ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
5 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2008 ta’ l-4 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 774/2008 ta’ l-4 ta’ Awwissu 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 ta’ l-4 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 ta' l-4 ta' Awwissu 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP))

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2008 ta' l-4 ta' Awwissu 2008 li jemenda l-Annessi I, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ta' saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 778/2008 ta’ l-4 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2007/2008

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 779/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħut industrijali fl-ilmijiet Norveġiżi ta’ IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Iżvezja

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-saithe fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

14

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/637/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan

16

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ke-Ġordan

18

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/638/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni taċ-Ċina għall-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam tat-tjur ittrattati bis-sħana (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3874)  ( 1 )

24

 

 

2008/639/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3882)  ( 1 )

30

 

 

2008/640/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/692/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3883)  ( 1 )

32

 

 

2008/641/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2008 deroga mid-Deċiżjonijiet 2003/858/KE u 2006/656/KE u s-sospensjoni ta’ importazzjonijiet fil-Komunità mill-Malażja ta’ kunsinni ta’ ċertu ħut ħaj u ta’ ċerti prodotti ta’ l-akkwakultura (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3849)  ( 1 )

34

 

 

2008/642/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward l-entrati għall-Arġentina, il-Brażil u l-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3992)  ( 1 )

36

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/643/PESK ta’ l-4 ta' Awwissu 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN)

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 773/2008

ta’ l-4 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

27,8

TR

74,2

XS

26,5

ZZ

42,8

0709 90 70

TR

96,3

ZZ

96,3

0805 50 10

AR

76,6

US

95,7

UY

65,4

ZA

82,5

ZZ

80,1

0806 10 10

CL

68,1

EG

146,1

IL

145,6

MK

76,7

TR

137,6

ZZ

114,8

0808 10 80

AR

107,0

BR

92,3

CL

88,4

CN

84,0

NZ

107,3

US

92,3

ZA

81,6

ZZ

93,3

0808 20 50

AR

75,7

CL

59,2

NZ

152,7

TR

161,0

ZA

89,9

ZZ

107,7

0809 20 95

CA

441,4

TR

552,2

US

459,3

ZZ

484,3

0809 30

TR

153,4

US

191,9

ZZ

172,7

0809 40 05

BA

66,2

IL

118,7

TR

111,4

XS

62,1

ZZ

89,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 774/2008

ta’ l-4 ta’ Awwissu 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 206, 2.8.2008, p. 14.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mill-5 ta’ Awwissu 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,55

4,52

1701 11 90  (1)

23,55

9,76

1701 12 10  (1)

23,55

4,33

1701 12 90  (1)

23,55

9,33

1701 91 00  (2)

25,77

12,37

1701 99 10  (2)

25,77

7,83

1701 99 90  (2)

25,77

7,83

1702 90 95  (3)

0,26

0,39


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 775/2008

ta’ l-4 ta' Awwissu 2008

li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-addittiv canthaxanthin il-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali huma stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/7/KE ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 li temenda l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ canthaxanthin fil-prodotti ta’ l-għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). Għall-kategoriji koperti bid-Direttiva 2003/7/KE, dik id-Direttiva ssostitwixxiet il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 (3). Dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(2)

Mitluba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-Awtorità) adottat opinjoni fl-14 ta’ Ġunju 2007 dwar il-limiti massimi ta’ residwi (MRLs) għal canthaxanthin fil-prodotti ta’ l-għalf li joriġinaw minn annimali (4). Biex tiġi aċċettata d-doża ta’ canthaxanthin ta’ kuljum, l-Awtorità pproponiet li tistabbilixxi MRLs għal dik is-sustanza skond il-valuri mogħtija f’dik l-opinjoni.

(3)

L-MRLs għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-addittiv ta’ l-għalf canthaxanthin skond dan flimkien mal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni eżistenti ta’ dan l-addittiv.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal canthaxanthin, flimkien mal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE, limiti massimi ta’ residwi għandhom japplikaw kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 211).

(2)  ĠU L 22, 25.1.2003, p. 28.

(3)  ĠU L 289, 28.10.1998, p. 4.

(4)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar il-Limiti Massimi ta' Residwi għal canthaxanthin fil-prodotti ta' l-għalf minn annimali magħlufin b'canthaxanthin użat bħala addittiv ta' l-għalf. Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2007) 507, 1-19.


ANNESS

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Limiti Massimi ta’ Residwi (MRLs) fil-prodotti ta’ l-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali

Koloranti inklużi l-pigmenti

1.

Carotenoids u xanthophylls

E161 g

Canthaxanthin

C40H52O2

Tjur minbarra t-tiġieġ tal-bajd

15 mg canthaxanthin/kg ta’ fwied (tessut niedi) u 2.5 mg canthaxanthin/kg ġilda/xaħam (tessut niedi)

Tiġieġ li jbidu

30 mg canthaxanthin/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut niedi)

Salamun

10 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi)

Trota

5 mg ta’ canthaxanthin/kg ta’ muskolu tessut niedi)

 

3.1

Canthaxanthin awtorizzat bħala kulur fil-prodotti ta’ l-għalf mir-regoli Komunitarji

 

Tjur minbarra t-tiġieġ tal-bajd

15 mg canthaxanthin/kg ta’ fwied (tixju mxarrba) u 2,5 mg canthaxanthin/kg ġilda/xaħam (tessut niedi)

Tiġieġ li jbidu

30 mg canthaxanthin/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut niedi)

Salamun

10 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi)

Trota

5 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi)


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 776/2008

ta' l-4 ta' Awwissu 2008

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ l-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Acciughe sotto sale del Mar Ligure”, l-applikazzjoni tal-Belġju biex tirreġistra d-denominazzjonim “Brussels grondwitloof” u l-applikazzjoni ta’ Franza biex tirreġistra d-denominazzjoni “Œufs de Loué” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

(2)  ĠU C 279, 22.11.2007, p. 7 (Acciughe sotto sale del Mar Ligure), ĠU C 279, 22.11.2007, p. 24 (Brussels grondwitloof), ĠU C 282, 24.11.2007, p. 30 (Œufs de Loué).


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

 

Klassi 1.4. Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib ħlief butir, eċċ)

FRANZA

Œufs de Loué (IĠP)

 

Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

IL-BELĠJU

Brussels grondwitloof (IĠP)

 

Klassi 1.7. Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti magħmulin minnhom

L-ITALJA

Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP)


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 777/2008

ta' l-4 ta' Awwissu 2008

li jemenda l-Annessi I, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ta' saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli ta' saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi regoli ta' saħħa pubblika u dik ta' l-annimali għall-ġbir, trasport, ħażna, maniġġjar, ipproċessar u użu jew disponibbiltà ta' prodotti sekondarji mill-annimali u t-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti.

(2)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fih definizzjoni ta' dqiq tad-demm. Biex tkun iċċarata din id-definizzjoni, huwa xieraq li jkun speċifikat li din tkopri wkoll prodotti li jinkisbu bit-trattament bi sħana ta' frazzjonijiet ta' demm skond il-Kapitolu II ta' l-Anness VII ta' dan ir-Regolament, u maħsuba għall-konsum mill-annimali jew bħala fertilizzanti organiċi.

(3)

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-proteina pproċessata mill-annimali mammiferi huma stipulati fil-Kapitolu II ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Ir-rekwiżiti ta' trattament stipulati f' A(1) ta' dan il-Kapitolu, għall-proteina ppproċessata mill-annimali mammiferi, għandhom jiġu emendati biex titqies id-definizzjoni l-ġdida ta' dqiq tad-demm fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula li l-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu pproċessati f'sit differenti mis-sit ta' ġbir, sakemm dan ma jkunx f'bini kompletament maqtugħ għalih. Jistipula wkoll li l-ipproċessar tal-prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw mill-istess sit fl-impjanti ta' ipproċessar li jkunu konnessi ma' biċċerija permezz ta' sistema ta' konvejer jista' jkun permess skond ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ta' l-impjanti ta' ipproċessar tal-Kategorija 3, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jitħallew jidderogaw minn dawn id-dispożizzjonijiet u jippermettu d-dħul ta' materjal tal-Kategorija 3 li joriġina minn bnadi oħra approvati skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali (2), skond kundizzjonijiet li għandhom l-għan ta' kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 523/2008 (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 23).

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).


ANNESS

L-Annessi I, V u VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.

‘dqiq tad-demm’ ifisser prodotti dderivati mit-trattament bis-sħana ta’ demm jew frazzjonijiet ta' demm bi qbil ma’ l-Anness VII, Kapitolu II, u maħsuba għall-konsum mill-annimali jew għal fertilizzanti organiċi;”

(2)

Fl-Anness V, il-Kapitolu I, il-punt 1(a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-impjanti ta' pproċessar ma għandhomx jinsabu fl-istess sit tal-biċċeriji, sakemm ir-riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn biċċeriji bħal dawn, ma jittaffewx bil-konformità ma' mill-anqas dawn il-kundizzjonijiet:

(i)

l-impjant ta' pproċessar irid ikun fiżikament maqtugħ għalih mill-biċċerija; fejn xieraq billi l-impjant ta' pproċessar ikun jinsab f'bini li huwa għal kollox maqtugħ mill-biċċerija;

(ii)

dan li ġej irid ikun installat u jopera:

sistema ta' konvejer li jaqqgħad l-impjant ta' pproċessar mal-biċċerija,

dħul, postijiet ta' riċezzjoni, tagħmir u ħruġ separati għall-impjant ta' proċessar u l-biċċerija;

(iii)

iridu jittieħdu miżuri biex jitwaqqaf it-tixrid tar-riskji permezz tal-persunal li jaħdem fl-impjant ta' pproċessar u fil-biċċerija;

(iv)

persuni mhux awtorizzati u annimali ma għandux ikollhom aċċess għall-impjant ta' pproċessar.

Bħala deroga mill-punti (i) sa (iv), fil-każ ta' l-impjanti ta' pproċessar tal-Kategorija 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw kundizzjonijiet oħra minflok dawk stabbiliti f'dawn il-punti, bil-għan li jittaffew ir-riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, inklużi r-riskji li ġejjin mill-ipproċessar ta' materjal tal-Kategorija 3, li joriġina minn stabbilimenti lilhinn mis-sit approvati skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 33(1) dwar l-użu ta' din id-deroga mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.”

(3)

Fl-Anness VII, Kapitolu II, paragrafu A(1), l-ewwel sottoparagrafu qiegħed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-proteina pproċessata mill-annimali mammiferi trid tkun ġiet ippreżentata għal metodu ta’ pproċessar nru 1. Iżda, id-demm porċin jew frazzjonijiet ta' demm porċin jista' jiġi ippreżentat mill-banda l-oħra għal kull wieħed mill-metodi ta' pproċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta' pproċessar nru 7 sakemm fil-każ tal-metodu 7 ta' pproċessar, jiġi applikat trattament ta' sħana b'temperatura minima ta' 80 °C.”


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 778/2008

ta’ l-4 ta' Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u partikolarment l-Artikolu 90, il-punt c) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-ammont tal-għajnuna li għandha titħallas lill-impriżi tal-ipproċessar tal-għalf niexef, fil-limitu tal-kwantità massima ggarantita stipulat fl-Artikolu 89 tal-istess Regolament.

(2)

Skond l-Artikolu 33(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta' Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (2), l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' għalf niexef li għalihom ġiet irrikonoxxuta l-eliġibbiltà għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2007/2008. Minn dawn il-komunikazzjonijiet jirriżulta li ma nqabżitx il-kwantità massima ggarantita għall-għalf niexef.

(3)

L-ammont tal-għajnuna għall-għalf niexef għaldaqstant jitla' għal EUR 33 it-tunnellata, skond l-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef huwa stabbilit għal EUR 33 it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 232/2008 (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 6).


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 779/2008

tal-31 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħut industrijali fl-ilmijiet Norveġiżi ta’ IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p.1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 718/2008 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 8.).


ANNESS

Nru

14/T&Q

Stat Membru

SWE

Stokk

I/F/4AB-N.

Speċi

Il-ħut industrijali

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

Data

30.5.2008


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 780/2008

tal-31 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-saithe fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 718/2008 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 8).


ANNESS

Nru

13/T&Q

Stat Membru

POL

Stokk

POK/1N2AB.

Speċi

Saithe (Pollachius virens)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

Data

26.5.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Ġunju 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan

(2008/637/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 15 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jikkonċerna miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan kif ukoll jissostitwixxi l-Annessi I, II, III and IV u l-Protokolli 1 u 2 ta’ dak il-Ftehim (2) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”), approvat mid-Deċizjoni tal-Kunsill 2006/67/KE (3), introduċa iżjed konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fir-rigward ta’ prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006.

(2)

Wara li ġiet adottata d-Deċizjoni 2006/67/KE, l-awtoritajiet Ġordanjani infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni b’diskrepanzi relatati ma' ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana.

(3)

Għandu jiġi ċċarat li l-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni introdotti bil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jirriferu biss għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati, u mhux għal ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (“għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn”).

(4)

Għalhekk, l-Artikoli 11a u 16, kif ukoll l-Anness III u l-Anness tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom jiġu emendati sabiex jiġu korretti dawn id-diskrepanzi.

(5)

Għal prodotti agrikoli proċessati, li huma suġġetti għal klawsola ta’ reviżjoni, għandha tiżdied referenza għall-iskeda ta’ żmien għar-reviżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex tintrabat il-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.

(2)  ĠU L 41, 13.2.2006, p. 3.

(3)  ĠU L 41, 13.2.2006, p. 1.


FTEHIM

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ke-Ġordan

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-unur li nirreferi għall-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tagħkom wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/67/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan kif ukoll jibdel l-Annessi I, II, III u IV u l-Protokolli 1 u 2 ta’ dak il-Ftehim, fir-rigward ta’ diskrepanzi b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana.

Sabiex issir referenza għall-ispeċifikazzjoni ta’ żmien prevista għar-reviżjoni tal-konċessjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati, jiddaħħal paragrafu ġdid 5a fl-Artikolu 11a tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni:

“5a.   Mill-1 ta’ Jannar 2009, il-Kommunità u l-Ġordan għandhom jevalwaw is-sitwazzjoni bl-iskop li jiddeterminaw il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni applikabbli mill-Komunità u l-Ġordan b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.”.

Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri reċiproci l-ġodda ta’ liberalizzazzjoni introdotti bil-Ftehim approvat bid-Deċizjoni 2006/67/KE jirriferu biss għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati u mhux għal prodotti tas-sajd, l-Artikolu 16 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

1.   Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (‘għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn’) li joriġinaw fil-Ġordan għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 1.

2.   Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (‘għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn’) li joriġinaw fil-Komunità għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Ġordan skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 2.”.

Sabiex jiġu korretti d-diskrepanzi msemmija hawn fuq b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana, l-Anness III u l-Anness tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huma emendati kif ġej:

1.

fl-Anness III:

(a)

fil-Lista A, il-kodiċijiet 210690300, 210690400 u 210690600 huma mħassra;

(b)

fil-Lista B, il-kodiċijiet 1301100000, 130120100, 130120900, 130190100, 130190900, 130211100, 130211200, 130239100, 130239900, 190211100, 190211900, 190590210 u 210690900 huma mħassra;

(ċ)

fil-Lista D, il-kodiċi 350190000 huwa mħassar;

(d)

fil-Lista E, il-kodiċijiet 190300000, 200520100 u 210690990 huma mħassra;

(e)

fil-Lista F, il-kodiċi 190539000 huwa sostitwit bil-kodiċi 190532000;

(f)

fil-Lista G it-test għandu jaqra kif ġej: “Lista ta’ prodotti agrikoli pproċessati li għalihom ma għandhomx jitneħħew dazji doganali.”;

2.

fl-Anness tal-Protokoll 2:

(a)

taħt il-kategorija A, iterazzjoni waħda taħt il-kodiċi 130110100 hija mħassra;

(b)

taħt il-kategorija B, il-kodiċi 130213000 huwa mħassar;

(ċ)

taħt il-kategorija E, iterazzjoni waħda taħt il-kodiċi 130110900 hija mħassra.

Dan il-Ftehim għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2006.

Napprezza jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dan ta’ hawn fuq.

Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

26.9.2007

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā —

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

B.   Ittra mill-Gvern tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li taqra kif ġej:

“Għandi l-unur li nirreferi għall-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tagħkom wara l-adozzjoni tad- Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan kif ukoll jibdel l-Annessi I, II, III u IV u l-Protokolli 1 u 2 ta’ dak il-Ftehim, fir-rigward ta’ diskrepanzi b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana.

Sabiex issir referenza għall-ispeċifikazzjoni ta’ żmien prevista għar-reviżjoni tal-konċessjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati, jiddaħħal paragrafu ġdid 5a fl-Artikolu 11a tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni:

‘5a.   Mill-1 ta’ Jannar 2009, il-Kommunità u l-Ġordan għandhom jevalwaw is-sitwazzjoni bl-iskop li jiddeterminaw il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni applikabbli mill-Komunità u l-Ġordan b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.’.

Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri reċiproci l-ġodda ta’ liberalizzazzjoni introdotti bil-Ftehim approvat bid-Deċizjoni 2006/67/KE jirriferu biss għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati u mhux għal prodotti tas-sajd, l-Artikolu 16 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 16

1.   Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (“għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn”) li joriġinaw fil-Ġordan għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 1.

2.   Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (“għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn”) li joriġinaw fil-Komunità għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Ġordan skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 2.’.

Sabiex jiġu korretti d-diskrepanzi msemmija hawn fuq b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana, l-Anness III u l-Anness tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huma emendati kif ġej:

1.

fl-Anness III:

(a)

fil-Lista A, il-kodiċijiet 210690300, 210690400 u 210690600 huma mħassra;

(b)

fil-Lista B, il-kodiċijiet 1301100000, 130120100, 130120900, 130190100, 130190900, 130211100, 130211200, 130239100, 130239900, 190211100, 190211900, 190590210 u 210690900 huma mħassra;

(ċ)

fil-Lista D, il-kodiċi 350190000 huwa mħassar;

(d)

fil-Lista E, il-kodiċijiet 190300000, 200520100 u 210690990 huma mħassra;

(e)

fil-Lista F, il-kodiċi 190539000 huwa sostitwit bil-kodiċi 190532000;

(f)

fil-Lista G it-test għandu jaqra kif ġej: ‘Lista ta’ prodotti agrikoli pproċessati li għalihom ma għandhomx jitneħħew dazji doganali.’;

2.

fl-Anness tal-Protokoll 2:

(a)

taħt il-kategorija A, iterazzjoni waħda taħt il-kodiċi 130110100 hija mħassra;

(b)

taħt il-kategorija B, il-kodiċi 130213000 huwa mħassar;

(ċ)

taħt il-kategorija E, iterazzjoni waħda taħt il-kodiċi 130110900 hija mħassra.

Dan il-Ftehim għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2006.

Napprezza jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dan ta’ hawn fuq.”.

Nista’ ninformak li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta’ l-ittra tiegħek.

Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Done at Brussels,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

26.9.2007

For the Government of the Hashemite Kingdom of Jordan

За правителството на Хашемитското кралство Йордания

En nombre del Gobierno del Reino Hachemita de Jordania

Za vládu Jordánského hášimovského království

På regeringen for Det Hashemitiske Kongerige Jordans vegne

Im Namen der Regierung des Haschemitischen Königreichs Jordanien

Jordaania Hašimiidi Kunungriigi valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση του Χασμετικού Βασιλείου της Ιορδανίας

Pour le gouvernement du Royaume hachémite de Jordanie

Per il Regno hashemita di Giordania

Jordanijos Hašimitų Karalystěs Vyriausybės vardu

Jordānijas Hāšīmītu Karalistes valdības vārdā —

A Jordán Hasimita Királyság kormánya részéről

Voor het Hasjemitisch Koninkrijk Jordanië

W imieniu Rządu Haszymidzkiego Królestwa Jordanii

Pelo Reino Hachemita da Jordânia

Pentru Guvernul Regatului Hașemit al Jordaniei

Za vládu Jordánskeho hášimovského kráľovstva

Za Vlado Hašemitiske kraljevine Jordanije

Jordanian hašemitiisen kuningaskunnan hallituksen puolesta

På Hashemitiska konungariket Jordaniens regerings vägnar

Image


Kummissjoni

5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Lulju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni taċ-Ċina għall-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam tat-tjur ittrattati bis-sħana

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3874)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/638/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam flimkien ma' l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-intestini ttrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) tistipula r-regoli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' konsenji ta' ċerti prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-listi ta' pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjonijiet ta' prodotti bħal dawn għandhom jiġu awtorizzati. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll iċ-ċertifikati mudell u r-regoli dwar it-trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti.

(2)

Skond id-Deċiżjoni 2000/777/KE, iċ-Ċina hija awtorizzata biss tesporta lejn il-Komunità prodotti tal-laħam tat-tjur ittrattati bis-sħana f'kontenitur issiġġillat ermetikament għal valur Fo ta' tlieta jew iżjed b'konformità mal-Parti 4 ta' l-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-awtoritajiet Ċiniżi issa talbu lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tal-laħam tat-tjur li ġew suġġetti għal trattament inqas sever, jiġifieri trattament bis-sħana ta' temperatura minima ta' 70 °C.

(4)

Bosta missjonijiet ta' spezzjoni li twettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni fiċ-Ċina wrew li l-awtoritajiet kompetenti fiċ-Ċina, b'mod partikolari fil-Provinċja ta' Shandong huma strutturati sew biżżejjed biex jittrattaw l-istat ta' saħħa ta' annimali fil-każ tat-tjur.

(5)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet fil-Provinċja ta' Shandong kienu kapaċi juru li r-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali kif stipulati fid-Direttiva 2002/99/KE u d-Deċiżjoni 2007/777/KE huma sodisfatti.

(6)

Wara l-aħħar Sessjoni Ġenerali Annwali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) li saret f'Pariġi f'Mejju 2007 fejn iċ-Ċina saret membru sħiħ ta' dik l-organizzazzjoni, l-awtoritajiet Ċiniżi bagħtu regolarment tagħrif dwar saħħet l-annimali lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, huma qablu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 24 siegħa mill-konferma, b'tifqigħat inizjali ta' l-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle f'kull parti mit-territorju taċ-Ċina li qabel kien ħieles mill-mard.

(7)

Iċ-Ċina dan l-aħħar bagħtet kampjuni ta' virus ta' l-influwenza tat-tjur lil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza dwar l-Influwenza tat-Tjur (CRL). L-iskambju tal-kampjuni tal-virus joħloq il-possibbiltà li jsiru iktar studji dwar l-evoluzzjoni tal-virus u li jiġu eżaminati l-oriġini u l-mezzi possibbli għat-tixrid tal-virus.

(8)

Għalhekk huwa xieraq tiġi awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tal-laħam tat-tjur mill-Provinċja ta' Shandong fiċ-Ċina li ġew ittrattati bis-sħana b'temperatura minima ta' 70 °C b'konformità mal-Parti 4 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(9)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huma mibdula bit-test ta' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa minnufih biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


ANNESS

“ANNESS II

PARTI 1

It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi li huma elenkati fil-partijiet 2 u 3

Pajjiż

Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Kodiċi ISO

Verżjoni

L-Arġentina

AR

01/2004

Il-pajjiż kollu

AR-1

01/2004

Il-pajjiż kollu, ħlief il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

AR-2

01/2004

Il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti mid-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendata l-aħħar)

Il-Brażil

BR

01/2004

Il-pajjiż kollu

BR-1

01/2005

L-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

BR-2

01/2005

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso do Sul (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá);

L-Istat ta’ Paraná;

L-Istat ta’ Sao Paulo;

Parti mill-Istat ta’ Minas Gerais (ħlief għad-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí);

L-Istat ta’ Espíritu Santo;

L-Istat ta’ Rio Grande do Sul;

L-Istat ta’ Santa Catarina;

L-Istat ta’ Goias;

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li jinkludi:

l-unità reġjonali ta’ Cuiaba (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço); l-unità reġjonali ta’ Caceres (ħlief għall-muniċipalità ta’ Caceres); l-unità reġjonali ta’ Lucas do Rio Verde; l-unità reġjonali ta’ Rondonopolis (ħlief għall-muniċipalità ta’ Itiquiora); l-unità reġjonali ta’ Barra do Garça u l-unità reġjonali ta’ Barra do Burgres.

BR-3

01/2005

L-Istati ta’ Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

Iċ-Ċina

CN

01/2007

Il-pajjiż kollu

CN-1

01/2007

Il-Provinċja ta' Shandong

Il-Malażja

MY

01/2004

Il-pajjiż kollu

MY-1

01/2004

Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss

In-Namibja

NA

01/2005

Il-pajjiż kollu

NA-1

01/2005

Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

L-Afrika t’Isfel

ZA

01/2005

Il-pajjiż kollu

ZA-1

01/2005

Il-pajjiż kollu ħlief:

għall-parti taż-żona ta’ kontroll minħabba l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta’ Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona tal-fruntiera mal-Botswana, il-lvant tal-lonġitudini 28°, u d-distrett ta’ Camperdown fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal.

PARTI 2

Pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li l-importazzjonijiet fil-Komunità mingħandhom ta' prodotti tal-laħam flimkien ma' l-istonku, l-bżieżaq ta’ l-awrina u l-intestini ttrattati huma awtorizzati

(Ara l-Parti 4 ta' dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi użati f'din it-tabella).

Kodiċi ISO

Il-pajjiż ta’ l-oriġini jew parti minnu

1.

Annimal bovin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija għal skopijiet kummerċjali

(ħlief għall-ħnieżer)

Annimal ovin/kaprin domestiku

1.

Annimal porċin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija għal skopijiet kummerċjali

(ħnieżer)

Annimal b’difru sod domestiku

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija għal skopijiet kummerċjali

(ħlief għall-għasafar li ma jtirux)

Għasafar li ma jtirux imrobbija għal skopijiet kummerċjali

Il-fenek domestiku u l-leporidae mrobbija għal skopijiet kummerċjali

Annimali slavaġ tal-kaċċa bid-difer mifruq

(ħlief għall-ħnieżer)

Ħnieżer slavaġ

Annimal salvaġġ b’difru sod

Leporidae slavaġ

(fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa slavaġ

Mammali ta’ l-art slavaġ tal-kaċċa

(ħlief għall-mammali bid-difer mgħawweġ, għal dawk bid-difer sod u għal-leporidae)

AR

L-Arġentina AR

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

L-Arġentina AR-1 (1)

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

L-Arġentina AR-21 (1)

A (2)

A (2)

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

AU

L-Awstralja

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

A

BH

Il-Baħrejn

B

B

B

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

BR

Il-Brażil

XXX

XXX

XXX

A

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

Il-Brażil BR-1

XXX

XXX

XXX

A

XXX

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

Il-Brażil BR-2

C

C

C

A

D

D

A

C

XXX

XXX

A

D

XXX

Il-Brażil BR-3

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

BW

Il-Botswana

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

A

A

XXX

XXX

BY

Il-Belarus

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

CA

Il-Kanada

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

CH

L-Iżvizzera (*)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CL

Iċ-Ċili

A

A

A

A

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

CN

Iċ-Ċina

B

B

B

B

B

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

Iċ-Ċina CN-1

B

B

B

B

D

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

CO

Il-Kolombja

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ET

L-Etjopja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

GL

Greenland

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

A

A

HK

Hong Kong

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

HR

Il-Kroazja

A

A

D

A

A

A

A

A

D

XXX

A

A

XXX

IL

L-Iżrael

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

IN

L-Indja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

IS

L-Iżlanda

A

A

B

A

A

A

A

A

B

XXX

A

A

XXX

KE

Il-Kenja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

KR

Il-Korea t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

MA

Il-Marokk

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ME

Il-Montenegro

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

MG

Il-Madagaskar

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

D

XXX

MK

L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (**)

A

A

B

A

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MU

Il-Mawrizju

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MX

Il-Messiku

A

D

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

D

XXX

MY

Il-Malażja MY

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

Il-Malażja MY-1

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

NA

In-Namibja (1)

B

B

B

B

D

A

A

B

B

A

A

D

XXX

NZ

New Zealand

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

PY

Il-Paragwaj

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

RS

Is-Serbja (***)

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

RU

Ir-Russja

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

A

SG

Singapor

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

SZ

Is-Sważiland

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

A

A

XXX

XXX

TH

It-Tajlandja

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TN

It-Tuneżija

C

C

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TR

It-Turkija

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

UA

L-Ukraina

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

US

L-Istati Uniti

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

XXX

UY

L-Urugwaj

C

C

B

A

D

A

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

ZA

L-Afrika t’Isfel (1)

C

C

C

A

D

A

A

C

C

A

A

D

XXX

ZW

Iż-Żimbabwe (1)

C

C

B

A

D

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX


(1)  Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati.

(2)  Għall-prodotti tal-laħam u stonki, bżieżaq ta' l-awrina u intestini ttrattati ppreparati minn laħam frisk miksub minn annimali maqtula wara l-1 ta’ Marzu 2002.

(*)  Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli

(**)  L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma tippreġudikax bi kwalunkwe mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(***)  Li ma jinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

XXX

Ma tfassal l-ebda ċertifikat u prodotti tal-laħam u stonki ttrattati, bżieżaq ta' l-awrina u intestini li fihom laħam ta' din l-ispeċji mhumiex awtorizzati.”


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3882)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/639/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (2) tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf ta’ l-annimali.

(2)

Skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness akkompanjati b’dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull kunsinna kienet soġġetta, qabel ma ntbagħtet, għal test kimiku biex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għal saħħet il-bniedem. Dan it-test għandu jitwettaq, b’mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi osservata l-preżenza tal-chloramphenicol u n-nitrofuran u l-metaboliti tiegħu.

(3)

L-awtorità kompetenti Ċiniża pprovdiet il-pjan ta’ monitoraġġ tal-fdalijiet xieraq għat-tjur intenzjonati għall-esportazzjoni fil-Komunità. Il-pjan ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet issottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3).

(4)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni reċentement ivverifikat, fil-post, il-miżuri ta’ monitoraġġ applikati biex jiġu kkontrollati tal-fdalijiet ta’ mediċini veterinarji fit-tjur u r-riżultat ta’ din il-verifika kien favorevoli.

(5)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (4) il-Provinċja ta’ Xandong fiċ-Ċina ngħatat l-awtorizzazzjoni li timporta fl-UE prodotti tal-laħam tat-tjur ittrattati bis-sħana.

(6)

Il-prodotti tal-laħam tat-tjur għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti stabbilita fil-Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2002/994/KE u din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata skond dan.

(7)

L-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur miċ-Ċina fil-Komunità hi mingħajr dannu għall-miżuri sanitarji oħra adottati għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew ta’ l-annimali.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2002/994/KE, qed jiġi miżjud l-inċiż li ġej:

“—

prodotti tal-laħam tat-tjur”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 154. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/463/KE (ĠU L 160, 19.6.2008, p. 34).

(3)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 33. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/407/KE (ĠU L 143, 3.6.2008, p. 49).

(4)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Lulju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/692/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3883)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/640/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn razza tal-virus H5N1 b’patoġeniċità għolja, fix-Xlokk ta’ l-Ażja f’Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur. Dawn il-miżuri jinkludu b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/692/KE tas-6 ta’ Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi (3).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tat-29 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika u l-mudelli taċ-ċertifikati għal importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u stonkujiet, vexxiki u msaren trattati għal konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (4) awtorizzat l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur mill-Provinċja ta’ Shandong fiċ-Ċina li ġew trattati bis-sħana b’temperatura minima ta’ 70 oC.

(3)

Trattament tas-sħana bħal dan huwa biżżejjed biex jinattiva l-virus ta’ l-influwenza tat-tjur u r-riskju tas-saħħa ta’ l-annimali li jkun ġej mill-prodotti trattati bis-sħana jista’ għalhekk jitqies bħala negliġibbli.

(4)

Huwa għalhekk xieraq li tingħata deroga mis-sospensjoni ta’ l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom il-laħam tat-tjur stipulat fid-Deċiżjoni 2005/692/KE, biex ikunu jistgħu jsiru importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur bħal dawn sakemm ikunu ngħataw it-trattament bis-sħana b’konformità mad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/692/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/692/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni miċ-Ċina ta’:

(a)

laħam frisk tat-tjur;

(b)

preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom laħam tat-tjur;

(ċ)

ikel mhux imsajjar għall-annimali domestiċi u materjal ta’ l-għalf mhux ipproċessat li jkun fih xi parti tat-tjur;

(d)

bajd maħsub għall-konsum mill-bniedem; kif ukoll

(e)

laħam mhux trattat minn tjur tal-priża minn xi għasfur.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom laħam tat-tjur, sakemm dan il-laħam ikun għadda mit-trattamenti speċifiċi msemmija fil-punti B, C jew D tal-Parti 4 ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa minnufih biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(3)  ĠU L 263, 8.10.2005, p. 20. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/869/KE (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 104).

(4)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Lulju 2008

deroga mid-Deċiżjonijiet 2003/858/KE u 2006/656/KE u s-sospensjoni ta’ importazzjonijiet fil-Komunità mill-Malażja ta’ kunsinni ta’ ċertu ħut ħaj u ta’ ċerti prodotti ta’ l-akkwakultura

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3849)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/641/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrata t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akkwakultura (2) tistabbilixxi regoli li jrieġu l-importazzjonijiet fil-Komunità minn pajjiżi terzi ta’ annimali u prodotti ta’ l-akkwakultura. Din tistipula li l-importazzjonijiet ta’ annimali u prodotti ta’ l-akkwakultura għandhom jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva u li jiġu minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li jidhru f’lista magħmula skond din id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni 2003/858/KE tal-21 ta’ Novembru 2003 li tippreskrivi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u l-ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni għal importazzjonijiet ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum tal-bniedem (3) tistabbilixxi regoli armonizzati dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċertu ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom u ta’ ċertu ħut ħaj ta’ oriġini u ta’ prodotti ta’ l-akkwakultura tagħhom. Barra minn hekk, hi telenka t-territorji li minnhom huma awtorizzati fil-Komunità ċerti speċijiet ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/656/KE ta’ l-20 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ ħut għal fini ornamentali (4) tistabbilixxi regoli armonizzati dwar is-saħħa ta’ l-annimali għal importazzjonijiet ta’ ħut ornamentali fil-Komunità. Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni telenka t-territorji li minnhom huma awtorizzati importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċertu ħut ornamentali.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/858/KE telenka lill-Malażja bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ħut ħaj li jappartjeni għall-familja Cyprinidae, il-bajd u l-gametes tagħhom intenzjonati għat-trobbija u ta’ ħut ħaj ta’ oriġini ta’ akkwakultura ta’ din il-familja, il-bajd u l-gametes tagħhom intenzjonati għall-istokkjar mill-ġdid ta’ qtajja’ organizzata ta’ ħut.

(5)

Skond id-Deċiżjoni 2006/656/KE huma awtorizzati l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċertu ħut ornamentali mill-Malażja. Il-ħut tal-familja Cyprinidae huma koperti b’din id-Deċiżjoni.

(6)

Ir-riżultati ta’ l-aħħar spezzjoni Komunitarja li saret fil-Malażja urew nuqqasijiet serji fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ oqsma ta’ l-akkwakultura, in-notifika tal-mard u l-kontrolli uffiċjali tas-saħħa ta’ l-annimali fil-katina kollha tal-produzzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura u ta’ ħut ornamentali. Nuqqasijiet ta’ din ix-xorta probabbilment se jirriżultaw fit-tixrid tal-mard, għalhekk dawn joħolqu theddida serja għas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità. Nuqqas ta’ verifiki kif suppost tas-saħħa ta’ l-annimali mill-awtorità kompetenti tal-Malażja, li probabbilment ser iżżid din it-theddida, intwera ukoll mill-ispezzjoni.

(7)

Għalhekk hu meħtieġ li jiġu sospiżi l-importazzjonijiet mill-Malażja ta’ ħut ħaj li jappartjeni għall-familja Cyprinidae, il-bajd u l-gametes tagħhom intenzjonati għat-trobbija, ta’ ħut ħaj li jappartjeni għall-familja Cyprinidae ta’ oriġini ta’ l-akkwakultura, il-bajd u l-gametes għall-istokkjar mill-ġid ta’ qtajja’ organizzata ta’ ħut, kif ukoll ta’ ċerti ħut ornamentali li jappartjeni għal din il-familja. Billi l-ħut l-oħrajn kollha ornamentali tropikali importati mill-Malażja mhumiex suxxettibbli għan-nekrożi ematopojetika epiżootika, l-anemija infettuża tas-salamun, is-settiċemija emorraġika virali, il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni, il-mard fil-kliewi kaġunat mill-batterja, in-nekrożi pankreatika infettuża, il-virus erpete tal-Koi u l-infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris mhux meħtieġ li jiġu sospiżi l-importazzjonijiet ta’ ħut ornamentali tropikali.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 3(1) u (2) tad-Deċiżjoni 2003/858/KE u mill-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2006/656/KE, l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet fit-territorju tagħhom mill-Malażja tal-kunsinni segwenti ta’ ħut li jappartjenu għall-familja Cyprinidae, il-bajd u l-gametes tagħhom:

(a)

il-kunsinni ta’ ħut ħaj, intenzjonati għat-trobbija;

(b)

il-kunsinni ta’ ħut ħaj, li joriġina mill-akkwakultura intenzjonati għall-istokkjar mill-ġdid ta’ qtajja’ organizzata ta’ ħut; u

(c)

fil-każ ta’ kunsinni ta’ ħut ornamentali l-ispeċji Carassius auratus, Ctenopharyngodon idellus, Cyprinus carpio, Hypophthalmichthys molitrix, Aristichthys nobilis, Carassius carassius u Tinca tinca tal-familja Cyprinidae biss.

Artikolu 2

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallsu mill-kunsinnatur jew mill-aġent tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/158/KE (ĠU L 68, 8.3.2007, p. 10).

(4)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 71. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/592/KE (ĠU L 224, 29.8.2007, p. 5).


5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Lulju 2008

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward l-entrati għall-Arġentina, il-Brażil u l-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' ċertu laħam frisk lejn il-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3992)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/642/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976, li tfassal lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2), tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw il-laħam frisk ta' ċerti annimali.

(2)

L-Arġentina hija mniżżla f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, u tqassmet f’territorji differenti primarjament skond l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali tagħhom. It-territorju Arġentin tal-Patagonia, fin-Nofsinhar tat-42 parallel, huwa rikonoxxut li huwa ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim. L-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam frisk bl-għadma minn ċerti annimali huma awtorizzati minn dak it-territorju. It-territorji l-oħra ta’ l-Arġentina huma rikonoxxuti li huma ħielsa mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer bit-tilqim u huma biss l-importazzjonijiet tal-laħam frisk, dissussat u mmaturat, minn dawk it-territorji lejn il-Komunità li huma awtorizzati.

(3)

Fl-2007, territorju Arġentin fit-Tramuntana tat-42 parallel li jikkorrispondi għal partijiet mill-provinċji ta’ Neuquén u Rio Negro kien rikonoxxut li huwa ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE).

(4)

B’segwitu għal dak li ġie rikonoxxut, l-Arġentina talbet li l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam frisk bl-għadma minn dak it-territorju huwa awtorizzat. Fi Frar 2008, saret spezzjoni mill-Komunità fl-Arġentina biex tiġi vverifikata s-sitwazzjoni fuq il-post. Minħabba li r-riżultat ta’ dik il-missjoni kien favorevoli, huwa xieraq li jiġu awtorizzati importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam frisk bl-għadma minn ċerti annimali minn dak it-territorju.

(5)

Saru bosta spezzjonijiet mill-Komunità fil-Brażil, inkluż fl-Istati ta’ Paraná u ta’ São Paulo. B’riżultat ta’ dawk l-ispezzjonijiet, id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/61/KE, tistipula miżuri tal-importazzjoni li jsaħħu l-kontroll u s-sorveljanza tal-irziezet li minnhom jinħarġu l-annimali eliġibbli għall-esportazzjoni lejn il-Komunità sabiex tawtorizza l-importazzjonijiet ta’ laħam tal-bovini frisk, dissussat u mmaturat, biss minn annimali ġejjin minn irziezet approvati speċifikament, li jinsabu fi Stati li huma rikonnoxuti li huma ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer sew jekk bit-tilqim u sew jekk mingħajru.

(6)

F’Mejju 2008, l-istatus ta’ ħelsien mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer bit-tilqim kien reġa’ ngħata mill-OIE lil xi Stati Brażiljani, bħall-Paraná and São Paulo.

(7)

Meta wieħed iqis l-istatus ta’ ħelsien mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer ta’ dawk l-Istati, u meta wieħed iqis ir-riżultati tal-ispezzjonijiet li saru fil-Brażil, dawn l-Istati għandhom jerġgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ territorji li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam tal-bovini frisk, dissussat u mmaturat, skond il-kundizzjonijiet uniformi li huma applikabbli għall-Istati Brażiljani l-oħra li huma ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer bit-tilqim u li attwalment huma awtorizzati għal importazzjonijiet simili lejn il-Komunità.

(8)

Fl-2007, il-Paragwaj kien rikonoxxut mill-OIE li huwa ħelsien mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer bit-tilqim bl-eċċezzjoni ta’ żona b’livell għoli ta’ sorveljanza tul il-fruntieri esterni tiegħu. F’April 2008, saret spezzjoni mill-Komunità fil-Paragwaj biex tiġi vverifikata s-sitwazzjoni fuq il-post.

(9)

Ir-riżultat favorevoli ta’ dik l-ispezzjoni jissuġġerixxi li huwa xieraq li jiġu awtorizzati importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam tal-bovini frisk, dissussat u mmaturat, mit-territorju tal-Paragwaj li huwa rikonoxxut li huwa ħieles mill-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer bit-tilqim.

(10)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tkun emendata skon dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/61/KE (ĠU L 15, 18.1.2008, p. 33).


ANNESS

“Parti 1

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET MINNHOM (*)

Pajjiż

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Data tal-għeluq (**)

Data tal-ftuħ (***)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

AL — L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

AR — L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta': Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (minbarra d-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar), Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Parti minn Neuquén (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), Parti minn Rio Negro (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman, Cordoba, La Pampa, Santiago del Estero, Chaco, Formosa, Jujuy u Salta, minbarra ż-żona ta’ lqugħ ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

BOV

A

1

 

18 ta’ Marzu 2005

RUF

A

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

AR-2

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

1 ta’ Marzu 2002

AR-3

Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

BOV, RUF

A

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

AR-4

Part of Río Negro (minbarra: F’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjal 2; f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-tramuntana tat-triq Provinċjali 7, mill-intersezzjoni tagħha mat-triq Provinċjali 66 sal-fruntiera mad-Dipartiment ta' Avellaneda; u f'San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2)

Parti minn Neuquén (minbarra fi Confluencia, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17, u f’Picun Leufú, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17)

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

1 ta’ Awwissu 2008

AU — L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

BA — Il-Bożnija Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BH — Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BR — Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

Parti mill-Istat ta' Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí); L-Istat ta' Espíritu Santo; L-Istat ta' Goias;

Parti mill-Istat ta' Mato Grosso li tinkludi l-unitajiet reġjonali ta':

Cuiaba (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço),

Caceres (minbarra l-muniċipalità ta’ Caceres),

Lucas do Rio Verde,

Rondonopolis (minbarra l-muniċipalità ta’ Itiquiora),

Barra do Garça,

Barra do Burgres,

L-Istat ta’ Rio Grande do Sul

BOV

A u H

1

 

31 ta’ Jannar 2008

BR-2

L-Istat ta’ Santa Catarina

BOV

A u H

1

 

31 ta’ Jannar 2008

BR-3

L-Istati ta' Paraná u Sao Paulo

BOV

A u H

1

 

1 ta’ Awwissu 2008

BW — Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll tal-mard 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

1 ta’ Diċembru 2007

BW-2

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll tal-mard 10, 11, 12, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

7 ta’ Marzu 2002

BY — Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BZ — Il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CA — Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW

G

 

 

 

CH — L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CL — Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

 

 

CN — Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CO — Il-Kolombja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

CR — Il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CU — Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

DZ — L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

ET — L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

FK — Il-Gżejjer Falkland

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

GL — Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

GT — Il-Gwatemala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HK — Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

HN — Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HR — Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

IL — L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IN — L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IS — L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

KE — Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MA — Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

ME — Il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

MG — Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (****)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

 

 

MU — Il-Mawrizju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MX — Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

NA — In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

NA-1

Lejn in-Nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

NC — New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

 

 

NI — In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

NZ — New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

PA — Il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

PY — Il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-1

Il-pajjiż kollu minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta' sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri

BOV

A

1

 

1 ta’ Awwissu 2008

RS — Is-Serbja (*****)

RS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

RU — Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

RU-1

Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets

RUF

 

 

 

 

SV — El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

SZ — Is-Sważiland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ “linja ħamra” li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera ma’ l-Afrika t’Isfel, fil-Punent ta’ Nkalashane,

BOV, RUF, RUW

F

1

 

 

SZ-2

Iż-żoni veterinarji ta’ sorveljanza u tal-kontroll tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 tal-2001

BOV, RUF, RUW

F

1

 

4 ta’ Awwissu 2003

TH — It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TN — It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR — It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

 

 

UA — L-Ukrajna

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW,RUF, RUW

G

 

 

 

UY — L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BOV

A

1

 

1 ta’ Novembru 2001

OVI

A

1

 

 

ZA — L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu minbarra:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28°, u

d-distrett d-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

ZW — Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 


(*)  Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni speċifiċi pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(**)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista' jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data.

Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data.

(NB: l-ebda data fil-kolonna 7 ma tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet ta’ żmien).

(***)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista' jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 ma tfisser li m'hemmx restrizzjonijiet ta' żmien).

(****)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma tippreġudikax, bi kwalunkwe mod, in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż li se tkun miftiehma wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(*****)  Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

=

Ċertifikati skond il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

=

Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (minbarra għal dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu)

1

=

Restrizzjonijiet ta’ kategorija:

Il-ġewwieni mhuwiex awtorizzat (ħlief, fil-każ tal-ispeċi tal-bovini, id-dijaframma u l-muskoli masseteri [tax-xedaq]).”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/43


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/643/PESK

ta’ l-4 ta' Awwissu 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit- 30 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK (1) għal perijodu ta’ 3 snin. Il-fażi operattiva ta' l-EUPOL AFGHANISTAN bdiet fil-15 ta' Ġunju 2007.

(2)

L-ammont finanzjarju ta’ referenza previst fl-Artikolu 13(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK għandu jkopri l-perijodu sat-30 ta’ Novembru 2008,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK hija b'dan emendata kif ġej L-Artikolu 13 (1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza intiż sabiex ikopri l-infiq marbut ma' l-EUPOL AFGANISTAN sat-30 ta' Novembru 2008 għandu jkun ta' EUR 43 600 000.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33. L-Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata permezz ta' l-Azzjoni Konġunta 2008/229/PESK (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 80).