ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 128

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
30 ta' April 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari ( 1 )

1

 

*

Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema ( 1 )

8

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/239/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

15

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

17

 

 

2014/240/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

43

 

 

2014/241/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar ir-ratifika ta', jew l-adeżjoni mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Ħong Kong tal-2009 dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent, mill-Istati Membri fl-interess tal-Unjoni Ewropea

45

 

 

2014/242/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi

47

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi

49

 

 

2014/243/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali

61

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 436/2014 tat-23 ta' April 2014 li jniżżel denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Piranska sol (DPO))

62

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2014 tad-29 ta' April 2014 li japprova l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 ( 1 )

64

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 438/2014 tad-29 ta' April 2014 li japprova ċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 ( 1 )

68

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2014 tad-29 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 250/2009, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta ( 1 )

72

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 440/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

79

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/1


DIRETTIVA 2014/50/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' April 2014

dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-libertà ta' moviment tal-persuni hija waħda mil-libertajiet fundamentali tal-Unjoni. L-Artikolu 46 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għandhom joħorġu Direttivi li jistipulaw l-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex iġibu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, kif stabbilit fl-Artikolu 45 tat-TFUE. L-Artikolu 45 tat-TFUE jipprovdi li l-moviment liberu għall-ħaddiema jinkludi, inter alia, id-dritt li jiġu aċċettati offerti ta' impjieg u “li (l-ħaddiem) jispostja ruħu liberament għal dan l-għan fit-territorju tal-Istati Membri”. Din id-Direttiva tippromwovi l-mobbiltà tal-ħaddiema billi tnaqqas l-ostakoli għal dik il-mobbiltà maħluqa minn ċerti regoli li jikkonċernaw skemi ta' pensjonijiet supplimentari marbutin ma' relazzjoni ta' impjieg.

(2)

Il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema rigward il-pensjonijiet hija garantita permezz tal-iskemi statutorji tas-sigurtà soċjali, flimkien ma' skemi ta' pensjonijiet supplimentari marbutin mal-kuntratt tal-impjieg, li qed isiru dejjem aktar komuni fl-Istati Membri.

(3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom setgħat wesgħin ta' diskrezzjoni dwar l-għażla ta' miżuri li huma l-aktar xierqa biex jinkiseb l-objettiv tal-Artikolu 46 tat-TFUE. Is-sistema ta' koordinazzjoni prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (3) u fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u, b'mod partikolari, ir-regoli li japplikaw għall-aggregazzjoni ma jikkonċernawx l-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari, bl-eċċezzjoni tal-iskemi definiti bħala “leġiżlazzjoni” f'dawk ir-Regolamenti, jew li kienu s-suġġett ta' dikjarazzjoni minn Stat Membru għal dak il-għan, skont dawk ir-Regolamenti.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE (5) tirrappreżenta miżura speċifika inizjali mfassla biex ittejjeb l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta' moviment għall-ħaddiema fir-rigward tal-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari.

(5)

L-objettiv ta' din id-Direttiva hu li tiġi ffaċilitata iżjed il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari tal-membri ta' dawk l-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari.

(6)

Din id-Direttiva ma tapplikax għall-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari tal-ħaddiema li jiċċaqilqu fi ħdan Stat Membru uniku. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jużaw il-kompetenzi nazzjonali tagħhom biex jestendu r-regoli applikabbli skont din id-Direttiva lill-membri tal-iskema li jibdlu l-impjieg fi Stat Membru uniku.

(7)

Stat Membru jista' jitlob li ħaddiema li jkunu qed jispiċċaw mill-impjieg li jmorru fi Stat Membru ieħor jagħtu notifika dwar l-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari tagħhom kif xieraq.

(8)

Għandu jittieħed kont tal-karatteristiċi u tan-natura speċjali tal-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari u tal-mod kif dawn ivarjaw fi ħdan l-Istati Membri individwali u minn Stat Membru għal ieħor. L-introduzzjoni ta' skemi ġodda, is-sostenibbiltà ta' skemi eżistenti u l-aspettattivi u d-drittijiet ta' membri attwali fi skemi ta' pensjonijiet għandhom jiġu protetti b'mod xieraq. Din id-Direttiva għandha wkoll tikkunsidra b'mod partikolari r-rwol tal-imsieħba soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' skemi ta' pensjonijiet supplimentari.

(9)

Din id-Direttiva ma tpoġġix indiskussjoni d-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta' pensjonijiet tagħhom stess. L-Istati Membri jżommu responsabbiltà sħiħa għall-organizzazzjoni ta' tali sistemi, u fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali huma mhumiex obbligati jintroduċu leġiżlazzjoni li tipprevedi l-istabbiliment ta' skemi ta' pensjonijiet supplimentari.

(10)

Din id-Direttiva ma tillimitax l-awtonomija tal-imsieħba soċjali fejn huma responsabbli għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta' skemi ta' pensjonijiet, dment li jistgħu jiżguraw l-eżiti msemmija b'din id-Direttiva.

(11)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-iskemi kollha ta' pensjonijiet supplimentari stabbiliti f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali li joffru pensjonijiet supplimentari għall-ħaddiema, bħal kuntratti ta' assigurazzjoni kollettiva, skemi pay-as-you-go maqbula minn sezzjoni jew fergħa waħda jew aktar, skemi ta' kapitalizzazzjoni jew wegħdiet ta' pensjoni sostnuti minn riżervi fil-kotba, jew kwalunkwe arranġament kollettiv jew komparabbli.

(12)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal skemi ta' pensjonijiet supplimentari jew, fejn applikabbli, subtaqsimiet ta' dawn l-iskemi, li jkunu ngħalqu bir-riżultat li ma jistgħux jiġu aċċettati membri ġodda minħabba li l-introduzzjoni ta' regoli ġodda tista' titfa piż mhux ġustifikat fuq dawn l-iskemi.

(13)

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-arranġamenti għal garanzija mill-insolvenza jew arranġamenti ta' kumpens li mhumiex parti minn skemi ta' pensjonijiet supplimentari marbuta ma' relazzjoni ta' impjieg u li għandhom l-għan li jipproteġu d-drittijiet għal pensjoni tal-ħaddiema f'każ ta' insolvenza tal-impriża jew l-iskema tal-pensjoni. B'mod simili, din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-fondi ta' riżervi nazzjonali pensjonistiċi.

(14)

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal skemi ta' pensjonijiet supplimentari fejn ikun jeżisti d-dritt permezz ta' relazzjoni ta' impjieg u jkun marbut mal-ilħuq tal-età tal-irtirar jew mal-issodisfar ta' rekwiżiti oħrajn, kif stabbilit fl-iskema jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din id-Direttiva ma tapplikax għal arranġamenti ta' pensjoni individwali, minbarra dawk konklużi permezz ta' relazzjoni ta' impjieg. Fejn il-benefiċċji tal-invalidità jew tas-superstiti jkunu marbuta mal-iskemi tal-pensjonijiet supplimentari, regoli speċjali jistgħu jirregolaw id-drittijiet għal tali benefiċċji. Din id-Direttiva ma taffettwax liġijiet nazzjonali eżistenti u regoli tal-iskemi tal-pensjonijiet supplimentari dwar dawn ir-regoli speċjali.

(15)

Ħlas ta' darba li mhuwiex relatat ma' kontribuzzjonijiet magħmula għall-iskop ta' provvediment supplimentari tal-irtirar, imħallas direttament jew indirettament fl-aħħar ta' relazzjoni ta' impjieg, u li jiġi ffinanzjat biss minn min iħaddem, m'għandux jitqies bħala pensjoni kumplimentarja fis-sens ta' din id-Direttiva.

(16)

Ladarba l-provvediment supplimentari tal-irtirar qiegħed isir dejjem iżjed importanti f'ħafna Stati Membri bħala mezz biex jiġi ggarantit il-livell tal-għajxien f'età anzjana, il-kondizzjonijiet għall-kisba u l-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni għandhom jittejbu sabiex jitnaqqsu l-ostakli għal-libertà ta' moviment tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor.

(17)

Il-fatt li f'xi skemi ta' pensjonijiet supplimentari, id-drittijiet għall-pensjoni jistgħu jintilfu jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tal-ħaddiem tintemm qabel ma jwettaq kompletament il-perijodu minimu ta' sħubija fi skema (“perijodu ta' vestiment”) jew qabel ma jkun laħaq l-età minima (“età ta' vestiment”), jista' jimpedixxi ħaddiema li jiċċaqilqu minn Stat Membru għal ieħor milli jiksbu drittijiet għal pensjoni adegwata. Ir-rekwiżit ta' perijodu twil li wieħed meħtieġ jistenna biex isir membru ta' skema ta' pensjonijiet jista' jkollu effett simili. Għaldaqstant, tali kondizzjonijiet jirrappreżentaw ostakoli għal-libertà ta' moviment tal-ħaddiema. B'kuntrast ma' dan, ir-rekwiżiti ta' età minima għas-sħubija ma jikkostitwixxux ostakolu għal-libertà ta' moviment, u għaldaqstant, mhumiex indirizzati minn din id-Direttiva.

(18)

Ir-rekwiżiti biex jiġu akkwiżiti d-drittijiet m'għandhomx jiġu mxebbha ma' kondizzjonijiet oħra stabbiliti għall-ksib ta' dritt għal annwalità magħmula fir-rigward tal-fażi tal-ħlas skont il-liġi nazzjonali jew skont ir-regoli ta' ċerti skemi ta' pensjonijiet supplimentari, b'mod partikolari fi skemi kontributorji definiti. Pereżempju, il-perijodu ta' sħubija attiva fi skema li membru meħtieġ li jwettaq kompletament meta jikseb id-dritt għal pensjoni supplimentari sabiex jikseb il-pensjoni tiegħu fl-għamla ta' annwalità jew somma kapitali ma jikkostitwixxix perijodu ta' vestiment.

(19)

Fejn tiġi tterminata relazzjoni ta' impjieg qabel ma ħaddiem, li ser jispiċċa mill-impjieg, ikun laħaq akkumula drittijiet akkwiżiti għal pensjoni u meta l-iskema jew min iħaddem isostni l-piż tar-riskju tal-investiment, b'mod partikolari fi skemi ta' benefiċċji definiti, l-iskema għandha dejjem trodd lura l-kontribuzzjonijiet pensjonistiċi tal-ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg. Fejn tiġi tterminata relazzjoni ta' impjieg qabel ma' ħaddiem, li ser jispiċċa mill-impjieg, ikun akkumula drittijiet akkwiżiti għal pensjoni u meta l-ħaddiem, li ser jispiċċa mill-impjieg, isostni l-piż tar-riskju tal-investiment, b'mod partikolari fi skemi definiti ta' kontribuzzjonijiet, l-iskema tista' trodd lura l-valur tal-investimenti derivati minn dawk il-kontribuzzjonijiet. Il-valur jista' jkun iktar jew inqas mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg. Alternattivament, l-iskema tista' trodd lura s-somma tal-kontribuzzjonijiet.

(20)

Ħaddiema li ser jispiċċaw mill-impjieg għandu jkollhom id-dritt li jħallu d-drittijiet akkwiżiti għal pensjoni tagħhom bħala drittijiet pensjonistiċi inattivi fl-iskema ta' pensjonijiet supplimentari li fiha kien ġie stabbilit id-dritt tagħhom. Rigward il-preservazzjoni tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi, il-livell tal-protezzjoni tista' titqies ekwivalenti fejn, b'mod partikolari fil-kuntest ta' skema kontributorja definita, il-ħaddiema li ser jispiċċaw mill-impjieg għandhom il-possibbiltà li jittrasferixxu l-valur tad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti tagħhom għal skema ta' pensjonijiet supplimentari li tissodisfa l-kondizzjonijiet li jinsabu f'din id-Direttiva.

(21)

F'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, għandhom jittieħdu passi biex tiġi żgurata l-preservazzjoni ta' drittijiet pensjonistiċi inattivi jew tal-valur tagħhom. Il-valur tad-drittijiet fil-mument meta l-membru joħroġ mill-iskema għandu jiġi stabbilit f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali. Fejn il-valur ta' dawk id-drittijiet jiġi aġġustat, għandu jittieħed kont tan-natura partikolari tal-iskema, l-interessi tal-benefiċjarji differiti, l-interessi tal-membri attivi li jkun għad baqa' fl-iskema u l-interessi tal-benefiċjarji rtirati.

(22)

Din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu biex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet iżjed favorevoli għad-drittijiet pensjonistiċi inattivi milli għad-drittijiet tal-membri attivi fl-iskema.

(23)

Meta d-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti jew il-valur tad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti ta' ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg ma jaqbżux limitu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, u biex jiġu evitati spejjeż amministrattivi eċċessivi li jirriżultaw mill-ġestjoni ta' numru kbir ta' drittijiet pensjonistiċi inattivi b'valur baxx, l-iskemi ta' pensjonijiet jistgħu jingħataw l-għażla li ma jippreservawx dawk id-drittijiet akkwiżiti iżda, minflok, iħallsu lill-ħaddiem li jkun ser jispiċċa mill-impjieg, somma kapitali ekwivalenti għall-valur tad-drittijiet akkwiżiti għal pensjoni. Fejn applikabbli, il-valur tat-trasferiment jew il-ħlas kapitali għandu jkun stabbilit skont il-liġi u l-prattika nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, limitu għal tali ħlasijiet, b'kont meħud tal-adegwatezza tad-dħul futur relatat mal-irtirar.

(24)

Din id-Direttiva ma tipprovdix għat-trasferimet ta' drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti. Madankollu biex tiġi inkoraġġita l-mobbiltà okkupazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom, safejn jistgħu, u b'mod partikolari meta jintroduċu skemi kumplimentarji tal-pensjoni ġodda, sabiex itejbu t-trasferibbiltà tad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti.

(25)

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), membri attivi fl-iskema u benefiċjarji differiti li jeżerċitaw jew jippjanaw li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment għandhom jiġu infurmati adegwatament, fuq talba, dwar id-drittijiet tagħhom għal pensjoni supplimentari. Meta l-benefiċċji tas-superstiti jkunu marbuta ma' skemi, il-benefiċjarji superstiti għandhom ukoll ikollhom l-istess dritt għall-informazzjoni bħall-benefiċjarji differiti. Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jistipulaw li l-għoti ta' tali informazzjoni ma jkunx meħtieġ iżjed minn darba fis-sena.

(26)

Minħabba n-natura differenti tal-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari, l-Unjoni għandha tillimita ruħha li tistabbilixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu f'termini ġenerali, li jfisser li Direttiva hija l-istrument ġuridiku adatt.

(27)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiema għal-libertà ta' moviment minn Stat Membru għal ieħor, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex ikun jista' jinkiseb dak l-objettiv.

(28)

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi, biex b'hekk tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw jew li jżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tistax tintuża biex tiġġustifika rigressjoni rigward is-sitwazzjoni eżistenti f'kull Stat Membru.

(29)

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

(30)

F'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-imsieħba soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva rigward id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ftehimiet kollettivi, dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li f'kull ħin ikunu jistgħu jiggarantixxu l-eżiti msemmija f'din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiema għal-libertà ta' moviment bejn Stat Membru u ieħor billi jitnaqqsu l-ostakoli maħluqin minn ċerti regoli rigward l-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari marbutin mar-relazzjoni ta' impjieg.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal skemi ta' pensjonijiet supplimentari bl-eċċezzjoni tal-iskemi koperti bir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal dawn li ġejjin:

(a)

skemi ta' pensjonijiet supplimentari, li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, ma jkunux baqgħu jaċċettaw membri attivi ġodda u jibqgħu magħluqa għalihom;

(b)

skemi ta' pensjonijiet supplimentari li huma soġġetti għal miżuri li jinvolvu l-intervent ta' korpi amministrattivi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji, li huma maħsuba biex jippreservaw jew jistabbilixxu mill-ġdid is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, inklużi proċedimenti ta' stralċ. Din l-esklużjoni m'għandhiex testendi lil hinn mit-tmiem tal-intervent;

(c)

skemi ta' garanzija kontra l-insolvenza, skemi ta' kumpens u fondi pensjonistiċi nazzjonali ta' riżerva; u

(d)

ħlas ta' darba magħmul minn min iħaddem lil impjegat fi tmiem ir-relazzjoni ta' impjieg ta' dak l-impjegat, li ma jkunx marbut mal-għoti ta' pensjoni tal-irtirar.

3.   Din id-Direttiva ma tapplikax għall-benefiċċji tal-invalidità u/jew tas-superstiti marbuta mal-iskemi tal-pensjonijiet supplimentari, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Artikoli 5 u 6 marbuta mal-benefiċċji tas-superstiti.

4.   Din id-Direttiva tapplika biss għal perijodi ta' impjieg li jokkorru wara t-traspożizzjoni tagħha f'konformità mal-Artikolu 8.

5.   Din id-Direttiva ma tapplikax għall-ksib u l-preservazzjoni ta' drittijiet tal-pensjoni supplimentari tal-ħaddiema li jiċċaqalqu fi ħdan Stat Membru uniku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, dawn id-definizzjonijiet japplikaw:

(a)

“pensjoni supplimentari” tfisser pensjoni tal-irtirar prevista fir-regoli ta' skemi ta' pensjonijiet supplimentari stabbiliti f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali;

(b)

“skema ta' pensjonijiet supplimentari” tfisser kwalunkwe skema ta' pensjoni tal-irtirar okkupazzjonali stabbilita f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali u marbuta ma' relazzjoni ta' impjieg, maħsuba biex tipprovdi pensjoni supplimentari għal persuni impjegati;

(c)

“membri attivi fl-iskema” tfisser ħaddiema li r-relazzjoni ta' impjieg attwali tagħhom tagħtihom id-dritt jew x'aktarx li tagħtihom id-dritt, wara li jkunu wettqu l-kondizzjonijiet kollha tal-akkwiżizzjoni, għal pensjoni supplimentari f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' skema ta' pensjonijiet supplimentari;

(d)

“perijodu ta' stennija” tfisser il-perijodu tal-impjieg, meħtieġ skont il-liġi nazzjonali jew mir-regoli tal-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari jew minn min iħaddem, qabel ma ħaddiem isir eliġibbli għal sħubija fi skema;

(e)

“perijodu ta' vestiment” tfisser il-perijodu ta' sħubija attiva ta' skema, meħtieġ skont il-liġi nazzjonali jew ir-regoli tal-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari, sabiex jinħoloq intitolament għal drittijiet akkumulati għal pensjoni supplimentari;

(f)

“drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti” tfisser kwalunkwe dritt għal pensjoni supplimentari akkumulata wara t-twettiq ta' kwalunkwe kondizzjoni tal-akkwiżizzjoni, skont ir-regoli ta' skema ta' pensjonijiet supplimentari u, fejn applikabbli, skont il-liġi nazzjonali;

(g)

“ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg” tfisser membru attiv fi skema li tkun qed tintemmlu r-relazzjoni ta' impjieg attwali tiegħu għal raġunijiet li mhumiex il-fatt li sar eliġibbli għal pensjoni supplimentari u li jiċċaqlaq bejn Stati Membri;

(h)

“benefiċjarju differit” tfisser ex membru attiv ta' skema li għandu drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti fi skema ta' pensjonijiet supplimentari u għadu ma bediex jirċievi pensjoni supplimentari minn dik l-iskema;

(i)

“drittijiet pensjonistiċi inattivi” tfisser id-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti miżmuma fl-iskema li fiha dawn ikunu ġew akkumulati minn benefiċjarju differit;

(j)

“valur tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi” tfisser il-valur kapitali tad-drittijiet għal pensjoni kkalkulati f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet li jirregolaw il-ksib ta' drittijiet fi skemi ta' pensjonijiet supplimentari

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

fejn jiġi applikat perijodu ta' vestiment jew perijodu ta' stennija, jew it-tnejn, il-perijodu kollu kkombinat taħt l-ebda ċirkostanza m'għandu jeċċedi tliet snin għall-ħaddiema li ser jispiċċaw mill-impjieg;

(b)

fejn tiġi stipulata età minima għall-vestiment ta' drittijiet għal pensjoni, dik l-età ma għandhiex teċċedi l-21 sena għall-ħaddiema li ser jispiċċaw mill-impjieg;

(c)

fejn ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg ma jkunx għadu kiseb drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti meta r-relazzjoni tal-impjieg tintemm, l-iskema ta' pensjonijiet supplimentari għandha trodd lura l-kontribuzzjonijiet mħallsa mill-ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg, jew imħallsa f'isem il-ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi jew kuntratti, jew fejn il-ħaddiem li jkun ser jispiċċa mill-impjieg isostni l-piż tar-riskju tal-investiment, jew is-somma tal-kontribuzzjonijiet magħmula jew il-valur tal-investiment li jirriżulta minn dawn il-kontribuzzjonijiet.

2.   L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jippermettu li l-imsieħba soċjali jistipulaw dispożizzjonijiet differenti permezz ta' ftehim kollettiv, sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma jipprovdux protezzjoni anqas favorevoli u ma joħolqux ostakoli għal-libertà ta' moviment tal- ħaddiema.

Artikolu 5

Preservazzjoni ta' drittijiet pensjonistiċi inattivi

1.   Soġġetti għall-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet akkwiżiti għal pensjoni ta' ħaddiema li ser spiċċaw mill-impjieg jibqgħu fl-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari li fihom ġew akkwiżiti d-drittijiet. Għall-fini tal-paragrafu 2, il-valur inizjali ta' dawn id-drittijiet għandu jkun ikkalkulat fil-mument stess meta tintemm ir-relazzjoni tal-impjieg attwali tal-ħaddiem li ser spiċċa mill-impjieg.

2.   L-Istati Membri għandhom, filwaqt li jikkunsidraw in-natura tar-regoli u l-prattika tal-iskema ta' pensjonijiet, jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li d-drittijiet pensjonistiċi inattivi tal-ħaddiema li ser jispiċċaw l-impjieg u s-superstiti tagħhom jew il-valuri tagħhom jiġu trattati f'konformità mal-valur tad-drittijiet ta' membri attivi fi skema, jew l-iżvilupp ta' benefiċċji ta' pensjoni li f'dak iż-żmien ikunu qed jitħallsu, jew jiġu trattati b'xi mod ieħor meqjus bħala ġust, bħal:

(a)

fejn id-drittijiet għal pensjoni fi skema ta' pensjonijiet supplimentari jinkisbu bħala dritt għal somma nominali, bis-salvagwardja tal-valur nominali tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi;

(b)

fejn il-valur tad-drittijiet akkumulati għal pensjoni jinbidel maż-żmien, bl-aġġustament tal-valur tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi permezz tal-applikazzjoni ta':

(i)

rata ta' mgħax integrata fl-iskema ta' pensjonijiet supplimentari, jew

(ii)

ir-rikavat mill-investimenti derivat mill-iskema ta' pensjonijiet supplimentari;

jew

(c)

fejn il-valur tad-drittijiet akkumulati għal pensjoni jiġi aġġustat, pereżempju, f'konformità mar-rata ta' inflazzjoni jew il-livelli tas-salarji, bl-aġġustament tal-valur tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi soġġett għaldaqstant għal kwalunkwe limitu proporzjonat stabbilit mil-liġi nazzjonali jew maqbul mill-imsieħba soċjali.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-iskemi ta' pensjonijiet supplimentari ma jżommux id-drittijiet akkwiżiti ta' ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg, iżda li jħallsu, bil-kunsens infurmat tal-ħaddiem, inkluż fir-rigward tal-imposti applikabbli, somma kapitali ekwivalenti għall-valur tad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti lill-ħaddiem li ser jispiċċa mill-impjieg, dment li l-valur tad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti ma jaqbiżx il-limitu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-limitu applikat.

4.   L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jippermettu li l-imsieħba soċjali jistipulaw dispożozzjonijiet differenti permezz ta' ftehim kollettiv, sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma jipprovdux protezzjoni anqas favorevoli u ma joħolqux ostakoli għal-libertà ta' moviment tal- ħaddiema.

Artikolu 6

Informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri attivi fl-iskema jkunu jistgħu, fuq talba, jiksbu informazzjoni dwar kif it-tmiem ta' impjieg jaffettwa d-drittijiet tagħhom għal pensjoni supplimentari.

B'mod partikolari, għandha tingħata informazzjoni marbuta ma' dan li ġej:

(a)

il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ksib ta' drittijiet għal pensjoni supplimentari u l-effetti tal-applikazzjoni tagħhom meta jkun hemm tmiem ta' relazzjoni ta' impjieg;

(b)

il-valur tad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti tagħhom jew l-evalwazzjoni tad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti li tkun saret mhux aktar tard minn tnax-il xahar qabel id-data tat-talba; u

(c)

il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-trattament tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi fil-ġejjieni.

Fejn l-iskema tippermetti aċċess bikri għad-drittijiet pensjonistiċi akkwiżiti permezz tal-ħlas ta' somma kapitali, l-informazzjoni li tingħata għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni bil-miktub li l-membru għandu jikkunsidra li jieħu parir dwar l-investiment ta' dik is-somma kapitali għall-għoti ta' pensjoni tal-irtirar.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji differiti jiksbu, fuq talba, informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

il-valur tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi tagħhom jew evalwazzjoni tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi li tkun saret mhux aktar minn 12-il xahar qabel id-data tat-talba; u

(b)

il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-trattament tad-drittijiet pensjonistiċi inattivi.

3.   Għall-benefiċċji tas-superstiti marbuta mal-iskemi tal-pensjonijiet supplimentari, il-paragrafu 2 għandu japplika għall-benefiċjarji superstiti fir-rigward tal-pagament tal-benefiċċji tas-superstiti.

4.   L-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar, bil-miktub, u f'perijodu ta' żmien raġonevoli. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għoti ta' tali informazzjoni ma jkunx meħtieġ iżjed minn darba fis-sena.

5.   L-obbligi taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu kemm mingħajr preġudizzju kif ukoll ikunu addizzjonali għall-obbligi tal-istituzzjonijiet għall-għoti ta' pensjoni tal-irtirar okkupazzjonali taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE.

Artikolu 7

Rekwiżiti minimi u nonrigressjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet dwar il-kisba ta' drittijiet għal pensjoni supplimentari għall-ħaddiema, dwar il-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjonijiet supplimentari ta' ħaddiema li ser jispiċċaw mill-impjieg u dwar id-drittijiet ta' membri attivi fl-iskemi u benefiċjarji differiti għall-informazzjoni, li jkunu aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   It-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha fl-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġuni biex jitnaqqsu d-drittijiet eżistenti għall-kisba u l-preservazzjoni ta' pensjonijiet supplimentari jew id-dritt ta' membri u benefiċjarji fl-iskemi għal informazzjoni fl-Istati Membri.

Artikolu 8

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-21 ta' Mejju 2018, jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta' qbil sa dik id-data. L-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 9

Rapport

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha disponibbli fir-rigward tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Kummissjoni sal-21 ta' Mejju 2019.

2.   Sal-21 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Artikolu 10

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 37.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ġunju 2007 (ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 216) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-17 ta' Frar 2014 (ĠU C 77 E, 15.3.2014, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46).

(6)  Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/8


DIRETTIVA 2014/54/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' April 2014

dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa libertà fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni u wieħed mill-pilastri tas-suq intern fl-Unjoni proklamat fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-implimentazzjoni tiegħu hija żviluppata aktar mil-liġi tal-Unjoni immirata biex tiggarantixxi l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. “Membri tal-familja tagħhom” għandha tinftiehem fl-istess sens tat-terminu kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li tapplika wkoll għal membri tal-familja ta' ħaddiema tal-fruntiera.

(2)

Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wkoll element ewlieni fl-iżvilupp ta' suq ġenwin tax-xogħol tal-Unjoni, li jippermetti lill-ħaddiema jiċċaqilqu għal żoni fejn hemm nuqqas ta' ħaddiema jew aktar opportunitajiet ta' impjiegi, li jgħin aktar persuni biex isibu postijiet li jixirqu aktar lill-ħiliet tagħhom u li jegħleb il-konġestjoni fis-suq tax-xogħol.

(3)

Il-moviment liberu tal-ħaddiema jagħti d-dritt lil kull ċittadin tal-Unjoni, irrispettivament minn fejn ikun il-post ta' residenza tiegħu jew tagħha, li jiċċaqlaq b'mod liberu lejn Stat Membru ieħor sabiex jaħdem hemmhekk u/jew biex jirrisjedi hemmhekk għal raġunijiet ta' xogħol. Dan jipproteġihom kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità fir-rigward tal-aċċess għall-impjieg, il-kundizzjonijiet ta' impjiegi u xogħol, b'mod partikolari fir-rigward tar-rimunerazzjoni, it-tkeċċija, kif ukoll vantaġġi soċjali u dawk marbuta mat-taxxa, billi jiġi żgurat it-trattament ugwali tagħhom, skont il-liġi, il-prattika u l-ftehimiet kollettivi nazzjonali, meta mqabbel maċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru. Dawn id-drittijiet għandhom jitgawdew mingħajr diskriminazzjoni miċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, fosthom ħaddiema permanenti, stagjonali u dawk tal-fruntiera. Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-libertà li tipprovdi servizzi, li tinkludi d-dritt tal-impriżi li jagħtu servizzi fi Stat Membru ieħor, li għalihom jistgħu jistazzjonaw temporanjament lill-ħaddiema tagħhom stess fi Stat Membru ieħor sabiex dawn iwettqu x-xogħol meħtieġ biex jagħtu servizzi f'dak l-Istat Membru.

(4)

Fir-rigward tal-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu, l-Artikolu 45 tat-TFUE jagħti drittijiet sostanzjali għall-eżerċizzju ta' din il-libertà fundamentali, li huma speċifikati aktar fir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(5)

Madanakollu, l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema għadu sfida kbira u ħafna drabi bosta ħaddiema tal-Unjoni ma jkunux konxji tad-drittijiet tagħhom għal moviment liberu. Minħabba inter alia,l-pożizzjoni potenzjalment aktar vulnerabbli tagħhom, il-ħaddiema tal-Unjoni għadhom jistgħu jbatu minn restrizzjonijiet u ostakoli mhux ġustifikati għall-eżerċizzju tad-dritt tagħhom tal-moviment liberu, bħan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-kwalifiki, diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità u sfruttament meta jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor. Għalhekk hemm qabża bejn il-liġi u l-applikazzjoni tagħha fil-prattika u din jeħtieġ li tiġi indirizzata.

(6)

F'Lulju 2010, fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri” il-Kummissjoni indikat li hija ser tesplora modi kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-isfidi l-ġodda b'mod partikolari fid-dawl ta' tendenzi ġodda ta' mobbiltà li l-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Hija ddikjarat ukoll li, fil-kuntest tal-istrateġija l-ġdida għas-suq intern, hija ser tikkunsidra kif tippromwovi u ttejjeb il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu. Il-Kummissjoni ġabret ukoll fil-qosor l-iżviluppi fil-leġilazzjoni u l-ġurisprudenza b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni personali tal-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u s-sustanza tad-drittijiet li jgawdu l-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom.

(7)

Fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE intitolat “Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE” tas-27 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni identifikat l-applikazzjoni diverġenti u żbaljata tal-liġi tal-Unjoni dwar id-dritt tal-moviment liberu bħala wieħed mill-ostakoli ewlenin li jiltaqgħu miegħu ċ-ċittadini tal-UE meta jiġu biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tieħu azzjoni biex “tiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familji tagħhom minn pajjiżi terzi billi tinforza r-regoli tal-UE b'mod strett, inkluż rigward in-nondiskriminazzjoni, billi tippromwovi prattiki tajbin u għarfien ikbar jew regoli tal-UE fost in-nies u billi żżid it-tixrid tal-informazzjoni liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet għal moviment liberu tagħhom” (azzjoni 15 tar-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE). Addizzjonalment, fir-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE intitolat:“Ċittadini tal-UE: id-drittijiet tagħkom, il-futur tagħkom”, il-Kummissjoni indirizzat il-ħtieġa li jitneħħa x-xkiel amministrattiv u jiġu ssimplifikati l-proċeduri għal ċittadini tal-Unjoni li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħrajn.

(8)

Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” tat-18 ta' April 2012 (il-Pakkett dwar l-Impjiegi), il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li: tressaq proposta leġiżlattiva (tagħrif u pariri) sa tmiem l-2012 biex issostni l-ħaddiema mobbli fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat u r-Regolament (UE) Nru 492/2011, u ħeġġet lill-Istati Membri: “ikabbru l-għarfien tad-drittijiet mogħtija mil-liġi tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni u dwar l-ugwaljanza tas-sessi u l-moviment ħieles tal-ħaddiema u jiftħu u jiffaċilitaw l-aċċess għal ċittadini tal-Unjoni għal pożizzjonijiet fis-setturi pubbliċi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni kif inhi interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja”. F'dan il-kuntest, il-Qorti kienet dejjem tal-fehma li r-restrizzjoni ta' aċċess għal ċerti karigi fis-servizz pubbliku għaċ-ċittadini tal-Istat Membru stess għandha tiġi interpretata b'mod restrittiv u li tkopri biss karigi li jinvolvu sehem dirett jew indirett fit-tħaddim tas-setgħat mogħtija mil-liġi pubblika u d-dmirijiet imfassla biex iħarsu l-interessi ġenerali tal-Istat jew ta' awtoritajiet pubbliċi oħrajn.

(9)

Applikazzjoni u infurzar adatti u effettivi tal-Artikolu 45 tat-TFUE u r-Regolament (UE) Nru 492/2011, kif ukoll l-għarfien tad-drittijiet, huma elementi ewlenin fil-ħarsien tad-drittijiet u t-trattamant ugwali tal-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, filwaqt li l-infurzar dgħajjef jimmina l-effettività tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f'dan il-qasam u jipperikola d-drittijiet u l-ħarsien tal-ħaddiema tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom.

(10)

Applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tad-drittijiet li jagħtu r-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema hija meħtieġa wkoll għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(11)

Għandhom jittejbu l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema biex jiġi żgurat li l-ħaddiema tal-Unjoniu l-membri tal-familja tagħhom kif ukoll min iħaddem, l-awtoritajiet pubbliċi, u persuni oħrajn ikkonċernati jiġu mgħarrfa aħjar dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-moviment liberu, biex jgħinu u jipproteġu l-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom fit-tħaddim ta' dawk id-drittijiet, u biex jiġġieldu l-evażjoni ta' dawk ir-regoli mill-awtoritajiet pubbliċi u minn dawk li jħaddmu fis-settur pubbliku jew dak privat. F'dak il-kuntest l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll l-effetti ta' aktar mobilità, bħal“eżodu tal-imħuħ” jew “eżodu taż-żgħażagħ”.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u tiġi mmonitorjata l-konformità mar-regoli sostantivi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti sabiex jipproteġu l-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu tagħhom mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità u minn kull restrizzjoni jew xkiel mhux ġustifikati għat-tħaddim ta' dak id-dritt.

(13)

Għal dak il-għan huwa kunsiljabbli li jiġu pprovduti regoli speċifiċi għal infurzar effettiv u tiġi ffaċilitata applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tar-regoli sostantivi li jirregolaw il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema taħt l-Artikolu 45 tat-TFUE u r-Regolament (UE) Nru 492/2011. L-infurzar ta' dik il-libertà fundamentali għandu jqis il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni tal-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom għal kwalunkwe raġuni stipulata fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”).

(14)

F'dak il-kuntest, il-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li ġew soġġetti għal diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità, jew għal kwalunkwe restrizzjoni u xkiel mhux ġustifikati fit-tħaddim tad-dritt tagħhom għal moviment liberu, għandhom jingħataw garanzija ta' protezzjoni ġudizzjarja reali u effettiva. Fejn l-Istati Membri jipprevedu proċeduri amministrattivi bħala mezzi legali ta' rimedju, huma għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva tista' tiġi kkontestata quddiem tribunal skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta. Filwaqt li jitqies id-dritt għal protezzjoni legali effettiva, il-ħaddiema tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa minn kull trattament negattiv jew konsegwenza negattiva li jirriżultaw minn ilment jew proċediment li jkollu l-għan li jinforza d-drittijiet salvagwardati taħt din id-Direttiva.

(15)

Sabiex jingħataw livelli ta' protezzjoni aktar effettivi, assoċjazzjonijiet u entitajiet legali, fosthom l-imsieħba soċjali, għandhom jingħataw is-setgħa li jinvolvu ruħhom fi proċedimenti, kif jiddeterminaw l-Istati Membri, jew f'isem jew bħala appoġġ għal kwalunkwe vittma allegata, bl-approvazzjoni tiegħu jew tagħha. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-proċedura li jikkonċernaw ir-rappreżentanza u d-difiża quddiem il-qrati, u għal kompetenzi oħra u drittijiet kollettivi ta' msieħba soċjali, impjegati u rappreżentanti ta' dawk li jħaddmu, bħal dawk relatati mal-infurzar ta' ftehimiet kollettivi, fejn applikabbli, fosthom azzjonijiet f'isem interess kollettiv, skont il-liġi jew prattika nazzjonali. Bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni legali effettiva, u mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmi ta' difiża kollettiva eżistenti disponibbli għall-imsieħba soċjali u l-liġi u l-prattika nazzjonali, l-Istati Membri huma mistiedna jeżaminaw l-implimentazzjoni ta' prinċipji komuni għal mekkaniżmi inġuntivi u kumpensatorji ta' rimedju kollettiv.

(16)

F' konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, regoli nazzjonali dwar il-limiti ta' żmien għall-infurzar tad-drittijiet skont din id-Direttiva għandhom ikunu b'tali mod li ma jistgħux jitqiesu bħala kapaċi li jagħmluha prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli li jiġu eżerċitati dawk id-drittijiet.

(17)

Il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità tissaħħaħ jekk f'kull Stat Membru jkun hemm korpi effettivi b'għarfien espert adegwat li jkollhom kompetenza biex jippromwovu t-trattament ugwali, biex janalizzaw il-problemi li bihom ikunu ffaċċati ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, biex jistudjaw soluzzjonijiet possibbli u biex jagħtuhom assistenza speċifika. Il-kompetenza ta' dawk il-korpi għandha tinkludi, inter alia, il-provvediment lill-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom ta' assistenza legali indipendenti u/jew assistenza oħra, bħall-għoti ta' pariri legali dwar l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, ta' informazzjoni dwar proċeduri ta' lmenti, u ta' għajnuna biex jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom. Tista' tinkludi wkoll assistenza fi proċedimenti legali.

(18)

Għandu jkun f'idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi jekk għandhomx jiġu attribwiti l-kompiti li għandhom jitwettqu taħt din id-Direttiva lill-korpi msemmija hawn fuq jew dawk il-kompiti għandhomx jiġu attribwiti lil korpi eżistenti li għandhom objettivi simili fil-livell nazzjonali, pereżempju, il-promozzjoni tal-moviment liberu ta' persuni, l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali jew is-salvagwardja ta' drittijiet individwali. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jespandi l-mandat ta' korp diġà eżistenti, huwa għandu jiżgura l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi għall-korp eżistenti għall-prestazzjoni effettiva u adegwata tal-kompiti eżistenti u addizzjonali tiegħu. Meta l-kompiti jiġu allokati lil aktar minn korp wieħed, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn jiġu kkoordinati b'mod adegwat.

(19)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wieħed jew aktar minn dawk il-korpi jaħdmu bħala punt ta' kuntatt u li jikkooperaw u jaqsmu informazzjoni, bħad-dettalji ta' kuntatt tal-korpi kollha, il-mezzi ta' rimedju u d-dettalji ta' kuntatt tal-assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħrajn li jagħtu informazzjoni u servizzi lill-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, b'punti ta' kuntatt ekwivalenti fi Stati Membri oħrajn. Il-lista ta' punti ta' kuntatt għandha tkun disponibbli pubblikament.

(20)

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn il-korpi maħturin minnhom taħt din id-Direttiva u s-servizzi eżistenti ta' informazzjoni u assistenza mogħtija mill-imsieħba soċjali, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali rilevanti oħrajn, bħal organizzazzjonijiet b'responsabbiltà għal arranġamenti ta' koordinazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u, fejn rilevanti, l-ispettorati tax-xogħol.

(21)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-promozzjoni ta' sinerġiji ma' għodod tal-informazzjoni u tal-appoġġ eżistenti fil-livell tal-Unjoni u, għal dak il-għan, għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew li għadhom kif inħolqu jaħdmu mill-qrib mas-servizzi eżistenti ta' informazzjoni u assistenza, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT in-Netwerk Enterprise Europe, u l-Punti ta' Kuntatt Waħdieni u l-EURES, fosthom, fejn rilevanti, is-sħubijiet transkonfinali tal-EURES.

(22)

L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-djalogu mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi adatti biex jindirizzaw u jiġġieldu restrizzjonijiet u xkiel mhux ġustifikati għad-dritt għal moviment liberu jew forom differenti ta' diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità.

(23)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif iċ-ċittadini tal-Unjoni, bħal ħaddiema, studenti, gradwati riċenti, kif ukoll min iħaddem, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra jistgħu jingħataw tagħrif rilevanti u faċilment aċċessibbli dwar id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, fosthom informazzjoni dwar il-korpi maħtura skont din id-Direttiva u mezzi disponibbli ta' rimedju u protezzjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex din l-informazzjoni tkun disponibbli f'aktar minn lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni filwaqt li titqies id-domanda fis-suq tax-xogħol. Dan m'għandux ixekkel il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar l-użu tal-lingwi. Dak it-tagħrif jista' jingħata b'konsulenza individwali u għandu jkun faċilment aċċessibbli permezz ta' L-Ewropa Tiegħek u l-EURES.

(24)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar tad-drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE (6) għandha tiġi implimentata u mmonitorjata b'mod konsistenti.

(25)

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi, u b'hekk tagħti l-għażla lill-Istati Membri li jdaħħlu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwessgħu l-kompetenzi tal-organizzazzjonijiet inkarigati b'kompiti relatati mal-ħarsien tal-ħaddiema tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità sabiex ikun kopert id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu u l-membri tal-familja tagħhom, kif inhu proklamat fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex isservi sabiex tiġġustifika kwalunkwe rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru.

(26)

L-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva timplika li l-Istati Membri, meta jadottaw il-miżuri adatti biex ikunu konformi mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, għandhom jagħtu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tal-miżuri ta' implimentazzjoni.

(27)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati impenjaw ruħhom li f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom, b'dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-traspożizzjoni ta' dokumenti bħal dawn hija ġustifikata.

(28)

Wara li jkun skada biżżejjed żmien għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummisjoni għandha tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li b'mod partikolari jevalwa l-opportunità li titressaq kull proposta meħtieġa bil-għan li jiġi żgurat infurzar aħjar tal- liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu. F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tindirizza d-diffikultajiet possibbli li jħabbtu wiċċhom magħhom gradwati żgħażagħ li jkunu qed ifittxu xogħol madwar l-Unjoni u l-konjuġi minn pajjiżi terzi ta' ħaddiema tal-Unjoni.

(29)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta b'mod partikolari l-libertà fl-għażla tal-mestier u d-dritt għal xogħol, id-dritt għal nondiskriminazzjoni, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' nazzjonalità, id-dritt għal negozjar kollettiv u azzjoni, kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa, id-dritt għal moviment liberu u residenza u d-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust. Din trid tiġi implimentata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji.

(30)

Din id-Direttiva tirrispetta l-mudelli differenti ta' suq tax-xogħol tal-Istati Membri, fosthom il-mudelli ta' suq tax-xogħol irregolati minn ftehimiet kollettivi.

(31)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jkun stabbilit qafas komuni ġenerali ta' dispożizzjonijiet xierqa, miżuri u mekkaniżmi ta' kontroll meħtieġa għall-applikazzjoni u l-infurzar aħjar u aktar uniformi fil-prattika tad-drittijiet relattivi għall-moviment liberu tal-ħaddiema konferiti mit-TFUE u mir-Regolament (UE) Nru 492/2011, ma jistax jinkiseb sew mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-applikazzjoni u l-infurzar uniformi fil-prattika tad-drittijiet mogħtija mill-Artikolu 45 tat-TFUE u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Din id-Direttiva tapplika għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw dawk id-drittijiet u għall-membri tal-familja tagħhom (“ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom”).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għas-suġġetti li ġejjin, kif imsemmija fl-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema:

(a)

l-aċċess għall-impjiegi;

(b)

il-kondizzjonijiet tal-impjieg u x-xogħol, b'mod partikolari rigward ir-remunerazzjoni, it-tkeċċija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u, fil-każ li l-ħaddiema tal-Unjoni jisfgħu mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid;

(c)

l-aċċess għall-vantaġġi soċjali u fiskali;

(d)

is-sħubija fi trade unions u eliġibilità għall-korpi rappreżentattivi tal-ħaddiema;

(e)

l-aċċess għat-taħriġ;

(f)

l-aċċess għall-akkomodazzjoni;

(g)

l-aċċess għall-edukazzjoni,apprendistati u taħriġ vokazzjonali għat-tfal tal-ħaddiema tal-Unjoni;

(h)

għajnuna mogħtija mill-uffiċċji tal-impjiegi.

2.   Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huwa identiku għal dak tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

Artikolu 3

Salvagwardja ta' drittijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara rikors possibbli għal awtoritajiet kompetenti oħra, anke fejn huma jqisuh adegwat, ikunu disponibbli proċeduri ta' konċiljazzjoni, proċeduri ġudizzjarji, għall-infurzar tal- obbligi taħt l-Artikolu 45 tat-TFUE u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jqisu li jkunu batew jew qed ibatu minn restrizzjonijiet u ostakoli mhux ġustifikati għad-dritt tagħhom għal moviment liberu jew li jqisu ruħhom trattati b'mod inġust minħabba li ma jkunx ġie applikat għalihom il-prinċipju tat-trattament ugwali, anke wara li tkun intemmet ir-relazzjoni li fiha tkun seħħet l-allegata restrizzjoni u xkiel jew diskriminazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet, fosthom imsieħba soċjali, jew entitajiet legali oħra, li, skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi nazzjonali, il-prattika jew il-ftehimiet kollettivi tagħhom, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li ssir konformità ma' din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu sehem, f'isem il-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom jew b'appoġġ għalihom, bl-approvazzjoni tagħhom, f'kull proċedura ġudizzjarja u/jew amministrattiva prevista għall-infurzar tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 1.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kompetenzi oħra u drittijiet kollettivi tal-imsieħba soċjali, ir-rappreżentanti tal-impjegati u ta' dawk li jħaddmu, fejn applikabbli, fosthom id-dritt ta' azzjoni f'isem interess kollettiv, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali.

4.   Il-paragrafu 2 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta' proċedura li jikkonċernaw ir-rappreżentanza u d-difiża quddiem il-qrati.

5.   Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-limiti ta' żmien għall-infurzar tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Madankollu, dawk il-limiti ta' żmien nazzjonali ma għandhomx jagħmluha virtwalment impossibbli jew eċċessivament diffiċli biex jiġu eżerċitati dawk id-drittijiet.

6.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex jipproteġu lill-ħaddiema tal-Unjoni minn kwalunkwe trattament negattiv jew konsegwenza negattiva bħala reazzjoni għal ilment jew għal proċedimenti li jkollhom l-għan li jinfurzaw il-konformità mad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

Korpi biex jippromwovu t-trattament ugwali u jappoġġaw lil ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar struttura, waħda jew aktar, jew korp, wieħed jew aktar, (“korpi”) għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali tal-ħaddiema kollha tal-Unjoniu tal-membri tal-familja tagħhom mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità restrizzjonijiet jew ostakoli mhux ġustifikati għad-dritt tagħhom ta' moviment liberu u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-funzjonament korrett ta' dawn il-korpi. Dawk il-korpi jistgħu jifformaw parti minn korpi eżistenti fil-livell nazzjonali li jkollhom objettivi simili.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenzi ta' dawk il-korpi jkunu jinkludu li:

(a)

jipprovdu jew jiżguraw l-għoti ta' assistenza indipendenti legali u/jew oħra lill-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom, u għad-drittijiet tal-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet legali l-oħra msemmija fl-Artikolu 3;

(b)

jaġixxu bħala punt ta' kuntatt vis-à-vis punti ta' kuntatt ekwivalenti fi Stati Membri oħra sabiex jikooperaw u jaqsmu informazzjoni rilevanti;

(c)

jagħmlu jew jikkummissjonaw stħarriġ u analiżi indipendenti dwar restrizzjonijiet u ostakoli mhux ġustifikati għad-dritt tal-moviment liberu, jew diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità, tal-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom; jew

(d)

jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma' dawn ir-restrizzjonijiet u ostakoli jew diskriminazzjoni;

(e)

jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni fil-livell nazzjonali tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema.

Ir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, fejn korpi jagħtu għajnuna fi proċedimenti legali, tali għajnuna għandha tkun bla ħlas għal persuni li m'għandhomx biżżejjed riżorsi, f'konformità mal-liġi jew prattika nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-punti ta' kuntatt u kwalunkwe informazzjoni aġġornata jew bidliet li jirrigwardawhom. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista ta' punti ta' kuntatt u għandha tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew dawk li għadhom kemm inħolqu jkunu konxji mis-servizzi eżistenti tal-informazzjoni u l-assistenza fil-livell ta' Unjoni u jkunu kapaċi jużawhom u jikkooperaw magħhom, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta' Kuntatt Waħdieni.

5.   Meta l-kompiti msemmija fil-paragrafu 2 jiġu allokati lil aktar minn korp wieħed, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-kompiti jiġu kkoordinati b'mod adegwat.

Artikolu 5

Djalogu

L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-djalogu mal-imsieħba soċjali u mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti li, skont il-liġi jew prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħtu kontribut biex jiġġieldu kontra restrizzjonijiet u ostakoli mhux ġustifikati għad-dritt tal-moviment liberu, u diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità tal-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom bil-ħsieb li jiġi promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali.

Artikolu 6

Aċċess għal u disseminazzjoni tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u skont l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, isiru jafu bihom il-persuni kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom, b'mod partikolari l-ħaddiema tal-Unjoni u min iħaddem, b'kull mezz adatt.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu, f'aktar minn lingwa uffiċjali waħda tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, informazzjoni dwar id-drittijiet mogħtija mil-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema li tkun ċara, bla ħlas, faċilment aċċessibbli, komprensiva u aġġornata. Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun faċilment aċċessibbli permezz ta' L-Ewropa Tiegħek u l-EURES.

Artikolu 7

Rekwiżiti minimi

1.   L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu jew iżommu dispożizzjonijiet li jiffavorixxu aktar il-prinċipju tat-trattament ugwali minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kompetenzi tal- korpi msemmija fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali tal-ħaddiema tal-Unjoniu tal-membri tal-familja tagħhom mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità jkopru wkoll id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt tal-moviment liberu u tal-membri tal-familja tagħhom, skont l-Artikolu 21 tat-TFUE u d-Direttiva 2004/38/KE.

3.   L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha tkun fl-ebda ċirkostanza raġuni biżżejjed biex jonqos il-livell ta' protezzjoni tal-ħaddiema tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom fl-oqsma li tapplika għalihom, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jaġixxu għal bidliet fis-sitwazzjoni billi jdaħħlu liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu differenti minn dawk fis-seħħ fl-20 ta' Mejju 2014, dment li dawn ikunu konformi ma' din id-Direttiva.

Artikolu 8

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-21 ta' Mejju 2016. Dawn għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.

Artikolu 9

Rapport

Sal-21 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, bil-ħsieb li, fejn ikun il-każ, isiru l-emendi meħtieġa.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 54.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014.

(3)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(4)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2014/239/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/242/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”) ġie ffirmat, f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt dwar ir-Riammissjoni li għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Ikun xieraq li titfassal proċedura ssimplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f'dan il-każ.

(4)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbut biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta magħha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazjoni huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tipproċedi/jipproċedu, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar ir-Riammissjoni stabbilit taħt l-Artikolu 19 tal-Ftehim,

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni għar-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura ta' dak il-Kumitat, skont l-Artikolu 19(5) tal-Ftehim, tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Ara paġna 47 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali..

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/17


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJIN,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”;

u

IR-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Ażerbajġan”,

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali b'mod aktar effettiv,

JIXTIEQU li jistabbilixxu, permezz ta' dan il-Ftehim u fuq bażi ta' reċiproċità, proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta' persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta' dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ażerbajġan jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta' dawn il-persuni bi spirtu ta' kooperazzjoni,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet, l-obbligi u r-reponsabbiltajiet tal-Unjoni, tal-Istati Membri tagħha u tal-Ażerbajġan li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b'mod partikolari, mill-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-istatut tar-refuġjati u l-Protokoll tagħha tal-31 ta' Jannar 1967,

IQISU li skont il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u dwar il-pożizzjoni tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda mhux ser jieħdu sehem f'dan il-Ftehim sakemm ma jinnotifikawx ix-xewqa tagħhom għal dak l-effett skont dak il-Protokoll,

IQISU li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tar-Renju tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Riammissjoni” tfisser it-trasferiment mill-Istat Rikjedenti u l-ammissjoni mill-Istat li lilu saret it-talba ta' persuni (ċittadini tal-Istat stess li lilu saret it-talba, ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi) li nstabu deħlin, preżenti jew residenti illegalment fl-Istat Rikjedenti, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

(b)

“Partijiet Kontraenti” tfisser l-Ażerbajġan u l-Unjoni;

(c)

“Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni marbut b'dan il-Ftehim;

(d)

“Ċittadin tal-Ażerbajġan” tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza tal-Ażerbajġan skont il-leġislazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan;

(e)

“Ċittadin ta' Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza, kif definita għall-finijet tal-Unjoni, ta' Stat Membru;

(f)

“Ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza li ma tkun la tal-Ażerbajġan u lanqas ta' xi wieħed mill-Istati Membri;

(g)

“Persuna apolida” tfisser kwalunkwe persuna li ma jkollha ċ-ċittadinanza tal-ebda stat;

(h)

“Permess ta' residenza” tfisser permess uffiċjali ta' kwalunkwe tip maħruġ mill-Ażerbajġan jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa' fit-territorju tal-istati msemmija in konnessjoni mal-ipproċessar ta' applikazzjoni ta' ażil jew applikazzjoni għall-permess ta' residenza;

(i)

“Viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Ażerbajġan jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew soġġorn, jew tranżitu, fit-territorju tiegħu. Dan ma jinkludix il-viża ta' tranżitu tal-ajruport;

(j)

“Stat Rikjedenti” tfisser l-Istat (l-Ażerbajġan jew wieħed mill-Istati Membri) li jissottometti applikazzjoni għar-riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni ta' tranżitu skont l-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim;

(k)

“Stat Rikjest” tfisser l-Istat (l-Ażerbajġan jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b'applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim;

(l)

“Awtorità Kompetenti” tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Ażerbajġan jew ta' wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skont l-Artikolu 20(1)(a);

(m)

“Tranżitu” tfisser il-passaġġ ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida mit-territorju tal-Istat Rikjest meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat Rikjedenti għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

Artikolu 2

Prinċipji Fundamentali

Filwaqt li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, l-Istat Rikjest u l-Istat Rikjedenti, fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għal persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, għandhom jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-obbligi u r-responsabbiltajiet li ġejjin minn strumenti internazzjonali rilevanti applikabbli għall-partijiet, b'mod partikolari:

id-Dikjarazzjoni Universali tal-1948 tad-Drittijiet tal-Bniedem;

il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali tal-1950 u l-Protokolli tagħha;

il-Patt Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura tal-1984;

il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protokoll tiegħu tal-1967.

L-Istat Rikjest għandu jiżgura b'mod partikolari, f'konformità mal-obbligi tiegħu skont l-istrumenti internazzjonali elenkati hawn fuq, il-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni riammessi fit-territorju tiegħu.

L-Istat Rikjedenti għandu jagħti preferenza lir-ritorn volontarju fuq ir-ritorn furzat jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed jaħseb li dan ikun ser jimmina r-ritorn ta' persuna lejn l-Istat Rikjest.

TAQSIMA I

OBBLIGI TA' RIAMMISSJONI TAL-AŻERBAJĠAN

Artikolu 3

Riammissjoni ta' persuni ta' ċittadinanza proprja

1.   L-Ażerbajġan għandu jirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk previsti f'dan il-Ftehim, kull persuna li ma tkunx tissodisfa, jew ma tkunx għadha tissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti, sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista' jiġi assunt b'mod validu, fuq bażi ta' evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li huma ċittadini tal-Ażerbajġan.

2.   L-Ażerbajġan għandu jirriammetti wkoll lil:

(a)

ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza tagħhom, sakemm ma jkollhomx id-dritt indipendenti ta' residenza fl-Istat Membru Rikjedenti jew għandhom permess ta' residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor;

(b)

konjuġi tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom ċittadinanza oħra jew li huma apolidi, sakemm ikollhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Ażerbajġan, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta' residenza fl-Istat Membru Rikjedenti jew sakemm ma jkollhomx permess ta' residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor.

3.   L-Ażerbajġan għandu jirriammetti wkoll persuni, preżenti jew residenti illegalment fl-Istat Membru Rikjedenti li jkunu rrinunzjaw in-nazzjonalità tal-Ażerbajġan skont il-liġijiet nazzjonali ta' dan tal-aħħar minn mindu jkunu daħlu fit-territorju ta' Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma jkunu ġew għall-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn kwalunkwe Stat Membru.

4.   Wara li l-Ażerbajġan ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari tal-Ażerbajġan, u tkun xi tkun ir-rieda tal-persona li għandha tiġi riammessa, bla ħlas u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol, għandha toħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar b'validità li jkun meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b'perjodu ta' validità ta' 150 jum. Jekk fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, l-Ażerbajġan ma joħroġx id-dokument tal-ivvjaġġar, għandu jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta' tkeċċija (l-Anness 7) (1).

5.   Jekk, għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Ażerbajġan għandha, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol u bla ħlas toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid b'perjodu ta' validità tal-istess tul ta' żmien. Jekk fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol l-Ażerbajġan ma joħroġx id-dokument tal-ivvjaġġar il-ġdid, għandu jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard ġdid tal-UE għall-iskopijiet ta' tkeċċija (l-Anness 7) (2).

Artikolu 4

Riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u ta' persuni apolidi

1.   L-Ażerbajġan għandu jirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk previsti f'dan il-Ftehim, iċ-ċittadini kollha ta' pajjiż terz jew persuni apolidi li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista' jiġi assunt b'mod validu fuq bażi ta' evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

(a)

ikollhom, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal riammissjoni viża valida jew permess ta' residenza maħruġa mill-Ażerbajġan; jew

(b)

ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju tal-Ażerbajġan.

2.   L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)

iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida ikun biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Ażerbajġan;

(b)

iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew persuna apolida kellu aċċess mingħajr il-ħtieġa ta' viża fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), wara li l-Ażerbajġan ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni, l-Istat Membru Rikjedenti joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata għall-iskopijiet ta' tkeċċija (l-Anness 7) (3).

TAQSIMA II

OBBLIGI TA' RIAMMISSJONI TAL-UNJONI

Artikolu 5

Riammissjoni ta' persuni ta' ċittadinanza proprja

1.   Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ażerbajġan u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f'dan il-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ażerbajġan sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista' jiġi assunt b'mod validu fuq bażi ta' evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li hija ċittadin ta' dak l-Istat Membru.

2.   Stat Membru għandu jirriammetti wkoll lil:

(a)

ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta' residenza fl-Ażerbajġan;

(b)

konjuġi tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom ċittadinanza oħra jew huma apolidi, sakemm ikollhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew jirċievu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Ażerbajġan, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta' residenza fl-Ażerbajġan;

3.   Stat Membru għandu jirriammetti wkoll persuni, illegalment preżenti jew reżidenti fl-Ażerbajġan, li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għaċ-ċittadinanza ta' Stat Membru skont il-liġijiet nazzjonali ta' dan tal-aħħar minn mindu jkunu daħlu fit-territorju tal-Ażerbajġan, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mill-Ażerbajġan.

4.   Wara li l-Istat Membru Rikjest ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari kompetenti ta' dak l-Istat Membru, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li għandha tiġi riammessa, mingħajr ħlas u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b'validità ta' 150 jum. Jekk fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol l-Istat Membru Rikjest ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Ażerbajġan għall-iskopijiet ta' tkeċċija (l-Anness 8).

5.   Jekk, għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Istat Membru għandha, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol u mingħajr ħlas, toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid b'perijodu ta' validità tal-istess tul ta' żmien. Jekk fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol dak l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-Ażerbajġan għall-iskopijiet ta' tkeċċija (l-Anness 8).

Artikolu 6

Riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u ta' persuni apolidi

1.   Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ażerbajġan u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f'dan l-Ftehim, kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ażerbajġan sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista' jiġi assunt b'mod validu fuq bażi ta' evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

(a)

ikollhom, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni ta' riammissjoni, viża valida jew permess tar-residenza maħruġa mill-Istat Membru Rikjest; jew

(b)

ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Ażerbajġan wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju tal-Istat Membru Rikjest.

2.   L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)

iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Istat Membru Rikjest; jew

(b)

iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna apolida kellhom aċċess mingħajr il-ħtieġa ta' viża fit-territorju tal-Ażerbajġan.

3.   L-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li jkun ħareġ viża jew permess ta' residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni jew permess ta' residenza, l-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument b'perjodu ta' validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta minnhom ikunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġà skadew, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-aktar skadenza reċenti. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 jkun tal-Istat Membru tal-aħħar ħruġ.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), wara li l-Istat Membru rilevanti jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni tar-riammissjoni, l-Ażerbajġan jipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata bid-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tagħha. (Anness 8)

TAQSIMA III

PROĊEDURA TA' RIAMMISSJONI

Artikolu 7

Prinċipji

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, kwalunkwe trasferiment ta' persuna li għandha tiġi riammessa fuq il-bażi ta' wieħed mill-obbligi li jinsabu taħt l-Artikoli 3 sa 6 għandu jeħtieġ is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għar-riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

2.   Jekk il-persuna li tkun ser tiġi riammessa jkollha dokument tal-ivvjaġġar validu u, fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi, viża valida jew permess ta' residenza tal-Istat Rikjest, it-trasferiment ta' dik il-persuna jista' jsir mingħajr il-ħtieġa li l-Istat Rikjedenti jissottometti applikazzjoni għal riammissjoni, u fil-każ ta' ċittadin tal-Pajjiż Rikjest, mingħajr ma jkollu jippreżenta komunikazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 12(1) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk persuna tkun inqabdet f'żona li testendi għal 15-il kilometru minn, u li tkun tinkludi, it-territorji ta' portijiet u ta' ajruporti internazzjonali, inklużi żoni doganali, tal-Istat Rikjedenti wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera ġejja direttament mit-territorju tal-Istat Rikjest, l-Istat Rikjedenti jista' jissottometti applikazzjoni ta' riammissjoni fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta din il-persuna tinqabad (proċedura aċċellerata).

Artikolu 8

Applikazzjoni ta' riammissjoni

1.   Sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni ta' riammissjoni irid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid, u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta' residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjuġi;

(b)

fil-każ ta' ċittadini proprji, indikazzjoni tal-mezzi ta' prova jew evidenza prima facie taċ-ċittadinanza kif inhu stabbilit fl-Annessi 1 u 2 rispettivament;

(c)

fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiż terzi u ta' persuni apolidi, indikazzjoni tal-mezzi ta' prova jew evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi kif inhu previst fl-Annessi 3 u 4 rispettivament;

(d)

ritratt tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa.

2.   Sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni ta' riammissjoni għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita jista' jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija;

(b)

kull miżura oħra ta' protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista' tkun meħtieġa fil-każ individwali ta' trasferiment.

3.   Formola komuni li tintuża fl-applikazzjonijiet ta' riammissjoni hija mehmuża bħala l-Anness 5 ta' dan il-Ftehim.

4.   L-applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

Artikolu 9

Mezzi ta' evidenza dwar iċ-ċittadinanza

1.   Il-prova dwar iċ-ċittadinanza skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) tista', b'mod partikolari, tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim, anki f'każ li l-perjodu ta' validità tagħha tkun skadiet b'massimu ta' 6 xhur. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Ażerbajġan għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku ċ-ċittadinanza mingħajr ħtieġa ta' investigazzjoni ulterjuri. Il-prova taċ-ċittadinanza ma tistax tiġi pprovduta permezz ta' dokumenti foloz.

2.   Evidenza prima facie taċ-ċittadinanza skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) tista', b'mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta' validità tagħhom ikun skada. Jekk jiġu ppreżentati dokumenti bħal dawn, l-Istati Membri u l-Ażerbajġan għandhom iqisu li ċ-ċittadinanza tkun ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Prova prima facie taċ-ċittadinanza ma tistax issir permezz ta' dokumenti foloz.

3.   Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista' jiġi ppreżentat, jew jekk ikunu insuffiċjenti minħabba raġunijiet motivati kif jixraq, ir-rappreżentazzjoni komptenti diplomatika jew konsulari tal-Istat Rikjest għandhom, fuq talba mill-Istat Rikjedenti, li tkun inkluża fl-applikazzjoni għar-riammissjoni, jintervistaw lill-persuna li ser tkun riammessa mingħajr dewmien mhux dovut, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tkun irċevuta l-applikazzjoni għar-riammissjoni, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.

4.   Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista' tiġi stabbilita fil-Protokolli ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 20.

Artikolu 10

Mezzi ta' provi dwar ċittadini ta' pajjiż terz u ta' persuni apolidi

1.   Il-prova dwar il-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni apolidi stipulati fl-Artikolu 4 (1) u fl-Artikolu 6 (1) għandha, b'mod partikolari, tiġi pprovduta permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta' dokumenti foloz. Tali prova tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mill-Ażerbajġan mingħajr ħtieġa ta' ebda investigazzjoni ulterjuri.

2.   L-evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terz u persuni apolidi stipulati fl-Artikolu 4 (1) u fl-Artikolu 6 (1) għandha, b'mod partikolari, tingħata permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 4; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta' dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u l-Ażerbajġan iqisu li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3.   L-illegalità tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata fejn il-viża meħtieġa u permess ieħor ta' residenza għat-territorju tal-Istat Rikjedenti jkunu nieqsa. Dikjarazzjoni mill-Istat Rikjedenti li l-persuna kkonċernata tkun instabet mingħajr id-dokumenti neċessarji tal-ivvjaġġar, tal-viża jew tal-permess ta' residenza għandha titqies ukoll bħala prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 11

Limiti ta' żmien

1.   L-applikazzjoni għar-riammissjoni trid tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest fi żmien massimu ta' 6 xhur minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjedenti ssir taf li ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida ma jissodisfawx, jew ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fil-ħin, il-limitu ta' żmien, fuq talba tal-Istat Rikjedenti, għandu jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli.

2.   Trid tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta' riammissjoni fi żmien:

(a)

jumejn ta' xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret skont il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 7(3));

(b)

ħmistax-il jum kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Dan il-limitu ta' żmien jibda jgħodd mid-data tar-riċevuta kkonfermata tat-talba ta' riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f'dan it-terminu ta' żmien, it-trasferiment għandu jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.   Ir-raġunijiet għal rifjut ta' talba għar-riammissjoni għandhom jingħataw bil-miktub.

4.   Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għandha tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat Rikjedenti, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ostakli legali jew prattiċi.

Artikolu 12

Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta' trasport

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti għandhom javżaw bil-miktub tal-inqas tlett ijiem ta' xogħol minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest rigward id-data ta' trasferiment, il-punt ta' dħul, skorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment.

2.   It-trasportazzjoni tista' ssir bi kwalunkwe mezz, inkluż bl-ajru jew bil-baħar. Ir-ritorn bl-ajru m'għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi tal-ajru nazzjonali tal-Ażerbajġan jew tal-Istati Membri u jista' jsir bl-użu ta' titjiriet skedati jew b'titjiriet ta' ajruplani mikrija. Fil-każ ta' ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti m'għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat Rikjedenti, kemm-il darba jkunu persuni awtorizzati mill-Ażerbajġana jew minn kwalunkwe Stat Membru.

3.   Jekk it-trasferiment isir bl-ajru, l-iskorti possibbli għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jiksbu l-viżi meħtieġa.

Artikolu 13

Riammissjoni bi żball

L-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Rikjest jekk jiġi stabbilit fi żmien sitt xhur, u fil-każ ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuni apolidi fi żmien 12-il xahar, wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 6 mhumiex sodisfatti.

F'dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta' dan il-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis u għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità attwali tal-persuna li ser tittieħed lura.

TAQSIMA IV

OPERAZZJONIJIET TA' TRANŻITU

Artikolu 14

Prinċipji

1.   L-Istati Membri u l-Ażerbajġan għandhom jillimitaw it-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta' destinazzjoni.

2.   L-Ażerbajġan għandu jippermetti t-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi jekk l-Ażerbajġan jitlob dan, jekk jiġi żgurat il-vjaġġ lejn Stati ta' tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni tal-Istat ta' destinazzjoni.

3.   L-Ażerbajġan jew Stat Membru jista' jirrifjuta t-transitu:

(a)

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun f'riskju li tkun soġġetta għat-tortura, għal trattament jew kastig inuman jew degradanti, jew għall-piena tal-mewt jew għall-persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta' destinazzjoni jew Stat ieħor ta' tranżitu; jew

(b)

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida ser tkun suġġetta għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Rikjest jew f'xi Stat ieħor ta' tranżitu; jew

(c)

minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Rikjest.

4.   L-Ażerbajġan jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 3 jirriżultaw jew joħorġu fid-deher aktar tard u jkunu ta' xkiel fl-operazzjoni ta' tranżitu, jew jekk ma jkunux aktar garantit l-ivvjaġġar minn Stati ta' tranżitu possibbli jew ir-riammissjoni mill-Istat ta' destinazzjoni. F'dan il-każ, l-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura liċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna apolida, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 15

Proċedura ta' tranżitu

1.   Trid tiġi sottomessa applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta' tranżitu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest bil-miktub u jrid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta' tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), l-Istati l-oħra possibbli ta' tranżitu u d-destinazzjoni finali prevista;

(b)

id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, il-kunjom ta' xebba, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid, is-sess u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(c)

fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul, il-ħin tat-trasferiment u l-użu possibbli tal-iskorti;

(d)

dikjarazzjoni li fil-fehma tal-Istat Rikjedenti, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14 (2) huma sodisfatti, u li ebda raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 14(3) ma hi magħrufa.

Formola komuni li tintuża fl-applikazzjonijiet ta' tranżitu tinsab mehmuża bħala Anness 6.

L-applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

2.   Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tiġi rċevuta l-applikazzjoni bil-miktub, l-Istat Rikjest għandu jinforma lill-Istat Rikjedenti dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-post tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta' ammissjoni u r-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk ma tingħata ebda tweġiba fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, it-tranżitu għandu jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.   Jekk l-operazzjoni ta' tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tiġi riammessa u l-iskorti possibbli għandhom jiġu eżentati milli jkollhom viża ta' tranżitu tal-ajruport.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, għandhom jgħinu fl-operazzjonijiet ta' tranżitu, b'mod partikolari permezz ta' sorveljanza tal-persuni inkwistjoni u l-għoti ta' kumditajiet xierqa għal dan il-fini.

5.   It-tranżitu tal-persuni għandu jsir fi żmien 30 jum mir-riċevuta tal-kunsens dwar it-talba, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor.

TAQSIMA V

SPEJJEŻ

Artikolu 16

Spejjeż tat-trasport u t-tranżitu

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta mar-riammissjoni mingħand il-persuna li ser tiddaħħal lura jew minn partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport imġarrba marbuta mar-riammissjoni u l-operazzjonijiet ta' tranżitu skont dan ir-Regolament sal-fruntiera tal-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat Rikjedenti.

TAQSIMA VI

PROTEZZJONI TAD-DATA U RELAZZJONI MA' OBBLIGI INTERNAZZJONALI OĦRA

Artikolu 17

Protezzjoni tad-data

Il-komunikazzjoni tad-data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ażerbajġan jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta' data personali f'każ partikolari għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Ażerbajġan u, jekk il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta' Stat Membru, għad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE u għal-leġislazzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat Membru adottata skont din id-Direttiva. Addizzjonalment għandhom japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:

(a)

id-data personali trid tiġi pproċessata b'mod ġust u legali;

(b)

id-data personali trid tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata ulterjorment mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità hli tirċeviha b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dak l-iskop;

(c)

id-data personali trid tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għan li għalih tinġabar u/jew tiġi pproċessata ulterjorment; b'mod partikolari, id-data personali kkomunikata tista' tkun biss dwar dan li ġej:

id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza attwali u kwalunkwe ċittadinanza preċedenti);

il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta' validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ),

il-postijiet ta' waqfien temporanju u itinerarji,

informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun ser tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim;

(d)

id-data personali trid tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;

(e)

id-data personali trid tinżamm f'forma li biha s-suġġetti tas-data jkunu jistgħu jiġu identifikati għal perjodu li ma jkunx itwal minn dak meħtieġ għall-iskop li għalih tkun inġabret id-data jew li għalih għandhom ikomplu jiġu pproċessati.

(f)

kemm l-awtorità li tikkomunika kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari għaliex dik id-data ma tkunx xierqa, adegwata, preċiża jew għaliex tkun eċċessiva fir-rigward tal-fini tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta' kwalunkwe retifika, tħassir jew imblukkar għall-Parti l-oħra;

(g)

fuq talba, l-awtorità riċeventi għandha tinforma lill-awtorità komunikanti bl-użu tad-data komunikata u bir-riżultati miksuba minnha;

(h)

id-data personali tista' tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Il-komunikazzjoni ulterjuri lil korpi oħrajn tirrekjedi l-kunsens minn qabel tal-awtorità komunikanti;

(i)

l-awtorità komunikanti u l-awtorità riċeventi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad-data personali.

Artikolu 18

Ir-rabta ma' obbligi oħra internazzjonali

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Ażerbajġan li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali, fosthom mill-konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom ikunu parti, b'mod partikolari mill-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Artikolu 2, u:

il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-asil li jkunu ġew sottomessi;

il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu;

il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar ir-riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità barranija, bħall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jżomm ir-ritorn ta' persuna taħt arranġamenti formali jew informali oħrajn.

TAQSIMA VII

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 19

Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-kumitat”) li ser ikollu, b'mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jwettaq monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

li jindirizza kwistjonijiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(c)

li jiddeċiedi fuq l-arranġamenti ta' implimentazzjoni li jkunu meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan il-Ftehim;

(d)

li jkollu skambji ta' informazzjoni regolari dwar il-Protokolli ta' implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u l-Ażerbajġan skont l-Artikolu 20;

(e)

li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet Kontraenti.

3.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u l-Ażerbajġan.

4.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' meta meħtieġ fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 20

Protokolli ta' Implimentazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà diretta ta' dan il-Ftehim, fuq talba ta' Stat Membru jew l-Ażerbajġan, l-Ażerbajġan u Stat Membru għandhom ifasslu Protokoll ta' implimentazzjoni li għandu jkopri regoli, fost l-oħrajn, dwar:

(a)

il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta' punti ta' kuntatt;

(b)

il-kundizzjonijiet għal ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni apolidi bi skorta;

(c)

il-mezzi u d-dokumenti addizzjonali ma' dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta' dan il-Ftehim;

(d)

il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata;

(e)

il-proċedura għal intervisti.

2.   Il-Protokolli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi nnotifikat il-Kumitat tar-Riammissjoni imsemmi fl-Artikolu 19.

3.   L-Ażerbajġan jaqbel li kwalunkwe dispożizzjoni ta' Protokoll ta' implimentazzjoni mfassal ma' Stat Membru partikolari tiġi applikata anke fir-relazzjonijiet tiegħu ma' kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq talba minn dan tal-aħħar. L-Istati Membri jaqblu li japplikaw kull dispożizzjoni ta' Protokoll ta' implimentazzjoni mfassal minn xi wieħed minnhom mar-Repubblika tal-Ażerbajġan anki fir-relazzjonijiet tagħhom ma' dan tal-aħħar, fuq talba ta' dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità fil-prattika li jkun japplika għal Stati Membri l-oħra.

Artikolu 21

Relazzjoni ma' arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni jew arranġamenti tal-Istati Membri

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista' jiġi konkluż, skont l-Artikolu 20, bejn l-Istati Membri individwali u l-Ażerbajġan, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan tal-aħħar ma jkunux kompatibbli ma' dawk ta' dan il-Ftehim.

TAQSIMA VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Applikazzjoni territorjali

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu japplika fit-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fit-territorju tal-Ażerbajġan.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tal-Irlanda biss skont notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Ażerbajġan għal dak il-għan.

3.   Dan il-ftehim ma għandux japplika fit-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ, kemm idum u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' meta l-aħħar Parti Kontraenti tkun innotifikat lill-oħra li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi.

3.   Dan il-Ftehim għandu japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u għall-Irlanda fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(2).

4.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu bla limitu.

5.   Kull Parti Kontraenti tista', billi tinnotifika b'mod uffiċjali lill-Parti Kontraenti l-oħra u wara konsultazzjoni preċedenti tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19, kompletament jew parzjalment, temporanjament tissospendi l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum ta' tali notifika.

6.   Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b'mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma jibqax japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.

Artikolu 24

Emendi għall-Ftehim

Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat u supplimentat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet Kontraenti. L-emendi u ż-żidiet għandhom jiġu abbozzati fil-forma ta' protokolli separati, li għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim, u jidħlu fis-seħħ skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23.

Artikolu 25

Annessi

L-Annessi 1 sa 8 għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, fit-tmienja u għoxrin jum ta' Frar tas-sena elfejn u erbatax f'żewġ eżemplari bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Ażera, b'kull test ugwalment awtentiku.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Avropa İttifaqı adından

Image

За Азербайджанската република

Por la República de Azerbaiyán

Za Ázerbájdžánskou republiku

For Republikken Aserbajdsjan

Für die Republik Aserbaidschan

Aserbaidžaani Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία χου Αζερμπαϊτζάν

For the Republic of Azerbaijan

Pour la République d'Azerbaïdjan

Za Republiku Azerbajdžan

Per la Repubblica dell'Azerbaigian

Azerbaidžanas Republikas vārdā –

Azerbaidžano Respublikos vardu

Az Azerbajdzsán Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Azerbajģan

Voor de Republiek Azerbeidzjan

W imieniu Republiki Azerbejdżanu

Pela República do Azerbaijāo

Pentru Republica Azerbaidjan

Za Azerbajdžanskú republiku

Za Azerbajdžansko republiko

Azerbaidžanin tasavallan puolesta

För Republiken Azerbajdzjan

Image

Image


(1)  Skont il-forma stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994, ĠU C 274, 19.9.1996, p. 18.

(2)  Ibid.

(3)  Ibid.


ANNESS 1

Lista komuni tad-dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova taċ-ċittadinanza (l-Artikoli 3 (1), 5 (1) u 9 (1))

passaporti ta' kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti ordinarji, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti uffiċjali, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal),

laissez-passer maħruġ mill-Istat Rikjest,

karti tal-identità ta' kwalunkwe tip (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji), bl-eċċezzjoni ta' karti tal-identità tal-baħħara.


ANNESS 2

Lista komuni ta' dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata prima faceie bħala prova taċ-ċittadinanza (L-Artikoli 3 (1), 5 (1) u 9 (2))

dokumenti elenkati fl-Anness 1 li l-validità tagħhom tkun skadiet b'aktar minn 6 xhur,

fotokopji ta' kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1,

ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħrajn li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b'mod ċar,

liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom,

ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom,

karti tal-identità tal-kumpanija jew fotokopji tagħhom,

kotba tas-servizz u karti tal-identità militari,

kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz tal-kaptani, u karti tal-identità tal-baħħara;

dikjarazzjonijiet ta' xhieda,

dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnha, anke permezz ta' riżultat ta' test uffiċjali,

kwalunkwe dokument ieħor li jista' jgħin biex tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata,

marki tas-swaba',

il-konferma tal-identità b'riżultat ta' tfittxija mwettqa fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża,

fil-każ ta' Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-identifikazzjoni pożittiva stabbilita mir-reġistri tal-applikazzjonijiet għal viża ta' dawk l-Istati Membri.

il-konferma tal-identità b'riżultat ta' tfittxija magħmula f'IAMAS (is-sistema awtomatizzata ta' tiftix tal-informazzjoni dwar dħul u ħruġ u dwar ir-reġistrazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan).


ANNESS 3

Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala prova tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (L-Artikoli 4 (1), 6 (1) u 10 (1))

viża u/jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Rikjest,

timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (pereżempju evidenza fotografika);

karti tal-identità maħruġa lil persuni apolidi residenti permanenti fl-Istat Rikjest,

laissez-passer maħruġa lil persuni apolidi permanentament residenti fl-Istat Rikjest.


ANNESS 4

Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (L-Artikoli 4 (1), 6 (1) u 10 (2))

deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Rikjedenti, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta' dak l-Istat;

informazzjoni dwar l-identità u/jew permanenza ta' persuna li tkun ġiet pprovduta minn Organizzazzjoni internazzjonali (eż. il-UNHCR);

rapporti/konferma ta' informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.;

dokumenti bl-isem, ċertifikati u kontijiet ta' kwalunkwe tip (eż., kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta' dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b'mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju tal-Istat li lilu saret it-talba;

biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta' passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza tal-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat li lilu saret it-talba;

informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta' messaġġier jew aġenzija tal-ivvjaġġar;

dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, b'mod partikolari, mill-impjegati tal-awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

dikjarazzjoni uffiċjali tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi;

dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata;

marki tas-swaba.


ANNESS 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 7

Dokument tal-ivvjaġġar standard tal-ue għal skopijiet ta' tkeċċija

(Skont il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE tat-30 ta' Novembru 1994) (1)


(1)  ĠU C 247, 19.9.1996, p. 18.


ANNESS 8

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar l-Artikolu 3(3)

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li, skont il-liġijiet dwar iċ-ċittadinanza tar-Repubblika tal-Ażerbajġan mhux possibbli li ċittadin tar-Repubblika tal-Ażerbajġan jiċċaħħad miċ-ċittadinanza tiegħu.

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fi żmien xieraq, jekk tinbidel din is-sitwazzjoni legali.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar l-Artikoli 4 u 6

Il-partijiet ser jippruvaw jibagħtu lura kull persuna ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li m'għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet legali fis-seħħ għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji rispettivi tagħhom, lill-pajjiż tal-oriġini tagħha.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar ir-renju tad-Danimarka

Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta' nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F'tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Ażerbajġan u d-Danimarka jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni fuq l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar ir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja

Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja u l-Islanda, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta' Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen. F'tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ażerbajġan tikkonkludi l-ftehim dwar ir-riammissjoni mar-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fuq l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


DIKJARARZZJONI KONĠUNTA

dwar il-Konfederazzjoni Ssvizzera

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008. F'tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ażerbajġan jikkonkludi ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Konfederazzjoni Svizzera fuq l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar l-Prinċipat tal-Liechtenstein

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li daħal fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2011. F'tali ċirkostanzi ikun xieraq li l-Ażerbajġan jikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Prinċipat tal-Liechtenstein skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

(2014/240/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 98/591/KE (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (“il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula li l-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' ħames snin u li jista' jiġi estiz, b'emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.

(3)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE (2), il-Ftehim ġie estiż għal perjodu ieħor ta' ħames snin.

(4)

Il-Partijiet għall-Ftehim jikkunsidraw li l-estensjoni rapida tal-Ftehim tkun fl-interess reċiproku tagħhom.

(5)

Il-kontenut tal-Ftehim estiż għandu jkun identiku għall-kontenut tal-Ftehim li jiskadi fl-14 ta' Ottubru 2013.

(6)

L-estensjoni tal-Ftehim għandha għalhekk tkun approvata f'isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-estensjoni, għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin, tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex jiġi estiż il-Ftehim taħt il-punt (b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika li ġejja:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita kull dritt u tassumi kull obbligu tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, kull referenza għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandha tinqara, fejn ikun il-każ, bħala referenza għall-‘Unjoni Ewropea’.”.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta' ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35; Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 11, Vol 29, p. 280).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta' Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20).


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar ir-ratifika ta', jew l-adeżjoni mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Ħong Kong tal-2009 dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent, mill-Istati Membri fl-interess tal-Unjoni Ewropea

(2014/241/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Ħong Kong tal-2009 dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent, mill-Istati Membri fl-interess tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem, “il-Konvenzjoni”), ġiet adottata fil-15 ta' Mejju 2009 taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) bħala riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li Jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent. Il-Konvenzjoni tkopri d-disinn, il-kostruzzjoni, l-operat u l-preparazzjoni ta' bastimenti sabiex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ sikur u li jħares l-ambjent mingħajr ma jiġu kompromessi s-sikurezza u l-effiċjenza operattiva. Hija tkopri wkoll it-tħaddim tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ ta' bastimenti b'mod sikur u li jħares l-ambjent u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' infurzar adatt għar-riċiklaġġ ta' bastimenti.

(2)

Il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ 24 xahar wara d-data ta' ratifika minn tal-inqas 15-il Stat li jirrappreżentaw flotta merkantili kombinata ta' mill-inqas 40 fil-mija tat-tunnellaġġ gross tat-trasport merkantili dinji u li l-volum annwali massimu kombinat tagħha ta' riċiklaġġ ta' bastimenti matul l-10 snin preċedenti jikkostitwixxi mhux inqas minn tlieta fil-mija tat-tunnellaġġ gross tat-trasport merkantili kombinat tal-istess Stati.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2009, il-Kunsill ħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri tal-UE biex jirratifikaw il-Konvenzjoni bħala kwistjoni ta' prijorità sabiex jiġi ffaċilitat id-dħul fis-seħħ tagħha mill-aktar fis possibbli u li tiġi ġġenerata bidla reali u effettiva fil-post.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu l-għan, fost affarijiet oħra, li jimminimizza u, sa fejn ikun prattikabbli, jelimina l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ikkawżati mir-riċiklaġġ ta' bastimenti u li jiffaċilita r-ratifika tal-Konvenzjoni. L-Artikoli 5(9), 7(2), 10(1), 10(2), 12(1) u 12(3) ta' dak ir-Regolament jipprevedu l-allinjament tal-liġi tal-Unjoni mal-Konvenzjoni. L-Artikolu 32(4) jirreferi għas-sitwazzjoni ta' Stati Membri li ma għandhomx bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew li jkunu rreġistrati taħt il-bandiera tagħhom jew li jkunu għalqu r-reġistri tal-bastimenti nazzjonali tagħhom. Dawk l-Istati Membri jistgħu jingħataw deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament sakemm l-ebda bastiment ma jkun irreġistrat taħt il-bandiera tagħhom.

(5)

L-Unjoni ma tistax taderixxi għall-Konvenzjoni, minħabba li l-Istati jistgħu ikunu partijiet għaliha.

(6)

B'hekk, il-Kunsill għandu jawtorizza lill-Istati Membri li għandhom bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew li jkunu rreġistrati taħt il-bandiera tagħhom li jaqgħu fl-ambitu tal-Konvenzjoni biex jirratifikawha jew jaderixxu magħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati jirratifikaw jew jaderixxu għal, għall-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Ħong Kong tal-2009 dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent.

Artikolu 2

L-Istati Membri li jkunu rratifikaw jew aderixxew mal-Konvenzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan fi żmien 6 xhur mid-data tad-depożitu tal-istrumenti ta' ratifika jew tal-adeżjoni tagħhom mas-Segretarjat Ġenerali tal-OMI.

Il-Kunsill ser janalizza l-progress fir-ratifika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-vapuri u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi

(2014/242/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/695/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-29 ta' Novembru 2013, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/695/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 7).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/49


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”;

kif ukoll

IR-REPUBBLIKA TAL-AZERBAJĠAN,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,

BIX-XEWQA li jiffaċilitaw il-kuntatti bejn persuni bħala kundizzjoni importanti għal żvilupp sod ta' rabtiet ekonomiċi, umanitarji, kulturali, xjentifiċi u oħrajn, billi jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi għaċ-ċittadini tal-Unjoni u r-Repubblika tal-Azerbajġan fuq il-bażi ta' reċiproċità;

FILWAQT LI JQISU l-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Azerbajġan, min-naħa l-oħra, kif ukoll n-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Azerbajġan li tnedew fl-2010,

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit ta' Praga dwar is-Sħubija tal-Lvant li sar fis-7 ta' Mejju 2009, li fih ġie ddikjarat l-appoġġ politiku lejn il-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viża f'ambjent sikur,

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-faċilitazzjoni tal-viża ma għandux iwassal għal migrazzjoni illegali u filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lis-sigurtà u r-rijammissjoni,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-għan u l-kamp ta' applikazzjoni

L-għan ta' dan il-Ftehim hu sabiex jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-ħruġ ta' viżi għal żjara intiża għal mhux aktar minn 90 jum kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Unjoni u r-Repubblika tal-Azerbajġan.

Artikolu 2

Klawżola Ġenerali

1.   Il-faċilitazzjonijiet tal-viża previsti f'dan il-Ftehim għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Azerbajġan biss sakemm ma jkunux eżenti mill-ħtieġa tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tar-Repubblika tal-Azerbajġan, tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, tal-ftehim preżenti jew ftehimiet internazzjonali oħra.

2.   Il-liġi nazzjonali tar-Repubblika tal-Azerbajġan, jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħaċ-ċaħda milli tinħareġ viża, rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, prova ta' mezzi ta' għejxien suffiċjenti u ċ-ċaħda tad-dħul u miżuri ta' espulsjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Irlanda, u r-Renju Unit;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni” tfisser ċittadin ta' Stat Membru kif iddefinit fil-punt (a);

(c)

“Ċittadin tar-Repubblika tal-Azerbajġan” tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza tar-Repubblika tal-Azerbajġan skont il-leġiżlazzjoni tiegħu fis-seħħ;

(d)

“viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan fil-konfront ta' intenzjoni ta' transitu mit-territorju tal-Istati Membri jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jew ta' żjara intiża fihom ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum;

(e)

“persuna legalment residenti” tfisser:

għar-Repubblika tal-Azerbajġan, ċittadin tal-Unjoni li kiseb permess ta' residenza temporanja jew permanenti għal perjodu ta' aktar minn 90 jum fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan,

għall-Unjoni, ċittadin tar-Repubblika tal-Azerbajġan awtorizzat jew intitolat li joqgħod għal aktar minn 90 jum fit-territorju ta' Stat Membru, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 4

Provi dokumentati dwar l-għan tal-vjaġġ

1.   Għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini tal-Unjoni u r-Repubblika tal-Azerbajġan, id-dokumenti li ġejjin huma suffiċjenti sabiex ikun ġustifikat l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

(a)

għall-qraba mill-viċin — konjugi, tfal (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u tfal tat-tfal — li jżuru liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri, jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan residenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan:

talba bil-miktub mill-persuna ospitanti;

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, għall-membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali inklużi l-membri permanenti tat-tali delegazzjonijiet li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem f'laqgħat uffiċjali, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew f'wieħed mill-Istati Membri:

ittra maħruġa minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li tikkonferma li l-applikant ikun membru tad-delegazzjoni tagħha rispettivament jew membru permanenti tad-delegazzjoni tagħha, li qed jivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex jipparteċipa f'dawn l-avvenimenti msemmija, flimkien ma' kopja tal-istedina uffiċjali;

(c)

għan-nies tan-negozju jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tan-negozju:

talba bil-miktub mill-persuna ġuridika jew kumpanija ospitanti, organizzazzjoni jew uffiċċju jew fergħa ta' tali persuna ġuridika, jew kumpanija jew awtoritajiet statali jew lokali tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri jew kumitati organizzattivi jew wirjiet ta' kummerċ u industrija, konferenzi u simpożji li jsiru fit-territorji ta' xi wieħed mill-Istati Membri, approvata mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(d)

għal xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri bejn it-territorji tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Istati Membri jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan:

talba bil-miktub mill-assoċjazzjoni jew il-kumpanija nazzjonali (unjoni) ta' min iġorr fir-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-assoċjazzjonijiet nazzjonali oħra ta' min iġorr fl-Istati Membri li jfornu trasport internazzjonali bit-triq, li tagħti l-iskop, l-itinerarju, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

(e)

għal tfal tal-iskola, studenti, studenti postuniversitarji u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż il-qafas ta' programmi ta' bdil kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:

talba bil-miktub jew ċertifikat ta' reġistrazzjoni mill-università, akkademja, istitut, kulleġġ jew skola li tospita, jew karti tal-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li jkunu se jattendu;

(f)

għal persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, akkademiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' skambju:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita biex jieħdu sehem f'dawk l-attivitajiet;

(g)

għall-ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ minn organizzazzjoni professjonali jew minn min iħaddem lill-applikant, li jixhed li l-persuna konċernata hi ġurnalist kwalifikat u li jistqarr li l-għan tal-vjaġġ hu li jwettaq xogħol ġurnalistiku jew li jixhed li l-persuna hi membru tal-ekwipaġġ tekniku li qed jakkumpanja l-ġurnalist f'kapaċità professjonali;

(h)

għal parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li tkun qed tospita, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-Federazzjonijiet sportivi nazzjonali tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew Kumitati Olimpiċi Nazzjonali tal-Istati Membri;

(i)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' bdil organizzati minn bliet ġemellati:

talba bil-miktub mill-Kap tal-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta' dawn l-ibliet;

(j)

għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi u l-persuni li jkun jeħtieġ li jakkumpanjawhom:

dokument uffiċjali tal-istituzzjoni medika li jikkonferma l-ħtieġa ta' kura medika f'din l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkompanjament, u evidenza ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku;

(k)

għal membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew attivitajiet simili oħra li jsiru fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew tal-Istati Membri:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li tkun qed tospita li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa fl-avveniment;

(l)

għar-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta' programmi ta' bdil:

talba bil-miktub maħruġa mill-organizzazzjoni li tospita, konferma li l-persuna tkun qiegħda tirrappreżenta l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' tali organizzazzjoni mir-Reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità tal-Istat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(m)

qraba li jżuru għal ċerimonji ta' dfin:

dokument uffiċjali li jikkonferma l-fatt tal-mewt kif ukoll konferma tar-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-persuna li se tindifen;

(n)

għal żjarat f'ċimiterji militari u ċivili:

dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll ir-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-persuna midfuna;

2.   It-talba bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkollha l-elementi li ġejjin:

(a)

għall-persuna mistiedna: isem u kunjom, data tat-twelid, sess, ċittadinanza, numru tal-passaport, ħin u għan tal-vjaġġ, numru ta' daħliet u fejn rilevanti l-isem tal-konjugi u tat-tfal li qed jakkumpanjaw lill-persuna mistiedna;

(b)

għall-persuna li tistieden: isem, kunjom u indirizz;

(c)

għall-persuna ġuridika, kumpanija jew organizzazzjoni li tistieden: l-isem u l-indirizz sħaħ u:

jekk it-talba ssir minn organizzazzjoni jew awtorità, l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna li tiffirma t-talba;

jekk il-persuna li tistieden hija persuna ġuridika jew kumpanija jew uffiċċju jew fergħa ta' tali persuna ġuridika jew kumpanija stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan, in-numru tar-reġistrazzjoni kif mitlub mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat jew mil-liġi tar-Repubblika tal-Azerbajġan.

3.   Għall-kategoriji ta' persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kategoriji kollha tal-viżi jinħarġu skont il-proċedura simplifikata mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni, invit jew validazzjoni ulterjuri dwar l-għan tal-vjaġġ, previst mil-leġiżlazzjoni tal-Partijiet.

Artikolu 5

Il-ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu

1.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Azerbajġan joħorġu viżi b'terminu ta' validità sa massimu ta' ħames (5) snin għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini:

(a)

Konjugi, tfal (inklużi dawk adottati), li jkunu taħt l-età ta' 21 jew ikunu dipendenti, ġenituri (inklużi l-kustodi), li jżuru liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jkunu legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan residenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan;

(b)

membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew f'wieħed mill-Istati Membri:

B'deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża ta' diversi dħul hu limitat għal dak il-perjodu, partikolarment meta:

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (a), il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għal residenza legali ta' ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jirrisjedu legalment f'wieħed mill-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu legalment jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan;

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (b), it-terminu tal-validità tal-istatus bħala membru permanenti ta' delegazzjoni uffiċjali,

ikun inqas minn ħames snin.

2.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u r-Repubblika tal-Azerbajġan joħorġu viżi għal dħul multiplu b'perjodu ta' validità ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:

(a)

studenti, studenti postuniversitarji li jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' bdil;

(b)

ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(c)

parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' bdil organizzati minn bliet ġemellati;

(d)

xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri bejn it-territorji tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Istati Membri jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan;

(e)

persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom;

(f)

membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn ir-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri;

(g)

rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn ir-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(h)

persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' bdil, li jivvjaġġaw regolarment fir-Repubblika tal-Azerbajġan jew fl-Istati Membri;

(i)

parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(j)

membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew tal-Istati Membri;

(k)

nies fin-negozju u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' negozju li jivvjaġġaw regolarment fir-Repubblika tal-Azerbajġan jew fl-Istati Membri;

B'deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-tul ta' żmien tal-validità tal-viża għal dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.

3.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Azerbajġan joħorġu viżi ta' dħul multiplu b'perjodu ta' validità minimu ta' sentejn (2) u massimu ta' ħames (5) snin għall-kategoriji ta' ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn (2) ta' qabel ikunu wżaw il-viżi ta' dħul multiplu għal sena skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat li żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment ma tkunx manifestament limitata għal perjodu iqsar, li f'dan il-każ il-perjodu tal-validità tal-viża ta' dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.

4.   Il-perjodu totali ta' residenza ta' persuni msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan.

Artikolu 6

Ħlas għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża

1.   Il-ħlas għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet tal-viża jammonta għal EUR 35.

Dan l-ammont jista' jiġi rivedut skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14(4).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 il-ħlasijiet għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta' persuni:

(a)

għall-qraba mill-viċin — konjugi, tfal (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u tfal tat-tfal — li jżuru liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri, jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan residenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan:

(b)

għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali, inklużi membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem f'laqgħat uffiċjali, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew f'wieħed mill-Istati Membri;

(c)

tfal tal-iskola, studenti, studenti postuniversitarji u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola;

(d)

persuni b'diżabbiltà u l-persuni li jakkumpanjawhom, jekk meħtieġ;

(e)

parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(f)

ersuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta' skambju;

(g)

persuni li ppreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti u l-persuna li takkumpanjahom, jew li jattendu funeral ta' qarib, jew biex iżuru qarib li għandu mard serju;

(h)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jivvjaġġaw għal raġunijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(i)

pensjonanti;

(j)

tfal li jkollhom anqas minn 12-il sena;

(k)

ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

3.   Jekk Stat Membru jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern bl-iskop ta' ħruġ ta' viża, il-fornitur tas-servizzi estern jista' jitlob ħlas għas-servizz. Dan il-ħlas ikun proporzjonat ma' kemm ikun nefaq il-fornitur tas-servizzi estern waqt it-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, u ma għandux ikun aktar minn EUR 30. L-Istati Membri u r-Repubblika tal-Azerbajġan iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.

Għall-Unjoni, il-fornitur estern tas-servizzi jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu skont il-Kodiċi tal-Viżi u fir-rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan.

Għar-Repubblika tal-Azerbajġan, il-fornitur estern tas-servizzi jagħmel l-operazzjonijiet tiegħu skont il-leġiżlazzjoni tal-Azerbajġani u l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tal-UE.

Artikolu 7

Tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża

1.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Azerbajġan għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.

2.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jkun estiż sa 30 jum f'każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.

3.   Il-perjodu biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża jista' jitnaqqas għal jumejn (2) ta' xogħol jew inqas f'każijiet urġenti.

Jekk l-applikanti jkunu obbligati jiksbu appuntament għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni, l-appuntament iseħħ, bħala regola, fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' meta jkun intalab l-appuntament. Minkejja s-sentenza ta' qabel, il-fornituri esterni tas-servizzi jiżguraw li applikazzjoni għal viża, bħala regola, tkun tista' tiġi ppreżentata mingħajr dewmien żejjed.

F'każijiet ta' urġenza ġġustifikati, l-applikanti jistgħu jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom jew mingħajr appuntament, jew jingħata appuntament minnufih.

Artikolu 8

Tluq f'każ ta' dokumenti mitlufa jew mistruqa

Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jkunu tilfu d-dokumenti ta' identità tagħhom, jew li jkunu nsterqulhom dawn id-dokumenti waqt iż-żjara tagħhom fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri, jistgħu jħallu dak it-territorju fuq il-bażi ta' dokumenti ta' identità validi li jippermettu l-qsim tal-fruntiera, maħruġa minn missjonijiet diplomatiċi jew pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Azerbajġan mingħajr viża jew awtorizzazzjoni oħra.

Artikolu 9

Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni

Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan li ma jkunux jistgħu jitilqu mit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew it-territorju tal-Istati Membri sad-data ddikjarata fil-viżi tagħhom għal raġunijiet ta' force majeure jkollhom il-perjodu ta' validità u/jew it-tul ta' soġġorn tal-viża maħruġa tagħhom estiż mingħajr ħlas konformement mal-leġiżlazzjoni applikata mir-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istat Membru li jirċievi għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn lejn l-Istat ta' residenza tagħhom.

Artikolu 10

Passaporti diplomatiċi

1.   Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan li huma detenturi ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu, joħorġu jew jagħmlu tranżitu mit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri mingħajr viżi.

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu joqogħdu fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew fit-territorji tal-Istati Membri għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum.

Artikolu 11

Il-validità territorjali tal-viżi

Soġġetti għar-regoli u regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà nazzjonali tar-Repubblika tal-Azerbajġan u tal-Istati Membri u soġġetti għar-regoli tal-UE dwar viżi b'validità territorjali limitata, iċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan u tal-Unjoni jkunu intitolati għall-ivjaġġar fit-territorju tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Azerbajġan fuq bażi ugwali bħaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan.

Artikolu 12

Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' esperti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Azerbajġan. L-Unjoni tkun rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, assistita minn esperti mill-Istati Membri.

2.   Il-Kumitat, b'mod partikolari, ikollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;

(c)

isolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba minn waħda mill-Partijiet u għall-inqas darba f'sena.

4.   Il-Kumitat jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Ir-relazzjoni ta' dan il-Ftehim ma' Ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Azerbajġan

Sa minn meta jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim jieħu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali konkluż bejn Stati Membri individwali u r-Repubblika tal-Azerbajġan, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Klawżoli finali

1.   Dan il-Ftehim jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija hawn taħt ikunu tlestew.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ biss fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ir-rijammissjoni jekk din id-data tkun wara d-data stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu ta' żmien indefinit, sakemm ma jkunx terminat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

4.   Dan il-Ftehim jista' jkun emendat bi ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet. L-emendi jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet ikunu avżaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan l-għan.

5.   Kull Parti tista' tissospendi dan il-Ftehim parzjalment jew kollu kemm hu għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u protezzjoni tas-saħħa pubblika. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tgħarraf minnufih lill-Parti l-oħra malli r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw.

6.   Kull Parti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ 90 jum wara d-data ta' tali notifika.

Magħmul f'Vilnius fid-disgħa u għoxrin jum ta' Novembru tas-sena elfejn u tlettax, f'żewġ kopji bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Isvediż, it-Taljan, l-Ungeriż, u l-Azerbajġan b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku bl-istess mod.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Avropa İttifaqı adından

Image

За Азербайджанската република

Por la República de Azerbaiyán

Za Ázerbájdžánskou republiku

For Republikken Aserbajdsjan

Für die Republik Aserbaidschan

Aserbaidžaani Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία χου Αζερμπαϊτζάν

For the Republic of Azerbaijan

Pour la République d'Azerbaïdjan

Za Republiku Azerbajdžan

Per la Repubblica dell'Azerbaigian

Azerbaidžanas Republikas vārdā –

Azerbaidžano Respublikos vardu

Az Azerbajdzsán Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Azerbajģan

Voor de Republiek Azerbeidzjan

W imieniu Republiki Azerbejdżanu

Pela República do Azerbaijāo

Pentru Republica Azerbaidjan

Za Azerbajdžanskú republiku

Za Azerbajdžansko republiko

Azerbaidžanin tasavallan puolesta

För Republiken Azerbajdzjan

Image

Image


PROTOKOLL

għall-Ftehim dwar l-Istati Membri li ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen

Dawk l-Istati Membri li huma marbuta bl-acquis ta' Schengen iżda li għadhom ma joħorġux il-viżi ta' Schengen, filwaqt li jistennew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill f'dan is-sens, joħorġu viżi nazzjonali li l-validità tagħhom hija limitata għat-territorju tagħhom stess.

Skont id-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (1) ittieħdu miżuri armonizzati sabiex jiġi ssimplifikat it-transitu ta' detenturi ta' viżi ta' Schengen u ta' permessi ta' residenza ta' Schengen madwar it-territorju tal-Istati Membri li għadhom ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen.


(1)  ĠU L 161, 20.6.2008, p. 30.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar l-Artikolu 10 tal-ftehim dwar passaporti diplomatiċi

Kemm l-Unjoni kif ukoll ir-Repubblika tal-Azerbajġan tista' tinvoka sospensjoni parzjali tal-ftehim u partikolarment tal-Artikolu 10, skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 14(5), jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tkun abbużata mill-Parti l-oħra jew twassal għal theddida għas-sigurtà pubblika.

Fil-każ ta' sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 10, iż-żewġ Partijiet jibdew konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-ftehim bil-ħsieb li jsolvi problemi li jwasslu għal sospensjoni.

Bħala prijorità, iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw l-impenn tagħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà għall-passaporti diplomatiċi, partikolarment billi jintegraw identifikanti bijometriċi. Għall-Unjoni, dan ikun żgurat f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (1).


(1)  ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar id-Danimarka

Il-Partijiet jieħdu nota li dan il-Ftehim mhux applikabbli għall-proċeduri tal-ħruġ ta' viżi mill-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tad-Danimarka.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa mixtieq li l-awtoritajiet tad-Danimarka u tar-Repubblika tal-Azerbajġan jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehim bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal żjajjar qosra f'termini simili bħall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar ir-Renju Unit u l-Irlanda

Il-Partijiet jinnotaw li dan il-Ftehim preżenti mhux applikabbli fit-territorju tar-Renju Unit u fl-Irlanda.

F'dawn iċ-ċirkustanzi, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-Irlanda u r-Repubblika tal-Azerbajġan, jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

li Tikkonċerna l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, l-Islanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, tal-Islanda u tar-Repubblika ta' Montenegro jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal żjajjar qosra f'termini simili bħall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar il-kooperazzjoni fejn jidħlu dokumenti tal-ivvjaġġar

Il-Partijiet jaqblu li l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim, meta jkun qed jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rispettivi dwar il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet jaqblu li jinformaw lil xulxin b'mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar il-passaporti tas-servizz

Il-Partijiet, meta jitqies il-qafas ta' dawn in-negozjati, jaffermaw mill-ġdid li dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri individwali u r-Repubblika tal-Azerbajġan jikkonkludu ftehimiet bilaterali li jipprevedu l-eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-viża għad-detenturi tal-passaporti tas-servizz.


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/61


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali

(2014/243/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 1999, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, f'isem il-Komunità Ewropea, konvenzjoni dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali.

(2)

Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (“il-Konvenzjoni”) ġiet adottata mill-Kunsill tal-Ewropa fl-24 ta' Jannar 2001.

(3)

Il-Konvenzjoni tistabbilixxi qafas regolatorju li huwa kważi identiku għal dak stabbilit fid-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(4)

Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2003 u hija miftuħa għall-iffirmar mill-Unjoni Ewropea.

(5)

L-iffirmar tal-Konvenzjoni ser jgħin biex l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet simili għal dawk tad-Direttiva 98/84/KE tiġi estiża lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, u jistabbilixxi liġi dwar servizzi bbażati fuq aċċess kondizzjonali li tkun applikabbli fil-kontinent Ewropew kollu.

(6)

Il-Konvenzjoni għandha tiġi ffirmata f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tagħha f'data ulterjuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew jikkonsistu minn aċċess kondizzjonali (2), huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat, f'isem l-Unjoni, jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) sabiex tiffirma/jiffirmaw il-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Id-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (ĠU L 320, 28.11.1998, p. 54).

(2)  It-test tal-Konvenzjoni ġie ppubblikat fil-ĠU L 336, 20.12.2011, p. 2.


REGOLAMENTI

30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/62


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 436/2014

tat-23 ta' April 2014

li jniżżel denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Piranska sol (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni “Piranska sol” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Piranska sol” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 353, 3.12.2013, p. 15.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.8: Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Piranska sol (DPO)


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/64


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 437/2014

tad-29 ta' April 2014

li japprova l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on

(2)

L-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on ġie vvalutat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 21, prodotti kontra t-tkabbir tal-ħaxix tal-baħar mal-karini (antifouling), kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 21 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

In-Norveġja nħatret bħala Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien ma' rakkomandazzjoni, fil-21 ta' Diċembru 2010 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew inkorporati f'rapport ta' valutazzjoni rrevedut fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta' Marzu 2014.

(5)

Skont dak ir-rapport ta' valutazzjoni jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 21 u li fihom l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet relatati mal-użu tiegħu.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on jiġi approvat għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip 21, sakemm ikun hemm konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet.

(7)

Billi l-valutazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri dawn il-materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, u dan sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' preparazzjoni meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-ġodda li ġew stipulati.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem komuni

Isem IUPAC

Numri ta' identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip tal-prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on

Isem IUPAC:

4,5-Dikloro-2-ottilisotijażol-3(2H)-on

Nru tal-KE: 264-843-8

Nru tal-CAS: 64359-81-5

950 g/kg

fl-1 ta' Jannar 2016.

fil-31 ta' Diċembru 2025.

21

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhuwiex indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

Persuni li jqiegħdu fis-suq prodotti li fihom l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-iżotijażol-3-on għall-użu minn utenti li mhumiex professjonisti għandhom jiżguraw li l-prodotti jiġu fornuti flimkien ma' ingwanti adattati.

L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Fejn l-esponiment ma jistax jitnaqqas għal livelli aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq.

(2)

It-tikketti u, fejn disponibbli, l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jindikaw li t-tfal għandhom jinżammu 'l bogħod sakemm jinxef il-post li ġie ttrattat.

(3)

It-tikketti u, fejn disponibbli, l-iskeda tad-dejta tas-sigurtà tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni, il-manutenzjoni u l-attivitajiet tat-tiswija għandhom isiru f'żona iżolata, fuq bażi iebsa u impermeabbli jew imdawra b'ħitan ta' protezzjoni jew fuq ħamrija mgħottija b'materjal impermeabbli biex ma jitħalliex li jkun hemm rilaxxi u sabiex jiġu minimizzati l-emissjonijet fl-ambjent, u li kwalunkwe rilaxx jew skart li jkun fih l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-iżotijażol-3-on għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

(4)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi verifikata l-ħtieġa li jiġu definiti livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi ta' residwi attwali skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni tar-riskju sabiex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

Fejn oġġett ikun ġie ttrattat bl-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-iżotijażol-3-on, jew ikun jinkorpora prodott bijoċidali wieħed jew aktar li jkun fih l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-iżotijażol-3-on intenzjonalment, u fejn ikun meħtieġ minħabba l-possibbiltà ta' kuntatt mal-ġilda kif ukoll ta' rilaxx tal-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-iżotijażol-3-on f'kundizzjonijiet normali tal-użu tal-oġġett, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tagħti tagħrif dwar ir-riskju ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun ta' purità ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/68


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 438/2014

tad-29 ta' April 2014

li japprova ċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi ċ-ċiprokonażol.

(2)

Iċ-ċiprokonażol ġie vvalutat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 8 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-Irlanda nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u, fit-30 ta' Mejju 2012, lill-Kummissjoni bagħtitilha r-rapport tal-awtorità kompetenti flimkien ma' rakkomandazzjoni, skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. F'konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tar-reviżjoni ġew inkorporati f'rapport ta' valutazzjoni irrivedut mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta' Marzu 2014.

(5)

Skont dak ir-rapport ta' valutazzjoni, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 8 u li fihom iċ-ċiprokonażol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, jekk jiġu osservati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet marbuta mal-użu tiegħu.

(6)

Għaldaqstant, jixraq li l-użu taċ-ċiprokonażol fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet.

(7)

Billi l-valutazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, dawn il-materjali ma għandomx ikunu koperti mill-approvazzjoni, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Ir-rapport jikkonkludi li ċ-ċiprokonażol jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u bħala sustanza “persistenti ħafna” (vP) u “tossika” (T) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Minkejja l-fatt li l-klassifikazzjoni armonizzata eżistenti taċ-ċiprokonażol għandha tiġi riveduta skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, dawk il-karatteristiċi intrinsiċi għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni.

(9)

Billi l-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma ġewx sodisfatti, għandha tiġi segwita l-prassi attwali skont id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk, il-perjodu tal-approvazzjoni għandu jkun ta' ħames snin.

(10)

Madankollu, għall-iskop tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti f'konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, iċ-ċiprokonażol għandu jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(a) u (d) ta' dak ir-Regolament.

(11)

Qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-użu taċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 għandu jiġi approvat, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Isem komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Ċiprokonażol

Isem tal-IUPAC:

(2RS,3RS;2RS,3SR)-2-(4-klorofenil)-3-ċiklopropil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-il)butan-2-ol

Nru tal-KE: Mhux applikabbli

Nru tal-CAS: 94361-06-5

Iċ-ċiprokonażol għandu żewġ diastereomeri.

Id-diastereomeru A: par enantjomeru, fejn il-grupp 2-idrossi u 3-idroġenu jinsabu fuq l-istess naħa (2S, 3S u 2R, 3R).

Id-diastereomeru B: par enantjomeru, fejn il-grupp 2-idrossi u 3-idroġenu jinsabu fuq naħat opposti (2R, 3S u 2S, 3R).

Iċ-ċiprokonażol tekniku huwa taħlita ta' madwar 1:1 taż-żewġ diastereomeri, li kull wieħed minnhom huwa eżattament taħlita ta' 1:1 tal-entantjomeri.

940 gm/kg

Iċ-ċiprokonażol għandu żewġ diastereomeri.

(Id-diastereoisomeru A: 430–500 g/kg,

Id-diastereoisomeru B: 470–550 g/kg).

l-1 ta' Novembru 2015

il-31 ta' Ottubru 2020

8

Iċ-ċiprokonażol huwa meqjus bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali. Fejn l-esponiment ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq.

(2)

Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għall-użu industrijali bil-mili bil-vakum doppju, sakemm ma tiġix sottomessa dejta li turi li l-prodott mhux se jippreżenta riskji mhux aċċettabbli, jekk ikun meħtieġ permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri xierqa ta' tnaqqis tar-riskji.

(3)

Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskju sabiex il-kompartimenti tal-ħamrija u dawk akkwatiċi jkunu protetti. B'mod partikolari:

a.

It-tikketti, u fejn jingħataw, il-fuljetti tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni industrijali għandha ssir f'żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b'sistemi ta' iżolament, li hekk kif l-injam jiġi ttrattat jinħażen taħt għata u/jew fuq bażi iebsa impermeabbli, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew l-ilma, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

b.

Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għat-trattament industrijali tal-injam li se jkun espost għall-elementi, jew għat-trattament tal-injam li se jintuża għall-kostruzzjonijiet fuq barra, sakemm ma titressaqx dejta li turi li l-prodott mhux se jippreżenta riskji mhux aċċettabbli, jekk ikun meħtieġ permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri xierqa ta' tnaqqis tar-riskji.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użat għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva vvalutata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm.


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/72


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 439/2014

tad-29 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 250/2009, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) (a) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta' statistika Ewropea fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 (2) stabbilixxa d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta.

(3)

Huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika d-definizzjonijiet għall-karatteristiċi tad-demografija ta' intrapriżi b'mill-inqas impjegat wieħed li jirrispondu għall-bżonn ta' żieda fil-komparabbiltà internazzjonali tar-riżultati, speċjalment għall-istatistika dwar l-intraprenditorija. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu miżjuda fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 250/2009. Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009, inkluża l-lista tal-identifikaturi tas-sett tad-dejta, is-serje u l-lista ta' varjabbli għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjonijiet ta' karatteristiċi, il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-rekwiżiti tar-rappurtar doppju għan-NACE Rev.1.1 u n-NACE Rev.2 u d-derogi li għandhom jingħataw għall-istatistika strutturali tan-negozji (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1)


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kodiċijiet li ġejjin huma inseriti qabel Kodiċi 11 11 0:

“Kodiċi

:

11 01 0

Isem

:

Popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi li kellhom tal-anqas impjegat wieħed f – i kwalunkwe ħin matul perjodu ta' referenza partikolari t.

Kodiċi

:

11 02 0

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi attivi li għandhom l-ewwel impjegat f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi tas-suq li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin matul perjodu ta' referenza partikolari t. Dan jista' jikkonċerna twelid ta' intrapriżi kif definiti f'11 92 0, iżda anke intrapriżi kif definit f'11 91 0 jekk l-intrapriżi diġà kienu attivi f'perjodi ta' referenza preċedenti, iżda ma kellhom ebda impjegat f'żewġ perjodi ta' referenza preċedenti.

Kodiċi

:

11 03 0

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi tas-suq li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f'perjodu ta' referenza partikolari t u li kellhom tal-anqas impjegat wieħed f'punt aktar bikri f'perjodu ta' referenza partikolari t.

Dan jista' jikkonċerna mwiet ta' intrapriżi kif definit f'11 93 0, b'mill-inqas impjegat wieħed, imma intrapriżi wkoll kif definit f'11 01 0 jekk l-intrapriżi jibqgħu attivi, imma li m'għandhomx aktar impjegati minn kwalunkwe ħin f'perjodu ta' referenza partikolari u ż-żewġ perjodi ta' referenza segwenti: t + 1 u t + 2.

L-istess japplika jekk il-kuntratt ta' impjieg tal-aħħar impjegat jintemm f't fil-31 ta' Diċembru.

Kodiċi

:

11 04 1

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 2

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 3

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 4

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

11 04 5

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

Għadd ta' intrapriżi tas-suq li kellhom mill-inqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f'kull sena mis-sena fejn kellhom l-ewwel impjegat (t – 1 sa t – 5) sa perjodu ta' referenza partikolari t.

Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li jkollhom l-ewwel impjegat f't hija ddefinita l-istess bħal fil-karatteristiċi 11 02 0.

Intrapriża hija wkoll ikkunsidrata li baqgħet ħajja jekk l-unità(unitajiet) legali marbuta magħha waqqfet l-attivita tagħha, iżda jekk l-attività tagħha ittieħdet taħt kontroll minn unità legali ġdida mwaqqfa speċifikament biex tieħu kontroll tal-fatturi ta' produzzjoni ta' dik l-impriża (= sopravivenza b'akkwiżizzjoni).”

(b)

Il-Kodiċi li ġej huwa inserit qabel Kodiċi 12 11 0:

“Kodiċi

:

11 96 0

Isem

:

L-għadd ta' intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' intrapriżi tas-suq, li għandhom mill-inqas 10 impjegati f't – 3, b'medja ta' tkabbir annwalizzat fl-għadd ta' impjegati ikbar minn 10 % fis-sena, fuq perjodu ta' tliet snin (t – 3 sa t). Ma jinkludix l-intrapriżi kif definit f' 11 92 0, f't – 3.”

(c)

Il-Kodiċijiet li ġejjin huma inseriti qabel Kodiċi 16 11 0:

“Kodiċi

:

16 01 0

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' impriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 01 0.

Kodiċi

:

16 01 1

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' impriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 01 0.

Kodiċi

:

16 02 0

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li jkollhom l-ewwel impjegat f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 02 0.

Kodiċi

:

16 02 1

Isem

:

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li jkollhom l-ewwel impjegat f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 02 0.

Kodiċi

:

16 03 0

Isem

:

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 03 0.

Kodiċi

:

16 03 1

Isem

:

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 03 0.

Kodiċi

:

16 04 1

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 2

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 3

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 4

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 04 5

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 sa t – 5 u li kellhom ukoll mill-inqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 04 1 sa 11 04 5.

Kodiċi

:

16 05 1

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 1 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 2

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 2 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 3

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 3 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 4

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 4 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Kodiċi

:

16 05 5

Isem

:

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 5 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' persuni impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 0. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat fi kwalunkwe ħin f't – 1 sa t – 5 u li kellhom ukoll mill-inqas impjegat wieħed f't hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 04 1 sa 11 04 5.”

(d)

Il-Kodiċi li ġej huwa inserit qabel Kodiċi 17 32 0:

“Kodiċi

:

16 96 1

Isem

:

L-għadd ta' impjegati f'intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

Anness

:

IX

Definizzjoni:

L-għadd ta' impjegati huwa definit bħal fil-karatteristika 16 91 1. Il-popolazzjoni ta' intrapriżi b'rata għolja ta' tkabbir mkejla skont l-impjiegi hija ddefinita bħal fil-karatteristika 11 96 0.”

2.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2, l-identifikaturi tas-sett tad-dejta li ġejjin huma miżjuda mal-lista:

Tip tas-sensiela

Isem

L-identifikatur tas-sett tad-dejta

“Statistika annwali ta' impriżi għal servizzi ta' assikurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet

1G

RSBSSERV_1G1_A

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-forma legali

9E

RSBSBD_9E1_A

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassijiet tad-daqs tal-impjegati

9F

RSBSBD_9F1_A

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-forma legali

9G

RSBSBD_9G1_A

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassi tad-daqs tal-impjegati

9H

RSBSBD_9H1_A

Statistika annwali dwar intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9M

RSBSBD_9 M1_A

Statistika preliminari annwali dwar intrapriżi b'rata ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9P

RSBSBD_9P1_A”

(b)

Fil-punt 2, it-titolu tat-tip tas-sensiela u l-identifikatur tas-sett tad-dejta relatat ma' 1D huma sostitwiti b'dan li ġej:

Tip tas-sensiela

Isem

L-identifikatur tas-sett tad-dejta

“Statistika annwali tal-intrapriżi għall-banek ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikata fin-NACE Rev.2 64.19

1D

RSBSSERV_1D2_A”

(c)

Fil-punt 4.1, is-sensieli li ġejjin huma miżjuda mal-lista:

Tip tas-sensiela

Kodiċi

“Statistika annwali ta' impriżi għal servizzi ta' assikurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet

1G

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-inqas impjegat wieħed, analizzata skont il-forma legali

9E

Statistika demografika annwali fuq l-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassijiet tad-daqs tal-impjegati

9F

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-forma legali

9G

Riżultati preliminari annwali fuq l-imwiet tal-intrapriżi b'tal-anqas impjegat wieħed, imqassma skont il-klassi tad-daqs tal-impjegati

9H

Statistika annwali dwar intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9M

Statistika preliminari annwali dwar intrapriżi b'rata ta' tkabbir għoli mkejla skont l-impjiegi

9P”

(d)

Fil-punt 4.1, it-titolu tat-tip tas-sensiela li jirrelata mal-kodiċi 1D huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Statistika annwali tal intrapriżi għall banek ċentrali u l istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikata fin NACE Rev.2 64.19”

(e)

Fil-punt 4.5, il-varjabbli li ġejjin huma miżjuda mal-lista, f'ordni numeriku:

Titlu tal-varjabbli

Kodiċi

Anness

“Popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li fihom tal-anqas impjegat wieħed f't

11 01 0

IX

L-għadd ta' intrapriżi attivi li għandhom l-ewwel impjegat f't

11 02 0

IX

L-għadd ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

11 03 0

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 1 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 1

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 2 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 2

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 3 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 3

IX

L-għadd ta' impriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 4 u li wkoll kellhom mill-inqas impjegat wieħed f't

11 04 4

IX

L-għadd ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 5 u li kellhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

11 04 5

IX

L-għadd ta' intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

11 96 0

IX

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed fi kwalunkwe ħin f't

16 01 0

IX

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi attivi li għandhom tal-anqas impjegat wieħed f't

16 01 1

IX

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

16 02 0

IX

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li għandhom l-ewwel impjegat f't

16 02 1

IX

L-għadd ta' persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

16 03 0

IX

L-għadd ta' impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li ma jkun għad għandhom l-ebda impjegat fi kwalunkwe ħin f't

16 03 1

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 1

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 2

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 3

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 4

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 04 5

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 1 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 1 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 1

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 2 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 2 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 2

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 3 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 3 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 3

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 4 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 4 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 4

IX

L-għadd ta'persuni impjegati f't – 5 fil-popolazzjoni ta' intrapriżi li kellhom l-ewwel impjegat f't – 5 u li għandhom ukoll tal-anqas impjegat wieħed f't

16 05 5

IX

L-għadd ta' impjegati f'intrapriżi ta' tkabbir għoli mkejjel skont l-impjiegi f't

16 96 1

IX”


30.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/79


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 440/2014

tad-29 ta' April 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

CL

173,8

MA

42,9

MK

105,0

TN

89,9

TR

83,5

ZZ

99,0

0707 00 05

AL

41,5

MA

39,8

TR

133,0

ZZ

71,4

0709 93 10

MA

70,8

TR

88,1

ZZ

79,5

0805 10 20

EG

45,5

IL

73,9

MA

51,2

TN

64,4

TR

57,0

ZZ

58,4

0805 50 10

MA

35,6

TR

85,1

ZZ

60,4

0808 10 80

AR

108,6

BR

84,5

CL

105,2

CN

98,7

MK

26,2

NZ

130,5

US

170,5

ZA

123,3

ZZ

105,9

0808 30 90

AR

90,6

CL

146,3

CN

83,2

TR

97,0

ZA

109,4

ZZ

105,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.