ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 229

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
3 ta' Settembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1485 tat-2 ta' Settembru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta' tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali ( 1 )

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1487 tat-2 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1488 tat-2 ta' Settembru 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

12

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-antidumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta' talbiet għal rieżami għall-parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f'ċerti każijiet, il-possibbiltà ta' ħlas lura jew remissjoni tad-dazji ( ĠU L 228, 31.7.2014 )

16

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1485

tat-2 ta' Settembru 2015

li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014.

(2)

Fl-20 ta' Awwissu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), inkluda tliet persuni u entità waħda fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 30 u 32 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-KSNU.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 224/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

A.   Persuni

4.

Alfred YEKATOM (psewdonimu: a) Alfred Yekatom Saragba b) Alfred Ekatom c) Alfred Saragba d) Colonel Rombhot e) Colonel Rambo f) Colonel Rambot g) Colonel Rombot h) Colonel Romboh)

Deżinjazzjoni: Kap Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 23 ta' Ġunju 1976

Post tat-twelid: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Indirizz: a) Mbaiki, Provinċja ta' Lobaye, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. +236 72 15 47 07/+236 75 09 43 41) b) Bimbo, Provinċja ta' Ombella-Mpoko, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (post preċedenti)

Informazzjoni oħra: Ikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata. Isem il-missier (missier adottiv) huwa Ekatom Saragba (spellut ukoll Yekatom Saragba). Ħu Yves Saragba, Kmandant tal-milizzji anti-Balaka f'Batalimo, provinċja ta' Lobaye, u ex-suldat tal-FACA. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: suwed; kulur tax-xagħar: fartas; karnaġġjon: iswed; tul: 170cm; piż 100kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Alfred Yekatom, fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza.”

Informazzjoni addizzjonali:

Alfred Yekatom, magħruf ukoll bħala Kurunell Rombhot, huwa kap tal-milizzja ta' fazzjoni tal-moviment tal-milizzji anti-Balaka, magħruf bħala “anti-Balaka min-Nofsinhar”. Huwa kien jokkupa l-kariga ta' Kap Kapural fil-Forces Armées Centrafricaines (FACA — forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana).

Yekatom kien involut fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti li jheddu l-ftehimiet transitorji, u li jheddu l-proċess ta' transizzjoni politika. Yekatom kien jikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata bi preżenza fil-viċinat ta' PK9 f'Bangui, u fil-bliet ta' Bimbo (Provinċja Ombella-Mpoko) Cekia, Pissa, u Mbaïki (il-kapitali tal-Provinċja Lobaye), u kien stabbilixxa l-kwartieri ġenerali tiegħu f'konċessjoni forestali f'Batalimo.

Yekatom kellu kontroll dirett ta' tużżana punti ta' kontroll magħmulin minn medja ta' għaxar membri rġiel tal-milizzja armata lebsin l-uniformi tal-armata u jġorru l-armi, inklużi azzarini tal-assalt militari, mill-pont prinċipali bejn Bimbo u Bangui sa Mbaïki (Provinċja ta' Lobaye) u minn Pissa sa Batalimo (ħdejn il-fruntiera mar-Repubblika tal-Kongo), fejn kien jiġbor taxxi mhux awtorizzati minn vetturi u muturi privati, vannijiet tal-passiġġieri u trakkijiet li jesportaw riżorsi tal-foresti lejn il-Kamerun u ċ-Chad, iżda wkoll minn dgħajjes li jbaħħru fuq ix-xmara Oubangui. Yekatom ġie osservat jiġbor personalment parti minn dawn it-taxxi mhux awtorizzati. Yekatom u l-milizzja tiegħu wkoll ġew allegatament irrappurtati li qatlu ċivili.

5.

Habib SOUSSOU (psewdonimu: Soussou Abib)

Deżinjazzjoni: a) Koordinatur ta' milizzji anti-Balaka għall-Provinċja ta' Lobaye b) Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

Post tat-twelid: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Indirizz fir-Repubblika Ċentru-Afrikana: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 72198628)

Informazzjoni oħra: Maħtur bħala kmandant taż-żona (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014 u fit-28 ta' Ġunju 2014, għall-Provinċja kollha ta' Lobaye. Taħt il-kmand tiegħu, baqgħu jseħħu qtil immirat, ġlied u attakki kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-ħaddiema umanitarji. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 160cm; piż: 60kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Habib Soussou fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (e) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;”“involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat” u “li jostakola t-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

Habib Soussou kien maħtur bħala kmandant taż-żona tal-milizzji anti-Balaka (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014, u huwa sostna li huwa kien għalhekk responsabbli għas-sitwazzjoni ta' sigurtà fis-sous-préfecture. Fit-28 ta' Ġunju 2014, il-koordinatur ġenerali ta' milizzji anti-Balaka, Patrice Edouard Ngaïssona ħatar lil Habib Soussou bħala koordinatur provinċjali għall-belt ta' Boda mill-11 ta' April 2014 u mit-28 ta' Ġunju 2014 għall-provinċja kollha ta' Lobaye. Qtil immirat, ġlied u attakki minn milizzji anti-Balaka f'Boda kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u ħaddiema umanitarji li seħħew fuq bażi ta' kull ġimgħa f'oqsma li għalihom Soussou huwa l-kmandant jew il-koordinatur tal-milizzji anti-Balaka. Soussous u l-forzi tal-milizzji anti-Balaka f'dawn iż-żoni laqtu u heddew ukoll li jolqtu persuni ċivili.

6.

Oumar YOUNOUS (psewdonimu: a) Omar Younous b) Oumar Sodiam c) Oumar Younous M'Betibangui)

Deżinjazzjoni: Kien il-Ġeneral tas-Séléka

Ċittadinanza: Is-Sudan

Indirizz: a) Bria, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 75507560) b) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana c) Tullus, in-Nofsinhar ta' Darfur, is-Sudan (post ta' qabel)

Informazzjoni oħra: Huwa traffikant tad-djamanti u ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-ex-president interim tar-RĊA Michel Djotodia. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: suwed; tul: 180cm; jagħmel parti mill-grupp etniku Fulani. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Oumar Younous, fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafi 11 u 12(d) tar-riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;” u “li jipprovdu appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

Oumar Younous, bħala Ġeneral ta' dik li kienet is-Séléka u traffikant tad-djamanti, ta appoġġ lil grupp armat permezz tal-isfruttar illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

F'Ottubru 2008, Oumar Younous, ex-xufier għall-istabbiliment tax-xiri ta' djamanti SODIAM, ingħaqad mal-grupp tar-ribelli Mouvement des Libérateurs Centrafricains pour la Justice (MLCJ). F'Diċembru 2013, Oumar Younous ġie identifikat bħala ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-president interim Michel Djotodia.

Younous huwa involut fil-kummerċ tad-djamanti minn Bria u Sam Ouandja għas-Sudan. Sorsi rrappurtaw li Oumar Younous kien involut fil-ġbir ta' pakketti tad-djamanti moħbija fi Bria, u kien jeħodhom is-Sudan biex jinbiegħu.

В.   Entitajiet

1.

BUREAU D'ACHAT DE DIAMANT EN CENTRAFRIQUE/KARDIAM

(Psewdonimu: a) BADICA/KRDIAM b) KARDIAM)

Indirizz: a) BP 333 Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 32 3 2310521, Fax. +32 3 2331839, posta elettronika: kardiam.bvba@skvnet·be: sit web: www.groupeabdoulkarim.com) b) Antwerp, il-Belġju

Informazzjoni oħra: Immexxi minn Abdoul-Karim Dan-Azoumi, mit-12 ta' Diċembru 1986 u minn Aboubaliasr Mahamat, mill-1 ta' Jannar 2005. Il-fergħat jinkludu MINAiR, u SOFIA TP (Douala, il-Kamerun).

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Bureau d'achat de Diamant en Centrafrique/KARDIAM ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafu 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar illegali u l-kummerċ ta' riżorsi naturali bħad-djamanti, id-deheb, kif ukoll l-annimali selvaġġi u l-prodotti tagħhom, fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

BADICA/KARDIAM ipprovda appoġġ lil gruppi armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jiġifieri dawk li kienu tas-Séléka u tal-milizzji anti-Balaka, permezz tal-isfruttar illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti u d-deheb.

Il-Bureau d'Achat de Diamant en Centrafrique (BADICA) fl-2014 kompla jixtri djamanti minn Bria u Sam-Ouandja (Provinċja ta' Haute Kotto) fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, fejn il-forzi preċedenti tas-Séléka jimponu taxxi fuq inġenji tal-ajru li jittrasportaw djamanti u jirċievu ħlas għas-sigurtà minn kolletturi tad-djamanti. Ħafna mill-kolletturi fornituri ta' BADICA fi Bria u Sam-Ouandja huma assoċjati mill-qrib ma' ex-kmandanti tas-Séléka.

F'Mejju 2014, l-awtoritajiet Belġjani żammew żewġ pakketti tad-djamanti mibgħuta lir-rappreżentanza ta' BADICA f'Antwerp, li hija rreġistrata uffiċjalment fil-Belġju bħala KARDIAM. Esperti tad-djamanti kkonkludew li d-djamanti miżmuma wisq probabbli kienu ta' oriġini Ċentru-Afrikana, u li kellhom karatteristiċi tipikament ta' Sam-Ouandja u Bria, kif ukoll Nola (Provinċja ta' Sangha Mbaéré), fil-Lbiċ tal-pajjiż.

In-negozjanti li kienu jixtru djamanti traffikati illegalment mir-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn swieq barranin, inkluż mill-parti tal-Punent tal-pajjiż, operaw fil-Kamerun f'isem BADICA.

F'Mejju 2014, BADICA esporta wkoll deheb minn Yaloké (Ombella-Mpoko), fejn il-minjieri tad-deheb artiġjanali waqgħu taħt il-kontroll tas-Séléka sal-bidu ta' Frar 2014, meta l-gruppi anti-Balaka ħaduhom f'idejhom.


3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1486

tat-2 ta' Settembru 2015

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta' tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-kantaksantin kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE għat-tjur,u b'limitu ta' żmien għall-għasafar ornamentali u għall-ħut ornamentali. Imbagħad, dan il-prodott iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b'mod konġunt mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-kantaksantin u l-preparazzjonijiet tiegħu għal ċerti kategoriji ta' tjur (tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur għas-simna, tjur tal-bajd u tjur imrobbi biex ibid), ħut ornamentali u għasafar ornamentali u, f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal użu ġdid fl-ilma tax-xorb għal dawn l-ispeċijiet u l-kategoriji kollha. L-applikant talab li dan l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”, fil-grupp funzjonali “koloranti”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-3 ta' Diċembru 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf, il-kantaksantin ma għandux effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità kkonkludiet li l-kantaksantin huwa effikaċi biex jagħti l-kulur lill-isfar tal-bajd u lill-ġilda/xaħam tat-tjur u għandu l-potenzjal li jissebbaħ il-kulur tar-rix tal-għasafar ornamentali, u l-kulur tal-ġilda tal-ħut ornamentali. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jenħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-kantaksantin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti l-kontenuti massimi għall-kantaksantin. Dan l-addittiv jista' jintuża fl-għalf kompost li jiġi amministrat sussegwentement permezz tal-ilma.

(6)

Billi mhijiex meħtieġa minnufih l-applikazzjoni ta' tibdiliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “koloranti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom din is-sustanza, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Marzu 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Jekk ikunu maħsubin għal annimali għall-produzzjoni tal-ikel, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li jkunu prodotti u ttikkettati it-23 ta' Settembru 2016 skont ir-regoli applikabbli it-23 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

3.   Jekk ikunu maħsubin għal annimali li mhumiex għall-produzzjoni tal-ikel, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li jkunu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Settembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2014;12(1):3527.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Livelli massimi tar-residwi

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Koloranti

(ii)

sustanzi li, meta jingħataw lill-annimali, iżidu l-kuluri lill-ikel li jkun ġej mill-annimali

2a161 g

Kantaksantin

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kantaksantin.

Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg.

Diklorometan ≤ 600 mg/kg

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Kantaksantin

C40H52O2

Numru CAS: 514-78-3

Kantaksantin, f'forma solida, prodott permezz ta' sinteżi kimika

Purità:

Kejl: minimu ta' 96 %

Karotenojdi minbarra l-kantaksantin: mhux aktar minn 5 % tat-total tas-sustanzi koloranti.

Metodu ta' analiżi  (1)

1.

Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantin fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija fi 426 nm.

2.

Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantin f'taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f'Fażi Normali flimkien ma' detezzjoni viżibbli (NP-HPLC-VIS, 466 nm)

Tiġieġ għat-tismin u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin.

25

1.

Il-Kantaksantin jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

2.

It-taħlita tal-kantaksantin ma' karotenojdi u ksantofilli oħrajn m'għadhiex taqbeż 80 mg/kg tal-għalf komplut.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-użu għandhom jintlibsu l-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

Tjur 15 mg kantaksantin/kg fwied (tessut imxarrab) u 2,5 mg kantaksantin/kg ġilda/xaħam (tessut imxarrab)

Tjur tal-bajd 30 mg kantaksantin/kg isfar tal-bajd (tessut imxarrab)

23.9.2025

Tjur tal-bajd u tjur imrobbi għall-bajd.

 

 

8


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Livelli massimi tar-residwi

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Koloranti

(iii)

sustanzi li jaffettwaw tajjeb il-kulur tal-ħut u l-għasafar ornamentali

2a161 g

Kantaksantin

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kantaksantin.

Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg

Diklorometan ≤ 600 mg/kg

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Kantaksantin

C40H52O2

Numru CAS: 514-78-3

Kantaksantin, f'forma solida, prodott permezz ta' sinteżi kimika

Purità:

Kejl: minimu ta' 96 %

Karotenojdi minbarra l-kantaksantin: mhux aktar minn 5 % tat-total tas-sustanzi koloranti.

Metodu ta' analiżi  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantin fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija fi 426 nm.

Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantin f'taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f'Fażi Normali flimkien ma' detezzjoni viżibbli (NP-HPLC-VIS, 466 nm)

Ħut ornamentali u għasafar ornamentali għajr t-tiġieġ ornamentali għat-tgħammir.

100

1.

Il-Kantaksantin jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

2.

It-taħlita tal-kantaksantin ma' karotenojdi u ksantofilli oħra m'għadhiex taqbeż 100 mg/kg tal-għalf komplut.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-użu għandhom jintlibsu l-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

 

23.9.2025

Tiġieġ ornamentali għat-tgħammir

8


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1487

tat-2 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

192,7

MK

39,0

XS

55,3

ZZ

95,7

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

116,3

ZZ

116,3

0805 50 10

AR

150,0

BO

147,4

CL

121,5

TR

126,0

UY

140,0

ZA

151,9

ZZ

139,5

0806 10 10

BA

74,4

EG

245,7

MA

201,0

MK

57,9

TR

138,4

ZZ

143,5

0808 10 80

AR

120,0

BR

99,5

CL

140,1

NZ

134,3

US

112,4

ZA

117,0

ZZ

120,6

0808 30 90

AR

131,8

CL

110,6

CN

88,6

TR

129,9

ZA

104,7

ZZ

113,1

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

73,8

TR

151,0

ZZ

112,4

0809 40 05

BA

54,8

IL

338,6

MK

45,1

XS

74,4

ZZ

128,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/12


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1488

tat-2 ta' Settembru 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

(2)

Fl-20 ta' Awwissu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), inkluda tliet persuni u entità waħda fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 30 u 32 tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-KSNU.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

A.   Persuni

4.

Alfred YEKATOM (psewdonimu: a) Alfred Yekatom Saragba b) Aifred Ekatom c) Alfred Saragba d) Colonel Rombhot e) Colonel Rambo f) Colonel Rambot g) Colonel Rombot h) Colonel Romboh)

Deżinjazzjoni: Kap Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 23 ta' Ġunju 1976

Post tat-twelid: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Indirizz: a) Mbaiki, Provinċja ta' Lobaye, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. +236 72 15 47 07/+236 75 09 43 41) b) Bimbo, Provinċja ta' Ombella-Mpoko, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (post preċedenti)

Informazzjoni oħra: Ikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata. Isem il-missier (missier adottiv) huwa Ekatom Saragba (spellut ukoll Yekatom Saragba). Ħu Yves Saragba, Kmandant tal-milizzji anti-Balaka f'Batalimo, provinċja ta' Lobaye, u ex-suldat tal-FACA. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: suwed; kulur tax-xagħar: fartas; karnaġġjon: iswed; tul: 170cm; piż 100kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Alfred Yekatom, fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza.”

Informazzjoni addizzjonali:

Alfred Yekatom, magħruf ukoll bħala Kurunell Rombhot, huwa kap tal-milizzja ta' fazzjon tal-moviment tal-milizzji anti-Balaka, magħruf bħala “anti-Balaka min-Nofsinhar”. Huwa kien jokkupa l-kariga ta' Kap Kapural fil-Forces Armées Centrafricaines (FACA — forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana).

Yekatom kien involut fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti li jheddu l-ftehimiet transitorji, u li jheddu l-proċess ta' transizzjoni politika. Yekatom kien jikkontrolla u kien il-kmandant ta' grupp kbir ta' membri rġiel tal-milizzja armata bi preżenza fil-viċinat ta' PK9 f'Bangui, u fil-bliet ta' Bimbo (Provinċja Ombella-Mpoko) Cekia, Pissa, u Mbaïki (il-kapitali tal-Provinċja Lobaye), u kien stabbilixxa l-kwartieri ġenerali tiegħu f'konċessjoni forestali f'Batalimo.

Yekatom kellu kontroll dirett ta' tużżana punti ta' kontroll magħmulin minn medja ta' għaxar membri rġiel tal-milizzja armata lebsin l-uniformi tal-armata u jġorru l-armi, inklużi azzarini tal-assalt militari, mill-pont prinċipali bejn Bimbo u Bangui sa Mbaïki (Provinċja ta' Lobaye) u minn Pissa sa Batalimo (ħdejn il-fruntiera mar-Repubblika tal-Kongo), fejn kien jiġbor taxxi mhux awtorizzati minn vetturi u muturi privati, vannijiet tal-passiġġieri u trakkijiet li jesportaw riżorsi tal-foresti lejn il-Kamerun u ċ-Chad, iżda wkoll minn dgħajjes li jbaħħru fuq ix-xmara Oubangui. Yekatom ġie osservat jiġbor personalment parti minn dawn it-taxxi mhux awtorizzati. Yekatom u l-milizzja tiegħu wkoll ġew allegatament irrapurtati li qatlu ċivili.

5.

Habib SOUSSOU (psewdonimu: Soussou Abib)

Deżinjazzjoni: a) Koordinatur ta' milizzji anti-Balaka għall-Provinċja ta' Lobaye b) Kapural tal-Forzi Armati Ċentru-Afrikani (FACA)

Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

Post tat-twelid: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Indirizz fir-Repubblika Ċentru-Afrikana: Boda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 72198628)

Informazzjoni oħra: Maħtur bħala kmandant taż-żona (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014 u fit-28 ta' Ġunju 2014, għall-Provinċja kollha ta' Lobaye. Taħt il-kmand tiegħu, baqgħu jseħħu qtil immirat, ġlied u attakki kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-ħaddiema umanitarji. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 160cm; piż: 60kg. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Habib Soussou fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafi 11 u 12 (b) u (e) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;”“involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat” u “li jostakola t-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA.”

Informazzjoni addizzjonali:

Habib Soussou kien maħtur bħala kmandant taż-żona tal-milizzji anti-Balaka (COMZONE) ta' Boda fil-11 ta' April 2014, u huwa sostna li huwa kien għalhekk responsabbli għas-sitwazzjoni ta' sigurtà fis-sous-préfecture. Fit-28 ta' Ġunju 2014, il-koordinatur ġenerali ta' milizzji anti-Balaka, Patrice Edouard Ngaïssona ħatar lil Habib Soussou bħala koordinatur provinċjali għall-belt ta' Boda mill-11 ta' April 2014 u mit-28 ta' Ġunju 2014 għall-provinċja kollha ta' Lobaye. Qtil immirat, ġlied u attakki minn milizzji anti-Balaka f'Boda kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u ħaddiema umanitarji li seħħew fuq bażi ta' kull ġimgħa f'oqsma li għalihom Soussou huwa l-kmandant jew il-koordinatur tal-milizzji anti-Balaka. Soussous u l-forzi tal-milizzji anti-Balaka f'dawn iż-żoni laqtu u heddew ukoll li jolqtu persuni ċivili.

6.

Oumar YOUNOUS (psewdonimu: a) Omar Younous b) Oumar Sodiam c) Oumar Younous M'Betibangui)

Deżinjazzjoni: Kien il-Ġeneral tas-Séléka

Ċittadinanza: Is-Sudan

Indirizz: a) Bria, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 236 75507560) b) Birao, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana c) Tullus, in-Nofsinhar ta' Darfur, is-Sudan (post ta' qabel)

Informazzjoni oħra: Huwa traffikant tad-djamanti u ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-ex-president interim tar-RĊA Michel Djotodia. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: suwed; tul: 180cm; jagħmel parti mill-grupp etniku Fulani. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Oumar Younous, fl-20 ta' Awwissu 2015 f'konformità mal-paragrafi 11 u 12(d) tar-riżoluzzjoni 2196 (2015) ġie elenkat bħala “li jingaġġa fi jew li jagħti appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji, jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza;” u “li jipprovdu appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

Oumar Younous, bħala Ġeneral ta' dik li kienet is-Séléka u traffikant tad-djamanti, ta appoġġ lil grupp armat permezz tal-isfruttar illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

F'Ottubru 2008, Oumar Younous, ex-xufier għall-istabbiliment tax-xiri ta' djamanti SODIAM, ingħaqad mal-grupp tar-ribelli Mouvement des Libérateurs Centrafricains pour la Justice (MLCJ). F'Diċembru 2013, Oumar Younous ġie identifikat bħala ġeneral bi tliet stilel tas-Séléka u persuna ta' fiduċja tal-president interim Michel Djotodia.

Younous huwa involut fil-kummerċ tad-djamanti minn Bria u Sam Ouandja għas-Sudan. Sorsi rrappurtaw li Oumar Younous kien involut fil-ġbir ta' pakketti tad-djamanti moħbija fi Bria, u kien joħodhom is-Sudan biex jinbiegħu.

В.   Entitajiet

1.

BUREAU D'ACHAT DE DIAMANT EN CENTRAFRIQUE/KARDIAM

(Psewdonimu: a) BADICA/KRDIAM b) KARDIAM)

Indirizz: a) BP 333 Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Tel. + 32 3 2310521, Fax. +32 3 2331839, posta elettronika: kardiam.bvba@skvnet·be: sit web: www.groupeabdoulkarim.com) b) Antwerp, il-Belġju

Informazzjoni oħra: Immexxi minn Abdoul-Karim Dan-Azoumi, mit-12 ta' Diċembru 1986 u minn Aboubaliasr Mahamat, mill-1 ta' Jannar 2005. Il-fergħat jinkludu MINAiR, u SOFIA TP (Douala, il-Kamerun).

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Bureau d'achat de Diamant en Centrafrique/KARDIAM ġie elenkat fl-20 ta' Awwissu 2015 skont il-paragrafu 12(d) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li “pprovda appoġġ lil gruppi armati jew lil netwerks kriminali permezz tal-isfruttar illegali u l-kummerċ ta' riżorsi naturali bħad-djamanti, id-deheb, kif ukoll l-annimali selvaġġi u l-prodotti tagħhom, fir-RĊA”

Informazzjoni addizzjonali:

BADICA/KARDIAM ipprovda appoġġ lil gruppi armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, jiġifieri dawk li kienu tas-Séléka u tal-milizzji anti-Balaka, permezz tal-isfruttar illeċitu u l-kummerċ tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti u d-deheb.

Il-Bureau d'Achat de Diamant en Centrafrique (BADICA) fl-2014 kompla jixtri djamanti minn Bria u Sam-Ouandja (Provinċja ta' Haute Kotto) fil-Lvant tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, fejn il-forzi preċedenti tas-Séléka jimponu taxxi fuq inġenji tal-ajru li jittrasportaw djamanti u jirċievu ħlas għas-sigurtà minn kolletturi tad-djamanti. Ħafna mill-kolletturi fornituri ta' BADICA fi Bria u Sam-Ouandja huma assoċjati mill-qrib ma' ex-kmandanti tas-Séléka.

F'Mejju 2014, l-awtoritajiet Belġjani żammew żewġ pakketti tad-djamanti mibgħuta lir-rappreżentanza ta' BADICA f'Antwerp, li hija rreġistrata uffiċjalment fil-Belġju bħala KARDIAM. Esperti tad-djamanti kkonkludew li d-djamanti miżmuma wisq probabbli kienu ta' oriġini Ċentru-Afrikana, u li kellhom karatteristiċi tipikament ta' Sam-Ouandja u Bria, kif ukoll Nola (Provinċja ta' Sangha Mbaéré), fil-Lbiċ tal-pajjiż.

In-negozjanti li kienu jixtru djamanti traffikati illegalment mir-Repubblika Ċentru-Afrikana lejn swieq barranin, inkluż mill-parti tal-Punent tal-pajjiż, operaw fil-Kamerun f'isem BADICA.

F'Mejju 2014, BADICA esporta wkoll deheb minn Yaloké (Ombella-Mpoko), fejn il-minjieri tad-deheb artiġjanali waqgħu taħt il-kontroll tas-Séléka sal-bidu ta' Frar 2014, meta l-gruppi anti-Balaka ħaduhom f'idejhom.


Rettifika

3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/16


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-antidumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta' talbiet għal rieżami għall-parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f'ċerti każijiet, il-possibbiltà ta' ħlas lura jew remissjoni tad-dazji

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 228 tal-31 ta' Lulju 2014 )

F'paġna 21, l-Artikolu 2(a) u f'paġna 22, l-Artikolu 3, it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna:

minflok:

“(*)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-antidumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta' talbiet għal rieżami għall- parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f'ċerti każijiet, il-possibbiltà ta' ħlas lura jew remissjoni tad-dazji (ĠU L 226, 31.7.2014, p. 16).”,

aqra:

“(*)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-antidumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta' talbiet għal rieżami għall- parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f'ċerti każijiet, il-possibbiltà ta' ħlas lura jew remissjoni tad-dazji (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 16).”.