ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
30 ta' Diċembru 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament (KE) Nru 1921/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-preżentazzjoni ta' data ta' l-istatistika dwar l-iżbark ta' prodotti tas-sajd fl-Istati Membri u li tħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 ( 3 )

1

 

*

Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

9

 

*

Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) ( 3 )

18

 

 

II   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri

 

*

Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-11 ta' Diċembru 2006 dwar il-post tas-sede ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

61

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 403.

 

(3)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) NRU 1921/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar il-preżentazzjoni ta' data ta' l-istatistika dwar l-iżbark ta' prodotti tas-sajd fl-Istati Membri u li tħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 tal-21 ta' Mejju 1991 dwar il-preżentazzjoni ta' data dwar l-iżbark ta' prodotti tas-sajd fl-Istati Membri (2) jeħtieġ lill-Istati Membri jissottomettu data dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet medji tal-prodotti tas-sajd li jiġu żbarkati fit-territorju tagħhom.

(2)

L-esperjenza wriet li l-analiżi tas-suq għall-prodotti tas-sajd u analiżi ekonomiċi oħra ma jiġux affettwati b'mod ħażin jekk id-data tiġi ppreżentata taħt leġiżlazzjoni Komunitarja kull sena minflok kull xahar.

(3)

L-analiżi jittejbu jekk id-data titqassam skond l-istat tal-bandiera tal-bastimenti tas-sajd li jwettqu l-iżbarki.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1382/91 jimponi limitu fuq kemm it-tekniki għat-teħid ta' kampjuni huma permessi meta l-ġbir u l-kumpilazzjoni ta' data jpoġġu piż eċċessiv fuq ċerti awtoritajiet nazzjonali. Sabiex tittejjeb u tiġi ssimplifikata s-sistema għall-preżentazzjoni ta' data, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi sostitwit bi strument ġdid. Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 1382/91 għandu jitħassar.

(5)

Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas legali komuni għal produzzjoni sistematika ta' data ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-iżbarki ta' prodotti tas-sajd fl-Istati Membri, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (3) jipprovdi qafas ta' referenza għall-istatistika fil-qasam tas-sajd. B'mod partikolari, jeħtieġ il-konformità ma' prinċipji ta' imparzjalità, kredibilita', relevanza, effettività fl-infiq, kunfidenzjalità ta' l-istatistika u trasparenza.

(7)

Huwa importanti li tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u, sabiex dan iseħħ, li jsir provvediment għal proċedura Komunitarja biex tgħin tiddetermina l-arranġamenti ta' implimentazzjoni fi skeda ta' żmien approprjata u biex isiru l-adattamenti tekniċi meħtieġa.

(8)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

(9)

Peress li d-data ta' l-istatistika dwar l-iżbark ta' prodotti tas-sajd hija għodda essenzjali għall-ġestjoni tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, huwa xieraq li jkun provvediment għall-possibiltà li l-proċedura ta' ġestjoni prevista mid-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-għotja ta' perjodi ta' transizzjoni lill-Istati Membri għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament u derogi sabiex jeskludu data' ta' l-istatistika li tkopri settur partikolari ta' l-industrija tas-sajd mid-data ta' l-istatistika nazzjonali ppreżentata.

(10)

Min-naħa l-oħra, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawn l-Annessi għandhom jiġu addattati teknikament. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“bastimenti tas-sajd Komunitarji” tfisser bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u reġistrati fil-Komunità;

2)

“bastimenti tas-sajd ta' l-EFTA” tfisser bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiż ta' l-EFTA, jew li huma reġistrati fih;

3)

“Valur ta' unità” tfisser:

(a)

il-valur ta' l-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd li ġew żbarkati (fil-munita nazzjonali) diviż bil-kwantità li ġie żbarkat (f'tunnellati), jew

(b)

għall-prodotti tas-sajd li ma jinbiegħux mill-ewwel, il-prezz medju għal kull tunnellata fil-munita nazzjonali, stmat permezz ta' metodu adatt.

Artikolu 2

Obbligi ta' l-Istati Membri

1.   Kull sena kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni data ta' l-istatistika dwar il-prodotti tas-sajd li ġew żbarkati fit-terittorju tiegħu minn bastimenti għas-sajd tal-Komunità u ta' l-EFTA (minn hawn 'il quddiem imsejħa “data ta' l-istatistika”).

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-prodotti tas-sajd li ġejjin għandhom ikunu meqjusa li ġew żbarkati fit-territorju ta' l-Istat Membru li jirrappurtahom:

(a)

prodotti li ġew żbarkati minn bastimenti tas-sajd jew partijiet oħra tal-flotta tas-sajd fil-portijiet nazzjonali fi ħdan il-Komunità;

(b)

prodotti li ġew żbarkati minn bastimenti għas-sajd ta' l-Istat Membru li jirrappurtahom f'portijiet li mhumiex tal-Komunità u li huma koperti bil-formola T2M li tinsab fl-Anness 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (5).

Artikolu 3

Kumpilazzjoni ta' data ta' l-istatistika

1.   Id-data ta' l-istatistika għandha tkopri l-iżbarki kollha fuq it-territorju nazzjonali fi ħdan il-Komunità.

2.   Tekniki tat-teħid ta' kampjuni jistgħu jintużaw fejn, minħabba l-karatteristiċi strutturali ta' settur partikolari tas-sajd ta' Stat Membru, il-ġbir komprensiv ta' data tirriżulta f'diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li huma sproporzjonati ma' l-importanza ta' dak is-settur.

Artikolu 4

Data ta' l-istatistika

Id-data ta' l-istatistika għandha tkun relatata mal-kwantitajiet totali u l-valuri ta' unità tal-prodotti tas-sajd li ġew żbarkati fis-sena tal-kalendarju ta' referenza.

Il-varjabbli li għalihom id-data ta' l-istatistika trid tiġi ppreżentata, id-definizzjonijiet tagħhom u n-nomenklaturi relevanti huma mogħtija fl-Annessi II, III u IV.

Artikolu 5

Preżentazzjoni ta' data ta' l-istatistika

L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-data ta' l-istatistika lill-Kummissjoni fuq bażi annwali skond il-format speċifikat fl-Anness I u bl-użu tal-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi II, III u IV.

Id-data ta' l-istatistika għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena tal-kalendarju ta' referenza.

Artikolu 6

Metodoloġija

1.   Sa 19 ta' Januar 2008, kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport metodoloġiku dettaljat lill-Kummissjoni li fih jiddeskrivi kif id-data tkun inġabret u kif l-istatistika ġiet ikkumpilata. Dak ir-rapport għandu jinkludi d-dettalji tat-tekniki kollha għat-teħid tal-kampjuni u evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-estimi li jirriżultaw.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika ta' l-Agrikultura (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”) stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (6).

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull bidla fl-informazzjoni provduta taħt il-paragrafu 1 fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni ta' tali bidla. Għandhom jgħaddu wkoll lill-Kummissjoni dettalji ta' kull bidla sostanzjali fil-metodi tal-ġbir li jintużaw.

Artikolu 7

Perjodi ta' tranżizzjoni

Perjodi ta' tranżizzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolment, li ma jdumux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jistgħu jingħataw lill-Istati Membri skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 8

Derogi

1.   Fejn l-inklużjoni fl-istatistika ta' settur partikolari ta' l-industrija tas-sajd ta' Stat Membru tkun ser toħloq diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li huma sproporzjonati ma' l-importanza ta' dak is-settur, tista' tingħata deroga skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), li tippermetti lill-Istat Membru jeskludi d-data ta' l-istatistika li tkopri lil dak is-settur mid-data ta' l-istatistika nazzjonali ppreżentata.

2.   Fejn Stat Membru jitlob deroga taħt il-paragrafu 1, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, bħala appoġġ għat-talba, rapport dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-iżbarki kollha fit-territorju tagħhom.

Artikolu 9

Aġġornament ta' l-annessi

Il-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' l-addattament tekniku ta' l-Annessi għandhom ikun adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 10

Evalwazzjoni

Sa 19 ta' Januar 2010, u għal kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-data ta' l-istatistika miġbura skond dan ir-Regolament u b'mod partikolari dwar ir-relevanza u l-kwalità tagħha. Ir-rapport għandu janalizza wkoll l-effettività fl-infiq tas-sistema wżata għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data ta' l-istatistika u għandu jippreżenta l-aħjar prattiċi sabiex jitnaqqas l-ammont ta' xogħol għall-Istati Membri u jtejjeb l-użu u l-kwalità tad-data ta' l-istatistika.

Artikolu 11

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'rigward għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 1382/91 huwa permezz ta' dan imħassar.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORREL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Novembru 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 133, 28.5.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).

(6)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.


ANNESS I

FORMAT TAD-DATA TA' L-ISTATISTIKA SOTTOMESSA

Format tal-fajl tad-data ta' l-istatistika

Id-data ta' l-istatistika għandha tiġi ppreżentata f'fajl li fih kull rekord tinkludi l-oqsma indikati hawn taħt. Dawn l-oqsma għandhom ikunu separati b'virgola (“,”).

Qasam

Nota

Anness

Sena ta’ referenza

4 numri (e.ż. 2003)

 

Pajjiż li qed jirraporta

Kodiċi Alfa-3

Anness II

Speċi jew grupp ta’ speċi

Kodiċi internazzjonali alfa-3 (*)

-

Stat tal-bandiera

Kodiċi Alfa-3

Anness II

Preżentazzjoni

 

Anness III

Użu intenzjonat

 

Anness IV

Kwantità

Tunnellati li ġew żbarkati (sa l-ewwel punt deċimali)

 

Valur ta’ unità

Munità nazzjonali għal kull tunnellata

 

Kwantitajiet ta' inqas minn 50 kg tal-piż li ġie żbarkat għandhom jiġu rreġistrati bħala “0,0”.


(*)  Lista sħiħa tal-kodiċijiet alfa-3 internazzjonali ta' l-ispeċi tinstab fil-fajl ASFIS ta' l-FAO (http://www.fao.org/fi/statist/fisoft/asfis/asfis.asp)


ANNESS II

LISTA TAL-KODIĊIJIET TAL-PAJJIŻ

Pajjiż

Kodiċi

Il-Belġju

BEL

Ir-Repubblika Ċeka

CZE

Id-Danimarka

DNK

Il-Ġermanja

DEU

L-Estonja

EST

Il-Greċja

GRC

Spanja

ESP

Franza

FRA

L-Irlanda

IRL

L-Italja

ITA

Ċipru

CYP

Il-Latvja

LVA

Il-Litwanja

LTU

Il-Lussemburgu

LUX

L-Ungerija

HUN

Malta

MLT

L-Olanda

NLD

L-Awstrija

AUT

Il-Polonja

POL

Il-Portugall

PRT

Is-Slovenja

SVN

Is-Slovakkja

SVK

Il-Finlandja

FIN

L-Iżvezja

SWE

Ir-Renju Unit

GBR

l-Iżlanda

ISL

In-Norveġja

NOR

Oħrajn

OTH


ANNESS III

LISTA TA' KODIĊIJIET TAL-PREŻENTAZZJONI

Parti A

Lista

Preżentazzjoni

Kodiċi

Frisk (mhux speċifikat)

10

Frisk (sħiħ)

11

Frisk (imnaddaf)

12

Frisk (dnieb)

13

Frisk (imqatta’)

14

Frisk (imnaddaf u mingħajr ras)

16

Frisk (ħaj)

18

Frisk (ieħor)

19

Friżat (mhux speċifikat)

20

Friżat (sħiħ)

21

Friżat (imnaddaf)

22

Friżat (dnieb)

23

Friżat (imqatta’)

24

Friżat (mhux imqatta’)

25

Friżat (imnaddaf u mingħajr ras)

26

Friżat (imnaddaf)

27

Friżat (mhux imnaddaf)

28

Friżat (ieħor)

29

Immellaħ (mhux speċifikat)

30

Immellaħ (sħiħ)

31

Immellaħ (imnaddaf)

32

Immellaħ (imqatta’)

34

Immellaħ (imnaddaf u mingħajr ras)

36

Immellaħ (ieħor)

39

Affumikat

40

Imsajjar

50

Imsajjar (iffriżat u ppakkjat)

60

Imnixxef (mhux speċifikat)

70

Imnixxef (sħiħ)

71

Imnixxef (imnaddaf)

72

Imnixxef (imqatta’)

74

Imnixxef (imnaddaf u mingħajr ras)

76

Imnixxef (mingħajr ġilda)

77

Imnixxef (oħra)

79

Sħiħ (mhux speċifikat)

91

Dwiefer

80

Bajd

85

Il-preżentazzjoni mhux magħrufa

99

Parti B

Noti

1.

Imqatta': biċċiet ta' laħam maqtugħa b'mod parallel mas-sinsla tal-ħuta u li jikkonsistu fin-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-ħuta, sakemm ir-ras, il-vixxri, il-ġwienaħ (dorsali, anali, tad-denb, ventrali u pettorali) u x-xewk (vertebrali jew is-sinsla ewlenija, ventrali jew kostali, bronkjali jew ta' l-istirrup, eċċ.) ġew imneħħija u ż-żewġ naħat mhumiex konnessi, per eżempju permezz tad-dahar u ta' l-istonku.

2.

Ħut sħiħ: ħut mhux imnaddaf.

3.

Imnaddaf: klamari fejn l-idejn, ir-ras u l-organi interni tneħħew mill-ġisem.

4.

Ħut iffriżat: ħut li kien soġġett għall-iffriżar b'mod li jippriserva l-kwalità inerenti tal-ħut billi t-temperatura medja titnaqqas għal -18 °C jew aktar baxxa u li mbagħad jinżamm f'temperatura ta' -18 °C jew anqas.

5.

Ħut frisk: ħut li ma ġiex ippriservat, trattat, iffriżat jew trattat b'xi mod ieħor ħlief li ġie mkessaħ. Ġeneralment dawn jiġu ppreżentati sħaħ jew mnaddfa.

6.

Ħut immellaħ: ħut li spiss ikun imnaddaf u mingħajr ras, ippriservat fil-melħ jew fis-salmura.


ANNESS IV

LISTA TA' KODIĊIJIET GĦALL-UŻU INTENZJONAT TAL-PRODOTTI TAS-SAJD

Parti A

Lista

Destinazzjoni

Kodiċi

Tip ta' preżentazzjonijiet

Konsum mill-bniedem

1

Mandatorji

Użu industrijali

2

Mandatorji

Irtirat mis-suq

3

Fakultattiv

Lixka

4

Fakultattiv

Għalf ta’ l-annimali

5

Fakultattiv

Skart

6

Fakultattiv

Użu intenzjonat mhux magħruf

9

Fakultattiv

Parti B

Noti

1.

Konsum mill-bniedem: il-prodotti tas-sajd kollha li jinbiegħu ma' l-ewwel bejgħ għall-konsum mill-bniedem jew li jiġu żbarkati taħt kuntratt jew ftehim ieħor għall-konsum mill-bniedem. Esklużi hawn huma l-kwantitajiet intenzjonati għall-konsum mill-bniedem imma li, fil-ħin ta' l-ewwel bejgħ, jiġu rtirati mis-suq għall-konsum tal-bniedem minħabba kundizzjonijiet tas-suq jew regolamenti ta' l-iġjene jew għal raġunijiet simili.

2.

Użu industrijali: il-prodotti tas-sajd kollha li ġew żbarkati speċifikament sabiex isiru ikel jew żejt għall-konsum mill-annimali, u kwantitajiet, li għalkemm oriġinarjament kienu intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, ma nbiegħux għal dak l-iskop ma' l-ewwel bejgħ.

3.

Irtirat mis-suq: il-kwantitajiet li oriġinarjament kienu intenzjonati għall-konsum mill-bniedem imma li, fil-waqt ta' l-ewwel bejgħ, ġew irtirati mis-suq minħabba kundizzjonijiet tas-suq jew regolamenti ta' l-iġjene jew għal raġunijiet simili.

4.

Lixka: il-kwantitajiet ta' ħut frisk li huma intenzjonati għall-użu bħala lixka f'attivitajiet oħra ta' sajd. Eżempju huwa l-lixka użata fis-sajd għat-tonn bil-konz u s-sunnara.

5.

Għalf ta' l-annimali: il-kwantitajiet ta' ħut frisk li huma intenzjonati għall-konsum dirett mill-annimali. Kwantitajiet intenzjonati għal ipproċessar ta' ikel tal-ħut u żejt mhumiex inklużi.

6.

Skart: ħut jew partijiet tagħhom li minħabba l-istat tagħhom ser jinqerdu qabel ma jiġu żbarkati.

7.

Użu intenzjonat mhux magħruf: il-kwantitajiet ta' ħut li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji msemmijin hawn fuq.


30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


REGOLAMENT (KE) NRU 1922/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 141(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea jistabbilixxu l-projbizzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' sess u jipprovdu li għandha tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha.

(2)

L-Artikolu 2 tat-Trattat jipprovdi li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija wieħed mill-kompiti essenzjali tal-Komunità. Bl-istess mod, l-Artikolu 3(2) tat-Trattat jitlob lill-Komunità biex timmira lejn l-eliminazzjoni ta' l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha u b'hekk tiżgura l-integrazzjoni tad-dimensjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-politika Komunitarja kollha.

(3)

L-Artikolu 13 tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex jieħu azzjoni xierqa biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni inter alia abbażi ta' sess fl-oqsma kollha tal-kompetenza Komunitarja.

(4)

Il-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjieg u xogħol huwa mnaqqax fl-Artikolu 141 tat-Trattat u diġà hemm korp komprensiv ta' leġislazzjoni dwar it-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga ndaqs.

(5)

L-ewwel rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2004 ikkonkluda li jeżistu distakki sinifikanti bejn is-sessi fil-biċċa l-kbira ta' l-oqsma ta' politika; li l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija fenomenu multi-dimensjonali li għandu jiġi trattat b'taħlita komprensiva ta' miżuri politiċi u li jenħtieġu sforzi msaħħa biex jintlaħqu l-miri ta' l-istrateġija ta' Lisbona.

(6)

Il-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7 sad-9 ta' Diċembru 2000 sejjaħ għal “Għarfien akbar, ġbir kollettiv ta' riżorsi u l-iskambju ta' esperjenza, b'mod partikolari permezz ta' l-istabbiliment ta' Istitut Ewropew għall-kwistjonijiet ta' bejn is-sessi”.

(7)

L-istudju ta' vijabbilità (3) li twettaq għall-Kummissjoni kkonkluda li jeżisti rwol ċar għal Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex iwettaq uħud mill-kompiti li m'humiex trattati attwalment mill-istituzzjonijiet eżistenti, speċifikament fl-oqsma ta' koordinazzjoni, ċentralizzazzjoni u tixrid ta' data u informazzjoni ta' riċerka, l-iżvilupp ta' network, ħidma biex tiżdied il-viżibbiltà ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, is-sottolinejar tal-perspettiva tas-sessi u l-iżvilupp ta' għodod għal integrazzjoni mtejba ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika Komunitarja kollha.

(8)

Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-Politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), sejjaħ lill-Kummissjoni biex tgħaġġel l-isforzi tagħha li jwasslu għall-istabbiliment ta' Istitut.

(9)

Il-Kunsill ta' Impjieg, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur ta' l-1 sat-2 ta' Ġunju 2004 u l-Kunsill Ewropew tas-17 sat-18 ta' Ġunju 2004 appoġġaw l-istabbiliment ta' Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta speċifika.

(10)

Il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' informazzjoni u data oġġettiva, affidabbli u paragunabbli dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-iżvilupp ta' għodda xierqa għall-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni abbażi ta' sess u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fl-oqsma kollha tal-politika, il-promozzjoni ta' djalogu fost il-partijiet interessati u t-titjib ta' l-għarfien fost iċ-ċittadini ta' l-UE huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-Komunità biex tippromwovi u timplimenta b'mod effettiv il-politika ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari f'Unjoni wara t-tkabbir. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li jkun jassisti l-Istituzzjonijiet Komunitarji u l-Istati Membri billi jwettaq dawk il-kompiti.

(11)

L-ugwaljanza bejn is-sessi ma tistax tintlaħaq permezz ta' politika anti-diskriminatorja biss iżda teħtieġ miżuri biex tippromwovi ko-eżistenza armonjuża u parteċipazzjoni bilanċjata mill-irġiel u n-nisa fis-soċjetà; l-Istitut għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(12)

Minħabba l-importanza ta' l-eliminazzjoni ta' stereotipi tas-sessi fis-soċjetà Ewropea fil-livelli kollha tas-soċjetà u li jiġu pprovduti eżempji pożittivi li nisa u rġiel jistgħu isegwu, għandha tiġi inkluża wkoll mal-kompiti ta' l-Istitut L-azzjoni biex jintlaħqu dawk il-miri.

(13)

Il-kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet rilevanti ta' l-Istati Membri u korpi oħrajn ta' l-istatistika, b'mod partikolari l-Eurostat, hija essenzjali biex tippromwovi l-ġbir ta' data paragunabbli u affidabbli f'livell Ewropew. Peress illi l-informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija rilevanti għal-livelli kollha fi ħdan il-Komunità — lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarju — ikun utli li tali informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta' l-Istati Membri sabiex tgħinhom fil-formulazzjoni ta' politika u miżuri fuq il-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom.

(14)

L-Istitut għandu jaħdem mill-qrib kemm jista' jkun mal-programmi u l-korpi Komunitarji kollha sabiex jevita xogħol doppju u jiżgura l-aħjar użu possibbli ta' riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (5), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (6), iċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (7) u l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (8).

(15)

L-Istitut għandu jiżviluppa kooperazzjoni u djalogu ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' opportunitajiet indaqs, ċentri ta' riċerka, imsieħba soċjali, u korpi relatati oħrajn li qed jippruvaw b'mod attiv li jiksbu ugwaljanza f'livell nazzjonali u Ewropew u f'pajjiżi terzi. Fl-interess ta' l-effiċjenza, huwa xieraq li l-Istitut jistabbilixxi u jikkoordina Network Ewropew elettroniku dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ma' tali entitajiet u esperti fl-Istati Membri.

(16)

Bil-ħsieb li jiġi żgurat il-bilanċ meħtieġ bejn l-Istati Membri u l-kontinwità tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija, ir-rappreżentanti tal-Kunsill ser jiġu maħtura għal kull mandat skond l-ordni ta' rotazzjoni tal-Presidenzi tal-Kunsill, li tibda fl-2007.

(17)

Skond l-Artikolu 3(2) tat-Trattat huwa xieraq li tkun promossa parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

(18)

L-Istitut għandu jgawdi minn indipendenza massima fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(19)

L-Istitut għandu japplika l-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (9) u l-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (10).

(20)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (11), japplika għall-Istitut.

(21)

Għar-responsabilta' kuntrattwali ta' l-Istitut, li huwa rregolat mil-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-Istitut, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza, skond kull klawsola ta' arbitraġġ, li tkun tinsab fil-kuntratt. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha wkoll ġurisdizzjoni f'tilwim relatat ma' kumpens għal kwalunkwe ħsara li tiġi min-nuqqas ta' responsabilta' li mhux kuntrattwali ta' l-Istitut.

(22)

Għandha ssir evalwazzjoni esterna u indipendenti biex jiġi vvalutat l-impatt ta' l-Istitut, il-ħtieġa possibbli li jiġu mmodifikati jew estiżi l-kompiti tiegħu u ż-żmien ta' tali reviżjonijiet ulterjuri.

(23)

Peress illi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikontribwixxi għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza tas-sessi u li jsaħħaħa, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-Politika Komunitarja kollha u fil-politika nazzjonali li toħroġ minnha, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u t-tqajjim tal-kuxjenza taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza tas-sessi permezz tal-provvista ta' assistenza teknika lill-Istituzzjonijiet Komunitarji u lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunita' tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalita', kif stabbilit f' dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn min dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(24)

L-Artikolu 13(2) tat-Trattat jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri Komunitarji sabiex jappoġġaw u jippromwovu l-għan tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess lil hinn mill-qasam ta' l-impjieg. L-Artikolu 141(3) tat-Trattat hu l-bażi legali speċifika għall-miżuri mmirati biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f'kwistjonijiet ta' impjieg u xogħol. Għalhekk, l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 141(3) flimkien jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Stabbiliment ta' l-Istitut

Qed jiġi hawn stabbilit Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Istitut”).

Artikolu 2

Għanijiet

L-għanijiet globali ta' l-Istitut għandhom ikunu li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tas-sessi fil-linji politiċi Komunitarja kollha u l-linji politiċi nazzjonali li joħorġu minnha, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess, u li jżid l-għarfien taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi assistenza teknika lill-istituzzjonijiet Komunitarji, b'mod partikolari lill-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Kompiti

1.   Biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2, l-Istitut għandu:

(a)

jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni rilevanti, oġġettiva, paragunabbli u affidabbli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi r-riżultati minn riċerka u l-aħjar prattika kkomunikati lilu minn Stati Membri, istituzzjonijiet Komunitarji, ċentri ta' riċerka, korpi nazzjonali ta' l-ugwaljanza, organizzazzjonijiet mhux governattivi, imsieħba soċjali, pajjiżi terzi rilevanti u organizzazzjonijiet internazzjonali, u jissuġġerixxi oqsma għal riċerka ulterjuri;

(b)

jiżviluppa metodi biex itejjeb l-oġġettività, il-paragunabilita' u l-affidabbiltà tad-data f'livell Ewropew billi jistabbilixxi kriterji li jtejbu l-konsistenza ta' l-informazzjoni u jieħdu kont ta' kwistjonijiet tas-sessi fil-ġbir tad-data;

(ċ)

jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta' metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza ta' bejn is-sessi fil-politika Komunitarja kollha u l-politika nazzjonali li tirriżulta u jappoġġa l-integrazzjoni tas-sessi fl-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji kollha;

(d)

iwettaq stħarriġ dwar is-sitwazzjoni fl-Ewropa fir-rigward ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;

(e)

jistabbilixxi u jikkoordina Network Ewropew dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bl-involviment ta' ċentri, korpi, organizzazzjonijiet u esperti li jittrattaw l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tas-sessi sabiex jappoġġa u jinkoraġġixxi r-riċerka, jottimizza l-użu ta' riżorsi disponibbli u jrawwem l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni;

(f)

jorganizza laqgħat ad hoc ta' esperti biex jappoġġa l-ħidma ta' riċerka ta' l-Istitut, jinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni fost ir-riċerkaturi u jippromwovi l-inklużjoni ta' perspettiva tas-sessi fir-riċerka tagħhom;

(ġ)

sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, jorganizza, ma' partijiet interessati rilevanti, konferenzi, kampanji u laqgħat f'livell Ewropew, u jippreżenta r-riżultati u l-konklużjonijiet lill-Kummissjoni;

(h)

ixerred informazzjoni rigward eżempji pożittivi ta' rwoli mhux stereotipiċi għan- nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha tas-soċjetà, jippreżenta l-kisbiet u l-inizjattivi tiegħu mfasslin biex jippubbliċizzaw u jibnu fuq tali stejjer ta' suċċess;

(i)

jiżviluppa djalogu u kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' opportunitajiet ugwali, universitajiet u esperti, ċentri ta' riċerka, imsieħba soċjali, u korpi relatati oħrajn li qed jippruvaw b'mod attiv li jiksbu ugwaljanza f'livell nazzjonali u Ewropew;

(j)

jistabbilixxi riżorsi ta' dokumentazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku;

(k)

jagħmel l-informazzjoni dwar l-integrazzjoni tas-sessi disponibbli għall-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati; u

(l)

jipprovdi informazzjoni lill-Istituzzjonijiet Komunitarji dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tas-sessi fil-pajjiżi ta' l-adeżjoni u dawk kandidati;

2.   L-Istitut għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 4

Oqsma ta' attività u metodi ta' ħidma

1.   L-Istitut għandu jwettaq il-kompiti tiegħu fi ħdan il-kompetenzi tal-Komunità u fid-dawl ta' l-objettivi adottati u l-oqsma ta' prijorità identifikati fil-programm annwali tiegħu, u b'konsiderazzjoni debita tar-riżorsi disponibbli tal-baġit.

2.   Il-programm ta' ħidma ta' l-Istitut għandu jkun konformi mal-prijoritajiet Komunitarji fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni, inkluż il-ħidma tiegħu ta' statistika u riċerka.

3.   Fit-twettiq ta' l-attivitajiet tiegħu, sabiex jevita xogħol doppju u jiżgura l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi, l-Istitut għandu jqis l-informazzjoni eżistenti tkun minn liema sors tkun u b'mod partikolari ta' l-attivitajiet li qed isiru diġà mill-Istituzzjonijiet Komunitarji u minn istituzzjonijiet oħrajn, korpi u organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali kompetenti u jaħdem mill-qrib mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, inkluż l-Eurostat. L-Istitut għandu jiżgura koordinazzjoni xierqa ma' l-aġenziji Komunitarji u l-korpi ta' l-Unjoni rilevanti kollha li għandhom jiġu determinati f'memorandum ta' ftehim fejn xieraq.

4.   L-Istitut għandu jiżgura li l-informazzjoni mxerrda tkun tista' tinftiehem mill-utenti aħħarin.

5.   L-Istitut jista' jidħol f'relazzjonijiet kuntrattwali, b'mod partikolari arranġamenti ta' sottokuntratti, ma' organizzazzjonijiet oħrajn, sabiex jitwettaq kwalunkwe kompitu li jista' jafdalhom.

Artikolu 5

Personalità u kapaċità ġuridika

L-Istitut għandu jkollu personalità ġuridika. Huwa għandu jgawdi, f'kull wieħed mill-Istati Membri, mill-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari, huwa jkun jista' jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 6

Indipendenza ta' l-Istitut

L-Istitut għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku.

Artikolu 7

Aċċess għal dokumenti

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti miżmumin mill-Istitut.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta arranġamenti biex jimplimenta r-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 fi żmien sitt xhur mill-istabbiliment ta' l-Istitut.

3.   Deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Istitut skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru.1049/2001 jistgħu jagħtu lok għat-tressiq ta' ilment quddiem l-Ombudsman jew jifformaw is-suġġett għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

4.   Ir-Regolament (KE) 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data mill-Istitut.

Artikolu 8

Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet f'livell nazzjonali u Ewropew, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi

1.   Biex jgħinuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Istitut għandu jikkoopera ma' organizzazzjonijiet u esperti fl-Istati Membri, bħal korpi ta' ugwaljanza, ċentri ta' riċerka, universitajiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi, imsieħba soċjali kif ukoll ma' l-organizzazzjonijiet rilevanti f'livell Ewropew u internazzjonali u pajjiżi terzi.

2.   Jekk ikun hemm ħtieġa ta' ftehim ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jew ma' pajjiżi terzi biex l-Istitut iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effiċjenti, il-Komunità għandha, skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol f' tali ftehim ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew mal-pajjiżi terzi fl-interess ta' l-Istitut. Din id-disposizzjoni m'għandhiex timpedixxi kooperazzjoni ad hoc ma' tali organizzazzjoniet jew pajjiżi terzi.

Artikolu 9

Kompożizzjoni ta' l-Istitut

L-Istitut għandu jkun magħmul minn:

(a)

Bord ta' Tmexxija;

(b)

Forum ta' Esperti;

(ċ)

Direttur u l-persunal tiegħu/tagħha.

Artikolu 10

Bord ta' Tmexxija

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun jikkonsisti minn:

(a)

tmintax-il rappreżentant maħtur mill-Kunsill, abbażi ta' proposta minn kull wieħed mill-Istati Membri konċernati;

(b)

membru wieħed li jirrapreżenta lill-Kummissjoni, maħtur mill-Kummissjoni;

2.   Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru b'tali mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta' kompetenza u medda wiesgħa ta' kompetenza rilevanti u transdixxiplinari fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija.

Sostituti li jirrappreżentaw membru fin-nuqqas tiegħu jew tagħha għandhom ikunu maħtura bl-istess proċedura.

Il-lista tal-membri u s-sostituti tal-Bord ta' Tmexxija għandha tiġi ppubblikata mill-Kunsill fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fil-website ta' l-Istitut u f'websites rilevanti oħrajn.

3.   Il-mandat għandu jkun ta' tliet snin. Għal kull mandat, il-membri maħtura mill-Kunsill għandhom jirrappreżentaw tmintax-il Stat Membru fl-ordni tar-rotazzjoni tal-Presidenzi, b'membru wieħed jiġi nominat minn kull Stat Membru konċernat.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President tiegħu biex iservu għal perijodu ta' tliet snin.

5.   Kull membru tal-Bord ta' Tmexxija msemmi taħt il-paragrafu 1(a) jew (b), jew fl-assenza tiegħu jew tagħha s-sostitut tiegħu jew tagħha, għandu jkollu vot wieħed.

6.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għat-tħaddim ta' l-Istitut. B'mod partikolari, hu għandu:

(a)

jadotta, abbażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur, kif imsemmi fl-Artikolu 12, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma ta' terminu medju, li jkopru perijodu ta' tliet snin, skond il-baġit u r-riżorsi disponibbli; il-programmi jistgħu jiġu riveduti kull meta meħtieġ; l-ewwel programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat mhux iktar tard minn disa' xhur wara l-ħatra tad-Direttur;

(b)

jadotta r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 3(2), li jqabbel, b'mod partikolari, ir-riżultati miksuba bl-objettivi tal-grupp ta' ħidma annwali; dan ir-rapport għandu jintbagħat sa mhux iktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni u għandu jiġi pubblikat fil-website ta' l-Istitut;

(ċ)

jeżerċita awtorità ta' dixxiplina fuq id-Direttur u jaħtar jew ikeċċi lilu jew lilha skond l-Artikolu 12; u

(d)

jadotta l-abbozz tal-baġit u l-baġit finali annwali ta' l-Istitut.

7.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli interni ta' l-Istitut abbażi ta' proposta mfassla mid-Direttur wara konsultazzoni mal-Kummissjoni.

8.   Deċiżjonijiet mill-Bord ta' Tmexxija għandhom jittieħdu b'maġġoranza tal-membri tiegħu. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 u fl-Artikolu 12 (1), id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.

9.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi ta' proposta mfassla mid-Direttur wara konsultazzoni mal-Kummissjoni.

10.   Il-President għandu jlaqqa' l-Bord ta' Tmexxija mill-inqas darba f'sena. Il-President għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq l-inizzjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta' terz tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija..

11.   L-Istitut għandu jressaq kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn il quddiem imsejħa “l-Awtorita' Baġitarja”) kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-eżitu tal-proċeduri ta' evalwazzjoni.

12.   Id-Diretturi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali u l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jistgħu, kif ikun xieraq, jiġu mistiedna biex jattendu laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservaturi sabiex jiġu koordinati l-programmi ta' ħidma rispettivi fir-rigward ta' l-integrazzjoni tas-sessi.

Artikolu 11

Forum ta' Esperti

1.   Il-Forum ta' Esperti għandu jkun fih membri mill-korpi kompetenti speċjalizzati fil-kwistjonijiet ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, abbażi ta' rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru, żewġ membri li jirrappreżentaw organizzazzjoniet rilevanti oħra speċjalizzati fl-ugwaljanza bejn is-sessi maħtura mill-Parlament Ewropew, kif ukoll tliet membri maħtura mill-Kummissjoni u l-partijiet interessati rappreżentanti fil-livell Ewropew, b' wieħed minn kull:

(a)

organizzazzjoni mhux governattiva xierqa f'livell Komunitarju li għandha interess leġittimu fil-kontribut għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess u l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;

(b)

organizzazzjonijiet ta' min iħaddem f'livell Komunitarju; u

(ċ)

organizzazzjonijiet tal-ħaddiema f'livell Komunitarju.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Forum ta' Esperti.

Il-Membri jistgħu jiġu sostitwiti minn supplenti, maħtura fl-istess ħin.

2.   Membri tal-Forum ta' Esperti m'għandhomx ikunu membri tal-Bord ta' Tmexxija.

3.   Il-Forum ta' Esperti għandu jappoġġa d-Direttur fl-iżgurar ta' l-eċċellenza u l-indipendenza ta' attivitajiet ta' l-Istitut.

4.   Il-Forum ta' Esperti għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu għal skambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġbir kollettiv ta' għarfien. Dan għandu jiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istitut u l-korpi kompetenti fl-Istati Membri.

5.   Il-Forum ta' Esperti għandu jiġi mmexxi mid-Direttur jew, fl-assenza tiegħu/tagħha, minn deputat mill-Istitut. Għandu jiltaqa' b'mod regolari fuq l-istedina tad-Direttur, jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz mill-membri tiegħu, jew mill-inqas darba f'sena. Il-proċeduri operattivi tiegħu għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni ta' l-Istitut u għandhom isiru pubbliċi.

6.   Ir-rappreżentanti tad-dipartimenti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Forum ta' Esperti.

7.   L-Istitut għandu jipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ għall-Forum ta' Esperti u jipprovdi segretarjat għal-laqgħat tiegħu.

8.   Id-Direttur jista' jistieden esperti jew rappreżentanti ta' setturi ekonomiċi rilevanti, min iħaddem, trade unions, korpi professjonali jew ta' riċerka, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi b'esperjenza rikonoxxuta f'dixxiplini relatati mal-ħidma ta' l-Istitut biex jikkooperaw f'kompiti speċifiċi u jieħdu sehem fl-attitivitajiet rilevanti tal-Forum ta' Esperti.

Artikolu 12

Direttur

1.   L-Istitut għandu jiġi mmexxi minn Direttur maħtur minn Bord ta' Tmexxija abbażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara kompetizzjoni miftuħa, wara li tiġi pubblikata sejħa għal espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u f'postijiet oħrajn. Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi mitlub biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu/tagħhom.

2.   Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' 5 snin. Fuq proposta mill-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, dak il-mandat jista' jiġi estiż darba għal perijodu ta' mhux iżjed minn 5 snin. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għanda tivvaluta b'mod partikolari:

(a)

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod ta' kif inkisbu;

(b)

id-dmirijiet u l-ħtiġiet ta' l-Istitut fis-snin li ġejjin.

3.   Id-Direttur għandu jkun responsabbli, taħt is-superviżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, għal:

(a)

it-twettiq tal-kompiti msemmijin fl-Artikolu 3;

(b)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' attivitajiet annwali u ta' terminu medju ta' l-Istitut;

(ċ)

it-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija u tal-Forum ta' Esperti;

(d)

it-tħejjija u l-pubblikazzjoni tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 3(2);

(e)

il-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-persunal, u b'mod partikolari jeżerċita s-setgħat previsti fl-Artikolu 13(3);

(f)

kwistjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kuljum; u

(ġ)

l-implimentazzjoni ta' monitoraġġ effettiv u proċeduri ta' valutazzjoni fir-rigward tat-twettiq ta' l-Istitut fid-dawl ta' l-objettivi tiegħu skond standards rikonoxxuti professjonalment. Id-Direttur għandu jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija kull sena dwar ir-riżultati tas-sistema ta' monitoraġġ.

4.   Id-Direttur għandu jkun responsabbli għat-tmexxija ta' l-attivitajiet tiegħu/tagħha quddiem il-Bord ta' Tmexxija u għandu jieħu sehem fil-laqgħat tagħha mingħajr dritt tal-vot. Hu/hi jista' wkoll jiġi mistieden mill-Parlament Ewropew biex jagħti rapport waqt smigħ dwar kwistjonijiet sinifikanti marbutin ma' l-attivitajiet ta' l-Istitut.

5.   Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali ta' l-Istitut.

Artikolu 13

Persunal

1.   Ir-Regolamenti dwar il-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' impjegati oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti bir-Regolament (KEE, ECSC, Euratom) Nru. 259/68 (12) u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti dwar il-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Istitut.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija, fi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi kollha meħtieġa, skond l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jadotta disposizzjonijiet biex iħalli esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu impjegati fl-Istitut fuq sekondament.

3.   L-Istitut għandu jeżerċita fir-rigward tal-persunal tiegħu l-poteri mogħtija lill-awtorità nominanti.

Artikolu 14

Tfassil tal-baġit

1.   Stimi dwar id-dħul u l-infiq kollu ta' l-Istitut għandhom jiġu mħejjija għal kull sena finanzjarja, korrispondenti għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-baġit ta' l-Istitut.

2.   Id-dħul u l-infiq li jintwerew fil-baġit ta' l-Istitut għandhom ikunu f'bilanċ.

3.   Id-dħul ta' l-Istitut għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, jinkludi:

(a)

sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni);

(b)

ħlasijiet riċevuti għal servizzi mogħtijin;

(ċ)

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-organizzazzjonijiet jew il-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 8; u

(d)

kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri.

4.   L-infiq ta' l-Istitut għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, spejjeż ta' amministrazzjoni u ta' infrastruttura u spejjeż operattivi.

5.   Kull sena l-Bord ta' Tmexxija, abbażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur, għandu jipproduċi stima ta' dħul u nfiq għall-Istitut għas-sena finanzjarja li jkun imiss. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Bord ta' Tmexxija sa mhux iżjed tard mill-31 ta' Marzu.

6.   L-istima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-awtorita' tal-baġit flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.   Abbażi ta' l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi addebitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità tal-baġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

8.   L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju għall-Istitut u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Istitut.

9.   Il-baġit ta' l-Istitut għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Huwa għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jiġi aġġustat għaldaqstant.

10.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lill-awtorità tal-baġit dwar l-intenzjoni tiegħu biex jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li jirrigwarda l-proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

Meta fergħa ta' l-awtorità tal-baġit tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħħa lill-Bord ta' Tmexxija fi żmien perijodu ta' sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 15

Implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Istitut.

2.   Mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Istitut għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-baġit u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jgħaqqad flimkien il-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002

3.   Mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Istitut lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. Ir-rapport għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Kif jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Istitut, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 id-Direttur għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Istitut taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha u jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.

5.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali ta' l-Istitut.

6.   Id-Direttur għandu, mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

7.   Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8.   Id-Direttur għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija.

9.   Id-Direttur għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni armonjuża tal-proċedura ta' rilaxx għas-sena finanzjarja in kwistjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

10.   Sat-30 ta' April tas-sena N+2, il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti rilaxx lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

11.   Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Istitut għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Huma ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 sakemm ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat ta' l-Istitut u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 16

Lingwi

1.   Id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddeterminaw il-lingwi li jridu jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea (13) għandhom japplikaw għall-Istitut.

2.   Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Istitut għandhom, bħala prinċipju, jiġu provduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (14).

Artikolu 17

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Istitut.

Artikolu 18

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Istitut għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni skond klawsola ta' arbitraġġ li tinsab fi kwalunkwe kuntratt konkluż mill-Istitut.

2.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Istitut għandu, skond il-prinċipji ġenerali li huma komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-Istitut jew l-impjegati tiegħu fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni f'kawżi dwar kumpens għal kwalunkwe danni tali.

Artikolu 19

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

1.   L-Istitut għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew ftehim mal-Komunità Ewropea li bih ikunu adottaw u applikaw il-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

2.   Għandhom isiru arranġamenti skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta' dawk il-ftehim, li jispeċifikaw b'mod partikolari n-natura, il-medda u l-mod kif dawk il-pajjiżi għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta' l-Istitut, inkluż disposizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-Istitut, mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Fir-rigward ta' kwistjonijiet tal-persunal, dawk il-ftehim għandhom jimxu, f'kull sitwazzjoni, skond ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' impjegati oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 20

Evalwazzjoni

1.   Sa 18 ta' Januar 2010, l-Istitut għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tiegħu abbażi tat-termini ta' referenza maħruġa mill-Bord ta' Tmexxija bi ftehim mal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' l-Istitut fuq il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandha tinkludi analiżi ta' l-effetti ta' sinerġija. Din għandha tindirizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu modifikati jew estiżi l-kompiti ta' l-Istitut, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe tali modifika jew estensjoni tal-kompiti. Tali l-evalwazzjoni għandha teżamina wkoll kemm hi xierqa l-istruttura ta' tmexxija fit-twettiq tal-kompiti ta' l-Istitut. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont ta' l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll dak nazzjonali.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi meta għandhom isiru l-evalwazzjonijiet futuri, b'kont meħud tar-riżultati mir-rapport ta' evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 21

Klawsola ta' reviżjoni

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżamina l-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 u jagħti lill-Kummissjoni tali rakkomandazzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa fir-rigward ta' bidliet fl-Istitut, il-prattiki ta' ħidma tiegħu u l-firxa ta' ħidma tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u tagħmilhom pubbliċi. Wara l-eżami tar-rapport ta' evalwazzjoni u tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tissottometti kwalunkwe proposta li hi tqis meħtieġa fir-rigward ta' dan ir-Regolament

Artikolu 22

Kontroll amministrattiv

L-operati ta' l-Istitut għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta' l-Ombusman skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 195 tat-Trattat.

Artikolu 23

Bidu ta' l-attivitajiet ta' l-Istitut

L-Istitut għandu jibda jopera mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 19 ta' Januar 2008.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU C 24, 31.1.2006, p. 29.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2006 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2006 (ĠU C 295 E, 5.12.2006, p. 57), Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2006 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2006.

(3)  Studju tal-Kummissjoni Ewropea ta' vijabbilità għal Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (mwettaq minn PLS Ramboll Management, DK, 2002).

(4)  ĠU C 102E, 28.4.2004, p. 638.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(8)  L-Istati Membri mlaqqgħin fil-qafas tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2003 talbu lill-Kummissjoni biex tħejji proposta għal aġenzija ta' drittijiet tal-bniedem billi jiġi estiż il-mandat taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).

(13)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 920/2005 (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3).

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1), Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 920/2005 (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3).


30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

18


DIRETTIVA 2006/126/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid)

(Test b'relevanza għaż-Żee)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (3) ġiet emendata b'mod sostanzjali diversi drabi. Issa li qegħdin jiġu introdotti emendi ġodda lid-Direttiva msemmija, huwa xieraq, sabiex jiġi ċċarat is-suġġett, li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jiġu mfassla mill-ġdid.

(2)

Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma essenzjali fl-implementazzjoni tal-politika tat-trasport komuni, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq, u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta' persuni li jkunu sejrin jagħmlu r-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja. Fid-dawl ta' l-importanza tat-trasport fuq il-bażi ta' mezzi individwali, il-pussess ta' liċenzja tas-sewqan debitament rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti tippromovi l-moviment liberu u l-libertà ta' l-istabbiliment ta' persuni. Minkejja l-progress milħuq permezz ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan, għadhom jippersistu differenzi sinifikattivi bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli dwar il-perjodiċità tat-tiġdid ta' liċenzji u dwar subkategoriji ta' vetturi, li jeħtieġu li jiġu armonizzati aktar bis-sħiħ, sabiex jikkontribwixxu għall-implementazzjoni tal-politika tal-Komunità.

(3)

Il-possibbiltà li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-perjodu tal-validità prevista fid-Direttiva 91/439/KEE twassal għall-ko-eżistenza ta' regoli differenti fl-Istati Membri differenti u għal aktar minn 110 mudelli differenti ta' liċenzji tas-sewqan validi fl-Istati Membri. Dan joħloq problemi ta' transparenza għaċ-ċittadini, għall-forzi tal-pulizija u għall-amministrazzjonijiet responsabbli mill-amministrazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan u jwassal għall-falsifikazzjoni ta' dokumenti li xi kultant imorru lura diversi għexieren ta' snin.

(4)

Sabiex jiġi evitat li l-mudell singolu Ewropew ta' liċenzja tas-sewqan isir mudell addizzjonali għall-110 mudelli li hemm diġà fiċ-ċirkolazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex joħorġu dan il-mudell singolu lid-detenturi kollha ta' liċenzja.

(5)

Din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika drittijiet eżistenti ta' sewqan mogħtija jew akkwistati qabel id-data ta' applikazzjoni.

(6)

Il-liċenzji tas-sewqan huma reċiprokament rikonoxxuti. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw il-perjodu ta' validità preskritt minn din id-Direttiva lil liċenzja mingħajr validità amministrattiva limitata maħruġa minn Stat Membru ieħor u li d-detentur tagħha ikun irrisjeda fit-territorju tagħhom għal aktar minn sentejn.

(7)

L-introduzzjoni ta' perjodu ta' validità amministrattiva għal liċenzji ġodda tas-sewqan għandu jagħmel possibbli, fil-waqt tat-tiġdid perjodiku, l-applikazzjoni tal-miżuri l-aktar riċenti kontra l-falsifikazzjoni u ta' l-eżamiet mediċi jew tal-miżuri oħra predisposti mill-Istati Membri.

(8)

Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan. Hemm il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-istandards għat-testijiet tas-sewqan u għall-ħruġ tal-liċenzji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu definiti l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament konnessi mas-sewqan tal-vetturi, it-test tas-sewqan għandu jkun ibbażat fuq dawn il-kunċetti u għandhom jiġu definiti mill-ġdid l-istandards minimi tal-kapaċità fiżika u mentali sabiex jinsaqu tali vetturi.

(9)

Għandha tinġieb prova ta' konformità ma' l-istandards minimi tal-kapaċità fiżika u mentali ta' sewqan minn sewwieqa ta' vetturi wżati għat-trasport ta' persuni jew ta' merkanzija meta tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan u perjodikament wara dan. Tali kontroll regolari skond regoli nazzjonali ta' konformità ma' standards jikkontribwixxi għall-moviment liberu ta' persuni, jikkontribwixxi kontra d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex jittieħed kont tar-responsabbiltajiet speċifiċi tas-sewwieqa ta' tali vetturi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu li jsiru eżamijiet mediċi bħala garanzija ta' konformità ma' l-istandards minimi ta' kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta' vetturi oħra bil-mutur. Għall-finijiet tat-trasparenza, tali eżamijiet għandhom ikunu kontemporanji għat-tiġdid ta' liċenzji tas-sewqan u għandhom għalhekk ikunu determinati mill-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

(10)

Huwa meħtieġ li jkun aktar sostnut il-prinċipju ta' aċċess progressiv għall-kategoriji ta' vetturi b'żewġ roti u għall-kategoriji ta' vetturi użati għat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija.

(11)

Madankollu, għandu jkun possibbli għal Stati Membri li jistabbilixxu età minima akbar għas-sewqan ta' ċerti kategoriji ta' vetturi sabiex titjieb is-sigurtà fit-toroq; f'ċirkostanzi eċċezzjonali, għandu jkun possibbli għal Stati Membri li jistabbilixxu limiti aktar baxxi ta' età sabiex jittieħed kont ta' ċirkostanzi nazzjonali.

(12)

Id-definizzjonijiet tal-kategoriji għandhom jirriflettu aktar il-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi konċernati u l-ħiliet meħtieġa sabiex tinsaq vettura.

(13)

L-introduzzjoni ta' kategorija ta' liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi (mopeds) għandha, b'mod partikolari, iżżid is-sigurtà fit-toroq fir-rigward ta' l-iżgħar sewwieqa, li skond l-istatistiċi, jintlaqtu l-agħar bl-inċidenti fit-toroq.

(14)

Għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex jiffaċilitaw lill-persuni b'diżabbiltajiet fiżiċi sabiex isuqu vetturi.

(15)

Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' l-irtirar, tas-sospensjoni, tat-tiġdid tal-kanċellazzjoni ta' liċenzji tas-sewqan lid-detenturi kollha ta' liċenzja li jkunu kisbu r-residenza normali fit-territorju tagħhom.

(16)

Il-mudell ta' liċenzja tas-sewqan kif stabbilit fid-Direttiva 91/439/KEE għandu jiġi sostitwit b'mudell singolu fil-forma ta' karta tal-plastik. Fl-istess waqt, dan il-mudell ta' liċenzja tas-sewqan jeħtieġ li jiġi adattat minħabba l-introduzzjoni ta' kategorija ġdida ta' liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi u ta' kategorija ġdida ta' liċenzji tas-sewqan għall-muturi.

(17)

L-introduzzjoni ta' mikro-ċipp fakultattiv fil-mudell ta' liċenzja tas-sewqan fil-forma tal-karta tal-plastik għandha tgħin lill-Istati Membri sabiex itejbu aktar il-livell ta' protezzjoni kontra l-frodi. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-mikro-ċipp għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni, megħjuna mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan.

(18)

Għandhom jiġu stabbiliti standards minimi dwar l-aċċess għall-professjoni ta' eżaminatur u dwar ir-rekwiżiti tat-taħrig ta' l-eżaminaturi, sabiex jitjiebu l-kompetenza u l-ħiliet ta' l-eżaminaturi, u b'hekk tkun żgurata valutazzjoni aktar oġġettiva ta' l-applikanti għal liċenzji tas-sewqan u tinkiseb aktar armonizzazzjoni tat-testijiet tas-sewqan.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadatta l-Annessi I sa IV għall-progress xjentifiku u tekniku.

(20)

Il-miżuri neċessarji sabiex tkun implementata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(21)

B'mod partikolari, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex tistabilixxi l-kriterji meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Peress li dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, dawn għandom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(22)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tagħhom u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(23)

Din id-Direttiva m' għandhiex tippreġudika l-obbligi ta' l-Istati Membri relatati ma' l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fil-Parti B ta' l-Anness VII,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Mudell tal-liċenzja

1.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu liċenzja tas-sewqan nazzjonali bbażata fuq il-mudell Komunitarju stabbilit fl-Anness I, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-emblema fil-paġna 1 tal-mudell Komunitarju tal-liċenzji tas-sewqan għandu jinkludi l-marka distintiva ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mezz għaż-żamma ta' informazzjoni (mikro-ċipp) bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan malli r-rekwiżiti dwar il-mikro-ċipp imsemmija fl-Anness I li huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). Dawn ir-rekwiżiti għandhom jipprovdu għall-approvazzjoni tat-tip KE, li għandha tingħata biss meta tintwera l-kapaċità ta' resistenza kontra attentati ta' tbagħbis jew ta' tibdil tad-data.

3.   Il-mikro-ċipp għandu jinkorpora d-data tal-liċenzja armonizzata tas-sewqan imsemmija fl-Anness I.

L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw il-Kummissjoni, jistgħu jżommu data addizzjonali, sakemm dan ma jostakolax l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.

Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fil-futur.

4.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawk l-adattamenti lill-mudell espost fl-Anness I li jkunu meħtieġa għall-proċessar tal-liċenzja tas-sewqan bil-kompjuter.

Artikolu 2

Rikonoxximent reċiproku

1.   Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandhom jingħataw rikonoxximent reċiproku.

2.   Fejn detentur ta' liċenzja nazzjonali valida tas-sewqan mingħajr il-perjodu amministrattiv ta' validità stabbilit fl-Artikolu 7(2) jagħmel ir-residenza normali tiegħu fi Stat Membru divers minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja, l-Istat Membru ospitanti jista' japplika lil-liċenzja l-perjodi amministrattivi ta' validità stabbiliti f'dak l-Artikolu billi jġedded il-liċenzja tas-sewqan, minn sentejn wara d-data li fiha d-detentur ikun għamel ir-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu.

Artikolu 3

Miżuri kontra l-falsifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jevitaw kwalunkwe riskju ta' falsifikazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, inkluża dik ta' mudelli ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   Il-materjal użat għal-liċenzja tas-sewqan, kif previst fl-Anness I, għandu jiġi protett kontra l-frodi bl-applikazzjoni ta' speċifikazzjonijiet imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissuplimentawha, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri ta' sigurtà addizzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa 19 ta' Januar 2033, il-liċenzji tas-sewqan kollha maħruġa jew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Kategoriji, definizzjonijiet u età minima

1.   Il-liċenzja tas-sewqan prevista fl-Artikolu 1 għandha tawtorizza s-sewqan ta' vetturi b'mutur fil-kategoriji definiti aktar 'l isfel. Hija tista' tinħareġ mill-età minima indikata għal kull kategorija. “Vettura b'mutur” tfisser kwalunkwe vettura, barra vettura li timxi fuq linji ta' ferrovija, bi propulsjoni awtonoma li timxi fuq it-triq permezz tal-qawwa tagħha stess.

2.   Ċiklomuturi (mopeds):

 

Kategorija AM

Vetturi b'żewġ jew tliet roti b'veloċità proġettata massima li ma taqbiżx il-45 km/siegħa, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta (5) (esklużi dawk b'veloċità proġettata massima li tkun taħt jew ugwali għal 25 km/siegħa), u kwadriċikli ħfief kif definiti fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE;

l-età minima għall-Kategorija AM hija ta' 16-il sena.

3.   Muturi kemm bis-sidecar kif ukoll mingħajra, u triċikli bil-mutur:

“mutur” tfisser vetturi b'żewġ roti kemm bis-sidecar kif ukoll mingħajra, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2002/24/KE;

“triċikli bil-mutur” tfisser vetturi bi tliet roti simmetrikament disposti, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 2002/24/KE;

(a)

Kategorija A1:

muturi b'kapaċità ċilindrata li ma taqbiżx il-125 ċentimetri kubi, ta' qawwa li ma taqbiżx 11-il kW u bi proporzjon qawwa/piż li ma jaqbiżx 0.1 kW/kg;

triċikli bil-mutur b'qawwa li ma taqbiżx 15 kW;

l-età minima għall-Kategorija A1 hija ta' 16-il sena;

(b)

Kategorija A2:

muturi b'qawwa li ma taqbiżx il-35 kW u bi proporzjon qawwa/piż li ma jaqbiżx 0.2 kW/kg u li ma jkunux derivati minn vettura ta' aktar mid-doppju tal-qawwa tagħha;

l-età minima għall-Kategorija A2 hija ta' 18-il sena;

(ċ)

Kategorija A:

(i)

muturi:

L-età minima għall-Kategorija A hija ta' 20 sena. Madankollu, l-aċċess għas-sewqan ta' muturi ta' din il-kategorija għandu jkun suġġett għal minimu ta' sentejn esperjenza fuq muturi taħt liċenzja A2. Dan ir-rekwiżit fir-rigward ta' esperjenza preċedenti jista' jiġi ommess jekk il-kandidat ikollu mill-inqas 24 sena;

ii)

triċikli bil-mutur b'qawwa li taqbeż 15 kW:

L-età minima għat-triċikli bil-mutur b'qawwa li taqbeż 15 kW hija ta' 21 sena.

4.   Vetturi bil-mutur:

“vettura bil-mutur” tfisser kwalunkwe vettura b'mutur, normalment użata għat-trasport ta' persuni jew merkanzija fuq it-triq jew għall-ġbid, fuq it-triq, ta' vetturi użati għat-trasport ta' persuni jew merkanzija. Dan it-terminu għandu jinkludi trolleybuses, jiġifieri vetturi konnessi ma' konduttur elettriku u li ma jimxux fuq binarji. It-terminu ma għandux jinkludi tratturi agrikoli jew tal-forestrija;

“tratturi agrikoli jew tal-forestrija” tfisser kwalunkwe vettura b'mutur li timxi fuq ir-roti jew il-binarji, li jkollha mill-inqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tinsab fil-qawwa ta' ġbid, li tkun proġettata speċifikament sabiex tiġbed, timbotta, iġġorr jew topera ċerti għodod, magni jew karrijiet użati f'konnessjoni ma' operazzjonijiet agrikoli jew tal-forestrija, u li l-użu tagħha għat-trasport ta' persuni jew merkanzija fuq it-triq jew għall-ġbid, fuq it-triq, ta' vetturi użati għat-trasport ta' persuni jew merkanzija tkun biss funzjoni sekondarja;

(a)

Kategorija B1:

kwadriċikli, kif definiti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2002/24/KE;

l-età minima għall-Kategorija B1 hija ta' 16-il sena;

il-Kategorija B1 hija fakoltattiva; fl-Istati Membri li ma jintroduċux din il-kategorija ta' liċenzja tas-sewqan, tkun meħtieġa liċenzja tas-sewqan għall-Kategorija B sabiex jinstaqu tali vetturi.

(b)

Kategorija B:

vetturi bil-mutur b'massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 3 500 kg u proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizza ta' din il-kombinazzjoni ma taqbiżx 4 250 kg. Fil-każ li tali kombinazzjoni taqbeż 3 500 kg, l-Istati Membri għandhom, konformement mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness V, jeżiġu li din il-kombinazzjoni tkun misjuqa biss wara:

li s-sewwieq ikun lesta kors ta' taħrig, jew

li s-sewwieq ikun għadda minn test ta' ħila u ta' komportament.

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll kemm tali kors ta' taħrig kif ukoll tali test ta' ħila u ta' komportament.

L-Istati Membri għandhom jindikaw id-dritt ta' sewqan ta' tali kombinazzjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan permezz tal-kodiċi Komunitarju relevanti.

L-età minima għall-Kategorija B hija ta' 18-il sena;

(ċ)

Kategorija BE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, il-kombinazzjoni ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija B u karru jew semi-karru fejn il-massa massima awtorizzata tal-karru jew semi-karru ma taqbiżx 3 500 kg;

l-età minima għall-Kategorija BE hija ta' 18-il sena;

(d)

Kategorija C1:

vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż 3 500 kg, iżda ma taqbizx 7 500 kg u li jkunu proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(e)

Kategorija C1E:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonjiet ta' vetturi fejn il-vettura-trattur tkun tal-Kategorija C1 u l-karru jew semi-karru tagħha jkollu massa massima awtorizzata ta' aktar minn 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni ma taqbiżx 12 000 kg;

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonjiet ta' vetturi fejn il-vettura-trattur tkun tal-Kategorija B u l-karru jew semi-karru tagħha jkollu massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni ma taqbiżx 12 000 kg;

l-età minima għall-Kategoriji C1 u C1E hija ta' 18-il sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri (6);

(f)

Kategorija C:

vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż 3 500 kg u li jkunu proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(g)

Kategorija CE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonijiet ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija C u li jkollha karru jew semi-karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg;

l-età minima għall-Kategoriji C u CE hija ta' 21 sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE;

(h)

Kategorija D1:

vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq u ta' tul massimu ta' mhux aktar minn tmien metri; il-vetturi bil-mutur f'din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(i)

Kategorija D1E:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonijiet ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija D1 u li jkollha karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg;

l-età minima għall-Kategoriji D1 u D1E hija ta' 21 sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE;

(j)

Kategorija D:

vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta' mhux aktar minn 8 passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur li jistgħu jinstaqu b'liċenzja tal-Kategorija D jistgħu jiġu kombinati ma' karru ta' massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(k)

Kategorija DE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi konċernati, kombinazzjonijiet ta' vetturi li jikkonsistu minn vettura-trattur tal-Kategorija D u li jkollha karru ta' massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg;

l-età minima għall-Kategoriji D u DE hija ta' 24 sena, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sewqan ta' tali vetturi fid-Direttiva 2003/59/KE.

5.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu ċerti tipi speċifiċi ta' vettura b'mutur bħal vetturi speċjali għal persuni b'diżabbiltà.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva vetturi użati minn, jew taħt il-kontroll ta', forzi armati u servizzi ta' difiża ċivili.

6.   L-Istati Membri jistgħu jgħollu jew ibaxxu l-età minima għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan:

(a)

għall-Kategorija AM, 'l isfel sa 14-il sena jew 'il fuq sa 18-il sena;

(b)

għall-Kategorija B1, 'il fuq sa 18-il sena;

(ċ)

għall-Kategorija A1, 'il fuq sa 17-il sena jew 18-il sena,

jekk ikun hemm differenza ta' sentejn bejn l-età minima għall-Kategorija A1 u l-età minima għall-Kategorija A2, u

jekk ikun japplika rekwiżit ta' minimu ta' sentejn esperjenza fuq muturi tal-Kategorija A2 qabel ikun jista' jingħata aċċess għas-sewqan ta' muturi għall-Kategorija A, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)(ċ)(i);

(d)

għall-Kategoriji B u BE, 'l isfel sa 17-il sena.

L-Istati Membri jistgħu ibaxxu l-età minima għall-Kategorija C sa 18-il sena u għall-Kategorija D sa 21 sena fir-rigward ta':

(a)

vetturi użati mis-servizzi tat-tifi tan-nar u vetturi użati għaż-żamma ta' l-ordni pubbliku;

(b)

vetturi sottoposti għal testijiet ta' idoneità għas-sewqan fuq it-triq għal skopijiet ta' tiswija jew ta' manutenzjoni.

Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa lil persuni ta' età iżgħar minn dik stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 skond dan il-paragrafu għandhom ikunu validi biss fit-territorju ta' dak l-Istat Membru li joħroġhom sa meta d-detentur tal-liċenzja ikun laħaq l-età minima stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-validità fit-territorju tagħhom ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa taħt l-età minima stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet u restrizzjonijiet

1.   Fil-liċenzji tas-sewqan għandhom jiġu dikjarati l-kondizzjonijiet li taħthom is-sewwieq ikun awtorizzat li jsuq.

2.   Jekk, minħabba diżabbiltà fiżika, is-sewqan ikun awtorizzat biss għal ċerti tipi ta' vetturi jew ta' vetturi adattati, it-test ta' ħila u ta' komportament imsemmija fl-Artikolu 7 għandu jsir f'din il-vettura.

Artikolu 6

Stadji u ekwivalenzi bejn il-kategoriji

1.   Il-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji C1, C, D1 u D għandhom jinħarġu biss lis-sewwieqa li diġà jkunu intitolati li jsuqu vetturi fil-Kategorija B;

(b)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji BE, C1E, CE, D1E u DE għandhom jinħarġu biss lis-sewwieqa li diġà jkunu intitolati li jsuqu vetturi fil-Kategoriji B, C1, C, D1 u D rispettivament.

2.   Il-validità tal-liċenzji tas-sewqan għandha tiġi determinata kif ġej:

(a)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji C1E, CE, D1E u DE għandhom ikunu validi wkoll għall-kombinazzjonijiet ta' vetturi fil-Kategorija BE;

(b)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategorija CE għandhom ikunu validi għall-Kategorija DE sakemm id-detenturi tagħhom ikunu intitolati li jsuqu vetturi fil-Kategorija D;

(ċ)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji CE u DE għandhom ikunu validi għall-kombinazzjonijiet ta' vetturi fil-Kategoriji C1E u D1E rispettivament;

(d)

il-liċenzji mogħtija għal kwalunkwe kategorija għandhom ikunu validi għall-vetturi fil-Kategorija AM. Madankollu, fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan maħruga fit-territorju tieghu, Stat Membru jista' jillimita l-ekwivalenzi għall-Kategorija AM sal-Kategoriji A1, A2 u A, jekk dak l-Istat Membru jeżiġi test prattiku tas-sewqan bħala kondizzjoni sabiex tingħata liċenzja tal-Kategorija AM;

(e)

il-liċenzji maħruga għall-Kategorija A2 għandhom ikunu validi ukoll għall-Kategorija A1;

(f)

il-liċenzji mogħtija għall-Kategoriji A, B, C jew D għandhom ikunu validi għall-Kategoriji A1, A2, B1, C1 jew D1 rispettivament.

3.   Għas-sewqan fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-ekwivalenzi li ġejjin:

(a)

triċikli bil-mutur taħt liċenzja għall-Kategorija B, għal triċikli bil-mutur ta' qawwa li taqbeż 15 kW sakemm id-detentur tal-liċenzja għall-Kategorija B ikollu għall-inqas 21 sena;

(b)

muturi tal-Kategorija A1 taħt liċenzja għall-Kategorija B.

Billi dan il-paragrafu ikun validu biss fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx jindikaw fuq il-liċenzja tas-sewqan li d-detentur ikun intitolat li jsuq dawn il-vetturi.

4.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jawtorizzaw is-sewqan fit-territorju tagħhom ta':

(a)

vetturi tal-Kategorija D1 (b'massa massima awtorizzata ta' 3500 kg, eskluż kull tagħmir speċjalizzat maħsub għat-trasport ta' passiġġieri b'diżabbiltà) minn detenturi li jkollhom aktar minn 21 sena ta' liċenzja tas-sewqan għall-Kategorija B li tkun inkisbet għall-inqas sentejn qabel, sakemm il-vetturi jintużaw minn korpi mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali u s-sewwieq joffri s-servizzi tiegħu fuq bażi volontarja;

(b)

il-vetturi ta' massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3500 kg, minn detenturi ta' aktar minn 21 sena ta' liċenzja tas-sewqan għall-Kategorija B li tkun inkisbet għall-inqas sentejn qabel, sakemm l-iskop ewlieni tal-vetturi ikun li jintużaw biss meta wieqfa bħala post ta' taħriġ jew ta' rikreazzjoni, u li jintużaw minn korpi mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali u li l-vetturi jkunu ġew modifikati sabiex ma jkunux jistgħu jintużaw għat-trasport ta' aktar minn disa' persuni jew għall-ġarr ta' merkanzija għajr għal dak li jkun strettament meħtieġ għall-għanijiet tagħhom.

Artikolu 7

Ħruġ, validità u tiġdid

1.   Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil dawk l-applikanti:

(a)

li jkunu għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament u minn test teoriku u li jissodisfaw l-istandards mediċi, skond il-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi II u III;

(b)

li jkunu għaddew minn test teoriku fir-rigward tal-Kategorija AM biss; l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikanti jgħaddu minn test ta' ħila u ta' komportament kif ukoll minn eżami mediku għal din il-kategorija;

Għal triċikli u kwadriċikli f'din il-kategorja l-Istati Membri jistgħu jimponu test distintiv ta' ħila u ta' komportament. Għad-differenzjazzjoni ta' vetturi fil-Kategorija AM, jista' jiġi inserit kodiċi nazzjonali fil-liċenzja;

(ċ)

li jkunu, fir-rigward tal-Kategorija A2 jew tal-Kategorija A, biss jekk ikunu kisbu għall-inqas sentejn esperjenza fuq mutur tal-Kategorija A1 jew tal-Kategorija A2 rispettivament, għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament biss, jew lestew taħriġ skond l-Anness VI;

(d)

li jkunu lestew taħrig jew għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament, jew lestew taħrig jew għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament skond l-Anness V fir-rigward tal-Kategorija B għas-sewqan ta' kombinazzjoni ta' vetturi kif jingħad fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4)(b);

(e)

li jkollhom ir-residenza normali tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, jew li jkunu jistgħu jipproduċu prova li kienu ilhom jistudjaw hemmhekk għal mill-inqas sitt xhur.

2.

(a)

Minn 19 ta' Januar 2013, il-liċenzji maħruġa minn Stati Membri għall-Kategoriji AM, A1, A2, A, B, B1 u BE għandhom ikollhom validità amministrattiva ta' 10 snin.

Stat Membru jista' jagħżel li joħroġ tali liċenzji b'validità amministrattiva ta' 15-il sena.

(b)

Minn 19 ta' Januar 2013, il-liċenzji maħruġa mill-Istati Membri għall-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E għandhom ikollhom validità amministrattiva ta' 5 snin.

(ċ)

It-tiġdid ta' liċenzja tas-sewqan jista' jinvolvi perjodu ġdid ta' validità amministrattiva għal kategorija jew kategoriji oħra li d-detentur ikollu d-dritt isuq, sakemm dan ikun jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(d)

Il-presenza ta' mikro-ċipp skond l-Artikolu 1 ma għandiex tkun pre-rekwiżit għall-validità ta' liċenzja tas-sewqan. It-telf jew l-indeċifrabbiltà tal-mikro-ċipp, jew kwalunkwe ħsara oħra fiha, ma għandhomx jinċidu fuq il-validità tad-dokument.

3.   It-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan meta tiskadi l-validità amministrattiva tagħhom għandu jkun suġġett għal dawn li ġejjin:

(a)

il-kontinwazzjoni tal-konformità ma' l-istandards minimi ta' kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan kif previst fl-Anness III għal-liċenzji tas-sewqan fil-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E; u

(b)

residenza normali fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja, jew prova li l-applikanti kienu qegħdin jistudjaw hemmhekk għal mill-inqas sitt xhur.

L-Istati Membri jistgħu, meta jġeddu l-liċenzji tas-sewqan fil-Kategoriji AM, A, A1, A2, B, B1 u BE, jeżiġu eżami li japplika l-istandards minimi ta' kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan kif previst fl-Anness III.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta' liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa novizzi fir-rigward ta' kwalunkwe kategorija sabiex japplikaw miżuri speċifiċi lil tali sewwieqa, għall-finijiet tat-titjib tas-sigurtà fit-toroq.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva ta' l-ewwel liċenzja maħruġa lil sewwieqa novizzi fir-rigward tal-Kategoriji C u D għal 3 snin sabiex ikunu jistgħu japplikaw miżuri speċifiċi lil tali sewwieqa, għall-finijiet tat-titjib tas-sigurtà fit-toroq.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta' validità amministrattiva kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta' liċenzji individwali tas-sewqan fir-rigward ta' kwalunkwe kategorija fil-każ li tinħass il-ħtieġa li tiġi applikata frekwenza miżjuda ta' eżamijiet mediċi jew li jiġu applikati miżuri speċifiċi bħal restrizzjonijiet għal dawk li jiksru r-regolamenti tat-traffiku.

L-Istati Membri jistgħu inaqqsu l-perjodu ta' validità amministrattiva kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta' liċenzji tas-sewqan ta' detenturi li jirrisjedu fit-territorju tagħhom li jkunu laħqu l-età ta' 50 sena sabiex tiġi applikata frekwenza miżjuda ta' eżamijiet mediċi jew sabiex jiġu applikati miżuri speċifiċi bħal korsijiet ta' tagħlim mill-ġdid. Dan il-perjodu mnaqqas ta' validità amministrattiva jista' jiġi applikat biss mat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan.

4.   Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali kriminali u tal-pulizija, l-Istati Membri, jistgħu wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, japplikaw għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan id-dispożizzjonijiet tar-regoli nazzjonali tagħhom relatati ma' kondizzjonijiet diversi minn dawk imsemmija f'din id-Direttiva.

5.

(a)

L-ebda persuna ma jista' jkollha aktar minn liċenzja tas-sewqan waħda;

(b)

Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja fejn jiġi stabbilit li l-applikant diġa għandu liċenzja tas-sewqan;

(ċ)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa skond il-punt (b). Il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-ħruġ, sostituzzjoni, tiġdid jew skambju ta' liċenzja tas-sewqan għandhom ikunu li jiġi verifikat ma' Stati Membri oħra fejn ikun hemm motivi raġonevoli ta' suspett li l-applikant ikun diġà detentur ta' liċenzja oħra tas-sewqan;

(d)

Sabiex jiġu faċilitati l-kontrolli skond il-punt (b), l-Istati Membri għandhom jużaw in-network tal-liċenzja tas-sewqan ta' l-UE meta dan isir operattiv.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, Stat Membru li joħroġ liċenzja għandu japplika d-diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-persuna tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar il-kanċellament jew l-irtirar tad-dritt tas-sewqan jekk jiġi stabbilit li liċenzja ġiet maħruġa mingħajr ma ġew sodisfatti r-rekwiżiti.

Artikolu 8

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

L-emendi meħtieġa sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VI għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 9

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 10

Eżaminaturi

Mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-eżaminaturi tas-sewqan għandhom jissodisfaw l-istandards minimi stabbiliti fl-Anness IV.

L-eżaminaturi tas-sewqan li diġa jaħdmu f'dik il-kapaċità qabel 19 ta' Januar 2013 għandhom ikunu suġġetti biss għar-rekwiżiti dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità u miżuri regolari ta' taħrig perjodiku.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet varji dwar l-iskambju, l-irtirar, is-sostituzzjoni u r-rikonoxximent ta' liċenzji tas-sewqan

1.   Fejn id-detentur ta' liċenzja nazzjonali valida tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru jkun għamel ir-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, huwa jista' jitlob li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tiġi sostitwita minn liċenzja ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru li jwettaq is-sostituzzjoni sabiex jikkontrolla għal liema kategorija il-liċenzja preżentata tkun fil-fatt għadha valida.

2.   Suġġett għall-osservanza tal-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istat Membru tar-residenza normali jista' japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew il-kanċellament tad-dritt tas-sewqan lid-detentur ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jissostitwixxi l-liċenzja għal dak il-għan.

3.   L-Istat Membru li jwettaq is-sostituzzjoni għandu jagħti lura l-liċenzja l-qadima lill-awtoritàjiet ta' l-Istat Membru li jkun ħariġha u jagħti r-raġunijiet tiegħu għaliex għamel dan.

4.   Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ristretta, sospiża jew irtirata fi Stat Membru ieħor.

Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta' kull liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet ristretta, sospiża jew irtirata fit-territorju ta' l-Istat preċedenti.

Stat Membru jista' wkoll jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu kanċellata fi Stat Membru ieħor.

5.   Is-sostituzzjoni ta' liċenzja tas-sewqan li, per eżempju, tkun intilfet jew insterqet, tista' tinkiseb biss mingħand l-awtoritàjiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih id-detentur ikollu r-residenza normali tiegħu; dawk l-awtoritàjiet għandhom jipprovdu s-sostituzzjoni fuq il-bażi tat-tagħrif fil-pussess tagħhom jew, fejn xieraq, fuq il-prova mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja oriġinali.

6.   Fejn Stat Membru jissostitwixxi liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz għal mudell Komunitarju ta' liċenzja tas-sewqan, tali sostituzzjoni għandha tiġi reġistrata fuq il-mudell Komunitarju ta' liċenzja tas-sewqan kif għandhom jiġu reġistrati wkoll kull tiġdid jew sostituzzjoni sussegwenti.

Tali sostituzzjoni tista' ssir biss jekk il-liċenzja maħruġa mill-pajjiż terz tkun ġiet ċeduta lill-awtoritàjiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel is-sostituzzjoni. Jekk id-detentur ta' din il-liċenzja jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu għal Stat Membru ieħor, dan ta' l-aħħar ma għandux għalfejn japplika l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku previst fl-Artikolu 2.

Artikolu 12

Residenza normali

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna tgħix normalment, jiġifieri għall-inqas għal 185 jum f'kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u ta' xogħol, jew, fil-każ ta' persuna li ma jkollhiex rabtiet ta' xogħol, minħabba r-rabtiet personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tgħix.

Madankollu, ir-residenza normali ta' persuna li r-rabtiet tax-xogħol tagħha jkunu f'post differenti minn dak tar-rabtiet personali tagħha u li minħabba dan tgħix f'postijiet differenti li jinsabu f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha titqies bħala l-post tar-rabtiet personali tagħha, sakemm din il-persuna regolarment terġa' lura lejh. Din il-kondizzjoni ta' l-aħħar ma għandhiex għalfejn tiġi sodisfatta jekk il-persuna tkun tgħix fi Stat Membru sabiex twettaq xogħol ta' tul definit. L-attendenza f'università jew fi skola ma għandhiex timplika t-trasferiment tar-residenza normali.

Artikolu 13

Ekwivalenzi bejn mudelli ta' liċenzja mhux Komunitarji

1.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ekwivalenzi bejn id-drittijiet miksuba qabel l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva u l-kategoriji definiti fl-Artikolu 4.

Wara li jikkonsultaw il-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kull aġġustament fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom li jkun meħtieġ bil-għan li jimplementaw id-dispożizzjoniiet ta' l-Artikolu 11(4), (5) u (6).

2.   Kull dritt ta' sewqan mogħti qabel 19 ta' Januar 2013 ma għandux jitneħħa jew bi kwalunkwe mod kwalifikat bid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 14

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż l-impatt tagħha fuq is-sigurtà fit-toroq, mhux qabel 19 ta' Januar 2018.

Artikolu 15

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jiskambjaw tagħrif dwar il-liċenzji li jkunu ħarġu, skambjaw, issostitwixxu, ġeddu jew ikkanċellaw. Huma għandhom jużaw in-network ta' liċenzji tas-sewqan ta' l-UE stabbilit għal dawn il-finijiet, hekk kif dan in-network isir operattiv.

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard minn 19 ta' Januar 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), (2), (3) u (4)(b) sa (k), l-Artikolu 6(1), (2)(a), (ċ), (d) u (e), l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d), (2), (3) u (5), l-Artikolu 8, l-Artikolu 10, l-Artikolu 13, l-Artikolu 14, l-Artikolu 15, u l-Annessi I, punt 2, II, punt 5.2 dwar il-Kategoriji A1, A2 u A, IV, V u VI. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjoniet.

2.   Huma għadhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 19 ta' Januar 2013.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjoniet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll indikazzjoni li r-referenzi magħmula, fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ, għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Direttiva. Il-metodi kif issir tali referenza, u t-test tagħha, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Taħsir

Id-Direttiva 91/439/KEE hija b'dan imħassra b'effett minn 19 ta' Januar 2013, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-iskadenzi indikati fil-Parti B ta' l-Anness VII għat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 91/439/KEE għandu jiġi mħassar fi 19 ta' Januar 2007.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 9, l-Artikolu 11(1), (3), (4), (5) u (6), l-Artikolu 12 u l-Annessi I, II u III għandhom japplikaw minn 19 ta' Januar 2009.

Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU C 112, 30.4.2004, p. 34.

(2)  Opinioni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Frar 2005 (ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 202), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2006 (ĠU C 295 E, 5.12.2006, p. 1), Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2006.

(3)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).

(6)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).


ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MUDELL KOMUNITARJU TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN

1.

Il-karatteristiċi fiżiċi tal-karta tal-mudell tal-Komunità tal-liċenzja tas-sewqan għandhom ikunu skond ISO 7810 u ISO 7816-1.

Il-karta ghandha tkun magħmula minn polycarbonate.

Il-metodi għall-ittestjar tal-karatteristiċi tal-liċenzji tas-sewqan bil-għan li tkun ikkonfermata l-konformità tagħhom ma' l-istandards internazzjonali għandu jkun skond ISO 10373.

2.

Sigurta' fiżika tal-liċenzji tas-sewqan.

Is-sigurta' fiżika tal-liċenzji tas-sewqan tkun mhedda minn:

il-fabbrikazzjoni ta' karti ffalsifikati: il-ħolqien ta' oġġett ġdid li jkun simili ħafna għad-dokument, magħmul bħala oġġett ġdid jew bħala kopja ta' dokument oriġinali;

tibdil bażiku: it-tibdil ta' karatteristika tad-dokument oriġinali, bħal tibdil f'xi data stampata fuq id-dokument.

Is-sigurtà ġenerali tiddipendi fuq is-sistema fit-total tagħha, li tinkludi l-elementi individwali li ġejjin: proċedura ta' applikazzjoni, trasmissjoni ta' data, materjal użat għall-karta, it-teknika ta' l-istampar, kwantita minima ta' aspetti viżwali differenti u marki personalizzati.

(a)

Il-materjal użat ghal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi protett kontra l-falsifikazzjoni bit-teknika li ġejja (fatturi viżwali obbligatorji):

il-materjal tal-karta għandu jkun passiv għall-UV;

b'disinn ta' sigurtà fl-isfond li jkun protett kontra falsifikazzjoni li jsiru bi scanning, stampar jew ikkopjar, permezz ta' stampar bl-iris bl-użu ta' inka ta' sigurta li jkollha aktar minn kulur wieħed u stampar b'guilloche posittiv u negattiv. Id-disinn ma għandhux ikun kompost minn kuluri primarji (CMYK); għandu jkollu struttura komplessa f'mill-anqas żewg kuluri speċjali u għandu jinkludi ittri stampati b'mod “mikro”;

elementi varjabbli ottiċi li jipprovdu l-protezzjoni meħtieġa kontra ikkopjar u manipolazzjoni tar-ritratt;

tnaqqix bil-laser;

fiż-żona tar-ritratt, id-b'disinn ta' sigurtà fl-isfond u r-ritratt għandhom imissu fuq 'xulxin għall-anqas fix-xifer tar-ritratt (disinn gradwalment attenwat).

(b)

Il-materjal li jintuża għal-liċenzja tas-sewqan għandu jkun protett ukoll addizzjonalment kontra falsifikazzjoni permezz ta' mhux anqas minn tlieta minn dawn il-mezzi (fatturi ta' sigurta' addizzjonali):

inka ta' kuluri varjabbli*;

inka termokromika*;

holograms speċjali*;

immaġini varjabbli prodotti bil-laser*;

inka ultra vjola flworexxenti, viżibbli u trasparenti;

stampar irridixxenti;

watermark diġitali fl-isfond;

pigmenti infra aħmar jew fosforixxenti;

figuri, simboli jew disinji li jinħassu*.

(ċ)

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu aspetti ta' sigurta' addizzjonali. Bħala bażi it-tekniki indikati bl-asterisk għandhom jingħataw preferenza, ġaladarba jippermettu lill-awtoritajiet kriminali sabiex jivverifikaw il-validità tal-karta mingħajr mezzi speċjali.

3.

Il-liċenzja għandha jkollha żewġ naħat.

Il-paġna 1 għandha jkollha:

(a)

il-kliem “Liċenzja tas-sewqan” stampati b'tipa kbira bl-ilsien jew l-ilsna ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.

(b)

l-isem ta' l-Istat Membru li jkun qiegħed joħroġ il-liċenzja (fakultattiv);

(ċ)

il-marka distintiva ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampata fin-negattiv f'rettangolu blu u f'ċirku imdawwar miegħu ta' tnax-il stilla sofor; il-marki distintivi għandhom ikunu kif ġej:

B

:

Belġju

CZ

:

Repubblika Ċeka

DK

:

Danimarka

EST

:

Estonja

D

:

Ġermanja

GR

:

Greċja

E

:

Spanja

F

:

Franza

IRL

:

Irlanda

I

:

Italja

CY

:

Ċipru

LV

:

Latvja

LT

:

Litwanja

L

:

Lussemburgu

H

:

Ungerija

M

:

Malta

NL

:

Olanda

A

:

Awstrija

PL

:

Polonja

P

:

Portugall

SLO

:

Slovenja

SK

:

Slovakkja

FIN

:

Finlandja

S

:

Żvezja

UK

:

Renju Unit

(d)

l-informazzjoni speċifika għall-liċenzja maħruġa, innumerata kif ġej:

1.

il-kunjom tad-detentur;

2.

l-isem/ismijiet l-oħra tad-detentur;

3.

id-data u l-post tat-twelid;

4.

(a)

id-data tal-ħruġ tal-liċenzja;

(b)

id-data ta' skadenza l-liċenzja jew sing jekk il-liċenzja tkun valida b'mod indefinit;

(ċ)

l-isem ta' l-awtorità li toħroġ il-liċenzja (jista' jkun stampat fuq paġna 2);

(d)

numru differenti minn dak taħt l-intestatura 5, għal skopijiet amministrattivi (fakultattiv);

5.

in-numru tal-liċenzja;

6.

ir-ritratt tad-detentur;

7.

il-firma tad-detentur;

8.

il-post tar-residenza permanenti, jew l-indirizz postali (fakultattiv);

9.

il-kategorija tal-vettura(i) tad-detentur li jkollu d-dritt li jsuq (il-kategoriji nazzjonali għandhom ikunu stampati b'tipa differenti mill-kategoriji armonizzati);

(e)

il-kliem “mudell tal-Komunitajiet Ewropej” fil-lingwa (i) ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja u l-kliem “Liċenzja tas-Sewqan” fil-lingwi l-oħra tal-Komunità, stampati bir-roża sabiex jagħmlu l-isfond tal-liċenzja:

 

Permiso de Conducción

 

Řidičský průkaz

 

Kørekort

 

Führerschein

 

Juhiluba

 

Άδεια Οδήγησης

 

Driving Licence

 

Permis de conduire

 

Ceadúas Tiomána

 

Patente di guida

 

Vadītāja apliecība

 

Vairuotojo pažymėjimas

 

Vezetői engedély

 

Liċenzja tas-Sewqan

 

Rijbewijs

 

Prawo Jazdy

 

Carta de Condução

 

Vodičský preukaz

 

Vozniško dovoljenje

 

Ajokortti

 

Körkort;

(f)

Ir-referenzi tal-kulur:

ikħal: Blu Pantone Reflex,

isfar: Isfar Pantone.

Il-paġna 2 għandha jkollha:

(a)

9.

il-kategorija tal-vettura tad-detentur li jkollu d-dritt li jsuq (il-kategoriji nazzjonali għandhom ikunu stampati b'tipa differenti mill-kategoriji armonizzati);

10.

id-data ta' l-ewwel ħruġ għal kull kategorija (din id-data għandha tkun ripetuta fuq il-liċenzja l-ġdida f'każ ta' bdil sussegwenti jew skambju);

11.

id-data ta' skadenza għal kull kategorija;

12.

informazzjoni/restrizzjoni(jiet) addizzjonali, f'forma ta' kodiċi, quddiem is-(sub)kategorija konċernata.

Il-kodiċi għandhom ikunu kif ġej:

kodiċi 01 sa 99:

:

kodiċi armonizzati tal-Komunità

IS-SEWWIEQ (Ir-raġunijiet mediċi)

01.

Il-korrezzjoni u/jew il-protezzjoni tal-vista

01.01

Nuċċali

01.02

Lenti/ijiet tal-kuntatt

01.03

Ħġieġ protettiv

01.04

Lenti opaka

01.05

L-għata ta' l-għajnejn

01.06

Nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

02.

L-għajnuna tas-smigħ/tal-kommunikazzjoni

02.01

L-għajnuna tas-smigħ għal widna waħda

02.02

L-għajnuna tas-smigħ għall-widnejn

03.

Il-prosteżi/ortożi tar-riġlejn u d-dirgħajn

03.01

Il-prosteżi/ortożi tad-dirgħajn

03.02

Il-prosteżi/ortożi tar-riġlejn

05.

L-użu limitat (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju, is-sewqan suġġett għar- restrizzjonijiet għal raġunijiet mediċi)

05.01

Limitat għal vjaġġi ta' matul il-ġurnata (per eżempju: minn siegħa wara s-sebħ sa siegħa qabel inżul ix-xemx)

05.02

Limitat għal vjaġġi b'distanza ta'… km mill-post tar-residenza tad-detentur jew biss ġewwa l-belt/ir-reġjun

05.03

Is-sewqan mingħajr passiġġieri

05.04

Limitat għal vjaġġi b' veloċità ta' mhux aktar minn… km/siegħa

05.05

Is-sewqan awtorizzat biss meta akkumpanjat minn detentur ieħor ta' liċenzja tas-sewqan

05.06

Mingħajr karru

05.07

Sewqan mhux permess fuq l-awtostradi

05.08

Ebda alkoħol

IL-MODIFIKI FIL-VETTURA

10.

It-trasmissjoni modifikata

10.01

It-trasmissjoni manwali

10.02

It-trasmissjoni awtomatika

10.03

It-trasmissjoni operata elettronikament

10.04

Il-lieva ta' l-ingranaġġ aġġustata

10.05

Mingħajr ingranaġġ sekondarju

15.

Il-klaċċ modifikat

15.01

Il-lieva ta' l-ingranaġġ aġġustata

15.02

Il-klaċċ manwali

15.03

Il-klaċċ awtomatiku

15.04

Il-pedala tal-klaċċ kompartimentalizzata/tintewa/tinqala'

20.

Is-sistemi tal-brejkijiet modifikati

20.01

Il-pedala tal-brejk aġġustata

20.02

Il-pedala tal-brejk imkabbra

20.03

Il-pedala tal-brejk adattata sabiex tintuża bis-sieq ix-xellugija

20.04

Il-pedala tal-brejk permezz tal-pett

20.05

Il-pedala tal-brejk inklinata

20.06

Il-brejk normali operat bl-idejn (adattat)

20.07

L-użu massimu tal-brejk normali msaħħaħ

20.08

L-użu massimu tal-brejk ta' l-emerġenza integrat fil-brejk normali

20.09

Il-brejk ta' l-ipparkjar aġġustat

20.10

Il-brejk ta' l-ipparkjar operat b'elettriku

20.11

Il-brejk ta' l-ipparkjar operat bis-sieq (aġġustat)

20.12

Kompartiment quddiem il-pedala tal-brejk li tintewa/tinqala'

20.13

Il-brejk operat bl-irkoppa

20.14

Il-brejk normali operat b'elettriku

25.

Is-sistema ta' l-aċċelerazzjoni modifikata

25.01

Il-pedala ta' l-aċċeleratur aġġustata

25.02

Il-pedala tal-aċċeleratur operata bil-pett

25.03

Il-pedala tal-aċċeleratur inklinata

25.04

L-aċċeleratur manwali

25.05

L-aċċeleratur ma' l-irkoppa

25.06

L-aċċeleratur bis-servo (elettriku, pnewmatiku, eċċ.)

25.07

Il-pedala ta' l-aċċeleratur fuq ix-xellug tal-pedala tal-brejk

25.08

Il-pedala ta' l-aċċeleratur fuq ix-xellug

25.09

Kompartiment quddiem il-pedala ta' l-aċċeleratur li tingħalaq/tinqala'

30.

Is-sistemi tal-brejk u l-aċċeleratur modifikati u kombinati

30.01

Il-pedali paralleli

30.02

Il-pedali fl-istess livell (jew kwazi)

30.03

L-aċċeleratur u l-brejk skorrevoli

30.04

L-aċċeleratur u l-brejk skorrevoli u bl-orteżi

30.05

L-aċċeleratur u l-pedali tal-brejk jingħalqu/jinqalgħu

30.06

L-art merfugħa

30.07

Kompartiment fuq in-naħa tal-pedala tal-brejk

30.08

Kompartiment għall-prosteżi fuq in-naħa tal-pedala tal-brejk

30.09

Kompartiment quddiem il-pedali ta' l-aċċeleratur u tal-brejk

30.10

Appoġġ għall-għarqub/għar-riġel

30.11

L-aċċeleratur u l-brejk jaħdmu bl-elettriku

35.

Il-pożizzjoni tal-kontrolli modifikata

(Is-swiċċijiet tad-dawl, tal-windscreen wiper/washer, tal-ħorn, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni, eċċ.)

35.01

L-apparat tal-kontroll operabbli mingħajr influwenza negattiva fuq l-isteering u l-operat

35.02

L-apparat tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta, eċċ.)

35.03

L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta eċċ) bl-id ix-xellugija

35.04

L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta, eċċ) bl-id il-leminija

35.05

L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh l-isteering wheel u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta eċċ) u l-mekkaniżmi kombinati ta' l-aċċeleratur u tal-brejkijiet

40.

L-isteering modifikat

40.01

L-isteering normali assistit

40.02

L-isteering assistit rinforzat

40.03

L-isteering b'sistema ta' backup

40.04

Il-kolonna ta' l-isteering imtawla

40.05

Steering wheel aġġustata (steering wheel akbar u/jew eħxen, steering wheel b'dijametru mnaqqas, eċċ.)

40.06

Steering inklinat

40.07

Steering vertikali

40.08

Steering orizzontali

40.09

Is-sewqan operat bis-saqajn

40.10

Is-sewqan aġġustat alternattivament (bil-manku, eċċ.)

40.11

Il-pum fuq l-isteering

40.12

L-orteżi ta' l-id fuq l-isteering

40.13

L-orteżi tenodese

42.

Il-mera/mirja li juru wara modifikati

42.01

Il-mera esterna li turi wara (fuq ix-xellug jew) fuq il-lemin

42.02

Il-mera esterna li turi wara qiegħda fuq il-ġenb

42.03

Mera addizzjonali ġewwinija li tippermetti li wieħed jara t-traffiku ta' wara

42.04

Il-mera panoramika ġewwinija li turi wara

42.05

Il-mera li turi l-oġġetti moħbija fuq wara

42.06

Il-mera/mirja barranija li juru wara u li jaħdmu bl-elettriku

43.

Il-maqgħad tas-sewwieq modifikat

43.01

Il-maqgħad tas-sewwieq f'għoli biżżejjed u b'distanza normali mill-isteering wheel u mill-pedala

43.02

Il-maqgħad tas-sewwieq aġġustat skond is-sura tal-ġisem

43.02

Il-maqgħad tas-sewwieq bis-sapport laterali għall-istabbiltà meta wieħed ikun bilqiegħda

43.04

Il-maqgħad tas-sewwieq bl-armrest

43.05

Il-maqgħad tas-sewwieq skorrevoli imtawwal

43.06

Iċ-ċinturin tas-sigurtà aġġustat

43.07

Iċ-ċinturin ta' sigurtà tat-tip harness

44.

Il-modifiki tal-muturi (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju)

44.01

Il-brejk operat singolu

44.02

Il-brejk operat bl-id (aġġustat) (fuq ir-rota ta' quddiem)

44.03

Il-brejk operat bis-sieq (aġġustat) (fuq ir-rota ta' wara)

44.04

Il-manku ta' l-aċċeleratur(aġġustat)

44.05

It-trasmissjoni manwali u l-klaċċ manwali (aġġustati)

44.06

Il-mera/mirja li turi/juru wara (aġġustati)

44.07

Il-mezzi tal-kontroll (l-indikaturi tad-direzzjoni, id-dwal tal-brejkijiet)(aġġustati)

44.08

L-għoli tal-maqgħad li jippermetti lis-sewwieq, meta jkun bilqiegħda, li jkollu saqajh it-tnejn imissu ma' l-art fl-istess ħin

45.

Il-mutur b'sidecar biss

50.

Ristrett għal numru speċifiku ta' vettura/chassis (in-numru ta' l-identifikazzjoni tal-vettura, VIN)

51.

Ristrett għal pjanċa speċifika ta' reġistrazzjoni/vettura (in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, VRN)

KWISTJONIJIET AMMINISTRATIVI

70.

Bdil tal-liċenzja Nru… maħruġa minn… (il-marka distintiva ta' l-EU/UN fil-każ ta' pajjiż terz; e.ż:: 70.0123456789.NL)

71.

Duplikat tal-liċenzja Nru… maħruġa minn… (il-marka distintiva ta' l-EU/UN fil-każ ta' pajjiż terz; e.ż:: 71.987654321.HR)

72.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija A li jkollhom kapaċità ċilindrika massima ta' 125 cc u qawwa massima ta' 11 KW (A1)

73.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija B ta' tip ta' triċikli jew kwadriċikli bil-mutur (B1)

74.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija C li l-massa massima awtorizzata tagħhom ma tkunx aktar minn 7 500 kg (C1)

75.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija D li ma jkollhomx aktar minn 16-il post, minbarra l-post tas-sewwieq (D1)

76.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija C li l-massa massima awtorizzata tagħhom ma tkunx aktar minn 7 500 kg (C1), li jkunu kombinati ma' karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta' aktar minn 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tas-sensiela ta' vetturi hekk iffurmata ma tkunx aktar minn 12 000 kg, u li l-massa massima awtorizzata tal-karru ma tkunx aktar mill-massa mhux mgħobbija tal-vettura li tirmonka (C1E)

77.

Ristrett għall-vetturi tal-kategorija D li ma jkollhomx aktar minn 16-il post għall-passiġġieri, minbarra l-post tas-sewwieq (D1), kombinati mal-karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun aktar minn 750 kg sakemm (a) il-massa massima awtorizzata tas-sensiela tal-vetturi hekk iffurmata ma tkunx aktar minn 12 000 kg u l-massa massima awtorizzata tal-karru ma tkunx aktar mill-massa mhux mgħobbija tal-vettura li tirmonka u (b) il-karru ma jintużax sabiex iġorr il-passiġġieri (D1E)

78.

Ristrett għall-vetturi bi trasmissjoni awtomatika

79.

(…) Ristrett għall-vetturi li jikkonformaw mal-karatteristiċi indikati fil-parentesi, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 1991/439/KEE

90.01

:

lejn ix-xellug

90.02

:

lejn il-lemin

90.03

:

xellug

90.04

:

lemin

90.05

:

id

90.06

:

sieq

90.07

:

użabbli

95.

Sewwieq li jkollu CPC li jissodisfa l-obbligu ta' kompetenza professjonali msemmi fid-Direttiva 2003/59/KE sal … [e.ż.: 1.1.2012]

96.

Sewwieqa li jkunu temmew taħrig jew għaddew minn test ta' ħila u ta' komportament skond l-Anness V.

kodiċi 100 u 'l fuq:

:

kodiċi nazzjonali validi biss għas-sewqan fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja.

Fejn xi kodiċi japplika għall-kategoriji kollha li għalihom tkun inħarġet il-liċenzja, dan jista jiġi stampat taħt l-intestaturi 9,10 u 11.

13.

fl-implementazzjoni tat-Taqsina 4(a) ta' dan l-Anness, l-ispazju riżervat għal xi iskrizzjoni possibbli mill-Istat Membru ospitanti ta' tagħrif essenzjali għall-amministrazzjoni tal-liċenzja.

14.

spazju riżervat għal xi iskrizzjoni possibbli mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja ta' informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-liċenzja jew relatata mas-sigurtà fuq it-triq (fakultattiv). Jekk l-informazzjoni jkollha x'taqsam ma' xi wieħed mill-intestaturi definiti f'dan l-Anness, għandha tkun preċeduta min-numru ta' l-intestatura msemmija.

Bil-ftehim speċifiku bil-miktub tad-detentur, informazzjoni li ma tkunx relatata ma' l-amministrazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan jew mas-sigurtà fuq it-triq tista' tiġi miżjuda wkoll f'dan l-ispazju; żieda bħal din ma għandiex tbiddel b'xi mod l-użu tal-mudell bħala liċenzja tas-sewqan.

(b)

spjegazzjoni tal-punti numerati li jidhru fuq il-paġni 1 u 2 tal-liċenzja (għall-inqas il-punti 1,2,3,4 (a), 4(b), 4(ċ), 5, 10, 11 u 12).

Jekk xi Stat Membru jixtieq jagħmel l-iskrizzjonijiet f'xi lingwa nazzjonali għajr waħda mil-lingwi li ġejjin: Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola jew Svediża, dan għandu jifformola verżjoni tal-liċenzja b'żewġ lingwi u juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Anness.

(ċ)

għandu jiġi riżervat spazju fuq il-mudell ta' liċenzja tal-Komunità li fih ikun jagħmilha possibbli li jiddaħħlu xi mikro-ċipp jew apparat simili tal-kompjuter.

4.   Dispożizzjonijiet Speċjali

(a)

Fil-każ li detentur ta' liċenzja tas-sewqan, maħruġa minn Stat Membru skond dan l-Anness, għandu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru jista' jdaħħal fil-liċenzja informazzjoni li hija neċessarja għall-finijiet ta' amministrazzjoni, sakemm idaħħal ukoll din it-tip ta' informazzjoni fil-liċenzji li huwa joħroġ u sakemm jibqa' biżżejjed spazju għal dan il-għan.

(b)

L-Istati Membri jistgħu iżidu kuluri u markaturi bħal bar codes, simboli nazzjonali u elementi ta' sigurta', wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn f'dan l-Anness.

Fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji, il-bar code ma għandux jikkontjeni informazzjoni iktar minn dik li diġa' tista' tinqara fuq liċenzja tas-sewqan jew li tkun neċessarja għall-proċess ta' ħruġ tal-liċenzja.

MUDELL KOMUNITARJU TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN

Paġna 1   LIĊENZJA TAS-SEWQAN [STAT MEMBRU]

Image

Paġna 2

1. Isem 2. L-ewwel isem 3. Id-data u l-post tat-twelid 4a. Id-data tal-ħruġ tal- liċenzja 4b. Id-data uffiċjali ta' skadenza 4c. Maħruġa minn 5.Numru tas-serje' tal-liċenzja 8. Post tar-residenza 9. Kategorija 10. Data tal-ħruġ, skond il-kategorija 11. Data ta' skadenza, skond il-kategorija 12. Restrizzjonijiet

Image

MUDELL-KAMPJUN TAL-LIĊENZJA

LIĊENZJA BELĠJANA (għall-informazzjoni)

Image Image

ANNESS II

I.   REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TESTIJIET TAS-SEWQAN

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw li l-applikanti għal-liċenzji tas-sewqan ikollhom il-kompetenza u l-ħiliet u juru l-komportament meħtieġ sabiex isuqu vettura bil-mutur. It-testijiet introdotti għal dan l-effett iridu jikkonsistu minn:

test teoriku, u konsegwentement

test ta' ħila u ta' komportament,

Il-kondizzjonijiet li taħthom dawn it-testijiet għandhom isiru huma stabbiliti hawn taħt.

A.   IT-TEST TEORIKU

1.   Il-forma

Il-forma magħżula għandha tkun tali li tassigura li l-applikant ikollu t-tagħrif meħtieġ dwar is-suġġetti elenkati fil-punti 2, 3 u 4.

Kull applikant għal liċenzja f'kategorija waħda li jkun għadda mit-test tat-teorija għal-liċenzja f'kategorija differenti jista' jiġi eżentat mid-dispozizzjonijiet komuni tal-punti 2, 3 u 4.

2.   Il-kontenut tat-test tat-teorija rigward il-kategoriji kollha tal-vetturi

2.1.

Għandhom isiru domandi dwar kull punt elenkat hawn taħt, filwaqt li l-kontenut u l-forma tad-domandi għandhom jibqgħu għad-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru:

2.1.1.

Ir-regolamenti tat-traffiku fit-toroq:

partikolarment rigward is-senjaletika tat-toroq, il-marki u s-sinjali, id-dritta u l-limiti tal-veloċità.

2.1.2.

Is-sewwieq:

l-importanza ta' l-attenzjoni u r-rispett lejn dawk kollha li jużaw it-toroq,

il-perċezzjoni, il-ġudizzju u t-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment waqt reazzjoni, kif ukoll it-tibdil tal-komportament fis-sewqan minħabba l-influwenza tal-alkoħol, tad-drogi u tal-prodotti mediċinali, l-istat mentali u l-għajja.

2.1.3.

It-triq:

l-aktar prinċipji importanti li rigward l-osservanza tad-distanza prudenti bejn il-vetturi, id-distanzi għall-ibbrejkjar u roadholding taħt diversi kondizzjonijiet tat-temp u tat-toroq,

il-fatturi tar-riskju fis-sewqan relatati ma' diversi kondizzjonijiet tat-toroq, partikolarment kif jinbidlu skond it-temp u l-ħin tal-ġurnata jew tal-lejl,

il-karatteristiċi ta' diversi tipi ta' toroq u r-rekwiżiti statutorji relatati magħhom.

2.1.4.

L-oħrajn kollha li jużaw it-toroq:

il-fatturi speċifiċi ta' riskju relatati man-nuqqas ta' l-esperjenza ta' l-utenti l-oħra tat-toroq u l-kategoriji l-aktar vulnerabbli ta' l-utenti bħat-tfal, dawk li jkunu mixjin, iċ-ċiklisti, tal-muturi u nies b'mobilità mnaqqsa,

ir-riskji involuti fil-moviment u fis-sewqan ta' diversi tipi ta' vetturi u d-diversi angoli li s-sewwieq tagħhom ikun jista' jara.

2.1.5.

Ir-regoli ġenerali u r-regolamenti kif ukoll kwistjonijiet oħrajn:

ir-regoli rigward id-dokumenti amministrattivi meħtieġa għall-użu tal-vetturi,

ir-regoli ġenerali li jispeċifikaw kif sewwieq għandu jaġixxi fil-każ ta' aċċident (jattiva apparati ta' twissija u jqanqal l-allarm) u l-miżuri li jista' jieħu sabiex jgħin lill-vittmi ta' aċċident tat-traffiku fejn ikun meħtieġ,

il-fatturi ta' sigurtà relatati mal-vettura, il-piż u l-persuni li jinġarru.

2.1.6.

Il-prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura;

2.1.7.

L-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-triq; l-applikanti għandhom ikunu kapaċi jagħrfu d-difetti l-aktar komuni, partikolarment fl-isteering wheel, fis-suspension u s-sistemi ta' l-ibbrejkjar, fit-tyres, fid-dwal u fl-indikaturi tad-direzzjoni, fir-rifletturi, fil-mirja li juru wara, fil-windscreen u l-wipers, fis-sistema ta' l-exhaust, fiċ-ċinturin tas-sigurtà u fl-allarm udibbli;

2.1.8.

It-tagħmir tas-sigurtà tal-vettura u partikolarment, l-użu taċ-ċinturin tas-sigurtà, il-kuxxinett tar-ras u t-tagħmir tas-sigurtà għat-tfal;

2.1.9.

Ir-regoli rigward l-użu tal-vettura f'relazzjoni ma'l-ambjent (l-użu xieraq ta' apparati tat-twissija permezz tas-smigħ, il-konsum moderat ta' karburant, il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' tniġġis eċċ.).

3.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-Kategoriji A, A2 u A1

3.1.

Il-kontroll obbligatorju tat-tagħrif ġenerali fuq:

3.1.1.

L-użu ta' lbies protettiv bħal ingwanti, żraben, ilbies u l-elmu ta' sigurtà;

3.1.2.

Il-viżibbiltà tal-motoċiklisti għal oħrajn li jużaw it-toroq;

3.1.3.

Il-fatturi tar-riskju relatati ma' diversi kondizzjonijiet tat-toroq kif stabbiliti hawn fuq b'attenzjoni speċjali għall-partijiet li jkunu jiżolqu bħalma huma l-għotjien tad-drenaġġ, is-sinjali tat-toroq bħalma huma l-linji u l-vleġeġ, il-linji tat-tram;

3.1.4.

L-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq kif stabbiliti hawn fuq b'attenzjoni speċjali għas-swiċċ tal-waqfien ta' l-emerġenza, il-livelli taż-żejt u l-katina.

4.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E

4.1.

Il-kontroll obbligatorju tat-tagħrif ġenerali fuq:

4.1.1

Ir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu dispożizzjonijiet soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq (1); l-użu tat-tagħmir ta' l-irrekordjar kif definit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-apparat ta' kontroll fil-qasam tat-traspot bit-triq (2).

4.1.2.

Ir-Regoli rigward it-tip ta' trasport ikkonċernat: l-oġġetti jew il-passiġġieri

4.1.3.

Id-dokumenti tal-vettura u tat-trasport meħtieġa għat-trasport nazzjonali u internazzjonali ta' l-oġġetti u l-passeġġieri.

4.1.4.

X'wieħed għandu jagħmel fil-każ ta' aċċident; it-tagħrif dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu wara aċċident jew avveniment simil, inkluża l-azzjoni ta' l-emerġenza bħalma hi l-evakwazzjoni tal-passeġġieri u t-tagħrif bażiku dwar l-ewwel għajnuna.

4.1.5.

Il-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu matul it-tneħħija u l-bdil tar-roti.

4.1.6.

Ir-regoli dwar il-piż u d-dimensjonijiet tal-vettura; ir-regoli fuq il-limitaturi tal-veloċità.

4.1.7.

L-ostruzzjoni ta' l-angolu tal-vista mill-karatteristiċi tal-vetturi tagħhom.

4.1.8.

Il-qari tal-mappa tat-toroq, l-ippjanar tar-rotot, inkluż l-użu ta' sistemi elettroniċi tan- navigazzjoni (mhux obbligatorju).

4.1.9.

Il-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: il-kontroll tat-tagħbija (l-istivar u l-irbit), id-diffikultajiet rigward id-diversi tipi ta' tagħbijiet (e.ż. il-likwidi, it-tagħbijiet sospiżi), it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija u l-użu ta' l-apparat tat-tagħbija (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss).

4.1.10.

Ir-responsabbiltà tas-sewwieq rigward il-ġarr tal-passiġġieri; il-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri; il-ġarr tat-tfal; il-verifiki meħtieġa qabel qabel is-sewqan; kull tip ta' karozza tal-linja għandu jkun rappreżentat fit-test tat-teorija.

4.2.

It-test obbligatorju tat-tagħrif ġenerali tad-dispożizzjonijiet addizjonali li ġejjin rigward il-Kategoriji C, CE, D u DE.

4.2.1.

Il-prinċipji tal-kostruzzjoni u l-funzjonament ta' il-magni b'kombustjoni interna, il-fluwidi (e.ż. iż-zejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid), is-sistema tal-karburant, is-sistema elettrika, is-sistema ta' l-ignition, is-sistema tat-trasmissjoni (il-klaċċ, l-ingranaġġ, etċ.).

4.2.2.

Il-lubrikazzjoni u l-protezzjoni kontra l-iffriżar.

4.2.3.

Il-prinċipji tal-kostruzzjoni, it-twaħħil, l-użu korrett u l-kura tat-tyres.

4.2.4.

Il-prinċipji dwar it-tipi, l-operat, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutennzjoni jum b'jum tal-partijiet tal-brejkijiet u tat-trażżin tal-veloċità, u l-użu tal-brejkijiet anti-lock.

4.2.5

Il-prinċipji dwar it-tipi, l-operat, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutenzjoni jum b'jum tas-sistemi tal-coupling (il-Kategoriji CE, DE biss).

4.2.6.

Il-metodi kif wieħed isib l-kawzi tal-ħsarat li jikkaġunaw il-waqfien.

4.2.7.

Il-manuntenzjoni preventiva tal-vetturi u t-tiswijiet neċessarji għall-funzjonament.

4.2.8

Ir-responsabiltà tas-sewwieq rigward l-aċċettazzjoni, it-trasport u t-twassil tal-merkanzija skond il-kondizzjonijiet miftiehma (il-Kategoriji, CE biss).

B.   IT-TEST TA' ĦILA U TA' KOMPORTAMENT

5.   Il-vettura u t-tagħmir tagħha

5.1

Is-sewqan ta' vettura bi trasmissjoni manwali għandu jkun suġġett għal test ta' ħila u ta' komportament li jsir fuq vettura bi trasmissjoni manwali.

Jekk applikant joqgħod għat-test ta' ħila u ta' komportament fuq vettura bi trasmissjoni awtomatika dan għandu jiġi rrekordjat fuq kull liċenzja fuq il-bażi ta' test ta' din ix-xorta. Il-liċenzji b'din l-indikazzjoni għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta'vetturi bi trasmissjoni awtomatika.

“Vettura bi trasmissjoni awtomatika” tfisser vettura li fiha l-proporzjon ta' l-ingranaġġ bejn il-magna u r-roti jista' jiġi varjat bl-użu biss ta' l-aċċeleratur jew tal-brejkijiet.

5.2.

Il-vetturi wżati fi testijiet ta' ħila u ta' komportament għandhom jikkonformaw mal-kriterji minimi mogħtija hawn taħt. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kriterji aktar stretti jew iżidu oħrajn.

Kategorija A1:

Mutur tal-kategorija A1 mingħajr sidecar, b'kapaċita kubika ta' l-inqas 120 cm3, u b'kapaċità ta' veloċita' ta' l-inqas ta' 90 km/siegħa;

Kategorija A2:

Mutur tal-kategorija A2 mingħajr sidecar, b'kapaċita kubika ta' l-inqas 400 cm3, u b'kapaċita ta' qawwa tal-magna ta' l-inqas ta' 25 kW;

Kategorija A:

Mutur tal-kategorija A mingħajr sidecar, b'kapaċita kubika ta' l-inqas 600 cm3, u b'kapaċita ta' qawwa tal-magna ta' l-inqas ta' 35 kW;

Kategorija B:

Vettura tal-Kategorija B b'erba' roti b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 100 km/siegħa;

Kategorija BE:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategotija B b'karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta' mill-anqas 1 000 kg, b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 100 km/siegħa, li ma jaqax fil-Kategorija B; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jikkonsisti fi struttura li tkun kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' l-istess wisa' u għoli daqs il-vettura tal-mutur; l-istruttura li tkun il-kaxxa magħluqa tista' ukoll tkun ftit anqas wiesa' mill-vettura tal-mutur sakemm il-vista għal fuq wara tkun possibbli biss permezz ta' l-użu ta' mirja esterni li juru wara l-vettura bil-mutur; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'minimu ta' 800 kg ta' massa totali reali;

Kategorija B1:

Kwadriċiklu bil-mutur b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 60 km/siegħa;

Kategorija C:

Vettura tal-kategorija C b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 12 000 kg, ta' tul mill-anqas ta' 8 m, ta' wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; attrezzata bi brejkijiet anti-lock, mgħammra b'ingranaġġ li jkollu mill-anqas tmien ratios għal quddiem u apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' l-istess għoli u wisa' tal-karru; il-vettura għandha tkun ippreżentata b' massa minima totali reali ta' 10 000 kg;

Kategorija CE:

Vettura artikolata jew kombinazzjoni ta' vettura tat-test tal-kategorija C b'karru magħha ta' mill-anqas 7,5 m tul; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandhom ikollhom massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 20 000 kg, tul ta' mill-anqas 14-il metru u wisa' ta' mill-anqas 2,40 m, għandhom ikunu b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/s, attrezzati bi brejkijiet anti-lock, mgħammra b'ingranaġġ li jkollu tmien ratios għal quddiem u apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' wisa' u għoli daqs il-kabina; kemm il-vettura artikolata kif ukol il-kombinazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b'massa minima totali reali ta' 15 000 kg;

Kategorija C1:

Vettura tas-subkategorija C1 b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 4 000 kg, b' tul ta' mill-anqas 5 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; li jkollha fiha brejkijiet antil-lock u li tkun mgħammra bl-apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' wisa' u għoli daqs il-kabina;

Kategorija C1E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-subkategorija C1 b'karru b'massa awtorizzata massima ta' mill-anqas 1 250 kg; din il-kombinazzjoni għandha tkun mill-anqas 8 m fit-tul u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jkun jikkonsisti f'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas tal-wisa' u l-għoli tal-kabina; l-istruttura tal-kaxxa magħluqa tista' wkoll tkun ftit iżgħar fil-wisa' mill-kabina ipprovdut sakemm il-vista lura tkun possibli bl-użu tal-mirja esterni li juru wara l-vettura bil-mutur; il-karru għandu jkun ippreżentat b'massa minima totali reali ta'800 kg;

Kategorija D:

Vettura tal-kategorija D b'tul ta' mill-anqas 10 m, b'wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; mgħammra bi brejkijiet anti lock u armata b'apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

Kategorija DE:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija D u karru b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1 250 il-kg, ta' wisa' ta' mill-anqas 2,40 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jkun jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas 2 m wiesgħa u 2 m twila; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg;

Kategorija D1:

Vettura tas-subkategorija D 1 b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 4 000 kg, b'tul ta' mill-anqas 5 m u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; mgħammra bi brejkijiet anti-lock u armata b'apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

Kategorija D1E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-sottokategorija D1 b'karru ta' massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1 250 kg u b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tal-karru għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas 2 m wiesgħa u 2 m għolja; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kg;

Il-vetturi tat-testijiet għall-Kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E li ma jkunux konformi mal-kriterji minimi ta'hawn fuq imma li kienu jintużaw fiż-żmien jew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jistgħu xorta jintużaw għal perjodu ta' mhux aktar minn għaxar snin wara dik id-data. Ir-rekwiżiti relatati mat-tagħbija li għandha tinġarr minn dawn il-vetturi, jistgħu jiġu implementati minn Stati Membri sa għaxar snin minn mindu tidħol fis-seħħ id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE (3).

6.   Il-ħiliet u l-komportament li għandhom jiġu ttestjati rigward il-Kategoriji A1, A2 u A

6.1.   Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.1.

Jaġġustaw l-ilbies protettiv, bħal ingwanti, żraben, ilbies u l-elmu ta' sigurtà.

6.1.2

Iwettqu kontroll każwali tal-kondizzjoni tat-tyres, tal-brejkijiet, ta' l-isteering wheel, tas-swiċċ għall-waqfien ta' l-emerġenza (jekk ikun applikabbli), tal-katina, tal-livelli taż-żejt, tad-dwal, tar-rifletturi, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni u ta' l-apparat tat-twissija udibbli.

6.2.   Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

6.2.1.

Itellgħu u jniżżlu l-mutur fuq l-istand tiegħu u jmexxuh, mingħajr l-għajnuna tal-magna, billi jimxu maġenb il-vettura.

6.2.2.

Jipparkjaw il-mutur fuq l-istand tiegħu.

6.2.3.

Għall-inqas żewġ manuvri li għandhom isiru b'veloċità baxxa, inkluża slalom; dan għandu jkun tali li jippermetti li tiġi valutata l-kompetenza fil-maniġġ tal-klaċċ flimkien mal-brejk, il-bilanċ, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur u l-pożizzjoni tas-saqajn fuq il-foot-rests.

6.2.4.

Għall-inqas żewġ manuvri għandhom isiru f'veloċità qawwija, li minnhom waħda bit-tieni jew bit-tielet ingranaġġ, mill-anqas bit-30 km/siegħa u manuvra sabiex tevita ostaklu b'veloċità minima ta' 50 km/siegħa; din għandha tippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza tal-pożizzjoni fuq il-mutur, id-direzzjoni tal-vista, il-bilanċ, it-teknika fl-isteering u t-teknika fit-tibdil ta' l-ingranaġġi.

6.2.5.

L-ibbrejkjar: għall-inqas għandhom isiru żewġ eżerċizzji ta' l-ibbrejkjar, inkluż l-ibbrejkjar ta' l-emerġenza ta' 50 km/s; dan irid jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza fl-operat tal-brejkijiet ta' quddiem u ta' wara, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur.

Il-manuvri speċjali msemmija taħt il-punti minn 6.2.3 sa 6.2.5 għandhom jiġu implementati mill-anqas ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2000/56/KE.

6.3.   Il-komportament fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

6.3.1.

Il-ħruġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn awtostrada.

6.3.2.

Is-sewqan f'toroq dritti; is-sorpass ta' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spażji konfinati.

6.3.3.

Is-sewqan madwar liwjiet.

6.3.4.

Salib-it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions.

6.3.5.

Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; it-tibdil tal-korsija.

6.3.6.

L-avviċinament/il-ħruġ fuq awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm): ir-resqien lejn il-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċelerazzjoni.

6.3.7.

Is-sorpass/il-passaġġ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibli); is-sewqan maġenb ostakli, e.ż. karozzi pparkjati; meta tiġi maqbuż minn traffiku ieħor (jekk ikun xieraq).

6.3.8.

Il-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): roundabouts; railway level crossings; waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; pedestrian crossings; is-sewqan 'il fuq 'l-isfel fuq sidriet.

6.3.9.

It-teħid ta' prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura.

7.   Il-ħiliet u l-komportament li għandhom jiġu ttestjati rigward il-Kategoriji B, B1 u BE

7.1.   Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi li jkunu ppreparati sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.1.1.

L-aġġustament tal-maqgħad kif ikun meħtieġ sabiex tinkiseb pożizzjoni bilqiegħda korretta.

7.1.2.

L-aġġustament tal-mirja li juru wara, iċ-ċinturin tas-sigurtà u l-kuxxinetti tar-ras jekk ikun hemm.

7.1.3.

Kontroll li l-bibien ikunu magħluqa.

7.1.4.

Kontroll każwali tal-kondizzjoni tat-tyres, ta' l-isteering wheel, tal-brejkijiet, tal-fluwidi (e.g. iż-żejt tal-magna, tar-refriġerant, tal-washer fluid), tad-dwal, tar-rifletturi, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni u ta' l-apparat tat-twissija udibbli.

7.1.5.

Kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien tal-merkanzija, l-illokkjar tal-kabina, il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategorija BE biss).

7.1.6.

Kontroll tal-mekkaniżmu tal-coupling u l-brejk u l-konnessjonijiet elettriċi (il-kategorija BE biss).

7.2.   Il-Kategoriji B u B1: manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati għax għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

Għażla tal-manuvri li ġejjin għandhom jiġu ttestjati (mill-anqas żewġ manuvri dwar erba' punti, inkluż wieħed dwar l-ingranaġġ ta' lura):

7.2.1.

It-treġġigħ lura f'direzzjoni dritta jew it-treġġigħ lura lejn il-lemin jew lejn ix-xellug madwar kantuniera waqt li tinżamm il-korsija korretta tat-traffiku.

7.2.2.

Id-dawran tal-vettura sabiex tħares lejn id-direzzjoni opposta, bl-użu ta' l-ingranaġġ ta' quddiem u ta' wara.

7.2.3.

L-ipparkjar tal-vettura u jħallu spażju ta' parking (parallel, obligwu, angolu ta' 90 grad, il-quddiem jew fir-reverse, fuq post ċatt, il-fuq jew l-isfel).

7.2.4.

L-użu preċiż tal-brejkijiet sabiex issir waqfa; imma, li ssir waqfa ta' emerġenza mhix obbligatorja.

7.3.   Kategorija BE: Manuvri speċjali li jkunu jeħtieġu li jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

7.3.1.

L-ingaġġ jew id-disingaġġ, jew id-disingaġġ u l-ingaġġ mill-ġdid ta' karru minn mal-vettura motorizzata tagħha; il-manuvra għandha tinvolvi li l-vettura li tirmonka tiġi pparkjata ħdejn il-karru (i.e. mhux f'sensiela waħda).

7.3.2.

It-treġġigħ lura matul liwja, li r-rotta tagħha għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri.

7.3.3.

Is-sigurtà fl-ipparkjar waqt it-tagħbija/il-ħatt.

7.4.   Il-komportament fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

7.4.1.

Is-sewqan 'il barra mill-parkeġġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn awtostrada.

7.4.2.

Is-sewqan f'toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spażji konfinati.

7.4.3.

Is-sewqan madwar liwjiet.

7.4.4.

Salib-it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions.

7.4.5.

Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; it-tibdil tal-korsija.

7.4.6.

L-avviċinament/il-ħruġ fuq awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm): ir-resqien lejn il-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċelerazzjoni.

7.4.7.

Is-sorpass/il-passaġġ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); is-sewqan maġenb l-ostakli, e.ż. karozzi parkjati; is-sorpass minn traffiku ieħor (jekk xieraq).

7.4.8.

Il-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): ir-railway level crossings; il-waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; il-pedestrian crossings; is-sewqan f'niżliet jew telgħat twal.

7.4.9.

It-teħid tal-prekawzjonijiet neċessarji kollha waqt l-inżul mill-vettura.

8.   Il-ħiliet u l-komportament li għandhom jiġu ttestjati rigward il-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E

8.1.   Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq.

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi li jkunu ppreparati sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin.

8.1.1.

L-aġġustament tal-maqgħad kif ikun meħtieġ sabiex tinkiseb pożizzjoni bilqiegħda korretta.

8.1.2.

L-aġġustament tal-mirja li juru wara, iċ-ċinturin tas-sigurtà u l-kuxxinetti tar-ras jekk ikun hemm.

8.1.3.

Kontrolli każwali tal-kondizzjoni tat-tyres, ta' l-isteering wheel, tal-brejkijiet, tad-dwal, tar-rifletturi, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni u tal-mezzi tat-twissija permezz tas-smigħ.

8.1.4.

Kontroll tas-sistemi tal-brejkijiet u s-sistemi ta' l-isteering operati bil-qawwa tal-magna, kontrol tal-kondizzjoni tar-roti, ta' l-iskorfini tar-roti, tal-parafangi, tal-windscreen, tat-twieqi u wipers, tal-fluwidi (e.g. iż-żejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid); il-kontroll u l-użu ta' l-istrumentazzjoni inkluż l-apparat ta' reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

8.1.5.

Kontroll tal-pressa ta' l-arja, tat-tankijiet ta' l-arja u tas-suspension.

8.1.6.

Kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien mnejn tidħol it-tagħbija, il-mekkaniżmu tat-tagħbija (jekk ikun hemm), l-illokkjar tal-kabina (jekk ikun hemm), il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss).

8.1.7.

Kontroll tal-mekkaniżmu tal-coupling u l-brejkijiet u l-konnessjonijiet elettriċi (il-Kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss).

8.1.8.

Li persuna tkun kapaċi sabiex tieħu l-miżuri speċjali tas-sigurtà rigward il-vettura; tikkontrolla persunitha, il-bibien tas-servizz, il-ħruġ ta' l-emerġenza, l-apparat ta' l-ewwel għajnuna, l-apparat tat-tifi tan-nar u l-apparat l-ieħor ta' sigurtà (il-Kategoriji D, DE, D1, D1E biss).

8.1.9.

Il-qari tal-mappa tat-triq, l-ippjanar tar-rotta, inkluż l-użu tas-sistemi elettroniċi tan-navigazzjoni (mhux obbligatorju).

8.2.   Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq:

8.2.1.

L-ingaġġ u disingaġġ, jew id-disingaġġ u l-ingaġġ mill-ġdid ta' karru mill-vettura motorizzata tiegħu; il-manuvra għandha tinvolvi l-vettura li tirmonka li tkun ipparkjata biswit il-karru (i.e. mhux wara xulxin) (il-Kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss).

8.2.2.

It-treġġigħ lura matul liwja, li r-rotta tagħha għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri.

8.2.3.

L-ipparkjar bla periklu ma rampa/pjattaforma tat-tagħbija jew ma' stalazzjoni simili (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss).

8.2.4.

L-ipparkjar sabiex il-passiġġieri jitħallew jitilgħu jew jinżlu min fuq ix-xarabank bla periklu (il-Kategoriji D, DE, D1, D1E biss).

8.3.   Il-komportament fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

8.3.1.

Is-sewqan 'il barra mill-parkeġġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġ minn awtostrada.

8.3.2.

Is-sewqan f'toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spażji konfinati.

8.3.3.

Is-sewqan madwar liwjiet.

8.3.4.

Salib-it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions.

8.3.5.

Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; it-tibdil tal-korsija.

8.3.6.

L-avviċinament/il-ħruġ fuq awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm): ir-resqien lejn il-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċelerazzjoni.

8.3.7

Is-sorpass/il-passaġġ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); is-sewqan maġenb l-ostakli, e.ż. karozzi parkjati; is-sorpass minn traffiku ieħor (jekk xieraq).

8.3.8.

Il-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): ir-railway level crossings; il-waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; il-pedestrian crossings; is-sewqan f'niżliet jew telgħat twal.

8.3.9.

It-teħid tal-prekawzjonijiet neċessarji kollha waqt l-inżul mill-vettura.

9.   L-għoti tal-marki fit-test ta' ħila u ta' komportament

9.1.

Għal kull sitwazzjoni ta' sewqan imsemmija hawn fuq, it-test għandu jirrifletti l-grad ta' faċilità li biha l-applikant juża l-kontrolli tal-vettura u l-ħila ppruvata tiegħu li jsuq fit-traffiku kompletament bla periklu. L-ezaminatur għandu jħossu moħħu mistrieħ matul it-test. L-iżbalji fis-sewqan jew il-komportament perikuluż li immedjatament jipperikolaw is-sigurtà tal-vettura tat-test, il-passiġġieri ta' ġo fiha jew lil dawk fit-triq għandhom jiġu ppenaliżżati billi t-test ifalli, kemm jekk l-eżaminatur, jew il-persuna li tkun tikkumpanjahom, ikollu jinterveni u kemm jekk le. Minkejja dan, l-eżaminatur għandu jkun liberu sabiex jiddeċiedi jekk it-test dwar il-ħiliet u l-komportament għandux jieqaf jew le.

L-eżaminaturi tas-sewqan iridu għandhom ikunu mħarrġa sabiex jivvalutaw b'mod korrett l-abbiltà ta' l-applikant sabiex isuq bla periklu. Ix-xogħol ta' ezaminaturi tas-sewqan irid ikun immonitorjat u ssorveljat, minn korp awtorizzat minn Stat Membru, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet skond in-normi stabbiliti f'dan l-Anness.

9.2.

Matul il-valutazzjoni tagħhom, l-ezaminaturi tas-sewqan għandhom jagħmlu attenzjoni speċjali jekk l-applikant ikunx qiegħed juri komportament difensiv u soċjali fis-sewqan. Dan għandu jirrifletti l-istil globali tas-sewqan u l-ezaminatur tas-sewqan għandu jqis dan fl-impressjoni ġenerali dwar l-applikant. Din għandha tinkludi sewqan adattat u determinat (bla periklu), waqt li tqis il-kondizzjonijiet tat-triq u tat-temp, waqt li tqis traffiku ieħor, waqt li tqis l-interessi ta' dawk l-oħrajn li jużaw it-toroq (partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli) u l-antiċipazzjoni.

9.3.

L-ezaminatur tas-sewqan għandu, barra minn hekk, iqis jekk l-applikant ikunx:

9.3.1.

Jikontrolla l-vettura sewwa; waqt li jitqiesu: l-użu korrett taċ-ċinturin tas-sigurtà, il-mirja li juru wara, il-kuxxinetti tar-ras; il-maqgħad; l-użu korrett tad-dwal u apparat ieħor; l-użu korrett tal-klaċċ, l-ingranaġġi, l-aċċeleratur, is-sistemi ta' l-ibbrejkjar (inkluża t-tielet sistema ta' l-ibbrejkjar, jekk ikun hemm), l-isteering; il-kontroll tal-vettura taħt diversi ċirkostanzi, b'diversi veloċitajiet; is-serjetà fit-triq; il-piż u d-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tal-vettura; il-piż u t-tip tat-tagħbija (il-Kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, DE, D1E biss); il-kumdità tal-passiġġieri (il-Kategoriji D, DE, D1, D1E biss) (ebda aċċelerazzjoni f'salt, sewqan bla skossi u ebda ibbrejkjar f'salt).

9.3.2.

Is-sewqan b'mod ekonomiku u tajjeb għall-ambjent, waqt li jittieħed in konsiderazzjoni d-dawran kull minuta, il-bdil ta' l-ingranaġġi, l-ibbrejkjar u l-aċċelerazzjoni (il-Kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E biss).

9.3.3.

L-osservazzjoni: l-osservazzjoni ta' kollox; l-użu korrett tal-mirja; il-vista għall-bogħod, għan-nofs, għal distanza ravviċinata.

9.3.4.

Il-prijorità: id-dritta: il-prijorità f'salib it-toroq, l-intersezzjonijiet u l-junctions; id-dritta f'okkazjonijiet oħra (e.ż. il-bdil tad-direzzjoni, il-bdil tal-korsiji, il-manuvri speċjali).

9.3.5.

Il-pożizzjoni korretta fit-triq: il-pożizzjoni kif suppost fit-triq, fit-trejqiet, madwar ir- roundabouts, madwar liwjiet, adattata għat-tip u l-karatteristiċi tal-vettura; it-teħid tal-pożizzjoni bil-quddiem.

9.3.6.

Iż-żamma tad-distanza: iż-żamma ta'distanza adegwata fuq quddiem u fuq il-ġenb; iż-żamma ta' distanza minn oħrajn li qed jużaw it-triq.

9.3.7.

Il-veloċità: li ma għandhiex tiskorri l-veloċità massima permissibbli; l-adattament tal-veloċità skond il-kondizzjonijiet tat-temp/tat-traffiku u fejn ikun xieraq sal-limiti nazzjonali tal-veloċità; is-sewqan b'veloċità tali li l-waqfien sa distanza tat-triq li tkun visibbli u bla ostakoli jkun possibli; l-adattament tal-veloċità għall-veloċità ġenerali bħal ta' dawk l-istess li jkunu jużaw it-triq.

9.3.8.

Id-dwal tat-traffiku, is-sinjali tat-toroq u indikazzjonijiet oħra: l-aġir korrett rigward id-dwal tat-traffiku,; il-konformità ma' l-istruzzjonijiet mill-kontrolluri tat-traffiku; l-aġir korrett dwar is-sinjali tat-toroq (il-proibizzjonijiet jew l-ordnijiet); it-teħid ta' azzjoni xierqa dwart il-marki tat-toroq.

9.3.9.

L-użu tas-sinjali: l-għoti tas-sinjali fejn ikun neċessarju, korrettament u fil-waqt; l-indikazzjoni tad-direzzjonijiet b'mod korrett; it-teħid ta' azzjoni xierqa rigward is-sinjali kollha li jsiru minn dawk l-oħrajn kollha li jużaw it-toroq.

9.3.10.

L-ibbrejkjar u l-waqfien: id-deċelerazzjoni fil-waqt, l-ibbrejkjar jew il-waqfien skond iċ-ċirkostanzi; l-antiċipazzjoni; l-użu tad-diversi sistemi ta' l-ibbrejkjar (għall-Kategoriji C, CE, D, DE); l-użu ta' sistemi ta' riduzzjoni tal-veloċità minbarra l-brejkijiet (għall-Kategoriji C, CE, D, DE biss).

10.   It-tul tat-test

It-tul tat-test u d-distanza misjuqa għandhom ikunu biżżejjed sabiex jiġu eżaminati l-ħiliet u l-komportament kif hemm stabbilit fil-paragrafu B ta' dan l-Anness. F'ebda ċirkostanzi l-ħin mgħoddi fis-sewqan fit-toroq ma għandu jkun anqas minn 25 minuta għall-Kategoriji A, A2, A1, B, B1 u BE u 45 minuta għall-Kategoriji l-oħra. Dan ma jinkludix ir-riċeviment ta' l-applikant, il-preparazzjoni tal-vettura, il-kontroll tekniku tal-vettura li għandu effett fuq is-sigurtà fit-triq, il-manuvri speċjali u t-tħabbir tar-riżultat tat-test prattiku.

11.   Il-post tat-test

Il-parti tat-test li teżamina l-manuvri speċjali tista' ssir fuq art speċjali għat-testijiet. Fejn ikun prattikabbli, dik il-parti tat-test fejn jiġi eżaminat il-komportament fit-traffiku għandha ssir f'toroq 'il barra mill-abitat, expressways u awtostradi (jew toroq simili), kif ukoll fuq kwalunkwe tip ta' toroq urbani (iż-żoni residenzjali, iż-żoni ta' 30 u 50 km/siegħa, expressways urbani) li għandhom jirrappreżentaw id-diversi tipi ta' diffikultajiet li x'aktarx jiltaqa' magħhom is-sewwieq. Hija ħaġa mixtieqa wkoll li t-test isir f'diversi kondizzjonijiet ta' densità tat-traffiku. Il-ħin mgħoddi fis-sewqan fit-toroq għandu jintuża bl-aħjar mod sabiex l-applikant eżaminat fid-diversi żoni traffikużi li wieħed jista' jiltaqa' magħhom, b'enfasi speċjali sabiex dawn il-postijiet jinbidlu.

II.   IL-KOMPETENZA, IL-ĦILA U L-KOMPORTAMENT SABIEX WIEĦED ISUQ VETTURA BIL-MUTUR

Is-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur kollha għandhom f'kull ħin ikollhom il-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament deskritti taħt il-punti minn 1 sa 9 hawn fuq, bil-għan li jkunu kapaċi sabiex:

Jagħrfu l-perikoli tat-traffiku u jqisu s-serjetà tagħhom,

Ikollhom kontroll suffiċjenti tal-vettura tagħhom sabiex ma joħolqux sitwazzjonijiet perikolużi u sabiex jirreaġixxu b'mod xieraq jekk sitwazzjonijiet bħal dawn iseħħu,

Iħarsu r-regolamenti tat-traffiku fit-toroq, u partikolarment dawk maħsuba sabiex jiprevenu l-aċċidenti fit-toroq u sabiex it-traffiku jibqa' miexi,

Jindunaw b'xi difetti tekniċi kbar fil-vettura tagħhom, partikolarment dawk li jistgħu jkunu ta' perikolu għas-siġurta, u jaraw li dawn jitranġaw kif suppost,

Jagħtu kas tal-fatturi kollha li jinċidu fuq il-komportament fis-sewqan (e.ż. l-alkoħol, l-għajja, il-vista ħażina, eċċ.) sabiex jibqgħu jużaw il-fakultajiet kollha meħtieġa għal sewqan bla periklu,

Jgħinu sabiex tiġi assigurata s-sigurtà għal dawk kollha li jużaw it-toroq, u partikolarment dawk l-aktar dgħajfa u l-aktar esposti billi juru rispett xieraq lejn l-oħrajn.

L-Istati Membri jistgħu jimplementaw il-miżuri xierqa sabiex jassiguraw li s-sewwieqa li jkunu tilfu l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament kif deskritti taħt il-punti minn 1 sa 9 ikunu jistgħu jiksbu din il-kompetenza u dawn il-ħiliet mill-ġdid u jkomplu juru dak il-komportament meħtieġ sabiex isuqu vettura b'mutur.


(1)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 1. Regolament kif imħassar mir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE ta' l-14 ta' Settembru 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE fuq il-liċenzi tas-sewqan (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 45).


ANNESS III

STANDARDS MINIMI TAS-SAĦĦA MENTALI U FIŻIKA SABIEX TINSAQ VETTURA B'MUTUR

DEFINIZZJONIJIET

1.

Għall-iskop ta' dan l-Anness, is-sewwieqa huma klassifikati f'żewġ gruppi:

1.1.

Grupp 1:

is-sewwieqa tal-vetturi tal-Kategoriji A, A1, A2, AM, B, B1 u BE

1.2.

Grupp 2:

is-sewwieqa tal-vetturi tal-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E.

1.3.

Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tipprovdi li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness għas-sewwieqa tal-Grupp 2 japplikaw għas-sewwieqa tal-vetturi tal-Kategorija B li jużaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom għal skopijiet professjonali (it-taxis, l-ambulanzi, eċċ.).

2.

Bl-istess mod, l-applikanti għall-ewwel liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta' l-liċenzja tas-sewqan huma klassifikati fil-grupp li għalih jappartjienu ġaladarba tkun inħarġet jew iġġeddet il-liċenzja.

EŻAMIJIET MEDIĊI

3.

Grupp 1:

L-applikanti għandhom ikunu meħtieġa li joqogħdu għal eżami mediku jekk jidher, meta jkunu qegħdin jintemmu l-formalitajiet meħtieġa jew waqt it-testijiet li jkollhom joqogħdu għalihom qabel ma jiksbu l-liċenzja tas-sewqan, li għandom waħda jew aktar mid-diżabbiltajiet mediċi msemmija f'dan l-Anness.

4.

Grupp 2:

L-applikanti għandhom joqogħdu għal eżami mediku qabel ma tinħarġilhom għall-ewwel darba l-liċenzja tas-sewqan u wara dan is-sewwieqa jridu joqogħdu għal kontrolli kif jiġi stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih għandu residenza legali kull meta tiġġedded il-liċenzja tas-sewqan tagħhom.

5.

L-istandards stabbiliti mill-Istati Membri għall-ħruġ u sussegwentement għat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan jistgħu jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan l-Anness.

IL-VISTA

6.

L-applikanti kollha għal liċenzja tas-sewqan għandhom jgħaddu minn investigazzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li għandhom viżta ċara biżżejjed sabiex isuqu l-vetturi bil-mutur. Fejn ikun hemm raġuni ta' dubju jekk il-viżta ta' l-applikant hix adegwata, dan għandu jiġi eżaminat mill-awtorità medika kompetenti. F'dan l-eżami għandha tingħata attenzjoni b'mod partikolari għal dan li ġej: l-akutezza tal-viżta, il-firxa tal-viżta, il-viżta fiż-żerniq u fil-għabex u l-mard progressiv tal-għajnejn.

Għall-għan ta' dan l-Anness, il-lentijiet intra-okulari ma għandhomx jitqiesu bħala lentijiet korrettivi.

Grupp 1:

6.1.

L-applikanti għal liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta' din il-liċenzja għandu jkollhom akutezza fil-viżta binokulari, bil-lentijiet korrettivi jekk metieġa, ta' mill-inqas 0,5 meta jintużaw iż-żewġ għajnejn flimkien. Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan jekk, waqt l-eżami mediku, jidher li l-viżta orizzontali hija ta' inqas minn 120o o, għajr fil-każijiet eċċezzonali ġġustifikati kif xieraq mill-opinjoni medika favorevoli u test prattiku pożittiv, jew li l-persuna interessata ssofri minn kull kondizzjoni oħra tal-għajnejn li tikkomprometti s-sewqan fis-sigurtà. Meta tinstab jew tiġi ddikjarata marda progressiva tal-għajnejn, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan lill-applikant bla ħsara li joqgħod għal eżamijiet regolari mill-awtorità medika kompetenti.

6.2.

L-applikanti għal liċenzja tas-sewqan, jew sabiex iġeddu din il-liċenzja, li jkollhom telf funzjonali totali tal-viżta f'għajn waħda jew li jużaw għajn waħda biss (p.e. fil-każ tad- diplopja) irid ikollhom akutezza tal-viżta ta' mill-inqas 0,6, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa. L-awtorità medika kompetenti trid tiċċertifika li din il-kondizzjoni fil-viżta monokulari kienet ilha teżisti biżżejjed hekk li tippermetti l-addattament u li l-firxa tal-viżta f'din l-għajn hija normali.

Grupp 2:

6.3.

L-applikanti għal liċenzja tas-sewqan jew sabiex iġeddu din il-liċenzja jrid ikollhom akutezza tal-viżta, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa, ta' mill-inqas 0,8 fl-aħjar għajn u ta' l-inqas 0,5 fl-agħar għajn. Jekk jintużaw il-lentijiet korrettivi sabiex tinkiseb il-viżta b'valuri ta' 0,8 u 0,5, l-akutezza mhux korretta f'kull għajn trid tilħaq iż-0,05, jew inkella l-akutezza minima (taż-0,8 u taż-0,5) trid tinkiseb jew bil-korrezzjoni permezz ta' nuċċali b'qawwa ta' mhux aktar minn +/- 8 dijopteri jew bil-għajnuna tal-lentijiet tal-kuntatt (bil-viżta mhux korretta = 0,05). Il-korrezzjoni trid tkun ittollerata sewwa. Ma għandhomx jinħarġu liċenzji tas-sewqan jew jiġġeddu għall-applikazzjonijiet jew lis-sewwieqa ingħajr firxa normali tal-viżta binokulari jew li jbatu mid-diplopja.

IS-SMIGĦ

7.

Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lill-applikanti jew lis-sewwieqa fil-Grupp 2 skond l-opinjoni ta' l-awtoritàjiet mediċi kompetenti; fl-eżamijiet mediċi jrid jitqies b'mod partikolari il-għan għall-kumpens.

IN-NIES B'DIŻABBILTÀ LOKOMOTRIĊI

8.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn ilmenti jew anormalitajiet tas-sistemi lokomotriċi li jagħmluha perikoluża għalihom li jsuqu vettura bil-mutur.

Grupp 1:

8.1.

Il-liċenzji tas-sewqan suġġetti għal ċerti restrizzjonijiet, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jistgħu jinħarġu lill-applikanti jew lis-sewwieqa b'diżabbiltà fiżika wara l-għoti ta' opinjoni mill-awtorità medika kompetenti. Din l-opinjoni trid tkun imsejsa fuq evalwazzjoni medika ta' l-ilment jew l-anormalità fil-kwistjoni u, fejn ikun hemm il-ħtieġa, b'test prattiku. Trid tiġi indikata wkoll liema tip ta' modifika hi meħtieġa għall-vettura u jekk is-sewwieq għandux bżonn ikollu mezz ortopediku, safejn u sakemm it-test ta' ħila u ta' komportament juri li dan il-mezz tas-sewqan ma jkunx perikoluż.

8.2.

Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lil kull applikant li jsofri minn ilment progressiv bil-kondizzjoni li l-persuna b'diżabbiltà tiġi eżaminata b'mod regolari sabiex jiġi verifikat li għadha kapaċi ssuq f'sigurtà sħiħa.

Meta d-diżabbiltà tkun statika, il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu mingħajr ma l-applikant jiġi ssoġġettat għal eżami mediku regolari.

Grupp 2:

8.3.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

IL-MARD KARDJOVASKOLARI

9.

Kull marda li kapaċi tesponi lil applikant għall-ewwel liċenzja tas-sewqan jew lil sewwieq li japplika għal tiġdid għal attakk għall-għarrieda fis-sistema kardjovaskolari hekk li jkun hemm indeboliment fil-funzjonijiet tal-moħħ tikkostitwixxi periklu għas-sigurtà fuq it-triq.

Grupp 1:

9.1.

Ma jistgħux jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li għandhom arritmija serja.

9.2.

Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jkollhom pacemaker suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u ispezzjonijiet mediċi regolari.

9.3.

Il-kwistjoni jekk għandhiex tinħareġ jew tiġi mġedda liċenzja lil applikanti jew sewwieqa li jbatu minn pressjoni arterjali abnormali għandha tiġi deċiża b'referenza għar-riżultati l-oħra ta' l-eżami, għal kwalunkwe komplikazzjoni assoċjata u għall-periklu li dawn jistgħu jikkostitwixxu għas-sigurtà fit-toroq.

9.4.

Ġeneralment, ma għandhiex tinħareġ jew tiġġedded liċenzja tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn anġina waqt li jkunu jistrieħu jew emozzjonati. Il-ħruġ jew it-tiġdid ta' l-liċenzja tas-sewqan lil kull applikant jew sewwieq li jkun għadda minn infart mijokardjali għandu jkun suġġett għal opinjoni medika awtorizzata u, jekk meħtieġ, ispezzjonijiet mediċi regolari.

Grupp 2:

9.5.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

ID-DIABETES MELLITUS

10.

Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li jbatu mid-diabete mellitus, sakemm is-sewwieq mhuwiex dipendenti fuq l-insulina jew f'każijiet fejn is-sewwieq huwa dipendenti fuq l-insulina (tip 1), jkun hemm awtorizzazzjoni medika.

Grupp 2:

10.1.

Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lil applikanti jew sewwieqa f'dan il-grupp li jbatu mid-dijabete (diabetes mellitus) u li jeħtieġu l-kura ta' l-insulina, u li huma ġġustifikati skond l-opinjoni medika awtorizzata. Huwa fid-dover tas-sewwieqa li jinnotifikaw l-awtoritajiet nazzjonali relevanti bi kwalunkwe kambjament fil-kundizzjoni taghhom.

IL-MARD NEWROLOĠIKU

11.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jbatu minn mard serju newroloġiku, għajr jekk l-applikalizzjoni tkun appoġġjata mill-opinjoni medika awtorizzata.

Id-disturbi newroloġiċi assoċjati ma' mard jew interventi kirurġiċi li jaffettwaw is-sistema nervuża ċentrali jew periferali, li jwasslu għal defiċjenzi sensorji jew motorili u li jaffettwaw il-bilanċ u l-koordinazzjoni, iridu jitqiesu kif jixraq fejn ikollhom x'jaqsmu ma' l-effetti funzjonali tagħhom u r-riskji tal-progressjoni. F'dawn il-każi, il-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja jistgħu jkunu suġġetti għal evalwazzjoni perjodika fil-każ tar-riskju ta' deterjorazzjoni.

12.

L-attakki epileptiċi jew disturbi għall-għarrieda fl-istat tal-konoxxenza jikkostitwixxu perikolu għas-sigurtà fuq it-triq jekk jiġru meta persuna tkun qiegħda ssuq vettura li taħdem bil-għajnuna ta' magna.

Grupp 1:

12.1.

Tista' tinħareġ jew tiġġedded liċenzja tas-sewqan suġġett għal eżami mediku mill-awtorità medika kompetenti u għal ispezzjonijiet mediċi regolari. L-awtorità għandha tiddeċiedi dwar l-istat ta' l-epilepsja jew tad-disturbi oħra tal-konoxxenza, il-għamla klinika tagħhom u l-progress (per eżempju, l-ebda attakki fl-aħħar sentejn), il-kura rċevuta u r-riżultati tagħha.

Grupp 2

12.2.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jbatu jew jistgħu jbatu minn attakki epileptiċi u disturbi oħra għall-għarrieda fl-istat tal-konoxxenza.

IL-MARD MENTALI

Grupp 1:

13.1.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn:

disturbi mentali serji, sewwa jekk konġenitali, minħabba mard, trauma jew operazzjonijiet neurokirurġiċi, u sewwa jekk le,

ir-ritardazzjoni mentali severa,

problemi serji tal-komportament minħabba x-xjuħija; jew difetti fil-personalità li jwasslu għal indeboliment serju fil-ġudizzju, fil-komportament jew fl-adattabiltà,

għajr jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun appoġġjata mill-opinjoni medika awtorizzata u, fejn meħtieġ, minn ispezzjonijiet mediċi regolari.

Grupp 2:

13.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

L-ALKOL

14.

Il-konsum ta' l-alkol jikkostitwixxi perikolu maġġuri għas-sigurtà fuq it-triq. Minħabba d-daqs tal-problema, il-professjoni medika trid tkun viġilanti ħafna.

Grupp 1:

14.1.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li huma dipendenti fuq l-alkol jew li mhux kapaċi jieqfu mix-xorb u jsuqu.

Wara perjodu vverifikat taż-żmien ta' astinenza u suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u ispezzjonijiet mediċi regolari, il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lill-applikanti jew lis-sewwieqa li fl-imgħoddi kienu dipendenti fuq l-alkol.

Grupp 2:

14.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjoni għal dan il-grupp.

ID-DROGI U L-PRODOTTI MEDIĊINALI

15.

L-Abbuż:

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li huma dipendenti fuq sustanzi psikotropiċi jew li mhumiex dipendenti fuq dawn is-sustanzi iżda jabbużaw minnhom regolarment, tkun xi tkun il-kategorija tal-liċenzja mitluba.

L-użu regolari

Grupp 1:

15.1.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jużaw regolarment sustanzi psikotropċi, tkun xi tkun il-għamla tagħhom, li jistgħu jfixklu l-abbiltà tas-sewqan fis-sigurtà meta l-kwantitajiet assorbiti huma hekk li jkollhom effett avvers fuq is-sewqan. Dan għandu japplika għall-prodotti mediċinali l-oħra kollha jew għal-taħlit tal-prodotti mediċinali li jaffettwaw l-abbiltà tas-sewqan.

Grupp 2:

15.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti bid-definizzjonijiet għal dan il-grupp.

IL-MARD FIL-KLIEWI

Grupp 1:

16.1.

Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru min-nuqqas ta' funzjoni fil-kliewi suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u ispezzjonijiet mediċi regolari.

Grupp 2:

16.2.

Għajr f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq bl-opinjoni medika awtorizzata, u suġġett għal ispezzjonijiet mediċi regolari, ma jistgħux jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jbatu minn defiċjenza renali serja u minn defiċjenza renali irriversibbli.

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Grupp 1:

17.1.

Suġġett għall-opinjoni medika awtorizzata u, jekk meħieġa, ispezzjonijiet mediċi regolari, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li għandhom trapjant ta' organu jew trapjant artifiċjali li jaffettwa l-abbiltà fis-sewqan.

Grupp 2:

17.2.

L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif jixraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-grupp.

18.

Bħala regola ġenerali, meta l-applikanti jew is-sewwieqa li jsofru minn kull diżordni li mhix imsemmija fil-paragrafu ta' qabel iżda x'aktarx tkun, jew tirriżulta fi, inkapaċità funzjonali li jaffettwaw is-sigurtà fis-sewqan, il-liċenzji tas-sewqan ma' għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu għajr jekk l-applikazzjoni tkun appoġġjata mill-opinjoni medika awtorizzata u, jekk hemm bżonn, tkun soġġetta għal ispezzjonijiet mediċi regolari.


ANNESS IV

STANDARDS MINIMI GĦAL PERSUNI LI JMEXXU EŻAMIJIET PRATTIĊI TAL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN

1.   Kwalifiki meħtieġa għall-eżaminaturi tas-sewqan

1.1.

Persuna li tkun intitolata sabiex tistima l-kapaċità prattika tas-sewqan ta' applikant f'vettura għandha jkollha tagħrif, ħila u apprezzament relatati mas-suġġetti elenkati fil-punti 1.2 sa 1.6.

1.2.

Eżaminatur tas-sewqan għandu jkollu l-kwalifiki meħtieġa sabiex jistma l-kapaċità prattika tas-sewqan ta' applikant li jkun irid jikseb il-liċenzja tas-sewqan fil-kategorija koperta mit-test tas-sewqan.

1.3.

Tagħrif u fehma fir-rigward ta' sewqan u stima:

teorija tal-komportament tas-sewwieq;

rikonixxment tal-periklu u l-evitar ta' inċidenti;

konoxxenza tal-korp tar-rekwiżiti tat-test tas-sewqan;

regolamenti tat-traffiku tat-toroq, inkluż il-liġijiet komunitarji u nazzjonali u l-linji gwida ta' interpretazzjoni;

stima ta' teorija u prattika;

sewqan difensiv.

1.4.

Stima tal-ħiliet:

kapaċita li josserva, jmexxi u jistma b'mod preċiż il-kapaċità ta' applikant, fir-rigward partikolarment ta';

rikonoxximent korrett u sħiħ ta' sitwazzjonijiet ta' periklu;

identifikazzjoni preċiża tal-kawżi u konsegwenzi probabbli ta' tali sitwazzjonijiet;

ħila u rikonoxximent ta' żbalji;

konsistenza u koerenza ta' l-istima;

abbilta' sabiex tiġi assorbita malajr informazzjoni u konċentrazzjoni fuq punti ċentrali;

kapaċità li jiġu preveduti u rikonoxxuti problemi potenzjali u reazzjoni f'mod adattat sabiex dawn jiġu superati;

reazzjoni tempestiva u kostruttiva.

1.5.

Ħiliet personali ta' sewqan:

persuna li għandha liċenzja sabiex tmexxi eżami prattiku ta' liċenzja tas-sewqan f'kategorija partikolari għandha tkun kapaċi li ssuq vetturi f'dik il-kategorija f'livell konsistentement għoli.

1.6.

Kwalita' tas-servizz:

spjegazzjoni ta' x'inhu mistenni mill-kandidat u li din l-informazzjoni titwassal lill-klijent;

komunikazzjoni ċara, b'kontenut, stil u lingwa adatta għall-udjenza u l-kuntest u risposti għall-mistoqsijiet mill-kandidati;

risposti ċari dwar ir-riżultati tat-test;

trattament tal-kandidati kollha b'mod rispettuż u mingħajr diskriminazzjoni.

1.7.

Tagħrif dwar mekkanika u aspetti fiżiċi tal-vettura:

Tagħrif dwar mekkanika tal-vettura, li tkopri per eżempju l-isteering, it-tajers, il-brejkijiet u dwal, speċjalment f'muturi u vetturi li jġorru merkanzija tqila;

Irbit ta' tgħabija;

Tagħrif dwar aspetti tal-fiżika ta' vettura bħal veloċita', frizzjoni, dinamika u enerġija.

1.8.

Sewqan ekonomiku u favur l-ambjent.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali

2.1.

Eżaminatur tas-sewqan tal-kategorija B:

(a)

għandu jkollu liċenzja tal-kategorija B għal mill-inqas tliet snin;

(b)

għandu jkollu għall-inqas 23 sena;

(ċ)

għandu jkollu l-kwalifika tal-bidu imsemmija fil-punt 3 u wara dan isegwi taħriġ perjodiku kif imsemmi fil-punt 4;

(d)

għandu jkun temm taħriġ professjonali li jwassal għall-kwalifika fil-klassi 3 skond it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta' Lulju 1985 dwar it-tqabbil tal-kwalifiki ta' taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea (1);

(e)

ma għandux ikun impjegat fl-istess żmien bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali fi skola tas-sewqan.

2.2.

Eżaminatur tas-sewqan għall-kategoriji l-oħrajn

(a)

għandu jkollu liċenzja tas-sewqan fil-kategorija konċernata;

(b)

għandu jkollu l-kwalifika tal-bidu imsemmija fil-punt 3 u wara dan isegwi iktar taħriġ perjodiku kull sena kif imsemmi fil-punt 4;

(ċ)

ikun ħadem għall-inqas tliet snin bħala eżaminatur tas-sewqan fil-kategorija B; dak il-perjodu jista' jitnaqqas b'sena jekk l-eżaminatur jipprovdi;

prova ta' mill-anqas ħames snin ta' esperjenza tas-sewqan fil-kategorija konċernata jew;

prova teoretika u prattika ta' sewqan ta' livell li jaqbeż il-kondizzjonijiet sabiex tiġi akkwistata liċenzja tas-sewqan u b'hekk tirrendi ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq superfluwi;

(d)

għandu jkun temm taħriġ professjonali li jwassal għall-kwalifika fil-klassi 3 skond it-tifsira tad-Deċiżjoni 85/368/KEE;

(e)

ma għandux ikun impjegat fl-istess żmien bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali fi skola tas-sewqan.

2.3.   Ekwivalenzi

2.3.1.

L-Istati Membri jistgħu iħallu li eżaminatur imexxi testijiet tas-sewqan fil-Kategoriji AM, A1, A2 u A jekk huwa jkollu l-kwalifika tal-bidu meħtieġa għal dawk il-kategoriji skond il-punt 3.

2.3.2.

L-Istati Membri jistgħu iħallu li eżaminatur imexxi testijiet tas-sewqan fil-Kategoriji C1, C, D1 u D jekk huwa jkollu l-kwalifika tal-bidu meħtieġa għal dawk il-kategoriji skond il-punt 3.

2.3.3.

L-Istati Membri jistgħu iħallu li eżaminatur imexxi testijiet tas-sewqan fil-Kategoriji BE, C1E, CE, D1E u DE jekk huwa jkollu l-kwalifika tal-bidu meħtieġa għal dawk il-kategoriji skond il-punt 3.

3.   Kwalifika tal-bidu

3.1.   Taħriġ tal-bidu

3.1.1.

Qabel ma titħalla jmexxi testijiet tas-sewqan, persuna trid tkun temmet b'suċċess programm ta' taħriġ skond ir-regoli li jkunu stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat, sabiex jiġu akkwistati l-kwalifiki msemmija fil-punt 1.

3.1.2.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-kontenut ta' programm ta' taħriġ partikolari ikunx relevanti għal-liċenzja sabiex jitmexxew eżamijiet għal-liċenzja tas-sewqan f'kategorija waħda jew f'diversi kategoriji.

3.2.   Testijiet

3.2.1.

Qabel ma titħalla tmexxi testijiet tas-sewqan, persuna trid tipprova li għandha tagħrif suffiċjenti, li hija intiża, għandha l-ħiliet u kapaċità sabiex tkopri l-oqsma kollha msemmija fil-punt 1.

3.2.2.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu test ta' proċedura li sservi sabiex jiġi stabbilit b'mod xieraq minn perspettiva ta' taħriġ jekk il-persuna kkonċernata għandhiex il-kwalifiki msemmija fil-punt 1 u b'mod partikolari il-punt 1.4. It-test ta' proċedura għandu jinkludi elementi kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi. Stima f'forma kompjuterizzata għandha tkun permessa fejn xieraq. Id-dettalji dwar in-natura u t-tul tat-testijiet individwali u stimi għall-finijiet tat-test għandu jkun mħolli fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

3.2.3.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-kontenut ta' test partikolari huwiex relevanti għal-liċenzja sabiex jitmexxew testijiet tal-liċenzja tas-sewqan f'kategorija waħda jew f'diversi kategoriji.

4.   Kontroll tal-kwalita' u taħriġ kontinwu perjodiku

4.1.   Kontroll tal-kwalita'

4.1.1.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi ta' kontrolli tal-kwalita' sabiex jippermettu li l-livell tar-rekwiżiti li japplikaw għall-eżaminaturi ikun miżmum.

4.1.2.

L-metodi tal-kontroll tal-kwalita' għandhom ikopru x-xogħol tal-eżaminaturi, it-taħriġ kontinwu tagħhom u tiġdid ta' liċenzji, l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom, u reviżjoni regolari tar-riżultati tat-testijiet tas-sewqan immexxija minnhom.

4.1.3.

Taħt il-metodi tal-kontroll tal-kwalita' imsemmija fil-punt 4.1.2 l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li kull eżaminatur huwa kontrollat kull sena. Għandhom ukoll jaċċertaw li kull eżaminatur huwa kontrollat darba kull ħames snin meta jkun qed imexxi testijiet tas-sewqan għal total ta' minimu ta' nofs ġurnata, b'hekk numru ta' testijiet tas-sewqan jiġu kontrollati. Għal dan il-għan, il-kontrollur għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru kkonċernat.

4.1.4.

Fejn eżaminatur għandu liċenzja sabiex imexxi testijiet tas-sewqan f'iktar minn kategorija waħda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li r-rekwiżiti tal-kontrolli rispettivi li japplikaw fid-diversi kategoriji jkunu sodisfatti jekk il-kontroll isir f' kategorija waħda biss.

4.1.5.

It-testijiet tas-sewqan għandhom ikunu osservati u kontrollati minn aġenzija awtorizzati għalhekk mill-Istati Membru konċernat, sabiex ikun assigurat li stimi isiru b'mod korrett u uniformi.

4.2.   Taħriġ perjodiku

4.2.1.

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li, sabiex tinżamm il-liċenzja, mingħajr rigward għan-numru ta' kategoriji li għalihom tapplika, eżaminaturi jwettqu

total ta' mill-inqas erbat ijiem ta' taħriġ perjodiku regolari f'perjodu ta' sentejn sabiex:

ma jintilfux u jiġu aġġornati l-kompetenza u l-ħiliet meħtieġa ta' eżaminatur;

jiżviluppaw kompetenzi ġodda li jkunu saru meħtieġa sabiex iwettqu xogħolhom;

jassiguraw li l-eżaminatur ikompli jmexxi testijiet b'konformita ma' standard ġust u uniformi;

total ta' mill-inqas ħamest ijiem ta' taħriġ perjodiku kontinwu f'perjodu ta' ħames snin

sabiex jiżviluppaw u jżommu il-ħiliet prattiċi meħtieġa fis-sewqan.

4.2.2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li eżaminaturi li, bħala riżultat tas-sistema ta' kontroll tal-kwalita', jirriżulta li għandhom bżonn serju ta' taħriġ speċjali, jagħmlu dan mingħajr dewmien.

4.2.3.

It-taħriġ perjodiku regolari jista' jkun fil-forma ta' konferenzi, istruzzjoni, jew komunikazzjoni ta' informazzjoni b'mezzi tradizzjonali jew kompjuterizzati, u jista' jingħata lil individwi jew gruppi. Fejn l-Istati Membri jaraw li hu xieraq, dan jista' jkopri tibdil fir-rekwiżiti stabbiliti.

4.2.4.

Jekk eżaminatur ikollu liċenzja sabiex imexxi testijiet tas-sewqan f'iktar minn kategorija waħda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li r-rekwiżiti rispettivi ta' taħriġ kontinwu għall-eżaminaturi fir-rigward ta' diversi kategoriji ikun sodisfatt jekk ir-rekwiżiti imsemmija fil-punt 4.2.5 ikunu ntlaħqu.

4.2.5

Jekk eżaminatur ma jkunx mexxa testijiet f'kategorija partikolari matul sentejn, huwa għandu jerġa jgħaddi minn reviżjoni fil-mod xieraq qabel ma jitħalla jmexxi iktar testijiet fil-kategorija konċernata. Ir-reviżjoni tista' ssir billi jintlaħqu r-rekwiżiti msemmija fil-punt 4.2.1.

5.   Drittijiet akkwistati

5.1.

L-Istati Membri jistgħu jħallu persuni li, immedjatament qabel ma dawn id-dispożizzjonijiet daħlu fis-seħħ, akkwistaw liċenzji sabiex imexxu testijiet tas-sewqan, jkomplu jagħmlu dan, anke jekk ma jkunux akkwistaw liċenzja skond il-kundizzjonijiet ġenerali imsemmija fil-punt 2 jew il-proċedura tal-kwalifika tal-bidu imsemmija fil-punt 3.

5.2.

L-eżaminaturi kkonċernati għandhom, madankollu, ikunu suġġetti għal sorveljanza regolari u metodi ta' kontrolli tal-kwalita' imsemmija fil-punt 4.


(1)  ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56.


ANNESS V

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U GĦALL-ITTESTJAR TA' SEWWIEQA GĦALL-KOMBINAZZJONIJIET KIF DEFINITI FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 4(4)(B)

1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fl-Artikolu 7(1)(d), jew

jorganizzaw it-test ta' ħila u ta' komportament previst fl-Artikolu 7(1)(d).

2.

Il-perjodu tat-taħriġ ta' sewwieqa:

mhux inqas minn seba' siegħat.

3.

Il-kontenut tat-taħriġ ta' sewwieqa:

It-taħriġ ta' sewwieq għandu jkopri l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament kif deskritti fil-punti 2 u 7 ta' l-Anness II. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawn li ġejjin:

id-dinamika tal-moviment tal-vetturi, il-kriterji ta' sigurtà, il-vettura-trattur u l-karru (il-mekkaniżmu li jagganċjahom ma' xulxin), it-tagħbija korretta u l-attrezzaturi ta' sigurtà;

Għandu jkun inkluż komponent prattiku li għandu jinkludi l-eżerċizzji li ġejjin: aċċelerazzjoni, deċelerazzjoni, treġġigħ lura, bbrejkjar, distanza tal-waqfien, bdil tal-karreġġjata, bbrejkjar/azzjoni evażiva, moviment tal-karru, sganċjar u gganċjar ta' karru minn u mal-vettura tiegħu, pparkjar.

Kull parteċipant fit-taħriġ għandu jagħmel il-komponent prattiku u għandu juri l-ħila u l-komportament tiegħu fit-toroq pubbliċi;

Il-kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat-taħriġ għandhom ikunu dawk li jinsabu fil-kategorija ta' sewqan li għaliha jkunu applikaw il-parteċipanti.

4.

Il-perjodu u l-kontenut tat-test ta' ħila u ta' komportament

It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jiġu valutati l-ħiliet u l-komportament stabbiliti fil-punt 3.


ANNESS VI

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U GĦALL-ITTESTJAR TA' SEWWIEQA GĦALL-MUTURI TAL-KATEGORIJA ’A’ (AĊĊESS PROGRESSIV)

1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fl-Artikolu 7(1)(ċ), jew

jorganizzaw it-test ta' ħila u ta' komportament previst fl-Artikolu 7(1)(ċ).

2.

Il-perjodu tat-taħriġ ta' sewwieqa:

mhux inqas minn seba' siegħat.

3.

Il-kontenut tat-taħriġ ta' sewwieqa:

It-taħriġ ta' sewwieq għandu jinkludi l-aspetti kollha koperti fil-punt 6 ta' l-Anness II;

Kull parteċipant għandu jagħmel il-komponent prattiku tat-taħriġ u għandu juri l-ħila u l-komportament tiegħu fit-toroq pubbliċi;

Il-muturi użati għat-taħriġ għandhom ikunu dawk li jinsabu fil-kategorija ta' sewqan li għaliha jkunu applikaw il-parteċipanti.

4.

Il-perjodu u l-kontenut tat-test ta' ħila u ta' komportament

It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jiġu valutati l-ħiliet u l-komportament stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness.


ANNESS VII

Parti A

ID-DIRETTIVA MĦASSRA KIF SUĊĊESSIVAMENT EMENDATA

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva tal-Kunsill 91/439/KE (1)

ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1

Direttiva tal-Kunsill 94/72/KE

ĠU L 337, 24.12.1994, p. 86

Direttiva tal-Kunsill 96/47/KE

ĠU L 235, 17.9.1996, p. 1

Direttiva tal-Kunsill 97/26/KE

ĠU L 150, 7.6.1997, p. 41

Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE

ĠU L 237, 21.9.2000, p. 45

Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 10, paragrafu 2 biss

ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Anness II, punt 24 biss

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1

Parti B

LIMITI TA' ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U GĦALL-APPLIKAZZJONI

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva

Limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni

Data ta' l-applikazzjoni

Direttiva 91/439/KEE

l-ewwel ta' Lulju 1994

l-ewwel ta' Lulju 1996

Direttiva 94/72/KE

-

1-ewwelta' Jannar 1995

Deċiżjoni 96/427/KE

-

16 ta' Lulju 1996

Direttiva 96/47/KE

l-ewwelta' Lulju 1996

l-ewwelta' Lulju 1996

Direttiva 97/26/KE

l-ewwel ta' Jannar 1998

l-ewwelta' Jannar 1998

Direttiva 2000/56/KE

30 ta' Settembru 2003

30 ta' Settembru 2003, 30 ta' Settembru 2008 (Anness II, punt 6.2.5) u 30 ta' Settembru 2013 (Anness II, punt 5.2)

Direttiva 2003/59/KE

10 ta' Settembru 2006

10 ta' Settembru 2008 (trasport ta' passiġġieri) u 10 ta' Settembru 2009 (trasport ta' merkanzija)


(1)  Id-Direttiva 91/439/KE kienet emendata wkoll mill-att li ġej, li ma ġiex imħassar: l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994 (ĠU L 241, 29.8.1994, p. 21).


ANNESS VIII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 91/439/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 1(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 1(1), it-tieni sentenza

-

-

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(1), it-tieni sentenza

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 3(3)

 

-

Artikolu 2(4)

-

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 4(1), l-ewwelsentenza

-

Artikolu 4(2), l-ewwel inċiż

-

Artikolu 4(2), it-tieniinċiż

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu,it-tieniinċiż

Artikolu 4(4)(b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 4(4)(b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, ir-raba' inċiż

Artikolu 4(4)(ċ)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 4(4)(f)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, is-sitt inċiż

Artikolu 4(4)(g)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, is-seba' inċiż

Artikolu 4(4)(j)

Artikolu 3(1), l-ewwelsubparagrafu, it-tmien inċiż

Artikolu 4(4)(k)

Artikolu 3(2), l-ewwelsubparagrafu, il-kliem introduttiv

-

Artikolu 3(2), l-ewwelsubparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3)(a)

Artikolu 3(2), l-ewwelsubparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 4(4)(a)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 4(4)(d)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, ir-raba' inċiż

Artikolu 4(4)(e)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 4(4)(h)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, is-sitt inċiż, il-kliem introduttiv

Artikolu 4(4)(i)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, is-sitt inċiż, l-ewwel sub-inċiż

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż, it-tieni sub-inċiż

Artikolu 3(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 3(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 4(1), it-tielet sentenza

Artikolu 3(3),it-tieni inċiż, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(3), it-tieni inċiż

Artikolu 3(3), it-tieni inċiż, it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 3(3), it-tielet inċiż

Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), ir-raba'inċiż

Artikolu 4(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(3), il-ħamesinċiż

Artikolu 4(4), it-tieni inċiż

-

Artikolu 4(3)

Artikolu 3(4)

-

Artikolu 3(5)

-

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(5), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(5), it-tieni sentenza

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 5(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 6(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 5(2)(a)

Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 6(2)(b)

-

Artikolu 6(2)(ċ)

-

Artikolu 6(2)(d)

-

Artikolu 6(2)(e)

-

Artikolu 6(2)(f)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 6(4)

Artikolu 6(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 4(1), it-tieni sentenza

Artikolu 6(1)(a), l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3)(a), it-tielet inċiż

Artikolu 6(1)(a),it-tieni inċiż

Artikolu 4(4)(a), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 4(3)(ċ), it-tieni inċiż

 

Artikolu 4(4)(b), il-ħames subparagrafu

Artikolu 6(1)(b), it-tieni inċiż, it-tieni alternattiva

Artikolu 4(4)(ċ), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b), it-tielet inċiż, l-ewwel u t-tieni alternattivi

Artikolu 4(4)(g), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b), it-tielet inċiż, it-tielet u r-raba' alternattivi

Artikolu 4(4)(e), it-tielet inċiż

Artikolu 7(1)(ċ), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1)(ċ), l-ewwel inċiż, l-ewwel u t-tieni alternattivi

Artikolu 4(4)(k), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(ċ), l-ewwel inċiż, it-tielet u r-raba' alternattivi

Artikolu 4(4)(i), it-tieni inċiż

Artikolu 6(2)

Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 4(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(3)

Artikolu 4(6), it-tielet u r-raba' subparagrafi

Artikolu 7(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 7(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 7(1)(a)

-

Artikolu 7(1)(b)

-

Artikolu 7(1)(ċ)

-

Artikolu 7(1)(d)

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 7(1)(e)

Artikolu 7(2)

-

Artikolu 7(3)

-

-

Artikolu 7(2)

-

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(5)(a)

Artikolu 7(5)(b)

Artikolu 7(5)(ċ)

Artikolu 7(5)(d)

Artikolu 7a(1)

-

Artikolu 7a(2)

Artikolu 8

Artikolu 7b

Artikolu 9

-

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12(1)

-

Artikolu 12(2)

-

Artikolu 12(3)

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 17, it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 19

Anness I

-

Anness Ia

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

-

Anness IV

-

Anness V

-

Anness VI


II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri

30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

61


DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

tal-11 ta' Diċembru 2006

dwar il-post tas-sede ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

(2006/996/KE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 289 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

L-istabbiliment ta' Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi huwa previst abbażi tal-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Marzu 2005 kif emendata bil-proposta tagħha tat-8 ta' Mejju 2006;

(2)

Il-post tas-sede ta' dan l-Istitut għandu jiġi determinat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu jkollu s-sede tiegħu f'Vilnius.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, li ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Magħmul fi Brussel, nhar il-11 ta' Diċembru 2006

Il-President

E. TUOMIOJA