previst fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil; iqis li proċedura komuni għandha tiżgura konsistenza ikbar u kwalità aħjar fid-deċiżjonijiet dwar l-ażil meħuda mill-Istati Membri, sabiex tingħalaq il-lakuna tal-protezzjoni fl-Ewropa;

50.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iħarsu d-definizzjoni legali ta' refuġjat kif imnaqqxa fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istatus tar-Refuġjati;

51.

Iqis li, filwaqt li s-solidarjetà għandha tibqa' fil-qalba ta' politika komuni għall-immigrazzjoni u l-ażil, din għandha tinkludi wkoll is-solidarjetà bejn l-Istati Membri li jkunu konformi mal-obbligi internazzjonali rigward il-protezzjoni tar-refuġjati u ta' dawk li jfittxu l-ażil, u għalhekk għandha tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jonqos milli jagħmel dan;

52.

Ifakkar li l-ażil hu dritt li għandu jkun garantit lill-persuni kollha li jaħarbu mill-konflitti u l-vjolenza; jikkundanna r-refoulement u t-tkeċċijiet kollettivi lejn pajjiżi fejn id-drittijiet tal-bniedem mhumiex rispettati jew pajjiżi li ma ffirmawx il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istatus tar-Refuġjati;

53.

Iħeġġeġ in-negozjati fuq proposti leġiżlattivi pendenti u futuri dwar strumenti Ewropej tal-ażil biex jinkiseb titjib fl-istandards u biex jiġu ttrattati l-lakuni li hemm fil-qafas legali eżistenti;

54.

Jitlob, apparti dan, li jkun hemm solidarjetà bejn l-Istati Membri fuq naħa, u dawk li qed ifittxu l-ażil u refuġjati oħrajn fuq l-oħra;

55.

Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b’mod attiv u juru l-impenn sħiħ tagħhom favur mekkaniżmi ta' solidarjetà bħall-proġett pilota għar-riallokazzjoni interna tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali maħsuba mill-Kummissjoni, kif ukoll favur inizjattivi oħra li jwasslu għat-twaqqif ta' solidarjetà fit-tul bejn l-Istati Membri u l-promozzjoni ta' programmi ta' protezzjoni reġjonali; huwa tal-opinjoni, f'dan is-sens, li għandha tiġi adottata sistema trasparenti ta' evalwazzjoni tal-kapaċitajiet relattivi tal-lqugħ tal-Istati Membri u f'dan ir-rigward ir-rwol tal-EASO għandu jkun kjarifikat iżjed; abbażi ta' dan, jitlob għal dibattitu miftuħ dwar għażliet varji disponibbli bil-għan li jiġu stabbiliti mekkaniżmi tassattivi li jipprovdu solidarjetà effettiva, b'mod partikolari permezz ta' riallokazzjoni interna;

56.

F'dan ir-rigward jitlob għall-formalizzazzjoni f'waqtha tal-prinċipju tas-solidarjetà u tal-qsim ġust tar-responsabilità kif previst fl-Artikolu 80 tat-Trattat TFEU, li għandha tinvolvi sistema ta' “solidarjetà obbligatorja u irrevokabbli” flimkien ma' aktar koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u pajjiżi ġirien, biex tgħin fl-iżvilupp tas-sistemi tagħhom ta' protezzjoni u ażil b'mod li jiġu rispettatti d-drittijiet tal-bniedem u n-normi internazzjonali dwar il-protezzjoni, tiffissa aspettattivi realistiċi u li ma jxekkilx jew jipprova jissostitwixxi l-aċċess għall-protezzjoni fl-UE;

57.

Jemmen li approċċ ta' sħubija mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jkollhom rwol attiv fl-immaniġġjar tal-flussi migratorji, biex tiġi mwaqqfa l-immigrazzjoni illegali billi l-migranti potenzjali jiġu infurmati dwar ir-riskji involuti u biex jitwaqqfu kampanji ta' informazzjoni effettivi dwar il-possibilitajiet tad-dħul u/jew xogħol legali fl-Istati Membri tal-UE;

58.

Jenfasizza li l-ftehimiet kollha ma' pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, bħat-Turkija u l-Libja, għandhom jinkludu kapitoli dwar il-koperazzjoni relatata mal-immigrazzjoni; iqisu l-qagħda tal-Istati Membri l-aktar esposti għall-flussi migratorji u jagħmlu enfasi fuq il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni rregolari u t-traffikar tal-bnedmin billi jiffaċilitaw il-ħidma ta' FRONTEX;

59.

Jitlob li jkun hemm aktar koperazzjoni għat-tisħiħ ta' miżuri biex jiżguraw ritorn effettiv u rapidu ta' migranti residenti illegalment li m'humiex fil-bżonn ta' protezzjoni, filwaqt li tingħata prijorità lir-ritorn volontarju;

60.

Jitlob għall-adozzjoni ta' miżuri li jindirizzaw l-ostakoli għall-eżerċizzju tad-dritt ta' riunifikazzjoni tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment fl-Istati Membri;

61.

Jenfasizza l-importanza li l-migranti jingħataw aċċess għall-ġustizzja, għall-akkomodazzjoni, għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa bi qbil ma', inter alia, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u tal-membri tal-familji tagħhom;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti prattiċi għal azzjoni effettiva kontra l-abbuż tal-proċeduri tal-asil;

63.

Jinnota li migrazzjoni ċirkolari għandha tiġi promossa, iżda jfakkar li dan l-approċċ ma għandux iwassal għal dumping tal-pagi u dumping soċjali u ma għandux jinjora l-bżonn ta' miżuri ta' integrazzjoni;

Il-fruntieri u l-viżi

64.

Jitlob għall-adozzjoni ta' pjan komprensiv li jistabbilixxi l-għanijiet ġenerali u l-istruttura tal-istrateġija integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex ġenwinament tiġi implimentata politika komuni dwar l-ażil, l-immigrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri esterni, skont l-Artikolu 67(2) tat-TFEU;

65.

Jitlob għal approċċ strateġiku fil-qasam tal-politika tal-għoti tal-viżi sabiex tinżamm il-koerenza tal-azzjonijiet, tar-regolamenti interni u tal-impenji esterni, inkluża s-salvagwarda tat-trattament ugwali tal-Istati Membri minn pajjiżi terzi;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tasal għall-konklużjonijiet xierqa mill-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-viżi u r-riammissjoni kif ukoll mill-ftehimiet bilaterali diġà fis-seħħ dwar it-traffiku fil-fruntieri lokali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġirien tal-Lvant tagħha fil-kuntest tal-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viża fil-Balkani tal-Punent, biex tinħoloq ġabra ta' kriterji ta' referenza fuq il-bażi ta' kull każ individwali sabiex ikunu evalwati u mtejba l-ftehimiet eżistenti dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u sabiex naħdmu għall-ivvjaġġar mingħajr viża bil-għan li jiżdiedu l-kuntatti bejn il-persuni;

67.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni li, biex twettaq b'mod aktar effettiv il-prinċipju ta' reċiproċità ma' pajjiżi terzi u b'hekk tiżgura trattament ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-UE f'dan ir-rigward, toħloq mill-ġdid l-istrateġija tagħha billi tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha, bħas-sanzjonijiet, u li torbot din il-kwistjoni man-negozjati tagħha mal-pajjiżi terzi kkonċernati;

68.

Jikkunsidra li l-FRONTEX, bħala strument essenzjali fl-istrateġija globali tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni, għandha tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti; jitlob li jkun hemm aktar skrutinju Parlamentari tal-attivitajiet tagħha u jappoġġja r-reviżjoni tal-mandat tagħha – inkluż qafas ċar għall-operazzjonijiet ta' ritorn li jilħqu l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u t-twaqqif ta' uffiċċji reġjonali u speċjalizzati - sabiex jissaħħaħ ir-rwol tagħha;

69.

Ifakkar fil-ħtieġa assoluta li l-FRONTEX ikun jista' jistrieħ fuq id-disponibilità tar-riżorsi li tpoġġew għad-dispożizzjoni tiegħu mill-Istati Membri, kemm għall-koordinazzjoni tiegħu tal-operazzjonijiet konġunti individwali kif ukoll għall-missjonijiet permanenti tiegħu;

70.

Jistieden lill-Istati Membri kollha kkonċernati biex isolvu problemi prattiċi u/jew legali li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-użu tar-riżorsi tal-Istati Membri rispettivi involuti f'operazzjonijiet konġunti;

71.

Ifakkar fil-ħtieġa assoluta li s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II (SIS II) u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Viża (VIS) ikunu jistgħu jibdew l-operazzjonijiet tagħhom kemm jista' jkun malajr; iqis li s-SIS II għandha ġġib titjib kunsiderevoli u funzjonalitajiet ġodda, bħall-introduzzjoni tad-data biometrika u l-interkonnessjoni tal-allarmi, u li dan it-titjib għandu jagħti kontribut għal kontroll aħjar fuq il-fruntieri esterni u jsaħħaħ is-sigurtà;

72.

Jinsisti li strumenti ġodda tal-ġestjoni tal-fruntieri jew sistemi ta' ħżin ta' data fuq skala kbira m'għandhomx jiġu mnedija sakemm l-għodda eżistenti jkunu kompletament operattivi, sikuri u affidabbli, u jitlob għal evalwazzjoni bir-reqqa tan-neċessità u l-proporzjonalità ta' strumenti ġodda relatati ma' kwistjonijiet bħad-dħul/il-ħruġ, il-programm ta' vjaġġatur irreġistrat, il-Rekord tal-Isem tal-Passiġġier (PNR) u s-sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-ivvjaġġar;

Il-protezzjoni tat-tfal

73.

Jisħaq fuq l-importanza tat-Trattat ta' Lisbona, li jagħti saħħa vinkolanti lill-Karta, li l-Artikolu 24 tagħha jirregola b'mod speċifiku d-drittijiet tat-tfal u jistipula, inter alia, li ‘[fi] l-azzjonijiet kollha marbuta mat-tfal, kemm jekk meħuda minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikun kunsiderazzjoni ewlenija’;

74.

Iqis li huwa essenzjali li l-miżuri kollha tal-UE f'dan il-qasam jirrispettaw u jippromwovu d-drittijiet tat-tfal kif stipulat fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u rikonoxxuti fil-Karta, u jitlob għal azzjoni mtejba min-naħa tal-UE dwar il-protezzjoni tat-tfal fl-AFSJ kollha;

75.

Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw u jimplimentaw id-drittijiet tat-tfal kif inhuma mnaqqxa fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

76.

Iħeġġeġ lill-UE biex tittratta b'mod iżjed qawwi kwalunkwe abbuż li jsir fuq it-tfal, bħall-vjolenza, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u r-razziżmu, il-prostituzzjoni u t-traffikar, u biex tistimula sforz ikkoordinat biex tipproteġihom u tiddefendi d-drittijiet tagħhom, billi tuża l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal bħala gwida għall-azzjoni tal-UE u billi tużaha bħala bażi biex temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti;

77.

Iqis li hemm l-urġenza li tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-protezzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati jew separati, fid-dawl tar-riskji partikolari li huma esposti għalihom;

78.

Jenfasizza l-importanza li jitqiesu d-drittijiet tat-tfal u li tingħata attenzjoni speċjali lit-tfal f'sitwazzjonijiet partikolarment vulnerabbli fil-kuntest tal-politika tal-immigrazzjoni; iqis li trid tiġi żviluppata strateġija Ewropea ambizzjuża f'dan il-qasam;

79.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-politiki tal-UE dwar l-ażil, il-migrazzjoni u t-traffikar f'dan il-qasam jittrattaw lit-tfal migranti l-ewwel u qabel kollox bħala tfal, biex jiġi żgurat li dawn jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala tfal mingħajrdiskriminazzjoni speċjalment id-dritt tal-għaqda mill-ġdid tal-familja; għalhekk jinsisti li kwalunkwe pjan ta' azzjoni tal-UE dwar minuri b'oriġini ta' pajjiż terz li ma jkunux akkumpanjati jrid jiżgura li:

(a)

it-tfal kollha mhux akkumpanjati jirċievu protezzjoni u assistenza speċjali waqt li jkunu fl-UE;

(b)

l-UE tidentifka azzjonijiet li jappoġġjaw lill-Istati Membri fis-sejbien ta' soluzzjoni sikura, konkreta u dejjiema għal kull tifel/tifla, fl-aħjar interessi tagħhom;

(c)

fejn ir-ritorn lejn pajjiż terz ikun fl-aħjar interess tat-tifel/tifla, jiġi stabbilit proċess xieraq ta' ritorn u reintegrazzjoni b'koperazzjoni mal-pajjiż ta' ritorn; u

(d)

l-UE tikkopera ma' pajjiżi terzi biex tevita li sseħħ migrazzjoni mhux sikura u li tipprovdi opportunitajiet lit-tfal fil-pajjiżi kkonċernati;

80.

Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-minorenni, kemm jekk akkumpanjati jew le, sabiex ikun żgurat li dawn ma jinżammu fl-ebda forma ta' detenzjoni;

81.

Jirrimarka li t-tfal li joriġinaw minn pajjiżi terzi jistgħu jsibu ruħhom partikolarment vulnerabbli għal sitwazzjonijiet abbużivi ta' xogħol, speċjalment f'pajjiżi fejn dawn ma jiġux provduti b'mezzi adegwati ta' assistenza u protezzjoni minħabba l-istejtus tagħhom ta' persuni mhux iddokumentati; jinsisti li l-politiki tal-UE fl-oqsma tax-xogħol, l-ażil, il-migrazzjoni u t-traffikar tal-persuni jridu jirrikonoxxu u jindirizzaw dawn ir-realtajiet;

Il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà

82.

Jinnota l-importanza dejjem tikber tal-Internet, u jirrimarka li n-natura globali u miftuħa tal-internet titlob li jkun hemm standards globali għall-protezzjoni tad-data, għas-sigurtà u għal-libertà tal-kelma; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-inizjattiva li jwaqqfu pjattaforma globali għall-iżvilupp ta' dawn l-istandards; iqis li huwa tabilħaqq importanti ħafna li jiġu limitati, definiti u regolati b'mod strett il-każi li fihom kumpanija privata tal-internet tista' tintalab tikxef data mill-awtoritajiet governattivi, u li jkun aċċertat li l-użu ta' dik id-data mill-awtoritajiet governattivi jkun soġġett għall-iżjed standards stretti tal-protezzjoni tad-data;

83.

Jinsisti dwar il-garanzija li d-dimensjoni tad-drittijiet fundamentali fil-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza jkunu rrispettati fil-politiki kollha tal-Unjoni;

84.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-protezzjoni tad-data u tal-privatezza personali tiġi integrata fid-dawl tat-teknoloġiji li qed jiżviluppaw u l-ħolqien ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira;

85.

Iqis li l-approċċ tal-privatezza permezz tat-tfasssil (privacy by design) għandha tkun karatteristika essenzjali ta' kwalunkwe żvilupp li jista' jipperikola s-sigurtà tal-informazzjoni personali relatata mal-individwi u l-fiduċja tal-pubbliku f'dawk li jżommu t-tagħrif dwarhom;

86.

Jirrimarka li l-prinċipju tad-disponibilità jista' jippermetti l-iskambju ta' data personali li ma tkunx inġabret b'mod leġittimu u legali u li dan għandu jkun sostnut minn regoli komuni; jesprimi dubji dwar il-faċilitazzjoni ta' attivitajiet operazzjonali li ma jinkludux definizzjoni u standards komuni Ewropea rigward investigazzjonijiet sigrieti, sorveljanza taċ-ċittadini, eċċ.;

87.

Jemmen li, qabel tiġi maħsuba azzjoni tal-UE f’dan il-qasam, għandhom jiġu stabbiliti kriterji ċari għall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità u n-neċessità tal-limitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali; iqis, barra minn dan, li l-konsegwenzi ta' kwalunkwe proposta għandhom ikunu analizzati bir-reqqa qabel ma tittieħed deċiżjoni;

88.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-prattika dejjem tinfirex tal-profili, ibbażata fuq l-użu ta' tekniki tat-tiftix tad-data u fuq ġbir ġeneralizzat ta' data ta' ċittadini innoċenti, għal finijiet ta' prevenzjoni u sorveljanza; ifakkar fl-importanza tal-fatt li l-azzjonijiet tal-infurzar tal-liġi għandhom ikunu bbażati fuq ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, mill-prinċipju tas-suppożizzjoni tal-innoċenza għad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data;

89.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal standards internazzjonali għall-protezzjoni tad-data; jenfasizza li l-ftehimiet dwar il-protezzjoni tad-data ma' pajjiżi terzi għandhom isiru bi trasparenza sħiħa u bl-iskrutinju demokratiku tal-Parlament, u li l-livell Ewropew tal-istandards tal-protezzjoni tad-data fil-pajjiż terz għandhom ikunu prerekwiżit minimu biex ikun jista' jsir l-iskambju tad-data;

90.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta dwar il-ħolqien ta' skema komprensiva tal-protezzjoni tad-data fl-UE u ma' pajjiżi terzi; jitlob li ssir evalwazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha (dik relatata mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, mal-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura, mal-immigrazzjoni, mal-ftehimiet transatlantiċi) fil-qasam tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data;

91.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi li saret fuq l-importanza tat-teknoloġija fil-Programm ta' Stokkolma fil-kuntest tal-protezzjoni effettiva tad-data personali u tal-privatezza;

92.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea biex turi d-determinazzjoni tagħha li, fil-politiki kollha tagħha, tqis il-ħtiġijiet speċjali tan-nies vulnerabbli;

93.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm limiti iżjed ċari u rigorużi fuq l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u fuq l-użu ta' reġistri komuni tal-UE; huwa tal-fehma li, jekk dan ma jsirx, l-akkumulazzjoni ta' reġistri kbar fuq il-livell tal-UE tista' thedded l-integrità personali, u r-reġistri jistgħu jsiru ineffettivi filwaqt li jista' jikber ir-riskju ta' kxif ta' informazzjoni u ta' korruzzjoni;

94.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-fiduċja fil-ħila ta' xulxin li jsaħħu s-sigurtà; iqis li l-fiduċja reċiproka tiddependi wkoll fuq evalwazzjoni kontinwa effiċjenti u rigoruża tal-effikaċja u tar-riżultati tal-azzjonijiet ta' diversi Stati Membri;

Ġustizzja ċivili u kummerċjali għall-familji, iċ-ċittadini u n-negozju

Aċċess akbar għall-ġustizzja ċivili għaċ-ċittadini u n-negozji

95.

Iqis li l-prijoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, l-ewwel u qabel kollox, għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet espressi minn ċittadini individwali u l-impriżi filwaqt li kontinwament jiġi ssimplifikat il-makkinarju tal-ġustizzja u jinħolqu proċeduri aktar ċari u aċċessibbli sabiex ikun garantit l-infurzar kif suppost tad-drittijiet fundamentali u tal-ħarsien tal-konsumatur; għal dan il-għan, filwaqt li jfaħħar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta dwar testmenti u suċċessjonijiet u Green Paper dwar sistemi ta’ proprjetà matrimonjali b'konnessjoni ma’ separazzjoni u divorzju, jappella għal:

aktar sforzi favur il-promozzjoni ta’ soluzzjoni alternattiva ta’ tilwimiet, bil-mira li jittejjeb l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja; l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv fil-livell ta’ Komunità sabiex iċ-ċittadini u l-impriżi jingħatalhom aċċess akbar għall-ġustizzja, waqt li jkun rikonoxxut li dawn m’għandhomx iwasslu għal frammentazzjoni mhux meħtieġa fil-liġi proċedurali nazzjonali;

proposti għal sistema Ewropea sempliċi u awtonoma għas-sekwestru ta' kontijiet bankarji u l-iffriżar temporanju ta' depożiti bankarji, l-abolizzjoni tar-rekwiżiti għal-legalizzazzjoni tad-dokumenti, dispożizzjonijiet biex jimtlew il-lakuni fir-Regolament Ruma II (8), rigward drittijiet tal-personalità u d-diffamazzjoni, soluzzjoni definittiva għall-problema ta' ftehimiet bilaterali li jittrattaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi, jekk ikun meħtieġ permezz ta' Protokoll għat-trattat ta' adeżjoni li jmissu jkun konkluż;għandha titqies ukoll proposta għal strument internazzjonali li jippermetti verifika bir-reqqa ta' kull sentenza minn pajjiżi terzi qabel ma dawn ikunu rrikonoxxuti u nfurzati minn Stat Membru; u d-dispożizzjonijiet biex timtela l-lakuna enfasizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, proposta dwar il-protezzjoni ta' adulti vulnerabbli, u proposta għal regolament, għall-adozzjoni jekk ikun meħtieġ permezz ta' rikors għall-koperazzjoni msaħħa, fuq il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali u r-responsabilità tal-ġenituri, ibbażata fuq l-aħjar interessi tat-tfal u n-non-diskriminazzjoni bejn is-sħab;

konsiderazzjoni dettaljata li għandha tingħata lil forma ta' miżura provviżorja Komunitarja addizzjonali għal dawk li jistgħu jingħataw mill-qrati nazzjonali, lill-approċċi legali nazzjonali diverġenti għaż-żamma tat-titolu u mekkaniżmi oħra simili, lir-rikonoxximent ta’ adozzjonijiet internazzjonali, u lill-kwistjoni kollha tar-rikonoxximent reċiproku ta' dokumenti nazzjonali tal-istatus ċivili;

Kodiċi Komunitarju tal-Kunflitti li jiġbor fi strument wieħed ir-regolamenti kollha adottati f'dan il-qasam mill-leġiżlatur tal-Komunità sal-2013 biex jitfakkar il-45 anniversarju tal-Konvenzjoni ta' Brussell, li l-konklużjoni tagħha kienet pass fundamentali fil-liġi internazzjonali privata;

l-applikazzjoni prattika tal-ammont kbir ta' leġiżlazzjoni innovattiva adottata s'issa fil-qasam tal-proċedura ċivili Ewropea, li għandha tiġi studjata bil-ħsieb li tiġi ssimplifikata fejn ikun possibbli u tiġi kkodifikata fi strument wieħed li jiġbor flimkien il-leġiżlazzjoni Komunitarja kollha adottata f'dan il-qasam;

96.

Jinsisti li l-abolizzjoni tal-exequatur fir-kuntest tar-Regolament Brussell I (9) m'għandhiex issir bl-għaġla u għandha tkun akkumpanjata mis-salvagwardji xierqa;

97.

Ikun ħerqan li jeżamina proposti għat-tfassil tat-28 skema fakultattiva għall-kwistjonijiet ta' liġi ċivili b'aspetti transkonfinali fl-oqsma li jaffettwaw il-liġi tal-familja, id-drittijiet tal-individwi u l-liġi tal-proprjetà;

98.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa iżjed il-preżenza internazzjonali tal-UE fil-qasam legali permezz ta' soluzzjonijiet globali u strumenti multilaterali; jemmen li l-koperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Konferenza ta' the Hague dwar il-Liġi Internazzjonali Privata u l-Kunsill tal-Ewropa, hija ta' importanza partikulari; jemmen ukoll li l-UE għandha tinkuraġġixxi u tappoġġja l-adeżjoni ta' pajjiżi terzi, b'mod speċjali dawk ġirien tal-UE, mal-ftehimiet ġuridiċi internazzjonali, u jemmen li din hija ta' importanza kruċjali b'mod speċjali fil-qasam tal-liġi tal-familja u tal-protezzjoni tat-tfal;

Il-kisba tal-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku permezz ta’ liġi kontrattwali Ewropea

99.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti spinta lill-ħidma tagħha dwar il-liġi kuntrattwali Ewropea fuq il-bażi tal-Abbozz ta’ Qafas Komuni ta' Referenza (DCFR) akkademiku, kif ukoll xogħlijiet akkademiċi fil-qasam tal-liġi Ewropea tal-kuntratti, biex tinvolvi lill-Parlament bis-sħiħ fil-proċess miftuħ u demokratiku li għandu jwassal għall-adozzjoni ta' Qafas Komuni ta' Referenza (CFR) politiku;jenfasizza li s-CFR politiku għandu jwassal għal strument fakultattiv u direttament applikabbli li jippermetti lill-partijiet ta' kuntratt, inter alia kumpaniji u konsumaturi, biex b'mod ħieles jagħżlu l-liġi kuntrattwali Ewropea bħala l-liġi li tirregola t-tranżazzjoni tagħhom;

100.

Itenni li l-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni l-Abbozz ta' Qafas Komuni ta' Referenza fl-akbar numru possibbli ta' lingwi rilevanti flimkien ma' xogħlijiet xjentifiċi oħra sabiex tiżgura li dawn ikunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha u li dan għandu jintuża mil-lum bħala għodda legali mhux vinkolanti għal-leġiżlaturi Ewropej u nazzjonali; jinsisti li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-DCFR minn issa għandhom ikunu kkunsidrati b'mod sistematiku u ddettaljat fil-proposti kollha li se jitressqu mill-Kummissjoni u fl-evalwazzjonijiet ta' impatt li jaffettwaw il-liġi kuntrattwali;

101.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem fuq l-idea li kellha dan l-aħħar li tipproponi kuntratti standard għall-użu volontarju fis-setturi speċifiċi fuq il-bażi tas-CFR;

Leġiżlazzjoni aħjar fil-qasam tal-ġustizzja

102.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili tkun tal-ogħla kwalità possibbli u bbażata fuq studji tal-impatt li saru kif imiss, sabiex iċ-ċittadini u l-impriżi jkunu pprovduti bi strumenti effettivi; jiddeplora l-fatt li fl-imgħoddi ma sarux studji xierqa tal-impatt f'dan il-qasam; jinnota li riċentement sar titjib u jimpenja ruħu li wieħed mill-istudji tal-impatt tal-Kummissjoni jkun suġġett għal analiżi kritika fil-perjodu li ġej;

103.

Jemmen bis-sħiħ li, sabiex jiġi garantit livell minimu ta' skrutinju indipendenti fit-tfassil tal-evalwazzjonijiet tal-impatt, għandu jitwaqqaf bord indipendenti ta' esperti biex jimmonitorja, permezz ta' verifiki fuq il-post, il-kwalità tal-opinjonijiet mogħtija mill-Bord ta' Evalwazzjoni tal-Impatt, u li rappreżentanti tal-partijiet interessati għandhom ukoll jitħallew jgħinu fit-twettiq tagħhom;

104.

Iqis li l-koperazzjoni legali hija l-mezz kif jitqarrbu mhux biss il-proċeduri ċivili iżda wkoll dawk kriminali tal-Istati Membri differenti; iqis għaldaqstant li l-approssimazzjoni tad-drittijiet proċedurali taċ-ċittadini bejn l-Istati Membri għandha tkun promossa b'mod ugwali fi proċedimenti ċivili u kriminali;

Il-bini ta’ kultura ġudizzjarja Ewropea

105.

Jappella għall-ħolqien ta’ kultura ġudizzjarja Ewropea li tiġbor fiha l-aspetti kollha tal-liġi; għal dan il-għan, jinnota li:

in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi u n-Netwerk Ewropew tal-Eurojustice tal-Prosekuturi Ġenerali Ewropej, l-uffiċjali tal-qorti u l-prattikanti legali għandhom ammont enormi x’joffru billi jikkordinaw u jippromwovu taħriġ professjonali għall-ġudikatura u fehim reċiproku tas-sistemi legali ta' Stati Membri oħra u li jagħmluha aktar faċli biex jiġu riżolti tilwimiet u problemi transkonfinali, u l-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu ffaċilitati u jirċievu biżżejjed fondi; dan għandu jwassal għal pjan kompletament iffinanzjat għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew imfassal b’konnessjoni man-netwerks ġudizzjarji msemmija hawn fuq u li jevita li jirrepeti duplikazzjoni tal-programmi u l-istrutturi u li jwassal għall-ħolqien ta' Akkademja Ġudizzjarja Ewropea magħmula min-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea;

għandu jkun hemm politiki attivi mfassla biex jitrawwem għarfien reċiproku u fehim tal-liġi barranija u sabiex tinkiseb ċertezza legali akbar u titrawwem il-fiduċja reċiproka essenzjali għar-rikonoxximent reċiproku; dawn il-politiki għandhom jipprovdu għal skambji ta' esperjenzi, skambji, żjarat u informazzjoni u korsijiet għall-prattikanti u għall-ġudikatura, kif ukoll il-koordinazzjoni ta' sistemi nazzjonali eżistenti għat-taħriġ legali madwar l-UE u d-dispożizzjoni għal korsijiet ta' familjarizzazzjoni fil-liġi nazzjonali għall-prattikanti legali u l-imħallfin;

106.

Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tippromwovi l-ħolqien minn universitajiet, istituti speċjalizzati oħra ta' edukazzjoni ogħla u l-organizzazzjonijiet professjonali kompetenti ta' sistema komuni ta' punti / krediti ta’ taħriġ ghall-imħallfin u l-prattikanti legali; jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq netwerk ta' korpi ta' taħriġ legali madwar l-Unjoni akkreditati biex jipprovdu korsijiet ta' familjarizzazzjoni fil-liġi nazzjonali, il-liġi komparattiva u dik Ewropea għall-prattikanti u l-imħallfin fuq bażi stabbli u kontinwa;

Ġustizzja Elettronika: faċilità għaċ-ċittadini, il-prattikanti u l-ġudikatura

107.

Jappella għal sforz akbar biex issir promozzjoni u żvilupp tal-ġustizzja elettronika fil-livell Komunitarju, fl-interessi tal-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u n-negozju, u jikkunsidra li:

l-Istati Membri li jikkoperaw fuq proġetti bilaterali għandhom jiżguraw li x-xogħol tagħhom ikun imfassal b'mod li jkun trasferibbli għal-livell Komunitarju, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn;

il-korp eżistenti tal-liġi Komunitarja fil-qasam tal-liġi ċivili, b’mod partikolari fil-liġi proċedurali, għandu jsir aktar kompatibbli mal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, speċjalment rigward l-ordni ta' ħlas Ewropew u l-proċedura għal talbiet żgħar, ir-Regolament dwar ix-Xhieda Ċivili (10) u s-soluzzjoni alternattiva ta’ kwistjonijiet, u għandha tittieħed azzjoni fl-oqsma ta’ atti elettroniċi u t-trasparenza tal-assi tad-debituri; l-għan għandu jkun dak ta' proċeduri ċivili iktar sempliċi, orħos u iktar rapidi f'kawżi transkonfinali;

għodod elettroniċi bħas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar Rekords Kriminali (ECRIS) u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għandhom jiġu żviluppati aktar;

108.

Iqis li l-e-Ġustizzja għandha tissimplifika l-aċċess taċ-ċittadini għall-assistenza legali, tqassar il-proċeduri ġudizzjarji u ttejjeb l-effiċjenza tal-proċess ġudizzjarju, u għaldaqstant jappella sabiex il-portal futur tal-e-Ġustizzja jkun fih aċċess għall-bażijiet tad-data legali, rimedji elettroniċi ġudizzjarji u mhux, sistemi intelliġenti mfassla biex jgħinu liċ-ċittadini jsibu kif għandhom jittrattaw problemi legali u reġistri komprensivi u direttorji tal-professjonisti legali u gwidi sempliċi għas-sistema legali ta' kull Stat Membru;

109.

Iqis li l-portal għandu jkun ukoll imfassal għall-użu bħala għodda mill-imħallfin, l-uffiċjali tal-qorti, uffiċjali tal-Ministeri nazzjonali tal-Ġustizzja u avukati prattikanti, li kollha kemm huma jkunu intitolati għall-aċċess sikur għall-parti rilevanti tal-portal; jitlob li din il-parti tal-portal tkun tippermetti komunikazzjoni sikura, vidjokonferenzi u skambju ta' dokumenti bejn il-qrati u bejn il-qrati u l-partijiet għall-proċedimenti (żmaterjalizzazzjoni tal-proċedimenti), sabiex titħalla ssir il-verifika ta' firem elettroniċi u jkun hemm dispożizzjoni għal sistemi ta' verifika xierqa, u li toffri mezz ta' skambju ta' informazzjoni;

110.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni futura kollha fil-qasam tal-liġi ċivili tkun imfassla b'tali mod li tista' tintuża fl-applikazzjonijiet fuq l-internet li jeħtieġu li jimtela ammont minimu ta' test liberu; jistieden azzjoni biex ikun żgurat li, fejn meħtieġ, ikun hemm għajnuna onlajn fil-lingwi uffiċjali kollha u jkunu disponibbli servizzi ta' traduzzjoni elettronika onlajn; bl-istess mod, fejn hemm il-ħtieġa tal-provvediment tan-notifika ta' dokumenti, għandha ssir dispożizzjoni biex jiġi żgurat li d-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati u l-komunikazzjonijiet magħmula permezz tal-posta elettronika u l-firem pprovduti elettronikament u, fejn ikun hemm bżonn ta' xhieda orali, l-użu ta' vidjokonferenzi għandu jiġi inkoraġġit; iqis, barra minn hekk, li l-proposti futuri kollha għandhom jinkludu dikjarazzjoni mmotivata mill-Kummissjoni li twettqet verifika ta' kemm hi faċli li tintuża s-sistema tal-e-Ġustizzja;

111.

Jappella sabiex l-ECRIS tagħti post prominenti lil preċedenti ta' vjolenza abbażi tas-sess;

Prijoritajiet tal-ġustizzja kriminali

112.

Jitlob għall-ħolqien ta’ żona ta’ ġustizzja kriminali tal-UE bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, u l-ħtieġa li tinżamm il-koerenza tas-sistemi nazzjonali tal-liġi kriminali, li għandha tiġi żviluppata permezz ta’:

strument legali ambizzjuż dwar is-salvagwardji proċedurali fi proċeduri kriminali, bbażat fuq il-preżunzjoni tal-innoċenza, li tagħti effett sħiħ lid-drittijiet tad-difiża,

qafas legali sod li jiżgura l-prinċipju bażiku ta' ne bis in idem u li jiffaċilita t-trasferiment ta' proċedimenti kriminali bejn l-Istati Membri u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' ġurisdizzjoni, b'livell għoli ta' garanziji u drittijiet tad-difiża, u li jiżgura aċċess effettiv għal dawn id-drittijiet u għall-mekkaniżmi legali ta’ rimedju,

qafas legali komprensiv li joffri lill-vittmi tal-kriminalità, b'mod partikolari l-vittmi tat-terroriżmu, tal-kriminalità organizzata, tat-traffikar ta’ persuni u l-vjolenza abbażi tas-sess, l-akbar protezzjoni possibbli, inkluż kumpens adegwat, li għandu jingħata fil-livell tal-Istat Membru,

qafas legali komuni li joffri l-akbar protezzjoni lix-xhieda,

standards minimi għall-kundizzjonijiet fil-ħabs u kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u sett komuni ta' drittijiet tal-priġunieri fl-UE, inklużi regoli xierqa għall-kumpens għall-persuni detenuti jew ikkundannati inġustament, imsaħħa mill-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi dwar ir-ritorn ta' ċittadini kkundannati tagħhom, l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (11), u l-provvediment ta' biżżejjed finanzjament mill-UE kemm għall-kostruzzjoni, fil-kuntest tal-pjanijiet tas-sigurtà reġjonali, ta' faċilitajiet ta' detenzjoni ġodda fl-Istati Membri affettwati mill-iffullar fil-ħabsijiet u kemm għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' risistemazzjoni soċjali;

l-adozzjoni ta' strument leġiżlattiv Ewropew li jippermetti li l-profitti u l-assi ta' organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali jiġu kkonfiskati u użati mill-ġdid għal skopijiet soċjali,

strument legali komprensiv dwar it-teħid u l-ammissibilità ta’ evidenza fi proċedimenti kriminali,

miżuri li jiżguraw għajnuna legali permezz ta' allokazzjonijiet baġitarji suffiċjenti, u

miżuri għall-ġlieda kontra l-vjolenza, partikolarment il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal;

113.

Jenfasizza li x-xogħol dwar l-immigrazzjoni illegali għandu jqis l-isforzi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u bl-ebda mod m'għandu jitħalla jippenalizza lill-vittmi tal-kriminalità partikolarment vulnerabbli, speċjalment in-nisa u tfal, jew li jipperikola d-drittijiet tagħhom;

114.

Jenfasizza li waħda minn kull erba' nisa fl-Ewropa kienet jew hija suġġetta għall-vjolenza maskili; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tikkonsolida l-bażi ġuridika fi ħdan l-istruttura attwali tal-UE sabiex ikun żgurat li l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa jkunu ttrattati permezz ta' definizzjoni wiesgħa u bbażata fuq il-ġeneru tal-vjolenza fuq in-nisa; jitlob li, abbażi ta' din il-bażi legali, jitressqu direttiva u Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar il-vjolenza kontra n-nisa, li jiżguraw il-prevenzjoni tal-vjolenza, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prosekuzzjoni ta' min iwettaq ir-reat; jistieden lill-Istati Membri sabiex iqisu b’mod xieraq iċ-ċirkustanzi speċjali tal-immigranti nisa, l-aktar tal-bniet u n-nisa żgħażagħ li huma integrati sew fl-UE (ħafna drabi b'ċittadinanza doppja), u li, f’relazzjonijiet familjari jew intimi, huma vittmi ta’ ħtif, qfil illegali, vjolenza fiżika u abbuż psikoloġiku minħabba raġunijiet ta’ reliġjon, kultura jew tradizzjoni, u sabiex jiżguraw li jiġu adottati miżuri li jagħtu aċċess effettiv għall-mekkaniżmi ta’ għajnuna u ta’ protezzjoni;

115.

Jinsisti li l-kwistjoni rigward is-sessi titqies fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-politika kontra t-traffikar tal-persuni;

Strateġija ta' sigurtà koerenti u b'diversi livelli: Ewropa li tipproteġi ċ-ċittadini tagħha (‘Il-ġlieda kontra l-kriminalità filwaqt li jkunu ggarantiti d-drittijiet taċ-ċittadini’)

116.

Jikkritika n-nuqqas ta' pjan ġenerali komprensiv li jistipula l-objettivi u l-arkitettura ġenerali tal-istrateġija tas-sigurtà u tal-ġestjoni tal-fruntieri, u jikkritika n-nuqqas ta' dettalji li juru kif il-programmi u l-iskemi relatati kollha (kemm dawk diġà fis-seħħ, kif ukoll dawk li għadhom qed jitħejjew u dawk li qegħdin fl-istadju tal-iżvilupp tal-politika) mistennija jaħdmu flimkien u kif jistgħu jittejbu r-rabtiet ta' bejniethom; huwa tal-fehma li, meta tqis l-arkitettura tal-istrateġija tas-sigurtà u tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE, il-Kummissjoni qabel xejn għandha tanaliżża l-effettività tal-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex issawwar l-aqwa sinerġiji bejniethom;

117.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li azzjoni tal-UE fil-ġejjieni f'dan il-qasam tirrispetta bis-sħiħ l-importanza primarja tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u toħloq bilanċ tajjeb bejn is-sigurtà u l-libertà, u li dan l-objettiv jiġi monitorjat u razzjonalizzat b'mod adegwat; jemmen bis-sħiħ fil-primat tal-istat tad-dritt, fl-iskrutinju ġudizzjarju effettiv, fir-rimedji effettivi indipendenti u fir-responsabilità;

118.

Huwa impenjat, fi ħdan il-qafas istituzzjonali l-ġdid definit mit-Trattat ta' Lisbona, li jaħdem flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill sabiex jiffokaw fuq il-promozzjoni tal-libertà taċ-ċittadini tal-UE filwaqt li jiżviluppaw il-qafas legali tal-UEfi kwistjonijiet kriminali; iqis, tabilħaqq, li l-ħtieġa li ċ-ċittadini jitħarsu mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għandha tkun appoġġjata minn għodod leġiżlattivi u operazzjonali effettivi, filwaqt li titqies id-dimensjoni globali ta' dawn il-fenomeni, u tiġi elaborata f’leġiżlazzjoni ċara li tagħti liċ-ċittadini tal-UE l-possibilità li jgawdu mid-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jikkontestaw regoli sproporzjonati u vagi u l-implimentazzjoni ħażina tar-regoli;

119.

Iqis li l-Istati Membri għandhom jeżaminaw sa liema punt jista' jinħoloq qafas legali tal-UE fi kwistjonijiet kriminali;

120.

Jistieden lill-UE biex tirrikonoxxi d-dinjità, il-kuraġġ u t-tbatija tal-vittmi indiretti tat-terroriżmu u jenfasizza li l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-vittmi tat-terroriżmu u sussegwentement li jingħataw kumpens ekonomiku għandhom ikunu prijorità; jagħraf il-vulnerabilità mill-akbar tan-nisa bħala vittmi indiretti tat-terroriżmu;

121.

Jitlob li jiġi adottat qafas komprensiv li joffri lill-vitmi ħarsien u kumpens xierqa, speċifikament permezz tal-adozzjoni ta' abbozz ta' deċiżjoni ta' qafas li temenda l-istrumenti eżistenti dwar il-protezzjoni tal-vittmi; iqis li hija ta' importanza fundamentali li jiġi żviluppat approċċ konġunt b'rispons konsistenti u msaħħaħ għall-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-vittmi kollha, li jiżgura li l-vittmi jkunu ttrattati ta' vittmi u mhux ta' kriminali;

122.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-appoġġ għall-vittmi ta’ reati, inklużi nisa suġġetti għal vjolenza u fastidju sesswali, bħala kwistjoni prijoritarja għall-Presidenza Svediża; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex fil-Programm ta’ Stokkolma jdaħħal strateġija Ewropea komprensiva bil-għan li teradika l-vjolenza fuq in-nisa, li tinkludi miżuri ta' prevenzjoni (bħat-trawwim tal-kuxjenza dwar il-vjolenza maskili fuq in-nisa), politiki dwar il-protezzjoni tal-vittmi inkluża taqsima speċifika dwar id-drittijiet tal-vittmi ta’ reati, u t-tisħiħ tal-appoġġ għall-vittmi ta’ reati, l-aktar għall-bniet u t-tfajliet li dejjem aktar qed jisfaw vittmi ta’ reati sinifikanti, u miżuri konkreti biex min iwettaq reat jittella' l-qorti; jistieden lill-Presidenza Spanjola biex, matul il-mandat tagħha, timplimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni stipulat fil-Programm ta' Stokkolma kif ukoll biex tagħti rapport lill-Parlament kull xahar dwar il-progress li jkun sar;

123.

Iqis li l-għan ta' Ewropa sikura hu wieħed leġittimu u jaqbel li huwa importanti li kontinwament tiġi żviluppata u msaħħa l-politika komuni tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-persuni u l-isfruttament sesswali;

124.

Jappella għall-iżvilupp ta' strateġija trans-Ewropea komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li tgħaqqad l-isforzi u r-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-aġenziji speċjalizzati tal-UE u n-netwerks ta' skambju ta' informazzjoni; jenfasizza f'dan il-punt li l-kriminalità ekonomika organizzata, bħall-kuntrabandu tat-tabakk, tirriżulta f'telf fid-dħul li jkompli jżid mas-sitwazzjoni diġà gravi tal-finanzi pubbliċi ta' bosta Stati Membri tal-UE u jitlob għall-adozzjoni urġenti ta' miżuri preventivi effettivi;

125.

Jemmen li aktar azzjoni kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu għandha tkun orjentata aktar lejn il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u għandha tipprovdi protezzjoni adegwata tax-xhieda, inċentivi għal dawk li jikkoperaw fl-iżmantellar ta' netwerks terroristiċi, u politiki ta' prevenzjoni u integrazzjoni li jindirizzaw partikolarment individwi li jappartjenu għall-kategoriji ta' riskju kbir bi prijorità fiċ-ċirkustanzi kollha għall-miżuri etiċi ta' prevenzjoni fuq livell ekonomiku u soċjali u miżuri ta' kumpens u riparazzjoni għall-vittmi tat-terroriżmu;

126.

Iqis li huwa partikolarment importanti li l-UE tagħmel sforz serju biex tiffaċċja t-traffikar tal-persuni, li huwa problema li qiegħda dejjem tikber, li t-traffikar irid jiġi miġġieled kemm barra u kemm ġewwa l-UE u li għandha ssir analiżi fuq bażi ta' sess tal-proposti kollha għall-miżuri; iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jindirizzaw b'mod partikolari d-domanda għal servizzi mill-vittmi tat-traffikar tal-persuni billi jintroduċi penali, miżuri edukattivi u kampanji biex titqajjem kuxjenza; iqis li, peress li t-traffikar tal-persuni għal skopijiet sesswali jikkostitwixxi l-parti l-kbira ta' dan ir-reat f'termini assoluti (79 % skont id-data tan-NU), ir-relazzjoni bejn id-domanda għax-xiri ta' dawn is-servizzi u t-traffikar tal-persuni għandha tkun ċara u rikonoxxuta u li, jekk id-domanda għax-xiri ta' servizzi sesswali tkun ikkontrollata, it-traffikar tal-persuni wkoll jitnaqqas;

127.

Jitlob li jkunu promossi t-trasparenza u l-integrità u li ssir ġlieda iktar b'saħħitha kontra l-korruzzjoni bbażata fuq pjan orjentat lejn l-objettivi u fuq evalwazzjoni perjodika tal-miżuri kontra l-korruzzjoni meħuda mill-Istati Membri, b'mod partikolari l-infurzar ta' strumenti li ġew żviluppati mill-UE nnifisha, b'attenzjoni speċjali fuq il-korruzzjoni transkonfinali; jitlob ukoll l-iżvilupp ta' politika komprensiva kontra l-korruzzjoni u għar-reviżjoni perjodika tal-infurzar tagħha;

128.

Jitlob l-appoġġ attiv għall-monitoraġġ tal-korruzzjoni u tal-integrità mis-soċjetà ċivili, kif ukoll tal-impenn taċ-ċittadini kontra l-korruzzjoni, mhux biss billi l-konsultazzjonijiet dwar il-politika jinfetħu biex jinkluduhom u jkunu stabbiliti mezzi diretti ta' komunikazzjoni, iżda wkoll billi jkunu allokati riżorsi u programmi biex ikun żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jużaw l-ispazji pprovduti lilhom faċilment;

129.

Jefasizza ż-żieda fis-serq ta’ identità u jħeġġeġ sabiex tinħoloq strateġija komprensiva tal-UE li tiġġieled il-kriminalità fuq l-internet f’dan il-qasam, li tkun żviluppata b'koperazzjoni ma' fornituri tas-servizzi tal-internet u organizzazzjonijiet tal-utenti, kif ukoll il-ħolqien ta' desk tal-UE li toffri għajnuna għall-vittmi tas-serq tal-identità u l-frodi tal-identità;

130.

Jitlob kjarifika tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u l-qafas legali applikabbli għall-ispazju ċibernetiku sabiex jippromwovi l-investigazzjonijiet transkonfinali u l-ftehimiet ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-operaturi, b'mod partikolari għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal fuq l-internet;

131.

Jappella għal politiki aktar effettivi u aktar orjentati lejn ir-riżultati biex tkun implimentata aktar il-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, billi l-Europol u l-Eurojust ikunu assoċjati aktar sistematikament fl-investigazzjonijiet, b'mod partikolari f'każijiet ta' kriminalità organizzata, frodi, korruzzjoni u reati serji oħra li jipperikolaw b’mod gravi s-sigurtà taċ-ċittadini u l-interessi finanzjarji tal-UE;

132.

Jappella għall-pubblikazzjoni annwali ta' rapport komprensiv dwar il-kriminalità fl-UE, rapporti konsolidati relatati ma' oqsma speċifiċi bħall-evalwazzjoni tat-theddida tal-kriminalità organizzata u r-rapport annwali tal-Eurojust, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ interdixxiplinari u strateġija komprensiva għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u tar-reati transkonfinali, bħat-traffikar tal-persuni u l-kriminalità fuq l-internet, u għall-ġlieda kontrihom;

133.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoperaw mill-qrib sabiex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u l-lezzjonijiet li tgħallmu fil-qasam tal-politiki kontra r-radikalizzazzjoni; iqis f'dan ir-rigward li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma f’pożizzjoni ideali sabiex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-polarizzazzjoni u għalhekk jitlob għall-involviment tagħhom fit-tfassil ta' strateġiji kontra t-terroriżmu;

134.

Jappella għall-inkoraġġiment tal-koperazzjoni bejn il-pulizija tal-Istati Membri permezz tal-promozzjoni ta' għarfien u fiduċja reċiproċi, tat-taħriġ komuni u l-ħolqien ta' timijiet konġunti għall-koperazzjoni tal-pulizija u programm ta' skambju tal-istudenti f'koperazzjoni mal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija;

135.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjonibiex b'mod urġenti jsibu rimedju għas-sitwazzjoni legali li rriżultat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet rispettivi rigward it-tqegħid ta' individwi u organizzazzjonijet fuq il-listi s-suwed tat-terroriżmu (blacklisting), b'mod partikolari l-każ Kadi (12), u waqt lijagħmlu dan, iqisu bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali ta' dawk ikkonċernati, inkluż id-dritt għal proċess xieraq u għal rimedju;

136.

Jappella għal titjib fl-ECRIS, sabiex isir possibbli li jkun evitat li wieħed iwettaq l-istess reat fi Stati Membri differenti, b'mod partikolari rigward l-offiżi kontra t-tfal;

137.

B'mod partikolari jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibda diskussjonijiet u konsultazzjonijiet minn kmieni mal-partijiet interessati, inkluża s-soċjetà ċivili, dwar l-aspetti kollha relatati mal-ħolqien ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew għall-ġlieda kontra reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 86 tat-TFEU;

138.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ strateġija ta' sigurtà Ewropea komprensiva, ibbażata fuq pjanijiet ta' sigurtà tal-Istati Membri, prinċipju ta' solidarjetà iktar b'saħħtu u evalwazzjoni oġġettiva tal-valur miżjud tal-aġenziji tal-UE, tan-netwerks u tal-iskambji tal-informazzjoni; bi ħsiebu jsegwi mill-qrib, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Kunsill fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna tal-UE;

139.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġiji ta' sigurtà li jkunu applikabbli għall-aspetti interni u esterni tal-kriminalità u t-terroriżmu organizzati fuq livell internazzjonali; jinsisti li l-UE għandha tadatta approċċ iżjed integrat għall-Politika tas-Sigurtà u tad-Difiża Ewropea u għall-ġustizzja u l-affarijiet interni;

140.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jevalwaw u jirrivedu l-liġijiet u l-politiki internazzjonali, Ewropej u nazzjonali attwali dwar id-droga u biex jippromwovu politiki ta' tnaqqis tal-ħsara, prevenzjoni u rkupru b'mod partikolari fid-dawl tal-konferenzi dwar dawn il-kwistjonijiet li saru fil-livell tan-NU;

Entitajiet u aġenziji operattivi u għodod tekniċi

141.

Jagħti importanza kbira lit-tisħiħ tal-Eurojust u l-Europol u impenja ruħu li jieħu sehem bis-sħiħ flimkien ma’ parlamenti nazzjonali sabiex jiddefinixxi, jevalwa u jikkontrolla l-attività tagħhom, b'mod partikolari bl-għan li jiġu esplorati l-possibbiltajiet li jsir progress biex jinħoloq uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

142.

Jistqarr li l-isforzi fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji u ekonomiċi għandhom jitkomplew u jkunu msaħħa; jistqarr li, f’dan il-kuntest, hu partikolarment importanti li jkun protett l-euro, bħala simbolu tal-Unjoni, jistqarr li l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-konsolidament u t-tisħiħ tal-Programm Pericles għandhom ikunu fost l-għanijiet prinċipali tal-UE;

143.

Jappella għar-reviżjoni tad-Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali (13), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (14) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (15);

144.

Jitlob għal kooperazzjoni aktar mill-qrib u fil-fond bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-aġenziji Ewropej u timijiet operattivi konġunti permezz ta' netwerks speċjalizzati (bħas- SIS II, il-VIS, is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, il-Eurodac – is-sistema għat-tqabbil ta' marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin –u n-netwerks ġudizzjarji) u għal kooperazzjoni speċifika bejn is-servizzi ta’ intelliġenza u tal-pulizija fil-livell nazzjonali u Ewropew fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; iqis li għandha tkun garantita koperazzjoni aktar effettiva bejn il-pulizija Ewropea, fost il-pajjiżi terzi kollha u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bis-salvagwardji xierqa li jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni ta' data personali;

145.

Jikkundanna n-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tas- SIS II u tal-VIS, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li t-tħejjijiet fuq il-livelli rispettivi tagħhom ikunu rrinfurzati sabiex jiġi evitat li jkun hemm iżjed dewmien;

146.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati arranġamenti amministrattivi effiċjenti, sostenibbli u sikuri għal sistemi Ewropej tal-IT importanti bħas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, u b'hekk jiġi żgurat li r-regoli kollha applikabbli għal sistemi bħal dawn, fir-rigward tal-iskop u d-drittijiet ta' aċċess kif ukoll tad-dispożizzjonijiet ta' sigurtà u ta' ħarsien tad-data, ikunu implimentati bis-sħiħ; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li huwa essenzjali għall-UE li jkollha sett ta' regoli uniformi u komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data personali;

147.

Ifakkar li f'ċerti oqsma, il-ħolqien ta' aġenziji, pereżempju, l-FRA, l-Eurojust, l-Europol, il-Frontex u l-EASO, kien utli ħafna għat-twaqqif ta' AFSJ; iqis li, minħabba li x-Schengen hija l-qalba tal-AFSJ, huwa fundamentali u vitali li tinħoloq aġenzija Ewropea għall-ġestjoni ta' sistemi ta' informazzjoni sostanzjali dwar dan il-qasam, jiġifieri s-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, għaliex din hija l-aktar soluzzjoni affidabbli;

148.

Jiddeplora l-fatt li t-Trattat ta’ Lisbona se jidħol fis-seħħ mingħajr ma l-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu ħejjew b’mod adegwat il-miżuri meħtieġa għal 'bidu ġdid’ fil-qasam tal-AFSJ; jindika li, kuntrarjament għal dak li sar fil-qasam ESDP, l-aktar dwr is-Servizz għall-Azzjoni Esterna, ma sar l-ebda xogħol ta’ tħejjija bil-għan li jiġu implimentati l-bażijiet legali dwar it-trasparenza (Artikolu 15 TFEU), il-protezzjoni tad-dejta (Artikolu 16 TFEU) u n-non-diskriminazzjoni (Artikolu 18 TFEU), u li l-eżitu ta’ din is-sitwazzjoni għandu mnejn ikun żmien twil ta’ inċertezza legali li taffettwa lill-AFSJ b’mod partikolari; jitlob lill-Kummissjoni, in vista ta’ dan kollu u b’riferiment għall-Artikolu 265 tat-TFUE, tippreżenta dan li ġej skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja qabel l-1 ta’ Settembru 2010:

proposta għal qafas leġiżlattiv li jiddelinea l-involviment tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-valutazzjoni tal-politiki AFSJ u tal-aġenziji involuti f'livell Ewropew (inklużi l-awtoritajiet Schengen, l-Europol, l-Eurojust, il-Frontex u l-EASO);

mandat rivedut l-FRA, li jkun ikopri, fost ħwejjeġ oħrajn, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwestjonijiet kriminali;

proposta leġiżlattiva li timplimenta l-Artikolu 16 tat-TFEU u l-Artikolu 39 tat-TUE, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni tad-dejta fejn jidħlu kwestjonijiet ta' sigurtà, u, fl-istess waqt, li twessa’ l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta mill-istituzzjonijiet tal-UE;

qafas legal revedut għall-Europol u l-Eurojust biex jinġiebu in linja mal-qafas legali l-ġdid tal-UE;

Kwistjonijiet urġenti

149.

Jitlob lill-Kummisjoni biex tipproponi immedjatament il-konsolidazzjoni tal-1,200 miżura differenti adottati fl-AFSJ mill-1993 sabiex tiddaħħal il-koerenza f'dan il-qasam tal-politika, waqt li jittieħed kont tal-missjonijiet u r-rwoli ġodda tal-Unjoni, kif ukoll tal-qafas legali ġdid li joffri t-Trattat ta' Lisbona, li għandu jibda bl-oqsma kkunsidrati bħala prijoritarji bi qbil mal-Parlament Ewropew; ifakkar lill-Kummissjoni li l-Parlament se jevalwa l-impenji tagħha dwar dan matul is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji li se jsiru dalwaqt; jitlob lill-Kummissjoni għalhekk li tiddikjara b’mod ċar, fuq bażi każ każ, liema proposti beħsiebha tikkodifika jew tipproponi mill-ġdid, u jirriżerva l-jedd li jagħmel użu sħiħ mis-setgħa tiegħu li jemenda l-leġiżlazzjoni; iqis li l-qafas legali ġdid tal-AFSJ għandu jingħata prijorità fuq il-ħtieġa għall-kontinwità jew konsolidament tal-leġiżlazzjoni li tfasslet f’qafas kostituzzjonali differenti ħafna;

150.

Jisħaq li, b’mod partikolari għall-proposti leġiżlattivi marbutin mal-AFSJ, il-proċess ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet għandu, mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ikun trasparenti u jimxi mar-regoli dwar:

il-perijodu ta’ tmien ġimgħat li matulu l-parlamenti nazzjonali jistgħu jivverifikaw l-ottemperanza mal-kriterju tas-sussidjarjetà,

l-opt-ins/opt-outs speċifiċi mogħtijin lil xi pajjiżi (ir-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka),

il-poter delegat ġdid (Artikolu 290 TFEU) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni li hemm disposti fl-Artikolu 291 TFEU, li bħalissa ma għandhom l-ebda bażi legali;

Huwa tal-fehma li, fil-każijiet fejn proċedura leġiżlattiva ngħatat bidu taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Nizza fejn hija prevista konsultazzjoni sempliċi tal-Parlament, kif inhu l-każ f'bosta oqsma tal-AFSJ, u fejn l-opinjoni tal-Parlament ingħatat, il-proċedura leġiżlattiva għandha terġa' tibda skont it-Trattat ta' Lisbona fl-ewwel qari sabiex il-Parlament jingħata l-opportunitàjesprimi l-opinjonijiet tiegħu konxju tal-prerogattivi tiegħu;

151.

Jisħaq li, kuntrarjament għal ma ntqal fl-abbozz tal-Programm ta' Stokkolma tal-Presidenza, meta id-drittijiet fundamentaliikunu nvoluti, hija l-politika esterna tal-UE li għandha tottempera ruħha mal-qafas legali intern tal-UE u mhux bil-kontra; jitlob li jkun infurmat minnufih dwar in-negozjati ppjanati jew pendenti dwar ftehimiet internazzjonali li jolqtu l-AFSJ, b'mod partikolari dawk imsejsin fuq l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat tal-UE kurrenti; iqis li għandha tingħata prijorità speċjali lill-formulazzjoni, qabel is-samit li ġej bejn l-UE u l-Istati Uniti, ta’ strateġija komuni koerenti għar-relazzjonijiet futuri mal-Istati Uniti b'rabta mal-AFSJ, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-segwenti ftehimiet pendenti:

dak li għamlet il-Komunità s’issa fil-qasam tal-ftehima għat-tneħħija tal-viża ESTA,

il-ftehima dwar ir-reġistri UE-Stati Uniti għall-ismijiet ta’ passiġġieri,

il-ftehima UE-Stati Uniti dwar l-aċċess għad-dejta finanzjarja (SWIFT) b'referenza debita riferiment għall-ftehimiet tal-UE-Stati Uniti dwar l-assistenza legali reċiproka u l-estradizzjoni,

il-qafas UE-Stati Uniti għall-protezzjoni tad-dejta skambjata għal finijiet ta’ sigurtà;

152.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissimplifika l-programmi finanzjarji stabbiliti biex jappoġġjaw il-ħolqien tal-AFSJ, u tagħmilhom aktar aċċessibbli; f'dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa għal solidarjetà finanzjarja fit-tħejjija ta' perspettivi finanzjarji ġodda;

153.

Jirriżerva d-dritt li jerġa' jressaqproposti speċifiċi meta jiġi kkonsultat dwar il-programm ta’ azzjoni leġiżlattiva;

154.

Jappella għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u l-evalwazzjoni tal-programm ta' Stokkolma sal-bidu tal-2012;

*

* *

155.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 267, 14.10.1991, p. 33.

(2)  ĠU C 273 E, 14.11.2003, p. 99.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0352.

(4)  Testi Adottati P6_TA(2009)0386.

(5)  Suġġett għall-Artikolu 10 tal-Protokoll 36 dwar dispożizzjonijiet transitorji u l-Artikolu 276 TFEU.

(6)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.

(7)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(8)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40)

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-kompetenza, l-għarfien, u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).

(10)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p.1).

(11)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27.

(12)  Kawżi konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Kadi and Al Barakaat International Foundation v il-Kunsill u l-Kummissjoni [2008] ECR I-6351.

(13)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(14)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(15)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/35


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
Is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja

P7_TA(2009)0091

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja qabel it-Tmien Konferenza Ministerjali tal-Kummerċ tal-Euromed – Brussell – id-9 ta' Diċembru 2009

2010/C 285 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona adottata matul l-ewwel Konferenza Ministerjali tas-27 u tat-28 ta' Novembru 1995 li stabbiliet sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran (SEMCs),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2003, bit-titlu “It-Tkabbir tal-Ewropa – Viċinanza: Qafas Ġdid għar-Relazzjonijiet mal-Ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħna” (COM(2003)0104), id-dokument ta' strateġija tagħha dwar Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tat-12 ta' Mejju 2004 (COM(2004)0373), il-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2004 dwar il-proposti tagħha għal pjanijiet ta' azzjoni taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (COM(2004)0795), il-pjanijiet ta' azzjoni għall-Iżrael, il-Ġordan, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, it-Tuneżija u l-Libanu, u r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (1),

wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u t-Tuneżija (2), l-Iżrael (3), il-Marokk (4), il-Ġordan (5), l-Eġittu (6), il-Libanu (7) u l-Alġerija (8), min-naħa l-oħra, u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Organiżżazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) (għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana) (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali (10),

wara li kkunsidra l-ftehim ta' kummerċ ħieles, magħruf bħala l-Ftehim ta' Agadir, iffirmat mill-Ġordan, l-Eġittu, it-Tuneżija u l-Marokk fil-25 ta' Frar 2004,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenzi Ministerjali Ewro-Mediterranji u tal-Konferenzi Ministerjali Settorjali li saru wara t-tnedija tal-Proċess ta' Barċellona, speċjalment il-konklużjonijiet tas-Sitt Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Kummerċ li saret f'Lisbona fil-21 ta' Ottubru 2007 u s-Seba' Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Kummerċ li saret f'Marsilja fit-2 ta' Lulju 2008,

wara li kkunsidra l-Laqgħa Għolja ta' Pariġi għall-Mediterran tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern Ewro-Mediterranji tat-13 ta' Lulju 2008, li ħoloq l-Unjoni għall-Mediterran (UfM),

wara li kkunsidra l-istudju dwar l-impatt ta' sostenibiltà(SIA) taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja (FTA) imħejji mill-Istitut għall-Politika u għat-Tmexxija tal-Iżvilupp tal-Università ta' Manchester,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tas-Samit tal-Euromed tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili li saret f'Alessandrija fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2009,

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Uffiċjali Għolja tal-Kummerċ Ewro-Mediterranji tal-11 ta' Novembru 2009 fi Brussell,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-politika Mediterranja tal-UE, b'mod partikoalri dik tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-bini ta' żona Ewro-Mediterranja ta' kummerċ ħieles (11) u dik tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Konferenza ta' Barċellona tal-1995 tat bidu għal proġett ambizzjuż ħafna, jiġifieri l-ħolqien ta' rabtiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali ġodda u aktar mill-qrib bejn ix-xtut tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran, u billi l-proġett għadu 'l bogħod milli jkun komplut,

B.

billi l-proċess tat-twaqqif tal-UfM, li huwa maħsub biex jerġa' jagħti ħajja ġdida lill-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranju permezz ta' proġetti konkreti u viżibbli, għadu għaddej;billi ma kienx hemm laqgħat tal-Euromed skedati bejn Jannar u Lulju 2009 minħabba l-kunflitt fil-medda ta' Gaża,

C.

billi l-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ewromed li kellha ssir f'Istanbul fl-24 u l-25 ta' Novembru 2009 kellha tiġi posposta minħabba bojkott mill-istati Għarab, li pprotestaw kontra l-pożizzjoni tal-Iżrael fil-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani,

D.

billi l-UE ffirmat ftehimiet ta' assoċjazzjoni ma' sħabha kollha tan-Nofsinhar tal-Mediterran, bl-eċċezzjoni tas-Sirja u l-Libja; billi n-negozjati mas-Sirja għal ftehim ta' assoċjazzjoni ġew konklużi, iżda l-iffirmar tiegħu ġie pospost mis-Sirja, u billi l-Kummissjoni bdiet negozjati mal-Libja,

E.

billi l-approċċ bilaterali, li hu komponent ta' proċessi bħal dawn u konsegwenza tad-differenzi kulturali, soċjali, ekonomiċi u politiċi speċifiċi bejn il-pajjiżi involuti, għandu jitmexxa u jkun appoġġat b'viżjoni aktar globali u bi pjan għar-relazzjonijiet fost is-sħab differenti u għaldaqstant għandu jkollu miegħu approċċ reġjonali,

F.

billi ż-żewġ xtut tal-Mediterran għadhom jippreżentaw stampa tabilħaqq asimmetrika f'termini ekonomiċi, soċjali u demografiċi, b'tali mod li juru l-qabża fl-għana li tinsab fl-għerq tal-instabbiltà u l-pressjonijiet migratorji u ambjentali fir-reġjun; billi hemm differenzi sinifikanti f'termini ta' żvilupp bejn il-pajjiżi Mediterranji; billi aktar minn 30 % tal-popolazzjoni fil- SEMCs jgħixu b'anqas minn USD 2 kuljum,

G.

billi l-ekonomiji tal-SEMCs jiddependu ħafna mill-kummerċ barrani; billi madwar 50 % tal- flussi kummerċjali tagħhom huma lejn l-UE, minkejja li dawn jirrappreżentaw biss 8 % tal-kummerċ barrani tal-UE, b'bilanċ pożittiv għall-UE; billi l-istrutturi ta' esportazzjoni tal-SEMCs għandhom diversifikazzjoni dgħajfa u dawn il-pajjiżi jibqgħu speċjalizzati f'setturi li ma tantx iwasslu għat-tkabbir,

H.

billi l-UE hija investitur barrani maġġuri fir-reġjun, imma l-investimenti diretti barranin (FDIs) għadhom baxxi ħafna meta mqabbla ma' partijiet oħra tad-dinja, u billi hemm differenzi kbar bejn pajjiż u ieħor f'dak li jirrigwarda l-kapaċità li tattira l-FDIs,

I.

billi l-integrazzjoni ekonomika reġjonali Nofsinhar-Nofsinhar għadha 'l bogħod milli tintlaħaq u l-flussi kummerċjali huma sottożviluppati u jirrapreżentaw biss 6 % tal-kummerċ globali tal-SEMCs,

J.

billi din is-sitwazzjoni jista' jkollha effetti ta' ħsara kbira fuq il-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranju, u fuq is-sigurtà tal-ikel u s-sovranità tal-SEMCs b'mod partikulari, billi tkabbar l-effetti tal-konċentrazzjoni kummerċjali, bħad-dipendenza minn esportazzjoni fl-UE ta' ftit prodotti - fil-biċċa l-kbira tagħhom agrikoli - filwaqt li żżid il-ħtieġa tal-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel bażiċi, u għalhekk dis-sitwazzjoni mhijiex ta' benefiċċju għall-SEMCs u l-impriżi tagħhom,

K.

billi l-SEMCs għandhom ineħħu kull ostaklu politiku u ekonomiku li bħalissa qiegħed ifixkel il-proċess ta' integrazzjoni fiz-zona kollha sabiex ikun hemm kollaborazzjoni aktar fejjieda bejniethom,

L.

billi l-produtturi tat-tessuti, ħwejjeġ u żraben fiż-żewġ xtut tal-Mediterran qegħdin jitilfu ħafna mis-sehem tas-suq tagħhom minħabba l-fatt li s-swieq saru globalizzati u minħabba l-kompetizzjoni qawwija mill-Asja,

M.

billi l-FTA, jekk se jkollha effetti pożittivi veri, għandha tagħti spinta lill-integrazzjoni tal-SEMCs fil-kummerċ internazzjonali u tiżgura d-diversifikazzjoni ekonomika tagħhom, bi qsim ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw, sabiex jintlaħaq l-objettiv ewlieni tas-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja, partikolarment it-tnaqqis tad-differenza fl-iżvilupp bejn ix-xtut tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran,

N.

billi l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja aggravaw l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali li diġà jeżistu fil-pajjiżi sħab, b'mod partikulari fir-rigward tal-problema tal-qgħad; billi huwa fl-interess ta' dawk il-pajjizi u tal-UE li jnaqqsu r-rati tal-qgħad fir-reġjun, u li joffru prospettivi deċenti lill-popolazzjonijiet konċernati, b'mod partikulari lin-nisa, iż-żgħażagħ u lill-popolazzjoni rurali,

1.

Filwaqt li jagħraf li sar ċertu titjib, jiddeplora l-fatt li l-miri ewlenin tas-sħubija Ewro-Mediterranja għadhom 'il bogħod milli jintlaħqu; jenfasizza li s-suċċess ta' dan il-proċess, u tal-FTA b'mod partikolari, li jista' jikkontribwixxi għall-paċi, il-prosperità u s-sigurtà fir-reġjun kollu kemm hu, jesiġi sforz sostnut u konverġenti mill-partijiet kollha, flimkien ma' aktar involviment tas-soċjetà ċivili u tan-nies fiż-żewġ xtut tal-Mediterran;

2.

Jikkunsidra li bosta diffikultajiet, mhux biss ta' natura ekonomika iżda anke ta' natura politika, bħall-kunflitt fil-Lvant Nofsani, kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq il-progress u l-iżvilupp ta' dan il-proċess u tal-FTA b'mod partikolari; jiddeplora l-fatt li, minħabba dawn l-istess raġunijiet politiċi, kienet posposta l-laqgħa ministerjali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Euromed, li kellha ssir f'Istanbul fl-24 u l-25 ta' Novembru 2009, u l-UfM mhix qed tagħmel progress;

3.

Ifakkar fid-definizzjoni fl-UfM ta' proġetti sinifikanti f'setturi strateġiċi, bħall-bini ta' infrastrutturi ġodda, il-kooperazzjoni bejn l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-komunikazzjonijiet u l-isfruttar ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-investiment Ewro-Mediterranju; iħeġġeġ biex jibqgħu jsiru l-laqgħat skedati fil-qafas tal-UfM u li jiġi stabbilit segretarjat permanenti f'Barċellona;

4.

Jikkunsidra li l-ostakli attwali huma sinjal li l-approfondiment tar-relazzjonijiet ekonomiċi jeħtieġlu jimxi id f'id mal-approfondiment tar-relazzjonijiet politiċi; jemmen li integrazzjoni ekonomika u reġjonali ġenwina tista' tintlaħaq biss jekk isir progress konkret fis-soluzzjoni ta' kunflitti eżistenti fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

5.

Jistieden lill-Kummisjoni, lill-Istati Membri u lill-SEMCs sabiex jikkunsidraw l-effetti tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u ambjentali billi jinkorporaw dejjem aktar kwistjonijiet soċjali u ambjentali fis-sħubija ekonomika u kummerċjali; jistieden lill-gvernijiet tal-SEMCs sabiex jimplimentaw politiki ta' protezzjoni soċjali u tal-impjiegi li jkunu konsistenti u effikaċi sabiex itaffu l-effetti tal-kriżi;

6.

Ifakkar f'dan ir-rigward li l-mira tal-FTA ma tistax titkejjel biss f'termini tal-iżvilupp ekonomiku, imma wkoll u fuq kollox, f'termini tal-ħolqien ta' impjiegi; jirrimarka li l-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nisa huwa l-kwistjoni soċjali l-aktar urġenti fil-pajjiżi Mediterranji;

7.

Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni reġjonali tal-SEMCs u taż-żieda tal-kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar; jiddispjaċih li l-koperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar għadha sottożviluppata;

8.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-SEMCs biex jiżviluppaw il-kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar, billi jimxu fuq il-Ftehim ta' Agadir iffirmat mill-Eġittu, il-Ġordan, il-Marokk u t-Tuneżija; jikkunsidra li din il-miżura hija essenzjali għall-integrazzjoni reġjonali; jistieden lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun biex jingħaqdu f'dak il-ftehim biex jiżviluppaw aktar l-inizjattivi ta' żvilupp li l-SEMCs huma mdaħħlin fihom u biex jisfruttaw sinerġiji mal-approfondiment tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji bejn l-SEMCs u l-UE; jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom iwieġbu pożittivament għal talbiet ta' appoġġ tekniku u finanzjarju biex it-tali integrazzjoni ekonomika Nofsinhar-Nofsinhar tiġi promossa;

9.

Jikkunsidra li s-sistema tal-akkumulazzjoni tal-oriġini għandha tissaħħaħ, minħabba li hija għodda doganali siewja biex il-kummerċ fiż-żona jerġa' jieħu l-ħajja, u li r-regoli tal-oriġini għandhom jiġu aġġornati u simplifikati biex jitqiesu l-interessi tas-sħab tal-Euromed;; jistieden lill-ministri tal-kummerċ Ewro-Mediterranji biex japprovaw il-Konvenzjoni reġjonali dwar is-sistema pan-Ewro-Mediterranja tar-regoli tal-oriġini, li twitti t-triq għas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-oriġini, kif ukoll biex jieħdu passi oħra lejn l-implimentazzjoni tas-sistema pan-Ewro-Mediterranja tal-kumulazzjoni tal-oriġini;

10.

Jinnota li l-Ministri tal-Kummerċ Ewro-Mediterranji għandhom jiddiskutu miżuri biex jindirizzaw id-dgħjufija attwali fir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tal-Euromed, Pjan Direzzjonali ġdid għall-Kummerċ Ewro-Mediterranju u mekkaniżmu ġdid għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment fir-reġjun; jilqa' kull inizjattiva komuni biex il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni eżistenti jerġgħu jiġu eżaminati fid-dawl ta' ħtieġijiet u sfidi ekonomiċi ġodda;

11.

Jenfasizza li dawn id-diskussjonijiet għandhom isiru f'kuntest ta' fiduċja u rispett reċiproċi bejn is-sħab kollha biex ikun żgurat li l-SEMCs ikollhom id-dritt jikkontrollaw il-ħeffa li biha jiftħu l-kummerċ tagħhom, u li jikkontrollaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali; ifakkar li n-negozjati dwar l-FTA għandhom ikunu ppjanati fuq bażi komuni u gradwali fil-kuntest ta' sħubija razzjonali u prevedibbli li tirrifletti r-realtajiet soċjoekonomiċi tal-SEMCs;

12.

Jenfasizza li kwalunkwe liberalizzazzjoni ulterjuri fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd għandha tieħu kont tal-ħtieġa li jitħarsu l-prodotti sensittivi, filwaqt li tivvaluta sistematikament l-impatt soċjali tal-proċessi ta' liberalizzazzjoni u tal-istandards tas-saħħa tal-pjanti; jistieden lill-ministri tal-kummerċ tal-Euromed biex jiżguraw li dan il-proċess ikun gradwali, fid-dawl taż-żmien neċessarju biex jimplimentaw riformi ekwi tat-taxxa li jkunu mfassla biex ipattu għat-tnaqqis fid-dħul fiskali relatat mad-dwana; jistieden lis-sħab Ewro-Mediterranji biex jikkunsidraw il-kunċett ta' politika agrikola Ewro-Mediterranja integrata, imsejsa fuq il-komplementarjetà tal-katina tal-forniment u fuq politika tal-ilma vijabbli, filwaqt li l-ħtiġijiet ta' ikel tagħtihom prijorità fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali;

13.

Jikkunsidra li s-settur tas-servizzi huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-SEMCs; jemmen li kull liberalizzazzjoni tas-servizzi għandha ssir fuq bażi maqbula mal-SEMCs, li biha jkollhom id-dritt li jintroduċu gradwalment u jikkontrollaw il-ftuħ tas-setturi sensittivi u vulnerabbli tal-ekonomiji tagħhom; jikkunsidra li għandha ssir distinzjoni bejn is-servizzi kummerċjali u s-servizzi pubbliċi;

14.

Jitlob li l-pjan għal-liberalizzazzjoni tas-settur industrijali jkun aġġustat abbażi tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali f'kull pajjiż, inkluż il-livell tal-qgħad, u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent; jenfasizza li s-sħubija ekonomika u kummerċjali għandha tippromwovi diversifikazzjoni akbar fil-produzzjoni ta' oġġetti industrijali kif ukoll valur miżjud ogħla; jistieden lill-SEMCs biex jistabbilixxu politiki reġjonali li jikkunsidrau r-rwol ta' impriżi żgħar ħafna u SMEs;

15.

Jinnota li l-produtturi Ewro-Mediterranji tat-tessuti jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fil-kuntest tal-kompetizzjoni globali li qed tiżdied; Ifakkar fil-ħtieġa li tissaħħaħ is-sħubija Tramuntana-Nofsinhar, biex il-produzzjoni u l-kummerċ Ewro-Mediterranju tat-tessuti u l-ħwejjeġ jibqgħu kompetittivi, u biex ikunu promossi l-attivitajiet tal-SEMCs li jkollhom valur miżjud aktar għoli, imsejjes fuq il-kreattività u l-innovazzjoni, u mhux biss fuq l-outsourcing tan-negozju;

16.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li titrawwem is-sigurtà tal-investiment fir-reġjun tal-Mediterran, permezz ta' sistema li tikkoordina strateġiji mmirati lejn l-SMEs li tkopri diversi oqsma: is-salvagwardja, il-finanzjament, l-informazzjoni u n-networking tal-SMEs;

17.

Jikkunsidra li l-proposta l-ġdida biex jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-faċilitazzjoni tal-investiment Ewro-Mediterranju hija pass sinifikanti lejn iċ-ċentralizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni permezz ta' netwerk uniku, li lill-operaturi ekonomiċi għandu jippermettilhom li jkollhom stampa komprensiva tal-kundizzjonijiet għall-kummerċ u l-investiment fir-reġjun; jenfasizza li l-istrument għandu jikkomplementa n-netwerks eżistenti;

18.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinħoloq Bank Ewro-Mediterranju għall-Investiment u l-Iżvilupp, li jiġbor fih donaturi miż-żewġ xtut tal-Mediterran u li jkun jista' jiġbed l-investimenti barranin diretti li minnhom huwa nieqes ir-reġjun Ewro-Mediterranju;

19.

Jilqa' l-ħolqien ta' fond 'Inframed', li tħabbar fil-kuntest tal-UfM, bħala fond ta' investiment fit-tul biex jiffinanzja l-proġetti tal-infrastruttura;

20.

Huwa tal-fehma li l-UfM għandu jintensifika l-forom eżistenti ta' kooperazzjoni fil-kuntest tal-Euromed biex joffri lill-pajjiżi sħab kollha l-possibilità li jipparteċipaw fil-programmi u fil-politiki korrispondenti tal-UE fuq il-bażi tal-prijoritajiet u l-miri definiti bi qbil komuni; ifakkar li huwa importanti li jkompli jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi Komunitarji għal aktar parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab, b'mod partikolari fl-oqsma tal-kooperazzjoni transkonfinali (InterReg), l-edukazzjoni, ir-riċerka u t-taħriġ professjonali (l-iskambju ta' studenti, eċċ.);

21.

Iħeġġeġ l-użu tal-enerġija mix-xemx u mir-riħ fir-reġjun tal-Mediterran; jilqa' inizjattivi riċenti bħall-'Plan Solaire' u l-indeat inizjali skont l-Inizjatttiva Industrijali Desertec biex niżviluppaw il-potenzjal vast tal-enerġija mix-xemx fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq, imma jiddispjaċieh li l-azzjonijiet għadhom jiġu maħsuba fuq bażi wisq nazzjonali; jenfasizza li l-azzjoni tal-UE rigward il-proġett Desertec trid tkun koerenti u tagħti kontribut attiv għall-iżvilupp tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofsani, u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina l-isforzi tal-UE b'mod proattiv;

22.

Jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tal- SIA; jistieden lill-Kummissjoni biex sistematikament issegwi r-rakkomandazzjonijiet ta' dik l-SIA fir-rigward l-impatt soċjali u ambjentali tal-proċess ta' liberalizzazzjoni, bil-għan li jitqiesu kunsiderazzjonijiet tad-dimensjoni tal-koeżjoni soċjali u tal-iżvilupp sostenibbli; barra minn hekk jisħaq li dan l-impatt jista' jvarja b'mod sinifikanti minn settur għall-ieħor u minn pajjiż għall-ieħor; jenfasizza, bil-għan li jilħaq progress soċjali reali, l-importanza tal-promozzjoni, fis-sħubija ekonomika u kummerċjai tagħna, kodiċi ta' kondotta deċenti dwar ix-xogħol innegozjati ma' multinazzjonali, li jkunu jinkorporaw il-miri talprovvista ta' impjiegi deċenti;

23.

Huwa tal-fehma li l-FTA għandha tkun ikkomplementata bl-introduzzjoni gradwali, suġġetta għal kundizzjonijiet, tal-moviment ħieles tal-ħaddiema, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol Ewropew u r-riflessjonijiet attwali tal-komunità internazzjonali dwar ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; jikkunsidra li hemm urġenza fir-rigward tal-ħolqien ta' proċeduri ġuridiċi u amministrattivi li jiffaċilitaw l-għoti ta' viżi, partikolarment għall-partijiet interessati fis-sħubija Ewro-Mediterranja, l-istudenti, l-istaff tal-universitajiet u lill-partijiet soċjoekonomiċi; jisħaq fuq l-importanza u l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasferimenti ta' flus li l-ħaddiema migranti jibagħtu lura f'pajjiżhom, sabiex l-użu tagħhom ikun massimizzat fl-ekonomija lokali;

24.

Jitlob lill-Kummissjoni biex iżommu informat għalkollox dwar il-progress li jsir rigward ftehim ta' assoċjazzjoni mas-Sirja, li s-Sirja reċentement ipposponiet l-iffirmar tiegħu; jikkunsidra li hemm xi tħassib dwar jekk il-Libja għandhiex terġa' tidħol f'negozjati dwar ftehim ta' assoċjazzjoni u, b'mod aktar ġenerali, fil-UfM; jitlob lill-Kummissjoni biex tinformah sewwa, tinvolvih u tikkonsultah fil-fażijiet kollha tan-negozjati;

25.

Jinnota wkoll li diversi pajjiżi tal-Mediterran esprimew interess fl-approfondiment u/jew fit-twessigħ tal-ftehimiet kummerċjali tagħhom mal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl tas-setgħat il-ġodda rigward il-kummerċ mogħtija lill-PE bit-Trattat ta’ Lisbona, tieħu kont ta' riżoluzzjoni preċedenti tal-Parlament waqt li tkun qed tinnegozja dawn il-ftehimiet il-ġodda;

26.

Jenfasizza li approċċi bilaterali m'għandhomx jittieħdu askapitu ta' approċċ reġjonali multilaterali; jemmen li, filwaqt li jiffavorixxi kooperazzjoni msaħħa mas-sħab l-aktar avvanzati, u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-karatteristiċi politiċi, kulturali, u soċjali tagħhom, li l-Kummissjoni għandha żżomm il-prinċipju ta' negozjati bejn reġjun u ieħor;

27.

Jenfasizza li, fid-dawl tal-qagħda fil-Palestina, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi u speċjali biex jgħinu lill-populazzjoni, bil-għan li din iż-żona tiġi integrata fil-flussi kummerċjali tal-Mediterran; f'dak ir-rigward, jikkunsidra li għandha tinstab soluzzjoni biex tindirizza l-kwistjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u t-trattament preferenzjali sussegwenti skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Iżrael applikabbli għall-oġġetti ġejjin mill-Medda ta' Gaza u mix-Xatt tal-Punent;

28.

Jikkunsidra li l-Pjan Direzzjonali bbilanċjat ibbażat fuq kunsens wiesa' u, fost l-oħrajn, valutazzjoni pożittiva tal-impatt soċjali u ambjentali, tista' tkun strument siewi biex terġa' tiġi varata l-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali fis-snin li ġejjin; għaldaqstant jistieden lill-Ministri tal-kummerċ Ewro-Mediterranji biex japprovawha fil-laqgħa ministerjali tagħhom f'Diċembru 2009; jistieden lill-Uffiċjali Għolja tal-Kummerċ Ewro-Mediterranji biex fis-snin li ġejjin jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali u jipproponu kwalunkwe adattament meħtieġ, u jitlob li jinżamm infurmat dwar miżuri ta' dan it-tip;

29.

Jisħaq fuq il-fatt li l-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja jeħtieġlu jsir, għal darb'oħra, prijorità politika għall-UE;

30.

Jenfasizza r-rwol tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) fis-sħubija, bħala l-korp demokratiku li lill-parlamentari miż-żewġ xtut tal-Mediterran ilaqqagħhom flimkien madwar it-tliet pilastri tal-Proċess ta' Barċellona; fl-aħħar nett, jitlob kooperazzjoni akbar rigward kwistjonijiet ekonomiċi bejn l-EMPA, il-Kummissjoni u l-Kunsill;

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet, lill-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-SEMCs u lill-EMPA.


(1)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2

(3)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3

(4)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.

(5)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3

(6)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39

(7)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2

(8)  ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.

(9)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3

(10)  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.

(11)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 210.

(12)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0077.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/42


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
Il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru

P7_TA(2009)0092

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru

2010/C 285 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-15 ta’ Ottubru 2009 lill-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru (O-0089/09 – B7–0210/2009),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabilità ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta' passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-Direttiva 90/314/KEE (Direttiva dwar il-Pakketti ta' Vjaġġi) tirregola ċerti aspetti tan-negozju tal-vaganzi kollox kompriż u tipprevedi kumpens xieraq u r-ripatrijazzjoni tal-konsumaturi fil-każ ta’ falliment tal-kumpaniji tal-vaganzi kollox kompriż,

B.

billi r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jistabbilixxi n-natura tar-responsabilità tat-trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti u arranġamenti ta’ kumpens għall-passiġġieri,

C.

billi r-Regolament (KE) Nru 785/2004 jistipula r-rekwiżiti tal-assigurazzjoni li għandhom jiġu ssodisfati mit-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani,

D.

billi r-Regolament (KE) Nru 261/2004 jipprevedi kumpens u assistenza għall-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu abbord jew li t-titjiriet tagħhom jitħassru jew jittardjaw b’ħin twil,

E.

billi r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jistabbilixxi regoli finanzjarji stretti għall-operaturi tal-ajruplani,

F.

billi kien hemm tkabbir sostanzjali matul dawn l-aħħar għaxar snin fl-għadd ta’ kumpaniji ta’ trasport bl-ajru bl-irħis relattivament żgħar li jtiru lejn destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi kif ukoll fl-għadd ta’ passiġġieri li huma jġorru,

G.

billi kien hemm 77 falliment fis-settur tal-avjazzjoni matul l-aħħar disa’ snin, li wħud minnhom wasslu biex eluf ta’ passiġġieri tħallew l-art fid-destinazzjonijiet tagħhom u ma setgħux jużaw il-parti tar-ritorn tal-biljett tal-ajru tagħhom,

1.

Jinnota li l-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati fir-rigward tal-fallimenti tal-linji tal-ajru;

2.

Ifakkar li l-Kummissjoni wettqet studju importanti tad-diffikultajiet li jikkonċernaw il-fallimenti tal-linji tal-ajru u tal-impatt tagħhom fuq il-passiġġieri u għaddiet ir-riżultati tiegħu lill-Parlament fi Frar 2009;

3.

Jinnota s-sejbiet ta’ dan l-istudju u l-firxa ta’ possibilitajiet li huwa jeżamina;

4.

Ifakkar, f’dan ir-rigward, li hemm numru ta’ possibilitajiet li l-Kummissjoni tista’ ssegwi sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru falluti, inkluża assigurazzjoni obbligatorja għal-linji tal-ajru, arranġament ta’ assigurazzjoni volontarja għall-passiġġieri li l-linji tal-ajru jkunu meħtieġa li jipproponu lill-passiġġieri, u t-twaqqif ta’ fond ta’ garanzija;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità ta’ proposta leġiżlattiva li jkollha l-objettiv speċifiku li tipprevedi l-għoti ta' kumpens lill-passiġġieri tal-linji tal-ajru li jfallu u li tistabbilixxi arranġamenti finanzjarji u amministrattivi, inkluż il-prinċipju tar-responsabilità reċiproka għall-passiġġieri tal-linji tal-ajru kollha li jtiru fl-istess direzzjoni b’sits vojta, li jiżguraw ir-ripatrijazzjoni tal-passiġġieri li jitħallew l-art f’ajruport li ma jkunx dak ta’ fejn joqogħdu fil-każ li tfalli l-linja tal-ajru u, jekk tqis li din tkun xierqa, tippreżentaha sal-1 ta’ Lulju 2010; jitlob lill-Kummissjoni sabiex, fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Pakketti ta’ Vjaġġi, tipproponi estensjoni għar-ripatrijazzjoni jew il-bdil tal-itinerarju għall-passiġġieri kkonċernati;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-possibilità li dawn il-miżuri jiġu estiżi għal-linji tal-ajru li ma baqgħux joperaw u li kkawżaw lill-passiġġieri inkonvenjenzi simili għal dawk ikkawżati minn kumpaniji li jfallu;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-possibilità tal-ħelsien rapidu tal-ajruplani ssekwestrati mill-entitajiet regolatorji nazzjonali sabiex dawn l-ajruplani jkunu jistgħu jintużaw biex il-passiġġieri li jitħallew l-art jittieħdu lura f’pajjiżhom;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill- gvernijiet u l-parlamentital-Istati Membri.


(1)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(2)  ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1.

(3)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/44


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
Immarkar tal-oriġini

P7_TA(2009)0093

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-immarkar tal-oriġini

2010/C 285 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 rigward il-prattiki kummerċjali inġusti bejn in-negozju u l-konsumatur fis-suq intern (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu IX u l-Artikolu XXIV:5 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT 1994),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 (4) li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jistabbilixxu s-sistema ta’ regoli tal-oriġini mhux preferenzjali tal-Komunità,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar it-titjib fl-irwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-immarkar tal-oriġini (7),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar l-immarkar tal-oriġini (8),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2005 għal regolament tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini ta' ċerti prodotti importati mill-pajjiżi terzi (COM(2005)0661),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, attwalement, l-UE ma għandhiex dispożizzjonijiet armonizzati jew prattiki uniformi dwar l-immarkar tal-oriġini fl-UE; billi d-disparitajiet bejn ir-regolamenti fis-seħħ tal-Istati Membri kif ukoll l-assenza ta' regoli ċari tal-Komunità f'dan il-qasam qed jirriżultaw f'qafas legali frammentat,

B.

billi l-miżuri nazzjonali li jimponu l-immarkar tal-oriġini fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra huma projbiti, filwaqt li mhemm ebda limiti tali fuq l-immarkar tal-oriġini obbligatorju fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi,

C.

billi n-numru tal-ikbar imsieħba kummerċjali tal-UE, bħalma huma l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Kanada, daħħlu fis-seħħ rekwiżiti obbligatorji dwar l-immarkar tal-oriġini,

D.

billi, fl-Aġenda ta' Lisbona, l-UE għandha bħala objettiv it-tisħiħ tal-ekonomija tagħha permezz, inter alia, tat-titjib fil-kompetittività tal-industrija tagħha fl-ekonomija dinjija; billi l-kompetizzjoni tista' tiġi kkunsidrata ġusta meta topera b'regoli ċari għall-produtturi kif ukoll għall-esportaturi u l-importaturi u meta tkun mibnija fuq suppożizzjonijiet u valuri soċjali u ambjentali komuni,

E.

billi l-iskema tal-immarkar tal-oriġini għandha jkollha l-għan li tippermetti l-konsumaturi tal-UE biex ikunu konxji bis-sħiħ dwar il-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti li jixtru; billi l-konsumaturi għaldaqstant ikunu jistgħu jidentifikaw il-prodotti mal-istandards soċjali, ambjentali u ta' sigurtà li normalment ikunu assoċjati ma' dak il-pajjiż,

F.

billi l-proposta li tiddaħħal sistema obbligatorja tal-marka tal-oriġini fl-UE hija ristretta għal numru limitat ta’ prodotti importati, bħalma huma t-tessuti, il-ġojjellerija, il-ħwejjeġ, iż-żraben, l-għamara, il-ġilda, il-lampi u l-apparat tad-dawl, il-ħġieġ, iċ-ċeramika u l-basktijiet tan-nisa, fejn ir-rekwiżit “made in” jagħti informazzjoni siewja għall-għażla finali tal-konsumatur,

G.

billi huwa kruċjali li jiġu żgurati kodizzjonijiet ugwali mal-produtturi tal-imsieħba ewlenin tal-Unjoni Ewropea li implimentaw l-immarkar tal-oriġini,

H.

billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009 se jpoġġulill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-istess livell rigward il-politika kummerċjali komuni; billi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea se tapplia għar-regolament ġejjieni dwar l-immarkar tal-oriġini,

1.

Itenni li l-protezzjoni tal-konsumatur teħtieġ regoli tal-kummerċ trasparenti u konsistenti, inklużi l-indikazzjonijiet tal-oriġini;

2.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiżguraw livell uniformi mal-imsieħba kummerċjali li jkunu stabbilixxew il-ħtiġiet tal-immarkar tal-oriġini;

3.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu sorveljanza doganali xierqa u mekkaniżmi ta' infurzar;

4.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżommu approċċ tal-Komunità konsisteni għal din il-kwistjoni sabiex jippermetti l-konsumaturi biex jirċievu aktar informazzjoni kompleta u preċiża; jikkunsidra l-immarkar obbligatorju tal-oriġini bħala pass 'il quddiem lejn aktar informazzjoni kompluta dwar il-produzzjoni soċjali u ambjentali u l-istandards tal-iproċessar;

5.

Iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex tintervjeni, flimkien mal-Istati Membri, biex tiddefendi d-drittijiet u l-aspettativi leġittimi tal-konsumaturi meta jkun hemm evidenza ta' frodi jew informazzjoni qarrieqa dwar l-immarkar tal-oriġini li jsiru mill-importaturi jew il-produtturi minn pajjiżi terzi;

6.

Iqis il-proposta msemmija hawn fuq għal Regolament tal-Kunsill li tintroduċi l-indikazzjonijiet obbligatorji tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni Ewropea bħala utli sabiex jintlaħaq l-objettiv tat-trasparenza u tal-informazzjoni xierqa lill-konsumatur kif ukoll konsistenza fir-regoli internazzjonali tal-kummerċ;

7.

Iqis li, mill-1 ta' Diċembru 2009, fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja introdotta permezz tat-Trattat ta' Lisbona, il-konsultazzjoni u l-iskambju tal-opinjonijiet bejn il-Parlament u l-Kunsill għandhom jibdew b'mod formali u li aktar dewmien jista' jwassal għal danni serji għad-drittijiet taċ-ċittadini, l-impjieg fl-UE u l-prinċipju ta' kummerċ ġust u ħieles;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tagħmel ebda tibdil fil-proposta tagħha u biex tibgħatha mill-ġdid lill-Parlament skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'mod immedjat wara li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0048.

(7)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 881.

(8)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 140.


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/47


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
L-istrateġija dwar it-tkabbir li jikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija

P7_TA(2009)0097

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta’ strateġija tal-Kummissjoni 2009 dwar it-tkabbir li jikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija

2010/C 285 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Strateġija tat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2009-2010” (COM(2009)0533), u r-Rapporti dwar il-Progress tal-Pajjiżi 2009 li jinsabu magħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Marzu 2006 dwar id-dokument (1) tal-2005 tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir, tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006-2007 (2), u tal-10 ta' Lulju 2008 dwar id-dokument ta' strateġija tal-2007 tal-Kummissjoni (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 t'Ottubru 2009 bl-isem “Il-Kosovo (4) – Twettiq tal-Perspettiva Ewropea tiegħu” (COM(2009)0534),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fuq il-bażi tal-Artikolu 49 tat-Trattat UE, “[kull] Stat Ewropew … jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni”,

B.

billi l-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-Unjoni Ewropea, kif affermat mill-ġdid mill-Kunsill Ewropew ta’ Tessaloniki tad-19-20 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-15-16 ta’ Ġunju 2006 u l-laqgħat għolja sussegwenti; billi l-impenji kollha eżistenti magħmulin favur il-pajjiżi Ewropej tax-Xlokk għandhom jiġu onorati,

C.

billi t-Turkija ilha pajjiż kandidat sa mill-1999, il-Kroazja sa mill-2004, u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sa mill-2005; billi l-Albanija, il-Montenegro u l-Islanda applikaw sabiex jissieħbu fl-Unjoni, u l-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li tevalwa l-applikazzjonijiet tal-Montenegro u tal-Islanda; billi ġew iffirmati Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Bosnja-Ħerzegovina u mas-Serbja; u billi l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tal-viżi għall-Kosovo fuq medda ta' żmien medja,

D.

billi kull tkabbir li sar s’issa kien bla dubju suċċess kemm għall-UE u kif ukoll għall-Istati Membri li ngħaqdu magħha u kkontribwixxa għall-istabilità, l-iżvilupp u l-prosperità fl-Ewropa kollha kemm hi, huwa essenzjali li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li kull tkabbir ġejjieni jkun suċċess ukoll,

E.

billi l-Istrateġija tat-tkabbir hija ħafna aktar minn metodoloġija ta' negozjar, li tirrifletti t-twemmin ewlieni li l-UE hija komunità ta’ valuri komuni, u li hija marbuta b’mod kumpless mad-dibattitu dwar l-objettivi u l-effikaċja tal-UE, il-futur tagħha u l-irwol tagħha fost il-pajjiżi ġirien u fid-dinja,

F.

billi għadd ta' kandidati u kandidati potenzjali għas-sħubija fl-UE għad għandhom kwistjonijiet mhux riżolti mal-ġirien tagħhom; billi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjoni ta' ġirien tajba jibqgħu il-fatturi ewlenin fil-proċess ta' integrazzjoni,

1.

Jibqa' impenjat ħafna favur il-politika ta’ tkabbir, li kienet waħda mill-aktar politiki ta’ suċċess fost il-politiki kollha tal-UE u li minnha bbenefikaw kemm l-Istati Membri eżistenti kif ukoll dawk ġodda; ifakkar li t-tkabbir preċedenti ta kontribut għal tkabbir bla preċedent taż-żona ta' paċi, sigurtà u prosperità fl-Ewropa, u jerġa' jafferma l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tibqa' għaddejja bil-proċess tat-tkabbir;

2.

Jemmen li jistgħu jinstiltu lezzjonijiet mit-tkabbir ta' qabel u li modi oħra biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta’ tkabbir iridu jkunu bbażati fuq l-esperjenzi pożittivi li ttieħdu s'issa; ifakkar ukoll, kif indikat f'riżoluzzjonijiet preċedenti, il-ħtieġa li jingħata lok għal konsolidazzjoni istituzzjonali, finanzjarja u politika adegwata tul il-proċess tat-tkabbir;

3.

Jenfasizza li l-prinċipji msemmija fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006 dwar “kunsens imġedded dwar it-tkabbir”, b'mod partikulari l-ħila tal-Unjoni Ewropea li tiffunzjona b'mod effettiv u li tiżviluppa, iridu jibqgħu elementi indispensabbli tal-politika tat-tkabbir tal-UE;

4.

Jerġa' jafferma li huwa imperattiv li jittieħed impenn sod għall-konformità sħiħa u rigoruża mal-kriterji kollha stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen fil-21 u t-22 ta' Ġunju 1993 mill-pajjiżi kandidati kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, anke għall-kapaċità ta' integrazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex janalizzaw u jżidu l-kapaċità ta' integrazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jenfasizza li l-istat tad-dritt hu prinċipju ewlieni tal-iżvilupp demokratiku, ekonomiku u soċjali, u huwa wieħed mill-kundizzjonijiet ewlenin tal-adeżjoni fl-UE; jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi magħmula fir-reġjun għall-implimentazzjoni ta' riformi rispettivi iżda jinnota li xi pajjiżi għadhom qed jiffaċċjaw sfidi kbar, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; iħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi sabiex jintensifikaw l-isforzi tagħhom f'dan il-qasam;

7.

Jenfasizza l-fatt li l-libertà tal-espressjoni hija waħda mill-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u josserva bi tħassib li f'xi pajjiżi din għadha mhix qed tiġi rispettata għalkollox; jikkunsidra li hi prijorità għall-Balkani tal-Punent u għat-Turkija li jiżguraw li l-media tkun ħielsa mill-indħil politiku u li jiggarantixxu l-indipendenza tal-korpi regulatorji; jistieden lill-pajjiżi konċernati biex jistabbilixxu oqsfa legali xierqa u jiżguraw li l-liġi tiġi rispettata;

8.

Jagħmel enfasi li l-kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja (ICTY) hija kundizzjoni fundamentali biex il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jagħmlu progress fit-triq lejn sħubija fl-Unjoni, imma jindika li - u dan hu daqstant importanti - ir-rimedji għar-reati tal-gwerra għandhom jidhru f'għajnejn is-soċjetà ta’ dawk il-pajjiżi bħala pass vitali biex issir ġustizzja mal-vittmi u tkun iffaċilitata r-rikonċiljazzjoni reġjonali;

9.

Jenfasizza l-importanza ta' relazzjonijiet ta' ġirien tajba bħala prerekwiżit għall-istabilità u l-kooperazzjoni reġjonali u għal proċess ta' tkabbir mingħajr ebda xkiel; jistieden lill-pajjiżi kollha kkonċernati jagħmlu kull sforz possibbli biex jirriżolvu kull tilwima mal-ġirien tagħhom fl-istadji bikrija tal-proċess ta' tkabbir; jenfasizza, madankollu, li tali tilwim bilaterali għandu jiġi riżolt mill-partijiet konċernati; jissuġġerixxi li jekk il-partijiet ikkonċernati jonqsu milli jirrisolvu tali tilwim, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-isforzi kollha biex issib soluzzjoni; jindika li filwaqt li tilwim tali m'għandux, fih innifsu, jkun ta' ostakolu għall-progress lejn l-adeżjoni, l-Unjoni Ewropea għandha tevita li ttaqqal lilha nnifisha b'dan it-tilwim bilaterali pendenti u għandha tagħmel kull ma tista' biex jiġi riżolt qabel l-adeżjoni;

10.

Jinnota bi tħassib il-problemi ekonomiċi li għandu r-reġjun tal-Balkani tal-Punent b’riżultat tal-kriżi finanzjarja; jilqa’ d-disponibilità tal-Kummissjoni li tagħti għajnuna finanzjarja straordinarja, bħall-assistenza makro-ekonomika u l-appoġġ baġitarju dirett; jisħaq li s-sitwazzjoni hija partikolarment diffiċli minħabba l-livelli għolja ta’ faqar u qgħad li hemm f’xi wħud mill-pajjiżi kkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi nfushom jagħmlu kull sforz possibbli għalbiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi, l-aktar fuq dawk il-membri tas-soċjetà li huma l-iżjed vulnerabbli;

11.

Jissottolinea l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent bħala fatturimportanti fil-proċess ta’ tkabbir u fl-istess waqt bħala element vitali għall-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, filwaqt li ttejjeb il-kuntatt bejn il-popli; barra minn hekk, ifakkar il-benefiċċji ta’ tali kooperazzjoni f’termini ta’ volum akbar ta' kummerċ, sigurtà tal-enerġija, imtejjeb permezz tad-diversifikazzjoni tal-fornituri, tas-sorsi u tar-rotot tal-provvista tal-enerġija, il-politiki ambjentali u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar; għal dan il-għan, jinnota b'sodisfazzjon ix-xogħol tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali; jitlob li jkun hemm aktar rieda politika u koordinazzjoni aħjar għall-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra t-traffikar, partikolarment rigward il-protezzjoni tal-vittmi; jisħaq li l-kooperazzjoni politika u ekonomika reġjonali trid tinkludi l-atturi politiċi kollha kif ukoll is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tan-nisa, u m'għandhiex tkun imxekkla mill-problemi politiċi bilaterali; f'dan ir-rigward, jistieden lill-partijiet kollha konċeranti sabiex ifittxu soluzzjonijiet pragmatiċi bl-għan li jiżguraw l-inklużività tal-kooperazzjoni reġjonali, bla ħsara għall-pożizzjonijiet differenti dwar l-istatus tal-Kosovo;

12.

Jistieden lill-pajjiżi kollha konċernati sabiex jagħmlu sforz ikbar fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sessi, il-promozzjoni tal-aċċess għal rimedji legali f'każijiet ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u sabiex tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni politika tan-nisa;

13.

Jikkunsidra li hu kruċjali li tiġi mħeġġa żieda fil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) fil-livell ċentrali kif ukoll dak lokali kif ukoll sabiex jitjieb l-appoġġ u l-finanzjament għall-NGOs, biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tagħhom fl-ippjanar u fl-użu tal-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili tal-Istrument tal-Pre-adeżjoni, u sabiex jitjieb id-djalogu soċjali fis-suq tax-xogħol;

14.

Jistieden lill-pajjiżi fir-reġjun biex jagħmlu sforzi akbar ħalli jtejbu s-sitwazzjoni tal-minoranzi etniċi, b’mod partikolari r-Roma; jenfasizza li r-Roma sikwit isofru minn diskriminazzjoni, u li, b’mod partikolari, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fis-suq tax-xogħol u fis-sistemi tal-edukazzjoni mainstream għandha tiżdied bil-kbir; f’dan ir-rigward, jieħu nota tal-ftehimiet ta’ riammissjoni bilateri konklużi mill-pajjiżi Balkani tal-Punent mal-Istati Membri, u jistieden lill-pajjiżi kkonċernati sabiex iżidu l-isforzi tagħhom biex jinħolqu l-kundizzjonijiet soċjali xierqa, l-infrastruttura u l-aċċess għal servizzi pubbliċi sabiex jiġu żgurati d-drittijiet fundamentali tar-Roma u tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni tar-Roma wara r-ritorn tagħhom; jistieden lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u lill-Istati Membri sabiex isegwu mill-qrib ir-riintegrazzjoni tar-Roma repatrijati u sabiex jirrappurtaw lura lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar dak li jkun inkiseb sabiex tiġi faċilitata l-evalwazzjoni tal-politiki tar-riintegrazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

15.

Jenfasizza l-importanza vitali tal-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viżi għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-ex-RepubbliċiJugoslavi tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja laħqu l-kriterji għal-liberalizzazzjoni tal-viżi. Is-sistema fejn iċ-ċittadini tagħhom mhux se jkollhom bżonn viża hi mistennija tibda taħdem mid-19 ta' Diċembru 2009; jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-Albanija u tal-Bosnja-Ħerzegovina biex iħaffu l-proċess għall-ilħuq tal-kundizzjonijiet tal-pjan direzzjonali dwar is-sistema ta' vjaġġar mingħajr viża, u jħeġġiġhom jimxu 'l quddiem bil-preparamenti sabiex jilħqu l-kriterji kollha relevanti sabiex is-sistema ta' vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi tkun tista' tapplika minn Lulju 2010; jikkunsidra li, bl-għan li jmexxi 'l quddiem l-implimnetazzjoni tal-aġenda ta' Thessaloniki u bħala parti mill-approċċ reġjonali tagħha, il-Kummissjoni, fil-limiti tal-kompetenza tagħha u fid-dawl tar-Riżoluzzjoni 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għandha mill-aktar fis possibbli tibda d-djalogu dwar il-viżi mal-Kosovo bil-għan li tistabbilixxi pjan direzzjonali għall-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tal-viżi simili għal dawk stabbiliti mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

16.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha fir-reġjun sabiex mill-aktar fis possibbli jadottaw jew b'mod effettiv jimplimentaw liġijiet dwar il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, b'mod partikulari fid-dawl tal-fatt li ħafna każijiet ta' theddid, attakki, intimidazzjoni jew diskriminazzjoni ta' persuni lesbjani, ommosesswali, bisesswali jew transesswali jibqgħu ma jiġux rappurtati u proċessati;

17.

Jistieden lill-awtoritajiet internazzjonali u Kosovari sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu għall-għeluq immedjat tal-kampijiet tal-persuni spostati internament Çesmin Llugë/Česmin Lug, Osterode u Leposaviq/Leposavić li huma mniġġsa biċ-ċomb, u li jinsabu f'żoni tossiċi ħafna fejn hemm miġbur il-materjal ta' fdal tal-minjiera taċ-ċomb ta' Trepça, u sabiex jiżguraw l-iktar d-drittijiet tal-bniedem bażiċi tal-familji li jgħixu hemm billi jeħduhom f'postijiet sikuri b'kundizzjonijiet sanitarji diċenti;

18.

Huwa tal-fehma li, sabiex jinżamm l-appoġġ taċ-ċittadini tal-UE għal aktar tkabbir u l-impenn taċ-ċittadini tal-pajjiżi kandidati li jkomplu bir-riformi, huwa kruċjali li jingħatalhom tagħrif ċar u komprensiv dwar il-benefiċċji u l-implikazzjonijiet ta' din il-politika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu sforz sabiex jinkiseb dan il-għan; iqis li huwa ugwalment essenzjali li t-tħassib u l-mistoqsijiet taċ-ċittadini jiġu mismugħa u indirizzati;

19.

Ifaħħar lill-Kroazja għall-progress kontinwu tagħha fl-issodisfar tal-kriterji tad-dħul fl-Unjoni kif ukoll fit-twettiq tal-obbligi tas-sħubija; jilqa’ b'sodisfazzjon il-ftehim bilaterali dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwima dwar il-fruntiera mas-Slovenja, li tat l-ispinta biex jinfetħu kapitli oħra fil-proċess għall-adeżjoni; jikkunsidra li n-negozjati ta' adeżjoni jistgħu jiġu konklużi sa nofs is-sena 2010, sakemm il-Kroazja żżid l-isforzi tagħha u tissodisfa l-kriterji u l-punti ta' referenza kollha meħtieġa, inkluża kooperazzjoni sħiħa mal-ICTY;

20.

Jifraħ lil Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-progress li kisbet sa mill-aħħar rapport dwar il-progress ’il hawn, u b’mod partikolari matul dawn l-aħħar ftit xhur; jinnota b’sodisfazzjon li dan il-progress ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, li rrakkomandat il-ftuħ tan-negozjati għall-adeżjoni ma’ dan il-pajjiż; jistieden lill-Kunsill sabiex jaġixxi skont r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fil-laqgħa għolja li għandu jsir f'Diċembru 2009; jistenna li n-negozjati jibdew fil-ġejjieni qarib bit-tama li jinstabu soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kwistjonijiet pendenti ma' pajjiżi ġirien, inkluża l-kwistjoni tal-isem tal-pajjiż bejn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja; jistieden lill-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi sabiex jintensifikaw l-isforzi tagħhom għal dan il-għan; ifakkar l-importanza tar-relazzjonijiet tal-ġirien tajba u jħeġġeġ lil dik li kienet ex-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja tkun sensittiva fir-rigward ta' kwistjonijiet li jeffettwaw lill-ġirien tagħha; jinnota l-istabbiliment riċenti ta' relazzjonijiet diplomatiċi mal-Kosovo, kif ukoll il-konklużjoni tal-ftehim dwar id-demarkazzjoni fiżika tal-fruntiera, bħala kontribuzzjoni vitali għall-istabilità tar-reġjun;

21.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-ex-Repubbliki Yugoslavi tal-Maċedonja jissoktaw bl-isforzi tagħhom fil-proċess ta’ riforma, b'mod partikolari fl-oqsma tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u tar-riforma ġudizzjarja, il-politika ta’ kontra l-korruzzjoni, id-drittijiet tan-nisa u r-relazzjonijiet interetniċi, inkluż li jiggarantixxu d-drittijiet ta' persuni ta' kull oriġini etnika u li jżidu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja u fl-amministrazzjoni pubblika;

22.

Jifraħ dwar il-progress li għamlet it-Turkija bħala pajjiż kandidat lejn l-issodisfar tal-kriterji politiċi ta' Kopenħagen; iħeġġeġ lill-Gvern Tork u lill-partiti parlamentari kollha fit-Turkija sabiex jilħqu kunsens dwar il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi essenzjali; jilqa' b'sodisfazzjon l-approvazzjoni mill-gvern tal-istrateġija tar-riforma tal-ġudikatura u jindika l-importanza kruċjali tal-implimentazzjoni tagħha b'ħeffa għall-funzjonament tal-Istat Tork u tas-soċjetà Torka; hu mħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni u tal-libertà tal-istampa, b'mod partikolari wara l-multa bla preċedent li ġiet imposta fuq grupp tal-media; jinnota b'sodisfazzjon id-dibattitu pubbliku dejjem aktar miftuħ fit-Turkija dwar temi li qabel kienu tabù; jiddispjaċih dwar il-progress limitat li sar fil-qasam tal-libertà tar-reliġjon, u jħeġġeġ lill-gvern sabiex jistabbilixxi qafas legali konformi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali li tippermetti lill-komunitajiet reliġjużi kollha li mhumiex Musulmani u lill-Komunità Alevi li jiffunzjonaw mingħajr xkiel żejjed; jiddeplora l-fatt li għadhom mhux qed jiġu sodisfati l-impenji li jirriżultaw mill-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija u jħeġġeġ lit-Turkija sabiex tkompli bl-implimentazzjoni sħiħa u non-diskriminatorja tiegħu; jistieden lill-Gvern Tork kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati kollha, sabiex jagħtu kontribut attiv għas-sejba ta' soluzzjoni komprensiva għall-kwistjoni ta' Ċipru, ibbażata fuq ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE; jilqa’ b'sodisfazzjon l-isforzi għal riżoluzzjoni tal-kwistjoni Kurda, fil-kuntest tal-proġett “Ftuħ għad-Demokrazija”, iħeġġeġ lill-Gvern Tork sabiex jieħu miżuri konkreti biex jindirizza s-sitwazzjoni taċ-ċittadini ta’ oriġini Kurda u jitlob lill-forzi politiċi kollha sabiex japoġġjaw lil dan il-proċess; ifaħħar l-isforzi diplomatiċi li saru għalbiex ikunu nnormalizzati r-relazzjonijiet mal-Armenja u jħeġġeġ lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka u lill-Parlament tal-Armenja biex jirratifikaw il-protokolli relevanti; jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar mit-Turkija tal-Ftehim Intergovernattiv dwar il-pajplajn tal-gass Nabucco, li l-implimentazzjoni tagħha tibqa' waħda mill-ogħla prijoritajiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE, u jitlob li jinfetaħ il-kapitolu tal-enerġija fin-negozjati ta' adeżjoni; jinnota li reġgħu bdew in-negozjati dwar ftehim ta' riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija, u jħeġġeġ lit-Turkija biex timplimenta bis-sħiħ, sadanittant, il-ftehimiet bilaterali eżistenti ta' riammissjoni mal-Istati Membri; jistieden lill-Gvern Tork jikkoordina l-politika barranija tiegħu mal-UE, b'mod partikolari fejn jidħol l-Iran; jesprimi dispjaċir, madanakollu, li l-kooperazzjoni strateġika NATO-UE li testendi lil hinn mill-arranġamenti tal-“Berlin Plus” għadha qiegħda tiġi ostakolata mill-oġġezzjonijiet tat-Turkija, u dan għandu konsegwenzi negattivi għall-ħarsien tal-persunal tal-UE li jkun fl-azzjoni, u jħeġġeġ lit-Turkija sabiex twarrab dawn l-oġġezzjonijiet kemm jista' jkun malajr;

23.

Jinnota b’sodisfazzjon il-progress li għamlet is-Serbja, u b’mod partikolari fl-implimentazzjoni unilaterali tal-Ftehim Interim; huwa tal-fehma li tali implimentazzjoni unilaterali, imwettqa fl-isfond tal-kriżi finanzjarja, turi l-impenn tal-pajjiż biex jimxi ’l quddiem fit-triq li twassal għal sħubija fl-Unjoni; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kunsill jiddeċiedi dwar ir-ratifika tal-Ftehim Interim mingħajr dewmien; jitlob lis-Serbja sabiex tikkoopera b'mod sħiħ mal-ICTY; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, ir-rapport ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2009 lill-Prosekutur Ewlieni tal-ICTY li jgħid li s-Serbja għamlet progress addizzjonali fil-kooperazzjoni tagħha mal-ICTY; jagħti importanza lill-fatt li l-prosekuzzjonijiet qed ikomplu fil-Kamra tar-Reati tal-Gwerra tal-Qorti Distrettwali ta' Belgrad; jilqa’ b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-protokoll tal-pulizija mill-awtoritajiet Serbi mal-Missjoni tal-UE dwar l-Istat tad-Dritt (EULEX KOSOVO) u jistieden lis-Serbja tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mal-EULEX KOSOVO, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-operazzjonijiet tal-EULEX KOSOVO fil-Kosovo ta’ Fuq; jiddispjaċih dwar it-talba indirizzata mill-awtoritajiet Serbi lis-Serbi Kosovari għal bojkott tal-elezzjonijiet lokali tal-15 ta' Novembru 2009 u jħeġġiġhom jadottaw approċċ kostruttiv immirat sabiex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva tal-komunità Serba Kosovara fl-istituzzjonijiet tal-Kosovo;

24.

Jirrikonoxxi li l-Bosnja-Ħerzegovina għamlet xi progress fil-qasam tas-sigurtà u tal-immaniġġjar tal-fruntieri; madankollu, jesprimi n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħu dwar il-progress limitat miksub mill-Bosnja-Ħerzegovina bħala pajjiżi kandidat potenzjali fit-triq li twassal għal sħubija fl-Unjoni; jinnota bi tħassib dejjem akbar il-klima politika instabbli u n-nuqqas ta’ viżjoni komuni għaż-żewġ entitajiet, u jikkundanna l-użu ta’ lingwaġġ xewwiexi, li jista’ jimmina l-kisbiet fil-proċess tar-rikonċiljazzjoni interetnika u l-funzjonament tal-istrutturi tal-Istat; iħeġġeġ lill-Kunsill jissokta bl-isforzi tiegħu, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali, biex jissokta d-djalogu mal-mexxejja politiċi fil-Bosnja-Ħerzegovina biex dak il-pajjiż u l-popli tiegħu jkunu megħjunin jibqgħu fit-triq li twassal għall-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza li hu importanti li jinħoloq qafas kostituzzjonali aktar sostenibbli li jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż jiffunzjonaw b'mod aktar effettiv; konsegwentement jinnota l-aktar sforzi diplomatiċi konġunti riċenti mill-Presidenza tal-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti u jirrakkomanda aktar negozjati li jikkunsidraw arranġamenti preċedenti bejn il-politiċi fil-Bosnja-Ħerzegovina; ifakkar il-ħtieġa li l-parlamentari u s-soċjetà ċivili jiġu involuti aktar mill-qrib sabiex isostnu pajjiż vijabbli;

25.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Kosovo (5), anke li tesplora l-possibilità li l-Kosovo jipparteċipa fi programmi Komunitarji; jistenna li l-proċess ta' diċentralizzazzjoni jiġi konkluż qabel l-aħħar tas-sena sabiex jissodisfa r-rekwiżiti bażiċi tal-Pjan Ahtisaari, filwaqt li tkun żgurata rappreżentazzjoni politika għar-residenti kollha tal-Kosovo u b'mod partikolari l-minoranza Serba; jistieden lill-awtoritajiet Kosovari sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu u jiggarantixxu r-rispett lejn id-drittijiet tal-minoranzi; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-elezzjonijiet lokali tal-15 ta' Novembru 2009 b'mod ġenerali saru b'mod paċifiku u mingħajr wisq skossi, u jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni Ċentrali tal-Elezzjonijiet li ħejjiet għalihom; jilqa' b'sodisfazzjon, barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tajba bla preċedent tas-Serbi Kosovari, u jikkunsidra bħala indikazzjoni inkoraġġanti li l-komunità Serba Kosovara hija lesta tassumi r-responsabilitajiet tagħha fl-istituzzjonijiet Kosovari; jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-EULEX kisbet kapaċità operattiva sħiħa li se tippermettilha twettaq il-mandat tagħha ta' promozzjoni tal-istat tad-dritt, l-ordni pubbliku u s-sigurtà fit-trasparenza u fir-responsabilizzazzjoni fil-Kosovo kollu u twitti t-triq għall-integrazzjoni tal-Kosovo fl-Unjoni, jekk hija tilħaq il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti meħtieġa;

26.

Tirrikonoxxi l-progress tal-Montenegro sa mill-aħħar rapport ta' progress; jnnota li l-pajjiż applika għal sħubija fl-Unjoni u li l-Kunsill ħa d-deċiżjoni li jistieden lill-Kummissjoni tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro; ifaħħar lill-Montenegro dwar il-kisbiet tiegħu b'mod speċjali dwar il-mod korrett ta' kif saru l-elezzjonijiet riċenti u l-prestazzjoni ekonomika solida tiegħu minkejja l-kriżi ekonomika dinjija, u jħeġġeġ lill-pajjiż sabiex ikompli bl-isforzi tiegħu fit-triq lejn ir-riforma;

27.

Jirrikonoxxi l-progress li għamlet l-Albanija sa mill-aħħar rapport ta' progress, u b'mod partikulari fil-proċess tal-ħruġ tal-karti tal-identità u t-titjib fil-qafas legali u amministrattiv tal-proċess elettorali, kif deher mill-aħħar elezzjonijiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-oppożizzjoni biex tieqaf tibbojkottja l-parlament, u jitlobha twettaq id-dover tagħha li tirrappreżenta l-votanti tagħha fil-parlament; jistieden lill-gvern u lill-oppożizzjoni biex isibu bażi komuni għal segwitu fl-aħħar elezzjonijiet fil-parlament; jnnota li l-Albanija applikat għal sħubija fl-Unjoni u li l-Kunsill ħa d-deċiżjoni li jistieden lill-Kummissjoni tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni ta' dan il-pajjiż; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Albaniżi biex ikomplu bl-isforzi tagħhom fit-triq ta' riforma favur il-progress ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini, biex il-pajjiż ikun jista' jimxi 'l quddiem fi triqtu lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-applikazzjoni tal-Islanda għas-sħubija u jistenna li l-Kummissjoni dalwaqt se tħejji opinjoni u rakkomandazzjoni dwar dik l-applikazzjoni u li, fid-dawl tat-tradizzjoni demokratika stabbilita ta' dan il-pajjiż u l-livell għoli ta' allinjament mal-acquis communautaire, l-Islanda se tingħata status ta' kandidat fil-ġejjieni qarib; madankollu tikkunsidra li l-imġiba tal-Islanda fil-passat fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea għandu jkun element essenzjali tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiftaħ uffiċċju b'delegazzjoni f'Reykjavik fl-ewwel nofs tas-sena 2010;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiżviluppaw mudell funzjonali u koerenti għad-delegazzjonijiet ġodda tal-UE fil-qasam tat-tkabbir, filwaqt li tinżamm l-unità tal-azzjoni tal-UE wara t-twaqqif tas-Servizz ta' Azzjoni Esterna Ewropew (EEAS), b'mod speċjali jekk il-kompetenza għall-politika tat-tkabbir tibqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-EEAS;

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi konċernati.


(1)  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 402.

(2)  ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 480.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0363.

(4)  Skont UNSCR 1244/1999.

(5)  22 Stat membru tal-UE irrikonoxxew lill-Kosovo filwaqt li ħamsa ma rrikonoxxewhx.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/53


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
L-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa

P7_TA(2009)0098

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa

2010/C 285 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-NU fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikulari dawk li jirrigwardaw id-drittijiet tan-nisa, bħall-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni għas-Soppressjoni u l-Abolizzjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni tal-Oħrajn, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll fakultattiv tagħha, u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u kwalunkwe Trattament jew Kastig Krudil, Inuman jew Degradanti ieħor,

wara li kkunsidra strumenti oħra tan-NU dwar il-vjolenza kontra n-nisa, bħad-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna u l-Programm ta’ Azzjoni tal-25 ta’ Ġunju 1993 adottata mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (A/CONF. 157/23), id-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta’ Diċembru 1993 (A/RES/48/104), ir-Riżoluzzjonijiet tal-Assembleja Ġenerali tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Domestika kontra n-Nisa tat-12 ta’ Diċembru 1997 bl-isem “Il-prevenzjoni tad-delitti and miżuri ta' ġustizzja kriminali lejn l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/52/86), tat-18 ta' Diċembru 2002 bl-isem “Lejn l-eliminazzjoni ta’ delitti kontra n-nisa mwettqa f'isem l-unur” (A/RES/57/179), u tat-22 ta' Diċembru 2003 bl-isem “L-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika kontra n-nisa” (A/RES/58/147), ir-rapporti tar-Rapporteurs Speċjali dwar il-vjolenza kontra n-nisa tal-Kummissarju Għoli tan-NU, u r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (11-il sessjoni, 1992),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma għall-Azzjoni ta’ Beijing adottati waqt ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tat-18 ta' Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma għall-Azzjoni ta' Beijing (1) u tal-10 ta' Marzu 2005 dwar is-segwitu għar-Raba' Konferenza dinjija dwar in-Nisa - Pjattaforma għall-Azzjoni (Beijing +10) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tas-6 ta' Lulju 2006 bl-isem “Studju Dettaljat dwar il-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa” (A/61/122/Add.1),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assembleja Ġenerali tan-NU tad-19 ta' Diċembru 2006 bl-isem “L-intensifikar tal-isforzi sabiex tiġi eliminata kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/61/143),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2003/45 tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-23 ta' April 2003 bl-isem “Eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa” (E/CN.4/RES/2003/45),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Unjoni Inter-Parlamentari adottata mill-114 Assembleja tat-12 ta' Mejju 2006 dwar l-irwol tal-parlamenti fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 1997 dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita kampanja madwar l-Unjoni Ewropea għal tolleranza żero tal-vjolenza kontra n-nisa (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u kwalunkwe attività ġejjiena (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-qtil tan-nisa (femiċidju) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali u l-irwol tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili pprattikata fl-UE (6),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tal-1 ta’ Ottubru 2009 lill-Kunsill (O-0096/2009 – B7-0220/2009) u lill-Kummissjoni O-0097/2009 –B7-0221/2009) dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.

billi l-Pjattaforma għall-Azzjoni ta’ Beijing tan-NU iddefiniet il-vjolenza kontra n-nisa bħala kwalunkwe att ta' vjolenza bbażat fuq is-sess, li jirriżulta, jew li aktarx jirriżulta, fi ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika għan-nisa, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, l-isfurzar jew iċ-ċaħda arbitrarja tal-libertà,

B.

billi l-Pjattaforma għall-Azzjoni ta' Beijing tan-NU stabbilixxiet li l-vjolenza kontra n-nisa hija manifestazzjoni tar-relazzjonijiet tal-poter mhux ugwali storikament bejn l-irġiel u n-nisa li wasslu għal sitwazzjoni fejn l-irġiel jiddominaw in-nisa u jiddiskriminaw kontrihom u għall-prevenzjoni tal-avvanz sħiħ tan-nisa,

C.

billi l-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa mhix biss problema ta’ saħħa pubblika iżda wkoll aspett ta’ inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li hi qasam li fih l-UE għandha l-inkarigu li tieħu azzjoni,

D.

billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju ewlieni tal-UE, li hu rikonoxxut fit-Trattat KE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

E.

billi l-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa tirrappreżenta ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u b’mod partikulari: tad-dritt għall-ħajja, id-dritt għas-sigurtà, id-dritt għad-dinjità, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali, kif ukoll id-dritt għall-għażla u għas-saħħa sesswali u riproduttiva,

F.

billi l-vjolenza tal-irġiel konta n-nisa tostakola l-parteċipazzjoni tan-nisa f’attivitajiet soċjali, fil-ħajja politika u pubblika u fis-suq tax-xogħol, u tista’ twassal għall-marġinalizzazzjoni u l-faqar għan-nisa,

G.

billi l-vjolenza kontra n-nisa fil-forom estremi tagħha twassal biex dawn jinqatlu,

H.

billi l-vjolenza kontra n-nisa timxi id f’id mal-vjolenza kontra t-tfal u għandha impatt fuq il-benessri psikoloġiku u l-ħajja tagħhom,

I.

billi l-vjolenza kontra n-nisa bħala ommijiet teffettwa direttament jew indirettament lit-tfal u tħalli impatt negattiv fit-tul fuq is-saħħa emozzjonali u mentali tagħhom, u tista’ toħloq ċiklu ta’ vjolenza u ta’ abbuż li jibqa’ għaddej minn ġenerazzjoni għal oħra,

J.

billi l-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa hi problema strutturali u mifruxa fl-Ewropa u fid-dinja kollha, fenomenu li jeffettwa l-vittmi kif ukoll lill-aggressuri, irrispettivament mill-età, mill-edukazzjoni, mid-dħul finanzjarju jew mill-pożizzjoni soċjali, u hija marbuta mad-distribuzzjoni mhux ugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà tagħna,

K.

billi t-tipi ta’ vjolenza mwettqa kontra n-nisa jvarjaw f’kulturi u fi tradizzjonijiet differenti, u billi l-mutilazzjoni ġenitali femminili, dawk magħrufa bħala delitti għall-unur u ż-żwiġijiet sfurzati huma realtà fl-UE,

L.

billi s-sitwazzjonijiet ta' gwerer u kunflitti armati, ir-rikostruzzjoni wara l-kunflitt u l-kriżijiet ekonomiċi, soċjali u/jew finanzjarji jżidu l-vulnerabilità tan-nisa, kemm individwalment, kif ukoll kollettivament, għall-vjolenza tal-irġiel kontrihom u billi dawn m'għandhomx jittieħdu bħala skużi sabiex tiġi ttollerata l-vjolenza tal-irġiel,

M.

billi t-traffikar tan-nisa għal skopijiet sesswali u għal skopijiet oħra huwa ksur fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem li għandhom in-nisa u jeffettwa kemm lill-vittmi bħala individwi, kif ukoll lis-soċjetà kollha kemm hi,

N.

billi t-tolleranza murija lejn il-prostituzzjoni fl-Ewropa twassal għal żieda fit-traffikar tan-nisa lejn l-Ewropa għal skopijiet sesswali, u għat-turiżmu tas-sess,

O.

billi m’hemm ebda ġbir ta’ data regolari u komparabbli dwar it-tipi differenti ta’ vjolenza kontra n-nisa fl-UE, ħaġa li tagħmilha diffiċli li jiġi aċċertat id-daqs reali tal-fenomenu u li jinstabu soluzzjonijiet xierqa għall-problema,

P.

billi n-numru ta' nisa li huma vittmi ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru huwa allarmanti,

Q.

billi x-xbieha tan-nisa mogħtija mill-midja, li ħafna drabi hi mgħawġa u mmirata lejn il-konsumatur, tmur kontra r-rispett għad-dinjità tal-bniedem,

R.

billi, barra mid-dipendenza ekonomika (li hi spiss il-każ għan-nisa), fatturi importanti li jżommu lin-nisa milli jirrappurtaw il-vjolenza li ssir kontrihom jinsabu fil-kultura soċjali u fir-rappreżentazzjonijiet li jissuġġerixxu li l-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa hija kwistjoni privata jew li spiss in-nisa nfushom ikollhom tort,

S.

billi ta’ sikwit in-nisa ma jirrappurtawx il-vjolenza tal-irġiel kontrihom għal diversi raġunijiet kumplessi psikoloġiċi, finanzjarji, soċjali u kulturali, u xi kultant ma jħossux li jistgħu jagħmlu dan minħabba nuqqas ta' fiduċja fil-pulizija, fis-sistema ġudizzjarja u fis-servizzi soċjali u mediċi,

T.

billi l-Parlament sikwit talab li jkun hemm Sena Ewropea għall-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa,

U.

billi n-NU ddikjarat il-25 ta’ Novembru bħala l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, u billi fil-Parlament Ewropew f’Diċembu 2009 se jsir seminar internazzjonali dwar il-vjolenza kontra n-nisa,

V.

billi dejjem qiegħda tikber il-ħtieġa li jiġi introdott strument ġuridiku komprensiv immirat biex jiġġieled kontra l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa fl-Ewropa, inkluż it-traffikar tan-nisa,

1.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex itejbu l-liġijiet u l-politiki nazzjonali tagħhom għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali komprensivi li jiġġieldu kontra l-vjolenza kontra n-nisa, ibbażati fuq analiżi tal-implikazzjonijiet fuq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tal-vjolenza fuq in-nisa u fuq l-obbligi tat-trattati internazzjonali tal-Istati Membri li jeliminaw kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa, u sabiex fihom ikun hemm miżuri konkreti għall-prevenzjoni tal-vjolenza mill-irġiel, għall-ħarsien tal-vittmi u għall-prosekuzzjoni tal-aggressuri;

2.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex, permezz ta’ programmi u skemi ta’ finanzjament nazzjonali ad hoc, jgħinu lill-korpi u lill-organizzazzjonijiet volontarji li jilqgħu u jagħtu għajnuna psikoloġika lin-nisa vittmi tal-vjolenza, b’mod partikulari bil-għan li jgħinuhom jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol u sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jiksbu d-dinjità sħiħa tagħhom bħala persuni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill pjan tal-politika tal-UE mmirat u iktar koerenti dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa, kif mistqarr fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2006 bl-isem “Pjan Direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006 - 2010” (COM(2006)0092), biex tinkludi miżuri għall-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa fil-programm ta’ azzjoni tagħha dwar l-ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-irġiel u n-nisa għas-snin 2011 sa 2016,kif ukoll miżuri konkreti biex tiġi evitata kull forma ta’ vjolenza, biex il-vittmi jkunu protetti u biex jittieħdu passi legali kontra l-aggressuri, u biex tiżgura li ssir analiżi tal-implikazzjonijiet tal-vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa fl-oqsma kollha tal-politiki u li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jiżviluppaw reazzjoni koordinata, impenjata u koerenti biex jeqirdu din il-vjolenza;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibiltà li tadotta miżuri ġodda għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex torganizza konferenza speċjali ta’ livell għoli li għaliha jattendu r-rappreżentanti tal-organi politiċi, tas-soċjetà ċivili, tal-organizzazzjonijiet soċjali u istituzzjonali, li jkollha bħala għan li tikkontribwixxi għal proċess ta’ żvilupp ta’ politiki aktar koerenti fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa;

6.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea sabiex tiggarantixxi d-dritt għall-għajnuna u l-appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza, u b’mod partikulari tat-traffikar tal-bnedmin, ikunu ta’ liema nazzjonalità jkunu, u sabiex tiżgura l-protezzjoni tan-nisa vittmi tal-vjolenza domestika li l-istatus legali tagħhom possibilment ikun jiddependi mis-sieħeb tagħhom;

7.

Jistieden lill-UE sabiex timplimenta mekkaniżmi li jiżguraw li l-analiżi tat-traffikar tal-bnedmin mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi integrata fil-politiki kollha maħsuba sabiex jipprevjenu u jiġġieldu kontra din il-prattika, u sabiex jindirizzaw il-kawżi primarji tal-vjolenza billi jieħdu miżuri preventivi bħalma huma s-sanzjonijiet, l-edukazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni;

8.

Ifakkar li għadu qed jistenna r-riżultati tal-istudju tal-Kummissjoni dwar leġiżlazzjoni dwar il-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u l-vjolenza kontra n-nisa;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu li n-nisa vittmi tal-vjolenza jkollhom aċċess xieraq għall-għajnuna legali u għall-protezzjoni, ikunu ta' liema nazzjonalità jkunu u tkun xi tkun in-natura tal-involviment tagħhom fl-investigazzjonijiet tal-pulizija;

10.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex joħolqu bażi legali ċara għall-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa, inkluż it-traffikar;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda l-ħidma fuq l-abbozzar ta’ proposta għal direttiva komprensiva dwar azzjoni fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaġixxu ħalli jindirizzaw il-kawżi tal-vjolenza kontra n-nisa, b'mod partikulari billi japplikaw miżuri preventivi u billi jagħmlu kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar il-forom differenti li jista' jkollha din il-vjolenza;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni flimkien, li tkun tinkludi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u informazzjoni għall-pubbliku, dwar il-vjolenza domestika, kif ukoll strateġiji mmirati lejn il-bdil tal-istereotip soċjali tan-nisa permezz tal-edukazzjoni u tal-midja, u sabiex jinkoraġġixxu l-iskambju ta' prattiki tajbin;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw fil-livell internazzjonali l-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-vjolenza fuq in-nisa u d-dimensjoni relatata mal-ġeneru fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari fil-kuntest tal-ftehimiet bilaterali ta' assoċjazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fis-seħħ u dawk li qed jiġu negozjati;

15.

Jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, mill-fatt li m’hemmx dimensjoni sinifikattiva dwar il-ġeneru fl-evalwazzjonijiet obbligatorji dwar l-impatt tas-sostenibilità li jsiru qabel ma jiġu konklużi ftehimiet bħal dawn, wisq anqas kwalunkwe rikonoxximent tal-kwistjoni tal-vjolenza sesswali, u ta' sensiela ta' strumenti li jippermettu li jiġi analizzat l-impatt fir-rigward tal-ġeneru, u jistieden lill-Kummissjoni biex kemm jista' jkun malajr tressaq proposta biex issolvi din il-problema;

16.

Jitlob lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw kif jixraq iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' ċerti kategoriji ta' nisa li huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza, bħal nisa minn minoranzi, nisa immigranti, nisa refuġjati, nisa li jgħixu fi stat ta' faqar f'komunitajiet rurali u iżolati, nisa fil-ħabs jew f'istituzzjonijiet oħra, bniet, nisa omosesswali, nisa b'diżabilitajiet u nisa kbar fl-età;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżidu l-miżuri ta' prevenzjoni tal-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fost iż-żgħażagħ billi jipprovdu kampanji mmirati ta' edukazzjoni u kooperazzjoni aħjar fost l-atturi u l-ambjenti differenti effettwati minn dan il-fenomenu, bħall-familji, l-iskejjel, l-isfera pubblika u l-midja;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tindirizza d-dimensjoni internazzjonali tal-vjolenza kontra n-nisa fil-kuntest tal-ħidma tagħha dwar ir-Responsabilità Soċjali tal-Intrapriżi, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-intrapriżi Ewropej li joperaw fiż-żoni ta' proċessar għall-esportazzjoni;

19.

Jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ xieraq għal dawk kollha li jaħdmu ma’ vittmi nisa ta’ vjolenza mill-irġiel, inklużi rappreżentanti tas-sistema tal-ġustizzja u tal-infurzar tal-liġi, b’referenza partikolari għall-pulizija, il-qrati, is-servizzi soċjali, mediċi u legali, l-aġenziji tas-suq tax-xogħol, min iħaddem u l-għaqdiet sindakali;

20.

Jitlob li jinħolqu mekkaniżmi sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għan-nisa li jkunu vittmi ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru jew ta' netwerks ta' traffikar għal għajnuna legali b’xejn li tagħmilha possibbli għalihom li jasserixxu d-drittijiet tagħhom fl-Unjoni; jinsisti fuq il-bżonn li jittejbu l-kollaborazzjoni bejn professjonisti legali u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, u li jinstabu mezzi biex jitneħħew l-ostakli għar-rikonoxximent ta' atti legali fi Stati Membri oħra, inklużi sentenzi mogħtija għal reati ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u inibizzjonijiet kontra rġiel vjolenti;

21.

Jilqa' l-fatt li twaqqfu qrati f'xi Stati Membri biex jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u jistieden lill-Istati Membri kollha biex imexxu iktar din l-inizjattiva;

22.

Jitlob li fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar il-Kondotti (ECRIS) jingħata rwol ċentrali lir-rekords li jikkonċernaw il-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru;

23.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex idaħħlu sistema koerenti għall-ġbir ta’ statistika dwar il-vjolenza kontra n-nisa, b'referenza partikulari għall-vjolenza kontra l-minorenni, u inklużqtil li jsir fil-kuntest ta’ vjolenza domestika u jew relazzjonijiet mill-qrib, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri sabiex tinkiseb data komparabbli dwar il-vjolenza kontra n-nisa fl-UE kollha;

24.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu l-vjolenza sesswali u l-istupru tan-nisa, anke fiż-żwieġ u f'relazzjonijiet intimi informali u/jew fejn dawn jitwettqu minn qraba rġiel, bħala offiża kriminali meta l-vittma ma tkunx tat il-kunsens tagħha, u sabiex jiżguraw li reati bħal dawn jirriżultaw fi prosekuzzjoni awtomatika, u biex tiġi rrifjutata kwalunkwe referenza għall-prattiki kulturali, tradizzjonali jew reliġjużi bħala fattur mitiganti f’każi ta’ vjolenza kontra n-nisa, inklużi dawk magħrufa bħala delitti għall-unur u mutilazzjoni ġenitali femminili;

25.

Jinnota li ċerti Stati Membri implimentaw politiki sabiex jirrikonoxxu l-vjolenza sesswali fi ħdan koppja, b'mod partikulari l-vjolenza bejn il-miżżewġin, bħala delitt; jitlob lill-Istati Membri sabiex janalizzaw ir-riżultati ta' dawn il-politiki sabiex jiffavorixxu l-iskambju ta' prattiki tajbin fl-Ewropa kollha;

26.

Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa biex itemmu l-mutilazzjoni genitali femminili; jenfasizza li l-immigranti residenti fil-Komunità għandhom ikunu konxji li l-mutilazzjoni ġenitali femminili tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa tan-nisa u ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri sabiex jew jimplimentaw dispożizzjonijiet legali speċifiċi fir-rigward tal-mutilazzjoni ġenitali femminili jew inkella jadottaw liġijiet bħal dawn u jieħdu passi legali kontra kwalunkwe persuna li twettaq mutilazzjoni ġenitali;

27.

Jistieden lill-UE biex tiggarantixxi d-dritt għall-għajnuna u l-appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza tal-irġiel fuq in-nisa;

28.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jinvestigaw mingħajr dewmien l-abbużi estremi kontra d-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra n-nisa Roma, jikkastigaw lill-aggressuri u biex jipprovdu kumpens xieraq lill-vittmi tal-isterilizzazzjoni sfurzata;

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet tal-Istati Membri u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.

(2)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.

(3)  ĠU C 304, 6.10.1997, p. 55.

(4)  ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 66.

(5)  ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 140.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2009)0161.


Il-Ħamis, 26 ta’' Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/59


Il-Ħamis, 26 ta’' Novembru 2009
Il-problema tal-piraterija 'l barra mill-kosta tas-Somalja

P7_TA(2009)0099

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar soluzzjoni politika rigward il-problema tal-piraterija 'l barra mill-kosta tas-Somalja

2010/C 285 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-piraterija fuq il-baħar (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-qtil frekwenti taċ-ċivili fis-Somalja (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill għar-Relazzjonijiet Esterni tas-27 ta' Lulju 2009 (12354/2009) u tas-17 ta' Novembru 2009 (15914/2009),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/918/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (3), bl-isem - Operazzjoni Atalanta,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti S/RES1814 (2008), 1816 (2008), 1838 (2008), 1846 (2008), 1851 (2008), 1863 (2009) u 1972 (2009),

wara li kkunsidra l-iskambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet għat-trasferiment lejn il-Kenja tal-persuni ssuspettati li wettqu atti ta' piraterija li jkunu nżammu mill-Forzi Navali Ewropej (EUNAVFOR), u tal-propjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lejn il-Kenja għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment,

wara li kkunsidra l-iskambju ta' ittri konkluż fit-30 ta' Ottubru 2009 bejn l-UE u r-Repubblika tas-Seychelles biex jiġi permess it-trasferiment lejn is-Seychelles tal-persuni suspettati b'piraterija u serq armat arrestati mill-EUNAVFOR fiż-żona tal-operazzjoni,

wara li kkunsidra l-prinċipji ta' gwida miftiehma bejn il-partijiet għall-Ftehim ta' Paċi ta' Djibouti fil-25 ta' Novembru 2008, b'mod partikolari l-istabbiliment ta' gvern ta' unità u ta' parlament inklużiv fis-Somalja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-ġlied li reġa' beda dan l-aħħar bejn ir-ribelli tal-Unjoni tal-Qrati Islamiċi (UIC) u t-truppi tal-Gvern Federali Tranżizzjonali u tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana (UA) fis-Somalja wassal biex kompliet żdiedet l-instabilità u biex intilfu aktar ħajjiet fis-Somalja,

B.

billi l-komunità internazzjonali tirrispetta s-sovranità, l-integrità territorjali, l-indipendenza politika u l-unità tas-Somalja,

C.

billi s-Somalja ilu ma jkollha gvern li jiffunzjona sa mill-waqgħa tar-reġim ta' Siad Barre fl-1991, u billi minn dak iż-żmien is-sitwazzjoni politika baqgħet waħda ta' anarkija, ikkaratterizzata bi ġlied bejn klannijiet interni u brigantaġġ,

D.

billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-belt kapitali tas-Somalja, Mogadishu, kompliet teħżien, u dan żamm lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) nazzjonali u internazzjonali milli jlaħħqu mal-katastrofi umanitarja li qiegħda sseħħ u milli jirreaġixxu għall-emerġenzi,

E.

billi fis-Somalja għadhom qed iseħħu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u vjolazzjonijiet tal-liġi umanitarja internazzjonali mill-partijiet kollha tal-kunflitt fis-Somalja - speċifikament tortura u trattament ħażin ieħor, stupri, eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, detenzjoni arbitrarja u attakki fuq persuni ċivili, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u fuq l-infrastruttura ċivili;

F.

billi hemm tħassib dwar il-gwerra ċivili fis-Somalja li qiegħda tieħu fit-tul u bl-implikazzjonijiet tagħha għall-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni f'dak il-pajjiż, kif ukoll għas-sigurtà u l-istabilità tal-Qarn tal-Afrika kollu kemm hu,

G.

billi, sa reċentement ħafna, l-attakki mill-pirati ma kinux immirati biss lejn vapuri merkantili iżda anke lejn bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ikel, dgħajjes tas-sajd u vapuri tat-turisti,

H.

billi piraterija ta' dan it-tip parzjalment tirriżulta mill-vjolenza u mill-instabilità politika fis-Somalja u tikkontribwixxi għalihom, u għandha effett indirett fuq il-bqija tar-reġjun tal-Qarn, u għandha konsegwenzi konkomitanti għall-popolazzjoni ċivili tas-Somalja f'dak li għandu x'jaqsam mal-esponiment għat-theddid, in-nuqqas ta' żvilupp u l-waqfien fl-għajnuna alimentari u sforzi umanitarji oħrajn,

I.

billi fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill iddeċieda li jniedi, bħala parti mill-azzjoni komprensiva mwettqa mill-UE fil-Qarn tal-Afrika, l-ewwel operazzjoni navali tal-UE, EU NAVFOR Atalanta imsemmija hawn fuq, b'mandat li trażżan, tiskoraġġixxi u tipprevjeni atti ta' piraterija u serq armat 'il barra mill-kosta tas-Somalja u biex tagħti kontribut għall-ħarsien ta' bastimenti merkantili u, b'mod partikolari, ta' bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ikel li jkunu qegħdin jipprovdu għajnuna alimentari lill-persuni spostati fis-Somalja,

J.

billi, minn Diċembru 2008, l-Operazzjoni EUNAVFOR Atalanta pprovdiet ħarsien kruċjali għal 50 bastiment tal-Programm Dinji tal-Ikel li bejn wieħed u ieħor wasslu 300 000 tunnellata ikel, li minnu finalment ibbenefikaw b'mod dirett 1.6 miljun Somalu,

K.

billi, fil-laqgħa msemmija hawn fuq tal-Kunsill tar-Relazzjonijiet Esterni fis-27 ta' Lulju 2009, il-Kunsill iddeċieda li jsaħħaħ l-involviment tal-UE għall-promozzjoni tal-paċi u l-iżvilupp fis-Somalja, b'koperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti rilevanti kollha, b'mod partikolari n-NU u l-Unjoni Afrikana, u għal dan il-għan eżamina l-modi possibbli biex l-UE tagħti kontribut għall-isforzi internazzjonali, fosthom fil-qasam tas-sigurtà,

L.

billi fil-laqgħa msemmija hawn fuq tal-Kunsill tar-Relazzjonijiet Esterni, fis-17 ta' Novembru 2009, il-Kunsill approva Kunċett għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet dwar missjoni possibbli tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża (ESDP) biex jingħata kontribut għat-taħriġ ta' 2 000 ruħ mill-forza ta' sigurtà tal-Gvern Federali Tranżizzjonali tas-Somalja,

M.

billi l-piraterija saret negozju li jħalli l-qligħ peress li qed jintalbu riskatti enormi għal individwi u billi l-pirati tal-ġurnata tal-lum jużaw metodi aktar sofistikati, huma armati tajjeb ħafna bi strateġija ċara u kapaċi li jadattaw malajr għal tattiċi ġodda,

N.

billi din l-assistenza fit-tul mis-sħab internazzjonali ma tistax tkun effikaċi mingħajr ma tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni tas-sigurtà,

O.

billi r-ribelli tal-UIC eliminaw il-possibilità ta' kull kuntatt u rikonċiljazzjoni politiċi intenzjonati għall-paċi bħala parti mill-Proċess ta' Paċi ta' Djibouti li jipprovdi qafas biex tintlaħaq soluzzjoni politika dejjiema fis-Somalja,

P.

billi l-persunal militari involut fl-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta jista' jarresta, iżomm u jittrasferixxi persuni li huma ssuspettati li wettqu atti ta' piraterija jew serq armat fl-inħawi fejn ikun preżenti; billi dawk issuspettati jistgħu ukoll jiġu mħarrka minn Stat Membru tal-UE jew mill-Kenja skont il-ftehim iffirmat mal-UE fis-6 ta' Marzu 2009, li jagħti lill-awtoritajiet tal-Kenja d-dritt li jħarrku,

Q.

billi, skont rapport mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti, ġie depożitat għadd kbir ta' tagħbijiet illegali bi skart tossiku, li l-kontenut tagħhom qed inixxi, tul il-kosta tas-Somalja, b'nuqqas totali ta' attenzjoni għas-saħħa tal-popolazzjoni lokali u l-konservazzjoni tal-ambjent,

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-ksur serju tal-liġijiet umanitarji internazzjonali u tal-liġijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-partijiet kollha fil-kunflitt tas-Somalja; jitlob biex il-ġlied jintemm minnufih u biex il-gruppi armati kollha jerħu l-armi tagħhom b'urġenza u jingħaqdu fi djalogu ġenwin fuq bażi estensiva mal-Gvern Federali ta' Tranżizzjoni; jitlob li l-fazzjonijiet kollha mdaħħla fil-ġlied joqogħdu lura milli jattakkaw lil persuni ċivili b'mod indiskriminat, u jitlob li jkun hemm bord indipendenti li jinvestiga r-reati tal-gwerra u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

2.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Gvern Federali ta' Tranżizzjoni taħt it-tmexxija tal-President Sheikh Sharif Sheikh Ahmed, u għall-impenji tal-President li jonora l-prinċipji stipulati fil-Ftehim ta' Paċi ta' Djibouti, inklużi l-ispirtu ta' rikonċiljazzjoni u t-tfittxija għal proċess politiku inklużiv; jikkundanna l-attakki armati kontra l-Gvern Federali ta' Tranżizzjoni tas-Somalja u kontra n-NU u l-NGOs;

3.

Ifakkar li l-komunità internazzjonali u l-partijiet kollha fil-kunflitt attwali għandhom ir-responsabilità li jħarsu lill-persuni ċivili, li jippermettu li tingħata l-assistenza, u li jirrispettaw l-ispazju umanitarju u s-sikurezza tal-ħaddiema umanitarji; jitlob, għaldaqstant, li immedjatament jinħolqu l-kundizzjonijiet tajbin biex ikun hemm rispons xieraq għall-katastrofi umanitarja fis-Somalja;

4.

Josserva b'sodisfazzjon kbir li l-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta għadha tikkontribwixxi b'suċċess għas-sigurtà marittima 'l barra mill-kosta tas-Somalja billi tħares il-bastimenti mikrija tal-Programm Dinji tal-Ikel li jwasslu l-għajnuna lis-Somalja, il-bastimenti li jipprovdu merkanzija kritika għall-operazzjoni tal-Unjoni Afrikana għall-appoġġ tal-paċi fis-Somalja, u bastimenti vulnerabbli oħrajn; jistieden lill-Kunsill biex jestendi l-operazzjoni għal sena oħra meta l-mandat attwali jintemm fit-12 ta' Diċembru 2009; jesprimi l-appoġġ tiegħu biex possibilment tiġi estiża ż-żona operattiva lejn in-nofsinhar, skont l-attività ta' piraterija, iżda jenfasizza li din l-estensjoni m'għandhiex taffettwa l-għan essenzjali tal-missjoni, li hu l-ħarsien tal-konvojs tal-Programm Dinji tal-Ikel u ta' bastimenti vulnerabbli oħrajn, bħal dawk tal-flotta merkantili u tas-sajd;

5.

Jenfasizza li l-piraterija fl-ibħra miftuħa timmina serjament is-sitwazzjoni ta' sigurtà u taffettwa bil-qawwa l-forniment ta' għajnuna alimentari f'sitwazzjoni umanitarja li hi diġà kritika;

6.

Jenfasizza li l-piraterija tista' tingħeleb b'suċċess biss jekk jiġu indirizzati mill-għeruq il-kawżi tal-problema li jinsabu fuq l-art, u li jinkludu l-faqar u fi stat fallut, u jistgħu jinqerdu biss permezz tal-paċi, l-iżvilupp u l-kostruzzjoni statali fis-Somalja;

7.

Hu tal-fehma li, sakemm tinstab soluzzjoni politika mill-komunità internazzjonali għall-problema jekk is-Somalja hix ta' min jafdaha bħala Stat, l-istrateġija tas-sigurtà implimentata permezz tal-Operazzjoni Atalanta trid tkompli tieħu preċedenza u anke tissaħħaħ f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi disponibbli għall-forzi mobilizzati mill-operazzjoni nnifisha;

8.

Jistieden, għalhekk, lill-Kunsill biex jeżamina l-possibilità li titwaqqaf operazzjoni ġdida fuq skala żgħira tal-ESDP, li timxi b'mod parallel mal-Operazzjoni EUNAVFOR Atalanta, biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali ta' Tranżizzjoni, biex b'hekk l-inizjattivi eżistenti - inklużi l-inizjattiva ta' Franza f'Djibouti u l-inizjattiva tal-Uganda bħala parti mill-programm ta' taħriġ stabbilit mill-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja - jiġu konformi ma' xulxin billi jiġi żgurat li jieħdu l-istess tip ta' azzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, l-approvazzjoni tal-mill-Istati Membri tas-17 ta' Novembru 2009 tal-Kunċett tal-Ġestjoni tal-Kriżijiet għall-possibilità ta' operazzjoni ġdida tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża għas-Somalja, iżda jinsisti li l-adozzjoni ta' dan il-kunċett bl-ebda mod m'għandha tinfluwenza minn qabel id-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni ta' missjoni li tista' tittieħed biss wara eżami aktar bir-reqqa tas-sitwazzjoni fil-post, filwaqt li jkun żgurat li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem, li jitħallsu s-salarji, li jkun provdut it-tagħmir u li l-forzi tas-sigurtà mħarrġa jiġu integrati fl-istrutturi tal-istat u ta' kmand sabiex, darba jerġgħu lura, ma jdurux kontra l-gvern li suppost ikunu qegħdin jipproteġu;

9.

Jiddispjaċih li minn 35 sa 40 % tal-bastimenti fiż-żona mhumiex reġistrati mal-entità għall-koordinazzjoni ċentrali tas-sigurtà marittima; u li, bħala konsegwenza, dawn il-bastimenti mhumiex konxji tat-theddid speċifiku għas-sigurtà; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-bastimenti kollha tagħhom ikunu jiġu reġistrati; jistieden lill-bastimenti kollha biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet ta' EU NAVFOR – Operazzjoni Atalanta sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' attakki jew ta' qbid;

10.

Jisgħobbih li attitudni dgħajfa lejn id-domandi tal-pirati Somali, anke mingħajr l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa ta' koerċizzjoni, tista' tipproduċi effetti kontroproduttivi u mhux mixtieqa fil-ġejjieni billi tikkontribwixxi għal każi ġodda ta' piraterija fiż-żona;

11.

Jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għall-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja, minħabba l-irwol ċentrali tagħha fil-proċess tal-paċi; jinsisti li involviment ulterjuri mal-Unjoni Afrikana u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja għandu jidentifika l-ħtiġijiet l-aktar urġenti u l-forom possibbli ta' appoġġ addizzjonali tal-UE sabiex il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja tkun tista' tiżviluppa kapaċitajiet proporzjonati mal-mandat tagħha;

12.

Jistieden lill-komunità internazzjonali, u b'mod partikolari lill-UE, sabiex tipprovdi iktar assitenza umanitarja lill-persuni li jkunu ġew spustati internament u lil dawk fil-bżonn;

13.

Hu tal-fehma li l-involviment tal-organizzazzjonijiet tan-nisa Somali u s-soċjetà ċivili Somala jista' jkollu rwol pożittiv fil-proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali;

14.

Jistieden lill-Istati Membri biex jistudjaw il-possibilità li jħarrġu l-ekwipaġġ u s-sajjieda biex iħejjuhom għall-eventwalità ta' teħid ta' ostaġġi;

15.

Iħeġġeġ l-applikazzjoni u l-monitoraġġ stretti u mġeddin tal-embargo fuq l-armi kontra s-Somalja, li kien impost min-NU fl-1992, u li ftit li xejn qiegħed jiġi osservat; jitlob li dawk li jiksru l-embargo tal-armi tas-Somalja jinżammu responsabbli;

16.

Jistieden lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kummissjoni Ewropea biex iwettqu investigazzjoni kompluta tar-rimi ta' skart tossiku u s-sajd illegali tul il-kosta tas-Somalja, biex ir-responsabilitajiet jiġu stabbiliti fil-livelli kollha, biex jappoġġaw l-isforzi sabiex dawk responsabbli għal dawn l-atti kriminali jitressqu quddiem il-ġustizzja u biex jassiguraw li t-tniġġis ambjentali jkun indirizzat b'mod komprensiv;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarji Ġenerali tal-Unjoni Afrikana, tan-NU u tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp, lill-President tal-Gvern Federali ta' Tranżizzjoni tas-Somalja, lill-Gvern tal-Etjopja u lill-Parlament Pan-Afrikan.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0519.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0313.

(3)  ĠU L 330, 9.12.2008, p. 19.


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/63


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Ambjenti bla tipjip

P7_TA(2009)0100

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar ambjenti bla tipjip

2010/C 285 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 152(4),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2009 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti bla tipjip (COM(2009)0328),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2007 bit-titlu “Lejn Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: għażliet politiċi fuq livell tal-UE” (COM(2007)0027),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-Green Paper “Lejn Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: għażliet politiċi fuq livell ta' l-UE” (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Frar 2005 dwar l-Ambjent Ewropew u l-Pjan ta' Azzjoni tas-Saħħa 2004-2010 (2) u tal-4 ta' Settembru 2008 dwar “Ir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010” (3),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Qafas tal-2003 dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), b'mod partikolari l-Artikolu 8 (protezzjoni mill-espożizzjoni għad-dħaħen tat-tabakk) u l-Artikolu 14 (miżuri ta' tnaqqis tad-domanda fir-rigward tad-dipendenza fuq it-tabakk u l-waqfien mit-tipjip),

wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropea tad-WHO tal-2004 dwar il-politika għall-waqfien mit-tipjip,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO għall-politiki tal-2007 dwar il-ħarsien mill-espożizzjoni għad-duħħan passiv tat-tabakk,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kunsill dwar ambjenti bla tipjip,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-tabakk waħdu huwa l-ikbar kawża ta' mwiet li jistgħu jiġu evitati, responsabbli għal iktar minn nofs miljun mewt kull sena fl-UE (4),

B.

billi huwa stmat li 25 % tal-imwiet kollha mill-kankru u 15 % tal-imwiet kollha fl-UE jistgħu jiġu attribwiti lit-tipjip (5); billi skont stimi konservattivi, 7 300 adult, inkluż 2 800 persuna li ma jpejpux, mietu bħala konsegwenza tal-espożizzjoni għad-dħaħen tat-tabakk fl-ambjent (ETS) fil-post tax-xogħol tagħhom fl-UE fl-2002; u billi 72 000 mewt oħra ta' adulti, inklużi dawk ta' 16 400 persuna li ma jpejpux, ġew konnessi mal-espożizzjoni għall-ETS fid-dar (6),

C.

billi, skont is-servej tal-Eurobarometer ta' Marzu 2009, 70 % tal-popolazzjoni tal-UE huma persuni li ma jpejpux u maġġoranza kbira taċ-ċittadini huma favorevoli għal projbizzjoni fil-postijiet pubbliċi kollha (postijiet tax-xogħol, ristoranti, bars u pubs),

D.

billi, minkejja l-fatt li huwa ovvju li t-tfal huma partikolarment vulnerabbli għall-ETS, id-data rispettiva speċifikament iffukata fuq il-konsegwenzi tal-espożizzjoni tat-tfal fuq perjodi twal ta' żmien u b'mod sistematiku għall-ETS jew mhijiex suffiċjenti jew mhijiex disponibbli, u studju li jipprovdi d-data rilevanti jista' jitħejja b'mod aktar effettiv f'livell pan-Ewropew u huwa preferibbli għal 27 studju differenti fis-27 Stat Membru differenti,

E.

billi l-espożizzjoni għall-ETS – magħruf ukoll bħala duħħan passiv tat-tabakk – huwa kawża addizzjonali sinifikanti ta' mortalità, morbożità u diżabilità fl-UE,

F.

billi d-dħaħen tat-tabakk huma taħlita tossika kumplessa ta' iktar minn 4 000 komponenti tal-gass u tal-partikolati, inklużi 69 karċinoġeniku magħruf u diversi aġenti tossiċi,

G.

billi l-ETS ġie kklassifikat bħala karċinoġeniku tal-bniedem rikonoxxut mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kankru tad-WHO,

H.

billi m'hemmx livell sikur ta' espożizzjoni għad-duħħan passiv tat-tabakk; billi kulħadd għandu d-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u għandu jiġi protett minn espożizzjoni bħal din, u billi t-tfal huma partikolarment vulnerabbli għat-tniġġis tat-tabakk,

I.

billi min ipejjep jieħu aktar ġranet ta' waqfien mix-xogħol minħabba mard fuq perjodi qosra u twal meta mqabbel ma' dawk li ma jpejpux u dawk li waqfu jpejpu, b'mod li jżid mal-ispiża kbira ħafna tal-konsum tat-tabakk għall-individwi, għal min iħaddem, għan-negozji u għall-ekonomija kollha kemm hi,

J.

billi t-tfal ma jistgħux jagħtu l-kunsens tagħhom għall-espożizzjoni tagħhom għall-ETS fi spazji magħluqa, u għandhom id-dritt li jiġu protetti u li ma ssirilhomx ħsara permezz ta' prattiki li huma ta' ħsara għas-saħħa tagħhom,

K.

billi l-espożizzjoni għat-tniġġis mid-dħaħen tat-tabakk waqt it-tqala tista' twassal għal żieda fir-riskju ta' malformazzjonijiet, ta' korrimenti, ta' ħlas prematur u mortalità fit-twelid, waqfien fl-iżvilupp tal-fetu, ċirkonferenza iżgħar tar-ras u piż anqas fit-twelid, u billi teżisti relazzjoni bejn it-tipjip passiv u l-infjammazzjoni tan-naħa ta' ġewwa tal-widna, iffunzjonar difettuż tal-pulmuni, l-ażma kif ukoll il-mewt għal għarrieda tat-trabi,

L.

billi l-evidenza turi li l-introduzzjoni ta' politiki kontra t-tabakk irriżultat f'titjib ġenerali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u f'inċidenza mnaqqsa ta' morbożità relatata mat-tipjip (pereżempju inċidenti koronarji akuti, kundizzjonijiet respiratorji jew infezzjonijiet tal-mijokardju),

M.

billi l-ispejjeż għas-sistemi tas-saħħa li jirriżultaw mill-konsum tat-tabakk jitħallsu mill-popolazzjoni b'mod ġenerali u mhux minn dawk li kienu responsabbli biex dawn l-ispejjeż jinħolqu,

N.

billi l-UE u 26 mis-27 Stat Membru diġà ffirmaw u rratifikaw l-FCTC; filwaqt li jfakkar ukoll fil-preambolu tal-Kostituzzjoni tad-WHO, li jgħid li t-tgawdija tal-ogħla standard ta' saħħa li jista' jintlaħaq hija wieħed mid-drittijiet fundamentali ta' kull bniedem,

O.

billi l-Artikolu 8 tal-FCTC joħloq obbligu legali għall-Partijiet tiegħu li jadottaw u jimplimentaw, f'oqsma ta' ġurisdizzjoni nazzjonali eżistenti kif determinata bil-liġi nazzjonali, u biex jippromwovu b'mod attiv, f'livelli ġurisdizzjonali oħra, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri effettivi biex jipproteġu lill-persuni mill-espożizzjoni għad-duħħan passiv tat-tabakk fil-postijiet kollha tax-xogħol li jinsabu ġewwa, fit-trasport pubbliku u postijiet pubbliċi li jinsabu ġewwa u, skont kif ikun xieraq, f'postijiet pubbliċi oħra,

P.

billi l-Parlament stieden lill-Istati Membri biex jintroduċu, sa Ottubru 2009, projbizzjoni mingħajr restrizzjonijiet fuq it-tipjip fil-postijiet tax-xogħol magħluqa kollha, inklużi stabbilimenti tal-ikel u tax-xorb, u fil-bini pubbliku magħluq u fil-mezzi ta' trasport pubbliku magħluqa kollha fl-UE,

Q.

billi l-leġiżlazzjoni nazzjonali tvarja ħafna fost l-Istati Membri,

1.

Jiddispjaċih li l-Presidenza ddeċidiet li tadotta r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill mingħajr l-opinjoni tal-Parlament;

2.

Jiddispjaċih għall-fatt li n-nuqqas ta' regolamenti komprensivi dwar ambjenti bla tipjip fil-maġġoranza tal-Istati Membri (b'mod partikolari fis-setturi tal-ospitalità u tad-divertiment) jirriżulta f'inugwaljanzi bejn gruppi ta' ħaddiema u gruppi soċjoekonomiċi differenti, bil-ħaddiema fis-settur tal-ospitalità li għandhom probabilità tliet darbiet aktar li jkunu esposti għad-dħaħen tat-tabakk għal iktar minn ħames sigħat kuljum meta mqabbla ma' ħaddiema li jaħdmu f'uffiċċju;

3.

Jirrimarka li l-Parlament ippromwova b'mod konsistenti miżuri aktar b'saħħithom biex tiġi indirizzata d-dipendenza fuq it-tabakk u biex jitnaqqas l-espożizzjoni fost iż-żgħażagħ għad-duħħan passiv tat-tabakk;

4.

Jenfasizza l-effetti serji ta' ħsara li għandhom id-duħħan passiv tat-tabakk, l-effetti partikolari li l-espożizzjoni għal sustanzi ta' ħsara jista' jkollha matul il-perjodu vulnerabbli tat-tfulija, u l-fatt li t-tfal m'għandhomx il-kapaċità legali li jagħtu l-kunsens tagħhom għal espożizzjoni sistematika u fuq perjodu twil ta' żmien għal ambjenti mimlijin bid-dħaħen tat-tabakk;

5.

Jenfasizza li l-liġijiet nazzjonali differenti jirriżultaw f'differenzi kbar fil-protezzjoni minn espożizzjoni għad-duħħan passiv tat-tabakk bejn l-Istati Membri;

6.

Iqis li hu essenzjali li l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-projbizzjonijiet tat-tipjip fl-Istati Membri għandha, filwaqt li tipprovdi ċertezza legali, tirrispetta l-prinċipju ta' ugwaljanza bejn tipi differenti ta' stabbilimenti fis-settur tal-ospitalità;

7.

Jilqa' l-fatt li l-UE qed tiżviluppa b'mod attiv politika komprensiva ta' kontroll tat-tabakk ikkaratterizzata minn miżuri legiżlattivi, appoġġ għal attivitajiet ta' prevenzjoni tat-tipjip u waqfien mit-tipjip madwar l-UE kollha, l-integrazzjoni sistematika tal-kontroll tat-tabakk f'firxa ta' politiki Komunitarji oħra u l-għoti ta' rwol ewlieni lill-UE fil-kontroll tat-tabakk fil-livell globali;

8.

Jilqa' r-rieda tal-UE li tiġġieled kontra l-konsum tat-tabakk, kif ukoll il-koerenza murija reċentament fil-politiki tagħha;

9.

Jenfasizza li leġiżlazzjoni li torbot ibbażata fuq l-Artikoli 137 u 152 tat-Trattat tista' potenzjalment iġġib tnaqqis fil-prevalenza tal-ETS u fl-ispejjeż għas-saħħa u għall-ekonomija relatati miegħu; jirrikonoxxi, madankollu, li dawk l-Artikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 137, ma jindirizzawx b'mod dirett il-problemi speċifiċi tat-tfal;

10.

Jenfasizza li hija biss projbizzjoni sħiħa tat-tipjip fl-ambjenti tax-xogħol magħluqin kollha, inklużi l-istabbilimenti tal-ikel u tax-xorb, u fil-bini pubbliku kollu kif ukoll fil-mezzi ta' trasport pubbliku kollha, li tista' tħares is-saħħa tal-ħaddiema u ta' dawk li ma jpejpux u li tagħmilha kunsiderevolment aktar faċli għal dawk li jpejpu biex jieqfu jpejpu;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni ta' dawk l-Istati Membri li diġà adottaw miżuri effettivi biex jiżguraw il-ħarsien mill-espożizzjoni għad-duħħan passiv tat-tabakk; jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jdaħħlu regoli għall-protezzjoni ta' dawk li ma jpejpux fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u biex isaħħu l-isforzi kontinwi biex jiġu mħarsa dawk li ma jpejpux;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal rapport dwar l-ispejjeż ikkawżati mit-tipjip, li għalihom iħallsu s-sistemi tas-saħħa nazzjonali u l-ekonomija tal-UE, u l-effetti tat-tniġġis mid-dħaħen tat-tabakk;

13.

Jipproponi li l-Kunsill jirrakkomanda li l-Istati Membri jistabbilixxu djalogu u konsultazzjoni kontinwi mal-partijiet interessati rilevanti kollha f'konformità mal-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5.3 FCTCadottati waqt il-Konferenza tal-Partijiet għall-FCTC fl-2009, biex jiġi żgurat li jingħata appoġġ lill-parteċipanti kollha għall-implimentazzjoni ta' strateġiji u programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tabakk;

14.

Iġedded l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għall-emenda tad-Direttiva 2001/37/KE (7) dwar il-prodotti tat-tabakk, li tkun tinkludi mill-inqas il-modifiki li jinsabu fir-riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2007 imsemmija hawn fuq tal-Parlament;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproduċi studju komprensiv tal-effetti tal-espożizzjoni sistematika u fuq perjodu twil ta' żmien tat-tfal għal duħħan passiv u r-residwi tad-duħħan tat-tabakk fil-postijiet kollha tal-attività tagħhom;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw kemm ir-Rakkomandazzjoni proposta tal-Kunsill kif ukoll l-aħjar prattiki tal-Istati Membri bħala bażi għal kontribuzzjonijiet fil-formulazzjoni ta' linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 FCTC (“miżuri ta' tnaqqis tad-domanda fir-rigward tad-dipendenza fuq it-tabakk u l-waqfien mit-tipjip”), li għandhom jiġu adottati waqt il-Konferenza li jmiss tal-Partijiet tal-Konvenzjoni tal-FCTC;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli timplimenta miżuri ta' appoġġ fil-livell tal-UE, pereżempju miżuri ta' ħolqien ta' kuxjenza inkluża informazzjoni fuq il-pakketti tal-prodotti tat-tabakk, li jkunu integrati mal-kampanji nazzjonali ta' komunikazzjoni li jkollhom l-għan li jiskoraġġixxu t-tipjip;

18.

Iqis li hu kruċjali li, bħal fil-każ tal-miżuri favur “Ewropa mingħajr tabakk”, il-Kummissjoni, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tipprovdi lilha nnifisha b'mezzi ġodda biex tiġġieled kontra t-tipi differenti ta' traffikar u falsifikazzjoni tal-prodotti tat-tabakk, l-iktar fuq l-Internet, minħabba l-perikli immedjati u li qed jiżdiedu li dawn jinvolvu għas-saħħa tal-konsumaturi;

19.

Filwaqt li jfakkar fil-ħtieġa ta' miżuri b'saħħithom biex jiġu żgurati monitoraġġ u implimentazzjoni sħaħ u preċiżi, jistieden lil dawk l-Istati Membri li diġà rratifikaw biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet proposti, skont l-obbligi tagħhom tal-Artikolu 8 tal-FCTC, kif ukoll biex jirrapportaw lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħhom;

20.

Jistieden, għal darba oħra, lill-President u l-Bureau tiegħu, fid-dawl tad-dmir tagħhom li jagħtu eżempju lill-Istati Membri, biex jadottaw projbizzjoni tat-tipjip mingħajr eżenzjonijiet fil-partijiet kollha tal-Parlament u b'effett immedjat; jitlob li jkun hemm infurzar rigoruż ta' dik il-projbizzjoni;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lid-WHO.


(1)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 447.

(2)  ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 264.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0410.

(4)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/Tobacco/tobacco_en.htm

(5)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/Tobacco/tobacco_en.htm

(6)  The Smoke Free Partnership (2006). Lifting the smokescreen: 10 reasons for a smoke free Europe, Brussell, il-Belġju: Is-Soċjetà Ewropea dwar ir-Respirazzjoni.

(7)  Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jikkoċernaw il-manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26).


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/67


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Ratifika u implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet aġġornati tal-ILO

P7_TA(2009)0101

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati

2010/C 285 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bħala aġġornati,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta tal-10 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-Patt Globali tax-Xogħol tal-ILO adottat fid-19 ta' Ġunju 2009,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar l-aġenda soċjali mġedda (COM(2008)0412),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-aġenda soċjali mġedda (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2004 bit-titlu 'Dimensjoni Soċjali tal-Globalizzazzjoni - il-kontribut ta' politika tal-UE biex igawdi kulħadd' (COM(2004)0383),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2006 bit-titlu 'Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd: il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti għal kulħadd' (COM(2006)0249),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-AETR fil-kawża Nru C-45/07 Kummissjoni v Greċja  (2) rigward il-kompetenza esterna tal-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-valuri fundamentali tal-libertà, id-dinjità umana, il-ġustizzja soċjali, is-sigurtà soċjali u l-ugwaljanza huma elementi essenzjali tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli,

B.

billi, fil-kriżi ekonomika u tal-impjiegi globali attwali, dawn il-prinċipji huma saħansitra aktar rilevanti,

C.

billi, mill-1919, l- ILO żammet u żviluppat sistema ta' standards internazzjonali dwar ix-xogħol li jkopru firxa wiesgħa ta' suġġetti li jinkludu x-xogħol, l-impjiegi, is-sigurtà soċjali, il-politika soċjali u d-drittijiet tal-bniedem relatati;

D.

billi jeħtieġ li niżguraw il-koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE.

1.

Jilqa' l-lista ta' Konvenzjonijiet li l-ILO ikklassifikathom bħala aġġornati, ir-riżultat tal-proċess tripartitiku tal-ILO li involva 'l min jimpjega, il-ħaddiema u l-gvernijiet;

2.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-argumenti soċjali qawwija favur ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati, f'konformità mat-Trattati tal-UE;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tispeċifika preċiżament lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri liema Konvenzjonijiet jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea, u liema jaqgħu taħt il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

4.

Jistieden lill-President-elett tal-Kunsill Ewropew biex ikun ambizzjuż kemm jista' jkun fil-mandat tiegħu biex jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjonijiet aġġornati tal-ILO;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni lill-Istati Membri ħalli tinkoraġġixxi r-ratifikazzjoni tal-konvenzjonijiet kollha li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati u biex tikkontribwixxi attivament għall-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li tqis il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2009)0370.

(2)  ĠU C 82, 4.4.2009, p. 3.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/69


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Il-laqgħa għolja tal-FAO dwar is-Sigurtà tal-Ikel

P7_TA(2009)0102

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-laqgħa għolja tal-FAO u s-Sigurtà tal-Ikel

2010/C 285 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-għalf u tal-ikel (1), kif ukoll ir-Riżoluzzjoni tat-22 ta' Mejju 2008 dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007 dwar l-avvanz fl-agrikoltura Afrikana – proposta għall-iżvilupp agrikolu u s-sigurtà tal-ikel fl-Afrika (3),

wara li kkunsidra r- Regolament (KE) Nru 1337/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar il-Politika Agrikola Komuni u s-Sigurtà Globali tal-Ikel (5),

wara li kkunsidra l-Prospettiva Agrikola 2008-2017 maħruġa mill-Organizzazzjoni tal-Agrikoltura u tal-Ikel (FAO) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Ekonomika (OECD),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Evalwazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien Agrikolu, tax-Xjenza u tat-Teknoloġija għall-Iżvilupp (IAASTD),

wara li kkunsidra l-eżitu tal-“Health Check” tal-politika agrikola komuni,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u d-dikjarazzjoni maħruġa mil-Laqgħa Għolja Dinjija tal-FAO dwar is-Sigurtà tal-Ikel li sar f'Ruma mis-16 sat-18 ta' Novembru 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija l-fornitur dinji ewlieni tal-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, iżda billi f'livell internazzjonali s-sehem ta' assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) allokat għall-agrikoltura, partikolarment mill-Unjoni Ewropea, naqas b'mod kostanti mit-tmeninijiet 'l hawn, jiġifieri minn 17 % fl-1980 għal 3.8 % fl-2006; billi, minħabba pressjoni fuq ir-riżorsi naturali, id-domanda dinjija għall-ikel mistennija tirdoppja sal-2050 u se jkun jeħtieġ li tiżdied il-produzzjoni dinjija tal-ikel,

B.

billi d-dikjarazzjoni finali tal-Laqgħa Għolja Dinjija dwar is-Sigurtà tal-Ikel tal-2009 la tanalizza biżżejjed ir-raġunijiet għan-nuqqas li jinqered il-ġuħ, u lanqas tagħmel proposti konkreti dwar kif tista' tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-ġuħ; billi, skont il-FAO, investiment ta' EUR 30 biljun fis-sena jkun biżżejjed biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel għal popolazzjoni dinjija li se tilħaq id-disa' biljun ruħ sal-2050,

C.

billi l-Unjoni Ewropea għadha produttur ewlieni tal-ikel, iżda hija wkoll importatur ewlieni ta' prodotti agrikoli, filwaqt li mhijiex awtosuffiċjenti fir-rigward ta' diversi prodotti agrikoli; billi ż-żieda tal-prezzijiet tal-għalf qed iżżid l-ispejjeż tal-produzzjoni, bir-riskju li tonqos il-produzzjoni tal-prodotti mit-trobbija tal-bhejjem,

D.

billi varjazzjonijiet drammatiċi fil-prezzijiet tal-prodotti jistgħu jsiru karatteristika aktar ewlenija u regolari tas-suq dinji; billi prezzijiet ogħla tal-ikel ma jfissrux awtomatikament dħul ogħla għall-irziezet, l-aktar minħabba l-ħeffa li biha jiżdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-irziezet u d-diverġenza li qed tikber bejn il-prezzijiet tal-produttur u dawk tal-konsumatur,

E.

billi l-ħażniet dinjin tal-ikel naqsu għal livelli baxxi ferm, minn provvista ta' sena ta' ikel maħżun wara t-Tieni Gwerra Dinjija għal 57 ġurnata biss ta' ikel maħżun fl-2007 għal 40 ġurnata biss ta' ikel maħżun fl-2008,

F.

billi l-ħażniet li jonqsu, anke fl-UE, għandhom effett ħażin fuq il-programm tal-ikel ta' emerġenza, li attwalmet, għandu anqas ikel x'iqassam; billi din il-problema u l-kriżi dinjija tal-prezzijiet tal-ikel kellhom il-konsegwenza immedjata u serja li jiżdiedu l-għadd ta' nies bil-ġuħ fid-dinja għal biljun ruħ fl-2009 skont il-FAO, u dan ifisser li attwalment persuna minn kull sitta hija malnutrita u qed tbati minn guħ kroniku,

G.

billi aktar minn 40 miljun ruħ imutu bil-guħ u l-faqar kull sena, u dan ifisser ukoll tifel kull sitt sekondi; billi dawn l-iżviluppi wasslu għal irvelli u inkwiet fid-dinja kollha, li ddestabilizzaw aktar lil pajjiżi u reġjuni madwar id-dinja; billi fil-Laqgħa Għolja Dinjija dwar l-Ikel fl-1996 rappreżentanti minn 185 pajjiz impenjaw ruħhom li sal-2015 inaqqsu bin-nofs l-għadd ta' nies bil-ġuħ; u billi l-bdiewa żgħar, ir-ragħajja u l-ħaddiema rurali jirrappreżentaw aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja u huma l-vittmi ewlenin tal-ġuħ,

H.

billi l-bidla fil-klima qed ikollha impatt kbir fuq il-biedja, pereżempju billi tnaqqas il-ġabra ta' wċuħ tar-raba' minħabba n-nuqqas ta' ilma li jaffettwa l-attivitajiet agrikoli lokali fl-ifqar pajjiżi,

I.

billi l-agrikoltura tipprovdi impjieg u għajxien għal aktar minn 70% tal-forza tax-xogħol fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u għal aktar minn 80% f'bosta pajjiżi Afrikani, u, bħala konsegwenza, il-politiki dwar l-iżvilupp rurali huma essenzjali sabiex il-faqar u l-ġuħ jiġu ttrattati b'mod effettiv; billi l-Bank Dinji jistma li t-tkabbir fis-settur agrikolu huwa effettiv id-doppju fit-tnaqqis tal-faqar mit-tkabbir f'setturi oħra,

J.

billi l-Unjoni Ewropea tipprovdi aktar minn 50% tal-għajnuna kollha għall-iżvilupp fid-dinja, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; fatt ikkonfermat mill-kontribuzzjoni attwali permezz tal-istrumenti tal-KE (madwar EUR 1.8 biljuni: EUR biljun permezz tal-faċilità l-ġdida għal reazzjoni rapida għall-prezzijiet tal-ikel li jogħlew ferm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-bqija permezz ta' strumenti għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja eżistenti),

K.

billi l-proporzjon ta' art deforestata u ta' riżorsi agrikoli użati għall-produzzjoni tal-għalf, il-laħam u l-bijomassa għall-agrofjuwils żdied, u dan ikkontribwixxa b'mod konsiderevoli għal spekulazzjoni dinjija fil-prodotti agrikoli,

1.

Jisħaq fuq il-fatt li l-għadd ta' nies li qed ibatu minħabba l-ġuħ u l-faqar illum qabeż il-biljun ruħ u li dan huwa piż inaċċettabbli fuq il-ħajja ta' persuna minn kull sitta tal-popolazzjoni dinjija; jinnota li l-effetti ta' sottoinvestiment għal żmien twil fis-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali dan l-aħħar tħarrxu aktar bil-kriżijiet ekonomiċi, finanzjarji u tal-ikel, fost fatturi oħra, u li sal-lum l-isforzi kollha naqsu milli jilħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs); jinnota li jeħtieġ li jittieħdu passi b'mod kollettiv sabiex din it-tendenza titreġġa' lura u sabiex gradwalment id-dritt għal ikel xieraq isir realtà fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel nazzjonali;

2.

Jisħaq fuq id-dritt li kulħadd ikollu aċċess għal biżżejjed ikel nutrittiv u sikur; jitlob li d-dinja tinħeles mill-ġuħ u jiġbed l-attenzjoni li ġlieda ġenwina kontra l-ġuħ tirrikjedi l-istabbiliment ta' politiki komprensivi li jtejbu sistemi sostenibbli ta' biedja u ta' produzzjoni tal-ikel, sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jitimaw lill-poplu tagħhom; jistieden lill-pajjiżi jimplimentaw il-“Linji gwida volontarji għat-twettiq progressiv tad-dritt għal ikel xieraq fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel nazzjonali” tal-FAO u jappoġġja l-applikazzjoni prattika ta' dawn il-linji gwida abbażi tal-prinċipji tal-parteċipazzjoni, it-trasparenza u r-responsabilità; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji li ttieħdu bħala fatt ta' prinċipju fil-Laqgħa Għolja ta' Ruma, iżda jfisser id-diżappunt tiegħu għan-nuqqas ta' impenji finanzjarji speċifiċi li saru u għall-attendenza fqira minn rapprezentanti ta' livell għoli tal-G8; f'dan il-kuntest, jistieden lill-Istati Membri kollha biex jirduppjaw l-impenn tagħhom biex jintlaħaq l-MDG 1 (li sal-2015 il-ġuħ jitnaqqas bin-nofs) u biex japprovaw għan globali sabiex jinqerdu l-ġuħ u l-malnutrizzjoni sal-2025 jew, jekk ma tkunx dik id-data, fl-iqsar żmien possibbli;

3.

Jisħaq fuq l-importanza tal-politika agrikola komuni (PAK) bħala l-mezz li bih tkun żgurata l-produzzjoni tal-ikel fl-Unjoni Ewropea; jemmen li l-PAK sa mill-ħolqien tagħha fl-1962 tat provvista tal-ikel sikura liċ-ċittadini tal-UE, minbarra l-ħarsien u t-titjib tal-ambjent rurali u standards ta' produzzjoni tal-ikel tal-UE li huma l-ogħla fid-dinja; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-agrikoltura Komunitarja jibqa' jkollha dak ir-rwol fil-futur;

4.

Jisħaq fuq il-fatt li mill-2007 'l hawn, il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli varjaw ferm u li bejn nofs l-2007 u nofs l-2008, il-prezzijiet oghlew immens, u mbaghad oghlew immens ukoll il-prezzijiet tal-konsumatur; jinnota li din iż-żieda kbira fil-prezzijiet bażiċi tal-prodotti kienet segwita malajr minn tnaqqis kbir fil-prezzijiet tal-prodotti għal livelli insostenibbli; għadu preokkupat li l-prezzijiet tal-ikel jistgħu jerġgħu jogħlew hekk kif l-ekonomija dinjija tirkupra, filwaqt li jibqgħu ħafna mill-problemi strutturali, inklużi n-nuqqas ta' investiment u d-domanda għolja f'ċerti reġjuni;

5.

Jinnota bi tħassib l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed jiżdiedu għall-irziezet (per eżempju żidiet tal-prezzijiet tal-fertilizzanti, u taż-żerriegħa) li wasslu għal żieda tal-ispejjeż li għalihom mhux il-bdiewa (partikolarment fis-settur tal-bhejjem) ġew ikkumpensati bl-istess mod u li naqqru b'mod sinifikanti kull żieda potenzjali fid-dħul tal-irziezet min prezzijiet ogħla tal-prezzijiet tal-ikel u l-prodotti, u għaldaqstant tnaqqas l-inċentiv li tiżdied il-produzzjoni agrikola sostenibbli; huwa preokkupat li żidiet kbar fil-prezzijiet tal-fatturi tal-produzzjoni jistgħu jwasslu biex jintużaw anqas u għal produzzjoni potenzjalment imnaqqsa, li tħarrax il-kriżi tal-ikel fl-Ewropa u fid-dinja;

6.

Jiġbed l-attenzjoni li l-volatilità tal-prezzijiet tas-snin reċenti - kemm meta għolew kif ukoll meta raħsu - għamlet l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel għan li ma tantx jista' jintlaħaq faċilment; jisħaq fuq il-fatt li jekk il-bdiewa ma jingħatawx prezz ġust għall-prodotti tagħhom, iwaqqfu l-produzzjoni; jerġa' jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-irziezet tal-UE jipproduċu bejn 17% u 30% tal-qamħ, il-ħalib u ċ-ċanga tad-dinja; jenfasizza li l-fatt l-irziezet jibqgħu vijabbli fl-UE se jkun ta' importanza kbira ferm għall-provvisti tal-ikel fl-UE u fid-dinja kollha fis-snin li ġejjin;

7.

Jiġbed l-attenzjoni għall-kawżi strutturali fuq perjodu itwal ta' żmien fiż-żieda reċenti tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, inklużi d-domanda globali li qed tiżdied b'mod kostanti u tnaqqis kontinwu fl-investiment fl-agrikoltura produttiva; jinnota li, fost dawn il-fatturi, iż-żieda tal-prezz tal-enerġija, u b'mod partikulari tal-prezz taż-żejt, kellha impatt kbir fuq il-produzzjoni agrikola dinjija (minħabba l-ispejjeż li qed jiżdiedu tal-produzzjoni u t-tqassim tal-ikel) u fuq il-frekwenza tal-kriżijiet tal-ikel fil-pajjiżi l-fqar (minħabba spejjeż ogħla ta' trasport tal-ikel f'dawk il-pajjiżi);

8.

Jinnota li sabiex tintama' popolazzjoni dinjija li mistennija taqbeż id-9 biljun ruħ fl-2050, il-produzzjoni agrikola jkollha tiżdied b'70 % sa dak iż-żmien; jiġbed l-attenzjoni li aktar minn 860 miljun ruħ fid-dinja jbatu minħabba ġuħ kroniku; jinnota li l-Bank Dinji jbassar li ż-żieda tal-prezzijiet tal-ikel u l-kriżi attwali tal-ikel u l-fjuwil se jwasslu biex bejn 130 u 155 miljun ruħ oħra jkunu ifqar meta mqabbel mal-2008;

9.

Jemmen li l-PAK għandha tibqa' l-pedament tal-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-ikel u li għandha tkun adattata aktar biex tissodisfa l-preokkupazzjoniiet dwar is-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa u fid-dinja; iwissi kontra t-tneħħija ta' miżuri ta' appoġġ għas-suq u kontra t-tnaqqis ta' ħlasijiet għall-appoġġ tal-irziezet fid-dawl tal-volatilità kbira tal-prezzijiet tal-prodotti u, għaldaqstant, tad-dħul tal-irziezet;

10.

Jisħaq fuq l-importanza ta' koperazzjoni u solidarjetà internazzjonali u l-ħtieġa li ma jittiħdux miżuri unilaterali li ma jkunux konformi mal-liġi internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u li jipperikolaw is-sigurtà tal-ikel; jitlob li jintlaħqu ftehimiet kummerċjali bilanċjati, billi huma element essenzjali ta' reazzjoni dinjija għas-sigurtà tal-ikel;

11.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkludu mekkaniżmi finanzjarji ekwi u kunċetti ta' qsim tal-piżijiet fil-kuntest tal-adattament għall-klima fin-negozjati li se jsiru f'Kopenħagen, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-appoġġ għal prattiki agrikoli li ma jagħmlux ħsara lill-klima bħala mezz koerenti biex ikun miġġieled il-ġuħ, biex jieħdu miżuri koordinati sabiex jitwaqqaf kull telf ieħor ta' fertilità tal-ħamrija u ta' bijodiversità, żewġ komponenti essenzjali tas-sistemi ta' produzzjoni tal-ikel, biex iżidu l-effiċjenza ġenerali u jnaqqsu l-ħela fil-katini tal-ikel dinjija, u biex itejbu l-aċċess għas-swieq lokali;

12.

Jirrikonoxxi l-fehma tal-FAO li l-pajjiżi li l-aktar jimpurtaw ikel huma l-aktar milquta mill-prezzijiet tal-ikel li jiżdiedu u li ħafna minn dawn il-pajjiżi huma l-anqas żviluppati tad-dinja; jerġa' jiġbed l-attenzjoni li l-faqar u d-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-ikel huma kawżi ewlenin tal-insigurtà tal-ikel; jagħraf il-fatt li persentaġġ żgħir biss tal-produzzjoni dinjija tal-ikel, li ġejja dejjem aktar minn għadd żgħir biss ta' pajjiżi li jesportaw, fil-fatt jispiċċa fis-swieq internazzjonali;

13.

Huwa allarmat minħabba l-kriżi finanzjarja dinjija attwali, li tista' tirriżulta fi tnaqqis tal-ammont ta' finanzjament disponibbli għall-biedja; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-effetti tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur agrikolu u tqis proposti li jiżguraw l-istabilità tas-settur, anke fir-rigward tal-aċċess għal self u garanziji bil-flus; jiġbed l-attenzjoni li l-kriżi tal-ikel hija marbuta sew mal-kriżi finanzjarja, li fil-kuntest tagħha l-likwidità li ngħatat mill-banek ċentrali sabiex ikunu evitati l-fallimenti setgħet żiedet l-investimenti spekulattivi fil-prodotti; jistieden lill-Fond Monetarju Internazzjonali u lill-Forum dwar l-Istabilità Finanzjarja biex jevalwaw dan l-effett kollaterali u jikkunsidrauh meta jipproponu rimedji globali;

14.

Jemmen li l-PAK hija element importanti tal-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-ikel illum u wara l-2013 u li għandu jkollha rwol sinifikanti fil-politiki dwar l-iżvilupp, b'mod partikulari fir-rigward tal-politika esterna dwar is-sigurtà tal-ikel; jikkunsidra li ekosistemi funzjonanti, ħamrija fertili, riżorsi tal-ilma stabbli u ekonomija rurali varjata huma essenzjali fl-interess ta' sigurtà tal-ikel għal perjodu twil ta' żmien; jemmen li, minbarra l-iżgurar tal-produzzjoni tal-ikel tal-Unjoni Ewropea, il-PAK tista' tikkontribwixxi sabiex tkun issodisfata d-domanda akbar għall-ikel fid-dinja bla ma tgħawweġ is-suq; jitlob li jittieħdu miżuri li jistabilizzaw is-sistemi tal-biedja lokali u reġjonali li huma msejsa fuq prattiki ta' biedja sostenibbli u jipprovdu riżervi strateġiċi ta' ikel;

15.

Jikkunsidra li l-faċilità ta' finanzjament għal reazzjoni rapida għall-prezzijiet tal-ikel li qed jiżdiedu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw hija l-ewwel pass meħtieġ lejn l-issodisfar tal-ħtiġijiet immedjati ta' min intlaqat l-aktar mill-kriżi tal-ikel; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tivverifika kif jintefqu l-flus, filwaqt li tiżgura li jintużaw dejjem fejn jinħtieġu l-aktar, u li għandha tippreżenta rapporti regolari lill-Parlament;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-programmi eżistenti tagħha mfassla biex jiżguraw is-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa u fid-dinja; jitlob il-finanzjament għall-Programm Tematiku għas-Sigurtà tal-Ikel (2007-2010), li attwalment jingħata baġit ta' EUR 925 miljun għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu, u għandu jiżdied; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju sħiħ tal-impatt tal-politiki u l-programmi tal-UE fl-oqsma tal-agrikoltura, l-iżvilupp u l-kummerċ sabiex tiggarantixxi approċċ politiku koerenti u sostenibbli għas-sigurtà dinjija tal-ikel;

17.

Jerġa' jafferma li s-sigurtà tal-ikel hija responsabilità nazzjonali u li kwalunkwe pjanijiet għall-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà tal-ikel għandhom jiġu maħsuba, ikkoordinati, imfassla u mmexxija fuq livell nazzjonali u għandhom ikunu bbażati fuq konsultazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin kollha; jenfasizza li s-sigurtà tal-ikel għandha tkun prijorità għolja u li l-importanza tagħha għandha tiġi riflessa fil-programmi u l-baġits nazzjonali; jenfasizza li l-governanza tajba għandu jkollha rwol ewlieni u li l-korruzzjoni f'livell nazzjonali għandha tiġi indirizzata; jemmen li l-ġlieda kontra l-ġuħ trid tkun imsejsa fuq ir-rikonoxximent tad-dritt għas-sovranità tal-ikel, definita bħala l-kapaċità ta' pajjiż jew ta' reġjun li jimplimenta demokratikament il-politiki, il-prijoritajiet u l-istrateġiji tiegħu stess dwar l-agrikoltura u l-ikel;

18.

Jemmen li r-riċerka kontinwa dwar sistemi sostenibbli ta' produzzjoni agrikola hija essenzjali; jenfasizza l-irwol ta' programmi ta' riċerka ffinanzjati pubblikament, tal-pjattaforma tat-teknoloġija tal-UE għar-riċerka agrikola ekoloġika u tas-Seba' Programm ta' Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku; jitlob li fejn ikun xieraq jiġu implimentati programmi għat-trasferiment tat-teknoloġija lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-gvernijiet membri tal-FAO biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet li saru fl- IAASTD biex jissostitwixxu kunċetti tat-trasferiment tat-teknoloġija top-down b'kunċetti innovattivi, li jinvolvu lill-bdiewa u parteċipatorji bottom-up;

19.

Jikkunsidra li wieħed mill-ostakli serji għaż-żieda fil-produzzjoni agrikola fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa n-nuqqas ta' aċċess mill-bdiewa żgħar għas-self u l-mikrokrediti biex jinvestu fi żrieragħ, fertilizzanti u mekkaniżmi ta' irrigazzjoni aħjar; jenfasizza, barra minn dan, il-kwistjoni tal-garanziji tas-self, li f'ħafna każi mhumiex disponibbli; jistieden lill-Bank Ewropew għall-Investiment biex jara kif jista' jipprovdi programmi għall-produtturi lokali tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'garanziji tas-self li jappoġġaw l-aċċess għall-kreditu u l-mikrokreditu;

20.

Jiddeċiedi li jwaqqaf grupp ta' ħidma permanenti ta' livell għoli dwar il-kontribut tal-UE sabiex tinkiseb sigurtà dinjija tal-ikel, sabiex jitfasslu approċċi komuni għall-isfidi ewlenin li l-Kummissjoni identifikat għall-agrikoltura, is-sajd u l-iżvilupp rurali sostenibbli;

21.

Jinnota li l-kriżi dinjija tal-ikel hija waħda mit-theddidiet ewlenin għall-paċi u s-sigurtà fid-dinja; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward, l-isforzi reċenti mill-Kummissjoni biex tinvestiga modi ta' kif tkun ittrattata l-kwistjoni tas-sigurtà dinjija tal-ikel; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw tali inizjattivi f'livell nazzjonali u lokali;

22.

Jenfasizza li x-xiri ta' art agrikola minn investituri barranin, partikolarment fl-Afrika, m'għandux ikollu impatt ħażin fuq is-sigurtà tal-ikel lokali jew iwassal għal użu insostenibbli tal-art; jiġbed l-attenzjoni li jista' jkollu wkoll effetti pożittivi billi l-art tibda tintuża b'mod produttiv; iħeġġeġ lill-FAO u lill-Istati Membri jaħdmu għal regoli komuni u proposti leġiżlattivi li jirrikonoxxu d-dritt tan-nies f'kull pajjiż li jikkontrollaw l-art agrikola u riżorsi naturali oħra li huma vitali għas-sigurtà tal-ikel tagħhom;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 621.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0229.

(3)  ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 201.

(4)  ĠU L 354. 31.12.2008, p. 62.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2009)0006.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/74


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Nikaragwa

P7_TA(2009)0103

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar in-Nikaragwa

2010/C 285 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa, l-aktar dik tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-libertajiet ċivili u fuq id-demokrazija fin-Nikaragwa (1),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Djalogu Politiku u Koperazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2003 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, fuq in-naħa l-oħra, u l-Ftehima Qafas ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama (2),

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, Ġunju 2004,

wara li kkunsidra r-rapporti ppreżentati mit-tim ta' esperti tal-UE dwar l-elezzjonijiet muniċipali tan-Nikaragwa li seħħew fid-9 ta' Novembru 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Ferrero-Waldner dwar dak li ġara fin-Nikaragwa wara l-elezzjonijiet muniċipali tad-9 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra n-negozjati li qed jitwettqu dwar l-iffirmar ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjżi tal-Amerika Ċentrali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Assoċjazzjoni tal-Istampa Interamerikana (IAPA) esprimiet tħassib dwar sensiela ta' azzjonijiet meħuda mill-gvern tan-Nikaragwa, u ta' fehmiet mistqarra minnu, li qed joħonqu l-libertà tal-istampa f'dak il-pajjiż,

B.

billi, skont l-Artikolu 147 tal-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa, li kienet introdotta fl-1995, mhuwiex possibli li li kandidat jipprova jikseb it-tieni mandat presidenzjali konsekuttiv u li, f'dan is-sens, il-President Ortega qiegħed illegalment jipprova jdur ma' artikolu fil-Kostituzzjoni sabiex ikun jista' jippreżenta ruħu bħala kandidat biex jikseb it-tieni mandat fl-elezzjonijiet tal-2011,

C.

billi l-leġiżlaturabiss tista' tesprimi ruħha dwar ir-riforma kostituzzjonali u l-partit li bħalissa qiegħed fil-gvern, il-Front Nazzjonali ta' Liberazzjoni Sandinista (FSLN), m'għandux il-maġġoranza ta' żewġ terzi meħtieġa,

D.

billi fid-19 ta’ Ottubru 2009 l-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tan-Nikaragwa ltaqgħet matul il-lejl, minkejja li tlieta mis-sitt imħallfin membri ma kienux mistiedna kienu ssostitwiti minn 3 imħallfin favur il-gvern, u ddikjarat unanimament li l-artikolu 147 tal-Kostituzzjoni ma setgħax jiġi infurzat,

E.

billi l-partiti politiċi kollha tal-oppożizzjoni rappreżentati fl-Assemblea Nazzjonali, kif ukoll għadd ta' assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, avukati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) irrifjutaw dik id-deċiżjoni ġudizzjarja bħala illegali, u ftiehmu li jaħdmu id f'id sabiex jissalvagwardjaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fin-Nikaragwa,

F.

billi din id-deċiżjoni ġudizzjarja kienet minnufih milqugħa bl-approvazzjoni tal-pajjiżi membri tal-Alleanza Bolivarjana tal-Pajjiżi tal-Amerika (ALBA),

G.

billi, waqt żjara fin-Nikaragwa, delegazzjoni tal-grupp Liberali Internazzjonali ġiet mhedda u insultata u l-president tagħha,Johannes Cornelis van Baalen (MEP) kien saħansitra mhedded bi tkeċċija min-Nikaragwa u ddikjarat persona non grata mill-awtoritajiet Sandinisti,

H.

billi d-demokrazija fin-Nikaragwa marret għall-agħar wara l-frodi allegati fl- elezzjonijiet muniċipali tal-2008, l-attakki u l-atti ta' intimidazzjoni mwettqa kontra l-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u fuq il-membri tagħhom, kif ukoll fuq il-ġurnalisti u r-rappreżentanti tal-midja, minn individwi, mill-forzi politiċi u korpi marbuta mal-awtoritajiet tal-Istat,

I.

billi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, iridu jkunu parti integrali mill-politiki esterni tal-UE,

J.

billi l-Unjoni Ewropea u s-sħab tagħha, meta jilħqu ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jkunu jinkludu klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem, jassumu responsabilità li jiżguraw konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u billi dawn il-klawżoli huma fin-natura tagħhom reċiproki,

K.

billi l-Unjoni Ewropea għandha teżerċita kontroll akbar fuq l-użu ta' fondi mogħtija lin-Nikaragwa għal proġetti ta' żvilupp, sabiex tkun żgur li l-ebda flus ma jispiċċaw f'idejn Sandinisti,

L.

billi n-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti tal-Amerika u diversi NGOs fin-Nikaragwa esprimew tħassib rigward in-nuqqas ta' trasparenza tal-elezzjonijiet li saru dan l-aħħar,

1.

Jiddeplora l-attakki numerużi u l-atti ta' intimidazzjoni mwettqa minn individwi, mill-forzi politiċi u minn korpi marbuta mal-awtoritajiet tal-Istat, li tagħhom sfaw vittmi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tagħhom u ġurnalisti indipendenti;

2.

Jikkundanna l-emendi lill-Kostituzzjoni li jiksru l-ordni kostituzzjonali fin-Nikaragwa, b'mod partikolari l-manuvri ta' legalità dubjuża użati mill-gvern bl-użu ta' mħallfin favur il-gvern fil-Qorti Suprema tal-Ġustizzja;

3.

Jistieden lill-President Ortega sabiex jirrispetta l-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa li tipprojbixxi li l-President jagħmel żewġ mandati konsekuttivi fil-kariga u jirrimarka li leġiżlatura biss tista' tesprimi ruħha dwar riforma kostituzzjonali u li l-qrati fl-ebda ċirkustanza ma jistgħu jagħmlu dan;

4.

Iqis li l-attitudini tal-President Ortega tirrifletti l-fehim u r-rispett limitat tiegħu tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali bażiċi bħal-libertà tal-kelma u tal-assoċjazzjoni politika;

5.

Jappoġġja 'l dawk kollha fin-Nikaragwa li huma kontra l-ksur tal-ordni kostituzzjonali mwettaq mill-awtoritajiet tal-Gvern u jitlob li dan l-ordni jerġà jiġi stabbilit mill-aktar fis u li d-dikjarazzjoni ġudizzjarja tad-19 ta' Ottubru 2009 tkun annullata;

6.

Jikkundanna u jiddeplora t-theddidiet, insulti u intimidazzjonijiet li għalihom ġiet suġġetta d-delegazzjoni tal-Liberali Internazzjonali mmexxija minn Johannes Cornelis van Baalen (MEP), u jesprimi solidarjetà mal-membri ta' dik id-delegazzjoni;

7.

Jiddeplora bis-sħiħ il-mod li bih tmexxew l-elezzjonijiet muniċipali tad-9 ta’ Novembru 2008, il-manuvri tal-gvern tan-Nikaragwa biex jiskwalifika il-partiti politiċi tal-oppożizzjoni, l-għadd numeruż ta' irregolaritajiet fil-postijiet ta' votazzjoni, l-allegati frodi elettorali u r-rifjut li osservaturi indipendenti tal-elezzjonijiet, kemm barranin kif ukoll lokali, jiġu akkreditati; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibgħat missjoni tal-UE għall-osservazzjoni tal-elezzjonijiet biex timmoniterja l-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin;

8.

Jiddeplora l-fatt li l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, li s-soltu tkun tant diliġenti meta tindirizza kwistjonijiet oħrajn, ma dehrilhiex li għandha tikkumenta dwar ksur hekk ċar tal-ordni kostituzzjonali f'wieħed mill-pajjiżi membri tagħha;

9.

Jirrimarka li fin-negozjati għall-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, in-Nikaragwa jeħtieġ tiġi mfakkra dwar il-ħtieġa li tirrispetta l-prinċipji tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, kif tiddefendihom u tippromwovihom l-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-Parlament tal-Amerika Ċentrali, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa u lill-Qorti Suprema tan-Nikaragwa.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0641.

(2)  ĠU L 63, 12.3.1999, p. 39.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/76


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Is-sitwazzjoni fil-Laos u l-Vjetnam

P7_TA(2009)0104

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Laos u l-Vjetnam

2010/C 285 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-15-il Laqgħa Għolja tal-ASEAN li saret bejn it-23 u l-25 ta’ Ottubru 2009;

wara li kkunsidra l-inawgurazzjoni tal-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat-23 ta' Ottubru 2009,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-2008,

wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ġdid bejn l-UE u l-Vjetnam u tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem UE-Vjetnam miżmum darbtejn fis-sena bejn l-UE u l-Gvern tal-Vjetnam,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Laos, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Novembru 2001 dwar l-arresti arbitrarji u s-sitwazzjoni politika fil-Laos (1) u tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, il-Laos u l-Vjetnam (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos tal-1 ta’ Diċembru 1997, ibbażat fuq “ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-gvern Vjetnamit irrifjuta li jirrispondi għal ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Reviżjoni Perjodika Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li saret bejn Mejju u Settembru 2009, sabiex ittejjeb ir-rekord tad-drittijiet tal-bniedem,

B.

billi mijiet ta' persuni attwalment jinsabu fil-ħabs fil-Vjetnam minħabba t-twemmin reliġjuż jew politiku tagħhom, fosthom Insara Montagnard, qassis Kattoliku, pastors Mennoniti, membri tat-twemmin Cao Dai, u Buddisti Hao Hao,

C.

billi fis-27 ta’ Settembru 2009 mijiet ta' patrijiet Buddisti żgħażagħ mill-monasteru ta' Bat Nha kienu attakkati b'mod vjolenti u imsawta u l-monasteru tagħhom kien vandalizzat waqt li l-awtoritajiet tal-Istat u l-pulizija injoraw it-talba tagħhom għall-għajnuna; billi patrijiet oħra li sabu kenn fit-tempju ta' Phuoc Hue ġew suġġetti għall-vjolenża fiżika u ffastidjati mill-pulizija; billi hemm il-periklu li l-partrijiet ikunu mkeċċija mill-gvern fuq il-bażi li dawn okkupaw il-monasteru ta' Bat Nha mingħajr permess jew qabel ma saret ir-reġistrazzjoni,

D.

billi l-attakk fuq il-monasteru hu meqjus minn ħafna li hu marbut mal-proposta tal-10 punti dwar ir-riformi reliġjużi li Thich Nhat Hanh ippreżenta lill-President Vjetnamit Nguyen Minh Triet fl-2007,

E.

billi l-gruppi reliġjużi kollha jridu jkunu awtorizzati mill-gvern u sorveljati minn kumitati ta' tmexxija maħtura mill-gvern, u billi ħafna organizzazzjonijiet reliġjużi qed jiffaċċjaw projbizzjoni u persekuzzjoni tal-membri tagħhom jekk ikunu jixtiequ li jibqgħu indipendenti mill-gvern,

F.

billi d-dinjitarji tal-Knisja Buddista Magħquda tal-Vjetnam prattikament kollha jinsabu l-ħabs, ibda mill-Patrijarka tagħha Thich Quang Do ( ta' 81 sena), l-aktar famuż fost id-dissidenti Vjetnamiti, li nżamm il-ħabs għal aktar minn 27 sena, u attwalment jinsab fil-monasteru tiegħu ta' Zen Thanh Minh fil-Belt ta' Ho Chi Minh,

G.

billi s-Sa Tran Khai Thanh Thuy, kittieba Vjetnamita u personalità ewlenija tal-moviment għad-demokrazija fil-Vjetnam, ġiet arrestata mill-ġdid wara li inżammet il-ħabs għal disa' xhur fl-2007; billi hi ssofri minn dijabete qawwija, u minkejja dan l-awtoritajiet Vjetnamiti qed jirrifjutaw li jeħilsuha fuq pleġġ jew li jippermettu li tieħu kwalunkwe forma ta' kura,

H.

billi diversi priġunieri tal-kuxjenza, inklużi Nguyen Van Ly, Le Thi Cong Nhan u Nguyen Binh Thanh, li kollha kienu kkundannati għall-“propaganda kontra l-gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam”, kienu mċaħħda minn kura medika xierqa fil-ħabs għalkemm il-kundizzjoni ta' saħħithom kienet titlob li immedjatament jiddaħħlu fi sptar,

I.

billi fin-nuqqas ta' organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, il-mexxejja tal-Knisja ħafna drabi jieħdu r-rwol ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jiġġieldu għal toleranza akbar u għal prinċipji aktar demokratiċi,

J.

billi l-Vjetnam, li se jieħu l-presidenza tal-ASEAN fl-2010, għandu jagħti eżempju billi jtejjeb il-prattiki tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-gvern jista' jibda billi jeħles mijiet ta' kritiċi paċifiċi tal-gvern, ta' attivisti indipendenti tal-knisja, bloggers, u dawk favur id-demokrazija, mitfugħa l-ħabs mingħajr l-ebda bażi fuq akkużi ta' sigurtà nazzjonali, bi ksur tal-liġi internazzjonali, għaliex esprimew differenzi b'mod paċifiku,

K.

billi fil-25 ta’ Settembru 2009 ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos irratifikat il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Politiċi u Ċivili, li jiggarantixxi b'mod partikulari d-dritt tal-persuni għal-libertà tat-twemmin, il-libertà ta' assoċjazzjoni, u l-libertà tal-kelma u tal-istampa, kif ukoll id-dritt li jagħmlu dimostrazzjoni u d-drittijiet politiċi,

L.

billi kważi xahar wara l-10 anniversarju tal-“Moviment tal-Istudenti tas-26 ta’ Ottubru 1999” imniedi mill-istudenti u mill-għalliema ta' Vientiane, il-mexxejja ewlenin tal-moviment - Thongpaseuth Keuakaoun, Seng-Aloun Phenghphanh, Bouavanh Chanmanivong u Kèochay – għadhom miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni sigrieta, filwaqt li, skont rapporti, Khamphouvieng Sisa-At miet fil-ħabs fost ċirkustanzi inċerti,

M.

billi fit-2 ta’ Novembru 2009 aktar minn 300 persuna, li kienu qed jippreparaw għal dimostrazzjoni paċifika fi Vientiane, sabiex jesiġu rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal sistema multipartitika bħala kommemorazzjoni tal-10 anniversarju tar-ripressjoni, kienu maqbuda mill-pulizija sigrieta tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, u li disgħa minnhom – is-Sa Kingkèo u s-Sa Somchit, is-Sinjuri Soubinh, Souane, Sinpasong, Khamsone, Nou, Somkhit u Sourigna – għadhom jinżammu maqfula,

N.

billi l-Laos għadu qed jippersegwita l-komunitajiet Hmong minħabba rvell Hmong li jmur lura għas-sittinijiet, filwaqt li jissuġġetta lill-persuni Hmong li jgħixu f'żoni fil-Laos suspettati li huma ċentri ta' rvell, għal arresti, tortura, abbużi sesswali, u qtil extraġudizzjali,

O.

billi 5 000 Hmong tal-Lao attwalment huma arrestati fil-Kamp Huay Nam Khao fit-Tajlandja u suġġetti għad-deportazzjoni bħala riżultat ta' ftehim bejn il-Gvernijiet tat-Tajlandja u l-Laos u billi 158 oħra, inklużi 85 tifel u tifla, inżammu arrestati f'kundizzjonijiet inumani għal aktar minn tliet snin fin-Nongkhai,

P.

billi hemm tħassib dwar is-sitwazzjoni politika ġenerali fil-Laos, li kienet immexxija minn partit wieħed sa mill-1975 u li l-popolazzjoni tagħha għadha nieqsa minn drittijiet bażiċi tal-bniedem,

Vjetnam

1.

Iħeġġeġ lill-gvern sabiex iwaqqaf kull forma ta' ripressjoni kontra dawk li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-espressjoni, tal-libertà tat-twemmin u tar-reliġjon, tal-libertà tal-assemblea, f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-Kostituzzjoni Vjetnamita; jistieden lill-gvern Vjetnamit sabiex jikkonforma mal-obbligi internazzjonali tiegħu li jinvolvu r-rikonoxximent tal-komunitajiet reliġjużi kollha u l-prattika ħielsa tar-reliġjon kif ukoll ir-resituzzjoni tal-assi li ttieħdu b'mod arbitrarju mill-Istat lill-Knisja Buddista Magħquda tal-Vjetnam, lill-Knisja Kattolika, u lill-komunitajiet reliġjużi l-oħra kollha;

2.

Jikkundanna t-tkeċċijiet vjolenti rrapurtati ta' aktar minn 150 patri u soru mill-monasteri u l-fatt li s-sitwazzjoni ta' tensjoni li qed tiżdied wara dawn l-azzjonijiet kontra l-komunità paċifika Buddista hi kontradizzjoni ċara tal-impenji ta' konformità ma' standards aċċettati b'mod internazzjonali dwar il-libertà tar-reliġjon, speċjalment fejn huma involuti persuni li qed ifittxu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, li l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam impenja ruħu li josserva bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u president futur tal-ASEAN;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-qafas tan-negozjati attwali dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ġdid mal-Vjetnam, sabiex jinkludu klawsola li torbot u li ma tkunx ambigwa dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, flimkien ma' mekkaniżmu li jippermetti l-implimentazzjoni tagħha sabiex jintemmu l-każi ta' ksur sistematiċi tad-drittijiet demokratiċi u tal-bniedem;

4.

Jitlob sabiex jieqfu l-persekuzzjonijiet u l-fastidji kollha, u li l-patrijiet u s-sorijiet jitħallew jipprattikaw il-Buddiżmu skont it-tradizzjoni tal-komunità tal-bonzu Buddist Thich Nhat Hanh fil-Bat Nha u bnadi oħra;

5.

Jitlob il-ħelsien bla kundizzjoni ta' Thich Quang Do u t-twaqqif mill-ġdid tal-istatus legali tal-Knisja Buddista Magħquda tal-Vjetnam u tad-dinjitarji tagħha;

6.

Jitlob lill-gvern sabiex iwaqqaf kummissjoni nazzjonali indipendenti għad-drittijiet tal-bniedem, li tirċievi u tinvestiga allegazzjonijiet ta' tortura u abbużi oħra ta' poter minn uffiċjali pubbliċi, inklużi membri tas-servizzi sigrieti, u li tagħti bidu għall-proċeduri kriminali u dixxiplinari sabiex tkun imneħħija l-piena tal-mewt;

7.

Jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam, fid-dawl tar-rwol tal-Vjetnam bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex joħroġ stediniet permanenti lir-rapporteurs speċjali tan-NU, l-aktar lil dawk dwar il-libertà tal-espressjoni, il-libertà reliġjuża, it-tortura, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-vjolenza kontra n-nisa u l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja;

Laos

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifika tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Politiċi u Ċivili mill-Gvern tal-Laos; jistieden lill-awtoritajiet tal-Laos sabiex jirrispettaw b'mod sħiħ it-termini tal-Patt, jarmonizzaw mingħajr dewmien il-liġi tal-Laos mad-dispożizzjonijiet tagħha u li jipprattikaw dawn id-dispożizzjonijiet skont standards miftiehma internazzjonalment, l-aktar fejn jikkonċerna l-libertà tal-kelma, tal-assemblea u tat-twemmin;

9.

Itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat tal-mexxejja tal-“Moviment Studentesk tas-26 ta’ Ottubru 1999” kif ukoll tal-priġunieri kollha tal-kuxjenza miżmuma fil-Laos, u jinkariga lid-delegazzjoni kompetenti tal-UE fil-Vientiane bir-responsabilità tas-segwitu ta' din il-kwistjoni;

10.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Laos biex jeħilsu mingħajr kundizzjoni lil dawk il-persuni kollha arrestati waqt id-dimostrazzjoni paċifika li kellha ssir fit-2 ta' Novembru 2009;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet Thai sabiex immedjatament itemmu d-detenzjoni tal-158 refuġjat Hmong tal-Lao u sabiex jippermettulhom jerġgħu jissettiljaw fit-Tajlandja jew fl-Istati Uniti, l-Kanada, l-Pajjiżi l-Baxxi jew l-Awstralja, li diġà qablu li jaċċettawhom; jistieden bl-istess mod lill-gvern Thai sabiex jiggarantixxu li l-Hmong tal-Lao kollha fil-kamp ta' Huay Nam Khao ikollhom aċċess għall-proċeduri ta' sreening u ta' determinazzjoni tal-istatus jekk ikunu jixtiequ jagħmlu talba għall-ażil;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tal-komunità tal-Hmong tal-Lao u l-programmi tal-gvern imfassla għall-minoritajiet etniċi;

13.

Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet tal-Laos sabiex ifasslu u jimplimentaw, malajr kemm jista' jkun, ir-riformi kollha meħtieġa biex tkun stabbilita d-demokrazija fil-pajjiż, sabiex jiggrantixxu d-dritt tal-espressjoni paċifika tal-oppożizzjoni politika u sabiex jiżguraw li l-elezzjonijiet multipartitiċi immonitorjati b'mod internazzjonali iseħħu fil-futur qarib fid-dawl tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali;

Ġenerali

14.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet sabiex immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet jeħilsu lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, lill-priġunieri politiċi u lill-priġunieri tal-kuxjenza għaliex id-detenzjoni tagħhom tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem; jitlob ukoll lill-awtoritajiet sabiex jiggarantixxu l-benessri fiżiku u psikoloġiku tagħhom fiċ-ċirkustanzi kollha u li joffru lil dawk li jeħtiġuh aċċess għall-kura medika professjonali indipendenti;

15.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni dettaljata tal-politiki ta' implimentazzjoni fil-qasam tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Laos u fil-Vjetnam sa mill-iffirmar tal-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni u li jagħtu rapport dwar dan lill-Parlament;

*

* *

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Vjetnam u tal-Laos, lis-Segretarjat tal-ASEAN, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 577.

(2)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 129.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/80


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Iċ-Ċina: drittijiet tal-minoranzi u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt

P7_TA(2009)0105

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar iċ-Ċina: drittijiet tal-minoranzi u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt

2010/C 285 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu preċedenti tal-1 ta’ Frar 2007 (1) u tas-27 ta’ Settembru 2007 (2) dwar moratorju universali dwar il-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tat-18 ta' Diċembru 2007 (A/RES/62/149) u tat-18 ta' Diċembru 2008 (A/RES/63/168) intitolata “Moratorju dwar l-użu tal-piena kapitali’,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Presidenza f' isem l-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-eżekuzzjoni ta' żewġ Tibetani, is-Sur Lobsang Gyaltsen u s-Sur Loyak, u tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-eżekuzzjoni ta' disa' persuni ta' etniċità Uighur wara l-irvellijiet tal-5 sas-7 ta’ Lulju 2009 fir-Reġjun Awtonomu ta' Xinjiang Uighur (XUAR),

wara li kkunsidra l-Artikoli 35, 36 u 37 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jipprevedu, rispettivament, li ċ-ċittadini kollha għandhom igawdu mil-libertà tal-kelma u mil-libertà tat-twemmin reliġjuż, u li jqisu l-libertà tal-persuna bħala “invjolabbli”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu preċedenti dwar iċ-Ċina u, b'mod partikulari, i—riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Laqgħa Għolja bejn l-UE u ċ-Ċina u d-Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem (3),

wara li kkunsidra s-seminar bejn l-UE u ċ-Ċina tat-18 u d-19 ta’ Novembru 2009 u t-28 -round tad-Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem li sar fl-20 ta’ Novembru 2009 f'Bejing,

wara li kkunsidra r- round tad-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li sar fi Praga fl-14 ta’ Mejju 2009,

wara li kkunsidra it-12-il l-Laqgħa Għolja bejn UE u ċ-Ċina li li għandha ssir fit-30 ta' Novembru 2009 f'Nanjing,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni hija bbażata fuq ir-rispett għall-valuri tal-libertà, demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u hija tqis ir-rispett ta' dawn id-drittijiet inaljenabbli bħala kundizzjoni essenzjali għal ħajja soċjali fil-paċi,

B.

billi s-Sħubija Strateġika l-ġdida bejn l-UE u ċ-Ċina, li bħalissa qed tiġi nnegozjata, hija importanti ħafna għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u ċ-Ċina fil-ġejjieni, u billi sħubija ta' vera trid tkun ibbażata fuq valuri komuni,

C.

billi, fit-8 ta' Mejju 2009, l-Unjoni sejħet għall-kommutazzjoni tas-sentenzi tal-mewt mogħtija lil diversi Tibetani mit-Tribunal Intermedju tal-Poplu ta' Lhasa wara l-irvellijiet ta' Lhasa f'Marzu 2008,

D.

billi waqt l-ewwel jiem ta' Lulju 2009 faqqgħet l-agħar vjolenza etnika f'għexieren ta' snin fix-XUAR wara li d-dimostranti Uyghur ħarġu fit-toroq u attakkaw lill-popolazzjoni Ċiniża Han f'Urumqi u kkawżaw fosthom feruti u maqtula, bi protesta kontra attakki fuq ħaddiema Uighur f'fabbrika fin-Nofisnhar taċ-Ċina f'Ġunju 2009; billi, skont iċ-ċifri uffiċjali mietu 197 persuna u aktar minn 1 600 sfaw feruti,

E.

billi, sabiex jiġi żgurat li l-Tibetani u l-Uighurs, iż-żewġ minoritajiet etniċi ewlenin taċ-Ċina, jistgħu jeżistu flimkien fil-paċi mal-maġġoranza kbira tal-popolazzjoni Ċiniża, li huma ta' etniċità Han, huwa essenzjali li jibda djalogu sinċier, kontinwu u li jirrispetta ż-żewġ naħat,

F.

billi hemm skuntentizza u riżentiment dejjem jikbru fost il-popolazzjoni Uyghur – li l-parti l-kbira tagħhom huma Musulmani, għandhom rabtiet lingwistiċi u kulturali mal-Asja Ċentrali u jammontaw għal kważi nofs il-popolazzjoni ta' 20 miljun ruħ ta' Xinjiang – kontra l-awtoritajiet li fil-parti l-kbira tagħhom huma Han Ċiniżi, li huma akkużati li ssorveljaw severament u rażżnu l-attivitajiet reliġjużi f'kuntest ta' diskriminazzjoni u marġinalizzazzjoni tal-impjieg tal-grupp etniku tagħhom fir-reġjun; billi ma kien hemm ebda tweġiba għas-sejħa tal-NGOs fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem lill-komunità internazzjonali sabiex jintbagħat tim investigattiv fil-post fejn saru l-irvellijiet,

G.

billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina esprimiet ix-xewqa tagħha għal relazzjonijiet etniċi armonjużi fix-XUAR,

H.

billi ġie espress dubju dwar il-leġittimità tas-sentenzi mogħtija lit-Tibetani kkundannati minħabba reati waqt l-irvellijiet ta' Marzu 2008 fir-rapport tal-Human Rights Watch, li jgħid li xi proċedimenti fil-ġurijiet saru bil-moħbi f'dati li ma ġewx imħabbra u li t-Tibetani ma tħallewx ikollhom difiża effettiva b'avukati tal-għażla tagħhom,

I.

billi l-prattika ta' reliġjon fiċ-Ċina hija suġġetta għal restrizzjonijiet u hija kkontrollata mill-qrib mill-Istat,

J.

billi l-piena tal-mewt hija applikabbli għal 68 tip ta' reat fiċ-Ċina, inklużi reati mhux vjolenti bħal-frodi ta' taxxa u reati relatati mad-drogi,

1.

Itenni l-oppożizzjoni li ilu jħaddan kontra l-piena tal-mewt fi kwalunkwe każ u f'kull ċirkostanza; ifakkar l-impenn qawwi tal-UE li taħdem favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt madwar id-dinja u għal darb'oħra jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bniedem u għall-iżvilupp progressiv tad-drittijiet tal-bniedem;

2.

Jirrikonoxxi l-pass pożittiv tal-Qorti Suprema tal-Poplu ta' Jannar 2007 li tirrevedi s-sentenzi tal-piena tal-mewt iżda jiddeplora l-fatt li dan ma wassalx għal tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' eżekuzzjonijiet fiċ-Ċina; jibqa' mħasseb li ċ-Ċina xorta twettaq l-akbar numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja kollha;

3.

Għaldaqstant iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż biex minnufih u mingħajr ebda kundizzjoni jadotta moratorju fuq il-piena tal-mewt, li titqies bħala pass kruċjali lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; Jikkundanna l-eżekuzzjonijiet taż-żewġ Tibetani, Lobsang Gyaltsen u Loyak, u tad-disa' persuni ta' etniċità Uighur wara, rispettivament, il-ġrajjiet ta' Marzu 2008 f'Lhasa u l-irvellijiet tal-5 sas-7 ta’ Lulju 2009 f'Urumqi; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jissospendu l-bqija tas-sentenzi l-oħra tal-mewt mogħtija mit-Tribunali Intermedji tal-Poplu ta' Lhasa u ta' Urumqi u sabiex jikkommutaw dawk is-sentenzi f'sentenzi ta' ħabs, fil-każ ta' persuni li jinstabu ħatja ta' atti ta' vjolenza; jikkundanna wkoll is-sentenza tal-piena tal-mewt sospiża għal sentejn mogħtija lil Tenzin Phuntsok u Kangtsuk, wara l-protesti ta' Marzu 2008, u s-sentenza ta' għomor ħabs għal Dawa Sangpo, u jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar jekk dawn ingħatawx smigħ ġust;

4.

Jistieden għal darb'oħra liċ-Ċina biex tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jiddeplora t-trattament ta' spiss diskriminatorju tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fiċ-Ċina;

5.

Jenfasizza l-fatt li l-Gvern Ċiniż ippubblika l-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2009-2010) tiegħu f'April 2009 li l-aktar għandu l-għan li jtejjeb il-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini waqt il-proċess tal-infurzar tal-liġi u dak ġudizzjarju, li jeliminia id-detenzjoni arbitrarja, jipprojbixxi l-estorsjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' ħtija permezz tat-tortura u jiżgura smigħ ġust u miftuħ; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jippubblikaw in-numru ta' eżekuzzjonijiet li twettqu;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jagħmlu l-isforzi kollha biex jiżviluppaw djalogu ġenwin bejn il-Han u l-Uighur u sabiex f'Xinjiang jadottaw politiki ekonomiċi li jkunu aktar inklużivi u komprensivi li jkollhom l-għan li jsaħħu s-sjieda lokali u li jħarsu l-identità kulturali tal-popolazzjoni Uighur;

7.

Jenfasizza li r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina għadu kwistjoni ta' tħassib serju;; jinsisti dwar il-ħtieġa għal segwitu rigoruż bejn ir-rounds kollha ta' djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn djalogi preċedenti, li dwarhom ikun sar qbil bejn iż-żewġ naħat, u fis-sura ta' seminars legali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, li kienu jippreċiedu d-djalogu u li kienu jinvolvu rappreżentanti akkademiċi u tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ipoġġu l-kwistjonijiet tal-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u l-ħarsien tal-minoranzi etniċi u d-drittijiet reliġjużi fuq l-aġenda tat-12-il l-Laqgħa Għolja bejn l-UE u ċ-Ċina li jmiss fit-30 ta' Novembru 2009, u biex ikomplu jfittxu l-inklużjoni fil-Ftehim il-Ġdid ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li qed jiġi nnegozjat bħalissa, ta' klawżola dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex minnufih iwaqqfu l-kampanja ta' ripressjoni vjolenti li qed tgħakkes id-drittijiet tal-poplu fix-XUAR, waqt li l- kawżi tal-inkwiet qed jiġu injorati;

9.

Jappella għall-ftuħ mill-ġdid ta' djalogu sinċier u maħsub sabiex jagħti riżultati bejn il-gvern Ċiniż u r-rappreżentanti tad-Dalai Lama, ibbażat fuq il-“Memorandum dwar Awtonomija Ġenwina għall-Poplu Tibetan” li jwassal għal bidla pożittiva, sostanzjali u effettiva fit-Tibet, li tkun konsistenti mal-prinċipji stipulati fil-Kostituzzjoni u fil-liġijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

10.

Itenni s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha tal-ġrajjiet ta' Urumqi, fix-XUAR, f'Lulju 2009; filwaqt li jagħraf id-dmir tal-istituzzjonijiet tal-Istat li jżommu l-ordni pubbliku; jinsab imħasseb dwar ir-rapporti li jallegaw li kien hemm użu sproporzjonat ta' vjolenza kontra l-persuni ta' etniċità Uighur u numru għoli minnhom kienu miżmuma;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jiżguraw li dawk li ġew miżmuma b'rabta mal-ġrajjiet imsemmija hawn fuq jingħatalhom trattament uman waqt li jkunu miżmuma, u tingħathalhom il-garanzija ta' smigħ ġust skont il-liġi internazzjonali, inkluż l-aċċess għal avukat li jagħżlu huma, il-preżunzjoni tal-innoċenza, u l-għoti ta' sentenzi proporzjonati għal dawk li jinsabu ħatja;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni,lill-Gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 91.

(2)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 306.

(3)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 489.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/84


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Tobias Pflüger

P7_TA(2009)0082

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Tobias Pflüger (2009/2055(IMM))

2010/C 285 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Tobias Pflüger għall-ħarsien tal-immunità tiegħu mħabbra fis-seduta plenarja tal-5 ta' Mejju 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta’ April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,

wara li kkunsidra l-verdett tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Tobias Pflüger (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0054/2009),

A.

billi l-Parlament diġà rrevoka l-immunità ta' Tobias Pflüger bid-deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-istess għadd ta' fatti,

B.

billi jidher li, wara evalwazzjoni, il-prerogattivi tal-Parlament mhumiex mhedda la mis-sentenza tat-2 ta' Marzu 2009 kontra Tobias Pflüger u lanqas mit-talba tal-prosekutur pubbliku tal-15 ta' April 2009 biex tiżdied il-penali imposta fuqu,

1.

Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta' Tobias Pflüger;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtorità xierqa tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.


(1)  Kawża 101/63, Wagner v Fohrmann u Krier, Ġabra 1964, p. 195, u Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn, Ġabra 1986, p. 2391.

(2)  ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 74.


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/86


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
L-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew għat-Trattat ta’ Lisbona

P7_TA(2009)0088

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona (2009/2062(REG))

2010/C 285 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li jinkorpora l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Baġits fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2009 (A7-0043/2009),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta’ informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 3

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     Il-Paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis sakemm jidħol fis-seħħ l-arranġament (1) li permezz tiegħu numru ta’ siġġijiet addizzjonali fil-Parlament ikunu allokati lil ċerti Stati Membri sal-aħħar tas-seba’ leġislatura. L-Istati Membri konċernati għandhom jiġu mistiedna jaħtru osservaturi skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

Emenda 6

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 36

Eżami tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ta’ l-istat tad-dritt u ta’ implikazzjonijiet finanzjarji

Rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Waqt l-eżami ta’ proposta leġiżlattiva, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tad-drittijiet fundamentali u b’mod partikulari biex l-att leġiżlattiv jkun konformi mal-Karta ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, fejn proposta jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji suffiċjenti.

1.     Il-Parlament għandu fl-attivitajiet kollha tiegħu jirrispetta b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-Parlament għandu jirrispetta wkoll b’mod sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 6(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

 

2.     Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta għal att leġiżlattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi ma’ drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni tal-Karta. L-opinjoni ta’ dak il-kumitat għandha tkun annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli mis-suġġett. (Ara l-emenda tar-Regola 38 – paragrafu 1 (ġdid) u r-Regola 38 a (ġdida))

Emenda 7

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 38 – paragrafu -1 (ġdid)

 

-1.     Fejn proposta għal att legislattiv ikollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed. (Test tal-emenda identiku għall-Artikolu 36, l-aħħar frażi)

Emenda 8

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 38 a (ġdid)

 

Artikolu 38a

Eżami tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà

1.     Waqt l-eżami ta’ proposta għal att legislattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

2.     Il-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta għal att leġislattiv.

3.     Jekk Parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas- sussidjarjetà u l-proporzjonalità, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli għas-suġġett u mgħoddi għall-informazzjoni lill-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

4.     Ħlief fil-każijiet ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m’għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

5.     Meta l-opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għall- att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-voti kollha allokati għall-parlamenti nazzjonali jew kwart fil-każ ta’ proposta għall-att leġislattiv ippreżentat skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament m’għandux jieħu deċiżjoni sakemm l-awtur tal-proposta jistipula kif ikun biħsiebu jipproċedi.

6.     Meta, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għal att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali, il-kumitat responsabbli mis-suġġett, wara li jkun qies l-opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kummissjoni, u wara li jkun sema’ l-opinjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jirrakkomanda lill-Parlament li huwa jiċħad il-proposta fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jew jippreżenta lill-Parlament kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra, li tista’ tinkludi suġġerimenti għal emendi li jkollhom x’jaqsmu mal-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. L-opinjoni mogħtija mill-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandha tkun annessa ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din.

Ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ippreżentata lill-Parlament għal dibattitu u għal votazzjoni. Jekk rakkomandazzjoni biex tkun miċħuda l-proposta tkun adottata b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa. Meta l-Parlament ma jiċħadx il-proposta, il-proċedura għandha tkompli, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe rakkomandazzjonijiet approvati mill-Parlament.

Emenda 9

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 44

Konsultazzjoni dwar inizjattivi preżentati minn Stat Membru

Proċeduri leġislattivi dwar inizjattivi preżentati minn Stati Membri

1.   Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skond l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE jew l-Artikoli 34 (2) u 42 tat-Trattat UE għandhom jiġu trattati skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 36 sa 39, 43 u 55.

1.   Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu trattati skont dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 36 sa 39, 43 sa 55.

2.   Il-kumitat responsabbli jista’ jistieden rappreżentant ta’ l-Istat Membru li ħareġ bl-inizjattiva biex jippreżentaha lill-kumitat. Ir-rappreżentant jista’ jiġi akkompanjat mill-Presidenza tal-Kunsill.

2.   Il-kumitat responsabbli jista’ jistieden rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li ħarġu bl-inizjattiva biex jippreżentawha lill-kumitat. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu akkompanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.

3.   Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.

3.   Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.

4.   Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f’perjodu qasir ta’ żmien, dawn għandhom jitqiesu f’rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.

4.   Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f’perjodu qasir ta’ żmien, dawn għandhom jitqiesu f’rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.

5.     Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE għandu jibda meta jitħabbar f’seduta plenarja li l-Parlament ikun irċieva inizjattiva bil-lingwi uffiċjali, flimkien ma’ nota spjegattiva li tikkonferma li l-inizjattiva tkun konformi mal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità annessi mat-Trattat KE.

 

Emenda 11

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 58 – paragrafu 1

1.   Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b’mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward ta’ l-emendi tiegħu jkunu osservati kif jixraq.

1.   Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b’mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkunu osservati kif jixraq.

Emenda 12

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 59 – subintestatura 1

Proċedura ta’ Kodeċizjoni

Proċedura leġislattiva ordinarja

 

(Emenda orizzontali: il-kliem “kodeċiżjoni”, “proċedura ta’ kodeċiżjoni” jiġu sostitwiti fit-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “proċedura leġiżlattiva ordinarja”.)

Emenda 13

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 60

Artikolu 60

Proċedura ta’ konċiljazzjoni kif provdut fid-dikjarazzjoni konġunta ta’ l-1975

1.     Meta, fil-każ ta’ ċerti deċiżjonijiet importanti tal-Komunità, il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mill-opinjoni tal-Parlament, il-Parlament jista’, meta jkun qed jagħti l-opinjoni tiegħu, jiftaħ proċedura ta’ konċiljazzjoni mal-Kunsill, bil-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni.

2.     Din il-proċedura għandha tinbeda mill-Parlament, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kunsill.

3.     L-Artikolu 68 għandu japplika għall-kompożizzjoni u għall-proċedura tad-delegazzjoni għall-kumitat ta’ konċiljazzjoni u għar-rappurtaġġ tar-riżultati lill-Parlament.

4.     Il-kumitat responsabbli għandu jħejji rapport dwar ir-riżultati tal-konċiljazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun diskuss u għandu jittieħed vot fuqu fil-Parlament.

imħassar

Emenda 14

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 61 – titolu

Komunikazzjoni tal-posizzjoni komuni tal-Kunsill

Komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill

 

(Emenda orizzontali: il-kliem “posizzjoni komuni tal-Kunsill”, jew “posizzjoni komuni” jkun sostitwit tul it-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “pożizzjoni tal-Kunsill” jew “pożizzjoni”.)

Emenda 15

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Għal kull estensjoni tal-limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE l-President għandu jfittex li jilħaq qbil mal-Kunsill.

imħassar

Emenda 16

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 62 – paragrafu 2

2.   Il-President għandu javża lill-Parlament dwar kull estensjoni tal-limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 251(7) tat-Trattat KE , sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.

2.   Il-President għandu javża lill-Parlament b’kull estensjoni tal-limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.

 

(Emenda orizzontali: l-innumerar tal-Artikoli tat-Trattat UE u tat-Trattat KE jiġi adattat tul ir-Regoli ta’ Proċedura għall-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Emenda 17

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 62 – paragrafu 3

3.     Il-President, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat responsabbli, jista’ jilqa’ talba tal-Kunsill għall-estensjoni ta’ kwalunkwe limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE.

imħassar

Emenda 18

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 65 – paragrafu 4

4.     B’deroga mill-paragrafu 3, jekk ċaħda mill-Parlament taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni tagħmel dan, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġiżlattiva tkun magħluqa.

imħassar

Emendi 73 u 88

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament

Titolu II - Kapitolu 6 a (ġdid) - intestatura (għandha tiddaħħal wara l-Artikolu 74) Test preżenti

 

Emenda 20

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 a (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal skont il-Kapitolu 6 a (ġdid))

 

Artikolu 74a

Reviżjoni Ordinarja tat-Trattati

1.     Skont l-Artikoli 41 u 48 il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta lill-Parlament rapport li fih proposti lill-Kunsill għal emendi għat-Trattati.

2.     Jekk il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jsejjaħ Konvenzjoni, ir-rappreżentanti tal-Parlament jistgħu jinħatru mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.

Id-delegazzjoni tal-Parlament għandha teleġġi l-mexxej u l-kandidati tagħha għas-sħubija fi kwalunkwe grupp ta’ tmexxija jew bureau mwaqqaf mill-Konvenzjoni.

3.     Fejn il-Kunsill Ewropew jitlob il-kunsens tal-Parlament għal deċiżjoni biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għall-eżami ta’ emendi proposti għat-Trattati, il-kwistjoni għandha tkun riferuta għall-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81.

Emenda 21

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 b (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

 

Artikolu 74b

Reviżjoni simplifikata tat-Trattati

Skont l-Artikoli 41 u 48, il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta lill-Parlament, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rapport li jkun fih proposti indirizzati lill-Kunsill Ewropew għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 22

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 c (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

 

Artikolu 74c

Trattati ta’ adeżjoni

1.     Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi referuta lill-kumitat responsabbli biex tkun ikkunsidrata.

2.     Il-Parlament jista’ jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta’ xi grupp politiku jew ta’ mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu sehem f’dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati ma’ l-Istat applikant.

3.     Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jgħarrfu lill-kumitat responsabbli regolarment u bis-sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b’mod kunfidenzjali.

4.     Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta’ Stat applikant fl-Unjoni Ewropea.

5.     Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-kunsens.

 

(L-Artikolu 89 huwa mħassar.)

Emenda 23

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 d (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

 

Artikolu 74d

Irtirar mill-Unjoni

Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jirtira mill-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 74c għandu japplika mutatis mutandis. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar il-kunsens għal ftehima dwar l-irtirar b’maġġoranza tal-voti mitfugħa.

Emenda 24

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 e (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

 

Artikolu 74e

Ksur ta’ prinċipji findamentali minn Stat Membru

1.     Il-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 41 u 48:

(a)

jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b)

jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skond l-Artikolu 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(c)

jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skond l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skond l-Artikolu 7(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2.     Kull talba mill-Kunsill għal kunsens dwar proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81. Ħlief fil-każ ta’ ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli.

3.     Deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu jeħtieġu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

4.     Il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni, bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza ta’ Presidenti. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi ksur serju minn xi Stat Membru, dwar is-sanzjonijiet xierqa u dwar kif dawk is-sanzjonijiet jiġu mibdula jew revokati.

5.     Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat b’mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, li jintalab jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-kunsens tiegħu mogħti skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jagħti l-iżviluppi skont kif ikun xieraq. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli mħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill.

 

(Il-Kapitolu 15 tat-titolu II huwa mħassar.)

Emenda 25

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 f (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

 

Artikolu 74f

Kompożizzjoni tal-Parlament

F’ħin xieraq qabel it-tmiem ta’ leġislatura, il-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-kumitat responsabbli tiegħu skont l-Artikolu 41, jagħmel proposta biex tinbidel il-kompożizzjoni tiegħu. L-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament għandu jkun eżaminat skont l-Artikolu 81.

Emenda 26

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 82 (li jrid jiġi mdaħħal bħala l-Artikolu 74 g fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

Artikolu 82

Proċeduri fil-Parlament

1.   Talbiet minn Stati Membri jew proposti tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri u konsultazzjonijiet tal-Parlament skond l-Artikolu 40(2) tat-Trattat UE għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 60 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.

Artikolu 74g

Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri

1.   Talbiet sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 59 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-ħarsien ta’ l-Artikolu 11 tat-Trattat KE u l-Artikoli 27a, 27b, 40, 43, 44 u 44a tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta’ koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika.

3.   Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta’ koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. Għandu japplika l-Artikolu 43.

 

(Il-Kapitolu 10 tat-Titolu II huwa mħassar.)

Emendi 27 u 28

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75

Baġit Ġenerali

Il-Qafas finanzjarju plurijennali

Proċeduri ta’ implimentazzjoni għall-eżami tal-Baġit Ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-baġits supplimentari, skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej, għandhom jiġu adottati b’riżoluzzjoni tal-Parlament u annessi ma’ dawn ir-Regoli (2).

Fejn il-Kunsill jitlob il-kunsens tal-Parlament rigward il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju plurijennali, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 81. Il-kunsens tal-Parlament għandu jkun jeħtieġ il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

(L-Anness Vhuwa mħassar.)

Emenda 29

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 a (ġdid)

 

Artikolu 75a

Dokumenti ta’ ħidma

1.     Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-Membri:

(a)

l-abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni;

(b)

ġabra fil-qosor mill-Kunsill tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit;

(c)

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit imfassal skont l-Artikolu 314(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(d)

kull abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-qsim proviżorju fi tnax-il parti skont l-Artikolu 315 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.     Dawk id-dokumenti għandhom ikunu rreferuti lill-kumitat responsabbli. Kull kumitat ikkonċernat jista’ jagħti opinjoni.

3.     Jekk kumitati oħra jkunu jixtiequ jagħtu opinjoni, il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat responsabbli.

 

(L-Artikolu 1 tal-Anness V huwa mħassar.)

Emenda 30

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 b (ġdid)

 

Artikolu 75b

Kunsiderazzjoni tal-abbozz tal-baġit - l-ewwel fażi

1.     Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista’ jqiegħed fuq il-Mejdau jitkellem favur abbozzi ta’ emendi għall-abbozz tal-baġit.

2.     L-abbozzi ta’ emendi għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ppreżentati bil-miktub, ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew jitqiegħdu fuq il-Mejda f’isem grupp politiku jew kumitat, ikunu jindikaw it-titolu tal-baġit li għalih jirreferu u jkunu jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-abbozzi ta’ emendi għandhom jinkludu t-tgħrif rilevanti kollu dwar ir-rimarki li għandhom jitniżżlu ħdejn it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

L-abbozzi ta’ emendi kollha għall-abbozz tal-baġit għandhom ikunu ġustifikati bil-miktub.

3.     Il-President għandu jiffissa l-limitu ta’ żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda tal-abbozzi ta’ emendi.

4.     Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-testi ppreżentati qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.

M’għandux jittieħed vot fil-Parlament fuq abbozzi ta’ emendi li jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli ħlief jekk issir talba għal votazzjoni bil-miktub minn kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru, qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat mill-President; din l-iskadenza m’għandha fl-ebda każ tkun ta’ anqas minn 24 siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni.

5.     L-abbozzi ta’ emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli ikun ta opinjoni favorevoli.

6.     Minkejja l-Artikolu 55(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament għandu jieħu votazzjonijiet separati u suċċessivi fuq:

kull abbozz ta’ emenda,

kull taqsima tal-abbozz tal-baġit,

mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz tal-baġit.

Madankollu, għandu japplika l-Artikolu 161 (4) u (8).

7.     L-artikoli, il-kapitoli, it-titoli u t-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit li dwarhom ma tqiegħdu fuq il-Mejda l-ebda abbozzi ta’ emendi jew proposti għal modifikazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala li ġew adottati.

8.     Sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta’ emendi għandhom jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

9.     Jekk il-Parlament ikun emenda l-abbozz tal-baġit, l-abbozz tal-baġit kif emendat għandu jiġi mgħoddi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet.

10.     Il-minuti tas-seduta li fiha l-Parlament ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit għandhom jiġu mgħoddija lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

(L-Artikolu 3 tal-Anness V huwa mħassar.)

Emenda 31

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 c (ġdid)

 

Artikolu 75c

Trialogu Finanzjarju

Il-President għandu jieħu sehem f’laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija qabel.

Il-President tal-Parlament jista’ jiddelega dan id-dover lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

Emenda 32

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 d (ġdid)

 

Artikolu 75d

Konċiljazzjoni baġitarja

1.     Il-President għandu jlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.     Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-Parlament f’laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-proċedura tal-baġit għandha tikkonsisti minn numru ta’ membri indaqs bħal dak tad-delegazzjoni tal-Kunsill.

3.     Il-membri tad-delegazzjoni għandhom ikunu maħtura mill-gruppi politiċi kull sena qabel il-votazzjoni tal-Parlament dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u kumitati oħrajn ikkonċernati. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-Parlament. Il-President jista’ jiddelega dan l-irwol lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

4.     Għandu japplika l-Artikolu 68(2), (4), (5), (7) u (8).

5.     Fejn jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fi ħdan il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titpoġġa fuq l-aġenda ta’ seduta tal-Parlament li trid issir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data ta’ dak il-ftehim. It-test konġunt għandu jkun disponibbli għall-Membri kollha. Għandu japplika l-Artikolu 69(2) u (3).

6.     Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. Il-votazzjoni għandha tittieħed b’sejħa tal-ismijiet. It-test konġunt għandu jitqies li huwa approvat ħlief jekk jiġi miċħud mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

7.     Jekk il-Parlament japprova t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill jiċħdu, il-kumitat responsabbli jista’ jqiegħed fuq il-Mejda l-emendi kollha jew uħud minnhom tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill għal konferma skont il-punt (d) tal-Artikolu 314(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-votazzjoni fuq il-konferma għandha titqiegħed fuq l-aġenda ta’ seduta tal-Parlament li ssir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tal-komunikazzjoni mill-Kunsill taċ-ċaħda tat-test konġunt.

L-emendi għandhom jitqiesu li ġew ikkonfermati jekk ikunu approvati minn maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u minn tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Emenda 33

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 e (ġdid)

 

Artikolu 75e

Adozzjoni definittiva tal-baġit

Fejn il-President ikun sodisfatt li l-baġit ġie adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit kien adottat b’mod definittiv. Huwa għandu jara għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

(L-Artikolu 4 tal-Anness V huwa mħassar.)

Emenda 34

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 f (ġdid)

 

Artikolu 75f

Is-sistema tal-qsim proviżorju fi tnax-il parti

1.     Kull deċiżjoni mill-Kunsill li tawtorizza nefqa li tisboq parti waħda minn tnax mill-qsim proviżorju fi tnax-il parti għall-infiq għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.

2.     Il-kumitat responsabbli jista’ jressaq abbozz ta’ deċiżjoni biex inaqqas in-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwarha fi żmien 30 jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

3.     Il-Parlament għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

 

(L-Artikolu 7 tal-Anness V huwa mħassar.)

Emenda 35

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 79 a (ġdid)

 

Artikolu 79a

Proċedura li għandha tapplika fit-tfassil tal-estimi tal-Parlament

1.     Għall-baġit tal-Parlament, il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-baġit għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi stadji suċċessivi dwar:

(a)

l-organigramma;

(b)

l-abbozz preliminari u l-abbozzi ta’ l-estimi.

2.     Id-deċiżjonijiet dwar l-organigramma jittieħdu skont il-proċedura li ġejja:

(a)

il-Bureau għandu jfassal l-organigramma għal kull sena finanzjarja;

(b)

għandha tinbeda proċedura ta’ konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-baġit f’każ li l-kumitat responsabbli għall-baġit ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet inizjali meħuda mill-Bureau;

(c)

fit-tmiem tal-proċedura, il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar l-estimi għall-organigramma, skont l-Artikolu 207(3), mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.     Għall-estimi nfushom, il-proċedura għat-tfassil tal-estimi tinbeda malli l-Bureau jieħu deċiżjoni aħħarija dwar l-organigramma. L-istadji ta’ din il-proċedura għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 79. Għandha tinbeda proċedura ta’ konċiljazzjoni f’każ li l-pożizzjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-baġit u tal-Bureau jkunu differenti ħafna.

 

(L-Artikolu 79(7) u l-Artikolu 8 tal-Anness V huma mħassrin.)

Emenda 37

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81 – paragrafu 1

1.   Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jirrifjuta l-att.

1.   Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jiċħad l-att.

Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skond it-Trattat KE jew it-Trattat UE permezz ta’ votazzjoni waħdanija, u ebda emenda ma tista’ titqiegħed fuq il-Mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat KE jew tat-Trattat EU li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.

Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista’ titqiegħed fuq il-mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.

Emenda 38

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81 – paragrafu 2

2.   Għal trattati ta’ adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta’ prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 89 , 90 u 102 rispettivament. Għal proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa f’qasam li jaqa’ taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE, għandu japplika l-Artikolu 82 .

2.   Għal trattati ta’ adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta’ prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 74c, 74e u 90 rispettivament. Għal proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa f’qasam li jaqa’ taħt il-proċedura leġislattiva ordinarja , għandu japplika l-Artikolu 74g .

 

(Emenda orizzontali: il-kliem “il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE” jiġi sostitwit matul it-test kollu tar-Regoli tal-Proċedura mill-kliem ’il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.)

Emenda 39

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81 – paragrafu 3

3.   Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal proposta leġiżlattiva , il-kumitat responsabbli jista’, sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament b’mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-proposta .

3.   Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal xi att leġislattiv propost jew xi ftehim internazzjonali maħsub , il-kumitat responsabbli jista’, sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta lill-Parlament b’mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal- att propost .

Jekk il-Parlament japprova mill-inqas rakkomandazzjoni waħda, il-President għandu jitlob li ssir iktar diskussjoni mal-Kunsill.

 

Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni aħħarija tiegħu għall-kunsens tal-Parlament fid-dawl tar-riżultat tad-diskussjoni mal-Kunsill.

 

 

(Emenda orizzontali: ħlief għall-Artikoli 56 u 57, il-kliem “Proposta tal-Kummissjoni” u “proposta leġiżlattiva” jinbidlu matul it-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “proposta għal att leġiżlattiv” jew “att leġiżlattiv propost” minħabba li hi grammatikalment xierqa.)

Emenda 76

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament

Artikolu 87 a (ġdid)

 

Artikolu 87a

Atti delegati

Meta att leġiżlattiv jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv, il-kumitat responsabbli:

għandu jeżamina kull abbozz ta’ att delegat meta jintbagħat lill-Parlament għal skrutinju;

jista’ jressaq lill-Parlament permezz ta’ mozzjoni għal riżoluzzjoni kwalunkwe proposta xierqa l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġiżlattiv.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda 41

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II a (ġdid) (li jrid jiġi mdaħħal qabel il-Kapitolu 12)

 

Emenda 42

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Kapitolu 12 - Titolu

Emenda 43

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 92

Artikolu 92

Ħatra ta’ Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni.

1.     Qabel ma jinħatar Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-President għandu jistieden lill-President kurrenti tal-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija lill-Parlament, skond l-Artikolu 21 tat-Trattat UE. Il-President għandu jistieden lill-President tal-Kummissjoni sabiex jagħmel stqarrija dwar l-istess ħaġa.

2.     Meta jinħatar ir-Rappreżentant Għoli il-ġdid għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni, skond l-Artikolu 207(2) tat-Trattat KE, u qabel ma dan ir-rappreżentant jibda uffiċjalment iwettaq id-doveri tiegħu, il-President għandu jistiednu sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu mill-istess kumitat.

3.     Wara li jsiru l-istqarrijiet u t-tweġibiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fuq inizjattiva tal-kumitat responsabbli, jew skond l-Artikolu 121, il-Parlament jista’ jagħmel rakkomandazzjoni.

imħassar

Emenda 44

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 93 – titolu

Ħatra ta’ rappreżentanti speċjali għall-finijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni

Rappreżentanti speċjali

Emenda 45

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 93 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a.     Rappreżentant speċjali maħtur mill-Kunsill b’mandat li jkollu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet ta’ politika partikulari jista’ jiġi mistieden mill-Parlament, jew jista’ jitlob li jiġi mistieden, sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli.

 

(L-Artikolu 94(3) huwa mħassar.)

Emenda 46

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 94

Artikolu 94

Stqarrijiet mir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni jew minn rappreżentanti speċjali oħra

1.     Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrijiet lill-Parlament mhux inqas minn erba’ darbiet fis-sena. Għandu japplika l-Artikolu 110.

2.     Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden mhux inqas minn erba’ darbiet fis-sena sabiex jattendi laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ wkoll jiġi mistieden f’okkażjonijiet oħra, fuq inizjattiva tiegħu jew kull meta il-kumitat jidhirlu li dan ikun meħtieġ.

3.     Kull meta jinħatar rappreżentant speċjali mill-Kunsill b’mandat li jkollu x’jaqsam ma kwistjonijiet ta’ politika partikulari, huwa jista’ jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq inizjattiva tal-Parlament.

imħassar

Emenda 47

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 2

2.   Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li r-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni , il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b’tagħrif regolari u f’waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni ta’ l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

2.   Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b’tagħrif regolari u f’waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni ta’ l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tal-Viċi President /tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

 

(Emenda orizzontali: Il-kliem “ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta’ sigurtà komuni” jinbidlu bil-kliem “Viċi-President tal-Kummissjoni/Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta’ Sigurtà” fit-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura.)

Emenda 48

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 3

3.   Għandu jsir dibattitu annwali fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Kunsill dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta’ sigurta' komuni, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.

3.   Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill- Viċi-President /Rappreżentant dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta’ sigurta' komuni, inklużi l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.

Emenda 49

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Kapitolu 14 - Titolu

imħassar

Emenda 50

Regola ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 99

Artikolu 99

Għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali

1.     Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf regolarment u b’mod sħiħ dwar attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-pulizija u mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali u li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu meta l-Kunsill jadotta posizzjonijiet komuni li jfasslu l-attitudni ta’ l-Unjoni għal kwistjoni partikulari skond l-Artikolu 34(2)(a) tat-Trattat UE.

2.     Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

3.     Id-dibattitu imsemmi fl-Artikolu 39(3) tat-Trattat UE għandu jsir skond l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 110(2), (3) u (4).

imħassar

Emenda 51

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 100

Artikolu 100

Konsultazzjoni tal-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali

Il-konsultazzjoni tal-Parlament skond l-Artikolu 34(2)(b),(c) u (d) tat-Trattat UE għandha ssir skond l-Artikoli 36 sa 39, 43, 44 u 55.

Fejn hu applikabbli, l-eżami tal-proposta għandu jitqiegħed fl-aġenda, l-aktar tard, ta’ l-aħħar seduta li tkun se ssir qabel ma jiskadi ż-żmien stabbilit skond l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE.

Meta l-Parlament jiġi kkonsultat dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Direttur u membri tal-Bord tal-Europol, l-Artikolu 108 japplika mutatis mutandis.

imħassar

Emenda 52

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 101

Artikolu 101

Rakkomandazzjonijiet fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali

1.     Il-kumitat responsabbli għal affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali jista’ jħejji rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti jew fuq proposta skond it-tifsira fl-Artikolu 121.

2.     F’każi urġenti, l-awtorizzazzjoni msemmija f’paragrafu 1, tista’ tingħata mill-President li jista’ bl-istess mod jawtorizza laqgħa ta’ emerġenza tal-kumitat konċernat.

3.     Rakkomandazzjonijiet li jitħejjew b’dan il-mod għandhom ikunu inklużi fl-aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss. L-Artikolu 97(4) għandu japplika “mutatis mutandis”.

(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 121)

imħassar

Emenda 53

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105

1.   Meta l-Kunsill ikun laħaq ftehim dwar in-nomina ta’ President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuna nominata biex tagħmel stqarrija u tippreżenta l-orjentamenti politiċi tagħha lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

Il-Kunsill għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.

1.   Meta l-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-kandidat biex jagħmel stqarrija u jippreżenta l-linji gwida politiċi tiegħu lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

Il-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.

2.   Il-Parlament għandu japprova jew jiċħad in-nomina b’maġġoranza tal-voti mitfugħa .

Għandu jittieħed vot sigriet.

2.   Il-Parlament għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni b’maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu .

Il-votazzjoni għandha ssir permezz ta’ vot sigriet.

3.   Jekk il-persuna nominata tiġi eletta , il-President għandu jgħarraf b’dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.

3.   Jekk il-kandidat jiġi elett , il-President għandu jgħarraf b’dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.

4.   Jekk il-Parlament jiċħad in-nomina , il-President għandu jitlob lill-Kunsill jinnomina kandidat ieħor.

4.   Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa , il-President għandu jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex fi żmien xahar jipproponi kandidat ieħor għall-elezzjoni, skont l-istess proċedura .

Emenda 54

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 107 a (ġdid)

 

Artikolu 107a

In-Nomina tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta’ seba’ persuni inkarigat biex jevalwa l-adegwatezza tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta’ Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Emenda 55

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 121 – paragrafu 1

1.   Grupp politiku jew inkella mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titoli V u VI tat-Trattat UE , jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu ta l-Artikoli 90 jew 91.

1.   Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu tal-Artikoli 90 jew 91.

Emenda 56

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 124 – paragrafu 1 (ġdid)

 

-1.     Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta’ konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b’dan.

Emenda 57

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 124 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

Emenda 58

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 125 – paragrafu 1 (ġdid)

 

-1.     Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta’ konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b’dan.

Emenda 59

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 125 – paragrafu 2 a

 

2a.     L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

Emenda 91

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 129 Test Preżenti

Artikolu 129

Konsegwenzi f’każ li l-Kunsill jonqos milli jaġixxi wara l-approvazzjoni tal-posizzjoni komuni tiegħu taħt il-proċedura ta’ koperazzjoni

Jekk, fi żmien tliet xhur, jew bi qbil mal-Kunsill, fi żmien erba’ xhur mill-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni skond l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-Parlament la jkun ċaħad u lanqas emenda l-pożizzjoni, u l-Kunsill ikun naqas milli jadotta il-leġiżlazzjoni proposta skond il-pożizzjoni komuni, il-President jista’, f’isem il-Parlament u wara li jikkonsulta mal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jibda proċeduri kontra l-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat KE.

imħassar

Emenda 61

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 132

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha taħtar il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull kungress, konferenza jew organizzazzjoni simili li tinvolvi rappreżentanti mill-Parlament u għandha tagħtihom mandat li jkun jaqbel ma’ kull riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull konferenza jew korp simili li jinvolvi rappreżentanti ta’ parlamenti u għandha tagħtiha mandat li jkun jaqbel ma’ kwalunkwe riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.

Emenda 65

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 149 – paragrafu 12

12.   Bla ħsara għall-Artikolu 197 tat-Trattat KE , il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta’ ħin għad-diskorsi.

12.   Bla ħsara għall-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropew dwar allokazzjoni xierqa ta’ ħin għad-diskorsi għalihom.

 

(Dan il-paragrafu għandu jsir l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 149)

Emenda 67

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204 – titolu

Ħatra ta’ l-Ombudsman

Elezzjoni tal-Ombudsman

Emenda 68

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204 – paragrafu 7

7.   Il-persuna maħtura għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

7.   Il-persuna eletta għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda 69

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness V – Artikolu 2

Artikolu 2

Rata

1.     Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista’ jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur proposti għal deċiżjonijiet li jiffissaw l-ogħla rata mill-ġdid.

2.     Biex ikunu ammissibbli, dawn il-proposti għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f’isem grupp politiku jew kumitat.

3.     Il-President għandu jistabbilixxi limitu ta’ żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta’ dawn il-proposti.

4.     Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rapport dwar dawn il-proposti qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.

5.     Wara, jittieħed vot fil-Parlament fuq dawn il-proposti.

Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta’ tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.

F’każ li l-Kunsill jinforma lill-Parlament li jaqbel ma’ l-iffissar ta’ rata ġdida, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament illi r-rata emendata ġiet adottata.

F’każ li dan ma jsirx, il-kumitat responsabbli għandu jiġi mgħarraf bil-pożizzjoni tal-Kunsill.

imħassar

Emenda 70

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness V – Artikolu 5

Artikolu 5

Kunsiderazzjoni tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill – it-tieni fażi

1.     Jekk il-Kunsill ikun immodifika waħda jew aktar mill-emendi adottati mill-Parlament, it-test kif immodifikat mill-Kunsill għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli.

2.     Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista’ jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur abbozzi ta’ emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.

3.     Biex ikunu ammissibbli, dawn l-abbozzi ta’ emendi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f’isem kumitat u għandhom jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-Artikolu 49(5) ma japplikax

L-abbozzi ta’ emendi huma ammissibbli biss jekk jirreferu għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.

4.     Il-President għandu jiffissa limitu ta’ żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta’ l-abbozzi ta’ emendi.

5.     Il-kumitat responsabbli għandu juri fehmtu fir-rigward tat-testi mmodifikati mill-Kunsill u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozzi ta’ emendi għat-test immodifikat.

6.     Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(4), għandu jittieħed vot fuq l-abbozzi ta’ emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill. Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta’ tlieta minn kull ħames voti mitfugħa. Jekk l-abbozzi ta’ emendi jiġu adottati, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew miċħuda. Jekk jiġu miċħuda, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew adottati.

7.     Għandu jsir dibattitu fuq il-ġabra fil-qosor magħmulha mill-Kunsill dwar ir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-proposti għal modifikazzjonijiet adottati mill-Parlament u wara jista’ jittieħed vot fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni.

8.     Meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit ġie adottat b’mod aħħari. Il-President għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-baġit jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

imħassar

Emenda 71

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness V – Artikolu 6

Artikolu 6

Ċaħda tal-baġit fis-sħuħija tiegħu

1.     Kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu, għal raġunijiet serji, iqiegħdu fuq il-Mejda proposta sabiex l-abbozz tal-baġit jiġi miċħud fis-sħuħija tiegħu. Biex tkun ammissibbli, proposta bħal din għandha tinkludi motivazzjoni bil-miktub u għandha titqiegħed fuq il-Mejda qabel ma jagħlaq iż-żmien iffissat mill-President. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ma jistgħux ikunu kontradittorji.

2.     Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-proposta qabel ma jittieħed vot fuqha fil-Parlament.

Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa. Jekk il-proposta tiġi adottata, l-abbozz tal-baġit fis-sħuħija tiegħu għandu jintbagħat lura lill-Kunsill.

imħassar


(1)   Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

(2)   Ara l-Anness V.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/111


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ***III

P7_TA(2009)0068

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (PE-CONS 3677/2009 – C7-0273/2009 – 2007/0247(COD))

2010/C 285 E/17

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3677/2009 – C7-0273/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0697),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0724),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari (2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2009)0420),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0070/2009),

1.

Japprova t-test konġunt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0449.

(2)  Testi adottati, 6.5.2009, P6_TA(2009)0361.

(3)  ĠU C 103 E, 5.5.2009, p. 1.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/112


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
L-istatistika rigward il-pestiċidi ***III

P7_TA(2009)0069

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika rigward il-pestiċidi (PE-CONS 3676/2009 – C7-0258/2009 – 2006/0258(COD))

2010/C 285 E/18

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3676/2009 – C7-0258/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0778),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari (2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2009)0486),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0063/2009),

1.

Japprova t-test konġunt,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 98.

(2)  Testi adottati, 24.4.2009, P6_TA(2009)0318.

(3)  ĠU C 38 E, 17.2.2009, p. 1.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/113


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-networks trans-Ewropej (verżjoni kodifikata) ***I

P7_TA(2009)0070

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-networks trans-Ewropej (verżjoni kodifikata) (COM(2009)0113 – C7-0039/2009 – 2009/0037(COD))

2010/C 285 E/19

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0113),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0039/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0057/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/114


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġeorġja *

P7_TA(2009)0071

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġeorġja (COM(2009)0523 – C7-0269/2009 – 2009/0147(CNS))

2010/C 285 E/20

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0523),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0269/2009),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Missjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar il-Kunflitt fil-Ġeorġja ta' Settembru 2009 (ir-Rapport Tagliavini),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0060/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinnnotfika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/115


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Għajnuna makro-finanzjarja lill-Armenja *

P7_TA(2009)0072

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi l-għajnuna makro-finanzjarja lill-Armenja (COM(2009)0531 – C7-0268/2009 – 2009/0150 (CNS))

2010/C 285 E/21

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0531),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0268/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0059/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/116


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Assistenza makro-finanzjarja lis-Serbja *

P7_TA(2009)0073

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tingħata assistenza makro-finanzjarja lis-Serbja (COM(2009)0513 – C7-0270/2009 – 2009/0145(CNS))

2010/C 285 E/22

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0513),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, li skont it-termini tiegħu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C7-0270/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0061/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/117


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Assistenza makro-finanzjarja lill-Bożnja u Ħerzegovina *

P7_TA(2009)0074

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill biex tingħata assistenza makro-finanzjarja lill-Bożnja u Ħerzegovina (COM(2009)0596 – C7-0278/2009 – 2009/0166(CNS))

2010/C 285 E/23

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0596),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0278/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0067/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/118


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud *

P7_TA(2009)0075

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (10893/2009 – C7-0002/2009– 2007/0238(CNS))

2010/C 285 E/24

(Proċedura ta' konsultazzjoni – konsultazzjoni mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10893/2009),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0677),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0002/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0055/2009),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sustanzjali jew li jbiddlu b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ABBOZZ TAL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Abbozz ta’ direttiva – att li jemenda

Premessa 8

(8)

Fil-kuntest tal-adeżjoni tagħhom, il-Bulgarija u r-Rumanija ġew awtorizzati jagħtu eżenzjoni tat-taxxa lill-impriżi żgħar u li jibqgħu japplikaw eżenzjoni tal-VAT fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri.Għall-finijiet taċ-ċarezza u l-konsistenza, dawn l-eżenzjonijiet għandhom jiġu integrati fid-Direttiva nnifisha.

(8)

Fil-kuntest tal-adeżjoni tagħhom, il-Bulgarija u r-Rumanija ġew awtorizzati jagħtu eżenzjoni tat-taxxa lill-impriżi żgħar u li jibqgħu japplikaw eżenzjoni tal-VAT fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri.Għall-finijiet taċ-ċarezza u l-konsistenza, dawk l-eżenzjonijiet għandhom jiġu integrati fid-Direttiva nnifisha. Il-legalità u l-ħtieġa ta’ dawk l-eżenzjonijiet għandhom ikunu riveduti għall-inqas kull sentejn.

Emenda 2

Abbozz ta’ direttiva – att li jemenda

Premessa 9

(9)

Rigward id-dritt tat-tnaqqis, ir-regola bażika hija li dan id-dritt jirriżulta biss fil-każ li l-merkanzija u s-servizzi jintużaw minn persuna taxxabbli għall-finijiet tal-attività professjonali tagħha . Din ir-regola għandha tiġi ċċarata u msaħħa fir-rigward tal-proprjetà immobbli u l-infiq relatat magħha sabiex jiġi żgurat li l-persuni taxxabbli jkunu ttrattati bl-istess mod fil-każ li l-oġġetti immobbli li jużaw għall-attività professjonali tagħhom ma tintużax esklussivament għal finijiet relatati ma' din l-attività.

(9)

Rigward id-dritt tat-tnaqqis, ir-regola bażika hija li dan id-dritt jirriżulta biss fil-każ li l-oġġetti u s-servizzi jintużaw mill-persuna taxxabbli għal finijiet tat-tranżazzjonijiet tagħha li jwasslu għad-dritt tat-tnaqqis . Dik ir-regola għandha tiġi ċċarata u msaħħa fir-rigward tal-proprjetà immobbli u l-infiq relatat magħha sabiex jiġi żgurat li l-persuni taxxabbli jkunu ttrattati bl-istess mod fil-każ li l-oġġetti immobbli li jużaw għall-attività professjonali tagħhom ma tintużax esklussivament għal finijiet relatati ma' din l-attività. B'konsegwenza ta' dan, l-eżerċizzju inizjali tad-dritt tat-tnaqqis għandu jkun limitat għal dak l-użu li jirriżulta minn tranżazzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt tat-tnaqqis meta t-taxxa tiġi mposta.

Emenda 3

Abbozz ta’ direttiva – att li jemenda

Premessa 10

(10)

Filwaqt li l-proprjetà immobbli u l-infiq relatat jirrappreżentaw l-aktar każijiet sinifikanti, fejn il-kjarifika u t-tisħiħ tar-regola huma adatti, minħabba l-valur u t-tul tal-ħajja ekonomika ta' proprjetà bħal din u l-fatt li l-użu mħallat ta' dan it-tip ta' proprjetà huwa prattika komuni, huwa madankollu adatt, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li l-Istati Membri jiġu awtorizzati japplikaw l-istess regola għal oġġetti mobbli ta' natura durabbli u li jifformaw parti mill-assi tan-negozju .

(10)

Minħabba li l-proprjetà immobbli u l-infiq relatat jirrappreżentaw l-aktar każijiet sinifikanti, fejn il-kjarifika u t-tisħiħ tar-regola huma adatti, minħabba l-valur u t-tul tal-ħajja ekonomika ta' proprjetà bħal din u l-fatt li l-użu mħallat ta' dan it-tip ta' proprjetà huwa prattika komuni, id-dritt tat-tnaqqis inizjali għandu jiġi applikat għall-proprjetà immobbli li hi mgħoddija lill-persuna taxxabbli kif ukoll għas-servizzi importanti relatati mal-proprjetà kkonċernata, u li, minħabba l-valur ekonomiku tagħhom, jistgħu jiġu assimilati mal-akkwist tal-proprjetà immobbli . Bil-maqlub, tiswijiet jew titjib minuri li jkunu ta' sinifikat ekonomiku limitat għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' din ir-regola.

Emenda 4

Abbozz ta’ direttiva – att li jemenda

Premessa 11

(11)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata sistema ekwa tat-tnaqqis għall-persuni taxxabbli fil-kuntest tar-regoli l-ġodda, għandha tiġi pprovduta sistema ta' aġġustament f'konformità mar-regoli l-oħra dwar aġġustament ta' tnaqqis biex jitqiesu l-bidliet fl-użu kummerċjali u dak mhux kummerċjali tal-proprjetà kkonċernata.

(11)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata sistema ekwa tat-tnaqqis għall-persuni taxxabbli fil-kuntest tar-regoli l-ġodda, għandha tiġi pprovduta sistema ta' aġġustament f'konformità mar-regoli dwar aġġustament ta' tnaqqis biex jitqiesu l-bidliet fl-użu kummerċjali u dak mhux kummerċjali tal-proprjetà kkonċernata għal perjodu li jikkorrispondi mal-perjodu ta’ aġġustament eżistenti għall-proprjetà immobbli akkwistata bħala beni kapitali .

Emenda 5

Abbozz ta’ direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 168 a – paragrafu 1

1.   Fil-każ ta' proprjetà immobbli li tifforma parti mill-assi kummerċjali ta' persuna taxxabbli u użata għal finijiet tan-negozju tal-persuna taxxabbli u għal finijiet privati tal-persuna jew tal-persunal tagħha jew, b'mod aktar ġenerali, għal finijiet oħra apparti dawk tan-negozju, il-VAT fuq l-infiq relatat ma' din il-proprjetà għandu jkun deduċibbli f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 167, 168, 169 u 173 sal-proporzjon bis tal-użu tal-proprjetà għal finijiet kummerċjali tal-persuna taxxabbli .

B'deroga mill-Artikolu 26, il-bidliet fil-proporzjon tal-użu ta' proprjetà immobbli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu f'konformità mal-prinċipji previsti fl-Artikoli 184 sa 192 kif applikati fl-Istat Membru rispettiv .

1.   Fil-każ ta' proprjetà immobbli li tifforma parti mill-assi kummerċjali ta' persuna taxxabbli u użata għal finijiet tan-negozju tal-persuna taxxabbli u għal finijiet privati tal-persuna jew tal-persunal tagħha jew, b'mod aktar ġenerali, għal finijiet oħra apparti dawk tan-negozju, l-eżerċizzju inizjali tad-dritt tat-tnaqqis li jirriżulta meta t-taxxa ssir applikabbli għandu jkun limitat għall-proporzjon tal-użu kummerċjali effettiv tal-proprjetà fi tranżazzjonijiet li jwasslu għad-dritt tat- tnaqqis .

B'deroga mill-Artikolu 26, il-bidliet fil-proporzjon tal-użu ta' proprjetà immobbli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 187, 188, 190 u 192 għall-aġġustament tal-eżerċizzju inizjali tad-dritt tat-tnaqqis .

Il-bidliet imsemmijin fit-tieni paragrafu għandhom jitqiesu matul il-perjodu definit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 187(1), għall-proprjetà immobbli akkwistata bħala beni kapitali.

Emenda 6

Abbozz ta’ direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 168 a – paragrafu 2

2.     L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafu 1 fir-rigward tal-VAT fuq l-infiq relatat ma' oġġetti oħrajn li jifformaw parti mill-assi kummerċjali, kif dawn jispeċifikaw."

imħassar

Emenda 7

Abbozz ta’ direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 a (ġdid)

 

Artikolu 1a

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa sa fejn huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu awtorizzati japplikaw l-Artikolu 168a(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, u r-regoli ta’ aġġustament ġenerali skont l-Artikoli 184 sa 192 tagħha, għal oġġetti mobbli durabbli u li jiffurmaw parti mill-assi tan-negozju. Kwalunkwe proposta leġiżlattiva f’dan ir-rigward għandu jkollha l-għan li tarmonizza r-regoli applikabbli sabiex telimina, kemm jista' jkun, fatturi li jistgħu ifixklu l-kompetizzjoni, sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Din il-proposta leġiżlattiva għandha tkun akkumpanjata minn evalwazzjoni tal-impatt li tieħu kont tal-aspetti negattivi u pożittivi.


(1)  Test Adottati, P6_TA(2008)0319.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/121


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Emendi għall-Annessi II u III tal-Konvenzjoni OSPAR *

P7_TA(2009)0076

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Kommunità Ewropea, tal-Emendi għall-Anness II u l-Anness III tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar tal-Grigal tal-Atlantiku (Konvenzjoni OSPAR) dwar il-ħżin ta’ flussi tad-diossidu tal-karbonju f’formazzjonijiet ġeoloġiċi (COM(2009)0236 – C7-0019/2009 – 2009/0071(CNS))

2010/C 285 E/25

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0236),

wara li kkunsidra l-Artikoli 175(1) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0019/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0051/2009),

1.

Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-emendi għall-Anness II u l-Anness III tal-Konvenzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Islanda, l-Isvezja, l-Isvizzera, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Norveġja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugal, ir-Renju Unit u Spanja.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a)

Il-Komunità riċentement adottat id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (1); Skont din id-Direttiva l-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju għandu jkompli jsir sakemm jikseb appoġġ privat, nazzjonali u Komunitarju u jagħti prova ta’ teknoloġija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent; apparti dan, mill-perspettiva ambjentali u tas-sigurtà għandu jinżamm il-ħin kollu taħt kontroll, u bl-ebda mod ma għandu jservi ta’ inċentiv biex jiżdied l-użu ta’ fjuwils fossili.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill

Premessa 4 b (ġdida)

 

(4b)

Il-kompetenza konġunta tal-Komunità u tal-Istati Membri kombinata mal-prinċipju ta’ unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità, tiffavorixxi azzjoni konġunta għat-tqegħid simultanju ta’ strumenti ta’ approvazzjoni tal-emendi mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni;

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni għandhom jirsistu biex jieħdu l-passi neċessarji bil-għan li jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika jew approvazzjoni b’mod simultanju ma’ dawk tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri l-oħra u sakemm ikun possibbli sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2010.


(1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/123


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Ftehim KE/Danimarka dwar is-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (emenda tad-Deċiżjoni 2006/326/KE) *

P7_TA(2009)0077

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/326/KE biex tipprovdi għal proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (COM(2009)0100 – C6-0108/2009 – 2009/0031(CNS))

2010/C 285 E/26

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0100),

wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skont liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0108/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0058/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/124


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Ftehim bejn il-KE u d-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (emenda tad-Deċiżjoni 2006/325/KE) *

P7_TA(2009)0078

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprevedi proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (COM(2009)0101 – C6-0109/2009 – 2009/0034(CNS))

2010/C 285 E/27

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0101),

wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skont liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0109/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0056/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/125


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Pjan ta' rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral *

P7_TA(2009)0079

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi pjan ta' rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral (COM(2009)0127 – C7-0006/2009 – 2009/0041(CNS))

2010/C 285 E/28

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0127),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0006/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0046/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/126


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Ftehim ta' adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, emendata bil-Protokoll ta' Vilnjus tat-3 ta' Ġunju 1999 *

P7_TA(2009)0080

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendat mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (COM(2009)0441 – C7-0164/2009 – 2009/0121(CNS))

2010/C 285 E/29

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0441),

wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0164/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0053/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/127


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Protokoll dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta' Manteniment *

P7_TA(2009)0081

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Protokoll dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta' Manteniment (COM(2009)0081 – C6-0101/2009 – 2009/0023(CNS))

2010/C 285 E/30

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0081),

wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0101/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0062/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/128


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V ***I

P7_TA(2009)0083

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, f'dak li jirrigwarda l-proċedura regolatorja bi skrutinju – Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V (COM(2009)0142 – C7-0047/2009 – 2009/0048(COD))

2010/C 285 E/31

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2009)0142),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0047/2009),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta’ atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0036/2009),

1.

Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta ġdida li tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tat-23 ta' Settembru 2008;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposti li jallinjaw l-acquis communautaire għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adotatti, P6_TA(2008)0424.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/129


It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
L-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika fil-Qasam Doganali *

P7_TA(2009)0084

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika fil-Qasam Doganali (17483/2008 –C6-0037/2009 – 2009/0803(CNS))

2010/C 285 E/32

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża (17483/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 30(1)(a) tat-Trattat UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0037/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0052/2009),

1.

Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jistieden lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika Franċiża.

TEST PROPOST MIR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA

EMENDA

Emenda 1

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Premessa 3

(3)

Huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali, billi jiġu stabbiliti proċeduri li taħthom l-amministrazzjonijiet doganali jkunu jistgħu jaġixxu konġuntement u jiskambjaw data personali u data oħra dwar attivitajiet ta’ traffikar illegali, bl-użu ta’ teknoloġija ġdida għal ġestjoni u t-trażmissjoni ta’ tali informazzjoni, subordinatament għad -dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali, li saret fi Strasburgu fit-28 ta’ Jannar 1981, u għall-prinċipji li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987, maħsub sabiex jirregola l-użu tad-data personali fis-settur tal-pulizija.;

(3)

Huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali, billi jiġu stabbiliti proċeduri li taħthom l-amministrazzjonijiet doganali jkunu jistgħu jaġixxu konġuntament u jiskambjaw data personali u data oħra dwar attivitajiet ta’ traffikar illegali, bl-użu ta’ teknoloġija ġdida għall-ġestjoni u t-trażmissjoni ta’ tali informazzjoni, b'kont meħud tad -dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali  (1) u l-prinċipji li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987, li tirregola l-użu tad-data personali fis-settur tal-pulizija.

Emenda 2

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Premessa 4

(4)

Hu wkoll neċessarju li tiġi żgurata komplementarjetà akbar mal-azzjoni mwettqa fil-livell tal-koperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Korp ta' l-Unjoni Ewropea għall-koperazzjoni ġudizzjarja (Eurojust) biex dawn l-aġenziji jkollhom aċċess għas-sistema ta' informazzjoni doganali.

(4)

Hu wkoll neċessarju li tissaħħaħ il-komplementarjetà mal-azzjonijiet mwettqa fil-kuntest tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Eurojust, billi tkun possibbli li data mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali tiġi kkomunikata lil dawk l-aġenziji, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

Emenda 3

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a)

L-aċċess permezz tal-qari għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali jippermetti li l-Eurojust jikseb informazzjoni immedjata meħtieġa għal ħarsa ġenerali preliminari preċiża minnufih sabiex jidentifika u jegħleb l-ostakoli legali u jikseb riżultati aħjar fil-prosekuzzjoni. L-aċċess permezz tal-qari għall-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali jippermetti li l-Eurojust jirċievi informazzjoni dwar investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin u dawk konklużi fi Stati Membri differenti u għalhekk li jittejjeb l-appoġġ tal-awtoritajiet ġudizzjarji f’dawk l-Istati Membri.

Emenda 4

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a)

L-Istati Membri jirrikonoxxu l-benefiċċji tal-aċċess għall-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali fir-rigward tal-koordinazzjoni u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jimpenjaw ruħhom li kemm jista’ jkun idaħħlu data f’dik il-bażi ta’ data.

Emenda 5

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Premessa 5 b (ġdida)

 

(5b)

Id-data miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali fl-ebda ċirkostanza m'għandha tiġi trasferita għall-użu mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi terzi.

Emenda 6

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Premessa 8

(8)

Analiżi operattiva ta' l-attivitajiet , ir-riżorsi u l-intenzjonijiet ta' ċerti persuni jew intrapriżi li ma jikkonformawx jew li jidhru li ma jikkonformawx mal-liġijiet nazzjonali għandha tgħin lill-awtoritajiet doganali u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-miżuri xierqa f'każijiet speċifiċi biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.

(8)

Analiżi operattiva ta' l-attivitajiet ta' ċerti persuni jew intrapriżi li ma jikkonformawx mal-liġijiet nazzjonali u tar-riżorsi li huma jużaw, jew użaw, biex iwettqu, fi żmien qasir, ksur hekk kif definit f'din id-Deċiżjoni, jew li permezz tagħhom setgħu iwettqu tali ksur, għandha tgħin lill-awtoritajiet doganali u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-miżuri xierqa f'każijiet speċifiċi biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.

Emenda 7

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli kostituzzjonali tagħhom fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali.

Emenda 8

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 2 - punt 1 - punt a

(a)

il-moviment ta' merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari dawk il-miżuri msemmija fl- Artikoli 36 u 223 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

(a)

il-moviment ta' merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari dawk il-miżuri msemmija fl- Artikoli 30 u 296 tat-Trattat KE,

Emenda 9

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 2 – punt 1 - punt a a (ġdid)

 

(aa)

miżuri biex jikkontrollaw il-movimenti ta' flus kontanti fil-Komunità, fejn tali miżuri jittieħdu skont l-Artikolu 58 tat-Trattat KE;

Emenda 10

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 2 – punt 1 – punt b – punt i

(i)

il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru li l-applikazzjoni tagħhom taqa' interament jew parzjalment taħt il-kompetenza tal-amministrazzjoni doganali ta' dak l-Istat Membru rigward iċ-ċirkolazzjoni transkonfinali tal-merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari, dawk il-miżuri msemmija fl- Artikoli 36 u 223 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif ukoll id-dazji mhux armonizzati;

(i)

il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru li l-applikazzjoni tagħhom taqa' interament jew parzjalment taħt il-kompetenza tal-amministrazzjoni doganali ta' dak l-Istat Membru rigward iċ-ċirkolazzjoni transkonfinali tal-merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari, dawk il-miżuri msemmija fl- Artikoli 30 u 296 tat-Trattat KE, kif ukoll id-dazji mhux armonizzati;

Emenda 11

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 2 – punt 2

2)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli.

2)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett ta’ data”), persuna fiżika identifikabbli tkun persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed jew aktar li jkun speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha ;

Emenda 13

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

 

(ga)

flus kontanti miżmuma, sekwestrati jew ikkonfiskati.

Emenda 14

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

(a)

il-kunjom, il-kunjom ta' xebba, l-isem/ismijiet, il-kunjomijiet ta' qabel u l-psewdonomi;

(a)

il-kunjomijiet, il-kunjom ta' xebba, l-isem/ismijiet u l-psewdonomi;

Emenda 15

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja

4.   Rigward il-kategorija msemmija fl- Artikolu 3, punt (g) , l-informazzjoni personali mdaħħla fis-sistema għandha tkun limitata għall-informazzjoni li ġejja:

4.   Rigward il-kategoriji msemmija fl- Artikolu 3(1)(g) u (ga) , l-informazzjoni personali mdaħħla fis-sistema għandha tkun limitata għall-informazzjoni li ġejja:

Emenda 16

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 4 – paragrafu 5

5.   Fl-ebda każ m'għandha tiġi inkluża, data elenkata fl- ewwel sentenza ta' l- Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali, li saret fi Strasburgu fit-28 ta’ Jannar 1981, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta’ Strasburgu tal-1981” .

5.   Fl-ebda każ m'għandha tiddaħħal data elenkata fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI .

Emenda 17

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 5 – paragrafu 1

1.   Id-data relattiva għall-kategoriji msemmija fl- Artikolu 3 hija inkluża fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali esklussivament għall-iskop ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi operattiva.

1.   Id-data relattiva għall-kategoriji msemmija fl- Artikolu 3(1)(a) sa (g) għandha tiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali esklussivament għall-iskop ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi strateġika jew operattiva.

Emenda 18

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Id-data fil-kategorija msemmija fl-Artikolu 3(1)(ga) għandha tiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali esklussivament għall-fini ta' analiżi strateġika jew operattiva.

Emenda 19

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 5 – paragrafu 2

2.   Għall-iskopijiet tal-azzjonijiet issuġġeriti msemmija il-paragrafu 1, jiġifieri, ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi operattiva, id-data personali li taqa' fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3 tista’ tkun inkluża fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali biss jekk, l-aktar abbażi ta’ attivitajiet illegali preċedenti, hemm indikazzjonijiet reali li jissuġġerixxu li l-persuna kkonċernata wettqet jew ser qiegħda twettaq jew ser twettaq ksur serju tal-liġijiet nazzjonali.

2.   Għall-iskopijiet tal-azzjonijiet issuġġeriti msemmija fil-paragrafu 1, jiġifieri, ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi strateġika jew operattiva, id-data personali li taqa' fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(1), ħlief għall-punt (e) tista’ tiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali biss jekk, l-aktar abbażi ta’ attivitajiet illegali preċedenti, ikun hemm indikazzjonijiet ibbażati fuq fatti jew raġunijiet raġonevoli li jissuġġerixxu li l-persuna kkonċernata wettqet, qiegħda twettaq jew ser twettaq ksur serju tal-liġijiet nazzjonali.

Emenda 20

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt iv

(iv)

il-persuni li jakkumpanjaw il-persuna in kwistjoni jew okkupanti tal-mezzi ta’ trasport użati;

imħassar

Emenda 21

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 7 – paragrafu 2

2.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista tal-awtoritajiet kompetenti nominati skont paragrafu 1n ta' dan l-Artikolu, biex ikollhom aċċess dirett għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali filwaqt li jippreċiża , għal kull awtorità, għal liema data hi għandu jkollha aċċess u għal liema fini.

2.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista tal-awtoritajiet kompetenti nominati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu , biex ikollhom aċċess dirett għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali. Kull emenda magħmula għal din il-lista għandha tiġi mgħarrfa wkoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23. Il-lista għandha tispeċifika , għal kull awtorità, għal liema data hi għandu jkollha aċċess u għal liema finijiet. Kull Stat Membru għandu jiżgura li tiġi ppubblikata l-lista kif ukoll kwalunkwe emenda li ssirilha.

Emenda 22

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 7 – paragrafu 3

3.     B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta' ftehim unanimu, jippermettu aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali lil organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali. Dan il-ftehim għandu jieħu l-forma ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. Biex jieħdu din id-deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' kwalunkwe arranġament reċiproku u kwalunkwe opinjoni ta’ Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta msemmija fl-Artikolu 25 rigward l-adegwatezza ta’ miżuri ta’ protezzjoni tad-data.

imħassar

Emenda 23

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 8 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri jistgħu jużaw biss data miksuba mis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali biex jiksbu l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2). Madankollu, jistgħu jużawha għal finijiet amministrattivi jew finijiet oħra b’awtorizzazzjoni minn qabel, u bla ħsara għal kwalunkwe kondizzjoni imposta mill-Istat Membru li introduċa d-data fis-sistema. Tali użu ieħor simili għandu jkun skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru li jipprova jużahom u għandhom jieħdu kont tal-Prinċipju 5.5 tar-Rakkomandazzjoni R (87) 15 tas-17 ta’ Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa maħsuba sabiex tirregola l-użu tad-data personali fil-qasam tal-pulizija, minn hawn 'il-quddiem “ir-Rakkomandazzjoni R (87) 15”.

1.   L-Istati Membri , il-Europol u l-Eurojust jistgħu jużaw biss data miksuba mis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali biex jiksbu l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Emenda 24

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 8 – paragrafu 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikoli 11 u 12, id-data miksuba mis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali għandha tintuża biss mill-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru nominati mill-Istat Membru in kwistjoni, li huma kompetenti, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru, biex jaġixxu biex jinkiseb l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2).

2.   Mingħajr preġudizzju għall- Artikoli 11 u 12, id-data miksuba mis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali għandha tintuża biss mill-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru nominati mill-Istat Membru in kwistjoni, li huma kompetenti, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru, biex jaġixxu biex jinkiseb l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Emenda 25

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a(ġdid)

 

Kull emenda magħmula għal din il-lista għandha tiġi mgħarrfa wkoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23. Kull Stat Membru għandu jiżgura li tiġi ppubblikata l-lista kif ukoll kwalunkwe emenda li ssirilha.

Emenda 26

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 8 – paragrafu 4

4.     Id-data miksuba mis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, b’awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istat Membru li introduċiha fis-sistema, u bla ħsara għal kwalunkwe kondizzjoni li hu impona, tista' tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali oħra minbarra dawk nominati taħt il-paragrafu 2, lil pajjiżi terzi kif ukoll lil organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jixtiequ jagħmlu użu minnha. Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċjali biex jiżgura s-sigurtà ta’ din id-data meta tkun trażmessa jew fornita lil servizzi li qegħdin barra mit-territorju tiegħu. Id-dettalji ta’ dawn il-miżuri għandhim jiġu kkomunikati lill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta msemmija fl-Artikolu 25.

imħassar

Emenda 27

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 11

1.    Bla ħsara għall-Kapitolu IX ta' din id-Deċiżjoni, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandu d-dritt, fil-limiti tal-mandat tiegħu, li jkollu aċċess għad -data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6, li jikkonsultaha direttament u li jintroduċi data f'din is-Sistema .

Bla ħsara għall-Kapitolu IX ta' din id-Deċiżjoni, l-Europol għandu d-dritt, fil-limiti tal-mandat tiegħu, li jagħmel talba debitament ġustifikata li membru tal-istaff tal-Europol identifikat biċ-ċar ikollu aċċess għad -data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6.

2.     Jekk wara tfittxija fis-Sistema mill-Europol jirriżulta allert fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, l-Europol għandu jinforma b'dan lill-Istat Membru li minnu ġej l-allert permezz tal-kanali definiti fid-Deċiżjoni … tal-Kunsill li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), minn hawn 'l isfel imsejħa d-“Deċiżjoni Europol”.

Id-data kkomunikata bi qbil mal-ewwel inċiż għandha tinqered minnufih jekk jinstab li din ma tkunx utli għal inkjesta jew għal stħarriġ li jkunu qed jitmexxew mill-Europol, jew bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14. L-Europol għandu jinforma b'dan lill-awtorità kompetenti li tkun tatu d-data u r-raġunijiet li għalihom tkun ġiet deċiża l-qirda ta' din id-data. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra din in-notifika.

3.     L-użu ta’ informazzjoni miksuba minn tfittxija fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali huwa soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li jkun introduċa d-data fis-sistema. Jekk dan l-Istat Membru jawtorizza l-użu ta' din l-informazzjoni, it-trattament tagħha għandu jkun regolat mill-Deċiżjoni Europol. L-Europol jista’ jikkomunika biss din l-informazzjoni lil pajjiżi jew korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru li jkun introduċa d-data fis-sistema.

 

4.     L-Europol jista' jitlob informazzjoni oħra lill-Istati Membri kkonċernati, b'konformità mad-Deċiżjoni Europol.

 

5.     Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, m'huwiex il-kompitu ta' l-Europolli jikkollega l-partijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li għandu aċċess għalihom ma' sistema kompjuterizzata għall-ġbir tad-data użata mill-Europol jew fi ħdanha u li jittrasferixxi d-data li hemm fiha f'sistema oħra bħal din, kif ukoll li jniżżel jew li jikkopja b'xi mod mod ieħor kwalunkwe parti tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali;

 

L-Europol għandu jillimita l-aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għall-persunal debitament awtorizzat tal-Europol;

 

L-Europol għandu jawtorizza lill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta, stabbilita bl-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni Europol, biex tissorvelja l-attivitajiet tal-Europol fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu għal aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali u ta' konsultazzjoni ta' din id-data.

 

Emenda 28

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 11 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a.     Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jkollu effett fuq id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizijia (Europol)  (2) (“id-Deċiżjoni Europol”) dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta’ tali data mill-persunal tal-Europol jew li jkollu effett fuq is-setgħat tal-Korp ta' Sorveljanza Konġunta stabbilit skont dik id-Deċiżjoni.

Emenda 29

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 12 – paragrafu 1

1.    Bla ħsara għall-Kapitolu IX , il-membri nazzjonali tal-Korp ta' l- Eurojust, kif ukoll l-assistenti tagħhom, għandhom id-dritt, fil-limiti tal-mandat tagħhom, li jkollhom aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal- Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6, u li jikkonsultaha.

1.   Il-membri nazzjonali tal-Korp tal-Eurojust, id-deputati u l-assistenti tagħhom, u l-persunal awtorizzat speċifikament, għandhom id-dritt, fil-limiti tal-mandat tagħhom u għat-twettiq tal-kompiti tagħhom , li jkollhom aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal- Artikoli 1, 3, 4, 5, 6, 15, 16, 17, 18 u 19, u li jikkonsultaha.

Emenda 30

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 12 – paragrafu 2

2.   F’każ li tfittxija minn membru nazzjonali tal-Eurojust turi l-eżistenza ta' allert fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, din għandha tinforma lill-Istat Membru li ħareġ l-allert dwarha . L-informazzjoni miksuba waqt konsultazzjoni bħal din ma tistax tiġi kkomunikata lil pajjiżi jew lil korpi terzi ħlief jekk mhux bil-kunsens tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert.

2.   F’każ li tfittxija minn membru nazzjonali tal-Eurojust , jew mid-deputati jew l-assistenti tiegħu, jew minn persunal awtorizzat speċifikament tirriżulta fi qbil bejn informazzjoni pproċessata mill-Europol u data mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, dan għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun daħħal id-data .

Emenda 31

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 12 – paragrafu 3

3.   L-ebda dispożizzjoni f’dan l-artikolu m'għandha tiġi interpretata bħala li taffettwa d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja dwar il-protezzjoni tad-data u r- responsabbiltà għal kwalunkwe ipproċessar mhux awtorizzat jew skorrett tad-data min-naħa tal-membri nazzjonali tal-Eurojust jew l- assistenti tagħhom, jew li jkollha effett fuq il-prerogattivi tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza stabbilit skont id-Deċiżjoni msemmija.

3.   L-ebda dispożizzjoni f’dan l-artikolu m'għandha tiġi interpretata bħala li taffettwa d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust  (3) dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kwalunkwe ipproċessar mhux awtorizzat jew skorrett tad-data min-naħa tal-membri nazzjonali tal-Eurojust, mid-deputati u mill- assistenti tagħhom , u mill-persunal awtorizzat speċifikament , jew li jkollha effett fuq il-prerogattivi tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza stabbilit skont id-Deċiżjoni msemmija.

Emenda 32

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 12 – paragrafu 4

4.   L-ebda waħda mill-partijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li għalihom għandhom aċċess il-membri nazzjonali jew l-assistenti tagħhom ma tista' tkun konnessa ma' sistema tal-informatika għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data użata mill-Eurojust jew fi ħdanha, u l-ebda data li tinsab f'dawn tal-ewwel ma tista' tkun ittrasferita lil tat-tieni, u l-ebda parti tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali ma tista' tkun imniżżla.

4.   L-ebda waħda mill-partijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li għalihom għandhom aċċess il-membri nazzjonali tal-Eurojust, jew id-deputati jew l-assistenti tagħhom jew il-persunal awtorizzat speċifikament , ma tista' tkun konnessa ma' sistema tal-informatika għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data użata mill-Eurojust jew fi ħdanha, u l-ebda data li tinsab f'dawn tal-ewwel ma tista' tkun ittrasferita lil tat-tieni, u l-ebda parti tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali ma tista' titniżżel mis-sistema.

Emenda 33

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 12 – paragrafu 5

5.   L-aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali hu limitat għall-membri nazzjonali u l-assistenti tagħhom u m'għandux ikun estiż għall-persunal tal-Eurojust.

5.   L-aċċess għad-data mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali hu limitat għall-membri nazzjonali tal-Eurojust, id-deputati u l-assistenti tagħhom , u l-persunal awtorizzat speċifikament, u m'għandux ikun estiż għall-persunal ieħor tal-Eurojust.

Emenda 34

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 13 – paragrafu 1

1.   Huwa biss l-Istat Membru fornitur jew l-Europol li għandu jkollu d-dritt li jimmodifika, jissuplimenta, jikkoreġi jew iħassar data li jkun introduċa fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali.

1.   Huwa biss l-Istat Membru fornitur li għandu jkollu d-dritt li jimmodifika, jissuplimenta, jirrettifika jew iħassar data li jkun daħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali.

Emenda 35

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 13 – paragrafu 2

2.   Jekk Stat Membru fornitur jew l-Europol jinnota, jew tinġibidlu l-attenzjoni li, id-data li introduċa hija fattwalment ineżatta jew ġiet introdotta jew hija maħżuna kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu jemenda, jissupplimenta, jikkoreġi jew iħassar din id-data, kif adatt, u jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Europol b’dan.

2.   Jekk Stat Membru fornitur jinnota, jew tinġibidlu l-attenzjoni, li d-data li daħħal hija fattwalment ineżatta jew iddaħħlet jew hija maħżuna kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu jemenda, jissupplimenta, jirrettifika jew iħassar din id-data, kif adatt, u jinforma lill-Istati Membri l-oħra , lill-Europol u lill-Eurojust b’dan.

Emenda 36

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 13 – paragrafu 3

3.   Jekk wieħed mill-Istati Membri jew l-Europol għandu provi li jindikaw li xi element tad-data huwa fattwalment ineżatt jew ġie introdott jew huwa maħżun fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu javża malajr kemm jista’ jkun lill-Istat Membru fornitur jew lill-Europol . Dan tal-aħħar għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk neċessarju, jikkoreġi jew iħassar mingħajr dewmien l-element in kwistjoni. L-Istat Membru fornitur jew l-Europol għandu javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Europol dwar il-korrezzjonijiet jew it-tħassir kollu mwettaq .

3.   Jekk wieħed mill-Istati Membri , l-Europol jew l-Eurojust għandu provi li jindikaw li xi element tad-data huwa fattwalment ineżatt jew iddaħħal jew huwa maħżun fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu javża malajr kemm jista’ jkun lill-Istat Membru fornitur. L-Istat Membru fornitur għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk neċessarju, jirrettifika jew iħassar mingħajr dewmien l-element in kwistjoni. L-Istat Membru fornitur għandu javża lill-Istati Membri l-oħra, lill-Europol u lill-Eurojust meta element tad-data jkun ġie irrettifikat jew imħassar .

Emenda 37

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 13 – paragrafu 4

4.   Jekk, meta jintroduċi data fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, Stat Membru jew l-Europol jinnota li r-rapport tiegħu jikkontradixxi rapport preċedenti dwar il-kontenut jew l-azzjoni meħtieġa, hu għandu immedjatament javża lill-Istat Membru jew lill-Europol li għamel ir-rapport preċedenti. Iż-żewġ Stati Membri jew l-Istat Membru u l-Europol għandhom jippruvaw jirrisolvu l-kwistjoni. F’każ ta’ diżgwid, ikun validu l-ewwel rapport, iżda dawk l-elementi tar-rapport il-ġdid li mhumiex f'kontradizzjoni mal-ewwel rapport għandhom jiddaħħlu fis-Sistema.

4.   Jekk, meta jintroduċi data fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, Stat Membru jinnota li r-rapport tiegħu jikkontradixxi rapport preċedenti dwar il-kontenut jew l-azzjoni meħtieġa, hu għandu immedjatament javża lill-Istat Membru li għamel ir-rapport preċedenti. Iż-żewġ Stati Membri għandhom jippruvaw jirrisolvu l-kwistjoni. F’każ ta’ diżgwid, ikun validu l-ewwel rapport, iżda dawk l-elementi tar-rapport il-ġdid li mhumiex f'kontradizzjoni mal-ewwel rapport għandhom jiddaħħlu fis-Sistema.

Emenda 38

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 13 – paragrafu 5

5.   Bla ħsara għal din id-Deċiżjoni, meta, fi kwalunkwe Stat Membru, qorti jew awtorità kompetenti rilevanti oħra f’dan l-Istat Membru, tieħu deċiżjoni definittiva li timmodifika, tissuplimenta, tikkoreġi jew tħassar data fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, l-Istati Membri u l-Europol għandhom jimpenjaw lilhom infushom reċiprokament biex jinfurzaw din id-deċiżjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn dawn id-deċiżjonijiet ta’ qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra, inklużi d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(4) dwar il-korrezzjoni jew it-tħassir, l-Istat Membru jew l-Europol li daħħal id-data in kwistjoni għandu jħassarha mis-Sistema.

5.   Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, meta, fi kwalunkwe Stat Membru, qorti jew awtorità kompetenti rilevanti oħra f’dan l-Istat Membru, tieħu deċiżjoni definittiva li timmodifika, tissuplimenta, tirrettifika jew tħassar data fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom b’mod reċiproku biex jinfurzaw din id-deċiżjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn dawn id-deċiżjonijiet ta’ qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra, inklużi d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(4) dwar ir-rettifika jew it-tħassir, l-Istat Membru jew l-Europol li daħħal id-data in kwistjoni għandu jħassarha mis-Sistema.

Emenda 39

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 14 – paragrafu 1

1.   Id-data introdotta fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jinkiseb l-objettiv li għalih kienet introdotta . Il-bżonn għaż-żamma tagħha għandu jkun rivedut mill-inqas darba fis-sena mill-Istat Membru fornitur jew mill-Europol jekk id-data kienet introdotta mill-Europol .

1.   Id-data mdaħħla fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jinkiseb l-objettiv li għalih kienet iddaħħlet . Il-ħtieġa għaż-żamma tagħha għandu jkun rivedut mill-inqas darba fis-sena mill-Istat Membru fornitur.

Emenda 40

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 14 – paragrafu 2

2.   L-Istat Membru fornitur jew l-Europol, jekk id-data kienet introdotta mill-Europol, jista’ fil-perijodu ta’ reviżjoni, jiddeċiedi li jżomm din id-data sar-reviżjoni li jkun imiss jekk din iż-żamma hija meħtieġa għall-objettivi li għalihom kienet ġiet introdotta . Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, jekk m’hemmx deċiżjoni biex tinżamm din id-data, awtomatikament għandha tkun trasferita għall-parti tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali li għaliha jkun hemm aċċess limitat skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-Istat Membru fornitur jista’, fil-perijodu ta’ reviżjoni, jiddeċiedi li jżomm din id-data sar-reviżjoni li jkun imiss jekk din iż-żamma hija meħtieġa għall-objettivi li għalihom kienet iddaħħlet . Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, jekk m’hemmx deċiżjoni biex tinżamm din id-data, awtomatikament għandha tkun trasferita għall-parti tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali li għaliha jkun hemm aċċess limitat skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Emenda 41

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 14 – paragrafu 3

3.   Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinforma awtomatikament lill-Istat Membru fornitur jew lill-Europol, jekk id-data kienet introdotta mill-Europol, dwar it-trasferiment skedat tad-data mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali taħt il-paragrafu 2, u għandha tagħmel dan xahar minn qabel.

3.   Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinforma awtomatikament lill-Istat Membru fornitur dwar it-trasferiment skedat tad-data mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali taħt il-paragrafu 2, u għandha tagħmel dan xahar minn qabel.

Emenda 42

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 14 – paragrafu 4

4.   Id-data trasferita skont il-paragrafu 2 għandha tibqa’ tinżamm għal sena fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali iżda, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, għandha tkun aċċessibbli biss għal rappreżentant tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 jew għall-awtoritajiet superviżorji msemmija fl- Artikolu 24(1) u 25(1) . Matul dan il-perijodu tista' tiġi kkonsultata d-data għal skopijiet ta’ verifika tal-eżattezza u legalità tagħha, u wara dan għandha titħassar.

4.   Id-data trasferita skont il-paragrafu 2 għandha tibqa’ tinżamm għal sena fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali iżda, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, għandha tkun aċċessibbli biss għal rappreżentant tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 jew għall-awtoritajiet superviżorji msemmija fl- Artikolu 22a u 225a . Matul dan il-perijodu tista' tiġi kkonsultata d-data għal skopijiet ta’ verifika tal-eżattezza u legalità tagħha, u wara dan għandha titħassar.

Emenda 43

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 15 – paragrafu 1

1.   Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinkludi, barra d-data imsemmija l-Artikolu 3, data skont dan il-kapitolu, f'bażi tad-data speċjali, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali”. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitoli VII u VIII, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għall-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali.

1.   Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinkludi, barra d-data imsemmija l-Artikolu 3, data skont dan il-kapitolu, f'bażi tad-data speċjali, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali”. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitoli VII u VIII, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għall-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali. L-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 21(3) ma għandhomx japplikaw.

Emenda 44

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 15 – paragrafu 2

2.   L-objettiv tal-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali għandu jkun li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-tmexxija ta' investigazzjonijiet doganali nominati skont l-Artikolu 7, meta jiftħu fajl ta' investigazzjoni fuq jew jinvestigaw persuna jew iktar jew negozju, li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li qed jinvestigaw jew li investigaw dawn il-persuni jew negozji, sabiex, permezz tal-informazzjoni dwar l-eżistenza ta' fajls ta' investigazzjoni, jilħqu l-għan imsemmi fl-Artikolu 1(2).

2.   L-objettiv tal-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali għandu jkun li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-tmexxija ta' investigazzjonijiet doganali nominati skont l-Artikolu 7, meta jiftħu fajl ta' investigazzjoni fuq jew jinvestigaw persuna jew iktar jew negozju, u l-Europol u l-Eurojust, li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li qed jinvestigaw jew li investigaw dawn il-persuni jew negozji, sabiex, permezz tal-informazzjoni dwar l-eżistenza ta' fajls ta' investigazzjoni, jilħqu l-għan imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Emenda 45

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 15 – paragrafu 3 – sub paragrafu 1 u sub paragrafu 2 parti introduttorja

3.   Għall-finijiet tal-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazjoni doganali, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill- K umitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista ta' ksur serju tal-liġijiet nazzjonali tiegħu.

3.   Għall-finijiet tal-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra, lill-Europol, lill-Eurojust u lill- K umitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista ta' kontravenzjonijiet serji tal-liġijiet nazzjonali tiegħu.

Din il-lista għandha tinkludi biss dak il-ksur li hu punibbli.

Din il-lista għandha tinkludi biss dawk il-kontravenzjonijiet li huma punibbli.

Emenda 46

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

(b)

b'multa ta' mill-inqas EUR 15 000 .

(b)

b'multa ta' mill-inqas EUR 25 000 .

Emenda 47

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

1.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jintroduċu data minn fajls ta' investigazzjoni fil-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2). Din id-data għandha tinkludi biss dawn il-kategoriji li ġejjin:

1.    Id-data minn fajls ta' investigazzjoni għandha tiddaħħal fil-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta’ investigazzjoni doganali unikament għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2). Din id-data għandha tinkludi biss dawn il-kategoriji li ġejjin:

Emenda 49

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 17

Stat Membru m'għandux ikun obbligat li jintroduċi skont l-Artikolu 16 fi kwalunkwe każ partikolari jekk u għal dak iż-żmien li dan jista' jkun ta' ħsara għall-ordni pubbliku jew interessi essenzjali oħra, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-data, tal-Istat Membru kkonċernat .

Stat Membru m'għandux ikun obbligat li jintroduċi skont l-Artikolu 16 fi kwalunkwe każ partikolari jekk u għal dak iż-żmien li dan jista' jkun ta' ħsara għall-ordni pubbliku jew interessi essenzjali oħra, b’mod partikulari fejn dan jippreżenta theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' dak l-Istat Membru, ta’ Stat Membru ieħor jew ta' Stat terz; fejn interessi essenzjali oħrajn ta' importanza ugwali huma involuti; fejn tali entrati jistgħu joħolqu dannu serju lid-drittijiet ta' individwi jew jippreġudikaw investigazzjoni li għaddejja .

Emenda 50

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

(b)

għall-intrapriżi: isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fil-qafas tal-attività tagħha u/jew l-identifikazzjoni tal-VAT u/jew in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa u/jew l-indirizz .

(b)

għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, u/jew l-isem użat mill-intrapriża fil-qafas tal-attività tagħha u/jew l-indirizz u/jew l-identifikatur tal-VAT u/jew in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa.

Emenda 51

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b

(b)

id-data dwar fajls ta' investigazzjoni li stabbilew li seħħ ksur iżda li għadhom ma wasslux għal kundanna jew impożizzjoni ta' multa m'għandhomx jinżammu għal perijodu ta' iktar minn 6 snin ;

(b)

id-data li tikkonċerna fajls ta' investigazzjoni li stabilixxew li twettaq ksur iżda li għadhom ma wasslux għal kundanna jew impożizzjoni ta' multa m'għandhiex tinżamm għal perijodu ta' iktar minn 3 snin ;

Emenda 52

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 20

1.     Kull Stat Membru li għandu ħsieb jirċievi data personali minn, jew jinkludiha, fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, għandu, mhux aktar tard mill-…, jaddotta dispożizzjonijiet biex jikseb livell ta’ protezzjoni ta’ data għall-inqas ugwali għall-prinċipji li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Strasburgu tal-1981.

Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandha tapplika għall-protezzjoni tal-iskambju ta' data f'konformità ma' din id-Deċiżjoni sakemm mhux previst mod ieħor f'din id-Deċiżjoni.

2.     Stat Membru jista' jirċievi data minn, jew jinkludiha, fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali biss fejn l-arranġamenti għall-protezzjoni ta’ din id-data li hemm previsti fil-paragrafu 1 daħlu fis-seħħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru jkun qabel innomina awtorità superviżorja nazzjonali jew awtoritajiet skond l-Artikolu 24.

 

3.     Biex tassigura applikazzjoni proprja tad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni ta’ data f’din id-Deċiżjoni, is-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali f’kull Stat Membru hi kkunsidrata bħala fajl tad-data nazzjonali soġġett għal dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u dispożizzjonijiet aktar strinġenti li hemm f’din id-Deċiżjoni.

 

Emenda 53

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 21 – paragrafu 1

1.     Bla ħsara għall-Artikolu 8(1), kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li għandu jkun kontra l-liġi taħt il-liġijiet, regolamenti u proċeduri tiegħu għal data mis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali li tintuża oltre dawk l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

imħassar

Emenda 54

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 21 – paragrafu 3

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 8(1), id-data personali introdotta minn Stati Membri oħra ma tistax tkun ikkuppjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għal fajls oħra ta' data nazzjonali ħlief fil-każ ta' kopji fis-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju responsabbli biex jorjentaw lill-kontrolli doganali fil-livell nazzjonali jew fil-każ ta' kopji fis-sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti li l-azzjonijiet ikunu kkordinati.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 8(1), id-data personali mdaħħla minn Stati Membri oħra ma tistax tkun ikkuppjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għal fajls oħra ta' data nazzjonali ħlief fil-każ ta' kopji fis-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju responsabbli biex jorjentaw lill-kontrolli doganali fil-livell nazzjonali jew fil-każ ta' kopji fis-sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti li l-azzjonijiet ikunu kkordinati. Tali kopji jistgħu jsiru sal-punt meħtieġ għal każijiet jew investigazzjonijiet speċifiċi.

Emenda 55

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 21 – paragrafu 4

4.   F'dawn iż-żewġ każijiet eċċezzjonali nsemmija fil-paragrafu 3, huma biss l-analisti nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li għandu jkollhom is-setgħa li jipproċessaw id-data personali miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali fil-qafas rispettivament ta' sistema ta' ġestjoni tar-riskji innominati mill-awtoritajiet nazzjonali jew fil-qafas ta' sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet.

4.   F'dawn iż-żewġ każijiet eċċezzjonali nsemmija fil-paragrafu 3, huma biss l-analisti awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li għandu jkollhom is-setgħa li jipproċessaw id-data personali miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali fil-qafas rispettivament ta' sistema ta' ġestjoni tar-riskji innominati mill-awtoritajiet nazzjonali jew fil-qafas ta' sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet.

Emenda 56

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 21 – paragrafu 7

7.   Id-data personali kkupjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan li għalih tkun ġiet ikkupjata. Il-ħtieġa taż-żamma tagħha għandha tkun riveduta mill-anqas darba kull sena mill- imsieħeb fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li jkun ikkupjaha. L-iskadenza għaż-żamma ma tistax taqbeż l-għaxar snin. Id-data personali li mhix meħtieġa għat-tkomplija tal-analiżi titħassar minnufih jew issir anonima.

7.   Id-data personali kkupjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan li għalih tkun ġiet ikkupjata. Il-ħtieġa taż-żamma tagħha għandha tkun riveduta mill-anqas darba kull sena mill- Istat Membru fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li jkun ikkupjaha. L-iskadenza għaż-żamma ma tistax taqbeż l-għaxar snin. Id-data personali li mhix meħtieġa għat-tkomplija tal-analiżi operattiva titħassar minnufih jew issir anonima.

Emenda 57

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 22 – paragrafu 1

1.    Id-drittijiet ta’ persuni rigward data fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, b'mod partikolari d-dritt tagħhom ta’ aċċess, jiġi eżerċitat konformement mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru fejn ikunu invokati dawn id-drittijiet.

Id-drittijiet ta’ persuni fir-rigward tad-data personali fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, b'mod partikolari d-dritt tagħhom ta’ aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar għandu jiġi eżerċitat b'konformità mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru li jimplimenta d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/977/ĠAI fejn huma invokati dawn id-drittijiet. L-aċċess għandu jiġi miċħud safejn ċaħda bħal din hija neċessarja u proporzjonata sabiex ma tiġix ipperikolata kwalunkwe investigazzjoni nazzjonali li tkun għaddejja, jew matul perjodu ta' sorveljanza diskreta jew ta' osservar u rappurtar. Meta l-applikabbiltà ta' eżenzjoni tiġi evalwata, għandhom jitqiesu l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata.

Jekk stabbilit fil-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru kkonċernat, l-awtorità superviżorja nazzjonali prevista fl-Artikolu 23 għandha tiddeċiedi dwar jekk informazzjoni għandhiex tkun ikkomunikata u l-proċeduri biex isir dan.

 

Stat Membru li ma forniex id-data kkonċernata jista’ biss jikkomunika data jekk l-ewwel ta lill-Istat Membru fornitur opportunità biex jaddotta l-pożizzjoni tiegħu.

 

Emenda 58

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 22 – paragrafu 2

2.     Stat Membru, li ssirlu applikazzjoni għal aċċess ta’ data, għandu jiċħad l-aċċess jekk l-aċċess jimminimizza l-operat ta’ xogħol legali speċifikat fir-rapport skont l-Artikolu 5(1), jew biex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. L-aċċess għandu jinċaħad fil-każijiet kollha waqt il-perijodu ta' sorveljanza diskreta jew ta' allert u rappurtar kif ukoll waqt il-perijodu li waqtu għaddejja analiżi operattiva tad-data jew l-inkjesta amministrattiva jew ta' investigazzjoni kriminali.

imħassar

Emenda 59

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 22 – paragrafu 3

3.     F’kull Stat Membru, persuna tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ Stat Membru kkonċernat, ikollha data dwarha kkorreġuti jew imħassra jekk id-data hija fattwalment mhux eżatta, jew kienet inkluża jew maħżuna fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali kontra l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Deċiżjoni jew għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ Strasburgu tal-1981.

imħassar

Emenda 60

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 22 – paragrafu 4 – l-ewwel subparagrafu - punt c a (ġdid)

 

(ca)

timblokka data personali;

Emenda 61

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 22 – paragrafu 4 – it-tieni subparagrafu

L-Istati Membri kkonċernati reċiprokament jinfurzaw deċiżjonijiet finali li ttieħdu mill-qrati, jew awtorita kompetenti oħra, skond il-punti a), b) u c).

L-Istati Membri kkonċernati reċiprokament jinfurzaw deċiżjonijiet finali li ttieħdu mill-qrati, jew awtorita kompetenti oħra, skond il-punti a) sa c) bla ħsara għall-Artikolu 29 .

Emenda 62

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 22 – paragrafu 5

5.     Ir-referenzi f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 13(5) għal “deċiżjoni finali” ma jimplikawx xi obbligazzjoni min-naħa ta’ xi Stat Membru biex jappella kontra deċiżjoni li ttieħdet minn qorti jew awtorità kompetenti oħra.

imħassar

Emenda 63

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 22 a (ġdid)

 

Artikolu 22a

Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità superviżorja nazzjonali jew awtoritajiet superviżorji nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tad-data biex iwettqu superviżjoni indipendenti ta’ tali data mdaħħla fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Emenda 64

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 23 – paragrafu 3

3.   Il-Kumitat għandu jirrapporta kull sena lill-Kunsill, skont it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-effiċjenza u effettività ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif neċessarju.

3.   Il-Kumitat għandu jirrapporta kull sena lill-Kunsill, skont it-Titolu VI tat-Trattat UE, dwar l-effiċjenza u effettività ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif neċessarju. Dak ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni.

Emenda 65

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 24

Artikolu 24

1.     Kull Stat Membru jinnomina awtorità superviżorja nazzjonali jew awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tad-data biex iwettqu superviżjoni indipendenti ta’ din it-tip ta' data introdotta fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali.

L-awtoritajiet sorveljanti, skond il-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom, għandhom iwettqu superviżjoni u kontrolli indipendenti, biex jassiguraw li l-ipproċessar u użu tad-data miżmuma fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali ma jmorrux kontra d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Għal din ir-raġuni l-awtoritajiet li jissorveljaw għandu jkollhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali.

2.     Kwalunkwe persuna tista’ ssaqsi lil kwalunkwe awtorità superviżorja nazzjonali biex tivverifika data personali dwarha li tikkonċernaha fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, u l-użu li sar jew qed isir minn din id-data. Dan id-dritt għandu jkun regolat mil-liġijiet, regolamenti, u proċeduri tal-Istat Membru fejn issir it-talba. Jekk id-data ddaħħlet minn Stat Membru ieħor, il-verifika ssir b'kollaborazzjoni stretta mal-awtorità superviżorja nazzjonali f’dan l-Istat Membru ieħor.

imħassar

Emenda 66

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 25

Artikolu 25

1.     Għandha tiġi stabbilita Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta, komposta minn żewġ rappreżentanti minn kull Stat Membru li ġejjin mill-awtorità jew awtoritajiet superviżorji nazzjonali indipendenti ta' kull wieħed minn dawn l-Istati.

2.     L-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandha teżerċita l-funzjonijiet tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni u tal-Konvenzjoni ta’ Strasburgu tal-1981 billi tieħu kont tar-Rakkomandazzjoni R (87) 15.

3.     L-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandha tkun kompetenti biex tissorvelja l-operazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, biex teżamina kwalunkwe diffikultà ta’ applikazzjoni jew interpretazzjoni li jistgħu jqumu waqt it-tħaddim tagħha, biex tistudja problemi li jistgħu jinqalgħu dwar l-eżerċizzju ta’ sorveljanza indipendenti mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-Istati Membri, jew fl-eżerċizzju ta’ drittjiet ta’ aċċess minn individwi għas-Sistema, u tressaq proposti sabiex jinstabu soluzzjonijiet konġunti għal problemi.

4.     Biex teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha, l-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandu jkollha aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali.

5.     Ir-rapporti mfassla mill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandu jintbagħtu lill-awtoritajiet li lilhom l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jibagħtu r-rapporti tagħhom.

imħassar

Emenda 67

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 25 a (ġdid)

 

Artikolu 25a

1.     Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali. Id-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' tali data (4)għandhom japplikaw konsegwentement.

 

2.     L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkoperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw kontroll ikkoordinat tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali.

 

3.     L-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak il-fini mill-inqas darba fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi ta’ appoġġ ta’ dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Rapport tal-attivitajiet għandu jingħata kull sentejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 68

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

(a)

mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar it-terminals ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Doganali li jinsabu fl-Istati rispettivi tagħhom;

(a)

mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar it-terminals tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali li jinsabu fl-Istati Membri rispettivi tagħhom u mill-Europol u l-Eurojust ;

Emenda 69

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 26 – paragrafu 2 – parti introduttorja

2.   B'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti u l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 għandhom jieħdu miżuri biex:

2.   B'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti , l-Europol, l-Eurojust u l-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 għandhom jieħdu miżuri biex:

Emenda 70

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 26 - paragrafu 2 - punt d a (ġdid)

 

(da)

jiżgura li persuni awtorizzati li jkollhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom, u biss permezz ta' identitajiet ta' utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali (kontroll tal-aċċess għad-data);

Emenda 71

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt e

(e)

jiggarnatixxu li, b’rispett għall-użu tas-Sistema ta’ InformazzjoniDoganali, persuni awtorizzati għandhom dritt ta’ aċċess biss għal data li dwarha għandhom kompetenza;

imħassar

Emenda 72

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)

 

(ea)

jiżgura li l-awtoritajiet kollha bid-dritt tal-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data u li jidħlu, jirrettifikaw, iħassru u jagħmlu tfittix fid-data u jippermettu li dawn il-profili tagħhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22a mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);

Emenda 73

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt h a (ġdid)

 

(ha)

jimmonitorja l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmijin f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex jiżgura l-konformità ma' din id-Deċiżjoni (awto-verifika).

Emenda 74

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 28 – paragrafu 1

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-eżattezza, l-aġġornar u l-legalità tad-data li jkun introduċa fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali. Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-osservanza tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ Strasburgu tal-1981.

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data li huwa daħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali f'konformità mal-Artikoli 3, 4(1) u 8 tad-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/977/ĠAI hija preċiża, aġġornata, kompleta u affidabbli u li ddaħħlet legalment .

Emenda 75

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 28 – paragrafu 2

2.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli, skond il-liġijiet, regolamenti u proċeduri tiegħu, għal inġurja li ssir lil persuna bl-użu ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Doganali fl-Istat Membru kkonċernat . Dan ikun ukoll il-każ fejn l-inġurja twettqet mill-Istat Membru forna d-data, li introduċa d-data żbaljata jew li introduċiha fis-Sistema kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni .

2.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli skont il-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe dannu li jsir lil persuna bl-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali. Dan għandu japplika wkoll għal dannu kkawżat minn Stat Membru li jdaħħal data mhux preċiża jew li jdaħħal jew jaħżen data illegalment .

Emenda 76

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 28 – paragrafu 3

3.   Jekk l-Istat Membru li titressaq azzjoni kontrih dwar data żbaljata m'huwiex l-Istat Membru li forniha, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jfittxu ftehim dwar liema proporzjon, jekk hemm, ta’ ammonti li tħallsu b’kumpens, għandu jkun rimborżat lill-Istat Membru l-ieħor mill-Istat Membru li forna d-data . L-ammonti miftiehma b'dan il-mod għandhom jiġu rimborżati fuq talba.

3.   Jekk Stat Membru riċevitur iħallas kumpens għal dannu kkawżat mill-użu ta' data mhux preċiża mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li daħħal id-data mhux preċiża għandu jħallas lura lill-Istat Membru riċevitur l-ammont imħallas f'danni, filwaqt li titqies kwalunkwe ħsara li ġejja mill-Istat Membru riċevitur .

Emenda 77

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 28 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.    L-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu responsabbli b'konformità mar-regoli kostitwenti tagħhom.

Emenda 79

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 31

L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-

L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill- 1 ta’ Lulju 2011 .

Emenda 80

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 32

Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi l-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali kif ukoll il-Protokoll tat-12 ta' Marzu 1999 dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati fil-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-inklużjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport fil-Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati”) u l-Protokoll tat-8 ta' Mejju 2003 stabbilit skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jemenda, f'dak li jirrigwarda l-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali”) sa mid-data ta'…

Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi l-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali kif ukoll il-Protokoll tat-12 ta' Marzu 1999 dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati fil-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-inklużjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport fil-Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati”) u l-Protokoll tat-8 ta' Mejju 2003 stabbilit skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jemenda, f'dak li jirrigwarda l-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali”) sa mid-data tal-1 ta’ Lulju 2011 .

Emenda 81

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 32 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Għaldaqstant, il-Konvenzjoni u l-protokolli msemmija fl-ewwel paragrafu m’għandhomx jibqgħu fis-seħħ mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Emenda 82

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 33

Sakemm mhuwiex stabbilit mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-Protokolli dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati, u dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali huma revokati b'effett mill-

Sakemm mhuwiex stabbilit mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-Protokolli dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati, u dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali huma revokati b'effett mill- 1 ta’ Lulju 2011 .

Emenda 83

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 34

Artikolu 34

Kwalunkwe disputa bejn l-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha, fi stadju inizjali, tkun eżaminata mill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita f’Titolu VI tat-Trattat bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

Jekk ma tinstabx soluzzjoni fi żmien sitt xhur, id-disputa tista’ tiġi riferita lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej minn waħda min-naħat involuti fid-disputa.

imħassar

Emenda 84

Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża

Artikolu 35 – paragrafu 2

2.   Hija għandha tapplika mill-

2.   Hija għandha tapplika mill- 1 ta’ Lulju 2011.


(1)   ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(2)   OJ L 121, 15.5.2009, p.37.

(3)   ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14.

(4)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/150


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***II

P7_TA(2009)0086

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (14639/6/2009 – C7-0287/2009 – 2008/0221(COD))

2010/C 285 E/33

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14639/6/2009 – C7-0287/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0779),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2009)0348),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0076/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.

Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, 22.4.2009, P6_TA(2009)0248.


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
ANNESS

STQARRIJA TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tappoġġa l-użu tal-istrumenti tal-Komunità bħalma hu l-Programm “Enerġija intelliġenti – Ewropa sabiex tikkontribwixxi għall-inizjattivi li jqajmu l-kuxjenza tal-utenti aħħarin dwar il-benefiċċji tat-tikkettar fuq it-tajers.

Sa Ġunju 2012, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli, b'mod partikolari għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-manifatturi tat-tajers fuq il-websajt tagħha ec.europa, informazzjoni li tispjega kull wieħed mill-komponenti tat-tikketta ta' fuq it-tajer u kalkulatur armonizzat tal-fjuwil iffrankat.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/151


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Belġju - industrija tessili; Irlanda - Dell

P7_TA(2009)0087

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0515 – C7-0208/2009 – 2009/2135(BUD))

2010/C 285 E/34

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0515 – C7-0208/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament EGF),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0044/2009),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali maġġuri fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li spiċċaw redundant għandha tkun waħda dinamika u għandha ssir disponibbli malajr u bl-aktar mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li titqies kif jixraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 f'dik li hija l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond,

C.

billi l-Belġju u l-Irlanda talbu l-għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw it-telf ta' impjiegi fis-settur tat-tessuti fir-reġjuni Belġjani ta' Fjandra tal-Lvant u tal-Punent (3) u ta' Limburg (4), u fl-industrija tal-manifattura tal-kompjuters fil-kontej Irlandiżi ta' Limerick, Clare u North Tipperary, kif ukoll fil-belt ta' Limerick (5),

D.

billi ż-żewġ applikazzjonijiet issodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament EGF,

E.

billi fil-każ tal-applikazzjoni Irlandiża, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali talab tagħrif supplementari mill-Kummissjoni,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-EGF;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond; filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-globalizzazzjoni;

3.

Jisħaq fuq il-punt li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi kollha tagħha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali; jenfasizza li f'dan ir-rigward l-EGF jista' jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li sfaw redundant;

4.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament EGF, għandu jkun żgurat li l-EGF jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-EGF m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas m'għandha tieħu post miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;

5.

Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-mobilizzazzjoni tal-EGF, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l-EGF inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;

6.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-EGF għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u l-bosta strumenti oħra maħluqa mill-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

7.

Jinnota li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali evalwa l-proposta tal-Kummissjoni u m'għandux oġġezzjonijiet x'iqajjem fil-każ tal-applikazzjonijiet Belġjani, iżda talab kjarifiki mill-Kummissjoni dwarf l-applikazzjoni Irlandiża rigward il-każ ta' Dell; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-paragrafi 1 sa 6 tal-opinjoni ta' dak il-Kumitat;

8.

Jevalwa l-konsegwenzi tat-tweġibiet tal-Kummissjoni qabel ma jieħu d-deċiżjoni aħħarija tiegħu kemm dwar l-istrument legali kif ukoll dwar l-istrument baġitarju;

9.

Jistenna li l-Kummissjoni tqis id-diffikultajiet attwali u li mil-lum 'il quddiem tippreżenta l-proposti għal deċiżjonijiet tagħha dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF f'dokumenti separati: proposta għal deċiżjoni waħda għal kull applikazzjoni ta' Stat Membru;

10.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  EGF/2009/004 BE/Oost en West Vlaanderen textiles.

(4)  EGF/2009/005 BE/Limburg textiles.

(5)  EGF/2009/008 IE/Dell.


L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Novembru 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), b'mod partikulari il-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) kien stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li sfaw redundant li jsofru mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali maġġuri li jseħħu fir-ritmi tal-kummerċ u biex jgħinhom fl-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-EGF twessa għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Il-Belġju ressaq żewġ applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' redundancies fis-settur tat-tessuti, fil-5 ta' Mejju 2009. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 9 198 874.

(5)

L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' redundancies fis-settur tal-industrija tal-manifattura tal-kompjuters, fid-29 ta' Ġunju 2009. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża ammont ta' EUR 14 831 050.

(6)

L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mill-Belġju u l-Irlanda.

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 24 029 924 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/156


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Is-Sena Ewropea ta’ Volontarjat (2011) *

P7_TA(2009)0094

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta’ Volontarjat (2011) (COM(2009)0254 – C7-0054/2009 – 2009/0072(CNS))

2010/C 285 E/35

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0254),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Parlament (C7-0054/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0077/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Iqis li l-ammont indikattiv li jinsab fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limiti tas-sub-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) 2007-2013 u jinnota li l-ammont annwali se jiġi deċiż mill-Awtorità Baġitarja fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali;

3.

Jenfasizza li l-finanzjament ta' attivitajiet ġodda ma għandux jipperikola l-programmi eżistenti jew kwalunkwe inizjattiva oħra;

4.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 (ġdida)

 

(-1)

It-Trattat jistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni, li tikkomplementa ċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istati Membri u hija element importanti fit-tisħiħ u s-salvagwardjar tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 a (ġdida)

 

(-1a)

L-inkoraġġiment ta' ċittadinanza attiva huwa element ta’ qofol fit-tisħiħ tal-koeżjoni u fl-iżvilupp tad-demokrazija u tal-irwol tal-Ewropa fid-dinja.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 b (ġdida)

 

(-1b)

Is-“Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta' Volontarjat li jippromwovu ċittadinanza attiva” ser tenfasizza li l-volontarjat huwa espressjoni ta’ qofol taċ-ċittadinanza attiva u tad-demokrazija, li tpoġġi fil-prattika valuri Ewropej bħas-solidarjetà u n-non-diskriminazzjoni u bħala tali tikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

(1)

Il-Komunità u l-Istati Membri jimmiraw li jippromwovu l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb ta' livell għoli ta' impjieg u billi jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali.

(1)

Il-Komunità u l-Istati Membri jimmiraw li jippromwovu l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb ta' livell għoli ta' impjieg u billi jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali billi jadottaw miżuri bil-għan li jtejbu l-għarfien, jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki, jippromwovu approċċi innovattivi u jevalwaw l-esperjenzi .

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

(3)

Il- volontarjat jikkostitwixxi esperjenza mhux formali ta' tagħlim li tippermetti kemm l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi professjonali kif ukoll għamla ewlenija ta' parteċipazzjoni ċivika attiva. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp ta' demokrazija, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u għal koeżjoni soċjali.

(3)

L-attivitajiet tal- volontarjat jikkostitwixxu esperjenza mhux formali u rikka ta' tagħlim li tippermetti l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi professjonali u soċjali, tikkontribwixxi għas-solidarjetà u tikkostitwixxi għamla ewlenija ta' parteċipazzjoni ċivika attiva. Il-volontarjat jippromwovi u jinkuraġġixxi l-isħubija u ċ-ċittadinanza attiva, li tpoġġi fil-prattika l-valuri Ewropej bħas-solidarjetà u n-non-diskriminazzjoni. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp tad-demokrazija u b’mod partikulari tad-demokrazija parteċipattiva , wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea u ’l barra minnha . L-attivitajiet tal-volontarjat għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għat-tkabbir u għall-benesseri personali tal-individwi u għall-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej f’dik li hija solidarjetà, inklużjoni soċjali u prosperità . Il-volontarjat u l-attivitajiet volontarji ma għandhomx, madankollu, jissostitwixxu x-xogħol imħallas, għalkemm l-ispejjeż tal-voluntiera għandhom jiġu rrimborsati b'mod adegwat.

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

 

(3a)

It-terminu “attivitajiet ta' volontarjat” jirreferi għal kull xorta ta' attività ta' volontarjat, sew jekk formali, nonformali jew informali, u taħriġ professjonali, li persuna twettaq minn rajha, b'għażla u motivazzjoni tagħha stess, u mingħajr il-ħsieb ta' gwadann finanzjarju. Minnhom jibbenefikaw il-voluntier individwali, il-komunitajiet u s-soċjetà inġenerali. Huma wkoll mezz biex individwi u assoċjazzjonijiet jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-preokkupazzjonijiet umani, soċjali u ambjentali, speċjalment meta huma mitluba jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jistgħu jinvolvu lis-soċjetà inġenerali. Dawn l-attivitajiet spiss jitwettqu b'appoġġ għal xi organizzazzjoni li ma jkollhiex skop ta' qligħ jew għal xi inizjattiva bbażata fuq il-komunità. L-attivitajiet ta' volontarjat ma jissostitwixxux opportunitajiet ta' impjieg professjonali bi ħlas, iżda jżidu l-valur għas-soċjetà bis-saħħa tal-għanijiet soċjali u kulturali tagħhom.

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

(4)

F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività ta' infrastruttura li tappoġġja l-volontarjat biex tippermetti lil aktar nies jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet volontarji . Għalhekk importanti li jiġi appoġġjat it-tagħlim inter pares u l-iskambju tal-aqwa prassi fil-livell ta' Komunità.

(4)

F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ effettiv u li jiġu implimentati miżuri għal attivitajiet ta' volontarjat biex jippermettu lil aktar nies jimpenjaw ruħhom fihom . Għalhekk importanti li jiġi appoġġjat it-tagħlim inter pares u l-iskambju u l-iżvilupp tal-aqwa prassi fil-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali u lokali, inter alia billi jiġu stabbiliti sistemi effiċjenti ta' koperazzjoni u netwerking bejn l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera, u speċjalment permezz tal-ħolqien ta’ portal tal-internet .

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

(5)

Il-Konferenza Intergovernattiva tal-1997 adottat id-Dikjarazzjoni 38 dwar il-volontarjat, li kienet marbuta mal-att finali tat-Trattat ta' Amsterdam u għarfet il-kontribut magħmul mill-attivitajiet ta' servizz tal-volontarjat għall-iżvilupp ta' solidarjetà soċjali.

(5)

Il-Konferenza Intergovernattiva tal-1997 adottat id-Dikjarazzjoni 38 dwar il-volontarjat, li kienet marbuta mal-att finali tat-Trattat ta' Amsterdam u għarfet il-kontribut magħmul mill-attivitajiet ta' servizz tal-volontarjat għall-iżvilupp tas-solidarjetà soċjali u għall-promozzjoni tal-volontarjat bejn il-ġenerazzjonijiet .

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

(12)

Il- volontarjat huwa fil-mira ta' bosta programmi komunitarji li jiffukaw fuq il-mobilità tal-voluntiera , bħalma huwa l-programm ta' Iż-Żgħażagħ jieħdu Azzjoni, il-programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja u l-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini.

(12)

L-attivitajiet tal- volontarjat huma fil-mira ta' bosta programmi u netwerks komunitarji li jiffukaw fuq il-mobilità fl-attivitajiet volontarji għall-persuni ta’ kull età , bħalma huwa s-Servizz Ewropew tal-Volontarjat tal-programm “Iż-Żgħażagħ jieħdu Azzjoni”, il-programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja u l-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini. Minħabba n-natura orizzontali tal-volontarjat, dan se joħloq sinerġiji bejn dawn il-programmi.

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a)

Il-volontarjat huwa element essenzjali fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u t-tisħiħ tas-solidarjetà.

Emenda 11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

(13)

Teżisti firxa kbira ta' attivitajiet ta' volontarjat madwar l-Ewropa kollha li għandha tiġi ppreservata u żviluppata b'mod ulterjuri.

(13)

Teżisti firxa kbira u tradizzjoni twila ta' attivitajiet ta' volontarjat fl-Ewropa kollha li għandha tiġi mħarsa u żviluppata aktar, fost mezzi oħra permezz tal-ħolqien ta’ netwerk transkonfinali fost l-assoċjazzjonijiet tal-volontarjat fl-Istati Membri differenti biex tkun ipprovduta pjattaforma permanenti għall-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki .

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13a)

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat għandha toffri opportunità li tinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex joħolqu ċertezza legali għall-volontiera fir-rigward tal-istejtus legali tagħhom.

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 b (ġdida)

 

(13b)

L-UE għandha rwol sinifikanti fil-promozzjoni, l-iżvilupp u l-appoġġ ta' attivitajiet volontarji madwar l-Unjoni. Madankollu, huwa importanti li tiġi rrikonoxxuta u rrispettata d-diversità tal-volontarjat fi ħdan Stati Membri individwali.

Emenda 14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

(14)

Il-volontarjat għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej. Attivitajiet volontarji jikkostitwixxu esperjenza għanja ta’ tagħlim mhux formali li ssaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi professjonali taż-żgħażagħ, tikkontribwixxi għall-kapaċità ta' dak li jkun biex jimpjega ruħu u għas-sens ta' solidarjetà, tiżviluppa kapaċitajiet soċjali, twitti t-triq għall-integrazzjoni fis-soċjetà, u trawwem il-parteċipazzjoni ċivika.

(14)

Il-volontarjat għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej , jippromwovi l-inklużjoni soċjali, il-benessri soċjali, jiġġieled ir-razziżmu u l-preġudizzju u jikkontribwixxi għad-djalogu interkulturali u interreliġjuż .

Emenda 15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a)

Kull individwu għandu jitħalla jkun voluntier. Bil-ħsieb li jittejjeb l-iżvilupp u l-parteċipazzjoni individwali, ir-rifuġjati, l-immigranti residenti legalment u dawk li jitolbu ażil għandhom jingħataw dejjem aktar iċ-ċans li jkollhom irwol fl-attivitajiet ta’ volontarjat, l-aktar meta ma jistgħux jimpjegaw ruħhom.

Emenda 16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 b (ġdida)

 

(14b)

L-attivitajiet volontarji jikkostitwixxu esperjenza għanja ta’ tagħlim mhux formali li ssaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi professjonali, tikkontribwixxi għall-kapaċità ta' dak li jkun biex jimpjega ruħu billi tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, tiżviluppa l-kapaċitajiet soċjali u tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-benessri personali tal-individwi.

Emenda 17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 c (ġdida)

 

(14c)

Il-volontarjat jista’ jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-faqar u għall-kisba tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, permezz ta’ azzjonijiet imwettqa fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi terzi.

Emenda 18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 d (ġdida)

 

(14d)

Bħala parti mill-istrateġija tagħhom għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, min iħaddem jista’ jappoġġja l-attivitajiet ta' volontarjat.

Emenda 19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

(15)

Minkejja dan, il-potenzjal tal-volontarjat għadu ma ntlaħaqx kompletament. Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tipprovdi l-opportunità biex jintwera fil-kuntest Ewropew li l-volontarjat iżid il-parteċipazzjoni ċivika. Hija tista' tgħin biex trawwem sens ta' appartenenza u ta' impenn taċ-ċittadini għas-soċjetà tagħhom fil-livelli kollha — lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej.

(15)

Minkejja dan, il-potenzjal tal-volontarjat għadu ma ntlaħaqx kompletament. Barra minn hekk, fuq livell Ewropew, il-ħidma ta’ dawk li huma voluntiera fil-ħin liberu tagħhom s’issa ma ġiex rikonoxxuta formalment. Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha għaldaqstant tipprovdi l-opportunità biex jintwera fil-kuntest Ewropew li l-volontarjat iżid il-parteċipazzjoni ċivika. Hija tista' tgħin biex trawwem fost iċ-ċittadini sens ta' appartenenza u ta' impenn għas-soċjetà tagħhom fil-livelli kollha –lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej - u biex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, u tagħmilha possibbli għar-residenti barranin, inklużi dawk li jitolbu ażil, f’kull Stat Membru biex jaħdmu bħala voluntiera għall-organizzazzjonijiet mingħajr għan ta' profitt jew biex jagħmlu xogħol mingħajr ħlas .

Emenda 20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a)

L-Istati Membri għandhom jitħeġġu sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-restrizzjonijiet burokratiċi li jxekklu lill-voluntiera fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ volontarjat.

Emenda 21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 b (ġdida)

 

(15b)

Is-Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tenfasizza l-irwol ewlieni li għandhom l-attivitajiet volontarji, filwaqt li fl-istess ħin tfakkar lill-Istati Membri li din m’għandha tintuża la bħala mezz li jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi li normalment jiġu sodisfatti mis-servizzi soċjali u lanqas biex jissostitwixxu l-azzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi.

Emenda 22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

(16)

Is -Sena 2011 se tkun l-għaxar Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat 2001 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(16)

Il-5 ta’ Diċembru huwa l-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat u s- Sena 2011 se tkun l-għaxar Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat 2001 tan-Nazzjonijiet Uniti.

Emenda 23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 a (ġdida)

 

(16a)

Apparti r-rwol soċjali tiegħu, il-volontarjat għandu rwol ekonomiku u jagħti kontribut sinifikanti lill-ekonomija.

Emenda 24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 b (ġdida)

 

(16b)

Il-volontarjat għandu rwol ewlieni fl-ambjent u fil-protezzjoni ċivili u l-kontribut tiegħu jeħtieġ li jkun rikonoxxut u appoġġjat fl-oqsma kollha, speċjalment fi ħdan id-demokraziji l-ġodda tal-UE.

Emenda 25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 c (ġdida)

 

(16c)

Ir-rikonoxximent tal-volontarjat bħala attività xierqa li permezz tagħha jinkisbu kompetenzi u ħiliet, pereżempju permezz tal-YOUTHPASS, li huwa marbut mal-EUROPASS, jiżgura li l-volontarjat ma jitqiesx bħala alternattiva għat-taħriġ formali iżda jikkomplimentah u wkoll jiffaċilita l-mobilità tal-voluntiera.

Emenda 26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 d (ġdida)

 

(16d)

Ir-rikonoxximent tal-kontribut tal-ħin volontarju bħala kompliment għall-finanzjament (kontribuzzjonijiet in natura) għall-proġetti Ewropej u nazzjonali jkun rikonoxximent tanġibbli tal-valur tal-isforz tal-voluntier u jiffaċilita l-organizzazzjonijiet volontarji fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

Emenda 27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

Is-sena 2011 se tkun iddedikata bħala “Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat” (minn hawn 'il quddiem “Is-Sena Ewropea”).

Is-sena 2011 se tkun iddikjarata bħala “Is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet tal-Volontarjat li jippromwovu ċittadinanza attiva ” (minn hawn 'il quddiem “Is-Sena Ewropea”).

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu.)

Emenda 28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

L-iskop globali tas-Sena Ewropea se jkun li jitħeġġu u jiġu appoġġjati - notevolment permezz ta' skambju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba - l-isforzi magħmula mill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili biex joħolqu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea.

L-iskop globali tas-Sena Ewropea se jkun li jitħeġġu u jiġu appoġġjati - notevolment permezz ta' skambju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba u l-promozzjoni ta' approċċi innovattivi u tal-evalwazzjoni tal-esperjenzi – l-isforzi magħmula mill-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali , biex joħolqu l-kundizzjonijiet għas-soċjetà ċivili li jwasslu għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea u sabiex tiżdied il-viżibilità u tiġi promossa l-importanza tal-attivitajiet tal-volontarjat fl-Unjoni Ewropea.

Emenda 29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1

1.

Issir ħidma għal ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE - Li l-volontarjat jiġi stabbilit bħala parti mill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u tal-attivitajiet min-nies għan-nies fil-kuntest tal-UE.

1.

Issir ħidma għal ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE - li l-volontarjat jiġi stabbilit bħala parti mill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika , tas-sħubija u tal-attivitajiet min-nies għan-nies fil-kuntest tal-UE.

Emenda 30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 2

2.

Jissawru bis-setgħa organizzazzjonijiet tal-volontiera u tittejjeb il-kwalità tal-volontarjat - Biex jiġi ffaċilitat il-volontarjat u biex jitħeġġu n-netwerking, il-mobilità, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u setturi oħra fil-kuntest tal-UE.

2.

L-organizzazzjonijiet tal-volontiera jingħataw is-setgħa fir-rigward tal-objettivi, prijoritajiet u l-awtonomija tagħhom, u tittejjeb il-kwalità tal-volontarjat - biex jiġi promoss il-volontarjat u l-aċċess tal-organizzazzjonijiet tal-volontarjat għal finanzjament adegwat u sostenibbli: billi jitħeġġu n-netwerking, il-mobilità, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u setturi oħra mingħajr skop ta’ profitt fil-kuntest tal-UE ; billi jitħeġġu inizjattivi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza umana jew ambjentali, kemm f’terminu tal-prevenzjoni tagħhom u tal-mod kif jiġu indirizzati, kif ukoll billi l-voluntiera jiġu mħarrġa jieħdu azzjoni effettiva meta jħabbtu wiċċhom ma’ każijiet urġenti; u billi tingħata l-possibilità li l-ħidma tal-volontarjat tiġi stabbilita f’sura permanenti. Id-dmir ta' diliġenza li l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera għandhom lejn il-voluntiera tagħhom għandu jiġi stabbilit fil-liġi u għandu jinkludi protezzjoni adegwata permezz ta' assikurazzjoni, miżuri tas-saħħa u tas-sikurezza, u taħriġ.

Emenda 31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3

3.

Jiġu ppremjati u rikonoxxuti l-attivitajiet ta' volontarjat - Biex jitħeġġu inċentivi xierqa għall-individwi, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-volontarjat u biex jintrebaħ aktar għarfien sistematiku għall-volontarjat fil-livell tal-UE minn min ifassal il-politika, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn min iħaddem għal ħiliet u kompetenzi żviluppati permezz tal-volontarjat.

3.

Jiġu ppremjati u rrikonoxxuti l-attivitajiet ta' volontarjat - biex jitħeġġu inċentivi xierqa għall-individwi, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-volontarjat – inkluż li l-voluntiera jkunu koperti kif xieraq fir-rigward tas-saħħa u tas-sikurezza permezz ta' assikurazzjoni għall-inċidenti u għar-responsabilità personali waqt l-eżerċiżju tal-ħidma volontarja tagħhom, li jkun hemm għarfien effettiv tal-ħiliet li l-voluntiera jiksbu permezz tal-validazzjoni tal-esperjenza tagħhom, u għarfien tal-ekwivalenza għall-finijiet ta' taħriġ u tiftix ta’ impjieg - u biex jintrebaħ aktar għarfien sistematiku għall-volontarjat fil-livell tal-UE minn min ifassal il-politika, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn min iħaddem għal ħiliet u kompetenzi żviluppati permezz tal-volontarjat.

Emenda 32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3 a (ġdid)

 

3a.

Jinkoraġġixxu s-solidarjetà internazzjonali u Ewropea permezz tal-promozzjoni tal-paċi, tal-kollaborazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u l-ħarsien tal-ambjent, kif ukoll l-għarfien tal-ekonomija soċjali bbażata fuq is-solidarjetà permezz tal-volontarjat;

Emenda 33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4

4.

Jitqajjem għarfien tal-opinjoni pubblika dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat - Biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni tal-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-sċjetà u koeżjoni ekonomika

4.

Jitqajjem għarfien tal-opinjoni pubblika dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat - biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni għall-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-soċjetà u l-koeżjoni ekonomika u soċjali, u biex jiġu promossi attivitajiet ta’ volontarjat bil-għan li jsiru aktar attraenti għaċ-ċittadini, u b’hekk ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ċiviċi .

Emenda 34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid)

 

4a.

Titfassal White Paper dwar il-Volontarjat – biex jitrawwem ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE.

Emenda 35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4 b (ġdid)

 

4b.

Jiġi promoss l-għarfien tas-suċċess tal-volontarjat kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom, sabiex ikun żgurat li l-prassi t-tajba u l-istrateġiji ta’ volontarjat b’suċċess jistgħu faċilment jinxterdu madwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda 36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

1.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin f'livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

1.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin f'livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

l-iskambju tal-esperjenza u tal-prassi t-tajba;

l-iskambju tal-esperjenza u tal-prassi t-tajba , b'mod partikulari permezz ta' sistemi effiċjenti ta' koperazzjoni u ta' netwerking bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat ;

it-tixrid ta' riżultati ta' studji u riċerka relatata;

 

il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-diskussjoni u jqajmu għarfien tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u biex jonoraw l-isforzi tal-volontiera ;

il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-djalogu, approċċi innovattivi u l-evalwazzjoni tal-esperjenzi . It-tqajjim tal-kuxjenza dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u l-promozzjoni ta’ netwerks transnazzjonali li għandhom l-għan li jkun hemm dibattitu attiv ;

kampanji ta' tagħrif u ta' promozzjoni biex jinxterdu l-messaġġi ewlenin.

kampanji ta' tagħrif u ta' promozzjoni biex jinxterdu l-messaġġi ta’ qofol, fost l-oħrajn permezz tal-użu ta’ midja ġdida u l-internet u l-ħolqien ta’ portal Ewropew biex jinkiseb dan;

 

it-twaqqif ta’ bażi ta’ data online Ewropea tal-atturi, organizzazzjonijiet u partijiet interessati involuti f’qasam partikulari tal-volontarjat, inklużi kemm il-proġetti tagħhom li huma lesti u dawk li għadhom għaddejjin, kif ukoll l-inizjattivi tagħhom tal-ġejjieni, bil-għan li jkun hemm netwerking u komunikazzjoni aħjar bejniethom.

 

il-promozzjoni tal-użu tal-ħin iddedikat għall-attivitajiet tal-volontarjat bħala mezz biex jitqabbel il-finanzjament għall-proġetti Ewropej;

Emenda 37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-korp imsemmi qabel jinvolvi kif xieraq firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-korp imsemmi qabel jinvolvi kif xieraq firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali , b’mod partikulari meta jkun qed ifassal il-programm nazzjonali ta’ ħidma u l-miżura/miżuri nazzjonali matul is-Sena Ewropea kollha . Il-fondi maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi tas-Sena għandhom jingħataw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma involuti direttament f’attivitajiet u f’ħidma tal-volontarjat. Trid tingħata attenzjoni speċjali f’kull programm nazzjonali għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, inter alia billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-assoċjazzjonijiet żgħar b’riżorsi limitati.

Emenda 38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4

L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu assoċjati fl-attivitajiet.

L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu assoċjati mill-qrib fl-attivitajiet sabiex jintlaħaq il-valur miżjud li jippreżenta l-iskambju tal-aqwa prattiki fuq livell Komunitarju, inkluż bejn l-istituzzjonijiet tal-UE .

Emenda 39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

1.   Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa EUR 6 000 000 .

1.   Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa ta’ EUR 10 000 000 .

Emenda 40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju , mingħajr ma jitnaqqas il-finanzjament ta' programmi jew attivitajiet oħra fis-sub-intestatura 3b .

Emenda 41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8

Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li tieħu ħsieb li tiżgura l-viżibilità tal-parteċipazzjoni tal-UE.

Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li tieħu ħsieb li tiżgura l-viżibilità tal-parteċipazzjoni tal-UE , u tista’ wkoll tieħu azzjoni sabiex tistimula organizzazzjonijiet internazzjonali oħra sabiex isaħħu d-dimensjoni tal-volontarjat madwar id-dinja . B’kooperazzjoni ma’ dawn l-organizzazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tippromwovi programmi għall-volontarjat internazzjonali immirati sabiex jinkuraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-volontarjat f’pajjiżi terzi.

Emenda 42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma' skemi u inizjattivi Komunitarji, nazzjonali, u reġjonali li jgħinu l-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea.

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji u skemi u inizjattivi nazzjonali u reġjonali li jgħinu l-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea , u għandhom jikkumplimentawhom .

Emenda 43

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt A – punt 1

1.

Il-kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni jinkludu:

1.

Il-kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni jinkludu:

okkażjonijiet u forums ta' viżibilità għolja għall-iskabju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba;

okkażjonijiet u forums ta' viżibilità għolja għall-iskabju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba , bi prijorità għall-programmi ta' ġemellaġġ u ta' mobilità, bis-sehem tal-organizzazzjonijiet jew entitajiet Ewropej li huma attivi fil-qasam tal-volontarjat, ta’ rappreżentanti tal-għaqdiet ta’ min iħaddem u tal-junjins, tal-Parlament Ewropew, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni ;

kompetizzjoni bi premjijiet jew mingħajrhom;

 

kooperazzjoni mas-settur privat, ix-xandara u mezzi tax-xandir oħra bħala msieħba għat-tixrid tal-informazzjoni dwar is -Sena Ewropea tal-Volontarjat ;

kooperazzjoni mas-settur privat, ix-xandara u mezzi tax-xandir oħra bħala msieħba għat-tixrid tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-volontarjat u s -Sena Ewropea;

il-produzzjoni ta’ materjal jew għodda għall-mezzi tax-xandir disponibbli madwar il-Komunità kollha maħsuba li jistimulaw l-interess tal-pubbliku;

il-produzzjoni ta’ materjal jew għodda għall-mezzi tax-xandir disponibbli madwar il-Komunità kollha maħsuba li jistimulaw l-interess tal-pubbliku;

miżuri xierqa li jħabbru r-riżultati u jagħtu spinta lill-programmi, l-iskemi u l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat ;

miżuri xierqa li jħabbru r-riżultati u jagħtu spinta lill-programmi, l-iskemi u l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea;

it-twaqqif ta' websajt informattiv dwar l-Ewropa, inkluż portal għal min jippromwovi l-proġetti dwar volontarjat, biex jiggwidahom fil-programmi u inizjattivi differenti tal-Komunità.

iț-twaqqif ta' websajt informattiv fuq Europa, inkluż portal għal min jippromwovi l-proġetti dwar volontarjat, biex jiggwidahom fil-programmi u inizjattivi differenti tal-Komunità , li jkun pjattaforma permanenti għall-kooperazzjoni interattiva bejn id-diversi partijiet interessati .

 

it-tisħiħ tal-viżibilità tal-kontribut tal-attivitajiet tal-volontarjat fid-dħul nazzjonali u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà, permezz tal-inklużjoni tal-volontarjat bħala kategorija speċifika fil-kontijiet statistiċi tal-Eurostat, permezz tal-produzzjoni ta' “kontijiet satelliti’” fuq l-istituzzjonijiet mingħajr għan ta' profitt u l-inklużjoni tal-ħidma volontarja f'dawn il-kontijiet, kif ukoll permezz taċ-ċelebrazzjoni, nhar il-5 ta' Diċembru ta' kull sena, tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat, kif rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti mill-1985.

Emenda 44

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt A – punt 2 – inċiż 1

stħarriġ u studji fil-livell ta' Komunità għall-istima u r-rappurtar dwar it-tħejjija, l-effettività , l-impatt u l- monitoraġġ fit-tul tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat .

stħarriġ u studji fil-livell ta' Komunità għall-istima u r-rappurtar dwar it-tħejjija, l-effettività u l-impatt tas-Sena Ewropea u biex jitqiegħdu l-fondazzjonijiet għall- monitoraġġ fit-tul u għas-segwitu tagħha .

Emenda 45

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt C – paragrafu 1

Kull koordinatur Nazzjonali għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tiddeskrivi l-programm ta' ħidma tal-koordinatur jew l-azzjoni li għandha tiġi finanzjata u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal- inizjattivi/il- programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 80 % tal-ispejjeż totali.

Kull entità koordinatriċi nazzjonali għandha tippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tinkludi deskrizzjoni - ibbażata fuq il-konsultazzjoni kostanti mal-organizzazzjonijiet tal-volontarjat - tal-prijoritajiet u l-programm ta’ ħidma tal-entità koordinatriċi jew l-tal-azzjoni li għandha tiġi finanzjata (jew azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati) u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal- azzjoni/azzjonijiet jew tal- programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 80 % tal-ispejjeż totali. Għandha tiġi prevista l-possibilità ta’ kontribuzzjonijiet in natura f’dawk l-Istati Membri fejn il-qafas legali jippermettiha.

Emenda 46

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt C – paragrafu 2

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammonti indikattivi disponibbli għal għotjiet lil kull koordinatur Nazzjonali u l-iskadenza finali taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Il-kriterji għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-popolazzjoni, l-ispiża tal-għajxien u ammont fiss għal kull Stat Membru biex jiggarantixxu livell minimu ta' attivitajiet.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammonti indikattivi disponibbli għal għotjiet lil kull entità koordinatriċi nazzjonali u l-iskadenza finali taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Il-kriterji għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-popolazzjoni, l-ispiża tal-għajxien u ammont fiss għal kull Stat Membru biex jiggarantixxu livell minimu ta' attivitajiet.

Emenda 47

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt C – paragrafu 4

Il-programmi ta' ħidma/l-azzjonijiet għandhom jinkludu:

Il-programmi ta' ħidma/l-azzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)

Laqgħat u okkażjonijiet marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea, inklużi okkażjonijiet nazzjonali għat-tnedija u l-promozzjoni tas-Sena Ewropea, joħolqu effett katalista u jipprovdu spazji miftuħa għal dibattitu dwar inizjattivi konkreti.

(a)

Laqgħat u okkażjonijiet marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea, inklużi okkażjonijiet nazzjonali għat-tnedija u l-promozzjoni tas-Sena Ewropea, joħolqu effett katalista u jipprovdu spazji miftuħa għal dibattitu dwar inizjattivi konkreti.

(b)

Seminars ta' tagħlim reċiproku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

(b)

Konferenzi u seminars tematiċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li jippermettu t-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju tal-prattiki t-tajba ;

(c)

Kampanji ta' informazzjoni, ta' edukazzjoni u ta' promozzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali , inkluża l-organizzazzjoni tal-premjijiet u l-kompetizzjonijiet ;

(c)

Kampanji ta' informazzjoni, ta’ attivitajiet ta' riċerka u studji relatati, kampanji edukattivi u promozzjonali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

(d)

Kooperazzjoni mal-mezzi tal-massa;

(d)

Kooperazzjoni mas-settur privat u non-governattiv u mal-midja fit-tixrid tat-tagħrif dwar is-Sena Ewropea u fit-twettiq ta’ azzjonijiet immirati lejn djalogu fit-tul dwar kwistjonijiet marbuta mal-volontarjat u ma’ attivitajiet ta’ taħriġ professjonali mmirati għall-voluntiera, bil-għan li l-attivitajiet ikunu sostenibbli anke wara t-tmiem tas-Sena Ewropea 2011 .


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/170


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina *

P7_TA(2009)0095

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina. (COM(2009)0182 – C7-0018/2009 – 2009/0062(CNS))

2010/C 285 E/36

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0182),

wara li kkunsidra l-Artikolu 170, l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0018/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 46(1) u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0074/2009),

1.

Japprova t-tiġdid tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 285/171


Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009
Termini ta' Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija’ (l-IPEEC) u tal-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija *

P7_TA(2009)0096

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tat-“Termini ta' Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija” (l-IPEEC) u tal-“Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija” (COM(2009)0438 – C7-0219/2009 – 2009/0119(CNS))

2010/C 285 E/37

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0438),

wara li kkunsidra l-Artikolu 175(1), l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0219/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0075/2009),

1.

Japprova l-iffirmar tat-Termini ta' Referenza u tal-Memorandum;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.