European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2575

22.4.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud - ir-Repubblika Ċeka) – B2 Energy s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-676/22 , B2 Energy)  (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 138(1) - Eżenzjoni tal-kunsinni intra-Komunitarji ta’ oġġetti - Rifjut tal-benefiċċju tal-eżenzjoni - Provi - Fornitur tal-oġġetti li ma jipproduċix il-prova tal-kunsinna tal-oġġetti lid-destinatarju indikat fid-dokumenti tat-taxxa - Fornitur li jippreżenta informazzjoni oħra li turi li d-destinatarju attwali huwa persuna taxxabbli)

(C/2024/2575)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B2 Energy s.r.o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Dispożittiv

L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġi interpretati fis-sens li:

hemm lok li tiġi rrifjutata l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ fornitur stabbilit fi Stat Membru, li jkun ikkunsinna oġġetti lejn Stat Membru ieħor, meta dan il-fornitur ma weriex li l-oġġetti ġew ikkunsinnati lil destinatarju li għandu l-kwalità ta’ persuna taxxabbli f’dan l-aħħar Stat Membru u li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi fattwali u tal-provi prodotti mill-fornitur, id-data neċessarja sabiex jiġi vverifikat li dan id-destinatarju kellu din il-kwalità kienet nieqsa.


(1)   ĠU C 45, 6.2.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2575/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)