ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.347.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 347

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
15 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1203/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 dwar il-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut fi ħdan l-Unjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 li japprova emendi fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Castelmagno (DPO)]

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 802/2010 fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji ( 1 )

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tas-simna, għall-ħnieżer żgħar miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1332/2004 u (KE) Nru 2036/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products) ( 1 )

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

15

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1208/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2012

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/782/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2012 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8899)

20

 

 

2012/783/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9253)  ( 1 )

28

 

 

2012/784/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Awstrija dwar ċerti gassijiet serra industrijali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9256)

29

 

 

2012/785/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 li tapprova ċerti programmi emendati għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għas-sena 2012 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9264)

31

 

 

2012/786/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f’partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9295)  ( 1 )

36

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/787/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2012 Tal-Kumitat dwar Il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar deroga mir-regoli ta’ oriġini kif stipulata fil-Protokoll 1 ta’ mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, biex tittieħed f’kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fir-rigward tat-tonn ippriservat u l-flettijiet tat-tonn (loins)

38

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2012 tal-24 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 fir-rigward tal-protezzjoni tal-manta ġiganta u ċerti opportunitajiet tas-sajd ( ĠU L 203, 31.7.2012 )

41

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2012 tal-5 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-183 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi mmirati lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida ( ĠU L 335, 7.12.2012 )

43

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 181, 12.7.2012 )

43

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran ( ĠU L 100, 14.4.2011 )

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1203/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

dwar il-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut fi ħdan l-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jintroduċi l-kunċett ta’ bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut. L-ewwel nett, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 jimponi l-obbligu fuq il-fornituri domestiċi li dawn jippermettu li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għal servizzi regolati ta’ roaming tal-vuċi, tal-SMS u tad-dejta, ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi, minn kwalunkwe fornitur alternattiv tar-roaming. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut kif stabbiliti fl-Artikolu 4(1) jinkludu l-ħtieġa li l-fornituri domestiċi u l-fornituri tar-roaming ma jżommux lill-klijenti tar-roaming milli jaċċessaw servizzi rregolati ta’ roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming.

(2)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u simultanja tal-bejgħ separat tas- servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut madwar l-Unjoni, ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dettaljati fuq l-obbligi ta’ tagħrif dwar il-possibbiltà li l-klijenti tar-roaming jagħżlu fornitur alternattiv tar-roaming u dwar soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut.

(3)

Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, is-soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut tista’ tikkombina modalità teknika waħda jew aktar bl-iskop li jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Għalhekk, għandhom jiġu implimentati bosta modalitajiet tekniċi jekk dawn il-kriterji ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati kollha permezz ta’ modalità teknika waħda biss. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar din is-soluzzjoni teknika, li jinkludu r-rekwiżiti għall-fornituri domestiċi li jużaw l-elementi tan-netwerk u li jipprovdu servizzi relatati li jikkonċernaw kull modalità teknika, b’mod li jiġi żgurat l-aċċess għal dawn il-faċilitajiet meħtieġa sabiex fornituri alternattivi tar-roaming ikunu jistgħu joffru servizzi ta’ roaming separati u jipprovdu għall-proċess ta’ bidla bejn il-fornituri donaturi tar-roaming u l-fornituri riċevituri tar-roaming.

(4)

Fl-istess ħin, is-soluzzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-obbligi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Għalhekk, is-soluzzjoni teknika għandha tiżgura kemm il-possibbiltà li l-klijenti jkollhom aċċess għal servizzi rregolati tar-roaming tal-vuċi, tal-SMS u tad-dejta, ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi minn kwalunkwe fornitur alternattiv tar-roaming, kif ukoll li l-fornituri domestiċi u l-fornituri tar-roaming jirrispettaw l-obbligu li ma jwaqqfux lill-klijenti milli jkollhom aċċess għal servizzi rregolati ta’ roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming.

(5)

Bħalissa, is-servizzi kollha tar-roaming bl-imnut qegħdin jiġu pprovduti flimkien mas-servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli mill-fornitur domestiku. Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jagħti ċ-ċans lill-klijent tar-roaming jagħżel fornitur alternattiv tar-roaming għas-servizzi rregolati tar-roaming ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi, kif ukoll li jakkwista dawk is-servizzi ta’ roaming separatament mis-servizzi ċellulari domestiċi. F’dan ir-rigward, il-klijent tar-roaming jikkonkludi kuntratt ma’ fornitur alternattiv tar-roaming għall-għoti ta’ dawk is-servizzi.

(6)

Jeżistu bosta modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi tar-roaming bħala ġabra ta’ servizzi, inkluż Identità Internazzjonali tal-Abbonat Mobbli doppja (International Mobile Subscriber Identity - IMSI doppja) (żewġ IMSI separati fuq l-istess SIM card) u l-IMSI unika (il-kondiviżjoni ta’ IMSI waħda bejn il-fornitur domestiku u dak tar-roaming). Il-modalità teknika tal-IMSI doppja hija bbażata fuq profil sekondarju fuq is-SIM card tal-klijent tar-roaming li jista’ jintuża mill-fornitur alternattiv tar-roaming għall-bejgħ ta’ servizzi rregolati tar-roaming, filwaqt li l-ewwel profil jibqa’ jintuża mill-fornitur domestiku għall-bejgħ ta’ servizzi domestiċi u possibbilment servizzi tar-roaming mhux irregolati. Fil-kuntest tal-modalità teknika tal-IMSI unika, is-servizzi ta’ roaming separati teknikament għadhom qegħdin jiġu pprovduti mill-fornitur domestiku, li jservi bħala l-operatur ospitanti tan-netwerk mobbli għall-fornitur alternattiv tar-roaming. Is-servizzi ta’ roaming separati jiġu pprovduti bl-ingrossa lill-fornitur alternattiv tar-roaming, li min-naħa tiegħu jerġa’ jbiegħ is-servizzi lill-klijent tar-roaming bl-imnut. L-aktar verżjoni bażika hija għażla esklużivament ta’ bejgħ mill-ġdid. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta’ possibbiltajiet ta’ titjib potenzjali li jista’ jsir fil-modalità teknika esklużivament ta’ bejgħ mill-ġdid li jippermetti lill-fornitur tar-roaming alternattiv jikkontrolla liema netwerks miżjur għandhom preferibbilment jintużaw u jirkupra l-iskontijiet mogħtija fuq is-servizzi ta’ roaming bl-ingrossa mixtrija mill-operatur tan-netwerk mobbli (Mobile Network Operator — MNO) ospitanti fuq il-bażi ta’ ftehimiet dwar bejgħ bl-ingrossa ma’ operaturi ta’ netwerks miżjur jew aggregaturi ta’ bejgħ bl-ingrossa.

(7)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, l-aċċess għall-elementi tan-netwerk u s-servizzi neċessarji għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas. Għalhekk, l-Artikolu 5(1) ma jkoprix l-ipprezzar ta’ kwalunkwe servizz addizzjonali li jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati ta’ roaming bl-imnut. L-aċċess għall-faċilitajiet u s-servizzi ta’ appoġġ għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut jinkludi l-faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa fil-proċess tal-bidla ta’ klijent.

(8)

Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) wettaq il-valutazzjoni esperta tiegħu fuq is-soluzzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ servizzi ta’ roaming separati (2). Il-BEREC huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-IMSI doppja teħtieġ żvilupp sinifikanti u attività ta’ standardizzazzjoni u jistma li l-ispejjeż tal-implimentazzjoni se jimponu spiża ġenerali sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut. Minħabba li din il-modalità teknika teħtieġ ukoll li jiġu aġġornati s-SIM cards li qegħdin jintużaw bħalissa sabiex jinkludu l-funzjonalità tal-IMSI doppja, il-modalità teknika tal-IMSI doppja tonqos milli tipprovdi għażla kosteffikaċi u li tiffavorixxi l-konsumaturi għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut.

(9)

B’kuntrast għal dan, il-modalità teknika tal-IMSI unika tidher li hija aktar xierqa fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. L-ewwel nett, fir-rigward tal-kriterji (h), (i), (j), (k) tal-Artikolu 5(3), il-modalitajiet tekniċi kollha li ġew identifikati, inkluża l-modalità teknika tal-IMSI unika, jistgħu jiġu implimentati b’tali mod li jiġu ssodisfati dawn il-kriterji. It-tieni nett, l-IMSI unika hija favorevoli għall-konsumaturi u għall-utenti minħabba li s-servizz tar-roaming teknikament jiġi pprovdut bl-istess mod kif ġie pprovdut sa issa u għalhekk hija mistennija l-istess esperjenza bla xkiel għall-utenti. It-tielet, l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-IMSI unika huma aktar baxxi minn dawk għall-IMSI doppja u ma hija meħtieġa ebda attività ta’ standardizzazzjoni ewlenija sabiex tkun tista’ ssir. Il-BEREC huwa tal-fehma wkoll li ma jeżistux ostakoli fl-implimentazzjoni tal-IMSI unika.

(10)

L-effikaċja tal-modalità teknika tal-IMSI unika f’termini ta’ effetti tal-kompetizzjoni tista’ tittejjeb jekk il-fornituri tar-roaming alternattivi jkunu jistgħu jidderieġu t-traffiku tar-roaming lejn dak in-netwerk miżjur li jippreferu. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-arranġamenti dwar it-tmexxija tat-traffiku għall-modalità teknika tal-IMSI unika mtejba tkun ġġustifikata biss jekk l-ispejjeż tal-implimentazzjoni jkunu proporzjonati għall-benefiċċji mistennija mill-kompetizzjoni. Sa issa, ma hemm ebda evidenza li l-arranġamenti neċessarji għat-tmexxija tat-traffiku għal modalità teknika tal-IMSI unika mtejba jistgħu jiġu implimentati bi spiża raġonevoli sal-1 ta’ Lulju 2014. Għalhekk, f’dan l-istadju, il-modalità teknika tal-IMSI unika fil-forma ta’ bejgħ mill-ġdid tar-roaming titqies bħala suffiċjenti sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji kollha previsti fl-Artikolu 5(3), għajr il-kriterji (b) u (e), li huma ssodisfati biss parzjalment.

(11)

La l-modalità teknika tal-IMSI doppja, la l-modalità teknika tal-IMSI unika u lanqas it-titjib tagħha ma jissodisfaw il-kriterji kollha kif previsti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. B’mod partikolari, l-ebda waħda minnhom ma tagħmilha possibbli li jiġi applikat l-obbligu impost fuq il-fornituri domestiċi u fuq il-fornituri tar-roaming li ma jwaqqfux lill-klijenti milli jkollhom aċċess għal servizzi rregolati ta’ roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur tar-roaming alternattiv. Madankollu, mill-inqas waħda mill-modalitajiet tekniċi tas-soluzzjoni teknika għandha tipprevedi l-abbiltà li dan l-obbligu jiġi applikat bħala wieħed mill-obbligi imposti fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament.

(12)

Fl-implimentazzjoni u l-konfigurazzjoni attwali tan-netwerks domestiċi ma jistgħux jiġu pprovduti tali servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali. Għalhekk, hija meħtieġa modalità teknika sekondarja li twieġeb għar-rekwiżit tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Sabiex is-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali jiġu sseparati mill-grupp ta’ servizzi domestiċi, l-operaturi tan-netwerk miżjur ma għandhomx jitwaqqfu, mhux biss milli jipproċessaw teknikament it-traffiku tad-dejta tal-klijenti tar-roaming, iżda wkoll milli jipprovdu s-servizz fil-livell tal-bejgħ bl-imnut.

(13)

Min-naħa l-oħra, il-modalità teknika tal-IMSI unika ma tagħmilhiex possibbli li jiġu moqdija l-kategoriji kollha ta’ domanda tal-konsumaturi f’termini kompetittivi, bħall-użu intensiv tas-servizzi tad-dejta. Minħabba li l-limiti fuq il-bejgħ bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming tad-dejta mhumiex strettament orjentati lejn l-ispejjeż u mhumiex se jonqsu wara l-2014, minkejja tnaqqis mistenni fl-ispiża tal-bejgħ bl-ingrossa, ma jidhirx li huwa realistiku li l-fornituri tar-roaming alternattivi li jridu jiddependu fuq servizzi ta’ roaming tad-dejta bl-ingrossa għandhom ikunu jistgħu joffru servizzi ta’ roaming tad-dejta bl-imnut għal utenti li jużaw ħafna d-dejta bi prezzijiet attraenti meta mqabbla mal-livelli tal-prezzijiet għal servizzi mobbli domestiċi tad-dejta. Madankollu, modalità teknika li tapplika l-obbligu fuq il-fornituri domestiċi u l-fornituri tar-roaming li ma jwaqqfux lill-klijenti milli jkollhom aċċess għal servizzi rregolati tar-roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming, tqiegħed lill-fornituri alternattivi tar-roaming tad-dejta f’pożizzjoni li jipprovdu servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali, jiġifieri, servizzi tar-roaming tad-dejta, mingħajr ma jkollhom jiddependu fuq servizz ta’ roaming tad-dejta bl-ingrossa.

(14)

Is-servizzi tar-roaming tad-dejta bl-imnut bħalissa qegħdin jiġu pprovduti mill-fornituri domestiċi fuq il-bażi ta’ ftehimiet dwar il-bejgħ bl-ingrossa mal-operaturi tan-netwerk miżjur. It-traffiku tar-roaming tad-dejta jintbagħat u jiġi rċevut fuq in-netwerk ta’ aċċess għar-radju tal-operatur tan-netwerk miżjur u jiġi direzzjonat bejn in-netwerk miżjur u n-netwerk domestiku. L-operatur tan-netwerk domestiku jipprovdi l-konnessjoni għas-servizz tal-Internet u jitlob ħlas lill-klijent tar-roaming għas-servizz tar-roaming tad-dejta. L-istandards attwali tal-GSM/GPRS, EDGE u tal-UMTS diġà jagħtu ċ-ċans lill-operatur tan-netwerk miżjur li jimmaniġġa teknikament it-traffiku tar-roaming tad-dejta u li jipprovdi l-konnessjoni għas-servizz tal-Internet mingħajr il-bżonn ta’ routing bejn in-netwerk domestiku u n-netwerk miżjur. Madankollu, skont il-prattika attwali tal-industrija, l-operatur tan-netwerk domestiku għadu jitlob ħlas lill-klijent għas-servizz ta’ roaming tad-dejta, filwaqt li l-operatur tan-netwerk miżjur jipprovdi l-ipproċessar tat-traffiku bħala servizz ta’ bejgħ bl-ingrossa għall-operatur domestiku.

(15)

Hemm bosta metodi kif jista’ jiġi implimentat ir-rekwiżit li permezz tiegħu ma jitwaqqafx il-provvediment tas-servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali. Rekwiżiti bażiċi huma l-implimentazzjoni u l-attivazzjoni tal-ipproċessar tat-traffiku tar-roaming tad-dejta fin-netwerk miżjur u r-rekwiżit li ma titwaqqafx l-għażla manwali jew awtomatika ta’ netwerk miżjur. It-titjib possibbli jinkludi l-modifikazzjoni tal-elementi ta’ tmexxija tat-traffiku sabiex ma tiġix interrotta sessjoni kontinwa ta’ roaming tad-dejta lokali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ faċilitajiet speċifiċi li jassistu lill-klijenti tar-roaming fl-għażla ta’ netwerk miżjur jew li jappoġġaw l-għażla awtomatika ta’ netwerks miżjura. Rekwiżiti bażiċi tali għandhom jippermettu l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju differenti għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta lokali, fuq bażi temporanja jew permanenti.

(16)

Fil-każ ta’ servizzi temporanji ta’ roaming tad-dejta lokali, il-klijent tar-roaming jista’ jagħżel bejn operatur tan-netwerk mobbli lokali f’dak il-pajjiż għall-għoti ta’ servizzi ta’ roaming tad-dejta bl-imnut direttament jekk is-servizz ikun offrut fil-pajjiż miżjur u jekk hemm ftehim dwar ir-roaming bejn l-operatur tan-netwerk miżjur u l-operatur tan-netwerk domestiku. In-natura temporanja ta’ dan is-servizz tfisser li ma hemmx konfigurazzjoni permanenti tan-netwerk jew tat-tagħmir terminali, għalhekk l-imġiba oriġinali tar-roaming tmur lura għal li kienet meta s-servizz lokali tar-roaming tad-dejta ma jibqax jintuża. Dan it-tip ta’ servizz jipprovdi lill-klijent b’esperjenza simili għal dik tan-netwerks mingħajr fili taż-żona lokali, bħall-WIFI, li bħalissa qegħdin jintużaw minn ħafna utenti ta’ laptops, smart phones jew tablets meta jkunu barra minn pajjiżhom. Servizzi ta’ roaming tal-vuċi, tal-SMS u oħrajn assoċjati magħhom jiġu pprovduti mill-operatur tan-netwerk domestiku bħas-soltu, ħlief meta l-fornitur tar-roaming fin-netwerk miżjur ikun joffri dawn is-servizzi wkoll.

(17)

Fil-każ ta’ servizzi permanenti ta’ roaming tad-dejta lokali, il-klijent tar-roaming jikkonkludi kuntratt ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali minflok mal-fornitur tar-roaming li juża netwerk domestiku. F’dan il-każ, fornitur tar-roaming alternattiv, pereżempju operatur jew rivenditur ta’ netwerk mobbli, jipprovdi servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali u l-appoġġ tekniku meħtieġ (fil-forma ta’ applikazzjonijiet speċifiċi jew simili) f’pajjiż wieħed jew aktar lill-klijenti tar-roaming fuq bażi permanenti abbażi tal-impronta tan-netwerk tiegħu stess u/jew l-impronti tan-netwerk operati mill-MNOs li magħhom ikkonkluda ftehimiet ta’ bejgħ mill-ġdid f’kull pajjiż.

(18)

Filwaqt li l-aktar offerti kummerċjali simplistiċi jistgħu ma jissodisfawx bl-aħjar mod ir-rekwiżit dwar il-faċilità tal-użu billi dawn jitolbu, pereżempju, lill-klijent tar-roaming biex jibdel is-settings terminali jew jibgħat kodiċi b’SMS biex ikun jista’ jiġi pprovdut is-servizz u biex jintgħażel in-netwerk miżjur, jista’ jkun mistenni li, skont il-popolarità tas-servizz, il-fornituri tas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali, il-fornituri tat-terminals u tal-applikazzjonijiet jew atturi oħrajn jiżviluppaw soluzzjonijiet ibbażati fis-suq għal titjib fil-faċilità tal-użu. Il-faċilità tal-użu tas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali mill-konsumaturi titqies bħala waħda tajba grazzi għall-flessibbiltà li teżisti biex persuna tagħżel li tibda tirċievi jew twaqqaf milli tirċievi servizzi minn fornituri ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta lokali b’mod istantanju. Is-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali jippermettu lill-fornituri alternattivi tar-roaming li jisfruttaw l-assi tal-infrastruttura tagħhom stess u l-ftehimiet kummerċjali għar-roaming tad-dejta, pereżempju, permezz ta’ arranġamenti ta’ bejgħ mill-ġdid jew servizzi permanenti ta’ roaming tad-dejta lokali f’bosta pajjiżi. Skont il-BEREC, is-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali jistgħu jiġu implimentati pjuttost malajr u huma kosteffikaċi minħabba li l-maġġoranza tal-ispejjeż jiġu mġarrba mill-fornituri alternattivi skont it-tnedija proprja tas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali. Hemm livell għoli ta’ interoperabilità minħabba li diġà jeżistu standards għall-implimentazzjoni tal-ipproċessar tat-traffiku fin-netwerk miżjur. Għalhekk, il-modalità teknika li tippermetti l-aċċess għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali tissodisfa l-kriterji kollha li huma previsti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, għajr il-kriterji (b) u (e), li huma ssodisfati biss parzjalment.

(19)

Il-modalità teknika li tippermetti l-aċċess għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali tiżgura biss l-aċċess għas-servizzi tar-roaming tad-dejta. Għalhekk, hija ma tissodisfax għal kollox il-kriterju (e) tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Barra minn hekk, din il-modalità teknika ma tissodisfax għal kollox il-kriterju (b), minħabba li huma biss l-utenti tad-dejta li mistennija jiġu attirati mill-aċċess għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali.

(20)

Is-soluzzjoni teknika li tikkombina ż-żewġ modalitajiet tekniċi, jiġifieri l-modalità teknika tal-IMSI unika, implimentata bħala servizz ta’ bejgħ mill-ġdid tar-roaming, u l-modalità teknika li tippermetti l-aċċess għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali fuq netwerk miżjur, tissodisfa l-kriterji kollha tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Filwaqt li l-modalità teknika tal-IMSI unika u l-modalità teknika li tippermetti l-aċċess għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali weħidhom ma jissodisfawx il-kriterji (b) u (e), huma kumplimentari għal xulxin u flimkien jissodisfaw il-kriterji (b) u (e).

(21)

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-bidla bejn il-fornituri tar-roaming għandha ssir mingħajr dewmien bla bżonn u f’kull każ fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli skont is-soluzzjoni teknika magħżula għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut. Fil-każ tal-modalità teknika tal-IMSI unika bħall-bidla tal-fornitur għal servizzi domestiċi, ma hemmx bżonn ta’ interazzjoni ulterjuri mal-utent wara l-konklużjoni tal-kuntratt mal-fornitur tar-roaming alternattiv. Din il-modalità teknika tippermetti li l-bidla tiġi implimentata f’perjodu ta’ żmien simili għal dak applikat għall-bidla għal servizzi domestiċi, li huwa ta’ jum ta’ xogħol wieħed. Għalhekk, fil-każ tal-modalità teknika tal-IMSI unika kwalunkwe perjodu ta’ żmien għall-bidla għal jew minn fornitur tar-roaming alternattiv li jaqbeż il-perjodu ta’ żmien stabbilit għall-bidla f’każ ta’ servizzi domestiċi, għandu jitqies bħala dewmien bla bżonn minħabba li ma teżisti ebda raġuni teknika sottostanti għaliex tali bidla għandha ddum aktar biex isseħħ minn bidla komparabbli bejn is-servizzi domestiċi. Fil-każ tal-modalità teknika li tippermetti l-aċċess għal servizzi tar-roaming tad-dejta lokali, il-klijenti tar-roaming mistennija jagħżlu l-fornitur tar-roaming alternattiv għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali eżatt qabel l-intenzjoni tagħhom li jużaw is-servizz tar-roaming tad-dejta lokali. Il-modalità teknika tippermetti li l-bidla għal jew bejn il-fornituri tas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali ssir b’mod istantanju wara l-konklużjoni tal-kuntratt mal-fornitur riċevitur tar-roaming.

(22)

Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost il-parteċipanti tas-suq, il-BEREC u l-Kummissjoni huma meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni teknika kkoordinata ta’ servizzi ta’ roaming separati. B’mod partikolari, għandu jiġi żviluppat approċċ ikkoordinat sabiex jiġu identifikati l-interfaċċji tekniċi rilevanti u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tajba ta’ dawk l-interfaċċji, bil-għan li tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni konsistenti u simultanja fl-Unjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut. Pjattaforma tal-industrija, miftuħa għall-parteċipanti kollha tas-suq, għandha tipprovdi forum utli għal tali koordinazzjoni.

(23)

Sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni f’waqtha tal-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut, l-impriżi ma għandhomx jirrifjutaw l-ittestjar tal-interfaċċji tekniċi qabel it-tnedija kummerċjali tas-servizzi tar-roaming bl-imnut ipprovduti minn fornituri alternattivi tar-roaming qabel l-1 ta’ Lulju 2014.

(24)

Skont il-premessa 38 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-BEREC, b’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, għandu jfassal gwida dwar l-elementi tekniċi li huma meħtieġa sabiex ikun jista’ jsir il-bejgħ separat tas-servizzi tar-roaming.

(25)

L-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 jinkludi dispożizzjonijiet ġenerali dwar kif u meta l-klijenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar il-possibbiltà li jagħżlu fornitur alternattiv tar-roaming. Il-kontenut tat-tagħrif u l-metodi possibbli kif dan it-tagħrif jista’ jiġi kkomunikat lil klijent jeħtieġu speċifikazzjoni ulterjuri sabiex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla informata b’mod aktar faċli. It-titjib fl-għarfien tal-konsumaturi dwar is-suq tar-roaming jirrikjedi taħlita tal-mezzi kollha disponibbli sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jibbenifikaw minn swieq miftuħa.

(26)

Sabiex jiġi żgurat li l-klijenti kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn offerti alternattivi, il-fornituri domestiċi għandhom jiżguraw li l-kuntratti li jiġu konklużi jew li jiġġeddu wara l-1 ta’ Lulju 2014 jippermettu li l-klijent jibdel il-fornitur tar-roaming meta jrid u mingħajr ebda ħlas applikat mill-fornitur donatur tar-roaming.

(27)

Il-fornituri tar-roaming, inklużi fornituri alternattivi tar-roaming li joffru servizzi tar-roaming tad-dejta lokali, għandhom jimplimentaw mekkaniżmi ta’ trasparenza u salvagwardja għas-servizzi tad-dejta pprovduti minnhom, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu wkoll lill-klijenti tar-roaming tagħhom b’tagħrif dwar is-servizzi li jistgħu ma jkunux disponibbli meta jintużaw servizzi tar-roaming tad-dejta lokali, bħal servizzi proprjetarji appoġġati min-netwerk domestiku.

(28)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni u skop

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut madwar l-Unjoni.

Huwa jistabbilixxi regoli dettaljati dwar soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut. Huwa jistabbilixxi wkoll regoli ddettaljati fir-rigward tal-obbligi tal-fornituri domestiċi li jipprovdu tagħrif lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar il-possibbiltà li jagħżlu servizzi ta’ roaming ipprovduti minn kwalunkwe fornitur alternattiv tar-roaming.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“bejgħ mill-ġdid ta’ servizzi ta’ roaming bl-imnut” tfisser għoti ta’ servizzi regolati ta’ roaming, ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi, u servizzi assoċjati, bħal servizzi ta’ kaxxa postali tal-vuċi, li ġeneralment ikunu disponibbli għall-klijenti tar-roaming, mingħajr il-ħtieġa li l-klijenti tar-roaming jibdlu s-SIM card jew l-apparat mobbli tagħhom, skont ftehim dwar bejgħ bl-ingrossa konkluż bejn fornitur alternattiv tar-roaming u fornitur domestiku;

(b)

“servizz ta’ roaming tad-dejta lokali” tfisser servizz irregolat ta’ roaming tad-dejta pprovdut, temporanjament jew b’mod permanenti, lil klijenti tar-roaming direttament fuq netwerk miżjur, minn fornitur alternattiv tar-roaming mingħajr il-ħtieġa li l-klijenti tar-roaming jibdlu s-SIM card jew l-apparat mobbli tagħhom;

(c)

“isem tal-punt ta’ aċċess (Access Point Name — APN) tal-Internet tal-UE” tfisser sett ta’ identifikaturi komuni, b’mod manwali jew awtomatiku, fl-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming u rikonoxxuti min-netwerk domestiku u min-netwerk miżjur sabiex tiġi indikata l-għażla tal-klijent tar-roaming li juża servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali;

(d)

“tmexxija tat-traffiku” tfisser funzjoni ta’ kontroll li tintuża mill-operatur tan-netwerk domestiku u li hija intiża għall-għażla ta’ netwerks miżjura għall-klijenti tar-roaming tiegħu abbażi ta’ lista prijoritarja ta’ netwerks miżjura ppreferuti;

(e)

“imblukkar tan-netwerk” tfisser funzjoni ta’ kontroll li tintuża mill-operatur tan-netwerk domestiku u li hija intiża biex tiġi evitata l-għażla ta’ ċerti netwerks miżjura għall-klijenti tar-roaming tiegħu;

(f)

“mezz li jservi fit-tul” tfisser kwalunkwe strument li jagħti ċ-ċans lill-klijent jaħżen tagħrif indirizzat personalment lilu b’mod li jiżgura l-aċċessibbiltà għal użu futur għal matul perjodu ta’ żmien adegwat, billi jkunu kkunsidrati l-iskopijiet li għalihom jista’ jintuża dak it-tagħrif u li jippermettu r-riproduzzjoni mhux mibdula tat-tagħrif maħżun;

(g)

“fornitur riċevitur tar-roaming” tfisser fornitur tar-roaming li jipprovdi servizzi ta’ roaming minflok is-servizzi ta’ roaming li qegħdin jiġu pprovduti bħalissa mill-fornitur donatur tar-roaming wara li jinbidel il-fornitur tar-roaming;

(h)

“fornitur donatur tar-roaming” tfisser il-fornitur tar-roaming li bħalissa qiegħed jipprovdi servizzi tar-roaming lil konsumatur.

Artikolu 3

Modalità teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi

1.   Bl-iskop li l-klijenti tar-roaming ikunu jistgħu jiksbu aċċess għal servizzi rregolati ta’ roaming tal-vuċi, tal-SMS u tad-dejta, ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi minn kwalunkwe fornitur alternattiv tar-roaming, il-fornituri domestiċi li joperaw netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri jipprovdu l-elementi tan-netwerk meħtieġa u s-servizzi rilevanti li jippermettu l-bejgħ mill-ġdid ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut lill-klijenti tal-fornitur domestiku mill-fornitur tar-roaming alternattiv b’mod parallel għas-servizzi domestiċi ta’ komunikazzjoni mobbli mingħajr il-ħtieġa li l-klijenti tar-roaming jibdlu s-SIM card jew l-apparat mobbli tagħhom.

2.   L-elementi tan-netwerk u s-servizzi rilevanti previsti fil-paragrafu 1 ikopru, fost l-oħrajn:

(a)

il-faċilitajiet neċessarji għall-proċedura sabiex jinbidel il-fornitur tar-roaming skont il-paragrafu 5,

(b)

il-faċilitajiet relatati mat-tagħrif għall-klijenti, bħal-lok tad-dejta tal-klijent u r-rekords tad-dejta tal-klijent għall-appoġġ għall-fatturazzjoni, li huma neċessarji għall-għoti ta’ servizzi ta’ roaming bl-imnut,

(c)

il-faċilitajiet neċessarji biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-limiti finanzjarji għall-perjodu speċifikat ta’ użu tas-servizzi ta’ roaming tad-dejta skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012.

3.   Il-fornituri domestiċi li joperaw netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għall-aċċess għall-elementi tan-netwerk u s-servizzi skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-fornituri domestiċi jiżguraw li l-klijenti tar-roaming tal-fornituri alternattivi tar-roaming ikunu jistgħu jkomplu jużaw is-servizzi eżistenti tagħhom tal-kaxxa postali tal-vuċi.

5.   Il-fornitur donatur tar-roaming jikkollabora mal-fornitur riċevitur tar-roaming sabiex jiżgura li l-klijenti tar-roaming li jkunu kkonkludew kuntratt ma’ fornitur riċevitur tar-roaming ikunu jistgħu jużaw is-servizzi pprovduti minn dan il-fornitur fi żmien jum tax-xogħol wieħed.

Artikolu 4

Modalità teknika għall-implimentazzjoni tal-aċċess għal servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali fuq netwerk miżjur

1.   Bl-iskop li ma jwaqqfux lill-klijenti tar-roaming milli jkollhom aċċess għal servizzi rregolati ta’ roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming, il-fornituri domestiċi li joperaw netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċess għall-elementi tan-netwerk neċessarji u s-servizzi rilevanti li jippermettu l-ipproċessar tat-traffiku tar-roaming tad-dejta fin-netwerk miżjur u l-għoti bl-imnut ta’ servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali minn fornituri alternattivi tar-roaming.

2.   L-elementi tan-netwerk u s-servizzi rilevanti previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikopru, fost l-oħrajn:

(a)

il-faċilitajiet neċessarji sabiex il-klijent tar-roaming ikun jista’ jaqleb bejn fornitur tar-roaming li juża netwerk domestiku u fornitur tar-roaming alternattiv ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta lokali bl-iskop li s-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali jintużaw skont il-paragrafu 4;

(b)

faċilitajiet li jippermettu l-istabbiliment ta’ profili tal-aċċess tal-utenti għall-APN tal-Internet tal-UE fin-netwerk domestiku u li jippermettu mekkaniżmu fin-netwerk domestiku li jiffaċilita l-ipproċessar tat-traffiku tar-roaming tad-dejta fin-netwerk miżjur, routing għat-traffiku tar-roaming tad-dejta lejn il-fornitur alternattiv tar-roaming magħżul u l-għoti bl-imnut tas-servizz tar-roaming tad-dejta mill-operatur tan-netwerk miżjur għal dawn il-profili tal-aċċess tal-utenti;

(c)

faċilitajiet li jiżguraw li t-tmexxija tat-traffiku, l-imblukkar tan-netwerk jew mekkaniżmi oħrajn applikati fin-netwerk domestiku ma jwaqqfux lill-utenti milli jagħżlu n-netwerk miżjur għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali li jagħżlu huma;

(d)

faċilitajiet li jiżguraw li l-utent ma jiġix skonnettjat minn man-netwerk miżjur għas-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali tal-għażla tiegħu minħabba t-tmexxija tat-traffiku jew mekkaniżmi oħrajn applikati fin-netwerk domestiku.

3.   Jekk fornitur alternattiv tar-roaming ikollu l-ħsieb li joffri servizzi tar-roaming tad-dejta lokali, il-fornituri domestiċi li joperaw netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri għandhom, għal dan il-għan, jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess ta’ roaming bl-ingrossa minn fornitur alternattiv tar-roaming u jippermetti l-għoti ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta lokali mill-fornitur tar-roaming alternattiv u l-għoti tas-servizzi tar-roaming li jifdal (vuċi u SMS) mill-fornitur tar-roaming li juża netwerk domestiku lill-klijenti tar-roaming ikkonċernati matul l-użu ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta lokali.

4.   Il-fornitur donatur tar-roaming jikkollabora mal-fornitur riċevitur tar-roaming sabiex ikun żgurat li l-klijenti tar-roaming li jkunu kkonkludew kuntratt ma’ fornitur riċevitur tar-roaming għall-għoti ta’ servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali jkunu jistgħu jużaw is-servizzi pprovduti minn dan il-fornitur b’mod istantanju mill-mument li fornitur riċevitur tar-roaming jibgħat talba lil fornitur donatur tar-roaming.

Il-fornitur donatur u l-fornitur alternattiv tar-roaming jiżguraw li, meta tiġi implimentata l-modalità teknika, kwalunkwe klijent tar-roaming li juża servizzi tar-roaming tad-dejta lokali jkollu l-possibbiltà li ma jibqax juża s-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali u li jerġa’ lura għas-servizzi tar-roaming awtomatiċi (default) ipprovduti mill-fornitur donatur tar-roaming meta jrid. Il-fornitur alternattiv tar-roaming li jipprovdi servizzi tar-roaming tad-dejta lokali ma għandux jipprevjeni t-treġġigħ lura, b’mod awtomatiku, ta’ dawn is-servizzi tar-roaming b’mod immedjat mill-mument li fornitur donatur tar-roaming jibgħat talba lill-fornitur tar-roaming alternattiv.

Artikolu 5

Soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar- roaming bl-imnut

Il-fornituri domestiċi li joperaw netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri jimplimentaw b’mod kumulattiv il-modalità teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi, kif ukoll il-modalità teknika għall-implimentazzjoni tal-aċċess għal servizzi tar-roaming tad-dejta lokali fuq netwerk miżjur.

Il-fornituri tar-roaming jikkooperaw sabiex jiżguraw l-interoperabilità tal-interfaċċji għas-soluzzjoni teknika sabiex jiġi implimentat il-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut, abbażi ta’ standards maqbula b’mod komuni. Jistgħu jiġu applikati d-dokumenti ta’ referenza u l-proċeduri tal-bażi tad-dejta applikati mill-operaturi tan-netwerk għal skopijiet ta’ roaming, bil-kundizzjoni li jkunu disponibbli għall-pubbliku u konformi mar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u mar-Regolament preżenti.

Artikolu 6

Tagħrif għall-klijenti dwar il-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut

1.   Mill-1 ta’ Lulju 2014, il-fornituri domestiċi għandhom jgħarrfu lill-klijenti tar-roaming eżistenti u jipprovdu tagħrif lill-klijenti l-ġodda qabel il-konklużjoni tal-kuntratt dwar il-possibbiltà li jagħżlu servizzi ta’ roaming separati pprovduti minn fornituri tar-roaming alternattivi. B’mod partikolari, huma għandhom jipprovdu t-tagħrif li ġej:

(a)

dettalji dwar il-passi neċessarji li għandhom jittieħdu mill-klijenti tar-roaming sabiex jaqilbu għal jew bejn fornituri tar-roaming alternattivi;

(b)

il-possibbiltà li jaqilbu għal jew bejn fornituri tar-roaming alternattivi f’kull ħin u mingħajr ħlas;

(c)

il-bidliet li se jsiru fil-kundizzjonijiet kuntrattwali eżistenti, li għandhom jiżguraw li ma jiġi applikat ebda ħlas lill-klijent mill-fornitur donatur tar-roaming fir-rigward tal-bidla bejn fornitur u ieħor;

(d)

il-perjodu li matulu ssir il-bidla għal jew bejn fornituri tar-roaming alternattivi;

(e)

nota ta’ tfakkira, li f’każ li jinbidel il-fornitur domestiku, il-fornitur domestiku l-ġdid ma jkollux obbligu li jappoġġa s-servizzi tar-roaming ipprovduti minn fornitur tar-roaming alternattiv speċifiku.

(f)

Meta jiġu biex jikkonkludu kuntratt ġdid jew iġeddu kuntratt eżistenti, il-klijenti għandhom jikkonfermaw b’mod espliċitu li huma ġew mgħarrfa dwar il-possibbiltà li jagħżlu fornitur alternattiv tar-roaming.

2.   It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi pprovdut fuq mezz ieħor li jservi fit-tul, b’mod ċar u li jinftiehem u f’forma li tkun faċilment aċċessibbli. Fil-każ ta’ klijenti li jħallsu minn qabel (pre-paid) u li l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom mhijiex magħrufa mill-fornituri domestiċi, dawn tal-aħħar għandhom jinfurmawhom permezz ta’ SMS jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor.

Il-klijenti tar-roaming għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ebda ħlas, aktar tagħrif iddettaljat dwar il-possibbiltà li jibdlu l-fornituri tar-roaming meta jridu.

Artikolu 7

Analiżi

Meta twettaq l-analiżi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni tivvaluta wkoll, b’konsultazzjoni mal-BEREC, l-effikaċja tas-soluzzjoni teknika magħżula għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut u jekk hemmx bżonn li din tiġi aġġornata fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-iżviluppi tas-suq. B’mod partikolari, l-analiżi tevalwa jekk is-soluzzjoni teknika għadhiex tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 bl-aktar mod effikaċi.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.

(2)  BoR (12) 68 u BoR (12) 109.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1204/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li japprova emendi fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Castelmagno (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tal-Italja biex jiġu approvati xi emendi fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni “Castelmagno” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ġiet innotifikata lill-Kummissjoni mil-Lussemburgu.

(3)

Fl-ittra tagħha tat-23 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu l-konsultazzjonijiet xierqa. Ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn il-partijiet fil-perjodu ta’ sitt xhur wara dik id-data. Madankollu, il-Lussemburgu rtira l-oġġezzjoni tiegħu bl-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta' Diċembru 2009 dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 320, 24.12.2009, p. 27.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

L-ITALJA

Castelmagno (DPO)


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1205/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 802/2010 fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (1), u partikolarment l-Artikolu 27 tagħha,

Billi:

(1)

Il-prestazzjoni tal-kumpanija hija waħda mill-parametri ġeneriċi li jiddeterminaw il-profil tar-riskju ta’ vapur.

(2)

Sabiex tkun ivvalutata l-prestazzjoni tal-kumpanija, għandhom jitqiesu n-nuqqasijiet u r-rati ta’ detenzjoni tal-vapuri kollha li jinsabu fil-flotta ta’ kumpanija, li jkunu suġġetti għal spezzjoni fl-Unjoni u fir-reġjun kopert mill-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (Paris MoU).

(3)

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni biex jiġu kkalkulati l-kriterji tal-prestazzjoni tal-kumpanija għall-profil tar-riskju tal-vapur kif ukoll il-metodoloġija biex jitħejjew il-listi għall-pubblikazzjoni huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji (2).

(4)

Simulazzjonijiet tal-pubblikazzjoni tal-listi fuq il-bażi ta’ informazzjoni rreġistrata fil-ġabra ta’ data (database) tal-ispezzjonijiet juru li l-metodoloġija għall-pubblikazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 802/2010 għandha tkun iktar iffukata.

(5)

Għalhekk, sabiex il-listi ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa jew baxxa ħafna jsiru rilevanti, huwa meħtieġ li l-kriterji użati għall-abbozzar ta’ dawn il-listi jiġu emendati biex jiffukaw il-pubblikazzjoni fuq il-kumpaniji bil-prestazzjoni l-aktar baxxa. Dan ma għandux ibiddel il-komputazzjoni għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-kumpanija għall-profil tar-riskju tal-vapur.

(6)

Biex tiġi elenkata fil-listi ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna, il-kumpanija għandha turi livell ta’ prestazzjoni baxxa għal perjodu kontinwu ta’ 36 xahar qabel il-pubblikazzjoni. Prestazzjoni baxxa b’mod konsistenti għal tali perjodu estiż turi nuqqas ta’ rieda jew inkapaċità min-naħa tal-kumpanija biex ittejjeb il-prestazzjoni tagħha. Peress li l-pubblikazzjoni fil-listi hija bbażata fuq l-ipproċessar tad-dejta li tikkorrispondi għall-prestazzjoni tal-kumpaniji fuq 36 xahar, għandu jitħalla biżżejjed żmien qabel l-ewwel pubblikazzjoni sabiex tinġabar dejta suffiċjenti rrappurtata mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/16/KE fil-ġabra ta’ data THETIS.

(7)

Il-kumpaniji li jiġu elenkati huma ddeterminati esklussivament fuq il-bażi tal-informazzjoni trasferita u vvalidata mill-Istati Membri fil-ġabra ta’ data tal-ispezzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2009/16/KE. Din l-informazzjoni tinkludi spezzjonijiet tal-vapuri, in-nuqqasijiet identifikati waqt l-ispezzjonijiet u d-detenzjonijiet. Tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-vapur (l-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-OMI, is-sinjal tas-sejħa u l-bandiera) kif ukoll l-isem tas-sid jew tal-persuna bħall-amministratur jew in-nolleġġatur tal-bareboat, li jkun assuma r-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-bastiment kif ukoll id-doveri u r-responsabbilitajiet imponuti bil-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sikurezza (ISM). B’dan il-mod il-prestazzjoni ta’ kumpanija, u tal-bastimenti li din hija responsabbli għalihom, jistgħu jiġu mmonitorjati awtomatikament fil-ġabra ta’ data tal-ispezzjonijiet u l-listi jistgħu jiġu aġġornati kuljum.

(8)

Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tikseb id-dejta rilevanti mill-ġabra ta’ data tal-ispezzjonjiet, billi tuża l-funzjonalitajiet awtomatiċi tagħha, sabiex jiġu ddeterminati l-kumpaniji li għandhom jiddaħħlu fil-lista ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna.

(9)

Il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-matriċi tal-prestazzjoni tal-kumpaniji hija bbażata fuq l-ipproċessar tal-indiċi tal-detenzjoni u l-indiċi tan-nuqqasijiet tal-kumpanija kif stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 802/2010.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 802/2010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-EMSA għandha tippubblika u taġġorna l-informazzjoni li ġejja kuljum fuq is-sit elettroniku pubbliku tagħha:

(a)

il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom kienet baxxa ħafna għal perjodu kontinwu ta’ 36 xahar;

(b)

il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom kienet baxxa jew baxxa ħafna għal perjodu kontinwu ta’ 36 xahar;

(c)

il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom kienet baxxa għal perjodu kontinwu ta’ 36 xahar.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.

(2)  ĠU L 241, 14.9.2010, p. 4.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1206/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tas-simna, għall-ħnieżer żgħar miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1332/2004 u (KE) Nru 2036/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jistipula r-rievalwazzjoni ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) kienet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq it-tiġieġ tas-simna, dundjani tas-simna u għall-ħnieżer żgħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1332/2004 (3) u awtorizzata għal erba’ snin għall-ħnieżer tas-simna u għall-papri permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (4). Din il-preparazzjoni wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ dik il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ u d-dundjani tas-simna, ħnieżer żgħar miftuma, ħnieżer tas-simna u papri u, skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għal użu ġdid fuq l-ispeċi kollha tat-tjur tas-simna, li jitlob li dak l-addittiv ikun ikklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Ġunju 2012 (5) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li hija għandha l-potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni tal-annimal fit-tiġieġ tas-simna, id-dundjani tas-simna u l-papri tas-simna. Din il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-ispeċi minuri tat-tjur tas-simna kollha. Huwa konkluż ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jaffettwa tajjeb il-prestazzjoni fi ħnieżer żgħar u fi ħnieżer tas-simna. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolamenti (KE) Nru 1332/2004 u (KE) Nru 2036/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(7)

Minħabba li r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, dejjem skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1332/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-preparazzjoni li tifforma parti mill-grupp ‘Enzimi’, kif stabbilit fl-Anness II, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien fin-nutrizzjoni tal-annimali skont il-kundizzjonijiet imniżżla f’dak l-Anness”.

(2)

L-Anness I huwa mħassar.

Artikolu 3

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005, l-entrata għall-Nru 5, Endo-1,4-beta-ksilanażi KE 3.2.1.8, hija mħassra.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Lulju 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2013 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jinħlew il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 247, 21.7.2004, p. 8.

(4)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

(5)  EFSA Journal 2012; 10(7):2790.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità

4a1607

DSM Nutritional Products

Endo-1,4-beta ksilanażi

KE 3.2.1.8

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilaniżi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) b’attività minima ta’:

 

Għamla solida: 1 000 FXU (1)/g

 

Għamla likwida: 650 FXU/ml

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287)

 

Metodu analitiku  (2)

Għal kwantifikazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) f’addittiv fl-għalf:

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-frammenti miżbugħa li jinħallu fl-ilma rilaxxati minn endo-1,4-beta-ksilanażi mis-sottostrat tal-arabinoksilan tal-qamħ miżbugħ bi blu brillanti..

Għal kwantifikazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) f’taħlitiet lesti u fl-għalf:

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-frammenti miżbugħa li jinħallu fl-ilma rilaxxati minn endo-1,4-beta-ksilanażi minn sottostrat tal-arabinoksilan tal-qamħ inkroċjat mal-azurin.

Tjur tas-simna:

100 FXU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Id-doża massima rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet:

tjur tas-simna: 200 FXU

ħnieżer żgħar (miftuma): 400 FXU

ħnieżer tas-simna: 200 FXU.

3.

Għall-użu f’għalf li fih ħafna polisakkaridi mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoksilani)

4.

Għall-użu fi ħnieżer żgħar miftuma sa madwar 35 kg.

5.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġjar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs u ngwanti.

l-4 ta' Jannar 2023

Ħnieżer żgħar (miftuma)

Ħnieżer tas-simna

200 FXU


(1)  1 FXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 7,8 micromole ta’ zokkor riduċenti (ekwivalenti ta’ ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f’pH ta’ 6,0 u 50 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej:

http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1207/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,7

MA

82,6

TN

99,6

TR

81,9

ZZ

78,2

0707 00 05

AL

88,1

JO

174,9

TR

104,4

ZZ

122,5

0709 93 10

MA

141,3

TR

108,9

ZZ

125,1

0805 10 20

MA

64,0

TR

49,9

ZA

51,3

ZW

43,2

ZZ

52,1

0805 20 10

MA

70,6

ZZ

70,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

100,7

JM

129,1

MA

106,4

TR

84,6

ZZ

105,2

0805 50 10

TR

81,0

ZZ

81,0

0808 10 80

MK

32,3

NZ

165,3

US

150,2

ZA

138,0

ZZ

121,5

0808 30 90

CN

65,3

TR

135,1

US

200,5

ZZ

133,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1208/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Diċembru 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Diċembru 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

30.11.2012-13.12.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

274,78

224,02

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

264,60

254,60

234,60

Primjum tal-Golf

23,20

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

26,11

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

14,78  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

46,98  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8899)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2012/782/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa suġġett għal limiti kwantitattivi.

(2)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi.

(3)

Minbarra dan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantititajiet ta’ sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u użi analitiċi, u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

(4)

Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi għandha tiżgura li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) jiġu rispettati, billi jiġi applikat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2). Peress li dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi għandhom jiġu wkoll koperti minn dik l-allokazzjoni.

(5)

Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li beħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2013 u għall-impriżi li beħsiebhom jitolbu kwota għall-2013 għal dawn is-sustanzi maħsuba għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi (2012/C 53/09) (3), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet maħsuba fl-2013.

(6)

Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Il-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2013 minn sorsi barra l-Unjoni huma dawn li ġejjin:

Sustanzi kkontrollati

Kwantità

(f’kilogrammi ta’ potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP))

Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn)

22 033 000,00

Grupp III (aloni)

18 222 010,00

Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju)

9 295 220,00

Grupp V (1,1,1-trikloroetan)

1 500 001,50

Grupp VI (bromur tal-metil)

870 120,00

Grupp VII (idrobromofluworokarburi)

1 869,00

Grupp VIII (idroklorofluworokarburi)

5 314 106,00

Grupp IX (bromoklorometan)

294 012,00

Artikolu 2

Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.   Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

2.   Il-kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

3.   Il-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

4.   Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

5.   Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

6.   Il-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

7.   Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

8.   Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi huma kif stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Kwoti għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi

Il-kwoti għall-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi fis-sena 2013 huma allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2013 għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi allokati lil dawn l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

Artikolu 4

Perjodu ta’ validità

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

1

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

2

Aesica Queenborough Ltd.

North Street

Queenborough

Kent, ME11 5EL

Ir-Renju Unit

3

AGC Chemicals Europe, Ltd.

PO Box 4, Hillhouse Site

Thornton Cleveleys, Lancs, FY5 4QD

Ir-Renju Unit

4

Airbus Operations S.A.S.

Route de Bayonne 316

31300 Toulouse

Franza

5

Albany Molecular Research (UK) Ltd

Mostyn Road

Holywell

Flintshire, CH8 9DN

Ir-Renju Unit

6

Albemarle Europe SPRL

Parc Scientifique Einstein

Rue du Bosquet 9

1348 Louvain-la-Neuve

Il-Belġju

7

Arkema France SA

420, rue d’Estienne D’Orves

92705 Colombes Cedex

Franza

8

Arkema Quimica S.A.

Avenida de Burgos 12

28036 Madrid

Spanja

9

Ateliers Bigata SAS

10, rue Jean Baptiste Perrin,

33320 Eysines Cedex

Franza

10

BASF Agri Production SAS

32 rue de Verdun

76410 Saint-Aubin lès Elbeuf

Franza

11

Bayer Crop Science AG

Gebäude A729

41538 Dormagen

Il-Ġermanja

12

Diverchim S.A.

100, rue Louis Blanc

60765 Montataire Cedex

Franza

13

Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH

Bützflether Sand

21683 Stade

Il-Ġermanja

14

DuPont de Nemours (Nederland) BV

Baanhoekweg 22

3313 LA Dordrecht

Il-Pajjiżi l-Baxxi

15

Dyneon GmbH

Industrieparkstraße 1

84508 Burgkirchen

Il-Ġermanja

16

Eras Labo

222 D1090

38330 Saint Nazaire les Eymes

Franza

17

Eusebi Impianti Srl

Via Mario Natalucci 6

60131 Ancona

L-Italja

18

Eusebi Service Srl

Via Vincenzo Pirani 4

60131 Ancona

L-Italja

19

Fire Fighting Enterprises Ltd.

9 Hunting Gate,

Hitchin SG4 0TJ

Ir-Renju Unit

20

Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

Keetberglaan 1 A

Haven 1061

2070 Zwijndrecht

Il-Belġju

21

Gedeon Richter Nyrt.

Gyömrői út 19–21.

1103 Budapest

L-Ungerija

22

Gielle di Luigi Galantucci

Via Ferri Rocco, 32

70022 Altamura (BA)

L-Italja

23

Halon & Refrigerants Services Ltd.

J.Reid Trading Estate

Factory Road, Sandycroft

Deeside, Flintshire CH5 2QJ

Ir-Renju Unit

24

Harp International Ltd

Gellihirion Industrial Estate

Rhondda, Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

Ir-Renju Unit

25

Honeywell Fluorine Products Europe B.V.

Laarderhoogtweg 18

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

26

Honeywell Specialty Chemicals GmbH

Wunstorfer Strasse 40

Postfach 100262

30918 Seelze

Il-Ġermanja

27

Hovione Farmaciencia SA

Sete Casas

2674-506 Loures

Il-Portugall

28

Hydraulik-liftsysteme/Walter Mayer GmbH

Heinrich-Hertz-Str. 3

76646 Bruchsal

Il-Ġermanja

29

ICL-IP Europe B.V.

Fosfaatweeg 48

1013 BM Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

30

Laboratorios Miret SA

Geminis 4,

08228 Terrassa, Barcelona

Spanja

31

LGC Standards GmbH

Mercatorstr. 51

46485 Wesel

Il-Ġermanja

32

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL

C/Mestre Joan Corrales 107-109

08950 Esplugas de Llobregat, Barcelona

Spanja

33

Ludwig-Maximilians-Universität

Department Chemie

Butenandstr. 5-13 (Haus D)

81377 München

Il-Ġermanja

34

Mebrom NV

Assenedestraat 4

9940 Rieme Ertvelde

Il-Belġju

35

Merck KgaA

Frankfurter Strasse 250

64271 Darmstadt

Il-Ġermanja

36

Meridian Technical Services Ltd

P.O. Box 16919

UJ- SE3 9WE London

Ir-Renju Unit

37

Mexichem UK Ltd.

PO Box 13

The Heath

Runcorn Cheshire WA7 4QX

Ir-Renju Unit

38

Ministry of Defence

Defence Fuel Lubricants and Chemicals

P.O. Box 10.000

1780 CA Den Helder

Il-Pajjiżi l-Baxxi

39

Panreac Quimica S.L.U.

Pol. Ind. Pla de la Bruguera, C/Garraf 2

08211 Castellar del Vallès-Barcelona

Spanja

40

Poż-Pliszka Sp. z o.o.

ul.Szczecińska 45

80-392 Gdańsk

Il-Polonja

41

R.P. Chem s.r.l.

Via San Michele 47

31062 Casale sul Sile (TV)

L-Italja

42

Safety Hi-Tech S.r.l.

Via Cavour 96

67051 Avezzano (AQ)

L-Italja

43

Savi Technologie Sp. z o.o.

Ul. Wolnosci 20

Psary

51-180 Wroclaw

Il-Polonja

44

Sigma Aldrich Chemie GmbH

Riedstrasse 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

45

Sigma Aldrich Chimie SARL

80, rue de Luzais

L’isle d’abeau Chesnes

38297 St Quentin Fallavier

Franza

46

Sigma Aldrich Company Ltd

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

Ir-Renju Unit

47

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

48

Solvay Fluores France

25 rue de Clichy

75442 Paris

Franza

49

Solvay Specialty Polymers France SAS

Avenue de la Republique

39501 Tavaux Cedex

Franza

50

Solvay Specialty Polymers Italy SpA

Viale Lombardia 20

20021 Bollate (MI)

L-Italja

51

Sterling Chemical Malta Ltd

48 Squad Nru 2, Triqix, Xatt, Pta

9044 Pieta

Malta

52

Sterling S.p.A.

Via della Carboneria 30

06073 Solomeo di Corciano (PG)

L-Italja

53

Syngenta Crop Protection

Surrey Research Park

30 Priestly Road

Guildford Surrey GU2 7YH

Ir-Renju Unit

54

Tazzetti S.p.A.

Corso Europa n. 600/a

10070 Volpiano (TO)

L-Italja

55

TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH

Werner-von-Siemens-Strasse 18

97076 Würzburg

Il-Ġermanja

56

Thomas Swan & Co Ltd.

Rotary Way

Consett

County Durham DH8 7ND

Ir-Renju Unit

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4.

(3)  ĠU C 53, 23.2.2012, p. 18.


ANNESS I

GRUPPI I U II

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

Mexichem UK Limited (UK)

Solvay Specialty Polymers Italy S.p.A. (IT)

Syngenta Crop Protection (UK)

Tazzetti S.p.A. (IT)

TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH (DE)


ANNESS II

GRUPP III

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Ateliers Bigata (FR)

BASF Agri Production SAS (FR)

ERAS Labo (FR)

Eusebi Impianti Srl (IT)

Eusebi Service Srl (IT)

Fire Fighting Enterprises Ltd (UK)

Gielle di Luigi Galantucci (IT)

Halon & Refrigerant Services Ltd (UK)

Hydraulik-liftsysteme/Walter Mayer GmbH (DE)

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL (ES)

Meridian Technical Services Ltd (UK)

Poz Pliszka (PL)

Safety Hi-Tech S.r.l (IT)

Savi Technologie Sp. z o.o. (PL)


ANNESS III

GRUPP IV

Il-kwoti ta’ importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

Arkema France S.A. (FR)

Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH (DE)

Mexichem UK Limited (UK)

Solvay Fluores France (FR)


ANNESS IV

GRUPP V

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

Arkema France S.A. (FR)

Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)


ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

Albemarle Europe SPRL (BE)

ICL-IP Europe BV (NL)

Mebrom NV (BE)

Sigma Aldrich Chemie GmbH (DE)


ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Albany Molecular Research (UK)

Hovione Farmaciencia SA (PT)

R.P. Chem s.r.l. (IT)

Sterling Chemical Malta Ltd (MT)

Sterling S.p.A. (IT)


ANNESS VII

GRUPP VIII

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

AGC Chemicals Europe, Ltd. (UK)

Aesica Queenborough Ltd. (UK)

Arkema France S.A. (FR)

Arkema Quimica SA (ES)

Bayer CropScience AG (DE)

DuPont de Nemours (Nederland) B.V. (NL)

Dyneon GmbH (DE)

Honeywell Fluorine Products Europe B.V. (NL)

Mexichem UK Limited (UK)

Solvay Fluor GmbH (DE)

Solvay Specialty Polymers France SAS (FR)

Solvay Specialty Polymers Italy S.p.A. (IT)

Tazzetti S.p.A. (IT)


ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kumpanija

Albemarle Europe SPRL (BE)

ICL-IP Europe BV (NL)

Laboratorios Miret SA (ES)

Sigma Aldrich Chemie GmbH (DE)

Thomas Swan & Co Ltd (UK)


ANNESS IX

(Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma jistax jiġi ppubblikat)


ANNESS X

Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi

Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi huma allokati lil:

Kumpanija

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Airbus Operations SAS (FR)

Arkema France SA (FR)

Diverchim S.A. (FR)

Gedeon Richter Nyrt. (HU)

Harp International Ltd. (UK)

Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

Honeywell Specialty Chemicals GmbH (DE)

LGC Standards GmbH (DE)

Ludwig-Maximilians-Universität (DE)

Merck KGaA (DE)

Mexichem UK Limited (UK)

Ministry of Defense (NL)

Panreac Quimica SLU (ES)

Sigma Aldrich Chemie GmbH (DE)

Sigma Aldrich Chimie SARL (FR)

Sigma Aldrich Company Ltd (UK)

Solvay Fluor GmbH (DE)

Tazzetti S.p.A. (IT)


ANNESS XI

(Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat)


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2012

dwar ir-rikonoxximent tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9253)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/783/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara tal-1978 (il-Konvenzjoni STCW), kif ġiet irriveduta fl-1995.

(2)

It-talba għar-rikonoxximent tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan tressqet mir-Repubblika Ellenika b’ittra tal-21 ta’ Lulju 2008. Wara din it-talba, il-Kummissjoni vvalutat is-sistema tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan sabiex tivverifika jekk ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux il-miżuri x-xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’Novembru 2009. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fis-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni pprovdiet rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni lill-Istati Membri.

(4)

Permezz ta’ ittri tal-21 ta’ Settembru 2010 u tat-13 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tal-Ġordan li kienu ġew identifikati ċerti nuqqasijiet u talbet lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan biex jibagħtilha provi li juru li n-nuqqasijiet identifikati kienu tranġaw.

(5)

In-nuqqasijiet ewlenin kellhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni, fil-leġiżlazzjoni tal-Ġordan, ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW marbutin maċ-ċertifikazzjoni tal-uffiċjali, jiġifieri n-nuqqas ta’ rekwiżit għal valutazzjoni tal-kompetenza f’ċerti każijiet u t-tul tas-servizz tat-tbaħħir. Barra minn hekk, is-Sistema tal-Istandards tal-Kwalità ma kinitx tkopri l-attivitajiet rilevanti kollha tal-Amministrazzjoni, u l-proċeduri mhux dejjem kienu jiżguraw il-kisba tal-istandards ta’ kompetenza preskritti. Fl-aħħar nett, ċerti faċilitajiet tat-taħriġ kienu nieqsa fl-istitut tat-taħriġ.

(6)

Permezz ta’ ittri tal-21 ta’ Novembru 2010, tat-18 ta’ April 2011 u tat-12 ta’ Marzu 2012, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan għarraf lill-Kummissjoni li kienu ttieħdu azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet imsemmija. B’mod partikulari, l-awtoritajiet tal-Ġordan indikaw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni kienu nġiebu f’konformità mal-Konvenzjoni. Huma pprovdew ukoll evidenza li l-Amministrazzjoni kienet implimentat bis-sħiħ is-Sistema tal-Istandards tal-Kwalità u provi tal-proċeduri l-ġodda għall-approvazzjoni tal-korsijiet. Fl-aħħar nett, huma bagħtu lill-Kummissjoni wkoll provi li kienu ġew akkwistati u implimentati l-faċilitajiet tat-taħriġ li qabel kienu nieqsa.

(7)

Ir-riżultat finali tal-valutazzjoni juri li r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, u li dan il-pajjiż ħa l-miżuri x-xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan huwa rrikonoxxut f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2012

dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Awstrija dwar ċerti gassijiet serra industrijali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9256)

(Il-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2012/784/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(6) tiegħu,

Billi:

(1)

B’ittra tas-27 ta’ Ġunju 2012, u skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Awstrija nnotifikat lill-Kummissjoni li beħsiebha żżomm id-dispożizzjonijet nazzjonali tagħha dwar ċerti gassijiet serra industrijali li huma aktar stretti mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (1) lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2012, id-data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/80/KE tat-21 ta’ Diċembru 2007 dwar dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Repubblika ta’ l-Awstrija dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (2), adottata skont l-Artikolu 95(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat tal-KE) (li issa huwa l-Artikolu 114(6) tat-TFUE).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworuti (gassijiet F) għandu l-għan li jipprevjeni u jrażżan l-emissjonijiet ta’ ċerti gassijiet F (HFCs, PFCs u SF6) koperti bil-Protokoll ta’ Kjoto. Fih ukoll għadd limitat ta’ projbizzjonijiet ta’ użu u tqegħid fis-suq fejn l-alternattivi tqiesu disponibbli u kosteffiċjenti fil-livell tal-Komunità, u fejn it-titjib fit-trażżin u l-irkupru kien meqjus li mhux vjabbli.

(3)

Ir-Regolament għandu bażi legali doppja, l-Artikolu 175(1) tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 192(1) tat-TFUE) fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha minbarra l-Artikoli 7, 8 u 9, li huma bbażati fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 114 tat-TFUE), minħabba l-implikazzjonijiet tagħhom f’termini tal-moviment ħieles tal-prodotti fi ħdan is-suq uniku tal-Unjoni.

(4)

L-Awstrija ilha mill-2002 bid-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħha dwar ċerti gassijiet serra fluworuti. Fid-29 ta’ Ġunju 2007, ir-Repubblika tal-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 9(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworuti, dwar dawn il-miżuri nazzjonali adottati (BGBl. II Nru 447/2002 — Ordinanza tal-Ministeru Federali għall-Agrikoltura, il-Foresterija, l-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Ilma dwar projbizzjonijiet u restrizzjonijiet għall-idrokarboni fluworuti parzjalment jew kompletament, u l-eżafluworidu tal-kubrit, ippubblikata fil-Gazzetta Leġiżlattiva Federali fl-10 ta’ Diċembru 2002), kif emendata wara bl-Ordinanza BGBl. II Nru 139/2007, 21.6.2007 (minn issa ’l quddiem “l-Ordinanza”).

(5)

L-Ordinanza tikkonċerna gassijiet serra kklassifikati skont il-Protokoll ta’ Kyoto, li l-biċċa l-kbira minnhom għandhom potenzjali kbar għat-tisħin globali: karboni idrofluworidi (hydrofluorocarbons - HFCs), karboni perfluworidi (perfluorocarbons — PFCs), u l-eżafluworidu tal-kubrit (sulphur hexafluoride — SF6), bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Awstrija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Fit-21 ta’ Diċembru 2007, b’referenza għall-Artikolu 95(6) tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 114(6) tat-TFUE), il-Kummissjoni ddeċidiet tawtorizza lill-Awstrija żżomm id-dispożizzjonijiet imsemmija sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(6)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/80/KE, iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw iż-żamma ta’ dispożizzjonijiet aktar stretti, kif stipulati f’dik id-Deċiżjoni, baqgħu jgħoddu. Ir-regoli nazzjonali jibqgħu parti minn strateġija usa’ li ġiet stabbilita mill-Awstrija sabiex tilħaq il-mira tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont il-Protokoll ta’ Kjoto u l-ftehim sussegwenti dwar il-qsim tal-piżijiet adottat fuq il-livell tal-Unjoni. Skont dan l-arranġament, l-Awstrija ntrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 13 % tul il-perjodu 2008-2012 imqabbel mas-snin ta’ bażi, l-1990 u l-1985.

(7)

Fid-deċiżjonijiet adottati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (3), l-Awstrija ntrabtet li tkompli tnaqqas l-emissjonijiet b’16 % sal-2020 imqabbel mal-livelli tal-2005.

(8)

Ġie rrappurtat li l-miżuri nnotifikati kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Awstrija, u evitaw li ssir realtà ż-żieda li kienet mistennija f’dawk l-emissjonijiet. Id-derogi previsti bl-Ordinanza, kif ukoll il-possibbiltà li jingħataw eżenzjonijiet individwali mill-projbizzjoni ġenerali, jiżguraw il-proporzjonalità tal-miżura. Barra minn hekk, tikkonċerna biss it-tagħmir il-ġdid u tippermetti l-użu ta’ gassijiet serra fluworuti għas-servizz u l-manutenzjoni ta’ tagħmir eżistenti, sabiex jiġi evitat l-abbandun mhux meħtieġ tat-tagħmir.

(9)

Filwaqt li tinnota li l-Ordni għandha implikazzjonijiet fuq il-moviment ħieles tal-prodotti fl-Unjoni, id-dispożizzjonijiet huma ġenerali u japplikaw bl-istess mod għall-prodotti nazzjonali u importati. Ma hemm l-ebda evidenza li d-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati ntużaw jew se jintużaw bħala mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja bejn l-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni. Fid-dawl tar-riskji għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tal-gassijiet serra fluworuti, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jikkostitwux ostaklu sproporzjonat għall-funzjonament tas-suq intern b’rabta mal-għanijiet imfittxija, b’mod partikolari meta jitqiesu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni reċenti tal-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 (4) li jindikaw li huma meħtieġa aktar miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fluworuti biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra maqbula fl-Unjoni kollha.

(10)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-talba mill-Awstrija, imressqa fis-27 ta’ Ġunju 2012, biex iżżomm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha aktar stretta mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom il-gassijiet serra fluworuti jew li t-tħaddim tagħhom jiddependi minnhom, kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ tali sustanzi, hija ammissibbli.

(11)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma d-Deċiżjoni 2008/80/KE tagħha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali fl-Ordinanza:

jissodisfaw ħtiġijiet fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent,

iqisu l-eżistenza u d-disponibbiltà teknika u ekonomika ta’ alternattivi għall-applikazzjonijiet ipprojbiti fl-Awstrija,

x’aktarx li l-impatt ekonomiku li jħallu jkun limitat,

mhumiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja,

ma jikkostitwux restrizzjoni moħbija għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, u

għaldaqstant huma kompatibbli mat-Trattat.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li jistgħu jiġu approvati.

(12)

Il-Kummissjoni tista’ tivvaluta mill-ġdid, fi kwalunkwe mument, jekk il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jkunux għadhom qed jiġu ssodisfati. Dan jista’, b’mod partikolari, isir rilevanti fil-każ ta’ bidliet sostanzjali lir-Regolament (KE) Nru 842/2006 jew lid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Meta jitqiesu din il-possibbiltà u l-impenji fit-tul tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, limitu tad-dewmien tal-approvazzjoni għal data speċifika ma jitqiesx neċessarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ċerti gassijiet serra fluworuti, li l-Awstrija nnotifikat lill-Kummissjoni b’ittra tas-27 ta’ Ġunju 2012, u li huma aktar stretti mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom il-gassijiet serra fluworuti jew li t-tħaddim tagħhom jiddependi minnhom, kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ tali sustanzi, huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 45.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(4)  Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament dwar ċerti gassijiet serra fluworuti (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006) (COM(2011)581 finali).


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li tapprova ċerti programmi emendati għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għas-sena 2012 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9264)

(2012/785/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 27(5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (2) tistipula li biex jiġu approvati skont il-miżuri stipulati fl-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom jissodisfaw tal-anqas il-kriterji mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/807/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 li tapprova programmi annwali u multiannwali plurienniali u l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2012 u s-snin ta’ wara (3) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(4)

Rekrudexxenza importanti għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja (Sardinja) ikun seħħ fl-2012: bosta tifqigħat kienu seħħew f’7 minn 8 provinċji f’Sardinja, mhux biss fl-irziezet iżda wkoll fir-raba’ kummerċjali kbar. Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali li tittieħed ħafna li taffettwa l-ħnieżer domestiċi u ħnieżer salvaġġi. Jekk il-marda ma tkunx indirizzata sew f’Sardinja, l-UE kollha tista’ tiġi affettwata b’konsegwenza importanti fuq is-saħħa u s-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri kollha.

(5)

Bħala konsegwenza, programm ta’ reviżjoni tal-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer tal-2012 ġie sottomess mill-Italja sabiex il-marda tiġi indirizzata kif inhu xieraq. L-Italja infurmat lill-Kummissjoni li, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika eċċezzjonali u r-riskju għoli ta’ tixrid tal-marda minn Sardinja, appoġġ addizzjonali għal persunal kuntrattwali hija meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri ppjanati.

(6)

Il-Portugall ippreżenta programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi bovina, it-tuberkulożi bovina u l-bluetongue. Ir-Renju Unit ippreżenta programm emendat għall-qerda tat-tuberkolożi bovina. Spanja ppreżentat programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi ovina u kaprina u l-bluetongue. Is-Slovenja ppreżentat programm emendat għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer. L-Italja u l-Greċja ppreżentaw programmi emendati għall-enċefalopatiji sponġiformi, enċefalopatija sponġiformi bovina u scrapie, u l-Bulgarija ppreżentat programm emendat għall-qerda tal-idrofobija.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat dawk il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju. Instabu li kienu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE. Il-programmi emendati għandhom għalhekk jiġu approvati.

(8)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni evalwat ir-rapporti intermedji ppreżentati mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 27(7) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE dwar l-infiq li ġarrbu għal dawn il-programmi. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għall-2012, filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(9)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal numru ta’ programmi nazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġustata. Sabiex isir l-aħjar użu tal-kreditu assenjat huwa xieraq li jiġu riallokati fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk li huma mistennija li jaqbżuha minħabba sitwazzjonijiet mhux previsti tas-saħħa tal-annimali f’dawk l-Istati Membri. Ir-riallokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aktar tagħrif reċenti dwar in-nefqa reali mġarrba mill-Istati Membri kkonċernati.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Portugall

Il-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Portugall fit-30 ta’ April 2012 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Portugall u r-Renju Unit

Il-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Portugall fit-30 ta’ April 2012 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Il-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi bovina ppreżentat mir-Renju Unit fit-3 ta’ Awwissu 2012 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 3

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi bovina ppreżentat minn Spanja

Il-programm emendat għall-bruċellożi ovina u kaprina ppreżentati minn Spanja fit-30 ta’ Marzu 2012 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 4

Approvazzjoni tal-programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ tal-bluetongue ppreżentati minn Spanja u l-Portugall

Il-programm emendat tal-bluetongue ppreżentat minn Spanja fl-14 ta’ Settembru 2012 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Il-programm emendat tal-bluetongue ppreżentat mill-Portugall fil-31 ta’ Diċembru 2011 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 5

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-programm tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentat mis-Slovenja

Il-programm emendat għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentat mis-Slovenja fid-19 ta’ Ġunju 2012 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 6

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-programm tad-deni Afrikan tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja

Il-programm emendat għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja fit-2 ta’ Ottubru 2012 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 7

Approvazzjoni tal-programmi emendati għal enċefalopatiji sponġiformi, enċefalopatija sponġiformi bovina u tal-iscrapie li jittieħdu ppreżentat mill-Greċja u l-Italja

Il-programm emendat għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu, u għall-qerda tal-enċefalopatija sponġiformi bovina u l-iscrapie, ippreżentat mill-Greċja fid-9 ta’ Jannar 2012 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012:

Il-programm emendat għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu, u għall-qerda tal-enċefalopatija sponġiformi bovina u l-iscrapie, ippreżentat mill-Italja fis-26 ta’ Settembru 2012 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012:

Artikolu 8

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-idrofobija ppreżentat mill-Bulgarija

Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mill-Bulgarija fis-27 ta’ Diċembru 2011 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 9

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/807/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(2), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin:

(i)

EUR 3 600 000 għal Spanja;

(ii)

EUR 2 300 000 għall-Italja;

(iii)

EUR 1 050 000 għall-Portugall;

(iv)

EUR 1 050 000 għar-Renju Unit.”

(2)

fl-Artikolu 2(2), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

għandha tikkonsisti f’somma f’daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull annimal domestiku kkampjunat għat-test tal-interferon gamma u ssuspettat pożittiv fil-biċċerija;

(ii)

EUR 1,5 għal kull test tat-tuberkulina;

(iii)

EUR 5 għal kull test tal-gamma interferon;

(iv)

EUR 20 għal kull test batterjoloġiku.”

(3)

fl-Artikolu 2(2), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin

(i)

EUR 19 000 000 għall-Irlanda;

(ii)

EUR 14 000 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 4 000 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 2 650 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 31 000 000 għar-Renju Unit.”

(4)

fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin:

(i)

EUR 800 000 għall-Greċja;

(ii)

EUR 8 900 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 3 700 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 180 000 għal Ċipru;

(v)

EUR 1 800 000 għall-Portugall.”

(5)

fl-Artikolu 4(2), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin:

(i)

EUR 150 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 15 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 40 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 80 000 għall-Ġermanja;

(v)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(vi)

EUR 25 000 għall-Irlanda;

(vii)

EUR 60 000 għall-Greċja;

(viii)

EUR 700 000 għal Spanja;

(ix)

EUR 1 200 000 għal Franza;

(x)

EUR 650 000 għall-Italja;

(xi)

EUR 20 000 għal-Latvja;

(xii)

EUR 10 000 għal-Litwanja;

(xiii)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(xiv)

EUR 30 000 għall-Ungerija;

(xv)

EUR 10 000 għal Malta;

(xvi)

EUR 20 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xvii)

EUR 10 000 għall-Awstrija;

(xviii)

EUR 50 000 għall-Polonja;

(xix)

EUR 300 000 għall-Portugall;

(xx)

EUR 150 000 għar-Rumanija;

(xxi)

EUR 40 000 għas-Slovenja;

(xxii)

EUR 50 000 għas-Slovakkja;

(xxiii)

EUR 10 000 għall-Finlandja;

(xxiv)

EUR 10 000 għall-Isvezja.”

(6)

fl-Artikolu 5(3), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin:

(i)

EUR 1 200 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 20 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 1 200 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 250 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 900 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 30 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 200 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 1 000 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 1 100 000 għal Spanja;

(x)

EUR 1 550 000 għal Franza;

(xi)

EUR 1 200 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 100 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 350 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(xv)

EUR 2 000 000 għall-Ungerija;

(xvi)

EUR 150 000 għal Malta;

(xvii)

EUR 2 700 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xviii)

EUR 1 100 000 għall-Awstrija;

(xix)

EUR 500 000 għall-Polonja;

(xx)

EUR 50 000 għall-Portugall;

(xxi)

EUR 350 000 għar-Rumanija;

(xxii)

EUR 70 000 għas-Slovenja;

(xxiii)

EUR 600 000 għas-Slovakkja;

(xxiv)

EUR 75 000 għar-Renju Unit.”

(7)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi ppreżentati mill-Istati Membri msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1:”

(ii)

il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin:

(i)

EUR 210 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 1 200 000 għall-Ġermanja;

(iii)

EUR 200 000 għal Franza;

(iv)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(v)

EUR 340 000 għall-Ungerija;

(vi)

EUR 900 000 għar-Rumanija;

(vii)

EUR 30 000 għas-Slovenja;

(viii)

EUR 500 000 għas-Slovakkja.”

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programm ippreżentat mill-Italja kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1:

(a)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-Italja:

(i)

isiru testijiet tal-laboratorju b’massimu ta’ mhux aktar minn:

EUR 2 għal kull test ELISA;

EUR 10 għal kull test PCR u

EUR 10 għal kull test viroloġiku.

(ii)

is-salarji tal-persunal kuntrattwali reklutat speċjalment għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ dak il-programm, għajr it-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(b)

ma għandux jaqbeż it-EUR 850 000.”

(8)

fl-Artikolu 8(2), il-punt (c) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (ix) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(ix)

EUR 140 000 għal Spanja;”;

(b)

il-punt (xi) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xi)

EUR 1 000 000 għall-Italja;”;

(c)

il-punt (xxii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xxii)

EUR 350 000 għar-Rumanija;”;

(d)

il-punt (xxvii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xxvii)

EUR 110 000 għar-Renju Unit.”

(9)

fl-Artikolu 9(2), il-punt (c) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (ii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(ii)

EUR 340 000 għall-Bulgarija;”

(b)

il-punt (iv) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(iv)

EUR 750 000 għad-Danimarka;”;

(c)

il-punt (v) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(v)

EUR 6 300 000 għall-Ġermanja;”;

(d)

il-punt (viii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(viii)

EUR 1 800 000 għall-Greċja;”;

(e)

il-punt (xi) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xi)

EUR 4 800 000 għall-Italja;”;

(f)

il-punt (xvi) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xvi)

EUR 1 300 000 għall-Ungerija;”;

(g)

il-punt (xviii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xviii)

EUR 2 200 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;”;

(h)

il-punt (xxi) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xxi)

EUR 1 100 000 għall-Portugall”;

(i)

il-punt (xxvii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(xxvii)

EUR 5 100 000 għar-Renju Unit.”

(10)

fl-Artikolu 10(2), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin

(i)

EUR 1 650 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 620 000 għall-Estonja;

(iii)

EUR 1 400 000 għall-Ungerija;

(iv)

EUR 9 850 000 għall-Polonja;

(v)

EUR 2 200 000 għar-Rumanija;

(vi)

EUR 400 000 għas-Slovakkja.”

(11)

fl-Artikolu 11(5), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandhomx jinqabżu dawn li ġejjin:

(i)

EUR 1 200 000 għall-Italja;

(ii)

EUR 1 700 000 għal-Latvja;

(iii)

EUR 2 950 000 għal-Litwanja;

(iv)

EUR 190 000 għall-Awstrija;

(v)

EUR 840 000 għas-Slovenja;

(vi)

EUR 360 000 għall-Finlandja;”

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(3)  ĠU L 322, 6.12.2011, p. 11.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f’partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja u r-Renju Unit

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9295)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/786/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2), tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq konsenji ta’ dawk l-annimali sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta’ ċertu mard fit-territorju tagħhom, sakemm l-Istati Membri jkunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati tat-territorju tagħhom, huma ħielsa minn mard bħal dan jew li jkunu stabbilixxew programm ta’ eradikazzjoni jew sorveljanza biex ikunu ħielsa minn dan il-mard.

(2)

Il-partijiet kontinentali tat-territorji tal-Finlandja huma elenkati fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala territorji bi programm approvat ta’ eradikazzjoni fir-rigward ta’ mard batteriku tal-kliewi (BKD).

(3)

B’dan il-mod, id-Deċiżjoni 2010/221/UE tapprova ċerti miżuri nazzjonali mill-Finlandja fuq konsenji ta’ annimali akkwatiċi ta’ speċi suxxettibbli f’dawk iż-żoni.

(4)

Il-Finlandja rrappurtat lill-Kummissjoni li, filwaqt li diġà sar progress f’bosta oqsma, xi oqsma għadhom infettati bil-BKD. Il-Finlandja għalhekk talbet li ż-żona tal-ġbir tal-ilma ta’ Vesijärvi tkun eskluża mill-programm ta’ eradikazzjoni. L-Anness II għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Bħalissal-Anness III mad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenka disa’ kompartamenti fit-territorji tal-Irlanda bi programm approvat ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar).

(6)

L-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni bis-sejba tal-OsHV-1 μνar fil-bajjiet ta’ Drumcliff fi ħdan il-kompartiment 3, Shannon Estuary fi ħdan il-kompartiment 6 u Oysterhaven Bay fi ħdan il-kompartiment 9. Konsegwentement, id-demarkazzjoni ġeografika ta’ dawk il-kompartimenti fl-Anness III mad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha tkun emendata.

(7)

L-Anness III mad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenka t-territorji tal-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq u Guernsey ma’ programm approvat ta’ sorveljanza fir-rigward tal-OsHV-1 μνar.

(8)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni tas-sejba tal-OsHV-1 μνar fl-Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq. Konsegwentement, id-demarkazzjoni ġeografika ta’ dawk it-territorji fl-Anness III mad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha tkun emendata.

(9)

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III mad-Deċiżjoni 2010/221/UE huma mibdula bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.


ANNESS

ANNESS II

L-Istati Membri u partijiet minnhom bi programmi ta’ eradikazzjoni fir-rigward ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta’ dan il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b’miżuri nazzjonali approvati

Il-mard batteriku tal-kliewi (BKD)

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma li ġejjin:

Kymijoki (ħlief iż-żona tal-ġbir tal-ilma ta’ Vesijärvi), Juustilanjoki, Hounijoki, Tervajoki, Vilajoki, Urpalanjoki, Vaalimaanjoki, Virojoki, Vehkajoki, Summajoki, Vuoksi, Jänisjoki, Kiteenjoki-Tohmajoki, Hiitolanjoki, Tenojoki, Näätämöjoki, Uutuanjoki, Paatsjoki, Tuulomajoki

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Il-vajrus infettiv tan-nekrożi pankreatika (IPN)

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kostali tat-territorju

ANNESS III

L-Istati Membri u żoni bi programmi ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar), u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta’ din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni b’miżuri nazzjonali approvati

(Stati Membri, żoni u kompartimenti)

L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

L-Irlanda

IE

Kompartiment 1: il-Bajja ta’ Sheephaven

Kompartiment 2: il-Bajja ta’ Gweebara

Kompartiment 3: il-Bajjiet ta’ Killala, Broadhaven u Blacksod

Kompartiment 4: il-Bajja ta’ Streamstown.

Kompartiment 5: il-Bajjiet ta’ Bertraghboy u Galway

Kompartiment 6: Il-Bajjiet ta’ Poulnasharry, Askeaton u Ballylongford

Kompartiment 7: il-Bajja ta’ Kenmare

Kompartiment 8: il-Bajja ta’ Dunmanus

Kompartiment 9: il-Bajja ta’ Kinsale

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Gran Brittanja ħlief il-Bajja ta’ Whitstable f’Kent.

It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq, ħlief il-Bajja ta’ Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough u Strangford Lough

It-territorju ta’ Guernsey


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/38


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI ALN-UE

tad-29 ta’ Novembru 2012

dwar deroga mir-regoli ta’ oriġini kif stipulata fil-Protokoll 1 ta’ mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, biex tittieħed f’kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fir-rigward tat-tonn ippriservat u l-flettijiet tat-tonn (loins)

(2012/787/UE)

IL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(4) tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1) (‘l-FSE interim’) japplika b’mod proviżorju sa mill-14 ta’ Mejju 2012 bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika ta’ Mawrizju, ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe.

(2)

Il-Protokoll 1 ta’ mal-FSE interim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, fih ir-regoli ta’ oriġini għall-importazjoni fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw fl-Istati tal-ALN.

(3)

Skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 ta’ mal-FSE interim, jingħataw awtomatikament derogi minn dawn ir-regoli ta’ oriġini fi ħdan kwota annwali ta’ 8 000 tunellata ta’ tonn taż-żejt u ta’ 2 000 tunnellata flettijiet tat-tonn.

(4)

Sabiex il-kwota disponibbli tkun tista’ tinuża b’mod effettiv u bis-sħiħ, il-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar talbu deroga li tkopri l-kwantitajiet annwali ta’ 8 000 tunnellata ta’ tonn taż-żejt u ta’ 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn importat fl-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(5)

Peress li l-kwantitajiet mitluba jaqgħu fi ħdan il-kwota annwali li tingħata awtomatikament kif tintalab mill-Istati tal-ALN, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandu jalloka l-kwota globali lill-Istati tal-ALN. Għaldaqstant, għandha tingħata deroga lill-Istati tal-ALN għar-rigward ta’ tonn taż-żejt u ta’ flett tat-tonn għall-kwantitajiet mitluba.

(6)

Ir-referenza fl-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 għall-FSE interim għal “tonn taż-żejt” għandu jinftiehem bħala li jkopri t-tonn ippriservat fiż-żejt veġetali jew b’modi oħra. Għal dawk it-tip ta’ tonn, l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2) (‘in-Nomenklatura Magħquda’) jirreferi għat-terminu “ippriservat”. It-terminu “tonn ippriservat” ikopri tonn taż-żejt iżda wkoll tonn ippakkajat mingħajr arja f’boroż tal-plastik jew kontenituri oħra. Huwa għalhekk xieraq li jintuża t-terminu “tonn ippriservat”.

(7)

Fl-interess taċ-ċarezza, huwa adatt li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-uniċi materjali mhux ta’ oriġini li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ tonn ippriservat u ta’ flettijiet tat-tonn taħt il-kodiċi NM 1604 14 16 għandhom ikunu tonn ta’ taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303, sabiex it-tonn ippriservat u l-flettijiet tat-tonn jibbenefikaw mid-deroga.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Istati tal-ALN, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u tal-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(9)

Id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta’ ħames snin kif previst fl-Artikolu 42(10) il-punt (a) tal-Protokoll 1 ta’ mal-FSE.

(10)

Sabiex ikun possibbli li ssir sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Istati tal-ALN għandhom jgħaddu regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR. 1 li jkunu nħarġu.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’deroga mill-Protokoll 1 tal-FSE interim u skont l-Artikolu 42(8) ta’ dak il-Protokoll, tonn ippriservat u l-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn tonn mhux oriġinarju taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fl-Istati tal-ALN skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga pprovduta fl-Artikolu 1 għandha tapplika fuq bażi annwali għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta’ ma’ din id-Deċiżjoni li jkunu ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni mill-Istati tal-ALN matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tal-Istati tal-ALN għandom jagħmlu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 kollha li joħorġu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.

Qabel tmiem ix-xahar wara kull kwart, l-awtoritajiet doganali ta’ dawk il-pajjiżi għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu ħarġu ċertifikati ta’ moviment EUR. 1 skont din id-Deċiżjoni u n-numru tal-ordni ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR. 1 maħruġa taħt din id-Deċiżjoni għandha tinkludi waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Derogation - Decision No 1/2012 of the ESA-EU Customs Cooperation Committee of […]”; “Dérogation - Décision no 1/2012 du Comité de Coopération Douanière AfOA-UE du […]”;

Artikolu 6

1.   L-Istati tal-ALP u tal-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa min-naħa tagħhom biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

2.   Meta l-Unjoni tiskopri, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, każi ta’ irregolaritajiet jew frodi jew ta’ nuqqas ripetut ta’ rispett tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 4, l-Unjoni tista’ titlob sospensjoni temporanja tad-deroga msemmija fl-Artikolu 1 skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 22(5) u (6) tal-FSE interim.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2012.

F’isem il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE

Il-Presidenti Konġunti

Péter KOVÁCS, Vivianne FOCK TAVE


(1)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu

Kwantitajiet

(tunnellati)

09.1618

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

Tonn ippriservat (1)

1.1.2013 – 31.12.2013

8 000

1.1.2014 – 31.12.2014

8 000

1.1.2015 – 31.12.2015

8 000

1.1.2016 – 31.12.2016

8 000

1.1.2017 – 31.12.2017

8 000

09.1619

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

1.1.2013 – 31.12.2013

2 000

1.1.2014 – 31.12.2014

2 000

1.1.2015 – 31.12.2015

2 000

1.1.2016 – 31.12.2016

2 000

1.1.2017 – 31.12.2017

2 000


(1)  F’kull forma ta’ ppakkjar li biha l-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS 1604


Rettifika

15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/41


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2012 tal-24 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 fir-rigward tal-protezzjoni tal-manta ġiganta u ċerti opportunitajiet tas-sajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 203 tal-31 ta' Lulju 2012 )

F’paġna 11, Anness II, punt 2, punt (f):

minflok:

"(f)

l-entrata tal-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u d-diviżjonijiet sekondarji 22-32 tinbidel b’dan li ġej: …";

aqra:

"(f)

l-entrata tal-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u IIId tinbidel b’dan li ġej: …".

F’paġna 18, Anness II, punt 4, punt (a), l-entrata tal-Unjoni:

minflok:

"5 330,5";

aqra:

"5 292".

F’paġna 18, Anness II, punt 4, punt (b):

il-punt (b) huwa mħassar.

F’paġna 21, Anness II, punt 4, punt (g):

jiżdied punt ġdid wara l-punt (g) kif ġej:

"(h)

l-entrata għall-marlozz abjad fin-NAFO 3NO hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi

:

Marlozz abjad

Urophycis tenuis

Żona

:

3NO tan-NAFO

(HKW/N3NO.)

‘Spanja

1 273

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Portugall

1 667

Unjoni

2 940

TAC

5 000 ’ ”;

F’paġna 21, Anness II, punt 6:

minflok:

"6.

Fl-Anness IV, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.

Għadd massimu ta' bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC:

ANNESS VI

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-IOTC

1.

Għadd massimu ta' bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu għat-tonnijiet tropikali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità

(tunnellaġġ gross)

Spanja

22

61 364

Franza

22

33 604

Portugall

5

1 627

Unjoni

49

96 595

2.

Għadd massimu ta' bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità

(tunnellaġġ gross)

Spanja

27

11 590

Franza

41

5 382

Portugall

15

6 925

Renju Unit

4

1 400

Unjoni

87

25 297

3.

Il-bastimenti msemmijin fil-punt 1 għandhom ukoll jiġu awtorizzati jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC.

4.

Il-bastimenti msemmijin fil-punt 2 għandhom ukoll jiġu awtorizzati jistadu għat-tonnijiet tropikali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC.

’.”

aqra:

"6.

Fl-Anness IV, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.

Għadd massimu ta' bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC:

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità

(tunnellaġġ gross)

Spanja

27

11 590

Franza

41

5 382

Portugall

15

6 925

Renju Unit

4

1 400

Unjoni

87

25 297 ’ ”


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/43


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2012 tal-5 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-183 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi mmirati lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-7 ta’ Diċembru 2012 )

Fil-paġna 41, l-Anness, l-annotazzjoni (b):

minflok:

“Benevolence International Foundation (psewdonimu (a) Al-Bir Al-Dawalia, (b) BIF, (c) BIF-USA, (d) Mezhdunarodnyj Blagotvoritel’nyj Fond). L-Indirizz: (a) 8820, Mobile Avenue, 1 A, Oak Lawn, Illinois, 60453, l-Istati Uniti tal-Amerika, (b) P.O. box 548, Worth, Illinois, 60482, l-Istati Uniti tal-Amerika, (c) (lokalità preċedenti) 9838, S. Roberts Road, Suite 1 W, Palos Hills, Illinois, 60465, l-Istati Uniti tal-Amerika, (d) (lokalità preċedenti) 20- 24, Branford Place, Suite 705, Newark, New Jersey, 07102, l-Istati Uniti tal-Amerika, (e) PO box 1937, Khartoum, ir-Repubblika tas-Sudan, (f) Ir-Repubblika Popolari tal-Bangladexx, (g) L-Istrixxa ta’ Gaża, (h) Ir-Repubblika tal-Jemen. Informazzjoni oħra: (a) In-Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Min Iħaddem: 36-3823186 (L-Istati Uniti tal-Amerika), (b) L-Isem tal-Fondazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa: Stichting Benevolence International Nederland (BIN).”

aqra:

“Benevolence International Fund (psewdonimu (a) Benevolent International Fund, (b) BIF-Kanada). L-Indirizz: (a) 2465, Cawthra Road, Unit 203, Mississauga, Ontario, L5 A 3P2 il-Kanada; (b) Kaxxa postali 1508, Station B, Mississauga, Ontario, L4Y 4G2 il-Kanada; (c) Kaxxa postali 40015, 75, King Street South, Waterloo, Ontario, N2J 4V1 il-Kanada; (d) 92, King Street, 201, Waterloo, Ontario, N2J 1P5 il-Kanada. Informazzjoni oħra: Assoċjata mal-Benevolence International Foundation. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.11.2002.”


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/43


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 181 tat-12 ta’ Lulju 2012 )

F'paġna 41, fl-Artikolu 25(1), fis-sitt linja:

minflok:

“3 664 t CO2/t C,”;

aqra:

“3,664 t CO2/t C,”.

F'paġna 45, fl-Artikolu 36(3), fit-tielet linja:

minflok:

“3 664 t CO2/t C.”;

aqra:

“3,664 t CO2/t C.”.


15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/44


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 100 tal-14 ta' April 2011 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 51:

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran”;

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran”.