ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.287.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
4 ta' Novembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo

1

 

*

Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista

9

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2011 tal-20 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 57/2011 u (KE) Nru 754/2009 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ispeċi pixxiplamtu, ċerti TACs u ċerti limiti tal-isforz tas-sajd stabbiliti għall-Ġermanja u l-Irlanda

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1107/2011 tat-28 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana f'NAFO 3L min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1108/2011 tat-28 ta' Ottubru 2011 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni fl-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u (KE) Nru 951/2006 fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fl-2012 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1109/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 rigward il-Metodi Ekwivalenti għall-ittestjar tat-Trichinella  ( 1 )

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1110/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) ( 1 )

27

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

30

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata għall-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati biex jintroduċu fl-Unjoni ċertu laħam frisk ( 1 )

32

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

34

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/721/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2011 li tagħti deroga mitluba mill-Italja fir-rigward tar-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7770)

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


DEĊIŻJONI Nru 1104/2011/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (3) jipprevedi fl-Anness tiegħu li l-għanijiet speċifiċi tal-programm Galileo jikkonsistu li jiġi żgurat li s-sinjali li titfa' s-sistema stabbilita taħt dak il-programm jkunu jistgħu jintużaw b'mod partikolari biex jiġi offrut servizz pubbliku regolat ("SPR") riżervat għal utenti awtorizzati mill-gvernijiet, għal applikazzjonijiet sensittivi li jeħtieġu kontroll effikaċi tal-aċċess u livell għoli ta' kontiwità ta' servizz.

(2)

Filwaqt li hemm dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 li japplikaw ukoll għas-servizzi, inkluż is-SPR, elenkati fl-Anness tiegħu, fid-dawl tar-rabtiet bejn is-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo u s-SPR minn perspettiva ġuridika, teknika, operattiva, finanzjarja u dik relattiva għad-dritt ta’ proprjetà, huwa xieraq li r-regoli rilevanti dwar l-applikazzjoni tar-regolamenti tas-sigurtà jiġu riprodotti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fakkru bosta drabi li s-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo hija sistema ċivili taħt kontroll ċivili, jiġifieri stabbilita skont standards ċivili minn eżiġenzi ċivili u taħt il-kontroll tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(4)

Il-programm Galileo huwa ta' importanza strateġika għall-indipendenza tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta’ navigazzjoni bis-satellita, ta’ pożizzjonament u ta’ kronometraġġ u joffri kontribut importanti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija "Ewropa 2020" għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

(5)

Fost is-servizzi diversi offruti mis-sistemi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, is-SPR huwa s-servizz kemm l-aktar sikur kif ukoll l-aktar sensittiv u għaldaqstant huwa idoneu għas-servizzi li fihom jeħtieġ li jkunu żgurati solidità u affidabbiltà totali. Huwa għandu jiżgura, għall-benefiċċju tal-utenti tiegħu, kontinwità ta' servizz anke fis-sitwazzjonijiet ta' kriżi l-aktar serji. Il-konsegwenzi ta' infrazzjoni tar-regoli ta' sigurtà waqt l-użu ta' dan is-servizz m'għandhomx ikunu limitati għall-utent ikkonċernat, iżda għandhom jiġu estiżi potenzjalment għal utenti oħra. L-użu u l-ġestjoni tas-SPR għalhekk għandhom jaqaw taħt ir-responsabbiltà komuni tal-Istati Membri għas-sigurtà tal-Unjoni u s-sigurtà tagħhom stess. F'dan il-kuntest, l-aċċess għas-SPR għandu jkun limitat b'mod strett għal ċerti kategoriji ta' utenti li jkunu suġġetti għal monitoraġġ kontinwu.

(6)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli ta’ aċċess għas-SPR u tar-regoli ta' ġestjoni tiegħu, partikolarment billi jiġu speċifikati b'mod partikolari l-prinċipji ġenerali relatati ma' dan l-aċċess, il-funzjonijiet tal-entitajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll diversi, il-kundizzjonijiet marbuta mal-manifattura u mas-sigurtà tar-riċevituri, u s-sistema tal-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet.

(7)

Fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tal-aċċess għas-SPR, fid-dawl tal-għan stess ta' dan is-servizz u l-karatteristiċi tiegħu, l-użu tiegħu għandu jkun strettament riżervat, u l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”) għandhom jingħataw aċċess b'mod diskrezzjonali, illimitat u mhux interrott fil-partijiet kollha tad-dinja. Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jkun jista' jieħu deċiżjoni sovrana dwar liema utenti tas-SPR ikunu awtorizzati u liema użi jsiru minnu, inklużi l-użi marbuta mas-sigurtà, b'mod konformi mal-istandards minimi komuni.

(8)

Sabiex jiġi promoss l-użu tat-teknoloġija Ewropea fil-partijiet kollha tad-dinja, għandu jkun possibbli għal ċerti pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jsiru parteċipanti fis-SPR permezz ta' ftehimiet separati konklużi magħhom. Għall-applikazzjonijiet governattivi sikuri fir-rigward tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, il-kundizzjonijiet li taħthom pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu jistgħu jużaw is-SPR għandhom jiġu previsti fi ftehimiet internazzjonali u dan għandu jinftiehem li r-rispett tal-eżiġenzi ta' sigurtà għandhom ikunu dejjem obbligatorji. Fil-kuntest ta' ftehimiet bħal dawn, għandha jkun possibbli li tkun permessa l-manifattura ta' riċevituri tas-SPR taħt kundizzjonijiet u rekwiżiti speċifiċi, kemm-il darba dawn ikunu f'livell li jkun tal-anqas ekwivalenti għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti applikati għall-Istati Membri. Iżda, dawn il-ftehimiet ma għandhomx jinkludu materji partikolarment sensittivi mil-lat tas-sigurtà bħall-manifattura tal-moduli ta' sigurtà.

(9)

Huwa meħtieġ li l-ftehimiet ma' pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu nnegozjati filwaqt li titqies bi sħiħ l-importanza li jiġu żgurati r-rispett tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon kif ukoll tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, tad-dinjità umana, tal-prinċipji ta' ugwaljanza u ta' solidarjetà, u r-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-liġi internazzjonali.

(10)

Ir-regolamenti ta' sigurtà tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom joffru livell ta' protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik mogħtija mir-regoli dwar is-sigurtà kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (4) u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (5).

(11)

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà kemm tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo kif ukoll tat-teknoloġija u t-tagħmir tas-SPR, sabiex jevitaw l-użu tas-sinjali maħruġa għas-SPR minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi mhux awtorizzati, u sabiex jimpedixxu l-użu ostili tas-SPR kontrihom.

(12)

Huwa importanti f'dan ir-rigward li l-Istati Memri jiddeterminaw is-sistema ta' pieni applikabbli fil-każ ta' non-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni u jiżguraw li dawn il-pieni jkunu applikati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

(13)

Fir-rigward ta’ entitajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll, jidher li l-aqwa mod għall-ġestjoni effikaċi tal-użu tas-SPR ikun arranġament li bih il-parteċipanti fis-SPR jaħtru "awtorità kompetenti tas-SPR" li tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-utenti, billi tiffaċilita r-relazzjonijiet bejn il-partijiet interessati diversi responsabbli għas-sigurtà u billi tiżgura kontroll permanenti tal-utenti pubbliċi, b'mod partikolari tal-utenti nazzjonali, f'konformità mal-istandards minimi komuni. Madankollu, għandu jkun hemm flessibiltà sabiex ikun possibbli ghall-Istati Membri li jorganizzaw ir-responsabilitajiet b'mod effiċjenti.

(14)

Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, kwalunkwe pproċessar tad-data personali għandu jsir f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif stabbilit, partikolarment, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (6) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (7).

(15)

Barra minn hekk, waħda mill-funzjonijiet taċ-Ċentru ta' Sigurtà Galileo (“iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo” jew iċ-“ĊMSG”) msemmija fl-Artikolu 16(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 għandha tkun li tinżamm interazzjoni operattiva bejn il-partijiet interessati differenti responsabbli għas-sigurtà tas-SPR.

(16)

Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà huma meħtieġa li jkollhom rwol fil-ġestjoni tas-SPR, permezz tal-applikazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar aspetti tal-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffettwaw s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea (8). Il-Kunsill għandu japprova ftehimiet internazzjonali li jawtorizzaw lil xi pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali li jużaw is-SPR.

(17)

Fir-rigward tal-manifattura u s-sigurtà tar-riċevituri, ir-rekwiżiti ta' sigurtà jeħtieġu li dan il-kompitu jkun fdat biss f'idejn Stat Membru li jkun ħatar awtorità kompetenti tas-SPR jew f'idejn impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru li jkun ħatar awtorità kompetenti tas-SPR. Barra minn hekk, il-manifattur tar-riċevituri għandu jkun ġie awtorizzat kif jistħoqq mill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà għas-sistemi GNSS Ewropej stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 912/2010 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà”) u għandu jikkonforma mad-deċiżjonijiet tiegħu. Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tas-SPR li jimmonitorjaw kontinwament il-konformità kemm ma' dak ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni u dawk id-deċiżjonijiet kif ukoll mar-rekwiżiti tekniċi partikolari li jirriżultaw mill-istandards minimi komuni.

(18)

Stat Membru li ma jkunx ħatar awtorità kompetenti tas-SPR għandu f'kull każ jaħtar punt ta' kuntatt għall-ġestjoni ta' kwalunkwe interferenza elettromanjetika dannuża li tiġi skoperta u li tolqot is-SPR. Dak il-punt ta' kuntatt għandu jkun persuna fiżika jew ġuridika li jkollha rwol ta' punt ta' rappurtar, jew indirizz, li l-Kummissjoni tkun tista' tikkuntattja fejn ikun hemm interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża bil-għan li tirrimedja tali interferenza.

(19)

Fir-rigward ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, l-esportazzjonijiet ’il barra mill-Unjoni ta' tagħmir jew teknoloġiji u software relatati mal-użu tas-SPR u relatati mal-iżvilupp u l-manifattura tas-SPR, indipendentement mill-fatt jekk dak it-tagħmir, dak is-software jew dik it-teknoloġija humiex elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (10), għandhom jiġu ristretti għal dawk il-pajjiżi terzi li jkunu debitament awtorizzati biex ikollhom aċċess għas-SPR taħt ftehim internazzjonali mal-Unjoni. Pajjiż terz li fit-territorju tiegħu jkun hemm stabbilit stazzjon ta' referenza li jakkomoda xi tagħmir tas-SPR u li jifforma parti mis-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo ma għandux jitqies bħala parteċipant fis-SPR fuq il-bażi ta' dan il-fatt biss.

(20)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-istandards minimi komuni fl-oqsma stabbiliti fl-Anness u, jekk ikun meħtieġ, li taġġornah u temendah sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-programm Galileo. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)

Minħabba l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-sigurtà tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, huwa essenzjali li jkunu applikati uniformement f'kull Stat Membru regoli komuni dwar l-aċċess għas-SPR u l-manifattura ta' riċevituri tas-SPR u ta' moduli ta' sigurtà. Għaldaqstant huwa neċessarju li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta rekwiżiti dettaljati, linji gwida u miżuri oħrajn bil-għan li tagħti effett lill-istandards minimi komuni. Bil-għan li jkunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (11).

(22)

Il-verifiki u l-ispezzjonijiet li għandhom isiru mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Istati Membri għandhom, skont il-każ, isiru b'mod simili għal dak previst fil-parti VII tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2011/292/UE.

(23)

Ir-regoli ta’ aċċess għas-SPR offrut mis-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo huma prerekwiżit għall-implimentazzjoni tas-SPR. Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk għandhiex tkun stabbilita politika tariffarja għas-SPR, ukoll fir-rigward ta' pajjiżi terzi u organizzazzonijiet internazzjonali, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' dik l-analiżi.

(24)

Ladarba l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tistabbilixxi r-regoli li taħthom l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE, l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jkollhom aċċess għas-SPR, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista', minħabba d-daqs tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tieħu miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(25)

Malli s-SPR jiġi ddikjarat operattiv, għandu jitwaqqaf mekkaniżmu ta' rappurtar u reviżjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli li taħthom l-Istati, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE, l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jkollhom aċċess għas-servizz pubbliku regolat (SPR) pprovdut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"parteċipanti fis-SPR" tfisser l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, u s-SEAE kif ukoll l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, safejn dawn l-aġenziji, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet ikunu ġew debitament awtorizzati;

(b)

"utenti tas-SPR" tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi debitament awtorizzati minn parteċipant fis-SPR biex ikunu proprjetarji ta’, jew jużaw riċevitur SPR.

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali fir-rigward tal-aċċess għas-SPR

1.   L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess għas-SPR b'mod illimitat u mhux interrott fil-partijiet kollha tad-dinja.

2.   Kull Stat Membru, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu jekk jużawx is-SPR fil-kompetenzi rispettivi tagħhom.

3.   Kull Stat Membru li juża s-SPR għandu jiddeċiedi indipendentement liema kategoriji ta' persuni fiżiċi li jirrisjedu fit-territorju tiegħu jew li jaqdu dmirijiet uffiċjali barra mit-territorju tiegħu f'isem dak l-Istat Membru u ta' persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju tiegħu ikunu awtorizzati bħala utenti tas-SPR, kif ukoll dwar l-użi li jsiru mis-SPR, f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 1(i) u (ii) tal-Anness. Dawn l-użi jistgħu jinkludu użi relatati mas-sigurtà.

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jiddeċiedu liema kategoriji tal-aġenti tagħhom ikunu awtorizzati bħala utenti tas-SPR, f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 1(i) u (ii) tal-Anness.

4.   L-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jsiru parteċipanti fis-SPR biss sa fejn ikun meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità ma-r-regoli stabbiliti fi ftehim amministrattiv konkluż bejn il-Kummissjoni u l-aġenzija konċernata.

5.   Pajjiżi terzi jew organizzazzjoni internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti fis-SPR biss fejn, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jidħlu fiż-żewġ ftehimiet li ġejjin bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz konċernat jew l-organizzazzjoni internazzjonali konċernata:

a)

ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni li jiddefinixxi l-qafas għall-iskambju u l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, u li jipprovdi grad ta' protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri;

b)

ftehim li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tar-regoli dettaljati ta’ aċċess għas-SPR mill-pajjiż li mhuwiex Membru jew mill-organizzazzjoni internazzjonali; tali ftehim jista' jinkludi l-manifattura, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, ta' riċevituri tas-SPR, għajr għall-moduli ta' sigurtà.

Artikolu 4

Applikazzjoni tar-regoli ta' sigurtà

1.   Kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li r-regolamenti nazzjonali tiegħu ta' sigurtà joffru grad ta' protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-anqas ekwivalenti għal dik mogħtija mir-regoli dwar is-sigurtà kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom u fid-Deċiżjoni 2011/292/UE u li dawk ir-regolamenti nazzjonali ta' sigurtà japplikaw għall-utenti tas-SPR tiegħu u għall-persuni fiżiċi kollha residenti fit-territorju tiegħu u għall-persuni ġuridiċi kollha stabbiliti fit-territorju tiegħu li jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE relatata mas-SPR.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-adozzjoni tar-regoli nazzjonali ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Jekk jirriżulta li xi informazzjoni klassifikata tal-UE relatata mas-SPR ġiet żvelata lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata li tirċeviha, il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni totali mal-Istati Membri kkonċernati:

(a)

tinforma lill-oriġinatur tad-data klassifikata tas-SPR;

(b)

tagħmel stima tad-dannu potenzjali kkawżat lill-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(c)

tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bir-riżultati ta' dik l-istima akkumpanjata minn rakkomandazzjoni sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni; f’tali każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-azzjonijiet li jkollhom il-ħsieb li jieħdu jew li jkun ħadu diġà, inkluża azzjoni mmirata lejn il-prevenzjoni ta’ ripetizzjoni, kif ukoll bir-riżultati ta' dawn l-azzjonijiet; u

(d)

tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont il-każ, b'dawk ir-riżultati.

Artikolu 5

Awtorità kompetenti tas-SPR

1.   Għandha tinħatar awtorità kompetenti tas-SPR:

(a)

minn kull Stat Membru li juża s-SPR u kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu hemm stabbilita kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(1); f'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tas-SPR għandha tkun stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, li għandu jinnotifika l-ħatra lill-Kummissjoni mingħajr dewmien;

(b)

mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mis-SEAE, jekk jużaw is-SPR. F'tali każ, l-Aġenzija Ewropea GNSS stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 912/2010 ("l-Aġenzija Ewropea GNSS”) tista' tinħatar bħala l-awtorità kompetenti tas-SPR, skont arranġamenti xierqa;

(c)

mill-aġenziji tal-Unjoni u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) u (5); f'dawn il-każijiet, l-Aġenzija Ewropea GNSS tista' tinħatar bħala l-awtorità kompetenti tas-SPR;

(d)

minn pajjiżi terzi, skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 3(5).

2.   L-ispejjeż għall-funzjonament ta’ awtorità kompetenti tas-SPR għandhom jitħallsu mill-parteċipanti fis-SPR li ħatruha.

3.   Stat Membru li ma jkunx ħatar awtorità kompetenti tas-SPR skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu, f'kull każ, jaħtar punt ta' kuntatt għall-assistenza, kif ikun neċessarju, fir-rappurtar ta' interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li tiġi skoperta u li tolqot lis-SPR. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika mingħajr dewmien tali ħatra lill-Kummissjoni.

4.   Awtorità kompetenti tas-SPR għandha tiżgura li l-użu tas-SPR ikun f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 1 tal-Anness u li:

(a)

l-utenti tas-SPR ikunu raggruppati għall-ġestjoni tas-SPR maċ-ĊMSG;

(b)

ikunu determinati u ġestiti d-drittijiet ta' aċċess għas-SPR għal kull grupp jew utent;

(c)

jinkisbu miċ-ĊMSG il-kodiċijiet tas-SPR u informazzjoni klassifikata relatata oħra;

(d)

jitqassmu lill-utenti l-kodiċijiet tas-SPR u informazzjoni klassifikata relatata oħra;

(e)

ikunu ġestiti s-sigurtà tar-riċevituri u t-teknoloġija u l-informazzjoni klassifikati assoċjati u ssir stima tar-riskji;

(f)

ikun stabbilit punt ta' kuntatt għall-assistenza, kif ikun neċessarju, fir-rappurtar ta' interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li tiġi skoperta u li tolqot lis-SPR.

5.   L-awtorità kompetenti tas-SPR ta' Stat Membru għandha tiżgura li entità stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru tista' tiżviluppa jew timmanifattura biss riċevituri tas-SPR jew moduli ta' sigurtà jekk tali entità:

(a)

tkun ġiet akkreditata mill-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, u

(b)

tikkonforma kemm mad-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà u mal-Artikolu 8 u l-punt 2 tal-Anness dwar l-iżvilupp u l-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew il-moduli ta' sigurtà, safejn dawn jirrigwardaw l-attività tagħha.

Kull awtorizzazzjoni ta’ manifattura ta’ tagħmir previst f'dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut tal-anqas kull ħames snin.

6.   Fil-każ tal-iżvilupp jew tal-manifattura msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, jew fil-każ ta' esportazzjoni ’il barra mill-Unjoni, l-awtorità kompetenti tas-SPR tal-Istat Membru konċernat għandha taġixxi bħala punt ta’ interazzjoni għall-entitajiet kompetenti għar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tat-tagħmir rilevanti, tat-teknoloġija u tas-software dwar l-użu u l-iżvilupp ta’, u l-manifattura għas-SPR, bil-għan li jiġi garantit li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 jkunu applikati.

7.   Awtorità kompetenti tas-SPR għandha tkun konnessa maċ-ĊMSG skont l-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Anness.

8.   Il-paragrafi 4 u 7 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-possibilità għall-Istati Membri li jiddelegaw ċerti kompiti speċifiċi lill-awtorità kompetenti tas-SPR rispettiva tagħhom, permezz ta' kunsens reċiproku, lil Stat Membru ieħor, barra minn kull kompitu relatat mal-eżerċizzju tas-sovranità fuq it-territorji rispettivi tagħhom. Il-kompiti msemmija fil-paragrafi 4 u 7, kif ukoll il-kompiti fl-ambitu tal-paragrafu 5, għandhom jitwettqu konġuntament mill-Istati Membri. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.

9.   Awtorità kompetenti tas-SPR tista' titlob l-assistenza teknika tal-Aġenzija Ewropea GNSS biex twettaq il-kompiti tagħha, suġġett għal arranġamenti speċifiċi. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien dawn l-arranġamenti lill-Kummissjoni.

10.   Kull tliet snin l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea GNSS dwar il-konformità mal-istandards minimi komuni.

11.   Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea GNSS, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità mill-awtoritajiet kompetenti tas-SPR mal-istandards komuni minimi, kif ukoll fi kwalunkwe każ ta' ksur gravi ta’ dawk l-istandards.

12.   Fejn awtorità kompetenti tas-SPR ma tikkonformax mal-istandards minimi komuni stabbiliti fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni tista', b’kont meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, wara li tikseb informazzjoni speċifika ulterjuri, toħroġ rakkomandazzjoni. Fi żmien 3 xhur mill-ħruġ tar-rakkomandazzjoni, l-awtorità kompetenti tas-SPR kkonċernata għandha tikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jew inkella titlob jew tipproponi modifiki bil-għan li tkun żgurata l-konformità mal-istandards minimi komuni u timplimentahom bi qbil mal-Kummissjoni.

Jekk, ladarba jkun skada l-perjodu tat-3 xhur, l-awtorità kompetenti tas-SPR tkun għadha ma żguratx il-konformità mal-istandards minimi komuni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u tipproponi t-teħid ta' miżuri xierqa.

Artikolu 6

Rwol taċ-ĊMSG

Iċ-ĊMSG għandu jipprovdi l-interazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li jaġixxu taħt l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK u ċ-ċentri ta' kontroll. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe avveniment li jista' jaffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-SPR.

Artikolu 7

Il-manifattura u s-sigurtà tar-riċevituri u tal-moduli ta' sigurtà

1.   Stat Membru jista', suġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1d), jagħti l-kompiti tal-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew tal-moduli ta' sigurtà assoċjati lil entitajiet stabbiliti fit-territorju tiegħu jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Il-Kunsill, il-Kummissjoni jew is-SEAE jistgħu jafdaw il-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew tal-moduli ta' sigurtà assoċjati għall-użu tagħhom stess lil entitajiet stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru.

2.   Il-Bord għall-Akkreditament tas-Sigurtà jista' fi kwalunkwe mument jirrevoka l-awtorizzazzjoni mogħtija lil entità msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex timmanifattura riċevituri tas-SPR jew il-moduli ta' sigurtà assoċjati fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-miżuri previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 5(5).

Artikolu 8

Standards minimi komuni

1.   L-istandards minimi komuni li magħhom għandhom jikkonformaw l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom ikopru l-oqsma previsti fl-Anness.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 dwar l-adozzjoni tal-istandards minimi komuni għall-oqsma previsti fl-Anness u, jekk ikun meħtieġ, emendi li jaġġornaw l-Anness biex jitqiesu l-iżviluppi fil-programm Galileo, partikolarment fir-rigward tat-teknoloġija u tal-bidliet fl-eżiġenzi tas-sigurtà.

3.   Abbażi tal-istandards minimi komuni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta r-rekwiżiti tekniċi, linji gwida u miżuri oħrajn li jkunu meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa għall-konformità mal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti relatati mas-sigurtà tas-SPR u mal-utenti tiegħu u mat-teknoloġija relatata, filwaqt li titqies bi sħiħ il-konsulenza ta' esperti.

5.   Bil-għan li tgħin fil-konformità ma' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita laqgħa tal-awtoritajietajiet kompetenti tas-SPR kollha tal-anqas darba fis-sena.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura, bl-għajnuna tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea GNSS, li l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR jikkonformaw mal-istandards minimi komuni, b'mod partikolari billi tagħmel verifiki jew ispezzjonijiet.

Artikolu 9

Restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni

L-esportazzjoni ’il barra mill-Unjoni ta' tagħmir, teknoloġija u software fir-rigward tal-użu u l-iżvilupp ta’, u l-manifattura għas-SPR ma għandhiex tkun awtorizzata ħlief f'konformità mal-Artikolu 8 u l-punt 3 tal-Anness u skont il-ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 3(5) jew taħt ftehimiet dwar ir-regoli dettaljati għall-akkomodazzjoni u l-operazzjoni ta’ stazzjonijiet ta' referenza.

Artikolu 10

Applikazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-miżuri deċiżi skont l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK.

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 8(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-5 ta’ Novembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin.

3.   Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 8(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 683/2008. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 13

Reviżjoni u rappurtar

Tal-anqas sentejn wara li s-SPR ikun ġie ddikjarat operattiv, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament adegwat u l-idoneità tar-regoli stabbiliti għall-aċċess għas-SPR u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi emendi għal din id-Deċiżjoni kif meħtieġ.

Artikolu 14

Regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-Programm Galileo

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' din id-Deċiżjoni, sabiex ikun żgurat li s-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo taħdem mingħajr xkiel, għandhom ikunu awtorizzati l-aċċess għat-teknoloġija tas-SPR u d-dritt ta’proprjetà jew l-użu tar-riċevituri tas-SPR, suġġett għall-konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 8 u fl-Anness, fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

il-Kummissjoni, meta taġixxi bħala amministratur tal-programm Galileo;

(b)

l-operaturi tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo, biss għall-finijiet ta’ konformità mal-kompetenzi tagħhom, kif stabbilit f'arranġament speċifiku mal-Kummissjoni;

(c)

l-Aġenzija Ewropea GNSS, biex din tkun tista' twettaq il-kompiti fdati lilha, kif stabbilit f'arranġament speċifiku mal-Kummissjoni;

(d)

l-Aġenzija Spazjali Ewropea, strettament għall-finijiet ta' riċerka, żvilupp u użu tal-infrastruttura, kif stabbilit f'arranġament speċifiku mal-Kummissjoni.

Artikolu 15

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema pieni jkunu applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Deċiżjoni. Il-pieni għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 5 mhux aktar tard mis-6 ta’ Novembru 2013.

Artikolu 17

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 36.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2011

(3)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(4)  OJ L 317, 3.12.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(7)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(8)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30.

(9)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(10)  ĠU L 134, 29.05.2009, p. 1.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS

Standards minimi komuni

1.

Fir-rigward tal-Artikolu 5(4), l-istandards minimi komuni għall-użu tas-SPR ikopru l-oqsma li ġejjin:

(i)

organizzazzjoni tal-gruppi ta' utenti tas-SPR;

(ii)

definizzjoni u ġestjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għall-utenti tas-SPR u għall-gruppi ta' utenti tal-parteċipanti fis-SPR;

(iii)

distribuzzjoni tal-kodiċijiet tas-SPR u tal-informazzjoni klassifikata relatata bejn iċ-ĊMSG u l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR;

(iv)

distribuzzjoni lill-utenti tal-kodiċijiet tas-SPR u tal-informazzjoni klassifikata relatata;

(v)

ġestjoni tas-sigurtà, inklużi l-inċidenti ta' sigurtà, u stima tar-riskji għar-riċevituri tas-SPR u t-teknoloġija u l-informazzjoni klassifikata relatata;

(vi)

rappurtar dwar l-interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li tiġi skoperta u li tolqot lis-SPR;

(vii)

kunċetti u proċeduri operattivi għar-riċevituri tas-SPR.

2.

Fir-rigward tal-Artikolu 5(5), l-istandards minimi komuni għall-iżvilupp u l-manifattura tar-riċevituri tas-SPR jew tal-moduli ta' sigurtà jkopru dawn l-oqsma li ġejjin:

(i)

awtorizzazzjoni tas-segment utenti tas-SPR;

(ii)

sigurtà tar-riċevituri tas-SPR u tat-teknoloġija tas-SPR matul il-fażijiet ta' riċerka, żvilupp u manifattura;

(iii)

integrazzjoni tar-riċevituri tas-SPR u tat-teknoloġija tas-SPR;

(iv)

profil ta' protezzjoni għar-riċevituri tas-SPR, moduli ta' sigurtà, u materjal li juża t-teknoloġija tas-SPR.

3.

Fir-rigward tal-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 9, l-istandards minimi komuni għar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ikopru dawn l-oqsma li ġejjin:

(i)

parteċipanti fis-SPR awtorizzati;

(ii)

esportazzjoni ta’ materjal u teknoloġija relatata mas-SPR.

4.

Fir-rigward tal-Artikolu 5(7), l-istandards minimi komuni għall-konnessjonijiet bejn iċ-ĊMSG u l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR ikopru konnessjonijiet ta’ data u konnessjonijiet vokali.


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/9


DEĊIŻJONI Nru 1105/2011/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 17(3)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 (2), id-Deċiżjonijiet SCH/Com-ex (98) 56 (3) u SCH/Com-ex (99) 14 (4) stabbilixxew il-Manwal ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża. Dawn id-Deċiżjonijiet għandhom ikunu adattati għall-qafas istituzzjonali u legali tal-Unjoni.

(2)

Il-listi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn pajjiżi terzi għandhom ikunu kkontrollati b'mod sistematiku biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet fl-Istati Membri li jaħdmu fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi u fil-kontrolli tal-fruntieri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni preċiża dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar ippreżentati minn ċittadini ta' pajjiżi terzi. L-iskambji tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa u dwar ir-rikonoxximent tal-Istati Membri ta' dawk id-dokumenti tal-ivvjaġġar u t-tqegħid tal-elenku sħiħ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għandhom jiġu modernizzati u jsiru iktar effiċjenti.

(3)

L-iskop tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar huwa doppju: minn naħa waħda, li din tippermetti lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri jivverifikaw jekk dokument tal-ivvjaġġar partikolari huwiex rikonoxxut għall-fini tal-qsim tal-fruntieri esterni kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (5); min-naħa l-oħra, din tippermetti li l-persunal konsulari jivverifika jekk l-Istati Membri jirrikonoxxux dokument tal-ivvjaġġar partikolari għall-fini tat-twaħħil ta' sticker tal-viża.

(4)

Taħt il-punt (c) tal-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi tal-Viżi) (6), lista eżawrjenti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż ospitanti għandha titħejja fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta' Schengen.

(5)

Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura li l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar tkun dejjem aġġornata.

(6)

Meta wieħed iqis ir-relevanza tas-sigurtà tad-dokument tal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rikonoxximent possibbli tagħhom, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti tal-Istati Membri, għandha tipprovdi valutazzjoni teknika.

(7)

L-Istati Membri huma u għandhom jibqgħu kompetenti għar-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għall-iskop li jippermettu lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u għall-iskop tat-twaħħil ta' viża f’forma ta’ sticker.

(8)

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kollha u jagħmlu ħilithom biex jarmonizzaw il-pożizzjonijiet tagħhom dwar it-tipi differenti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Minħabba li n-nuqqas min-naħa ta’ Stat Membru li jinnotifika l-pożizzjoni tiegħu rigward dokument tal-ivvjaġġar jista’ joħloq problemi għad-detenturi ta’ dak id-dokument tal-ivvjaġġar, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jobbliga lill-Istati Membri jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-rikonoxximent u n-nuqqas ta' rikonoxximent ta’ dawk id-dokumenti. Dak il-mekkaniżmu ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jinnotifikaw bidla fil-pożizzjoni tagħhom fi kwalunkwe waqt.

(9)

Għandha tkun stabbilita bażi tad-dejta onlajn li tinkludi kampjun tad-dokumenti kollha tal-ivvjaġġar fuq tul ta’ żmien biex ikun faċilitat l-eżami ta’ dokument tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri u l-persunal konsulari. Dik il-bażi tad-dejta għandha tinżamm aġġornata skont kull bidla għal rikonoxximent jew nuqqas ta' rikonoxximent indikat preċedentement ta' dokument tal-ivvjaġġar partikolari mill-Istati Membri.

(10)

Għal skopijiet ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħejji lista mhux eżawrjenti ta’ passaporti ta’ fantasija u passaporti ta’ kamuflaġġ magħrufa li jkunu infurmawha dwarhom l-Istati Membri. Il-passaporti ta’ fantastija u l-passaporti ta’ kamuflaġġ li huma fuq il-lista mhumiex suġġetti għal rikonoxximent jew nuqqas ta' rikonoxximent. Huma ma jintitolawx lid-detentur tagħhom li jaqsam il-fruntieri esterni u ma għandhomx jingħataw viża.

(11)

Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-kompilazzjoni u l-aġġornament tal-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7).

(12)

Il-proċedura ta’ konsultazzjoni għandha tintuża għat-tfassil u għall-aġġornament tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, billi dawk huma atti li jikkostitwixxu sempliċiment il-kompilazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa.

(13)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen (8), li jaqa' fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punti A, B u C tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim (9).

(14)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10), li jaqa' fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti (A), (B) u (C) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (11).

(15)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqa’ fl-ambitu tal-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti (A), (B) u (C), tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/KE (12).

(16)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk la hija marbuta biha u lanqas ma hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hux se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(17)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (13); ir-Renju Unit għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(18)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (14); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(19)

Fir-rigward ta' Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq jew li hu b'xi mod ieħor relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(20)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att ibbażat fuq l-acquis ta' Schengen jew li hu b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens ta' Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u Ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur tagħhom jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati minn viża (“il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar”) u mekkaniżmu għall-kompilazzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għad-dokumenti tal-ivvjaġġar bħal passaport nazzjonali, (passaport ordinarju, diplomatiku, ta' servizz/ uffiċjali jew speċjali), dokument tal-ivvjaġġar ta’ emerġenza, dokument tal-ivvjaġġar ta' refuġjat jew ta' persuna bla stat, dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew laissez-passer.

3.   Din id-Deċiżjoni ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

Artikolu 2

Kompilazzjoni tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar

1.   Il-Kummissjoni għandha tħejji l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar bl-għajnuna tal-Istati Membri abbażi tal-informazzjoni miġbura fi ħdan il-kooperazzjoni Schengen lokali, kif imsemmi fl-Artikolu 48(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

2.   Il-lista ta' dawn id-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha titħejja skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 3

Struttura tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar

1.   Il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun maqsuma fi tliet partijiet.

2.   Il-Parti I għandha tikkonsisti f'dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn pajjiżi terzi u entitajiet territorjali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (15).

3.   Il-Parti II għandha tikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin, maħruġa minn Stati Membri, inklużi dawk maħruġa mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li mhux qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni preżenti u mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li għadhom mhux qed japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ:

(a)

dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(b)

dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil refuġjati skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Rigward l-Istatus ta' Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951;

(ċ)

dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil persuni bla stat skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Rigward l-Istatus ta' Rifuġjati tat-28 ta' Settembru 1954;

(d)

dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil persuni li ma jkollhomx nazzjonalità ta’ xi pajjiż, u li jirrisjedu fi Stat Membru;

(e)

dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mir-Renju Unit għal ċittadini Britanniċi li mhumiex ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Britanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-iskopijiet tal-liġi tal-Unjoni.

4.   Il-Parti III għandha tikkonsisti f'dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn organizzazzjonoijiet internazzjonali.

5.   Bħala regola ġenerali, l-elenkar ta' dokument tal-ivvjaġġar partikolari japplika għas-serje kollha ta' dak id-dokument tal-ivvjaġġar li għadhom validi.

6.   Jekk pajjiż terz ma joħroġx tip partikolari ta' dokument tal-ivvjaġġar, dan għandu jkun indikat billi jiddaħħal “mhux maħruġ” fil-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.

Artikolu 4

Notifikazzjoni tar-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati

1.   Fi żmien tliet xhur wara l-komunikazzjoni tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tagħhom dwar ir-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati.

2.   Jekk Stat Membru jonqos milli jinnotifika l-pożizzjoni tiegħu sal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, id-dokument tal-ivvjaġġar ikkonċernat għandu jitqies bħala rikonoxxut sal-waqt meta dak l-Istat Membru jinnotifika n-nuqqas ta' rikonoxximent tiegħu.

3.   Fil-qafas tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar speċifiċi bil-għan li tintlaħaq pożizzjoni armonizzata.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha għar-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent indikat qabel ta' dokument tal-ivvjaġġar partikolari.

Artikolu 5

Dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda maħruġa

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 3(3).

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda maħruġa minn pajjiżi terzi, Stati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 3(3)(e) u l-Artikolu 3(4). Il-Kummissjoni għandha, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tagħmel sforzi biex tiġbor il-mudelli ta' dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda sabiex tqassamhom.

3.   Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar skont in-notifiki u l-informazzjoni li tirċievi u għandha titlob lill-Istati Membri biex jinnotifikaw il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-rikonoxximent jew in-nuqqas ta' rikonoxximent skont l-Artikolu 4.

4.   Il-lista aġġornata ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għandha titħejja skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 6

Informazzjoni dwar passaporti magħrufa bħala passaporti ta’ fantasija u passaporti ta’ kamuflaġġ

Il-Kummissjoni għandha wkoll tfassal u taġġorna lista mhux eżawrjenti ta’ passaporti magħrufa bħala passaporti ta’ fantasija u passaporti ta’ kamuflaġġ fuq il-bażi tal-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri.

Artikolu 7

Valutazzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar

1.   Sabiex l-Istati Membri jiġu assistiti fil-valutazzjoni tekniċi tagħhom ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti tal-Istati Membri, tista' tipprovdi għal analiżi teknika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, b’kont meħud b’mod partikolari tal-istandards u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

2.   Fejn ikun relevanti, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar jistgħu wkoll jiġu analizzati f'dan il-kuntest.

3.   Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri.

Artikolu 8

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (il-Kumitat għad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9

Pubblikazzjoni tal-listi

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, inklużi n-notifiki skont l-Artikolu 4, u l-lista msemmija fl-Artikolu 6, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta' pubblikazzjoni elettronika li tkun aġġornata b'mod kostanti.

Artikolu 10

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet SCH/Com-ex (98) 56 u SCH/Com-ex (99) 14 huma mħassra.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha ħlief għall-Artikolu 10, li għandu japplika b'effett mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.

Artikolu 12

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2011

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 207.

(4)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 298.

(5)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(8)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(10)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(11)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

(13)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(14)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(15)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/13


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1106/2011

tal-20 ta’ Ottubru 2011

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 57/2011 u (KE) Nru 754/2009 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ispeċi "pixxiplamtu", ċerti TACs u ċerti limiti tal-isforz tas-sajd stabbiliti għall-Ġermanja u l-Irlanda

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 (1) jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE.

(2)

Għandha tiġi korretta inkonsistenza bejn il-formulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 57/2011 u l-formulazzjoni tal-entratura fl-Anness IA tiegħu li tikkonċerna n-Norway pout.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 jipprojbixxi s-sajd għall-pixxiplamtu fl-ilmijiet internazzjonali, b'obbligu ta' rilaxx minnufih ta' qabdiet aċċidentali. L-Anness IA għal dak ir-Regolament jiffissa l-qabdiet totali permessi għall-pixxiplamtu għal 0 tunnellati f'ċerti żoni tal-ICES, bl-ebda dispożizzjoni dwar qabdiet aċċidentali. Konsegwenza ta' dan, il-qbid tal-pixxiplamtu f'ċerti żoni fl-ilmijiet tal-UE mhuwiex ristrett, filwaqt li f'oħrajn (l-Oċean Atlantiku) ċerti żoni (żoni ICES) huma ġestiti mil-qabda totali permessibbli (TAC) u żoni oħra mhumiex (żoni CECAF). Minħabba l-istatus ta' din l-ispeċi u d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-possibbiltà li tiġi elenkata taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (il-Konvenzjoni CITES) (Appendiċi III), hu adatt li tiġi prevista protezzjoni aktar msaħħa għall-pixxiplamtu fiż-żoni kollha u li tkoperi kemm bastimenti tal-UE kif ukoll bastimenti ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jistadu fl-ilmijiet tal-UE.

(4)

Il-valutazzjoni xjentifika tal-merluzz fil-Baħar Ċeltiku tjiebet, u kkonfermat li l-parir li fuqu hija bbażata it-TAC attwali ta stima baxxa għas-sena ta' abbundanza tal-2009 u b'hekk iż-żieda dinamika fil-bijomassa għal dan l-istokk. Barra l-miżuri ġodda ta' għażla ppjanati mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Majjistral (NWWRAC), li għandhom inaqqsu r-riskju għall-haddock u l-merlangu skartat f'dan is-sajd tal-merluzz, huwa xieraq li tiġi adattata t-TAC għall-merluzz fil-Baħar Ċeltiku skont il-parir xjentifiku ġdid għall-bqija tal-2011.

(5)

Fid-29 ta' Lulju 2011, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral tal- Atlantiku (NAFO) kkomunikat lill-partijiet kollha kontraenti l-adozzjoni, b'effett immedjat, ta' reviżjoni tat-TAC tan-NAFO għall-2011 fir-rigward tar-redfish fis-Subżona 2, Diviżjonijiet IF u 3K. Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni, ppreżentat l-istess informazzjoni lill-Istati Membri kollha b'interess f'dan is-sajd. Ir-reviżjoni għandha tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni u tapplika għall-bastimenti tal-UE mit-2 ta' Awwissu 2011.

(6)

Fil-kuntest li jiġu stabbiliti opportunitajiet ta' sajd u f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (2), il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal- Kummissjoni u abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill- Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz dment li tkun disponibbli data xierqa dwar qabdiet u rimi ta’ merluzz tal-bastimenti involuti, li l-persentaġġ ta’ qabdiet ta’ merluzz ma jeċċedix 1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti u li l-inklużjoni tal-grupp fir-reġim tal-isforz ikun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet ta’ merluzz.

(7)

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 (3) eskluda ċerti gruppi ta’ bastimenti mill-iskema tal-isforz tas-sajd stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008.

(8)

L-Irlanda tat informazzjoni dwar qabdiet tal-merluzz minn grupp ta' bastimenti li joperaw fil-punent tal-Iskozja u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'daqs tal-malja ugwali għal 120 mm jew akbar b'pannelli ta' malja kwadra fiż-żona msemmija fil-punt 6.1 tal-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas- 16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (4), u li jużaw malja ta' daqs ta' 100 mm fi bnadi oħra fil-punent tal-Iskozja. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, kif ivvalutat mill-STECF, jista' jiġi stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż l-iskart, minn dak il-grupp ta' bastimenti ma jaqbżux il-1,5 % tal-qabdiet totali tagħhom. Barra minn hekk, il-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ fis-seħħ jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta' dak il-grupp ta' bastimenti. Fl-aħħarnett, l-inklużjoni fl-iskema tal-isforz tas-sajd ta' dak il-grupp tikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali ta' dik l-inklużjoni fuq l-istokkijiet tal-merluzz. Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 754/2009 jiġi emendat sabiex jeskludi dak il-grupp ta’ bastimenti mill-iskema tal-isforz tas-sajd stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Il-limiti tal-isforz stabbiliti għall-Irlanda fir-Regolament (UE) Nru 57/2011 għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Grupp ta' bastimenti mill-Ġermanja huwa attwalment eskluż mill-applikazzjoni tal-iskema tal-isforz tas-sajd stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Ġermanja fl-2011, l-STECF ma kienx f'pożizzjoni li jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 baqgħux issodisfati fil-perjodu ta' ġestjoni tal-2010. Huwa għalhekk xieraq li dan il-grupp ta' bastimenti Ġermaniżi jerġa' jiddaħħal fl-iskema tal-isforz tas-sajd. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 japplika, b'mod ġenerali, mill-1 ta’ Jannar 2011. Iżda l-limiti tal-isforzi tas-sajd stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 57/2011 japplikaw għal perjodu ta’ sena li jibda mill-1 ta’ Frar 2011. B'riżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti u l-allokazzjonijiet tal-qabdiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011, minbarra d-dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward tar-redfish fis-Subżona 2, Diviżjonijiet IF u 3K, li għandhom japplikaw mit-2 ta' Awwissu 2011. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta' Frar 2011. Tali applikazzjoni retroattiva ma tippreġudikax il-prinċipju taċ-ċertezza legali peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Billi modifikazzjonijiet fl-iskemi tal-isforz għandhom effett dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi tal-flotot ikkonċernati, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 57/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(4)(b) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-istokk tan-Norway pout u qabdiet inċidentali assoċjati fis-subżona ICES IIIa u fl-ilmijiet tal-UE tad-diviżjoni tal-ICES IIa u fis-subżona tal-ICES IV u l-istokk tal-laċċa l-kaħla fl-ilmijiet tal-UE tad-diviżjoni tal-ICES IIa u fis-subżona tal-ICES IV.”.

(2)

L-Artikolu 8(1), punt (e) hu sostitwit kif ġej:

“(e)

il-pixxiplamtu (Lamna nasus) fl-ilmijiet kollha, minbarra fejn hu previst mod ieħor fl-Anness IA; u”.

(3)

Fl-Artikolu 37, paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għandu jkun ipprojbit li bastimenti ta' pajjiżi terzi jistadu għal, iżommu abbord, jittrasbordaw jew iħottu l-art l-ispeċijiet li ġejjin:

(a)

il-gabdoll (Cetorhinus maximus) u l-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias) fl-ilmijiet kollha tal-UE;

(b)

l-ixkatlu komuni (Squatina squatina) fl-ilmijiet kollha tal-UE;

(c)

ir-rebekkin skur (Diptrus batis) fl-ilmijiet tal-UE fid-diviżjoni tal-ICES IIa u fis-subżoni tal-ICES III, IV, VI, VII, VIII, IX u X;

(d)

l-undulate ray (Raja undulata) u l-ħamiema (Rostroraja alba) fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni tal-ICES VI, VII, VIII, IX u X;

(e)

il-pixxiplamtu (Lamna nasus) fl-ilmijiet kollha tal-UE; u

(f)

il-guitarfishes (Rhinobatidae) fl-ilmijiet tal-UE fis-subżoni tal-ICES I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII.”

(4)

Fl-Anness IA, l-entrata għall-merluzz taż-żoni VIIb, VIIc, VIIe-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 hi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

VIIb, VIIc, VIIe-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

(COD/7XAD34)

Il-Belġju

233

TAC Analitika

Japplika l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

Franza

3 811

L-Irlanda

923

Il-Pajjiżi l-Baxxi

1

Ir-Renju Unit

411

UE

5 379

TAC

5 379 ”

(5)

Fl-Anness IA, l-entrata għall-pixxiplamtu fl-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X u XII hi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi

:

Pixxiplamtu

Lamna nasus

Żona

:

Ilmijiet tal-Gujana Franċiża, Kattegat; Ilmijiet tal-UE ta' Skagerrak, taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV; Ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2

(POR/3-1234)

Id-Danimarka

0  (5)

TAC Analitika

Franza

0  (5)

Il-Ġermanja

0  (5)

L-Irlanda

0  (5)

Spanja

0  (5)

Ir-Renju Unit

0  (5)

UE

0  (5)

 

0  (5)

TAC

0  (5)

(6)

Fl-Anness IA, l-entrata għall-awwista tan-Norveġja taż-żona VII hi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi

:

Ksampu

Nephrops norvegicus

Żona

:

VII

(NEP/07.)

Spanja

1 306  (6)

TAC AnalitikaJapplika

l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament

Franza

5 291  (6)

L-Irlanda

8 025  (6)

Ir-Renju Unit

7 137  (6)

UE

21 759  (6)

TAC

21 759  (6)

(7)

Fl-Anness IC, l-entrata għar-redfish fis-Subżona 2 tan-NAFO, Diviżjonijiet IF u 3K, hi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

Subżona 2 tan-NAFO, Diviżjonijiet IF u 3K

(RED/N1F3K.)

Latvja

0

 

Litwanja

0

TAC

0 ”

(8)

L-Appendiċi 1 għall-Anness IIA huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tabella (b), il-kolonna li tikkonċerna l-Ġermanja (DE) tinbidel b’dan li ġej:

Irkaptu rregolat

“DE

TR1

1 166 735

TR2

436 666

TR3

257

BT1

29 271

BT2

1 525 679

GN

224 484

GT

467

LL

0 ”

(b)

Fit-tabella (d) il-kolonni li jikkonċernaw il-Ġermanja (DE) u l-Irlanda (IE) huma sostitwiti b’dan li ġej:

Irkaptu rregolat

“DE

IE

TR1

12 427

107 088

TR2

0

479 043

TR3

0

273

BT1

0

0

BT2

0

3 801

GN

35 442

5 697

GT

0

1 953

LL

0

4 250 ”

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 754/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 754/2009, l-Artikolu 1 huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-punt (f);

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

il-grupp ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda, u li jipparteċipaw fis-sajd indikat fit-talba mill-Irlanda bid-data 11 ta' Marzu 2011, u li joperaw fil-punent tal-Iskozja u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'daqs tal-malja ugwali għal 120 mm jew akbar b'pannelli ta' malja kwadra fiż-żona msemmija fil-punt 6.1 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jużaw malja ta' daqs ta' 100 mm fi bnadi oħra fil-punent tal-Iskozja.”.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 punti (1) sa (6) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

L-Artikolu 1 punt (7) għandu japplika mit-2 ta' Awwissu 2011.

L-Artikolu 1 punt (8) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1

(2)  ĠU L 348, 24.12.2008, p.20.

(3)  ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16.

(4)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.

(5)  Il-qabdiet ta' din l-ispeċi għandhom jiġu rilaxxati minnufih mingħajr ma ssirilhom ħsara sa fejn hu prattiku.”.

(6)  Li minnhom ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwoti li ġejjin fiż-żona VII (Porcupine Bank – Unità 16) (NEP/*07U16):

Spanja

377

Franza

241

L-Irlanda

454

Ir-Renju Unit

188

UE

1 260 ”


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1107/2011

tat-28 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana f'NAFO 3L min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Latvja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubbilkazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

60/T&Q

Stat Membru

il-Latvja

Stokk

PRA/N3L.

Speċi

Gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis)

Żona

NAFO 3L

Data

28.9.2011


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1108/2011

tat-28 ta' Ottubru 2011

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni fl-2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u (KE) Nru 951/2006 fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fl-2012 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 61, 144(1), 148, 156 u 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari [tariffarji] Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali [tariffarji] għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (7) jistabbilixxu dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri fil-kuntest tal-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125, għax-xgħir fil-kuntest tal-kwota 09.4126 u għall-qamħirrun fil-kuntest tal-kwota 09.4131.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa [kwota tariffarja] għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NM 1006 40 00, għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 [traduzzjoni mhux uffiċjali] (9) jistabbilixxu dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal ross miksur fil-kuntest tal-kwota 09.4079 u tar-ross li joriġina mill-Bangladexx fil-kuntest tal-kwota 09.4517.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistipula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (10), jistabbilixxi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni fil-kuntest tal-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (11) jistabbilixxi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-kwota 09.4032.

(5)

Minħabba l-festi pubbliċi fis-sena 2012, għandha ssir deroga, f’ċertu żmien, mir-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, sabiex tkun assigurata l-konformità mal-volumi tal-kwota kkonċernati.

(6)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (12), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 iniżżel [li jniżżel] ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (13), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd (14) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni 90/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (15), jipprovdu li l-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu fil-jum tal-Erbgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, bil-kundizzjoni li l-ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet mill-Kummissjoni sa dakinhar.

(7)

L-Artikolu 7(d)(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (16), jipprovdi li l-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota jinħarġu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, bil-kundizzjoni li l-ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet mill-Kummissjoni sa dakinhar.

(8)

Minħabba l-festi pubbliċi fis-sena 2012 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li l-perjodu minn meta jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet u l-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex jiżgura ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1000/2010 (17), li jidderoga minn ċerti Regolamenti f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fl-2011 għandu jiġi revokat.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċereali

1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri fil-kuntest tal-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru 2012, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.

2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir fil-kuntest tal-kwota 09.4126 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru 2012, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.

3.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrun fil-kuntest tal-kwota 09.4131 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru 2012, fis-13:00, ħin ta’ Brussell.

Artikolu 2

Ross

1.   B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2058/96, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur fil-kuntest tal-kwota 09.4079 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell.

2.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2012, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx fil-kuntest tal-kwota 09.4517 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell.

Artikolu 3

Zokkor

B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247, ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, u sal-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell.

Artikolu 4

Żejt taż-żebbuġa

B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu matul il-perjodi msemmija fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness, bla ħsara għall-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 5

Liċenzji tal-esportazzjoni b’rifużjonijiet għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, il-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness, filwaqt li jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, il-miżuri partikolari msemmija fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, fl-Artikolu 3(4) u (5), tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u fl-Artikolu 3(4) u (5), tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

Artikolu 6

Zokkor u isoglukożju li jaqbżu l-kwota

B’deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jinsabu f’dak l-Anness, filwaqt li jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, il-miżuri partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.

(6)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.

(7)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.

(8)  ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7.

(9)  ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19.

(10)  ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14.

(11)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.

(12)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(13)  ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35.

(14)  ĠU L 328, 14.12.2010, p. 1.

(15)  ĠU L 30, 4.2.2011, p. 1.

(16)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(17)  ĠU L 290, 6.11.2010, p. 26.


ANNESS I

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Dati tal-ħruġ

It-Tnejn 2 jew it-Tlieta 3 ta’ April 2012

Il-Ġimgħa 13 ta’ April 2012

It-Tnejn 14 jew it-Tlieta 15 ta’ Mejju 2012

L-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2012

It-Tnejn 21 jew it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2012

L-Erbgħa 30 ta’ Mejju 2012

It-Tnejn 29 jew it-Tlieta 30 ta’ Ottubru 2012

Il-Ħamis 8 ta’ Novembru 2012


ANNESS II

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

Dati tal-ħruġ

Mit-2 ta’ April sas-6 ta’ April 2012

fit-12 ta’ April 2012.

Mit-23 sas-27 ta’ April 2012

fit-3 ta’ Mejju 2012.

Mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2012

fil-31 ta’ Mejju 2012.

Mis-17 sat-28 ta’ Diċembru 2012

fis-7 ta’ Jannar2013.


ANNESS III

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

Dati tal-ħruġ

Mit-23 sas-27 ta’ April 2012

fis-7 ta’ Mejju 2012.

Mis-6 sal-10 ta’ Awwissu 2012

fl-20 ta’ Awwissu 2012.

Mis-17 sat-28 ta’ Diċembru 2012

fis-7 ta’ Jannar 2013.


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1109/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 rigward il-Metodi Ekwivalenti għall-ittestjar tat-Trichinella

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-parti ta' qabel tal-frażi introduttorja tal-Artikolu 18 u l-punti 8, 9 u 10 ta' dak l-Artikolu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (2) jipprevedi l-metodi ta’ skoperta tat-Trichinella f'kampjuni ta’ karkassi. Il-metodu ta' referenza huwa stabbili fil-Kapitolu I tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Tliet metodi ta' skoperta ekwivalenti għall-metodu ta' referenza huma stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1245/2007 (3) jippermetti l-użu ta' pepsin likwidu għall-iskoperta tat-Trichinella fil-laħam u jistabbilixxi r-rekwiżiti tiegħu meta jintuża bħala reaġent fil-metodi tal-iskoperta. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stipulati wkoll ir-rekwiżiti identiċi għall-metodi ekwivalenti ta' skoperta, meta jkun rilevanti. Il-Parti C tal-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 għaldaqstant għandha tiġi emendata skont dan.

(3)

Barra minn hekk, xi kumpaniji privati bdew jipproduċu apparati ġodda għall-ittestjar għat-Trichinella li jużaw metodu ta' diġestjoni ekwivalenti għall-metodu ta' referenza. Wara dawn l-iżviluppi, il-linji gwida għall-validazzjoni ta' apparati ġodda għall-ittestjar għat-Trichinella permezz tal-metodu ta' diġestjoni ġew awtorizzati b'mod unanimu matul il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-16 ta' Diċembru 2008.

(4)

Fl-2010 ġie vvalidat metodu ġdid ta' apparat għall-ittestjar għat-Trichinella fil-ħnieżer domestiċi mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għall-parassiti b'konformità ma' dawn il-linji gwida.

(5)

Ir-riżultati tal-validazzjoni juru li l-apparat il-ġdid u metodu marbut mal-iskoperta tat-Trichinella, ivvalidat skont il-kodiċi tal-Laboratorju ta' Referenza tal-UE, Nru EURLP_D_001/2011 (4), huwa ekwivalenti għall-metodu ta' referenza kif stabbilit fil-Kapitolu I tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005. Għaldaqstant, għandu jiġi inkluż fil-lista ta' metodi ekwivalenti għall-iskoperta elenkati fil-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005.

(6)

Il-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 għaldaqstant għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60.

(3)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 19.

(4)  http://www.iss.it/crlp/index.php


ANNESS

Il-Kapitolu II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti C, il-punt 1(f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

Pepsin, saħħa 1: 10 000 NF (US National Formulary) li jikkorrispondu għal 1: 12 500 BP (British Pharmacopoeia) u għal 2 000 FIP (International Pharmaceutical Federation), jew likwidu pepsin stabilizzat b’minimu ta’ 660 unità/ml tal-Farmakopea Ewropej”

(2)

Il-Parti D li ġejja għandha tiġi miżjuda:

“D.   Il-metodu tat-tħawwid manjetiku għad-diġestjoni tal-kampjuni miġbura flimkien/ “fl-iżolazzjoni tal-filter” u s-sejba tal-larva permezz tat-test tal-agglutinazzjoni tal-latex

Dan il-metodu huwa kkunsidrat bħala ekwivalenti biss għall-ittestjar tal-laħam ta' ħnieżer domestiċi.

1.   Apparat u reaġenti

(a)

Sikkina jew imqass u pinzetti biex jaqtgħu l-kampjuni.

(b)

Gabarrejiet imqassma f'50 kaxxa li kull waħda minnhom tista' żżomm kampjun ta' madwar 2 g ta' laħam, jew għodod oħra li jagħtu garanzija ekwivalenti fir-rigward tat-traċċabilità tal-kampjuni.

(c)

Blender b'xafra li taqta'. Meta l-kampjuni jkunu akbar minn 3 g, jeħtieġ li jintużaw jew magna tal-ikkapuljat wiesgħa minn 2 sa 4 mm jew imqass. Fil-każ ta' laħam jew ilsien iffriżat (wara li jitneħħa s-saff superfiċjali, li ma jistax jiġi diġestit), hija meħtieġa magna tal-ikkapuljat u d-daqs tal-kampjun jeħtieġ li jiżdied b'mod konsiderevoli.

(d)

Oġġetti manjetiċi li jħawdu bi platt li jsaħħan ikkontrollat termostatikament u vireg li jħawdu miksija bit-teflon twal madwar 5 cm.

(e)

Ġarar tal-ħġieġ, b'kapaċità ta' 3 litri.

(f)

Passaturi, bid-daqs tat-toqob ta' 180 mikron, b'dijametru estern ta' 11-il cm b'toqob tal-azzar inossidabbli.

(g)

Apparat tal-azzar li jiffiltra għal filtri b'toqob ta' 20 μm b'lenbut tal-azzar.

(h)

Pompa tal-vaku.

(i)

Tankijiet tal-metall jew tal-plastik, b'kapaċità minn 10 sa 15-il litru, biex jiġbru l-meraq diġestiv.

(j)

Aġitatur 3D li jitbandal.

(k)

Fojl tal-aluminju.

(l)

25 % aċidu idrokloriku.

(m)

Pepsin, saħħa: 1: 10 000 NF (US National Formulary) li jikkorrispondu għal 1: 12 500 BP (British Pharmacopoeia) u għal 2 000 FIP (International Pharmaceutical Federation), jew pepsin likwidu stabilizzat b’minimu ta’ 660 unità/ml tal-Farmakopea Ewropej

(n)

Ilma tal-vit imsaħħan minn 46 sa 48 °C.

(o)

Miżien preċiż sa 0,1 g.

(p)

Pipetti ta' daqsijiet differenti (1, 10 u 25 ml), mikropipetti skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-agglutinazzjoni tal-latex u dawk li jżommu l-pipetta.

(q)

20 mikron b'filtri tax-xibka tan-najlon b'dijametru li jiffittja mas-sistema ta' filtrazzjoni.

(r)

Pinzetti tal-plastik jew tal-azzar ta' 10-15-il cm.

(s)

Vjali koniċi ta' 15-il ml.

(t)

Lida b'xifer koniku tat-Teflon jew tal-azzar biex jiffittjaw fil-vjali koniċi.

(u)

Termometru preċiż sa 0,5 °C fil-firxa minn 1 sa 100 °C.

(v)

Kards tal-agglutinazzjoni tal-latex tal-kit għat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(w)

Soluzzjoni tal-buffer bi preservattiv (dilwent kampjun) tal-kit għat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(x)

Buffer b'suppliment ta' preservattiv (kontroll negattiv) tal-kit tat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(y)

Buffer b'suppliment ta' antiġene u preservattiv ta' Trichinella spiralis (kontroll pożittiv) tal-kit għat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(z)

Buffer b'partikoli tal-polistirene miksija b'antikorpi supplimentati bi preservattiv (żibeġ tal-latex) tal-kit tat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(aa)

Bsaten li jintremew.

2.   Il-ġbir ta' kampjuni

Kif stipulat fil-Kapitolu I (2).

3.   Proċedura

I.   Għal ġabriet sħaħ (100 g ta' kampjuni kull darba), il-proċedura stabbilita f'punti (a) sa (i) tal-Kapitolu I (3) (I) għandha tiġi segwita. Barra minn hekk, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

L-20 filtru tat-toqob mikron tan-najlon jinsab fuq l-appoġġ tal-filtrazzjoni fuq l-appoġġ tal-filtrazzjoni. Il-lenbut tal-azzar tal-filtrazzjoni konika hija fissa mal-appoġġ tas-sistema sħiħa u l-passatur tal-azzar ta' daqs ta' 180 mikron huwa mqiegħed fuq il-lenbut. Il-pompa tal-vakwu hija mqabbda mal-appoġġ ta' filtrazzjoni u mat-tank tal-metall jew tal-plastik, biex tiġbor il-fluwidi diġestiti.

(b)

Ieqaf ħawwad u ferra l-fluwidu tad-diġestjoni fil-lenbut tal-filtrazzjoni permezz tal-passatur. Laħlaħ il-bekk b'250 ml ilma sħun. Il-likwidu li jlaħlaħ jeħtieġ jitferra fir-ramp ta' filtrazzjoni wara li l-fluwidu diġestit ikun ġie ffiltrat b'suċċess.

(ċ)

Bil-pinzetti, ħu l-membrana tal-filtrazzjoni filwaqt li żżommha mix-xifer. Itwi l-membrana tal-filtrazzjoni f'minimu ta' erbgħa u poġġiha fit-tubu koniku ta' 15-il ml.

(d)

Il-membrana ffiltrata hija mbuttata fil-qiegħ tat-tubu koniku ta' 15-il ml bl-għajnuna tal-lida u ppressata bis-saħħa permezz ta' moviment suċċessiv 'il quddiem u lura bil-lida li għandha titqiegħed ġewwa l-membrana ffiltrata mitwija skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(e)

Il-kampjun tad-dilwent huwa miżjud fit-tubu koniku ta' 15-il ml b'pipetta u l-membrana ta' filtrazzjoni hija omoġenizzata bil-lida permezz ta' movimenti suċċessivi ta' amplitudni baxxa 'l quddiem u lura, u filwaqt li jiġu evitati movimenti f'daqqa biex jillimitaw it-titjir tal-likwidu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(f)

Kull kampjun, il-kontroll negattiv, u l-kontroll pożittiv, jitqiegħdu f'oqsma differenti tal-kard tal-agglutinazzjoni bl-użu ta' pipetti, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(g)

Iż-żibeġ tal-latex huma miżjuda f'kull qasam tal-kard tal-agglutinazzjoni permezz ta' pipetta, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, mingħajr ma jkun hemm kuntatt mal-kampjun(i) u l-kontrolli. F'kull qasam, iż-żibeġ tal-latex huma mħallta bil-mod ma' stikek li jintremew sakemm il-likwidu omoġenju jgħatti l-qasam kollu.

(h)

Il-kard tal-agglutinazzjoni titqiegħed fuq l-aġitatur 3D u titbandal skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(i)

Wara l-ħin stabbilit mill-istruzzjonijiet tal-manifattur, it-tbandil jitwaqqaf u l-kard ta' agglutinazzjoni titqiegħed fuq wiċċ ċatt u jinqraw ir-riżultati ta' reazzjoni. Fil-każ ta' kampjun pożittiv, jeħtieġ li jidhru ż-żibeġ aggregati. Fil-każ ta' kampjun negattiv, is-sospensjoni tibqa' omoġenja mingħajr żibeġ aggregati.

(j)

It-tagħmir kollu f'kuntatt mal-laħam jeħtieġ li jkun dekontaminat sew bejn esperiment u ieħor billi jitqiegħed għal ftit sekondi f'ilma sħun (60 °C sa 90 °C). L-uċuħ li fuqhom jibqa' residwi tal-ilma jew larva/i mhux attivata/i, dawn jistgħu jitnaddfu bi sponża nadifa u ilma tal-vit. Ladarba l-proċedura tkun iffinalizzata, jistgħu jinżdiedu qatriet żgħar tad-deterġent biex jitneħħa x-xaħam minn fuq it-tagħmir. Imbagħad kull biċċa jeħtieġ li titlaħlaħ sew bosta drabi sabiex tneħħi t-traċċi kollha tad-deterġent.

(k)

Il-lida jeħtieġ li tkun dekontaminata sew bejn l-esperimenti billi titpoġġa għal ftit sekondi f'minn tal-inqas 250 ml ta' ilma sħun (60 °C sa 90 °C). Ir-residwi tal-laħam jew larva mhux attivata li jista' jkun baqa' fuq il-wiċċ iridu jitneħħew bi sponża nadifa u ilma tal-vit. Ladarba l-proċedura tkun iffinalizzata, jistgħu jinżdiedu qatriet żgħar tad-deterġent biex jitneħħa x-xaħam tal-lida. Imbagħad il-lida teħtieġ li titlaħlaħ sew bosta drabi sabiex tneħħi t-traċċi kollha tad-deterġent.

II.   Ġabriet ta' inqas minn 100 g kif stipulat fil-Kapitolu I (3)(II)

Għal ġabriet ta' inqas minn 100 g, il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu I(3)(II) jeħtieġ li tiġi segwita.

III.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Meta l-eżaminazzjoni ta' kampjun kollettiv tipproduċi riżultat pożittiv jew mhux ċert tal-agglutinazzjoni tal-latex, jittieħed kampjun ieħor ta' 20 g minn kull ħanżir skont il-Kapitolu I 2(a). Il-kampjuni ta' 20 g minn ħamest iħnieżer jinġabru u jiġu eżaminati billi jintuża l-metodu deskritt fil-punt I. B'dan il-mod il-kampjuni minn 20 grupp ta' ħamest iħnieżer għandhom jiġu eżaminati.

Meta tinkiseb agglutinazzjoni pożittiva tal-latex minn grupp ta' ħamest iħnieżer, jinġabru 20 g oħra ta' kampjuni mill-individwi fil-grupp u kull wieħed huwa eżaminat separatament billu juża wieħed mill-metodi deskritti fil-Kapitolu I.

Il-kampjuni tal-parassiti jeħtieġ li jinżammu f'alkoħol etiliku ta' 90 % għall-konservazzjoni u l-identifikazzjoni fil-livell tal-ispeċe fil-laboratorju ta' referenza tal-UE jew f'dak nazzjonali.

Wara l-ġbir tal-parassiti, il-fluwidi pożittivi jeħtieġ li jiġu dekontaminati billi jissaħħnu sa mill-inqas 60 °C.”


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1110/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din it-tip ta' awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 114044). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (PTA 114044) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin, biex tkun ikklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta' dik il-preparazzjoni ġiet awtorizzata għal 10 snin għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ mrobbija biex ibidu, id-dudjani għat-tismin, id-dundjani mrobbija biex ibidu u għall-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009 (2).

(5)

Kienet tressqet dejta ġdida li tappoġġja l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2011 (3) li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ttejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ li jbidu u tat-tkabbir ta' speċi minuri tat-tjur oħra u tal-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 23.

(3)  EFSA Journal 2011; 9(6):2277.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a8

Roal Oy

Endo-1,4-beta ksinalażi EC 3.2.1.8

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) li għandha attività minima ta':

 

f’għamla solida; 4 × 106 BXU (1) /g

 

f'għamla likwida: 4 × 105 BXU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044)

 

Metodu analitiku  (2)

Fl-addittiv u fit-taħlitiet minn qabel: Analizi taz-zokkor ta' riduzzjoni għal endo-1,4-beta-ksilanażi permezz ta' reazzjoni kolorimetrika tar-reaġent ta' aċtu dinitrosaliċiliku fuq il-produzzjoni ta' zokkor ta' riduzzjoni ta' pH 5,3 u 50 °C.

Fl-għalf: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat mill-enżimi mill-ażurina li hi magħquda ma' sottostrat arabinoksilan tal-qamħ.

Speċi minuri tat-tjur minbarra t-tajr tal-bajd

8 000 BXU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.

Għas-sigurtà: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar

l-24 ta' Novembru 2021

Tiġieġ li jbidu u tjur li jbidu ta' speċi minuri tat-tjur

24 000 BXU

Ħnieżer għat-tismin

24 000 BXU


(1)  1 BXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 nmol ta’ zokkor ta' riduzzjoni bħala ksilożju minn ksilan tal-injam tal-betan kull sekonda f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1111/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2011 (2), ikkonkludiet li l-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) ma għandux effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li din il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tal-ħżin tas-silage mill-foraġġi kollha billi tnaqqas il-pH u żżid il-preservazzjoni tal-materja niexfa u tal-proteina. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tas-silage”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2011; 9(6):2275.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-ħżin tas-silage.

1k2073

Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) li jkollha minimu ta’ 1,2x1011 CFU/g ta’ addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236)

 

Metodu analitiku  (1)

 

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix; EN 15787

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi tal-annimali kollha

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun..

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta użata ma’ taħlita ta’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silage. 2,4x108CFU/kg materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

24.11.2021


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta’ hawn taħt tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1112/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata għall-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati biex jintroduċu fl-Unjoni ċertu laħam frisk

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8 u l-ewwel subparagrafu ta’ punt 1 tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati li jintroduċu fl-Unjoni Ewropea ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja biex jiġu introdotti fl-Unjoni ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Dan jistipula li dawn it-tali kunsinni jiġu introdotti biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom li jidhru fil-lista ta’ Parti 1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta’ Settembru 2011, il-Paragwaj għarraf lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) li kienet faqqgħet il-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Din faqqgħet fid-disrett ta’ San Pedro u kienet ikkonfermata fit-18 ta’ Settembru 2011 b’analiżi mil-laboratorju (ELISA u EITB).

(3)

Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tispeċifika li importazzjonijiet mill-Paragwaj ta’ laħam frisk ta’ annimali bovini domestiċi huma awtorizzati.

(4)

Minħabba r-riskju li tfaqqa’ l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni b’rabta mal-importazzjoni ta’ laħam bovin frisk mill-Paragwaj, u fl-assenza ta’ garanziji li jippermettu r-reġjonalizzazzjoni tal-Paragwaj, it-tali importazzjonijiet m’għandhomx ikunu iżjed awtorizzati. L-entrata tal-Paragwaj f’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-entrata għall-Paragwaj għandha tinbidel b’dan li ġej:

“PY – Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-1

Il-pajjiż kollu ħlief iż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni

BOV

A

1

18.9.2011

l-1 t’Awwissu 2008”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1113/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

69,9

MA

44,1

MK

61,4

TR

88,3

ZZ

65,9

0707 00 05

AL

73,2

TR

140,5

ZZ

106,9

0709 90 70

MA

107,9

TR

105,2

ZZ

106,6

0805 20 10

MA

155,4

ZZ

155,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

54,5

HR

61,5

MA

62,4

TR

66,7

UY

66,3

ZZ

62,3

0805 50 10

AR

79,2

CL

76,1

TR

61,5

ZA

72,1

ZZ

72,2

0806 10 10

BR

246,3

LB

291,0

TR

135,7

US

252,5

ZA

80,8

ZZ

201,3

0808 10 80

CA

92,8

NZ

127,6

US

86,2

ZA

127,4

ZZ

108,5

0808 20 50

CN

51,8

TR

130,3

ZZ

91,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Novembru 2011

li tagħti deroga mitluba mill-Italja fir-rigward tar-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7770)

(It-test bil-lingwa Taljana biss huwa awtentiku)

(2011/721/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għaliha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta’ demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax l-ilħuq tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħal staġuni twal ta’ kultivazzjoni u uċuħ b’rata għolja ta’ assorbiment tan-nitroġenu.

(2)

L-Italja ressqet talba lill-Kummissjoni għal deroga skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE fir-rigward tar-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto.

(3)

Id-dedroga mitluba tikkonċerna l-intenzjoni tal-Italja li tippermetti l-applikazzjoni fir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto sa massimu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru kull sena minn demel tal-ifrat u minn demel ipproċessat tal-ħnieżer f’farms b’mill-anqas 70 % tal-uċuħ b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu u bi staġun twil tat-tkabbir. Huwa stmat li d-deroga potenzjalment tiġbor taħtha madwar 10 313 farm tal-ifrat u 1 241 farm tal-ħnieżer fir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto, li jgħoddu rispettivament għal 15,9 % u 9,7 % tal-farms kollha tal-ifrat u tal-ħnieżer f’dawn ir-Reġjuni, għal 10,7 % tal-Art Agrikola Użata u 29,1 % tal-bhejjem tal-ħalib kollha u għal 49,3 % tal-għadd totali ta’ ħnieżer fl-istess Reġjuni. Barra minn dan, il-farms tar-raba’ jistgħu japplikaw ukoll għad-deroga.

(4)

Il-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE u tistabbilixxi l-programmi ta’ azzjoni fl-Emilia Romagna (Deċiżjoni nru 1273/2011 5.09.2011), il-Lombardia (Deċiżjoni nru IX/2208 14.09.2011), il-Piemonte (Deċiżjoni 18-2612 19.09.2011) u l-Veneto (Deċiżjoni nru 1150 26.07.2011), ġiet adottata u tapplika flimkien ma’ din id-Deċiżjoni għall-perjodu ta’ bejn 2012 u 2015.

(5)

Iż-żoni vulnerabbli magħżula li japplikaw għalihom il-programmi jkopru madwar 63 % tal-Erja Agrikola Użata (EAU) tal-Emilia Romagna, 82 % tal-EAU tal-Lombardia, 38 % tal-EAU tal-Piemonte u 87 % tal-EAU tal-Veneto.

(6)

Id-dejta mressqa dwar il-kwalità tal-ilma turi li għall-ilma ta’ taħt l-art fir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto, 89 % mill-massa tal-ilma ta’ taħt l-art għandha medja ta’ konċentrazzjonijiet ta’ nitrati taħt il-50 mg/l ta’ nitrati u 63 % għandha medja ta’ konċentrazzjonijiet taħt il-25 mg/l ta’ nitrati. Għall-ilma tal-wiċċ, aktar minn 98 % tas-siti ta’ monitoraġġ għandhom medja ta’ konċentrazzjonijiet ta’ nitrati taħt il-25 mg/l u fl-ebda punt ma hemm konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 50 mg/l ta’ nitrati.

(7)

Ir-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto jgħoddu għal aktar minn 70 % tal-bhejjem fl-Italja: partikolarment, 67,1 % tal-ifrat tal-ħalib, 60,6 % tal-ifrat l-oħra, 81 % tal-ħnieżer u 79,4 % tat-tjur. L-għadd tal-bhejjem juri xejra ’l isfel fil-perjodu 1982-2007 (medja ta’ 20 % għall-erba’ Reġjuni).

(8)

Fil-perjodu 1979-2008 naqsu kemm il-konsum tan-nitroġenu kimiku kif ukoll l-użu ta’ fertilizzanti bil-fosforu minerali; tal-aħħar naqas b’70 %.

(9)

Il-mergħat, iż-żerriegħa tal-qamħirrun, il-qamħirrun għall-ħżin għall-għalf u ċ-ċereali tax-xitwa jokkupaw madwar 53 % tal-erja agrikola totali fl-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto.

(10)

Id-dokumenti anċillari li tressqu mat-talba għad-deroga juru li l-ammont propost ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena minn demel tal-ifrat u minn demel ipproċessat tal-ħnieżer huwa ġġustifikat abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma preċipitazzjoni netta għolja, staġuni twal ta’ tkabbir, u produzzjoni għolja ta’ uċuħ b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu.

(11)

Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-talba, tqis li l-ammont propost ta’ 250 kg għal kull ettaru minn demel tal-ifrat u minn demel ipproċessat tal-ħnieżer mhux se jippreġudika l-ksib tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet stretti.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga mitluba mill-Italja permezz tal-ittri tal-10 ta’ Marzu 2011 u tat-28 ta’ Lulju 2011, fir-rigward tar-Reġjuni tal-Emilia Romagna, il-Lombardia, il-Piemonte u l-Veneto, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta’ demel mill-bhejjem minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tagħha, tingħata, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“farms” tfisser azjendi agrikoli kemm jekk irabbu l-bhejjem kif ukoll jekk ma jrabbux;

(b)

“roqgħa ta’ art” tfisser għalqa individwali jew grupp ta’ għelieqi, li huma omoġenji f’dak li għandu x’jaqsam mal-uċuħ, it-tip ta’ ħamrija u l-prattiki ta’ fertilizzazzjoni;

(c)

“mergħa” tfisser artijiet li jintużaw għall-mergħa b’mod permanenti jew temporanju (temporanju ġeneralment tfisser perjodu ta’ anqas minn erba’ snin);

(d)

“qamħirrun li jimmatura tard” tfisser qamħirrun tal-klassi FAO 600-700, miżrugħ bejn nofs Marzu u l-bidu ta’ April, b’ċiklu ta’ tkabbir ta’ mill-anqas 145-150 jum;

(e)

“qamħirrun jew sorgu segwit bi ħxejjex tax-xitwa”, tfisser qamħirrun jew sorgu li jimmatura kmieni jew ftit aktar tard segwit bi ħxejjex tax-xitwa, bħalma huma s-sikrana Taljana, ix-xgħir, it-triticale jew is-segala tax-xitwa;

(f)

“ċereali tax-xitwa segwiti bi ħxejjex tax-sajf”, tfisser qamħ tax-xitwa, xgħir tax-xitwa jew triticale segwiti bi ħxejjex tas-sajf, bħalma huma l-qamħirrun, is-sorgu, is-Setaria jew il-Milju (Panicum) sp.;

(g)

“uċuħ b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu jew bi staġun ta’ tkabbir twil” tfisser mergħa, qamħirrun li jimmatura tard, qamħirrun jew sorgu segwit bi ħxejjex tax-xitwa u b’ċereali tax-xitwa segwiti bi ħxejjex tas-sajf;

(h)

“demel tal-ifrat” tfisser demel tal-bhejjem li jipproduċu l-ifrat, inkluż waqt li jkunu jirgħu jew f’forma pproċessata;

(i)

“trattament tad-demel” tfisser l-ipproċessar tad-demel tal-ħnieżer f’żewġ partijiet, il-parti solida u l-oħra likwida, u li jsir biex jitjieb l-użu fl-art u jiżdied l-irkupru tan-nitroġenu u tal-fosforu;

(j)

“demel ipproċessat” tfisser il-parti likwida li tirriżulta mit-trattament tad-demel tal-ħnieżer, bi proporzjon minimu ta’ nitroġenu mal-fostfat (N/P2O5) ta’ 2,5;

(k)

“demel ipproċessat mingħajr nitroġenu” tfisser demel ipproċessat b’kontenut ta’ nitroġenu ta’ anqas minn 30 % meta mqabbel mal-kontenut ta’ nitroġenu fid-demel tal-ħnieżer mhux ipproċessat;

(l)

“ħamrijiet b’kontenut baxx ta’ Materja Organika” tfisser ħamrijiet b’kontenut ta’ karbonju organiku ta’ anqas minn 2 % fit-30 ċentimetru ta’ fuq tal-ħamrija;

(m)

“ħamrijiet mingħajr salinità jew b’salinità baxxa” tfisser dawk il-ħamrijiet b’konduttività elettrika f’estratt minn għaġna saturata ta’ ħamrija ECe < 4 mS/cm jew b’konduttività elettrika ta’ EC 1:2 < 1 ms/cm f’estratt milwiem bi proporzjon ta’ ħamrija mal-ilma ta’ 1:2, jew żoni definiti li żgur mhumiex f’riskju ta’ salinizzazzjoni, kif indikat fil-mapep tal-ħamrija definiti fil-livell reġjonali;

(n)

“effiċjenza fl-użu tan-nitroġenu” tfisser il-perċentwali mit-total ta’ nitroġenu użat fil-forma ta’ demel tal-bhejjem li jkun disponibbli għall-uċuħ matul is-sena tal-użu.

Artikolu 3

Ambitu

Din id-Deċiżjoni tapplika fuq bażi individwali għal farms, fejn 70 % jew aktar tal-erja tal-farm tkun kkultivata b’uċuħ li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun twil tat-tkabbir u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 sa 7.

Artikolu 4

Applikazzjoni u impenn annwali

1.   Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga skont din id-Deċiżjoni għandhom ta’ kull sena jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti sal-15 ta’ Frar.

2.   Flimkien mal-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 huma għandhom jintrabtu bil-miktub li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7.

Artikolu 5

Trattament tad-demel

1.   Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga biex jużaw demel tal-ħnieżer ipproċessat għandhom ta’ kull sena jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta’ trattament tad-demel;

(b)

il-kapacità u l-karatteristiċi ewlenin tal-impjant tat-trattament, fosthom l-effiċjenza tiegħu;

(c)

l-ammont ta’ demel mibgħut għat-trattament;

(d)

l-ammont, il-kompożizzjoni, fosthom speċifikazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu u l-fosforu, u d-destinazzjoni tal-parti solida;

(e)

l-ammont, il-kompożizzjoni, fosthom speċifikazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu u l-fosforu, u d-destinazzjoni tad-demel ipproċessat;

(f)

l-istima tat-telf f’gassijiet matul it-trattament.

2.   Il-parti solida li tirriżulta mit-trattament tad-demel għandha tiġi stabbilizzata sabiex jitnaqqsu l-irwejjaħ u emissjonijiet oħrajn, jittejbu l-proprjetajiet agronomiċi u iġeniċi, jitħaffef il-maniġġ u tiżdied id-disponibbiltà tan-nitroġenu u l-fosfat għall-uċuħ. Il-prodott li jirriżultat ma għandux jintuża f’farms derogati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw miżuri biex iħeġġu l-użu tal-parti solida stabbilizzata f’ħamrijiet b’kontenut baxx ta’ Materja Organika. Dawn il-ħamrijiet huma indikati f’mapep imħejjija fil-livell reġjonali u li jkunu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-metodoloġiji għall-valutazjoni tal-kompożizzjoni tad-demel ipproċessat, il-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni u l-effiċjenza tat-trattament għal kull farm li jibbenefika minn deroga individwali.

4.   L-ammonja u l-emissjonijiet oħra mit-trattament tad-demel għandhom jiġu mmonitorjati mill-awtoritajiet kompetenti f’postijiet rappreżentattivi għal kull teknika ta’ trattament. Għandu jitħejja inventarju tal-emissjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ.

Artikolu 6

Użu ta’ demel u fertilizzanti oħra

1.   L-ammont ta’ demel tal-ifrat, inkluż dak mill-bhejjem stess, u ta’ demel ipproċessat applikat fuq l-art kull sena f’farms li jibbenefikaw minn deroga ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 250 kg nitroġenu għal kull ettaru, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 12.

2.   L-ammonti totali ta’ nitroġenu użat ma għandhomx jaqbżu l-bżonn prevista ta’ nutrijent għall-wiċċ ikkunsidrat. Għandu jqis id-disponibbiltà fil-ħamrija u d-disponibbiltà ogħla ta’ nitroġenu fid-demel minħabba t-trattament tad-demel. Ma għandux jaqbeż l-istandards massimi ta’ applikazzjoni, kif stabbiliti fil-programmi ta’ azzjoni applikabbli għall-farm.

3.   L-ammonti totali ta’ fosforu użat ma għandhomx jaqbżu l-bżonn prevista ta’ nutrijent għall-wiċċ ikkunsidrat u għandu jqis id-disponibbiltà tal-fosfat fil-ħamrija. Ma għandux jintuża fosforu fil-fertilizzanti kimiċi fil-farms derogati.

4.   Għandu jitħejja pjan ta’ fertilizzazzjoni b’deskrizzjoni tan-newba tal-uċuħ tal-farm u tal-għoti ppjanat ta’ demel u fertilizzanti minerali għall kull farm sal-15 ta’ Frar l-aktar tard.

Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-għadd ta’ bhejjem, deskrizzjoni ta’ kif jinżammu u tas-sistema tal-ħżin, inkluż il-volum u t-tip ta’ ħżin disponibbli għad-demel;

(b)

kalkolu tan-nitroġenu u fosforu fid-demel prodott fil-farm;

(c)

id-deskrizzjoni tat-trattament tad-demel u tal-karatteristiċi tad-demel ipproċessat (jekk rilevanti);

(d)

l-ammont, it-tip u l-karatteristiċi ta’ demel fornut barra l-farm jew fil-farm;

(e)

it-tinwib u l-erja tal-irqajja’ tal-art b’uċuħ li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun twil tat-tkabbir u rqajja’ b’uċuħ oħra;

(f)

ir-rendiment mistenni minn kull wiċċ ikkoltivat, skont in-nutriment u l-ilma disponibbli, kif ukoll il-kundizzjonijet lokali, bħall-klima, it-tip ta’ ħamrija, eċċ.;

(g)

il-ħtiġijiet stimati ta’ nitroġenu u fosforu għal kull roqgħa art;

(h)

kalkolu tan-nitroġenu u fosforu fid-demel li għandu jintuża f’kull roqgħa art;

(i)

kalkolu tan-nitroġenu mill-fertilizzanti kimiċi li għandu jintuża f’kull roqgħa art;

(j)

stima tal-ammont ta’ ilma meħtieġ għall-irrigazzjoni u indikazzjoni preċiża tas-sors tal-ilma; l-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-ilma jew il-kuntratt tal-użu tal-ilma mal-“konsorzju tal-ilma” rilevanti jew mappa li tindika li l-farm jinsab f’żoni fejn ilma ta’ taħt l-art baxx imiss maż-żona tal-għeruq għandha tkun inkluża fil-pjan.

Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiċi agrikoli sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjanijiet u l-prattiċi agrikoli attwali.

5.   Kull farm għandu jżomm iżomm rendikont tal-fertilizzazzjoni għal kull roqgħa art. Dawn għandhom jinkludu l-ammonti u meta ngħataw id-demel u l-fertilizzanti kimiċi.

6.   L-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-ilma jew il-kuntratt tal-użu tal-ilma mal-“konsorzju tal-ilma” rilevanti jew mappa li tindika li l-farm jinsab f’żoni fejn ilma ta’ taħt l-art baxx imiss maż-żona tal-għeruq għandha tkun disponibbli fil-farm. Fejn applikabbli, l-ammont ta’ ilma awtorizzat jew kuntrattat għandu jkun biżżejjed biex jintlaħqu redimenti tal-uċuħ li jinkisbu f’kundizzjonijiet fejn ma jkunx hemm restrizzjonijiet fl-ilma.

7.   Ir-riżultati tal-analiżi tan-nitroġenu u l-fosforu fil-ħamrija għandhom ikunu disponibbli għal kull farm li jibbenefika minn deroga. L-analiżi u t-teħid ta’ kampjuni għandhom jitwettqu qabel l-1 ta’ Ġunju u tal-anqas darba kull erba’ snin għall-fosforu u n-nitroġenu għall kull erja omoġenja tal-farm, fir-rigward tat-tinwib u tal-karatteristiċi tal-ħamrija. Tkun meħtieġa, mill-anqas, analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ art.

8.   Id-demel tal-bhejjem użat fil-farms derogati għandu jkollu effiċjenza tal-użu ta’ nitroġenu ta’ mill-anqas 65 % għall-parti likwida u ta’ 50 % għall-parti solida.

9.   Id-demel mill-bhejjem u l-fertilizzanti kimiċi applikati fil-farms derogati ma jistax jintuża wara l-1 ta’ Novembru.

10.   Mill-inqas, żewġ terzi tal-ammont ta’ nitroġenu mid-demel, għajr għall-nitroġenu mid-demel tal-bhejjem li jirgħu, għandu jintuża qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Għal dan il-għan, il-farms li jibbenefikaw minn deroga għandhom ikollhom kapaċità adekwata ta’ ħżin tad-demel tal-bhejjem, li tkun tista’ tkopri tal-anqas il-perjodi li matulhom ma jkunx permess l-użu tad-demel.

11.   Id-demel likwidu, inkluż id-demel ipproċessat u dak semilikwidu, għandu jiġi applikat permess ta’ tekniki ta’ applikazzjoni b’emissjonijiet baxxi. Id-demel solidu għandu jiġi inkorporat fi żmien 24 siegħa.

12.   Sabiex jiġu protetti l-ħamrijiet mir-riskju ta’ salinizzazzjoni, id-demel ipproċessat mingħajr nitroġenu għandu jkun permess biss fuq ħamrijiet mingħajr salinità jew b’salinità baxxa. Għal dak il-għan, il-bdiewa li jkollhom il-ħsieb li jużaw demel ipproċessat mingħajr nitroġenu, għandhom ikejlu l-konduttività elettrika fl-irqajja’ fejn ser jintuża tal-anqas kull erba’ snin u għandhom jinkludu r-riżultati fl-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu protokol li għandu jintuża mill-bdiewa biex ikejlu l-konduttività elettrika. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mapep li juru ż-żoni f’riskju ta’ salinizzazzjoni.

Artikolu 7

Immaniġjar tal-artijiet

Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga għandhom iżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

70 % jew aktar mill-erja tal-farm għandha tkun ikkoltivata b’uċuħ li jirrikjedu ħafna nitroġenu u staġun ta’ tkabbir twil;

(b)

il-mergħat temporanji għandhom jinħartu fir-rebbiegħa;

(c)

il-pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jipproċessaw in-nitroġenu atmosferiku fil-mergħat temporanji u permanenti ma għandhomx ikunu aktar minn 50 %;

(d)

il-qamħirrum li jimmatura tard għandu jinħasad (il-pjanta kollha);

(e)

il-ħxejjex tax-xitwa, bħalma huma s-sikrana Taljana, ix-xgħir, it-triticale jew is-segala tax-xitwa għandhom jinżergħu fi żmien ġimagħtejn wara l-ħsad tal-qamħirrun/sorgu u għandhom jinħasdu mhux qabel ġimagħtejn qabel ma jinżera’ l-qamħirrun/sorgu;

(f)

il-ħxejjex tas-sajf, bħalma huma l-qamħirrun, is-sorgu, is-Setaria jew il-Milju (Panicum) sp għandhom jinżergħu fi żmien ġimagħtejn wara l-ħsad taċ-ċereali tax-xitwa u għandhom jinħasdu mhux qabel ġimagħtejn qabel ma jinżergħu ċ-ċereali tax-xitwa;

(g)

wiċċ li jirrikjedi ħafna nitroġenu għandu jinżergħa fi żmien ġimagħtejn wara l-ħrit u ma għandhomx jintużaw fertilizzanti fis-sena li fiha jsir il-ħrit tal-mergħa permanenti.

Artikolu 8

Miżuri oħra

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-derogi li jingħataw għall-applikazzjoni ta’ demel ipproċessat ikunu kompatibbli mal-kapaċità tal-impjanti tat-trattament tad-demel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull deroga mogħtija tkun kompatibbli mal-użu awtorizzat tal-ilma fil-farm li jibbenefika mid-deroga.

Artikolu 9

Miżuri għat-trasport tad-demel

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li t-trasport tad-demel tal-bhejjem minn u lejn il-farms li jibbenefikaw minn deroga jiġi rreġistrat permess ta’ sistemi ta’ lokalizzazzjoni ġeografika jew li jiġi rreġistrat fid-dokumenti ta’ akkumpanjament u jiġi speċifikat il-post tal-oriġini u d-destinazzjoni. Ir-reġistrazzjoni permezz ta’ sistemi ta’ lokalizzazzjoni ġeografika hija obbligatorja għal vjaġġi li jkopru distanzi itwal minn 30 km.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li waqt il-vjaġġ ikun disponibbli dokument li jispeċifika l-ammont ta’ demel trasportat u l-kontentut ta’ nitroġenu u fosforu tiegħu.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-demel ipproċessat u l-partijiet solidi li jirriżultaw mit-trattament tad-demel jiġu analizzati għall-kontenut tagħhom ta’ nitroġenu u fosforu. L-analiżi għandha titwettaq minn laboratorji rikonoxxuti. Ir-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-bidwi li jkun ser jirċievi d-demel. Għandu jkun disponibbli ċertifikat tal-analiżi waqt kull vjaġġ.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull sena jitħejjew u jiġu aġġornati l-mapep li juru l-perċentwali tal-farms, il-perċentwali ta’ bhejjem, il-perċentwali ta’ art agrikola koperta b’deroga individwali u mapep li juru l-użu tal-art lokali għal kull muniċipalità. Għandha tinġabar u tiġi aġġornati kull sena dejta dwar it-tinwib u l-prattiki agrikoli fil-farms li jibbenefikaw minn derogi.

2.   Għandu jiġi stabbilit u miżmum netwerk ta’ monitoraġġ għat-teħid ta’ kampjuni tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma taħt l-art baxx sabiex jiġi valutat l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma. L-abbozz tan-netwerk ta’ monitoraġġ għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni. L-ammont ta’ siti mmonitorjati inizjalment ma jistax jitnaqqas u l-lokalità tas-siti ma tistax tinbidel matul il-perjodu tal-applikabbiltà ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Għandu jitwettaq monitoraġġ tal-ilma aktar bir-reqqa fiż-żoni agrikoli li jinsabu qrib il-mases tal-ilma l-aktar vulnerabbli u li għandhom jiġu identifikati mill-awtoritajiet kompetenti.

4.   Għandhom jiġu stabbiliti siti ta’ monitoraġġ, sabiex tkun provduta dejta dwar il-konċentrazzjoni ta’ nitroġenu u fosforu fl-ilma tal-ħamrija, dwar in-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija u t-telf korrispondenti ta’ nitroġenu u fosforu li jgħaddi miż-żona tal-għeruq għal ġol-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll it-telf ta’ nitroġenu u fosforu minn tnixxija fuq u taħt wiċċ l-art, kemm jekk taħt kundizzjonijiet ta’ deroga kif ukoll jekk le. Is-siti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu t-tipi ewlenin ta’ ħamrija, il-prattiki ta’ fertilizzazzjoni u l-uċuħ. L-abbozz tan-netwerk ta’ monitoraġġ għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni. L-ammont ta’ siti mmonitorjati inizjalment ma jistax jitnaqqas u l-lokalità tas-siti ma tistax tinbidel matul il-perjodu tal-applikabbiltà ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Verifika

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet kollha għal deroga jitressqu għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll juri li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ma ġewx issodisfati, l-applikant għandu jiġi mgħarraf b’dan. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.

2.   Għandu jkun stabbilit programm ta’ spezzjonijiet fuq il-post ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju, ir-riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u r-riżultati ta’ kontrolli ġenerali aleatorji tal-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE. L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom ikopru mill-anqas 5 % tal-farms li jibbenefikaw minn deroga fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli fuq il-post fuq mill-inqas 1 % tal-operazzjonijiet tat-trasport tad-demel, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju u tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1. Il-kontrolli għandhom jinkludu, tal-anqas valutazzjoni tad-dokumenti ta’ akkumpanjament, il-verifika tal-oriġini u tad-destinazzjoni tad-demel u t-teħid ta’ kampjuni mid-demel trasportat.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Fejn il-verifiki jindikaw nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa ta’ rimedju. Partikolarment bdiewa li ma jikkonformawx mal-Artikoli 5, 6 u 7 għandhom jiġu esklużi mid-deroga s-sena ta’ wara.

Artikolu 12

Rappurtar

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, sa Diċembru ta’ kull sena u sa Settembru għas-sena 2015, jissottomettu għand il-Kummissjoni rapport li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-deroga, abbażi ta’ kontrolli fil-livell ta’ farm kif ukoll tal-kontrolli fuq it-trasport tad-demel u l-informazzjoni dwar il-farms li ma jkunux konformi, abbażi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet amministrattivi u ta’ fuq il-post;

(b)

informazzjoni dwar it-trattament tad-demel, inkluż aktar ipproċessar u użu tal-partijiet solidi, u jipprovdu dejta dettaljata dwar il-karatteristiċi tas-sistemi ta’ trattament, l-effiċjenza tagħhom u l-kompożizzjoni tad-demel ipproċessat, kif ukoll dwar id-destinazzjoni finali tal-partijiet solidi;

(c)

mapep li juru żoni b’kontenut baxx ta’ materja organika, kif ukoll il-miżuri li ttieħdu sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-partijiet solidi stabbilizzati f’ħamrijiet b’kontenut baxx ta’ materja organika, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2);

(d)

il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kompożizzjoni tad-demel ipproċessat, il-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni u l-effiċjenza tat-trattament għal kull farm li jibbenifika minn deroga individwali, imsemmija fl-Artikolu 5(3);

(e)

l-inventarju tal-ammonja u ta’ emissjonijiet oħra mit-trattament tad-demel kif imsemmi fl-Artikolu 5(4);

(f)

il-protokol stabbilit biex titkejjel il-konduttività elettrika u l-mapep li juru ż-żoni affettwati mis-salinizzazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 6(12);

(g)

il-metodoloġiji għall-verifika tal-kompatibbiltà tad-derogi mogħtija mal-kapacità tal-impjanti tat-trattament tad-demel, imsemmija fl-Artikolu 8(1);

(h)

il-metodoloġiji għall-verifika tal-kompatibbiltà ta’ kull deroga mogħtija mal-użu awtorizzat tal-ilma fil-farm li qed jibbenifika mid-deroga imsemmija fl-Artikolu 8(2);

(i)

mapep li juru l-perċentwali tal-farms, il-perċentwal tal-bhejjem, il-perċentwal tal-art agrikola koperta minn derogi individwali u mapep li juru l-użu tal-art lokali, kif ukoll dejta dwar it-tinwib u l-prattiki agrikoli fil-farms derogati, imsemmija fl-Artikolu 10(1);

(j)

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma, fosthom informazzjoni dwar ix-xejriet tal-kwalità tal-ilmijiet ta’ taħt l-art u tal-wiċċ, kif ukoll l-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma kif imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(k)

il-lista tal-mases tal-ilma l-aktar vulnerabbli, imsemmija fl-Artikolu 10(3);

(l)

sommarju u evalwazzjoni tad-dejta miksuba mis-siti tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 10(4);

Artikolu 13

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika flimkien mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni fl-Emilia Romagna (Deċiżjoni nru 1273/2011 5.09.2011), il-Lombardia (Deċiżjoni nru IX/2208 14.09.2011), il-Piemonte (Deċiżjoni 18-2612 19.09.2011) u l-Veneto (Deċiżjoni nru 1150 26.07.2011).

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.