ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.204.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 204

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
31 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (in-Nikaragwa)

1

 

*

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (il-Panama)

1

 

*

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (il-Ħonduras)

1

 

 

2013/408/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2012 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

2

 

 

Ftehim Bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 733/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 994/98 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE ( 1 )

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013 tat-30 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

23

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 736/2013 tas-17 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-medda ta’ żmien għall-programm ta’ ħidma għall-eżami ta’ sustanzi attivi bijoċidali eżistenti ( 1 )

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2013 tat-30 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 501/2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 738/2013 tat-30 ta’ Lulju 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ ċerti addittivi f’analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka ( 1 )

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 739/2013 tat-30 ta’ Lulju 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-Istigmasteroli bħala stabilizzaturi f’koktejls alkaħoliċi lesti biex jiġu ffriżati u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel abbażi ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli ( 1 )

35

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 740/2013 tat-30 ta’ Lulju 2013 dwar derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù, fuq in-naħa l-oħra, li japplikaw għall-kwoti ta’ ċerti prodotti mill-Kolombja

40

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 741/2013 tat-30 ta’ Lulju 2013 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Kolombja

43

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 742/2013 tat-30 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

47

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/44/UE tat-30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum bħala sustanza attiva fl-Annessi I u IA tagħha ( 1 )

49

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK tat-30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

52

 

 

2013/410/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2013 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi għall-kontroll tas-sajd tal-Istati Membri għall-2013 (notifikata bid-dokument C(2013) 4256)

54

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/1


Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (in-Nikaragwa)

Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, iffirmat f'Tegucigalpa fid-29 ta' Ġunju 2012, Parti IV tiegħu rigward kwistjonijiet kummerċjali għandha, f'konformità mal-Artikolu 353(4) tiegħu, tiġi applikata fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nikaragwamill-1 ta' Awwissu 2013. Bis-saħħa tal-Artikolu 3 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2012 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 271 m'għandux jiġi applikat proviżorjament.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/1


Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (il-Panama)

Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Tegucigalpa fid-29 ta' Ġunju 2012, Parti IV tiegħu rigward kwistjonijiet kummerċjali għandha, f'konformità mal-Artikolu 353(4) tiegħu, tiġi applikata fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Panama mill-1 ta' Awwissu 2013. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2012 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 271 m'għandux jiġi applikat proviżorjament.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/1


Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (il-Ħonduras)

Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Tegucigalpa fid-29 ta' Ġunju 2012, Parti IV tiegħu rigward kwistjonijiet kummerċjali għandha, f'konformità mal-Artikolu 353(4) tiegħu, tiġi applikata fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ħondurasmill-1 ta' Awwissu 2013. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2012 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 271 m'għandux jiġi applikat proviżorjament.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2012

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

(2013/408/Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kisbet l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

Il-Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel għandu jiġi konkluż,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim għall-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Membru tal-Kummissjoni huwa b’dan awtorizzat jiffirma l-Ftehim u jwettaq il-passi neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi konkluż f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/3


FTEHIM

Bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Afrika t’Isfel”, u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità”, u minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU r-relazzjonijiet tajbin u l-kooperazzjoni eżistenti bejn iż-żewġ Partijiet;

FILWAQT LI JINNOTAW b’sodisfazzjon l-eżitu fejjiedi tal-kooperazzjoni ekonomika, teknika u xjentifika bejn il-Partijiet;

FILWAQT LI JQISU l-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, fuq in-naħa l-oħra, magħmul fil-11 ta’ Ottubru 1999;

FILWAQT LI JQISU l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, magħmul fit-23 ta’ Ġunju 2000;

FILWAQT LI JIXTIEQU jippromwovu l-kooperazzjoni bejniethom fl-użu ta’ enerġija għal skopijiet paċifiċi;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn b’saħħtu tal-Gvern tal-Afrika t’Isfel, il-Komunità u l-Gvernijiet tal-Istati Membri tagħha lejn in-nonproliferazzjoni nukleari inkluż it-tisħiħ u l-applikazzjoni effiċjenti tas-salvagwardji relatati u s-sistemi ta’ kontroll tal-esportazzjoni li bis-saħħa tagħhom għandha sseħħ il-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bejn l-Afrika t’Isfel u l-Komunità;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-appoġġ tal-Gvern tal-Afrika t’Isfel, tal-Komunità u l-Gvernijiet tal-Istati Membri tagħha lill-għanijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“IAEA”, u s-sistema ta’ salvagwardji tagħha;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn b’saħħtu tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha lejn il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta’ Materjal Nukleari magħmul fit-3 ta’ Marzu 1980;

BILLI r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u l-Istati Membri kollha tal-Komunità huma Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari magħmul fl-1 ta’ Lulju 1968, minn hawn ‘il quddiem l-“NPT”,

FILWAQT LI JINNOTAW li s-salvagwardji nukleari huma applikati fl-Istati Membri kollha tal-Komunità f’konformità kemm mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-Trattat Euratom”, kif ukoll mal-ftehimiet tas-salwagwardji konklużi bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-IAEA;

FILWAQT LI JQISU it-Trattat ta’ Żona Afrikana Ħielsa mill-Armi Nukleari (it-Trattat ta’ Pelindaba), magħmul fil-11 ta’ April 1996 u li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2009;

FILWAQT LI JINNOTAW li r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u l-Gvernijiet tal-Istati Membri kollha tal-Komunità jipparteċipaw fil-Grupp ta’ Fornituri Nukleari;

FILWAQT LI JINNOTAW li għandhom jitqiesu l-impenji li ħadu r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u l-Gvernijiet ta’ kull Stat Membru tal-Komunità fil-qafas tal-Grupp ta’ Fornituri Nukleari;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu fis-suq intern fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

FILWAQT LI JAQBLU li dan il-Ftehim għandu jkun f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel fl-ambitu tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

FILWAQT LI JTENNU l-impenji tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u l-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità lejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu I

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fih,

1.

“awtorità kompetenti” tfisser:

(a)

għar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, id-Dipartiment tal-Enerġija;

(b)

għall-Komunità, il-Kummissjoni Ewropea

jew awtorità oħra tali li l-Parti kkonċernata tista’ f’kull ħin tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra dwarha;

2.

“tagħmir” tfisser dawk l-oġġetti elenkati fit-taqsimiet 1, 3, 4, 5, 6 u 7 tal-Anness B taċ-Ċirkolari ta’ Informazzjoni INFCIRC/254/Rev.10/Parti 1 tal-IAEA (Linji Gwida għat-Trasferimenti Nukleari);

3.

“informazzjoni” tfisser dejta xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta’ riċerka u żvilupp li jirriżultaw mir-riċerka konġunta u kwalunke informazzjoni oħra li hi meqjusa neċessarja mill-Partijiet u/jew parteċipanti mqabbda biex jaħdmu fil-proġetti ta’ riċerka konġunta li trid tkun pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim jew riċerka skont dan;

4.

“proprjetà intellettwali” għandu jkollha t-tifsira msemmija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali, magħmula fl-14 ta’ Lulju 1967, kif emendata fit-28 ta’ Settembru 1979, u tista’ tinkludi suġġetti oħra kif iddeterminati bejn il-Partijiet.

5.

“proġetti ta’ riċerka konġunta” tfisser riċerka jew żvilupp teknoloġiku li huma implimentati bl-appoġġ finanzjarju jew mingħajru minn Parti waħda jew it-tnejn u li jinvolvu kollaborazzjoni mill-parteċipanti kemm mill-Komunità kif ukoll mill-Afrika t’Isfel u huma iddeżinjati bħala riċerka konġunta, bil-miktub, mill-Partijiet jew l-organizzazzjonijiet xjentifiċi jew teknoloġiċi tagħhom jew aġenziji li qegħdin jimplimentaw il-programmi ta’ riċerka xjentifika. F’każ fejn hemm finanzjament minn Parti waħda biss, id-deżinjazzjoni hija magħmula minn dik il-Parti u l-parteċipant f’dak il-proġett;

6.

“materjal nukleari” tfisser kwalunkwe materjal ta’ sors jew materjal fissjonabbli kif inhuma ddefiniti dawk it-termini fl-Artikolu XX tal-Istatut tal-IAEA; Kull deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA fl-ambitu tal-Artikolu XX tal-Istatut tal-IAEA li jemenda l-lista tal-materjali meqjusa bħala “materjal ta’ sors” jew “materjal fissjonabbli speċjali” għandu jkollha effett biss skont dan il-Ftehim meta l-Partijiet ikunu infurmaw lil xulxin bil-miktub li jaċċettaw dik l-emenda.

7.

“materjal mhux nukleari” tfisser:

(a)

dewterju u ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u kwalunkwe kompost tad-dewterju ieħor li fih il-proporzjon tad-dewterju għall-idroġenu jissupera 1:5000, għall-użu f’reattur nukleari, kif iddefinit fil-paragrafu (1.1) tal-Anness B taċ-Ċirkolari ta’ Informazzjoni INFCIRC/254/Rev.10/Parti 1 tal-IAEA,

(b)

grafit bi grad nukleari: grafit, għall-użu f’reattur nukleari, kif iddefinit fil-paragrafu (1.1) tal-Anness B taċ-Ċirkolari ta’ Informazzjoni INFCIRC/254/Rev.10/Parti 1 tal-IAEA, li jkollu livell ta’ purità aħjar minn 5 partijiet għal kull miljun ta’ ekwivalent tal-boron u b’densità ogħla minn 1,50 gramma għal kull ċentimetru kubiku.

8.

“parteċipant” tfisser kwalunkwe persuna, kwalunkwe istitut tar-riċerka, kwalunkwe entità legali jew ditta jew kwalunkwe korp ieħor b’mod ieħor permess minn kull Parti biex jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni u/jew proġetti konġunti ta’ riċerka taħt dan il-Ftehim, inklużi l-Partijiet infushom;

9.

“persuna” tfisser kwalunkwe persuna naturali, impriża jew entità oħra rregolata mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fil-ġurisdizzjoni territorjali rispettiva tal-Partijiet iżda ma tinkludix il-Partijiet.

10.

“riżultati ta’ attività intellettwali” (results of intellectual activity - RIA) tfisser informazzjoni u/jew proprjetà intellettwali;

11.

“Partijiet” tfisser ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel fuq naħa u l-Komunità fuq naħa oħra;

“Komunità” tfisser kemm:

(a)

il-persuna ġuridika maħluqa skont it-Trattat Euratom; kif ukoll

(b)

it-territorji li għalihom japplika t-Trattat Euratom;

12.

“teknoloġija” għandha t-tifsira ddefinita fl-Anness A taċ-Ċirkolari ta’ Informazzjoni INFCIRC/254/Rev.10/Parti 1tal-IAEA.

Artikolu II

Għan

1.   L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jinkoraġġixxi u jiffaċilita, abbażi ta’ benefiċċju reċiproku, ugwaljanza u reċiproċità, il-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni kooperativa kumplessiva bejn il-Komunità u l-Afrika t’Isfel, skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-programmi nukleari rispettivi tagħhom.

2.   Dan il-Ftehim għandu l-għan li jrawwem il-kooperazzjoni xjentifika bejn il-Komunità u l-Afrika t’Isfel, partikolarment biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet tar-riċerka tal-Afrika t’Isfel fi proġetti ta’ riċerka mwettqa fil-qafas tal-programmi ta’ riċerka rilevanti tal-Komunità u biex tiżgura parteċipazzjoni reċiproka ta’ entitajiet ta’ riċerka tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha fi proġetti tal-Afrika t’Isfel f’oqsma simili ta’ riċerka.

3.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat bħala vinkolanti fuq il-partijiet għal kwalunkwe forma ta’ esklussività u kull parti għandha tkun intitolata li twettaq attivitajiet kummerċjali b’mod indipendenti mill-oħra fejn ir-rekwiżiti tas-suq hekk jiddettaw.

Artikolu III

Kamp ta’ applikazzjoni u forom ta’ kooperazzjoni

1.   Materjal nukleari, tagħmir jew materjal mhux nukleari jew materjal nukleari prodott bħala prodott sekondarju għandu jintuża biss għal skopijiet paċifiċi; u ma għandhomx jintużaw għal kwalunkwe strument splużiv nukleari, għal riċerka jew l-iżvilupp ta’ apparat bħal dan, u lanqas għal xi skop militari.

2.   Il-kooperazzjoni maħsuba b’dan il-Ftehim hija relatata mal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari u tista’ tinkludi, inter alia:

(a)

riċerka u żvilupp fil-qasam tal-enerġija nukleari (inklużi t-teknoloġiji tal-fużjoni);

(b)

użu ta’ materjali nukleari u teknoloġiji bħala applikazzjonijiet fis-saħħa, fl-agrikoltura;

(c)

trasferimenti ta’ materjali nukleari u tagħmir;

(d)

sikurezza nukleari, skart radjuattiv u ġestjoni tal-fjuwil użat, dekummissjonar, protezzjoni mir-radjazzjoni inkluża t-tħejjija u r-reazzjoni għall-emerġenza;

(e)

salvagwardji nukleari;

(f)

oqsma oħra li għandhom jiġu miftiehma mill-Partijiet, safejn dawn huma koperti mill-programmi rispettivi tal-Partijiet.

3.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ titwettaq fil-forom li ġejjin:

(a)

provvista ta’ materjali nukleari u mhux nukleari, tagħmir u teknoloġiji relatati;

(b)

forniment ta’ servizzi taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari;

(c)

twaqqif ta’ Gruppi ta’ Ħidma, jekk meħtieġ, biex jimplimentaw studji u proġetti speċifiċi fil-qasam tar-riċerka xjentifika u l-iżvilupp teknoloġiku;

(d)

skambju ta’ esperti, informazzjoni xjentifika u teknoloġika, l-organizzazzjoni ta’ seminars u konferenzi xjentifiċi, taħriġ ta’ persunal amministrattiv, xjentifiku u tekniku;

(e)

konsultazzjonijiet fuq kwistjonijiet ta’ riċerka u dawk teknoloġiċi u li jwettqu riċerka konġunta taħt programmi miftiehma;

(f)

attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-promozzjoni tas-sikurezza nukleari; kif ukoll

(g)

forom oħra ta’ kooperazzjoni kif tistà tiġi determinata mill-Partijiet bil-miktub.

4.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ sseħħ ukoll bejn persuni u impriżi stabbiliti fit-territorji rispettivi tal-Partijiet.

Artikolu IV

Oġġetti soġġetti għall-Ftehim

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika għal materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir, trasferit bejn il-Partijiet jew il-persuni rispettivi tagħhom, kemm direttament jew permezz ta’ pajjiż terz. Tali materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir għandhom isiru soġġetti għal dan il-Ftehim mad-dħul tagħhom fil-ġurisdizzjoni territorjali tal-Parti li qed tirċievi, bil-kundizzjoni li l-Parti li qed tforni tkun innotifikat lill-Parti li qed tirċievi bil-miktub bit-trasferiment intenzjonat, skont il-proċeduri ddefiniti f’Arranġamenti Amministrattivi, u r-riċevitur propost, jekk dan mhuwiex il-Parti li qed tirċievi, huwa persuna awtorizzata taħt il-ġurisdizzjoni territorjali tal-Parti li qed tirċievi.

2.   Il-materjal nukleari, materjal mhux nukleari, jew tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim sakemm jiġi stabbilit, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Arranġamenti Amministrattivi, li:

(a)

tali oġġett ikun ġie ttrasferit mill-ġdid lil hinn mill-ġurisdizzjoni territorjali tal-Parti li tirċievi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim; jew

(b)

dak il-materjal nukleari ma jistax jintuża iżjed għall-ebda attività nukleari rilevanti mil-lat tas-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu VI ta’ dan il-Ftehim jew li prattikament ma jistax jiġi rkuprat; jew

(c)

dak it-tagħmir jew materjal mhux nukleari ma jkunux jibqgħu jistgħu jintużaw iżjed għal skopijiet nukleari; jew

(d)

il-Partijiet jistabbilixxu flimkien li ma għandux jibqa’ iżjed soġġett għal dan il-Ftehim.

3.   It-trasferiment tat-teknoloġija għandu jkun soġġett għal dan il-Ftehim għall-Istati Membri tal-Komunità li esprimew ix-xewqa tagħhom li jqiegħdu tali trasferimenti fil-qafas ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub mill-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni Ewropea. Notifika minn qabel bejn l-Istat Membru konċernat/Stati Membri konċernati u l-Kummissjoni Ewropea, minn naħa, u l-Afrika t’Isfel, minn naħa oħra, għandha tingħata qabel kull trasferiment.

Artikolu V

Kummerċ tal-materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir

1.   Kwalunkwe trasferiment ta’ materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir imwettaq skont l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandu jsir skont l-impenji internazzjonali rilevanti tal-Komunità, l-Istati Membri tal-Komunità u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel fir-rigward ta’ użi paċifiċi tal-enerġija nukleari kif elenkati fl-Artikolu VI ta’ dan il-Ftehim.

2.   Safejn hu prattikabbli, il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin fl-akkwist pubbliku, minn Parti jew l-oħra jew minn persuni fi ħdan il-Komunità jew taħt il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, ta’ materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir.

3.   It-tkomplija tal-kooperazzjoni prevista f’dan il-Ftehim attwali għandha tkun kontinġenti fuq l-applikazzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku tas-sistema għas-salvagwardji u l-kontroll stabbilita mill-Komunità skont it-Trattat Euratom u tas-sistema għas-salvagwardji u l-kontroll ta’ materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir stabbilita mir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jintużaw biex jostakolaw l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-moviment liberu fis-suq intern fi ħdan l-UE.

5.   Trasferimenti ta’ materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim u l-forniment ta’ servizzi rilevanti għandhom jitwettqu taħt kundizzjonijiet kummerċjali ġusti u ma għandhomx jipperikolaw l-obbligi internazzjonali tal-Partijiet fl-ambitu tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr ħsara għat-Trattat Euratom u l-leġiżlazzjoni dderivata minnu, u għal-liġijiet u regolamenti tal-Afrika t’Isfel.

6.   Kwalunkwe trasferiment mill-gdid ta’ kwalunkwe materjal nukleari, materjal mhux nukleari, tagħmir jew teknoloġija soġġetti għal dan il-Ftehim barra l-ġurisdizzjoni tal-Partijiet għandhom jitwettqu biss skont il-qafas tal-impenji meħuda mill-Gvernijiet tal-Istati Membri individwali tal-Komunità u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel fi ħdan il-grupp ta’pajjiżi fornituri nukleari magħruf bħala l-Grupp ta’ Fornituri Nukleari. B’mod partikolari, il-Linji Gwida għat-Trasferimenti Nukleari, kif stabbiliti fir-Ċirkolari ta’ Informazzjoni INFCIRC/254/Rev.10/Parti 1 tal-IAEA, għandhom japplikaw għat-trasferimenti mill-ġdid ta’ kwalunkwe materjal nukleari, materjal mhux nukleari, tagħmir jew teknoloġija soġġetti għal dan il-Ftehim.

7.   Fejn il-Linji Gwida għal Trasferimenti Nukleari msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jesiġu l-kunsens tal-Parti li qed tforni għat-trasferiment mill-ġdid, tali kunsens għandu jinkiseb bil-miktub qabel kwalunkwe trasferiment mill-ġdid lejn pajjiż li ma jidhirx fil-lista ta’ pajjiżi terzi tal-Parti li qed tforni stabbilita skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

8.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw il-listi ta’ pajjiżi terzi li lejhom it-trasferimenti mill-ġdid, skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, huma awtorizzati mingħajr il-ħtieġa li jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Parti fornitriċi. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar it-tibdiliet fil-lista tagħha ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu VI

Kundizzjonijiet li japplikaw għall-materjal nukleari soġġett għall-Ftehim

1.   Materjal nukleari soġġett għal dan il-ftehim għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-Komunità, għas-salvagwardji tal-Euratom skont it-Trattat tal-Euratom u għas-salvagwardji tal-IAEA skont il-ftehimiet ta’ salvagwardja li ġejjin, kif rilevanti, u kif jistgħu jiġu riveduti u mibdula, sakemm tkun ipprovduta kopertura kif meħtieġa mit-Trattat ta’ Nonproliferazzjoni għal:

(i)

il-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità mingħajr armi nukleari, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, li daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Frar 1977 (ippubblikat bħala INFCIRC/193);

(ii)

il-Ftehim bejn Franza, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Settembru 1981 (ippubblikat bħala INFCIRC/290);

(iii)

il-Ftehim bejn ir-Renju Unit, il-Komunità Ewropea għall-Eneriġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Awwissu 1978 (ippubblikat bħala INFCIRC/263);

(iv)

il-Protokolli Addizzjonali ffirmati fit-22 ta’ Settembru 1998 li daħlu fis-seħħ fit-30 ta’ April 2004 abbażi tad-dokument ippubblikat bħala INFCIRC/540 tal-IAEA (Sistema Msaħħa tas-Salvagwardji, il-Parti II);

(b)

Fl-Afrika t’Isfel, għas-salvagwardji tal-IAEA skont il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel u l-IAEA għall-Applikazzjoni ta’ Salvagwardji b’konnessjoni mat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni tal-Armi Nukleari, li kien iffirmat u li daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Settembru 1991 u li ġie ippubblikat bħala INFCIRC/394, supplimentat mill-Protokoll Addizzjonali, li kien iffirmat u daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Settembru 2002, u Trattat ta’ Żona Afrikana Ħielsa mill-Armi Nukleari li kienet iffirmat fil-11 ta’ April 1996 u daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2009.

2.   F’każ li tiġi sospiża jew imwaqqfa l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe Ftehim mal-IAEA msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe raġuni, fi ħdan il-Komunità jew l-Afrika t’Isfel, il-Parti rilevanti għandha tidħol fi ftehim mal-IAEA li jipprovdi għal effikaċja u kopertura ekwivalenti għal dawk previsti fil-ftehimiet ta’ salvagwardji msemmija fid-dispożizzjonijiet a) jew b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew, jekk dak ma jkunx possibbli,

(a)

il-Komunità, safejn tkun ikkonċernata, għandha tapplika salvagwardji bbażati fuq is-sistema ta’ salvagwardji tal-Euratom, li tipprevedi effikaċja u kopertura ekwivalenti għal dawk previsti fil-ftehimiet ta’ salvagwardji msemmija fid-dispożizzjoni a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew, jekk dak ma jkunx possibbli;

(b)

il-Partijiet għandhom jidħlu f’arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji li jipprovdu għal effikaċja u kopertura ekwivalenti għal dawk previsti fil-ftehimiet ta’ salvagwardji msemmija fid-dispożizzjonijiet a) jew b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni fiżika għandha tkun, f’kull ħin, f’livelli li jissodisfaw tal-anqas il-kriterji stipulati fl-Anness C taċ-Ċirkolari ta’ Informazzjoni INFCIRC/254/Rev.10/Parti 1 tal-IAEA; supplimentari għal dan id-dokument, l-Istati Membri tal-Komunità, il-Kummissjoni Ewropea, kif xieraq, u l-Afrika t’Isfel se jirreferu, meta japplikaw il-miżuri għall-protezzjoni fiżika, għall-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta’ Materjal Nukleari magħmula fit-3 ta’ Marzu 1980, inklużi kwalunkwe emendi li huma fis-seħħ għal kull Parti u r-rakkomandazzjonijiet fir-Rakkomandazzjonijiet ta’ Sigurtà Nukleari dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u ta’ Faċilitajiet Nukleari (INFCIRC/225/Reviżjoni 5), Serje dwar is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Serje Nru. 13. It-trasport internazzjonali se jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari magħmula fit-3 ta’ Marzu 1980, inkluża kwalunkwe emenda li hija fis-seħħ għal kull Parti, u għar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur tal-Materjali Radjuattivi (Serje ta’ Standards tas-Sikurezza tal-IAEA Nru TS-R-1).

4.   Is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart nukleari għandhom ikunu soġġetti għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (Ċirkolari ta’ Informazzjoni tal-IAEA INFCIRC 449), il-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni tal-Fjuwil Nukleari Użat u dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv (Ċirkolari tal-Informazzjoni tal-IAEA INFCIRC/546), il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza fil-każ ta’ Inċident Nukleari jew Emerġenza Radjoloġika (Ċirkolari ta’ Informazzjoni tal-IAEA INFCIRC/336), u l-Konvenzjoni dwar in-Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari (Ċirkolari ta’ Informazzjoni tal-IAEA INFCIRC/335).

Artikolu VII

Skambju ta’ informazzjoni u proprjetà intellettwali

L-użu u d-diffużjoni ta’ informazzjoni u drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jinkludu l-proprjetà industrijali, privattivi u drittijiet tal-awtur, u teknoloġija trasferita skont l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu VIII

Implimentazzjoni tal-Ftehim

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu implimentati bona fede b’tali mod li jevita t-tfixkil, dewmien jew interferenzi żejda fl-attivitajiet nukleari fl-Afrika t’Isfel u fil-Komunità u sabiex ikunu konsistenti mal-prattiki ta’ ġestjoni prudenti meħtieġa għall-kondotta ekonomika u sikura ta’ attivitajiet nukleari.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jintużaw bil-għan li jinkisbu vantaġġi kummerċjali jew industrijali, u lanqas bl-għan li jkun hemm indħil fl-interessi industrijali u kummerċjali, kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali, ta’ kwalunkwe Parti jew persuni awtorizzati, jew għal xi ndħil fil-politika nukleari ta’ kwalunkwe Parti jew tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità, lanqas biex ifixklu l-promozzjoni tal-użi paċifiċi u mhux splużivi tal-enerġija nukleari, lanqas biex ifixklu l-moviment ta’ oġġetti soġġetti jew notifikati li għandhom isiru soġġetti għal dan il-Ftehim kemm jekk fi ħdan il-ġurisdizzjoni territorjali rispettiva tal-Partijiet u kif ukoll jekk bejn l-Afrika t’Isfel u l-Komunità.

3.   Materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim għandu jiġi ttrattat skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, funġibilità u l-ekwivalenza ta’ materjali nukleari.

4.   Kwalunkwe emenda għad-dokumenti ppubblikati mill-IAEA msemmija fl-Artikoli I, V jew VI ta’ dan il-Ftehim għandha jkollha effett skont dan il-Ftehim biss meta l-Partijiet ikunu infurmaw lil xulxin bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi li huma jaċċettaw tali emenda.

Artikolu IX

Arranġamenti Amministrattivi

1.   L-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet għandhom jistabbilixxu Arranġamenti Amministrattivi sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

2.   Tali Arranġamenti Amministrattivi jistgħu, inter alia, ikopru dispożizzjonijiet finanzjarji, l-assenjazzjoni ta’ responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u dispożizzjonijiet ddettaljati dwar id-disseminazzjoni tal-informazzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali.

3.   Arranġamenti Amministrattivi stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati kif determinat b’mod reċiproku bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu X

Liġi applikabbli

Il-kooperazzjoni prevista f’dan il-Ftehim għandha tkun skont il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Afrika t’Isfel u fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll skont il-ftehimiet internazzjonali li l-Partijiet daħlu fihom. Fil-każ tal-Komunità, il-liġi applikabbli tinkludi t-Trattat Euratom u l-leġiżlazzjoni dderivata minnu.

Artikolu XI

Nuqqas ta’ konformità

1.   Jekk kwalunkwe Parti jew Stat Membru tal-Komunità tikser jew jikser kwalunkwe dispożizzjoni materjali ta’ dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra tista’ tissospendi jew twaqqaf, permezz ta’ notifika bil-miktub, il-kooperazzjoni skont dan il-Ftehim.

2.   Qabel ma waħda mill-Partijiet tieħu azzjoni f’dak is-sens, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jieħdu deċiżjoni dwar jekk humiex meħtieġa miżuri korrettivi, u jekk ikun hekk, il-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu u ż-żmien li fih għandhom jittieħdu tali miżuri. Tali azzjoni għandha tittieħed biss f’każ li ma jittieħdux miżuri deċiżi fiż-żmien deċiż mill-Partijiet jew, f’każ li ma tinstabx soluzzjoni wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ żmien iddefinit mill-Partijiet.

3.   It-tmiem ta’ dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe arranġament u/jew kuntratt, magħmula matul il-perjodu tal-validità tiegħu iżda li għadhom ma ġewx ikkompletati sad-data tat-tmiem tiegħu, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.

Artikolu XII

Konsultazzjoni u soluzzjoni ta’ tilwim

1.   Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, rappreżentanti tal-Partijiet għandhom jiltaqgħu meta jkun meħtieġ sabiex jikkonsultaw ma’ xulxin dwar kwistjonijiet li jitqajmu mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, sabiex jissorveljaw it-tħaddim tiegħu u jiddiskutu arranġamenti addizzjonali għal dawk previsti f’dan il-Ftehim. Tali konsultazzjonijiet jistgħu jieħdu l-għamla wkoll ta’ skambju ta’ korrispondenza.

2.   Kull tilwim li jinqala’ mill-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma jiġix solvut permezz ta’ negozjati jew kif miftiehem b’mod ieħor bejn il-Partijiet għandu, fuq it-talba ta’ waħda mill-Partijiet, jiġi ppreżentat quddiem tribunal tal-arbitraġġ li għandu jkun magħmul minn tliet arbitri. Kull Parti għandha taħtar arbitru wieħed u ż-żewġ arbitri hekk maħtura għandhom jeleġġu t-tielet wieħed, li ma jkunx ċittadin ta’ wieħed mill-Partijiet u li għandu jkun il-President. Jekk fi żmien tletin jum mit-talba għall-arbitraġġ, kwalunkwe Parti tkun għadha ma ħatritx arbitru, il-Parti l-oħra tista’ titlob lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jinnomina arbitru lill-Parti li ma tkunx ħatret wieħed. Jekk fi żmien tletin jum mill-ħatra jew nomina tal-arbitri għaż-żewġ Partijiet, it-tielet arbitru ma jkunx ġie elett, waħda mill-Partijiet tista’ titlob lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja biex jinnomina t-tielet arbitru. Maġġoranza tal-membri tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jikkostitwixxu kworum, u d-deċiżjonijiet kollha għandhom isiru b’maġġoranza ta’ voti tal-membri kollha tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-proċedura arbitrali għandha tkun fissa mit-tribunal. Id-deċiżjonijiet tat-tribunal għandhom ikunu vinkolanti fuq iż-żewġ Partijiet u għandhom ikunu implimentati minnhom. Ir-rimunerazzjoni tal-arbitri għandha tkunu stabbilita fuq l-istess bażi ta’ dik ta’ mħallfin ad hoc tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

3.   Għall-fini ta’ soluzzjoni tat-tilwim, għandha tintuża l-verżjoni bl-Ingliż ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu XIII

Dispożizzjonijiet kumplimentari

1.   Dan il-Ftehim huwa mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jikkonkludu ftehimiet bilaterali mal-Afrika t’Isfel, filwaqt li jirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri fuq naħa waħda u tal-Komunità fuq l-oħra, u safejn tali ftehimiet bilaterali huma kompletament konformi mal-għanijiet u t-termini ta’ dan il-Ftehim. Ftehimiet bilaterali konklużi minn ċerti Stati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Afrika t’Isfel jistgħu jibqgħu japplikaw.

2.   Dispożizzjonijiet biex jiġu artikolati dawk il-ftehimiet u dan il-Ftehim għandhom jiġu pproġettati fejn xieraq, skont il-kompetenzi rispettivi tal-Partijiet, u soġġetti għall-ftehim tal-partijiet ikkonċernati.

Artikolu XIV

Emendi u status tal-Anness

1.   Fuq it-talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-Partijiet jistgħu jikkonsultaw lil xulxin dwar emendi possibbli għal dan il-Ftehim, b’mod partikolari biex iqisu l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam tas-salvagwardji nukleari.

2.   Dan il-Ftehim jista’ jkun emendat jekk il-Partijiet jaqblu hekk.

3.   Kwalunkwe emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data li l-Partijiet jispeċifikaw, bi skambju bejniethom ta’ noti diplomatiċi, għad-dħul tagħha fis-seħħ.

4.   L-Anness għal dan il-Ftehim jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim u jista’ jiġi emendat skont il-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu XV

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ validità

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika bil-miktub li l-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew mill-Partijiet.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ għaxar snin. Sussegwentement, dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin, sakemm, mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta’ tali perjodu addizzjonali, Parti ma tinnotifikax lill-Parti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim.

3.   Minkejja s-sospensjoni, it-tmiem jew l-iskadenza ta’ dan il-Ftehim jew ta’ kwalunkwe kooperazzjoni hawn taħt għal kwalunkwe raġuni, l-obbligi fl-Artikoli III, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X ta’ dan il-Ftehim għandhom jibqgħu validi sakemm kwalunkwe materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir soġġett għal dawn l-Artikoli jibqa’ fit-territorju tal-Parti l-oħra jew taħt il-ġurisdizzjoni jew kontroll tagħha fi kwalunkwe post jew sakemm jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu IV ta’ dan il-Ftehim li tali materjal nukleari ma jistax jintuża aktar, jew ma jistax jiġi rkuprat għall-ipproċessar f’forma li tista’ tintuża, għal kwalunkwe attività nukleari rilevanti mil-lat tas-salvagwardji.

Magħmul fi Pretoria, fit-tmintax-il jum ta’ Lulju tas-sena elfejn u tlettax, f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bit-Taljan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Isvediż, u bl-Ungeriż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

B’XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif xieraq għal dan, iffirmaw il-Ftehim preżenti.

Għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Andris PIEBALGS

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Ben MARTINS


ANNESS

Prinċipji ta’ gwida dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw minn attivitajiet konġunti ta’ riċerka fi ħdan il-Ftehim għall-Kooperazzjoni fil-użi paċifċi tal-enerġija nukleari

I.   SJIEDA, ALLOKAZZJONI U EŻERĊITAR TAD-DRITTIJIET

1.

Dan l-Anness għandu japplika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni skont dan il-Ftehim sakemm mhux miftiehem mod ieħor mill-Partijiet. Il-parteċipanti għandhom jiżviluppaw b’mod konġunt pjanijiet ta’ ġestjoni tat-teknoloġija (technology management plans - TMPs) dwar is-sjieda u l-użu, inkluża l-pubblikazzjoni, ta’ informazzjoni u proprjetà intellettwali li jkollha tinħoloq waqt attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Dawk it-TMPs se jiġu approvati mill-Partijiet qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt speċifiku ta’ kooperazzjoni f’Riċerka u Żvilupp li jirreferu għalihom.

It-TMPs għandhom ikunu żviluppati billi jitqiesu l-għanijiet tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni, il-kontribuzzjonijiet relattivi tal-parteċipanti, il-pekuljaretajiet tal-ħruġ tal-liċenzji skont it-territorju jew għal qasam speċifiku ta’ użu, ir-rekwiżiti imposti bil-liġijiet applikabbli u fatturi oħra li l-parteċipanti jqisu bħala xierqa. Id-drittijiet u l-obbligi li jikkonċernaw ir-riċerka ġġenerata mir-riċerkaturi li jagħmlu ż-żjarat taħt dan il-Ftehim fir-rigward tal-RIA se jkunu indirizzati ukoll fit-TMPs konġunti.

2.

L-RIA maħluqa matul l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u mhux indirizzati fit-TMP għandhom jiġu allokati, bl-approvazzjoni tal-Partijiet, skont il-prinċipji stipulati fit-TMP. F’kaz ta’ nuqqas ta’ qbil, ikun hemm sjieda konġunta ta’ tali RIA mill-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka konġunta minn fejn jirriżultaw l-RIA. Kull parteċipant li tapplika għalih din id-disposizzjoni jkollu d-dritt li juża tali RIA għall-isfruttament kummerċjali tagħhom mingħajr limitazzjoni ġeografika.

3.

Kull Parti trid tiżgura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jkollhom id-drittijiet għall-RIA allokati lilhom skont dawn il-prinċipji.

4.

Filwaqt li jinżammu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fiż-żoni affettwati minn dan il-Ftehim, kull Parti għandha tiżgura li id-drittijiet miksuba skont dan il-Ftehim u l-arranġamenti li saru skont dan huma eżerċitati b’tali mod li jinkoraġġixxu b’mod partikolari:

(i)

id-disseminazzjoni u l-użu tal-informazzjoni maħluqa, żvelata legalment, jew li saret disponibbli legalment b’mod ieħor, skont dan il-Ftehim;

(ii)

l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ livelli tekniċi internazzjonali.

II.   XOGĦLIJIET B’DRITTIJIET TAL-AWTUR

Skont dan il-Ftehim, id-dritt tal-awtur tal-Partijiet jew tal-parteċipanti tagħhom jingħata trattament konsistenti mal-Konvenzjoni ta’ Berne għall-protezzjoni ta’ xogħol letterarju u artistiku (Att ta’ Pariġi 1971).

III.   XOGĦLIJIET LETTERARJI XJENTIFIĊI

Mingħajr ħsara għat-Taqsima IV ta’ dan l-Anness, sakemm mhux miftiehem mod ieħor fit-TMP il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jsiru b’mod konġunt mill-Partijiet jew parteċipanti ta’ dawk l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Soġġett għal din ir-regola ġenerali, għandhom japplikaw l-proċeduri li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ pubblikazzjoni minn Parti jew parteċipanti oħra tagħha, ta’ ġurnali, artikli, rapporti, kotba xjentifiċi jew tekniċi inklużi vidjows u softwer, tar-riżultati li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ kooperazzjoni skont dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra jew il-parteċipanti l-oħra tagħha jkunu intitolati għal liċenzja dinjija, mhux esklussiva, irrevokabbli u bla ħlas għad-drittijiet biex jittraduċu, jipproduċu, jadattaw, jittrasmettu u jiddistribwixxu pubblikament xogħlijiet bħal dawn;

(b)

il-Partijiet għandhom jiżguraw li xogħlijiet letterarji ta’ natura xjentifika li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni skont dan il-Ftehim u ppubblikati minn pubblikaturi indipendenti għandhom jiġu ddisseminati bl-aktar mod mifrux possibbli;

(c)

il-kopji kollha ta’ xogħol b’dritt tal-awtur li se jkun distribwit pubblikament u mħejji skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għadhom jindikaw l-ismijiet jew il-psewdonimi tal-awtur(i) tax-xogħol sakemm l-awtur jew l-awturi ma jaċċettax/jaċċettawx li jissemma/jissemmew. Il-kopji għandhom ikollhom rikonixximent ċar u viżibbli tas-sostenn kooperattiv tal-Partijiet u/jew ir-rappreżentanti u/jew l-organizzazzjonijiet tagħhom.

IV.   INFORMAZZJONI MHUX ŻVELATA

1.   Informazzjoni dokumentarja mhux żvelata

(a)

Kull Parti jew il-parteċipanti tagħha, kif xieraq, għandhom jidentifikaw, mill-aktar fis possibli u preferibbilment fit-TMP, l-informazzjoni li tixtieq li ma tiġix żvelata fir-rigward ta’ dan il-Ftehim, filwaqt li jitqiesu, inter alia, il-kriterji li ġejjin:

is-segretezza tal-informazzjoni fis-sens li din ma tkunx, fl-intier tagħha jew fil-konfigurazzjoni preċiża jew kombinazzjoni tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufa fost l-esperti f’dak il-qasam jew tkun aċċessibbli, fil-pront, għalihom b’mezzi leċiti,

il-valur kummerċjali attwali jew potenzjali tal-informazzjoni bis-saħħa tas-segretezza tagħha,

protezzjoni preċedenti tal-informazzjoni fis-sens li kienet soġġetta għal modi li kienu raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi mill-persuna li legalment għandha l-kontroll li żżomm s-segretezza tagħha.

Il-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom jistgħu, f’ċerti każijiet, jiftiehmu, li sakemm mhux indikat mod ieħor, partijiet mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha pprovduta, skambjata jew maħluqa matul l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni skont il-Ftehim ma għandhomx jiġu żvelati.

(b)

Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni mhux żvelata taħt dan il-Ftehim u n-natura privileġġata tagħha tingħaraf mal-ewwel, b’tali mod, mill-Parti l-oħra, pereżempju bl-għajnuna ta’ sinjal xieraq jew tifsira ristrettiva. Dan japplika ukoll għal kwalunke riproduzzjoni tat-tali informazzjoni, kollha kemm hi jew parti minnha;

Parti li tirċievi informazzjoni mhux żvelata skont dan il-Ftehim għandha tirrispetta n-natura privileġġata tagħha. Dawn il-limitazzjonijiet jintemmu awtomatikament meta din l-informazzjoni tiġi żvelata mis-sid mingħajr restrizzjonijiet lill-esperti fil-qasam;

(c)

Informazzjoni mhux żvelata kkomunikata taħt dan il-Ftehim tista’ tiġi ddisseminata mill-Parti li qed tirċievi, lil persuni fi ħdan il-Parti li qed tirċievi jew impjegati minnha, u dipartimenti jew aġenziji oħra kkonċernati fil-Parti li qed tirċievi awtorizzati għall-finijiet speċifiċi tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu qed jitwettqu, bil-kundizzjoni li kwalunkwe informazzjoni mhux żvelata ddiseminata b’dan il-mod tkun skont ftehim ta’ kunfidenzjalità u tkun rikonoxxibbli fil-pront bħala tali, kif stipulat hawn fuq;

(d)

bil-kunsens minn qabel bil-miktub tal-Parti li qed tipprovdi informazzjoni mhux żvelata skont dan il-Ftehim, il-Parti li qed tirċievi tista’ xxerred tali informazzjoni mhux żvelata b’mod aktar wiesa’ milli kieku permess fil-paragrafu (c). Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ proċeduri għat-talba jew kisba ta’ kunsens minn qabel bil-miktub għal tali disseminazzjoni usa’, u kull Parti għandha tagħti tali approvazzjoni sal-limitu permissibbli skont il-politiki, regolamenti u l-liġijiet domestiċi tagħha.

2.   Informazzjoni mhux dokumentarja mhux żvelata

Informazzjoni mhux dokumentarja mhux żvelata jew informazzjoni oħra kunfidenzali jew privileġġjata pprovvduta f’seminars u laqgħat oħra arranġati taħt dan il-Ftehim, jew informazzjoni li rriżultat mis-sekondar tal-persunal, l-użu tal-faċilitajiet, jew proġetti konġunti, se tkun trattata mill-Partijiet jew il-parteċipanti tagħhom skont il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni dokumentarja f’dan l-Anness, bil-kundizzjoni, madankollu, li r-riċevitur ta’ tali informazzjoni mhux żvelata jew kunfidenzjali jew privileġġjata ikun konxju tan-natura kunfidenzali tal-informazzjoni kkommunikata fil-mument li saret tali komunikazzjoni.

3.   Kontroll

Kull Parti għandha tipprova tiżgura li informazzjoni mhux żvelata li tirċievi skont dan il-Ftehim għandha tiġi kkontrollata kif previst hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir konxja li hija mistennija, jew hija raġonevolment mistennija, li ma tkunx tista’ tissodisfa d-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tad-disseminazzjoni fil-paragrafi 1 u 2, din għandha tinforma l-Parti l-oħra minnufih. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiddeterminaw kif għandhom jipproċedu.

V.   ELEMENTI INDIKATTIVI TAL-PJAN DWAR IL-ĠESTJONI TAT-TEKNOLOĠIJA (TMP)

It-TMP huwa ftehim speċifiku li għandu jkun konkluż bejn il-parteċipanti dwar l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti. Fir-rigward tal-RIA, it-TMP għandu normalment jindirizza, inter alia: is-sjieda, il-protezzjoni, id-drittijiet tal-utenti għall-finijiet ta’ R & Ż, l-isfruttar u d-disseminazzjoni, inklużi l-arranġamenti għal pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u l-obbligi ta’ riċerkaturi viżitanti u l-proċeduri tas-soluzzjoni tat-tilwim. It-TMP jista’ wkoll tindirizza l-informazzjoni ġdida u dik fl-isfond, l-għoti ta’ liċenzji u r-riżultati tanġibbli.


REGOLAMENTI

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/11


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 733/2013

tat-22 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 994/98 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 109 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (1) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara permezz ta’ regolamenti li ċerti kategoriji speċifikati ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

L-għajnuna mill-Istat hija kunċett objettiv iddefinit fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta eżenzjonijiet ta’ kategoriji kif previst fir-Regolament (KE) Nru 994/98 tapplika biss għal miżuri li jissodisfaw il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u għaldaqstant jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. L-inklużjoni ta’ ċerta kategorija ta’ għajnuna fir-Regolament (KE) Nru 994/98 jew f’regolament ta’ eżenzjoni ma jiddeterminax minn qabel il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara li f’ċerti kundizzjonijiet għajnuna lil impriżi ta’ daqs żgħir u medju (“SMEs”), għajnuna favur ir-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna favur il-protezzjoni tal-ambjent, għajnuna għall-impjiegi u t-taħriġ, u għajnuna konformi mal-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru għall-għoti ta’ għajnuna reġjonali, hija kompatibbli mas-suq intern u mhux soġġetta għar-rekwiżit tan-notifika.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex teżenta għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, iżda mhux għall-innovazzjoni. Minn dakinhar l-innovazzjoni saret prijorità fil-politika tal-Unjoni fil-kuntest ta’ “Unjoni tal-Innovazzjoni”, bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin ta’ Ewropa 2020. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ għajnuna għall-innovazzjoni huma relattivament żgħar u ma joħolqux distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni.

(5)

Fis-settur tal-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju, għadd ta’ miżuri meħudin mill-Istati Membri jistgħu ma jikkostitwixxux għajnuna għax ma jissodisfawx il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, pereżempju għaliex il-benefiċjarju ma jwettaqx attività ekonomika jew għaliex m’hemm l-ebda effett fuq kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, sal-punt li l-miżuri fil-qasam tal-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-Istati Membri bħalissa huma meħtieġa li jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni li teżenta l-għajnuna mogħtija lill-SMEs, iżda tali eżenzjoni tkun ta’ użu limitat fis-settur kulturali, billi r-riċevituri ħafna drabi jkunu kumpanniji kbar. Madankollu, il-proġetti ż-żgħar tal-kultura, il-ħolqien u l-konservazzjoni tal-patrimonju, anki jekk isiru minn kumpanniji kbar, ġeneralment ma jwasslux għal distorsjoni sinifikanti, u każijiet reċenti wrew li tali għajnuna għandha effetti limitati fuq il-kummerċ.

(6)

Jistgħu jitfasslu eżenzjonijiet fis-settur tal-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju abbażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni kif stipulata fil-linji gwida, bħal fil-każ ta’ xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi, jew jiġu żviluppati każ b’każ. Meta tabbozza tali eżenzjonijiet ta’ kategoriji, il-Kummissjoni tieħu kont li dawn għandhom ikopru biss miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, li fil-prinċipju għandhom jiffokaw fuq miżuri li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-“Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE(SAM)”, u li hija biss għajnuna li tiġi eżentata bħala kategorija li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni għandha esperjenza sostanzjali. Barra minn hekk, għandu jittieħed kont tal-kompetenza primarja tal-Istati Membri fil-qasam tal-kultura, il-protezzjoni speċjali li għandha d-diversità kulturali skont l-Artikolu 167(1) tat-TFUE u tan-natura speċjali tal-kultura.

(7)

L-Istati Membri huma mitlubin ukoll li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, il-miżuri tal-għajnuna mill-Istat biex isewwu l-ħsara kkawżata mid-diżastri naturali. L-ammonti mogħtija f’dan il-qasam ġeneralment ikunu limitati u jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà. Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni li teżenta tali għajnuna mir-rekwiżit ta’ notifika, biss jekk din tingħata lill-SMEs. Madankollu, anki kumpanniji kbar jistgħu jintlaqtu mid-diżastri naturali. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna bħal din ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti u, abbażi tal-esperjenza miksuba, jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà.

(8)

L-Istati Membri huma mitluba wkoll li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex tissewwa l-ħsara kkawżata minn ċerti kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fis-sajd. L-ammonti mogħtija f’dan il-qasam ġeneralment huma limitati u jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà. Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni li teżenta tali għajnuna mir-rekwiżit ta’ notifika, biss jekk din tingħata lill-SMEs. Madankollu, anki kumpanniji kbar jistgħu jintlaqtu minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fis-sajd. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna bħal din ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti u, abbażi tal-esperjenza miksuba, jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà.

(9)

Skont l-Artikolu 42 tat-TFUE, ir-regoli dwar l-għajnuna Statli ma japplikawx taħt ċerti kundizzjonijiet għal ċerti miżuri ta’ għajnuna favur il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE. L-Artikolu 42 ma japplikax għall-forestrija jew għall-prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness I. Għaldaqstant, bħalissa, permezz tar-Regolament (KE) Nru 994/98, l-għajnuna għall-forestrija u għall-promozzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I fis-settur tal-ikel, tista’ tiġi eżentata biss jekk tkun limitata għall-SMEs. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ teżenta ċerti tipi ta’ għajnuna għall-forestrija, inkluż għajnuna li tinsab fil-programmi ta’ żvilupp rurali u wkoll dik favur il-promozzjoni u r-reklamar ta’ prodotti fis-settur tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I meta, skont l-esperjenza tal-Kummissjoni, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu limitati u meta jkunu jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà.

(10)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (2), l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-intrapriżi fis-settur tas-sajd, ħlief għall-pagamenti li jsiru mill-Istati Membri skont, u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. Għajnuna mill-Istat addizzjonali għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu ġeneralment ikollha effetti limitati fuq il-kummerċbejn l-Istati Membri, tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-politika marittima u tas-sajd u ma tikkawżax distorsjonijiet serji fil-kompetizzjoni. L-ammonti mogħtija ġeneralment ikunu limitati u jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà.

(11)

Fis-settur tal-isport, b’mod partikolari fil-qasam tal-isport tad-dilettanti, għadd ta’ miżuri meħudin mill-Istati Membri jistgħu ma jikkostitwixxux għajnuna għax ma jissodisfawx il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, pereżempju għaliex il-benefiċjarju ma jwettaqx attività ekonomika, jew għaliex m’hemm l-ebda effett fuq kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, sal-punt li l-miżuri fil-qasam tal-isport ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-Istati Membri bħalissa huma meħtieġa li jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għall-isport b’mod partikolari dawk fil-qasam tal-isport tad-dilettanti jew dawk li huma ta’ skala żgħira, ħafna drabi għandhom effetti limitati fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma joħolqux distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni. L-ammonti mogħtija ġeneralment huma wkoll limitati. Abbażi tal-esperjenza miksuba jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà, biex b’hekk jiġi żgurat li l-għajnuna għall-isport ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti.

(12)

Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport bl-ajru u dak marittimu, mill-esperjenza tal-Kummissjoni, l-għajnuna li għandha natura soċjali għat-trasport ta’ residenti ta’ reġjuni mbiegħda bħal reġjuni u gżejjer l-aktar imbiegħda, inklużi reġjuni Stati Membri gżejjer uniċi u żoni b’populazzjoni baxxa, ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti sakemm din tingħata mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-identità ta’ min iġorr. Barra minn hekk, jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà.

(13)

Fil-qasam tal-għajnuna għall-infrastruttura tal-broadband, reċentement il-Kummissjoni kisbet esperjenza wiesgħa u fasslet linji gwida (3). Fl-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna għal ċerti tipi ta’ infrastruttura tal-broadband ma tikkawża l-ebda distorsjoni sinfikanti u tista’ tibbenefika minn eżenzjoni ta’ kategorija, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà u sakemm l-infrastruttura tiġi implimentata f’“żoni bojod”, li huma żoni fejn m’hemm l-ebda infrastruttura tal-istess kategorija (sew broadband jew aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss b’veloċità għolja ħafna, “NGA”) u fejn x’aktarx xejn mhu ser jiġi żviluppat fil-futur qrib, kif jidher fil-kriterji żviluppati fil-linji gwida. Dan huwa minnu għall-għajnuna li tkopri l-forniment ta’ broadband bażiku, kif ukoll għall-għajnuna lil miżuri individwali żgħar li tkopri netwerks ta’NGA, u għall-għajnuna lil xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili relatati mal-broadband u l-infrastruttura tal-broadband passiva.

(14)

Fir-rigward tal-infrastruttura, għadd ta’ miżuri meħudin mill-Istati Membri jistgħu ma jikkostitwixxux għajnuna għax ma jissodisfawx il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, pereżempju għaliex il-benefiċjarju ma jwettaqx attività ekonomika, għaliex m’hemm l-ebda effett fuq kummerċ bejn l-Istati Membri, jew għaliex il-miżura tikkonsisti minn kumpens għal servizz ta’ interess ekomomiku ġenerali li jissodisfa l-kriterji kollha tal-każistika Altmark  (4). Madankollu, sal-punt li l-finanzjament ta’ infrastrutturi jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-Istati Membri huma obbligati li jinnotifikawh lill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-infrastruttura, ammonti żgħar ta’ għajnuna għal proġetti ta’ infrastruttura jistgħu jkunu mod effiċjenti kif wieħed jappoġġa objettivi tal-Unjoni sal-punt li l-għajnuna timminimizza l-ispejjeż u d-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni tkun limitata. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tkun fil-pożizzjoni li teżenta l-għajnuna mill-Istat għal proġetti ta’ infrastruttura li jappoġġaw l-objettivi msemmijin f’dan ir-Regolament u jappoġġaw objettivi oħra ta’ interess komuni, b’mod partikolari l-objettivi ta’ Ewropa 2020 (5). Dan jista’ jinkludi appoġġ għal proġetti li jinvolvu netwerks b’diversi setturi jew faċilitajiet fejn hija neċessarja għajnuna relattivament żgħira. Madankollu, eżenzjonijiet ta’ kategorija jistgħu jingħataw biss għal proġetti ta’ infrastruttura fejn il-Kummissjoni jkollha biżżejjed esperjenza biex tiddefinixxi kriterji ta’ kompatibbiltà ċari u stretti waqt li tiżgura li r-riskju ta’ distorsjoni potenzjali jkun limitat u li ammonti kbar jibqgħu soġġetti għal notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(15)

Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu jiġi estiż biex jinkludi kategoriji ta’ għajnuna ġodda. Din l-inklużjoni ma taffettwax il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat fil-kategoriji jew setturi fejn l-Istati Membri jkunu diġà attivi.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jirrikjedi li l-limiti għal kull kategorija ta’ għajnuna, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni tadotta regolament dwar eżenzjoni ta’ kategorija jiġu espressi jew f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna fir-rigward ta’ sett ta’ spejjeż eliġibbli jew f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna. Din il-kundizzjoni tagħmilha diffiċli biex jiġu eżentati kategoriji ta’ ċerti tipi ta’ miżuri li jinvolvu l-għajnuna mill-Istat li, minħabba l-mod speċifiku li bih huma mfassla, ma jistgħux ikunu espressi preċiżament f’termini tal-intensitajiet ta’ għajnuna jew ammonti massimi ta’ għajnuna; bħal strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew ċerti forom ta’ miżuri li huma mmirati biex jippromwovu l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju. Dan partikolarment minħabba li miżuri kumplessi bħal dawn jistgħu jinvolvu għajnuna f’livelli differenti: (benefiċjarji differenti, benefiċjarji intermedjarji u benefiċjarji indiretti). Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber ta’ miżuri bħal dawn u l-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-Unjoni, għandu jkun hemm aktar flessibilità biex ikun possibbli li jiġu eżentati. Għalhekk għandu jkun possibbli, fil-każ ta’ tali miżuri, li jiġu definiti l-limiti għal għotja partikolari ta’ għajnuna f’termini tal-livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat fi jew relatat ma’ dik il-miżura. Il-livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat jista’ jkun magħmul minn element ta’ appoġġ, li jista’ ma jkunx għajnuna mill-Istat, sakemm il-miżura tinkludi mill-inqas xi elementi li fihom għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u li mhumiex marġinali.

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jesiġi li l-Istati Membri jipprovdu sommarji ta’ informazzjoni rigward l-għajnuna li tiġi implimentata minnhom, li tkun koperta minn regolament ta’ eżenzjoni. Il-pubblikazzjoni ta’ dawk is-sommarji hija neċessarja biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-miżuri adottati mill-Istati Membri. Il-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kien l-aktar mezz effettiv biex tiġi żgurata t-trasparenza fiż-żmien meta r-Regolament (KE) Nru 994/98 ġie adottat. Madankollu, fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-midja elettronika ta’ komunikazzjoni, il-pubblikazzjoni tas-sommarji fuq is-sit web tal-Kummissjoni hija metodu aktar veloċi u aktar effettiv, bi trasparenza miżjuda għall-benefiċċju tal-partijiet interessati. Għaldaqstant, minflok ma jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, dawk is-sommarji għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

(18)

Bl-istess mod, abbozzi ta’ regolamenti u dokumenti oħra li jridu jiġu eżaminati mill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat skont ir-Regolament (KE) Nru 994/98 għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni, minflok f’Il-Ġurnal Uffiċjali, sabiex tiġi żgurata aktar trasparenza u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u d-dewmien fil-pubblikazzjoni.

(19)

Il-proċedura ta’ konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 tipprevedi li l-Kumitat Konsultattiv dwar Għajnuna mill-Istat għandu jkun ikkonsultat qabel il-pubblikazzjoni ta’ abbozz ta’ regolament. Madankollu, fl-interess ta’ trasparenza akbar, l-abbozz ta’ regolament għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni fl-istess ħin li fih il-Kummissjoni tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv għall-ewwel darba.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tar-Regolament jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali”

(2)

L-Artikolu l jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 (a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għajnuna favur:

(i)

intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(ii)

riċerka, żvilupp u innovazzjoni;

(iii)

ħarsien tal-ambjent;

(iv)

impjieg u taħriġ;

(v)

konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

(vi)

tiswija tal-ħsara kkawżata minn diżastri naturali;

(vii)

it-tiswija tal-ħsara kkawżata minn ċerti kundizzjonijiet ħżiena ta’ temp fis-sajd;

(viii)

forestrija;

(ix)

promozzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;

(x)

konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;

(xi)

sport;

(xii)

residenti ta’ reġjuni mbiegħda, għat-trasport, meta din l-għajnuna jkollha karattru soċjali u tingħata mingħajr diskriminazzjoni relata mal-identità ta’ min iġorr;

(xiii)

l-infrastruttura tal-broadband bażika, miżuri ta’ infrastruttura żgħar individwali li jkopru netwerks ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss, xogħlijiet tal-inġinerija ċivili relatati mal-broadband u infrastruttura tal-broadband passiva, f’żoni fejn jew ma hemmx tali infrastruttura jew fejn mhux probabbli li tiġi żviluppata tali infrastruttura fil-futur qrib;

(xiv)

infrastruttura b’appoġġ tal-objettivi elenkati f’(i) sa (xiii) u fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u b’appoġġ għal objettivi oħra ta’ interess komuni, b’mod partikolari l-objettivi ta’ Ewropa 2020.”.

(b)

il-paragrafu (2)(c) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

limiti espressi f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna fir-rigward ta’ sett ta’ spejjeż eliġibbli jew f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna jew, għal ċerti tipi ta’ għajnuna fejn tista’ tkun diffiċli li tiġi identifikata l-intensità tal-għajnuna jew l-ammont preċiż tal-għajnuna, b’mod partikolari strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew investimenti ta’ kapital ta’ riskju jew dawk ta’ natura simili, f’termini ta’ livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat f’dik il-miżura jew relatat magħha, mingħajr preġudizzju għall-kwalifikazzjoni tal-miżuri kkonċernati fid-dawl tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE;”

(3)

L-Artikolu 3(2) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta jiġu implimentati sistemi ta’ għajnuna jew għajnuna individwali li ngħataw barra mill-qafas ta’ sistema, li jkunu ġew eżentati skont ir-regolamenti msemmijin fl-Artikolu 1(1), l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni, sommarji tal-informazzjoni dwar tali sistemi ta’ għajnuna jew tali għajnuna individwali li mhumiex koperti mis-sistemi ta’ għajnuna eżentati.”

(4)

L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 (a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fl-istess waqt li jiġi ppubblikat kwalunkwe abbozz ta’ Regolament skont l-Artikolu 6;”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-abbozzi u d-dokumenti li għandhom ikunu eżaminati għandhom jiġu annessi man-notifika u jistgħu jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (GU C 25, 26.1.2013, p. 1).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH ([2003] Ġabra I-7747).

(5)  Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2010/410/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni (ĠU L 191, 23.7.2010, p. 28) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjieg (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46).


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/15


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 734/2013

tat-22 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 109 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-kuntest ta’ modernizzazzjoni profonda tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jikkontribwixxu kemm għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir (1) u għall-konsolidament baġitarju, l-Artikolu 107 tat-Trattat għandhom jiġu applikati effettivament u b’mod uniformi madwar l-Unjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (2) ikkodifika u saħħaħ il-prattika preċedenti tal-Kummissjoni li tiżdied iċ-ċertezza legali u li jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-politika dwar l-għajnuna mill-Istat f’ambjent trasparenti. Madankollu, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu u tal-iżviluppi reċenti bħalma huma t-tkabbir u l-kriżi ekonomika u finanzjarja, ċerti aspetti ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu emendati biex jippermettu lill-Kummissjoni tkun aktar effettiva.

(2)

Sabiex tevalwa l-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ kwalunkwe notifikata jew għajnuna illegali mill-Istat, li għalihom il-Kummissjoni għandha l-kompetenza esklussiva taħt l-Artikolu 108 tat-TFUE, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa, għall-finijiet tal-infurzar tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat, li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-suq minn kwalunkwe Stat Membru, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi jew kull meta dan ikollu dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura kkonċernata mar-regoli tal-Unjoni u għalhekk bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tuża din is-setgħa f’każijiet li fihom jidher li tkun meħtieġa valutazzjoni sostantiva kumplessa. Fid-deċiżjoni dwar jekk tużax din is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq it-tul tal-investigazzjoni preliminari.

(3)

Għall-iskop tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna wara l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, b’mod partikolari fir-rigward każijiet teknikament kumplessi soġġetti għal evalwazzjoni sostantiva, il-Kummissjoni għandha tkun tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni, li teħtieġ li kwalunkwe Stat Membru, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-suq biex titlesta l-valutazzjoni tagħha, jekk l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat matul l-investigazzjoni preliminari ma tkunx biżżejjed, filwaqt li tieħu kont dovut tal-prinċipju tal-proporzjonalità, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

(4)

Fid-dawl tar-relazzjoni speċjali bejn il-benefiċjarji tal-għajnuna u l-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob informazzjoni minn benefiċjarju tal-għajnuna bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat. L-għoti ta’ informazzjoni mill-benefiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni ma tikkostittwixxix bażi legali għal negozjati bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarju inkwistjoni.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tagħżel id-destinatarji ta’ talbiet għal informazzjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi adatti għal kull każ, filwaqt li tiżgura li, meta t-talba tiġi indirizzata lil kampjun ta’ impriżi jew assoċjazzjonijiet tagħhom, l-kampjun ta’ dawk li wieġbu huwa rappreżentattiv. L-informazzjoni mfittxija għandha tikkonsisti, b’mod partikolari, minn data fattwali dwar kumpanniji u s-suq u analiżi bbażata fuq il-fatti ta’ kif jaħdem is-suq.

(6)

Il-Kummissjoni, bħala dik li bdiet il-proċedura, għandha tkun responsabbli għall-verifika kemm tat-trażmissjoni mill-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ u l-kunfidenzjalità allegata tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata.

(7)

Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tinfurza l-osservanza ma’ talbiet għal informazzjoni li tindirizza lil kull impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi, kif xieraq, permezz ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet proporzjonati. Fl-iffissar tal-ammonti ta’ multi u ħlas perjodiku ta’ penalitajiet, il-Kummissjoni għandha tqis debitament il-prinċipji ta’ proporzjonalità u adegwatezza, b’mod partikolari fir-rigward ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Id-drittijiet tal-partijiet mitluba biex jipprovdu informazzjoni għandhom ikunu salvagwardjati billi tingħatalhom l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa qabel kwalunkwe deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata fir-rigward ta’ tali multi u penalitajiet perjodiċi skont l-Artikolu 261 tat-TFUE.

(8)

B’kont debitu meħud tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u adegwatezza, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tnaqqas il-pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet jew tneħħihom kompletament, meta d-destinatarji tat-talbiet jagħtu l-informazzjoni mitluba, anki jekk dan isir wara li jiskadi t-terminu.

(9)

Multi u pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet mhumiex applikabbli għall-Istati Membri billi huma fid-dmir li jikkooperaw b’mod sinċier mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u li jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rikjesta sabiex jippermettulha twettaq id-dmirijiet tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(10)

Sabiex jitħarsu d-drittijiet ta’ difiża tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tingħata kopji tat-talbiet għal informazzjoni li ntbagħtu lil Stati Membri oħrajn, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u tkun tista’ tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti li waslu. Għandha wkoll tiġi mgħarrfa dwar l-ismijiet tal-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi mitlubin, sal-punt li dawn l-entitajiet ma jkunux urew interess leġittimu fil-protezzjoni tal-identità tagħhom.

(11)

Il-Kummissjoni għandha tqis debitament l-interessi leġittimi tal-impriżi li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ikunu protetti. Hija ma għandhiex tkun tista’ tuża informazzjoni kunfidenzjali fornuta minn dawk li wieġbu, li ma jistgħux jiġu aggregati jew inkella jiġu anonimizzati, f’kull deċiżjoni sakemm qabel miksub il-kunsens tagħhom biex jiżvelaw dik l-informazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat.

(12)

F’każijiet fejn informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali ma jidhirx li tkun koperta b’obbligi ta’ segretezza professjonali, huwa xieraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu li permezz tiegħu l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi sa fejn tali informazzjoni tista’ tiġi żvelata. Kwalunkwe tali deċiżjoni li li tiġi rifjutata pretensjoni li l-informazzjoni hija kunfidenzjali għandha tindika perjodu li fit-tmiem tiegħu l-informazzjoni tkun żvelata, biex b’hekk il-konvenut ikun jista’ jagħmel użu minn kwalunkwe protezzjoni ġudizzjarja disponibbli għalih, inkluż kwalunkwe miżura interim.

(13)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, teżamina informazzjoni dwar għajnuna illegali, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 108 tat-TFUE, u b’mod partikolari mal-obbligu ta’ notifika u klawżola ta’ sospensjoni stabbilita fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u li tivvaluta l-kumpatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern. F’dak il-kuntest, l-ilmenti huma sors essenzjali ta’ informazzjoni biex jinkixef ksur ta’ regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

(14)

Biex ittejjeb il-kwalità tal-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni u fl-istess ħin tiżdied it-trasparenza u ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet li ilment għandu jissodisfa biex il-Kummissjoni tkun fil-pussess ta’ informazzjoni rigward għajnuna allegatament illegali u biex tniedi l-eżami preliminari. Is-sottomissjonijiet li ma jissodisfawx dawk il-kundizzjonijiet ser jiġu ttrattati bħala informazzjoni ġenerali dwar is-suq, u m’għandhomx bilfors iwasslu għal investigazzjonijiet ex officio.

(15)

Dawk li jkollhom ilmenti għandhom ikunu obbligati li juru li huma partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Għandhom ukoll ikunu obbligati li jipprovdu ċertu ammont ta’ informazzjoni f’forma li biha l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tiddefinixxi f’dispożizzjoni implimentattiva. Sabiex dawk li prospettivament jkollhom ilmenti ma jiġux skoraġġuti, dik id-dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni għandha tqis li t-talbiet fuq il-partijiet interessati biex jagħmlu ilment m’għandhomx ikunu ta’ piż kbir.

(16)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u ħlas perjodiku ta’ penalitajiet.

(17)

Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet simili b’mod konsistenti fis-suq intern kollu, huwa xieraq li jiġu kkompletati s-setgħat eżistenti tal-Kummissjoni billi tiġi introdotta bażi legali speċifika sabiex tniedi investigazzjonijiet f’setturi tal-ekonomija jew f’ċerti strumenti ta’ għajnuna f’diversi Stati Membri. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u fid-dawl tal-piż amministrattiv kbir li jitolbu investigazzjonijiet bħal dawn, inkjesti dwar is-settur għandhom isiru biss meta l-informazzjoni disponibbli tissostanzja suspett raġonevoli li miżuri ta’ għajnuna mill-Istat f’settur partikolari jistgħu jirrestrinġu jew ixekklu b’mod materjali l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern f’diversi Stati Membri, jew li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat f’settur partikolari f’diversi Stati Membri mhumiex, jew m’għadhomx, kumpatibbli mas-suq intern. Inkjesti bħal dawn jippermettu lill-Kummissjoni tittratta b’mod effiċjenti u trasparenti kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali u tikseb ħarsa ġenerali ex ante tas-settur ikkonċernat.

(18)

Il-konsistenza fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tirrikjedi ukoll li jiġu stabbiliti arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Kooperazzjoni bħal din hija rilevanti għal qrati kollha tal-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108 tat-TFUE. B’mod partikolari, qrati nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jistaqsu għall-informazzjoni lill-Kummissjoni jew għall-opinjoni fuq il-punti kkonċernati tal-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista’ tissottometti l-osservazzjonijiet bil-miktub jew oralment lill-qrati li huma msejħa biex japplikaw l-Artikolu 107(1) jew l-Artikolu 108 tat-TFUE. Meta tassisti lill-qrati nazzjonali f’dan l-aspett, il-Kummissjoni taġixxi skont id-dmir tagħha li tiddefendi l-interess pubbliku.

(19)

Dawk l–osservazzjonijiet u opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 267 tat-TFUE u ma għandhomx jorbtu b’mod legali lill-qrati nazzjonali. Dawn għandhom jiġu ppreżentati fi ħdan struttura ta’ regoli u prattiċi ta’ proċedura nazzjonali inkluż dawk li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-partijiet, b’rispett sħiħ tal-indipendenza tal-qrati nazzjonali. Osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess għandhom jiġu limitati għal każijiet li huma importanti għall-applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 107(1) jew l-Artikolu 108 tat-TFUE, b’mod partikolari għal każijiet li huma sinifikanti għall-infurzar jew l-iżvilupp ulterjuri tal-każistika tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat).

(20)

Fl-interess tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali, informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ppubblikati deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet, minħabba li dawn jaffettwaw l-interessi tas-sorsi kkonċernati. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tagħti informazzjoni pubblika dwar id-deċiżjonijiet tagħha, għandha tirrispetta r-regoli tas-segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u d-data personali kollha, f’konformità mal-Artikolu 339 tat-TFUE.

(21)

Il-Kummissjoni, f’relazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv dwar Għajnuna mill-Istat, għandha tkun tista’ tadotta dispożizzjonijiet implimentattivi li jistabbilixxu regoli dettaljati li jirrigwardaw il-forma, il-kontenut u kriterji oħra tal-ilmenti ppreżentati skont lir-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(22)

Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tar-Regolament jiġi sostitwit b’dan li ġej:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 659/1999 TAT-22 TA’ MARZU 1999 LI JIPPRESKRIVI REGOLI DETTALJATI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 108 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA”;

(2)

It-titolu tar-Artikolu 5 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Talba għal informazzjoni magħmula lill-Istat Membru li jinnotifika”;

(3)

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:

“Artikolu 6a

Talba għal informazzjoni li ssir lil sorsi oħra

1.   Wara l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 6, b’mod partikolari fir-rigward ta’ każijiet teknikament kumplessi soġġetti għal valutazzjoni sostantiva, il-Kummissjoni tista’, jekk l-informazzjoni mogħtija minn Stat Membru kkonċernat matul investigazzjoni preliminari ma tkunx suffiċjenti, titlob kwalunkwe Stat Membru ieħor, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi ieħor jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja dwar is-suq biex il-Kummissjoni tkun tista’ tlesti l-valutazzjoni tagħha dwar il-miżura inkwistjoni b’kont meħud kif xieraq tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni:

(a)

jekk hija limitata għal proċeduri ta’ investigazzjoni formali li ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala ineffettivi s’issa; u

(b)

sa fejn huma kkonċernati l-benefiċjarji tal-għajnuna, jekk l-Istat Membru kkonċernat jaqbel mat-talba.

3.   L-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li jagħtu informazzjoni wara talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni dwar is-suq abbażi tal-paragrafi 6 u 7 għandhom jagħtu t-tweġiba tagħhom simultanjament lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat, sal-punt li d-dokumenti mogħtija ma jinkludu informazzjoni li hija kunfidenzjali rigward dak l-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tmexxi u tissorvelja t-trażmissjoni ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati, u tivverifika l-kunfidenzjalità allegata tal-informazzjoni trażmessa.

4.   Il-Kummissjoni għandha titlob informazzjoni li hija disponibbli għal Istat Membru, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati mit-talba.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni abbażi ta’ talba sempliċi u f’limitu ta’ żmien preskritt mill-Kummissjoni li normalment ma għandux jaqbeż xahar. Meta Stat Membru ma jagħtix l-informazzjoni mitluba f’dak il-perjodu jew jagħti informazzjoni mhux sħiħa, il-Kummissjoni għandha tibgħat tfakkira.

6.   Il-Kummissjoni tista’, b’talba sempliċi, tobbliga impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi biex jipprovdu informazzjoni. Meta l-Kummissjoni tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni lil impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi, għandha tiddikjara l-bażi legali u l-ambitu tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija rikjesta u tippreskrivi skadenza proporzjonata li fiha l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta. Hija għandha tirreferi wkoll għall-multi stipulati fl-Artikolu 6b(1) għal provvista ta’ informazzjoni inkorretta jew qarrieqa.

7.   Il-Kummissjoni tista’, b’deċiżjoni, tobbliga impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi biex jipprovdu informazzjoni. Meta l-Kummissjoni, b’deċiżjoni titlob li impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi jagħtu informazzjoni, hija għandha tindika l-bażi legali, ir-raġunitat-talbatispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tippreskrivi perjodu ta’ żmien proporzjonat li fih għandha tkun mogħtija l-informazzjoni. Hi għandha tindika wkoll il-multi stipulati fl-Artikolu 6b(1) u tindika jew timponi l-ħlas tal-penalitajiet perjodiċi stipulati fl-Artikolu 6b(2). Barra dan, għandha tindika d-dritt ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li d-deċiżjoni tiġi riveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

8.   Meta toħroġ talba taħt il-paragrafu 1 jew 6, jew meta tadotta deċiżjoni taħt il-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha simultanjament tipprovdi lill-Istat Membru kkonċernat kopja tagħha. Il-Kummissjoni għandha tindika l-kriterji li skonthom għażlet ir-reċipjenti tat-talba jew deċiżjoni.

9.   Il-proprjetarji tal-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom, jew fil-każ ta’ persuni legali, kumpanniji, ditti, jew assoċjazzjonijiet li ma għandhom personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati mil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom biex jirrappreżentawhom, għandhom jagħtu l-informazzjoni mitluba jew rikjesta. Persuni li huma debitament awtorizzati sabiex jaġixxu f’isem il-klijenti tagħhom, jistgħu jagħtu din l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar, madankollu, għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx korretta, ma tkunx kompleta, jew tkun qarrieqa.

Artikolu 6b

Multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet

1.   Il-Kummissjoni tista’, jekk meqjus neċessarju u proporzjonat, timponi fuq l-impriża u l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi multi li ma jeċċedux aktar minn 1 % tal-valur totali tal-bejgħ fis-sena kummerċjali preċedenti fejn huma, intenzjonalment jew b’mod negligenti:

(a)

jipprovdu informazzjoni żbaljata jew qarrieqa fi tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikolu 6a(6);

(b)

jipprovdu informazzjoni żbaljata, mhux sħiħa jew qarrieqa fi tweġiba għal deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 6a(7), jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien preskritt.

2.   Il-Kummissjoni tista’, b’deċiżjoni, timponi fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet fejn impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi ma jirnexxielhomx jagħtu informazzjoni sħiħa jew korretta kif mitlub mill-Kummissjoni b’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 6a(7).

Il-pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet m’għandhomx jaqbżu l-5 % tal-fatturat medju ta’ kuljum tal-impriża jew assoċjazzjoni fis-sena ta’ negozju preċedenti għal kull jum ta’ dewmien, ikkalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, sakemm tforni informazzjoni sħiħa u korretta kif mitlub jew rikjest mill-Kummissjoni.

3.   Meta jkun qiegħed jiġi ffissat l-ammont tal-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penalitajiet, għandhom ikunu kkunsidrati n-natura, l-gravità u t-tul tal-ksur. b’kont debitu meħud tal-prinċipji tal-proporzjonalità u adegwatezza, b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

4.   Fejn l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriża ikunu ssodisfaw l-obbligu li l- pagament perjodiku tal-penalitajiet kien intiż li jinforza, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku tal- penalitajiet meta mqabbel ma’ dak taħt id-deċiżjoni oriġinali li imponiet il- pagamenti perjodiċi tal-penalitajiet. Il-Kummissjoni tista’ wkolltirrinunzja għall-kwalunkwe pagament perjodiku tal-penalitajiet.

5.   Qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skadenza finali ta’ ġimagħtejn biex tirċievi l-informazzjoni nieqsa dwar is-suq mill-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati u wkoll tagħtihom l-opportunità li jsemmgħu l-fehmiet tagħhom.

6.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata fis-sens tal-Artikolu 261 tat-TFUE biex tirrevedi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet imposti mill-Kummissjoni. Hi tista’ tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet imposti.”;

(4)

Fl-Artikolu 7, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.   Qabel ma tiġi adottata kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafi 2 sa 5, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jsemmal-fehmiet tiegħu, fi skadenza li normalment m’għandhiex taqbeż xahar, dwar l-informazzjoni li tkun irċeviet il-Kummissjoni u mogħtija lill-Istat Membru skont l-Artikolu 6a(3).

9.   Il-Kummissjoni ma għandhiex tuża informazzjoni kunfidenzjali fornuta minn dawk li wieġbu, li ma tistax tiġi aggregata jew b’mod ieħor tiġi anonimizzata, fi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi minn 2 sa 5 sakemm ma tkun kisbet il-kunsens tagħhom li tiżvela dik l-informazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni motivata, li għandha tiġi notifikata lill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati, li tiddeċiedi li l-informazzjoni pprovduta minn intimat u mmarkata bħala kunfidenzjali mhijiex protetta u tistabbilixxi data li wara li tgħaddi l-informazzjoni ser tkun żvelata. Dak il-perjodu ma għandux ikun ta’ anqas minn xahar.

10.   Il-Kummissjoni għandha tqis debitament l-interessi leġittimi tal-impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni kunfidenzjali. Impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li jipprovdu informazzjoni skont l-Artikolu 6a, li mhijiex benifiċjarja ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat inkwistjoni, tista’ titlob, għal raġunijiet ta’ dannu potenzjali, l-identità tagħha tinżamm mill-Istat Membru kkonċernat.”;

(5)

Fl-Artikolu 10 il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, il-Kummissjoni tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess teżamina informazzjoni li tirrigwarda għajnuna illegali allegata minn kwalunkwe sors.

Il-Kummissjoni għandha teżamina mingħajr dewmien indebitu kwalunkwe lment imressaq minn kwalunkwe parti interessata skont l-Artikolu 20(2) u tiżgura li l-Istat Membru kkonċernat jinżamm infurmat regolarment u bis-sħiħ bil-progress u l-eżitu tal-eżami.

2.   Jekk neċessarju, il-Kummissjoni għandha titlob l-informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. L-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 5(1) u (2) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Wara li jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll informazzjoni minn Stat Membru ieħor, impriża, jew assoċjazzjoni ta’ impriżi skont l-Artikoli 6a u 6b, li għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(6)

It-titolu tal-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 14:

“KAPITOLU IIIA

PERIJODI TA’ PRESKRIZZJONI”;

(7)

It-titolu tal-Artikolu 15 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Perjodu ta’ preskrizzjoni għall-irkupru tal-għajnuna”;

(8)

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:

“Artikolu 15a

Perjodu ta’ preskrizzjoni biex jiġu imposti multi u pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet

1.   Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 6b għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin.

2.   It-terminu ta’ preskrizzjoni stipulat fil-paragrafu 1 jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha sar il-ksur imsemmi fl-Artikolu 6b. Madankollu, fil-każ ta’ ksur kontinwu u ripetut, il-perijodu għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jintemm il-ksur.

3.   Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni għall-iskop tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti fir-rigward ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 6b għandha tinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet, b’effett mid-data li fiha l-azzjoni ġiet notifikata lill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernata.

4.   Wara kull interruzzjoni, il-perijodu tal-preskrizzjoni jerġa’ jibda mill-bidu. Madankollu, il-perjodu tal-preskrizzjoni jiskadi sa mhux aktar tard mill- ġurnata li fiha jkun għadda perijodu ta’ sitt snin mingħajr ma l-Kummissjoni tkun imponiet xi multa jew pagament perjodiku ta’ penalitajiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu l-perjodu tal-preskrizzjoni jkun sospiż skont il-paragrafu 5.

5.   Il-perijodu tal-preskrizzjoni applikabbli għall-impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penalitajiet għandu jiġi sospiż sa kemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15b

Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ multi u ta’ pagamenti perjodiċiu ta’ penalitajiet

1.   Is-setgħat tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 6b għandhom ikunu soġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.

2.   Il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 6b issir finali.

3.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni stipulat fil-paragrafu 1 għandu jiġi interrott:

(a)

b’notifika ta’ deċiżjoni li timmodifika l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penalitajiet jew tirrifjuta applikazzjoni għall-modifika;

(b)

bi kwalunkwe azzjoni ta’ Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, jew tal-Kummissjoni,, intiża li tinforza pagament tal-multa jew pagament perjodiku ta’ penalitajiet.

4.   Wara kull interruzzjoni, il-perjodu ta’ preskrizzjoni jerġa’ jibda mill-ġdid.

5.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrau 1 għandu jiġi sospiż sakemm:

(a)

il-konvenut ikun permess żmien għall-ħlas;

(b)

l-infurzar tal-ħlas ikun sospiż bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.”;

(9)

L-Artikolu 16 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Użu ħażin ta’ għajnuna

Bla ħsara għall-Artikolu 23, il-Kummissjoni tista, f’każijiet ta’ użu ħażin ta’ għajnuna, tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 4(4). L-Artikoli 6, 6a, 6b, 7, 9 u 10, l-Artikolu 11(1) u l-Artikoli 12 sa 15 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(10)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kull parti interessata tista’ tippreżenta ilment biex tinforma lill-Kummissjoni dwar xi għajnuna illegali allegata jew użu ħażin allegat ta’ għajnuna. Għal dak il-għan, il-parti interessata għandha debitament timla formola li ġiet definita f’dispożizzjoni implimentattiva msemmija fl-Artikolu 27 u għandha tipprovdi kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha.

Fejn il-Kummissjoni tikkonsidra li l-parti interessata ma tikkonformax mal-formola tal-ilmenti obbligatorji jew li l-fatti u l-punti tal-liġi mressqa mill-parti interessata ma jipprovdux biżżejjed raġunijiet biex juru, fuq il-bażi ta’ eżami prima facie, l-eżistenza ta’ għajnuna illegali jew użu ħażin ta’ għajnuna, għandha tinforma lill-parti interessata b’dan u tindirizzalha talba biex tagħmel il-kummenti tagħha f’perjodu preskritt li normalment m’għandux ikun aktar minn xahar. Jekk il-parti interessata tonqos milli tagħmel il-fehmiet tiegħu fil-perjodu preskritt, l-ilment għandu jitiqies li kien irtirat. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat meta lment ikun tqies li ġie rtirat.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tad-deċiżjoni fuq każ li jikkonċerna s-suġġett tal-ilment lil min ilmenta.”;

(11)

Il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 20:

“KAPITOLU VIA

INVESTIGAZZJONIJIET F’SETTURI TAL-EKONOMIJA U FI STRUMENTI TA’ GĦAJNUNA

Artikolu 20a

Investigazzjonijiet f’setturi tal-ekonomija u fi strumenti ta’ għajnuna

1.   Fejn l-informazzjoni disponibbli tissostanzja suspett raġonevoli li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat f’settur partikolari jew abbażi tal-istrument ta’ għajnuna partikolari jistgħu jirrestrinġu materjalment jew ixekklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern f ‘diversi Stati Membri, jew li miżuri ta’ għajnuna eżistenti f’settur partikolari f’diversi Stati Membri ma jkunux, jew ma għadhomx, kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tmexxi inkjesta fi Stati Membri diversi fis-settur tal-ekonomija jew l-użu tal-istrument ta’ għajnuna kkonċernat. Matul din l-inkjesta, il-Kummissjoni tista’ titlob l-Istati Membri, u/jew l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi kkonċernati biex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-inkjesta u l-għażla ta’ destinatarji fit-talbiet kollha għal informazzjoni mibgħuta skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-inkjesta f’setturi partikolari tal-ekonomija jew strumenti ta’ għajnuna partikolari f’diversi Stati Membri u għandha tistieden lill-Istati Membri u kull impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati li jissottomettu kummenti.

2.   Informazzjoni miksuba minn inkjesti dwar is-settur tista’ tintuża fil-qafas ta’ proċeduri skont dan ir-Regolament.

3.   L-Artikoli 5, 6a u 6b għandhom japplikaw mutatis mutandis.”;

(12)

Il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 23:

“KAPITOLU VIIA

KOOPERAZZJONI MAL-QRATI NAZZJONALI

Artikolu 23a

Kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali

1.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108 tat-TFUE, il-qrati ta’ Stati Membri jistgħu jistaqsu lil Kummissjoni biex tittrasmettilhom l-informazzjoni fil-pussess tagħha jew l-opinjoni tagħha fuq id-domandi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

2.   Fejn l-applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 107(1) jew l-Artikolu 108 tat-TFUE tirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, waqt li taġixxi fuq l-iniżjattiva tagħha stess, tista’ tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati tal-Istati Membri li huma responsabbli mill-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Hi tista’, bil-permess tal-qorti partikolari, tagħmel ukoll osservazzjonijiet orali.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha li tippreżenta osservazzjonijiet qabel ma tagħmel dan formalment.

Għall-iskop esklużiv tal-preparazzjoni tal-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-qorti rilevanti tal-Istat Membru biex tittrażmetti dokumenti għad-disponibbiltà tal-qorti, neċessarji għall-valutazzjoni tal-materja.”;

(13)

L-Artikolu 25 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Destinatarju tad-deċiżjonijiet

1.   Id-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 6a(7), l-Artikolu 6b(1) u (2) u l-Artikolu 7(9) għandhom ikunu indirizzati lill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lid-destinatarju mingħajr dewmien u għandha tagħti lid-destinatarju l-opportunità li jindika lill-Kummissjoni liema informazzjoni jikkunsidra li għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza professjonali.

2.   Deċiżjonijiet l-oħra kollha meħuda skont il-Kapitoli II, III, IV, V u VII għandhom ikunu indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tinnotifikahom lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien u għandha tagħti lil dak l-Istat Membru l-opportunità li jindika lill-Kummissjoni liema informazzjoni jikkonsidra li għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza professjonali”.

(14)

Fl-Artikolu 26, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-deċiżjonijiet li tkun ħadet skont l-Artikoli 6b(1) u (2).”;

(15)

L-Artikolu 27 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, għandha jkollha s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw:

(a)

il-forma, il-kontenut u dettalji oħra ta’ notifiki;

(b)

il-forma, il-kontenut u dettalji oħra ta’ rapporti annwali;

(c)

il-forma, il-kontenut u dettalji oħra ta’ kwereli sottomessi skont l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 20(2);

(d)

dettalji tal-limiti ta’ żmien u l-kalkolu tal-limiti ta’ żmien; u

(e)

ir-rata tal-interessi msemmija fl-Artikolu 14(2).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, 3.3.2010, COM(2010) 2020 final.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 735/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

L-entrati għal tliet persuni fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew organizzazzjonijiet li jidhru fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 għandhom jiġu sostitwiti u għandhom jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet għaliex huma elenkati.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1


ANNESS

L-entrati għall-persuni fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew organizzazzjonijiet li jidhru fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrati li ġejjin:

 

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled f’Sabha-Libya fis-7 ta’ Jannar 1980, iben Yamina SOUIEI, direttur amministrattiv, miżżewweġ lil Inès LEJRI, jgħix f’Résidence de l’Étoile du Nord - suite B- is-7 sular - apt. Nru 25 - Centre urbain du nord - Cité El Khadra - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 04524472.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini dwar kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-uffiċjal kap eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Tuneżina tal-Banek u l-ex-kap uffiċjal eżekuttiv tal-Bank Agrikolu Nazzjonali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni.

2.

Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI

Tuneżin, twieled f’Tuneż fit-2 ta’ Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tan-Nru NIC 04682068.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għax eżerċitat influwenza ħażina fuq detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb li tikseb direttament jew indirettament vantaġġ għal persuna oħra, għall-kompliċità fl-użu ħażin ta’ pożizzjoni minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta’ flus pubbliċi Tuneżini minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali).

3.

Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB

Tuneżin, twieled fit-13 ta’ Jannar 1959, iben Leïla CHAIBI, miżżewweġ lil Dorsaf BEN ALI, kap uffiċjal eżekuttiv, jgħix f’rue du Jardin - Sidi Bousaid - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 00400688.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal abbuż tal-influwenza fuq uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb tal-kisba, direttament jew indirettament, ta’ vantaġġi għall-profitt ta’ persuni oħrajn u kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/25


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 736/2013

tas-17 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-medda ta’ żmien għall-programm ta’ ħidma għall-eżami ta’ sustanzi attivi bijoċidali eżistenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprovdi għall-kontinwazzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha eżistenti użati fil-prodotti bijoċidali li nbeda skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2).

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprovdi li l-programm ta’ ħidma għandu jintlaħaq sal-14 ta’ Mejju 2014.

(3)

Skont l-aħħar stimi tal-Kummissjoni, kif espressi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (3), l-eżami tas-sustanzi attivi kollha eżistenti użati fil-prodotti bijoċidali mhux se jitlesta qabel il-31 ta’ Diċembru 2024.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li l-programm ta’ ħidma jiġi estiż sa dik id-data.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (KE) Nru 528/2012 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tibqa’ għaddejja bil-programm ta’ ħidma għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha eżistenti li nbeda skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE bl-għan li jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83 fir-rigward tat-twettiq tal-programm ta’ ħidma u tal-ispeċifikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi relatati tal-awtoritajiet kompetenti u tal-parteċipanti fil-programm.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(3)  COM(2011) 498 finali


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 737/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 501/2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (1), b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5 u 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 (2) jistabbilixxi r-regoli għat-tfassil, l-għażla, l-implimentazzjoni, il-finanzjament u l-kontrolli tal-forniment tal-informazzjoni u l-miżuri ta’ promozzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 3/2008.

(2)

Il-lista tat-temi u l-prodotti li għalihom jistgħu jiġu implimentati l-miżuri fis-suq intern, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 hija stabbilita fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 501/2008 u l-lista tal-prodotti li jistgħu jkunu koperti minn miżuri promozzjonali fil-pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 hija stabbilita fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 501/2008. Dawn il-listi għandhom jiġu rriveduti kull sentejn.

(3)

Il-linji gwida msemmijin fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 huma stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 501/2008.

(4)

Fil-kuntest tal-kriżi fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ, u biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar il-laħam tan-ngħaġ u l-produzzjoni u l-konsum tiegħu, l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ u interkummerċjali tas-settur għandhom jingħataw l-opportunità li jirċievu l-kofinanzjament mill-Unjoni għal programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-laħam tan-ngħaġ ġenerali li joriġina fl-Unjoni.

(5)

It-termini fakultattivi tal-kwalità introdotti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (3), jikkostitwixxu t-tieni saff ta’ sistemi tal-kwalità li jżidu l-valur. Dawn jistgħu jixxandru fis-suq intern u jirreferu għal karatteristiċi orizzontali speċifiċi, fir-rigward ta’ kategorija waħda, jew aktar, ta’ prodotti, metodi tal-biedja jew karatteristiċi tal-ipproċessar li japplikaw f’oqsma speċifiċi. Biex ikun hemm disponibbiltà sħiħa tal-programmi promozzjonali fis-suq intern għall-iskemi kollha kurrenti tal-kwalità, il-prodotti koperti mill-iskema għal termini tal-kwalità fakultattivi għandhom jiġu inklużi bħala prodotti eliġibbli, flimkien ma’ prodotti li huma koperti mill-iskemi tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP), jew tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG).

(6)

Ir-raġunijiet biex il-laħam tat-tjur jingħata l-eliġibbiltà ma għadhomx validi, billi għadda biżżejjed żmien mill-kriżi tal-influwenza tat-tjur biex reġgħet issaħħet il-fiduċja tal-konsumaturi. Għaldaqstant, għandhom jitħassru r-referenzi għal-laħam tat-tjur.

(7)

Meta ssir l-għażla tal-pajjiżi terzi li għandhom jiġu inklużi fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 501/2008, għandhom jitqiesu s-swieq tal-pajjiżi terzi fejn hemm domanda attwali jew potenzjali. Bis-saħħa tal-konsum li qed jiżdied b’mod regolari, il-potenzjal għall-prodotti agrikoli tal-Unjoni u l-interess fihom, kif ukoll bis-saħħa tal-programmi ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni tal-Unjoni, għandhom jitqiesu bħala swieq eliġibbli għall-programmi promozzjonali, pajjiżi u żoni ġodda.

(8)

Fil-kuntest tal-adeżjoni mal-Unjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, dan il-pajjiż għandu jitneħħa mil-lista ta’ pajjiżi terzi eliġibbli.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 501/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 501/2008 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 6.6.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 501/2008 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A. “Lista tat-Temi u l-Prodotti” hija emendata kif ġej:

(i)

it-13-il inċiż jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

Il-prodotti koperti mill-iskemi għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP), jew għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG) jew termini tal-kwalità fakultattivi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)

(*)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.”"

(ii)

Il-15-il inċiż jitħassar

(iii)

jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

Laħam tan-ngħaġ”

(b)

Il-Parti B. “Linji Gwida” hija emendata kif ġej:

(i)

fil-linji gwida dwar “LAĦMIJIET FRISKI, KESĦIN JEW IFFRIŻATI, PRODOTTI SKONT SKEMA TA’ KWALITÀ KOMUNITARJA JEW NAZZJONALI”, fil-punt 2. “Għanijiet”, il-kliem “DPO/IĠP/STG u biedja organika” jinbidlu bil-kliem ““DPO/IĠP/STG, termini tal-kwalità fakultattivi u l-biedja organika”

(ii)

il-linji gwida dwar “PRODOTTI MĦARSA B’DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI (DPO), INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA (IĠP), JEW SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA (STG)” jinbidlu b’dan li ġej:

“IL-PRODOTTI KOPERTI MILL-ISKEMI GĦAD-DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI (DPO), GĦALL-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI (IĠP), JEW GĦALL-ISPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA (STG) JEW TERMINI TAL-KWALITÀ FAKULTATTIVI, SKONT IR-REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012

1.   Analiżi ġenerali tas-sitwazzjoni

Is-sistema Komunitarja għall-ħarsien tad-denominazzjoni tal-prodotti stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1151/2012 hija prijorità fl-implimentazzjoni tal-parti dwar il-kwalità tal-politika agrikola komuni. Għalhekk jinħtieġ li jitkomplew l-isforzi li kienu saru qabel biex isiru kampanji biex jingħata tagħrif lill-parteċipanti potenzjali kollha fil-katina tal-produzzjoni, it-tħejjija, il-kummerċ u l-konsum tal-prodotti koperti mid-denominazzjonijiet protetti u t-termini tal-kwalità fakultattivi.

2.   Għanijiet

Il-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni ma għandhomx jillimitaw ruħhom għal isem wieħed jew għal għadd żgħir ta’ ismijiet ta’ prodotti iżda għandhom jiffokaw fuq gruppi ta’ ismijiet jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti, jew ta’ prodotti ta’ reġjun wieħed jew ta’ ħafna reġjuni, jew ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ ħafna Stati Membri.

Dawn il-kampanji għandu jkollhom bħala għan:

li jagħtu informazzjoni sħiħa dwar il-kontenut, dwar il-ħidma u dwar il-karattru tal-Unjoni ta’ dawn l-iskemi u, b’mod partikolari, dwar l-effetti tagħhom fuq il-valur kummerċjali tal-prodotti li d-denominazzjoni tagħhom tkun protetta, li jgawdu mill-protezzjoni li jagħtu dawn l-iskemi wara li jiġu rreġistrati,

li jtejbu l-għarfien tas-simboli tal-Unjoni għall-prodotti koperti mill-iskemi għall-DPO/IĠP/STG jew għat-termini tal-kwalità fakultattivi fost il-konsumaturi, id-distributuri u l-professjonisti fil-qasam tal-ikel,

li jħeġġu gruppi ta’ produtturi/proċessaturi li għadhom mhux qed jieħdu sehem f’dawn l-iskemi biex jirreġistraw id-denominazzjoni tal-prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet bażiċi u biex japplikaw it-termini tal-kwalità fakultattivi,

li jħeġġu l-gruppi ta’ produtturi u proċessaturi fir-reġjunijiet ikkonċernati li għadhom mhux qed jieħdu sehem fl-iskemi biex jaħdmu fuq prodotti ta’ denominazzjonijiet reġistrati billi jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati, u mar-rekwiżiti tal-ispezzjoni stabbiliti għad-denominazzjonijiet protetti diversi,

li jagħtu spinta lit-talba għall-prodotti kkonċernati filwaqt li jgħarrfu lill-konsumaturi u lid-distributuri dwar l-eżistenza, is-sinifikat u l-benefiċċji tal-iskemi u jagħtuhom spjegazzjonijiet dwar il-logos, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tad-desinjazzjonijiet, dwar il-kontrolli, kif ukoll dwar is-sistema ta’ traċċabilità.

3.   Gruppi fil-mira

Produtturi u proċessuri

Distributuri s-supermarkets, il-grossisti, dawk li jbiegħu bl-imnut, il-kejterers, il-kantins u r-restoranti),

Konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom,

Min iwassal opinjoni.

4.   Messaġġi prinċipali

Il-prodotti li d-denominazzjoni tagħhom hija protetta għandhom karatteristiċi speċifiċi skont l-oriġini ġeografika tagħhom; fil-każ ta’ prodotti li għandhom id-DPO, il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodotti jridu jkunu essenzjalment jew esklussivament marbuta mal-ambjent ġeografiku partikolari bil-karatteristiċi naturali u umani inerenti ma’ dan. Il-prodotti bl-IPĠ, għandhom kwalità jew fama speċifika li hija marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom; irid ikun hemm rabta ġeografika f’minn tal-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni, tal-ipproċessar jew tat-tħejjija

Il-prodotti li jgawdu minn STG għandhom karatteristiċi marbuta mal-metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali partikolari jew mal-użu ta’ materja prima tradizzjonali

Il-logos tal-Unjoni użati għad-DPO, għall-IĠP, u għall-STG huma simboli li jinftiehmu madwar l-Unjoni kollha bħala denominazzjonijiet ta’ prodotti li jkunu konformi ma’ ċerti kundizzjonijiet produttivi speċifiċi marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom jew mat-tradizzjoni u li jkunu soġġetti għall-ispezzjonijiet

It-termini tal-kwalità fakultattivi huma marbutin ma’ karatteristika ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti, jew għal attribut tal-biedja jew tal-ipproċessar li jkun japplika f’żoni speċifiċi

L-użu tat-termini tal-kwalità fakultattivi jżid il-valur tal-prodott meta mqabbel ma’ prodotti ta’ tip simili

It-termini tal-kwalità fakultattivi għandhom dimensjoni tal-Unjoni

Il-preżentazzjoni ta’ xi prodotti li qegħdin fl-iskemi tad-DPO, l-IĠP, u l-STG jew tat-termini tal-kwalità fakultattivi bħala eżempji tal-possibbiltà ta’ reklamar kummerċjali b’suċċess ta’ prodotti reġistrati fl-iskemi ta’ protezzjoni

Dawn l-iskemi ta’ protezzjoni jgħinu l-wirt kulturali tal-Unjoni, id-diversità tal-produzzjoni agrikola, kif ukoll iż-żamma tal-kampanja f’qagħda tajba

5.   Strumenti prinċipali

L-Internet u mezzi elettroniċi oħra

Relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tax-xandir (stampa speċjalizzata, tan-nisa u tat-tisjir)

Kuntatti mal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi

Tagħrif u wirjiet fil-ħwienet

Mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi (riklami televiżivi mmirati, eċċ.)

Dokumenti stampati (fuljetti, pamflets, eċċ)

Parteċipazzjoni fil-fieri u fil-wirjiet

Seminars ta’ tagħrif u ta’ taħriġ u azzjonijiet dwar il-funzjonament tal-iskemi tal-Unjoni għad-DPO, l-IĠP, l-STĠ jew termini tal-kwalità fakultattivi

6.   Tul ta’ żmien u firxa tal-programmi

Minn 12 sa 36 xahar, preferibbilment bi prijorità għall-programmi pluriennali filwaqt li jiġu stabbiliti għanijiet u strateġiji għal kull fażi.”

(iii)

il-linji gwida dwar il-“LAĦAM TAT-TJUR” huma mħassra

(iv)

jiġu miżjuda l-linji gwida l-ġodda li ġejjin dwar il-“LAĦAM TAN-NGĦAĠ”:

“LAĦAM TAN-NGĦAĠ

1.   Analiżi globali tas-sitwazzjoni

Is-settur tal-laħam tan-ngħaġ huwa fraġli ħafna u għaddej minn kriżi: il-konsum, il-produzzjoni u l-prezzijiet tal-laħam tan-ngħaġ qegħdin jonqsu, filwaqt li l-ispejjeż (l-introduzzjoni tal-identifikazzjoni elettronika, il-prezzijiet tal-għalf, il-produzzjoni tradizzjonali bħat-transumanza) qegħdin jiżdiedu. Barra minn hekk, qed jiżdied il-forniment tal-laħam tan-ngħaġ minn pajjiżi terzi. Minħabba li qed tonqos il-profitabbiltà, bosta produtturi qegħdin jiġu sfurzati li jwaqqfu l-produzzjoni, u dan jista’ jkollu konsegwenzi negattivi fuq il-varjetà ta’ laħam fl-Unjoni, u aktar tluq mill-kampanja. Il-laħam tan-ngħaġ huwa parti importanti mill-wirt kulinari fl-Unjoni, u l-produzzjoni tiegħu realment għandha rwol speċjali fiż-żoni fejn il-kundizzjonijiet tal-biedja huma diffiċli fejn għandu x’jaqsam mal-manteniment tal-pajsaġġ u l-impatti soċjoekonomiċi.

2.   L-għanijiet

Li jiżdied l-għarfien tal-gruppi fil-mira dwar il-kwalità, il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni sostenibbli tal-laħam tan-ngħaġ u r-rwol speċjali li dan għandu fil-wirt kulinari tal-Unjoni

Li jiżdied il-konsum tal-laħam tan-ngħaġ

3.   Gruppi fil-mira

Produtturi u proċessuri

Distributuri (supermarkets, grossisti, bejjiegħa bl-imnut, kejterers, kantins, ristoranti)

Il-konsumaturi (b’mod partikolari l-konsumaturi żgħażagħ, ta’ bejn it-18 u l-40 sena) u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi

Dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika, il-ġurnalisti, l-esperti tal-gastronomija

4.   Messaġġi prinċipali

Metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u tradizzjonali

It-traċċabbiltà (l-identifikazzjoni elettronika)

It-tikkettar tal-laħam jippermetti lill-konsumaturi jidentifikaw l-oriġini u l-karatteristiki tal-prodotti

Li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar id-diversità u l-kwalitajiet organolettiċi u nutrittivi tal-laħam tan-ngħaġ

Pariri għall-użu, riċetti

Il-kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni huma limitati għall-prodotti magħmula fl-Unjoni

5.   Strumenti prinċipali

L-Internet u mezzi elettroniċi oħra

Il-promozzjoni fil-punti tal-bejgħ (provi ta’ togħma, riċetti, informazzjoni)

Relazzjonijiet mal-istampa u relazzjonijiet pubbliċi (avvenimenti, parteċipazzjoni f’fieri tal-konsumaturi, eċċ.)

Il-pubbliċità (jew editorjali li jagħmlu l-pubbliċità) fl-istampa

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżiva (televiżjoni u radju)

Il-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali

Strumenti oħra

6.   Tul ta’ żmien u firxa tal-programmi

Bejn 12 u 36 xahar, bi prijorità għall-programmi pluriennali li jistabbilixxu miri ċari u strateġija għal kull fażi, li jiġu organizzati minn żewġ Stati Membri jew iżjed u jiġu implimentati f’mill-inqas żewġt iswieq ġodda.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A. “LISTA TAL-PRODOTTI LI JISTGĦU JSIRULHOM AZZJONIJIET TA’ PROMOZZJONI” hija emendata kif ġej:

(i)

il-11-il inċiż jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

Il-prodotti koperti mill-iskemi għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP), jew għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG) jew termini tal-kwalità fakultattivi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012”

(ii)

jiżdied l-inċiż ġdid li ġej:

“—

Laħam tan-ngħaġ”

(b)

Il-Parti B. “LISTA TAS-SWIEQ TERZI FEJN JISTGĦU JITWETTQU L-AZZJONIJIET TA’ PROMOZZJONI” hija emendata kif ġej:

(i)

It-taqsima A “Pajjiż” hija emendata kif ġej:

l-inċiżi tal-Afrika t’Isfel u tal-Kroazja jitħassru

jinżiedu l-inċiżi li ġejjin:

“—

l-Albanija

l-Armenja

l-Ażerbajġan

il-Bjelorussja

Ġorġja

il-Kazakistan

il-Moldova

l-Uzbekistan”

(ii)

It-taqsima B “Żoni ġeografiċi” hija emendata kif ġej:

jitħassar l-inċiż tal-Afrika ta’ Fuq

jinżied l-inċiż ġdid li ġej:

“—

l-Afrika”

(3)

l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 12 jinbidel b’dan li ġej:

“12.

Il-prodotti koperti mill-iskemi għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP), jew għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG) jew termini tal-kwalità fakultattivi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012: EUR 3 miljuni”

(b)

Il-punt 15 jitħassar

(c)

jinżied il-punt 16 li ġej:

“16.

Laħam tan-ngħaġ: p.m.”



31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 738/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ ċerti addittivi f’analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2) jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ numru ta’ addittivi fi prodotti analogi tal-ħut abbażi tal-alka tressqet fl-1 ta’ Frar 2011 u saret disponibbli għall-Istati Membri.

(4)

L-analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka ġew żviluppati minn estratti tal-alka, li jammontaw għal madwar 85 % tal-prodott. Ingredjenti addizzjonali huma l-ilma, ħwawar u addittivi awtorizzati. L-analogi tal-ajd tal-ħut abbażi tal-alka jappartjenu għal kategorija tal-ikel 04.2.4.1 “Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluż ix-xropp tal-frott” skont il-Parti D tal-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(5)

Peress li dawn il-prodotti mhumiex viżwalment attraenti, huwa meħtieġ l-użu ta’ ċerti kuluri tal-ikel. L-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa huwa meħtieġ biex tiġi aġġustata t-togħma, titgħatta t-togħma morra, u fl-istess ħin jiġi evitat li l-użu taz-zokkor jillimita l-istabbiltà mikrobijoloġika u l-ħajja tal-konsum ta’ dawn il-prodotti. Addittivi addizzjonalment mitluba huma meħtieġa bħala stabilizzaturi u antiossidanti.

(6)

L-analogi tal-ħut abbażi tal-alka huma primarjament maħsuba biex jintużaw bħala kontorn jew tiżjin fuq dixxijiet, bħala alternattiva għall-bajd tal-ħut. L-esponiment addizzjonali minħabba l-użu ta’ dawn l-addittivi għalhekk ikun negliġibbli meta mqabbel mal-użu tagħhom f’oġġetti tal-ikel oħrajn, u mhuwiex suxxettibbli li jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu ta’ ċerti kuluri, ħlewwiet, antiossidanti u stabilizzaturi fl-analogi tal-bajd tal-ħut.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ Kurkumina (E 100), Riboflavini (E 101), Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji (E 120), Kumplessi tar-ram tal-klorofilli u l-klorofillini (E 141), Karamelli sempliċi (E 150a), Karbonju veġetali (E 153), Karoteni (E 160a), Estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin (E 160c), Beta-apo-8 ’-karotenal (C 30) (E 160e), Aħmar tal-pitravi, betanin (E 162), antoċijanini (E 163), dijossidu tat-titanju (E 171), Ossidi tal-ħadid u idrossidi (E 172), Estratti tal-klin (E 392), Aċidu fosforiku — fosfati — di-, tri- u polifosfati (E 338-452) u Sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju (E 954) f’analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li x’aktarx ma tħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(8)

Għaldaqstant, l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-kategorija ta’ ikel 04.2.4.1 “Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluż x-xropp tal-frott”, hija emendata kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin huma mdaħħla f’ordni numeriku:

 

“E 100

Kurkumina

50

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 101

Riboflavini

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 141

Komposti tar-ram tal-klorofilli u klorofillini

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 150a

Karamelli sempliċi

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 153

Karbonju veġetali

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 160a

Karoteni

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 160c

Estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 160e

Beta-apo-8’-karotenal (C 30)

100

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 162

Aħmar tal-Pitravi, betanin

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 163

Antoċijanini

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 171

Diossidu tat-titanju

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 172

Ossidi u idrossidi tal-ħadid

quantum satis

 

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 338-452

Aċidu fosforiku - fosfati - di - tri- u polifosfati

1 000

(1) (4)

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 392

Estratti tal-klin

200

(46)

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

 

E 954

Sakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

50

(52)

Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka”

(2)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna li ġejja hija miżjuda wara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 34:

“(46):

Bħala s-somma ta’ karnosol u aċidu karnosiku”


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 739/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-Istigmasteroli bħala stabilizzaturi f’koktejls alkaħoliċi lesti biex jiġu ffriżati u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel abbażi ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Dawn il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara talba.

(4)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli bħala stabilizzaturi f’koktejls alkaħoliċi lesti biex jiġu ffriżati tressqet fil-11 ta’ Frar 2011, u tinsab għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(5)

Hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli bħala stabilizzaturi, aġenti ta’ nukleazzjoni tas-silġ, biex joħolqu u jżommu l-preżenza ta’ tixrid tas-silġ fi ħdan firxa ta’ koktejls alkoħoliċi lesti biex jiġu ffriżati. Dawn il-prodotti huma mfassla biex jinxtraw mill-konsumatur bħala likwidu u jitqiegħdu fi friżers domestiċi għall-produzzjoni ta’ xorb semiffriżat. Meta steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli jiġu miżjuda mal-koktejls bħala aġent ta’ nukleazzjoni tas-silġ (stabilizzatur) jiżguraw li l-koktejls se jiffriżaw u jipproduċu xarba sodisfaċenti semiffriżata fil-friża tal-konsumatur. Mingħajr l-użu ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli, is-supertkessiħ tax-xorb jista’ jseħħ u l-formazzjoni tas-silġ ma jistax ikun garantit. Dan iwassal għal falliment tal-prodott.

(6)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(7)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli meta jintużaw bħala addittiv tal-ikel f’koktejls alkoħoliċi lesti biex jiġu ffriżati u fl-14 ta’ Mejju 2012 (4) esprimiet l-opinjoni tagħha. Hija qieset li d-dejta tossikoloġika disponibbli għal steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli hija insuffiċjenti biex jiġi stabbilit ammont aċċettabbli li jista’ jittieħed kuljum. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, hija kkonkludiet li l-użu propost u l-livelli tal-użu ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli bħala stabilizzaturi f’koktejls alkoħoliċi lesti biex jiġu ffriżati mhumiex ta’ periklu għas-saħħa. Barra minn hekk, filwaqt li tqis l-espożizzjoni stmata għall-isteroli tal-pjanti mis-sorsi kollha, l-Awtorità tikkunsidra li l-medja ta’ kuljum (jiġifieri minn applikazzjonijiet ġodda, minn sorsi naturali u miżjuda bħala ingredjent tal-ikel ġdid) mhix se taqbeż it-3 g.

(8)

Għalhekk, huwa xieraq li jkun awtorizzat l-użu ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli bħala stabilizzaturi f’koktejls alkoħoliċi lesti biex jiġu ffriżati u li jkun assenjat E 499 bħala numru E għal dak l-addittiv tal-ikel.

(9)

L-isteroli tal-pjanti, l-istanoli tal-pjanti u l-esteri tagħhom ġew ivvalutati qabel minn diversi awtoritajiet xjentifiċi, inklużi l-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-Kumitat Konġunt tal-Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u huma approvati għall-użu f’ikel differenti fi ħdan l-Unjoni f’livelli ta’ konsum sa 3 g/kuljum. Dawk is-sustanzi jintużaw bħala ingredjenti tal-ikel ġodda bil-għan li individwi iperkolesterolemiċi jikkontrollaw il-livelli tal-kolesterol tat-tip LDL fid-demm.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-ittikkettjar ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel b’fitosteroli miżjuda, esteri fitosteroli, fitostanoli u/jew esteri fitostanoli (5) jistipula dettalji obbligatorji dwar it-tikkettar ta’ tali ikel, flimkien ma’ dak imniżżel fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (6). Dawk ir-rekwiżiti tat-tikkettar għandhom x’jaqsmu mal-effetti tal-isteroli tal-pjanti, tal-esteri tal-isteroli tal-pjanti, l-istanoli tal-pjanti u/jew l-esteri tal-fitostanoli fuq il-livell ta’ kolesterol fid-demm.

(11)

Minħabba li l-livelli ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli għall-użu maħsub f’xorb alkoħoliku mhumiex biżżejjed biex jaffettawaw il-livelli ta’ kolesterol fid-demm, il-koktejls alkoħoliċi li fihom steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli għandhom ikunu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ ttikkettar stipulati bir-Regolament (KE) Nru 608/2004.

(12)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-isteroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 231/2012.

(13)

L-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar is-sigurtà ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli tal-14 ta’ Mejju 2012 ikkunsidrat l-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel kif propost mill-applikant u kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Hija kkonkludiet li l-ispeċifikazzjonijiet huma bbażati fuq dawk stabbiliti għall-isteroli tal-pjanti, l-istenoli tal-pjanti, u l-esteri tagħhom permezz tal-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel (7) u li r-riżultati mill-analiżi ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli vverifikat li l-proċess tal-produzzjoni jipproduċi prodott konsistenti li jaqa’ taħt l-ispeċifikazzjonijiet proposti.

(14)

Meta jkunu qed jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012, għandhom jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi tal-ikel kif jistabbilixxi l-Codex Alimentarius imfassal mill-Kumitat Konġunt ta’ Esperti tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel.

(15)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(16)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli bħala addittiv tal-ikel. The EFSA Journal 2012; 10(5):2659.

(5)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.

(6)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(7)  Il-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel, 2008. Steroli tal-pjanti, stenoli tal-pjanti u l-esteri tagħhom. Fil-: Kompendju tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Additivi tal-Ikel. Imħejji fid-69 JECFA (2008), FAO JECFA Monografi 5.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 3 tal-Parti B, l-annotazzjoni li ġejja għal E 499 tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 495:

“E 499

Steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli”

(2)

Il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 14.2.8 “Xarbiet alkoħoliċi oħra inklużi taħlitiet ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol” hija emendata kif jidher hawn taħt:

(a)

l-entrati li ġejjin għal E 499 jiddaħħlu wara l-entrata għal E 481-482:

 

“E 499

Steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli

80

(80)

Biss għall-koktejls alkoħoliċi lesti biex jiġu ffriżati bbażati fuq l-ilma

 

E 499

Steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli

800

(80)

Biss għall-koktejls alkoħoliċi lesti biex jiġu ffriżati ibbażati fuq il-krema”

(b)

tiżdied in-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja:

“(80):

Ir-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44) ma għandhomx japplikaw.”


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għall-E 499 wara l-annotazzjoni għall-E 495:

E 499 STEROLI TAL-PJANTI RIKKI FL-ISTIGMASTEROLI

Sinonimi

 

Definizzjoni

L-isteroli tal-pjanti rikki fl-istigmasteroli huma derivati minn fażola tas-sojja u huma definiti kimikament bħala taħlita sempliċi li tikkonsisti f’mhux anqas minn 95 % ta’ steroli tal-pjanti (stigmasterol, β-sitosterol, kampesterol u brassikasterol), bl-istigmasterol li jirrappreżenta mhux inqas minn 85 % ta’ steroli tal-pjanti rikki fl-istigmasterol.

Einecs

 

Isem kimiku

 

Stigmasterol

(3S,8S,9S,10R,13R,14S,17R)-17-(5-etil-6-metil-ett-3-en-2-il)-10,13-dimetil-2,3,4,7,8,9,11,12,14,15,16,17-dodekaidro-1Hċiklopenta[a]fenantren-3-ol

β-sitosterol

(3S,8S,9S,10R,13R,14S,17R)-17-[(2S,5S)-5-etil-6-metilettan-2-il]-10,13-dimetil-2,3,4,7,8,9,11,12,14,15,16,17-dodekaidro-1Hċiklopenta[a]fenantren-3-ol

Kampesterol

(3S,8S,9S,10R,13R,14S,17R)-17-(5,6-dimetilettan-2-il)-10,13-dimetil-2,3,4,7,8,9,11,12,14,15,16,17-dodekaidro-1Hċiklopenta[a]fenantren-3-ol

Brassikasterol

(3S,8S,9S,10R,13R,14S,17R)-17-[(E,2R,5R)-5,6-dimetiletta-3-en-2-il]-10,13-dimetil-2,3,4,7,8,9,11,12,14,15,16,17-dodekaidro-1Hċiklopenta[a]fenantren-3-ol

Formula kimika

 

Stigmasterol

C29H48O

β-Sitosterol

C29H50O

Kampesterol

C28H48O

Brassikasterol

C28H46O

Piż molekulari

 

Stigmasterol

412,6 g/mol

β-Sitosterol

414,7 g/mol

Kampesterol

400,6 g/mol

Brassikasterol

398,6 g/mol

Analiżi (prodotti li fihom biss steroli ħielsa u stanoli)

Kontenut mhux inqas minn 95 % fuq bażi totali ħielsa mill-isteroli/istanoli fuq il-bażi anidruża

Deskrizzjoni

Pilloli jew pastilji, trabijiet bojod jew kemxejn bojod, ġieri; likwidi mingħajr kulur sa isfar ċar

Identifikazzjoni

 

Solubbiltà

Prattikament insolubbli fl-ilma. L-isteroli u l-istanoli tal-pjanti huma solubbli fl-aċeton u fl-aċitat etiliku.

Kontenut tal-Istigmasterol

Mhux anqas minn 85 % (w/w)

Steroli/stanoli tal-pjanti oħra: jew weħidhom jew flimkien inkluża brassikasterol, campestanol, kampesterol, Δ-7-kampesterol, kolesterol, chlerosterol, sitostanol u β-sitosterol.

mhux iżjed minn 15 % (w/w)

Purità

 

Irmied totali

Mhux iktar minn 0,1 %

Solventi Residwi

Etanol: Mhux aktar minn 5 000  mg/kg

Metanol: Mhux aktar minn 50 mg/kg

Kontenut ta’ ilma

Mhux aktar minn 4 % (Metodu Karl Fisher)

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

 

Għadd ta’ kolonji totali

Mhux aktar minn 1 000 CFU/g

Ħmira

Mhux aktar minn 100 CFU/g

Moffa

Mhux aktar minn 100 CFU/g

Escherichia coli

Mhux aktar minn 10 CFU/g

Salmonella spp.

Nieqsa f’25 g”


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 740/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

dwar derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù, fuq in-naħa l-oħra, li japplikaw għall-kwoti ta’ ċerti prodotti mill-Kolombja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Skont id-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri pendenti għall-konklużjoni tiegħu. Il-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva. Għal għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A ta’ dak l-Anness jipprevedi derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti f’dak l-Anness fil-qafas ta’ kwoti annwali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet mill-Kolombja.

(3)

Il-kwoti stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għandhom jiġu mmaniġġjati mill-Kummissjoni fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għall-benefiċċju mill-konċessjonijiet tariffarji għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif previst fil-Ftehim.

(5)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), japplikaw għall-kwoti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti elenkati fl-Anness ikollhom magħhom prova tal-oriġini kif stabbilit fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwoti elenkati fl-Anness jiġu mmaniġġjati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Il-Kolombja

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema preferenzjali li jkun deċiż, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kodiċi tan-NM kif ikunu jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Ordni Nru

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum ta’ kwoti annwali

(f’tunnellati ta’ piż nett jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7140

3920

Pjanċi, folji, films, fojls u strixxi oħrajn, ta’ plastiks, mhux ċellolari u mhux rinfurzati, laminati, mirfudin jew ikkombinati b’mod simili ma’ materjali oħrajn

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

15 000

09.7141

6108 22 00

Qliezet ta’ taħt tan-nisa jew il-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, b’fibri sintetiċi

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

200

09.7142

6112 31

Malji tal-għawm tal-irġiel jew is-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, b’fibri sintetiċi

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

25

09.7143

6112 41

Malji tal-għawm tan-nisa jew il-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, b’fibri sintetiċi

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

100

09.7144

6115 10

Maljerija b’kompressjoni gradwata (pereżempju, kalzetti għall-vini varikużi), maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

25

09.7145

6115 21 00

Pantyhose u tajts oħrajn, ta’ fibri sintetiċi, b’qies ta’ kull ħajta inqas minn 67 deċitexs, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

40

09.7146

6115 22 00

Pantyhose u tajts oħrajn, ta’ fibri sintetiċi, b’qies kull ħajta ta’ 67 decitex jew iktar, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

15

09.7147

6115 30

Maljerija oħra tan-nisa t-tul kollu jew li tasal sal- irkoppa, ta’ qies kull ħajta anqas minn 67 deċiteks, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

25

09.7148

6115 96

Oħrajn, ta’ fibri sintetiċi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

175

09.7161

7321

Fuklari, stufi, gradilji, kukers (inklużi dawk b’bojlers sussidjarji għal tisħin ċentrali), barbikju, braċieri, ċrieki tal-gass, apparat għat tisħin tal-platti u tagħmir simili tad-dar mhux tal-elettriku, u bċejjeċ tagħhom, tal-ħadid jew l-azzar

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

20 000 għadd ta’ oġġetti

09.7162

7323

Oġġetti tal-mejda, tal-kċina jew oġġetti oħrajn tad-dar u bċejjeċ tagħhom, tal-ħadid jew l-azzar; suf tal-ħadid jew tal-azzar (iron jew steel wool); barraxxi għal borom u biċċiet għal brix jew illustrar, ingwanti u x-xorta, tal-ħadid jew tal-azzar

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

50 000

09.7163

7325

Oġġetti oħrajn fonduti tal-ħadid jew l-azzar

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

50 000


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 741/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Kolombja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Skont id-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja, skont it-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni tagħha Il-Ftehim japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013.

(2)

Is-sottotaqsima 1 tat-Taqsima B tal-Appendiċi 1 tal-Anness għall-Ftehim tikkonċerna l-iskeda tal-eliminazzjoni tat-tariffa għall-parti tal-UE għal prodotti li joriġinaw mill-Kolombja. Għal numru ta’ prodotti speċifiċi, hija tipprevedi l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji. Għaldaqstant huwa neċessarju li jinfetħu l-kwoti tariffarji għal tali prodotti.

(3)

Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni, fuq il-bażi li jinqeda l-ewwel min jasal l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal benefiċċju mill-konċessjonijiet ta’ tariffi għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni tal-prova tal-oriġini rilevanti lill-awtoritajiet tad-dwana, kif previst fil-Ftehim.

(5)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 (4), jinkludi kodiċijiet tan-NM li huma differenti minn dawk imsemmija fil-Ftehim. Il-kodiċijiet il-ġodda għaldaqstant għandhom ikunu riflessi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji huma miftuħa għall-prodotti li joriġinaw mill-Kolombja u li huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Id-dazji applikabbli fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-Kolombja u li huma elenkati fl-Anness, għandhom, skont il-kwota tariffarja rispettiva stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jiġu sospiżi.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Anness ikunu amministrati mill-Kumissjoni b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(4)  ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Ordni Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum ta’ kwoti annwali

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.7230

0201 30

0202 30

Laħam ta’ bovini, frisk, imkessaħ jew friżat, mingħajr għadma

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

2 334

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

6 160  (1)

09.7231

0711 51

Faqqieħ tal-ġenus Agaricus, ippreservat b’mod provvizorju iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

42

2003 10

Faqqiegħ tal-ġenus Agaricus, ippreparat jew ippriżervat b’mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku.

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

105  (2)

09.7232

2208 40 51

2208 40 99

Rum u spirti oħra miksuba permezz tad-distillazzjoni ta’ prodotti ffermentati ta’ zokkor tal-kannamiela, f’kontenituri ta’ iktar minn żewġ litri.

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

625 ettolitri (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur)

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 600 ettolitru (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur) (3)

09.7233

0710 40

0711 90 30

2001 90 30

2004 90 10

2005 80

Qamħ ħelu

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

84

2008 99 85

Qamħirrun, ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreżervat mod ieħor, li ma fihx spiritu miżjud jew zokkor miżjud

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

210  (4)

09.7234

0403 10

Jogurt

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

42

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

105  (2)

09.7235

1701 13

1701 14

1701 91

1701 99

Zokkor tal-kannamiela, li mhux miżjud b’togħmiet jew b’kulur; zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju pur kimikament f’forma solida, għajr zokkor mhux raffinat li mhumiex miżjuda b’togħmiet jew b’kulur

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

25 834 (espressi f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat)

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

63 860 (espressi f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat) (5)

09.7236

Ex17049099

Prodotti ħelwin oħra li ma fihomx kawkaw, li fihom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

8 334

1806 10 30

1806 10 90

Trab tal-kawkaw li fih 65 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju jew isoglukożju espress bħala sukrożju

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

20 600  (6)

Ex18062095

Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità, f’reċipjenti jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut li jaqbeż iż-2 kg, li fih inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw, u 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju.

 

 

Ex19019099

Preparazzjonijiet oħra tal-ikel tad-dqiq, frak oħxon, pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % f’piż ta’ kawkaw, ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju;

 

 

Ex20060031

Ex20060038

Frott (minbarra frott tropikali u ġinġer), ħaxix, lewż (minbarra lewż tropikali), qoxra tal-frott u partijiet oħra tal-pjanti, ippreservati biz-zokkor (mingħajr ilma, glacé jew kristallizzat), li fih 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

 

 

Ex20079110

Ex20079920

Ex20079931

Ex20079933

Ex20079935

Ex20079939

Ġammijiet, jellies tal-frott, marmalades, purée tal-frott jew tal-lewż, jew pestijiet tal-lewż miksuba billi jissajru, li fihom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju.

 

 

Ex20 09

Meraq tal-frott (minbarra meraq tat-tadam, meraq ta’ frott tropikali u taħlitiet ta’ meraq ta’ frott tropikali) u meraq tal-ħaxix ta’ valur li ma jaqbiżx it-EUR 30 għal kull 100 kg ta’ piż nett, mhux iffermentat u li ma fihx spirti miżjuda, li fih 30 % jew iktar f’piż ta’ zokkor miżjud

 

 

Ex21011298

Ex21012098

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ tè jew mate li jkun fihom 70 % jew aktar f’piż tas-sukrożju/isoglukożju

 

 

Ex21069098

Preparamenti tal-ikel oħra mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, li jkollhom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

 

 

Ex33021029

Taħlitiet ta’ sustanzi fragranti u taħlitiet b’bażi ta’ sustanza waħda jew iktar minn dawn ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb li fihom sustanzi li jagħtu t-togħma li jikkaratterizzaw xarba ta’ saħħa alkoħolika reali f’volum li ma jaqbiżx 0,5 % li fih 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

 

 

09.7237

0402 99

Ħalib u krema, li fihom zokkor miżjud jew kwalunkwe sustanza oħra li tagħti l-ħlewwa li mhumiex trab, granuli jew forom solidi oħra

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

42

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

105  (2)


(1)  B’żieda ta’ 560 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(2)  B’żieda ta’ 5 tunnellati metriċi kull sena mill-2015.

(3)  B’żieda ta’ 100 ettolitru (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur) kull sena mill-2015.

(4)  B’żieda ta’ 5 tunnellati metriċi kull sena mill-2015.

(5)  B’żieda ta’ 1 860 tunnellata metrika (espressa f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat) kull sena mill-2015.

(6)  B’żieda ta’ 600 tunnellata metrika kull sena mill-2015.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 742/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

147,7

ZZ

147,7

0709 93 10

TR

124,7

ZZ

124,7

0805 50 10

AR

78,1

BO

73,4

CL

73,3

TR

71,0

UY

86,6

ZA

93,5

ZZ

79,3

0806 10 10

CL

140,3

EG

221,6

MA

158,2

MX

242,3

TR

174,6

ZZ

187,4

0808 10 80

AR

135,2

BR

96,6

CL

121,1

CN

111,1

NZ

141,8

US

151,0

ZA

125,9

ZZ

126,1

0808 30 90

AR

96,7

CL

149,3

NZ

112,3

TR

161,6

ZA

109,6

ZZ

125,9

0809 10 00

TR

192,1

ZZ

192,1

0809 29 00

CA

303,6

TR

339,3

ZZ

321,5

0809 30

TR

147,1

ZZ

147,1

0809 40 05

BA

57,9

TR

115,1

XS

66,6

ZZ

79,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/49


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/44/UE

tat-30 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum bħala sustanza attiva fl-Annessi I u IA tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi t-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, it-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 14 - ir-rodentiċidi, kif iddefiniti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-Greċja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Ottubru 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, bl-involviment tal-applikant. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tal-analiżi ġew inkorporati f’rapport ta’ valutazzjoni, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fil-21 ta’ Settembru 2012.

(5)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni jikkonkludi li wieħed jista’ jistenna li l-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċidi, u li fihom it-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum, jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, u għaldaqstant, jirrakkomanda l-inklużjoni, fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, tat-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum għall-użu fil-prodotti tat-tip 14. Jixraq li din ir-rakkomandazzjoni tiġi segwita.

(6)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni jikkonkludi wkoll li wieħed jista’ jistenna li l-prodotti bijoċidali użati bħala rodentiċi u li fihom it-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum jippreżentaw biss riskju baxx għall-bnedmin, għall-annimali li ma jkunux fil-mira ta’ dawn il-prodotti u għall-ambjent, partikularment fir-rigward tal-użu li ġie analizzat u spjegat fid-dettall fir-rapport ta’ valutazzjoni, jiġifieri l-użu fil-forma ta’ pelits f’postijiet nexfin. Għaldaqstant, ir-rapport jirrakkomanda l-inklużjoni tat-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum, għal dak l-użu, fl-Anness IA tad-Direttiva 98/8/KE. Jixraq li din ir-rakkomandazzjoni tiġi segwita.

(7)

Skont il-prattika attwali, u bi qbil mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 98/8/KE, jixraq li din l-inklużjoni tiġi limitata għal perjodu ta’ għaxar snin.

(8)

Ma ġewx evalwati l-użi u x-xenarji ta’ esponiment potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, jixraq li l-Istati Membri jintalbu jivvalutaw dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u għall-kompartimenti ambjentali li għadhom ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u jixraq li dawn jintalbu jiżguraw, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti, li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(9)

Id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva għandhom jiġu applikati simultanjament fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġi żgurat trattament indaqs fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 li fihom it-trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum bħala sustanza attiva, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat it-tħaddim tajjeb tas-suq tal-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Annessi I u IA tad-Direttiva 98/8/KE, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti, u sabiex ikun żgurat li l-applikanti li jkunu ħejjew id-dokumentazzjoni tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar (10) snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li, skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Għaldaqstant, id-Direttiva 98/8/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Skont id-Dikjarazzjoni politika konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (3), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

(14)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 98/8/KE ma ħariġx opinjoni dwar il-miżuri previsti f’din id-Direttiva u għaldaqstant, il-Kummissjoni ressqet proposta dwar il-miżuri lill-Kunsill, u bagħtitha wkoll lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill ma aġixxiex fil-perjodu ta’ xahrejn previst fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4), u għaldaqstant, il-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien. Il-Parlament Ewropew ma oġġezzjonax għall-miżura fi żmien erba’ xhur minn meta l-Kummissjoni bagħtitlu l-proposta,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u IA tad-Direttiva 98/8/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2015 ‘il quddiem.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

(1)

Fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-identifikazzjoni

Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (*)

Data tal-inklużjoni

Data ta’ skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3), sakemm ma tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet indikati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna ta’ din l-intestatura (**)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (***)

“67

Trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

Mhux allokat

1 000  g/kg

L-1 ta’ Frar 2015

Il-31 ta’ Jannar 2017

Il-31 ta’ Jannar 2025

14

Meta jiġu biex jivvalutaw l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fejn ikun rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u għall-kompartimenti ambjentali li ma jkunux ġew indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni.”

(2)

Fl-Anness IA tad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Data ta’ skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom id-data ta’ skadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni tas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (****)

“3

Trab taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

Mhux allokat

1 000  g/kg

L-1 ta’ Frar 2015

Il-31 ta’ Jannar 2017

Il-31 ta’ Jannar 2025

14

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjonijiet ikunu suġġetti għall-kundizzjoni li ġejja:

Għall-użu fil-forma ta’ pelits f’postijiet nexfin biss.”


(*)  Il-purità indikata f’din il-kolonna hija l-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva li ntużat għall-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 11. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista’ jkollha l-istess grad ta’ purità jew grad differenti, jekk ikun ġie ppruvat li din is-sustanza hija ekwivalenti, mil-lat tekniku, għas-sustanza evalwata.

(**)  Għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda koperta mill-Artikolu 16(2), id-data ta’ skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) hija dik tal-aħħar sustanza attiva tagħhom li ġiet inkluża f’dan l-Anness. Għall-prodotti li l-ewwel awtorizzazzjoni tagħhom ingħatat mhux iktar minn 120 jum qabel id-data ta’ skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3), u li għalihom tressqet applikazzjoni kompluta għar-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu 4(1) fi żmien 60 jum mill-għoti tal-ewwel awtorizzazzjoni, id-data ta’ skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) b’rabta ma’ dik l-applikazzjoni hija estiża għal 120 jum mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta għar-rikonoxximent reċiproku. Għall-prodotti li għalihom Stat Membru jkun ippropona li jidderoga mir-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu 4(4), id-data ta’ skadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) hija estiża għal 30 jum mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4).

(***)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm.

(****)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm.


DEĊIŻJONIJIET

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/52


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/409/PESK

tat-30 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK.

(2)

L-entrati għal tliet persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandhom jiġu sostitwiti u għandhom jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet għaliex huma elenkati.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.


ANNESS

L-entrati għall-persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrati li ġejjin:

 

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled f’Sabha-Libya fis-7 ta’ Jannar 1980, iben Yamina SOUIEI, direttur amministrattiv, miżżewweġ lil Inès LEJRI, jgħix f’Résidence de l’Étoile du Nord - suite B- is-7 sular - apt. Nru 25 - Centre urbain du nord - Cité El Khadra - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 04524472.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini dwar kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-uffiċjal kap eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Tuneżina tal-Banek u l-ex-kap uffiċjal eżekuttiv tal-Bank Agrikolu Nazzjonali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni.

2.

Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI

Tuneżin, twieled f’Tuneż fit-2 ta’ Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tan-Nru NIC 04682068.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għax eżerċitat influwenza ħażina fuq detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb li tikseb direttament jew indirettament vantaġġ għal persuna oħra, għall-kompliċità fl-użu ħażin ta’ pożizzjoni minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta’ flus pubbliċi Tuneżini minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali).

3.

Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB

Tuneżin, twieled fit-13 ta’ Jannar 1959, iben Leïla CHAIBI, miżżewweġ lil Dorsaf BEN ALI, kap uffiċjal eżekuttiv, jgħix f’rue du Jardin - Sidi Bousaid - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 00400688.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal abbuż tal-influwenza fuq uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb tal-kisba, direttament jew indirettament, ta’ vantaġġi għall-profitt ta’ persuni oħrajn u kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/54


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2013

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi għall-kontroll tas-sajd tal-Istati Membri għall-2013

(notifikata bid-dokument C(2013) 4256)

(It-testi bl-ilsien Bulgaru, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Sloven, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)

(2013/410/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, fl-ittra tagħha tad-9 ta’ Ottubru 2012, iddefinixxiet l-oqsma ta’ prijorità li jridu jiġu ffinanzjati mill-Unjoni fil-qafas tal-programmi għall-kontroll tas-sajd. Dawn l-oqsma ta’ prijorità jinkludu t-titjib fis-sistemi ta’ kontroll ta’ Stat Membru, il-kejl tas-saħħa tal-magna, u t-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd. Fl-ittra tagħha tal-14 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni speċifikat ukoll ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-operaturi u mill-Istati Membri meta jwettqu investimenti fi proġetti ta’ traċċabbiltà.

(2)

L-Istati Membri ippreżentaw il-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2013 lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, li jinkludu l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li għandha tiġġarrab fit-twettiq tal-proġetti li jinsabu f’dawn il-programmi.

(3)

Fuq dik il-bażi u minħabba restrizzjonijiet baġitarji, talbiet fil-programi għal finanzjament tal-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet mhux ta’ prijorità bħall-istallazzjoni ta’ Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) abbord bastimenti tas-sajd, dawk il-proġetti ta’ taħriġ li ma jkollhom l-ebda rabta ma’ titjib li għandu jsir fis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri, kif ukoll ix-xiri jew il-modernizzazzjoni ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa tas-sajd ġew miċħuda peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità.

(4)

Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu ffissati fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni.

(5)

Fir-rigward tal-proġetti ta’ traċċabbiltà, huwa importanti li jiġi żgurat li dawn jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ standards rikonoxxuti internazzjonalment, kif meħtieġ mill-Artikolu 67(8) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2).

(6)

L-applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-Unjoni ġew ivvalutati fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (3).

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat il-proġetti li l-ispiża tagħhom ma taqbiżx l-EUR 40 000 eskluża l-VAT, u żammet dawk li għalihom huwa ġġustifikat li jingħatalhom kofinanzjament tal-Unjoni fid-dawl tat-titjib li x’aktarx li jġibu magħhom fis-sistema ta’ kontroll tal-Istati Membri applikanti.

(8)

Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-oqsma ta’ prijorità ddefiniti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata ma’ dawk l-oqsma ta’ prijorità għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(9)

Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika kif ukoll it-tagħmir tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku abbord bastimenti tas-sajd għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistipula kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2013 għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2013 fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2017. Il-pagamenti li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet baġitarji marbuta ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 3

Teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, għall-istallazzjoni ta’ teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda sabiex ikunu jistgħu jsiru ġbir u ġestjoni effiċjenti u siguri ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd kif ukoll il-verifika tas-saħħa tal-magna, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Fir-rigward tal-proġetti ta’ traċċabbiltà, il-kontribuzzjoni tal-UE għandha tkun limitata għal EUR 1 000 000 f’każ ta’ investimenti mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru, u għal EUR 250 000 f’każ ta’ investimenti privati. Għandhom jiġu aċċettati sa mhux aktar minn żewġ proġetti minn kull operatur privat għal kull Stat Membru u għal kull deċiżjoni ta’ finanzjament. L-għadd totali ta’ proġetti ta’ traċċabbiltà mwettqa minn operaturi privati għandu jkun limitat għal 8 għal kull Stat Membru u għal kull deċiżjoni ta’ finanzjament.

3.   Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2, il-proġetti kollha kofinanzjati skont din id-Deċiżjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

4.   Kwalunkwe nefqa oħra mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness II, għax-xiri u l-istallazzjoni abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jippermetti li bastimenti jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 2 500 għal kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 (5).

Artikolu 5

Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri u l-istallazzjoni kif ukoll l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS), sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-istallazzjoni ta’ tagħmir ERS abbord bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b’mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

4.   Fil-każ ta’ tagħmir li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.

Artikolu 7

Proġetti pilota

In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għal kull Stat Membru għandha tkun kif ġej:

(EUR)

Stat Membru

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

1 369 250

1 369 250

1 232 325

Il-Bulgarija

15 339

15 339

13 805

Id-Danimarka

6 801 633

5 226 502

4 691 350

Il-Ġermanja

17 502 400

4 291 800

3 794 200

L-Estonja

280 000

280 000

252 000

L-Irlanda

1 200 000

1 200 000

1 080 000

Il-Greċja

1 370 029

1 370 029

1 153 026

Spanja

12 186 266

9 137 042

7 562 370

Franza

5 373 796

5 363 796

4 811 416

L-Italja

7 480 000

2 160 000

1 944 000

Ċipru

600 000

600 000

540 000

Il-Latvja

192 735

192 735

173 462

Il-Litwanja

389 539

389 539

350 585

Malta

1 375 002

1 228 802

636 605

Il-Pajjiżi l-Baxxi

3 264 205

2 389 410

2 142 252

Il-Polonja

3 422 251

3 322 251

2 990 026

Il-Portugall

1 608 900

703 500

633 150

Ir-Rumanija

769 000

419 000

313 100

Is-Slovenja

315 100

293 400

241 500

Il-Finlandja

1 682 500

1 682 500

1 514 250

L-Isvezja

1 392 838

1 392 838

1 253 555

Ir-Renju Unit

1 039 444

1 039 444

816 423

Total

69 630 227

44 067 177

38 139 400

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI U NETWERKS TAL-IT ĠODDA

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

BE/13/01

240 000

240 000

216 000

BE/13/02

30 000

30 000

27 000

BE/13/03

30 000

30 000

27 000

BE/13/05

60 000

60 000

54 000

BE/13/06

30 000

30 000

27 000

BE/13/08

4 250

4 250

3 825

BE/13/09

825 000

825 000

742 500

Subtotal

1 219 250

1 219 250

1 097 325

Il-Bulgarija

BG/13/01

15 339

15 339

13 805

Subtotal

15 339

15 339

13 805

Id-Danimarka

DK/13/01

536 215

536 215

482 593

DK/13/03

402 161

402 161

361 945

DK/13/04

335 134

0

0

DK/13/05

268 107

268 107

241 297

DK/13/06

335 134

335 134

301 621

DK/13/07

536 215

0

0

DK/13/08

201 080

201 080

180 972

DK/13/09

134 054

134 054

120 648

DK/13/10

335 134

335 134

301 621

DK/13/11

402 161

402 161

361 945

DK/13/12

100 540

0

0

DK/13/13

134 054

0

0

DK/13/14

536 215

536 215

482 593

DK/13/15

201 080

0

0

DK/13/16

268 107

0

0

DK/13/17

1 125 000

1 125 000

1 000 000

DK/13/18

73 000

73 000

65 700

DK/13/19

275 000

275 000

247 500

DK/13/20

268 107

268 107

241 296

Subtotal

6 466 498

4 891 368

4 389 731

Il-Ġermanja

DE/13/09

60 000

60 000

54 000

DE/13/10

75 000

75 000

67 500

DE/13/12

90 000

90 000

81 000

DE/13/15

2 880 000

2 880 000

2 592 000

DE/13/14

170 000

170 000

153 000

DE/13/17

353 800

353 800

250 000

DE/13/18

110 000

110 000

99 000

DE/13/19

350 000

0

0

DE/13/20

95 000

0

0

DE/13/21

443 100

0

0

DE/13/22

650 000

0

0

DE/13/23

970 000

0

0

DE/13/24

275 000

0

0

DE/13/25

420 000

0

0

DE/13/26

250 000

0

0

DE/13/27

105 500

105 500

94 950

Subtotal

7 297 400

3 844 300

3 391 450

Il-Greċja

EL/13/02

300 000

300 000

270 000

EL/13/03

200 000

200 000

100 000

EL/13/04

300 000

300 000

270 000

EL/13/05

50 000

50 000

45 000

EL/13/06

50 000

50 000

45 000

EL/13/08

169 694

169 694

152 724

EL/13/09

230 335

230 335

207 302

Subtotal

1 300 029

1 300 029

1 090 026

L-Irlanda

IE/13/01

50 000

50 000

45 000

IE/13/02

50 000

50 000

45 000

Subtotal

100 000

100 000

90 000

Spanja

ES/13/01

651 500

651 500

325 750

ES/13/02

205 971

205 971

185 374

ES/13/03

377 698

377 698

339 928

ES/13/04

252 976

252 976

227 678

ES/13/05

256 514

256 514

230 863

ES/13/06

527 423

527 423

474 680

ES/13/07

298 291

298 291

268 462

ES/13/09

353 996

353 996

318 596

ES/13/10

63 457

63 457

57 111

ES/13/11

72 922

72 922

65 630

ES/13/12

183 900

183 900

165 510

ES/13/13

215 814

215 814

194 233

ES/13/14

786 000

786 000

707 400

ES/13/15

186 567

186 567

167 910

ES/13/16

367 543

367 543

330 789

ES/13/17

186 754

186 754

168 079

ES/13/18

178 000

178 000

160 200

ES/13/20

115 000

115 000

103 500

ES/13/21

230 000

230 000

207 000

ES/13/22

142 400

0

0

ES/13/23

25 000

25 000

22 500

ES/13/24

90 000

90 000

81 000

ES/13/25

250 000

0

0

ES/13/27

160 000

0

0

ES/13/29

95 557

95 557

86 001

ES/13/30

95 410

95 410

85 869

ES/13/33

33 000

33 000

29 700

ES/13/34

54 000

54 000

48 600

ES/13/35

681 000

0

0

ES/13/36

780 000

0

0

ES/13/37

518 710

518 710

250 000

ES/13/39

258 000

258 000

232 200

ES/13/40

481 698

481 698

250 000

ES/13/41

379 119

263 294

236 966

Subtotal

9 554 220

7 424 995

6 021 529

Franza

FR/13/02

180 000

180 000

162 000

FR/13/03

150 000

150 000

135 000

FR/13/04

400 000

400 000

360 000

FR/13/06

1 000 300

1 000 300

900 270

FR/13/07

1 080 600

1 080 600

972 540

FR/13/08

1 080 600

1 080 600

972 540

FR/13/09

211 500

211 500

190 350

FR/13/10

269 350

269 350

242 415

FR/13/11

51 446

51 446

46 301

Subtotal

4 423 796

4 423 796

3 981 416

L-Italja

IT/13/01

260 000

260 000

234 000

IT/13/02

120 000

0

0

IT/13/03

500 000

500 000

450 000

IT/13/04

1 000 000

1 000 000

900 000

IT/13/05

300 000

300 000

270 000

IT/13/07

800 000

0

0

IT/13/08

2 000 000

0

0

IT/13/09

2 400 000

0

0

Subtotal

7 380 000

2 060 000

1 854 000

Ċipru

CY/13/01

50 000

50 000

45 000

CY/13/02

150 000

150 000

135 000

CY/13/03

400 000

400 000

360 000

Subtotal

600 000

600 000

540 000

Il-Latvja

LV/13/01

11 200

11 200

10 080

LV/13/02

58 350

58 350

52 515

LV/13/03

123 185

123 185

110 867

Subtotal

192 735

192 735

173 462

Il-Litwanja

LT/13/01

144 810

144 810

130 329

LT/13/03

13 033

13 033

11 730

Subtotal

157 843

157 843

142 059

Malta

MT/13/01

55 510

55 510

49 959

MT/13/02

1 173 292

1 173 292

586 646

Subtotal

1 228 802

1 228 802

636 605

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/13/01

278 172

278 172

250 000

NL/13/02

277 862

277 862

250 000

NL/13/03

286 364

286 364

250 000

NL/13/04

276 984

276 984

249 285

NL/13/05

129 398

129 398

116 458

NL/13/06

200 000

0

0

NL/13/07

230 000

0

0

NL/13/08

36 120

36 120

32 508

NL/13/09

89 860

0

0

NL/13/10

129 500

129 500

116 550

NL/13/11

125 010

125 010

112 450

NL/13/12

72 908

0

0

NL/13/13

282 027

0

0

NL/13/14

200 000

200 000

180 000

NL/13/15

400 000

400 000

360 000

NL/13/16

50 000

50 000

45 000

Subtotal

3 064 205

2 189 410

1 962 251

Il-Polonja

PL/13/04

1 000 000

1 000 000

900 000

PL/13/05

540 000

440 000

396 000

PL/13/06

227 350

227 350

204 615

PL/13/07

240 300

240 300

216 270

PL/13/08

172 600

172 600

155 340

PL/13/09

323 000

323 000

290 700

PL/13/10

208 760

208 760

187 884

PL/13/11

416 000

416 000

374 400

PL/13/12

40 500

40 500

36 450

Subtotal

3 168 510

3 068 510

2 761 659

Il-Portugall

PT/13/01

834 000

0

0

Subtotal

834 000

0

0

Ir-Rumanija

RO/13/03

155 000

155 000

139 500

RO/13/04

120 000

120 000

60 000

RO/13/05

40 000

40 000

20 000

RO/13/06

104 000

104 000

93 600

Subtotal

419 000

419 000

313 100

Is-Slovenja

SI/13/01

42 000

42 000

37 800

SI/13/02

7 300

0

0

SI/13/03

1 200

1 200

600

SI/13/04

14 400

0

0

SI/13/05

5 000

5 000

2 500

SI/13/06

1 200

1 200

600

SI/13/07

40 000

40 000

36 000

SI/13/08

40 000

40 000

36 000

SI/13/10

45 000

45 000

40 500

SI/13/12

49 000

49 000

24 500

SI/13/13

20 000

20 000

18 000

Subtotal

265 100

243 400

196 500

Il-Finlandja

FI/13/01

1 000 000

1 000 000

900 000

FI/13/03

200 000

200 000

180 000

FI/13/04

150 000

150 000

135 000

Subtotal

1 350 000

1 350 000

1 215 000

L-Isvezja

SE/13/01

348 210

348 210

313 389

SE/13/02

464 280

464 280

417 852

SE/13/03

580 348

580 348

522 314

Subtotal

1 392 838

1 392 838

1 253 555

Ir-Renju Unit

UK/13/01

496 155

496 155

446 539

Subtotal

496 155

496 155

446 539

Total

50 925 720

36 617 770

31 570 012


ANNESS II

TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Ġermanja

DE/13/08

12 500

12 500

11 250

DE/13/28

367 500

0

0

DE/13/02

493 500

0

0

DE/13/04

50 000

50 000

45 000

Subtotal

923 500

62 500

56 250

Malta

MT/13/03

146 200

0

0

Subtotal

146 200

0

0

Ir-Rumanija

RO/13/07

100 000

0

0

Subtotal

100 000

0

0

Is-Slovenja

SI/13/09

10 000

10 000

9 000

Subtotal

10 000

10 000

9 000

Spanja

ES/13/19

1 256 340

1 256 340

1 130 706

ES/13/31

326 124

326 124

293 512

Subtotal

1 582 464

1 582 464

1 424 218

Ir-Renju Unit

UK/13/03

245 597

245 597

221 037

Subtotal

245 597

245 597

221 037

Total

3 007 761

1 900 561

1 710 505


ANNESS III

SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

BE/13/04

70 000

70 000

63 000

BE/13/07

80 000

80 000

72 000

Subtotal

150 000

150 000

135 000

Id-Danimarka

DK/13/02

335 134

335 134

301 619

Subtotal

335 134

335 134

301 619

Il-Ġermanja

DE/13/11

75 000

75 000

67 500

DE/13/13

140 000

140 000

126 000

DE/13/16

170 000

170 000

153 000

Subtotal

385 000

385 000

346 500

L-Estonja

EE/13/01

110 000

110 000

99 000

EE/13/02

90 000

90 000

81 000

EE/13/03

80 000

80 000

72 000

Subtotal

280 000

280 000

252 000

L-Irlanda

IE/13/03

1 100 000

1 100 000

990 000

Subtotal

1 100 000

1 100 000

990 000

Franza

FR/13/05

910 000

900 000

810 000

Subtotal

910 000

900 000

810 000

L-Italja

IT/13/06

100 000

100 000

90 000

Subtotal

100 000

100 000

90 000

Il-Litwanja

LT/13/02

231 696

231 696

208 526

Subtotal

231 696

231 696

208 526

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/13/17

200 000

200 000

180 000

Subtotal

200 000

200 000

180 000

Il-Polonja

PL/13/01

170 948

170 948

153 853

PL/13/02

60 000

60 000

54 000

PL/13/03

27 793

27 793

20 514

Subtotal

253 741

253 741

228 367

Il-Portugall

PT/13/03

492 500

492 500

443 250

PT/13/05

211 000

211 000

189 900

Subtotal

703 500

703 500

633 150

Is-Slovenja

SI/13/11

40 000

40 000

36 000

Subtotal

40 000

40 000

36 000

Spanja

ES/13/08

129 582

129 582

116 624

Subtotal

129 582

129 582

116 624

Total

4 818 653

4 808 653

4 327 786


ANNESS IV

TAGĦMIR ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Finlandja

 

 

 

FI/13/02

157 500

157 500

141 750

FI/13/05

175 000

175 000

157 500

Subtotal

332 500

332 500

299 250

Total

332 500

332 500

299 250


ANNESS V

PROĠETTI PILOTA

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Spanja

ES/13/28

100 000

0

0

ES/13/32

530 000

0

0

ES/13/38

250 000

0

0

Subtotal

880 000

0

0

Franza

FR/13/01

40 000

40 000

20 000

Subtotal

40 000

40 000

20 000

Ir-Renju Unit

UK/13/02

297 693

297 693

148 846

Subtotal

297 693

297 693

148 846

Total

1 217 693

337 693

168 846


ANNESS VI

PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U TA’ SKAMBJU

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Ġermanja

DE/13/03

15 000

0

0

DE/13/06

1 500

0

0

Subtotal

16 500

0

0

Il-Greċja

EL/13/01

70 000

70 000

63 000

Subtotal

70 000

70 000

63 000

Ir-Rumanija

RO/13/01

200 000

0

0

RO/13/02

50 000

0

0

Subtotal

250 000

0

0

Spanja

ES/13/26

40 000

0

0

Subtotal

40 000

0

0

Total

376 500

70 000

63 000


ANNESS VII

AMMONTI RELATATI MAL-ISKEMI PILOTA TA’ SPEZZJONI U OSSERVAZZJONI, L-INIZJATTIVI GĦAS-SENSIBILIZZAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-PKS U L-AKKWIST JEW IL-MODERNIZZAZZJONI TA’ BASTIMENTI U INĠENJI TAL-AJRU TAL-GĦASSA LI ĠEW MIĊĦUDA

(EUR)

Tip ta’ nefqa

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Skemi pilota ta’ spezzjoni u osservazzjoni

36 000

0

0

Inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli tal-PKS

35 400

0

0

Bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa

8 880 000

0

0

Total

8 951 400

0

0