ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 404

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
6 ta' Ottubru 2021


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2020–2021
Dati tas-seduti: 19-23 ta’ Ottubru 2020
It-testi adottati tal-20 ta’ Ottubru 2020 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2018 ġew ippublikati fil- ĠU L 420, 14.12.2020 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 20 ta’ Ottubru 2020

2021/C 404/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku (2020/2018(INL))

2

2021/C 404/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online (2020/2019(INL))

31

2021/C 404/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali (2020/2022(INI))

53

2021/C 404/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati (2020/2012(INL))

63

2021/C 404/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali (2020/2014(INL))

107

2021/C 404/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali (2020/2015(INI))

129

2021/C 404/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova (2019/2201(INI))

136

 

Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 2020

2021/C 404/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 dwar il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (2020/2760(RSP))

152

2021/C 404/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 dwar l-obbligi tal-Kummissjoni fil-qasam tar-reċiproċità tal-viżi b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806 (2020/2605(RSP))

157

2021/C 404/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro fl-2020 (2020/2079(INI))

159

2021/C 404/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (2020/2006(INL))

175

 

Il-Gimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020

2021/C 404/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE (2019/2167(INI))

202

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 20 ta’ Ottubru 2020

2021/C 404/13

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2020 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward l-implimentazzjoni u l-governanza tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) (2020/2080(INI))

215

 

L-Erbgħa 21 ta’ Ottubru 2020

2021/C 404/14

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2020 fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-relazzjonijiet mal-Belarussja (2020/2081(INI))

224

2021/C 404/15

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2020 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar it-tħejjija tal-proċess tal-10 rieżami tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), tal-kontroll tal-armi nukleari u tal-opzjonijiet ta' diżarm nukleari (2020/2004(INI))

240


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 20 ta’ Ottubru 2020

2021/C 404/16

P9_TA(2020)0268
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0491 – C9-0285/2020 – 2020/0251(COD))
P9_TC1-COD(2020)0251
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta’ Ottubru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi dwar vetturi ta’ tmiem is-serje tal-kategorija L b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

249

2021/C 404/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata minn Spanja (EGF/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia) (COM(2020)0485 – C9-0294/2020 – 2020/1996(BUD))

250

 

Il-Gimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020

2021/C 404/18

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0392 – C8-0248/2018 – 2018/0216(COD))

254

2021/C 404/19

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD))

571

2021/C 404/20

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD))

651


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2020–2021

Dati tas-seduti: 19-23 ta’ Ottubru 2020

It-testi adottati tal-20 ta’ Ottubru 2020 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2018 ġew ippublikati fil- ĠU L 420, 14.12.2020 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 20 ta’ Ottubru 2020

6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/2


P9_TA(2020)0272

Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku (2020/2018(INL))

(2021/C 404/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pjattaformi online u s-suq uniku diġitali (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bit-titlu “Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online” (COM(2011)0942),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (10) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2017 bit-titlu “Nindirizzaw il-kontenut illegali online: Lejn aktar responsabbiltà fir-rigward tal-pjattaformi online” (COM(2017)0555),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta' April 2018 bit-titlu “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew”(COM(2018)0236), li tkopri l-informazzjoni falza jew qarrieqa li tinħoloq, tiġi ppreżentata u mxerrda għal gwadann ekonomiku jew biex tqarraq intenzjonalment bil-pubbliku, u li tista' tagħmel ħsara lill-pubbliku,

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil tal-21 ta' Ġunju 2016 dwar il-bejgħ ta' oġġetti ffalsifikati fuq l-internet u r-rieżami tiegħu fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2017 bit-titlu “Sistema bbilanċjata ta' infurzar tal-Proprjetà Intellettwali li twieġeb għall-isfidi tas-soċjetà tal-lum” (COM(2017)0707),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (ECON-VI/048) tal-5 ta' Diċembru 2019 dwar “Qafas Ewropew għal reazzjonijiet regolatorji għall-ekonomija kollaborattiva”,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (11),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (14), id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (15) u d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (16),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titlu “Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” (COM(2020)0103),

wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja tad-19 ta’ Frar 2020 (COM(2020)0065),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titlu “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020)0067),

wara li kkunsidra l-impenji li ħadet il-Kummissjoni fil-“Linji gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024”,

wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titlu “Mapping the cost of Non-Europe 2019-2024” (L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa 2019-2024) li juri li l-gwadann potenzjali tal-ikkompletar tas-Suq Uniku Diġitali għas-servizzi jista' jitla' sa EUR 100 biljun,

wara li kkunsidra l-istudju tad-Dipartiment Tematiku għall-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja tal-Parlament Ewropew bit-titlu “The e-commerce Directive as the cornerstone of the Internal Market” (Id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku bħala l-pedament tas-Suq Intern) li jenfasizza erba' prijoritajiet għat-titjib tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku,

wara li kkunsidra l-istudji pprovduti mid-Dipartiment Tematiku għall-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja għall-workshop “E-commerce rules, fit for the digital age” (Regoli dwar il-kummerċ elettroniku adatti għall-era diġitali) organizzat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO),

wara li kkunsidra l-istudju dwar il-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew imwettaq miss-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, bit-titlu “Digital Services Act: European added value assessment” (L-Att dwar is-Servizzi Diġitali: valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew) (17),

wara li kkunsidra l-vademecum dwar id-Direttiva 98/48/KE, li tintroduċi mekkaniżmu għat-trasparenza tar-regolamenti dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0181/2020),

A.

billi l-kummerċ elettroniku jinfluwenza l-ħajja ta' kuljum tan-nies, tan-negozji u tal-konsumaturi fl-Unjoni u, meta jitħaddem b'kundizzjonijiet ekwi u regolamentati, jista' jikkontribwixxi pożittivament biex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-Suq Uniku Diġitali, isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u jipprovdi lill-impriżi l-ġodda, inklużi l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, opportunitajiet ġodda fis-suq għal tkabbir u impjiegi sostenibbli;

B.

billi d-Direttiva 2000/31/KE (id-“Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku”) kienet waħda mill-aktar atti leġiżlattivi tal-Unjoni li rnexxew u sawret is-Suq Uniku Diġitali kif nafuh illum; billi d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ġiet adottata 20 sena ilu, u l-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (“DSA”) għandu jqis it-trasformazzjoni u l-espansjoni rapidi tal-kummerċ elettroniku fil-forom kollha tiegħu, bl-għadd kbir ta' servizzi, prodotti, fornituri u sfidi emerġenti differenti li jikkaratterizzawh u d-diversi leġiżlazzjonijiet speċifiċi għas-settur; billi minn meta ġiet adottata d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) ħarġet għadd ta' sentenzi fir-rigward tagħha;

C.

billi, fil-preżent, l-approċċ tal-Istati Membri għall-mod kif jindirizzaw il-kontenut illegali online huwa frammentat; billi, minħabba f'hekk, il-fornituri tas-servizzi kkonċernati jistgħu jkunu soġġetti għal firxa ta' rekwiżiti legali differenti u diverġenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom; billi jidher li hemm nuqqas ta' infurzar u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll sfidi relatati mal-qafas legali eżistenti;

D.

billi s-servizzi diġitali jridu jkunu konformi għalkollox mar-regoli li jirrigwardaw id-drittijiet fundamentali, speċjalment il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, in-nondiskriminazzjoni u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, kif ukoll il-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali u d-drittijiet tat-tfal, kif minquxa fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”);

E.

billi fil-Komunikazzjoni tagħha “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” , il-Kummissjoni impenjat ruħha li, bħala parti mid-DSA, tadotta regoli ġodda u riveduti għall-pjattaformi online u l-fornituri ta' servizzi tal-informazzjoni, issaħħaħ is-sorveljanza fuq il-politiki tal-kontenut tal-pjattaformi fl-Unjoni u teżamina r-regoli ex ante;

F.

billi l-pandemija tal-COVID-19 ġabet magħha sfidi soċjali u ekonomiċi ġodda li jaffettwaw profondament liċ-ċittadini u lill-ekonomija; billi, fl-istess waqt, il-pandemija tal-COVID-19 qed turi r-reżiljenza tas-settur tal-kummerċ elettroniku u l-potenzjal tiegħu bħala xprun biex l-ekonomija Ewropea tirpilja; billi l-pandemija kixfet ukoll nuqqasijiet fil-qafas regolatorju attwali, partikolarment fir-rigward tal-acquis relatat mal-ħarsien tal-konsumatur; billi dan jitlob azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex ikun hemm approċċ aktar koerenti u koordinat sabiex id-diffikultajiet identifikati jiġu indirizzati u jiġi evitat li jerġgħu jinqalgħu;

G.

billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet ukoll kemm il-konsumaturi tal-UE huma vulnerabbli għal prattiki kummerċjali qarrieqa minn negozjanti diżonesti li jbigħu online prodotti illegali li ma jkunux konformi mar-regoli ta' sikurezza tal-Unjoni u li jimponu kundizzjonijiet inġusti oħrajn fuq il-konsumaturi; billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet partikolarment li l-pjattaformi u s-servizzi ta' intermedjazzjoni online jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom biex jikxfu u jneħħu affermazzjonijiet foloz u jindirizzaw b'mod konsistenti u koordinat il-prattiki qarrieqa ta' negozjanti bla skrupli, partikolarment dawk li jbigħu tagħmir mediku falz jew prodotti perikolużi online; billi l-Kummissjoni laqgħet l-approċċ meħud mill-pjattaformi wara l-ittri li bagħtitilhom fit-23 ta' Marzu 2020; billi trid tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex ikun hemm approċċ aktar koerenti u koordinat fil-ġlieda kontra dawn il-prattiki qarrieqa u favur il-ħarsien tal-konsumatur;

H.

billi d-DSA għandu jiżgura ħarsien sħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi u l-utenti fl-Unjoni u, għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tiegħu għandu jkopri l-attivitajiet tal-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni stabbiliti f'pajjiżi terzi jekk is-servizzi tagħhom ikunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-DSA u jkunu mmirati lejn konsumaturi jew utenti fl-Unjoni;

I.

billi d-DSA għandu jiċċara n-natura tas-servizzi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, u dan filwaqt li tinżamm in-natura orizzontali tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, li tapplika mhux biss għall-pjattaformi online, iżda għall-fornituri kollha ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni kif definiti fid-dritt tal-Unjoni;

J.

billi d-DSA għandu jkun bla preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 (il-“GDPR”) li jistabbilixxi qafas legali għall-protezzjoni tad-data personali, id-Direttiva (UE) 2019/790 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali, id-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva u d-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika;

K.

billi d-DSA m'għandux jaffettwa d-Direttiva 2005/29/KE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/2161, kif ukoll id-Direttivi (UE) 2019/770 u (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali u kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, u r-Regolament (UE) 2019/1150 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online;

L.

billi d-DSA għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-qafas stabbilit mid-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern;

M.

billi ċerti tipi ta' kontenut illegali li jikkawżaw tħassib konsiderevoli, bħad-diskors ta' mibegħda illegali, diġà ġew definiti fid-dritt nazzjonali u tal-Unjoni u m'għandhomx jiġu definiti mill-ġdid fid-DSA;

N.

billi t-titjib tat-trasparenza u l-għajnuna mogħtija liċ-ċittadini biex jiksbu litteriżmu medjatiku u diġitali f'dak li għandu x'jaqsam ma' tixrid ta' kontenut dannuż, diskors ta' mibegħda u diżinformazzjoni, kif ukoll l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku u t-tisħiħ ta' ġurnaliżmu professjonali indipendenti u midja ta' kwalità se jgħinu fil-promozzjoni ta' kontenut varjat u ta' kwalità;

O.

billi l-WHOIS hija database aċċessibbli għall-pubbliku li kienet strument utli biex jinstab sid l-isem ta' dominju partikolari fuq l-internet kif ukoll id-dettalji u l-kuntatti ta' kull isem ta' dominju;

P.

billi d-DSA għandu jkollu l-għan li jiżgura ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, inkluż fis-suq tal-kiri għal żmien qasir u s-servizzi ta' mobilità, billi jippromwovi t-trasparenza u obbligi ta' informazzjoni aktar ċari;

Q.

billi l-qbil li ntlaħaq f'Marzu 2020 bejn il-Kummissjoni u ċerti pjattaformi tas-settur tal-kiri għal żmien qasir dwar il-kondiviżjoni tad-data se jippermetti lill-awtoritajiet lokali jifhmu aħjar l-iżvilupp tal-ekonomija kollaborattiva u se jippermetti wkoll kondiviżjoni affidabbli u kontinwa tad-data u tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza; billi huma meħtieġa passi ulterjuri biex jingħata bidu għal qafas aktar komplut għall-kondiviżjoni tad-data għall-pjattaformi online tal-kiri għal żmien qasir;

R.

billi l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt serju fuq is-settur tat-turiżmu fl-Unjoni u wriet il-ħtieġa li tkompli tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' korsiji ħodor biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-ktajjen tal-provvista u l-moviment tal-merkanzija fin-network tat-trasport tal-Unjoni;

S.

billi l-evoluzzjoni tal-iżvilupp u l-użu tal-pjattaformi tal-internet għal firxa wiesgħa ta' attivitajiet, inklużi l-kummerċ, it-trasport, it-turiżmu u l-kondiviżjoni ta' oġġetti u servizzi, biddlu l-mod li bih l-utenti u l-kumpaniji jinteraġixxu mal-fornituri tal-kontenut, l-operaturi tas-suq u individwi oħra li joffru oġġetti u servizzi; billi s-Suq Uniku Diġitali ma jistax jirnexxi mingħajr il-fiduċja tal-utenti fi pjattaformi online li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni applikabbli kollha u l-interessi leġittimi tagħhom; billi kwalunkwe qafas regolatorju futur għandu jindirizza wkoll il-mudelli kummerċjali intrużivi, inklużi l-manipulazzjoni tal-imġiba u l-prattiki diskriminatorji, li huma ta' detriment kbir għall-funzjonament tas-Suq Uniku u għad-drittijiet fundamentali tal-utenti;

T.

billi l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex itejbu l-aċċess u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi tagħhom b'rabta mad-determinazzjoni tal-illegalità ta' kontenut online u mar-riżoluzzjoni ta' tilwim rigward it-tneħħija ta' kontenut jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess;

U.

billi r-rekwiżiti tad-DSA għandhom ikunu jistgħu jiġu implimentati faċilment fil-prattika mill-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni; billi l-intermedjarji online jistgħu jikkriptaw jew jimpedixxu mod ieħor l-aċċess għall-kontenut minn partijiet terzi, inklużi l-intermedjarji tal-hosting li jaħżnu l-kontenut innifsu;

V.

billi mod effettiv ta' kif jonqsu l-attivitajiet illegali hu li jitħallew jiffjorixxu mudelli kummerċjali innovattivi ġodda, u li s-Suq Uniku Diġitali jissaħħaħ billi jitneħħew l-ostakli inġustifikati għall-moviment liberu tal-kontenut diġitali; billi l-ostakli, li joħolqu swieq nazzjonali frammentati, jikkontribwixxu biex tinħoloq domanda għal kontenut illegali;

W.

billi s-servizzi diġitali għandhom jipprovdu lill-konsumaturi mezzi ta' komunikazzjoni diretti u effiċjenti, utilizzabbli, identifikabbli u aċċessibbli faċilment, bħal indirizzi tal-posta elettronika, formoli ta' kuntatt elettroniċi, chatbots, messaġġi istantanji jew telefonati lura, u għandhom jaraw li l-informazzjoni relatata ma' dawk il-mezzi ta' komunikazzjoni tkun aċċessibbli għall-konsumaturi b'mod ċar u li jinftiehem, u kemm jista' jkun uniformi, u li t-talbiet tal-konsumaturi jiġu indirizzati lejn is-servizzi diġitali sottostanti differenti tal-fornitur tas-servizzi diġitali;

X.

billi d-DSA għandu jiggarantixxi d-dritt li l-konsumaturi jiġu infurmati jekk servizz ikun abilitat bl-intelliġenza artifiċjali (IA), jagħmel użu minn proċessi deċiżjonali awtomatizzati, għodod għall-apprendiment awtomatiku jew strumenti għar-rikonoxximent awtomatizzat tal-kontenut; billi d-DSA għandu joffri l-possibbiltà ta' esklużjoni fakultattiva, limitazzjoni jew personalizzazzjoni tal-użu ta' kwalunkwe funzjonalità ta' personalizzazzjoni awtomatizzata, speċjalment fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet u, b'mod aktar speċifiku, joffri l-possibbiltà li l-utent jara l-kontenut f'ordni mhux ikkurat u jingħata aktar kontroll fuq il-mod kif jiġi kklassifikat il-kontenut;

Y.

billi l-protezzjoni tad-data personali soġġetta għal proċessi deċiżjonali awtomatizzati hija diġà koperta – fost l-oħrajn – mill-GDPR, u d-DSA m'għandux jipprova jirrepeti jew jemenda tali miżuri;

Z.

billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li d-DSA jippreserva l-approċċ iċċentrat fuq il-bniedem għall-IA, f'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-moviment liberu tas-servizzi abilitati bl-IA, filwaqt li jirrispetta l-valuri u d-drittijiet fundamentali kif minquxa fit-Trattati;

AA.

billi l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, meta l-liġi tal-Unjoni tippermetti, għandu jkollhom aċċess għad-dokumentazzjoni tas-software u s-settijiet tad-data tal-algoritmi li jkunu qed jiġu eżaminati;

AB.

billi l-kunċetti tat-trasparenza u tal-ispjegabbiltà tal-algoritmi għandhom jiġu interpretati bħala obbligu li l-informazzjoni mogħtija lill-utent tiġi ppreżentata f'forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi;

AC.

billi huwa importanti li jiġu stabbiliti miżuri li jiżguraw infurzar u superviżjoni effettivi; billi l-konformità mad-dispożizzjonijiet għandha tissaħħaħ b'penali effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluża l-impożizzjoni ta' multi proporzjonati;

AD.

billi d-DSA għandu jilħaq bilanċ bejn id-drittijiet tal-utenti kollha u jiżgura li l-miżuri previsti fih ma jkunux imfassla biex jiffavorixxu interess leġittimu wieħed fuq ieħor u li jiġi evitat l-użu ta' miżuri bħala għodod offensivi fi kwalunkwe kunflitt bejn in-negozji jew is-setturi;

AE.

billi l-mekkaniżmu tas-suq intern ex ante għandu japplika meta l-liġi tal-kompetizzjoni waħedha ma tkunx biżżejjed biex tindirizza adegwatament in-nuqqasijiet identifikati fis-suq;

AF.

billi l-miżuri leġiżlattivi proposti bħala parti mid-DSA għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza; billi l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dettaljata, ibbażata fuq data, statistika, analiżi u studji rilevanti, dwar l-għażliet differenti disponibbli; billi dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tivvaluta u tanalizza anke l-prodotti perikolużi u mhux sikuri mibjugħa fis-swieq online; billi l-valutazzjoni tal-impatt għandha tqis ukoll it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 u tikkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew; billi d-DSA għandu jkun akkumpanjat minn linji gwida dwar l-implimentazzjoni;

Prinċipji ġenerali

1.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal pakkett dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li għandu jikkonsisti f'direttiva li temenda d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u proposta għal regoli ex ante fuq operaturi sistemiċi bi rwol ta' gwardjan, abbażi tal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); jistieden lill-Kummissjoni tressaq tali pakkett abbażi tal-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-TFUE, skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt dettaljata li għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposti u tkun ibbażata fuq data, statistika u analiżi rilevanti;

2.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-qafas legali stabbilit mid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku fl-iżvilupp tas-servizzi online fl-Unjoni u jemmen li l-prinċipji li mxew magħhom il-leġiżlaturi meta kienu qed jirregolaw lill-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-aħħar tas-snin 90 għadhom validi u għandhom jintużaw fl-abbozzar ta' kwalunkwe proposta fil-futur; jenfasizza li ċ-ċertezza legali li ġabet magħha d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku tat lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) l-opportunità li jespandu n-negozju tagħhom u joperaw aktar faċilment bejn il-fruntieri;

3.

Huwa tal-fehma li l-fornituri kollha ta' servizzi diġitali stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom josservaw ir-regoli tad-DSA meta s-servizzi tagħhom ikunu intiżi għall-Unjoni, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri ta' servizzi diġitali Ewropej u dawk ta' pajjiżi terzi; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa wkoll jekk hemmx riskju ta' miżuri ta' ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi, filwaqt li tqajjem kuxjenza dwar kif il-liġi tal-Unjoni tapplika għal fornituri ta' servizzi minn pajjiżi terzi mmirati lejn is-suq tal-Unjoni;

4.

Jenfasizza r-rwol ċentrali li kellha l-klawsola tas-suq intern – li tistabbilixxi l-kontroll tal-pajjiż ta' oriġini u l-obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw il-moviment liberu tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – fl-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli inġustifikati u sproporzjonati li għad fadal għall-forniment ta' servizzi diġitali, bħal proċeduri amministrattivi kumplessi, soluzzjonijiet ta' tilwim transfruntier li jiswew ħafna flus u l-aċċess għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti regolatorji rilevanti, inkluż dwar it-tassazzjoni, kif ukoll li jiġi żgurat li ma jinħolqux ostakli inġustifikati u sproporzjonati ġodda;

5.

Jinnota li skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tas-servizzi, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jipproteġu objettivi leġittimi ta' interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-politika pubblika, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, il-ħarsien tal-konsumatur, il-ġlieda kontra n-nuqqas ta' akkomodazzjoni għall-kiri, u l-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, dment li dawk il-miżuri jkunu konformi mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u proporzjonalità;

6.

Iqis li l-prinċipji fundamentali tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, bħall-klawsola dwar is-suq intern, il-libertà tal-istabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-projbizzjoni tal-impożizzjoni ta' obbligu ta' monitoraġġ ġenerali għandhom jiġu ppreservati; jenfasizza li l-prinċipju li “dak li hu illegali offline hu illegali anke online”, kif ukoll il-prinċipji tal-ħarsien tal-konsumatur u s-sikurezza tal-utent, għandhom isiru wkoll prinċipji gwida għall-qafas regolatorju futur;

7.

jissottolinja l-importanza tal-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva, inkluż fis-setturi tat-trasport u t-turiżmu, li fuqhom jiġu pprovduti servizzi kemm mill-individwi kif ukoll mill-professjonisti; jistieden lill-Kummissjoni biex, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tvara qafas aktar komplut għall-kondiviżjoni ta' data mhux personali u għall-koordinazzjoni bejn il-pjattaformi u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, immirat b'mod speċjali lejn il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-ħolqien ta' sett ta' obbligi ta' informazzjoni, f'konformità mal-Istrateġija Ewropea għad-Data;

8.

Jinnota li r-reġim tal-protezzjoni tad-data ġie aġġornat b'mod sinifikanti mindu ġiet adottata d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, u jenfasizza li l-iżvilupp rapidu tas-servizzi diġitali jirrikjedi qafas leġiżlattiv u adatt għall-futur biex jiġu mħarsa d-data personali u l-privatezza; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-fornituri ta' servizzi diġitali jeħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri l-GDPR u d-Direttiva 2002/58/KE (“id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika”) – li qed tiġi riveduta bħalissa – mal-qafas wiesa' tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-espressjoni, id-dinjità u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv, u jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza tas-sistemi u s-servizzi tagħhom;

9.

Jemmen li d-DSA għandu jiżgura l-fiduċja tal-konsumatur u jistabbilixxi b'mod ċar li l-liġi tal-konsumatur u r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-prodotti jkunu rispettati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali; jirrimarka li d-DSA għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-utenti b'diżabilità u jiggarantixxi l-aċċessibbiltà tagħhom għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi jiżviluppaw għodod tekniċi li jippermettu lill-persuni b'diżabilità jaċċedu b'mod effettiv għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, jużawhom u jibbenefikaw minnhom;

10.

Jisħaq fuq l-importanza li jinżamm l-approċċ orizzontali tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku; jenfasizza li approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” mhuwiex adatt biex jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda kollha fix-xenarju diġitali tal-lum u li d-diversità tal-atturi u tas-servizzi offruti online tirrikjedi approċċ regolatorju mfassal apposta; jirrakkomanda li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi u dawk li mhumiex, u bejn it-tipi differenti ta' servizzi diġitali b'hosting mill-pjattaformi, aktar milli ssir enfasi fuq it-tip ta' pjattaforma; iqis, f'dan il-kuntest, li kwalunkwe proposta leġiżlattiva futura għandha taspira li tiżgura li l-obbligi l-ġodda tal-Unjoni fuq il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu proporzjonati u ċari fin-natura tagħhom;

11.

Ifakkar li għadd kbir ta' deċiżjonijiet leġiżlattivi u amministrattivi kif ukoll relazzjonijiet kuntrattwali jużaw id-definizzjonijiet u r-regoli tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u li, għalhekk, kwalunkwe bidla fihom ikollha konsegwenzi importanti;

12.

Jenfasizza li qafas Ewropew prevedibbli, adatt għall-futur, ċar u dettaljat, flimkien ma' kompetizzjoni ġusta, huma kruċjali biex jitrawwem it-tkabbir tan-negozji Ewropej kollha, inklużi l-pjattaformi fuq skala żgħira, l-SMEs, inklużi l-kumpaniji mikro, l-imprendituri u n-negozji l-ġodda, biex tiżdied l-offerta transfruntiera ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, biex titneħħa l-frammentazzjoni tas-suq u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi li jippermettu lin-negozji Ewropej jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq tas-servizzi diġitali u jkunu globalment kompetittivi fix-xena dinjija;

13.

Jissottolinja li l-istrument futur tas-suq intern dwar regoli ex ante fir-rigward ta' pjattaformi sistemiċi u l-għodda tal-kompetizzjoni l-ġdida mħabbra bl-għan li jiġu indirizzati l-lakuni fil-liġi tal-kompetizzjoni għandhom jinżammu bħala strumenti legali separati;

14.

Ifakkar li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ġiet abbozzata b'mod teknoloġikament newtrali biex jiġi żgurat li ma tispiċċax f'obsolexxenza minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi li jirriżultaw mill-pass mgħaġġel tal-innovazzjoni fis-settur tal-IT, u jenfasizza li d-DSA għandu jkun adatt għall-futur u applikabbli għat-teknoloġiji l-ġodda emerġenti li jkollhom impatt fuq is-suq uniku diġitali; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe reviżjoni tibqa' teknoloġikament newtrali sabiex jiġu ggarantiti benefiċċji permanenti għan-negozji u l-konsumaturi;

15.

Huwa tal-fehma li fis-suq intern hemm bżonn kundizzjonijiet ekwi, ibbażati fuq l-istess drittijiet u obbligi għall-partijiet ikkonċernati kollha – il-konsumaturi u n-negozji – bejn l-ekonomija tal-pjattaformi u l-ekonomija offline; iqis li d-DSA m'għandux jindirizza l-kwistjoni tal-ħaddiema tal-pjattaformi; jemmen, għalhekk, li l-protezzjoni soċjali u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema, inkluż tal-ħaddiema tal-pjattaformi jew tal-ekonomija kollaborattiva, għandhom jiġu indirizzati kif xieraq fi strument separat sabiex jingħata rispons adegwat u komprensiv għall-isfidi tal-ekonomija diġitali tal-lum;

16.

Iqis li d-DSA għandu jkun ibbażat fuq il-valuri komuni tal-Unjoni li jħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini u għandu jkollu l-għan li jrawwem il-ħolqien ta' ekosistema online rikka u varjata b'firxa wiesgħa ta' servizzi, ambjent diġitali kompetittiv, trasparenza u ċertezza legali, biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku Diġitali;

17.

Iqis li d-DSA jagħti opportunità lill-Unjoni biex mhux biss issawwar l-ekonomija diġitali, fil-livell tal-Unjoni, iżda anke sservi ta' mudell għall-bqija tad-dinja;

Drittijiet u libertajiet fundamentali

18.

Jinnota li l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, b'mod partikolari l-pjattaformi online, fosthom is-siti tan-networking soċjali, għandhom kapaċità kbira li jilħqu u jinfluwenzaw udjenzi usa', kif ukoll l-imġiba, l-opinjonijiet u l-prattiki, inkluż ta' gruppi vulnerabbli bħall-minorenni, u għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-utenti u tas-soċjetà inġenerali;

19.

Ifakkar li l-iskandli ta' dan l-aħħar dwar il-harvesting u l-bejgħ ta' data, bħall-każ ta' Cambridge Analytica, il-fake news, id-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-votanti u għadd ta' danni oħra online (mid-diskors ta' mibegħda sax-xandir tat-terroriżmu) urew il-ħtieġa ta' ħidma fuq infurzar aħjar u kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri sabiex jiġu mifhuma l-vantaġġi u n-nuqqasijiet tar-regoli eżistenti u sabiex jissaħħaħ il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali online;

20.

Ifakkar, f'dan ir-rigward, li ċerti skemi awtoregolatorji u koregolatorji stabbiliti, bħall-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni, għenu biex jiġi strutturat djalogu mal-pjattaformi u r-regolaturi; jissuġġerixxi li l-pjattaformi online jistabbilixxu salvagwardji effettivi u adegwati, partikolarment biex jiġi żgurat li jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju u tiġi evitata t-tneħħija mhux intenzjonata ta' kontenut li ma jkunx illegali; tali miżuri m'għandhomx iwasslu għal filtraġġ obbligatorju tal-kontenut imtella' li ma jkunx konformi mal-projbizzjoni ta' obbligi ta' monitoraġġ ġenerali; jissuġġerixxi li l-miżuri għall-ġlieda kontra l-kontenut dannuż, id-diskors ta' mibegħda u d-diżinformazzjoni għandhom jiġu evalwati regolarment u żviluppati aktar;

21.

Itenni l-importanza li tiġi garantita l-libertà tal-espressjoni, tal-informazzjoni u ta' opinjoni, u li jkun hemm panorama ġurnalistika u medjatika ħielsa u varjata, anke fid-dawl tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu indipendenti; jinsisti fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà tal-espressjoni u fuq l-importanza li jkun hemm diversità ta' opinjonijiet, informazzjoni, stampa, midja u espressjonijiet artistiċi u kulturali;

22.

Jenfasizza li d-DSA għandu jsaħħaħ il-libertajiet tas-suq intern u jiggarantixxi d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-Karta; jenfasizza li d-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi u tal-utenti għandhom ikunu protetti minn mudelli kummerċjali online dannużi, inkluż fil-qasam tar-reklamar diġitali, kif ukoll minn manipulazzjoni tal-imġiba u prattiki diskriminatorji;

23.

Jisħaq fuq l-importanza tar-responsabbilizzazzjoni tal-utenti fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet fundamentali tagħhom online; itenni li l-fornituri ta' servizzi diġitali għandhom jirrispettaw u jippermettu d-dritt għall-portabbiltà tad-data tal-utenti tagħhom kif stabbilit fid-dritt tal-Unjoni;

24.

Jirrimarka li d-data bijometrika titqies bħala kategorija speċjali ta' data personali b'regoli speċifiċi għall-ipproċessar; jinnota li l-bijometrika tista' u qiegħda tintuża dejjem aktar għall-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni ta' individwi, u dan, minkejja l-vantaġġi potenzjali tiegħu, jinvolvi riskji sinifikanti, u interferenzi serji fir-rigward tad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data meta jsir mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data, minbarra li jiffaċilita l-frodi tal-identità; jitlob li d-DSA jiżgura li l-fornituri ta' servizzi diġitali jaħżnu data bijometrika fuq l-apparat innifsu biss, sakemm il-ħżin ċentrali ma jkunx permess bil-liġi, jagħtu lill-utenti tas-servizzi diġitali alternattiva għall-użu ta' data bijometrika ssettjata b'mod awtomatiku għall-funzjonament ta' servizz u jkunu obbligati jinfurmaw b'mod ċar lill-klijenti bir-riskji involuti meta jużaw data bijometrika;

25.

Jenfasizza li, fl-ispirtu tal-ġurisprudenza dwar il-metadata relatata mal-komunikazzjoni, l-awtoritajiet pubbliċi m'għandhomx jingħataw aċċess għall-metadata u d-data dwar l-abbonamenti ta' utent ħlief biex jinvestigaw suspetti ta' reati serji b'awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel; huwa konvint, madankollu, li l-fornituri ta' servizzi diġitali m'għandhomx iżommu data għal finijiet ta' infurzar tal-liġi sakemm awtorità pubblika kompetenti indipendenti ma tordnax direttament iż-żamma mmirata tad-data ta' utent individwali, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni;

26.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi applikat kriptaġġ effettiv minn tarf sa tarf għad-data għax dan hu essenzjali għall-fiduċja u s-sigurtà fuq l-internet u effettivament jimpedixxi aċċess mhux awtorizzat minn partijiet terzi;

Trasparenza u ħarsien tal-konsumatur

27.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 uriet l-importanza u r-reżiljenza tas-settur tal-kummerċ elettroniku u l-potenzjal tiegħu bħala mutur biex l-ekonomija Ewropea tirpilja iżda wriet ukoll kemm il-konsumaturi tal-UE huma vulnerabbli għal prattiki kummerċjali qarrieqa minn negozjanti diżonesti li jbigħu prodotti ffalsifikati, illegali jew mhux sikuri, u joffru servizzi online li ma jkunux konformi mar-regoli ta' sikurezza tal-Unjoni jew jimponu żidiet inġustifikati u abbużivi fil-prezzijiet jew kundizzjonijiet inġusti oħrajn fuq il-konsumaturi; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiżdied l-infurzar tar-regoli tal-Unjoni u jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur;

28.

Jenfasizza li din il-problema hi aggravata mid-diffikultajiet biex tiġi stabbilita l-identità ta' utenti kummerċjali frawdolenti, u b'hekk tagħmilha diffiċli għall-konsumaturi li jfittxu kumpens għad-danni u t-telf li jkunu ġarrbu;

29.

Iqis li r-rekwiżiti attwali ta' trasparenza u informazzjoni stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku fuq il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u l-klijenti kummerċjali tagħhom, u r-rekwiżiti minimi ta' informazzjoni fuq il-komunikazzjoni ta' natura kummerċjali, għandhom jissaħħu b'mod parallel ma' miżuri li jżidu l-konformità mar-regoli eżistenti, bla ma ssir ħsara lill-kompetittività tal-SMEs;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u tobbliga lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting iqabblu l-informazzjoni u l-identità tal-utenti kummerċjali li jkollhom relazzjoni kummerċjali diretta magħhom mad-data ta' identifikazzjoni mid-databases eżistenti u disponibbli rilevanti tal-Unjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protokolli tad-data; il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jitolbu lill-utenti kummerċjali tagħhom jiżguraw li l-informazzjoni li jipprovdu tkun preċiża, kompluta u aġġornata u għandhom ikunu intitolati u obbligati jirrifjutaw jew jieqfu jipprovdulhom is-servizzi tagħhom jekk l-informazzjoni dwar l-identità tal-utenti kummerċjali tagħhom tkun falza jew qarrieqa; għandu jkun kompitu tal-utenti kummerċjali li jinnotifikaw lill-fornitur tas-servizzi bi kwalunkwe bidla fl-attività kummerċjali tagħhom (pereżempju, l-għeluq tal-attività);

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi obbligi infurzabbli fuq il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni bl-għan li jiżdiedu t-trasparenza, l-informazzjoni u l-obbligu ta' rendikont; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri ta' infurzar ikunu mmirati b'mod li jqis is-servizzi differenti u ma jwassalx inevitabbilment għal ksur tal-privatezza u tal-proċess legali; iqis li dawk l-obbligi għandhom ikunu proporzjonati u jiġu infurzati permezz ta' pieni xierqa, effettivi, proporzjonati u dissważivi;

32.

Jenfasizza li l-obbligi eżistenti dwar it-trasparenza tal-komunikazzjonijiet kummerċjali u r-reklamar diġitali, stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u d-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, għandhom jissaħħu; jirrimarka li t-tħassib urġenti dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward tat-tfassil ta' profili, l-immirar u l-ipprezzar personalizzat għandu jiġi indirizzat, fost l-oħrajn, permezz ta' obbligi ta' trasparenza u rekwiżiti ta' informazzjoni ċari;

33.

Jenfasizza li, online, il-konsumaturi jsibu ruħhom f'relazzjoni żbilanċjata mal-fornituri tas-servizzi u n-negozjanti li joffru servizzi sostnuti mid-dħul mir-reklamar u minn reklami li jkunu mmirati awtomatikament lejn il-konsumaturi individwali, abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-big data u l-mekkaniżmi tal-IA; jinnota l-impatt negattiv li jista' jkollu r-reklamar personalizzat, partikolarment ir-reklamar immirat b'mod mikro u skont l-imġiba; jistieden, lill-Kummissjoni, għalhekk, tintroduċi regoli addizzjonali dwar ir-reklamar immirat u l-immirar mikro, bbażat fuq il-ġbir ta' data personali u tikkunsidra l-possibbiltà li tirregola r-reklamar immirat b'mod mikro u skont l-imġiba b'mod aktar strett favur forom inqas intrużivi ta' reklamar li ma jirrikjedux traċċar estensiv tal-interazzjoni tal-utent mal-kontenut; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' miżuri leġiżlattivi biex ir-reklamar online isir aktar trasparenti;

34.

Jenfasizza, fid-dawl tal-iżvilupp tas-servizzi diġitali, l-importanza tal-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-ordinament ġuridiku tagħhom jippermetti l-konklużjoni ta' kuntratti b'mezzi elettroniċi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tar-rekwiżiti eżistenti dwar kuntratti konklużi b'mezzi elettroniċi, inkluż fir-rigward ta' notifiki mill-Istati Membri, u taġġornahom jekk ikun hemm bżonn; jinnota, f'dak il-kuntest, iż-żieda fl-għadd ta' “kuntratti intelliġenti”, bħal dawk ibbażati fuq teknoloġiji ta' reġistru distribwit, u jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji ta' reġistru distribwit, fosthom “kuntratti intelliġenti”, inklużi fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta' validità u infurzar ta' kuntratti intelliġenti f'sitwazzjonijiet transfruntiera, tipprovdi gwida dwarhom, biex tiġi żgurata ċertezza legali għan-negozji u l-konsumaturi, u ma tiħux inizjattivi leġiżlattivi ħlief jekk jiġu identifikati lakuni konkreti wara dik il-valutazzjoni;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi standards minimi għat-termini kuntrattwali u l-kundizzjonijiet ġenerali, partikolarment fir-rigward ta' miżuri ta' trasparenza, aċċessibbiltà, ġustizzja u nondiskriminazzjoni, u tkompli teżamina l-prattika ta' klawsoli standard ifformulati bil-lest fit-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali li ma jkunux ġew innegozjati individwalment minn qabel, inklużi l-ftehimiet dwar il-liċenzji tal-utent finali (EULAs), biex jinstabu modi kif tagħmilhom aktar ġusti u tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni, sabiex tippermetti involviment aktar faċli għall-konsumaturi, inkluż fl-għażla tal-klawsoli biex tagħmilha possibbli li jinkiseb kunsens infurmat aħjar;

36.

Jenfasizza l-ħtieġa li titjieb l-effiċjenza tal-interazzjonijiet elettroniċi bejn in-negozji u l-konsumaturi fid-dawl tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' identifikazzjoni virtwali; iqis li sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tad-DSA, il-Kummissjoni għandha taġġorna wkoll il-qafas regolatorju dwar l-identifikazzjoni diġitali, jiġifieri Regolament (UE) Nru 910/2014 (18) (ir-“Regolament eIDAS”); iqis li l-ħolqien ta' identità diġitali affidabbli u aċċettata universalment u sistemi ta' awtentikazzjoni fdati jkun utli biex jiġu stabbiliti l-identitajiet individwali siguri ta' persuni fiżiċi, entitajiet ġuridiċi u magni sabiex ikun hemm protezzjoni kontra l-użu ta' profili foloz; jinnota, f'dan il-kuntest, l-importanza li l-konsumaturi jużaw jew jixtru prodotti u servizzi online b'mod sigur mingħajr ma jkollhom għalfejn jużaw pjattaformi mhux relatati u jikkondividu bla bżonn data, inkluża data personali, li tinġabar minn dawk il-pjattaformi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt dettaljata fir-rigward tal-ħolqien ta' identità elettronika pubblika aċċettata universalment bħala alternattiva għal sistemi privati ta' awtentikazzjoni ta' darba (“single sign-on”) u jenfasizza li dan is-servizz għandu jiġi żviluppat b'tali mod li d-data miġbura tinżamm għal minimu assolut; jemmen li l-Kummissjoni għandha tistudja l-possibbiltà li tinħoloq sistema ta' verifika tal-età għall-utenti tas-servizzi diġitali, speċjalment sabiex jiġu mħarsa l-minorenni;

37.

Jenfasizza li d-DSA m'għandux jaffettwa l-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit mill-GDPR, u, sakemm xi leġiżlazzjoni speċifika ma titlobx mod ieħor, l-intermedjarji tas-servizzi diġitali għandhom jippermettu l-użu anonimu tas-servizzi tagħhom sal-limitu massimu possibbli u jipproċessaw biss id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-utent; jenfasizza wkoll li tali data miġbura m'għandhiex tintuża għal servizzi diġitali oħra għajr dawk li jirrikjedu identifikazzjoni personali, awtentikazzjoni jew verifika tal-età u għandha tintuża biss bi skop leġittimu, u bl-ebda mod biex jiġi ristrett l-aċċess ġenerali għall-internet;

L-IA u l-apprendiment awtomatiku

38.

Jenfasizza li filwaqt li s-servizzi bbażati fuq l-IA jew li jagħmlu użu minn proċessi deċiżjonali awtomatizzati jew għodod ta' apprendiment awtomatiku – attwalment irregolati mid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku – għandhom potenzjal enormi f'termini ta' benefiċċji għall-konsumaturi u l-fornituri tas-servizzi, id-DSA għandu jindirizza l-isfidi konkreti li jippreżentaw f'termini ta' nondiskriminazzjoni, trasparenza, inkluż dwar is-settijiet tad-data użati u l-outputs immirati, u spjegazzjoni komprensibbli tal-algoritmi, kif ukoll tar-responsabbiltà, li mhumiex indirizzati fil-leġiżlazzjoni eżistenti;

39.

Jenfasizza, barra minn hekk, li l-algoritmi sottostanti jeħtieġ ikunu konformi għalkollox mar-rekwiżiti dwar id-drittijiet fundamentali, speċjalment il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv u d-drittijiet tat-tfal, kif minquxa fit-Trattati u fil-Karta;

40.

Iqis li hu essenzjali li jiġi żgurat l-użu ta' settijiet ta' data sottostanti ta' kwalità għolja, nondiskriminatorji u imparzjali, kif ukoll li l-individwi jingħataw għajnuna biex jiksbu aċċess għal varjetà ta' kontenut u opinjonijiet kif ukoll prodotti u servizzi ta' kwalità għolja;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rekwiżiti ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont fir-rigward tal-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati, filwaqt li tiżgura konformità mar-rekwiżiti dwar il-privatezza tal-utenti u s-sigrieti kummerċjali; jirrimarka l-ħtieġa li jingħata lok għal awditi regolatorji esterni, sorveljanza każ b'każ u valutazzjonijiet tar-riskju rikorrenti min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti u li jiġu vvalutati r-riskji assoċjati, partikolarment riskji għall-konsumaturi jew għal partijiet terzi, u jqis li l-miżuri meħuda biex jiġu evitati dawn ir-riskji għandhom ikunu ġustifikati u proporzjonati, u m'għandhomx ifixklu l-innovazzjoni; jemmen li l-prinċipju tal-“human-in-command” irid jiġi rispettat, fost l-oħrajn biex tiġi evitata ż-żieda fir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà, id-diskriminazzjoni, is-sorveljanza indebita u l-abbużi, jew biex jiġi evitat kwalunkwe theddid li jista' jkun hemm għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

42.

Iqis li l-konsumaturi u l-utenti għandhom id-dritt jiġu informati kif xieraq fi żmien utli b'mod li jkun konċiż, u jinftiehem u aċċessibbli, u li d-drittijiet tagħhom għandhom jiġu ggarantiti b'mod effikaċi meta jinteraġixxu ma' sistemi awtomatizzati ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ma' servizzi jew applikazzjonijiet diġitali innovattivi oħra; jesprimi tħassib fir-rigward tan-nuqqas attwali ta' trasparenza fir-rigward tal-użu ta' assistenti virtwali jew chatbots, li jista' jkun partikolarment ta' ħsara għall-konsumaturi vulnerabbli u jissottolinja li l-fornituri tas-servizzi diġitali m'għandhomx jużaw esklużivament sistemi awtomatizzati ta' teħid ta' deċiżjonijiet biex jipprovdu appoġġ lill-konsumatur;

43.

Jemmen, f'dak il-kuntest, li għandu jkun possibbli li l-konsumaturi jiġu infurmati kif xieraq meta jinteraġixxu ma' sistema awtomatizzata ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u dwar kif jistgħu jagħmlu kuntatt ma' bniedem li għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet, kif jitolbu kontrolli u korrezzjonijiet ta' żbalji possibbli li jirriżultaw minn deċiżjonijiet awtomatizzati, kif ukoll kif ifittxu rimedju għal kwalunkwe dannu relatat mal-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

44.

Jissottolinja l-importanza li jissaħħu l-għażla tal-konsumatur, il-kontroll tal-konsumatur u l-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-IA; jemmen, għalhekk, li t-totalità tad-drittijiet tal-konsumaturi għandha tiġi estiża biex tipproteġihom aħjar fid-dinja diġitali u jistieden lill-Kummissjoni tqis b'mod partikolari l-kriterji tal-obbligu ta' rendikont u tal-ekwità u l-kontroll tagħhom u d-dritt għan-nondiskriminazzjoni u s-settijiet tad-data tal-IA imparzjali; iqis li l-konsumaturi u l-utenti għandu jkollhom aktar kontroll fuq kif tintuża l-IA u jkollhom il-possibbiltà li jirrifjutaw, jillimitaw jew jippersonalizzaw l-użu ta' kwalunkwe karatteristika ta' personalizzazzjoni marbuta mal-IA;

45.

Jinnota li l-għodod awtomatizzati għall-moderazzjoni tal-kontenut mhumiex kapaċi jifhmu b'mod effikaċi s-sottilità tal-kuntest u tat-tifsira fil-komunikazzjoni bejn il-bnedmin, li hija meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk il-kontenut ivvalutat jistax jitqies li jikser il-liġi jew it-termini tas-servizz; jenfasizza għalhekk li l-użu ta' dawn l-għodod m'għandux ikun impost mid-DSA;

L-Indirizzar ta' Kontenut u Attivitajiet Illegali Online

46.

Jenfasizza li l-eżistenza u t-tixrid ta' kontenut u attivitajiet illegali online tikkostitwixxi theddida serja li timmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-ambjent diġitali, tagħmel ħsara wkoll lill-iżvilupp ta' ekosistemi diġitali b'saħħithom u jista' jkollha konsegwenzi serji u dejjiema fuq is-sikurezza u d-drittijiet fundamentali tal-individwi; jieħu att tal-fatt, fl-istess ħin, li l-kontenut u l-attivitajiet illegali jistgħu jiġu faċilment proliferati u għalhekk l-impatt negattiv tagħhom jiġi amplifikat f'perjodu ta' żmien qasir ħafna;

47.

Jinnota li m'hemm l-ebda soluzzjoni “waħda tajba għal kulħadd” għat-tipi kollha ta' kontenut u attivitajiet illegali; jenfasizza li kontenut li jista' jitqies bħala illegali f'ċerti Stati Membri, jista' ma jitqiesx “illegali” f'oħrajn, peress li ċerti tipi ta' kontenut illegali biss huma armonizzati fl-UE; jitlob li ssir distinzjoni stretta bejn il-kontenut illegali, l-atti punibbli u l-kontenut kondiviż illegalment minn naħa, u l-kontenut dannuż, id-diskors ta' mibegħda u d-diżinformazzjoni min-naħa l-oħra, li mhux dejjem ikunu illegali u jkopru ħafna aspetti, approċċi u regoli differenti applikabbli f'kull każ; jieħu l-pożizzjoni li r-reġim ta' responsabbiltà ġuridika għandu jikkonċerna kontenut illegali biss kif definit fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali;

48.

Jemmen, madankollu, li, mingħajr preġudizzju għall-qafas wiesa' tad-drittijiet fundamentali u l-leġiżlazzjoni settorjali fis-seħħ, approċċ aktar allinjat u kkoordinat fil-livell tal-Unjoni, li jqis it-tipi differenti ta' kontenut u attivitajiet illegali u li jkun ibbażat fuq il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, se jgħin biex il-kontenut illegali jiġi indirizzat b'mod aktar effikaċi; jissottolinja wkoll il-ħtieġa li s-severità tal-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi tiġi adattata għas-serjetà tal-ksur u jappella għal titjib fil-kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizzi ta' ospitar;

49.

Iqis li l-azzjonijiet volontarji u l-awtoregolamentazzjoni mill-pjattaformi online madwar l-Ewropa ġabu magħhom ċerti benefiċċji, iżda hemm bżonn ta' qafas ġuridiku ċar għat-tneħħija ta' kontenut u attivitajiet illegali sabiex jiġu żgurati n-notifika u t-tneħħija rapidi ta' tali kontenut online; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi evitata l-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ fuq il-fornituri ta' servizzi diġitali biex tiġi mmonitorjata l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu u jiġu impediti it-tiftix, il-moderazzjoni jew l-iffiltrar attivi tal-kontenut u l-attivitajiet kollha, la de jure u lanqas de facto; jissottolinja li l-kontenut illegali għandu jitneħħa minn fejn qiegħed ospitat, u li l-fornituri tal-aċċess m'għandhomx jintalbu jimblukkaw l-aċċess għall-kontenut;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-intermedjarji online, li, fuq inizjattiva tagħhom stess, ipoġġu kontenut allegatament illegali offline, jagħmlu dan b'mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju, u b'kunsiderazzjoni debita, fiċ-ċirkostanzi kollha, tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-utenti; jissottolinja li kwalunkwe miżura bħal din għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji proċedurali robusti u rekwiżiti sinifikanti fil-qasam tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont; u jitlob, fejn ikun hemm dubji dwar in-natura “illegali” tal-kontenut, li dan il-kontenut ikun assoġġettat għal reviżjoni umana u ma jitneħħiex mingħajr investigazzjoni ulterjuri;

51.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta studju fuq it-tneħħija ta' kontenut u data qabel u matul il-pandemija tal-COVID-19 permezz ta' proċessi deċiżjonali awtomatizzati u fuq il-livell ta' tneħħijiet bi żball (pożittivi foloz) inklużi fin-numru ta' elementi mneħħija;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-differenzi u l-frammentazzjonijiet dejjem akbar tar-regoli nazzjonali fl-Istati Membri u tadotta regoli armonizzati ċari u prevedibbli u mekkaniżmu ta' notifika u azzjoni trasparenti, effikaċi u proporzjonat; jispeċifika li dan il-mekkaniżmu għandu jipprovdi biżżejjed salvagwardji, jippermetti lill-utenti jinnotifikaw lill-intermedjarji online bl-eżistenza ta' kontenut jew attivitajiet online potenzjalment illegali u jgħin lill-intermedjarji online jirreaġixxu malajr u jkunu aktar trasparenti dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward ta' kontenut potenzjalment illegali; huwa tal-fehma li tali miżuri għandhom ikunu teknoloġikament newtrali u faċilment aċċessibbli għall-atturi kollha biex jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tal-utenti u tal-konsumaturi;

53.

Jenfasizza li tali mekkaniżmu ta' “notifika u azzjoni” irid ikun iċċentrat fuq il-bniedem; jissottolinja li għandhom jiġu introdotti salvagwardji kontra l-abbuż tas-sistema, inkluż kontra sinjalar falz ripetut, prattiki kummerċjali żleali u skemi oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aċċess għal mekkaniżmi ta' kontroavviż u ta' lmenti li jkunu trasparenti, effikaċi, ekwi u rapidi u mekkaniżmi ekstraġudizzjarji għas-soluzzjoni tat-tilwim, u tiggarantixxi l-possibbiltà ta' rimedju ġudizzjarju fil-każ ta' tneħħija ta' kontenut biex jiġi ssodisfat id-dritt għal rimedju effikaċi;

54.

Jilqa' l-isforzi biex ikun hemm trasparenza fit-tneħħija ta' kontenut; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura għall-pubbliku d-disponibbiltà tar-rapporti b'informazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta' notifika u azzjoni, bħan-numru ta' avviżi, it-tip ta' entitajiet li jinnotifikaw il-kontenut, in-natura tal-kontenut li huwa l-oġġett tal-ilment, il-ħin tar-rispons mill-intermedjarju, in-numru ta' appelli kif ukoll in-numru ta' każijiet fejn il-kontenut ġie identifikat b'mod żbaljat bħala illegali jew bħala kondiviż b'mod illegali;

55.

Jieħu att tal-isfidi relatati mal-infurzar tal-mandati ta' inibizzjoni maħruġa fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini ta' fornitur ta' servizzi u jissottolinja l-bżonn li din il-kwistjoni tiġi investigata aktar; huwa tal-fehma li l-fornituri tas-servizzi ta' ospitar m'għandhomx ikunu meħtieġa jneħħu informazzjoni li tkun legali fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew ineħħu l-aċċess għaliha;

56.

Jenfasizza li r-responsabbiltà għall-infurzar tal-liġi, id-deċiżjoni dwar il-legalità ta' attivitajiet u kontenut online, kif ukoll l-ordnijiet lill-fornituri ta' servizzi ta' ospitar biex ineħħu kontenut illegali jew l-aċċess għalih, u l-iżgurar li tali ordnijiet ikunu preċiżi, fondati u konformi mad-drittijiet tal-bniedem, taqa' f'idejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti indipendenti;

57.

Jenfasizza li ż-żamma ta' miżuri ta' salvagwardja mir-reġim tar-responsabbiltà ġuridika għall-intermedjarji stabbiliti fl-Artikoli 12, 13 u 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u l-projbizzjoni ta' monitoraġġ ġenerali stipulata fl-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku huma kruċjali biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tas-servizzi diġitali, tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-kontenut online u jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-utenti, u jeħtieġ li jiġu ppreservati; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li r-reġim ta' responsabbiltà ġuridika u l-projbizzjoni fuq il-monitoraġġ ġenerali m'għandhomx jiddgħajfu permezz ta' att leġiżlattiv ġdid possibbli jew permezz tal-emendar ta' taqsimiet oħra tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku;

58.

Jirrikonoxxi l-prinċipju li s-servizzi diġitali li jiżvolġu rwol newtrali u passiv, bħas-servizzi infrastrutturali u ta' backend, mhumiex responsabbli għall-kontenut trażmess fuq is-servizzi tagħhom peress li m'għandhomx kontroll fuq dak il-kontenut, m'għandhomx interazzjoni attiva miegħu u lanqas ma jottimizzawh; jenfasizza, madankollu, li hija meħtieġa kjarifika ulterjuri fir-rigward tar-rwol attiv u passiv billi titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti dwar il-kwistjoni;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis li tintroduċi obbligu fuq il-fornituri ta' servizzi ta' ospitar li jirrapportaw kontenut illegali li jista' jikkostitwixxi reat serju lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi kompetenti hekk kif isiru konxji minn tali reat;

Swieq online

60.

Jinnota li filwaqt li l-ħolqien ta' fornituri ta' servizzi online, bħal swieq online, kien ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti, b'mod partikolari billi tejjeb l-għażla, naqqas l-ispejjeż u baxxa l-prezzijiet, dan renda lill-konsumaturi aktar vulnerabbli għal prattiki kummerċjali qarrieqa minn numru dejjem akbar ta' bejjiegħa, inklużi minn pajjiżi terzi, li huma kapaċi joffru online prodotti u servizzi illegali, mhux sikuri jew kontrafatti li spiss ma jikkonformawx mar-regoli u l-istandards tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u ma jiggarantixxux biżżejjed id-drittijiet tal-konsumatur;

61.

Jenfasizza li l-konsumaturi għandu jkollhom l-istess livell ta' sikurezza sew meta jixtru online u sew meta jixtru mill-ħwienet tradizzjonali; jenfasizza li mhuwiex aċċettabbli li l-konsumaturi tal-Unjoni jkunu esposti għal prodotti illegali, kontrafatti u mhux sikuri li jkun fihom sustanzi kimiċi perikolużi, kif ukoll perikli oħra għas-sikurezza li jippreżentaw riskji għas-saħħa tal-bniedem; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu introdotti salvagwardji u miżuri xierqa għas-sikurezza tal-prodotti u l-protezzjoni tal-konsumatur sabiex jiġi evitat il-bejgħ ta' prodotti jew servizzi mhux konformi fis-swieq online, u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-reġim ta' responsabbiltà fuq is-swieq online;

62.

Jenfasizza l-importanza tar-regoli tar-Regolament (UE) 2019/1020 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti fir-rigward tal-konformità tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex ittejjeb il-konformità mal-leġiżlazzjoni minn bejjiegħa stabbiliti barra mill-Unjoni meta m'hemmx manifattur, importatur jew distributur stabbilit fl-Unjoni u tirrimedja kwalunkwe lakuna legali attwali li tippermetti lill-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jbigħu lill-konsumaturi Ewropej prodotti online li ma jkunux konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumatur, mingħajr ma jiġu sanzjonati jew mingħajr ma jkunu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, u b'hekk il-konsumaturi jitħallew mingħajr ebda mezz legali biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom jew li jiksbu kumpens għal danni; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' possibbiltà li dejjem jiġu identifikati l-manifatturi u l-bejjiegħa ta' prodotti minn pajjiżi terzi;

63.

Jenfasizza l-ħtieġa li s-swieq online jinformaw lill-konsumaturi mill-ewwel ladarba prodott li jkunu xtraw mingħandhom ikun tneħħa mis-suq insegwitu ta' notifika dwar in-nuqqas ta' konformità tiegħu mar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;

64.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-fornituri tas-swieq online jikkonsultaw lir-RAPEX u jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti hekk kif isiru jafu bi prodotti illegali, mhux sikuri u kontrafatti fuq il-pjattaformi tagħhom;

65.

Iqis li l-fornituri tas-swieq online għandhom itejbu l-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-awtoritajiet doganali, anki billi jiskambjaw informazzjoni dwar il-bejjiegħ ta' prodotti illegali, mhux sikuri u kontrafatti;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu aktar azzjonijiet konġunti ta' sorveljanza tas-suq u jżidu l-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet doganali biex jiċċekkjaw is-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online qabel ma dawn jaslu għand il-konsumaturi; jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li jinħoloq network internazzjonali ta' ċentri tal-konsumatur biex jgħin lill-konsumaturi tal-UE jittrattaw tilwim ma' kummerċjanti bbażati f'pajjiżi mhux tal-UE;

67.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li meta swieq online joffru servizzi professjonali, jinkiseb livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' salvagwardji adegwati u rekwiżiti ta' informazzjoni;

68.

Jemmen li fis-suq tat-turiżmu u tat-trasport, id-DSA għandu jkollu l-għan li jiżgura ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali billi joħloq qafas ta' governanza li jifformalizza l-kooperazzjoni bejn il-pjattaformi u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, bl-għan b'mod speċjali li jikkondividu l-aħjar prattiki u jistabbilixxu serje ta' obbligi ta' informazzjoni ta' pjattaformi ta' kiri għal żmien qasir u ta' mobbiltà fil-konfront tal-fornituri tas-servizzi tagħhom fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti; jappella lill-Kummissjoni biex tkompli tneħħi ostakli mhux ġustifikati permezz ta' sforz settorjali kkoordinat mill-UE li jinvolvi lill-partijiet interessati kollha biex jaqblu dwar serje ta' kriterji, bħal permessi, jew liċenzji jew, meta applikabbli, numru ta' reġistrazzjoni lokali jew nazzjonali ta' fornitur tas-servizzi, f'konformità mar-regoli tas-Suq Uniku, meħtieġa sabiex wieħed ikun jista' joffri servizz fuq pjattaforma ta' kiri għal żmien qasir u ta' mobbiltà; jisħaq fuq l-importanza li tiġi evitata l-impożizzjoni ta' obbligi ta' informazzjoni sproporzjonati u ta' piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq il-fornituri kollha ta' servizzi b'enfasi partikolari fuq il-fornituri ta' servizzi bejn il-pari u l-SMEs;

69.

Jistieden lid-DSA, f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex jippromwovi t-tkabbir sostenibbli u s-sostenibbiltà tal-kummerċ elettroniku; jisħaq fuq l-importanza tas-swieq online għall-promozzjoni ta' prodotti u servizzi sostenibbli u t-tħeġġiġ ta' konsum sostenibbli; jappella għal miżuri intiżi biex jindirizzaw il-prattiki qarrieqa u d-diżinformazzjoni rigward il-prodotti u s-servizzi offruti online, inklużi “dikjarazzjonijiet ambjentali” foloz filwaqt li jistieden lill-fornituri tas-swieq online jippromwovu s-sostenibbiltà tal-kummerċ elettroniku billi jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment dwar l-impatt ambjentali tal-prodotti jew tas-servizzi li jixtru online;

70.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa ċ-ċarezza u l-konsistenza tal-qafas legali eżistenti applikabbli għall-bejgħ online ta' prodotti u servizzi sabiex tidentifika l-lakuni u l-kontradizzjonijiet possibbli u n-nuqqas ta' infurzar effikaċi; jitlob lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tal-interazzjoni bejn id-DSA u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sustanzi kimiċi; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza bejn ir-regoli l-ġodda dwar is-swieq online u r-reviżjoni tad-Direttiva 2001/95/KE (19) (id-“Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti”) u d-Direttiva 85/374/KEE (20) (id-“Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti”);

71.

Jinnota l-problemi persistenti tal-użu abbużiv jew l-applikazzjoni ħażina ta' ftehimiet ta' distribuzzjoni selettiva li jillimitaw id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi lil hinn mill-fruntieri fi ħdan is-Suq Uniku u bejn il-pjattaformi; jitlob lill-Kummissjoni tieħu azzjoni dwar din il-kwistjoni fil-qafas ta' kwalunkwe rieżami usa' tal-Eżenzjoni ta' Kategorija Vertikali u politiki oħra fl-ambitu tal-Artikolu 101 tat-TFUE filwaqt li tevita li ddaħħalha fid-DSA;

Regolamentazzjoni ex ante ta' operaturi sistemiċi

72.

Jinnota li, illum il-ġurnata, xi swieq huma kkaratterizzati minn operaturi kbar b'effetti sinifikanti fuq in-network li huma kapaċi jaġixxu de facto bħala “gwardjani tal-aċċess online” tal-ekonomija diġitali (“operaturi sistemiċi”); jenfasizza l-importanza ta' kompetizzjoni ġusta u effikaċi bejn l-operaturi online bi preżenza diġitali sinifikanti u fornituri oħra sabiex jiġi promoss il-benesseri tal-konsumatur; jitlob lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tal-kwistjonijiet differenti osservati s'issa fis-suq u l-konsegwenzi tagħhom anki fuq il-konsumaturi, l-SMEs u s-suq intern;

73.

Iqis li billi jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul fis-suq u billi jiġu regolati l-operaturi sistemiċi, strument tas-suq intern li jimponi rimedji regolatorji ex ante fuq dawk l-operaturi sistemiċi b'setgħa sinifikanti fis-suq għandu l-potenzjal li jiftaħ is-swieq għal parteċipanti ġodda, inklużi l-SMEs, l-imprendituri u n-negozji ġodda, u b'hekk jippromwovi l-għażla tal-konsumatur u jixpruna l-innovazzjoni lil hinn minn dak li jista' jinkiseb permezz tal-infurzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni biss;

74.

Jilqa' l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà li tiġi introdotta bħala parti mid-DSA futur, regolamentazzjoni ex ante mmirata biex tindirizza kwistjonijiet sistemiċi li huma speċifiċi għas-swieq diġitali; jenfasizza l-kumplementarjetà intrinsika bejn ir-regolamentazzjoni tas-suq intern u l-politika tal-kompetizzjoni, kif enfasizzat fir-rapport imħejji mill-konsulenti speċjali tal-Kummissjoni bit-titlu “Competition policy for the Digital Era” (Politika ta' kompetizzjoni għall-era diġitali);

75.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi “operaturi sistemiċi” abbażi ta' indikaturi ċari;

76.

Iqis li r-regolamentazzjoni ex ante għandha tibni fuq ir-Regolament (UE) 2019/1150 (ir-“Regolament dwar il-Pjattaforma għan-Negozju”) u l-miżuri tiegħu għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-antitrust tal-Unjoni u fl-ambitu tal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, li bħalissa qed tiġi riveduta biex tindirizza aħjar l-isfidi fl-era diġitali; ir-regolamentazzjoni ex ante għandha tiżgura kundizzjonijiet kummerċjali ekwi applikabbli għall-operaturi kollha, inklużi rekwiżiti addizzjonali possibbli u lista magħluqa tal-azzjonijiet pożittivi u negattivi li dawn l-operaturi huma meħtieġa jikkonformaw magħhom u/jew li huma pprojbiti milli jwettqu;

77.

Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b'mod partikolari n-nuqqas ta' trasparenza għas-sistemi ta' rakkomandazzjoni ta' operaturi sistemiċi inkluż għar-regoli u l-kriterji għall-funzjonament ta' tali sistemi u tiddetermina jekk hemmx bżonn li jiġu imposti obbligi addizzjonali fil-qasam tat-trasparenza u tal-informazzjoni;

78.

Jenfasizza li l-impożizzjoni ta' rimedji regolatorji ex ante f'setturi oħra, tejbet il-kompetizzjoni f'dawk is-setturi; jinnota li jista' jiġi żviluppat qafas simili għall-identifikazzjoni ta' operaturi sistemiċi bi rwol ta' “gwardjan” filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur diġitali;

79.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-daqs tal-utenti kummerċjali tal-operaturi sistemiċi jvarja minn kumpaniji multinazzjonali għal mikrointrapriżi; jissottolinja li r-regolamentazzjoni ex ante dwar l-operaturi sistemiċi m'għandhiex tinvolvi rekwiżiti addizzjonali għan-negozji li jużawhom;

80.

Jissottolinja li l-akkumulazzjoni u l-ġbir ta' ammonti kbar ta' data u l-użu ta' tali data minn operaturi sistemiċi biex jespandu minn suq għal ieħor, kif ukoll il-possibbiltà ulterjuri li l-utenti jiġu inċitati jużaw identifikazzjoni elettronika ta' operatur uniku għal pjattaformi multipli, jistgħu joħolqu żbilanċi fis-setgħa tan-negozjar u, b'hekk, iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-Suq Uniku; iqis li ż-żieda fit-trasparenza u l-kondiviżjoni ta' data bejn operaturi sistemiċi u l-awtoritajiet kompetenti hija kruċjali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' regolamentazzjoni ex ante;

81.

Jenfasizza li l-interoperabbiltà hija kruċjali biex tippermetti suq kompetittiv, kif ukoll l-għażla tal-utenti u servizzi innovattivi, u biex tillimita r-riskju ta' effett ta' dipendenza tal-utenti u tal-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura livelli xierqa ta' interoperabbiltà għall-operaturi sistemiċi u tesplora teknoloġiji differenti u standards u protokolli miftuħa, inkluża l-possibbiltà ta' interfaċċa teknika (Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet);

Superviżjoni, kooperazzjoni u infurzar

82.

Jemmen li, fid-dawl tan-natura transfruntiera tas-servizzi diġitali, il-kooperazzjoni u s-superviżjoni effikaċi bejn l-Istati Membri, inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki, hija essenzjali biex jiġi żgurat l-infurzar xieraq tad-DSA; jenfasizza li t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar mhux perfetti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri joħolqu ostakli mhux ġustifikati fis-suq uniku diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawk il-problemi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri;

83.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali bil-mezzi finanzjarji u r-riżorsi umani adegwati u setgħat ta' infurzar biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effikaċi u jikkontribwixxu għall-ħidma rispettiva tagħhom;

84.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll awtoritajiet oħra tal-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur hija tal-akbar importanza biex jinkiseb infurzar effettiv tad-DSA; jipproponi li jissaħħaħ il-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini permezz ta' aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sorveljanza regolatorja tas-servizzi diġitali u jinkiseb infurzar effikaċi tal-liġi f'każijiet transfruntiera; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiġbru flimkien u jikkondividu l-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tad-data bejn ir-regolaturi nazzjonali, u jipprovdu lir-regolaturi u lill-awtoritajiet legali b'modi sikuri u interoperabbli biex jikkomunikaw ma' xulxin;

85.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-aktar mudell xieraq ta' superviżjoni u infurzar għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mad-DSA, u tikkunsidra t-twaqqif ta' sistema ibrida, ibbażata fuq il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni, għas-sorveljanza effikaċi tal-infurzar u l-implimentazzjoni effikaċi tad-DSA; iqis li tali sistema superviżorja għandha tkun responsabbli għas-sorveljanza, il-konformità, il-monitoraġġ u l-applikazzjoni tad-DSA u għandha jkollha setgħat supplimentari biex twettaq inizjattivi u investigazzjonijiet transfruntiera u għandha tingħata setgħat ta' infurzar u ta' awditu;

86.

Huwa tal-fehma li koordinazzjoni tal-UE f'kooperazzjoni man-network tal-awtoritajiet nazzjonali għandha tipprijoritizza l-indirizzar ta' kwistjonijiet transfruntiera kumplessi;

87.

Ifakkar fl-importanza li tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni ta' data mhux personali u li jiġi promoss id-djalogu mal-partijiet ikkonċernati; u jħeġġeġ ia l-ħolqien u l-amministrazzjoni ta' arkivju Ewropew tar-riċerka li jiffaċilita l-kondiviżjoni ta' tali data mal-istituzzjonijiet pubbliċi, ir-riċerkaturi, l-NGOs u l-universitajiet għal skopijiet ta' riċerka; jistieden lill-Kummissjoni tibni tali għodda fuq l-aħjar prattiki u inizjattivi eżistenti bħall-Osservatorju tal-Pjattaforma jew l-Osservatorju tal-UE dwar il-Blockchain;

88.

Jemmen li l-Kummissjoni, permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, għandha tingħata s-setgħa li tipprovdi assistenza esperta lill-Istati Membri, fuq talba, favur l-analiżi ta' kwistjonijiet teknoloġiċi jew amministrattivi jew kwistjonijiet oħra relatati mal-infurzar leġiżlattiv tas-Suq Uniku Diġitali; u jistieden lir-regolaturi nazzjonali u lill-Kummissjoni jipprovdu pariri u assistenza ulterjuri lill-SMEs tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u timmodernizza l-qafas eżistenti tal-Unjoni għar-riżoluzzjoni ekstraġudizzjarja fis-sens tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, b'kont meħud tal-iżviluppi li ġejjin mid-Direttiva 2013/11/UE (21), kif ukoll l-azzjonijiet tal-qorti li jippermettu li jkun hemm infurzar effikaċi u rimedju effikaċi għall-konsumatur; jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu appoġġjati biex jużaw is-sistema tal-qrati; jemmen li ebda reviżjoni m'għandha ddgħajjef il-protezzjonijiet ġuridika tan-negozji u tan-negozjanti ż-żgħar previsti mis-sistemi ġuridiċi nazzjonali;

Aspetti finali

90.

Iqis li kwalunkwe implikazzjoni finanzjarja tal-proposta mitluba għandha tkun koperta minn allokazzjonijiet baġitarji xierqa;

o

o o

91.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57.

(3)  ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28.

(5)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(6)  ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.

(7)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(8)  ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 1.

(9)  ĠU C 331, 18.9.2018, p. 135.

(10)  ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50.

(11)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(12)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.

(13)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(14)  ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20.

(15)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10..

(16)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(17)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2020/654180/EPRS_STU(2020)654180_EN.pdf

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(19)  Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).

(21)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

I.   PRINĊIPJI ĠENERALI

Il-pakkett dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (“DSA”) għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-suq intern billi jiżgura l-moviment liberu tas-servizzi diġitali u l-libertà ta' intrapriża, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u t-titjib tad-drittijiet, il-fiduċja u s-sikurezza tal-utenti online.

Id-DSA għandu jiggarantixxi li l-attivitajiet ekonomiċi online u offline jiġu ttrattati b'mod ugwali u b'kundizzjonijiet ekwi li jirriflettu b'mod sħiħ il-prinċipju li “dak li hu illegali offline huwa wkoll illegali online”, hekk kif jittieħed kont tan-natura speċifika tal-kuntest online.

Id-DSA għandu jipprovdi lill-konsumaturi u lill-operaturi ekonomiċi, speċjalment lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, ċertezza legali u trasparenza. Id-DSA għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-innovazzjoni u t-tneħħija ta' ostakli u restrizzjonijiet mhux ġustifikati u sproporzjonati għall-forniment ta' servizzi diġitali.

Id-DSA għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-qafas wiesa' tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-utenti u l-konsumaturi, bħall-protezzjoni tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali, in-nondiskriminazzjoni, id-dinjità, il-libertà tal-espressjoni u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effikaċi.

Id-DSA għandu jibni fuq ir-regoli attwalment applikabbli għall-pjattaformi online, jiġifieri d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u r-Regolament dwar il-Pjattaforma għan-Negozju.

Id-DSA għandu jinkludi:

reviżjoni komprensiva tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, ibbażata fuq l-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-TFUE, li tikkonsisti f'dan li ġej:

qafas rivedut li jipprevedi obbligi ċari fir-rigward tat-trasparenza u l-informazzjoni;

proċeduri u miżuri ċari u dettaljati relatati mal-indirizzar effikaċi u t-tneħħija effikaċi ta' kontenut illegali online, inkluż mekkaniżmu Ewropew ta' notifika u ta' azzjoni li jkun armonizzat u ġuridikament vinkolanti;

superviżjoni effikaċi, kooperazzjoni u sanzjonijiet proporzjonati, effikaċi u dissważivi;

strument legali tas-suq intern ibbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE li jimponi obbligi ex ante fuq pjattaformi kbar bi rwol ta' gwardjan tal-aċċess fl-ekosistema diġitali (“operaturi sistemiċi”), ikkomplementat b'mekkaniżmu istituzzjonali effikaċi ta' infurzar.

II.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Fl-interess taċ-ċertezza legali, id-DSA għandu jiċċara liema servizzi diġitali jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Id-DSA għandu jsegwi n-natura orizzontali tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u japplika mhux biss għall-pjattaformi online, iżda għall-fornituri kollha ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni kif definiti fil-liġi tal-Unjoni.

Għandu jiġi evitat approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd”. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri differenti għal servizzi diġitali offruti fil-qafas ta' relazzjoni purament minn negozju għal negozju, servizzi li għandhom biss aċċess limitat jew l-ebda aċċess għal partijiet terzi jew għall-pubbliku ġenerali, u servizzi li huma mmirati direttament lejn il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali.

Il-portata territorjali tad-DSA għandha tiġi estiża biex ikopri wkoll l-attivitajiet tal-kumpaniji, il-fornituri tas-servizzi u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni stabbiliti f'pajjiżi terzi, meta l-attivitajiet tagħhom huma relatati mal-offerta ta' servizzi jew prodotti lill-konsumaturi jew lill-utenti fl-Unjoni.

Jekk il-Kummissjoni, wara r-rieżami tagħha, tqis li d-DSA għandu jemenda l-Anness tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku fir-rigward tad-derogi stabbiliti fih, il-modifiki m'għandhomx jemendaw b'mod partikolari d-deroga tal-obbligi kuntrattwali li jikkonċernaw il-kuntratti tal-konsumatur.

Id-DSA għandu jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri jżommu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u li l-Istati Membri jkunu jistgħu jsegwu objettivi leġittimi ta' interess pubbliku, fejn dan ikun meħtieġ, proporzjonat u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Id-DSA għandu jiddefinixxi b'mod koerenti kif id-dispożizzjonijiet tiegħu jinteraġixxu ma' strumenti legali oħra, bil-għan li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tas-servizzi, sabiex jiġi ċċarat ir-reġim ġuridiku applikabbli għas-servizzi professjonali u mhux professjonali fis-setturi kollha, inklużi attivitajiet relatati mas-servizzi tat-trasport u kirjiet għal żmien qasir, fejn tkun meħtieġa kjarifika.

Id-DSA għandu wkoll jiċċara b'mod koerenti kif id-dispożizzjonijiet tiegħu jinteraġixxu mar-regoli adottati riċentement dwar l-imblukkar ġeografiku, is-sikurezza tal-prodotti, is-sorveljanza tas-suq, ir-relazzjonijiet bejn il-pjattaformi u n-negozji, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-bejgħ ta' prodotti u l-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali (1) fost l-oħrajn, u inizjattivi previsti oħra bħar-regolamentazzjoni tal-IA.

Id-DSA għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fi strumenti oħra, bħall-GDPR, id-Direttiva (UE) 2019/790 (id-“Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur”) u d-Direttiva 2010/13/UE (id-“Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva”).

III.   DEFINIZZJONIJIET

Fid-definizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi, id-DSA għandu:

jiċċara sa liema punt is-servizzi diġitali ġodda, bħan-networks tal-midja soċjali, is-servizzi tal-ekonomija kollaborattiva, il-magni tat-tiftix, il-hotspots tal-wifi, ir-reklamar online, is-servizzi tal-cloud, il-web hosting, is-servizzi ta' messaġġi, l-app stores, l-għodod tat-tqabbil, is-servizzi bbażati fuq l-IA, in-networks tat-twassil tal-kontenut, u s-servizzi tal-isem tad-dominju jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu;

jiċċara n-natura tal-intermedjarji li jospitaw il-kontenut (kontenut ta' test, stampi, vidjo, jew awdjo) minn naħa, u tas-swieq kummerċjali online (li jbigħu prodotti, inklużi prodotti b'elementi diġitali jew servizzi), min-naħa l-oħra;

jiċċara d-differenza bejn l-attivitajiet u l-kontenut kummerċjali jew it-tranżazzjonijiet ipprovduti bi ħlas, kif definit mill-Qorti, li jkopru wkoll prattiki ta' reklamar u ta' kummerċjalizzazzjoni min-naħa l-waħda, u attivitajiet u kontenut mhux kummerċjali min-naħa l-oħra;

jiċċara x'jaqa' fl-ambitu tad-definizzjoni tal-“kontenut illegali”, filwaqt li jagħmilha ċara li ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà tal-prodotti jew l-offerta jew il-bejgħ ta' ikel jew prodotti tat-tabakk, kożmetiċi u mediċini kontrafatti, jew prodotti derivati minn speċijiet selvaġġi ukoll jaqa' fid-definizzjoni ta' kontenut illegali;

jiddefinixxi t-terminu “operatur sistemiku” billi jistabbilixxi serje ta' indikaturi ċari li jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji jidentifikaw pjattaformi li jgawdu minn pożizzjoni sinifikanti fis-suq bi rwol ta' “gwardjani tal-aċċess” u li b'hekk ikollhom rwol sistemiku fl-ekonomija online; tali indikaturi jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet bħal jekk l-intrapriża hijiex attiva b'mod sinifikanti fi swieq b'diversi aspetti, jew jekk għandhiex il-kapaċità li trendi dipendenti l-utenti jew il-konsumaturi, id-daqs tan-network tagħha (l-għadd ta' utenti), u l-preżenza ta' effetti tan-network; ostakli għad-dħul, is-saħħa finanzjarja tagħha, il-kapaċità ta' aċċess għad-data, l-akkumulazzjoni u t-taħlit ta' data minn sorsi differenti; l-integrazzjoni vertikali u r-rwol tiegħu bħala sieħeb inevitabbli u l-importanza tal-attività tiegħu għall-aċċess ta' partijiet terzi għall-provvisti u s-swieq, eċċ.;

jipprova jikkodifika d-deċiżjonijiet tal-Qorti, fejn meħtieġ, filwaqt li jqis kif xieraq id-diversi atti leġiżlattivi differenti li jużaw dawn id-definizzjonijiet.

IV.   OBBLIGI TA' TRASPARENZA U INFORMAZZJONI

Id-DSA għandu jintroduċi obbligi ċari u proporzjonati fil-qasam tat-trasparenza u l-informazzjoni; dawk l-obbligi m'għandhomx joħolqu xi derogi jew eżenzjonijiet ġodda għar-reġim ta' responsabbiltà attwali stabbilit skont l-Artikoli 12, 13, u 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u għandhom ikopru l-aspetti deskritti hawn taħt:

1.   Rekwiżiti ġenerali ta' informazzjoni

Id-dispożizzjonijiet riveduti tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għandhom isaħħu r-rekwiżiti ġenerali ta' informazzjoni permezz tal-obbligi li ġejjin:

r-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Artikoli 5, 6 u 10 tad-tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għandhom jissaħħu;

il-prinċipju “Kun Af lill-Klijenti tan-Negozju Tiegħek”, limitat għar-relazzjonijiet kummerċjali diretti tal-fornitur tal-ospitar, għandu jiġi introdott għall-utenti kummerċjali; il-fornituri ta' ospitar għandhom iqabblu d-data ta' identifikazzjoni pprovduta mill-utenti kummerċjali tagħhom mal-bażijiet tad-data tal-UE fuq il-VAT u tal-Identifikazzjoni u r-Reġistrazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi tal-UE (“EORI”), fejn jeżisti numru tal-VAT jew tal-EORI; meta negozju jkun eżenti mill-VAT jew mir-reġistrazzjoni EORI, għandha tingħata prova ta' identifikazzjoni; meta utent kummerċjali jkun qed jaġixxi bħala aġent għal negozji oħra, huwa għandu jiddikjara lilu nnifsu bħala tali; il-fornituri ta' ospitar għandhom jitolbu lill-utenti kummerċjali tagħhom sabiex jiżguraw li l-informazzjoni provduta kollha tkun preċiża u aġġornata, salv kwalunkwe bidliet, u l-fornituri ta' ospitar m'għandhomx jitħallew jipprovdu servizzi lil utenti kummerċjali meta l-informazzjoni ma tkunx kompluta jew meta l-fornitur ta' ospitar ikun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti li l-identità tal-klijent kummerċjali tagħhom hija falza, qarrieqa jew invalida b'xi mod ieħor;

il-miżura ta' esklużjoni mis-servizzi msemmija hawn fuq għandha tapplika biss għar-relazzjonijiet kuntrattwali bejn in-negozji u għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-soġġetti tad-data fis-sens tal-GDPR. Dik il-miżura għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-anonimità online għall-utenti, għajr għall-utenti kummerċjali. Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni ġenerali l-ġodda għandhom isaħħu aktar l-Artikoli 5, 6 u 10 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku sabiex dawk il-miżuri jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni adottata riċentement, b'mod partikolari d-Direttiva 93/13/KEE (2) (id-“Direttiva dwar it-Termini Inġusti tal-Kuntratti”), id-Direttiva 2011/83/UE (3) (id-“Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur”) u r-Regolament dwar il-Pjattaformi u n-Negozji;

L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għandu jiġi modernizzati aktar billi n-negozjanti jintalbu jipprovdu lill-konsumaturi b'mezzi ta' komunikazzjoni diretti u effiċjenti bħal formoli ta' kuntatt elettroniċi, chatbots, messaġġi istantanji jew telefonati lura, sakemm l-informazzjoni relatata ma' dawk il-mezzi ta' komunikazzjoni tkun aċċessibbli għall-konsumaturi b'mod ċar u li jinftiehem;

2.   Termini kuntrattwali u kundizzjonijiet ġenerali ġusti

Id-DSA għandu jistabbilixxi standards minimi għall-fornituri tas-servizzi biex jadottaw termini kuntrattwali u kundizzjonijiet ġenerali ekwi, aċċessibbli, nondiskriminatorji u trasparenti f'konformità tal-anqas mar-rekwiżiti li ġejjin:

id-definizzjoni ta' termini u kundizzjonijiet kuntrattwali ċari u mhux ambigwi f'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem;

l-indikazzjoni b'mod espliċitu fit-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' x'għandu jinftiehem bħala kontenut jew imġiba illegali skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali u l-ispjegazzjoni tal-konsegwenzi ġuridiċi li se jħabbtu wiċċhom magħhom l-utenti talli intenzjonalment jaħżnu jew tellgħu kontenut illegali;

in-notifika lill-utenti kull meta ssir bidla sinifikanti li tista' taffettwa d-drittijiet tal-utenti fit-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali u l-għoti ta' spjegazzjoni tagħhom;

l-iżgurar li l-klawżoli standard ifformulati minn qabel fit-termini kuntrattwali u l-kundizzjonijiet ġenerali, li ma jkunux ġew innegozjati individwalment minn qabel, inkluż fil-Ftehimiet dwar il-Ħruġ ta' Liċenzji tal-Utenti Finali, jibdew b'dikjarazzjoni fil-qosor ibbażata fuq mudell armonizzat, li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni;

l-iżgurar li l-proċess ta' kanċellazzjoni jkun faċli daqs il-proċess ta' reġistrazzjoni (mingħajr interfaċċi qarrieqa tal-utent (“dark patterns”) jew influwenzi oħra fuq id-deċiżjoni tal-konsumatur);

fejn jintużaw sistemi awtomatizzati, l-ispeċifikazzjoni ċara u mhux ambigwa fit-termini kuntrattwali u l-kundizzjonijiet ġenerali tagħhom tal-inputs u l-outputs immirati tas-sistemi awtomatizzati tagħhom, u l-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar, kif ukoll ir-raġunijiet għall-importanza relattiva ta' dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma' parametri oħra, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament dwar il-Pjattaformi għan-Negozju;

l-iżgurar li jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni u jikkomplementawhom, inklużi dawn stabbiliti fid-Direttiva dwar it-Termini Inġusti tal-Kuntratti, id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/2161 u mal-GDPR;

3.   Rekwiżiti ta' trasparenza dwar komunikazzjonijiet kummerċjali

Id-dispożizzjonijiet riveduti tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għandhom isaħħu r-rekwiżiti ta' trasparenza attwali rigward il-komunikazzjonijiet kummerċjali billi jistabbilixxu l-prinċipji tat-trasparenza mill-mument tat-tfassil u t-trasparenza prestabbilita.

Abbażi tal-Artikolu 6 u 7 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, il-miżuri l-ġodda proposti għandhom jistabbilixxu qafas ġdid għar-relazzjonijiet bejn il-Pjattaformi u l-konsumaturi dwar it-trasparenza fir-rigward tar-reklamar, in-nudging diġitali, l-immirar mikro, is-sistemi ta' rakkomandazzjoni għar-riklamar u t-trattament preferenzjali; dawk il-miżuri għandhom:

jinkludu l-obbligu li jiġu żvelati tipi definiti b'mod ċar ta' informazzjoni dwar ir-reklamar online biex ikunu jistgħu jsiru awditi u kontroll effikaċi, bħal informazzjoni dwar l-identità ta' min jirreklama u l-pagamenti diretti u indiretti jew kwalunkwe remunerazzjoni oħra li jirċievu l-fornituri tas-servizzi; dan għandu jippermetti wkoll lill-konsumaturi u l-awtoritajiet pubbliċi jidentifikaw min għandu jinżamm responsabbli f'każ ta', pereżempju, reklamar falz jew qarrieqi; il-miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-iżgurar li l-attivitajiet illegali ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta' servizzi ta' reklamar;

jiddistingwu b'mod ċar bejn reklamar kummerċjali u politiku online u jiżguraw it-trasparenza tal-kriterji għall-gruppi mmirati għat-tfassil ta' profili u l-ottimizzazzjoni tal-kampanji ta' reklamar; jippermettu lill-konsumaturi b'opzjoni prestabbilita li ma jiġux traċċati jew mikroimmirati u li jipparteċipaw fl-użu ta' data dwar l-imġiba għal skopijiet ta' reklamar, kif ukoll opzjoni ta' inklużjoni fakultattiva għar-reklamar politiku u r-reklami;

jipprovdu lill-konsumaturi aċċess għall-profili ta' kummerċjalizzazzjoni dinamiċi tagħhom, sabiex ikunu infurmati dwar jekk u għal liema għanijiet ikunu ttraċċati u jekk l-informazzjoni li jirċievu tkunx għal skopijiet ta' reklamar u jiggarantixxu d-dritt tagħhom li jikkuntestaw deċiżjonijiet li jimminaw id-drittijiet tagħhom;

jiżguraw li r-reklamar imħallas jew it-tqegħid bi ħlas f'klassifikazzjoni ta' riżultati ta' tiftix jiġu identifikati b'mod ċar, konċiż, u intelliġibbli f'konformità mad-Direttiva 2005/29/KE kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/2161;

jiżguraw konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mar-rekwiżiti minimi ta' diversifikazzjoni, u jidentifikaw prattiki li jikkostitwixxu reklamar aggressiv, filwaqt li jinkoraġġixxu teknoloġiji tal-IA favorevoli għall-konsumatur;

jintroduċu kriterji tal-obbligu ta' rendikont u tal-ekwità għall-algoritmi użati għal reklamar immirat u l-ottimizzazzjoni tar-reklamar, u jippermettu awditi regolatorji esterni mill-awtoritajiet kompetenti u verifika tal-għażliet ta' disinn algoritmiku li jinvolvu informazzjoni dwar individwi, mingħajr riskju li jiksru d-drittijiet relatati mal-privatezza tal-utent u s-sigrieti kummerċjali;

jipprovdu aċċess għal data dwar it-twassil tar-reklamar u informazzjoni dwar l-esponiment ta' dawk li jirreklamaw, f'dak li għandu x'jaqsam ma' fejn u meta jsiru r-reklami, u l-prestazzjoni ta' reklamar imħallas u dak mhux imħallas;

4.   L-intelliġenza artifiċjali u l-apprendiment awtomatiku

Id-dispożizzjonijiet riveduti għandhom isegwu l-prinċipji elenkati hawn taħt rigward il-forniment ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li huma possibbli permezz tal-IA jew jagħmlu użu minn għodod deċiżjonali awtomatizzati jew għodod ta' apprendiment awtomatiku, billi:

jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom id-dritt li jiġu infurmati jekk servizz ikun provdut bl-assistenza tal-IA, jagħmlu użu minn għodod deċiżjonali awtomatizzati jew għodod għall-apprendiment awtomatiku jew għodod awtomatizzati għar-rikonoxximent tal-kontenut, minbarra d-dritt li ma jkunux soġġetti għal deċiżjoni bbażata unikament fuq l-ipproċessar awtomatizzat u d-dritt tal-possibbiltà li jiġi rrifjutat, limitat jew personalizzat l-użu ta' kwalunkwe karatteristika ta' personalizzazzjoni abilitata bl-IA, speċjalment fid-dawl tal-klassifikazzjoni tas-servizzi;

l-istabbiliment ta' regoli komprensivi dwar in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza tal-algoritmi u s-settijiet ta' data;

jiżguraw li l-algoritmi jkunu spjegabbli għall-awtoritajiet kompetenti li jkunu jistgħu jivverifikaw meta jkollhom raġunijiet biex jemmnu li hemm preġudizzju algoritmiku;

jipprovdu sorveljanza każ b'każ u valutazzjoni rikorrenti tar-riskju tal-algoritmi mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll kontroll mill-bniedem fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiġi garantit livell ogħla ta' ħarsien tal-konsumatur; tali rekwiżiti għandhom ikunu konsistenti mal-mekkaniżmi ta' kontroll mill-bniedem u mal-obbligi tal-valutazzjoni tar-riskju għas-servizzi ta' awtomatizzazzjoni stabbiliti fir-regoli eżistenti, bħad-Direttiva (UE) 2018/958 (4) (“id-Direttiva dwar it-Test tal-Proporzjonalità”), u m'għandhomx ikunu restrizzjoni inġustifikata jew sproporzjonata għall-mument liberu tas-servizzi;

jistabbilixxu mekkaniżmi ta' għoti ta' rendikont, ta' responsabbiltà u ta' rimedju ċari biex jindirizzaw ħsara potenzjali li tirriżulta mill-użu ta' applikazzjonijiet tal-IA, teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet u għodod ta' apprendiment awtomatiku;

jistabbilixxu l-prinċipju tas-sikurezza, is-sigurtà sa mit-tfassil u b'mod awtomatiku u l-istabbiliment ta' drittijiet u proċeduri effettivi u effiċjenti għall-iżviluppaturi tal-IA f'każijiet fejn l-algoritmi jipproduċu deċiżjonijiet sensittivi dwar l-individwi, u billi jindirizzaw u jisfruttaw kif xieraq l-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi futuri;

jiżguraw il-konsistenza mal-kunfidenzjalità, mal-privatezza tal-utent u mas-sigrieti kummerċjali;

jiżguraw li, meta t-teknoloġiji tal-IA introdotti fil-post tax-xogħol ikollhom impatti diretti fuq il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema li jużaw is-servizzi diġitali, ikun hemm informazzjoni komprensiva għall-ħaddiema;

5.   Penali

Il-konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet għandha tissaħħaħ b'penali effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluża l-impożizzjoni ta' multi proporzjonati.

V.   MIŻURI RELATATI MAL-INDIRIZZAR TAL-KONTENUT ILLEGALI ONLINE

Id-DSA għandu jipprovdi ċarezza u gwida dwar kif l-intermedjarji online għandhom jindirizzaw il-kontenut illegali online. Ir-regoli riveduti tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għandhom:

jiċċaraw li kwalunkwe tneħħija jew diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut illegali m'għandhiex taffettwa d-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tal-utenti u l-konsumaturi, u li l-kontenut legali għandu jibqa' online;

itejbu l-qafas legali b'kont meħud tar-rwol ċentrali tal-intermedjarji online u tal-internet fl-iffaċilitar tad-dibattitu pubbliku u t-tixrid liberu ta' fatti, opinjonijiet u ideat;

jippreservaw il-prinċipju legali sottostanti li l-intermedjarji online m'għandhomx jinżammu direttament responsabbli għall-azzjonijiet tal-utenti tagħhom u li l-intermedjarji online jistgħu jkomplu jimmoderaw il-kontenut skont termini u kundizzjonijiet ta' servizz ġusti, aċċessibbli, nondiskriminatorji u trasparenti;

jiċċaraw li deċiżjoni magħmula minn intermedjarji online dwar jekk il-kontenut imtella' mill-utenti huwiex legali għandha tkun proviżorja, u li l-intermedjarji online m'għandhomx jinżammu responsabbli għaliha, billi huma biss il-qrati tal-liġi li jiddeċiedu fl-aħħar istanza x'inhu kontenut illegali;

jiżguraw li ma tiġix affettwata il-kapaċità tal-Istati Membri li jiddeċiedu liema kontenut huwa illegali skont il-liġi nazzjonali;

jiżguraw li meta l-intermedjarji online jintalbu jadottaw miżuri, dawn ikunu proporzjonati, effettivi u adegwati biex jindirizzaw b'mod effettiv il-kontenut illegali online;

jadattaw is-severità tal-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi għall-gravità tal-ksur;

jiżguraw li l-imblukkar tal-aċċess għal kontenut illegali, u t-tneħħija tiegħu, ma jkunux jirrikjedu l-imblukkar tal-aċċess għal pjattaforma sħiħa u servizzi li altrimenti huma legali;

jintroduċu trasparenza ġdida u sorveljanza indipendenti tal-proċeduri u l-għodod tal-moderazzjoni tal-kontenut relatati mat-tneħħija ta' kontenut illegali online; tali sistemi u proċeduri għandhom ikunu akkumpanjati minn salvagwardji robusti għal trasparenza u obbligu ta' rendikont u għandhom ikunu disponibbli għal awditjar u ttestjar min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti.

1.   Mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni

Id-DSA għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni li jkun armonizzat u legalment infurzabbli u bbażat fuq sett ta' proċessi ċari u kalendarji preċiżi għal kull stadju tal-proċedura ta' avviż u azzjoni. Dak il-mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni għandu:

japplika għal kontenut jew imġiba illegali online;

jagħmel differenza bejn it-tipi differenti ta' fornituri, setturi u/jew kontenut illegali u l-gravità tal-ksur;

joħloq proċeduri faċilment aċċessibbli, affidabbli u faċli għall-utent magħmula apposta għat-tip ta' kontenut;

jippermetti li l-utenti jinnotifikaw faċilment b'mezzi elettroniċi kontenut jew imġiba online potenzjalment illegali lill-intermedjarji online;

jiċċara, b'mod intelliġibbli, kunċetti u proċessi eżistenti bħal “azzjoni rapida”, “għarfien u sensibilizzazzjoni attwali”, “azzjonijiet immirati”, “formati tal-avviżi”, u “validità tal-avviżi”;

jiggarantixxi li l-avviżi ma jissarrfux awtomatikament f'responsabbiltà legali u lanqas ma jimponu xi rekwiżit ta' tneħħija, għal biċċiet speċifiċi tal-kontenut jew għall-valutazzjoni tal-legalità;

jirrikjedi li l-avviżi jkunu biżżejjed preċiżi u sostanzjati b'mod adegwat sabiex jippermettu lill-fornitur tas-servizzi li jirċevihom jieħu deċiżjoni infurmata u diliġenti fir-rigward tal-effett li għandu jingħata għan-notifika u jispeċifika r-rekwiżiti meħtieġa biex jiżgura li l-avviżi jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tneħħija rapida tal-kontenut illegali;

jirrikjedi li l-avviżi għandhom jinkludu l-post (URL u kronogramma, fejn adatt) tal-kontenut allegatament illegali inkwistjoni, indikazzjoni tal-ħin u d-data meta twettaq l-allegat ksur, ir-raġuni ddikjarata għat-talba, inkluża spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-fornitur tal-avviż iqis li l-kontenut huwa illegali, u jekk meħtieġ, skont it-tip ta' kontenut, evidenza addizzjonali għat-talba u dikjarazzjoni bona fide li l-informazzjoni pprovduta hija preċiża;

il-fornitur tal-avviż għandu jkollu l-possibbiltà, iżda mhux l-obbligu, li jinkludi d-dettalji ta' kuntatt tiegħu f'avviż; jekk jiddeċiedi li jagħmel hekk, l-anonimità tiegħu għandha tkun żgurata mill-fornitur tal-kontenut; jekk ma jingħatawx dettalji ta' kuntatt, jista' jintuża l-indirizz IP jew mezzi ekwivalenti oħra; avviżi anonimi m'għandhomx ikunu permessi meta jikkonċernaw il-ksur tad-drittijiet tal-personalità jew tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

jistabbilixxi salvagwardji biex jipprevjeni mġiba abbużiva minn utenti li b'mod sistematiku, ripetut u b'mala fide jippreżentaw avviżi skorretti jew abbużivi;

joħloq obbligu fuq l-intermedjarji online li jivverifikaw il-kontenut innotifikat u jwieġbu fi żmien xieraq lill-fornitur tal-avviż u lil min itella' l-kontenut b'deċiżjoni motivata; tali rekwiżit għal tweġiba għandu jinkludi r-raġunament wara d-deċiżjoni, kif ittieħdet id-deċiżjoni, jekk id-deċiżjoni tteħditx minn bniedem jew aġent deċiżjonali awtomatizzat u informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-deċiżjoni tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet mal-intermedjarju, il-qrati jew entitajiet oħra;

jipprovdi informazzjoni u rimedji biex id-deċiżjoni tiġi kkontestata permezz ta' kontroavviż, inkluż jekk il-kontenut ikun tneħħa permezz ta' soluzzjonijiet awtomatizzati, sakemm tali kontroavviż ma jkunx ta' kunflitt ma' investigazzjoni li tkun għaddejja mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi;

jissalvagwardja li l-inġunzjonijiet ġudizzjarji maħruġa fi Stat Membru għajr dak tal-intermedjarji online m'għandhomx jiġu trattati fi ħdan il-mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni.

Il-mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni tad-DSA għandu jkun vinkolanti biss għall-kontenut illegali. Madankollu, dan m'għandux jimpedixxi lill-intermedjarji online milli jkunu jistgħu jadottaw mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni simili għal kontenut ieħor.

2.   Soluzzjoni straġudizzjarja tat-tilwim relatata mal-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni

Id-deċiżjoni meħuda mill-intermedjarju online dwar jekk jaġixxix jew le dwar kontenut issinjalat bħala illegali għandu jkun fiha ġustifikazzjoni ċara dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward ta' dak il-kontenut speċifiku. Il-fornitur tal-avviż għandu jirċievi konferma tar-riċevuta u komunikazzjoni li tindika s-segwitu mogħti lill-avviż;

Il-fornituri tal-kontenut li jkun qed jiġi ssinjalat bħala illegali għandhom jiġu infurmati minnufih bl-avviż u, jekk ikun il-każ, bir-raġunijiet u d-deċiżjonijiet meħuda biex jitneħħa, jiġi sospiż jew jiġi diżattivat l-aċċess għall-kontenut; il-partijiet kollha għandhom ikunu infurmati kif xieraq dwar l-għażliet legali u l-mekkaniżmi eżistenti kollha disponibbli biex jikkontestaw din id-deċiżjoni;

Il-partijiet interessati kollha għandu jkollhom id-dritt li jikkontestaw id-deċiżjoni permezz ta' kontroavviż, li għandu jkun soġġett għal rekwiżiti ċari u jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni; il-partijiet interessati għandhom ikunu jistgħu jirrikorru wkoll għal mekkaniżmi straġudizzarji għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Id-dritt ta' notifika u d-dritt li jinħareġ kontroavviż minn utent qabel tittieħed deċiżjoni biex jitneħħa l-kontenut għandhom jiġu ristretti jew rinunzjati biss, meta:

(a)

intermedjarji online jkunu soġġetti għal rekwiżiti legali nazzjonali li servizzi intermedjarji online jitterminaw il-forniment tas-servizzi ta' intermedjazzjoni online kollha tagħhom lil utent partikolari b'mod li ma jippermettilux jirrispetta dan il-mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni; jew,

(b)

in-notifika jew il-kontroavviż jimpedixxu investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja u li tirrikjedi li tinżamm sigrieta d-deċiżjoni ta' sospensjoni jew tneħħija tal-aċċess għall-kontenut.

Ir-regoli tal-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għandhom jiġu riveduti biex jiġi żgurat li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' soluzzjoni straġudizzjarja tat-tilwim indipendenti u dawn ikunu disponibbli għall-utenti fil-każ ta' tilwim dwar id-diżattivazzjoni tal-aċċess jew it-tneħħija ta' xogħlijiet jew materjal ieħor imtella' minnhom;

Il-mekkaniżmi ta' soluzzjoni straġudizzjarja tat-tilwim għandhom jissodisfaw ċerti standards, b'mod partikolari f'termini ta' ġustizzja, indipendenza, imparzjalità, trasparenza u effettività proċedurali; tali mekkaniżmi għandhom jippermettu li t-tilwim jiġi solvut b'mod imparzjali u m'għandhomx iċaħħdu lill-utent mill-protezzjoni legali mogħtija mil-liġi nazzjonali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti li jirrikorru għal rimedji ġudizzjarji effiċjenti;

Jekk ir-rimedju u l-kontroavviż ikunu stabbilixxew li l-attività jew l-informazzjoni nnotifikata ma tkunx illegali, l-intermedjarju online għandu jreġġa' lura l-kontenut li jkun tneħħa jew ġie sospiż mingħajr dewmien mhux dovut jew għandu jippermetti li l-utent itellgħu mill-ġdid;

Meta joħorġu, jikkontestaw jew jirċievu avviż, il-partijiet interessati kollha għandhom jiġu nnotifikati kemm bil-possibbiltà li jsir użu minn mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim kif ukoll bid-dritt li jirrikorru għal qorti nazzjonali kompetenti;

Il-mekkaniżmi straġudizzarji għas-soluzzjoni tat-tilwim m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw id-drittijiet tal-partijiet involuti li jibdew proċedimenti legali.

3.   Trasparenza tal-mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni

Il-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni għandhom ikunu trasparenti u pubblikament disponibbli; għal dan il-għan, l-intermedjarji online għandhom ikunu obbligati jippubblikaw rapporti annwali, li għandhom ikunu standardizzati u jkollhom informazzjoni dwar:

l-għadd tal-avviżi kollha rċevuti bis-sistema ta' avviż u azzjoni u t-tipi ta' kontenut li huma relatati magħhom;

il-ħin tar-rispons skont it-tip ta' kontenut;

l-għadd ta' tneħħijiet żbaljati;

it-tip ta' entitajiet li jkunu ħarġu l-avviżi (individwi privati, organizzazzjonijiet, korporazzjonijiet, sinjalaturi fdati, eċċ.) u l-għadd totali tal-avviżi tagħhom;

informazzjoni dwar in-natura tal-illegalità jew it-tip ta' ksur tal-kontenut li jkunu wasslu għat-tneħħija tiegħu;

l-għadd ta' deċiżjonijiet ikkontestati li l-intermedjarji online jkunu rċevew u kif dawn ġew indirizzati;

id-deskrizzjoni tal-mudell ta' moderazzjoni tal-kontenut applikat mill-intermedjarju tal-hosting, kif ukoll deskrizzjoni ta' kwalunkwe għodda awtomatizzata, inkluża informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta;

il-miżuri li jadottaw fir-rigward ta' trasgressuri ripetuti biex jiżguraw li dawn huma effettivi biex jindirizzaw tali mġiba sistemika abbużiva.

L-obbligu tal-pubblikazzjoni tar-rapport u d-dettall li jeħtieġ għandhom iqisu d-daqs jew l-iskala li fuqha joperaw l-intermedjarji online u jekk għandhomx biss riżorsi u għarfien espert limitati. Il-mikrointrapriżi u n-negozji l-ġodda għandhom jintalbu jaġġornaw dan ir-rapport biss meta jkun hemm bidla sinifikanti minn sena għall-oħra.

L-intermedjarji online għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri tagħhom u l-iskedi ta' żmien għall-intervent minn partijiet interessati, bħaż-żmien li fih dak li jtella' l-kontenut iwieġeb b'kontronotifika, iż-żmien li fih l-intermedjarju ser jinforma liż-żewġ partijiet dwar ir-riżultat tal-proċedura u ż-żmien għal forom differenti ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni.

4.   Dispożizzjonijiet dwar żoni sikuri fl-Artikoli 12, 13 u 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku

Id-DSA għandu jipproteġi u jiddefendi l-eżenzjonijiet limitati attwali u jipproteġihom mir-responsabbiltà għall-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (intermedjarji online) previsti fl-Artikoli 12, 13, u 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

5.   Ospitanti Attivi u Passivi

Id-DSA għandu jżomm id-derogi fid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għal intermedjarji li għandhom rwol newtrali u passiv u jindirizza n-nuqqas ta' ċertezza legali rigward il-kunċett ta' “rwol attiv” billi jikkodifika l-ġurisprudenza tal-Qorti dwar dik il-kwistjoni. Dan għandu jiċċara wkoll li l-fornituri ta' hosting għandhom rwol attiv meta joħolqu l-kontenut jew jikkontribwixxu sa ċertu punt għall-illegalità tal-kontenut, jew jekk dan huwiex adozzjoni tal-kontenut ta' parti terza bħala proprju, kif iġġudikat mill-utenti jew mill-konsumaturi komuni.

Dan għandu jiżgura li l-miżuri volontarji meħuda minn intermedjarji online biex jindirizzaw il-kontenut illegali m'għandhomx iwasslu li dawn jitqiesu bħala li għandhom rwol attiv, abbażi biss ta' dawk il-miżuri. Madankollu, l-istabbiliment ta' kwalunkwe miżura bħal din irid jiġi akkumpanjat minn salvagwardji adegwati u l-prattiki ta' moderazzjoni tal-kontenut iridu jkunu ġusti, aċċessibbli, nondiskriminatorji u trasparenti.

Id-DSA għandu jżomm l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà għas-servizzi backend u tal-infrastruttura, li mhumiex parti għar-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-intermedjarji online u l-klijenti tagħhom, hekk kif dawn sempliċiment jimplimentaw deċiżjonijiet meħuda mill-intermedjarji online jew mill-klijenti tagħhom.

6.   Projbizzjoni fuq il-Monitoraġġ Ġenerali – Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku

Id-DSA għandu jżomm il-projbizzjoni fuq l-obbligu tal-monitoraġġ ġenerali skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku attwali. L-intermedjarji online m'għandhomx ikunu soġġetti għal obbligi ta' monitoraġġ ġenerali.

VI.   SWIEQ ONLINE

Id-DSA għandu jipproponi regoli speċifiċi għas-swieq online fir-rigward tal-bejgħ, il-promozzjoni u l-forniment online ta' prodotti u għall-għoti ta' servizzi lill-konsumaturi.

Dawk ir-regoli l-ġodda għandhom:

ikunu konsistenti mar-riforma tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u komplementari magħha;

ikopru l-entitajiet kollha li joffru u jidderieġu servizzi u/jew prodotti lill-konsumaturi fl-Unjoni, inkluż jekk dawn ikunu stabbiliti barra mill-Unjoni;

jiddistingwu s-swieq online minn tipi oħra ta' fornituri ta' servizz, inklużi attivitajiet ta' intermedjazzjoni anċillari oħrajn fl-istess attività ta' kumpanija; jekk wieħed mis-servizzi pprovduti minn kumpanija jissodisfa l-kriterji meħtieġa biex jiġi kkunsidrat bħala suq, ir-regoli għandhom japplikaw b'mod sħiħ għal dik il-parti tan-negozju irrispettivament mill-organizzazzjoni interna ta' dik il-kumpanija;

jiżguraw li s-swieq online jagħmluha ċara minn liema pajjiż ikunu qegħdin jinbiegħu l-prodotti jew jiġu pprovduti s-servizzi, irrispettivament minn jekk humiex ipprovduti minn dak is-suq, minn parti terza jew minn bejjiegħ stabbilit ġewwa jew barra mill-Unjoni;

jiżguraw li s-swieq online jneħħu malajr kwalunkwe informazzjoni qarrieqa magħrufa mogħtija mill-fornitur, inklużi garanziji u dikjarazzjonijiet impliċiti li jsiru mill-fornitur;

jiżguraw li s-swieq online, li joffru servizzi professjonali, jindikaw meta professjoni tkun regolata skont it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE, biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu kemm għażla informata kif ukoll jivverifikaw, fejn meħtieġ, mal-awtorità kompetenti rilevanti jekk professjonist jissodisfax ir-rekwiżiti għal kwalifika professjonali speċifika;

jiżguraw li s-swieq online jkunu trasparenti u responsabbli filwaqt li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jidentifikaw meta jeżistu riskji serji ta' prodotti perikolużi u javżawhom hekk kif isiru jafu b'tali prodotti fil-pjattaformi tagħhom;

jiżguraw li s-swieq online jikkonsultaw is-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Unjoni għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX) u jwettqu kontrolli għal għarrieda fuq prodotti msejħa lura u perikolużi u, fejn possibbli, jieħdu azzjoni xierqa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati;

jiżguraw li ladarba l-prodotti jkunu ġew identifikati bħala mhux sikuri u/jew foloz mis-sistemi ta' twissija rapida tal-Unjoni, mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, mill-awtoritajiet doganali jew mill-awtoritajiet tal-ħarsien tal-konsumatur, għandu jkun obbligatorju li l-prodotti jitneħħew mis-suq fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tasal in-notifika;

jiżguraw li s-swieq online jinfurmaw lill-konsumaturi ladarba prodott li jkunu xtraw mingħandhom ikun tneħħa mill-pjattaforma tagħhom wara notifika dwar in-nuqqas ta' konformità tiegħu mar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-ħarsien tal-konsumatur; jinfurmaw ukoll lill-konsumaturi dwar kwalunkwe kwistjoni ta' sikurezza u dwar kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sejħiet lura jsiru b'mod effettiv;

jiżguraw li s-swieq online jistabbilixxu miżuri biex jaġixxu kontra trasgressuri reċidivi li joffru prodotti perikolużi, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet skont ir-Regolament dwar Tranżazzjonijiet minn Pjattaforma għal Negozju, u li jadottaw miżuri maħsuba biex jevitaw li prodott perikoluż li kien diġà tneħħa jerġa' jitfaċċa;

jikkunsidraw l-għażla li jitolbu lill-fornituri li huma stabbiliti f'pajjiż terz jistabbilixxu fergħa fl-Unjoni jew jaħtru rappreżentant legali stabbilit fl-Unjoni, li jista' jinżamm responsabbli għall-bejgħ ta' prodotti jew servizzi li ma jkunux konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza għall-konsumaturi Ewropej;

jindirizzaw ir-responsabbiltà tas-swieq online għad-danni lill-konsumaturi u għan-nuqqas li jittieħdu miżuri adegwati biex jitneħħew prodotti illegali wara li jinkiseb għarfien reali dwar tali prodotti illegali;

jindirizzaw ir-responsabbiltà tas-swieq online meta dawn il-pjattaformi jkollhom influwenza predominanti fuq il-fornituri u l-elementi essenzjali tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi bħall-mezzi ta' pagament, il-prezzijiet, it-termini u l-kundizzjonijiet ta' inadempjenza, jew imġiba maħsuba biex tiffaċilita l-bejgħ ta' oġġetti lil konsumatur fis-suq tal-Unjoni, u ma jkun hemm l-ebda manifattur, importatur jew distributur stabbilit fl-Unjoni li jista' jinżamm responsabbli;

jindirizzaw ir-responsabbiltà tas-swieq online jekk is-suq online ma jkunx informa lill-konsumatur li parti terza hija l-fornitur reali tal-oġġetti jew tas-servizzi, biex b'hekk is-suq ikun kuntrattwalment responsabbli fil-konfront tal-konsumatur; ir-responsabbiltà għandha tiġi kkunsidrata wkoll f'każ li s-suq konxjament jipprovdi informazzjoni qarrieqa;

jiggarantixxu li s-swieq online jkollhom id-dritt għal rimedju fil-konfront ta' fornitur jew produttur li jkollu tort;

jesploraw l-espansjoni tal-impenn magħmul minn xi bejjiegħa bl-imnut tal-kummerċ elettroniku u mill-Kummissjoni biex prodotti perikolużi jew iffalsifikati jitneħħew rispettivament mill-bejgħ aktar malajr taħt l-iskemi ta' impenn volontarju msejħa “Impenn għas-Sigurtà tal-Prodotti” u “Memorandum ta' Qbil dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti Ffalsifikati fuq l-Internet” u jindikaw liema minn dawk l-impenji jistgħu jsiru obbligatorji.

VII.   REGOLAMENTAZZJONI EX ANTE TA' OPERATURI SISTEMIĊI

Id-DSA għandu jressaq proposta għal strument separat ġdid bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-rwol sistemiku ta' pjattaformi online speċifiċi ma jkunx ta' periklu għas-suq intern billi jiġu esklużi b'mod inġust parteċipanti ġodda innovattivi, inklużi l-SMEs, l-imprendituri u n-negozji l-ġodda, li b'hekk jillimitaw l-għażla tal-konsumatur;

Għal dan il-għan, id-DSA għandu, b'mod partikolari:

jistabbilixxi mekkaniżmu ex ante biex jevita (minflok sempliċiment jirrimedja) fallimenti tas-suq miġjuba minn “operaturi sistemiċi” fid-dinja diġitali, u jibni fuq ir-Regolament dwar Tranżazzjonijiet minn Pjattaforma għal Negozju; tali mekkaniżmu għandu jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji jimponu rimedji fuq operaturi sistemiċi biex jindirizzaw fallimenti tas-suq, mingħajr ma jkun stabbilit li kien hemm ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni;

jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji biex jimponu rimedji proporzjonati u definiti sew fuq dawk il-kumpaniji li ġew identifikati bħala “operaturi sistemiċi”, abbażi ta' kriterji stabbiliti fid-DSA u lista esklużiva ta' azzjonijiet pożittivi u negattivi li dawn il-kumpaniji huma meħtieġa jikkonformaw magħhom u/jew huma pprojbiti milli jipparteċipaw fihom; fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha l-Kummissjoni għandha twettaq analiżi bir-reqqa tal-kwistjonijiet differenti osservati s'issa fis-suq, bħal:

nuqqas ta' interoperabbiltà u għodod, data, għarfien espert u riżorsi adegwati użati minn operaturi sistemiċi biex il-konsumaturi jitħallew jibdlu jew jaqbdu u jinteroperaw bejn pjattaformi diġitali jew ekosistemi tal-internet;

wiri preferenzjali sistematiku li jippermetti lill-operaturi sistemiċi jipprovdu s-servizzi downstream tagħhom b'viżibilità aħjar;

kodifikazzjoni (envelopment) ta' data użata għall-espansjoni tas-saħħa fis-suq minn suq wieħed għal swieq kontigwi, għal awtopreferenzjar tal-prodotti u tas-servizzi proprji u għal involviment fi prattiki maħsuba għall-intrappolament tal-konsumaturi;

prattika mifruxa li tipprojbixxi lil utenti kummerċjali terzi milli jidderieġu lill-konsumaturi lejn is-sit web tagħhom bl-impożizzjoni ta' klawsoli kuntrattwali;

nuqqas ta' trasparenza tas-sistemi ta' rakkomandazzjoni użati minn operaturi sistemiċi, inklużi r-regoli u l-kriterji għall-funzjonament ta' sistemi bħal dawn;

jiżgura li l-operaturi sistemiċi jingħataw il-possibbiltà li juru li l-imġiba inkwistjoni tkun ġustifikata;

jiċċara li xi rimedji regolatorji għandhom jiġu imposti fuq l-“operaturi sistemiċi”, bħal obbligi ta' trasparenza fir-rigward tal-mod kif joperaw, b'mod partikolari kif jiġbru u jużaw id-data, u projbizzjoni għall-“operaturi sistemiċi” li jwettqu kwalunkwe prattika maħsuba biex tagħmilha aktar diffiċli għall-konsumaturi li jibdlu jew jużaw servizzi minn fornituri differenti, jew forom oħra ta' diskriminazzjoni mhux ġustifikata li jeskludu jew joħolqu żvantaġġi għal negozji oħra;

jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji jadottaw miżuri interim u jimponu penali fuq “operaturi sistemiċi” li ma jirrispettawx l-obbligi regolatorji differenti imposti fuqhom;

jirriserva għall-Kummissjoni s-setgħa ta' deċiżjoni finali jekk fornitur ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni huwiex “operatur sistemiku”, abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-mekkaniżmu ex ante;

jagħti s-setgħa lill-utenti ta' “operaturi sistemiċi” biex ikunu infurmati, jiddiżattivaw u jkunu kapaċi jikkontrollaw u jiddeċiedu effettivament x'tip ta' kontenut iridu jaraw; l-utenti għandhom jiġu infurmati wkoll b'mod xieraq dwar ir-raġunijiet kollha għalfejn kontenut speċifiku qiegħed jiġi ssuġġerit lilhom;

jiżgura li d-drittijiet, l-obbligi u l-prinċipji tal-GDPR – inklużi l-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop, il-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku, ir-raġunijiet legali għall-ipproċessar – jiġu osservati;

jiżgura livelli xierqa ta' interoperabbiltà li jirrikjedu li “operaturi sistemiċi” jikkondividu għodod, data, għarfien espert u riżorsi xierqa użati biex jiġu limitati r-riskji ta' intrappolament tal-utenti u tal-konsumaturi u l-vinkolar artifiċjali tal-utenti ma' operatur sistemiku wieħed mingħajr ebda possibbiltà realistika jew inċentivi għal bidla bejn pjattaformi diġitali jew ekosistemi tal-internet bħala parti minn dawk il-miżuri; il-Kummissjoni għandha tesplora teknoloġiji u standards u protokolli miftuħa differenti, inkluża l-possibbiltà ta' interfaċċa teknika (Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet) li tippermetti lill-utenti ta' pjattaformi kompetituri jikkonnettjaw mal-operaturi sistemiċi u jiskambjaw informazzjoni magħha; l-operaturi sistemiċi ma jistgħux jagħmlu użu kummerċjali minn kwalunkwe data li jirċievu minn partijiet terzi waqt attivitajiet ta' interoperabbiltà għal finijiet oħra għajr li jippermettu dawk l-attivitajiet; l-obbligi ta' interoperabbiltà m'għandhomx jillimitaw, ixekklu jew idewmu l-kapaċità tal-intermedjarji li jirranġaw il-vulnerabbiltajiet;

jiżgura li l-mekkaniżmu ex ante l-ġdid ikun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, inkluż dwar awtopreferenzjar u integrazzjoni vertikali ġenerali, u jiżgura li ż-żewġ għodod ta' politika jkunu kompletament indipendenti.

VIII.   SUPERVIŻJONI, KOOPERAZZJONI U INFURZAR

Id-DSA għandu jtejjeb is-superviżjoni u l-infurzar tar-regoli eżistenti u jsaħħaħ il-klawsola tas-suq intern bħala l-pedament tas-Suq Uniku Diġitali billi jikkomplementaha b'mekkaniżmu ta' kooperazzjoni ġdid bl-għan li jtejjeb l-iskambju ta' informazzjoni, il-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka, u, fuq talba, l-assistenza reċiproka volontarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari bejn l-awtoritajiet tal-pajjiż tad-domiċilju fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz u l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti fejn il-fornitur qiegħed joffri s-servizzi tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa biex tivvaluta l-aktar mudell xieraq ta' superviżjoni u infurzar għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward id-DSA, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni għandha teżamina mudelli eżistenti, bħan-Network tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC), il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA), il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDBP) u n-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (ECN), u tikkunsidra l-adozzjoni ta' sistema ta' superviżjoni ibrida.

Din is-sistema ta' superviżjoni ibrida, ibbażata fuq il-koordinazzjoni tal-UE f'kooperazzjoni ma' network ta' awtoritajiet nazzjonali, għandha ttejjeb il-monitoraġġ u l-applikazzjoni tad-DSA, tinforza l-konformità, inkluż l-infurzar ta' multi regolatorji, sanzjonijiet jew miżuri oħra u għandha tkun tista' twettaq awditjar tal-intermedjarji u tal-pjattaformi. Din għandha ssolvi wkoll, fejn meħtieġ, it-tilwim transfruntier bejn l-awtoritajiet nazzjonali, tindirizza kwistjonijiet transfruntiera kumplessi, tipprovdi pariri u gwida u tapprova kodiċijiet u deċiżjonijiet fl-Unjoni kollha u, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, għandha tkun tista' tniedi inizjattivi u investigazzjonijiet dwar kwistjonijiet transfruntiera. Is-sorveljanza finali tal-obbligi tal-Istati Membri għandha tibqa' f'idejn il-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, tamministra “Tabella ta' Valutazzjoni tal-Pjattaformi” pubblika b'informazzjoni rilevanti dwar il-konformità mad-DSA. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tappoġġa l-ħolqien u l-amministrazzjoni ta' għodda repożitorja Ewropea tar-riċerka li tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data mal-istituzzjonijiet pubbliċi, ir-riċerkaturi, l-NGOs u l-universitajiet għal skopijiet ta' riċerka.

Id-DSA għandu jintroduċi wkoll elementi ġodda ta' infurzar fl-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku fir-rigward tal-awtoregolamentazzjoni.


(1)  Regoli previsti fid-Direttiva (UE) 2019/770 u d-Direttiva (UE) 2019/771.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, emendata l-aktar riċentement mid-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 7).

(3)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2018/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta' regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet ( ĠU L 173, 9.7.2018, p. 25 ).


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/31


P9_TA(2020)0273

Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online (2020/2019(INL))

(2021/C 404/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (3), (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data”),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (5),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (6),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (7) u l-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġ Barranin, iffirmata fl-10 ta' Ġunju 1958 fi New York,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2018 dwar teknoloġiji tar-reġistru distribwit u blockchains: noħolqu l-fiduċja bid-diżintermedjazzjoni (8),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Frar 2020 dwar “Strateġija Ewropea għad-data” (COM(2020)0066),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Frar 2020 dwar “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020)0067),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Mejju 2016 dwar “Il-Pjattaformi Online u s-Suq Uniku Diġitali – Opportunitajiet u Sfidi għall-Ewropa” (COM(2016)0288),

wara li kkunsidra l-istudju dwar il-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew imwettaq mis-Servizz ta' Riċerka Parlamentari Ewropew, intitolat “Att dwar is-Servizzi Diġitali: Valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew” (9),

wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0177/2020),

A.

billi s-servizzi diġitali, li huma ġebla tax-xewka tal-ekonomija tal-Unjoni u l-għajxien ta' għadd kbir ta' ċittadini tagħha, jeħtieġ li jiġu rregolati b'mod li jiġu garantiti d-drittijiet fundamentali u drittijiet oħra taċ-ċittadini filwaqt li jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-progress ekonomiku u l-ambjent diġitali u titrawwem il-fiduċja online, u filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-utenti u tal-parteċipanti kollha fis-suq, inklużi l-SMEs u n-negozji ġodda;

B.

billi xi regoli rigward is-servizzi tal-media awdjoviżiva u l-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online reċentement ġew aġġornati, b'mod partikolari bid-Direttiva (UE) 2018/18081 u bid-Direttiva (UE) 2019/790, u billi għadd ta' aspetti ewlenin tad-dritt ċivili u kummerċjali għadhom ma ġewx indirizzati b'mod sodisfaċenti fid-dritt tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali, u billi l-importanza ta' din il-kwistjoni ġiet aċċentwata bl-iżvilupp rapidu u li qed jaċċellera matul l-aħħar deċennji fil-qasam tas-servizzi diġitali, b'mod partikolari l-emerġenza ta' mudelli kummerċjali, teknoloġiji u realtajiet soċjali ġodda; billi f'dan il-kuntest, huwa meħtieġ aġġornament komprensiv tad-dispożizzjonijiet essenzjali tad-dritt ċivili u kummerċjali applikabbli għall-entitajiet kummerċjali online;

C.

billi xi negozji li joffru servizzi diġitali, minħabba l-effetti qawwija ta' networks xprunati mid-data, igawdu minn saħħa sinifikanti fis-suq li tippermettilhom jimponu l-prattiki kummerċjali tagħhom fuq l-utenti u tagħmilha dejjem aktar diffiċli biex atturi oħra, speċjalment negozji li għadhom jibdew u SMEs, jikkompetu u biex negozji ġodda saħansitra jidħlu fis-suq;

D.

billi l-infurzar ex post tad-dritt tal-kompetizzjoni waħdu ma jistax jindirizza b'mod effettiv l-impatt tas-saħħa fis-suq ta' ċerti pjattaformi online, inkluz fuq il-kompetizzjoni ġusta fis-Suq Uniku Diġitali;

E.

billi l-pjattaformi li jospitaw kontenut evolvew minn sempliċi wiri ta' kontenut u saru atturi fis-suq u organiżmi sofistikati, b'mod partikolari n-networks soċjali li jaħsdu u jisfruttaw id-data dwar l-użu; billi l-utenti għandhom bażi leġittima biex jistennew termini ġusti fir-rigward tal-aċċess, it-trasparenza, l-ipprezzar u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti għall-użu ta' tali pjattaformi u għall-użu li l-pjattaformi jagħmlu mid-data tal-utenti; billi t-trasparenza tista' tikkontribwixxi biex tiżdied b'mod sinifikanti l-fiduċja fis-servizzi diġitali;

F.

billi l-pjattaformi li jospitaw kontenut jistgħu jiddeterminaw liema kontenut jintwera lill-utenti tagħhom, u b'hekk jinfluwenzaw profondament il-mod kif niksbu u nikkomunikaw l-informazzjoni, sal-punt li l-pjattaformi li jospitaw kontenut saru de facto spazji pubbliċi fl-isfera diġitali; billi l-ispazji pubbliċi jridu jiġu ġestiti b'mod li jipproteġi l-interessi pubbliċi, jirrispetta d-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-utenti pprovduti mid-dritt ċivili b'mod partikolari d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni;

G.

billi r-rispett tal-liġi fid-dinja diġitali mhux biss jinvolvi infurzar effettiv tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà, in-nondiskriminazzjoni, ir-rispett tal-proprjetà u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iżda jinvolvi wkoll l-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust; billi d-delega ta' deċiżjonijiet dwar il-legalità ta' kontenut jew ta' setgħat ta' infurzar tal-liġi lil kumpaniji privati timmina t-trasparenza u d-dritt għal proċess ġust, u dan iwassal għal approċċ frammentat; billi proċedura legali rapida b'garanziji adegwati hija għalhekk meħtieġa biex jiġi żgurat li jkun hemm rimedji effettivi;

H.

billi l-għodod awtomatizzati bħalissa mhumiex kapaċi jiddifferenzjaw b'mod affidabbli kontenut illegali minn kontenut li huwa legali f'kuntest partikolari u billi għalhekk il-mekkaniżmi għad-detezzjoni u t-tneħħija awtomatiċi ta' kontenut jistgħu jqajmu tħassib legali leġittimu, b'mod partikolari fir-rigward ta' restrizzjonijiet possibbli tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, imħarsa fl-ambitu tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi l-użu ta' mekkaniżmi awtomatizzati jenħtieġ li, għalhekk, ikun proporzjonat, filwaqt li jkopri biss każijiet ġustifikati, u jsegwi proċeduri trasparenti;

I.

billi l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jħares ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-media, li saru jiddependu dejjem aktar mill-pjattaformi online biex jilħqu l-udjenzi tagħhom;

J.

billi s-servizzi diġitali jintużaw ta' kuljum mill-maġġoranza tal-Ewropej, iżda huma soġġetti għal sett ta' regoli dejjem aktar wiesa' madwar l-Unjoni, u dan iwassal għal frammentazzjoni sinifikanti fis-suq u, konsegwentement, għal inċertezza tad-dritt għall-utenti u s-servizzi Ewropej li joperaw b'mod transfruntier; billi r-reġimi tad-dritt ċivili li jirregolaw il-prattiki tal-pjattaformi li jospitaw kontenut fil-moderazzjoni tal-kontenut huma bbażati fuq ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali b'differenzi notevoli fl-obbligi imposti u fil-mekkaniżmi ta' infurzar adottati mid-diversi reġimi tad-dritt ċivili applikati; billi din is-sitwazzjoni wasslet għal sett frammentat ta' regoli għas-Suq Uniku Diġitali, u dan jirrikjedi rispons fil-livell tal-Unjoni;

K.

billi l-mudell kummerċjali attwali ta' ċerti pjattaformi li jospitaw kontenut huwa li jippromwovu kontenut li x'aktarx jattira l-attenzjoni tal-utenti u għalhekk jiġġenera aktar data għat-tfassil tal-profili sabiex joffru reklami mmirati aktar effettivi u b'hekk iżidu l-profitt; billi dan it-tfassil tal-profili flimkien mar-reklamar immirat jistgħu jwasslu għall-amplifikazzjoni ta' kontenut maħsub speċifikament biex jilgħab bl-emozzjonijiet, li ta' spiss jinkoraġġixxi u jiffaċilita s-sensazzjonaliżmu fil-web feed u fis-sistemi ta' rakkomandazzjoni, u dan jista' jirriżulta fil-manipulazzjoni tal-utenti;

L.

billi l-offerta ta' reklami kuntestwali lill-utenti tirrikjedi inqas data tal-utenti milli jirrikjedi r-reklamar li jagħraf l-imġiba, u għalhekk din il-prattika hija inqas intrużiva;

M.

billi l-għażla tal-loġika algoritmika wara s-sistemi ta' rakkomandazzjoni, is-servizzi ta' tqabbil, il-kurazija tal-kontenut jew it-tqegħid tar-reklami għadha fid-diskrezzjoni tal-pjattaformi li jospitaw kontenut, bi ftit possibilità ta' sorveljanza pubblika, u dan iqajjem tħassib dwar l-akkontabilità u t-trasparenza;

N.

billi l-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jippermettu lill-utenti tagħhom jużaw il-profili tagħhom biex jilloggjaw f'siti web ta' partijiet terzi, u b'hekk ikunu jistgħu jsegwu l-attivitajiet tagħhom anki barra mill-ambjent tal-pjattaforma tagħhom stess, u dan jikkostitwixxi vantaġġ kompetittiv fl-aċċess għad-data għall-algoritmi tal-kurazija tal-kontenut;

O.

billi l-hekk imsejħa kuntratti intelliġenti, li huma bbażati fuq teknoloġiji tar-reġistru distribwit, inklużi l-blockchains, li jagħtu lok għaż-żamma ta' rekords deċentralizzata u kompletament traċċabbli u għall-awtoeżekuzzjoni, qed jintużaw f'għadd ta' oqsma mingħajr qafas legali xieraq; billi hemm inċertezza dwar il-legalità ta' tali kuntratti u l-infurzabilità tagħhom f'sitwazzjonijiet transfruntiera;

P.

billi t-termini u l-kundizzjonijiet mhux negozjabbli tal-pjattaformi spiss jindikaw dritt applikabbli kif ukoll qrati kompetenti barra mill-Unjoni, u dan jista' jimpedixxi l-aċċess għall-ġustizzja; billi r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (10), jistabbilixxi regoli dwar il-ġurisdizzjoni; billi r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jiċċara d-dritt tas-suġġett tad-data għal azzjoni ta' infurzar privata direttament kontra l-kontrollur jew il-proċessur, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le, u irrispettivament minn jekk il-kontrollur ikunx stabbilit fl-Unjoni jew le; billi l-Artikolu 79 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistipula li l-proċedimenti għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbiliment jew, inkella, fejn is-suġġett tad-data jkollu r-residenza abitwali tiegħu;

Q.

billi l-aċċess għad-data mhux personali u l-estrazzjoni ta' tali data huma fattur importanti fit-tkabbir tal-ekonomija diġitali; billi l-istandards legali xierqa u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data fir-rigward tal-interoperabilità tad-data jistgħu, permezz tal-eliminazzjoni tal-effetti ta' intrappolament, ikollhom rwol importanti fl-iżgurar ta' kundizzjonijiet tas-suq ġusti;

R.

billi huwa importanti li tiġi vvalutata l-possibilità li entità Ewropea tingħata r-responsabilità li tiżgura approċċ armonizzat għall-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali fl-Unjoni kollha, tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali u tindirizza wkoll l-opportunitajiet u l-isfidi l-ġodda, partikolarment dawk ta' natura transfruntiera, li jirriżultaw mill-iżviluppi teknoloġiċi li qed iseħħu l-ħin kollu;

Att dwar is-Servizzi Diġitali

1.

Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien żejjed sett ta' proposti leġiżlattivi li jikkostitwixxu Att dwar is-Servizzi Diġitali b'kamp ta' applikazzjoni territorjali, personali u materjali adegwat, b'definizzjoni tal-kunċetti ewlenin u bl-inklużjoni tar-rakkomandazzjonijiet kif spjegat fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni; huwa tal-fehma li, mingħajr preġudizzju għall-aspetti dettaljati tal-proposti leġiżlattivi futuri, l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun il-bażi ġuridika;

2.

Jipproponi li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jinkludi regolament li jistabbilixxi drittijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontenut, jistabbilixxi standards u proċeduri trasparenti, ġusti, vinkolanti u uniformi għall-moderazzjoni tal-kontenut, u jiggarantixxi rikors aċċessibbli u indipendenti għal rimedju ġudizzjarju; jenfasizza li l-proposti leġiżlattivi futuri għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza u għandu jkollhom l-għan li jneħħu l-ostakli attwali u jipprevjenu ostakli ġodda mhux ġustifikati potenzjali fil-forniment tas-servizzi diġitali mill-pjattaformi online filwaqt li jsaħħu l-protezzjoni tal-konsumaturi u ċ-ċittadini; jemmen li l-proposti leġiżlattivi għandhom ikunu mmirati lejn il-kisba ta' tkabbir sostenibbli u intelliġenti, jindirizzaw l-isfidi teknoloġiċi, u jiżguraw li s-Suq Uniku Diġitali jkun ġust u sikur għal kulħadd;

3.

Jissuġġerixxi wkoll li l-miżuri proposti għall-moderazzjoni tal-kontenut ikunu japplikaw biss għal kontenut illegali pjuttost milli għal kontenut li huwa sempliċement dannuż; jissuġġerixxi, għal dan il-għan, li r-regolament jinkludi kriterji universali biex tiġi ddeterminata s-saħħa fis-suq tal-pjattaformi sabiex tiġi pprovduta definizzjoni ċara ta' x'jikkostitwixxi pjattaforma li għandha saħħa sinifikanti fis-suq u b'hekk jiġi ddeterminat jekk ċerti pjattaformi li jospitaw kontenut li ma għandhomx saħħa sinifikanti fis-suq jistgħux jiġu eżentati minn ċerti dispożizzjonijiet; jenfasizza li l-qafas stabbilit bl-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu jkun ġestibbli għan-negozji ż-żgħar, l-SMEs u n-negozji l-ġodda u għalhekk għandu jinkludi obbligi proporzjonati għas-setturi kollha;

4.

Jipproponi li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jimponi fuq il-fornituri tas-servizzi diġitali stabbiliti barra mill-Unjoni l-obbligu li jaħtru rappreżentant legali fl-interess tal-utenti li jinsabu fl-Unjoni, li lilu jkunu jistgħu jiġu indirizzati t-talbiet sabiex, pereżempju, ikun jista' jsir rimedju tal-konsumatur fil-każ ta' reklami foloz jew qarrieqa, u jagħmlu l-informazzjoni ta' kuntatt ta' dak ir-rappreżentant viżibbli u aċċessibbli fuq is-sit web tal-fornitur tas-servizz diġitali;

Drittijiet fir-rigward tal-moderazzjoni tal-kontenut

5.

Jenfasizza li r-responsabilità għall-infurzar tal-liġi għandha tinġarr mill-awtoritajiet pubbliċi; iqis li d-deċiżjoni finali dwar il-legalità ta' kontenut iġġenerat mill-utent għandha tittieħed minn ġudikatura indipendenti u mhux minn entità kummerċjali privata;

6.

Jinsisti li r-regolament għandu jipprojbixxi l-prattiki ta' moderazzjoni tal-kontenut diskriminatorji jew li jinvolvu sfruttament u esklużjoni, speċjalment fil-konfront ta' dawk l-aktar vulnerabbli, u għandu dejjem jirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-utenti, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni tagħhom;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu protetti aħjar billi tingħata informazzjoni affidabbli u trasparenti dwar eżempji ta' malprassi, bħalma huma d-dikjarazzjonijiet qarrieqa u l-imbrolji;

8.

Jirrakkomanda li l-applikazzjoni tar-regolament għandha tiġi mmonitorjata mill-qrib minn entità Ewropea li jkollha l-kompitu li tiżgura l-konformità min-naħa tal-pjattaformi li jospitaw kontenut mad-dispożizzjonijiet tar-regolament, b'mod partikolari billi timmonitorja l-konformità mal-istandards stabbiliti għall-ġestjoni tal-kontenut abbażi ta' rapporti ta' trasparenza u timmonitorja l-algoritmi użati mill-pjattaformi li jospitaw kontenut għall-fini ta' ġestjoni tal-kontenut; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilitajiet li ssir ħatra ta' Aġenzija Ewropea jew korp Ewropew eżistenti jew ġodda jew li tikkoordina hija stess network ta' awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu dawn il-kompiti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-entità Ewropea”);

9.

Jissuġġerixxi li l-pjattaformi li jospitaw kontenut iressqu regolarment rapporti komprensivi ta' trasparenza abbażi ta' metodoloġija konsistenti u vvalutati abbażi ta' indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti, inkluż rigward il-politiki dwar il-kontenut tagħhom u l-konformità tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, lill-entità Ewropea; jissuġġerixxi wkoll li l-pjattaformi li jospitaw kontenut jippubblikaw u jagħmlu disponibbli b'mod li jkun faċli u aċċessibbli dawk ir-rapporti kif ukoll il-politiki tagħhom dwar il-ġestjoni tal-kontenut fuq bażi ta' data aċċessibbli pubblikament;

10.

Jappella sabiex il-pjattaformi li jospitaw kontenut li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq jevalwaw ir-riskju li l-politiki tagħhom dwar il-ġestjoni tal-kontenut ta' kontenut legali joħolqu għas-soċjetà, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, u jidħlu fi djalogu ta' darbtejn fis-sena mal-entità Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti abbażi ta' preżentazzjoni tar-rapporti ta' trasparenza;

11.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprevedu korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, bil-kompitu li jsolvu t-tilwim rigward il-moderazzjoni tal-kontenut; huwa tal-fehma li sabiex jiġu protetti l-pubblikazzjonijiet anonimi u l-interess ġenerali, mhux biss l-utent li tella' l-kontenut li jkun is-suġġett ta' tilwima iżda anki parti terza, bħal pereżempju Ombudsperson, b'interess leġittimu li taġixxi għandha tkun tista' tikkontesta d-deċiżjonijiet dwar il-moderazzjoni tal-kontenut; jafferma d-dritt tal-utenti għal rikors ulterjuri għall-ġustizzja;

12.

Jieħu l-pożizzjoni soda li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali ma jrid jobbliga lill-pjattaformi li jospitaw kontenut jużaw l-ebda forma ta' kontroll ex ante kompletament awtomatizzat tal-kontenut dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-dritt tal-Unjoni eżistenti, u jqis li l-mekkaniżmi użati b'mod volontarju mill-pjattaformi ma jridux iwasslu għal miżuri ta' kontroll ex ante abbażi ta' għodod awtomatizzati jew għal filtraġġ waqt l-applowdjar tal-kontenut u jridu jkunu soġġetti għal awditjar mill-entità Ewropea biex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali;

13.

Jenfasizza li l-pjattaformi li jospitaw kontenut iridu jkunu trasparenti fl-ipproċessar tal-algoritmi u tad-data użata biex jitħarrġu;

Drittijiet fir-rigward tal-kurazija tal-kontenut, id-data u r-reklami online

14.

Iqis li l-amplifikazzjoni tal-kontenut immirata lejn l-utent abbażi tal-fehmiet jew tal-pożizzjonijiet ippreżentati f'tali kontenut hija waħda mill-aktar prattiki detrimentali fis-soċjetà diġitali, speċjalment f'każijiet fejn il-viżibilità ta' tali kontenut tiżdied abbażi tal-interazzjoni preċedenti tal-utent ma' kontenut amplifikat ieħor u bl-iskop li jiġu ottimizzati l-profili tal-utenti għar-reklami mmirati; jinsab imħasseb dwar il-fatt li tali prattiki jiddependu mit-traċċar mifrux u l-estrazzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt ta' tali prattiki u tieħu miżuri leġiżlattivi xierqa;

15.

Huwa tal-fehma li l-użu tar-reklamar immirat irid jiġi rregolat b'mod aktar strett favur forom inqas intrużivi ta' reklamar li ma jirrikjedu l-ebda traċċar tal-interazzjoni tal-utent mal-kontenut, u li t-turija ta' reklamar li jagħraf l-imġiba għandu jiddependi mill-kunsens speċifiku, infurmat u mhux ambigwu mogħti mill-utenti b'mod liberu;

16.

Jinnota d-dispożizzjonijiet eżistenti li jindirizzaw ir-reklamar immirat fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (11);

17.

Jirrakkomanda, għalhekk, li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jistabbilixxi limiti ċari u jintroduċi regoli ta' trasparenza fir-rigward tat-termini għall-akkumulazzjoni ta' data bl-iskop li jiġu offruti reklami mmirati kif ukoll fir-rigward tal-funzjonament u l-akkontabilità ta' tali reklamar immirat, speċjalment meta d-data tiġi traċċata fuq siti web ta' partijiet terzi; isostni li jenħtieġu miżuri ġodda li jistabbilixxu qafas għar-relazzjonijiet bejn il-pjattaformi u l-konsumaturi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-trasparenza dwar ir-reklamar, in-nudging diġitali u t-trattament preferenzjali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilitajiet ta' regolamentazzjoni tar-reklamar immirat, inkluża t-tneħħija gradwali li twassal għal projbizzjoni;

18.

Jenfasizza li f'konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u sabiex jiġu evitati l-iżvelar mhux awtorizzat, is-serq tal-identità u forom oħra ta' abbuż tad-data personali, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu jipprevedi d-dritt tal-użu tas-servizzi diġitali b'mod anonimu kull fejn ikun teknikament possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi lill-pjattaformi li jospitaw kontenut jivverifikaw l-identità ta' dawk li jirreklamaw li magħhom għandhom relazzjoni kummerċjali biex jiżguraw l-akkontabilità ta' dawk li jirreklamaw f'każ li l-kontenut promoss jinstab li huwa illegali; jirrakkomanda għalhekk li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jinkludi dispożizzjonijiet legali li jipprevjenu lill-pjattaformi milli jisfruttaw kummerċjalment data ta' partijiet terzi f'sitwazzjonijiet ta' kompetizzjoni ma' dawk il-partijiet terzi;

19.

Jiddispjaċih dwar l-asimmetrija ta' informazzjoni li teżisti bejn il-pjattaformi li jospitaw kontenut u l-awtoritajiet pubbliċi u jitlob skambju razzjonalizzat tal-informazzjoni neċessarja; jenfasizza li f'konformità mal-ġurisprudenza dwar il-metadata tal-komunikazzjonijiet, l-awtoritajiet pubbliċi jridu jingħataw aċċess għall-metadata tal-utent biss biex jinvestigaw persuni suspettati b'reati serji u permezz ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel;

20.

Jirrakkomanda li l-fornituri li jappoġġaw servizz ta' awtentikazzjoni unika li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għandhom ikunu meħtieġa jappoġġaw ukoll mill-inqas sistema waħda ta' identità miftuħa u deċentralizzata bbażata fuq qafas nonproprjetarju; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi standards komuni tal-Unjoni għas-sistemi nazzjonali previsti mill-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tal-istandards tal-protezzjoni tad-data u l-interoperabilità transfruntiera;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li jiġu definiti kundizzjonijiet kuntrattwali ġusti biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tad-data u tiżdied it-trasparenza bil-għan li jiġu indirizzati l-iżbilanċi fis-saħħa fis-suq; jissuġġerixxi, għal dan il-għan, li jiġu esplorati alternattivi biex jiġu ffaċilitati l-interoperabilità, l-interkonnettività u l-portabilità tad-data; jirrimarka li l-kondiviżjoni tad-data għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji adegwati u xierqa inkluża l-anonimizzazzjoni effettiva tad-data personali;

22.

Jirrakkomanda li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jirrikjedi lill-pjattaformi li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jipprovdu interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, li permezz tagħha l-pjattaformi ta' partijiet terzi u l-utenti tagħhom ikunu jistgħu jinteroperaw mal-funzjonalitajiet ewlenin u mal-utenti tal-pjattaforma li tipprovdi l-interfaċċja għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, inklużi s-servizzi ta' partijiet terzi mfassla biex itejbu u jippersonalizzaw l-esperjenza tal-utent, speċjalment permezz ta' servizzi li jippersonalizzaw is-settings tal-privatezza kif ukoll il-preferenzi tal-kurazija tal-kontenut; jissuġġerixxi li l-pjattaformi jiddokumentaw pubblikament l-interfaċċi kollha għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet li huma jagħmlu disponibbli bil-għan li jippermettu l-interoperabilità u l-interkonnettività tas-servizzi;

23.

Huwa tal-fehma qawwija, min-naħa l-oħra, li l-pjattaformi li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq li jipprovdu interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet ma jridu jikkondividu, iżommu, jimmonetizzaw jew jużaw l-ebda data li jirċievu mis-servizzi ta' partijiet terzi;

24.

Jenfasizza li l-obbligi ta' interoperabilità u interkonnettività ma jridux jillimitaw, ixekklu jew idewmu l-kapaċità li l-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom li jirranġaw kwistjonijiet ta' sigurtà, u l-ħtieġa li jiġu rranġati l-kwistjonijiet ta' sigurtà lanqas ma għandha twassal għas-sospensjoni indebita tal-interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet milli tipprovdi interoperabilità u interkonnettività;

25.

Ifakkar li d-dispożizzjonijiet dwar l-interoperabilità u l-interkonnettività jridu jirrispettaw il-liġijiet rilevanti kollha dwar il-protezzjoni tad-data; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-pjattaformi jkunu meħtieġa, permezz tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, jiżguraw il-fattibilità teknika tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabilità tad-data stabbiliti fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;

26.

Jitlob li l-pjattaformi li jospitaw kontenut jagħtu lill-utenti għażla reali dwar jekk jagħtux jew le l-kunsens minn qabel biex jintwerew reklamar immirat abbażi tal-interazzjoni preċedenti tal-utent mal-kontenut fuq l-istess pjattaforma li tospita kontenut jew fuq siti web ta' partijiet terzi; jenfasizza li din l-għażla trid tiġi ppreżentata b'mod ċar u li jinftiehem u r-rifjut tagħha ma jridx iwassal għad-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-funzjonalitajiet tal-pjattaforma; jenfasizza li l-kunsens f'reklamar immirat ma jridx jitqies bħala mogħti liberament u validu jekk l-aċċess għas-servizz ikun kondizzjonali fuq l-ipproċessar tad-data; jikkonferma mill-ġdid li d-Direttiva 2002/58/KE tagħmel ir-reklamar immirat soġġett għal deċiżjoni ta' parteċipazzjoni fakultattiva u li altrimenti dan huwa ipprojbit; jinnota li peress li l-attivitajiet online tal-individwi jagħtu lok għal għarfien profond dwar l-imġiba tagħhom u jagħmluha possibbli li dawn jiġu mmanipulati, il-ġbir ġenerali u indiskriminat tad-data personali rigward kull użu ta' servizz diġitali jinterferixxi b'mod sproporzjonat mad-dritt għall-privatezza; jikkonferma li l-utenti għandhom id-dritt li ma jkunux soġġetti għal traċċar mifrux meta jkunu qed jużaw is-servizzi diġitali;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li, fl-istess spirtu, il-konsumaturi xorta jkunu jistgħu jużaw apparat konness għall-funzjonijiet kollha tiegħu, anke jekk il-konsumaturi jirtiraw jew ma jagħtux il-kunsens tagħhom għall-kondiviżjoni ta' data mhux operattiva mal-manifattur tal-apparat jew ma' partijiet terzi; itenni li hemm il-ħtieġa ta' trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali rigward il-possibilità u l-ambitu tal-qsim ta' data ma' partijiet terzi;

28.

Jitlob barra minn hekk li l-utenti jiġu garantiti livell xieraq ta' trasparenza u influwenza fuq il-kriterji li skonthom issir il-kurazija tal-kontenut u dan isir viżibbli għalihom; jafferma li dan għandu jinkludi wkoll il-possibilità ta' nonparteċipazzjoni fi kwalunkwe kurazija tal-kontenut għajr l-ordni kronoloġika; jissuġġerixxi li l-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet ipprovduti mill-pjattaformi għandhom jipermettu lill-utenti jagħżlu s-software jew is-servizzi għall-kurazija tal-kontenut tagħhom;

29.

Jissottolinja l-importanza li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jkun legalment sod u effettiv fir-rigward tal-protezzjoni tat-tfal fl-ambjent online, filwaqt li jevita li jiġu imposti obbligi ta' filtrazzjoni jew monitoraġġ ġenerali u jiżgura koordinazzjoni sħiħa u jevita d-duplikazzjoni mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

30.

Ifakkar li r-reklamar imħallas jew it-tqegħid bi ħlas ta' kontenut sponsorjat għandhom jiġu identifikati b'mod ċar, konċiż u intelliġenti; jissuġġerixxi li l-pjattaformi għandhom jiżvelaw l-oriġini tar-reklami mħallsa u tal-kontenut sponsorizzat; jissuġġerixxi, għal dan il-għan, li l-pjattaformi li jospitaw kontenut jippubblikaw il-kontenut u r-reklami sponsorjati kollha u jagħmluhom viżibbli b'mod ċar għall-utenti tagħhom f'arkivju ta' reklamar aċċessibbli għall-pubbliku, fejn jiġi indikat min ħallas għalihom, u, jekk applikabbli, f'isem min; jenfasizza li dan jinkludi kemm pagamenti diretti kif ukoll dawk indiretti jew kwalunkwe remunerazzjoni oħra li jirċievu l-fornituri tas-servizzi;

31.

Jemmen li, jekk id-data rilevanti turi disparità sinifikanti fil-prattiki ta' reklamar qarrieqa u fl-infurzar bejn il-pjattaformi bbażati fl-Unjoni u l-pjattaformi bbażati f'pajjiżi terzi, ikun raġonevoli li jiġu kkunsidrati alternattivi ulterjuri biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet fis-seħħ fi ħdan l-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' kundizzjonijiet ekwi bejn dawk li jirreklamaw mill-Unjoni u dawk li jirreklamaw minn pajjiżi terzi;

Dispożizzjonijiet rigward it-termini u l-kundizzjonijiet, il-kuntratti intelliġenti u l-blockchains, u d-dritt internazzjonali privat

32.

Jinnota ż-żieda fl-hekk imsejħa kuntratti intelliġenti bħal dawk ibbażati fuq it-teknoloġiji tar-reġistru distribwit mingħajr qafas legali ċar;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, inkluża l-blockchain u, b'mod partikolari, tal-kuntratti intelliġenti, tipprovdi gwida biex tiżgura ċ-ċertezza tad-dritt għan-negozju u għall-konsumaturi, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' legalità, ta' infurzar tal-kuntratti intelliġenti f'sitwazzjonijiet transfruntiera, u tar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni notarili fejn applikabbli, u tagħmel proposti għall-qafas legali xieraq;

34.

Jissottolinja li l-ekwità u l-konformità mal-istandards tad-drittijiet fundamentali tat-termini u l-kundizzjonijiet imposti mill-intermedjarji fuq l-utenti tas-servizzi tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju; It-termini u l-kundizzjonijiet li jirrestrinġu indebitament id-drittijiet fundamentali tal-utenti, bħad-dritt għall-privatezza u għal-libertà tal-espressjoni, ma għandhomx ikunu vinkolanti;

35.

Jitlob li l-Kummissjoni teżamina modalitajiet biex jiġu żgurati l-ugwaljanza u l-bilanċ xierqa bejn il-partijiet tal-kuntratti intelliġenti billi jitqiesu l-preokkupazzjonijiet privati tal-parti l-aktar dgħajfa jew il-preokkupazzjonijiet pubbliċi bħal dawk relatati mal-akkordji; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-kredituri fil-proċeduri ta' insolvenza u ristrutturar jiġu rispettati; jirrakkomanda bil-qawwa li l-kuntratti intelliġenti jinkludu mekkaniżmi li jkunu jistgħu jwaqqfu u jirrinversaw l-eżekuzzjoni tagħhom u l-pagamenti relatati;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, b'mod partikolari, taġġorna d-dokument ta' gwida eżistenti tagħha dwar id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur (12) sabiex tiċċara jekk tqisx li l-kuntratti intelliġenti jaqgħu taħt l-eżenzjoni tal-punt (l) tal-Artikolu 3(3) ta' dik id-Direttiva, u – jekk iva – f'liema ċirkustanzi, u tiċċara l-kwistjoni tad-dritt ta’ reċess;

37.

Jenfasizza l-ħtieġa li t-teknoloġiji blockchain, u l-kuntratti intelliġenti b'mod partikolari, jintużaw f'konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tal-antitrust, inklużi dawk li jipprojbixxu l-akkordji jew il-prattiki miftiehma;

38.

Iqis li t-termini u l-kundizzjonijiet standard la għandhom jipprevjenu l-aċċess effettiv għall-ġustizzja fil-qrati tal-Unjoni u lanqas ma għandhom iċaħħdu liċ-ċittadini jew lin-negozji tal-Unjoni mid-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-protezzjoni tad-drittijiet ta' aċċess għad-data skont id-dritt internazzjonali privat hijiex inċerta u twassalx għal żvantaġġi għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni;

39.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-użu tas-servizzi diġitali fl-Unjoni jkun kompletament regolat mid-dritt tal-Unjoni taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni;

40.

Jikkonkludi wkoll li s-soluzzjonijiet leġiżlattivi għal dawn il-kwistjonijiet imisshom jinstabu fil-livell tal-Unjoni jekk l-azzjoni fil-livell internazzjonali ma tkunx tidher fattibbli, jew jekk ikun hemm riskju li tali azzjoni tieħu fit-tul wisq biex tilħaq il-milja tagħha;

41.

Jenfasizza li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jridux ikunu meħtieġa jneħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal informazzjoni li tkun legali fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

o

o o

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57.

(2)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.

(3)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.

(6)  ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50.

(7)  ĠU L 339, 21.12.2007, p. 3.

(8)  ĠU C 11, 13.1.2020, p. 7.

(9)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2020/654180/EPRS_STU(2020)654180_EN.pdf

(10)  ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.

(11)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(12)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

A.   PRINĊIPJI U GĦANIJIET TAL-PROPOSTA MITLUBA

IL-PRINĊIPJI U L-GĦANIJIET EWLENIN TAL-PROPOSTA:

Il-proposta tippreżenta ż-żewġ atti li għandhom jiġu inklużi fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-atti li huma anċillari għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ ir-regoli tad-dritt ċivili u kummerċjali applikabbli għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online fir-rigward tas-servizzi diġitali.

Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ u tiċċara d-drittijiet kuntrattwali tal-utenti fir-rigward tal-moderazzjoni u l-kurazija tal-kontenut.

Il-proposta għandha l-għan li tkompli tindirizza t-termini u l-kundizzjonijiet inammissibbli u inġusti użati għall-finijiet tas-servizzi diġitali.

Il-proposta tindirizza l-kwistjoni tal-aspetti tal-ġbir tad-data li jmorru kontra d-drittijiet kuntrattwali ġusti tal-utenti kif ukoll ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità online u dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-proposta tindirizza l-importanza tal-implimentazzjoni ġusta tad-drittijiet tal-utenti fir-rigward tal-interoperabilità u l-portabilità.

Il-proposta tqajjem l-importanza tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat li jipprovdu ċarezza ġuridika fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet mhux negozjabbli użati mill-pjattaformi online, kif ukoll tal-iżgurar tad-dritt tal-aċċess għad-data u l-garanzija tal-aċċess għall-ġustizzja.

Il-proposta ma tindirizzax l-aspetti relatati mar-regolamentazzjoni tal-postijiet tas-suq online, li madankollu għandhom jitqiesu mill-Pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali li għandu jiġi propost mill-Kummissjoni.

Il-proposta tqajjem il-ħtieġa ta' valutazzjoni tan-neċessità ta' regolamentazzjoni xierqa tal-aspetti tad-dritt ċivili u kummerċjali fil-qasam tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, inklużi l-blockchains u, b'mod partikolari, tindirizza n-neċessità ta' regolamentazzjoni xierqa tal-aspetti tad-dritt ċivili u kummerċjali tal-kuntratti intelliġenti.

I.   PROPOSTI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FL-ATT DWAR IS-SERVIZZI DIĠITALI

L-elementi ewlenin tal-proposti li għandhom jiġu inklużi fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandhom ikunu:

Regolament dwar id-drittijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontenut u li fih l-elementi li ġejjin:

Għandu japplika għall-ġestjoni tal-kontenut, inklużi l-moderazzjoni u l-kurazija tal-kontenut, fir-rigward ta' kontenut aċċessibbli fl-Unjoni.

Għandu jipprovdi prinċipji proporzjonati għall-moderazzjoni tal-kontenut.

Għandu jipprovdi standards formali u proċedurali għal mekkaniżmu ta' avviż u azzjoni, li jkunu proporzjonati għall-pjattaforma u għan-natura u l-impatt tal-ħsara, effettivi u li jibqgħu validi fil-futur.

Għandu jipprevedi mekkaniżmu indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim fl-Istati Membri mingħajr ma jillimita l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju.

Għandu jindika sett ta' indikaturi ċari biex tiġi definita s-saħħa fis-suq tal-pjattaformi li jospitaw kontenut, sabiex jiġi ddeterminat jekk ċerti pjattaformi li jospitaw kontenut li ma għandhomx saħħa sinifikanti fis-suq jistgħux jiġu eżentati minn ċerti dispożizzjonijiet. Tali indikaturi jistgħu jinkludu d-daqs tan-network tal-pjattaforma (numru ta' utenti), is-saħħa finanzjarja tagħha, l-aċċess għad-data, il-livell ta' integrazzjoni vertikali, jew il-preżenza ta' effett ta' intrappolament.

Għandu jipprovdi regoli dwar ir-responsabilità tal-pjattaformi li jospitaw kontenut għall-oġġetti mibjugħa jew reklamati fuqhom filwaqt li jitqiesu l-attivitajiet ta' appoġġ għall-SMEs sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż minn fuqhom meta jkunu qed jadattaw għal din ir-responsabilità.

Għandu jagħmel distinzjoni ċara bejn kontenut illegali u kontenut ta' ħsara fl-applikazzjoni tal-għażliet ta' politika xierqa. F'dan ir-rigward, kwalunkwe miżura fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandha tikkonċerna biss kontenut illegali kif definit fid-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.

Għandu jkun ibbażat fuq prinċipji stabbiliti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-konformità mad-dritt amministrattiv, u għandu, fid-dawl tal-konverġenza dejjem tikber tad-drittijiet tal-utenti, jiddikjara b'mod ċar li l-aspetti kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huma rregolati minn dawk il-prinċipji.

Għandu jirrispetta bis-sħiħ il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u r-regoli tal-Unjoni li jipproteġu lill-utenti u s-sikurezza, il-privatezza u d-data personali tagħhom, kif ukoll drittijiet fundamentali oħra.

Għandu jipprovdi għal djalogu bejn il-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u l-entità Ewropea dwar il-ġestjoni tar-riskji tal-ġestjoni tal-kontenut ta' kontenut legali.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibilitajiet ta' entità Ewropea bil-kompitu li tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-proposta permezz tal-miżuri li ġejjin:

monitoraġġ regolari tal-algoritmi użati mill-pjattaformi li jospitaw kontenut għall-fini tal-ġestjoni tal-kontenut;

rieżami regolari tal-konformità tal-pjattaformi li jospitaw kontenut mad-dispożizzjonijiet tar-regolament, abbażi tar-rapporti ta' trasparenza pprovduti mill-pjattaformi li jospitaw kontenut u l-bażi tad-data pubblika tad-deċiżjonijiet dwar it-tneħħija ta' kontenut li għandha tiġi stabbilita mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali;

ħidma mal-pjattaformi li jospitaw kontenut dwar l-aħjar prattiki biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-trasparenza u tal-akkontabilità għat-termini u l-kundizzjonijiet, kif ukoll l-aħjar prattiki fil-moderazzjoni tal-kontenut u l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' notifika u azzjoni;

kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali;

ġestjoni ta' fond iddedikat biex l-Istati Membri jingħataw assistenza biex jiffinanzjaw l-ispejjeż operattivi tal-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim deskritti fir-regolament, iffinanzjat permezz ta' multi imposti fuq pjattaformi li jospitaw kontenut għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali kif ukoll permezz ta' kontribuzzjoni mill-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq;

impożizzjoni ta' multi għan-nuqqas ta' konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Il-multi għandhom jikkontribwixxu għall-fond iddedikat speċjali maħsub biex jassisti lill-Istati Membri jiffinanzjaw l-ispejjeż operattivi tal-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim deskritti fir-regolament. Il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità għandhom jinkludu:

in-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-regolament;

in-nuqqas ta' forniment ta' termini u kundizzjonijiet trasparenti, aċċessibbli, ekwi u mhux diskriminatorji;

in-nuqqas ta' għoti ta' aċċess lill-entità Ewropea għall-algoritmi ta' ġestjoni tal-kontenut għall-fini ta' rieżami;

in-nuqqas ta' preżentazzjoni tar-rapporti ta' trasparenza lill-entità Ewropea;

pubblikazzjoni ta' rapporti darbtejn fis-sena dwar l-attivitajiet kollha tagħha u rappurtar lill-Istituzzjonijiet Ewropej.

Ir-rapporti ta' trasparenza dwar il-ġestjoni tal-kontenut għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu jkun fih dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-pjattaformi li jospitaw kontenut jippubblikaw u jipprovdu regolarment rapporti ta' trasparenza lill-entità Ewropea. Tali rapporti għandhom ikunu komprensivi, skont metodoloġija konsistenti, u għandhom jinkludu b'mod partikolari:

informazzjoni dwar l-avviżi pproċessati mill-pjattaforma li tospita kontenut, bl-inklużjoni ta' dan li ġej:

l-għadd totali ta' avviżi riċevuti, għal liema tipi ta' kontenut, u l-azzjoni meħuda f'dan ir-rigward;

l-għadd ta' avviżi riċevuti għal kull kategorija ta' entitajiet li jressqu tali avviżi, bħalma huma l-individwi privati, l-awtoritajiet pubbliċi jew l-impriżi privati;

l-għadd totali ta' talbiet ta' tneħħija li ġew issodisfati u l-għadd totali ta' riferimenti ta' kontenut lill-awtoritajiet kompetenti;

l-għadd totali ta' kontroavviżi jew appelli riċevuti, kif ukoll informazzjoni dwar kif ġew solvuti;

il-perjodu medju ta' żmien li jkun għadda bejn il-pubblikazzjoni, l-avviż, il-kontroavviż u l-azzjoni;

informazzjoni dwar l-għadd ta' membri tal-persunal impjegati għall-moderazzjoni tal-kontenut, fejn jinsabu u l-edukazzjoni u l-ħiliet lingwistiċi tagħhom, kif ukoll dwar l-algoritmi kollha użati biex jittieħdu d-deċiżjonijiet;

informazzjoni dwar talbiet għall-informazzjoni li jkunu saru mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal dawk responsabbli għall-infurzar tal-liġi, inklużi l-għadd tat-talbiet issodisfati kompletament u l-għadd tat-talbiet li ma ġewx issodisfati jew li ġew issodisfati parzjalment biss;

informazzjoni dwar l-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet u informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet tal-qorti li jordnaw l-annullament u/jew il-modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet meqjusa illegali minn Stat Membru.

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li l-pjattaformi li jospitaw kontenut jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tneħħija tal-kontenut fuq bażi ta' data aċċessibbli pubblikament biex tiżdied it-trasparenza għall-utenti.

Il-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim li għandhom jiġu stabbiliti permezz tar-regolament għandhom joħorġu rapporti dwar l-għadd ta' riferimenti mressqa quddiemhom, inkluż l-għadd ta' riferimenti kkunsidrati.

II.   PROPOSTI ANĊILLARI GĦALL-ATT DWAR IS-SERVIZZI DIĠITALI

Il-miżuri rigward il-kurazija ta' kontenut, data u reklami online bi ksur tad-drittijiet kuntrattwali ġusti tal-utenti għandhom jinkludu:

Miżuri li jimminimizzaw id-data miġbura mill-pjattaformi li jospitaw kontenut, abbażi tal-interazzjonijiet tal-utenti mal-kontenut ospitat fuq il-pjattaformi li jospitaw kontenut, bil-għan li jiġu kkumpilati profili ta' reklamar immirat, b'mod partikolari billi jiġu imposti kundizzjonijiet stretti għall-użu tar-reklami mmirati personali u billi jkun meħtieġ il-kunsens speċifiku, infurmat u mhux ambigwu mogħti minn qabel b'mod liberu mill-utent; Il-kunsens għar-reklamar immirat m'għandux jitqies bħala mogħti b'mod liberu u validu jekk l-aċċess għas-servizz ikun kondizzjonali fuq l-ipproċessar tad-data.

L-utenti tal-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom jiġu infurmati jekk ikunu soġġetti għal reklamar immirat, jingħataw aċċess għall-profil tagħhom mibni mill-pjattaformi li jospitaw kontenut u l-possibilità li jimmodifikawh, u jingħataw l-għażla li jipparteċipaw jew li ma jipparteċipawx u li jirtiraw il-kunsens tagħhom li jkunu soġġetti għal reklami mmirati.

Il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom jagħmlu disponibbli arkivju tar-reklami u kontenut sponsorizzat li ntwerew lill-utenti tagħhom, bl-inklużjoni ta' dan li ġej:

jekk il-kontenut sponsorizzat jew l-isponsorizzazzjoni humiex attwalment attivi jew inattivi,

il-perjodu ta' żmien li matulu r-reklam jew il-kontenut sponsorizzat kien attiv;

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-isponsor jew ta' min jirreklama, u, jekk ikun differenti, ta' dak li f'ismu jkun tqiegħed ir-reklam jew il-kontenut sponsorizzat;

l-għadd totali ta' utenti milħuqa;

informazzjoni dwar il-grupp ta' utenti fil-mira.

It-triq lejn l-implimentazzjoni ġusta tad-drittijiet tal-utenti fir-rigward tal-interoperabilità, l-interkonnettività u l-portabilità għandha tinkludi:

valutazzjoni tal-possibilità li jiġu definiti kundizzjonijiet kuntrattwali ġusti biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tad-data bil-għan li jiġu indirizzati l-iżbilanċi fis-saħħa fis-suq, b'mod partikolari permezz tal-interoperabilità, l-interkonnettività u l-portabilità tad-data.

rekwiżit li l-pjattaformi li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jipprovdu interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, li permezz tagħha l-pjattaformi ta' partijiet terzi u l-utenti tagħhom ikunu jistgħu jinteroperaw mal-funzjonalitajiet ewlenin u mal-utenti tal-pjattaforma li tipprovdi l-interfaċċja għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, inklużi s-servizzi ta' partijiet terzi mfassla biex itejbu u jippersonalizzaw l-esperjenza tal-utent, speċjalment permezz ta' servizzi li jippersonalizzaw is-settings tal-privatezza kif ukoll il-preferenzi tal-kurazija tal-kontenut;

dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-pjattaformi li għandhom sinifikanti fis-suq li jipprovdu interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet ma jistgħu jikkondividu, iżommu, jimmonetizzaw jew jużaw l-ebda data li jirċievu mis-servizzi ta' partijiet terzi;

dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-obbligi ta' interoperabilità u interkonnettività ma jkunux jistgħu jillimitaw, ixekklu jew idewmu l-kapaċità li l-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom li jirranġaw kwistjonijiet ta' sigurtà, u li jiżguraw ukoll li l-ħtieġa li jiġu rranġati l-kwistjonijiet ta' sigurtà lanqas ma għandha twassal għas-sospensjoni indebita tal-interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet li tipprovdi l-interoperabilità u l-interkonnettività;

dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-pjattaformi jkunu meħtieġa mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali jiżguraw il-fattibilità teknika tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabilità tad-data stabbiliti fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;

dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jiddokumentaw pubblikament l-interfaċċi kollha għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet li huma jagħmlu disponibbli bil-għan li jippermettu l-interoperabilità u l-interkonnettività tas-servizzi.

It-triq lejn ir-regolamentazzjoni xierqa tal-aspetti tad-dritt ċivili u kummerċjali tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, inklużi l-blockchains u, b'mod partikolari, il-kuntratti intelliġenti għandha tinkludi:

miżuri li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ il-qafas leġiżlattiv xieraq għall-iżvilupp u l-użu tas-servizzi diġitali inklużi t-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, bħall-blockchains u l-kuntratti intelliġenti;

miżuri li jiżguraw li l-kuntratti intelliġenti jkunu mgħammra b'mekkaniżmi li jistgħu jwaqqfu jew jirrinversaw l-eżekuzzjoni tagħhom, b'mod partikolari minħabba t-tħassib privat tal-parti l-aktar dgħajfa jew it-tħassib pubbliku bħal dak relatat mal-akkordji u fir-rigward tad-drittijiet tal-kredituri fi proċeduri ta' insolvenza u ta' ristrutturar;

miżuri li jiżguraw bilanċ u ugwaljanza xierqa bejn il-partijiet tal-kuntratti intelliġenti, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, l-interess tan-negozji ż-żgħar u l-SMEs, li għalihom il-Kummissjoni għandha teżamina l-modalitajiet possibbli;

aġġornament tad-dokument ta' gwida eżistenti dwar id-Direttiva 2011/83/UE sabiex jiġi ċċarat jekk il-kuntratti intelliġenti jaqgħux taħt l-eżenzjoni fil-punt (i) tal-Artikolu 3(3) ta' dik id-Direttiva, u jiġu ċċarati wkoll kwistjonijiet relatati mat-tranżazzjonijiet transfruntiera, ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni notarili u d-dritt ta’ reċess;

It-triq lejn regoli ekwi tad-dritt internazzjonali privat li ma jċaħħdux lill-utenti mill-aċċess għall-ġustizzja għandha:

tiżgura li t-termini u l-kundizzjonijiet standard ma jinkludux dispożizzjonijiet li jirregolaw kwistjonijiet tad-dritt internazzjonali privat għad-detriment tal-aċċess għall-ġustizzja, b'mod partikolari permezzz tal-infurzar effettiv tal-miżuri eżistenti f'dan ir-rigward;

tinkludi miżuri li jiċċaraw ir-regoli tad-dritt internazzjonali privat b'rabta mal-attivitajiet tal-pjattaformi fir-rigward tad-data, sabiex ma jkunux ta' detriment għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

tibni fuq il-multilateraliżmu u, jekk ikun possibbli, jintlaħaq qbil dwarha fil-fora internazzjonali xierqa.

Huwa biss meta jkun impossibbli li tinstab soluzzjoni bbażata fuq il-multilateraliżmu fi żmien raġonevoli, li għandhom jiġu proposti miżuri biex jiġu applikati fi ħdan l-Unjoni, sabiex ikun żgurat li l-użu tas-servizzi diġitali fl-Unjoni jkun regolat kompletament mid-dritt tal-Unjoni skont il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni.

B.   TEST TAL-PROPOSTA LEĠIŻLATTIVA MITLUBA

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-drittijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontenut

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

It-termini u l-kundizzjonijiet li l-fornituri tas-servizzi diġitali japplikaw fir-relazzjonijiet mal-utenti spiss ma jkunux negozjabbli u jistgħu jiġu emendati unilateralment minn dawk il-fornituri. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell leġiżlattiv sabiex jiġu stabbiliti standards minimi għal tali termini u kundizzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-istandards proċedurali għall-ġestjoni tal-kontenut;

(2)

Is-sistemi tad-dritt ċivili li jirregolaw il-prattiki tal-pjattaformi li jospitaw kontenut fir-rigward tal-moderazzjoni tal-kontenut huma bbażati fuq ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fuq il-liġijiet li jgħadduhom l-Istati Membri fil-livell nazzjonali, u hemm differenzi notevoli fl-obbligi imposti minn dawk ir-reġimi tad-dritt ċivili fuq il-pjattaformi li jospitaw kontenut u fil-mekkaniżmi ta' infurzar tagħhom.

(3)

Il-frammentazzjoni li tirriżulta minn reġimi tad-dritt ċivili li jirregolaw il-moderazzjoni ta' kontenut minn pjattaformi li jospitaw kontenut mhux biss toħloq inċertezzi tad-dritt, li jistgħu jwasslu biex tali pjattaformi jadottaw prattiki aktar stretti minn dawk meħtieġa sabiex jitnaqqsu r-riskji kkawżati mill-użu tas-servizz tagħhom, iżda twassal ukoll għal frammentazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali, u dan ixekkel it-tkabbir u l-innovazzjoni u l-iżvilupp tan-negozji Ewropej fis-Suq Uniku Diġitali.

(4)

Minħabba l-effetti detrimentali tal-frammentazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali, u l-inċertezza tad-dritt li tirriżulta għan-negozji u għall-konsumaturi, il-karattru internazzjonali tal-ospitar ta' kontenut, l-ammont kbir ta' kontenut li jirrikjedi moderazzjoni, u s-saħħa sinifikanti fis-suq li għandhom għadd żgħir ta' pjattaformi li jospitaw kontenut li jinsabu barra mill-Unjoni, id-diversi kwistjonijiet li jirriżultaw fir-rigward tal-ospitar ta' kontenut jeħtieġ li jiġu regolati b'mod li jinvolvi armonizzazzjoni sħiħa u għalhekk permezz ta' regolament.

(5)

Rigward ir-relazzjonijiet mal-utenti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi standards minimi għall-ekwità, għat-trasparenza u għall-akkontabilità tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaformi li jospitaw kontenut. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu ċari, aċċessibbli, li jinftiehmu u mhux ambigwi u jenħtieġ li jinkludu standards u proċeduri ekwi, trasparenti, vinkolanti u uniformi għall-moderazzjoni tal-kontenut, li jenħtieġ li jiggarantixxu rikors aċċessibbli u indipendenti għal rimedju ġudizzjarju u jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali.

(6)

L-amplifikazzjoni tal-kontenut immirata lejn l-utenti abbażi tal-fehmiet jew tal-pożizzjonijiet ippreżentati f'tali kontenut hija waħda mill-aktar prattiki detrimentali fis-soċjetà diġitali, speċjalment f'każijiet fejn il-viżibilità ta' tali kontenut tiżdied abbażi tal-interazzjoni preċedenti tal-utenti ma' kontenut amplifikat ieħor u bl-iskop li jiġu ottimizzati l-profili tal-utenti għal reklami mmirati;

(7)

L-algoritmi li jiddeċiedu dwar il-klassifikazzjoni tar-riżultati tat-tiftix jinfluwenzaw il-komunikazzjonijiet u l-interazzjonijiet individwali u soċjali u jistgħu jkunu qed jiffurmaw l-opinjonijiet, speċjalment fil-każ tal-kontenut tal-media.

(8)

Sabiex jiġi żgurat, inter alia, li l-utenti jkunu jistgħu jaffermaw id-drittijiet tagħhom, jenħtieġ li huma jingħataw grad xieraq ta' trasparenza u ta' influwenza fuq il-kurazija tal-kontenut li jintwerielhom, inkluża l-possibilità li jagħżlu li ma jipparteċipaw fl-ebda kurazija ta' kontenut ħlief dik tal-ordni kronoloġiku. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-utenti ma jkunux soġġetti għall-kurazija mingħajr il-kunsens speċifiku, infurmat u mhux ambigwu mogħti minn qabel b'mod ħieles. Jenħtieġ li l-kunsens għal reklamar immirat ma jitqiesx bħala mogħti b'mod liberu u validu jekk l-aċċess għas-servizz ikun kondizzjonali fuq l-ipproċessar tad-data.

(9)

Il-kunsens mogħti b'mod ġenerali minn utent għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaformi li jospitaw kontenut jew għal kwalunkwe deskrizzjoni ġenerali oħra tar-regoli dwar il-ġestjoni tal-kontenut minn pjattaformi li jospitaw kontenut jenħtieġ li ma jitqiesx bħala kunsens suffiċjenti biex jintwera kontenut b'kurazija awtomatika lill-utent.

(10)

Dan ir-Regolament ma jobbligax lill-pjattaformi li jospitaw kontenut jużaw xi forma ta' kontroll ex ante awtomatizzat tal-kontenut, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-dritt eżistenti tal-Unjoni, u jipprevedi li l-proċeduri ta' moderazzjoni tal-kontenut użati b'mod volontarju mill-pjattaformi ma għandhomx iwasslu għal miżuri ta' kontroll ex ante bbażati fuq għodod awtomatizzati jew fuq il-filtraġġ waqt l-applowdjar tal-kontenut.

(11)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi wkoll dispożizzjonijiet kontra l-prattiki diskriminatorji ta' moderazzjoni tal-kontenut, l-esplojtazzjoni jew l-esklużjoni, għall-finijiet tal-moderazzjoni tal-kontenut, speċjalment meta l-kontenut maħluq mill-utenti jitneħħa fuq il-bażi tal-apparenza, l-oriġini etnika, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età, it-tqala jew it-trobbija tat-tfal, il-lingwa jew il-klassi soċjali.

(12)

Id-dritt li jinħareġ avviż skont dan ir-Regolamentjenħtieġ li jibqa' f'id kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi korpi pubbliċi, li lilhom jiġi pprovdut kontenut permezz ta' sit web jew applikazzjoni.

(13)

Wara li jkun inħareġ avviż, min ikun tella' kontenut (l-uploader) jenħtieġ li jiġi infurmat dwar dan mill-pjattaforma li tospita l-kontenut u b'mod partikolari dwar ir-raġuni tal-avviż u tal-azzjoni li għandha tittieħed, u jenħtieġ li jingħata informazzjoni dwar il-proċedura, inkluż dwar l-appell u r-riferiment lil korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, u dwar ir-rimedji disponibbli fil-każ ta' avviżi foloz. Madankollu, jenħtieġ li tali informazzjoni ma tingħatax jekk il-pjattaforma li tospita kontenut tkun ġiet infurmata mill-awtoritajiet pubbliċi li għaddejjin investigazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. F'każ bħal dan, jenħtieġ li jkun f'idejn l-awtoritajiet rilevanti li jinfurmaw lill-uploader dwar il-kwistjoni ta' avviż, skont ir-regoli applikabbli.

(14)

Il-partijiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jiġu infurmati dwar deċiżjoni fir-rigward ta' avviż. L-informazzjoni pprovduta lill-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li tinkludi wkoll, minbarra l-eżitu tad-deċiżjoni, mill-inqas ir-raġuni għad-deċiżjoni u jekk id-deċiżjoni tteħditx biss minn bniedem, kif ukoll informazzjoni rilevanti dwar rieżami jew rimedju.

(15)

Il-kontenut jenħtieġ li jitqies bħala manifestament illegali jekk, mingħajr ebda dubju u mingħajr il-ħtieġa ta' eżami fil-fond, ikun bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw il-legalità tal-kontenut fuq l-internet.

(16)

Minħabba n-natura immedjata tal-ospitar ta' kontenut u l-iskop ta' spiss efimeru li jittella' kontenut, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti korpi indipendenti ta' soluzzjoni tat-tilwim bil-għan li jiġi pprovdut rikors extraġudizzjarju rapidu u effiċjenti. Tali korpi jenħtieġ li jkunu kompetenti biex jaġġudikaw tilwim dwar il-legalità tal-kontenut imtella' mill-utenti u l-applikazzjoni korretta tat-termini u l-kundizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li dak il-proċess ma jżommx lill-utent milli jkollu d-dritt ta' aċċess għall-ġustizzja u għal rimedju ġudizzjarju ulterjuri.

(17)

L-istabbiliment ta' korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jtaffi l-piż minn fuq il-qrati, billi jipprovdi soluzzjoni rapida għat-tilwim dwar deċiżjonijiet ta' ġestjoni tal-kontenut, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rimedju ġudizzjarju quddiem qorti. Minħabba li l-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu b'mod partikolari jiggwadanjaw mill-introduzzjoni ta' korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, huwa xieraq li dawn jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' tali korpi. Dan il-fond jenħtieġ li jkun ġestit mill-entità Ewropea b'mod indipendenti sabiex tassisti lill-Istati Membri fil-finanzjament tal-ispejjeż operattivi tal-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tali korpi jingħataw riżorsi adegwati biex jiżguraw il-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.

(18)

L-utenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt ta’ rinviju għal korp ġust u indipendenti ta' soluzzjoni tat-tilwim bħala mekkaniżmu alternattiv ta' soluzzjoni tat-tilwim, biex jikkontestaw deċiżjoni meħuda minn pjattaforma li tospita kontenut wara avviż dwar il-kontenut li huma jkunu tellgħu. In-notifikaturi jenħtieġ li jkollhom dak id-dritt jekk irid ikollhom locus standi fi proċedura ċivili rigward il-kontenut inkwistjoni.

(19)

Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni, il-korp indipendenti kompetenti għas-soluzzjoni tat-tilwim jenħtieġ li jkun dak li jinsab fl-Istat Membru li fih ikun ittella' l-kontenut li jifforma s-suġġett tat-tilwima. Jenħtieġ li dejjem ikun possibbli li l-persuni fiżiċi jressqu lmenti quddiem il-korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-Istati Membri ta' residenza tagħhom.

(20)

L-iżvelar ta' informazzjoni protetta jgħin biex jiġi evitat il-ksur tal-liġi u jiġu identifikati t-theddid jew il-ħsara għall-interess ġenerali li altrimenti ma kinux jiġu identifikati. L-għoti ta' protezzjoni lill-informaturi għandu rwol importanti fil-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-media u d-dritt tal-pubbliku li jaċċessa l-informazzjoni. Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jenħtieġ għalhekk li tapplika għall-ksur rilevanti ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi emendata.

(21)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi obbligi biex wieħed jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tiegħu u biex jiġi rieżaminat fi żmien raġonevoli. Għal dan il-għan, il-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim previsti mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jressqu rapporti dwar l-għadd ta' riferimenti mressqa quddiemhom, id-deċiżjonijiet meħuda – filwaqt li janonimizzaw id-data personali skont il-każ – inklużi l-għadd ta' riferimenti ttrattati, id-data dwar il-problemi sistemiċi, ix-xejriet u l-identifikazzjoni tal-pjattaformi li ma jikkonformawx mad-deċiżjonijiet tal-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim.

(22)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas regolatorju għad-drittijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ġestjoni ta' kontenut fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda aktar jista' jintlaħaq, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(23)

L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni kif spjegata f'dan ir-Regolament tissaħħaħ b'mod sostanzjali minn entità Ewropea inkarigata mill-monitoraġġ xieraq u mill-iżgurar tal-konformità tal-pjattaforma li tospita kontenut mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-għażliet li taħtar Aġenzija Ewropea jew korp Ewropew eżistenti jew ġodda jew li tikkoordina network ta' awtoritajiet nazzjonali, sabiex tirrevedi l-konformità mal-istandards stabbiliti għall-ġestjoni tal-kontenut abbażi ta' rapporti ta' trasparenza u l-monitoraġġ tal-algoritmi użati mill-pjattaformi li jospitaw kontenut għall-fini tal-ġestjoni tal-kontenut (minn hawn' il quddiem imsejħa “l-entità Ewropea”).

(24)

Sabiex jiġi żgurat li r-riskji ppreżentati mill-amplifikazzjoni tal-kontenut jiġu evalwati, jenħtieġ li jiġi stabbilit djalogu li jsir darbtejn fis-sena dwar l-impatt tal-politiki ta' ġestjoni tal-kontenut ta' kontenut legali fuq id-drittijiet fundamentali bejn il-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u l-entità Ewropea flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

(25)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali kollha u josserva l-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif minquxa fit-Trattati, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli li jiżguraw li jkun hemm drittijiet kuntrattwali ġusti fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontenut u li jipprovdu mekkaniżmi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim għat-tilwim rigward il-ġestjoni tal-kontenut.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-pjattaformi li jospitaw kontenut li jospitaw u jiġġestixxu kontenut li huwa aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-siti web jew permezz ta' applikazzjonijiet fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-reġistrazzjoni, jew il-post prinċipali tan-negozju tal-pjattaforma li tospita kontenut.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-pjattaformi li jospitaw kontenut li:

(a)

huma ta' natura mhux kummerċjali; jew

(b)

għandhom inqas minn [100 000] (2) utent.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“pjattaforma li tospita kontenut” tfisser servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li l-għanijiet prinċipali tiegħu, jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu, huwa li l-utenti, irreġistrati jew le, jitħallew itellgħu kontenut għall-wiri fuq sit web jew applikazzjoni li jkunu pubblikament aċċessibbli;

(2)

“pjattaforma li tospita kontenut li għandha saħħa sinifikanti fis-suq” tfisser pjattaforma li tospita kontenut b'mill-inqas tnejn mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

il-kapaċità li tiżviluppa jew tippreserva l-bażi tal-utenti tagħha minħabba l-effetti tan-network li jintrappolaw parti sinifikanti tal-utenti tagħha, jew minħabba l-pożizzjonament tagħha fis-suq downstream li jippermettilha toħloq dipendenza ekonomika;

(b)

li tkun ta' daqs konsiderevoli fis-suq, imkejjel skont l-għadd ta' utenti attivi jew skont il-fatturat globali annwali tal-pjattaforma;

(c)

hija integrata f'ambjent ta' negozju jew network taħt il-kontroll tal-grupp jew il-kumpanija omm tagħha, ħaġa li tippermetti li s-saħħa fis-suq tiġi ingranata minn suq wieħed għal suq kontigwu;

(d)

għandha rwol ta' gwardjan għal kategorija sħiħa ta' kontenut jew informazzjoni;

(e)

għandha aċċess għal ammonti kbar ta' data personali ta' kwalità għolja, ipprovduta mill-utenti jew inferita dwar l-utenti abbażi tal-monitoraġġ tal-imġiba online tagħhom, u tali data hija indispensabbli għall-forniment u t-titjib ta' servizz simili, kif ukoll hija diffiċli biex tiġi aċċessata jew replikata minn kompetituri potenzjali;

(3)

“kontenut” tfisser kwalunkwe kunċett, idea, forma ta' espressjoni jew informazzjoni fi kwalunkwe format bħal test, immaġnijiet, awdjo u vidjo;

(4)

“kontenut illegali” tfisser kull kontenut li ma jkunx f'konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mad-dritt ta' Stat Membru li fih huwa ospitat;

(5)

“ġestjoni tal-kontenut” tfisser il-moderazzjoni u l-kurazija tal-kontenut fuq pjattaformi li jospitaw kontenut;

(6)

“moderazzjoni ta' kontenut” tfisser il-prattika tal-monitoraġġ u l-applikazzjoni ta' sett predeterminat ta' regoli u linji gwida għall-kontenut iġġenerat, ippubblikat jew kondiviż mill-utenti, sabiex jiġi żgurat li l-kontenut jikkonforma mar-rekwiżiti legali u regolatorji, mal-linji gwida tal-komunità u mat-termini u l-kundizzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe miżura li tirriżulta meħuda mill-pjattaforma, bħat-tneħħija ta' kontenut jew it-tħassir jew is-sospensjoni tal-kont tal-utent, kemm permezz ta' mezzi awtomatizzati kif ukoll permezz ta' operaturi umani;

(7)

“kurazija tal-kontenut” tfisser il-prattika tal-għażla, l-ottimizzazzjoni, il-prijoritizzazzjoni u r-rakkomandazzjoni ta' kontenut abbażi tal-profil tal-utenti individwali għall-fini tal-wiri tiegħu fuq sit web jew applikazzjoni;

(8)

“termini u kundizzjonijiet” tfisser it-termini, il-kundizzjonijiet jew l-ispeċifikazzjonijiet kollha, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-pjattaforma li tospita kontenut u l-utenti tagħha u li huma ddeterminati b'mod unilaterali mill-pjattaforma li tospita kontenut;

(9)

“utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-servizzi pprovduti minn pjattaforma li tospita kontenut jew li tinteraġixxi ma' kontenut ospitat fuq tali pjattaforma;

(10)

“uploader” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li żżid il-kontenut ma' pjattaforma li tospita kontenut irrispettivament mill-viżibilità tiegħu lil utenti oħra;

(11)

“avviż” tfisser notifika formalizzata li tikkontesta l-konformità tal-kontenut ma' rekwiżiti legali u regolatorji, linji gwida u termini u kundizzjonijiet tal-komunità.

Artikolu 4

Prinċipji għall-ġestjoni tal-kontenut

1.   Il-ġestjoni tal-kontenut għandha ssir b'mod ġust, legali u trasparenti. Il-prattiki tal-ġestjoni tal-kontenut għandhom ikunu xierqa, proporzjonati għat-tip u l-volum tal-kontenut, rilevanti u limitati għal dak li jkun meħtieġ b'rabta mal-finijiet li għalihom jiġi ġestit il-kontenut. Il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandu jkollhom l-obbligu ta' akkontabilità biex jiżguraw li l-prattiki tagħhom ta' ġestjoni tal-kontenut ikunu ekwi, trasparenti u proporzjonati.

2.   L-utenti ma għandhomx ikunu soġġetti għal prattiki diskriminatorji, għall-esplojtazzjoni jew għall-esklużjoni, għall-finijiet ta' moderazzjoni tal-kontenut mill-pjattaformi li jospitaw kontenut, bħat-tneħħija ta' kontenut iġġenerat mill-utenti abbażi tad-dehra, l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età, it-tqala jew it-trobbija tat-tfal, il-lingwa jew il-klassi soċjali.

3.   Il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom jipprovdu lill-utenti informazzjoni suffiċjenti dwar il-profili tagħhom tal-kurazija tal-kontenut u dwar il-kriterji individwali li skonthom il-pjattaformi li jospitaw kontenut jwettqu l-kurazija tal-kontenut għalihom, inkluża informazzjoni dwar jekk jintużawx algoritmi u l-objettivi tagħhom.

4.   Il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom jipprovdu lill-utenti b'livell xieraq ta' influwenza fuq il-kurazija tal-kontenut li jkun sar viżibbli għalihom, inkluża l-għażla li ma jipparteċipawx fil-kurazija tal-kontenut b'mod ġenerali. B'mod partikolari, l-utenti ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kurazija tal-kontenut mingħajr il-kunsens speċifiku tagħhom, infurmat u mhux ambigwu mogħti minn qabel b'mod ħieles.

Artikolu 5

Djalogu strutturat dwar ir-riskji marbuta mal-ġestjoni tal-kontenut

Bħala parti minn djalogu strutturat dwar ir-riskji mal-entità Ewropea flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, il-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għandhom jippreżentaw rapport darbtejn fis-sena lill-entità Ewropea dwar l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u dwar il-ġestjoni tar-riskju tagħhom tal-politiki tagħhom ta' ġestjoni tal-kontenut u dwar kif jimmitigaw dawk ir-riskji.

Artikolu 6

Obbligu tat-trasparenza

1.   Il-fornituri tas-servizzi diġitali għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu d-divulgazzjoni tal-finanzjament ta' kwalunkwe grupp ta' interess li miegħu huma assoċjati l-utenti tas-servizzi diġitali tal-fornituri, u tad-dettalji tan-natura tar-relazzjoni bejn dawn il-gruppi ta' interess u l-utenti. Tali divulgazzjoni għandha tippermetti li tiġi identifikata l-persuna li hija legalment responsabbli.

2.   Il-fornituri tas-servizzi diġitali kummerċjali li huma stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant legali għall-finijiet tal-interessi tal-utenti fi ħdan l-Unjoni u jagħmlu l-informazzjoni ta' kuntatt ta' dak ir-rappreżentant viżibbli u aċċessibbli fuq il-pjattaformi online tagħhom.

Artikolu 7

Eliġibilità għall-ħruġ ta' avviżi

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew korp pubbliku li lilhom jiġi pprovdut kontenut permezz ta' sit web, applikazzjoni, jew xi forma oħra ta' software, għandu jkollhom id-dritt li joħorġu avviż skont dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali applikabbli għal meta persuna li tkun qed taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha sistematikament u ripetutament tressaq avviżi foloz. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 8

Proċeduri tal-avviżi

Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom jinkludu informazzjoni ċara, aċċessibbli, li tinftiehem u mhix ambigwa dwar il-proċeduri ta' avviż, b'mod partikolari:

(a)

il-perjodu massimu li fih l-uploader tal-kontenut inkwistjoni għandu jkun infurmat dwar proċedura ta' avviż;

(b)

il-perjodu li fih l-uploader ikun jista' jibda appell;

(c)

id-data ta' skadenza biex il-pjattaforma li tospita kontenut tittratta avviż b'mod rapidu u effiċjenti u tieħu deċiżjoni;

(d)

id-data ta' skadenza biex il-pjattaforma li tospita kontenut tinforma liż-żewġ partijiet dwar l-eżitu tad-deċiżjoni inkluża ġustifikazzjoni għall-azzjoni meħuda.

Artikolu 9

Kontenut tal-avviżi

1.   Avviż dwar kontenut għandu jinkludi għall-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

link għall-kontenut inkwistjoni u, fejn xieraq, bħal fir-rigward ta' kontenut vidjo, kronogramma;

(b)

ir-raġuni għall-avviż;

(c)

evidenza li tappoġġa l-kontestazzjoni magħmula fl-avviż;

(d)

dikjarazzjoni ta' bona fide min-notifikatur; u

(e)

fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tal-personalità jew tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-identità tan-notifikatur.

2.   Fil-każ tal-ksur imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel paragrafu, in-notifikatur għandu jkun il-persuna kkonċernata mill-ksur tad-drittijiet tal-personalità, jew id-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jkunu nkisru, jew xi ħadd li jkun qed jaġixxi f'isem dik il-persuna.

Artikolu 10

Informazzjoni lill-uploader

1.   Malli jinħareġ avviż, u qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kontenut, l-uploader inkwistjoni għandu jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġuni għall-avviż u għall-azzjoni li l-pjattaforma li tospita kontenut jaf tieħu;

(b)

informazzjoni suffiċjenti dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita;

(c)

informazzjoni dwar id-dritt ta' risposta stabbilit fil-paragrafu 3; u

(d)

informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli b'rabta mal-avviżi foloz.

2.   L-informazzjoni meħtieġa skont l-ewwel paragrafu ma għandhiex tiġi pprovduta jekk il-pjattaforma li tospita kontenut tkun ġiet infurmata mill-awtoritajiet pubbliċi dwar investigazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi li jkunu għaddejjin.

3.   L-uploader għandu jkollu d-dritt li jwieġeb lill-pjattaforma li tospita l-kontenut fil-forma ta' kontroavviż. Il-pjattaforma li tospita kontenut għandha tikkunsidra t-tweġiba tal-uploader meta tkun qed tieħu deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet dwar l-avviżi

1.   Il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar l-avviżi jittieħdu minn persunal kwalifikat mingħajr dewmien żejjed wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

2.   Wara avviż, il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom, mingħajr dewmien, jiddeċiedu għandhomx ineħħu, jirtiraw jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut li kien is-suġġett ta' avviż, jekk tali kontenut ma jikkonformax mar-rekwiżiti legali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2), il-fatt li pjattaforma li tospita kontenut tkun qieset li kontenut speċifiku mhuwiex konformi, fl-ebda każ ma għandu awtomatikament iwassal biex kontenut minn utent ieħor jitneħħa, jiġi rtirat jew isir inaċċessibbli.

Artikolu 12

Informazzjoni rigward id-deċiżjonijiet

Ladarba pjattaformi li tospita kontenut tkun ħadet deċiżjoni, hija għandha tinforma lill-partijiet kollha involuti fil-proċedura ta' avviż dwar l-eżitu tad-deċiżjoni, billi tipprovdi l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u sempliċi:

(a)

ir-raġunijiet għad-deċiżjoni meħuda;

(b)

jekk id-deċiżjoni saritx biss minn bniedem jew kinitx appoġġata minn algoritmu;

(c)

informazzjoni dwar il-possibilità ta' rieżami kif imsemmi fl-Artikolu 13 u rimedju ġudizzjarju għal kull waħda mill-partijiet.

Artikolu 13

Rieżami tad-eċiżjonijiet

1.   Il-pjattaformi li jospitaw kontenut jistgħu jipprovdu mekkaniżmu li jippermetti lill-utenti jitolbu rieżami tad-deċiżjonijiet li huma jieħdu.

2.   Pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għandhom jipprovdu l-mekkaniżmu ta' rieżami msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Fil-każijiet kollha, id-deċiżjoni finali tar-rieżami għandha tittieħed minn bniedem.

Artikolu 14

Tneħħija tal-kontenut

1.   Mingħajr preġudizzju għall-ordnijiet ġudizzjarji jew amministrattivi dwar il-kontenut online, il-kontenut li kien is-suġġett ta' avviż għandu jibqa' viżibbli sakemm il-valutazzjoni tal-legalità tiegħu tkun għadha pendenti.

2.   Il-pjattaformi li jospitaw kontenut għandhom jaġixxu bil-ħeffa biex il-kontenut li huwa manifestament illegali jagħmluh indisponibbli jew ineħħuh.

Artikolu 15

Soluzzjoni indipendenti tat-tilwim

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim bil-għan li jipprovdu rikors extraġudizzjarju rapidu u effiċjenti meta jkunu qed isiru appelli kontra d-deċiżjonijiet dwar il-moderazzjoni tal-kontenut.

2.   Il-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom ikunu magħmula minn esperti legali indipendenti bil-mandat li jaġġudikaw tilwim bejn il-pjattaformi li jospitaw kontenut u l-utenti, b'rabta mal-konformità tal-kontenut inkwistjoni ma' rekwiżiti legali u regolatorji, linji gwida tal-komunità u termini u kundizzjonijiet.

3.   Ir-riferiment ta' tilwima dwar il-moderazzjoni tal-kontenut għal korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim ma għandux jipprekludi lil utent milli jkun jista' jkollu rikors ulterjuri fil-qrati dment it-tilwima ma tkunx ġiet solvuta permezz ta' ftehim komuni.

4.   Il-pjattaformi li jospitaw kontenut li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-ispejjeż operattivi tal-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim permezz ta' fond iddedikat ġestit mill-entità Ewropea, sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-finanzjament ta' dawk il-korpi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim jingħataw riżorsi adegwati biex jiġu żgurati l-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.

Artikolu 16

Regoli proċedurali għas-soluzzjoni indipendenti tat-tilwim

1.   L-uploader kif ukoll parti terza, bħal Ombudsperson, b'interess leġittimu li taġixxi, għandu jkollhom id-dritt li jirreferu każ ta' moderazzjoni ta' kontenut lill-korp indipendenti kompetenti għas-soluzzjoni tat-tilwim f'każ li pjattaforma li tospita kontenut tkun iddeċidiet li tneħħi, tirtira, jew tiddiżattiva l-aċċess għal kontenut jew li taġixxi b'mod li huwa kuntrarju għall-azzjoni preferuta mill-uploader kif espress mill-uploader jew b'mod li jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali.

2.   Meta l-pjattaforma li tospita kontenut tkun iddeċidiet li ma tirtirax kontenut li huwa s-suġġett ta' avviż, in-notifikatur għandu jkollu d-dritt li jirreferi l-kwistjoni lill-korp kompetenti indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, sakemm in-notifikatur ikollu locus standi għal proċedura ċivili rigward il-kontenut inkwistjoni.

3.   Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni, il-korp indipendenti kompetenti għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jkun dak li jinsab fl-Istat Membru li fih ikun ittella' l-kontenut li jkun is-suġġett tat-tilwima. Il-persuni fiżiċi għandhom f'kull każ jitħallew iressqu lmenti lill-korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-Istat Membru ta' residenza tagħhom.

4.   Meta n-notifikatur għandu d-dritt li jirreferi każ ta' moderazzjoni ta' kontenut lil korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-paragrafu 2, in-notifikatur jista' jirreferi l-każ lill-korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim li jinsab fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tan-notifikatur jew tal-uploader, jekk dan tal-aħħar ikun qed juża s-servizz għal finijiet mhux kummerċjali.

5.   Meta każ ta' moderazzjoni ta' kontenut relatat mal-istess kwistjoni jkun is-suġġett ta' rinviju lil korp indipendenti ieħor għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jissospendi l-proċedura fir-rigward tar-rinviju. Meta kwistjoni ta' moderazzjoni tal-kontenut kienet is-suġġett ta' rakkomandazzjonijiet minn korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jirrifjuta li jittratta rinviju.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri l-oħra kollha meħtieġa għall-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom.

Artikolu 17

Data personali

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jitwettaq skont dan ir-Regolament għandu jsir b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 18

Rapportar ta' ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw

Id-Direttiva (UE) 2019/1937 għandha tapplika għar-rapportar ta' ksur ta' dan ir-Regolament u għall-persuni li jirrapportaw tali ksur.

Artikolu 19

Emendi għad-Direttiva (UE) 2019/1937

Id-Direttiva (UE) 2019/1937 hija emendata kif ġej:

(1)

fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(xi)

ġestjoni tal-kontenut online;”;

(2)

fil-Parti I tal-Anness, jiżdied il-punt li ġej:

“K.

Il-Punt (a)(xi) tal-Artikolu 2(1) – ġestjoni tal-kontenut online.

Ir-Regolament [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontenut.”.

Artikolu 20

Rapportar, evalwazzjoni u rieżami

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta u tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni għandha, sa … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tikkunsidra l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali, inklużi, fejn xieraq, emendi għal dan ir-Regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' rapportar stabbiliti f'atti legali oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jippreżentaw l-istatistika li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-għadd ta' tilwimiet irreferuti lill-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim u t-tipi ta' kontenut li kienu s-suġġett ta' tilwim;

(b)

l-għadd ta' każijiet deċiżi mill-korpi indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, ikkategorizzati skont l-eżitu.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn XX.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(2)  Meta tkun qed tiddetermina l-għadd ta' utenti, il-Kummissjoni għandha tqis is-sitwazzjoni tal-SMEs u tan-negozji ġodda.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/53


P9_TA(2020)0274

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali (2020/2022(INI))

(2021/C 404/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikolu 16 u l-Artikolu 114 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 6, l-Artikolu 7, l-Artikolu 8, l-Artikolu 11, l-Artikolu 13, l-Artikolu 21, l-Artikolu 22, l-Artikolu 23, l-Artikolu 24, l-Artikolu 38 u l-Artikolu 47 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (“Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data”, (GDPR)) (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (“Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika”) (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (5) (“Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur”),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummisjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (6),

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet (IOCTA) tal-Europol tat-18 ta' Settembru 2018,

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0172/2020),

A.

billi d-drittijiet fundamentali, bħall-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, kif ukoll il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, jeħtieġ li jkollhom l-għeruq tagħhom fil-qalba ta' politika tal-UE li tirnexxi u fit-tul dwar is-servizzi diġitali; billi jeħtieġ li dawn id-drittijiet jiġu kkunsidrati kemm fit-test tal-liġi, kif ukoll fl-ispirtu tal-implimentazzjoni tagħhom;

B.

billi t-tipi ta' servizzi diġitali u r-rwoli tal-fornituri ta' servizz diġitali nbidlu drastikament minn meta ġiet adottata d-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku 20 sena ilu;

C.

billi l-fiduċja tal-utenti tista' tinkiseb biss permezz ta' servizzi diġitali li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, li mhux biss jiżguraw l-adozzjoni tas-servizzi, imma joffru wkoll vantaġġ kompetittiv u mudelli kummerċjali stabbli għall-kumpaniji;

D.

billi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-fornituri kollha li joffru servizzi diġitali fit-territorju tal-UE ġew reċentement aġġornati u armonizzati madwar l-UE permezz tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data; billi r-regoli dwar il-privatezza għall-komunikazzjoni elettronika, li huma subsett ta' servizzi diġitali, huma koperti mid-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika u bħalissa qed jiġu riveduti;

E.

billi l-ammont tat-tipi kollha ta' kontenut kondiviż li huwa ġġenerat mill-utenti u s-servizzi pprovduti permezz ta' pjattaformi online, inklużi s-servizzi tal-cloud, żdied b'mod esponenzjali u b'pass bla preċedent iffaċilitat minn teknoloġiji avvanzati; billi dan jinkludi kontenut illegali bħal immaġnijiet li juru materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal (CSAM) online u kontenut li huwa legali imma li jista' jkun ta' ħsara għas-soċjetà u d-demokrazija, bħad-diżinformazzjoni dwar ir-rimedji tal-COVID-19;

F.

billi d-diskors ta' mibegħda u d-diżinformazzjoni online nfirxu dejjem aktar f'dawn l-aħħar snin peress li l-individwi u l-atturi li jfixklu jagħmlu użu minn pjattaformi online biex ixerrdu l-polarizzazzjoni, li min-naħa tagħha tintuża għal skopijiet politiċi; billi n-nisa, il-persuni ta' kulur, il-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi etniċi jew lingwistiċi jew li huma perċepiti bħala li jagħmlu parti minnhom u l-persuni LGBTIQ spiss ikunu fil-mira ta' diskors ta' mibegħda diskriminatorju, bullying, theddid u jkunu filagu online;

G.

billi din it-tendenza ġiet megħjuna minn pjattaformi online li l-mudell tan-negozju tagħhom huwa bbażat fuq il-ġbir u l-analiżi tad-data tal-utenti bil-għan li jiġu ġġenerati aktar traffiku u “clicks”, u, minħabba f'hekk, aktar data dwar it-tfassil ta' profili u b'hekk aktar profitt; billi din twassal għall-amplifikazzjoni tal-kontenut sensazzjonalista; billi d-diskors ta' mibegħda u d-diżinformazzjoni jagħmlu ħsara lill-interess pubbliku billi jimminaw id-diskors pubbliku rispettuż u onest, u joħolqu theddid għas-sigurtà pubblika minħabba li jistgħu jinċitaw il-vjolenza fid-dinja reali; billi l-ġlieda kontra tali kontenut hija kruċjali sabiex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u jiġu difiżi l-istat tad-dritt u d-demokrazija fl-UE;

H.

billi l-midja soċjali u pjattaformi oħra ta' distribuzzjoni tal-kontenut jużaw tekniki tat-tfassil ta' profili biex ikollhom fil-mira u jxerrdu l-kontenut tagħhom, kif ukoll ir-reklami; billi d-data miġbura mit-traċċi diġitali ta' individwi tista' tiġi estratta b'modi li jippermettu inferenza preċiża ħafna ta' informazzjoni personali ferm intima, speċjalment meta tali data tingħaqad ma' settijiet oħra ta' data; billi l-iskandli ta' Cambridge Analytica u Facebook urew ir-riskji assoċjati ma' operazzjonijiet ta' pproċessar ta' data opaki ta' pjattaformi online billi żvelaw li ċerti votanti kienu fil-mira fuq livell mikro b'reklamar politiku u, xi drabi, anke b'diżinformazzjoni mmirata;

I.

billi l-algoritmi awtomatizzati li jiddeċiedu kif jittrattaw, jipprijoritizzaw, iqassmu u jħassru kontenut ta' partijiet terzi fuq pjattaformi online, inkluż matul kampanji politiċi u elettorali, spiss jirriproduċu tendenzi diskriminatorji eżistenti fis-soċjetà, u b'hekk iwasslu għal riskju għoli ta' diskriminazzjoni għall-persuni diġà affettwati; billi l-użu mifrux tal-algoritmi għat-tneħħija jew l-imblukkar ta' kontenut iqajjem ukoll tħassib dwar l-istat tad-dritt u mistoqsijiet rigward il-legalità, il-leġittimità u l-proporzjonalità;

J.

billi numru żgħir ta' fornituri tas-servizzi, li fil-maġġoranza tagħhom mhumiex Ewropej, għandhom setgħa sinifikanti fis-suq u jeżerċitaw influwenza fuq id-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi, is-soċjetajiet u d-demokraziji tagħna billi jikkontrollaw kif jiġu ppreżentati l-informazzjoni, is-servizzi u l-prodotti, u għalhekk għandhom impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tal-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom; billi d-deċiżjonjiet ta' dawn il-pjattaformi jista' jkollhom konsegwenzi estensivi għal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, u għal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja;

K.

billi l-approċċ tal-politika biex jiġi indirizzat il-kontenut illegali online fl-UE s'issa ffoka prinċipalment fuq il-kooperazzjoni volontarja u t-tneħħija mitluba b'ordni tal-qorti, iżda għadd dejjem akbar ta' Stati Membri qed jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali ulterjuri biex jindirizzaw il-kontenut illegali b'mod mhux armonizzat; billi dispożizzjonijiet li jindirizzaw ċerti tipi ta' kontenut illegali ġew inklużi fil-leġiżlazzjoni settorjali reċenti fil-livell tal-UE;

L.

billi approċċ purament awtoregolatorju tal-pjattaformi ma jipprovdix trasparenza, obbligu ta' rendikont u sorveljanza adegwati; billi approċċ bħal dan la jipprovdi informazzjoni xierqa lill-awtoritajiet pubbliċi, lis-soċjetà ċivili u lill-utenti dwar kif il-pjattaformi jindirizzaw kontenut u attivitajiet illegali u kontenut li jikser it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, u lanqas dwar kif jorganizzaw il-kontenut b'mod ġenerali;

M.

billi tali approċċ ma jistax jiggarantixxi konformità mad-drittijiet fundamentali u joħloq sitwazzjoni fejn ir-responsabbiltajiet ġudizzjarji huma parzjalment mgħoddija lil partijiet privati, u dan joħloq ir-riskju ta' interferenza mad-dritt għal-libertà ta' espressjoni;

N.

billi fl-UE s-sorveljanza u s-superviżjoni regolatorja huma speċifiċi għas-settur; billi koordinazzjoni ulterjuri u aktar komprensiva bejn il-korpi ta' sorveljanza differenti madwar l-UE tkun ta' benefiċċju;

O.

billi n-nuqqas ta' data pubblika robusta u komparabbli dwar il-prevalenza ta' kontenut illegali u dannuż online, dwar avviżi u t-tneħħija ordnata mill-qorti u awtoregolatorja tagħhom, u dwar is-segwitu mill-awtoritajiet kompetenti joħloq defiċit ta' trasparenza u responsabbiltà, kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku; billi hemm nuqqas ta' informazzjoni rigward l-algoritmi użati mill-pjattaformi u mis-siti web u l-mod kif il-pjattaformi jindirizzaw it-tneħħija żbaljata ta' kontenut;

P.

billi l-isfruttament sesswali tat-tfal online huwa wieħed mill-forom ta' kontenut illegali li huwa ffaċilitat minn żviluppi teknoloġiċi; billi l-ammont vast ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal li jiċċirkola online joħloq sfidi serji għad-detezzjoni, l-investigazzjoni u, fuq kollox, għall-isforzi ta' identifikazzjoni tal-vittmi; billi, skont l-Europol, ir-rapporti ta' kondiviżjoni online ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal li saru lill-NCMEC ibbażat fl-Istati Uniti żdiedu fl-aħħar sena b'106 %;

Q.

billi skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), il-kontenut għandu jitneħħa wara deċiżjoni ġudizzjarja minn Stat Membru; billi l-fornituri ospitanti jistgħu jirrikorru għal għodod u teknoloġiji ta' tfittxija awtomatizzata biex jidentifikaw u jneħħu kontenut li jkun ekwivalenti għal kontenut preċedentement iddikjarat bħala illegali, iżda m'għandhomx ikunu obbligati jimmonitorjaw b'mod ġenerali l-informazzjoni li jaħżnu, jew ifittxu b'mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, kif previst fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE;

R.

billi identifikazzjoni elettronika fdata hija elementari biex jiġi żgurat aċċess sigur għas-servizzi diġitali u jitwettqu tranżazzjonijiet elettroniċi b'mod aktar sikur; billi attwalment 15-il Stat Membru biss innotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskema ta' identità elettronika tagħhom għar-rikonoxximent transfruntier fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 (7) (“ir-Regolament eIDAS”);

S.

billi l-internet u l-pjattaformi tal-internet għadhom post ewlieni għall-attivitajiet tal-gruppi terroristiċi, u jintużaw bħala għodda għat-tixrid tal-propaganda, għar-reklutaġġ u l-promozzjoni tal-attivitajiet tagħhom;

1.

Jemmen fil-benefiċċji soċjetali u ekonomiċi ċari ta' suq uniku diġitali li jiffunzjona għall-UE u l-Istati Membri tagħha; jilqa' dawn il-benefiċċji, u b'mod partikolari t-titjib fl-aċċess għall-informazzjoni u t-tisħiħ tal-libertà ta' espressjoni; jenfasizza l-obbligu importanti li tiġi żgurata ekosistema diġitali ġusta li fiha jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali, kif minquxa fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment il-libertà ta' espressjoni u ta' l-informazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u s-sikurezza tal-utent tiġi żgurata online; jenfasizza l-fatt li l-interventi leġiżlattivi u interventi regolatorji oħra fis-suq uniku diġitali li għandhom l-għan li jiżguraw konformità ma' dan l-obbligu għandhom ikunu strettament limitati għal dak li huwa neċessarju; ifakkar li l-mekkaniżmi ta' tneħħija tal-kontenut li jintużaw barra l-garanziji ta' proċess dovut jiksru l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ regolatorju mfassal apposta sabiex tindirizza d-differenzi li għadhom jippersistu bejn id-dinja online u dik offline u l-isfidi li jirriżultaw mid-diversità tal-atturi u s-servizzi offruti online; iqis, f'dan ir-rigward, li huwa essenzjali li jiġu applikati approċċi regolatorji differenti għall-kontenut illegali u legali; jenfasizza li l-kontenut illegali online u r-reati bl-użu tal-internet għandhom jiġu indirizzati bl-istess rigorożità u abbażi tal-istess prinċipji legali bħall-kontenut illegali u l-imġiba kriminali offline, u bl-istess garanziji għaċ-ċittadini; ifakkar li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku hija l-qafas legali għas-servizzi online fis-suq intern li jirregola l-ġestjoni tal-kontenut;

3.

Iqis li huwa neċessarju li l-kontenut illegali jitneħħa malajr u b'mod konsistenti sabiex jiġu indirizzati r-reati u l-ksur tad-drittijiet fundamentali; iqis li l-kodiċijiet ta' kondotta volontarji jindirizzaw il-kwistjoni b'mod parzjali biss;

4.

Jistieden lill-fornituri ta' servizz diġitali jneħħu l-kontenut minn fuq l-internet b'mod diliġenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju, u b'kunsiderazzjoni xierqa fiċ-ċirkostanzi kollha għad-drittijiet fundamentali tal-utenti u jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika bil-għan li jiġi evitat li jitneħħa l-kontenut li mhuwiex illegali; jitlob lill-fornituri ta' servizz diġitali, li fuq l-inizjattiva tagħhom stess ikunu jixtiequ jirrestrinġu ċertu kontenut legali tal-utenti tagħhom, jesploraw il-possibbiltà li jimmarkaw dak il-kontenut, aktar milli jneħħuh minn fuq l-internet, u b'hekk jagħtu lill-utenti l-opportunità li jagħżlu li jaċċessaw dak il-kontenut b'mod li jkunu responsabbli huma nfushom;

5.

Jieħu l-pożizzjoni li kwalunkwe miżura ta' tneħħija ta' kontenut b'mandat legali fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandha tikkonċerna biss il-kontenut illegali, kif definit fil-liġi tal-UE u dik nazzjonali, u li l-leġiżlazzjoni m'għandhiex tinkludi kunċetti u termini mhux definiti peress li dan joħloq inċertezza legali għall-pjattaformi online u jpoġġi d-drittijiet fundamentali u l-libertà ta' espressjoni f'riskju;

6.

Jirrikonoxxi, madankollu, li l-ekosistema diġitali kurrenti tinkoraġġixxi wkoll imġiba problematika, bħall-mikrommirar ibbażat fuq karatteristiċi li jesponu vulnerabbiltajiet fiżiċi jew psikoloġiċi, it-tixrid ta' diskors ta' mibegħda, kontenut razzist u diżinformazzjoni, kwistjonijiet emerġenti bħall-abbuż organizzat ta' pjattaformi multipli, u l-ħolqien ta' kontijiet jew manipulazzjoni ta' kontenut online minn algoritmi; jinnota bi tħassib li xi mudelli kummerċjali huma bbażati fuq il-wiri ta' kontenut sensazzjonali u polarizzanti lill-utenti sabiex jiżdied il-ħin ta' viżwalizzazzjoni tagħhom u b'hekk il-profitti tal-pjattaformi online; jenfasizza l-effetti negattivi ta' tali mudelli ta' negozju fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwi u għas-soċjetà kollha kemm hi; jitlob li jkun hemm trasparenza fil-politiki ta' monetizzazzjoni tal-pjattaformi online;

7.

Jenfasizza, għalhekk, li t-tixrid ta' tali kontenut ta' ħsara għandu jkun ikkontrollat; jemmen bis-sħiħ li l-ħiliet fil-litteriżmu medjatiku, il-kontroll tal-utenti fuq il-kontenut propost lilhom u l-aċċess pubbliku għal kontenut u edukazzjoni ta' kwalità għolja huma kruċjali f'dan ir-rigward; jilqa' għalhekk l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jinħoloq Osservatorju Ewropew għall-Midja Diġitali li jappoġġja servizzi indipendenti li jivverifikaw il-fatti malajr, iżid l-għarfien pubbliku dwar id-diżinformazzjoni online u jappoġġja l-awtoritajiet pubbliċi inkarigati mill-monitoraġġ tal-midja diġitali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw inizjattivi edukattivi u tal-midja indipendenti u tas-servizz pubbliku fir-rigward tal-litteriżmu medjatiku u kampanji mmirati ta' sensibilizzazzjoni fis-soċjetà ċivili; jirrimarka li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil kontenut dannuż fil-kuntest ta' minorenni li jużaw l-internet, b'mod speċjali fir-rigward tal-esponiment tagħhom għall-bullying ċibernetiku, il-fastidju sesswali, il-pornografija, il-vjolenza jew il-ħsara fuqhom infushom;

9.

Jinnota li peress li l-attivitajiet online ta' individwu jippermettu li jkun hemm għarfien profond dwar il-personalità tiegħu u jagħmluha possibbli li dan jiġi mmanipulat, il-ġbir ġenerali u indiskriminat tad-data personali rigward kull użu ta' servizz diġitali jinterferixxi b'mod sproporzjonat mad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali; jenfasizza, b'mod partikolari, l-impatt negattiv potenzjali tar-reklami mmirati fil-livell mikro u li jagħrfu l-imġiba u tal-valutazzjonijiet tal-individwi, speċjalment minorenni u gruppi vulnerabbli, billi jindaħlu fil-ħajja privata tal-individwi, u joħolqu mistoqsijiet dwar il-ġbir u l-użu tad-data użata biex jiġi ppersonalizzat ir-reklamar, jiġu offruti prodotti jew servizzi jew jiġu stabbiliti l-prezzijiet; jikkonferma li d-dritt tal-utenti li ma jkunux soġġetti għal traċċar mifrux meta jużaw is-servizzi diġitali ġie inkluż fil-GDPR u għandu jiġi infurzat kif xieraq fl-UE kollha; jinnota li l-Kummissjoni pproponiet li tagħmel it-trattament immirat tal-kontenut soġġett għal deċiżjoni opt-in fil-proposta tagħha għal regolament ġdid dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika (2017/0003(COD));

10.

Iqis li reklamar politiku qarrieqi jew mhux ċar huwa klassi speċjali ta' theddid online minħabba li jinfluwenza l-mekkaniżmi ewlenin li jippermettu l-funzjonament tas-soċjetà demokratika tagħna, b'mod speċjali meta dan il-kontenut jiġi sponsorjat minn partijiet terzi, inklużi atturi barranin; jissottolinja li meta t-tfassil ta' profili jintuża fuq skala li tippermetti li l-immirar politiku fil-livell mikro jimmanipula l-imġiba fil-votazzjoni, dan jista' jimmina b'mod serju l-pedamenti tad-demokrazija; jistieden, għalhekk, lill-fornituri ta' servizz diġitali jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jidentifikaw u jimmarkaw il-kontenut imtella' minn bots soċjali u jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi linji gwida dwar l-użu ta' tali teknoloġiji diġitali persważivi fil-kampanji elettorali u fil-politika tar-reklamar politiku; jappella, f'dan ir-rigward, għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' trasparenza stretti għall-wiri ta' reklamar politiku mħallas;

11.

Iqis li huwa neċessarju li l-kontenut illegali jitneħħa b'mod konsistenti u mingħajr dewmien bla bżonn sabiex jiġi indirizzat il-ksur, speċjalment dak relatat mat-tfal u l-kontenut terroristiku, u l-ksur tad-drittijiet fundamentali bis-salvagwardji neċessarji stabbiliti, bħat-trasparenza tal-proċess, id-dritt għal appell u l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv; iqis li l-kodiċijiet ta' kondotta volontarji u l-kundizzjonijiet tal-użu kuntrattwali standard ma għandhomx infurzar adegwat u wrew li huma jindirizzaw il-kwistjoni biss b'mod parzjali; jenfasizza li r-responsabbiltà aħħarija għall-infurzar tal-liġi, għad-deċiżjoni dwar il-legalità ta' attivitajiet online kif ukoll għall-għoti ta' ordnijiet lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kontenut illegali jaqgħu f'idejn l-awtoritajiet kompetenti indipendenti;

12.

Jirrikonoxxi l-fatt li, filwaqt li n-natura illegali ta' ċerti tipi ta' kontenut tista' faċilment tiġi stabbilita, id-deċiżjoni hija aktar diffiċli għal tipi oħra ta' kontenut peress li jirrikjedu li jitqiesu f'kuntest; iwissi li l-għodod awtomatizzati kurrenti mhumiex kapaċi janalizzaw b'mod kritiku u jifhmu b'mod adegwat l-importanza tal-kuntest għal biċċiet speċifiċi ta' kontenut, u dan jista' jwassal għal tneħħija mhux meħtieġa u jagħmel ħsara lil-libertà ta' espressjoni u l-aċċess għal informazzjoni varjata, inkluż dwar fehmiet politiċi, u b'hekk jirriżulta f'ċensura; jenfasizza li r-rieżami uman tar-rapporti awtomatizzati mill-fornituri tas-servizzi jew mill-kuntratturi tagħhom ma jsolvix għalkollox din il-problema, speċjalment jekk jiġi esternalizzat lil persunal privat li ma jkollux biżżejjed indipendenza, kwalifiki u obbligu ta' rendikont;

13.

Jinnota bi tħassib li l-kontenut illegali online jista' jiġi mmultiplikat b'mod faċli u rapidu, u dan għalhekk jamplifika l-impatt negattiv tiegħu f'perjodu ta' żmien qasir ħafna; għalhekk jemmen li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali ma għandu jkollu l-ebda obbligu fuq il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jew intermedjarji tekniċi oħra biex jużaw għodod awtomatizzati għall-moderazzjoni tal-kontenut;

14.

Ifakkar li l-kontenut illegali online m'għandux jitneħħa biss mill-pjattaformi online, iżda għandu jiġi segwit mill-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura fejn ikunu kkonċernati atti kriminali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tobbliga lill-pjattaformi online jirrapportaw reati serji lill-awtorità kompetenti meta jiksbu għarfien effettiv ta' tali reat; f'dan ir-rigward, jiskopri li f'xi Stati Membri, il-problema ewlenija mhijiex il-fatt li dawn għandhom biss każijiet mhux solvuti, imma anke każijiet mhux mibdija; jitlob li jitneħħew l-ostakli biex jitressqu lmenti quddiem l-awtoritajiet kompetenti; huwa konvint li, minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-internet u d-disseminazzjoni rapida tal-kontenut illegali online, għandha titjieb il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u tkun ibbażata fuq il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġu rrispettati l-ordni legali tal-UE u l-prinċipji stabbiliti tal-kooperazzjoni transfruntiera u l-fiduċja reċiproka; jistieden lill-Istati Membri jarmaw lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji tagħhom bl-għarfien espert, ir-riżorsi u l-għodod meħtieġa biex ikunu jistgħu jittrattaw b'mod effettiv u effiċjenti l-għadd dejjem akbar ta' każijiet li jinvolvu kontenut illegali online u r-riżoluzzjoni tat-tilwim rigward it-tneħħija ta' kontenut minn fuq l-internet, u biex itejbu l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tas-servizzi diġitali;

15.

Jissottolinja li biċċa speċifika ta' kontenut tista' titqies bħala illegali fi Stat Membru wieħed iżda tkun koperta mid-dritt għal-libertà ta' espressjoni f'ieħor; jenfasizza li, sabiex jiġu protetti l-libertà tal-kelma, jiġu evitati l-kunflitti tal-liġijiet, jiġi evitat imblukkar ġeografiku mhux iġġustifikat u ineffettiv u jitqiegħed fil-mira suq uniku diġitali armonizzat, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting m'għandhomx ikunu meħtieġa jneħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal informazzjoni li tkun legali fl-Istat Membru li jkunu stabbiliti fih, jew fejn ikun jgħix jew stabbilit ir-rappreżentant legali maħtur tagħhom; ifakkar li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinfurzaw biss ordnijiet ta' tneħħija minn awtoritajiet kompetenti indipendenti indirizzati lill-fornituri tas-servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom; iqis li huwa neċessarju li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bl-appoġġ tal-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni; jappella għal djalogu strutturat bejn l-Istati Membri sabiex jiġi determinat ir-riskju ta' tipi speċifiċi ta' kontenut u jiġu identifikati differenzi potenzjali fil-valutazzjoni ta' tali riskji bejn l-Istati Membri;

16.

Jissottolinja li l-kontenut illegali għandu jitneħħa fejn jiġi ospitat, u li intermedjarji ta' sempliċi mezz ta' trażmissjoni ma għandhomx jiġu meħtieġa jimblukkaw l-aċċess għall-kontenut;

17.

Jemmen bis-sħiħ li l-qafas legali kurrenti tal-UE li jirregola s-servizzi diġitali għandu jiġi aġġornat bil-ħsieb li jindirizza l-isfidi ppreżentati mill-frammentazzjoni bejn l-Istati Membri u t-teknoloġiji ġodda, bħall-prevalenza tat-tfassil ta' profili u t-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiku li jippenetra fl-oqsma kollha tal-ħajja, kif ukoll li jiżgura ċ-ċarezza legali u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni u d-dritt għall-privatezza b'mod li jilqa' għall-isfidi tal-futur meta wieħed iqis l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija;

18.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tintroduċi approċċ armonizzat li jindirizza l-obbligi għall-fornituri ta' servizz diġitali, inklużi għall-intermedjarji online, sabiex jiġu evitati l-frammentazzjoni tas-suq intern u l-infurzar inkonsistenti tar-regolamenti; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-aktar soluzzjonijiet effiċjenti u effettivi għas-suq intern kollu kemm hu, filwaqt li tevita milli toħloq piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa ġodda u żżomm is-suq uniku diġitali miftuħ, ġust, sikur u kompetittiv għall-parteċipanti kollha tiegħu; jenfasizza li r-reġim ta' responsabbiltà għall-fornituri ta' servizz diġitali jrid ikun proporzjonat, ma jridx ikun ta' żvantaġġ għall-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, u ma jridx jillimita b'mod mhux raġonevoli l-innovazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni;

19.

Iqis li r-riforma għandha tibni fuq il-pedament sod tal-liġi eżistenti tal-UE u f'konformità sħiħa magħha, speċjalment ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, li bħalissa qed tiġi riveduta, u tirrispetta s-supremazija tal-istrumenti speċifiċi għas-settur l-oħra bħad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva; jissottolinja li l-modernizzazzjoni tar-regoli tal-kummerċ elettroniku tista' taffettwa d-drittijiet fundamentali; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun viġilanti ħafna fl-approċċ tagħha u jħeġġiġha tintegra wkoll l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fir-reviżjoni tagħha;

20.

Jenfasizza li l-kapaċità prattika tal-utenti individwali biex jifhmu u jinnavigaw il-kumplessità tal-ekosistemi tad-data hija limitata ħafna, u bl-istess mod il-kapaċità tagħhom li jidentifikaw jekk l-informazzjoni li jirċievu u s-servizzi li jużaw humiex disponibbli għalihom fuq l-istess termini bħal utenti oħra; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tqiegħed it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni fil-qalba tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali;

21.

Jinsisti li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jrid ikollu l-għan li jiżgura livell għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-funzjonament tas-servizzi online u ambjent diġitali ħieles mid-diskriminazzjoni; jenfasizza li, minbarra l-qafas regolatorju b'saħħtu eżistenti li jipproteġi l-privatezza u d-data personali, huwa meħtieġ obbligu għall-pjattaformi online biex jiġi żgurat l-użu leġittimu tal-algoritmi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżviluppa reġim ibbażat fuq id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku li jinkwadra b'mod ċar ir-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi biex jindirizza r-riskji ffaċċjati mill-utenti tagħhom u jipproteġi d-drittijiet tagħhom u jipprevedi obbligu ta' trasparenza u spjegabbiltà tal-algoritmi, penali għall-infurzar ta' tali obbligi, il-possibbiltà ta' intervent mill-bniedem u miżuri oħra bħal awditi indipendenti annwali u testijiet tal-istress speċifiċi li jassistu u jinfurzaw il-konformità;

22.

Jenfasizza li xi fornituri ta' servizz diġitali għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-utenti mingħajr ambigwità b'mod ekwivalenti għas-servizzi offline; jinnota ġbir mhux meħtieġ ta' data personali, bħan-numri tal-mowbajls, minn pjattaformi online fil-punt tar-reġistrazzjoni għal servizz, spiss ikkawżat mill-użu ta' possibbiltajiet ta' reġistrazzjoni unika; jissottolinja li l-GDPR jiddeskrivi b'mod ċar il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, u b'hekk jillimita d-data li tinġabar għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-iskop; jirrakkomanda li l-pjattaformi online li jappoġġjaw servizz ta' reġistrazzjoni unika b'sehem tas-suq dominanti għandhom ikunu meħtieġa li mill-inqas ikollhom sistema waħda ta' identità miftuħa bbażata fuq qafas nonproprjetarju, deċentralizzat u interoperabbli;

23.

Jissottolinja li fejn ċertu tip ta' identifikazzjoni uffiċjali tkun meħtieġa offline, jeħtieġ li tinħoloq sistema ekwivalenti ta' identifikazzjoni elettronika online sigura; jemmen li l-identifikazzjoni online tista' tittejjeb billi tiġi infurzata l-interoperabbiltà transfruntiera tal-identifikazzjonijiet elettroniċi tar-Regolament eIDAS fl-Unjoni Ewropea kollha; jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-ħolqien ta' sistema ta' reġistrazzjoni Ewropea unika bħala alternattiva għal sistemi privati ta' reġistrazzjoni unika u tintroduċi obbligu għas-servizzi diġitali li dejjem joffru wkoll għażla ta' reġistrazzjoni manwali, stabbilita b'mod awtomatiku; jissottolinja li dan is-servizz għandu jiġi żviluppat sabiex il-ġbir ta' data ta' reġistrazzjoni identifikabbli mill-fornitur tas-servizz tar-reġistrazzjoni jkun teknikament impossibbli u d-data miġbura tinżamm għal minimu assolut; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni tesplora wkoll il-ħolqien ta' sistema ta' verifika għall-utenti tas-servizzi diġitali, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali u l-verifika tal-età, b'mod speċjali għall-minorenni, li la għandha tintuża kummerċjalment u lanqas ma għandha tintuża biex jiġu traċċati l-utenti bejn is-siti; jenfasizza li dawn is-sistemi ta' reġistrazzjoni u ta' verifika għandhom japplikaw biss għal servizzi diġitali li jeħtieġu identifikazzjoni personali, awtentikazzjoni jew verifika tal-età; ifakkar li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiggarantixxu li l-identifikazzjonijiet elettroniċi jkunu siguri, trasparenti, jipproċessaw biss id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-utent u jintużaw għal skop leġittimu biss u ma jintużawx kummerċjalment, u lanqas ma jintużaw biex irażżnu l-aċċess ġenerali għall-internet jew biex jittraċċaw l-utenti bejn is-siti;

24.

Iqis li huwa indispensabbli li jkun hemm armonizzazzjoni sħiħa u kjarifika tar-regoli dwar ir-responsabbiltà fil-livell tal-UE biex jiġi ggarantit ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-utenti madwar l-UE; jemmen li dawn ir-regoli għandhom iżommu eżenzjonijiet tar-responsabbiltà għal intermedjarji li ma jkollhomx għarfien effettiv tal-attività illegali jew informazzjoni fuq il-pjattaformi tagħhom; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-liġijiet nazzjonali reċenti li jindirizzaw id-diskors ta' mibegħda u d-diżinformazzjoni jwasslu għal frammentazzjoni dejjem akbar tar-regoli u għal livell aktar baxx ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE;

25.

Għal dan il-għan, jappella għal proposti leġiżlattivi li jżommu s-suq uniku diġitali miftuħ u kompetittiv billi jipprovdu rekwiżiti armonizzati għal fornituri ta' servizz diġitali biex japplikaw proċeduri u salvagwardji proċedurali effettivi, koerenti, trasparenti u ġusti biex jiġi indirizzat il-kontenut illegali f'konformità mal-liġi nazzjonali u Ewropea, inkluż permezz ta' proċedura armonizzata ta' avviż u azzjoni;

26.

Jemmen, f'dan ir-rigward, li huwa kruċjali għall-pjattaformi online li jkunu forniti b'regoli, rekwiżiti u salvagwardji ċari fir-rigward tar-responsabbiltà għal kontenut ta' partijiet terzi; jipproponi li jitwaqqaf qafas regolatorju komuni sabiex jidentifika u jneħħi b'mod effiċjenti l-kontenut illegali;

27.

Jenfasizza li r-regoli dwar il-mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni għandhom ikunu kkomplementati b'rekwiżiti għall-pjattaformi biex jieħdu miżuri speċifiċi li jkunu proporzjonati mal-livell ta' firxa tagħhom kif ukoll il-kapaċitajiet tekniċi u operattivi tagħhom sabiex tiġi indirizzata b'mod effettiv l-apparizzjoni ta' kontenut illegali fuq is-servizzi tagħhom; għalhekk jirrikonoxxi, fejn ikun teknoloġikament fattibbli, abbażi ta' ordnijiet sostanzjati b'mod suffiċjenti minn awtoritajiet pubbliċi kompetenti indipendenti, u b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-kuntest speċifiku tal-kontenut, li l-fornituri ta' servizz diġitali jistgħu jkunu meħtieġa jwettqu tfittxijiet perjodiċi għal biċċiet distinti ta' kontenut li qorti tkun diġà ddikjarat bħala illegali, dment li l-monitoraġġ u t-tfittxija tal-informazzjoni kkonċernata permezz ta' tali inibizzjoni jkunu limitati għall-informazzjoni li twassal messaġġ li l-kontenut tiegħu jibqa' essenzjalment mhux mibdul meta mqabbel mal-kontenut li jkun wassal għas-sejba tal-illegalità u li jkun fih l-elementi speċifikati fl-inibizzjoni li, f'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Ottubru 2019 fil-Kawża C-18/18 (8), ikunu identiċi jew ekwivalenti sal-punt li ma jkunx meħtieġ li l-fornitur ospitanti jwettaq valutazzjoni indipendenti ta' dak il-kontenut;

28.

Isostni li l-għażla tal-miżuri konkreti għandha titħalla f'idejn il-pjattaformi; jappoġġja approċċ ibbilanċjat ibbażat fuq djalogu mal-partijiet interessati u valutazzjoni tar-riskji mġarrba mill-pjattaformi, kif ukoll katina ċara ta' responsabbiltà biex jiġu evitati piżijiet regolatorji mhux meħtieġa għall-pjattaformi u restrizzjonijiet mhux meħtieġa u sproporzjonati fuq id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni, l-aċċess għall-informazzjoni, inkluż dwar ideat politiċi, u d-dritt għall-privatezza; jenfasizza li ċerti obbligi jistgħu jiġu speċifikati aktar mil-leġiżlazzjoni settorjali; jenfasizza li kwalunkwe miżura stabbilita għal dan il-għan ma tistax tikkostitwixxi, la de jure u lanqas de facto, rekwiżit ta' monitoraġġ ġenerali;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa għal salvagwardji xierqa u obbligi ta' proċess dovut, inkluż rekwiżit għas-sorveljanza u l-verifika tal-bniedem, flimkien mal-proċeduri ta' kontra avviż, biex is-sidien tal-kontenut u l-persuni li jtellgħu l-materjal ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom b'mod adegwat u fil-ħin, u biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta' tneħħija jew ta' mblukkar ikunu legali, preċiżi, fondati sew, jipproteġu lill-utenti u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-persuni li jissottomettu sistematikament u ripetutament avviżi żbaljati jew abbużivi għandhom jiġu sanzjonati; ifakkar li minbarra l-proċeduri ta' kontroavviż u s-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qrati min-naħa tal-pjattaformi skont is-sistema interna tal-ilmenti, għandha tibqa' disponibbli l-possibbiltà ta' rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiġi ssodisfat id-dritt għal rimedju effettiv;

30.

Jappoġġja l-preservazzjoni tal-qafas kurrenti dwar ir-responsabbiltà limitata għal kontenut u l-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini, iżda jqis li hija essenzjali koordinazzjoni mtejba għat-talbiet ta' tneħħija bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; jissottolinja li l-kontenut illegali għandu jitneħħa minn fejn ikun ospitat; jenfasizza li tali talbiet għandhom ikunu soġġetti għal salvagwardji legali sabiex jiġi evitat l-abbuż u jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li t-talbiet ta' tneħħija min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu speċifiċi u jiddikjaraw b'mod ċar il-bażi ġuridika għat-tneħħija; jenfasizza li mekkaniżmu effettiv ta' sorveljanza u infurzar, inklużi sanzjonijiet proporzjonati li jqisu l-kapaċitajiet tekniċi u operattivi tagħhom, għandu japplika għal dawk il-fornituri tas-servizzi li jonqsu milli jikkonformaw mal-ordnijiet legali;

31.

Ifakkar li l-fornituri ta' servizz diġitali jeħtiġilhom li ma jkunux legalment meħtieġa li jżommu d-data personali tal-utenti jew tal-abbonati tagħhom għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, sakemm ma tiġix ordnata żamma mmirata minn awtorità kompetenti indipendenti b'rispett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni u l-ġurisprudenza tal-QĠUE; ifakkar ukoll li tali żamma tad-data għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ fir-rigward tal-kategoriji ta' data li għandha tinżamm, il-mezzi ta' komunikazzjoni affettwati, il-persuni kkonċernati u l-perjodu ta' żamma adottat;

32.

Jemmen li sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu jintroduċi regoli li jkollhom l-għan li jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu tal-fornituri ta' servizz diġitali jkunu ċari, trasparenti, ġusti u jkunu disponibbli b'mod faċli u aċċessibbli għall-utenti; jiddeplora l-fatt li l-kundizzjonijiet tal-użu ta' xi pjattaformi tal-kontenut iġiegħlu lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jużaw kontijiet personali biex jinvestigaw ċerti lmenti, u dan joħloq theddida kemm għal dawn l-investigazzjonijiet kif ukoll għas-sik urezza personali, u jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aktar effiċjenti bejn l-Istati Membri rigward is-segwitu tal-infurzar tal-liġi dwar kontenut illegali senjalat; ifakkar li l-ordnijiet ta' tneħħija minn awtoritajiet kompetenti indipendenti jridu jkunu dejjem ibbażati fuq il-liġi, mhux fuq il-kundizzjonijiet tal-użu tal-fornituri tas-servizzi;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-utenti jkollhom aċċess għal kontenut varjat u ta' kwalità online bħala mezz biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu infurmati b'mod adegwat; jistenna li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jiżgura li l-kontenut tal-midja ta' kwalità jkun faċli biex jiġi aċċessat u faċli biex jinstab fuq il-pjattaformi ta' partijiet terzi u li t-tneħħija ta' kontenut tkun konformi mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u tkun limitata għal kontenut li jkun mingħajr dubju illegali jew li jkun instab li huwa illegali minn awtorità kompetenti indipendenti; jenfasizza li l-kontenut legali m'għandu jkun soġġett għall-ebda tneħħija legali jew obbligi ta' mblukkar;

34.

Jappoġġja djalogu akbar bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti bil-għan li jiġu żviluppati, evalwati u mtejba l-approċċi ta' liġijiet mhux vinkolanti, bħall-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni tal-UE, sabiex jiġu indirizzati aktar il-kategoriji tal-kontenut legali, inkluża d-diżinformazzjoni; jistenna li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida, inklużi regoli ta' aktar trasparenza dwar il-moderazzjoni tal-kontenut u l-politika ta' reklamar fi strument speċifiku li jakkumpanja l-Att dwar is-Servizzi Diġitali biex tiżgura li t-tneħħija u l-imblukkar tal-kontenut legali abbażi tat-termini u l-kundizzjonijiet ikunu limitati għall-minimu assolut; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas li jipprojbixxi lill-pjattaformi milli jeżerċitaw it-tieni saff ta' kontroll fuq il-kontenut li jkun ipprovdut taħt ir-responsabbiltà ta' fornitur tas-servizzi tal-midja u li jkun soġġett għal standards speċifiċi u ta' sorveljanza;

35.

Jenfasizza, barra minn hekk, li l-utenti għandhom jingħataw aktar għażla u kontroll fir-rigward tal-kontenut li jaraw, inklużi aktar għażliet dwar il-mod kif il-kontenut jiġi kklassifikat lilhom u l-possibbiltà li jagħżlu li ma jipparteċipawx fi kwalunkwe ġestjoni ta' kontenut; jemmen bis-sħiħ li d-disinn u l-prestazzjoni ta' tali sistemi ta' rakkomandazzjoni għandhom ikunu faċli għall-utent u soġġetti għal trasparenza sħiħa;

36.

Iqis li l-obbligu ta' rendikont, kemm fis-settur privat kif ukoll pubbliku, u t-tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza jirrikjedu data robusta dwar l-inċidenza u l-indirizzar ta' attivitajiet illegali u t-tneħħija ta' kontenut illegali online, kif ukoll data robusta dwar l-algoritmi tal-ġestjoni tal-kontenut ta' pjattaformi online;

37.

Jappella, f'dan ir-rigward, għal obbligu ta' rappurtar pubbliku annwali, komprensiv u konsistenti għall-pjattaformi, proporzjonat mal-livell ta' firxa u l-kapaċitajiet operattivi tagħhom, b'mod aktar speċifiku dwar il-proċeduri ta' moderazzjoni tal-kontenut tagħhom, inkluża informazzjoni dwar miżuri adottati kontra attivitajiet illegali online u data standardizzata dwar l-ammont ta' kontenut imneħħi u r-raġunijiet u l-bażijiet legali sottostanti, it-tip u l-ġustifikazzjoni tat-talbiet ta' tneħħija rċevuti, l-għadd ta' talbiet li t-twettiq tagħhom kien irrifjutat u r-raġunijiet għal dan; jenfasizza li tali rapporti, li jkopru azzjonijiet meħuda f'sena partikolari, għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem l-ewwel kwart tas-sena ta' wara;

38.

Jappella, barra minn hekk, għal obbligu ta' rappurtar pubbliku annwali għall-awtoritajiet nazzjonali, inkluża data standardizzata dwar l-għadd ta' talbiet ta' tneħħija u l-bażijiet ġuridiċi tagħhom, dwar l-għadd ta' talbiet ta' tneħħija li kienu soġġetti għal rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji, dwar l-eżitu ta' dawn il-proċeduri, billi jissemmew il-każijiet li fihom, kontenut jew attivitajiet speċifikati jkunu ġew identifikati ħażin bħala illegali, u dwar l-għadd totali ta' deċiżjonijiet li jimponu penali, inkluża deskrizzjoni tat-tip ta' penali imposta;

39.

Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-frammentazzjoni u n-nuqqas dokumentat ta' riżorsi finanzjarji u umani għall-korpi ta' superviżjoni u ta' sorveljanza; jappella għal kooperazzjoni miżjuda bejn l-Istati Membri fir-rigward tas-sorveljanza regolatorja tas-servizzi diġitali;

40.

Iqis li sabiex jiġi garantit infurzar xieraq tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, is-sorveljanza tal-konformità mal-proċeduri, is-salvagwardji proċedurali u l-obbligi ta' trasparenza stabbiliti f'dan l-att għandhom jiġu armonizzati fis-suq uniku diġitali; jappoġġja, f'dan ir-rigward, infurzar b'saħħtu u rigoruż minn struttura ta' sorveljanza indipendenti tal-UE li jkollha l-kompetenza li timponi multi abbażi ta' valutazzjoni ta' sett definit b'mod ċar ta' fatturi, bħall-proporzjonalità, miżuri tekniċi u organizzattivi, u negliġenza; jemmen li dan għandu jinkludi l-possibbiltà li l-multi jkunu bbażati fuq perċentwal tal-fatturat globali annwali tal-kumpanija;

41.

Jenfasizza li l-awditi tal-politiki interni u tal-algoritmi tal-fornituri ta' servizz diġitali għandhom isiru b'kunsiderazzjoni xierqa għad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari għad-drittijiet fundamentali tal-utenti tas-servizzi, filwaqt li titqies l-importanza tan-nondiskriminazzjoni u l-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika, u mingħajr ma tiġi ppubblikata data kummerċjalment sensittiva; jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġi vvalutat, hekk kif isir ilment jew inizjattiva tal-korpi ta' sorveljanza, jekk u kif il-fornituri ta' servizz diġitali jamplifikaw il-kontenut, pereżempju permezz ta' magni ta' rakkomandazzjoni u karatteristiċi ta' ottimizzazzjoni bħal awtokompletar u trending;

42.

Iqis li r-rapporti ta' trasparenza mfassla mill-pjattaformi u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u analizzati għal tendenzi strutturali fit-tneħħija, id-detezzjoni u l-imblukkar fil-livell tal-UE;

43.

Jissottolinja l-importanza li tingħata s-setgħa lill-utenti biex jinfurzaw id-drittijiet fundamentali tagħhom stess online, inkluż permezz ta' proċeduri ta' lmenti faċilment aċċessibbli, imparzjali, trasparenti, effiċjenti u mingħajr ħlas, mekkaniżmi ta' rappurtar għal kontenut illegali u imġiba kriminali għall-individwi u l-kumpaniji, rimedji legali, miżuri edukattivi u sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data u s-sikurezza online għat-tfal;

44.

Jemmen li l-esperjenza tal-passat uriet l-effettività tal-fatt li l-mudelli tan-negozju innovattiv jitħallew javvanzaw u li s-suq uniku diġitali jissaħħaħ billi jitneħħew l-ostakli għall-moviment liberu tas-servizzi diġitali u billi tiġi evitata l-introduzzjoni ta' ostakli nazzjonali ġodda u mhux ġustifikati, u li l-kontinwazzjoni ta' dan l-approċċ tnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern; iqis, barra minn hekk, li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jista' joffri opportunitajiet biex jiġu żviluppati l-għarfien u l-ħiliet taċ-ċittadini fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, inkluż billi jissalvagwardja s-sikurezza online;

45.

Jenfasizza l-indispensabbiltà ta' standards miftiehma ta' sigurtà essenzjali fiċ-ċiberspazju sabiex is-servizzi diġitali jipprovdu l-benefiċċji sħaħ tagħhom liċ-ċittadini; jinnota għalhekk il-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jieħdu azzjoni koordinata biex jiżguraw l-iġjene ċibernetika bażika u biex jipprevjenu perikli evitabbli fiċ-ċiberspazju, inkluż permezz ta' miżuri leġiżlattivi;

46.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(4)  ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69.

(5)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.

(6)  ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50.

(7)  Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(8)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Ottubru 2019, Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited, C-18/18, ECLI:EU:C:2019:821.


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/63


P9_TA(2020)0275

Qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati (2020/2012(INL))

(2021/C 404/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (2) (Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3) (Direttiva dwar it-Trattament Ugwali fl-Impjieg),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (4) (GDPR), kif ukoll id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2018 li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Frar 2020 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020)0065),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Frar 2020 dwar Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020)0066),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Frar 2020 dwar “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020)0067),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa ta' Ġunju 2020,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar is-sistemi ta' armi awtonomi (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2019 dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (11),

wara li kkunsidra r-rapport tat-8 ta' April 2019 bit-titolu “Ethics Guidelines for Trustworthy AI” (Linji Gwida tal-Etika għal IA Affidabbli) mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali mwaqqaf mill-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-istudju Ewropew tal-valutazzjoni tal-valur miżjud imwettaq mis-Servizz ta' Riċerka Parlamentari Ewropew, intitolat “Qafas Ewropew dwar aspetti etiċi ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati: Valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew” (12),

wara li kkunsidra l-briefings u l-istudji mħejjija fuq talba tal-Bord għall-Ġejjieni tax-Xjenza u t-Teknoloġija (STOA), ġestit mill-Unità tal-Prospettiva Xjentifika fis-Servizz ta' Riċerka Parlamentari Ewropew, bit-titoli, “What if algorithms could abide by ethical principles?” (X'jiġri jekk l-algoritmi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-prinċipji etiċi?), “Artificial Intelligence ante portas: Legal & ethical reflections” (Intelliġenza Artifiċjali ante portas: Riflessjonijiet legali u etiċi), “A governance framework for algorithmic accountability and transparency” (Qafas ta' governanza għall-obbligu ta' rendikont algoritmiku u t-trasparenza), “Should we fear artificial intelligence?” (Għandna nibżgħu mill-intelliġenza artifiċjali jew le?) u “The ethics of artificial intelligence: Issues and initiatives” (L-etika tal-intelliġenza artifiċjali: Kwistjonijiet u inizjattivi),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, il-Protokoll Nru 12 għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-OECD dwar l-Intelliġenza Artifiċjali adottata fit-22 ta' Mejju 2019,

wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0186/2020),

Introduzzjoni

A.

billi l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (imsejħa wkoll “IA”), tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati jsiru mill-bnedmin, u l-għażliet tagħhom jiddeterminaw il-potenzjal tal-benefiċċju ta' tali teknoloġiji għas-soċjetà;

B.

billi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati li għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw opportunitajiet għan-negozji u benefiċċji għaċ-ċittadini u li jistgħu jħallu impatt dirett fuq l-aspetti kollha tas-soċjetajiet tagħna, inklużi d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji u l-valuri soċjali u ekonomiċi, kif ukoll li għandhom influwenza dejjiema fuq l-oqsma kollha ta' attività, qed jiġu promossi u żviluppati malajr;

C.

billi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati se jwasslu għal bidliet sostanzjali fis-suq tax-xogħol u fuq il-post tax-xogħol; billi dawn jistgħu potenzjalment jissostitwixxu l-ħaddiema fl-attivitajiet ripetittivi, jiffaċilitaw is-sistemi ta' ħidma kollaborattiva bejn il-bniedem u l-magni, iżidu l-kompetittività u l-prosperità u joħolqu opportunitajiet ġodda ta' impjieg għall-ħaddiema kwalifikati, filwaqt li fl-istess ħin joħolqu sfida serja f'termini ta' riorganizzazzjoni tal-forza tax-xogħol;

D.

billi l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati jista' jikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet ta' sostenibbiltà tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f'ħafna setturi differenti; billi t-teknoloġiji diġitali jistgħu jagħtu spinta lill-impatt tal-politiki fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali; billi dawn jistgħu jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis fil-konġestjoni tat-traffiku u fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja;

E.

billi, għas-setturi bħat-trasport pubbliku, jistgħu jintużaw sistemi tat-trasport intelliġenti appoġġjati mill-IA biex jimminimizzaw il-kjuwijiet, jottimizzaw ir-rotot, jippermettu lil nies b'diżabbiltà jkunu aktar indipendenti, u jżidu l-effiċjenza enerġetika u b'hekk isaħħu l-isforzi ta' dekarbonizzazzjoni u jnaqqsu l-impronta ambjentali;

F.

billi dawn it-teknoloġiji jġibu opportunitajiet ta' negozju ġodda li jistgħu jikkontribwixxu għall-irkupru tal-industrija tal-Unjoni wara l-kriżi ekonomika u tas-saħħa attwali jekk isir użu akbar minnhom, pereżempju, fl-industrija tat-trasport; billi opportunitajiet bħal dawn jistgħu joħolqu impjiegi ġodda, peress li l-użu ta' dawn it-teknoloġiji għandu l-potenzjal li jżid il-livelli ta' produttività tan-negozji u jikkontribwixxi għal kisbiet fl-effiċjenza; billi l-programmi ta' innovazzjoni f'dan il-qasam jistgħu jippermettu li r-raggruppamenti reġjonali jimxu 'l quddiem;

G.

billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom responsabbiltà partikolari li jisfruttaw, jippromwovu u jtejbu l-valur miżjud tal-intelliġenza artifiċjali u jiżguraw li t-teknoloġiji tal-IA huma sikuri u jikkontribwixxu għall-benesseri u l-interess ġenerali taċ-ċittadini tagħhom peress li jistgħu jagħtu kontribut kbir biex jintlaħaq l-għan komuni li jittejbu l-ħajjiet taċ-ċittadini u titrawwem il-prosperità fl-Unjoni, billi jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' strateġiji u innovazzjoni aħjar f'għadd ta' oqsma u setturi; billi, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-intelliġenza artifiċjali u biex l-utenti jsiru konxji tal-benefiċċji u l-isfidi li jġibu magħhom it-teknoloġiji tal-IA, jeħtieġ li l-IA jew il-litteriżmu diġitali jiġu inklużi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, inkluż f'termini tal-promozzjoni tal-inklużjoni diġitali, u jsiru kampanji ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni li jagħtu rappreżentazzjoni preċiża tal-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-IA;

H.

billi qafas regolatorju komuni tal-Unjoni għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u ta' teknoloġiji relatati (“qafas regolatorju għall-IA”) għandu jippermetti liċ-ċittadini jaqsmu l-benefiċċji li jiksbu mill-potenzjal tagħhom, filwaqt li jipproteġi liċ-ċittadini mir-riskji potenzjali ta' tali teknoloġiji u jippromwovi l-affidabbiltà ta' tali teknoloġiji fl-Unjoni u bnadi oħra; billi dak il-qafas għandu jkun ibbażat fuq id-dritt u l-valuri tal-Unjoni u ggwidat mill-prinċipji tat-trasparenza, l-ispjegabbiltà, il-ġustizzja, l-obbligu ta' rendikont u r-responsabbiltà;

I.

billi tali qafas regolatorju huwa ta' importanza ewlenija biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-Suq Intern, li tirriżulta minn leġiżlazzjoni nazzjonali differenti u se jgħin biex irawwem l-investiment tant meħtieġ, jiżviluppa infrastruttura tad-data u jappoġġja r-riċerka; billi dan għandu jikkonsisti minn obbligi legali komuni u prinċipji etiċi kif stabbiliti fil-proposta għal Regolament mitlub fl-anness għal din ir-riżoluzzjoni; billi dan għandu jiġi stabbilit skont il-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar;

J.

billi l-Unjoni għandha stabbilit qafas legali strett biex tiżgura, fost l-oħrajn, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza u n-nondiskriminazzjoni, biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet tal-konsumaturi; billi qafas legali bħal dan li jikkonsisti minn korp estensiv ta' leġiżlazzjoni orizzontali u settorjali, li tinkludi r-regoli eżistenti dwar is-sikurezza u r-responsabbiltà tal-prodotti, se jkompli japplika fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, għalkemm ċerti aġġustamenti ta' strumenti legali speċifiċi jistgħu jkunu meħtieġa biex jirriflettu t-trasformazzjoni diġitali u jindirizzaw sfidi ġodda maħluqa mill-użu tal-intelliġenza artifiċjali;

K.

billi hemm tħassib li l-qafas legali attwali tal-Unjoni, inklużi l-liġi tal-konsumatur u l-acquis dwar l-impjiegi u dak soċjali, il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u dwar is-sorveljanza tas-suq, kif ukoll il-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, jistgħu ma jibqgħux adattati għall-iskop li jindirizza b'mod effettiv ir-riskji maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati;

L.

billi minbarra l-aġġustamenti għal-leġiżlazzjoni eżistenti, kwistjonijiet legali u etiċi li għandhom x'jaqsmu mat-teknoloġiji tal-IA għandhom jiġu indirizzati permezz ta' qafas regolatorju tad-dritt tal-Unjoni effettiv, komprensiv u li jibqa' validu fil-futur li jirrifletti l-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni kif minquxa fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) li għandu joqgħod lura minn regolamentazzjoni żejda, billi jagħlaq biss il-lakuni legali eżistenti, u jżid iċ-ċertezza legali kemm għan-negozji kif ukoll għaċ-ċittadini, jiġifieri billi jinkludi miżuri obbligatorji biex jiġu evitati prattiki li bla dubju jimminaw id-drittijiet fundamentali;

M.

billi kwalunkwe qafas regolatorju ġdid jeħtieġ li jqis l-interessi kollha involuti; billi eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi ta' kwalunkwe qafas regolatorju ġdid fuq l-atturi kollha f'valutazzjoni tal-impatt għandu jkun prerekwiżit għal passi leġiżlattivi ulterjuri; billi r-rwol kruċjali tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u tan-negozji ġodda speċjalment fl-ekonomija tal-Unjoni jiġġustifika approċċ strettament proporzjonat biex jippermettilhom jiżviluppaw u jinnovaw;

N.

billi l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jista' jkollhom implikazzjonijiet serji fuq l-integrità materjali u immaterjali tal-individwi, tal-gruppi, u tas-soċjetà inġenerali, u ħsara individwali u kollettiva potenzjali trid tiġi indirizzata b'risposti leġiżlattivi;

O.

billi, sabiex jiġi rrispettat il-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-IA, jista' jkun meħtieġ li jiġu adottati regoli speċifiċi għas-settur tat-trasport tal-Unjoni;

P.

billi t-teknoloġiji tal-IA huma ta' importanza strateġika għas-settur tat-trasport, inkluż minħabba li dawn iżidu s-sikurezza u l-aċċessibbiltà tal-modi kollha tat-trasport, u joħolqu opportunitajiet ġodda ta' impjieg u mudelli ta' negozju aktar sostenibbli; billi approċċ tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fit-trasport għandu l-potenzjal li jżid il-kompetittività globali u l-awtonomija strateġika tal-ekonomija tal-Unjoni;

Q.

billi l-iżball uman għadu involut f'madwar 95 % tal-inċidenti tat-traffiku kollha fl-Unjoni; billi l-Unjoni kellha l-għan li sal-2020 tnaqqas b'50 % il-fatalitajiet annwali fit-toroq fl-UE, meta mqabbla mal-2010, iżda, fid-dawl tal-progress li qed jistaġna, ġeddet l-isforzi tagħha fil-Qafas ta' Politika għas-Sikurezza fit-Toroq tal-UE għall-2021-2030 tagħha – Il-passi li jmiss lejn “Viżjoni Żero”; billi f'dan ir-rigward, l-IA, l-awtomatizzazzjoni u teknoloġiji ġodda oħra għandhom potenzjal kbir u importanza vitali biex iżidu s-sikurezza fit-toroq billi jnaqqsu l-possibbiltajiet ta' żball uman;

R.

billi l-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-IA għandu jirrifletti wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-ħaddiema jiġu rispettati; billi għandu jittieħed kont tal-Ftehim Qafas dwar id-Diġitalizzazzjoni tas-Sħab Soċjali Ewropej ta' Ġunju 2020;

S.

billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-IA għandu jkun adegwat, proporzjonat u vvalutat bir-reqqa; billi dan għandu jkopri firxa wiesgħa ta' teknoloġiji u l-komponenti tagħhom, inklużi algoritmi, software u data użati jew prodotti minnhom, jeħtieġ approċċ immirat ibbażat fuq ir-riskji biex jiġi evitat it-tfixkil tal-innovazzjoni futura u l-ħolqien ta' piżijiet bla bżonn, speċjalment għall-SMEs; billi d-diversità tal-applikazzjonijiet immexxija mill-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati tikkomplika s-sejba ta' soluzzjoni unika adattata għall-ispettru kollu tar-riskji;

T.

billi l-analiżi tad-data u l-IA għandhom impatt dejjem akbar fuq l-informazzjoni li tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini; billi tali teknoloġiji, jekk jintużaw ħażin, jistgħu jipperikolaw id-drittijiet fundamentali għal-libertà ta' espressjoni u għall-informazzjoni, kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja;

U.

billi l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-IA għandu jkopri l-komponenti kollha tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati żviluppati, introdotti jew użati fl-Unjoni, inkluż f'każijiet fejn parti mit-teknoloġiji taf tkun lokalizzata barra mill-Unjoni jew ma jkollhiex lokazzjoni speċifika;

V.

billi l-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-IA għandu jinkludi l-istadji rilevanti kollha, jiġifieri l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji rilevanti u l-komponenti tagħhom, filwaqt li jirrikjedi kunsiderazzjoni xierqa tal-obbligi legali u l-prinċipji etiċi rilevanti u għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiżgura li l-iżviluppaturi, dawk li jintroduċuhom u l-utenti jkunu konformi bis-sħiħ ma' dawn l-obbligi u l-prinċipji;

W.

billi approċċ armonizzat lejn il-prinċipji etiċi relatati mal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jirrikjedi fehim komuni fl-Unjoni tal-kunċetti li jiffurmaw il-bażi tat-teknoloġiji bħall-algoritmi, is-software, id-data jew ir-rikonoxximent bijometriku;

X.

billi l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi evitata frammentazzjoni regolatorja jew sensiela ta' dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali mingħajr denominatur komuni, u li tiġi żgurata applikazzjoni omoġenja ta' prinċipji etiċi komuni minquxa fil-liġi meta jiġu żviluppati, introdotti u użati intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli; billi huma meħtieġa regoli ċari fejn ir-riskji jkunu sinifikanti;

Y.

billi l-prinċipji etiċi komuni huma effiċjenti biss meta jkunu minquxa fil-liġi wkoll, u jiġu identifikati dawk responsabbli għall-iżgurar, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità;

Z.

billi gwida etika, bħall-prinċipji adottati mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, tipprovdi punt ta' tluq tajjeb iżda ma tistax tiżgura li l-iżviluppaturi, dawk li jintroduċuhom u l-utenti jaġixxu b'mod ġust u tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-individwi; billi gwida bħal din hija aktar u aktar rilevanti fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati ta' riskju għoli;

AA.

billi kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ta' sorveljanza nazzjonali responsabbli biex tiżgura, tivvaluta u timmonitorja l-konformità tal-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli mal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-IA, u biex tippermetti diskussjonijiet u skambji ta' fehmiet f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u mas-soċjetà ċivili; billi l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għandhom jikkooperaw ma' xulxin;

AB.

billi sabiex jiġu żgurati approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha u l-funzjonament ottimali tas-Suq Uniku Diġitali, il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni, u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jiġu magħżula f'dan il-kuntest, għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-opportunitajiet u l-isfidi l-ġodda, b'mod partikolari dawk ta' natura transfruntiera, li jirriżultaw minn żviluppi teknoloġiċi kontinwi; billi, għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata l-kompitu li ssib soluzzjoni xierqa biex tistruttura tali koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni;

Intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u magħmula mill-bniedem

1.

Huwa tal-fehma li, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, huwa meħtieġ qafas regolatorju effettiv u armonizzat ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni, il-Karta u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u applikabbli, b'mod partikolari, għal teknoloġiji ta' riskju għoli, sabiex jiġu stabbiliti standards ugwali fl-Unjoni kollha u sabiex jiġu protetti b'mod effettiv il-valuri tal-Unjoni;

2.

Jemmen li kwalunkwe qafas regolatorju ġdid għall-IA li jikkonsisti f'obbligi legali u prinċipji etiċi għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati għandu jirrispetta bis-sħiħ il-Karta u b'hekk jirrispetta d-dinjità tal-bniedem, l-awtonomija u l-awtodeterminazzjoni tal-individwu, jipprevjeni l-ħsara, jippromwovi l-ġustizzja, l-inklużjoni u t-trasparenza, jelimina l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni, inkluż fir-rigward tal-gruppi f'minoranza, u jirrispetta u jikkonforma mal-prinċipji tal-limitazzjoni tal-esternalitajiet negattivi tat-teknoloġija użata, tal-iżgurar tal-ispjegabbiltà tat-teknoloġiji, u tal-garanzija li t-teknoloġiji qegħdin hemm biex iservu lin-nies u mhux biex jissostitwuhom jew jiddeċiedu għalihom, bl-għan aħħari li jiżdied il-benesseri ta' kull bniedem;

3.

Jenfasizza l-asimmetrija bejn dawk li jużaw it-teknoloġiji tal-IA u dawk li jinteraġixxu magħhom u huma soġġetti għalihom; jisħaq, f'dan il-kuntest, li l-fiduċja taċ-ċittadini fl-IA tista' tinbena biss fuq qafas regolatorju ta' etika awtomatika u etika ppjanata li jiżgura li kwalunkwe IA li tibda titħaddem tkun tirrispetta bis-sħiħ it-Trattati, il-Karta u d-dritt sekondarju tal-Unjoni; iqis li l-bini fuq approċċ bħal dan għandu jkun konformi mal-prinċipju ta' prekawzjoni li jiggwida l-leġiżlazzjoni tal-UE u għandu jkun fil-qalba ta' kwalunkwe qafas regolatorju għall-IA; jappella, f'dan ir-rigward, għal mudell ta' governanza ċar u koerenti li jippermetti lill-kumpaniji u lill-innovaturi jiżviluppaw aktar l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati;

4.

Jemmen li kwalunkwe azzjoni leġiżlattiva relatata mal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati għandha tkun konformi mal-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità;

5.

Iqis li approċċ bħal dan se jippermetti lill-kumpaniji jintroduċu prodotti innovattivi fis-suq u joħolqu opportunitajiet ġodda, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tal-valuri tal-Unjoni billi jwassal għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IA li jinkorporaw prinċipji etiċi ppjanati tal-Unjoni; iqis li tali qafas regolatorju bbażat fuq il-valuri jirrappreżenta valur miżjud billi jipprovdi lill-Unjoni vantaġġ kompetittiv uniku u jagħti kontribut sinifikanti għall-benesseri u l-prosperità taċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni billi jagħti spinta lis-suq intern; jissottolinja li tali qafas regolatorju għall-IA jirrappreżenta wkoll valur miżjud fir-rigward tal-promozzjoni tal-innovazzjoni fis-suq intern; jemmen, pereżempju, li fis-settur tat-trasport, dan l-approċċ jippreżenta lin-negozji tal-Unjoni l-opportunità li jsiru mexxejja globali f'dan il-qasam;

6.

Jinnota li l-qafas legali tal-Unjoni għandu japplika għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użata jew prodotta minn dawn it-teknoloġiji;

7.

Jinnota li l-opportunitajiet ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jiddependu mill-“Big Data”, bil-ħtieġa ta' massa kritika ta' data biex tħarreġ l-algoritmi u tirfina r-riżultati; jilqa' f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' spazju komuni tad-data fl-Unjoni biex jissaħħaħ l-iskambju tad-data u tiġi appoġġjata r-riċerka bir-rispett sħiħ tar-regoli Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;

8.

Iqis li l-qafas legali attwali tal-Unjoni, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni u l-privatezza u d-data personali, jeħtieġ li japplika b'mod sħiħ għall-IA, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati u jeħtieġ li jiġi rieżaminat u skrutinizzat fuq bażi regolari u aġġornat fejn meħtieġ, sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv ir-riskji maħluqa minn dawn it-teknoloġiji, u, f'dan ir-rigward, jista' jibbenefika milli jiġi ssupplimentat bi prinċipji etiċi ta' gwida robusti; jirrimarka li, fejn ikun prematur li jiġu adottati atti legali, għandu jintuża qafas legali mhux vinkolanti;

9.

Jistenna li l-Kummissjoni tintegra approċċ etiku b'saħħtu fil-proposta leġiżlattiva mitluba fl-anness għal din ir-riżoluzzjoni bħala segwitu għall-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, inkluż dwar is-sikurezza, ir-responsabbiltà u d-drittijiet fundamentali, li jimmassimizza l-opportunitajiet u jimminimizza r-riskji tat-teknoloġiji tal-IA; jistenna li l-proposta leġiżlattiva mitluba tinkludi soluzzjonijiet ta' politika għar-riskji ewlenin rikonoxxuti tal-intelliġenza artifiċjali inkluż, fost l-oħrajn, dwar il-ġbir etiku u l-użu tal-Big Data, il-kwistjoni tat-trasparenza algoritmika u tal-preġudizzju algoritmiku; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji u indikaturi għat-tikkettar tat-teknoloġija tal-IA, sabiex tistimula t-trasparenza, l-ispjegabbiltà u l-obbligu ta' rendikont, u tinċentiva t-teħid ta' prekawzjonijiet addizzjonali mill-iżviluppaturi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fl-integrazzjoni ta' dixxiplini mhux tekniċi fl-istudju u r-riċerka dwar l-IA, filwaqt li jitqies il-kuntest soċjali;

10.

Iqis li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jridu jitfasslu skont il-ħtiġijiet tal-bniedem f'konformità mal-prinċipju li l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tagħhom għandhom dejjem ikunu għas-servizz tal-bnedmin u qatt bil-maqlub, u għandhom ifittxu li jtejbu l-benesseri u l-libertà individwali, kif ukoll li jippreservaw il-paċi, jipprevjenu l-kunflitti u jsaħħu s-sigurtà internazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin jimmassimizzaw il-benefiċċji offruti u jipprevjenu u jnaqqsu r-riskji tagħhom;

11.

Jiddikjara li l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati ta' riskju għoli, inkluż, iżda mhux esklużivament, mill-bnedmin, għandhom dejjem ikunu ggwidati mill-etika u mfassla sabiex jirrispettaw u jippermettu l-azzjoni u s-sorveljanza mill-bniedem, kif ukoll jippermettu li l-bniedem jerġa' jieħu l-kontroll f'idejh meta jkun hemm bżonn billi jiġu implimentati miżuri ta' kontroll xierqa;

Valutazzjoni tar-riskji

12.

Jisħaq li kwalunkwe regolament futur għandu jsegwi approċċ ibbażat fuq ir-riskju differenzjat u orjentat lejn il-futur għar-regolamentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, u jinkludi standards teknoloġikament newtrali fis-setturi kollha, bi standards speċifiċi għas-settur fejn xieraq; jinnota li, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta' valutazzjoni tar-riskju u li jkun hemm konformità mal-obbligi legali relatati biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri u biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, hija meħtieġa lista eżawrjenti u kumulattiva ta' setturi ta' riskju għoli u użi jew skopijiet ta' riskju għoli; jisħaq li din il-lista trid tkun is-suġġett ta' evalwazzjoni mill-ġdid regolari u jinnota li, minħabba n-natura dejjem tevolvi ta' dawn it-teknoloġiji, jista' jkun meħtieġ li fil-ġejjieni jiġi evalwat mill-ġdid il-mod li bih issir l-evalwazzjoni tar-riskju tagħhom;

13.

Iqis li d-determinazzjoni ta' jekk l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati għandhomx jitqiesu bħala ta' riskju għoli, u għalhekk soġġetti għall-konformità obbligatorja mal-obbligi legali u l-prinċipji etiċi kif stabbiliti fil-qafas regolatorju għall-IA, għandha dejjem issegwi minn valutazzjoni ex ante imparzjali, regolata u esterna bbażata fuq kriterji konkreti u definiti;

14.

Iqis, f'dak ir-rigward, li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati għandhom jitqiesu bħala ta' riskju għoli meta l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tagħhom jinvolvu riskju sinifikanti li jikkawżaw korriment jew ħsara lill-individwi jew lis-soċjetà, bi ksur tad-drittijiet fundamentali u tar-regoli tas-sikurezza kif stipulati fid-dritt tal-Unjoni; iqis li, għall-iskopijiet tal-evalwazzjoni ta' jekk it-teknoloġiji tal-IA jinvolvux tali riskju, għandhom jitqiesu s-settur fejn ikunu żviluppati, introdotti jew użati, l-użu jew l-iskop speċifiku tagħhom u s-severità tal-korriment jew ħsara li jistgħu jkunu mistennija li jseħħu; l-ewwel u t-tieni kriterji, jiġifieri s-settur u l-użu jew l-iskop speċifiku, għandhom jiġu kkunsidrati b'mod kumulattiv;

15.

Jissottolinja li l-valutazzjoni tar-riskju ta' dawn it-teknoloġiji għandha ssir fuq il-bażi ta' lista eżawrjenti u kumulattiva ta' setturi b'riskju għoli u ta' użi u skopijiet b'riskju għoli; jemmen bis-sħiħ li għandu jkun hemm koerenza fl-Unjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ta' dawn it-teknoloġiji, speċjalment meta jiġu vvalutati kemm fid-dawl tal-konformità tagħhom mal-qafas regolatorju għall-IA kif ukoll skont kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra applikabbli speċifika għas-settur;

16.

Iqis li dan l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għandu jiġi żviluppat b'mod li jillimita l-piż amministrattiv għall-kumpaniji, u b'mod partikolari għall-SMEs, kemm jista' jkun billi jintużaw l-għodod eżistenti; tali għodod jinkludu iżda mhumiex limitati għal-lista tal-Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679;

Karatteristiċi tas-sikurezza, trasparenza u obbligu ta' rendikont

17.

Ifakkar li d-dritt għall-informazzjoni tal-konsumaturi huwa ankrat bħala prinċipju ewlieni skont id-dritt tal-Unjoni u jissottolinja li għalhekk għandu jiġi implimentat bis-sħiħ fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati; huwa tal-fehma li dan għandu jinkludi b'mod speċjali t-trasparenza fir-rigward tal-interazzjoni mas-sistemi ta' intelliġenza artifiċjali, inklużi l-proċessi ta' awtomatizzazzjoni, u fir-rigward tal-mod ta' kif jiffunzjonaw, il-kapaċitajiet, pereżempju kif l-informazzjoni tiġi ffiltrata u ppreżentata, il-preċiżjoni u l-limitazzjonijiet; iqis li tali informazzjoni għandha tingħata lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur;

18.

Jissottolinja li l-fiduċja tal-konsumatur hija essenzjali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji li jistgħu joħolqu riskji inerenti meta jkunu bbażati fuq algoritmi opaki u settijiet ta' data preġudikati; jemmen li l-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jkunu infurmati b'mod li jinftiehem, fil-ħin, b'mod ċar u aċċessibbli dwar l-eżistenza, ir-raġunament, l-eżitu possibbli u l-impatt għall-konsumaturi tas-sistemi algoritmiċi, dwar kif jistgħu jikkuntattjaw bniedem b'setgħat deċiżjonali, u dwar kif id-deċiżjonijiet tas-sistema jistgħu jiġu vverifikati, ikkontestati u kkoreġuti b'mod sinifikattiv; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati u rrispettati l-prinċipji ta' informazzjoni u żvelar li fuqhom inbena l-acquis tal-liġi tal-konsumatur; iqis li huwa meħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata lill-utenti finali rigward it-tħaddim ta' sistemi ta' trasport u vetturi appoġġjati mill-IA;

19.

Jinnota li huwa essenzjali li l-algoritmi u s-settijiet tad-data użati jew prodotti minn intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati jkunu jistgħu jiġu spjegati u, fejn ikun strettament meħtieġ u b'rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali, ikunu aċċessibbli mill-awtoritajiet pubbliċi bħall-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq; jinnota wkoll li, skont l-ogħla standards tal-industrija possibbli u applikabbli, id-dokumentazzjoni għandha tinħażen minn dawk li jkunu involuti fl-istadji differenti tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' riskju għoli; jinnota l-possibbiltà li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jista' jkollhom prerogattivi addizzjonali f'dak ir-rigward; jisħaq f'dan ir-rigward fuq l-importanza ta' inġinerija inversa legali; iqis li jista' jkun hemm bżonn ta' eżami tal-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sorveljanza tas-suq biex jiġi żgurat li din tirrispondi b'mod etiku għall-emerġenza tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati;

20.

Jitlob li l-iżviluppaturi u dawk li jintroduċu teknoloġiji ta' riskju għoli jkunu meħtieġa, fejn valutazzjoni tar-riskju tindika dan, jipprovdu lill-awtoritajiet pubbliċi d-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-użu u d-disinn u l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza, inkluż, fejn strettament meħtieġ u b'rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali, il-kodiċi tas-sors, l-għodod ta' żvilupp u d-data użata mis-sistema; jinnota li dan l-obbligu jippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji etiċi u jinnota, f'dak ir-rigward, l-eżempju pprovdut mid-depożitu legali ta' pubblikazzjonijiet ta' librerija nazzjonali; jinnota d-distinzjoni importanti bejn it-trasparenza tal-algoritmi u t-trasparenza tal-użu tal-algoritmi;

21.

Jinnota wkoll li, sabiex jiġu rrispettati d-dinjità, l-awtonomija u s-sikurezza tal-bniedem, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-apparat mediku vitali u avvanzat u l-ħtieġa li awtoritajiet indipendenti ta' fiduċja jżommu l-mezzi meħtieġa biex jipprovdu servizzi lil persuni li jġorru dan l-apparat, fejn l-iżviluppatur jew dak li jintroduċihom oriġinali ma jibqax jipprovdihom; pereżempju, tali servizzi jkunu jinkludu l-manutenzjoni, it-tiswijiet u t-titjib, inklużi aġġornamenti tas-software li jirranġaw il-ħsarat u l-vulnerabbiltajiet;

22.

Isostni li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati ta' riskju għoli, inkluż is-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn teknoloġiji bħal dawn, irrispettivament mill-qasam li fih jiġu żviluppati, introdotti u użati, għandhom jiġu żviluppati bi pjan b'mod sikur, traċċabbli, teknikament robust, affidabbli, etiku u legalment vinkolanti u jkunu soġġetti għal kontroll u sorveljanza indipendenti; iqis b'mod speċjali li l-parteċipanti kollha fil-katina ta' żvilupp u provvista ta' prodotti u servizzi ta' intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu legalment responsabbli u jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmi li jiżguraw responsabbiltà u obbligu ta' rendikont;

23.

Jissottolinja li r-regolament u l-linji gwida li jikkonċernaw l-ispjegabbiltà, il-kapaċità ta' awditjar, it-traċċabbiltà u t-trasparenza, kif ukoll, fejn meħtieġ minn valutazzjoni tar-riskju, u strettament meħtieġ u filwaqt li jiġi rrispettat bis-sħiħ id-dritt tal-Unjoni bħal dak li jikkonċerna l-protezzjoni tad-data, il-privatezza, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali, kif ukoll l-aċċess mill-awtoritajiet pubbliċi għat-teknoloġija, id-data u s-sistemi tal-informatika sottostanti għal dawn it-teknoloġiji, huma essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja taċ-ċittadini f'dawk it-teknoloġiji, anke jekk il-grad ta' spjegabbiltà huwa relattiv għall-kumplessità tat-teknoloġiji; jinnota li mhux dejjem possibbli li jiġi spjegat għaliex mudell wassal għal riżultat jew deċiżjoni partikolari, l-algoritmi tal-kaxxa s-sewda huma eżempju tajjeb; iqis, għalhekk, li r-rispett ta' dawn il-prinċipji huwa prekundizzjoni biex ikun garantit l-obbligu ta' rendikont;

24.

Iqis li ċ-ċittadini, inklużi l-konsumaturi, għandhom ikunu infurmati meta jinteraġixxu ma' sistema li tuża intelliġenza artifiċjali b'mod partikolari biex tippersonalizza prodott jew servizz għall-utenti tagħha, dwar jekk jistgħux, u kif jistgħu, jitfu jew jillimitaw tali personalizzazzjoni;

25.

Jirrimarka f'dan ir-rigward li, jekk iridu jkunu affidabbli, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati magħhom iridu jkunu teknikament robusti u preċiżi;

26.

Jisħaq li l-protezzjoni ta' networks ta' IA u robotika interkonnessi hija importanti u jridu jittieħdu miżuri b'saħħithom għall-prevenzjoni ta' ksur tas-sigurtà, tixrid ta' data, avvelenament ta' data, attakki ċibernetiċi u użu ħażin ta' data personali, u dan se jirrikjedi li l-aġenziji, il-korpi u l-istituzzjonijiet rilevanti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali jaħdmu id f'id u f'kooperazzjoni mal-utenti finali ta' dawn it-teknoloġiji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-valuri tal-Unjoni u r-rispett għad-drittijiet fundamentali jiġu osservati f'kull ħin meta tiġi żviluppata u introdotta t-teknoloġija tal-IA sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u r-reżiljenza tal-infrastruttura diġitali tal-Unjoni;

Imparzjalità u nondiskriminazzjoni

27.

Ifakkar li l-intelliġenza artifiċjali, skont kif tiġi żviluppata u użata, għandha l-potenzjal li toħloq u ssaħħaħ il-preġudizzji, inkluż permezz ta' preġudizzji inerenti fis-settijiet tad-data sottostanti, u għalhekk, toħloq diversi forom ta' diskriminazzjoni awtomatizzata, inkluża d-diskriminazzjoni indiretta, li tikkonċerna b'mod partikolari lil gruppi ta' persuni b'karatteristiċi simili; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu kwalunkwe miżura possibbli biex jevitaw tali preġudizzji u jiżguraw il-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali;

28.

Huwa mħasseb dwar ir-riskji ta' preġudizzji u diskriminazzjoni fl-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji; ifakkar li, f'kull ċirkostanza, dawn għandhom jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni, kif ukoll id-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem, u l-awtonomija u l-awtodeterminazzjoni tal-individwu, u jiżguraw trattament ugwali u nondiskriminazzjoni għal kulħadd;

29.

Jisħaq li t-teknoloġiji tal-IA għandhom jitfasslu biex jirrispettaw, iservu u jipproteġu l-valuri tal-Unjoni u l-integrità fiżika u mentali, jappoġġjaw id-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni u jgħinu biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet essenzjali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe użu li jista' jwassal għal sfurzar dirett jew indirett inammissibbli, jhedded li jimmina l-awtonomija psikoloġika u s-saħħa mentali jew iwassal għal sorveljanza, qerq jew manipulazzjoni inammissibbli;

30.

Jemmen bis-sħiħ li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem minquxa fil-Karta għandhom jiġu rrispettati b'mod strett sabiex jiġi żgurat li dawn it-teknoloġiji emerġenti ma joħolqux lakuni f'termini ta' protezzjoni;

31.

Jafferma li l-preġudizzji possibbli fis-software, l-algoritmi u d-data u d-diskriminazzjoni minnhom jistgħu jikkawżaw ħsara ċara lill-individwi u lis-soċjetà, u għalhekk għandhom jiġu indirizzati billi jitħeġġeġ l-iżvilupp u l-kondiviżjoni ta' strateġiji biex dawn jingħelbu, bħat-tneħħija tal-preġudizzju minn settijiet ta' data fir-riċerka u l-iżvilupp, u bl-iżvilupp ta' regoli dwar l-ipproċessar tad-data; iqis li dan l-approċċ għandu l-potenzjal li jibdel is-software, l-algoritmi u d-data f'assi fil-ġlieda kontra l-preġudizzju u d-diskriminazzjoni f'ċerti sitwazzjonijiet, u forza għal drittijiet ugwali u bidla soċjali pożittiva;

32.

Isostni li l-valuri etiċi ta' ekwità, preċiżjoni, kunfidenzjalità u trasparenza għandhom ikunu l-bażi tal-IA, li f'dan il-kuntest jimplika li l-operazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu tali li ma jiġġenerawx riżultati preġudikati;

33.

Jissottolinja l-importanza tal-kwalità tas-settijiet tad-data użati għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati skont il-kuntest tagħhom, speċjalment rigward ir-rappreżentattività tad-data ta’ taħriġ, skont it-tneħħija tal-preġudizzju tas-settijiet tad-data, skont l-algoritmi użati u l-istandards tad-data u ta' aggregazzjoni; jisħaq li dawk is-settijiet ta' data għandhom jiġu awditjati mill-awtoritajiet kompetenti kull meta jintalbu biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-prinċipji msemmija preċedentement;

34.

Jenfasizza li, fil-kuntest tal-gwerra tad-diżinformazzjoni mifruxa, li hija mmexxija b'mod partikolari minn atturi mhux Ewropej, it-teknoloġiji tal-IA jista' jkollhom effetti etikament negattivi billi jisfruttaw preġudizzji fid-data u fl-algoritmi jew billi deliberatament jibdlu d-data ta' taħriġ minn pajjiż terz, u jistgħu jiġu esposti wkoll għal forom oħra ta' manipulazzjoni ħażina perikoluża b'modi imprevedibbli u b'konsegwenzi inkalkolabbli; għalhekk, hemm ħtieġa akbar li l-Unjoni tkompli tinvesti fir-riċerka, l-analiżi, l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien transfruntier u transsettorjali, sabiex jiġu żviluppati teknoloġiji tal-IA li jkunu bla dubju ta' xejn mingħajr ebda tip ta' tfassil ta' profil, preġudizzju u diskriminazzjoni, u li jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-privatezza tad-data u l-qafas legali tal-Unjoni;

35.

Ifakkar fl-importanza li jiġu żgurati rimedji effettivi għall-individwi u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkunu disponibbli proċeduri u mekkaniżmi ta' valutazzjoni aċċessibbli, affordabbli, indipendenti u effettivi biex jiżguraw rieżami imparzjali mill-bniedem tal-allegazzjonijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet taċ-ċittadini, bħad-drittijiet tal-konsumatur jew drittijiet ċivili, permezz tal-użu ta' sistemi algoritmiċi, kemm jekk joriġinaw minn atturi tas-settur pubbliku kif ukoll jekk joriġinaw minn atturi tas-settur privat; jissottolinja l-importanza tal-abbozz ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE li dwarha ntlaħaq ftehim politiku fit-22 ta' Ġunju 2020, rigward każijiet futuri ta' kontestazzjoni tal-introduzzjoni jew tal-użu kontinwu ta' sistema ta' IA li jinvolvu r-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-konsumatur, jew li jfittxu rimedju għal ksur ta' drittijiet; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi tal-Unjoni u dawk nazzjonali jkollhom biżżejjed fondi biex jgħinu lill-konsumaturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tagħhom;

36.

Iqis għalhekk li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun tista' tfittex rimedju għal deċiżjoni magħmula minn intelliġenza artifiċjali, robotika jew teknoloġija relatata li tkun ta' ħsara għaliha bi ksur tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali;

37.

Iqis li, bħala l-ewwel punt ta' kuntatt f'każijiet ta' suspett ta' ksur tal-qafas regolatorju tal-Unjoni f'dan il-kuntest, l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jistgħu jiġu indirizzati wkoll mill-konsumaturi b'talbiet għal rimedju bil-għan li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-qafas imsemmi hawn fuq;

Responsabbiltà soċjali u bilanċ bejn il-ġeneri

38.

Jenfasizza li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati soċjalment responsabbli għandhom rwol x'jaqdu biex jikkontribwixxu għas-sejba ta' soluzzjonijiet li jissalvagwardjaw u jippromwovu l-valuri u d-drittijiet fundamentali tas-soċjetà tagħna bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-midja diversa u indipendenti u l-informazzjoni oġġettiva u disponibbli b'mod liberu, is-saħħa u l-prosperità ekonomika, l-opportunitajiet indaqs, id-drittijiet tal-ħaddiema u dawk soċjali, l-edukazzjoni ta' kwalità, il-protezzjoni tat-tfal, id-diversità kulturali u lingwistika, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-litteriżmu diġitali, l-innovazzjoni u l-kreattività; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-interessi taċ-ċittadini kollha, inklużi dawk li huma emarġinati jew jinsabu f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, bħal persuni b'diżabbiltà, jitqiesu u jiġu rrappreżentati b'mod adegwat;

39.

Jissottolinja l-importanza li jinkiseb livell għoli ta' litteriżmu diġitali ġenerali u li jingħata taħriġ lil professjonisti b'ħiliet għolja f'dan il-qasam kif ukoll li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta' tali kwalifiki fl-Unjoni kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm timijiet varjati ta' żviluppaturi u inġiniera li jaħdmu flimkien mal-atturi ewlenin tas-soċjetà, biex il-preġudizzji bbażati fuq il-ġeneru u l-kultura jinżammu milli jiġu inklużi b'mod involontarju fl-algoritmi, fis-sistemi u fl-applikazzjonijiet tal-IA; jappoġġja l-ħolqien ta' kurrikuli edukattivi u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni pubblika li jikkonċernaw l-impatt soċjetali, legali u etiku tal-intelliġenza artifiċjali;

40.

Jisħaq fuq l-importanza vitali li tiġi ggarantita l-libertà tal-ħsieb u tal-espressjoni, biex b'hekk jiġi żgurat li dawn it-teknoloġiji ma jippromwovux id-diskors ta' mibegħda jew il-vjolenza; u b'hekk iqis li t-tfixkil jew ir-restrizzjoni tal-libertà tal-espressjoni eżerċitati diġitalment huma illegali skont il-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, ħlief fejn l-eżerċizzju ta' dan id-dritt fundamentali jinvolvi atti illegali;

41.

Jisħaq li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali u jafferma li l-mudell Ewropew għall-iżvilupp tagħhom irid ikun ibbażat fuq il-fiduċja taċ-ċittadini u fuq koeżjoni soċjali akbar;

42.

Jisħaq li l-introduzzjoni ta' kwalunkwe sistema ta' intelliġenza artifiċjali m'għandhiex tillimita bla bżonn l-aċċess tal-utenti għal servizzi pubbliċi bħas-sigurtà soċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tevalwa kif jista' jintlaħaq dan l-għan;

43.

Jisħaq fuq l-importanza ta' riċerka u żvilupp responsabbli bil-għan li jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati għaċ-ċittadini u għall-ġid pubbliku; jappella għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sabiex tiġi żviluppata u appoġġjata l-innovazzjoni responsabbli;

44.

Jisħaq li l-għarfien espert teknoloġiku se jkun dejjem aktar importanti u għalhekk se jkun meħtieġ li jiġu aġġornati kontinwament il-korsijiet ta' taħriġ, b'mod partikolari għall-ġenerazzjonijiet futuri, u li jiġi promoss it-taħriġ mill-ġdid vokazzjonali ta' dawk li diġà jinsabu fis-suq tax-xogħol; isostni, f'dan ir-rigward, li l-innovazzjoni u t-taħriġ għandhom jiġu promossi mhux biss fis-settur privat iżda wkoll fis-settur pubbliku;

45.

Jinsisti li l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji m'għandhom jikkawżaw l-ebda tip ta' korriment jew ħsara lil individwi jew lis-soċjetà jew lill-ambjent u li, għaldaqstant, l-iżviluppaturi, dawk li jintroduċuhom u l-utenti ta' dawn it-teknoloġiji għandhom jinżammu responsabbli għal tali korriment jew ħsara f'konformità mar-regoli ta' responsabbiltà rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali;

46.

Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw jekk it-telf ta' impjiegi li jirriżulta mill-introduzzjoni ta' dawn it-teknoloġiji għandux iwassal għal politiki pubbliċi xierqa bħal tnaqqis fil-ħin tax-xogħol;

47.

Isostni li huwa meħtieġ bil-qawwa approċċ ta' tfassil ibbażat fuq il-valuri tal-Unjoni u l-prinċipji etiċi biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni soċjali mifruxa tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati; iqis dan l-approċċ, immirat għall-iżvilupp ta' IA affidabbli, etikament responsabbli u teknikament robusta, bħala fattur importanti li jippermetti mobbiltà sostenibbli u intelliġenti li tkun sikura u aċċessibbli;

48.

Jiġbed l-attenzjoni għall-valur miżjud għoli li ġej mill-vetturi awtonomi għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, peress li tali vetturi jippermettu lil dawn il-persuni jieħdu sehem b'mod aktar effettiv fi trasport bit-triq individwali u b'hekk jiffaċilitawlhom il-ħajja ta' kuljum tagħhom; jisħaq fuq l-importanza tal-aċċessibbiltà, speċjalment meta jitfasslu sistemi MaaS (Mobbiltà bħala Servizz);

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta' sistemi affidabbli tal-IA sabiex it-trasport isir aktar sikur, aktar effiċjenti, aċċessibbli, affordabbli u inklużiv, inkluż għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, b'mod partikolari l-persuni b'diżabbiltà, filwaqt li tqis id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u d-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri;

50.

Iqis li l-IA tista' tgħin biex jintużaw aħjar il-ħiliet u l-kompetenzi tal-persuni b'diżabbiltà u li l-applikazzjoni tal-IA fuq il-post tax-xogħol tista' tikkontribwixxi għal swieq tax-xogħol inklużivi u rati ta' impjieg ogħla għall-persuni b'diżabbiltà;

Ambjent u sostenibbiltà

51.

Jiddikjara li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati għandhom jintużaw mill-gvernijiet u n-negozji għall-benefiċċju tan-nies u tal-pjaneta, jikkontribwixxu għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli, għall-preservazzjoni tal-ambjent, in-newtralità klimatika u l-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari; l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji għandhom jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, għall-preservazzjoni tal-ambjent, għall-minimizzazzjoni u r-rimedju ta' kwalunkwe ħsara kkawżata lill-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u tul il-katina sħiħa tal-provvista tagħhom f'konformità mad-dritt tal-Unjoni;

52.

Minħabba l-impatt ambjentali sinifikanti tagħhom, għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, l-impatt ambjentali tal-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati jistgħu, fejn rilevanti u xieraq, jiġu evalwati matul il-ħajja tagħhom minn awtoritajiet speċifiċi għas-settur; tali evalwazzjoni tista' tinkludi stima tal-impatt tal-estrazzjoni tal-materjali meħtieġa, u tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kkawżati mill-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tagħhom;

53.

Jipproponi li bil-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta' intelliġenza artifiċjali mill-aktar avvanzati responsabbli, il-potenzjal tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati għandu jiġi esplorat, stimulat u massimizzat permezz ta' riċerka u żvilupp responsabbli li jirrikjedu l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha;

54.

Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji jipprovdu opportunitajiet għall-promozzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli deskritti min-Nazzjonijiet Uniti, tat-tranżizzjoni tal-enerġija globali u tad-dekarbonizzazzjoni;

55.

Iqis li l-objettivi tar-responsabbiltà soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ħarsien tal-ambjent u s-sostenibbiltà għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali u settorjali eżistenti f'dawn l-oqsma; jemmen li għandhom jiġu stabbiliti linji gwida ta' implimentazzjoni mhux vinkolanti għall-iżviluppaturi, dawk li jintroduċuhom u l-utenti, speċjalment tat-teknoloġiji ta' riskju għoli, rigward il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament u l-kisba ta' dawk l-objettivi;

56.

Jistieden lill-Unjoni tippromwovi u tiffinanzja l-iżvilupp ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ċċentrati fuq il-bniedem li jindirizzaw l-isfidi ambjentali u klimatiċi u li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali permezz tal-użu ta' inċentivi fiskali, ta' akkwist jew ta' inċentivi oħra;

57.

Jisħaq li, minkejja l-marka għolja attwali tal-karbonju tal-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi deċiżjonijiet awtomatizzati u tagħlim bil-magni, dawk it-teknoloġiji jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali attwali tas-settur tal-ICT; jissottolinja li dawk it-teknoloġiji relatati u teknoloġiji oħra regolati b'mod xieraq għandhom ikunu faċilitaturi kritiċi biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi f'ħafna setturi differenti u għandhom jagħtu spinta lill-impatt tal-politiki li jipprovdu protezzjoni ambjentali, pereżempju l-politiki dwar it-tnaqqis tal-iskart u d-degradazzjoni ambjentali;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar l-impatt tal-marka tal-karbonju tat-teknoloġija tal-IA u l-impatti pożittivi u negattivi tat-tranżizzjoni għall-użu tat-teknoloġija tal-IA mill-konsumaturi;

59.

Jinnota li, minħabba l-iżvilupp dejjem akbar ta' applikazzjonijiet tal-IA, li jirrikjedu riżorsi komputazzjonali, tal-ħżin u tal-enerġija, l-impatt ambjentali tas-sistemi tal-IA għandu jiġi kkunsidrat tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

60.

Iqis li f'oqsma bħas-saħħa, fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbiltà trid taqa' fuq persuna fiżika jew ġuridika; jenfasizza l-ħtieġa ta' data ta' taħriġ traċċabbli u pubblikament disponibbli għall-algoritmi;

61.

Jappoġġja b'saħħa l-ħolqien ta' Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għad-data li għandu l-għan li jippromwovi l-iskambju ta' data dwar is-saħħa u li jappoġġja r-riċerka b'rispett sħiħ tal-protezzjoni tad-data, inkluż l-ipproċessar tad-data b'teknoloġija tal-IA, u li jsaħħaħ u jestendi l-użu u l-użu mill-ġdid tad-data dwar is-saħħa; jinkoraġġixxi t-titjib tal-iskambju transfruntier tad-data dwar is-saħħa, ir-rabta u l-użu ta' tali data permezz ta' repożitorji siguri, federati, tipi speċifiċi ta' informazzjoni dwar is-saħħa, bħal Rekords tas-Saħħa Ewropej (EHRs), informazzjoni ġenomika, u immaġnijiet tas-saħħa diġitali biex jiffaċilitaw l-interoperabbiltà fl-Unjoni kollha ta' reġistri jew bażijiet tad-data f'oqsma bħas-setturi tar-riċerka, tax-xjenza u tas-saħħa;

62.

Jenfasizza l-benefiċċji tal-IA għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kontroll tal-mard, kif jixhed il-fatt li l-IA bassret l-epidemija tal-COVID-19 qabel id-WHO; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħammar b'mod adegwat lill-ECDC bil-qafas regolatorju u r-riżorsi biex jiġbor id-data dwar is-saħħa globali f'ħin reali u anonimizzata meħtieġa b'mod indipendenti flimkien mal-Istati Membri, biex b'hekk, fost għanijiet oħra, jindirizza l-problemi li nkixfu mill-kriżi tal-COVID-19;

Privatezza u rikonoxximent bijometriku

63.

Josserva li l-produzzjoni u l-użu tad-data, inkluża data personali bħal data bijometrika, li jirriżultaw mill-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, qed jiżdiedu b'mod rapidu, u b'hekk jissottolinjaw il-ħtieġa li jiġu rispettati u infurzati d-drittijiet taċ-ċittadini għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali f'konformità mad-dritt tal-Unjoni;

64.

Jirrimarka li l-possibbiltà pprovduta minn dawn it-teknoloġiji għall-użu ta' data personali u mhux personali għall-kategorizzazzjoni u l-mira fuq livell mikro tal-persuni, għall-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tal-individwi, jew għall-isfruttament ta' għarfien predittiv preċiż, trid tiġi kontrobilanċjata minn prinċipji infurzati b'mod effettiv dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza bħall-minimizzazzjoni tad-data, id-dritt li ssir oġġezzjoni għat-tfassil ta' profili u l-kontroll tal-użu ta' data ta' dak li jkun, id-dritt li tinkiseb spjegazzjoni dwar deċiżjoni bbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat u l-privatezza mid-disinn, kif ukoll dawk tal-proporzjonalità, in-neċessità u l-limitazzjoni bbażati fuq skopijiet strettament identifikati f'konformità mal-GDPR;

65.

Jenfasizza li meta teknoloġiji ta' rikonoxximent remot, bħar-rikonoxximent ta' karatteristiċi bijometriċi, b'mod partikolari r-rikonoxximent tal-wiċċ, jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi, għal skopijiet sostanzjali ta' interess pubbliku, l-użu tagħhom għandu dejjem jiġi żvelat, ikun proporzjonat, immirat u limitat għal objettivi speċifiċi, ristrett fiż-żmien skont id-dritt tal-Unjoni u għandu jkollu kunsiderazzjoni xierqa għad-dinjità u l-awtonomija tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta. Il-kriterji u l-limiti għal dak l-użu għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u skrutinju demokratiku u għandhom iqisu l-impatt psikoloġiku u soċjokulturali tiegħu fuq is-soċjetà ċivili;

66.

Jinnota li filwaqt li l-introduzzjoni ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati fil-qafas ta' deċiżjonijiet dwar il-poter pubbliku għandha benefiċċji, din tista' tirriżulta f'użu ħażin gravi, bħas-sorveljanza tal-massa, il-policing predittiv u l-ksur tad-drittijiet tal-proċess ġust;

67.

Iqis li t-teknoloġiji li jistgħu jipproduċu deċiżjonijiet awtomatizzati, u b'hekk jissostitwixxu d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi, għandhom jiġu ttrattati bl-akbar prekawzjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġustizzja u l-infurzar tal-liġi;

68.

Jemmen li l-Istati Membri għandu jkollhom rikors għal teknoloġiji bħal dawn biss jekk ikun hemm evidenza bir-reqqa tal-affidabbiltà tagħhom u jekk ikun possibbli jew sistematiku intervent u rieżami sinifikattivi tal-bniedem f'każijiet fejn libertajiet fundamentali jkunu f'riskju; jissottolinja l-importanza li l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu valutazzjoni stretta tal-impatt tad-drittijiet fundamentali għas-sistemi ta' intelliġenza artifiċjali introdotti f'dawn il-każijiet, speċjalment wara li dawk it-teknoloġiji jiġu evalwati bħala ta' riskju għoli;

69.

Huwa tal-fehma li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-intelliġenza artifiċjali, mir-robotika jew mit-teknoloġiji relatati fil-qafas tal-prerogattivi tal-poter pubbliku għandha tkun soġġetta għal intervent uman sinifikattiv u proċess dovut, speċjalment wara li dawk it-teknoloġiji jiġu vvalutati bħala ta' riskju għoli;

70.

Jemmen li l-avvanz teknoloġiku m'għandux iwassal biex l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jintużaw biex b'mod awtonomu jieħdu deċiżjonijiet tas-settur pubbliku li jkollhom impatt dirett u sinifikanti fuq id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini;

71.

Jinnota li l-IA, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u l-kontroll tal-fruntieri jistgħu jtejbu s-sikurezza u s-sigurtà pubblika, iżda jeħtieġu wkoll skrutinju pubbliku estensiv u rigoruż u l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza kemm fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ta' applikazzjonijiet individwali, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn l-użu tal-IA, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u l-kontroll tal-fruntieri; iqis li dawn it-teknoloġiji jġibu magħhom riskji etiċi sinifikanti li jridu jiġu indirizzati b'mod adegwat, meta wieħed iqis l-effetti negattivi possibbli fuq l-individwi f'dak li jirrigwarda b'mod partikolari d-drittijiet tagħhom għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data u n-nondiskriminazzjoni; jisħaq li l-użu ħażin tagħhom jista' jsir theddida diretta għad-demokrazija u li l-introduzzjoni u l-użu tagħhom iridu jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-neċessità, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll id-dritt sekondarju rilevanti tal-Unjoni, bħar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; jisħaq li l-IA qatt m'għandha tissostitwixxi lill-bnedmin fl-għoti ta' sentenzi; iqis li deċiżjonijiet, bħall-kisba ta' pleġġ jew probation, is-smigħ fil-qorti, jew deċiżjonijiet ibbażati unikament fuq ipproċessar awtomatizzat, li jipproduċu effett legali li jikkonċerna lil individwu jew li jaffettwawh b'mod sinifikanti, iridu dejjem jinvolvu valutazzjoni sinifikattiva u ġudizzju ta' bniedem;

Governanza tajba

72.

Jisħaq li l-governanza xierqa tal-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, speċjalment it-teknoloġiji ta' riskju għoli inkluż billi jkun hemm stabbiliti miżuri li jiffukaw fuq l-obbligu ta' rendikont u li jindirizzaw ir-riskji potenzjali ta' preġudizzju u diskriminazzjoni, tista' żżid is-sikurezza u l-fiduċja taċ-ċittadini f'dawk it-teknoloġiji;

73.

Iqis li qafas komuni għall-governanza ta' dawn it-teknoloġiji, ikkoordinat mill-Kummissjoni u/jew minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-kompitu f'dan il-kuntest, li għandu jiġi implimentat mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali f'kull Stat Membru, jiżgura approċċ tal-Unjoni koerenti u jevita frammentazzjoni tas-suq uniku;

74.

Josserva li d-data tintuża f'volumi kbar fl-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati u li l-ipproċessar, il-kondiviżjoni u l-aċċess għal tali data u l-użu tagħha jridu jiġu rregolati f'konformità mad-dritt u mar-rekwiżiti tal-kwalità, tal-integrità, tal-interoperabbiltà, tat-trasparenza, tas-sigurtà, tal-privatezza u tal-kontroll stabbiliti fih;

75.

Ifakkar li l-aċċess għad-data huwa komponent essenzjali fit-tkabbir tal-ekonomija diġitali; jirrimarka f'dan ir-rigward li l-interoperabbiltà tad-data, billi tillimita l-effetti ta' intrappolament tal-klijentela, għandha rwol ewlieni fl-iżgurar ta' kundizzjonijiet ġusti tas-suq u fil-promozzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku Diġitali;

76.

Jissottolinja l-ħtieġa li jkun żgurat li d-data personali jkunu protetti b'mod adegwat, speċjalment data dwar, jew li tkun ġejja minn, gruppi vulnerabbli, bħal persuni b'diżabbiltà, pazjenti, tfal, anzjani, minoranzi, migranti u gruppi oħra f'riskju ta' esklużjoni;

77.

Jinnota li l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati mill-awtoritajiet pubbliċi spiss jiġu esternalizzati lil partijiet privati; iqis li dan m'għandu bl-ebda mod jikkomprometti l-protezzjoni tal-valuri pubbliċi u tad-drittijiet fundamentali; iqis li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-akkwist pubbliku għandhom jirriflettu l-istandards etiċi imposti fuq l-awtoritajiet pubbliċi, fejn applikabbli;

Il-konsumaturi u s-suq intern

78.

Jissottolinja l-importanza ta' qafas regolatorju għall-IA li japplika meta konsumaturi fl-Unjoni jkunu utenti ta' sistema algoritmika jew ikunu soġġetti għaliha, fil-mira tagħha jew iggwidati lejha, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tal-entitajiet li jiżviluppaw, ibigħu jew jużaw is-sistema; jemmen, barra minn hekk, li, fl-interess taċ-ċertezza legali, ir-regoli stabbiliti f'dan il-qafas għandhom japplikaw għall-iżviluppaturi kollha u tul il-katina tal-valur, jiġifieri l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji rilevanti u l-komponenti tagħhom u għandhom jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;

79.

Jinnota r-rabta intrinsika bejn l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn dawn it-teknoloġiji, u l-oqsma bħall-internet tal-oġġetti, it-tagħlim bil-magni, is-sistemi bbażati fuq ir-regoli jew il-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati u assistiti; jinnota wkoll li għandhom jiġu żviluppati sistemi ta' ikoni standardizzati li jispjegaw dawk is-sistemi lill-konsumaturi kull meta dawk is-sistemi jkunu kkumplikati jew ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jħallu impatt sinifikanti fuq il-ħajja tal-konsumaturi;

80.

Ifakkar li l-Kummissjoni għandha teżamina l-qafas legali eżistenti u l-applikazzjoni tiegħu, inkluż l-acquis tal-liġi tal-konsumatur, il-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti, il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-leġiżlazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq, sabiex jiġu identifikati lakuni legali, kif ukoll obbligi regolatorji eżistenti; iqis li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi aċċertat jekk dan huwiex kapaċi jwieġeb għall-isfidi l-ġodda maħluqa mill-emerġenza tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati u jekk huwiex kapaċi jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;

81.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali, mir-robotika u mit-teknoloġiji relatati u li jiġi żgurat li l-konsumaturi jingħataw is-setgħa u l-protezzjoni kif xieraq; jissottolinja l-ħtieġa li wieħed iħares lil hinn mill-prinċipji tradizzjonali ta' informazzjoni u ta' żvelar li fuqhom inbena l-acquis tal-liġi tal-konsumatur, peress li se jkunu meħtieġa drittijiet tal-konsumatur aktar b'saħħithom u limitazzjonijiet ċari dwar l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati biex jiżguraw li tali teknoloġija tikkontribwixxi biex il-ħajja tal-konsumaturi tkun aħjar u tevolvi b'mod li jirrispetta d-drittijiet fundamentali u tal-konsumatur u l-valuri tal-Unjoni;

82.

Jirrimarka li l-qafas leġiżlattiv introdott bid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE (14) jipprevedi lista armonizzata ta' obbligi għall-produtturi, l-importaturi u d-distributuri, jinkoraġġixxi l-użu ta' standards u jipprevedi diversi livelli ta' kontroll skont kemm huwa perikoluż il-prodott; iqis li dak il-qafas għandu japplika wkoll għal prodotti bl-IA inkorporata;

83.

Jinnota li għall-iskop tal-analiżi tal-impatti tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fuq il-konsumaturi, l-aċċess għad-data jista', meta f'rispett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni, bħal dak li jikkonċerna l-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigrieti kummerċjali, jiġi estiż għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; ifakkar fl-importanza li l-konsumaturi jiġu edukati biex ikunu iktar infurmati u mgħammra b'ħiliet meta jużaw l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, sabiex ikunu mħarsa mir-riskji potenzjali u jiġu rrispettati d-drittijiet tagħhom;

84.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri għat-traċċabbiltà tad-data, filwaqt li żżomm f'moħħha kemm il-legalità tal-akkwist tad-data kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-Unjoni bħal dak li jikkonċerna l-protezzjoni tad-data, il-privatezza, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali;

85.

Jinnota li dawn it-teknoloġiji għandhom ikunu ċċentrati fuq l-utent u mfassla b'tali mod li jippermettu li kulħadd juża prodotti jew servizzi tal-IA, irrispettivament mill-età, is-sess, l-abbiltajiet jew il-karatteristiċi tagħhom; jinnota li l-aċċessibbiltà tagħhom għall-persuni b'diżabbiltà hija ta' importanza partikolari; jinnota li m'għandux ikun hemm approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd u għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji ta' disinn universali li jindirizzaw l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' utenti u li jsegwu l-istandards ta' aċċessibbiltà rilevanti; jisħaq li dan jippermetti li l-individwi jkollhom aċċess ekwu għal attivitajiet tal-bniedem medjati mill-kompjuter u għal teknoloġiji ta' assistenza eżistenti u emerġenti u li jipparteċipaw b'mod attiv fihom;

86.

Jisħaq li fejn flus li joriġinaw minn sorsi pubbliċi jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-iżvilupp, l-introduzzjoni jew l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, minbarra standards ta' akkwist miftuħ u kkuntrattar miftuħ, tista' tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-kodiċi, id-data ġenerata, sakemm ma jkunux personali, u l-mudell imħarreġ jistgħu jkunu magħmula pubbliċi b'mod awtomatiku bi ftehim mal-iżviluppatur, biex tkun garantita t-trasparenza, tissaħħaħ iċ-ċibersigurtà u jkun possibbli l-użu mill-ġdid tagħhom sabiex tiġi mħeġġa l-innovazzjoni; jisħaq li, b'dan il-mod, il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku jista' jiġi sfruttat filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq;

87.

Iqis li l-IA, ir-robotika, u t-teknoloġiji relatati għandhom potenzjal enormi li jwasslu opportunitajiet għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal diversi kumditajiet f'ħafna aspetti ta' ħajjithom flimkien ma' prodotti u servizzi aħjar, kif ukoll jibbenefikaw minn sorveljanza aħjar tas-suq, sakemm jibqgħu japplikaw il-prinċipji, il-kundizzjonijiet (inklużi t-trasparenza u l-kapaċità tal-awditjar) u r-regolamenti kollha applikabbli;

Sigurtà u difiża

88.

Jenfasizza li l-politiki ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha huma ggwidati mill-prinċipji minquxa fil-Karta u minn dawk tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u minn fehim komuni tal-valuri universali tar-rispett tad-drittijiet invjolabbli u inaljenabbli tal-persuna umana, id-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza u tal-istat tad-dritt; jisħaq li l-isforzi kollha relatati mad-difiża fil-qafas tal-Unjoni jridu jirrispettaw dawk il-valuri universali filwaqt li jippromwovu l-paċi, is-sigurtà u l-progress fl-Ewropa u fid-dinja;

89.

Jilqa' l-approvazzjoni, mil-Laqgħa tal-2019 tal-Partijiet Kontraenti Għolja għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ċerti Armi Konvenzjonali (CCW), ta' 11-il Prinċipju ta' Gwida għall-iżvilupp u l-użu ta' sistemi ta' armi awtonomi; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta' qbil dwar strument legalment vinkolanti li jirregola l-armi awtonomi letali (LAWS), b'mekkaniżmu ta' infurzar effettiv; jilqa' u jappoġġja r-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali intitolat l-“Ethics Guidelines for Trustworthy AI” (“Linji Gwida tal-Etika għal IA Affidabbli”) ippubblikat fid-9 ta' April 2019 u l-pożizzjoni tiegħu dwar is-sistemi ta' armi awtonomi letali (LAWS); iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għad-definizzjoni u l-istatus ta' armi awtonomi letali (LAWS) lejn strateġija komprensiva fil-livell tal-Unjoni u biex jippromwovu, flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni/Viċi President tal-Kummissjoni (“RGħ/VP”), u l-Kunsill, id-diskussjoni dwar il-LAWS fil-qafas tas-CCW tan-NU u f'fora rilevanti oħra u l-istabbiliment ta' standards internazzjonali dwar il-parametri etiċi u legali għal-iżvilupp u l-użu ta' sistemi ta' armi letali kompletament awtonomi, semiawtonomi u kkontrollati b'mod remot; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar is-sistemi ta' armi awtonomi tat-12 ta' Settembru 2018 u jappella għal darb'oħra għall-iżvilupp u l-adozzjoni urġenti ta' pożizzjoni komuni dwar is-sistemi ta' armi letali awtonomi, għal projbizzjoni internazzjonali fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' sistemi ta' armi letali awtonomi li jippermettu li jsiru attakki mingħajr kontroll uman sinifikattiv u mingħajr rispett tal-prinċipju ta' “human-in-the-loop”, f'konformità mad-dikjarazzjoni tar-riċerkaturi l-aktar prominenti tal-IA fid-dinja fl-ittra miftuħa tagħhom tal-2015; jilqa' l-ftehim tal-Kunsill u tal-Parlament li jiġu esklużi armi awtonomi letali “mingħajr il-possibbiltà ta' kontroll uman sinifikattiv fuq id-deċiżjonijiet ta' għażla u intervent meta jitwettqu l-attakki” minn azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Ewropew għad-Difiża; jemmen li l-aspetti etiċi ta' applikazzjonijiet oħra tal-IA fid-difiża, bħall-operazzjonijiet ta' intelligence, sorveljanza u rikonjizzjoni (ISR) jew l-operazzjonijiet ċibernetiċi ma jridux jiġu traskurati, u trid tingħata attenzjoni speċjali lill-iżvilupp u l-użu ta' droni f'operazzjonijiet militari;

90.

Jissottolinja li t-teknoloġiji emerġenti fis-settur tad-difiża u tas-sigurtà li mhumiex koperti mid-dritt internazzjonali għandhom jiġu ġġudikati bil-prinċipju tar-rispett tal-umanità u l-prinċipji tal-kuxjenza pubblika;

91.

Jirrakkomanda li kwalunkwe qafas Ewropew li jirregola l-użu ta' sistemi mħaddma bl-IA fid-difiża, kemm f'sitwazzjoni ta' ġlied kif ukoll mhux ta' ġlied, irid jirrispetta r-reġimi legali applikabbli kollha, b'mod partikolari d-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u jrid ikun konformi mad-dritt, il-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-disparitajiet f'termini ta' infrastrutturi teknika u ta' sigurtà fl-Unjoni kollha;

92.

Jirrikonoxxi li għall-kuntrarju tal-bażijiet industrijali tad-difiża, l-innovazzjonijiet kritiċi tal-IA jistgħu jiġu minn Stati Membri żgħar, u b'hekk, approċċ standardizzat tal-PSDK għandu jiżgura li l-Istati Membri iżgħar u l-SMEs ma jiġux esklużi; jisħaq li ġabra ta' kapaċitajiet komuni tal-IA tal-UE mqabbla mal-kunċetti operattivi tal-Istati Membri tista' tnaqqas il-lakuni tekniċi li jistgħu jħallu barra lill-Istati nieqsa mit-teknoloġija rilevanti, l-għarfien espert tal-industrija jew il-kapaċità li jimplimentaw sistemi tal-IA fil-ministeri tad-difiża tagħhom;

93.

Iqis li l-attivitajiet attwali u futuri relatati mas-sigurtà u d-difiża fil-qafas tal-Unjoni se jkunu bbażati fuq l-IA, ir-robotika u l-awtonomija u fuq teknoloġiji relatati, u li IA robusta u affidabbli tista' tikkontribwixxi għal militar modern u effettiv; għalhekk, l-Unjoni jeħtiġilha tassumi rwol ewlieni fir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi tal-IA fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jemmen li l-użu ta' applikazzjonijiet mħaddma bl-IA fis-sigurtà u d-difiża jistgħu joffru għadd ta' benefiċċji diretti lill-kmandant tal-operazzjoni, bħal data miġbura ta' kwalità ogħla, għarfien aħjar tas-sitwazzjoni, teħid aktar rapidu ta' deċiżjonijiet, riskju mnaqqas ta' ħsara kollaterali bis-saħħa ta' networks aħjar ta' kejbils, il-protezzjoni tal-forzi fuq il-post, kif ukoll affidabbiltà akbar tat-tagħmir militari u b'hekk inqas riskju għall-bnedmin u ta’ vittmi umani; jisħaq li l-iżvilupp ta' IA affidabbli fil-qasam tad-difiża huwa essenzjali biex tiġi żgurata awtonomija strateġika Ewropea fil-qasam tal-kapaċità u dak operattiv; ifakkar li s-sistemi tal-IA qed isiru wkoll elementi ewlenin fil-ġlieda kontra t-theddid emerġenti għas-sigurtà, bħall-gwerra ċibernetika u l-gwerra ibrida kemm fl-isfera online kif ukoll dik offline; jissottolinja, fl-istess ħin, ir-riskji u l-isfidi kollha tal-użu mhux regolat tal-IA; jinnota li l-IA tista' tiġi esposta għal manipulazzjoni, żbalji u ineżattezzi;

94.

Jisħaq li t-teknoloġiji tal-IA għandhom, essenzjalment, ta’ użu doppju, u l-iżvilupp tal-IA f'attivitajiet relatati mad-difiża jibbenefika minn skambji bejn it-teknoloġiji militari u dawk ċivili; jenfasizza li l-IA f'attivitajiet relatati mad-difiża hija teknoloġija ta' tfixkil trasversali li l-iżvilupp tagħha jista' jipprovdi opportunitajiet għall-kompetittività u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;

95.

Jirrikonoxxi, fil-kuntest tal-gwerra ibrida u avvanzata tal-lum, li l-volum u l-veloċità ta' informazzjoni matul il-fażijiet bikrija ta' kriżi jistgħu jkunu enormi għall-analisti umani u li sistema tal-IA tista' tipproċessa l-informazzjoni biex tiżgura li l-bnedmin li jieħdu deċiżjonijiet ikunu qed isegwu l-ispettru sħiħ ta' informazzjoni f'perjodu ta' żmien xieraq għal rispons rapidu;

96.

Jissottolinja l-importanza li jsir investiment fl-iżvilupp tal-kapital uman għall-intelliġenza artifiċjali, filwaqt li jitrawmu l-ħiliet u l-edukazzjoni meħtieġa fil-qasam tat-teknoloġiji tal-IA tas-sigurtà u d-difiża b'enfasi partikolari fuq l-etika ta' sistemi operattivi semiawtonomi u awtonomi, ibbażati fuq l-obbligu ta' rendikont mill-bniedem f'dinja mħaddma bl-IA; jisħaq b'mod partikolari fuq l-importanza li jkun żgurat li l-etiċisti f'dan il-qasam ikollhom ħiliet xierqa u jirċievu taħriġ xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli t-“Tisħiħ tal-Aġenda għall-Ħiliet” tagħha, imħabbra fil-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali fid-19 ta' Frar 2020;

97.

Jisħaq li l-computing kwantistiku jista' jirrappreżenta l-aktar bidla rivoluzzjonarja fil-kunflitti mill-introduzzjoni tal-armi nukleari u b'hekk iħeġġeġ sabiex l-iżvilupp ulterjuri tat-teknoloġiji tal-computing kwantistiku jkun prijorità għall-Unjoni u għall-Istati Membri; jirrikonoxxi li atti ta' aggressjoni, inklużi attakki fuq infrastruttura kritika, megħjuna mill-computing kwantistiku joħolqu ambjent ta' kunflitt fejn il-ħin biex jittieħdu deċiżjonijiet se jkun kompressat b'mod drammatiku minn jiem u sigħat għal minuti u sekondi, u dan iġiegħel lill-Istati Membri jiżviluppaw kapaċitajiet li jipproteġuhom u jħarrġu kemm lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet kif ukoll lill-persunal militari biex jirreaġixxu b'mod effettiv fi żmien qasir bħal dan;

98.

Jappella għal investiment akbar fl-IA Ewropea għad-difiża u fl-infrastruttura kritika li ssostniha;

99.

Ifakkar li l-parti l-kbira mis-setgħat militari attwali madwar id-dinja diġà huma involuti fi sforzi sinifikanti ta' R&Ż relatati mad-dimensjoni militari tal-intelliġenza artifiċjali; iqis li l-Unjoni jeħtiġilha tiżgura li ma tibqax lura f'dan ir-rigward;

100.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-bini tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà fil-politika industrijali tagħha sabiex tiżgura l-iżvilupp u l-użu ta' sistemi mħaddma bl-IA u sistemi robotiċi sikuri, reżiljenti u robusti; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-użu ta' protokolli u applikazzjonijiet taċ-ċibersigurtà bbażati fuq il-blockchain biex jittejbu r-reżiljenza, l-affidabbiltà u r-robustezza tal-infrastrutturi tal-IA permezz ta' mudelli diżintermedjati ta' kriptaġġ tad-data; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati Ewropej jirriċerkaw u jikkonċepixxu karatteristiċi avvanzati li jiffaċilitaw id-detezzjoni ta' sistemi mħaddma bl-IA u sistemi robotiċi korrotti u malizzjużi li jistgħu jimminaw is-sigurtà tal-Unjoni u taċ-ċittadini;

101.

Jisħaq li s-sistemi kollha tal-IA fil-qasam tad-difiża jrid ikollhom qafas ta' missjoni konkret u definit b'mod preċiż, li permezz tiegħu l-bnedmin iżommu l-kapaċità ta' detezzjoni u diżinvolviment jew diżattivazzjoni tas-sistemi użati, jekk dawn imorru lil hinn mill-qafas ta' missjoni definit u assenjat minn kmandant uman, jew jipparteċipaw fi kwalunkwe azzjoni eskalatorja jew mhux intenzjonata; iqis li s-sistemi, il-prodotti u t-teknoloġiji mħaddma bl-IA u maħsuba għall-użu militari għandhom ikunu mgħammra b'“reġistratur” biex tiġi rreġistrata kull tranżazzjoni ta' data mwettqa mill-magna;

102.

Jissottolinja li r-responsabbiltà sħiħa u l-obbligu ta' rendikont għad-deċiżjoni ta' tfassil, żvilupp, introduzzjoni u użu ta' sistemi tal-IA jridu jkunu f'idejn operaturi umani, peress li jrid ikun hemm monitoraġġ u kontroll sinifikattiv mill-bniedem fuq kwalunkwe sistema tal-armi u intenzjoni umana fid-deċiżjoni li tintuża l-forza fl-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' sistemi ta' armi mħaddma bl-IA li jista' jkollha konsegwenzi letali; jissottolinja li l-kontroll mill-bniedem għandu jibqa' effettiv għall-kmand u l-kontroll ta' sistemi mħaddma bl-IA, billi jiġu segwiti l-prinċipji ta' “human-in-the loop”, “human-on-the-loop” u “human-in-command” fil-livell tat-tmexxija militari; jisħaq li s-sistemi mħaddma bl-IA jridu jippermettu li t-tmexxija militari tal-armati tassumi r-responsabbiltà sħiħa tagħha u tagħti rendikont sħiħ għall-użu ta' forza letali u li teżerċita l-livell meħtieġ ta' ġudizzju, li l-magni ma jistax ikollhom, peress li dan il-ġudizzju jrid ikun ibbażat fuq id-distinzjoni, il-proporzjonalità u l-prekawzjoni, fit-teħid ta' azzjoni distruttiva letali jew fuq skala kbira permezz ta' tali sistemi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti oqfsa ċari u traċċabbli ta' awtorizzazzjoni u ta' obbligu ta' rendikont għall-użu ta' armi intelliġenti u ta' sistemi oħra mħaddma bl-IA, bl-użu ta' karatteristiċi uniċi tal-utent bħall-ispeċifikazzjonijiet bijometriċi li jippermettu l-użu esklużivament minn persunal awtorizzat;

Trasport

103.

Jenfasizza l-potenzjal tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati għall-mezzi awtonomi kollha tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru, u wkoll biex tingħata spinta lill-bidla fid-direzzjoni modali u lill-intermodalità, peress li dawn it-teknoloġiji jistgħu jikkontribwixxu biex tinstab it-taħlita ottimali tal-modi ta' trasport għat-trasport ta' oġġetti u passiġġieri; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-potenzjal tagħhom li jagħmlu t-trasport, il-loġistika u l-flussi tat-traffiku aktar effiċjenti u jagħmlu l-modi kollha tat-trasport aktar sikuri, aktar intelliġenti, u aktar ekoloġiċi; jirrimarka li approċċ etiku għall-IA jista' jitqies ukoll bħala sistema ta' twissija bikrija, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u l-effiċjenza tat-trasport;

104.

Jenfasizza l-fatt li l-kompetizzjoni globali bejn il-kumpaniji u r-reġjuni ekonomiċi jfisser li l-Unjoni teħtieġ li tippromwovi l-investimenti u ssaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-kumpaniji li joperaw fis-settur tat-trasport billi toħloq ambjent favorevoli għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet tal-IA u innovazzjonijiet ulterjuri, li fih l-intrapriżi bbażati fl-Unjoni jkunu jistgħu jsiru mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-IA;

105.

Jisħaq li s-settur tat-trasport tal-Unjoni jeħtieġ aġġornament tal-qafas regolatorju rigward tali teknoloġiji emerġenti u l-użu tagħhom fis-settur tat-trasport u jeħtieġ qafas etiku ċar għall-kisba ta' IA affidabbli, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, ir-rispett għall-awtonomija tal-bniedem, l-aspetti ta' sorveljanza u ta' responsabbiltà, li jżidu l-benefiċċji li huma kondiviżi minn kulħadd u li jkunu essenzjali biex tingħata spinta lill-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-adozzjoni tal-IA mis-servizzi pubbliċi, l-SMEs, in-negozji ġodda u n-negozji u fl-istess ħin jiżgura l-protezzjoni tad-data kif ukoll l-interoperabbiltà, mingħajr ma jimponi piż amministrattiv bla bżonn fuq in-negozji u l-konsumaturi;

106.

Jinnota li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-IA fis-settur tat-trasport mhux se jkunu possibbli mingħajr infrastruttura moderna, li hija parti essenzjali mis-sistemi intelliġenti tat-trasport; jisħaq li d-diverġenzi persistenti fil-livell ta' żvilupp bejn l-Istati Membri joħolqu r-riskju li r-reġjuni l-anqas żviluppati u l-abitanti tagħhom jiġu mċaħħda mill-benefiċċji li jġib miegħu l-iżvilupp tal-mobbiltà awtonoma; jitlob li l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport fl-Unjoni, inkluża l-integrazzjoni tagħha fin-network 5G, tkun iffinanzjata b'mod adegwat;

107.

Jirrakkomanda l-iżvilupp ta' standards tal-IA affidabbli fl-Unjoni kollha għal kull mod ta' trasport, inkluża l-industrija tal-karozzi, kif ukoll għall-ittestjar ta' vetturi li joperaw permezz tal-IA u ta' prodotti u servizzi relatati;

108.

Jinnota li s-sistemi tal-IA jistgħu jgħinu biex inaqqsu l-għadd ta' mwiet fit-toroq b'mod sinifikanti, pereżempju permezz ta' ħinijiet ta' reazzjoni aħjar u konformità aħjar mar-regoli; iqis, madankollu, li se jkun impossibbli li l-użu ta' vetturi awtonomi jirriżulta fl-eliminazzjoni tal-inċidenti kollha u jissottolinja li dan iwassal biex l-ispjegabbiltà tad-deċiżjonijiet tal-IA ssir dejjem aktar importanti sabiex jiġu ġġustifikati n-nuqqasijiet u l-konsegwenzi mhux intenzjonati tad-deċiżjonijiet tal-IA;

Impjiegi, drittijiet tal-ħaddiema, ħiliet diġitali u l-post tax-xogħol

109.

Jinnota li l-applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati fuq il-post tax-xogħol tista' tikkontribwixxi għal swieq tax-xogħol inklużivi u tħalli impatt fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li tista' tintuża wkoll biex tissorvelja, tevalwa, tbassar u tiggwida l-prestazzjoni tal-ħaddiema b'konsegwenzi diretti u indiretti fuq il-karriera tagħhom; billi l-IA għandu jkollha impatt pożittiv fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tkun iggwidata mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għad-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-Unjoni; billi l-IA għandha tkun iċċentrata fuq il-bniedem, ittejjeb il-benesseri tan-nies u tas-soċjetà u tikkontribwixxi għal tranżizzjoni ekwa u ġusta; dawn it-teknoloġiji għandu għalhekk ikollhom impatt pożittiv fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u jkunu ggwidata mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll mid-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-Unjoni;

110.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-iżvilupp tal-kompetenzi permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni għall-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fir-rigward tal-IA fuq il-post tax-xogħol biex jifhmu aħjar l-implikazzjonijiet tas-soluzzjonijiet tal-IA; jisħaq li l-applikanti u l-ħaddiema għandhom jiġu infurmati kif xieraq bil-miktub meta l-IA tintuża waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u f'deċiżjonijiet oħra dwar ir-riżorsi umani u kif f'dan il-każ jista' jintalab li jsir rieżami minn bniedem sabiex deċiżjoni awtomatizzata tkun tista' tinqaleb;

111.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-gwadann tal-produttività minħabba l-iżvilupp u l-użu tal-IA u tar-robotika ma jkunx biss ta' benefiċċju għas-sidien tal-kumpaniji u l-azzjonisti, iżda jibbenefikaw minnu ukoll il-kumpaniji u l-forza tax-xogħol, permezz ta' kundizzjonijiet aħjar ta' xogħol u ta' impjieg, u jservi wkoll lis-soċjetà inġenerali, speċjalment fejn tali gwadann isir għad-detriment tal-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri jistudjaw bir-reqqa l-impatt potenzjali tal-IA fuq is-suq tax-xogħol u s-sistemi tas-sigurtà soċjali u jiżviluppaw strateġiji dwar kif tiġi żgurata l-istabbiltà fit-tul permezz tar-riforma tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet kif ukoll miżuri oħra fil-każ ta' dħul pubbliku iżgħar;

112.

Jissottolinja l-importanza tal-investiment korporattiv fit-taħriġ formali u informali u fit-tagħlim tul il-ħajja sabiex jappoġġja t-tranżizzjoni ġusta lejn l-ekonomija diġitali; jisħaq, f'dan il-kuntest, li l-kumpaniji li jintroduċu l-IA għandhom ir-responsabbiltà li jipprovdu taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet adegwati għall-impjegati kollha kkonċernati, sabiex ikunu jistgħu jitgħallmu kif jużaw l-għodod diġitali u jaħdmu b'co-bots u teknoloġiji ġodda oħra, u b'hekk jadattaw għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu tas-suq tax-xogħol u jibqgħu fl-impjieg;

113.

Iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil forom ġodda ta' xogħol, bħal xogħol ta' gigs u ta' pjattaformi, li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda f'dan il-kuntest; jisħaq li r-regolazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-telexogħol madwar l-Unjoni u l-iżgurar ta' kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg deċenti fl-ekonomija diġitali jridu bl-istess mod iqisu l-impatt tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta mas-sħab soċjali, l-iżviluppaturi tal-IA, ir-riċerkaturi u partijiet ikkonċernati oħra f'dan ir-rigward;

114.

Jissottolinja li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati bl-ebda mod ma jridu jaffettwaw l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajkjar jew li tittieħed azzjoni oħra koperta bis-sistemi speċifiċi ta' relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, skont id-dritt u/jew il-prattika nazzjonali, jew jaffettwaw id-dritt tan-negozjar, ta' konklużjoni u ta' infurzar ta' ftehimiet kollettivi, jew tat-teħid ta' azzjoni kollettiva skont id-dritt u/jew il-prattika nazzjonali;

115.

Itenni l-importanza tal-edukazzjoni u t-tagħlim kontinwu biex jiġu żviluppati l-kwalifiki meħtieġa fl-era diġitali u biex tiġi indirizzata l-esklużjoni diġitali; jistieden lill-Istati Membri jinvestu f'edukazzjoni, taħriġ vokazzjonali u sistemi ta' tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità għolja, reattivi u inklużivi kif ukoll f'politiki ta' taħriġ mill-ġdid u ta' titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema f'setturi li huma potenzjalment affettwati serjament mill-IA; jenfasizza l-ħtieġa li l-forza tax-xogħol attwali u futura tiġi pprovduta l-ħiliet tal-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali meħtieġa kif ukoll il-kompetenzi fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u l-ħiliet personali trasversali, bħall-ħsieb kritiku, il-kreattività u l-intraprenditorija; jissottolinja li trid tingħata attenzjoni speċjali lill-inklużjoni tal-gruppi żvantaġġati f'dan ir-rigward;

116.

Ifakkar li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati użati fuq il-post tax-xogħol iridu jkunu aċċessibbli għal kulħadd, abbażi tal-prinċipju tad-disinn għal kulħadd;

Edukazzjoni u kultura

117.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-IA filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt tagħhom fuq is-setturi tal-edukazzjoni, il-midja, iż-żgħażagħ, ir-riċerka, l-isport u dawk kulturali u kreattivi, billi jiġu żviluppati u parametri referenzjarji għal prinċipji ta' użi etikament responsabbli u aċċettati tat-teknoloġiji tal-IA li jistgħu jiġu applikati b'mod xieraq f'dawn l-oqsma u jiġu definiti prinċipji għalihom, inkluż reġim ċar ta' responsabbiltà għall-prodotti li jirriżultaw mill-użu tal-IA;

118.

Jinnota li kull tifel u tifla jgawdu mid-dritt għal edukazzjoni pubblika ta' kwalità fil-livelli kollha; jappella, għalhekk, għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' sistemi tal-IA ta' kwalità li jiffaċilitaw u jipprovdu għodod edukattivi ta' kwalità għal kulħadd fil-livelli kollha u jisħaq li l-introduzzjoni ta' sistemi ġodda tal-IA fl-iskejjel m'għandhiex twassal għall-ħolqien ta' distakk diġitali usa' fis-soċjetà; jirrikonoxxi l-kontribut potenzjali enormi li l-IA u r-robotika jistgħu jagħtu għall-edukazzjoni; jinnota li s-sistemi ta' tagħlim personalizzati tal-IA m'għandhomx jissostitwixxu r-relazzjonijiet edukattivi li jinvolvu l-għalliema u li l-forom tradizzjonali tal-edukazzjoni m'għandhomx jitħallew jibqgħu lura, filwaqt li fl-istess ħin jirrimarka li l-appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u edukattiv, inkluż it-taħriġ speċjalizzat fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jridu jiġu pprovduti lill-għalliema li jfittxu li jiksbu ħiliet xierqa sabiex jadattaw għall-bidliet teknoloġiċi u mhux biss jisfruttaw il-potenzjal tal-IA iżda wkoll jifhmu l-limitazzjonijiet tagħha; jitlob li tiġi żviluppata strateġija fil-livell tal-Unjoni sabiex tgħin fit-trasformazzjoni u l-aġġornament tas-sistemi edukattivi tagħna, tħejji l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna fil-livelli kollha u tgħammar lill-għalliema u lill-istudenti bil-ħiliet u l-kapaċitajiet meħtieġa;

119.

Jenfasizza li l-istituzzjonijiet edukattivi għandhom jaraw li jużaw is-sistemi tal-IA għal skopijiet edukattivi li jkunu rċevew ċertifikat Ewropew ta' konformità etika;

120.

Jenfasizza li l-opportunitajiet ipprovduti mid-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda ma jridux iwasslu għal telf globali ta' impjiegi fis-setturi kulturali u kreattivi, għal traskuraġni fir-rigward tal-konservazzjoni tax-xogħlijiet oriġinali u għal tnaqqis fl-aċċess tradizzjonali għall-wirt kulturali, li għandhom jitħeġġu bl-istess mod; jinnota li s-sistemi tal-IA żviluppati, introdotti u użati fl-Unjoni għandhom jirriflettu d-diversità kulturali tagħha u l-multilingwiżmu tagħha;

121.

Jirrikonoxxi l-potenzjal dejjem akbar tal-IA fl-oqsma tal-informazzjoni, il-midja u l-pjattaformi online, inkluż bħala għodda fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni; jissottolinja li, jekk ma tkunx regolata, jista' jkollha wkoll effetti etikament negattivi billi tisfrutta l-preġudizzju fid-data u l-algoritmi li jistgħu jwasslu għat-tixrid ta' diżinformazzjoni u għall-ħolqien ta' bżieżaq tal-informazzjoni; jisħaq fuq l-importanza tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont tal-algoritmi użati mill-pjattaformi ta' video-sharing (VSP) kif ukoll il-pjattaformi tal-istreaming, sabiex jiġi żgurat aċċess għal kontenut b'diversità kulturali u lingwistika;

Awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali

122.

Jinnota l-valur miżjud li jinħatru awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali nominati f'kull Stat Membru responsabbli għall-iżgurar, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità mal-obbligi legali u l-prinċipji etiċi għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli, u b'hekk jikkontribwixxu għall-konformità legali u etika ta' dawn it-teknoloġiji;

123.

Jemmen li dawn l-awtoritajiet jeħtiġilhom ikunu rikjesti, mingħajr ma jidduplikaw il-kompiti tagħhom, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jidentifikaw teknoloġiji li huma ta' riskju għoli minn perspettiva etika u sabiex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa u xierqa fejn dawn it-teknoloġiji jiġu identifikati;

124.

Jindika li tali awtoritajiet għandhom jikkooperaw mhux biss bejniethom iżda wkoll mal-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni sabiex tiġi ggarantita azzjoni transfruntiera koerenti;

125.

Jissuġġerixxi li, fil-kuntest ta' tali kooperazzjoni, jiġu żviluppati kriterji komuni u proċess ta' applikazzjoni għall-għoti ta' ċertifikat Ewropew ta' konformità etika, inkluż wara talba minn kwalunkwe żviluppatur, fornitur jew utent ta' teknoloġiji li mhumiex ikkunsidrati bħala ta' riskju għoli li jfittex li jiċċertifika l-valutazzjoni pożittiva tal-konformità mwettqa mill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali rispettiva;

126.

Jitlob li awtoritajiet bħal dawn jiġu inkarigati li jippromwovu skambji regolari mas-soċjetà ċivili u l-innovazzjoni fl-Unjoni billi jipprovdu assistenza lir-riċerkaturi, lill-iżviluppaturi u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, kif ukoll lil kumpaniji inqas maturi diġitalment, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew in-negozji l-ġodda; b'mod partikolari rigward is-sensibilizzazzjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp, l-introduzzjoni, it-taħriġ u l-akkwist tat-talent biex jiġi żgurat trasferiment effiċjenti tat-teknoloġija u aċċess għat-teknoloġiji, il-proġetti, ir-riżultati u n-networks;

127.

Jitlob finanzjament suffiċjenti minn kull Stat Membru tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali nominati tagħhom u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq jissaħħu f'termini ta' kapaċità, ħiliet u kompetenzi, kif ukoll għal għarfien dwar ir-riskji speċifiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati;

Koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni

128.

Jissottolinja l-importanza tal-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif imwettqa mill-Kummissjoni u/jew minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jiġu nominati f'dan il-kuntest, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni, u l-importanza li jiġi żgurat approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha; iqis li l-koordinazzjoni għandha tiffoka fuq il-mandati u l-azzjonijiet tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali f'kull Stat Membru kif imsemmi fis-subtaqsima preċedenti, kif ukoll fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost dawk l-awtoritajiet u l-kontribut għall-kooperazzjoni fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam fl-Unjoni kollha; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u ssib l-aktar soluzzjoni xierqa sabiex tistruttura din il-koordinazzjoni; eżempji ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji eżistenti rilevanti tal-Unjoni huma l-ENISA, il-KEPD u l-Ombudsman Ewropew;

129.

Jemmen li tali koordinazzjoni, kif ukoll ċertifikazzjoni Ewropea ta' konformità etika, mhux biss ikunu ta' benefiċċju għall-iżvilupp tal-industrija u l-innovazzjoni tal-Unjoni f'dak il-kuntest, iżda jżidu wkoll is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fir-rigward tal-opportunitajiet u r-riskji inerenti għal dawn it-teknoloġiji;

130.

Jissuġġerixxi li jinħoloq ċentru ta' għarfien espert, li jġib flimkien id-dinja akkademika, ir-riċerka, l-industrija u esperti individwali fil-livell tal-Unjoni, biex irawwem l-iskambju ta' għarfien u għarfien espert tekniku, u biex jiffaċilita l-kollaborazzjoni fl-Unjoni kollha u lil hinn minnha; jitlob ukoll li dan iċ-ċentru ta' għarfien espert jinvolvi lill-organizzazzjonijiet ta' partijiet ikkonċernati, bħal organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni wiesgħa tal-konsumatur; iqis li minħabba l-impatt sproporzjonat possibbli ta' sistemi algoritmiċi fuq in-nisa u l-minoranzi, il-livelli ta' deċiżjoni ta' tali struttura għandhom ikunu varjati u jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri; jenfasizza li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżviluppaw strateġiji ta' ġestjoni tar-riskju għall-IA fil-kuntest tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għas-sorveljanza tas-suq;

131.

Jipproponi li l-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jiġu nnominati f'dan il-kuntest jipprovdu kwalunkwe assistenza meħtieġa lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali dwar ir-rwol tagħhom bħala l-ewwel punti ta' kuntatt f'każijiet ta' suspett ta' ksur tal-obbligi legali u l-prinċipji etiċi stabbiliti fil-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-IA, inkluż il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe assistenza meħtieġa lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali f'każijiet fejn dawn tal-aħħar iwettqu valutazzjonijiet ta' konformità bil-ħsieb li jappoġġjaw id-dritt taċ-ċittadini li jikkontestaw u jirrimedjaw, jiġifieri billi jappoġġjaw, fejn applikabbli, il-konsultazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti oħra fl-Unjoni, b'mod partikolari n-Network ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-korpi nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali li jinsabu fi Stati Membri oħra;

132.

Jirrikonoxxi r-riżultat siewi tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, li jinkludi rappreżentanti mill-akkademja, mis-soċjetà ċivili u mill-industrija, kif ukoll l-Alleanza Ewropea għall-IA, b'mod partikolari “Il-Linji Gwida dwar l-Etika għall-Intelliġenza Artifiċjali Affidabbli”, u jissuġġerixxi li jista' jipprovdi kompetenza lill-Kummissjoni u/jew lil kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest;

133.

Jinnota l-inklużjoni ta' proġetti relatati mal-IA fl-ambitu tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP); jemmen li l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) futur u l-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) jistgħu joffru wkoll oqfsa adattati tajjeb għal proġetti futuri relatati mal-IA li jistgħu jgħinu biex jissimplifikaw aktar l-isforzi tal-Unjoni f'dan il-qasam, u jippromwovu fl-istess ħin l-objettiv tal-Unjoni li ssaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt internazzjonali, u s-soluzzjonijiet multilaterali; jisħaq li l-proġetti relatati mal-IA għandhom jiġu sinkronizzati mal-programmi ċivili usa' tal-Unjoni ddedikati għall-IA; jinnota li, f'konformità mal-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Frar 2020 dwar iċ-ċentri ta' eċċellenza u ta' ttestjar tal-IA, li jikkonċentraw fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, għandhom jiġu stabbiliti bi speċifikazzjonijiet rigorużi li jirfdu l-parteċipazzjoni ta' partijiet ikkonċernati privati u l-investiment min-naħa ta' dawn tal-aħħar;

134.

Jieħu nota tal-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali tad-19 ta' Frar 2020 u jiddispjaċih li l-aspetti militari ma tqisux; jistieden lill-Kummissjoni u lir-RGħ/VP jippreżentaw, anke bħala parti minn approċċ ġenerali, strateġija settorjali tal-IA għall-attivitajiet relatati mad-difiża fil-qafas tal-Unjoni, li tiżgura kemm ir-rispett tad-drittijiet taċ-ċittadini kif ukoll l-interessi strateġiċi tal-Unjoni, u li tkun ibbażata fuq approċċ konsistenti li jibda mis-sistemi mħaddma bl-IA sal-użi militari tagħhom, u li tistabbilixxi Grupp ta' Ħidma dwar is-sigurtà u d-difiża fil-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali li għandu jindirizza b'mod speċifiku kwistjonijiet ta' politika u ta' investiment, kif ukoll aspetti etiċi tal-IA fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-VP/RGħ biex jidħlu fi djalogu strutturat mal-Parlament għal dak il-għan;

Ċertifikazzjoni ta' konformità etika Ewropea

135.

Jissuġġerixxi li jiġu żviluppati kriterji komuni u proċess ta' applikazzjoni relatati mal-għoti ta' ċertifikat Ewropew ta' konformità etika fil-kuntest tal-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, inkluż wara talba minn kwalunkwe żviluppatur, dak li jintroduċihom jew utent ta' teknoloġiji li ma jitqisux bħala ta' riskju għoli li jkun jixtieq jiċċertifika l-valutazzjoni pożittiva tal-konformità mwettqa mill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali rispettiva;

136.

Jemmen li ċertifikat Ewropew ta' konformità etika bħal dan għandu jrawwem l-etika permezz tad-disinn tul il-katina kollha tal-provvista ta' ekosistemi ta' intelliġenza artifiċjali; jissuġġerixxi, għalhekk, li din iċ-ċertifikazzjoni tista' tkun, fil-każ ta' teknoloġiji ta' riskju għoli, prerekwiżit obbligatorju għall-eliġibbiltà għal proċeduri ta' akkwist pubbliku dwar l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati;

Kooperazzjoni internazzjonali

137.

Huwa tal-fehma li kooperazzjoni transfruntiera effettiva u standards etiċi jistgħu jinkisbu biss jekk il-partijiet ikkonċernati kollha jimpenjaw ruħhom li jiżguraw l-azzjoni u s-sorveljanza mill-bniedem, ir-robustezza teknika u s-sikurezza, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, id-diversità, in-nondiskriminazzjoni u l-ġustizzja, il-benesseri soċjetali u ambjentali u jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti tal-privatezza, tal-governanza tad-data u tal-protezzjoni tad-data, speċifikament dawk minquxa fir-Regolament (UE) 2016/679;

138.

Jisħaq li l-obbligi legali u l-prinċipji etiċi tal-Unjoni għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji jistgħu jagħmlu lill-Ewropa mexxejja dinjija fis-settur tal-intelliġenza artifiċjali u għalhekk għandhom jiġu promossi madwar id-dinja billi jkun hemm kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali filwaqt li jitkompla d-djalogu kritiku u bbażat fuq l-etika ma' pajjiżi terzi li jkollhom mudelli alternattivi ta' regolamentazzjoni, ta' żvilupp u ta' użu tal-intelliġenza artifiċjali;

139.

Ifakkar li l-opportunitajiet u r-riskji inerenti għal dawn it-teknoloġiji għandhom dimensjoni globali, peress li s-software u d-data li huma jużaw jiġu ta' spiss importati u esportati barra mill-Unjoni, u għalhekk hemm bżonn ta' approċċ ta' kooperazzjoni konsistenti fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva biex tivvaluta liema trattati u ftehimiet bilaterali u multilaterali għandhom jiġu aġġustati biex jiġi żgurat approċċ konsistenti u jiġi globalment promoss il-mudell Ewropew ta' konformità etika;

140.

Jiġbed l-attenzjoni għall-valur miżjud tal-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif imsemmi hawn fuq f'dan il-kuntest ukoll;

141.

Jitlob li jiġu stabbiliti sinerġiji u networks bejn id-diversi ċentri ta' riċerka Ewropej dwar l-IA, kif ukoll fora multilaterali oħra, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), sabiex l-isforzi tagħhom jiġu allinjati u biex jiġi kkoordinat aħjar l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati;

142.

Jissottolinja li l-Unjoni jeħtiġilha tkun minn ta' quddiem fl-appoġġ ta' sforzi multilaterali biex jiġi diskuss, fil-qafas tal-Grupp ta' Esperti Governattivi tas-CCW tan-NU u fora rilevanti oħra, qafas regolatorju internazzjonali effettiv li jiżgura kontroll uman sinifikattiv fuq is-sistemi ta' armi awtonomi sabiex dawk it-teknoloġiji jiġu kkontrollati billi jiġu stabbiliti proċessi ddefiniti tajjeb, ibbażati fuq parametri referenzjarji, u tiġi adottata leġiżlazzjoni għall-użu etiku tagħhom, b'konsultazzjoni ma' partijiet ikkonċernati bħal dawk tal-militar, tal-industrija, tal-infurzar tal-liġi, tal-akkademja u tas-soċjetà ċivili, biex ikun hemm fehim tal-aspetti etiċi relatati u biex jiġu mmitigati r-riskji inerenti ta' tali teknoloġiji u jiġi evitat l-użu għal skopijiet malizzjużi;

143.

Jirrikonoxxi r-rwol tan-NATO fil-promozzjoni tas-sigurtà Ewro-Atlantika u jappella għal kooperazzjoni fin-NATO għall-istabbiliment ta' standards komuni u interoperabbiltà tas-sistemi tal-IA fid-difiża; jisħaq li r-relazzjoni transatlantika hija importanti għall-preservazzjoni tal-valuri kondiviżi u fil-ġlieda kontra t-theddid futur u emerġenti;

144.

Jisħaq fuq l-importanza tal-ħolqien ta' kodiċi ta' kondotta etiku li jirfed l-użu ta' sistemi li jużaw l-armi mħaddma bl-IA f'operazzjonijiet militari, simili għall-qafas regolatorju eżistenti li jipprojbixxi l-użu ta' armi kimiċi u bijoloġiċi; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tagħti bidu għall-ħolqien ta' standards dwar l-użu ta' sistemi tal-armi mħaddma bl-IA fil-gwerer skont id-dritt umanitarju internazzjonali, u li l-Unjoni għandha tirsisti fuq l-adozzjoni internazzjonali ta' standards bħal dawn; iqis li l-Unjoni għandha tinvolvi ruħha fid-diplomazija tal-IA f'fora internazzjonali ma' sħab tal-istess fehma bħall-G7, il-G20 u l-OECD;

Aspetti finali

145.

Jikkonkludi, wara r-riflessjonijiet ta' hawn fuq dwar aspetti relatati mad-dimensjoni etika tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, li d-dimensjonijiet legali u etiċi għandhom ikunu minquxa f'qafas regolatorju effettiv, li jħares 'il quddiem u komprensiv fil-livell tal-Unjoni, appoġġjat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ikkoordinat u msaħħaħ mill-Kummissjoni u/jew minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest, b'mod regolari bl-appoġġ taċ-ċentru ta' kompetenza msemmi hawn fuq u debitament irrispettat u ċċertifikat fis-suq intern;

146.

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal Regolament dwar prinċipji etiċi għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-anness għal dan ir-rapport; jirrimarka li l-proposta m'għandhiex iddgħajjef il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur iżda għandha tkopri biss lakuni identifikati;

147.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tirrevedi, jekk ikun meħtieġ, il-liġi tal-Unjoni eżistenti applikabbli għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati sabiex tiġi indirizzata l-ħeffa tal-iżvilupp tagħhom f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-anness għal dan ir-rapport, billi tevita r-regolamentazzjoni żejda, inkluż għall-SMEs;

148.

Jemmen li valutazzjoni u rieżami perjodiċi, fejn meħtieġ, tal-qafas regolatorju tal-Unjoni relatat mal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati se jkunu essenzjali biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni applikabbli tkun aġġornata bil-pass mgħaġġel tal-progress teknoloġiku;

149.

Iqis li l-proposta leġiżlattiva mitluba jkollha implikazzjonijiet finanzjarji jekk jiġi pprovdut xi korp Ewropew fejn inkarigat bil-funzjonijiet ta' koordinazzjoni msemmija hawn fuq u l-mezzi tekniċi u r-riżorsi umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti attribwiti ġodda tiegħu;

o

o o

150.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(3)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(4)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.

(6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(7)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.

(8)  ĠU C 307, 30.8.2018, p. 163.

(9)  ĠU C 433, 23.12.2019, p. 86.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2018)0332.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2019)0081.

(12)  https://www.europarl.europa.eu/thinktank/en/document.html?reference=EPRS_STU(2020)654179.

(13)  Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(14)  Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).


ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

A.   PRINĊIPJI U OBJETTIVI TAL-PROPOSTA MITLUBA

I.

Il-prinċipji u l-għanijiet ewlenin tal-proposta huma:

li tinbena fiduċja fil-livelli kollha tal-partijiet ikkonċernati involuti u tas-soċjetà fl-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, speċjalment meta dawn jitqiesu li huma ta' riskju għoli;

li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fl-Unjoni, inkluż billi jiġu megħjuna n-negozji, in-negozji ġodda u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex jivvalutaw u jindirizzaw b'ċertezza r-rekwiżiti u r-riskji regolatorji attwali u futuri matul il-proċess ta' innovazzjoni u ta' żvilupp tan-negozju, u, matul il-fażi sussegwenti tal-użu minn professjonisti u individwi privati, billi jitnaqqsu l-piżijiet u l-burokrazija;

li jiġi appoġġjat il-varar tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fl-Unjoni billi jiġi pprovdut il-qafas regolatorju xieraq u proporzjonat li għandu japplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti jew futura, bil-għan li tiġi mħeġġa ċ-ċertezza regolatorja u l-innovazzjoni filwaqt li jiġu ggarantiti d-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tal-konsumatur;

li jiġi appoġġjat l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fl-Unjoni billi jiġi żgurat li dawn jiġu żviluppati, varati u użati b'mod li jkun konformi mal-prinċipji etiċi;

li jkunu meħtieġa trasparenza u flussi ta' informazzjoni aħjar fost iċ-ċittadini u fl-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw, ivaraw jew jużaw l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati bħala mezz biex jiġi żgurat li dawn it-teknoloġiji, jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-drittijiet u l-valuri fundamentali u mal-prinċipji etiċi tal-proposta għal Regolament mitluba.

II.

Il-proposta tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

“Regolament dwar prinċipji etiċi għall-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati”;

ir-rwol ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċji u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest u ċertifikazzjoni Ewropea tal-konformità etika;

ir-rwol ta' appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea;

ir-rwol tal-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru biex jiġi żgurat li l-prinċipji etiċi jiġu applikati għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati;

l-involviment u l-konsultazzjoni ta' proġetti ta' riċerka u żvilupp rilevanti u tal-partijiet ikkonċernati, inklużi n-negozji ġodda, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, in-negozji, is-sħab soċjali u rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivika, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lilhom;

anness li jistabbilixxi lista eżawrjenti u kumulattiva ta' setturi ta' riskju għoli u użi u għanijiet ta' riskju għoli;

III.

Ir-“Regolament dwar prinċipji etiċi għall-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati” jibbaża fuq il-prinċipji li ġejjin:

l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati ċċentrati fuq il-bniedem, magħmula mill-bniedem u kkontrollati mill-bniedem;

il-valutazzjoni tal-konformità obbligatorja tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati ta' riskju għoli;

is-sikurezza, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont;

is-salvagwardji u r-rimedji kontra l-preġudizzju u d-diskriminazzjoni;

id-dritt għal rimedju;

ir-responsabbiltà soċjali u l-bilanċ bejn il-ġeneri fl-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati;

l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati li jkunu ambjentalment sostenibbli;

ir-rispett għall-privatezza u l-limitazzjonijiet fl-użu tar-rikonoxximent bijometriku;

il-governanza tajba relatata mal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inkluża d-data użata jew prodotta minn tali teknoloġiji.

IV.

Għall-finijiet ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest għandhom iwettqu l-kompiti ewlenin li ġejjin:

jikkooperaw fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta għal Regolament mitluba u tal-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni;

jikkooperaw rigward il-ħruġ ta' gwida dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-proposta għal Regolament mitluba, jiġifieri l-applikazzjoni tal-kriterji għal intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati li għandhom jitqiesu bħala ta' riskju għoli u tal-lista ta' setturi ta' riskju għoli u użi u skopijiet ta' riskju għoli stabbiliti fl-anness għar-Regolament;

jikkooperaw mal-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru dwar l-iżvilupp ta' ċertifikat Ewropew ta' konformità mal-prinċipji etiċi u l-obbligi legali kif stabbiliti fil-proposta għal Regolament mitluba u fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-iżvilupp ta' proċess ta' applikazzjoni għal kull żviluppatur, fornitur jew utent ta' teknoloġiji li mhumiex meqjusa bħala ta' riskju għoli li jkun qed ifittex li jiċċertifika l-konformità tagħhom mal-proposta għal Regolament mitluba;

jikkooperaw fir-rigward tal-appoġġ għall-kooperazzjoni transsettorjali u transfruntiera permezz ta' skambji regolari mal-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili, fl-UE u fid-dinja, b'mod partikolari man-negozji, is-sħab soċjali, ir-riċerkaturi u l-awtoritajiet kompetenti, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp ta' standards tekniċi fil-livell internazzjonali;

jikkooperaw mal-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru fir-rigward tal-istabbiliment ta' linji gwida vinkolanti dwar il-metodoloġija li għandha tiġi segwita għall-valutazzjoni tal-konformità li għandha titwettaq minn kull “Awtorità ta' Sorveljanza”;

jikkooperaw rigward il-kuntatt mal-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru u l-koordinazzjoni l-mandat u l-kompiti tagħhom;

jikkooperaw fis-sensibilizzazzjoni, l-għoti ta' informazzjoni u l-involviment tagħhom fi skambji ma' żviluppaturi, fornituri u utenti fl-Unjoni kollha;

jikkooperaw fis-sensibilizzazzjoni, l-għoti ta' informazzjoni, il-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali, it-taħriġ u l-ħiliet u l-involviment tagħhom fi skambji ma' disinjaturi, żviluppaturi, fornituri, ċittadini, utenti u korpi istituzzjonali madwar l-Unjoni u internazzjonalment;

jikkooperaw rigward il-koordinazzjoni ta' qafas komuni għall-governanza tal-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati li għandhom jiġu implimentati mill-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru;

jikkooperaw biex iservu bħala ċentru għall-għarfien espert billi jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni u jappoġġjaw l-iżvilupp ta' fehim komuni fis-Suq Uniku;

jikkooperaw fir-rigward tal-ospitar ta' Grupp ta' Ħidma dwar is-Sigurtà u d-Difiża.

V.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

tfassal u sussegwentement taġġorna, permezz ta' atti delegati, lista komuni ta' teknoloġiji ta' riskju għoli identifikati fl-Unjoni b'kooperazzjoni mal-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru;

taġġorna, permezz ta' atti delegati, il-lista prevista fl-Anness għar-Regolament.

VI.

L-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru għandha twettaq il-kompiti ewlenin li ġejjin:

tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju stabbilit fil-proposta għal Regolament mitlub f'kooperazzjoni mal-“Awtorità ta' Sorveljanza” fl-Istati Membri l-oħra, kif ukoll ma' awtoritajiet oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni settorjali, il-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jiġu nnominati f'dan il-kuntest, jiġifieri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju previsti fil-proposta għal Regolament mitlub u tal-lista ta' setturi ta' riskju għoli u ta' użi jew skopijiet ta' riskju għoli stabbiliti fl-anness għalih, u s-superviżjoni sussegwenti tal-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa u xierqa fejn teknoloġiji ta' riskju għoli jiġu identifikati bħala riżultat ta' tali applikazzjoni;

tivvaluta jekk l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn dawn it-teknoloġiji, żviluppati, varati u użati fl-Unjoni għandhomx jitqiesu bħala teknoloġiji ta' riskju għoli f'konformità mal-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju previsti fil-proposta għal Regolament mitlub u fil-lista stabbilita fl-anness għalih;

toħroġ ċertifikat Ewropew ta' konformità mal-prinċipji etiċi u l-obbligi legali kif stabbiliti fil-proposta għar-Regolament mitlub u d-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż meta dan jirriżulta minn proċess ta' applikazzjoni għal kwalunkwe żviluppatur, fornitur jew utent ta' teknoloġiji li mhumiex meqjusa bħala ta' riskju għoli sabiex jiċċertifika l-konformità tagħhom mal-proposta għal Regolament mitlub, kif żviluppata mill-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest;

tivvaluta u timmonitorja l-konformità tagħhom mal-prinċipji etiċi u l-obbligi legali kif stabbiliti fil-proposta għal Regolament mitlub u d-dritt rilevanti tal-Unjoni;

tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' standards għall-governanza tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inkluż billi tikkoordina u torganizza djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati kollha u mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; għal dak il-għan, tikkoopera mal-Kummissjoni u/jew ma' kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest fir-rigward tal-koordinazzjoni ta' qafas komuni fil-livell tal-Unjoni;

tqajjem kuxjenza, tagħti informazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati lill-pubbliku, u tappoġġja t-taħriġ ta' professjonijiet rilevanti, inkluż fil-ġudikatura, biex b'hekk iċ-ċittadini u l-ħaddiema jingħataw il-litteriżmu, il-ħiliet u l-għodod diġitali meħtieġa għal tranżizzjoni ġusta;

isservi bħala l-ewwel punt ta' kuntatt f'każijiet ta' suspett ta' ksur tal-obbligi legali u l-prinċipji etiċi stabbiliti fil-proposta għal Regolament mitlub u twettaq valutazzjoni tal-konformità f'każijiet bħal dawn; fil-kuntest ta' din il-valutazzjoni tal-konformità, hija tista' tikkonsulta u/jew tinforma lil awtoritajiet kompetenti oħra fl-Unjoni, b'mod partikolari n-Network ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-korpi nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali.

VII.

Ir-rwol ewlieni tal-partijiet ikkonċernati għandu jkun li jinvolvu ruħhom mal-Kummissjoni u ma' kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest u mal-“Awtorità ta' Sorveljanza” f'kull Stat Membru.

B.   TEST TAL-PROPOSTA LEĠIŻLATTIVA MITLUBA

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar prinċipji etiċi għall-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

L-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ix-xewqa li jservu lis-soċjetà. Tali teknoloġiji jistgħu jinvolvu opportunitajiet u riskji, li jenħtieġ li jiġu indirizzati u regolati minn qafas regolatorju komprensiv fil-livell tal-Unjoni, li jirrifletti prinċipji etiċi, li għandhom jiġu mħarsa mill-mument tal-iżvilupp u l-varar ta' tali teknoloġiji sal-użu tagħhom.

(2)

Il-konformità ma' tali qafas regolatorju rigward l-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu ta' livell li huwa ekwivalenti fl-Istati Membri kollha, sabiex jinħatfu l-opportunitajiet b'mod effiċjenti u jiġu indirizzati r-riskji ta' teknoloġiji bħal dawn b'mod konsistenti, kif ukoll biex tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja. Jenħtieġ li jiġi żgurat li r-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu applikati fl-Unjoni kollha b'mod omoġenju.

(3)

F'dan il-kuntest, id-diversità attwali tar-regoli u l-prattiki li għandhom jiġu segwiti fl-Unjoni kollha tippreżenta riskju sinifikanti ta' frammentazzjoni tas-Suq Uniku u għall-protezzjoni tal-benesseri u l-prosperità tal-individwi u, b'mod simili, tas-soċjetà, kif ukoll għall-esplorazzjoni koerenti tal-potenzjal sħiħ li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati għandhom fil-promozzjoni u l-preservazzjoni tal-benesseri u l-prosperità. Id-differenzi fil-grad ta' kif tiġi kkunsidrata d-dimensjoni etika inerenti għal dawn it-teknoloġiji min-naħa tal-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti jistgħu jwaqqfuhom milli jiġu żviluppati, varati jew użati b'mod liberu fl-Unjoni u tali differenzi jistgħu jikkostitwixxu ostaklu għal kundizzjonijiet ekwi u għas-segwitu ta' progress teknoloġiku u attivitajiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni, iwasslu għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u jimpedixxu lill-awtoritajiet milli jwettqu l-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-assenza ta' qafas regolatorju komuni, li jirrifletti prinċipji etiċi, għall-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jirriżulta f'inċertezza legali għal dawk kollha involuti, b'mod partikolari l-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti.

(4)

Madankollu, filwaqt li jikkontribwixxi għal approċċ koerenti fil-livell tal-Unjoni u fil-limiti stabbiliti minnu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi marġni ta' manuvrar għall-Istati Membri, inkluż fir-rigward ta' kif għandu jitwettaq il-mandat tal-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali rispettiva tagħhom fid-dawl tal-objettivi li għandha tikseb kif stabbilit hawnhekk.

(5)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti jew futura. Jenħtieġ li jkun proporzjonat fir-rigward tal-objettiv tiegħu sabiex ma jfixkilx bla bżonn l-innovazzjoni fl-Unjoni u jkun f'konformità ma' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

(6)

Il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku ta' tali qafas jenħtieġ li jkopri l-komponenti kollha tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati matul l-iżvilupp, il-varar u l-użu tagħhom fl-Unjoni, inkluż f'każijiet fejn partijiet mit-teknoloġiji jistgħu jkunu barra mill-Unjoni jew ma jkollhomx post speċifiku jew uniku, bħal fil-każ tas-servizzi tal-cloud computing.

(7)

Huwa meħtieġ fehim komuni fl-Unjoni ta' kunċetti bħall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, it-teknoloġiji relatati u r-rikonoxximent bijometriku sabiex jippermetti approċċ regolatorju unifikat u b'hekk ċertezza tad-dritt kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-kumpaniji. Dawn jenħtieġ li jkunu teknoloġikament newtrali u soġġetti għal rieżami kull meta jkun meħtieġ.

(8)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li hemm teknoloġiji relatati mal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika li jippermettu lis-software jikkontrolla l-proċessi fiżiċi jew virtwali, fi grad differenti ta' awtonomija (1). Pereżempju, għas-sewqan awtomatizzat tal-vetturi, ġew proposti sitt livelli ta' awtomatizzazzjoni tas-sewqan mill-Istandard Internazzjonali SAE J3016.

(9)

L-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, jenħtieġ li jikkomplementaw il-kapaċitajiet umani u mhux jissostitwixxuhom u jiżguraw li l-eżekuzzjoni tagħhom ma tmurx kontra l-aħjar interessi taċ-ċittadini, u li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, mad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u strumenti Ewropej u internazzjonali oħrajn li japplikaw fl-Unjoni.

(10)

Id-deċiżjonijiet li jittieħdu jew li jiġu informati mill-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għal rieżami, sinifikattiv, ġudizzju, intervent u kontroll mill-bniedem. Il-kumplessità teknika u operattiva ta' tali teknoloġiji jenħtieġ li qatt ma żżomm lil dak li jvarahom jew l-utent tagħhom milli jkunu jistgħu, tal-inqas, jagħlquhom b'mod sigur, jibdluhom jew iwaqqfuhom milli jaħdmu, jew jerġgħu lura għal stat preċedenti billi jirrestawraw funzjonalitajiet siguri f'każijiet fejn il-konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji etiċi u l-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament tkun f'riskju.

(11)

L-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati li l-iżvilupp, il-varar u l-użu tagħhom jinvolvu riskju sinifikanti li jikkawżaw korriment jew ħsara lill-individwi jew lis-soċjetà bi ksur tad-drittijiet fundamentali u tar-regoli tas-sikurezza kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqiesu bħala teknoloġiji ta' riskju għoli. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tagħhom bħala tali, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat is-settur fejn jiġu żviluppati, varati jew użati, l-użu jew l-iskop speċifiku tagħhom u s-severità tal-korriment jew ħsara li tista' tkun mistennija li sseħħ. Il-grad ta' severità jenħtieġ li jiġi determinat abbażi tal-firxa tal-korriment jew ħsara potenzjali, l-għadd ta' persuni affettwati, il-valur totali tal-ħsara kkawżata u l-ħsara lis-soċjetà kollha kemm hi. Tipi severi ta' korriment u ħsara huma, pereżempju, ksur tad-drittijiet tat-tfal, tal-konsumaturi jew tal-ħaddiema li, minħabba l-firxa tagħhom, l-għadd ta' tfal, konsumaturi jew ħaddiema affettwati jew l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà kollha kemm hi jinvolvu riskju sinifikanti ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u tar-regoli tas-sikurezza kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi lista eżawrjenti u kumulattiva ta' setturi ta' riskju għoli, u użi u skopijiet ta' riskju għoli.

(12)

L-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, speċifikament dawk li jirrigwardaw teknoloġiji ta' riskju għoli, jenħtieġ li japplikaw biss għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, żviluppati, varati jew użati fl-Unjoni, li, wara l-valutazzjoni tar-riskju prevista f'dan ir-Regolament, jitqiesu bħala ta' riskju għoli. Tali obbligi għandhom jiġu mħarsa mingħajr preġudizzju għall-obbligu ġenerali li kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġija relatata, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użata jew prodotta minn teknoloġiji bħal dawn, jenħtieġ li jiġu żviluppati, varati u użati fl-Unjoni b'mod iċċentrat fuq il-bniedem u bbażati fuq il-prinċipji tal-awtonomija tal-bniedem u s-sikurezza tal-bniedem skont id-dritt tal-Unjoni u b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali bħad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà u d-dritt għall-integrità tal-persuna.

(13)

It-teknoloġiji ta' riskju għoli jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tas-sikurezza, it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont, in-nuqqas ta' preġudizzju jew in-nondiskriminazzjoni, ir-responsabbiltà soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-dritt għal rimedju, is-sostenibbiltà ambjentali, il-privatezza u l-governanza tajba, wara valutazzjoni tar-riskju imparzjali, oġġettiva u esterna mill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali skont il-kriterji previsti f'dan ir-Regolament u fil-lista stabbilita fl-anness għalih. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tqis il-fehmiet u kull awtovalutazzjoni li ssir mill-iżviluppatur jew mill-fornitur.

(14)

Il-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan jenħtieġ li jħejju linji gwida ta' implimentazzjoni mhux vinkolanti għall-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti dwar il-metodoloġija għall-konformità ma' dan ir-Regolament. Meta jagħmlu dan, huma jenħtieġ li jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

(15)

Jenħtieġ li jkun hemm koerenza fl-Unjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ta' dawn it-teknoloġiji, speċjalment fil-każ li jiġu vvalutati kemm fid-dawl ta' dan ir-Regolament kif ukoll f'konformità ma' kwalunkwe leġiżlazzjoni speċifika għas-settur applikabbli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jenħtieġ li jinfurmaw lil awtoritajiet oħra li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju skont kwalunkwe leġiżlazzjoni speċifika għas-settur meta dawn it-teknoloġiji jiġu vvalutati bħala ta' riskju għoli wara l-valutazzjoni tar-riskju prevista f'dan ir-Regolament.

(16)

Biex ikunu affidabbli, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati affidabbli, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji jenħtieġ li jiġu żviluppati, varati u użati b'mod sikur, trasparenti u responsabbli skont il-karatteristiċi ta' sikurezza tar-robustezza, ir-reżiljenza, is-sigurtà, il-preċiżjoni u l-identifikazzjoni tal-iżball, l-ispjegabbiltà, l-interpretazzjoni, l-awditjar, it-trasparenza u l-identifikazzjoni, u b'mod li jkun possibbli li l-funzjonalitajiet ikkonċernati jiġu temporanjament diżattivati jew li wieħed imur lura għal stat preċedenti li jirrestawra funzjonalitajiet siguri, f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk il-karatteristiċi. It-trasparenza jenħtieġ li tiġi żgurata billi jiġi permess l-aċċess lill-awtoritajiet pubbliċi, meta jkun strettament meħtieġ, għat-teknoloġija, id-data u s-sistemi tal-informatika sottostanti għal dawn it-teknoloġiji.

(17)

L-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, speċjalment it-teknoloġiji ta' riskju għoli, huma responsabbli fi gradi differenti għall-konformità mal-prinċipji tas-sikurezza, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont sal-livell tal-involviment tagħhom fit-teknoloġiji kkonċernati, inkluż is-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji. L-iżviluppaturi jenħtieġ li jiżguraw li t-teknoloġiji kkonċernati jkunu ddisinjati u mibnija f'konformità mal-karatteristiċi ta' sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament, filwaqt li dawk li jvarawhom u l-utenti jenħtieġ li jvaraw u jużaw it-teknoloġiji kkonċernati b'rispett sħiħ għal dawk il-karatteristiċi. Għal dan il-għan, l-iżviluppaturi ta' teknoloġiji ta' riskju għoli jenħtieġ li jevalwaw u jantiċipaw ir-riskji ta' użu ħażin li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija fir-rigward tat-teknoloġiji li jiżviluppaw. Huma jeħtiġilhom jiżguraw ukoll li s-sistemi li jiżviluppaw jindikaw il-probabbiltà ta' żbalji jew ineżattezzi sa fejn ikun possibbli u permezz ta' mezzi xierqa, bħal messaġġi ta' ċaħda ta' responsabbiltà.

(18)

L-iżviluppaturi u dawk li jvarawhom jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-utenti kull aġġornament sussegwenti tat-teknoloġiji kkonċernati, b'mod partikolari f'termini ta' software, kif stipulat minn kuntratti jew kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali. Barra minn hekk, fejn valutazzjoni tar-riskju tindika hekk, l-iżviluppaturi u dawk li jvarawhom jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet pubbliċi d-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-użu tat-teknoloġiji kkonċernati u l-istruzzjonijiet tas-sikurezza f'dak ir-rigward, inkluż, fejn strettament meħtieġ u b'rispett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali, il-kodiċi tas-sors, l-għodod tal-iżvilupp u d-data użati mis-sistema.

(19)

L-individwi għandhom id-dritt li jistennew li t-teknoloġija li jużaw taħdem b'mod raġonevoli u tirrispetta l-fiduċja tagħhom. Il-fiduċja taċ-ċittadini fl-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, tiddependi mill-fehim u l-komprensjoni tal-proċessi tekniċi. Il-grad ta' spjegabbiltà ta' tali proċessi jenħtieġ li jiddependi mill-kuntest ta' dawk il-proċessi tekniċi, u mis-severità tal-konsegwenzi ta' riżultat żbaljat jew mhux eżatt, u jrid ikun biżżejjed biex wieħed jikkontestahom u jfittex rimedju. Il-kapaċità ta' awditjar, ta' traċċabbiltà u trasparenza jenħtieġ li tindirizza kull nuqqas ta' fehim possibbli ta' tali teknoloġiji.

(20)

Il-fiduċja tas-soċjetà fl-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, tiddependi mill-punt sa fejn huma permessi l-valutazzjoni, il-kapaċità ta' awditjar u t-traċċabbiltà tagħhom fit-teknoloġiji kkonċernati. Meta l-firxa tal-involviment tagħhom tkun tirrikjedi dan, l-iżviluppaturi jenħtieġ li jiżguraw li tali teknoloġiji jiġu ddisinjati u magħmula b'mod li jippermetti tali valutazzjoni, awditjar u traċċabbiltà. Fil-limiti ta' dak li huwa teknikament possibbli, l-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti jenħtieġ li jiżguraw li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jiġu varati u użati b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti ta' trasparenza, u jippermettu l-awditjar u t-traċċabbiltà.

(21)

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, iċ-ċittadini jenħtieġ li jiġu infurmati meta sistema tuża l-intelliġenza artifiċjali, meta sistemi ta' intelliġenza artifiċjali jippersonalizzaw prodott jew servizz għall-utenti tagħha, jekk jistgħux jitfu kif ukoll jillimitaw il-personalizzazzjoni u meta jkollhom teknoloġija awtomatizzata ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Barra minn hekk, il-miżuri ta' trasparenza jenħtieġ li jkunu akkumpanjati, sa fejn dan ikun teknikament possibbli, minn spjegazzjonijiet ċari u li jinftiehmu tad-data użata u tal-algoritmu, l-iskop tagħha, l-eżiti tagħha u l-perikli potenzjali tagħha.

(22)

Il-preġudizzju fis-software, l-algoritmi u d-data u d-diskriminazzjoni min-naħa tagħhom huma kontra l-liġi u jenħtieġ li jiġu indirizzati billi jiġu rregolati l-proċessi li permezz tagħhom jiġu ddisinjati u varati. Il-preġudizzju jista' joriġina kemm minn deċiżjonijiet infurmati jew magħmula minn sistema awtomatizzata kif ukoll minn settijiet ta' data li fuqhom ikun ibbażat it-tali teħid ta' deċiżjonijiet jew li permezz tagħhom tkun imħarrġa s-sistema.

(23)

Is-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti mill-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jenħtieġ li jitqiesu li mhumiex imparzjali fejn, pereżempju, juru riżultati subottimali fir-rigward ta' kwalunkwe persuna jew grupp ta' persuni, abbażi ta' perċezzjoni personali jew soċjali preġudikata u pproċessar sussegwenti ta' data relatata mal-karatteristiċi tagħhom.

(24)

F'konformità mad-dritt tal-Unjoni, is-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti mill-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jenħtieġ li jitqiesu bħala diskriminatorji meta jipproduċu eżiti li jkollhom effetti negattivi sproporzjonati u jirriżultaw fi trattament differenti ta' persuna jew grupp ta' persuni, inkluż billi jpoġġuhom fi żvantaġġ meta mqabbla ma' oħrajn, abbażi ta' raġunijiet bħall-karatteristiċi personali tagħhom, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva jew raġonevoli u irrispettivament minn kwalunkwe dikjarazzjoni ta' newtralità tat-teknoloġiji.

(25)

F'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għanijiet leġittimi li, fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitqiesu li jiġġustifikaw b'mod oġġettiv xi trattament differenzjali bejn persuni jew grupp ta' persuni huma l-protezzjoni tas-sikurezza pubblika, is-sigurtà u s-saħħa, il-prevenzjoni ta' reati kriminali, il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, ir-rappreżentanza ġusta u r-rekwiżiti oġġettivi għal okkupazzjoni professjonali.

(26)

Jenħtieġ li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, jikkontribwixxu għal-progress sostenibbli. Jenħtieġ li dawn it-teknoloġiji ma jmorrux kontra l-kawża ta' preservazzjoni tal-ambjent jew tat-tranżizzjoni ekoloġika. Huma jistgħu jaqdu rwol importanti fil-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli deskritti min-Nazzjonijiet Uniti bil-ħsieb li l-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu jirnexxu. Dawn it-teknoloġiji jistgħu jappoġġjaw il-monitoraġġ ta' progress adegwat abbażi ta' indikaturi tas-sostenibbiltà u tal-koeżjoni soċjali, u bl-użu ta' għodod ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jirrikjedu l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha biex jappoġġjaw u jinvestu fi proġetti li jindirizzaw dawk l-għanijiet.

(27)

Jenħtieġ li l-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, bl-ebda mod ma jikkawżaw bi skop jew jaċċettaw bi pjan korriment jew dannu ta' kwalunkwe tip lill-individwi jew lis-soċjetà. Għaldaqstant, it-teknoloġiji ta' riskju għoli b'mod partikolari jenħtieġ li jiġu żviluppati, varati u użati b'mod soċjalment responsabbli.

(28)

Għaldaqstant, l-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti jenħtieġ li jinżammu responsabbli, sal-limitu tal-involviment tagħhom fl-intelliġenza artifiċjali, fir-robotika u fit-teknoloġiji relatati kkonċernati, u f'konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar ir-responsabbiltà, għal kwalunkwe korriment jew dannu kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà.

(29)

B'mod partikolari, l-iżviluppaturi li jieħdu deċiżjonijiet li jiddeterminaw u jikkontrollaw il-kors jew il-manjiera tal-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, kif ukoll dawk li jvarawhom li jkunu involuti fil-varar tagħhom billi jieħdu deċiżjonijiet dwar tali varar u billi jeżerċitaw kontroll fuq ir-riskji assoċjati jew jibbenefikaw minn tali varar, b'funzjoni ta' kontroll jew amministrattiva, jenħtieġ li ġeneralment jitqiesu responsabbli biex jevitaw l-okkorrenza ta' kwalunkwe korriment jew dannu bħal dan u dan billi jistabbilixxu miżuri adegwati matul il-proċess ta' żvilupp u billi jirrispettaw bir-reqqa dawn il-miżuri matul il-fażi ta' varar, rispettivament.

(30)

Intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati li jkunu soċjalment responsabbli, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, jistgħu jiġu ddefiniti bħala teknoloġiji li jikkontribwixxu biex jinstabu soluzzjonijiet li jissalvagwardjaw u jippromwovu għanijiet differenti rigward is-soċjetà, b'mod partikolari d-demokrazija, is-saħħa u l-prosperità ekonomika, l-opportunitajiet ugwali, id-drittijiet tal-ħaddiema u dawk soċjali, midja varjata u indipendenti u informazzjoni oġġettiva u disponibbli liberament, li jippermettu dibattitu pubbliku, edukazzjoni ta' kwalità, diversità lingwistika u kulturali, bilanċ bejn il-ġeneri, litteriżmu diġitali, innovazzjoni u kreattività. Hemm dawk ukoll li huma żviluppati, varati u użati b'kunsiderazzjoni xierqa għall-impatt finali tagħhom fuq il-benesseri fiżiku u mentali taċ-ċittadini u li ma jippromwovux id-diskors ta' mibegħda jew il-vjolenza. Dawn l-għanijiet jenħtieġ li jinkisbu b'mod partikolari permezz ta' teknoloġiji ta' riskju għoli.

(31)

Jenħtieġ li l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati jiġu żviluppati, varati u użati wkoll bil-ħsieb li jappoġġjaw l-inklużjoni soċjali, id-demokrazija, il-pluralità, is-solidarjetà, il-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-kooperazzjoni u jenħtieġ li l-potenzjal tagħhom f'dak il-kuntest jiġi mmassimizzat u esplorat permezz ta' proġetti ta' riċerka u innovazzjoni. Jenħtieġ li għaldaqstant l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jimmobilizzaw ir-riżorsi ta' komunikazzjoni, amministrattivi u finanzjarji tagħhom bil-għan li jappoġġjaw u jinvestu f'tali proġetti.

(32)

Jenħtieġ li l-proġetti relatati mal-potenzjal tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati li jittrattaw il-kwistjoni tal-benesseri soċjali, jitwettqu abbażi ta' għodod ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli sabiex tiġi ggarantita konformità mal-prinċipji etiċi ta' dawk il-proġetti mill-bidu nett.

(33)

L-iżvilupp, il-varar u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, jenħtieġ li jqisu l-impronta ambjentali tagħhom. F'konformità mal-obbligi stabbiliti fid-dritt applikabbli tal-Unjoni, jenħtieġ li teknoloġiji bħal dawn ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u tul il-katina kollha tal-provvista tagħhom u jenħtieġ li jiġu żviluppati, varati u użati b'mod li jippreserva l-ambjent, jimmitiga u jirrimedja l-impronta ambjentali tagħhom, jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni ekoloġika u jappoġġja l-kisba tal-objettivi tan-newtralità klimatika u tal-ekonomija ċirkolari.

(34)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti jenħtieġ li jinżammu responsabbli, sal-limitu tal-involviment rispettiv tagħhom fl-iżvilupp, il-varar jew l-użu ta' kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġija kkunsidrati bħala ta' riskju għoli, għal kwalunkwe ħsara kkawżata lill-ambjent skont ir-regoli dwar ir-responsabbiltà ambjentali applikabbli.

(35)

Jenħtieġ ukoll li dawn it-teknoloġiji jiġu żviluppati, varati u użati bil-ħsieb li jappoġġjaw il-kisba tal-għanijiet ambjentali f'konformità mal-obbligi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart, il-limitar tal-marka tal-karbonju, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-preservazzjoni tal-ambjent, u l-potenzjal tagħhom, f'dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġi mmassimizzat u esplorat permezz ta' proġetti ta' riċerka u innovazzjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jimmobilizzaw ir-riżorsi ta' komunikazzjoni, amministrattivi u finanzjarji tagħhom bil-għan li jappoġġjaw u jinvestu f'tali proġetti.

(36)

Jenħtieġ li l-proġetti relatati mal-potenzjal tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati li jindirizzaw it-tħassib ambjentali, jitwettqu abbażi ta' għodod ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli sabiex mill-bidu tiġi ggarantita l-konformità ta' dawn il-proġetti mal-prinċipji etiċi.

(37)

Jenħtieġ li kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġija relatata, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, żviluppati, varati u użati fl-Unjoni, jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-privatezza u l-protezzjoni ta' data personali. Jenħtieġ li, b'mod partikolari, l-iżvilupp, il-varar u l-użu tagħhom isir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(38)

B'mod partikolari, jenħtieġ li l-limiti etiċi tal-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, jitqiesu kif dovut meta jintużaw teknoloġiji ta' rikonoxximent mill-bogħod, bħar-rikonoxximent tal-karatteristiċi bijometriċi, b'mod partikolari r-rikonoxximent tal-wiċċ, sabiex individwi jiġu identifikati awtomatikament. Meta dawn it-teknoloġiji jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali, jiġifieri biex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-individwi u biex jiġu indirizzati emerġenzi nazzjonali, u mhux biex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-proprjetajiet, l-użu jenħtieġ li dejjem ikun żvelat, proporzjonat, immirat u limitat għal objettivi speċifiċi u ristrett fiż-żmien skont id-dritt tal-Unjoni u b'kunsiderazzjoni xierqa għad-dinjità u l-awtonomija tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta. Il-kriterji u l-limiti għal dak l-użu jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rieżami ġudizzjarju u sottomessi għal skrutinju demokratiku u dibattitu li jinvolvi lis-soċjetà ċivili.

(39)

Governanza li hija bbażata fuq standards rilevanti ssaħħaħ is-sikurezza u tippromwovi ż-żieda fil-fiduċja taċ-ċittadini fl-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji.

(40)

L-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt dwar id-drittijiet fundamentali qabel ma jvaraw teknoloġiji ta' riskju għoli li jipprovdu appoġġ għal deċiżjonijiet li jittieħdu fis-settur pubbliku u li jkollhom impatt dirett u sinifikanti fuq id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini.

(41)

Fost l-istandards ta' governanza rilevanti eżistenti hemm, pereżempju, il-“Linji Gwida dwar l-Etika għal IA Affidabbli” abbozzati mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea u kwalunkwe standard tekniku ieħor bħal dawk adottati fil-livell Ewropew mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) u fil-livell internazzjonali mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Istitut tal-Inġiniera tal-Elettriku u l-Elettronika (IEEE).

(42)

Il-kondiviżjoni u l-użu ta' data minn bosta parteċipanti huma sensittivi u jenħtieġ, għaldaqstant, li l-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati jiġu rregolati minn regoli, standards u protokolli rilevanti li jirriflettu r-rekwiżiti tal-kwalità, l-integrità, is-sigurtà, l-affidabbiltà, il-privatezza u l-kontroll. Jenħtieġ li l-istrateġija ta' governanza tad-data tiffoka fuq l-ipproċessar, il-kondiviżjoni u l-aċċess għal tali data, inklużi l-ġestjoni, il-kapaċità ta' awditjar u t-traċċabbiltà xierqa tagħha, u tiggarantixxi l-protezzjoni adegwata ta' data li tappartjeni għal gruppi vulnerabbli, inklużi persuni b'diżabilitajiet, pazjenti, tfal, minoranzi u migranti jew gruppi oħrajn f'riskju ta' esklużjoni. Barra minn hekk, l-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti jenħtieġ li jkunu jistgħu, fejn rilevanti, joqogħdu fuq indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-valutazzjoni tas-settijiet tad-data li jużaw għall-finijiet tat-tisħiħ tal-affidabbiltà tat-teknoloġiji li jiżviluppaw, ivaraw u jużaw.

(43)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità amministrattiva indipendenti biex taġixxi bħala awtorità ta' sorveljanza. B'mod partikolari, kull awtorità nazzjonali ta' sorveljanza jenħtieġ li tkun responsabbli għall-identifikazzjoni ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati meqjusa bħala ta' riskju għoli fid-dawl tal-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju previsti f'dan ir-Regolament u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ta' dawn it-teknoloġiji mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(44)

Kull awtorità ta' sorveljanza nazzjonali jenħtieġ ukoll li terfa' r-responsabbiltà tal-governanza tajba ta' dawn it-teknoloġiji taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni u/jew ta' kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan. Għaldaqstant dawn għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-fiduċja u tas-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll biex jippermettu soċjetà demokratika, pluralistika u ekwa.

(45)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-teknoloġiji li huma ta' riskju għoli skont dan ir-Regolament u l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom miegħu, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jikkooperaw, fejn applikabbli, mal-awtoritajiet responsabbli għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn it-teknoloġiji u għall-infurzar tal-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni settorjali.

(46)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jinvolvu ruħhom f'kooperazzjoni sostanzjali u regolari bejniethom kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropea u ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, sabiex tiġi garantita azzjoni transfruntiera koerenti u jkunu possibbli l-iżvilupp, il-varar u l-użu konsistenti ta' dawn it-teknoloġiji fi ħdan l-Unjoni f'konformità mal-prinċipji etiċi u l-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(47)

Fil-kuntest ta' tali kooperazzjoni u bil-ħsieb li tinkiseb armonizzazzjoni sħiħa fil-livell tal-Unjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jenħtieġ li jassistu lill-Kummissjoni fit-tfassil ta' lista komuni u eżawrjenti ta' intelligence artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli f'konformità mal-kriterji previsti f'dan ir-Regolament u fl-Anness għalih. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żviluppat proċess ta' għoti għall-ħruġ ta' ċertifikat Ewropew ta' konformità etika, inkluż proċess ta' applikazzjoni volontarja għal kull żviluppatur, fornitur jew utent ta' teknoloġiji li ma jkunux ikkunsidrati bħala ta' riskju għoli li jkunu jixtiequ jiċċertifikaw il-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament.

(48)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jiżguraw il-ġbir ta' għadd massimu ta' partijiet ikkonċernati, bħall-industrija, in-negozji, is-sħab soċjali, ir-riċerkaturi, il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jipprovdu forum pluralistiku għar-riflessjoni u l-iskambju ta' fehmiet sabiex jinkisbu konklużjonijiet komprensibbli u preċiżi bħala gwida ta' kif il-governanza tiġi rregolata.

(49)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jiżguraw il-ġbir ta' għadd massimu ta' partijiet ikkonċernati, bħall-industrija, in-negozji, is-sħab soċjali, ir-riċerkaturi, il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jipprovdu forum pluralistiku għar-riflessjoni u l-iskambju ta' fehmiet, sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-kollaborazzjoni bejniethom, b'mod partikolari minn esperti akkademiċi, esperti fir-riċerka, fl-industrija, esperti tas-soċjetà ċivili u esperti individwali, sabiex jinkisbu konklużjonijiet komprensibbli u preċiżi bħala gwida ta' kif il-governanza tiġi rregolata.

(50)

Barra minn hekk, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali jipprovdu gwida u appoġġ amministrattivi professjonali lill-iżviluppaturi, lil dawk li jvarawhom u lill-utenti, b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u medji jew lin-negozji ġodda, li jiffaċċjaw sfidi fir-rigward tal-konformità mal-prinċipji etiċi u l-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(51)

Il-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan jenħtieġ li jistabbilixxu linji gwida vinkolanti dwar il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali meta jwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

(52)

L-iżvelar ta' informazzjoni protetta jwassal il-ksur potenzjali u reali tad-dritt tal-Unjoni għand l-awtoritajiet bil-għan li jipprevjeni korriment, dannu jew ħsara li altrimenti jistgħu jseħħu. Barra minn hekk, il-proċeduri ta' rapportar itejbu l-fluss ta' informazzjoni fi ħdan il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet, u b'hekk itaffu r-riskju li jiġu żviluppati prodotti jew servizzi difettużi jew żbaljati. Jenħtieġ li l-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw, ivaraw jew jużaw intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inkluża d-data użata jew prodotta minn dawn it-teknoloġiji, jistabbilixxu mezzi ta' rapportar u jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ksur jiġu protetti mir-ritaljazzjoni.

(53)

L-iżvilupp rapidu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn dawn it-teknoloġiji, kif ukoll ta' tagħlim awtomatiku tekniku, il-proċessi ta' raġunament u teknoloġiji sottostanti oħra ta' dan l-iżvilupp, huma imprevedibbli. B'hekk, huwa kemm xieraq kif ukoll meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' rieżami li skontu, flimkien mar-rapportar tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni jeħtiġilha tippreżenta b'mod regolari rapport dwar il-modifika possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(54)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas regolatorju komuni ta' prinċipji etiċi u obbligi legali għall-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda aktar jista' jintlaħaq, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(55)

Il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni kif stabbilit f'dan ir-Regolament tinkiseb l-aħjar mill-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tingħata l-kompitu li ssib soluzzjoni xierqa biex din il-koordinazzjoni tiġi strutturata fil-livell tal-Unjoni bil-għan li jiġu kkoordinati l-mandati u l-azzjonijiet tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali f'kull Stat Membru, jiġifieri fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, l-istabbiliment ta' qafas komuni għall-governanza tal-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji, l-iżvilupp u l-ħruġ ta' ċertifikazzjoni ta' konformità mal-prinċipji etiċi u l-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-appoġġ għal skambji regolari mal-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili u l-ħolqien ta' ċentru ta' għarfien espert, li jlaqqa' flimkien lill-akkademiċi, lir-riċerka, lill-industrija u lil esperti individwali fil-livell tal-Unjoni biex jitrawwem l-iskambju ta' għarfien u kompetenza teknika, u l-promozzjoni tal-approċċ tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżgurar ta' tweġiba konsistenti mad-dinja kollha għall-opportunitajiet u r-riskji inerenti f'dawn it-teknoloġiji.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Skop

Il-fini ta' dan ir-Regolament hija li jiġi stabbilit qafas regolatorju tal-Unjoni komprensiv u li jibqa' validu fil-futur ta' prinċipji etiċi u obbligi legali għall-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati fl-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, li jiġu żviluppati, varati jew użati fl-Unjoni.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni ġeografiku

Dan ir-Regolament japplika għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fejn kwalunkwe parti minnhom tiġi żviluppata, varata jew użata fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk is-software, l-algoritmi jew id-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji jinsabux barra mill-Unjoni jew ma jkollhomx lokazzjoni ġeografika speċifika.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“intelliġenza artifiċjali” tfisser sistema li hija jew ibbażata fuq software jew inkorporata f'tagħmir tal-hardware, u li turi mġiba intelliġenti billi, fost l-oħrajn, tiġbor, tipproċessa, tanalizza u tinterpreta l-ambjent tagħha, u billi tieħu azzjoni, b'xi grad ta' awtonomija, biex tikseb għanijiet speċifiċi (4);

(b)

“awtonomija” tfisser sistema tal-IA li topera billi tinterpreta ċertu input u tuża sett ta' struzzjonijiet stabbiliti minn qabel, mingħajr ma tkun limitata għal dawn l-istruzzjonijiet, minkejja li l-imġiba tas-sistema tkun limitata mill-għan li tkun ingħatat u minn għażliet oħra rilevanti ta' disinn magħmula mill-iżviluppatur tagħha u mmirata biex tilħaq dak l-għan u dawk l-għażliet;

(c)

“robotika” tfisser teknoloġiji li jippermettu lil magni kkontrollati b'mod awtomatiku, li jistgħu jiġu pprogrammati mill-ġdid u bi skopijiet multipli (5) iwettqu azzjonijiet fid-dinja fiżika li tradizzjonalment jitwettqu mill-bnedmin inkluż permezz ta' intelliġenza artifiċjali jew teknoloġiji relatati;

(d)

“teknoloġiji relatati” tfisser teknoloġiji li jippermettu lil software jikkontrolla, bi grad ta' awtonomija parzjali jew sħiħ, proċess fiżiku jew virtwali, teknoloġiji li kapaċi jidentifikaw data bijometrika, ġenetika jew data oħra, u teknoloġiji li jikkupjaw jew jagħmlu użu ieħor minn karatteristiċi umani;

(e)

“riskju għoli” tfisser riskju sinifikanti li jirriżulta mill-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati li jikkawżaw korriment jew ħsara lil individwi jew lis-soċjetà bi ksur tad-drittijiet fundamentali u r-regoli tas-sikurezza kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-użu jew tal-iskop speċifiku tagħhom, tas-settur fejn jiġu żviluppati, varati jew użati u tas-severità tal-korriment jew ħsara li tista' tkun mistennija li sseħħ;

(f)

“żvilupp” tfisser il-kostruzzjoni u d-disinn ta' algoritmi, il-kitba u d-disinn ta' software jew il-ġbir, il-ħżin u l-ġestjoni ta' data bil-ħsieb tal-ħolqien jew tat-taħriġ ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati jew bil-ħsieb tal-ħolqien ta' applikazzjoni ġdida għal intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati eżistenti;

(g)

“żviluppatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tieħu deċiżjonijiet li jiddeterminaw u jikkontrollaw il-perkors jew il-mod tal-iżvilupp ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati;

(h)

“varar” tfisser it-tħaddim u l-ġestjoni ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, kif ukoll it-tqegħid tagħhom fis-suq jew mod ieħor li bih ikunu magħmula disponibbli għall-utenti;

(i)

“fornitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun involuta fil-varar speċifiku ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati li jkollha funzjoni ta' kontroll jew ta' ġestjoni billi tieħu deċiżjonijiet, teżerċita kontroll fuq ir-riskju u tibbenefika minn tali varar;

(j)

“użu” tfisser kwalunkwe azzjoni relatata ma' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati għajr l-iżvilupp jew il-varar;

(k)

“utent” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati għajr għal finijiet ta' żvilupp jew varar;

(l)

“preġudizzju” tfisser kwalunkwe perċezzjoni personali jew soċjali preġudikata ta' persuna jew grupp ta' persuni abbażi tax-xeħtiet personali tagħhom;

(m)

“diskriminazzjoni” tfisser kwalunkwe trattament differenzjali ta' persuna jew grupp ta' persuni abbażi ta' raġuni li ma għandha ebda ġustifikazzjoni oġġettiva jew raġonevoli u għaldaqstant hija pprojbita mid-dritt tal-Unjoni;

(n)

“korriment jew ħsara” tfisser, inkluż fejn ikkawżati minn diskors ta' mibegħda, preġudizzju, diskriminazzjoni jew stigmatizzazzjoni, korriment fiżiku jew mentali, ħsara materjali jew immaterjali bħal telf finanzjarju jew ekonomiku, telf ta' impjieg jew opportunità ta' edukazzjoni, restrizzjoni eċċessiva fuq il-libertà tal-għażla jew tal-espressjoni jew it-telf tal-privatezza, u kwalunkwe ksur tad-dritt tal-Unjoni li jkun ta' detriment għal persuna;

(o)

“governanza tajba” tfisser il-mod li bih jiġi żgurat li l-istandards u l-protokolli adegwati u raġonevoli ta' komportament jiġu adottati u osservati mill-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti, abbażi ta' sett formali ta' regoli, proċeduri u valuri, u li jippermettilhom li jittrattaw b'mod xieraq il-kwistjonijiet etiċi kif jew qabel ma jinħolqu.

Artikolu 5

Prinċipji etiċi ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati

1.   Kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, għandhom jiġu żviluppati, varati u użati fl-Unjoni skont id-dritt tal-Unjoni u b'rispett sħiħ tad-dinjità, l-awtonomija u s-sikurezza tal-bniedem u ta' drittijiet fundamentali oħrajn stabbiliti fil-Karta.

2.   Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jsir fl-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inkluża d-data personali derivata minn data mhux personali u data bijometrika, għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.

3.   L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jinkoraġġixxu proġetti ta' riċerka maħsuba biex jipprovdu soluzzjonijiet, ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, li jfittxu li jippromwovu l-inklużjoni soċjali, id-demokrazija, il-pluralità, is-solidarjetà, il-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-kooperazzjoni.

Kapitolu II

Obbligi għal teknoloġiji ta' riskju għoli

Artikolu 6

Obbligi għal teknoloġiji ta' riskju għoli

1.   Id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw biss għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, li jiġu żviluppati, varati jew użati fl-Unjoni u li jitqiesu ta' riskju għoli.

2.   Kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġija relatata ta' riskju għoli, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, għandhom jiġu żviluppati, varati u użati b'mod li jiżgura li ma jiksrux il-prinċipji etiċi stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u magħmula mill-bniedem

1.   Kwalunkwe teknoloġija ta' riskju għoli, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, għandhom jiġu żviluppati, varati u użati b'mod li jiżgura s-sorveljanza sħiħa mill-bniedem fi kwalunkwe ħin.

2.   It-teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu żviluppati, varati u użati b'mod li jippermetti li jinkiseb mill-ġdid il-kontroll sħiħ mill-bniedem meta jkun meħtieġ, inkluż permezz tat-tibdil jew tal-waqfien ta' dawk it-teknoloġiji.

Artikolu 8

Sikurezza, trasparenza u obbligu ta' rendikont

1.   Kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġija relatata, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji għandhom ikunu żviluppati, varati u użati b'mod li jiżgura li jkunu:

(a)

żviluppati, varati u użati b'mod reżiljenti sabiex jiżguraw livell adegwat ta' sigurtà billi jaderixxu ma' linji bażi minimi taċ-ċibersigurtà proporzjonati għar-riskju identifikat, u livell li jipprevjeni kwalunkwe vulnerabbiltà teknika milli tiġi sfruttata għal skopijiet malizzjużi jew illegali;

(b)

żviluppati, varati u użati b'mod sigur li jiżgura li jkun hemm salvagwardji li jinkludu pjan u azzjoni ta' riżerva f'każ ta' riskju ta' sikurezza jew ta' sigurtà;

(c)

żviluppati, varati u użati b'mod li jiżgura prestazzjoni affidabbli kif raġonevolment mistenni mill-utent fir-rigward tal-kisba tal-għanijiet u tat-twettiq tal-attivitajiet li jkunu ġew maħsuba għalihom, inkluż billi jiġi żgurat li l-operazzjonijiet kollha jkunu jistgħu jiġu riprodotti;

(d)

żviluppati, varati u użati b'mod li jiżgura li l-prestazzjoni tal-għanijiet u tal-attivitajiet tat-teknoloġiji partikolari tkun preċiża; jekk xi ineżattezzi okkażjonali ma jkunux jistgħu jiġu evitati, is-sistema għandha tindika sa fejn ikun possibbli, il-probabbiltà ta' żbalji u ineżattezzi lil dawk li jvarawhom u lill-utenti permezz ta' mezzi xierqa;

(e)

żviluppati, varati u użati b'mod li jista' jiġi spjegat faċilment sabiex jiġi żgurat li jista' jkun hemm rieżami tal-proċessi tekniċi tat-teknoloġiji;

(f)

żviluppati, varati u użati b'tali mod li jinfurmaw lill-utenti li dawn ikunu qegħdin jinteraġixxu ma' sistemi ta' intelliġenza artifiċjali filwaqt li jiżvelaw kif dovut u b'mod komprensiv il-kapaċitajiet, il-preċiżjoni u l-limitazzjonijiet tagħhom lill-iżviluppaturi, lil dawk li jvarawhom u lill-utenti tal-intelliġenza artifiċjali;

(g)

f'konformità mal-Artikolu 6, żviluppati, varati u użati b'mod li jagħmilha possibbli, f'każ ta' nonkonformità mal-fatturi tas-sikurezza stipulati fis-subparagrafi (a) sa (g), li l-funzjonalitajiet ikkonċernati jiġu temporanjament diżattivati u jerġa' jiġi stabbilit stat preċedenti li jirrestawra l-funzjonalitajiet sikuri.

2.   F'konformità mal-Artikolu 6(1), it-teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, għandhom jiġu żviluppati, varati u użati b'mod trasparenti u traċċabbli sabiex l-elementi, il-proċessi u l-fażijiet tagħhom jiġu ddokumentati skont l-ogħla standards possibbli u applikabbli, u sabiex ikun possibbli għall-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 li jivvalutaw il-konformità ta' tali teknoloġiji mal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-iżviluppatur, dak li jvarahom jew l-utent ta' dawk it-teknoloġiji għandu jkun responsabbli għall-konformità, u jkun kapaċi juriha, mal-fatturi tas-sikurezza stipulati fil-paragrafu 1.

3.   L-iżviluppatur, dak li jvarahom jew l-utent tat-teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-miżuri meħuda biex jiżgura l-konformità mal-fatturi tas-sikurezza stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu awditjati mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 jew, fejn applikabbli, korpi ta' sorveljanza settorjali nazzjonali jew Ewropej.

Artikolu 9

Imparzjalità u nondiskriminazzjoni

1.   Kwalunkwe software, algoritmu jew data użati jew prodotti minn intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli li jiġu żviluppati, varati jew użati fl-Unjoni għandhom ikunu imparzjali u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ma jiddiskriminawx abbażi ta' razza, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, tqala, diżabilità, fatturi fiżiċi jew ġenetiċi, età, minoranza nazzjonali, oriġini etnika jew soċjali, lingwa, reliġjon jew twemmin, fehmiet politiċi jew parteċipazzjoni ċivika, ċittadinanza, status ċivili jew ekonomiku, edukazzjoni jew rekord kriminali.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni li jirregola d-diskriminazzjoni illegali, kwalunkwe trattament differenzjali bejn persuni jew gruppi ta' persuni jista' jiġi ġġustifikat biss meta jkun hemm mira oġġettiva, raġonevoli u leġittima li tkun kemm proporzjonata kif ukoll meħtieġa sakemm ma tkunx teżisti alternattiva li tikkawża inqas interferenza mal-prinċipju ta' trattament ugwali.

Artikolu 10

Responsabbiltà soċjali u ugwaljanza bejn il-ġeneri

Kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġija relatata ta' riskju għoli, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, żviluppati, varati u użati fl-Unjoni, għandhom jiġu żviluppati, varati u użati f'konformità mad-dritt, il-prinċipji u l-valuri rilevanti tal-Unjoni, b'mod li ma jinterferixxix fl-elezzjonijiet jew ma jikkontribwixxix għat-tixrid tad-diżinformazzjoni, jirrispetta d-drittijiet tal-ħaddiema, jippromwovi edukazzjoni ta' kwalità u litteriżmu diġitali, ma jżidx id-distakk bejn il-ġeneri billi jipprevjeni opportunitajiet indaqs għal kulħadd u jirrispetta d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kwalunkwe limitazzjoni jew eċċezzjoni għalihom.

Artikolu 11

Sostenibbiltà ambjentali

Kwalunkwe intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli, inklużi s-software, algoritmi u data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali tagħhom mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 jew, fejn applikabbli, korpi oħrajn ta' sorveljanza settorjali nazzjonali jew Ewropej, billi jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri biex itaffu u jirrimedjaw l-impatt ġenerali tagħhom f'dak li jirrigwarda r-riżorsi naturali, il-konsum tal-enerġija, il-produzzjoni tal-iskart, il-marka tal-karbonju, l-emerġenza tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, kif ukoll ma' kwalunkwe impenn ambjentali internazzjonali ieħor li ħadet l-Unjoni.

Artikolu 12

Rispett għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali

L-użu u l-ġbir ta' data bijometrika għal finijiet ta' identifikazzjoni mill-bogħod f'żoni pubbliċi, bħar-rikonoxximent bijometriku jew tal-wiċċ, iġorr riskji speċifiċi għad-drittijiet fundamentali u għandhom jiġu varati jew użati biss mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri għal finijiet sostanzjali ta' interess pubbliku. Dawk l-awtoritajiet għandhom jiżguraw li tali varar jew użu jiġi żvelat lill-pubbliku u li jkun proporzjonat, immirat u limitat għal objettivi u postijiet speċifiċi u ristrett fiż-żmien, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE, u b'kunsiderazzjoni xierqa għad-dinjità u l-awtonomija tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta, jiġifieri d-drittijiet għar-rispett tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 13

Dritt għal rimedju

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt li tfittex rimedju għal korriment jew ħsara kkawżati mill-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali ta' riskju għoli, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi software, algoritmi u data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, li jiksru d-dritt tal-Unjoni u l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Valutazzjoni tar-riskji

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, għandhom jitqiesu bħala teknoloġiji ta' riskju għoli meta, wara valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq kriterji oġġettivi bħall-użu jew l-iskop speċifiku tagħhom, is-settur fejn jiġu żviluppati, varati jew użati u s-severità tal-korriment jew tal-ħsara possibbli kkawżati, l-iżvilupp, il-varar jew l-użu tagħhom jinvolvi riskju sinifikanti li jiġi kkawżat korriment jew ħsara li jistgħu jkunu mistennija li jseħħu lil individwi jew lis-soċjetà bi ksur tad-drittijiet fundamentali u r-regoli tas-sikurezza kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli, il-valutazzjoni tar-riskju tal-intelliġenza artifiċjali, tar-robotika u tat-teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, għandha ssir skont il-kriterji oġġettivi previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-lista eżawrjenti u kumulattiva stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni u/jew ta' kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti oħra tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħhom.

3.   F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 20, tfassal u sussegwentement taġġorna lista komuni ta' teknoloġiji ta' riskju għoli identifikati fl-Unjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha wkoll, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 20, taġġorna regolarment il-lista prevista fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Valutazzjoni tal-konformità

1.   L-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati ta' riskju għoli għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 ta' dan ir-Regolament, kif ukoll għal monitoraġġ sussegwenti, li t-tnejn li huma għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni u/jew ta' kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti oħra tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan.

2.   Is-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn teknoloġiji ta' riskju għoli li jkunu ġew ivvalutati bħala konformi mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiesu wkoll bħala konformi ma' dawk l-obbligi, sakemm l-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali rilevanti ma tiddeċidix li twettaq valutazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-iżviluppatur, dak li jvarahom jew l-utent.

3.   Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni settorjali, il-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti oħra tal-Unjoni li jistgħu jinħatru speċifikament għal dan il-għan għandhom iħejju linji gwida vinkolanti dwar il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Ċertifikat Ewropew ta' konformità etika

1.   Fejn ikun hemm valutazzjoni pożittiva tal-konformità ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati ta' riskju għoli, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, imwettqa f'konformità mal-Artikolu 15, l-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali rispettiva għandha toħroġ ċertifikat Ewropew ta' konformità etika.

2.   Kwalunkwe żviluppatur, fornitur jew utent ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji, li mhumiex meqjusa bħala ta' riskju għoli u li għalhekk mhumiex soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 u għall-valutazzjoni tar-riskju u l-valutazzjoni tal-konformità previsti fl-Artikoli 14 u 15, jistgħu wkoll ifittxu li jiċċertifikaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew ma' parti minnhom fejn dan ikun iġġustifikat min-natura tat-teknoloġija inkwistjoni kif deċiż mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali. Ċertifikat għandu jinħareġ biss jekk tkun twettqet valutazzjoni tal-konformità mill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali rilevanti u dik il-valutazzjoni tkun pożittiva.

3.   Għall-finijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2, għandu jiġi żviluppat proċess ta' applikazzjoni mill-Kummissjoni u/jew minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti oħra tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan.

Kapitolu III

Sorveljanza istituzzjonali

Artikolu 17

Standards ta' governanza u gwida għall-implimentazzjoni

1.   L-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati żviluppati, varati jew użati fl-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards ta' governanza rilevanti stabbiliti skont id-dritt, il-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 f'konformità mad-dritt, il-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni u/jew ta' kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti oħra tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan u f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

2.   L-istandards imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu linji gwida ta' implimentazzjoni mhux vinkolanti dwar il-metodoloġija għall-konformità ma' dan ir-Regolament minn żviluppaturi, fornituri u utenti u għandhom jiġu ppubblikati sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Data użata jew prodotta minn intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati li huma żviluppati, varati jew użati fl-Unjoni għandhom jiġu amministrati minn żviluppaturi, fornituri u utenti f'konformità mar-regoli u mal-istandards rilevanti tal-Unjoni, dawk nazzjonali u dawk ta' organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, kif ukoll mal-protokolli rilevanti tal-industrija u tal-kummerċ. B'mod partikolari, l-iżviluppaturi u dawk li jvarawhom għandhom iwettqu, fejn fattibbli, kontrolli tal-kwalità tas-sorsi esterni ta' data użati minn intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' sorveljanza għall-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u l-użu tagħhom.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-portabbiltà u d-drittijiet tal-persuni li l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati jkun iġġenera data, il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, il-kondiviżjoni tad-data użata jew prodotta minn intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati li huma żviluppati, varati jew użati fl-Unjoni u l-aċċess għaliha għandhom ikunu konformi mar-regoli u mal-istandards rilevanti tal-Unjoni, dawk nazzjonali u dawk ta' organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, kif ukoll mal-protokolli rilevanti tal-industrija u tal-kummerċ. B'mod partikolari, l-iżviluppaturi u dawk li jvarawhom għandhom jiżguraw li dawk il-protokolli jiġu applikati matul l-iżvilupp u l-varar ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, billi jiddefinixxu b'mod ċar ir-rekwiżiti għall-ipproċessar u l-għoti ta' aċċess għal data użata jew prodotta minn dawn it-teknoloġiji, kif ukoll il-fini, il-kamp ta' applikazzjoni u d-destinatarji tal-ipproċessar u tal-għoti ta' aċċess għal tali data, li lkoll għandhom ikunu verifikabbli u traċċabbli fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 18

Awtoritajiet ta' sorveljanza

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità pubblika indipendenti li tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament (“awtorità ta' sorveljanza”), u għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju u tal-konformità u ċ-ċertifikazzjoni previsti fl-Artikoli 14, 15 u 16, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni settorjali.

2.   Kull awtorità ta' sorveljanza nazzjonali għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament madwar l-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta' sorveljanza f'kull Stat Membru għandhom jikkooperaw bejniethom, mal-Kummissjoni u/jew ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni li jistgħu jinħatru għal dan il-għan.

3.   Kull awtorità ta' sorveljanza nazzjonali għandha sservi bħala l-ewwel punt ta' kuntatt f'każijiet ta' suspett ta' ksur tal-prinċipji etiċi u tal-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament, inkluż trattament diskriminatorju jew ksur ta' drittijiet oħra, bħala riżultat tal-iżvilupp, il-varar jew l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati. F'każijiet bħal dawn, l-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali rispettiva għandha twettaq valutazzjoni tal-konformità bil-għan li tappoġġja d-dritt taċ-ċittadini għal kontestazzjoni u għal rimedju.

4.   Kull awtorità ta' sorveljanza nazzjonali għandha tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-applikazzjoni tar-regoli u tal-istandards ta' governanza Ewropej, nazzjonali u internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 17 għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati, inkluż billi tikkoordina mal-ikbar għadd possibbli ta' partijiet ikkonċernati rilevanti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta' sorveljanza f'kull Stat Membru għandhom jipprovdu forum għal skambju regolari mal-partijiet ikkonċernati u bejniethom, mill-akkademji, mir-riċerka, mill-industrija u mis-soċjetà ċivili.

5.   Kull awtorità ta' sorveljanza nazzjonali għandha tipprovdi gwida u appoġġ professjonali u amministrattiv dwar l-implimentazzjoni ġenerali tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati u tal-prinċipji etiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod speċjali lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp rilevanti u lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew lin-negozji ġodda.

6.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea bid-dispożizzjonijiet legali li jadotta skont dan l-Artikolu sa …ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' sena wara d-dħul fis-seħħ] u, mingħajr dewmien, kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

7.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-prinċipji etiċi stipulati u l-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u lis-soċjetà ċivili, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw rispons f'waqtu, etiku u informat tajjeb għall-opportunitajiet u l-isfidi l-ġodda, b'mod partikolari dawk ta' natura transfruntiera, li jirriżultaw minn żviluppi teknoloġiċi relatati ma' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati.

Artikolu 19

Rapportar ta' ksur u protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw

Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tapplika għar-rapportar ta' ksur ta' dan ir-Regolament u l-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur bħal dan.

Artikolu 20

Koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni u/jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinħatru f'dan il-kuntest għandu jkollhom il-kompiti li ġejjin:

jiżguraw valutazzjoni konsistenti tar-riskju tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati msemmija fl-Artikolu 14 li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 abbażi tal-kriterji oġġettivi komuni previsti fl-Artikolu 8(1) u fil-lista ta' setturi ta' riskju għoli u ta' użi jew skopijiet ta' riskju għoli stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament;

jieħdu nota tal-valutazzjoni tal-konformità u l-monitoraġġ sussegwenti tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati ta' riskju għoli, imsemmija fl-Artikolu 15 li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18;

jiżviluppaw il-proċess tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16 li għandu jinħareġ mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18;

mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni settorjali, iħejju l-linji gwida vinkolanti msemmija fl-Artikolu 17(4) dwar il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18;

jikkoordinaw l-istabbiliment tal-istandards ta' governanza rilevanti msemmija fl-Artikolu 17 mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18, inklużi linji gwida ta' implimentazzjoni mhux vinkolanti għall-iżviluppaturi, dawk li jvarawhom u l-utenti dwar il-metodoloġija għall-konformità ma' dan ir-Regolament;

jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18 rigward il-kontribut tagħhom għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18(2);

iservu bħala ċentru għall-għarfien espert billi jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni relatata mal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati u jappoġġjaw l-iżvilupp ta' fehim komuni fis-Suq Uniku, joħorġu gwidi, opinjonijiet u għarfien espert addizzjonali lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18, jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, jidentifikaw l-istandards għall-aħjar prattika u, fejn xieraq, jagħmlu rakkomandazzjonijiet għal miżuri regolatorji; meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jikkoordinaw mal-akbar għadd possibbli ta' partijiet ikkonċernati rilevanti u jiżguraw li l-kompożizzjoni tal-livelli ta' deċiżjoni tagħhom tkun diversa u tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

jospitaw Grupp ta' Ħidma dwar is-Sigurtà u d-Difiża li għandu l-għan li jeżamina kwistjonijiet ta' politika u investiment speċifikament relatati mal-użu etiku tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża.

Artikolu 21

Eżerċizzju ta' delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 14(3) u (4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin mid-(data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament).

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 14(3) u (4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru fl-istess ħin.

6.   Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 14(3) u (4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 22

Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937

Id-Direttiva (UE) 2019/1937 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(xi)

żvilupp, varar u użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati.”

(2)

Fil-Parti I tal-Anness, jiżdied il-punt li ġej:

“K.

Punt (a)(xi) tal-Artikolu 2(1) – żvilupp, varar u użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati.

‘(xxi)

Ir-Regolament [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji etiċi għall-iżvilupp, il-varar u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati’.”

Artikolu 23

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrieżamina b'mod regolari l-iżvilupp ta' intelliġenza artifiċjali, robotika u teknoloġiji relatati, inklużi s-software, l-algoritmi u d-data użati jew prodotti minn tali teknoloġiji u għandha sa … [ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], u kull tliet snin wara din, tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni tal-modifika possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn XX.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Lista eżawrjenti u kumulattiva ta' setturi ta' riskju għoli u ta' użi jew skopijiet ta' riskju għoli li jinvolvu riskju ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u tar-regoli tas-sikurezza.

Setturi ta' riskju għoli

Impjiegi

Edukazzjoni

Kura tas-saħħa

Trasport

Enerġija

Is-settur pubbliku (asil, migrazzjoni, kontrolli tal-fruntieri, ġudikatura u servizzi tas-sigurtà soċjali)

Difiża u sigurtà

Finanzi, banek, assigurazzjoni

Użi jew skopijiet ta' riskju għoli

Reklutaġġ

Klassifikazzjoni u valutazzjoni ta' studenti

Allokazzjoni ta' fondi pubbliċi

Għoti ta' self

Kummerċ, senserija, tassazzjoni, eċċ.

Trattamenti u proċeduri mediċi

Proċessi elettorali u kampanji politiċi

Deċiżjonijiet tas-settur pubbliku li għandhom impatt sinifikanti u dirett fuq id-drittijiet u l-obbligi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi

Sewqan awtomatizzat

Ġestjoni tat-traffiku

Sistemi militari awtonomi

Produzzjoni u distribuzzjoni ta' enerġija

Immaniġġjar tal-iskart

Kontroll tal-emissjonijiet


(1)  Għas-sewqan awtomatizzat tal-vetturi, ġew proposti sitt livelli ta' awtomatizzazzjoni tas-sewqan mill-Istandard Internazzjonali SAE J3016, aġġornat l-aħħar fl-2018 għal J3016_201806. https://www.sae.org/standards/content/j3016_201806/

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(4)  Definizzjoni bħal dik fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea COM(2018)0237, 25.04.2018, paġna 1, adattata.

(5)  Mid-definizzjoni għar-robots industrijali fl-ISO 8373.

(6)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/107


P9_TA(2020)0276

Reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali (2020/2014(INL))

(2021/C 404/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 114 u 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (1) (Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar prattiċi kummerċjali żleali”) (2) u d-Direttiva 2011/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (3), kif ukoll regoli oħrajn fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (6),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u l-Linji Gwida għal Regolamenti Aħjar (7),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2018 li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' April 2018 intitolata “L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa” (COM(2018)0237),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2018 intitolata “Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali” (COM(2018)0795),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2019 intitolata “Nibnu l-Fiduċja fl-Intelliġenza Artifiċjali Ċċentrata Fuq il-Bniedem” (COM(2019)0168),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika (COM(2020)0064),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020)0065),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar sistemi ta' armi awtonomi (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2019 dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2020 dwar proċessi deċiżjonali awtomatizzati: niżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur u l-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi (12),

wara li kkunsidra r-rapport tat-8 ta' April 2019 intitolat “Linji Gwida dwar l-Etika għal AI affidabbli” tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tat-8 ta' April 2019 intitolat “Definizzjoni tal-AI: Kapaċitajiet u Dixxiplini Ewlenin” tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tas-26 ta' Ġunju 2019 intitolat “Rakkomandazzjonijiet Politiċi u tal-Investimenti għal IA affidabbli” tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-21 ta' Novembru 2019 intitolat “Responsabbiltà għall-Intelliġenza Artifiċjali u għat-teknoloġiji diġitali emerġenti l-oħra” tal-Grupp ta' Esperti dwar ir-Responsabbiltà u t-Teknoloġiji l-Ġodda – Formazzjoni ta' Teknoloġiji Ġodda,

wara li kkunsidra l-istudju dwar il-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew imwettaq mis-Servizz Ewropew ta’ Riċerka Parlamentari, intitolat “Reġim ta’ responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali: Valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew” (13),

wara li kkunsidra l-briefing tematiku ta' STOA tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ġunju 2016 dwar ir-riflessjonijiet ġuridiċi u etiċi li jikkonċernaw ir-robotika (14),

wara li kkunsidra l-Istudju tad-Direttorat Ġenerali tal-Parlament Ewropew għall-Politiki Interni ta' Ottubru 2016 għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali intitolat “Regoli Ewropej ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika” (15),

wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0178/2020),

A.

billi l-kunċett ta' “responsabbiltà” jiżvolġi rwol importanti doppju fil-ħajja ta' kuljum tagħna: minn naħa, il-kunċett jiżgura li persuna li ġarrbet dannu jew ħsara għandha dritt titlob indennizz mill-parti li jintwera li hi responsabbli minn tali dannu jew ħsara u, min-naħa l-oħra, joffri l-inċentivi ekonomiċi għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi biex jevitaw li jikkawżaw dannu jew ħsara fl-ewwel lok, kif ukoll jikkwantifika r-riskju li jitħallas indennizz minħabba l-aġir tagħhom;

B.

billi kwalunkwe qafas ġuridiku fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili orjentat lejn il-futur għandu jrawwem fiduċja fis-sikurezza, fl-affidabbiltà u fil-konsistenza ta' prodotti u servizzi, inkluża t-teknoloġija diġitali, bil-għan li jinstab bilanċ bejn il-protezzjoni effiċjenti u ġusta tal-vittmi potenzjali tad-dannu u tal-ħsara u, fl-istess ħin, jagħti biżżejjed libertà ta' azzjoni biex għall-impriżi, partikolarment dawk żgħar u ta' daqs medju, isir possibbli l-iżvilupp ta' teknoloġiji, prodotti jew servizzi ġodda; billi dan se jgħin biex tissaħħaħ il-fiduċja u tinħoloq stabbiltà għall-investimenti; billi, fl-aħħar mill-aħħar, l-għan ta' kwalunkwe qafas ta' responsabbiltà għandu jkun li jagħti ċ-ċertezza tad-dritt lill-partijiet kollha, sew jekk ikun il-produttur, l-operatur, il-persuna milquta jew kwalunkwe parti terza oħra;

C.

billi l-ordinament ġuridiku ta' Stat Membru jista' jadatta r-regoli tiegħu dwar ir-responsabbiltà għal ċerti atturi jew jagħmilhom aktar stretti għal ċerti attivitajiet; billi b'responsabbiltà oġġettiva huwa mifhum li parti tista' tinżamm responsabbli minkejja l-assenza ta' negliġenza; billi f'bosta normi nazzjonali dwar l-atti delittwali, il-konvenut jinżamm oġġettivament responsabbli jekk riskju li hu stess ħoloq għall-pubbliku, ngħidu aħna fil-każ ta' karozzi jew attivitajiet perikolużi, jew riskju li mhuwiex fil-kontroll tiegħu, bħal fil-każ tal-annimali, jikkawża danni jew ħsara;

D.

billi kwalunkwe leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li jkollha bħala għan l-attribuzzjoni espliċita tar-responsabbiltà fir-rigward tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) għandha tkun ippreċeduta minn analiżi u mill-konsultazzjoni mal-Istati Membri rigward il-konformità tal-att leġiżlattiv propost mal-kundizzjonijiet ekonomiċi, ġuridiċi u soċjali;

E.

billi l-kwistjoni ta' reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-IA għandha tkun is-suġġett ta' dibattitu pubbliku wiesa', li jqis l-interessi kollha involuti, b'mod partikolari l-aspetti etiċi, ġuridiċi, ekonomiċi u soċjali, biex jiġu evitati biża' u inkomprensjonijiet inġustifikati li din it-teknoloġija tista' tqanqal fost iċ-ċittadini; billi eżami bir-reqqa, f'valutazzjoni tal-impatt, tal-konsegwenzi ta' qafas regolatorju ġdid fuq l-atturi għandu jkun rekwiżit preliminari ta' miżuri leġiżlattivi ulterjuri;

F.

billi l-kunċett ta' sistemi tal-IA jħaddan firxa wiesgħa ta' teknoloġiji differenti, fosthom statistika sempliċi, l-apprendiment awtomatiku (machine learning) u l-apprendiment profond (deep learning);

G.

billi l-użu tat-terminu “teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat” jista' jevita l-ambigwità possibbli tat-terminu IA; billi t-“teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat” jimplika li utent jiddelega inizjalment deċiżjoni, parzjalment jew totalment, lil entità bl-użu ta' software jew servizz; billi din l-entità min-naħa tagħha tuża mudelli ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat biex twettaq azzjoni flok l-utent, jew biex tinforma d-deċiżjonijiet tal-utent fit-twettiq ta' azzjoni;

H.

billi ċerti sistemi tal-IA joħolqu sfidi ġuridiċi sinifikanti għall-qafas attwali fil-qasam tar-responsabbiltà u jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet li fihom l-opaċità tagħhom tista' tagħmel estremament għalja jew saħansitra impossibbli l-identifikazzjoni ta' min kien fil-kontroll tar-riskju assoċjat mas-sistema tal-IA jew ta' liema kodiċi, input jew data fl-aħħar mill-aħħar ikkawża(t) l-attività dannuża; billi dan il-fattur jista' jagħmel aktar diffiċli l-identifikazzjoni tar-rabta bejn id-dannu jew il-ħsara u l-imġiba li kkawżatu/ha, bir-riżultat li l-vittmi jaf ma jirċevux indennizz adegwat;

I.

billi l-isfidi ġuridiċi jirriżultaw ukoll mill-konnettività bejn sistema tal-IA u sistemi oħrajn, tal-IA u mhux tal-IA, mid-dipendenza mid-data esterna, mill-vulnerabbiltà għall-ksur taċ-ċibersigurtà kif ukoll mill-proġettazzjoni ta' sistemi tal-IA dejjem aktar awtonomi, li jużaw, fost affarijiet oħra, tekniki ta' apprendiment awtomatiku u ta' apprendiment profond;

J.

billi standards etiċi adegwati għas-sistemi tal-IA flimkien ma' proċeduri ta' indennizz sodi u ġusti jistgħu jgħinu biex dawk l-isfidi ġuridiċi jiġu indirizzati u jevitaw ir-riskju li l-utenti jkunu inqas lesti jaċċettaw it-teknoloġiji emerġenti; billi bi proċeduri ta' indennizz ġusti huwa mifhum li kull persuna li ġġarrab dannu kkawżat minn sistemi tal-IA jew li l-ħsara lill-proprjetà tagħha hija kkawżata minn sistemi tal-IA għandu jkollha l-istess livell ta' protezzjoni meta mqabbel mal-każijiet li fihom ma tkunx involuta sistema tal-IA; billi l-utent għandu jkun ċert li għall-ħsara potenzjali li saritlu mis-sistemi li jużaw l-IA jeżistu kopertura tal-assigurazzjoni adegwata u triq legali definita għar-rimedju;

K.

billi ċ-ċertezza tad-dritt hija wkoll kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp u l-innovazzjoni dinamiċi ta' teknoloġija bbażata fuq l-IA, b'mod partikolari għan-negozji l-ġodda (start-ups), l-impriżi mikro u l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-applikazzjoni tagħha fil-prattika fil-ħajja ta' kuljum; billi r-rwol kruċjali tan-negozji l-ġodda, tal-impriżi mikro u tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, speċjalment fl-ekonomija Ewropea, jiġġustifika approċċ strettament proporzjonat biex ikunu jistgħu jiżviluppaw u jkunu innovattivi;

L.

billi l-varjetà tas-sistemi tal-IA u l-firxa diversifikata ta' riskji li din it-teknoloġija toħloq jikkumplikaw l-isforzi biex tinstab soluzzjoni unika għall-ispettru sħiħ tar-riskji; billi, f'dan ir-rigward, ikun tajjeb li jiġi adottat approċċ li fih l-esperimenti, il-proġetti pilota u l-ispazji ta' sperimentazzjoni regolatorja jintużaw biex jinstabu soluzzjonijiet proporzjonati u bbażati fuq provi konkreti li jindirizzaw, meta neċessarju, sitwazzjonijiet u setturi speċifiċi;

Introduzzjoni

1.

Iqis li l-isfida relatata mal-introduzzjoni ta' sistemi tal-IA, fis-soċjetà, fil-postijiet tax-xogħol u fl-ekonomija hija waħda mill-kwistjonijiet l-aktar importanti fl-aġenda politika attwali; huwa tal-fehma li t-teknoloġiji bbażati fuq l-IA jistgħu u jmisshom jippruvaw itejbulna ħajjitna fi kważi kull settur, mill-isfera personali (pereżempju s-settur tat-trasport, l-edukazzjoni personalizzata, l-assistenza lill-persuni vulnerabbli, il-programmi tal-fitness u l-konċessjoni ta' kreditu), għall-ambjent tax-xogħol (pereżempju, it-taffija ta' attivitajiet tedjanti u ripetittivi) sal-isfidi globali (pereżempju t-tibdil fil-klima, l-assistenza fil-qasam tas-saħħa, in-nutrizzjoni u l-loġistika);

2.

Jemmen b'konvinzjoni li biex jiġu sfruttati b'mod effiċjenti l-vantaġġi u jiġu impediti l-użi ħżiena potenzjali tas-sistemi tal-IA, kif ukoll tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja tal-Unjoni, huwa kruċjali li fl-UE kollha, għas-sistemi tal-IA kollha, ikun hemm leġiżlazzjoni uniformi, ibbażata fuq il-prinċipji u li tibqa' valida fil-futur; huwa tal-fehma li, filwaqt li huma preferibbli regolamenti speċifiċi għas-setturi għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet possibbli, jidher li huwa neċessarju qafas ġuridiku orizzontali u armonizzat, ibbażat fuq prinċipji komuni, biex tkun żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jiġu stabbiliti standards ugwali fl-Unjoni kollha u jitħarsu b'mod effikaċi l-valuri Ewropej tagħna u d-drittijiet taċ-ċittadini;

3.

Jafferma li s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ li jkun totalment armonizzat, peress li l-isfera diġitali hija kkaratterizzata minn dinamika transfruntiera rapida u minn flussi ta' data internazzjonali; iqis li l-Unjoni se tilħaq l-objettivi li żżomm s-sovranità diġitali tal-Unjoni u li tagħti spinta lill-innovazzjoni diġitali fl-Ewropa bis-saħħa ta' regoli konsistenti u komuni biss, bi qbil ma' kultura tal-innovazzjoni;

4.

Jinnota li t-tellieqa globali lejn l-IA diġà bdiet u li f'dan il-qasam l-Unjoni għandha tiżvolġi rwol prominenti, billi tisfrutta l-potenzjal xjentifiku u teknoloġiku tagħha; jenfasizza bil-qawwa li l-iżvilupp teknoloġiku ma għandux idgħajjef il-ħarsien tal-utenti mid-danni li jistgħu jikkaġunaw l-apparati u s-sistemi li jużaw l-IA; jinkoraġġixxi l-promozzjoni fil-livell internazzjonali tal-istandards tal-Unjoni fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili;

5.

Jemmen b'konvinzjoni li r-regoli komuni l-ġodda għas-sistemi tal-IA għandhom jieħdu biss forma ta' regolament; iqis li l-kwistjoni tar-responsabbiltà f'każijiet ta' dannu jew ħsara kkawżati minn sistema tal-IA hija wieħed mill-aspetti ewlenin li għandhom jiġu indirizzati f'dan il-qafas;

Responsabbiltà u intelliġenza artifiċjali

6.

Jemmen li m'hemmx bżonn reviżjoni kompleta tar-reġimi ta' responsabbiltà li jiffunzjonaw korrettament, iżda li l-kumplessità, il-konnettività, l-opaċità, il-vulnerabbiltà, il-kapaċità ta' modifika permezz ta' aġġornamenti, l-awtoapprendiment u l-awtonomija potenzjal tas-sistemi tal-IA, kif ukoll il-bosta atturi involuti jirrappreżentaw madankollu sfida sinifikanti għall-effikaċja tal-oqfsa regolatorji tal-Unjoni u nazzjonali fil-qasam tar-responsabbiltà; iqis li huma neċessarji adattamenti speċifiċi u koordinati tar-reġimi ta' responsabbiltà biex tkun evitata sitwazzjoni li fiha l-persuni li jġarrbu dannu jew li ssir ħsara lill-proprjetà tagħhom jispiċċaw mingħajr indennizz;

7.

Josserva li l-attivitajiet, l-apparat jew il-proċessi fiżiċi jew virtwali kollha mmexxija minn sistemi tal-IA jistgħu teknikament ikunu l-kawża diretta jew indiretta ta' dannu jew ħsara, iżda huma kważi dejjem ir-riżultat ta' xi ħadd li jkun qiegħed jibni sistemi, jimplimentahom jew jinterferixxi fihom; jinnota f'dan ir-rigward li m'hemmx bżonn tingħata personalità ġuridika lis-sistemi tal-IA; huwa tal-fehma li l-opaċità, il-konnettività u l-awtonomija tas-sistemi tal-IA jistgħu, fil-prattika, jagħmluha ferm diffiċli jew saħansitra impossibbli li dak li jkun isib li l-azzjonijiet dannużi speċifiċi tas-sistemi tal-IA oriġinaw minn intervent tal-bniedem jew minn deċiżjonijiet fil-proġettazzjoni; ifakkar li, skont il-kunċetti ta' responsabbiltà aċċettati b'mod wiesa', dak li jkun madankollu jista' jevita dan l-ostaklu billi jinżammu responsabbli l-varji persuni fil-katina tal-valur li joħolqu s-sistema tal-IA, jagħmlulha l-manutenzjoni jew jikkontrollaw ir-riskji assoċjati;

8.

Iqis li d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti (PLD) uriet li, għal aktar minn 30 sena, hija mezz effikaċi biex dak li jkun jikseb indennizz għad-danni kkaġunati minn prodott difettuż, iżda jkun tajjeb madankollu li tiġi riveduta biex tkun adattata għad-dinja diġitali u biex tindirizza l-isfidi li joħolqu t-teknoloġiji diġitali emerġenti, b'hekk jiġu żgurati livell għoli ta' ħarsien effikaċi tal-konsumatur kif ukoll iċ-ċertezza tad-dritt għall-konsumaturi u għan-negozji, u fl-istess ħin jiġu evitati spejjeż u riskji għoljin għall-SMEs u għan-negozji l-ġodda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-PLD għandhiex tinbidel f'regolament, tikkjarifika d-definizzjoni ta' “prodotti” billi tiddetermina jekk il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u tikkunsidra tadatta kunċetti bħal “ħsara”, “difett” u “produttur”; huwa tal-fehma li, għal finijiet taċ-ċertezza tad-dritt fl-Unjoni kollha, wara r-reviżjoni tal-PLD, il-kunċett ta' “produttur” għandu jinkludi l-manufatturi, l-iżviluppaturi, il-programmaturi, il-fornituri ta' servizzi u l-operaturi backend; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-inverżjoni tar-regoli li jirregolaw l-oneru tal-prova għad-danni kkawżati mit-teknoloġiji diġitali emerġenti f'każijiet definiti b'mod ċar u wara valutazzjoni adegwata; jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-att tal-Unjoni aġġornat jibqa' limitat għal problemi identifikati b'mod ċar li għalihom jeżistu soluzzjonijiet diġà fattibbli u fl-istess ħin jippermetti li jkunu koperti l-iżviluppi teknoloġiċi futuri, inklużi l-iżviluppi bbażati fuq software liberu u b'sors miftuħ; josserva li l-PLD għandha tkompli tintuża fir-rigward tal-pretensjonijiet għal responsabbiltà ċivili kontra l-produttur ta' sistema tal-IA difettuża, meta s-sistema tal-IA tikkwalifika bħala prodott skont it-termini ta' tali Direttiva; jenfasizza li kwalunkwe aġġornament tal-qafas tar-responsabbiltà għall-prodotti għandu jimxi id f'id mal-aġġornament tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (16), sabiex jiġi żgurat li s-sistemi tal-IA jintegraw il-prinċipji tas-sikurezza u tas-sigurtà sa mill-fażi tal-proġettazzjoni;

9.

Iqis li d-dritt fis-seħħ tal-Istati Membri dwar l-atti delittwali bbażati fuq negliġenza joffri, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, livell suffiċjenti ta' protezzjoni għall-persuni li jġarrbu dannu kkawżat minn parti terza interferenti, bħal hacker, jew li l-proprjetà tagħha ssirilha ħsara minn tali parti terza, inkwantu l-interferenza tikkostitwixxi sistematikament azzjoni bbażata fuq negliġenza; josserva li għal każijiet speċifiċi biss, inklużi dawk li fihom il-parti terza ma tkunx rintraċċabbli jew tkun nieqsa minn mezzi finanzjarji, jidhru neċessarji iżjed regoli fil-qasam tar-responsabbiltà biex jikkomplementaw id-dritt nazzjonali dwar l-atti delittwali;

10.

Iqis, għaldaqstant, li jkun xieraq li dan ir-rapport jikkonċentra fuq il-pretensjonijiet għal responsabbiltà ċivili kontra l-operatur ta' sistema tal-IA; jafferma li r-responsabbiltà tal-operatur hija ġustifikata mill-fatt li qiegħed fil-kontroll tar-riskju assoċjat mas-sistemi tal-IA, imqabbel ma' sid ta' karozza; iqis li minħabba l-kumplessità u l-konnettività tas-sistema tal-IA, l-operatur f'bosta każijiet ikun l-ewwel punt ta' kuntatt viżibbli għall-persuna milquta;

Responsabbiltà tal-operatur

11.

Jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-fatt li r-regoli tar-responsabbiltà li jinvolvu l-operatur għandhom, fil-prinċipju, ikopru l-attivitajiet kollha tas-sistemi tal-IA, ikun fejn ikun il-post fejn isiru u sew jekk dawn isiru fiżikament jew virtwalment; jirrimarka li l-attivitajiet fi spazji pubbliċi li jesponu lil ħafna persuni għal riskju jikkostitwixxu, madankollu, każijiet li jirrikjedu eżami ulterjuri; iqis li l-vittmi potenzjali tad-dannu jew tal-ħsara spiss ma jkunux jafu bil-funzjonament tas-sistema tal-IA u normalment ma jkollhomx pretensjonijiet għal responsabbiltà kuntrattwali kontra l-operatur; josserva li meta jimmaterjalizzaw id-dannu jew il-ħsara, tali persuni jkollhom biss pretensjoni għal responsabbiltà minħabba negliġenza, u jista' jkunilhom diffiċli juru n-negliġenza tal-operatur tas-sistema tal-IA u, għaldaqstant, il-pretensjonijiet korrispondenti għal responsabbiltà ċivili jaf ikollhom eżitu negattiv;

12.

Iqis li huwa xieraq jikkunsidra li l-“operatur” ikopri kemm l-operatur frontend kif ukoll l-operatur backend, dment li dan tal-aħħar ma jkunx kopert mill-PLD; josserva li l-operatur frontend għandu jkun definit bħala l-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita ċertu grad ta' kontroll fuq riskju marbut mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA u li jibbenefika mill-funzjonament tagħha; jafferma li l-operatur backend għandu jkun definit bħala l-persuna fiżika jew ġuridika li, fuq bażi kontinwa, tiddefinixxi l-karatteristiċi tat-teknoloġija, tforni d-data u s-servizz ta' sostenn backend essenzjali u għaldaqstant teżerċita wkoll ċertu grad ta' kontroll fuq riskju marbut mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA; iqis li bl-“eżerċizzju tal-kontroll” huwa mifhum kwalunkwe azzjoni tal-operatur li tinfluwenza l-funzjonament tas-sistema tal-IA u għalhekk il-grad ta' espożizzjoni ta' partijiet terzi għar-riskji potenzjali; iqis li tali azzjonijiet jaf ikollhom impatt fuq il-funzjonament ta' sistema tal-IA mill-bidu sat-tmiem, billi jiġu ddeterminati l-input, l-output jew ir-riżultati, jew jaf ibiddel funzjonijiet jew proċessi speċifiċi fi ħdan is-sistema tal-IA;

13.

Josserva li jista' jkun hemm sitwazzjonijiet b'aktar minn operatur wieħed, pereżempju, operatur backend u operatur frontend; iqis li, f'dik l-eventwalità, l-operaturi kollha għandhom ikollhom responsabbiltà in solidum filwaqt li għandhom id-dritt ta' rivalsa, b'mod proporzjonat, fil-konfront ta' xulxin; huwa tal-fehma li l-proporzjonijiet tar-responsabbiltà għandhom ikunu ddeterminati mill-gradi ta' kontroll rispettivi li l-operaturi jeżerċitaw fuq ir-riskju marbut mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA; iqis li t-traċċabbiltà tal-prodotti għandha titjieb biex jiġu identifikati aħjar dawk involuti fid-diversi fażijiet;

Regoli ta' responsabbiltà differenti għal riskji differenti

14.

Jirrikonoxxi li t-tip ta' sistema tal-IA li fuqha l-operatur qiegħed jeżerċita l-kontroll huwa fattur determinanti b'referenza għar-responsabbiltà; josserva li sistema tal-IA li tinvolvi riskju inerenti għoli u li taġixxi b'mod awtonomu jqiegħed potenzjalment fil-periklu lill-pubbliku ġenerali f'livell ferm ogħla; iqis li, abbażi tal-isfidi ġuridiċi li joħolqu s-sistemi tal-IA lir-reġimi ta' responsabbiltà ċivili eżistenti, jidher raġonevoli li jitwaqqaf reġim komuni ta' responsabbiltà oġġettiva għal dawk is-sistemi tal-IA awtonomi b'riskju għoli; jenfasizza li approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li jista' jinkludi diversi livelli ta' riskju, għandu jkun ibbażat fuq kriterji ċari u definizzjoni xierqa ta' riskju għoli u għandu jipprevedi ċ-ċertezza tad-dritt;

15.

Jemmen li sistema tal-IA tippreżenta riskju għoli meta l-funzjonament awtonomu tagħha jinvolvi riskju importanti li jkun ikkawżat dannu lil persuna waħda jew aktar b'mod każwali u li jmur lil hinn minn dak li nistgħu raġonevolment nistennew; iqis li meta jiġi ddeterminat jekk sistema tal-IA hijiex b'riskju għoli, għandu jitqies ukoll is-settur li fih riskji sinifikanti jistgħu jkunu mistennijin li jinqalgħu kif ukoll in-natura tal-attivitajiet imwettqa; iqis li l-importanza tal-potenzjal tiddependi mill-interazzjoni bejn il-gravità tad-dannu possibbli, il-probabbiltà li r-riskju jikkawża dannu jew ħsara u l-mod li bih is-sistema tal-IA qiegħda tintuża;

16.

Jirrakkomanda li s-sistemi tal-IA b'riskju għoli jiġu elenkati b'mod eżawrjenti f'Anness mar-Regolament propost; jirrikonoxxi li, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u tal-kompetenzi tekniċi rikjesti, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina tali Anness mingħajr dewmien bla bżonn u tal-anqas kull sitt xhur u, jekk neċessarju, temendah permezz ta' att delegat; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib ma' kumitat permanenti ġdid, simili għall-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri jew il-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur eżistenti, li jinkludu esperti nazzjonali tal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati; iqis li l-kompożizzjoni bbilanċjata tal-“Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali” tista' sservi ta' eżempju għall-formazzjoni tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati, biż-żieda ta' esperti fl-etika, kif ukoll antropoloġi, soċjoloġi u speċjalisti tas-saħħa mentali; huwa wkoll tal-fehma li l-Parlament Ewropew għandu jaħtar esperti li joffru konsulenza lill-kumitat permanenti li għadu kemm twaqqaf;

17.

Josserva li l-iżvilupp ta' teknoloġiji bbażati fuq l-IA huwa estremament dinamiku u dejjem aktar mgħaġġel; jenfasizza li biex tkun żgurata protezzjoni adegwata tal-utenti, hemm bżonn approċċ aċċelerat li jippermetti l-analiżi, fir-rigward tar-riskji potenzjali, l-apparat u s-sistemi l-ġodda li jużaw is-sistemi tal-IA li jinbtu fis-suq Ewropew; jirrakkomanda li l-proċeduri kollha f'dan ir-rigward għandhom ikunu kemm jista' jkun semplifikati; jissuġġerixxi wkoll li l-valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta' jekk sistema tal-IA tippreżentax riskju għoli għandha tibda fl-istess ħin bħall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott, bil-għan li tiġi evitata sitwazzjoni li fiha sistema tal-IA b'riskju għoli tkun diġà approvata għas-suq iżda għadha ma ġietx ikklassifikata bħala “b'riskju għoli” u b'hekk taħdem mingħajr kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja;

18.

Josserva li l-Kummissjoni għanda tivvaluta l-mod kif id-data miġbura, irreġistrata jew maħżuna dwar is-sistemi tal-IA b'riskju għoli għal finijiet ta' ġbir tal-provi f'każ ta' dannu jew ħsara kkawżat(a) minn tali sistema tal-IA tista' tkun ikkonsultata u użata mill-awtorità investigattiva u l-mod kif it-traċċabbiltà u l-“awditjabbiltà” ta' tali data jistgħu jitjiebu, b'kont meħud tad-drittijiet fundamentali u tad-dritt għall-privatezza;

19.

Jafferma li konformement mas-sistemi tar-responsabbiltà oġġettiva tal-Istati Membri, ir-Regolament propost għandu jkopri l-ksur tad-drittijiet importanti protetti bil-liġi bħad-drittijiet għall-ħajja, għas-saħħa, għall-integrità fiżika u għall-proprjetà, u għandu jiffissa l-ammonti u l-portata tal-indennizz kif ukoll it-terminu ta' preskrizzjoni; huwa tal-fehma li r-Regolament propost għandu wkoll jinkludi d-dannu immaterjali sinifikanti li jwassal għal telf ekonomiku verifikabbli li jaqbeż limitu minimu armonizzat fid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili, li jibbilanċja l-aċċess għall-ġustizzja min-naħa tal-persuni milquta mal-interessi tal-persuni involuti l-oħrajn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid u tallinja l-limiti minimi tad-danni fid-dritt tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tanalizza bir-reqqa t-tradizzjonijiet ġuridiċi fl-Istati Membri kollha u l-liġijiet nazzjonali fis-seħħ tagħhom li jipprevedu indennizz għal danni immaterjali, bil-għan li tevalwa jekk l-inklużjoni tad-dannu immaterjali f'atti leġiżlattivi speċifiċi relatati mal-IA hijiex neċessarja u jekk tmurx kontra l-qafas ġuridiku tal-Unjoni fis-seħħ jew tippreġudikax id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri;

20.

Jiddetermina li l-attivitajiet, l-apparat jew il-proċessi kollha mmexxija minn sistemi tal-IA li jikkawżaw dannu jew ħsara iżda li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament propost għandhom jibqgħu suġġetti għar-responsabbiltà bbażata fuq negliġenza; jemmen li l-persuna milquta għandha madankollu tgawdi minn preżunzjoni ta' negliġenza tal-operatur, li għandu jkun jista' jiskolpa ruħu billi juri li qeda d-dmir ta' diliġenza tiegħu;

21.

Iqis li sistema tal-IA li għadha ma ġietx ivvalutata mill-Kummissjoni u mill-kumitat permanenti li għadu kemm twaqqaf u, b'hekk, għadha mhijiex ikklassifikata bħala “b'riskju għoli” u ma ġietx inkluża fl-Anness tar-Regolament propost, għandha, madankollu, b'deroga għas-sistema msemmija fil-paragrafu 20, tkun suġġetta għar-responsabbiltà oġġettiva jekk ikkawżat inċidenti ripetuti li jwasslu għal dannu jew ħsara gravi; josserva li f'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta, mingħajr dewmien bla bżonn, il-ħtieġa li tirrevedi tali Anness biex iżżid fil-lista is-sistema tal-IA inkwistjoni; huwa tal-fehma li jekk, wara tali valutazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tinkludi tali sistema tal-IA fil-lista, l-inklużjoni għandu jkollha effett retroattiv mill-mument meta ġie kkawżat l-ewwel inċident mis-sistema tal-IA inkwistjoni, li wassal għal dannu jew ħsara gravi;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-bżonn ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi fil-qasam tal-kuntratti fil-livell tal-Unjoni, biex tevita klawżoli kuntrattwali ta' esklużjoni tar-responsabbiltà, inklużi r-relazzjonijiet bejn id-diversi negozji u bejn in-negozji u l-amministrazzjoni;

Assigurazzjonijiet u sistemi tal-IA

23.

Iqis il-kopertura tar-responsabbiltà bħala wieħed mill-fatturi ewlenin li jiddefinixxi s-suċċess tat-teknoloġiji, tal-prodotti u tas-servizzi l-ġodda; josserva li kopertura tar-responsabbiltà adegwata hija wkoll essenzjali biex il-pubbliku jserraħ moħħu li jista' jafda t-teknoloġija l-ġdida minkejja r-riskju li jġarrab dannu jew li jaffronta azzjonijiet legali mill-persuni milquta; jinnota fl-istess ħin li din is-sistema regolatorja hija ċċentrata fuq il-bżonn li jiġu sfruttati u valorizzati l-vantaġġi tas-sistemi tal-IA, filwaqt li jiġu stabbiliti miżuri ta' salvagwardja sodi;

24.

Huwa tal-fehma li, abbażi tar-riskju potenzjalment għoli li jkunu kkawżati dannu jew ħsara u fid-dawl tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (17), l-operaturi kollha ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli elenkati fl-Anness mar-Regolament propost għandu jkollhom assigurazzjoni ta' responsabbiltà ċivili; iqis li tali reġim ta' assigurazzjoni obbligatorja għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli għandu jkopri l-ammonti u l-portata tal-indennizz stabbiliti mir-Regolament propost; huwa konxju mill-fatt li tali teknoloġija attwalment għadha rari, billi tippresupponi grad għoli ta' awtonomija deċiżjonali u li, konsegwentement, id-diskussjonijiet li għaddejjin huma fil-biċċa l-kbira orjentati lejn il-futur; jemmen madankollu, li l-inċertezza rigward ir-riskji ma għandhiex tagħmel il-primjums tal-assigurazzjoni għaljin eżaġerati u għalhekk ikunu ostaklu għar-riċerka u l-innovazzjoni;

25.

Jemmen li mekkaniżmu ta' indennizzi fil-livell tal-Unjoni, iffinanzjat minn fondi pubbliċi, mhuwiex il-mod xieraq biex jimtlew il-lakuni potenzjali fl-assigurazzjonijiet; iqis li n-nuqqas ta' data dwar ir-riskji assoċjati mas-sistemi tal-IA, flimkien mal-inċertezza rigward l-iżviluppi futuri, joħolqu diffikultà biex is-settur tal-assigurazzjoni jipproponi prodotti tal-assigurazzjoni adattati mill-ġdid jew ġodda; iqis li l-ipoteżi li l-iżvilupp ta' reġim tal-assigurazzjoni obbligatorju jitħalla għalkollox f'idejn is-suq tista' x'aktarx tissarraf f'approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd”, bi primjums għaljin eżaġerati u inċentivi żbaljati, b'hekk l-operaturi jiġu stimolati biex jagħżlu l-orħos assigurazzjoni pjuttost milli dik bl-aqwa kopertura, u tista' ssir ostaklu għar-riċerka u l-innovazzjoni; iqis li l-Kummissjoni għandha tikkollabora mas-settur tal-assigurazzjoni biex tara b'liema mod jistgħu jintużaw id-data u l-mudelli innovattivi biex joħolqu poloz tal-assigurazzjoni li joffru kopertura adegwata għall-but ta' kulħadd;

Aspetti finali

26.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi tal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tippreżenta proposta għal regolament dwar ir-responsabbiltà għall-funzjonament ta' sistemi tal-intelliġenza artifiċjali, filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness;

27.

Huwa tal-fehma li l-proposta mitluba m'għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji;

o

o o

28.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.

(2)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(3)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(4)  ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1.

(5)  ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1.

(6)  ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1.

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(8)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.

(9)  ĠU C 307, 30.8.2018, p. 163.

(10)  ĠU C 433, 23.12.2019, p. 86.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2019)0081.

(12)  Testi adottati, P9_TA(2020)0032.

(13)  https://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/document.html?reference=EPRS_STU(2020)654178'

(14)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/563501/EPRS_STU(2016)563501(ANN)_EN.pdf

(15)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/571379/IPOL_STU(2016)571379_EN.pdf

(16)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(17)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI FID-DAWL TAT-TĦEJJIJA TA' REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IR-RESPONSABBILTÀ GĦALL-FUNZJONAMENT TA' SISTEMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI

A.   PRINĊIPJI U OBJETTIVI TAL-PROPOSTA

Dan ir-rapport jindirizza aspett importanti tad-diġitalizzazzjoni, li huwa stess iffurmat minn attivitajiet transfruntiera, kompetizzjoni globali u kunsiderazzjonijiet soċjali fundamentali. Il-prinċipji li ġejjin għandhom iservu ta' gwida:

1.

Suq Uniku Diġitali veru jirrikjedi armonizzazzjoni totali permezz ta' Regolament.

2.

L-isfidi ġuridiċi l-ġodda maħluqa mill-iżvilupp ta' sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) għandhom ikunu indirizzati billi tiġi stabbilita ċertezza tad-dritt massima tul il-katina tar-responsabbiltà kollha kemm hi, li tinkludi l-produttur, l-operatur, il-persuna milquta u kwalunkwe parti terza oħra.

3.

M'għandu jkun hemm l-ebda regolamentazzjoni żejda u jeħtieġ li tkun evitata burokrazija żejda, billi din tista' xxekkel l-innovazzjoni Ewropea fl-IA, speċjalment fil-każ ta' teknoloġiji, prodotti jew servizzi żviluppati minn SMEs jew negozji ġodda (start-ups).

4.

Ir-regoli ta' responsabbiltà ċivili għall-IA għandhom jippruvaw isibu bilanċ bejn il-protezzjoni taċ-ċittadini, minn naħa, u l-inċentivi lin-negozji ħalli jinvestu fl-innovazzjoni, partikolarment fis-sistemi tal-IA, min-naħa l-oħra.

5.

Minflok ma jiġu sostitwiti r-reġimi ta' responsabbiltà eżistenti li qegħdin jaħdmu sewwa, ikun tajjeb li jsiru xi adattamenti neċessarji billi nintroduċu ideat ġodda u orjentati lejn il-futur.

6.

Il-proposta futura għal Regolament u d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti huma żewġ pilastri ta' qafas komuni ta' responsabbiltà għas-sistemi tal-IA u jirrikjedu koordinament mill-qrib u allinjament bejn l-atturi politiċi kollha, fil-livell kemm tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali.

7.

Iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jgawdu mill-istess livell ta' protezzjoni u drittijiet, indipendentement minn jekk id-dannu kienx ikkawżat minn sistema tal-IA jew le, jew jekk sarx fiżikament inkella virtwalment, bil-għan li l-fiduċja tagħhom f'din it-teknoloġija l-ġdida tissaħħaħ.

8.

Kemm id-dannu materjali kif ukoll dak immaterjali għandhom jitqiesu fil-proposta futura għal Regolament. Abbażi, fost dokumenti oħra, tal-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Frar 2020 dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika, il-Kummissjoni Ewropea hija mistiedna tanalizza bir-reqqa t-tradizzjonijiet ġuridiċi fl-Istati Membri kollha, kif ukoll id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ li jipprevedu indennizz għal danni immaterjali, bil-għan li tevalwa jekk l-inklużjoni tad-dannu immaterjali fil-proposta futura għal Regolament hijiex ġuridikament fondata u hijiex neċessarja mill-perspettiva tal-persuna milquta. Abbażi tal-informazzjoni attwalment disponibbli, il-Parlament jemmen li d-dannu immaterjali sinifikanti għandu jkun inkluż jekk il-persuna milquta ssofri telf ekonomiku sinifikanti, u għalhekk verifikabbli.

B.   TEST TAL-PROPOSTA MITLUBA

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-responsabbiltà għall-funzjonament ta' sistemi tal-intelliġenza artifiċjali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-kunċett ta' “responsabbiltà” jiżvolġi rwol importanti doppju fil-ħajja ta' kuljum tagħna: minn naħa, il-kunċett jiżgura li persuna li ġarrbet dannu jew ħsara għandha dritt titlob indennizz mill-parti li nżammet responsabbli minn tali dannu jew ħsara u, min-naħa l-oħra, joffri l-inċentivi ekonomiċi għall-persuni biex jevitaw li jikkawżaw dannu jew ħsara fl-ewwel lok. Kwalunkwe qafas fil-qasam tar-responsabbiltà jenħtieġ li jipprova jrawwem fiduċja fis-sikurezza, fl-affidabbiltà u fil-konsistenza ta' prodotti u servizzi, inklużi t-teknoloġiji diġitali emerġenti, bħall-intelliġenza artifiċjali (IA), l-internet tal-oġġetti (IoT) jew ir-robotika, bil-għan li jinstab bilanċ bejn il-protezzjoni effiċjenti tal-vittmi potenzjali tad-dannu u tal-ħsara u, fl-istess ħin, jagħti biżżejjed libertà ta' azzjoni biex isir possibbli l-iżvilupp ta' teknoloġiji, prodotti jew servizzi ġodda;

(2)

Speċjalment fil-bidu taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi l-ġodda, wara li jkunu għaddew minn testijiet preliminari, jeżisti ċertu grad ta' riskju għall-utent, kif ukoll għall-partijiet terzi, li xi ħaġa mhijiex qiegħda taħdem kif suppost. Dan il-proċess ta' tentattivi u żbalji huwa fl-istess ħin vettur essenzjali tal-progress tekniku li mingħajru l-biċċa l-kbira tat-teknoloġiji tagħna ma jkunux jeżistu. Sal-lum, ir-riskji assoċjati mal-prodotti u mas-servizzi l-ġodda ġew imtaffija b'mod adegwat bis-saħħa ta' leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u ta' regoli dwar ir-responsabbiltà sodi.

(3)

L-iżvilupp tal-IA, madankollu, tirrappreżenta sfida sinifikanti għall-oqfsa ta' responsabbiltà eżistenti. L-użu tas-sistemi tal-IA fil-ħajja ta' kuljum tagħna se jwassal għal sitwazzjonijiet li fihom l-opaċità tagħhom (element tal-“kaxxa s-sewda”) u l-bosta atturi li jintervjenu fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jistgħu jagħmlu estremament għalja jew saħansitra impossibbli l-identifikazzjoni ta' min kien fil-kontroll tar-riskju marbut mal-użu tas-sistema tal-IA inkwistjoni jew ta' liema kodiċi jew intervent ikkawża l-attività dannuża. Dik id-diffikultà hija aggravata mill-konnettività bejn sistema tal-IA u s-sistemi l-oħra, tal-IA u mhux tal-IA, mid-dipendenza tagħha minn data esterna, mill-vulnerabbiltà tagħha għall-ksur taċ-ċibersigurtà kif ukoll mill-awtonomija dejjem akbar tas-sistemi tal-IA kkawżata mill-kapaċitajiet ta' apprendiment awtomatiku (machine learning) u ta' apprendiment profond (deep learning). Minbarra dawn il-karatteristiċi kumplessi u l-vulnerabbiltajiet potenzjali, is-sistemi tal-IA jistgħu jintużaw ukoll biex jikkawżaw dannu gravi, pereżempju jikkompromettu d-dinjità tal-bniedem u l-valuri u l-libertajiet Ewropej, billi l-individwi jiġu traċċati kontra r-rieda tagħhom, bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' kreditu soċjali, bit-teħid ta' deċiżjonijiet imparzjali dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa, il-konċessjoni ta' kreditu, id-digrieti tal-qrati jew deċiżjonijiet relatati mar-reklutaġġ u mal-impjiegi jew bil-kostruzzjoni ta' sistema ta' armi awtonomi letali.

(4)

Huwa importanti li tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-vantaġġi tal-implimentazzjoni ta' sistemi tal-IA se jkunu bil-bosta ogħla mill-iżvantaġġi. Se jgħinu biex jingħeleb it-tibdil fil-klima b'mod aktar effikaċi, jitjiebu l-visti mediċi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jiġu integrati aħjar fis-soċjetà l-persuni b'diżabbiltà u l-anzjani u jiġu offruti korsijiet tal-edukazzjoni personalizzati lit-tipi kollha ta' studenti. Bil-għan li jiġu sfruttati d-diversi opportunitajiet teknoloġiċi u titqawwa l-fiduċja tan-nies fl-użu tas-sistemi tal-IA, filwaqt li fl-istess ħin jiġu evitati xenarji dannużi, il-kombinazzjoni ta' standards etiċi sodi ma' proċeduri ta' indennizz robusti u ġusti hija l-aħjar soluzzjoni.

(5)

Reġim ta' responsabbiltà adegwat huwa wkoll neċessarju biex jagħmilha ta' kontrapiż għall-ksur tar-regoli ta' sikurezza. Madankollu, ir-reġim ta' responsabbiltà stabbilit f'dan ir-Regolament għandu jqis l-interessi kollha involuti. Eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi ta' qafas regolatorju ġdid fuq l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u n-negozji l-ġodda għandu jkun rekwiżit preliminari ta' miżuri leġiżlattivi ulterjuri; Ir-rwol kruċjali li tali impriżi jiżvolġu fl-ekonomija Ewropea jiġġustifika approċċ strettament proporzjonat, biex ikunu jistgħu jiżviluppaw u jkunu innovattivi. Mill-banda l-oħra, il-vittmi tad-danni jew tal-ħsara kkawżati mis-sistemi tal-IA għandhom ikollhom id-dritt għal rimedju u għall-indennizz totali għad-danni jew għall-ħsara li ġarrbu.

(6)

Jenħtieġ li kwalunkwe bidla meħtieġa fil-qafas ġuridiku eżistenti tibda billi jiġi ċċarat li s-sistemi tal-IA la għandhom personalità ġuridika u lanqas kuxjenza umana, u li l-uniku kompitu tagħhom huwa li jaqdu l-umanità. Ħafna sistemi tal-IA barra minn hekk mhumiex daqstant differenti mit-teknoloġiji l-oħra, li xi kultant huma bbażati fuq software saħansitra aktar kumpless. Fl-aħħar mill-aħħar, il-maġġoranza assoluta tas-sistemi tal-IA tintuża biex tieħu ħsieb kompiti ta' ftit importanza mingħajr l-ebda riskju jew b'riskji minimi għas-soċjetà. L-użu tat-terminu “teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat” jista' jevita l-ambigwità possibbli tat-terminu IA. Tali terminu jiddeskrivi sitwazzjoni li fiha utent jiddelega inizjalment deċiżjoni, parzjalment jew totalment, lil entità bl-użu ta' software jew servizz. Din l-entità min-naħa tagħha tuża mudelli ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat biex twettaq azzjoni flok l-utent, jew biex tinforma d-deċiżjonijiet tal-utent fit-twettiq ta' azzjoni.

(7)

Jeżistu anki madankollu sistemi tal-IA li huma żviluppati jew implimentati b'mod kritiku u huma bbażati fuq teknoloġiji bħan-networks newronali u proċessi ta' apprendiment profond. L-opaċità u l-awtonomija tagħhom jistgħu jagħmluha ferm diffiċli li dak li jkun isib li l-azzjonijiet speċifiċi oriġinaw minn deċiżjonijiet speċifiċi meħuda mill-bniedem fil-proġettazzjoni tagħhom jew fil-funzjonament tagħhom. L-operatur ta' sistema tal-IA bħal din jista', ngħidu aħna, jargumenta li l-attività, l-apparat jew il-proċess fiżiċi jew virtwali li kkawżaw id-dannu jew il-ħsara ma kinux fil-kontroll tiegħu għax kienu kkawżati minn funzjonament awtonomu tas-sistema tal-IA tiegħu. Barra minn hekk, is-sempliċi funzjonament ta' sistema tal-IA awtonoma jenħtieġ li ma jkunx motiv suffiċjenti għall-ammissjoni ta' pretensjoni għal responsabbiltà. Bħala riżultat ta' dan, jista' jkun hemm każijiet ta' responsabbiltà li fihom l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà jaf tkun inġusta jew ineffiċjenti jew li fihom persuna li ġġarrab dannu jew ħsara kkawżati minn sistema tal-IA ma tistax turi n-negliġenza tal-produttur, ta' parti terza interferenti jew tal-operatur u tispiċċa mingħajr indennizz.

(8)

Madankollu, jenħtieġ li jkun dejjem ċar li jkun min ikun dak li joħloq is-sistema tal-IA, jagħmillha l-manutenzjoni, jikkontrollaha jew jinterferixxi fiha, jenħtieġlu jagħti kont tad-dannu jew tal-ħsara li kkawżaw l-attività, l-apparat jew il-proċess. Dan jirriżulta minn kunċetti ta' ġustizzja ġenerali u aċċettati b'mod wiesa' fil-qasam tar-responsabbiltà, skont liema l-persuna li toħloq jew iżżomm riskju għall-pubbliku hija responsabbli jekk tali riskju jikkawża dannu jew ħsara u għaldaqstant jenħtieġ li jimminimizzah ex ante jew jagħti indennizz ex post għalih. Konsegwentement, iż-żieda fis-sistemi tal-IA ma toħloqx il-bżonn ta' reviżjoni totali tar-regoli ta' responsabbiltà fl-Unjoni. Biex nilqgħu għall-isfidi relatati mal-IA, bil-għan li tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja u żgurata l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni kollha, ikunu suffiċjenti adattament speċifiċi tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet maħsuba sew u mmirati ġodda.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE (3) (“id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti”) uriet li, għal aktar minn 30 sena, hija mezz effikaċi ta' kif wieħed jikseb indennizz għal dannu kkawżat minn prodott difettuż. Għalhekk, jenħtieġ li tintuża wkoll fir-rigward tal-pretensjonijiet għal responsabbiltà ċivili ta' parti li ġġarrab dannu jew ħsara fil-konfront tal-produttur ta' sistema tal-IA difettuża. Konformement mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar tal-Unjoni, kwalunkwe adattament leġiżlattiv neċessarju jenħtieġ li jiġi diskuss matul rieżami neċessarju ta' tali Direttiva. Id-dritt dwar ir-responsabbiltà bbażata fuq negliġenza eżistenti tal-Istati Membri joffri wkoll, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, livell suffiċjenti ta' protezzjoni għall-persuni li jġarrbu dannu jew ħsara kkawżati minn parti terza interferenti, inkwantu l-interferenza tikkostitwixxi sistematikament azzjoni bbażata fuq negliġenza, fejn il-parti terza tuża s-sistema tal-IA biex tikkawża danni. Konsegwentement, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonċentra fuq il-pretensjonijiet fil-konfront tal-operatur ta' sistema tal-IA.

(10)

Ir-responsabbiltà tal-operatur skont dan ir-Regolament hija bbażata fuq il-fatt li eżerċita ċertu grad ta' kontroll fuq riskju assoċjat mal-operat u mal-funzjonament ta' sistema tal-IA, imqabbel ma' sid ta' karozza. Aktar ma sistema tkun sofistikata u aktar ma tkun awtonoma, akbar ikun l-impatt mogħti mid-definizzjoni u mill-influwenza tal-algoritmi, pereżempju permezz ta' aġġornamenti kontinwi. Peress li spiss hemm aktar minn persuna waħda li tista', b'mod sinifikattiv, titqies “operatur” tas-sistema tal-IA, skont dan ir-Regolament it-terminu “operatur” għandu jinftiehem fis-sens li jinkludi kemm l-operatur frontend kif ukoll l-operatur backend. Avolja, ġeneralment, l-operatur frontend jidher bħala l-persuna li “qabel kulħadd” jiddeċiedi dwar l-użu tas-sistema tal-IA, l-operatur backend fil-fatt jaf ikollu grad ogħla ta' kontroll fuq ir-riskji operattivi. Jekk l-operatur backend huwa wkoll il-“produttur”, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar ir-Responabbiltà għall-Prodotti, jenħtieġ li tali Direttiva tapplika għalih. Jekk hemm operatur wieħed biss u dan l-operatur huwa wkoll il-produttur tas-sistema tal-IA, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevali fuq id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti.

(11)

Jekk utent, jiġifieri l-persuna li tuża s-sistema tal-IA, huwa involut f'event dannuż, jenħtieġ li hu biss jinżamm responsabbli skont dan ir-Regolament jekk l-utent jikkwalifika anki bħala operatur. Fil-każ bil-kontra, il-portata tal-kontribut għar-riskju min-naħa tal-utent, minħabba negliġenza gravi jew intenzjonali, tista' twassal għar-responsabbiltà bbażata fuq negliġenza tal-utent fil-konfront tar-rikorrent. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumaturi applikabbli li jirreferu għall-utent.

(12)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-persuna milquta tressaq pretensjonijiet għal responsabbiltà fil-katina ta' responsabbiltà kollha u matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' sistema tal-IA. Jenħtieġ li jkopri, fil-prinċipju, is-sistemi tal-IA kollha, ikun fejn ikun il-post tal-funzjonament u sew jekk dan isir fiżikament kif ukoll virtwalment. Madankollu, jenħtieġ li l-parti l-kbira tal-pretensjonijiet għal responsabbiltà fl-ambitu ta' dan ir-Regolament tindirizza l-każijiet ta' responsabbiltà ċivili, meta sistema tal-IA topera fi spazju pubbliku jew tesponi lil ħafna persuni għal riskju. F'tali sitwazzjoni, il-persuni milquta spiss ma jkunux jafu li tkun qed topera sistema tal-IA u ma jkollhom l-ebda relazzjoni kuntrattwali jew ġuridika mal-operatur. Konsegwentement, il-funzjonament tas-sistema tal-IA tpoġġihom f'sitwazzjoni li fiha, fl-eventwalità li jkunu kkawżati dannu jew ħsara, huma għandhom biss pretensjonijiet għal responsabbiltà bbażata fuq negliġenza fil-konfront tal-operatur tas-sistema tal-IA, barra mill-fatt li jkunilhom diffiċli ħafna juru n-negliġenza min-naħa tal-operatur.

(13)

It-tip ta' sistema tal-IA li fuqha l-operatur qiegħed jeżerċita kontroll huwa fattur determinanti. Sistema tal-IA li tinvolvi riskju għoli potenzjalment tqiegħed fil-periklu lill-utent jew lill-pubbliku f'livell ferm ogħla u b'mod każwali li jmur lil hinn minn dak li wieħed jista' jistenna. Dan ifisser li fil-bidu tal-funzjonament awtonomu tas-sistema tal-IA, il-parti l-kbira tal-persuni potenzjalment milquta ma tkunx magħrufa u ma tkunx identifikabbli, pereżempju l-persuni li jinsabu fi pjazza pubblika jew f'dar fil-viċinanzi, meta mqabbel mal-funzjonament ta' sistema tal-IA li tinvolvi persuni speċifiċi, li b'mod regolari jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għall-użu tagħha, pereżempju f'intervent kirurġiku fi sptar jew f'dimostrazzjoni ta' bejgħ f'ħanut żgħir. Id-determinazzjoni ta' kemm huwa sinifikanti l-potenzjal ta' sistema tal-IA b'riskju għoli li tikkawża dannu jew ħsara tiddependi mill-interazzjoni bejn l-iskop tal-użu li għalih is-sistema tal-IA titqiegħed fis-suq, il-mod li bih qed tintuża s-sistema tal-IA, il-gravità tad-dannu jew tal-ħsara potenzjali, il-grad ta' awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jista' jirriżulta f'dannu u l-probabbiltà li r-riskju jimmaterjalizza. Jenħtieġ li l-grad ta' gravità jkun iddeterminat abbażi ta' fatturi rilevanti bħall-kobor tad-dannu potenzjali li jirriżulta mill-funzjonament fuq il-persuni milquta, inkluż, b'mod partikolari, l-effetti fuq id-drittijiet fundamentali, l-għadd ta' persuni milquta, il-valur totali tal-ħsara potenzjali kif ukoll id-danni għas-soċjetà fl-intier tagħha. Jenħtieġ li l-probabbiltà li jseħħu d-dannu jew il-ħsara tiġi ddeterminata abbażi ta' fatturi rilevanti bħar-rwol tal-kalkoli algoritmiċi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kumplessità tad-deċiżjoni u r-reversibbiltà tal-effetti. Fl-aħħar mill-aħħar, il-mod tal-użu jenħtieġ li jiddependi, fost oħrajn, mis-settur li fih topera s-sistema tal-IA, jekk jistax ikollha effetti ġuridiċi jew fattwali fuq drittijiet importanti protetti bil-liġi tal-persuni milquta u jekk l-effetti jistgħux jiġu raġonevolment evitati.

(14)

Is-sistemi tal-IA b'riskju għoli kollha jenħtieġ li jkunu elenkati b'mod eżawrjenti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Fid-dawl tar-rapidità tal-evoluzzjoni teknika u tas-suq madwar id-dinja kollha, kif ukoll tal-kompetenzi tekniċi meħtieġa għal rieżami adegwat tas-sistemi tal-IA, is-setgħa li jkunu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex temenda dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam mat-tipi ta' sistemi tal-IA li joħolqu riskju għoli u s-setturi kritiċi li jintużaw fihom. Abbażi tad-definizzjonijiet u tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-Anness mingħajr telf ta' żmien, imma tal-inqas kull sitt xhur, u jekk ikun meħtieġ, temendah permezz ta' atti delegati. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk sistema tal-IA tippreżentax riskju għoli, jenħtieġ li tibda fl-istess ħin bħall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha sistema tal-IA b'riskju għoli tkun diġà ġiet approvata għas-suq iżda tkun għadha ma ġietx ikklassifikata bħala “b'riskju għoli” u għaldaqstant topera mingħajr kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja. Bil-għan li n-negozji u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka jingħataw biżżejjed ħin għall-ippjanar u sigurtà fl-investimenti, jenħtieġ li t-tibdiliet tas-setturi kritiċi jsiru biss kull 12-il xahar. Jenħtieġ li l-operaturi jintalbu jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk ikunu qegħdin jaħdmu fuq teknoloġija, prodotti jew servizzi ġodda li jaqgħu taħt wieħed mis-setturi kritiċi previsti fl-Anness u li aktar tard jista' jikkwalifika bħala sistema tal-IA b'riskju għoli.

(15)

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). Fir-rieżami regolari tal-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun sostnuta minn kumitat permanenti bl-isem “Kumitat Tekniku – sistemi tal-IA b'riskju għoli” (TCRAI). Jenħtieġ li dan il-kumitat permanenti jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, kif ukoll minn selezzjoni bbilanċjata ta' partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni milquta, ir-rappreżentanti tan-negozji minn setturi differenti u ta' daqs differenti kif ukoll riċerkaturi u xjenzjati. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni kif ukoll tal-kumitat permanenti TCRAI, meta jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(16)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri d-dannu jew il-ħsara lill-ħajja, is-saħħa, l-integrità fiżika, il-proprjetà u d-dannu immaterjali sinifikanti li jwassal għal telf ekonomiku verifikabbli li jaqbeż limitu minimu armonizzat fid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili, li jibbilanċja l-aċċess għall-ġustizzja min-naħa tal-persuni milquta mal-interessi tal-persuni involuti l-oħrajn; Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid u tallinja l-limiti minimi tad-danni fid-dritt tal-Unjoni. Dannu immaterjali sinifikanti jenħtieġ li jinftiehem li jfisser dannu li minħabba fih il-persuna milquta ssofri dannu konsiderevoli, indeboliment oġġettiv u li jista' jintwera tal-interessi personali tagħha u telf ekonomiku kkalkulat b'kont meħud, pereżempju, taċ-ċifri medji annwali ta' dħul passat u ċirkostanzi rilevanti oħra. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddetermina wkoll l-ammont u l-portata tal-indennizz, kif ukoll it-terminu ta' preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' pretensjoni ta' responsabbiltà. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi limitu ferm aktar baxx għall-indennizzminn dak previst fid-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti, billi dan ir-Regolament jirreferi biss għad-dannu jew il-ħsara ta' persuna waħda li tirriżulta minn attività waħda ta' sistema tal-IA, filwaqt li tal-ewwel tirreferi għal għadd ta' prodotti jew saħansitra linja ta' prodott bl-istess difett.

(17)

L-attivitajiet, l-apparat jew il-proċessi kollha, kemm fiżiċi kif ukoll virtwali, immexxija minn sistemi tal-IA li mhumiex elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament bħala sistemi tal-IA b'riskju għoli, jenħtieġ li jibqgħu suġġetti għar-responsabbiltà bbażata fuq negliġenza, sakemm jidħlu fis-seħħ liġijiet nazzjonali u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur aktar stretti. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, inkluża kwalunkwe ġurisprudenza rilevanti, fir-rigward tal-ammonti u tal-portata tal-indennizz kif ukoll tat-terminu ta' preskrizzjoni jenħtieġ li jkomplu japplikaw. Jenħtieġ li persuna li ġġarrab dannu jew ħsara kkawżati minn sistema tal-IA li mhijiex elenkata bħala sistema tal-IA b'riskju għoli, tibbenefika mill-preżunzjoni ta' negliġenza tal-operatur.

(18)

Id-diliġenza li tista' tkun mistennija minn operatur jenħtiġilha tkun proporzjonata ma': (i) in-natura tas-sistema tal-IA, (ii) id-dritt protett bil-liġi potenzjalment milqut, (iii) id-dannu jew il-ħsara potenzjali li s-sistema tal-IA setgħet tikkawża u (iv) il-probabbiltà ta' tali ħsara. Għaldaqstant, jenħtieġ li jitqies il-fatt li l-operatur seta' kellu għarfien limitat tal-algoritmi u tad-data użata fis-sistema tal-IA. Jenħtieġ li jkun preżunt li l-operatur ikun wera d-diliġenza dovuta li tista' tkun mistennija minnu fl-għażla tas-sistema tal-IA adegwata, jekk l-operatur ikun għażel sistema tal-IA li tkun ġiet iċċertifikata fl-ambitu ta' skema simili għall-iskema ta' ċertifikazzjoni volontarja prevista mill-Kummissjoni (5). Jenħtieġ li jkun preżunt li l-operatur ikun wera d-diliġenza dovuta li tista' tkun mistennija minnu waqt il-funzjonament tas-sistema tal-IA, jekk l-operatur ikun jista' juri li effettivament u regolarment issorvelja s-sistema tal-IA matul il-funzjonament tagħha u li nnotifika lill-manifattur bl-irregolaritajiet potenzjali matul il-funzjonament. Jenħtieġ li jkun preżunt li l-operatur ikun wera d-diliġenza dovuta li tista' tkun mistennija minnu f'dik li hija ż-żamma tal-affidabbiltà operattiva, jekk l-operatur ikun installa l-aġġornamenti kollha disponibbli fornuti mill-produttur tas-sistema tal-IA. Billi l-livell ta' sofistikazzjoni tal-operaturi jista' jvarja skont jekk humiex sempliċiment konsumaturi jew professjonisti, id-dmirijiet ta' diliġenza jenħtieġ li jiġu adattati kif xieraq.

(19)

Biex l-operatur ikun jista' jagħti prova li ma aġixxix b'negliġenza, jew biex il-persuna milquta tkun tista' tagħti prova tal-eżistenza tan-negliġenza, il-produtturi jenħtieġ li jkollhom id-dmir li jikkooperaw maż-żewġ partijiet ikkonċernati, inkluż billi jipprovdu informazzjoni dokumentata sew. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-produtturi, kemm jekk stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni, ikollhom l-obbligu li jaħtru rappreżentant għar-responsabbiltà fil-qasam tal-IA fl-Unjoni bħala punt ta' kuntatt biex iwieġeb ir-rikjesti kollha tal-operaturi, b'mod simili għall-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data kif stabbiliti fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għar-rappreżentant tal-manifattur kif stabbiliti fl-Artikoli 3(41) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jew għar-rappreżentant awtorizzat kif stabbilit fl-Artikoli 4(2) u 5 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(20)

Il-leġiżlatur ikollu jikkunsidra ir-riskji fil-qasam tar-responsabbiltà marbutin mas-sistemi tal-IA matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom, mill-iżvilupp sal-użu u t-tmiem tal-ħajja, inkluż l-immaniġġjar tal-iskart u tar-riċiklaġġ. L-inklużjoni tas-sistemi tal-IA fi prodott jew f'servizz tirrappreżenta riskju finanzjarju għan-negozji u konsegwentement se jkollha impatt qawwi fuq il-kapaċità u l-għażliet tal-SMEs, kif ukoll għan-negozji l-ġodda (start-ups) fejn jidħlu l-assigurazzjoni u l-finanzjament tal-proġetti tagħhom tar-riċerka u l-iżvilupp ibbażati fuq teknoloġiji ġodda. Għaldaqstant, l-iskop tar-responsabbiltà mhuwiex biss is-salvagwardja tad-drittijiet importanti, u protetti bil-liġi, tal-individwi iżda wkoll li jiġi ddeterminat jekk in-negozji, speċjalment l-SMEs u n-negozji l-ġodda, humiex kapaċi jiġġeneraw kapital, ikunu innovattivi u, fl-aħħar mill-aħħar, joffru prodotti u servizzi ġodda, kif ukoll jekk il-konsumaturi jafdawx dawn il-prodotti u servizzi u humiex lesti jużawhom minkejja r-riskji u l-azzjonijiet legali potenzjali li jistgħu jittieħdu fil-kwantu ta' prodotti u servizzi bħal dawn.

(21)

L-assigurazzjoni tista' tgħin biex tiggarantixxi li l-vittmi jirċievu indennizz effettiv u tiġbor flimkien ir-riskji tal-persuni assigurati kollha. Wieħed mill-fatturi li fuqu l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jibbażaw l-offerta tal-prodotti u tas-servizzi tal-assigurazzjoni tagħhom huwa l-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' aċċess għal data storika suffiċjenti tal-pretensjonijiet. In-nuqqas ta' aċċess għal data ta' kwalità għolja, jew il-kwantità insuffiċjenti tagħha, jistgħu jkunu raġuni għala l-ħolqien ta' prodotti ta' assigurazzjoni għal teknoloġiji ġodda u emerġenti huwa diffiċli fil-bidu. Madankollu, aċċess akbar għad-data ġġenerata minn teknoloġiji ġodda, u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta' din id-data, flimkien mal-obbligu li tingħata informazzjoni dokumentata sew, iżidu l-kapaċità tal-assiguratur li jimmudella r-riskju emerġenti u jrawwem l-iżvilupp ta' kopertura aktar innovattiva.

(22)

Minħabba n-nuqqas ta' data storika tal-pretensjonijiet, jenħtieġ li jiġi investigat kif u f'liema kundizzjonijiet tista' tkun assigurata r-responsabbiltà ċivili, bil-ħsieb li l-assigurazzjoni tintrabat mal-prodott u mhux mal-persuna responsabbli. Diġà jeżistu prodotti ta' assigurazzjoni li huma żviluppati settur b'settur u kopertura b'kopertura hekk kif tevolvi t-teknoloġija. Ħafna assiguraturi jispeċjalizzaw f'ċerti segmenti tas-suq (eż. SMEs) jew ifornu kopertura għal ċerti tipi ta' prodotti (eż. apparat elettriku), li jfisser li l-persuna assigurata jista' ġeneralment ikollha prodott ta' assigurazzjoni. Madankollu, huwa diffiċli li tiġi prevista soluzzjoni ta' “prodott wieħed għal kulħadd” u s-suq tal-assigurazzjoni se jkollu bżonn iż-żmien biex jadatta ruħu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem mill-qrib mas-suq tal-assigurazzjoni biex tiżviluppa prodotti tal-assigurazzjoni innovattivi li jkunu jistgħu jagħlqu d-distakk fl-assigurazzjoni. F'każijiet eċċezzjonali, pereżempju fil-każ ta' ħsara kollettiva, li fihom l-indennizz jaqbeż b'mod sinifikanti l-ammonti massimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu mħeġġa joħolqu fond ta' indennizzi speċjali, għal perjodu limitat, li jindirizza l-bżonnijiet speċifiċi ta' dawk il-każijiet. Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll fondi ta' indennizz speċjali biex ikopru dawk il-każijiet eċċezzjonali li fihom sistema tal-IA, li għadha mhijiex ikklassifikata bħala sistema tal-IA b'riskju għoli u għalhekk, għadha mhijiex assigurata, tikkawża dannu jew ħsara. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt u biex jiġi ssodisfat l-obbligu li jiġu infurmati l-persuni potenzjalment milquta kollha, l-eżistenza ta' fond ta' indennizz speċjali, kif ukoll il-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minnu, jenħtieġ li jiġu ppubblikati b'mod ċar u komprensiv.

(23)

Huwa importanti ħafna li kwalunkwe bidla futura f'dan ir-Regolament timxi id f'id mar-rieżami meħtieġ tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti, sabiex tiġi riveduta b'mod komprensiv u konsistenti u biex jiġu ggarantiti d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kollha kkonċernati fil-katina ta' responsabbiltà kollha. L-introduzzjoni ta' reġim ta' responsabbiltà ġdid għall-operatur tas-sistemi tal-IA tirrikjedi li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-rieżami tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti jkunu kkoordinati mill-qrib f'termini kemm tas-sustanza kif ukoll tal-approċċ, biex flimkien jikkostitwixxu qafas konsistenti ta' responsabbiltà għas-sistemi tal-IA, b'bilanċ tal-interessi tal-produttur, tal-operatur u tal-persuna milquta, fir-rigward tar-riskju tar-responsabbiltà u l-arranġamenti tal-indennizz rilevanti. Għaldaqstant, huwa neċessarju li d-definizzjonijiet ta' sistema tal-IA, operatur frontend u backend, produttur, difett, prodott u servizz jiġu adattati u semplifikati fl-atti leġiżlattivi kollha u dan jenħtieġ li jiġi previst b'mod parallel.

(24)

Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' approċċ unifikat u orjentat lejn il-futur fil-livell tal-Unjoni, li jiffissa standards Ewropej komuni għaċ-ċittadini u għan-negozji Ewropej biex tkun żgurata l-konsistenza tad-drittijiet u taċ-ċertezza tad-dritt fl-Unjoni kollha u biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali, li tkun ixxekkel l-għan li tinżamm is-sovranità diġitali, li titrawwem l-innovazzjoni diġitali fl-Ewropa u li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-konsumaturi, jirrikjedu li r-reġimi fil-qasam tar-responsabbiltà għas-sistemi tal-IA jkunu totalment armonizzati. Dan ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri minħabba r-rapidità tal-evoluzzjoni teknoloġika, l-iżvilupp kif ukoll l-użu transfruntieri tas-sistemi tal-IA u, eventwalment, l-approċċi leġiżlattivi kunfliġġenti fl-Unjoni, jista', minħabba l-kobor u l-effetti tal-azzjoni, pjuttost jintlaħaq fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ċivili ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-konfront tal-operaturi tas-sistemi tal-IA.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika fit-territorju tal-Unjoni meta attività, apparat jew proċess fiżiċi jew virtwali mmexxija minn sistema tal-IA jikkawżaw dannu jew ħsara għall-ħajja, għas-saħħa, għall-integrità fiżika ta' persuna fiżika, għall-proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika jew jikkawżaw dannu immaterjali sinifikanti li jirriżulta f'telf ekonomiku verifikabbli.

2.   Kwalunkwe ftehim bejn l-operatur ta' sistema tal-IA u persuna fiżika jew ġuridika li ġġarrab dannu jew ħsara minħabba s-sistema tal-IA, li jevita jew jillimita d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, konkluż qabel jew wara li jkun seħħ id-dannu jew il-ħsara, għandu jitqies null u bla effett fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pretensjoni ta' responsabbiltà addizzjonali li tirriżulta minn relazzjonijiet kuntrattwali, kif ukoll minn regolamenti dwar ir-responsabbiltà tal-prodott, il-ħarsien tal-konsumatur, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-protezzjoni tax-xogħol u tal-ambjent bejn l-operatur u l-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ġarrbet dannu jew ħsara minħabba s-sistema tal-IA u li tista' titressaq kontra l-operatur skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“sistema tal-IA” tfisser sistema li jew hija bbażata fuq software jew inkorporata f'tagħmir tal-hardware, u li turi mġiba li tissimula l-intelliġenza billi, fost l-oħrajn, tiġbor u tipproċessa d-data, tanalizza u tinterpreta l-ambjent tagħha, u billi tieħu azzjoni, b'ċertu livell ta' awtonomija, biex tikseb għanijiet speċifiċi;

(b)

“awtonomu/a” tfisser sistema tal-IA li taħdem billi tinterpreta ċertu input u billi tuża ġabra ta' istruzzjonijiet predefiniti, mingħajr ma tkun limitata minn dawn l-istruzzjonijiet, minkejja li l-imġiba tas-sistema hija limitata mill-objettiv mogħti lilha u minn għażliet rilevanti oħra tad-disinn li għamlu l-iżviluppaturi tagħha, u orjentata lejn l-istess objettiv;

(c)

“riskju għoli” tfisser riskju importanti, f'sistema tal-IA li taħdem b'mod awtonomu, li jiġu kkawżati dannu jew ħsara lil persuna waħda jew aktar b'mod każwali u li jmur lil hinn minn dak li wieħed jista' jistenna; l-importanza tar-riskju jiddependi mill-interazzjoni bejn il-gravità tad-dannu jew tal-ħsara possibbli, il-grad ta' awtonomija fit-teħid tad-deċiżjoni, il-probabbiltà li r-riskji jimmaterjalizzaw u l-mod li bih u l-kuntest li fih is-sistema tal-IA tkun qed tintuża;

(d)

“operatur” tfisser kemm l-operatur frontend kif ukoll dak backend dment li r-responsabbiltà ta' dan tal-aħħar ma tkunx diġà koperta mid-Direttiva 85/374/KEE;

(e)

“operatur frontend” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita ċertu grad ta' kontroll fuq riskju marbut mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA u li tibbenefika mill-funzjonament tagħha;

(f)

“operatur backend” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, fuq bażi kontinwa, tiddefinixxi l-karatteristiċi tat-teknoloġija u tforni d-data u s-servizz ta' sostenn backend essenzjali u, għaldaqstant, teżerċita wkoll ċertu grad ta' kontroll fuq ir-riskju marbut mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA;

(g)

“kontroll” tfisser kwalunkwe azzjoni ta' operatur li tinfluwenza l-funzjonament ta' sistema tal-IA u b'hekk il-punt sa fejn l-operatur jesponi partijiet terzi għar-riskji potenzjali assoċjati mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA; azzjonijiet bħal dawn jista' jkollhom impatt fuq il-funzjonament tas-sistema tal-IA fi kwalunkwe stadju, billi jiġu ddeterminati l-input, l-output jew ir-riżultati, jew jistgħu jbiddlu funzjonijiet jew proċessi speċifiċi fi ħdan is-sistema tal-IA; il-grad sa liema dawk l-aspetti tal-funzjonament tas-sistema tal-IA huma ddeterminati mill-azzjoni, jiddependi minn kemm l-operatur jista' jinfluwenza r-riskju marbut mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA;

(h)

“persuna milquta” tfisser kwalunkwe persuna li ġġarrab dannu jew ħsara kkawżati minn attività, apparat jew proċess fiżiċi jew virtwali mmexxija minn sistema tal-IA, u li mhijiex l-operatur tagħha;

(i)

“dannu jew ħsara” tfisser impatt negattiv li jolqot il-ħajja, is-saħħa, l-integrità fiżika ta' persuna fiżika, il-proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika jew li jikkawża dannu immaterjali sinifikanti li jirriżulta f'telf ekonomiku verifikabbli;

(j)

“produttur” tfisser il-produttur kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE.

KAPITOLU II

SISTEMI TAL-IA B'RISKJU GĦOLI

Artikolu 4

Responsabbiltà oġġettiva tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli

1.   L-operatur ta' sistema tal-IA b'riskju għoli għandu jkun oġġettivament responsabbli għal kwalunkwe dannu jew ħsara kkawżati minn attività, apparat jew proċess fiżiċi jew virtwali mmexxija minn tali sistema tal-IA.

2.   Is-sistemi tal-IA b'riskju għoli kollha kif ukoll is-setturi kritiċi fejn jintużaw għandhom ikunu elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex temenda dik il-lista eżawrjenti, billi:

(a)

tinkludi tipi ġodda ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli u s-setturi kritiċi li fihom huma implimentati;

(b)

tħassar it-tipi ta' sistemi tal-IA li ma jistgħux jibqgħu jitqiesu li joħolqu riskju għoli; u/jew

(c)

tbiddel is-setturi kritiċi għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli eżistenti.

Kwalunkwe att delegat li jemenda l-Anness għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-adozzjoni tiegħu. Hija u tiddetermina s-setturi kritiċi u/jew is-sistemi tal-IA b'riskju għoli l-ġodda li għandhom jiddaħħlu fl-Anness permezz ta' atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis kompletament il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 3(c).

3.   L-operaturi ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli m'għandhomx ikunu jistgħu jeżoneraw ruħhom mir-responsabbiltà billi jgħidu li aġixxew b'diliġenza dovuta jew li d-dannu jew il-ħsara kienu kkawżati minn attività, apparat jew proċess awtonomi mmexxija mis-sistema tal-IA tagħhom. L-operaturi m'għandhomx jinżammu responsabbli jekk id-dannu jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn forza maġġuri.

4.   L-operatur frontend ta' sistema tal-IA b'riskju għoli għandu jkun żgur li l-attivitajiet kollha tas-sistema tal-IA jkunu koperti b'assigurazzjoni ta' responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-ammonti u l-portata tal-indennizzi previsti fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament. L-operatur backend għandu jkun żgur li s-servizzi tiegħu ikunu koperti b'assigurazzjoni ta' responsabbiltà ċivili għall-impriżi jew għall-prodotti li tkun adegwata fir-rigward tal-ammonti u l-portata tal-indennizzi previsti fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament. Jekk ir-reġimi ta' assigurazzjoni obbligatorja tal-operatur frontend jew tal-operatur backend, diġà fis-seħħ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew nazzjonali jew xi fondi volontarji tal-assigurazzjoni korporattiva huma meqjusa li jkopru l-funzjonament tas-sistema tal-IA jew is-servizz fornut, l-obbligu ta' sottoskrizzjoni ta' kuntratt ta' assigurazzjoni għas-sistema tal-IA skont dan ir-Regolament għandu jitqies sodisfatt, dment li l-assigurazzjoni obbligatorja eżistenti kkonċernata tkopri l-ammonti u l-portata tal-indennizzi previsti fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament għandu jipprevali fuq ir-reġimi nazzjonali ta' responsabbiltà f'każ ta' kunflitt bejn id-diversi sistemi tal-IA fil-qasam tar-responsabbiltà oġġettiva.

Artikolu 5

Ammont tal-indennizz

1.   L-operatur ta' sistema tal-IA b'riskju għoli li jkun inżamm responsabbli ta' dannu jew ħsara skont dan ir-Regolament għandu jagħti indennizz:

(a)

sa ammont massimu ta' EUR 2 miljun fil-każ tal-mewt tal-persuna milquta jew fil-każ ta' dannu kkawżat lis-saħħa jew lill-integrità fiżika tal-istess persuna, li jirriżultaw minn attività ta' sistema tal-IA b'riskju għoli;

(b)

sa ammont massimu ta' EUR 1 miljun f'każ ta' dannu immaterjali sinifikanti li jirriżulta f'telf ekonomiku verifikabbli jew f'każ ta' ħsara lill-proprjetà, inkluż meta bosta beni ta' persuna milquta ġarrbu ħsara li tirriżulta min attività waħda ta' sistema tal-IA b'riskju għoli waħda; meta l-persuna milquta ħadet ukoll azzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà kuntrattwali fil-konfront tal-operatur, m'għandu jitħallas l-ebda indennizz skont dan ir-Regolament, jekk l-ammont totali tal-ħsara lill-proprjetà jew id-dannu immaterjali sinifikanti għandu valur inqas minn [EUR 500] (9).

2.   Meta l-indennizz ikkumulat li għandu jitħallas lil diversi persuni li jkunu ġarrbu dannu jew ħsara kkawżati mill-istess attività tal-istess sistema tal-IA b'riskju għoli jaqbeż l-ammonti totali massimi previsti mill-paragrafu 1, l-ammonti li għandhom jitħallsu lil kull persuna għandhom jitnaqqsu pro rata biex l-indennizz ikkumulat ma jaqbiżx l-ammonti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Portata tal-indennizz

1.   Fil-limiti tal-ammont stabbilit fl-Artikolu 5(1)(a), l-indennizz li għandu jitħallas mill-operatur li jinżamm responsabbli f'każ ta' dannu fiżiku segwit mill-mewt tal-persuna milquta għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-ispejjeż tal-kuri mediċi li għaddiet minnhom il-persuna milquta qabel ma mietet, u tal-preġudizzju pekunjarju mġarrab qabel ma mietet ikkawżat miċ-ċessazzjoni jew mit-tnaqqis tal-kapaċità ta' gwadann jew miż-żieda fil-bżonnijiet tagħha għal perjodu kemm dam id-dannu qabel il-mewt. Barra minn hekk, l-operatur li jinżamm responsabbli għandu jirrimborża l-ispejjeż tal-funeral tal-persuna milquta li tkun mietet lill-parti responsabbli mill-ħlas ta' dawk l-ispejjeż.

Jekk fil-mument tal-inċident li kkawża d-dannu li wassal għall-mewt tagħha, il-persuna milquta kienet f'relazzjoni ma' parti terza u kellha obbligu ġuridiku li tmantni lil dik il-parti terza, l-operatur li jinżamm responsabbli għandu jagħti indennizz lill-parti terza billi jħallas il-manteniment sal-punt li l-persuna milquta kienet tkun obbligata tħallas, għall-perjodu korrispondenti għall-istennija tal-għomor medju ta' persuna tal-età tagħha u tad-deskrizzjoni ġenerali tagħha. L-operatur għandu wkoll jagħti indennizz lill-parti terza jekk, fil-mument tal-inċident li kkawża l-mewt, il-parti terza tkun ġiet konċepita iżda kienet għadha ma twelditx.

2.   Fil-limiti tal-ammont stabbilit fl-Artikolu 5(1)(b), l-indennizz li għandu jitħallas mill-operatur li jinżamm responsabbli f'każ ta' dannu lis-saħħa jew lill-integrità fiżika tal-persuna milquta għandu jinkludi r-rimborż tal-ispejjeż tal-kuri mediċi relatati kif ukoll il-ħlas għal kwalunkwe preġudizzju pekunjarju mġarrab mill-persuna milquta bħala riżultat tas-sospensjoni temporanja, tat-tnaqqis jew taċ-ċessazzjoni permanenti tal-kapaċità ta' gwadann tagħha jew taż-żieda konsegwenti tal-bżonnijiet tagħha attestata minn ċertifikat mediku.

Artikolu 7

Terminu ta' preskrizzjoni

1.   Il-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ċivili ppreżentati skont l-Artikolu 4(1), li jikkonċernaw dannu għall-ħajja, għas-saħħa jew għall-integrità fiżika, għandhom ikunu suġġetti għal terminu ta' preskrizzjoni ta' 30 sena mid-data li fiha seħħ id-dannu.

2.   Il-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ċivili ppreżentati skont l-Artikolu 4(1), li jikkonċernaw ħsara lill-proprjetà jew dannu immaterjali sinifikanti li jirriżulta f'telf ekonomiku verifikabbli għandhom ikunu suġġetti għal terminu ta' preskrizzjoni ta':

(a)

10 snin mid-data meta seħħet il-ħsara fuq il-proprjetà jew it-telf ekonomiku verifikabbli li jirriżulta mid-dannu immaterjali sinifikanti, rispettivament, jew

(b)

30 sena mid-data meta seħħet l-attività tas-sistema tal-IA b'riskju għoli li sussegwentement ikkawżat il-ħsara lill-proprjetà jew id-dannu immaterjali.

Fost it-termini msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu japplika t-terminu li jagħlaq l-ewwel.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola s-sospensjoni jew l-interruzzjoni tat-termini ta' preskrizzjoni.

KAPITOLU III

SISTEMI TAL-IA OĦRA

Artikolu 8

Responsabbiltà bbażata fuq negliġenza għas-sistemi tal-IA l-oħra

1.   L-operatur ta' sistema tal-IA li mhijiex iddefinita bħala sistema tal-IA b'riskju għoli, skont l-Artikolu 3(c) u 4(2), u b'riżultat ta' dan, mhijiex elenkata fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jkun suġġett għal responsabbiltà bbażata fuq negliġenza għal kwalunkwe dannu jew ħsara kkawżati minn attività, apparat jew proċess fiżiċi jew virtwali mmexxija mis-sistema tal-IA.

2.   L-operatur ma għandux ikun responsabbli jekk jista' jagħti prova li d-dannu jew il-ħsara ma kinux ikkawżati min-negliġenza tiegħu, abbażi ta' waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

is-sistema tal-IA kienet ġiet attivata mingħajr ma kien jaf, filwaqt li kienu ttieħdu l-miżuri raġonevoli u neċessarji kollha biex tkun evitata tali attivazzjoni barra mill-kontroll tal-operatur, jew

(b)

id-diliġenza dovuta ġiet rispettata bit-twettiq tal-azzjonijiet kollha li ġejjin: intgħażlet sistema tal-IA adatta għall-kompitu u għall-ħiliet it-tajba, is-sistema tal-IA tħaddmet kif dovut, l-attivitajiet ġew issorveljati u l-affidabbiltà operattiva nżammet billi ġew regolarment installati l-aġġornamenti kollha disponibbli.

L-operatur m'għandux ikun jista' jaħrab mir-responsabbiltà billi jgħid li d-dannu jew il-ħsara kienu kkawżati minn attività, apparat jew proċess awtonomi mmexxija mis-sistema tal-IA tiegħu. L-operatur m'għandux jinżamm responsabbli jekk id-dannu jew il-ħsara ġew ikkawżati minn forza maġġuri.

3.   F'każ li d-dannu jew il-ħsara ġew ikkawżati minn parti terza li interferiet fis-sistema tal-IA billi mmodifikat il-funzjonament jew l-effetti tagħha, l-operatur għandu xorta waħda jkun responsabbli għall-ħlas tal-indennizz jekk tali parti terza ma tkunx tista' tinstab jew tkun nieqsa minn mezzi finanzjarji.

4.   Fuq talba tal-operatur jew tal-persuna milquta, il-produttur ta' sistema tal-IA għandu jkollu d-dmir li jikkoopera magħhom u jagħtihom l-informazzjoni sal-punt li tiġġustifikah l-importanza tal-pretensjoni, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati r-responsabbiltajiet.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-indennizzi u t-terminu ta' preskrizzjoni

Il-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ċivili ppreżentati skont l-Artikolu 8(1) għandhom ikunu suġġetti, fir-rigward tat-terminu ta' preskrizzjoni kif ukoll l-ammonti u l-portata tal-indennizzi, għal-liġijiet tal-Istat Membru fejn seħħu d-dannu jew il-ħsara.

KAPITOLU IV

QSIM TAR-RESPONSABBILTÀ

Artikolu 10

Koresponsabbiltà

1.   Jekk id-dannu jew il-ħsara huma kkawżati minn attività, apparat jew proċess kemm fiżiċi kif ukoll virtwali mmexxija minn sistema tal-IA u mill-azzjonijiet ta' persuna milquta jew ta' kwalunkwe persuna li għaliha l-persuna milquta hija responsabbli, il-portata tar-responsabbiltà tal-operatur, fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, għandha tonqos konsegwentement. L-operatur m'għandux ikun responsabbli jekk il-persuna milquta jew il-persuna li għaliha hi responsabbli hija unikament responsabbli għad-dannu jew għall-ħsara kkawżati.

2.   Operatur li jinżamm responsabbli jista' juża d-data ġġenerata mis-sistema tal-IA biex jagħti prova tal-koresponsabbiltà tal-persuna milquta, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u liġijiet rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-data. Il-persuna milquta tista' tuża wkoll din id-data bħala prova jew għal finijiet ta' kjarifika fil-pretensjoni ta' responsabbiltà.

Artikolu 11

Responsabbiltà in solidum

F'każ li hemm aktar minn operatur wieħed ta' sistema tal-IA, ilkoll kemm huma għandhom responsabbiltà in solidum. Jekk operatur frontend huwa wkoll il-produttur tas-sistema tal-IA, dan ir-Regolament għandu jipprevali fuq id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti. Jekk l-operatur backend jikkwalifika wkoll bħala l-produttur, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar ir-Responabbiltà għall-Prodotti, dik id-Direttiva għandha tapplika għalih. Jekk hemm operatur wieħed biss u dak l-operatur huwa wkoll il-produttur tas-sistema tal-IA, dan ir-Regolament għandu jipprevali fuq id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti.

Artikolu 12

Rivalsa għall-indennizzi

1.   L-operatur m'għandux ikollu d-dritt li jipproponi azzjoni ta' rivalsa, sakemm il-persuna milquta ma tkunx irċeviet bis-sħiħ l-indennizz spettanti għaliha skont dan ir-Regolament.

2.   Fl-eventwalità li l-operatur jinżamm responsabbli in solidum flimkien ma' operaturi oħrajn fil-konfront ta' persuna milquta u jkun ħallas kompletament l-indennizz lil tali persuna milquta, skont l-Artikoli 4(1) jew 8(1), tali operatur jista' jirkupra parti mill-indennizzi mingħand l-operaturi l-oħrajn, fi proporzjon tar-responsabbiltà tiegħu.

Il-proporzjonijiet tar-responsabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq il-gradi ta' kontroll rispettivi li l-operaturi jeżerċitaw fuq ir-riskju marbut mal-operat u mal-funzjonament tas-sistema tal-IA; Jekk il-kontribuzzjoni imputabbli lil operatur b'responsabbiltà in solidum ma tkunx tista' tinkiseb minn, id-defiċit għandu jkun akargu tal-operaturi l-oħrajn. Sal-punt li operatur b'responsabbiltà in solidum jindennizza lill-persuna milquta u jitlob adattamenti ta' pagamenti bil-quddiem mingħand l-operaturi responsabbli l-oħrajn, il-pretensjoni tal-persuna milquta fil-konfront tal-operaturi l-oħrajn għandha tkun surrogata lilu. Is-surroga tal-pretensjonijiet m'għandhiex tkun invokata askapitu tal-pretensjoni oriġinali.

3.   Fl-eventwalità li l-operatur ta' sistema tal-IA difettuża jindennizza kompletament lill-persuna milquta għal dannu jew ħsara skont l-Artikoli 4(1) jew 8(1) ta’ dan ir-Regolament, jista' jieħu azzjoni għal rimedju fil-konfront tal-produttur tas-sistema tal-IA difettuża skont id-Direttiva 85/374/KEE u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi.

4.   Fl-eventwalità li l-assiguratur tal-operatur jindennizza lill-persuna milquta għad-dannu jew għall-ħsara skont l-Artikolu 4(1) jew 8(1), kwalunkwe pretensjoni ta' responsabbiltà ċivili tal-persuna milquta fil-konfront ta' persuna oħra għall-istess ħsara għandha tkun surrogata lill-assiguratur tal-operatur sal-ammont li l-assiguratur tal-operatur indennizza lill-persuna milquta.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin [mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2) tista' tkun revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. L-effetti tagħha għandhom jibdew jiddekorru mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Tekniku – sistemi tal-IA b'riskju għoli (TCRAI) permanenti, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn ta' notifika jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak it-terminu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak it-terminu għandu jiġi prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14

Rieżami

Sal-1 ta' Jannar 202X [3 snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u wara kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat ta' rieżami ta' dan ir-Regolament fid-dawl ta' aktar żvilupp fis-settur tal-intelliġenza artifiċjali.

Hija u tħejji r-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha titlob l-informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri dwar il-ġurisprudenza, is-soluzzjonijiet bil-qorti kif ukoll l-istatistika dwar l-inċidenti, bħan-numru ta' inċidenti, il-ħsara mġarrba, l-applikazzjonijiet tal-IA involuti, l-indennizzi mħallsa mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni kif ukoll valutazzjoni tal-għadd ta' pretensjonijiet ippreżentati minn persuni milquta, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, u l-perjodi li matulhom dawk il-pretensjonijiet ikunu tressqu quddiem il-qorti.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti leġiżlattivi, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-lakuni fir-rapport.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 202X.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

[…]


(1)  ĠU …

(2)  ĠU …

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).

(4)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(5)  Irreferi għal paġna 24 tal-White Paper tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020)0065).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(9)  Dan l-ammont għandu jiġi rivedut mill-Kummissjoni Ewropea kif stipulat fil-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni.


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/129


P9_TA(2020)0277

Drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali (2020/2015(INI))

(2021/C 404/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 4, 16, 26, 114 u 118 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1) u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar (COM(2015)0215),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar id-Drittijiet tal-Awtur, it-Trattat tad-WIPO dwar l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi u d-Dokument ta' Pożizzjoni rivedut tad-WIPO tad-29 ta' Mejju 2020 dwar il-Politika tal-Proprjetà Intellettwali u l-Intelliġenza Artifiċjali,

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (“Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data”) (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (9),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu “L-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja” (COM(2020)0065),

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali stabbilit mill-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija Ewropea għad-data” (COM(2020)0066) u “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (COM(2020)0102),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-Eżami fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi ta' Novembru 2019,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma 2016/05 dwar l-ekonomija diġitali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u l-Istitut tiegħu tal-Istudju tal-Prospettivi Teknoloġiċi bit-titolu “An Economic Policy Perspective on Online Platforms” (Perspettiva ta' Politika Ekonomika dwar il-Pjattaformi Online),

wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni li jmiss (2019 – 2024) bit-titolu “Unjoni li tirsisti għal aktar: L-aġenda tiegħi għall-Ewropa”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika, (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0176/2020),

A.

billi l-qafas legali tal-Unjoni għall-proprjetà intellettwali għandu l-għan li jippromwovi l-innovazzjoni, il-kreattività u l-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni;

B.

billi l-Artikolu 118 TFUE jipprevedi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jrid jistabbilixxi miżuri għall-ħolqien ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) Ewropej sabiex tiġi pprovduta protezzjoni uniformi ta' dawk id-drittijiet fl-Unjoni kollha; billi s-suq uniku jwassal għat-tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu li hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-prosperità taċ-ċittadini tal-Unjoni;

C.

billi l-iżviluppi riċenti fl-intelliġenza artifiċjali (IA) u teknoloġiji emerġenti simili jirrappreżentaw avvanz teknoloġiku sinifikanti li qed joħloq opportunitajiet u sfidi għaċ-ċittadini, in-negozji, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-ħallieqa, u s-settur tad-difiża tal-Unjoni;

D.

billi t-teknoloġiji tal-IA jistgħu jagħmlu t-traċċabilità tal-IPRs u l-applikazzjoni tagħhom għal output iġġenerat mill-IA diffiċli, u b'hekk ma jħallux li l-ħallieqa umani li x-xogħol oriġinali tagħhom jintuża biex jitħaddmu tali teknoloġiji jiġu remunerati b'mod ġust;

E.

billi l-għan li l-Unjoni ssir mexxejja dinjija fit-teknoloġiji tal-IA jrid jinkludi sforzi biex terġa' tinkiseb u tiġi ssalvagwardjata s-sovranità diġitali u industrijali tal-Unjoni, tiġi żgurata l-kompetittività tagħha u tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, u jrid jirrikjedi riforma strutturali tal-politika industrijali tal-Unjoni biex tkun tista' tkun minn ta' quddiem nett fit-teknoloġiji tal-IA filwaqt li tirrispetta d-diversità kulturali; billi t-tmexxija globali tal-Unjoni fl-IA titlob sistema ta' proprjetà intellettwali effettiva li tkun adattata għall-era diġitali, li tippermetti lill-innovaturi jintroduċu prodotti ġodda fis-suq; billi s-salvagwardji b'saħħithom huma kruċjali għall-protezzjoni tas-sistema tal-privattivi tal-Unjoni kontra l-abbuż, li huwa ta' detriment għall-iżviluppaturi innovattivi tal-IA; billi jenħtieġ approċċ għall-IA li jkun iċċentrat fuq il-bniedem u jirrispetta l-prinċipji etiċi u d-drittijiet tal-bnieden sabiex it-teknoloġija tibqa' għodda għas-servizz tan-nies u tal-ġid komuni;

F.

billi l-Unjoni hija l-livell xieraq għar-regolamentazzjoni tat-teknoloġiji tal-IA sabiex jiġu evitati l-frammentazzjoni tas-suq uniku u linji gwida u dispożizzjonijiet nazzjonali differenti; billi qafas regolatorju tal-Unjoni armonizzat għalkollox fil-qasam tal-IA jkollu l-potenzjal li jsir punt ta' riferiment leġiżlattiv fil-livell internazzjonali; billi regoli komuni ġodda għas-sistemi tal-IA għandhom jieħdu l-forma ta' regolament sabiex jiġu stabbiliti standards ugwali madwar l-Unjoni, u billi l-leġiżlazzjoni trid tibqa' valida fil-futur biex jiġi żgurat li tkun tista' żżomm il-pass mal-iżvilupp mgħaġġel ta' din it-teknoloġija, u trid tiġi segwita permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa; billi ċ-ċertezza tad-dritt trawwem l-iżvilupp teknoloġiku, u billi l-fiduċja tal-pubbliku fit-teknoloġiji l-ġodda hija essenzjali għall-iżvilupp ta' dan is-settur, peress li ssaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-Unojni; billi l-qafas regolatorju li jirregola l-IA għandu għalhekk jispira fiduċja fis-sikurezza u l-affidabilità tal-IA u jsib bilanċ bejn il-protezzjoni tal-pubbliku u l-inċentivi tan-negozju għall-investiment fl-innovazzjoni;

G.

billi l-IA u t-teknoloġiji relatati huma bbażati fuq algoritmi u mudelli komputazzjonali, li huma meqjusa bħala metodi matematiċi skont it-tifsira tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw privattiva; billi l-metodi matematiċi u l-programmi tal-kompjuter jistgħu jiġu protetti bi privattivi skont l-Artikolu 52(3) tal-KEP meta jintużaw bħala parti minn sistema tal-IA li tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' effett tekniku ulterjuri; billi l-impatt ta' tali protezzjoni potenzjali tal-privattivi għandu jiġi vvalutat bir-reqqa;

H.

billi l-IA u t-teknoloġiji relatati huma bbażati fuq il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta' programmi tal-kompjuter li, bħala tali, huma soġġetti għal reġim speċifiku ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, fejn l-espressjoni ta' programm tal-kompjuter biss tista' tiġi protetta, u mhux l-ideat, il-metodi u l-prinċipji sottostanti ta' kwalunkwe element tiegħu;

I.

billi qed jingħata għadd dejjem jikber ta' privattivi relatati mal-IA;

J.

billi l-iżvilupp tal-IA u t-teknoloġiji relatati jqajjem mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tal-innovazzjoni nnifisha u l-applikazzjoni tad-DPI għall-materjali, il-kontenut jew id-data ġġenerati mill-IA u t-teknoloġiji relatati, li jistgħu jkunu ta' natura industrijali jew artistika u li joħolqu diversi opportunitajiet kummerċjali; billi f'dan ir-rigward huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-kreazzjonijiet umani assistiti mill-IA u l-kreazzjonijiet iġġenerati b'mod awtonomu mill-IA;

K.

billi l-IA u t-teknoloġiji relatati jiddependu ħafna mill-kontenut preeżistenti u volumi kbar ta' data; billi aċċess aktar trasparenti u miftuħ għal ċerti data u bażijiet ta' data mhux personali fl-Unjoni, speċjalment għall-SMEs u n-negozji ġodda, kif ukoll l-interoperabilità tad-data, li tillimita l-effetti ta' intrappolament, se jkollhom rwol kruċjali fl-avvanz tal-iżvilupp tal-IA Ewropea u fl-appoġġ tal-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej fil-livell globali; billi l-ġbir tad-data personali jrid jirrispetta d-drittijiet fundamentali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u jirrikjedi governanza mfassla apposta, jiġifieri f'termini ta' ġestjoni tad-data u t-trasparenza tad-data użata fl-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji tal-IA, u dan matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' sistema ffaċilitata mill-IA;

1.

Jieħu nota tal-White Paper tal-Kummissjoni dwar “L-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja” u tal-Istrateġija Ewropea għad-Data; jenfasizza li l-approċċi deskritti fil-qosor f'dawn id-dokumenti x'aktarx li jikkontribwixxu biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-IA ċċentrata fuq il-bniedem fl-UE; jinnota, madankollu, li l-kwistjoni tal-protezzjoni tad-DPI fil-kuntest tal-iżvilupp tal-IA u t-teknoloġiji relatati ma ġietx indirizzata mill-Kummissjoni, minkejja l-importanza ewlenija ta' dawn id-drittijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq spazju uniku Ewropew tad-data u jemmen li l-użu tiegħu se jkollu rwol importanti fl-innovazzjoni u l-kreattività fl-ekonomija tal-Unjoni, u dan għandu jiġi inċentivat; jenfasizza li l-Unjoni għandu jkollha rwol essenzjali fl-istabbiliment tal-prinċipji bażiċi dwar l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu tal-IA, mingħajr ma jiġi mxekkel l-avvanz tagħha jew tiġi ostakolata l-kompetizzjoni;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp tal-IA u t-teknoloġiji relatati fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu se jġib miegħu l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-mobilizzazzjoni tal-investiment u benefiċċji konsiderevoli f'termini ekonomiċi, soċjetali, ambjentali, pubbliċi u ta' sikurezza, filwaqt li jagħmel is-settur aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda u joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg u mudelli ta' negozju aktar sostenibbli, iżda jenfasizza li dan ma għandux jikkawża ħsara jew dannu lin-nies jew lis-soċjetà;

3.

Jenfasizza l-importanza li jinħoloq qafas regolatorju operattiv u kompletament armonizzat fil-qasam tat-teknoloġiji tal-IA; jissuġġerixxi li tali qafas għandu jieħu l-forma ta' regolament aktar milli direttiva sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku diġitali Ewropew u tiġi promossa l-innovazzjoni;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis is-seba' rekwiżiti ewlenin identifikati fil-Linji Gwida tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, li ntlaqgħu tajjeb minnha fil-komunikazzjoni tagħha tat-8 ta' April 2019 (11), u timplimentahom kif xieraq fil-leġiżlazzjoni kollha li tittratta l-IA;

5.

Jenfasizza li l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu tat-teknoloġiji tal-IA u t-tkabbir tal-ekonomija tad-data globali jirrikjedu l-indirizzar ta' kwistjonijiet tekniċi, soċjali, ekonomiċi, etiċi u legali sinifikanti f'oqsma ta' politika differenti, inklużi d-DPI u l-impatt tagħhom fuq dawn l-oqsma ta' politika; jenfasizza li sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-teknoloġiji tal-IA, jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli legali bla bżonn, ħalli ma jixxekklux it-tkabbir tal-ekonomija tad-data tal-Unjoni li qed tiżviluppa jew l-innovazzjoni fiha; jitlob valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-protezzjoni tad-DPI fil-kuntest tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-IA;

6.

Jenfasizza l-importanza ewlenija ta' protezzjoni tad-DPI bbilanċjata fir-rigward tat-teknoloġiji tal-IA, u tan-natura multidimensjonali ta' tali protezzjoni, u, fl-istess ħin, jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-DPI, li tinħoloq ċertezza tad-dritt u li tinbena l-fiduċja meħtieġa biex jitħeġġeġ l-investiment f'dawn it-teknoloġiji u jiġu żgurati l-vijabilità u l-użu fit-tul tagħhom mill-konsumaturi; iqis li l-UE għandha l-potenzjali li tkun minn ta' quddiem nett fil-ħolqien tat-teknoloġiji tal-IA billi tadotta qafas regolatorju operattiv li jiġi vvalutat regolarment fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u billi timplimenta politiki pubbliċi proattivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-programmi ta' taħriġ u l-appoġġ finanzjarju għar-riċerka u l-kooperazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku; itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata biżżejjed flessibilità għall-iżvilupp ta' teknoloġiji, prodotti u servizzi ġodda; jenfasizza li l-ħolqien ta' ambjent li jwassal għall-kreattività u l-innovazzjoni billi jitħeġġeġ l-użu tat-teknoloġiji tal-IA min-naħa tal-ħallieqa m'għandux isir għad-detriment tal-interessi tal-ħallieqa umani u lanqas tal-prinċipji etiċi tal-Unjoni;

7.

Iqis ukoll li l-Unjoni trid tindirizza l-aspetti varji tal-IA permezz ta' definizzjoni teknoloġikament newtrali u suffiċjentement flessibbli biex ikunu jistgħu jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi futuri kif ukoll l-użijiet sussegwenti; iqis li huwa neċessarju li titkompla r-riflessjoni dwar l-interazzjonijiet bejn l-IA u d-DPI, mill-perspettiva kemm tal-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali kif ukoll tal-utenti; jemmen li l-isfida tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-IA toħloq il-ħtieġa ta' ċerti rekwiżiti ta' trasparenza u l-iżvilupp ta' metodi ġodda peress li, pereżempju, is-sistemi ta' tagħlim adattiv jistgħu jikkalibraw mill-ġdid wara kull input, u b'hekk ċerti divulgazzjonijiet ex ante jsiru ineffettivi;

8.

Jenfasizza l-importanza li s-servizzi tal-istreaming ikunu trasparenti u responsabbli fl-użu li jagħmlu mill-algoritmi, sabiex l-aċċess għall-kontenut kulturali u kreattiv f'diversi forom u b'lingwi differenti kif ukoll l-aċċess imparzjali għax-xogħlijiet Ewropej ikunu ggarantiti aħjar;

9.

Jirrakkomanda li tingħata prijorità lill-valutazzjoni settorjali u skont it-tip tal-implikazzjonijiet tat-teknoloġiji tal-IA fil-qasam tad-DPI; iqis li tali approċċ għandu jqis, pereżempju, il-livell ta' intervent uman, l-awtonomija tal-IA, l-importanza tar-rwol u l-oriġini tad-data u tal-materjal protett mid-drittijiet tal-awtur użati u l-involviment possibbli ta' fatturi rilevanti oħra; ifakkar li kwalunkwe approċċ għandu jsib il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li jiġu protetti l-investimenti kemm tar-riżorsi kif ukoll tal-isforz u l-ħtieġa li jiġu inċentivati l-kreazzjoni u l-kondiviżjoni; huwa tal-fehma li hija meħtieġa riċerka aktar bir-reqqa għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-input uman fir-rigward tad-data algoritmika tal-IA; jemmen li teknoloġiji rivoluzzjonarji bħall-IA joffru lill-kumpaniji żgħar u kbar l-opportunità li jiżviluppaw prodotti ewlenin tas-suq; iqis li l-kumpaniji kollha għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni ugwalment effiċjenti u effikaċi tad-DPI; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru appoġġ lin-negozji l-ġodda u l-SMEs permezz tal-Programm għas-Suq Uniku u l-hubs ta' Innovazzjoni Diġitali fil-protezzjoni tal-prodotti tagħhom;

10.

Jissuġġerixxi li din il-valutazzjoni tiffoka fuq l-impatt u l-implikazzjonijiet tal-IA u t-teknoloġiji relatati skont is-sistema attwali tal-liġi dwar il-privattivi, tal-protezzjoni tat-trademarks u tad-disinni u l-mudelli, tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati, inkluża l-applikabilità tal-protezzjoni legali tal-bażijiet tad-data u tal-programmi tal-kompjuter, u tal-protezzjoni tal-kompetenza esperta u tal-informazzjoni kummerċjali mhux żvelata (“sigrieti kummerċjali”) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom; jirrikonoxxi l-potenzjal tat-teknoloġiji tal-IA li jtejbu l-infurzar tad-DPI, minkejja l-ħtieġa ta' verifika u rieżami mill-bniedem, speċjalment fejn ikun hemm involuti konsegwenzi legali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġi vvalutat jekk id-dritt kuntrattwali għandux jiġi aġġornat sabiex il-konsumaturi jiġu protetti bl-aħjar mod u jekk jeħtieġx li r-regoli tal-kompetizzjoni jiġu adattati sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti u l-abbużi tas-suq fl-ekonomija diġitali, il-ħtieġa li jinħoloq qafas legali aktar komprensiv għas-setturi ekonomiċi li fihom l-IA għandha rwol, u b'hekk il-kumpaniji Ewropej u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu jistgħu jespandu, u l-ħtieġa li tinħoloq ċertezza tad-dritt; jenfasizza li l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali trid dejjem tiġi rikonċiljata ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra;

11.

Ifakkar li l-metodi matematiċi bħala tali huma esklużi mill-jedd għall-privattiva dment li ma jintużawx għal skop tekniku fil-kuntest tal-invenzjonijiet tekniċi, li huma stess jistgħu jingħataw privattiva biss jekk il-kriterji applikabbli relatati mal-invenzjonijiet jiġu ssodisfati; ifakkar ukoll li jekk invenzjoni tirrigwarda metodu li jinvolvi mezzi tekniċi jew apparat tekniku, l-għan tagħha, ikkunsidrat fil-kumplessità tiegħu, huwa fil-fatt ta' natura teknika u għalhekk mhuwiex eskluż mill-possibilità li jingħata l-privattiva; jissottolinja, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-qafas ta' protezzjoni tal-privattivi biex jinċentiva l-invenzjonijiet tal-IA u jippromwovi t-tixrid tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa li jinħolqu opportunitajiet għall-kumpaniji u n-negozji l-ġodda Ewropej biex jitrawmu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA fl-Ewropa; jirrimarka li l-privattivi essenzjali għal standard għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tixrid tal-IA u teknoloġiji relatati ġodda u fl-iżgurar tal-interoperabilità; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-istabbiliment ta' standards industrijali u tħeġġeġ l-istandardizzazzjoni formali;

12.

Jinnota li l-protezzjoni skont il-privattiva tista' tingħata kemm-il darba l-invenzjoni tkun ġdida u ma tkunx evidenti minnha nnifisha u tkun tinvolvi pass inventiv; jinnota, barra minn hekk, li l-liġi dwar il-privattivi timplika deskrizzjoni komprensiva tat-teknoloġija sottostanti, u dan jista' joħloq sfidi għal ċerti teknoloġiji tal-IA minħabba l-kumplessità tar-raġunament; jenfasizza wkoll l-isfidi legali tal-inġinerija inversa, li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tal-programmi tal-kompjuter u l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, li min-naħa tagħhom huma ta' importanza kruċjali għall-innovazzjoni u r-riċerka u li għandhom jitqiesu kif xieraq fil-kuntest tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilitajiet biex il-prodotti jiġu ttestjati b'mod adegwat, pereżempju b'mod modulari, mingħajr ma jinħolqu riskji għad-detenturi tad-DPI jew għas-sigrieti kummerċjali minħabba żvelar estensiv ta' prodotti li jistgħu jiġu replikati faċilment; jenfasizza li t-teknoloġiji tal-IA għandhom ikunu disponibbli b'mod miftuħ għal skopijiet edukattivi u ta' riċerka, bħal pereżempju metodi ta' tagħlim iktar effettivi;

13.

Jinnota li l-awtonomizzazzjoni tal-proċess kreattiv tal-ħolqien ta' kontenut ta' natura artistika tista' tqajjem kwistjonijiet relatati mas-sjieda tad-DPI li jkopru dak il-kontenut; iqis, f'dan ir-rigward, li ma jkunx xieraq li wieħed ifittex li jagħti personalità ġuridika lit-teknoloġiji tal-IA u jindika l-impatt negattiv ta' tali possibilità fuq l-inċentivi għall-ħallieqa umani;

14.

Jirrimarka d-differenza bejn il-kreazzjonijiet umani assistiti mill-IA u l-kreazzjonijiet iġġenerati mill-IA, u dawn tal-aħħar joħolqu sfidi regolatorji ġodda għall-protezzjoni tad-DPI, bħal kwistjonijiet li jirrigwardaw sjieda, min huma l-inventuri u remunerazzjoni xierqa, kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-konċentrazzjoni potenzjali tas-suq; iqis ukoll li għandha ssir distinzjoni bejn DPI mogħtija għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-IA u DPI mogħtija potenzjalment għal kreazzjonijiet iġġenerati mill-IA; jenfasizza li meta l-IA tintuża biss bħala għodda biex tassisti lil awtur fil-proċess tal-kreazzjoni, il-qafas attwali tad-drittijiet tal-awtur jibqa' applikabbli;

15.

Huwa tal-fehma li l-kreazzjonijiet tekniċi ġġenerati mit-teknoloġija tal-IA jridu jiġu protetti skont il-qafas legali tad-DPI sabiex jitħeġġeġ l-investiment f'din il-forma ta' kreazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt għaċ-ċittadini, in-negozji u, peress li għalissa huma fost l-utenti ewlenin tat-teknoloġiji tal-IA, l-inventuri; iqis li xogħlijiet prodotti b'mod awtonomu minn aġenti artifiċjali u robots jistgħu ma jkunux eliġibbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, sabiex jiġi osservat il-prinċipju tal-oriġinalità, li huwa marbut ma' persuna fiżika, u peress li l-kunċett ta' “kreazzjoni intellettwali” jindirizza l-personalità tal-awtur; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa approċċ orizzontali, ibbażat fuq l-evidenza u teknoloġikament newtrali għal dispożizzjonijiet komuni u uniformi dwar id-drittijiet tal-awtur applikabbli għal xogħlijiet iġġenerati mill-IA fl-Unjoni, jekk jiġi meqjus li tali xogħlijiet jistgħu jkunu eliġibbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur; jirrakkomanda li s-sjieda tad-drittijiet, jekk ikun hemm, għandha tiġi assenjata biss lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ħolqu x-xogħol legalment u biss jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur jekk ikun qed jintuża materjal protett bid-drittijiet tal-awtur, sakemm ma jkunux japplikaw eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-dritt tal-awtur; jenfasizza l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għad-data u l-kondiviżjoni tad-data, l-istandards miftuħa u t-teknoloġija b'sors miftuħ, filwaqt li jitħeġġeġ l-investiment u tingħata spinta lill-innovazzjoni;

16.

Jinnota li l-IA tagħmilha possibbli li tiġi indirizzata kwantità kbira ta' data relatata mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku jew l-eżistenza tad-DPI; jinnota, fl-istess ħin, li l-IA jew it-teknoloġiji relatati użati għall-proċedura ta' reġistrazzjoni għall-għoti tad-DPI u għad-determinazzjoni tar-responsabilità għall-ksur tad-DPI ma jistgħux ikunu sostitut għal rieżami mill-bniedem imwettaq fuq bażi ta' kull każ għalih, sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-ekwità tad-deċiżjonijiet; jinnota li l-IA qed tikseb b'mod progressiv il-kapaċità li twettaq kompiti li tipikament jiwettqu mill-bnedmin u jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati, inklużi sistemi ta' disinn bi proċessi ta' rieżami u ta' kontroll human-in-the-loop, trasparenza, akkontabilità u verifika tal-proċessi deċiżjonali permezz tal-IA;

17.

Jinnota, fir-rigward tal-użu ta' data mhux personali mit-teknoloġiji tal-IA, li l-użu legali ta' xogħlijiet u materjal ieħor protetti bid-drittijiet tal-awtur u d-data assoċjata, inkluż kontenut preeżistenti, settijiet tad-data u ta' metadata ta' kwalità għolja, jeħtieġ jiġi vvalutat fid-dawl tar-regoli eżistenti dwar il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, bħall-eċċezzjoni tal-estrazzjoni ta' test u ta' data, kif previst mid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali; jappella għal kjarifika ulterjuri fir-rigward tal-protezzjoni tad-data skont il-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u l-protezzjoni potenzjali tat-trademarks u tad-disinn industrijali għal xogħlijiet iġġenerati b'mod awtonomu permezz ta' applikazzjonijiet tal-IA; iqis li l-kondiviżjoni volontarja ta' data mhux personali bejn in-negozji u s-setturi għandha tiġi promossa u bbażata fuq ftehimiet kuntrattwali ekwi, inklużi ftehimiet ta' liċenzjar; jenfasizza l-kwistjonijiet relatati mad-DPI li jirriżultaw mill-kreazzjoni ta' deep fakes abbażi ta' data qarrieqa, manipulata jew sempiċement ta' kwalità baxxa, irrispettivament minn jekk tali deep fakes ikunx fihom data li tista' tkun soġġetta għad-dritt tal-awtur; jinsab imħasseb dwar il-possibilità li l-manipulazzjoni tal-massa taċ-ċittadini tintuża biex jiġu destabbilizzati d-demokraziji u jitlob żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-litteriżmu medjatiku kif ukoll li jsiru disponibbli teknoloġiji tal-IA meħtieġa b'mod urġenti biex jiġu vverifikati l-fatti u l-informazzjoni; iqis li rekords verifikabbli mhux personali ta' data użata matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' teknoloġiji ffaċilitati mill-IA f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data jistgħu jiffaċilitaw it-traċċar tal-użu ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur u b'hekk jipproteġu aħjar lid-detenturi tad-drittijiet u jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-privatezza; jenfasizza li t-teknoloġiji tal-IA jistgħu jkunu utli fil-kuntest tal-infurzar tad-DPI, iżda jkunu jeħtieġu rieżami mill-bniedem u garanzija li kwalunkwe sistema ta' teħid ta' deċiżjonijiet xprunata mill-IA tkun kompletament trasparenti; jenfasizza li kwalunkwe reġim futur tal-IA ma jistax jevita r-rekwiżiti possibbli għal teknoloġija b'sors miftuħ f'offerti pubbliċi jew jipprevjeni l-interkonnettività tas-servizzi diġitali; jinnota li s-sistemi tal-IA huma bbażati fuq software u jiddependu fuq mudelli statistiċi, li jistgħu jinkludu żbalji; jenfasizza li l-output iġġenerat mill-IA ma jridx ikun diskriminatorju u li wieħed mill-aktar modi effiċjenti biex jitnaqqas il-preġudizzju fis-sistemi tal-IA huwa li jiġi żgurat – sa fejn hu possibbli skont id-dritt tal-Unjoni – li l-ammont massimu ta' data mhux personali jkun disponibbli għal skopijiet ta' taħriġ u tagħlim awtomatiku; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-użu ta' data tad-dominju pubbliku għal tali skopijiet;

18.

Jenfasizza l-importanza li tiġi implimentata b'mod sħiħ l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali sabiex jittejbu l-aċċessibilità u l-interoperabilità tad-data mhux personali fl-UE; jenfasizza li l-Istrateġija Ewropea dwar id-Data trid tiżgura bilanċ bejn il-promozzjoni tal-fluss tad-data, l-aċċess usa' għad-data u l-użu u l-kondiviżjoni tad-data minn naħa waħda, u l-protezzjoni tad-DPI u s-sigrieti kummerċjali min-naħa l-oħra, filwaqt li jiġu rispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi vvalutat f'dak ir-rigward jekk ir-regoli tal-Unjoni dwar il-proprjetà intellettwali humiex għodda adegwata għall-protezzjoni tad-data, inkluża d-data settorjali meħtieġa għall-iżvilupp tal-IA, filwaqt li jfakkar li d-data strutturata, bħal pereżempju l-bażijiet ta' data, meta tibbenefika minn protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, normalment ma tistax titqies bħala data; iqis li għandha tingħata informazzjoni komprensiva dwar l-użu ta' data protetta bid-DPI, b'mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn il-pjattaformi u n-negozji; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħloq spazju uniku Ewropew tad-data;

19.

Jinnota li l-Kummissjoni qed tikkunsidra kemm hu opportun li jsir intervent leġiżlattiv dwar kwistjonijiet li għandhom impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn l-atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom hu li jagħmlu użu minn data mhux personali, u jilqa' r-reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar il-Bażijiet tad-Data u kjarifika possibbli tal-applikazzjoni tad-direttiva dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali bħala qafas ġeneriku; jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika varata mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea dwar id-Data;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni timmira li tipprovdi protezzjoni bbilanċjata u xprunata mill-innovazzjoni tal-proprjetà intellettwali, għall-benefiċċju tal-iżviluppaturi Ewropej tal-IA, biex issaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-kumpaniji Ewropej, inkluż kontra tattiċi ta' litigazzjoni abbużivi possibbli, u biex tiżgura ċertezza tad-dritt massima għall-utenti, notevolment fin-negozjati internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-IA u r-rivoluzzjoni tad-data taħt l-awspiċji tad-WIPO; jilqa' s-sottomissjonijiet reċenti tal-Kummissjoni dwar il-fehmiet tal-Unjoni għall-konsultazzjoni pubblika tad-WIPO dwar l-abbozz tad-Dokument ta' Pożizzjoni tad-WIPO dwar il-Politika tal-Proprjetà Intellettwali u l-Intelliġenza Artifiċjali; ifakkar f'dan ir-rigward fid-dmir etiku tal-Unjoni li tappoġġa l-iżvilupp madwar id-dinja billi tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-IA, inkluż permezz ta' limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet għar-riċerka transfruntiera u l-estrazzjoni ta' test u ta' data, kif previst mid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali;

21.

Jinsab kompletament konxju mill-fatt li, sabiex ikun jista' jilħaq il-milja tiegħu, il-progress fil-qasam tal-IA se jkollu jkun akkompanjat minn investiment pubbliku fl-infrastruttura, taħriġ fil-ħiliet diġitali u titjib kbir fil-konnettività u l-interoperabilità; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' networks 5G siguri u sostenibbli għall-mobilizzazzjoni sħiħa tat-teknoloġiji tal-IA iżda, aktar importanti minn hekk, tal-ħidma meħtieġa fil-livell tal-infrastruttura u s-sigurtà ta' tali teknoloġiji tal-IA fl-Unjoni kollha; jieħu nota tal-attività intensiva fil-ħruġ ta' privattivi li qed isseħħ fis-settur tat-trasport f'dak li għandu x'jaqsam mal-IA; jesprimi t-tħassib tiegħu li dan jista' jirriżulta f'tilwim massiv li jkun ta' detriment għall-industrija kollha kemm hi u jista' jaffettwa wkoll is-sikurezza tat-traffiku jekk ma nilleġiżlawx dwar l-iżvilupp tat-teknoloġiji relatati mal-IA fil-livell tal-Unjoni mingħajr aktar dewmien;

22.

Japprova r-rieda tal-Kummissjoni li tistieden lill-atturi ewlenin mis-settur tal-manifattura – il-manifatturi fil-qasam tat-trasport, l-innovaturi fil-qasam tal-IA u l-konnettività, il-fornituri ta' servizzi mis-settur tat-turiżmu u atturi oħra fil-katina ta' valur tas-settur awtomobilistiku – jaqblu dwar il-kundizzjonijiet li skonthom ikunu disposti li jikkondividu d-data tagħhom;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

(1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.

(3)  ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20.

(4)  ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16.

(5)  ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1.

(6)  ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56.

(7)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(8)  ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59.

(9)  ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57.

(10)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.

(11)  “Nibnu l-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem” (COM(2019)0168).


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/136


P9_TA(2020)0279

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova (2019/2201(INI))

(2021/C 404/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Ħames Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (FA), li jinkludi Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) u li daħal fis-seħħ fl-intier tiegħu fl-1 ta' Lulju 2016,

wara li kkunsidra l-istabbiliment ta' sistema ta' vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova f'Marzu 2014, b'riżultat tal-emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1) magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill,

wara li kkunsidra l-iffirmar f'Novembru 2017, ta' Memorandum ta' Qbil, ta' Ftehim dwar Faċilità ta' Self u ta' Ftehim ta' Għotja dwar l-assistenza mikrofinanzjarja li jammonta għal EUR 100 miljun għall-perjodu 2017-2018,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tar-Repubblika tal-Moldova dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea (NAPIAA) għall-perjodu 2017-2019,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Moldova, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni preċedenti tal-14 ta' Novembru 2018 (2) dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi politika fil-Moldova wara l-invalidazzjoni tal-elezzjonijiet muniċipali f'Chișinău (3), tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (4), tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (5), u tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni / Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna (6),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-UE ta' Lulju 2018 li jiġi ffriżat l-iżborż tal-ewwel pagament parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja, wara d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema dwar l-elezzjoni tas-sindku ta' Chișinău, u d-deċiżjoni tagħha ta' Novembru 2018 li tnaqqas l-assistenza finanzjarja tagħha, wara tħassib dwar l-istat tad-dritt u r-regressjoni demokratika tal-pajjiż,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni sussegwenti tal-UE ta' Lulju 2019 li terġa' tibda l-iżborż ta' appoġġ mill-baġit fid-dawl tal-impenn tar-Repubblika tal-Moldova li tirriforma s-sistema ġudizzjarja,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-UE ta' Ottubru 2019 li tiżborża l-ewwel pagament parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja li jammonta għal EUR 30 miljun, b'riżultat tal-implimentazzjoni ta' riformi ewlenin biex jittejbu l-istandards demokratiċi u jiġi mħares l-istat tad-dritt,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar ir-Rapport rigward l-Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar ir-Repubblika tal-Moldova tal-11 ta' Settembru 2019,

wara li kkunsidra l-eżitu tal-ħames laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tat-30 ta' Settembru 2019,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Summits tas-Sħubija tal-Lvant, l-aktar reċenti dik tal-24 ta' Novembru 2017 fi Brussell,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar ir-Repubblika tal-Moldova tas-26 ta' Frar 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2308 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) tat-3 ta' Ottubru 2019 dwar “The functioning of democratic institutions in the Republic of Moldova” (Il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fir-Repubblika tal-Moldova),

wara li kkunsidra l-klassifika tal-2019 skont il-perċezzjoni tal-korruzzjoni mfassla minn Transparency International li tpoġġi lir-Repubblika tal-Moldova fil-120 post minn 180 pajjiż u territorju eżaminati (bl-ewwel post tal-klassifika jkun l-aħjar), filwaqt li fil-klassifika tal-2018 skont il-perċezzjoni tal-korruzzjoni mfassla minn Transparency International ir-Repubblika tal-Moldova kienet fil-117-il post,

wara li kkunsidra d-Democracy Index 2019 (Indiċi tad-Demokrazija tal-2019) ippubblikat mill-Economist Intelligence Unit, li jikklassifika r-Repubblika tal-Moldova bħala “reġim ibridu”,

wara li kkunsidra r-rapporti ta' Freedom House “Freedom in the World 2020” (Libertà fid-dinja 2020), li jagħti lir-Repubblika tal-Moldova status ta' pajjiż “parzjalment liberu”, u “Nations in Transit 2020” (Nazzjonijiet fi tranżitu 2020), li jivvaluta lir-Repubblika tal-Moldova bħala “reġim fi tranżizzjoni jew ibridu”,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tar-Repubblika tal-Moldova dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea, il-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 2018-2022 u l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika 2018-2023, li ssemmi espliċitament ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul,

wara li kkunsidra l-analiżijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġet l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), b'mod partikolari tat-8 ta' Marzu 2018 bl-isem “Young Moldova: Problems, Values and Aspirations” (Iż-żgħażagħ fir-Repubblika tal-Moldova: problemi valuri u aspirazzjonijiet); u tal-20 ta' April 2018, bl-isem “Youth Well-being Policy Review of Moldova” (Analiżi tal-Politiki tar-Repubblika tal-Moldova għall-Benesseri taż-Żgħażagħ),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari tal-15 ta' Marzu 2018 dwar ir-riforma elettorali fir-Repubblika tal-Moldova, tal-24 ta' Ġunju 2019 dwar is-sitwazzjoni kostituzzjonali b'referenza partikolari għall-possibbiltà li jxolji l-Parlament u tal-14 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' liġi dwar ir-riforma tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni, tat-18 ta' Marzu 2020, bl-isem “Il-politika tas-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-2020 – It-Tisħiħ tar-Reżiljenza – Sħubija tal-Lvant li tikseb riżultati għal kulħadd”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2020 dwar il-politika tas-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-2020,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, tat-8 ta' April 2020 dwar ir-rispons globali tal-UE għall-COVID-19 u d-Deċiżjoni (UE) 2020/701 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2020 dwar il-forniment ta' assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (7),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “It-Tielet Rapport taħt il-Mekkaniżmu ta' Sospensjoni tal-Viża”, u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah, ippubblikat fl-10 ta' Lulju 2020,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Ġunju 2020,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u l-attivitajiet tal-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova, tal-Assemblea Parlamentari Euronest, tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant, tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Moldova u ta' rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili fir-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati fl-okkażjoni tas-seba' laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova li saret Strasburgu fit-18 u d-19 ta' Diċembru 2019,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Parlament Ewropew għall-elezzjonijiet parlamentari tar-Repubblika tal-Moldova tal-24 ta' Frar 2019 integrati mal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali internazzjonali mmexxija mill-OSKE/ODIHR,

wara li kkunsidra l-pakkett ta' għajnuna ekonomika tal-Kummissjoni adottat fid-29 ta' Marzu 2020 biex jgħin lir-Repubblika tal-Moldova, fost pajjiżi oħra, fil-ġlieda tagħha kontra l-pandemija tal-COVID-19, li kien jinkludi l-orjentament mill-ġdid ta' strumenti eżistenti biex jiġi mmitigat l-impatt soċjoekonomiku tal-kriżi;

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0166/2020),

A.

billi permezz tal-FA/DCFTA l-UE u r-Repubblika tal-Moldova impenjaw ruħhom li jippromwovu l-assoċjazzjoni politika u jiksbu l-integrazzjoni ekonomika, u r-Repubblika tal-Moldova impenjat ruħha li tinkorpora l-acquis tal-UE fil-liġijiet u fil-prattiki tagħha f'għadd kbir ta' oqsma; billi, bil-għan li jkunu sostnuti dawn l-isforzi, l-Unjoni impenjat ruħha biex tagħti assistenza finanzjarja u tal-baġit sostanzjali lir-Repubblika tal-Moldova, bil-kundizzjoni li jkunu rispettati l-valuri u l-prinċipji fundamentali Ewropej, bħall-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u demokratiċi, u tkun garantita l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, l-istrutturi oligarkiċi u n-nepotiżmu; billi l-kooperazzjoni tista' tkun annullata f'każijiet gravi ta' regressjoni;

B.

billi fit-13 ta' Settembru 2017, il-Parlament u l-Kunsill adottaw deċiżjoni biex tingħata assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova b'valur ta' EUR 100 miljun fil-kuntest tal-programm tal-FMI biex jiġu appoġġjati r-riformi ekonomiċi u finanzjarji tal-pajjiż;

C.

billi l-UE ripetutament esprimiet tħassib dwar l-istat tad-dritt, in-nuqqas ta' progress fil-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli għall-frodi bankarji mikxufa fl-2014 u l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem;

D.

billi l-klassifika tal-2018 skont il-perċezzjoni tal-korruzzjoni mfassla minn Transparency International u r-rapporti ta' Freedom House tal-2020 juru progress ċkejken fir-Repubblika tal-Moldova fil-passat l-aktar reċenti, filwaqt li l-andament ġenerali indikat minn dawn l-indiċijiet, kif ukoll mid-Democracy Index (Indiċi tad-Demokrazija), juru tendenza fit-tul ta' deterjorament tal-istat tad-demokrazija, tal-korruzzjoni, tad-drittijiet politiċi u tal-libertajiet ċivili fir-Repubblika tal-Moldova;

E.

billi, minkejja l-bidliet fil-gvern, l-istituzzjonijiet statali tar-Repubblika tal-Moldova jibqgħu fraġli u l-pajjiż għadu jissielet mal-problema tal-ħtif tal-Istat, peress li l-konċentrazzjoni tal-poter u l-kontroll tas-setturi u tal-istituzzjonijiet importanti kollha fl-ogħla livell ta' gvern ma rreġistrawx tnaqqis sinifikanti;

F.

billi, minħabba ksur serju tal-istat tad-dritt u l-proċess demokratiku, l-UE fl-2018 issospendiet l-iżborż tal-aħħar żewġ pagamenti parzjali fl-ambitu tal-programm ta' appoġġ mill-baġit għar-riformi fis-settur tal-ġustizzja;

G.

billi fil-11 ta' Ġunju 2019 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (fil-kawża Ozdil u oħrajn vs Ir-Repubblika tal-Moldova) stabbiliet li r-Repubblika tal-Moldova kienet kisret id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari meta, f'Settembru 2018, is-Servizzi ta' Intelligence u Sigurtà (SIS) tagħha eżegwew id-detenzjoni u r-rimpatriju furzat fit-Turkija ta' ħames ċittadini Torok li kienu talbu ażil; billi din l-estradizzjoni moħbija hija biss eżempju wieħed ta' mudell sistematiku ta' għajbien furzat u involontarju, detenzjoni illegali u deportazzjoni lejn it-Turkija ta' ċittadini Torok, applikat f'għexieren ta' pajjiżi fid-dinja;

H.

billi, wara li f'Ġunju 2019 ġie ffurmat gvern impenjat li jwettaq dawn ir-riformi ambizzjużi, bi programm iċċentrat fuq ir-riforma tal-ġudikatura, il-Kummissjoni żborżat l-ewwel pagament parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja u reġgħet bdiet l-iżborżi fl-ambitu tal-programmi ta' appoġġ lill-baġits settorjali, filwaqt li stqarret li kienet se tkompli tapplika kundizzjonalità rigoruża; billi fl-10 ta' Lulju 2020, il-Kummissjoni approvat l-iżborż tat-tieni u l-aħħar pagament parzjali ta' EUR 30 miljun mill-programm ta' assistenza makrofinanzjarja tagħha;

I.

billi, madankollu, ir-Repubblika tal-Moldova ma setgħetx taċċedi għall-bqija tal-fondi disponibbli fil-qafas tal-progromm, li skada f'Lulju 2020; billi din l-assistenza tibqa' subordinata għall-implimentazzjoni tar-riformi maqbula qabel, b'mod partikolari dawk maħsuba biex isaħħu l-istat tad-dritt, l-istandards demokratiċi u jiksbu riżultati konkreti għaċ-ċittadini;

J.

billi f'Novembru 2019 il-parlament tar-Repubblika tal-Moldova adotta mozzjoni ta' sfiduċja fil-konfront tal-gvern iffurmat f'Ġunju 2019 u ġie ffurmat gvern ta' minoranza, u sussegwentement gvern ta' koalizzjoni ġdid; billi r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni esprimew tħassib dwar il-mod kif il-gvern preċedenti ġie sostitwit u fir-rigward tal-proċess ta' riforma li bdiet ir-Repubblika tal-Moldova permezz tal-FA/DCFTA;

K.

billi l-maġġoranza tal-gvern ta' koalizzjoni l-ġdid fil-parlament tar-Repubblika tal-Moldova ċkienet kostantement minħabba li d-deputati qegħdin jabbandunaw l-alleanza fil-poter; billi fil-ħarifa fir-Repubblika tal-Moldova se jsiru l-elezzjonijiet presidenzjali u l-pajjiż bħalissa għaddej minn żmien ta' instabbiltà politika akuta; billi l-President Igor Dodon saħaq fuq il-bżonn li l-parlament ixolji u li jsiru elezzjonijiet bikrin mill-aktar fis possibbli; billi fis-7 ta' Lulju 2020 il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Moldova ddeċidiet li l-elezzjonijiet bikrin jistgħu jsiru biss wara l-elezzjonijiet presidenzjali;

L.

billi fis-17 ta' April 2020 il-gvern Russu u dak tar-Repubblika tal-Moldova ffirmaw ftehim, innegozjat mill-presidenti taż-żewġ pajjiżi, dwar self ta' EUR 200 miljun li se tagħti l-Federazzjoni Russa lir-Repubblika tal-Moldova b'rata ta' mgħax preferenzjali ta' 2 %, billi dan il-ftehim ġie rratifikat fit-23 ta' April u, dakinhar stess, wara l-appell ippreżentat minn membri tal-oppożizzjoni parlamentari, il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Moldova ssospendiet il-liġi ta' ratifika tal-ftehim ta' self sat-tlestija min-naħa tal-istess Qorti tal-eżami tal-kompatibbiltà mal-Kostituzzjoni; billi fis-6 ta' Mejju l-President tal-Qorti Kostituzzjonali rrapportat dwar pressjonijiet fuq il-Qorti Kostituzzjonali min-naħa tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova kif ukoll tentattivi ta' skreditament tal-imħallfin tagħha; billi fis-7 ta' Mejju 2020 il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat bħala inkostituzzjonali l-ftehim ta' self; billi attwalment għaddejjin in-negozjati għal ftehim ta' self ġdid mal-Federazzjoni Russa;

M.

billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet il-bżonn dejjem akbar ta' koordinament biex jiġi indirizzat it-theddid komuni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien; billi l-Unjoni wieġbet lil dan il-bżonn, fost strumenti oħra, bl-għoti ta' pakkett ta' għajnuna finanzjarja lill-ġirien tagħha;

N.

billi s-solidarjetà fil-konfront tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant hija ta' importanza fundamentali matul il-kriżi tal-COVID-19 u l-Unjoni forniet sostenn notevoli biex jiġi indirizzat l-impatt tal-pandemija fir-reġjun; billi, f'dan il-kuntest, ir-Repubblika tal-Moldova se tibbenefika minn EUR 87 miljun f'finanzjamenti bilaterali riorjentati;

O.

billi l-Unjoni qed tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-Repubblika tal-Moldova self ulterjuri ta' assistenza makrofinanzjarja ta' EUR 100 miljun fl-ambitu tad-deċiżjoni li tagħti assistenza makrofinanzjarja lil għaxar pajjiżi sħab tal-viċinat biex tgħinhom jillimitaw il-konsegwenzi ekonomiċi negattivi tal-pandemija tal-coronavirus; billi l-ewwel pagament parzjali tal-pakkett ta' assistenza makrofinanzjarja straordinarja se jkun żburżat malajr kemm jista' jkun, peress li l-Memorandum ta' Qbil (MtQ) mar-Repubblika tal-Moldova ġie rratifikat; billi biex jirċievi t-tieni pagament parzjali, li jiġi żburżat sa mhux aktar tard minn sena minn meta jiġi ffirmat il-MtQ, il-pajjiż se jkollu jirrispetta ċerti kundizzjonalitajiet; billi prekundizzjoni importanti għall-għoti ta' din l-assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari multipartitika, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-konklużjoni tal-MtQ għandha tkun milqugħa pożittivament u l-implimentazzjoni tal-impenji meħuda għandha tkun garantita;

P.

billi r-Repubblika tal-Moldova ħadet impenji internazzjonali u nazzjonali biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa; billi l-pajjiż adotta miżuri biex jippromwovi r-rappreżentanza politika tan-nisa, fosthom kwota tal-ġeneru obbligatorja ta' 40 % għal-listi elettorali tal-partiti politiċi; billi hemm bżonn aktar sforzi biex jimxu 'l quddiem l-objettivi tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2017-2021, inklużi finanzjamenti adegwati u mekkaniżmi ta' implimentazzjoni aktar b'saħħithom;

Q.

billi, minkejja l-progress ekonomiku kollu, l-impatt soċjali tal-assistenza finanzjarja u tal-isforzi ta' riforma kien pjuttost marġinali; billi r-Repubblika tal-Moldova tibqa' wieħed mill-ifqar pajjiżi tal-Ewropa, mifluġ minn sitwazzjoni soċjali diżastruża, b'villaġġi abbandunati u faqar estrem; billi fl-2018 38,5 % tal-ħaddiema fir-Repubblika tal-Moldova ma kienx jiddikjara xogħlu u ma kellu aċċess għall-ebda forma ta' protezzjoni soċjali;

R.

billi mill-1989 il-popolazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova ċkienet kważi b'terz; billi, f'termini demografiċi, dawn iċ-ċifri huma l-agħar fl-Ewropa kollha; billi ċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova jħallu pajjiżhom għal paga ogħla u għal edukazzjoni u strutturi aħjar; billi tali żvilupp għandu riperkussjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-fond u dejjiema; billi r-Repubblika tal-Moldova taffronta skarsezza ta' ħaddiema u nuqqas ta' figuri professjonali bħal infermiera u tobba; billi l-anzjani, il-biċċa l-kbira minnhom jiddependu mir-rimessi tal-emigrati, huma dawk l-aktar vulnerabbli u f'riskju ta' faqar tar-Repubblika tal-Moldova;

S.

billi s-soluzzjoni għall-problemi tar-Repubblika tal-Moldova ma tistax tiġi minn barra l-pajjiż u hemm bżonn tissaħħaħ is-sjieda tal-poplu tar-Repubblika tal-Moldova biex jilqgħu għall-isfidi tal-pajjiż; billi jibqa' importanti li jiġu indirizzati l-isfidi prinċipali, bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-istrutturi oligarkiċi, l-osservanza tal-istandards demokratiċi, il-bżonn li jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi soċjali kumplessi, tiġi garantita l-pluralità tal-midja u jiġu indirizzati l-faqar u l-emigrazzjoni;

Valuri komuni u prinċipji ġenerali

1.

Ifakkar li l-valuri komuni li fuqhom inbniet l-Unjoni, jiġifieri d-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, huma wkoll il-qofol tal-assoċjazzjoni politika u tal-integrazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova; itenni l-impenn tal-Unjoni biex issostni l-perkors Ewropew tar-Repubblika tal-Moldova permezz ta' assoċjazzjoni politika, integrazzjoni ekonomika u r-riformi rispettivi; josserva li l-FA/DCFTA jibqa' ta' importanza primarja għall-iżvilupp tar-Repubblika tal-Moldova, speċjalment fiż-żminijiet eċċezzjonali ta' bħalissa, u jfaħħar l-impenn deċiż tas-soċjetà u tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova f'dan il-proċess; ifakkar, madankollu, li jinħtieġ li jsir aktar progress f'termini ta' implimentazzjoni biex ikunu realizzati b'mod sħiħ il-potenzjal u l-benefiċċji tiegħu, partikolarment b'enfasi fuq l-indipendenza tal-istituzzjonijiet statali, ir-reżiljenza tagħhom għall-influwenza tal-oligarki, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ġustizzja, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja taċ-ċittadini; jissottolinja li l-FA/DCFTA kien l-istrument prinċipali li stimola u sostna l-proċess tar-riformi strutturali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

2.

Jilqa' pożittivament l-intenzjonijiet kollha favur integrazzjoni politika, umana u ekonomika akbar mal-Unjoni, skont il-prinċipju ta' differenzjazzjoni u abbażi tal-prestazzjonijiet, tar-riżultati u tal-aspirazzjonijiet tal-awtoritajiet u tas-soċjetà tar-Repubblika tal-Moldova;

3.

Josserva l-konklużjonijiet tal-konsultazzjoni dwar l-Artikolu IV tal-FMI f'Marzu 2020 u s-sitt u l-aħħar rieżami tal-Bord tal-FMI tal-prestazzjoni ekonomika tar-Repubblika tal-Moldova fl-ambitu tal-arranġamenti ta' Faċilità ta' Kreditu Estiż u Faċilità ta' Fond Estiża, b'mod partikolari fir-rigward tar-riabilitazzjoni tas-sistema bankarja tal-Moldova u tat-tisħiħ tal-governanza fis-settur finanzjarju;

4.

Jilqa' favorevolment l-iżborż tat-tieni pagament parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni; jirrikonoxxi l-isforzi ta' riforma li ssegwi r-Repubblika tal-Moldova f'setturi bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tisħiħ tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus, l-adozzjoni ta' liġi ġdida dwar l-attivitajiet tal-NGOs u josserva li r-Repubblika tal-Moldova ngħaqdet mal-programm ta' reviżjoni bejn il-pari tal-OECD kontra l-korruzzjoni (Pjan ta' Azzjoni ta' Istanbul);

5.

Huwa tal-fehma li l-iżborż tat-tieni pagament parzjali tal-programm ta' assistenza makrofinanzjarja għall-perjodu 2017-2020 għandu jkun segwit minn sforzi min-naħa tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova maħsuba biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet rilevanti fl-oqsma marbuta mat-tisħiħ tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus u għandu jipproduċi riżultati tanġibbli u dejjiema kif ukoll mat-tisħiħ tal-indipendenza tal-bank nazzjonali;

6.

Jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova u l-UE jikkooperaw biex jegħlbu l-impatt negattiv tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

7.

Jilqa' favorevolment l-eżitu tan-negozjati dwar il-Memorandum ta' Qbil dwar il-programm straordinarju l-ġdid ta' assistenza makrofinanzjarja tal-UE, li għandu l-għan li jikkuntrasta l-impatt ekonomiku negattiv tal-pandemija tal-COVID-19;

L-importanza tal-implimentazzjoni tal-FA fil-qafas tal-iżviluppi politiċi li għaddejjin bħalissa u qabel l-elezzjonijiet presidenzjali tal-1 ta' Novembru

8.

Josserva li l-Programm ta' Attività tar-Repubblika tal-Moldova ta' Novembru 2019 huwa anqas ambizzjuż mill-Aġenda Globali 2030 tal-gvern preċedenti u jinsab imħasseb bil-fatt li l-istabbiltà politika u l-bidliet frekwenti tal-gvernijiet qegħdin ikollhom effett fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FA/DCFTA u jnaqqsu r-ritmu tar-riformi; isostni l-konnessjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni li jmiss mal-NAPIAA l-ġdid u jenfasizza l-importanza ta' adozzjoni rapida tal-Aġenda l-ġdida bħala strument biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jiġu aġġornati l-prijoritajiet tagħha bil-parteċipazzjoni parlamentari attiva u bil-kontribut tas-soċjetà ċivili u ta' partijiet ikkonċernati oħrajn fl-UE u fir-Repubblika tal-Moldova; jinsisti li l-kontinwazzjoni tal-appoġġ politiku u finanzjarju tal-UE tibqa' subordinata għat-twettiq ta' riforma tanġibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u tal-ġudikatura; itenni, f'dan ir-rigward, l-importanza li jiġu implimentati r-riformi prijoritarji kollha maqbula fl-Aġenda ta' Assoċjazzjoni u jiġu rispettati l-kundizzjonalitajiet maqbula għall-iżborż tat-tieni u tat-tielet pagament parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja;

9.

Jilqa' pożittivament il-kontribut kostruttiv li tagħti r-Repubblika tal-Moldova lill-kooperazzjoni fl-ambitu tas-Sħubija tal-Lvant u jinkoraġġixxi li jkun hemm skambju politiku permanenti u intensifikat fost il-pajjiżi parti mill-FA/DCFTA u l-Kummissjoni dwar ir-riformi relatati mal-assoċjazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tuża korrettament il-mekkaniżmi eżistenti biex tkompli tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni konkreta tar-riformi u tiżviluppa mekkaniżmu ta' kundizzjonalità, anki b'parametri ta' riferiment ċari, bl-involviment sinifikattiv tas-soċjetà ċivili, partikolarment fil-livell lokali; iqis bħala essenzjali, f'dan il-kuntest, li jitqawwa l-appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jiżvolġu rwol fundamentali fit-trawwim tal-parteċipazzjoni fid-dibattiti pubbliċi u fil-monitoraġġ kemm tal-azzjoni tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova kif ukoll tal-effikaċja tal-politiki tal-Unjoni fil-konfront tal-pajjiż; jissuġġerixxi, barra minn dan, li tintuża l-esperjenza miksuba mill-Grupp ta' Appoġġ għall-Ukrajna biex tinħoloq struttura simili għar-Repubblika tal-Moldova, bil-għan li jiżdiedu l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-appoġġ tal-Unjoni;

10.

Jissottolinja li s-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova għandha tkun immonitorjata mill-qrib fit-terminu twil, anki matul il-perjodu preelettorali, konformement mal-prassi u mal-istandards normali tal-OSKE/ODIHR, partikolarment fil-perjodu ta' kriżi attwali, billi l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss se jservu ta' test għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt fil-pajjiż;

11.

Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jiżguraw li l-elezzjonijiet presidenzjali previsti għall-1 ta' Novembru 2020 ikunu liberi u ġusti u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jtejbu aktar il-liġi elettorali biex tkun żgurata l-effikaċja tad-dritt tal-vot, il-korrettezza tal-kampanji elettorali, it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv u tal-kontroll demokratiku, bil-għan li jitħalla skrutinju pubbliku adegwat tal-attività tal-gvern u tal-parlament; jesiġi li l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jastjenu milli jbiddlu r-regoli u r-regolamenti għal vantaġġ politiku, billi dawn il-prattiki dejjem jispiċċaw joħolqu diżordni politiku u instabbiltà għad-dannu tal-impenn fil-konfront tar-riformi strutturali; jissottolinja, fid-dawl tal-elezzjonijiet futuri, l-importanza tal-leġittimità demokratika tal-gvern, tat-trasparenza fil-formazzjoni ta' koalizzjonijiet, tar-rispett tar-rieda tal-eletturi u l-importanza li l-maġġoranza tal-gvern tirrifletti l-vot tal-poplu;

12.

Jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jsaħħu l-mekkaniżmi demokratiċi, inkluża sistema parlamentari multipartitika, u jiżguraw il-libertà, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja kif ukoll aċċess ekwu għall-finanzi u għall-midja; jesiġi, f'dan il-kuntest, li l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jsaħħu r-reżiljenza kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni min-naħa ta' atturi nazzjonali u barranin, online u offline, u jimplimentaw il-miżuri biex ikun indirizzat il-bżonn saħansitra aktar urġenti li jiġu affrontati x-xiri ta' voti, l-intimidazzjoni fil-konfront tal-osservaturi elettorali, it-tixħim elettorali u prattiki korrotti oħra, kif ukoll l-użu indebitu tar-riżorsi statali, billi dawn il-prattiki jikkompromettu u jfarrku l-isforzi demokratiċi kollha li jagħmlu l-atturi politiċi tar-Repubblika tal-Moldova;

13.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' rivalità politika b'saħħitha u leali bejn il-kandidati presidenzjali, li tkun impossibbli mingħajr sistema sana u trasparenti ta' finanzjament tal-partiti u ta' finanzjament tal-kampanja presidenzjali;

14.

Iħeġġeġ lill-gvern tar-Repubblika tal-Moldova jattwa l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li ċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova li jgħixu fir-reġjun tat-Transnistrija u barra mir-Repubblika tal-Moldova jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-elezzjonijiet b'mod inklużiv, trasparenti u ekwu, mingħajr indħil barrani;

Riformi u qafas istituzzjonali

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riformi li wasslu għall-introduzzjoni ta' sistema ta' vjaġġar mingħajr viża mal-Unjoni; josserva li l-programm intuża b'mod estensiv miċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova u jirrappreżenta eżempju tajjeb ħafna ta' kif l-implimentazzjoni tal-FA/DCFTA tolqot ħajjet iċ-ċittadini billi trawwem il-kuntatti interpersonali ma' konċittadini Ewropej oħrajn; jistieden lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Moldova jkomplu jtejbu l-kuntatti u l-iskambji interpersonali biex il-popolazzjoni ta' kull waħda mill-partijiet tiżviluppa stampa pożittiva tal-parti l-oħra;

16.

Jilqa' pożittivament il-fatt li mill-2014 aktar minn 2,3 miljun ċittadin tar-Repubblika tal-Moldova bbenefikaw minn sistema ta' vjaġġar mingħajr viża u jinnota li, skont l-aħħar rapport tal-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Moldova għadha tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa għal-liberalizzazzjoni tal-viżi u li l-moviment mingħajr obbligu ta' viża għadu jġib miegħu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u kulturali kemm għall-Unjoni kif ukoll għar-Repubblika tal-Moldova; jinkoraġġixxi liż-żewġ naħat isostnu l-moviment liberu tal-persuni anki matul il-kriżijiet;

17.

Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlu l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapporti annwali dwar il-mekkaniżmu ta' sospensjoni tal-viżi; jirrakkomanda li titkompla l-implimentazzjoni tal-parametri ta' riferiment marbuta mal-politika tal-liberalizzazzjoni tal-viżi u jistieden lill-awtoritajiet ikomplu dawn l-isforzi biex jissodisfaw il-parametri ta' riferiment għal-liberalizzazzjoni tal-viżi, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, fit-tisħiħ tal-ġudikatura, fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus u fl-adozzjoni ta' miżuri konkreti biex tkun indirizzata ż-żieda fl-applikazzjonijiet għal ażil infondati; jinsab imħasseb, f'dan ir-rigward, biż-żieda fin-numru ta' ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova li nqabdu joqogħdu illegalment fiż-żona Schengen+ (żieda ta' 47 %) u biż-żieda fl-applikazzjonijiet għal ażil (żieda ta' 48 %); iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jimplimentaw ulterjorment l-impenji li ħadu fil-kuntest tar-reġim liberalizzat tal-viżi għaż-żona Schengen fil-qasam tal-ġestjoni effikaċi tal-migrazzjoni u jiżguraw id-dritt għal ażil fir-Repubblika tal-Moldova lill-applikanti għal ażil ta' pajjiżi terzi;

18.

Jilqa' pożittivament l-adozzjoni min-naħa tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova ta' bosta atti leġiżlattivi konformi mal-impenji tal-pajjiż minquxa fil-FA, partikolarment dawk relatati mal-amministrazzjoni pubblika, mal-ġestjoni finanzjarja pubblika u mar-riformi tas-sistema ġudizzjarja; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn l-atti, inkluż billi tiġi adottata leġiżlazzjoni sekondarja;

19.

Jilqa' favorevolment il-progress li nkiseb fil-ġestjoni finanzjarja pubblika u jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jħaffu l-implimentazzjoni tar-riformi l-oħra marbuta mal-FA/DCFTA, abbażi ta' titjib tal-istat tad-dritt;

20.

Jirrikonoxxi l-passi essenzjali li għamlet ir-Repubblika tal-Moldova biex ittejjeb il-prestazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika; jistieden, għal dan il-għan, lill-gvern tar-Repubblika tal-Moldova jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika għall-perjodu 2016-2020 konformement mal-prinċipji tal-OECD/SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika; jinkoraġġixxi barra minn hekk lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jżidu t-trasparenza u jiġġieldu kontra l-korruzzjoni mifruxa fl-amministrazzjoni pubblika kif ukoll jistabbilixxu skola nazzjonali tal-amministrazzjoni pubblika;

21.

Jissottolinja li implimentazzjoni aktar effiċjenti u sostenibbli tal-FA tinbet minn amministrazzjoni imparzjali u professjonali tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji statali; itenni, f'dan ir-rigward, it-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' impenn kostanti lejn it-titjib tas-settur pubbliku, sitwazzjoni li taqta' qalb nies kompetenti milli jidħlu f'karriera fl-amministrazzjoni pubblika u jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żviluppata amministrazzjoni pubblika professjonali u li ż-żgħażagħ jitħeġġew jidħlu f'karriera fis-settur pubbliku, biex b'hekk tinkiseb amministrazzjoni aktar trasparenti, ħielsa minn nepotiżmi u favoritiżmi li jwasslu għal politiċizzazzjoni kronika;

22.

Iħeġġeġ li jingħata bidu mill-aktar fis possibbli għal riforma aktar komprensiva f'dik li hi deċentralizzazzjoni, inkluża r-riforma tas-sistema amministrattiva-territorjali tar-Repubblika tal-Moldova, l-iżvilupp reġjonali u d-deċentralizzazzjoni amministrattiva, bil-possibbiltà li jiġu ġġenerati taxxi lokali; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-bżonn ta' kooperazzjoni usa' u aktar approfondita bejn l-awtoritajiet lokali, ta' numru anqas ta' amministrazzjonijiet lokali u ta' aktar miżuri li jiżguraw lil dawn tal-aħħar aktar indipendenza u anqas spejjeż operattivi; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jsostnu l-prinċipji tad-demokrazija lokali u tal-awtonomija lokali skont il-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali billi jfornu lill-gvernijiet lokali kompetenzi adegwati u biżżejjed finanzjamenti u billi jiżguraw l-effikaċja tagħhom;

23.

Huwa mħasseb bil-livell għoli ta' konċentrazzjoni u politiċizzazzjoni tas-setturi tal-midja u tar-reklamar, li qed iwassal għal livell baxx ta' fiduċja pubblika fil-midja; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jkomplu r-riforma tas-settur tal-midja partikolarment b'involviment aktar b'saħħtu tas-soċjetà ċivili fil-proċess u jitlob rieżami tal-kodiċi fil-qasam tal-awdjoviżiv u liberalizzazzjoni tas-suq tar-reklamar bi qbil mal-istandards Ewropej marbuta mal-pluraliżmu u mal-libertà tal-midja, kif rakkomandat mill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni ta' Venezja, bil-għan li tkun żgurata trasparenza sħiħa tas-sjieda fis-suq tal-midja u tar-reklamar;

24.

Huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-pluraliżmu fil-midja u tal-indipendenza tagħha għandu jkun prijorità għall-Unjoni u għar-Repubblika tal-Moldova fl-ambitu tar-relazzjonijiet tagħhom bħala sħab u li dan għandu jkun rifless adegwatament anki fl-allokazzjonijiet finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ favur il-midja indipendenti, anki fir-reġjuni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jżommu lura milli japprofittaw mill-pandemija tal-COVID-19 biex jadottaw miżuri li jrażżnu l-libertà tal-kelma u jillimitaw il-kapaċità tal-midja li tirrapporta b'mod indipendenti u imparzjali l-istampa kompluta tal-impatt tal-kriżi tal-coronavirus fuq is-soċjetà; jesprimi tħassib dwar it-tifrix tal-aħbarijiet foloz u tad-diżinformazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova matul il-kriżi tal-coronavirus u jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu żviluppati, min-naħa kemm tal-awtoritajiet lokali kif ukoll tal-Unjoni, programmi speċifiċi li jippromwovu l-litteriżmu medjatiku, jiġġieldu kontra d-diżinformazzjoni u jsostnu l-kwalità u l-verifika tal-kontenut medjatiku;

25.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jippromwovu l-libertà u l-indipendenza tal-midja u jiżguraw, anki billi jwettqu awditjar indipendenti, l-effikaċja tal-Kunsill tal-Awdjoviżiv bħala regolatur indipendenti li jiġġieled kontra l-intimidazzjonijiet fil-konfront tal-ġurnalisti, il-politiċizzazzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi u ta' regolamentazzjoni, in-nuqqas ta' aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni u għal kontenut medjatiku ta' kwalità kif ukoll jiżgura t-trasparenza tas-sjieda tal-midja;

26.

Jissottolinja li l-Unjoni hija l-akbar fornitur ta' għajnuna lir-Repubblika tal-Moldova; josserva bi tħassib kbir il-propaganda kontinwa, il-kampanji ta' diżinformazzjoni u l-messaġġi li jimmalafamaw tal-politiċi fil-poter kontra l-Unjoni, li jagħtu stampa distorta u mhux realistika fuq it-televiżjoni pubblika u fil-midja; jiddispjaċih għall-attakki pubbliċi bħal dawn fuq l-għajnuna u l-immaġni tal-Unjoni peress li jdgħajfu l-implimentazzjoni tal-FA u r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jtemmu l-kampanji ta' diżinformazzjoni u propaganda kontra l-UE li ċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova b'mod ġenerali huma esposti għalihom u jintensifikaw l-appoġġ fil-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz, il-gwerra ibrida fil-komunikazzjoni, il-kampanji ta' diżinformazzjoni mmirati u d-degradazzjoni tal-programmi tal-midja; jissottolinja li l-involviment politiku fil-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa strutturalment idgħajjef il-libertajiet fundamentali u l-aċċess għall-informazzjoni;

27.

Jiddeplora t-tbegħid progressiv mill-perkors Ewropew tal-gvern attwali f'Chișinău, askapitu tal-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż u jħeġġeġ lill-partiti politiċi pro-Ewropa kollha jsibu soluzzjonijiet permezz tad-djalogu, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Moldova u biex il-pajjiż jibbenefika bis-sħiħ mill-vantaġġi kollha offruti mill-FA/DCFTA;

28.

Jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jagħmlu aktar sforzi sabiex jiżguraw li l-opportunitajiet tal-FA/DCFTA u l-assistenza u l-programmi tal-UE jilħqu l-livell lokali, inkluż fil-partijiet remoti tal-pajjiż, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, sabiex l-abitanti jkunu jistgħu jagħmlu pressjoni għal bidliet pożittivi fil-komunitajiet tagħhom, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli għas-sentimenti post-Sovjetiċi u l-manipulazzjoni Russa;

29.

Huwa tal-fehma li l-awtoritajiet għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti dwar l-assistenza esterna li beħsiebhom ifittxu u li l-finanzjament mill-Federazzjoni Russa għandu jiġi diskuss b'mod miftuħ fil-Parlament u mal-esperti u s-soċjetà ċivili, inkluż fir-rigward tal-kundizzjonalitajiet ġeostrateġiċi u l-impatt fit-tul fuq l-ekonomija li jirriżulta minn dan it-tip ta' finanzjament; iqis li, fir-rigward tal-kundizzjonalitajiet marbuta mal-assistenza finanzjarja tal-UE, l-awtoritajiet għandhom jipprovdu wkoll l-ispjegazzjonijiet meħtieġa lill-pubbliku; jissottolinja li l-kundizzjonalitajiet tal-UE għandhom jitqiesu bħala opportunitajiet biex jitwettqu r-riformi meħtieġa;

30.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni Russa permezz ta' informazzjoni ta' kwalità bbażata fuq il-fatti u aċċessibbli kif ukoll permezz ta' kampanji pubbliċi li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jfittxu kollaborazzjoni aktar fil-fond mal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sabiex tissaħħaħ l-implimentazzjoni ta' prattiki tajbin u soluzzjonijiet għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, il-propaganda, il-manipulazzjoni u l-influwenza ostili mwettqa minn forzi esterni bil-għan li jifirdu, jiddestabbilizzaw u jdgħajfu l-integrità tal-proċessi politiċi interni u r-relazzjonijiet mal-Unjoni;

31.

Jirrikonoxxi l-progress fl-adozzjoni tal-liġi l-ġdida dwar l-organizzazzjonijiet mhux kummerċjali mill-parlament tar-Repubblika tal-Moldova, bħala parti mir-rekwiżiti ta' kundizzjonalità biex tinkiseb l-assistenza makrofinanzjarja tal-UE; jistenna li l-implimentazzjoni rapida u effettiva tagħha se trawwem ir-rispett sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, kif ukoll tal-libertà ta' assoċjazzjoni, u jitlob aktar appoġġ mill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova fl-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; jirrimarka r-rwol ċentrali li għandhom l-NGOs fi kwalunkwe soċjetà demokratika u jesprimi t-tama li l-leġiżlazzjoni l-ġdida ttejjeb it-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliku u tipprovdi qafas modernizzat għall-funzjonament tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jastjenu minn kwalunkwe pressjoni fuq l-NGOs u atturi ċiviċi oħra; jiddispjaċih għall-fatt li l-uffiċjali politiċi, b'mod ġenerali, juru sfiduċja u ostilità fil-konfront tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ involviment aktar sinifikattiv u attiv tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki u l-proċessi ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, li l-NGOs jistgħu jaġixxu bħala għassiesa tagħhom u jżommu lill-istituzzjonijiet rispettivi tal-Istat responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl ta' dan, jipprovdu appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju lis-soċjetà ċivili u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jistabbilixxu regoli ċari li jgħinu biex jiġi evitat li jingħataw għotjiet lil “GONGOs” (NGOs stabbiliti u ffinanzjati minn gvernijiet permezz ta' mezzi informali);

32.

Jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jippromwovu t-trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliku u jiżguraw l-involviment u l-konsultazzjoni xierqa tal-partijiet interessati u tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha, li se jżid ukoll l-iskrutinju pubbliku u l-aċċettabbiltà soċjali tar-riformi mwettqa;

33.

Jilqa' l-emendi għal-leġiżlazzjoni elettorali adottati f'Awwissu 2019, u d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Moldova ta' Frar 2020 dwar ir-rekwiżiti territorjali għall-istabbiliment ta' partiti politiċi;

34.

Jirrimarka li l-kriżi tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher il-fatt li s-sistema tas-saħħa tar-Repubblika tal-Moldova hija sottożviluppata u qed tissielet biex tlaħħaq maż-żieda reċenti fl-għadd ta' każijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Moldova jżidu l-kooperazzjoni dwar ir-reżiljenza għas-saħħa pubblika, jiskambjaw l-aħjar prattiki u jaħdmu mas-soċjetà ċivili, man-negozji u mal-komunitajiet tal-SMEs biex jistabbilixxu strateġiji epidemiċi li jiffukaw fuq l-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà; jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jsaħħaħ is-sistema tal-kura tas-saħħa, itejjeb l-istandards tas-sanità, speċjalment fl-isptarijiet, kif ukoll jipprovdi lill-popolazzjoni tiegħu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-pandemija b'mod trasparenti u inklużiv;

Kooperazzjoni fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u progress dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt tat-Transnistrija

35.

Jilqa' l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u fl-investigazzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità kif ukoll il-kooperazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova man-NATO u l-allinjament tagħha mad-Dikjarazzjonijiet tal-PESK tal-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jinkludu lir-Repubblika tal-Moldova f'formati ġodda ta' kooperazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà, it-theddid ibridu u l-investigazzjonijiet dwar iċ-ċiberkriminalità;

36.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Moldova u l-Ukrajna (EUBAM) fl-armonizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-reġim doganali ma' dik tal-Unjoni, anke fir-rigward tas-soluzzjoni tal-kwistjoni tat-Transnistrija;

37.

Jirrikonoxxi l-esperjenza u l-għarfien espert uniċi tar-Repubblika tal-Moldova u l-kontribut li tista' tagħti lill-politika ta' sigurtà u ta' difiża kollettiva tal-Unjoni u jħeġġeġ kooperazzjoni aktar profonda fil-politiki ta' difiża relatati mal-UE, inkluża l-parteċipazzjoni fil-PESCO ladarba tiġi ċċarata l-kwistjoni tal-involviment ta' pajjiżi terzi;

38.

Itenni l-appoġġ tal-UE għas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u għall-isforzi fil-qafas tal-proċess ta' negozjati 5+2 biex tinstab soluzzjoni politika paċifika, dejjiema, komprensiva u politika għall-kunflitt tat-Transnistrija, ibbażata fuq ir-rispett tas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, bi status speċjali għat-Transnistrija, li tkun tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem anke fit-territorji li bħalissa mhumiex ikkontrollati mill-awtoritajiet kostituzzjonali; ifakkar li, fit-22 ta' Ġunju 2018, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat riżoluzzjoni li tħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa tirtira t-truppi u l-armamenti tagħha mingħajr kundizzjonijiet mit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova u li terġa' tafferma l-appoġġ għall-implimentazzjoni immedjata ta' dik ir-riżoluzzjoni;

39.

Iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jkompli jippromwovi ambjent favorevoli għas-soluzzjoni tal-kunflitti u jappoġġja attivitajiet li jżidu l-fiduċja u l-kuntatti interpersonali fil-komunitajiet mifrudin minħabba kunflitti;

40.

Jirrikonoxxi ż-żieda fl-interdipendenza tas-sigurtà bejn ir-Repubblika tal-Moldova u r-reġjun tagħha tat-Transnistrija u l-istabbiltà tat-tnejn li huma bħala l-fattur ewlieni għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-isfidi tas-sigurtà bħat-theddid ibridu, iċ-ċiberattakki, l-indħil ċibernetiku elettorali, il-kampanji ta' diżinformazzjoni u ta' propaganda, u l-indħil minn partijiet terzi fil-proċessi politiċi, elettorali u demokratiċi oħra;

41.

Jilqa' l-isforzi tal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova biex jestendi l-benefiċċji tad-DCFTA u s-sistema ta' vjaġġar mingħajr viża għar-reġjun tat-Transnistrija, li ppermetta tkabbir sinifikanti fil-mobilità u l-kummerċ mar-reġjun kif ukoll l-attivitajiet kollha li jtejbu l-kollaborazzjoni ekonomika u jżidu l-livell ta' skambji ta' prodotti u servizzi bejn ir-Repubblika tal-Moldova u t-Transnistrija;

42.

Iqis li, billi tiggarantixxi aċċess eżenti minn tariffi għas-swieq tal-UE għal negozji tat-Transnistrija rreġistrati fix-xatt tal-Punent ta' Dniester u sottomessi għal kontrolli doganali minn uffiċjali tar-Repubblika tal-Moldova, id-DCFTA rriżultat f'evoluzzjoni enormi fid-direzzjoni tal-kummerċ mill-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika lejn l-Unjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jagħmlu aktar passi lejn il-kummerċ u l-impenn mas-swieq tal-UE sabiex itejbu l-aċċess għas-suq, it-trasparenza, il-prattiki kummerċjali tajbin u jnaqqsu l-kapaċità għall-manipulazzjoni tas-suq u l-monopolizzazzjoni mill-oligarki;

43.

Jissottolinja li kull soluzzjoni għall-kwistjoni tat-Transnistrija trid tirrispetta d-dritt sovran tar-Repubblika tal-Moldova li tagħżel l-orjentament tagħha fil-qasam tad-difiża u tal-politika estera;

44.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jikkunsidraw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pakkett ta' liġijiet rigward l-oqsma tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet li kienu parti min-NAPIAA għall-perjodu 2017-2019;

Stat tad-dritt u governanza tajba

45.

Jinsab imħasseb dwar il-progress b'ritmu baxx tar-riformi dwar l-istat tad-dritt u l-istituzzjonijiet demokratiċi; iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jlesti r-riformi ġudizzjarji mingħajr dewmien, sabiex jiġu żgurati l-indipendenza, l-imparzjalità u l-effikaċja tal-ġudikatura u tal-istituzzjonijiet speċjalizzati kontra l-korruzzjoni; huwa u jagħmel dan, jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jiżgura proċess trasparenti ta' abbozzar tal-emendi għall-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Moldova dwar il-Kunsill Suprem tal-Maġistratura, u tal-adozzjoni sussegwenti tagħhom, billi juża preċedenti internazzjonali u prattiki tajba, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u f'konsultazzjoni mal-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-UE, is-soċjetà ċivili, u atturi interessati oħra; jiddispjaċih li l-emendi rigward il-ħatra tal-membri tal-Kunsill Suprem tal-Maġistratura ġew adottati bl-għaġla mill-Parlament; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi garantita l-indipendenza tal-Kunsill Suprem tal-Maġistratura u jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jiżguraw għażla u promozzjoni meritokratiċi tal-imħallfin;

46.

Jistieden lill-awtoritajiet ikomplu il-konsultazzjonijiet effikaċi sabiex jadottaw kunċett u pjan ta' azzjoni għar-riforma tal-ġustizzja abbażi ta' dijanjosi komprensiva, filwaqt li jiżguraw kunsens wiesa' mill-partijiet ikkonċernati u f'konformità stretta mal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Moldova u l-istandards Ewropej;

47.

Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' fiduċja fl-integrità u l-effikaċja tal-ġudikatura u dwar is-suxxettibbiltà tal-fergħa ġudizzjarja għal pressjoni politika li xxekkel l-indipendenza tagħha; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jiżguraw trasparenza fil-proċessi tal-ħatriet tal-ġudikatura u li l-Prosekutur Ġenerali, il-persunal tiegħu u l-prosekuturi pubbliċi b'mod ġenerali jaħdmu indipendentement u jirrispettaw l-ogħla standards ta' professjonalità u integrità;

48.

jirrimarka, f'dan ir-rigward, li nuqqas ta' riżorsi u nuqqas ta' għarfien dwar il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem qed jinfirxu u qed jaffettwaw ħażin il-funzjonament effikaċi tal-amministrazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament permezz tal-appoġġ baġitarju disponibbli u l-istrumenti ta' assistenza teknika, immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità u l-effiċjenza tal-awtoritajiet tal-ġustizzja u tal-infurzar tal-liġi, filwaqt li tqis il-progress fl-implimentazzjoni tar-riformi;

49.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jsaħħu l-indipendenza kompluta tal-Qorti Kostituzzjonali u jiżguraw li din ma tkun soġġetta għall-ebda forma ta' ndħil politiku; jirrifjuta bil-qawwa kwalunkwe tentattiv ta' intimidazzjoni jew pressjoni fuq l-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali u jikkundanna l-pressjoni enormi, ir-rikatt u l-vessazzjonijiet li l-imħallfin tal-Qorti għaddew minnhom qabel ma taw id-deċiżjoni dwar is-self Russu; jiddispjaċih ħafna dwar it-tentattivi ta' politiċizzazzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u l-inattività tal-prosekuturi u taċ-ċentru kontra l-korruzzjoni fid-difiża tal-indipendenza tal-Qorti Kostituzzjonali;

50.

Jinsab imħasseb dwar it-tendenza persistenti fit-tul ta' nuqqas ta' progress f'dik li hikorruzzjoni fir-Repubblika tal-Moldova, u għalhekk iħeġġeġ lill-Gvern iqawwi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-manipulazzjoni tal-Istat, kif ukoll kontra l-ħasil tal-flus, il-kuntrabandu u l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jadotta miżuri konkreti biex isaħħaħ l-indipendenza, l-integrità u l-effikaċja tal-Uffiċċju taċ-Ċentru Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Kontra l-Korruzzjoni, kif ukoll biex jiżgura d-depolitiċizzazzjoni tal-istituzzjonijiet pubbliċi kontra l-korruzzjoni u tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi; jindika l-ħtieġa għal sforzi sostnuti u konsistenti għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni ta' livell għoli u l-kriminalità organizzata; huwa tal-fehma li dan huwa l-uniku mod biex terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja taċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova u tiġi żgurata l-adozzjoni ta' riformi dejjiema fir-Repubblika tal-Moldova; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ħafna aktar appoġġ konsistenti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jimmonitorjaw il-frodi u l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus;

51.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u jżarmaw l-iskemi kriminali;

52.

Jilqa' l-adozzjoni, fil-21 ta' Mejju 2020, tal-liġi dwar is-sanzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus u jitlob li jiġu elaborati malajr linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida, kif ukoll li jsir taħriġ speċjalizzat għall-awtoritajiet ikkonċernati; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jżommu sforzi konsistenti fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu, il-ħasil tal-flus, iż-żarmar tax-xbieki kriminali u t-tnaqqis tal-influwenza tal-oligarki; jappella għal kooperazzjoni msaħħa mal-Europol, l-Interpol, u organizzazzjonijiet doganali bħad-WCO u n-Networks Kontra l-Korruzzjoni tal-OECD;

53.

Jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tar-Rapport ta' Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-2019 tal-Kummissjoni u tas-SEAE dwar ir-Repubblika tal-Moldova skont liema l-istabbiliment ta' strumenti u korpi li għandhom l-għan li jimpedixxu l-frodi u l-ħasil tal-flus ħa l-ħin; jistenna li l-Gvern il-ġdid jibni fuq il-passi reċenti li ħa l-gvern preċedenti fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kxif ta' skemi kriminali u ta' ħasil tal-flus;

54.

Jinnota l-azzjoni li ttieħdet sabiex titkompla l-prosekuzzjoni tal-frodi bankarja enormi, esposta fl-2014, u każijiet oħra ta' ħasil tal-flus; itenni, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas persistenti li ssir prosekuzzjoni trasparenti ta' dawk kollha responsabbli għall-frodi bankarja esposta fl-2014, kif ukoll tal-irkupru bil-mod tal-assi misruqa; itenni t-tħassib tiegħu li s'issa għadu ma sar l-ebda rkupru sostanzjali tal-assi u jisħaq li jeħtieġ li jittieħdu passi ulterjuri f'din id-direzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jħaffu l-proċess ta' prosekuzzjoni, iressqu lil dawk kollha responsabbli quddiem il-ġustizzja mingħajr aktar dewmien u jirkupraw fondi indebitament approprjati; jistieden lill-Istati Membri joffru lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova appoġġ sostanzjali fl-investigazzjoni tal-każ jekk jitolbu dan;

55.

Jilqa' l-adozzjoni, fit-18 ta' Ġunju 2020, tal-liġi l-ġdida biex jiġi abolit il-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment mill-1 ta' Settembru 2020, fi tmiem il-moratorju eżistenti; huwa tal-fehma li dan huwa pass essenzjali sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' korruzzjoni, evażjoni tat-taxxa u ħasil tal-flus fir-Repubblika tal-Moldova; jinnota li sakemm jiġi kkanċellat il-programm, huma biss l-applikazzjonijiet eżistenti li se jkomplu jiġu pproċessati u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa kif se jsir dan;

56.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jżidu t-trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politiċi, u jinvestigaw l-irregolaritajiet kollha b'mod ġust u mingħajr preġudizzji; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-korruzzjoni fil-klassi politika tar-Repubblika tal-Moldova; jinsab ferm imħasseb dwar l-allegazzjonijiet reċenti skont liema xi Membri tal-Parlament inxtraw sabiex jibdlu l-affiljazzjoni politika tagħhom, kif ukoll l-allegazzjonijiet ta' ħtif, intimidazzjoni u pressjoni fuq ir-rappreżentanti eletti; jirrimarka li dawn l-allegazzjonijiet iridu jiġu investigati u li tali mġiba hija inkompatibbli mal-valuri li huma fil-qalba tal-FA mar-Repubblika tal-Moldova; jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-responsabbiltà tal-partiti politiċi li jiġġieldu l-korruzzjoni fi ħdanhom stess; barra minn hekk, jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li l-ebda fond ta' fondazzjonijiet tal-karità ma jintuża fil-kampanja elettorali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprojbixxu l-użu tal-fondi amministrattivi favur il-klassi politika fil-poter matul il-kampanja elettorali;

Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali

57.

Jirrikonoxxi t-titjib tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, notevolment bħala riżultat tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-perjodu 2018-2022; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jżidu b'mod sinifikanti l-isforzi u jadottaw miżuri ta' implimentazzjoni u leġiżlazzjoni sekondarja sabiex jiddefendu dawk id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż b'mod partikolari għall-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli, bħan-nisa u t-tfal trattati ħażin mit-traffikanti tal-bnedmin, il-minoranzi lingwistiċi, il-persuni b'diżabilità, ir-Rom u l-persuni LGBT+, u b'hekk jirrikonoxxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bħala kriterju kritiku u kundizzjoni essenzjali għal soċjetà demokratika; jinsab imħasseb li problemi sinifikanti tad-drittijiet tal-bniedem għadhom mhux solvuti u mhux ikkastigati, bħal pressjonijiet, prosekuzzjonijiet u detenzjonijiet politikament motivati, torturi, detenzjonijiet arbitrarji, kundizzjonijiet ħorox u ta' periklu għall-ħajja fil-ħabsijiet, interferenzi arbitrarji jew illegali fil-privatezza, u l-użu ta' tħaddim furzat jew obbligatorju tat-tfal;

58.

Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni taċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova maqbuda fl-Istati Membri tal-UE minħabba l-kriżi tal-COVID-19 mingħajr protezzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-kuntest tal-COVID-19, jiżguraw it-trattament ugwali bejn il-ħaddiema staġjonali minn pajjiżi terzi u l-ħaddiema staġjonali li huma ċittadini tal-UE, kif iddikjarat fid-Direttiva 2014/36/UE (8), filwaqt li jfakkar li dawn il-ħaddiema għandhom l-istess drittijiet tax-xogħol u drittijiet soċjali bħaċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw akkomodazzjoni ta' kwalità għall-ħaddiema transfruntiera u staġjonali, li għandha tkun separata mir-remunerazzjoni tagħhom, u jiżguraw faċilitajiet dinjitużi, privatezza tal-inkwilin u kuntratti ta' kera bil-miktub infurzati minn spettorati tax-xogħol, u jistabbilixxu standards f'dan ir-rigward;

59.

Jinnota bi tħassib l-implimentazzjoni limitata tal-impenji li jirriżultaw mill-ftehim ta' assoċjazzjoni fl-isfera soċjali, speċjalment fl-oqsma tal-ispezzjoni tax-xogħol, il-miżuri kontra d-diskriminazzjoni, u d-djalogu soċjali; jinsab imħasseb li l-progress fl-indirizzar tal-vulnerabbiltajiet makrofinanzjarji għadu insuffiċjenti biex jagħti spinta sinifikanti lill-istandards tal-ħajja u issa jinsab mhedded mill-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19; jinsisti fuq l-involviment obbligatorju tat-trade unions, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni;

60.

Jissottolinja li l-Unjoni jeħtiġilha żżomm lir-Repubblika tal-Moldova responsabbli għall-impenji tagħha fir-rigward tad-dimensjoni soċjali tal-FA; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rapport ta' progress annwali dettaljat dwar l-implimentazzjoni ta' kwistjonijiet soċjali u relatati max-xogħol tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li mhux biss janalizza t-traspożizzjoni tad-direttivi u n-normi rilevanti tal-Unjoni, iżda anke l-implimentazzjoni reali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tħaddan proposti ta' esperti tax-xogħol biex jiġi introdott mekkaniżmu li jissanzjona l-ksur tal-istandards miftiehma; jissuġġerixxi li jintuża l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja bħala effett ta' lieva jew kundizzjonalità biex ir-Repubblika tal-Moldova tkun imġiegħla ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-forza tax-xogħol tagħha;

61.

Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun tat-Transnistrija, speċjalment fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-oqsma traskurati tal-FA, li jinkludu oqsma ta' politika importanti bħall-ġeneru, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-prevenzjoni tal-kriżijiet tas-saħħa;

63.

Jissottolinja li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prekundizzjoni ewlenija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv; iħeġġeġ lill-Gvern u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jimplimentaw miżuri u jkomplu jtejbu r-rappreżentanza tan-nisa u t-trattament ugwali fil-livelli kollha tal-ħajja politika u tas-soċjetà; jitlob lill-Kummissjoni tintegra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki, il-programmi u l-attivitajiet kollha tagħha fir-rigward tar-Repubblika tal-Moldova u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jippromwovu programmi li jinkludu dimensjoni konsistenti tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, joffru aktar appoġġ lill-gruppi l-aktar żvantaġġati u vulnerabbli fis-soċjetà, jimplimentaw leġiżlazzjoni għall-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza fiżika fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli;

64.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, li r-Repubblika tal-Moldova ffirmat fis-6 ta' Frar 2017, iżda li qed iddum biex tiġi rratifikata minkejja li ssemmiet bħala objettiv espliċitu tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 2018-2022 u tal-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika 2018-2023; ifakkar li l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet hija mifruxa fir-Repubblika tal-Moldova u żewġ nisa minn kull ħamsa għandhom xogħfa ta' vjolenza fiżika u/jew sesswali minn sieħeb jew mhux minn sieħeb sa mill-età ta' 15-il sena;

65.

Jappella għal aktar passi fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u għal żieda sostanzjali fil-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-vittmi kif ukoll għal aktar protezzjoni, assistenza u appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità, speċjalment it-tfal, matul l-investigazzjonijiet u wara l-proċessi ġudizzjarji; barra minn hekk, jappella għal aktar appoġġ matul ir-reintegrazzjoni soċjali tal-vittmi; jitlob li jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji tal-infurzar tar-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri, sabiex titnaqqas il-kriminalità transfruntiera, b'mod partikolari t-traffikar tal-bnedmin u t-traffikar tad-drogi illeċiti;

66.

Jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu d-dritt ta' proċess ġust u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-faċilitajiet korrettivi u ta' detenzjoni, inkluż billi jindirizzaw il-provvisti inadegwati tal-kura tas-saħħa; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi pprovdut ambjent sikur għall-ħabsin; jitlob, barra minn dan, miżuri biex tiġi evitata ġustizzja selettiva u politikament motivata;

67.

Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova biex jiżguraw li kull talba għall-estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz tiġi pproċessata b'mod trasparenti filwaqt li jiġu segwiti l-proċeduri ġudizzjarji b'konformità sħiħa mal-prinċipji u mal-istandards Ewropej;

68.

Jappella għal miżuri aktar konkreti biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u biex tiġi eliminata d-detenzjoni ta' persuni b'diżabilità fi sptarijiet psikjatriċi kontra r-rieda tagħhom; jitlob l-eliminazzjoni sħiħa tat-tortura u t-trattament ħażin fil-ħabsijiet bħala metodu ta' pressjoni fuq avversarji politiċi inkarċerati jew detenuti;

69.

Jirrikonoxxi l-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tortura, iżda jissottolinja li r-Repubblika tal-Moldova għadha qed tiġi kkundannata ta' spiss fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għat-tortura u t-trattament ħażin; iħeġġeġ għaldaqstant il-ħolqien ta' aġenzija kompletament indipendenti speċifikament għall-investigazzjoni ta' allegazzjonijiet ta' tortura u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-pulizija u minn uffiċjali oħra inkarigati mill-infurzar tal-liġi;

70.

Jinsab imħasseb dwar il-preżenza kontinwa fid-dibattitu pubbliku ta' każijiet ta' diskors ta' mibegħda, inkluż minn politiċi kif ukoll minn mexxejja reliġjużi u komunitarji; jissottolinja f'dan ir-rigward li ġew immirati b'mod partikolari n-nisa u l-persuni LGBTI+; jistieden lill-uffiċjali pubbliċi jastjenu milli jinvolvu ruħhom f'diskors ta' mibegħda u jesprimu ruħhom pubblikament kontra d-diskors ta' mibegħda kull meta jokkorri u jistieden lill-awtoritajiet jirfinaw il-qafas ġuridiku u istituzzjonali għall-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu bil-mekkaniżmi disponibbli kollha;

71.

Ifakkar li fil-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova diġà ġie introdott abbozz ta' liġi li jistabbilixxi leġiżlazzjoni tat-tip Magnitsky; iħeġġeġ lill-korp leġiżlattiv jimxi 'l quddiem bl-eżami tal-liġi li, jekk tiġi adottata, tkun tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

Kummerċ u kooperazzjoni ekonomika

72.

Huwa tal-fehma li l-assistenza tal-UE lir-Repubblika tal-Moldova għandha tkompli tagħti prijorità lit-titjib tal-istandards tal-ħajja taċ-ċittadini, billi timmira lejn oqsma bħall-aġevolazzjoni tal-iżvilupp tal-SMEs, l-għajnuna liż-żgħażagħ, kif ukoll ir-riforma ġenerali tas-setturi tal-edukazzjoni u tas-saħħa;

73.

Jilqa' l-inizjattivi intraprenditorjali li għandhom l-għan li jiżviluppaw is-sitwazzjoni tan-negozji ġodda tar-Repubblika tal-Moldova; jirrikonoxxi, madankollu, li huma bżonn ta' aktar riformi fis-settur pubbliku u assistenza finanzjarja sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' impjieg addizzjonali li jħajru liż-żgħażagħ u lill-ħaddiema ta' sengħa jirritornaw lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

74.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi li jkollhom quddiemhom iż-żgħażagħ fir-Repubblika tal-Moldova billi tinvesti fi programmi li jiffavorixxu liż-żgħażagħ u l-intraprenditorija soċjali u ssaħħaħ ir-rabta bejn ir-riforma tas-sistema edukattiva u d-domandi tas-suq tax-xogħol; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fi programmi mmirati lejn iż-żgħażagħ li ġejjin minn żoni rurali, peress li din il-kategorija hija waħda mill-aktar vulnerabbli u nieqsa minn opportunitajiet soċjoekonomiċi, meta mqabbla ma' żgħażagħ minn żoni urbani;

75.

Jirrikonoxxi li l-“fenomenu ta' eżodu ta' mħuħ”, li spiss huwa kkawżat minn sfiduċja fil-ġudikatura, min-nepotiżmu u min-nuqqas ta' riformi xierqa fil-pajjiż, jirrappreżenta theddida serja għall-futur tar-Repubblika tal-Moldova u jinsab imħasseb dwar l-emigrazzjoni fuq skala kbira taċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova, li taċċentwa x-xejriet demografiċi negattivi; iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jimplimenta miżuri ulterjuri biex jimpedixxi u jiġġieled dan il-fenomenu, b'mod partikolari billi joħloq opportunitajiet u jtejjeb il-kundizzjonijiet u l-pagi għall-ħaddiema żgħażagħ f'pajjiżhom, sabiex ikunu jistgħu jirritornaw lura pajjiżhom wara li jkunu studjaw jew tħarrġu barra minn pajjiżhom, u billi jappoġġjaw l-intraprenditorija taż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq din il-kwistjoni fil-programmi tagħha;

76.

Jilqa' d-diversifikazzjoni tal-ekonomija tar-Repubblika tal-Moldova u ż-żieda sinifikanti fil-kummerċ bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni, kif ukoll il-fatt li l-Unjoni hija l-akbar investitur fil-pajjiż; jilqa' l-fatt li, fl-2018, l-Unjoni kienet tirrappreżenta 70 % tal-esportazzjonijiet totali tar-Repubblika tal-Moldova u 56 % tal-kummerċ totali tagħha; iħeġġeġ aktar progress f'oqsma bħall-kodiċi doganali, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fosthom l-indikazzjonijiet ġeografiċi, it-titjib fl-istandards sanitarji u fitosanitarji, it-titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq fil-qasam tal-enerġija, l-akkwist pubbliku, u l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs;

77.

Iħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tad-DCFTA sabiex tkompli tiżdied ir-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bilaterali bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova, inkluż billi jitneħħew l-ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ, jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq uniku u jsir progress fir-rigward tal-integrazzjoni fih; ifakkar li d-DCFTA mar-Repubblika tal-Moldova trid tirrispetta r-regoli stabbiliti fil-kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli, f'konformità mal-impenji internazzjonali, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi, u r-regoli tad-WTO;

78.

Ifaħħar l-adozzjoni min-naħa tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova tal-approċċ Ewropew LEADER bħala l-bażi għall-politika rurali nazzjonali tagħha; iħeġġeġ, madankollu, lir-Repubblika tal-Moldova, inkluż permezz ta' miżuri dedikati fl-Istrateġija Nazzjonali li jmiss għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tagħmel tisfrutta b'mod sħiħ l-opportunitajiet ta' esportazzjoni preferenzjali fl-Unjoni permezz ta' kultivazzjoni aktar effiċjenti u sostenibbli tar-raba', kif ukoll aċċess u użu aktar demokratiċi tal-art, biex b'hekk jiġu ġġenerati prodotti agrikoli li jamplifikaw il-vantaġġi agrikoli relattivi tar-Repubblika tal-Moldova;

79.

Jilqa' l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-UE, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi lill-istituzzjonijiet u lill-amministrazzjoni pubblika tar-Repubblika tal-Moldova għajnuna teknika u finanzjarja għal dan l-isforz u għall-implimentazzjoni sussegwenti; jisħaq li tali għajnuna għandha tintuża biex jiżdied l-għarfien dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jagħmlu progress aktar rapidu fl-approssimazzjoni għall-FA/DCFTA, inkluż dwar l-istandards tas-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel;

80.

Jilqa' l-Istrateġija Nazzjonali “Digital Moldova 2020”, iżda jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja u tassisti programmi u riformi li jikkonċernaw il-litteriżmu medjatiku u fl-informazzjoni biex jirriflettu l-era diġitali attwali, kif ukoll ittejjeb il-kooperazzjoni settorjali fl-ekonomija diġitali; jistieden lir-Repubblika tal-Moldova tibni ekonomija tas-suq diġitali affidabbli, issaħħaħ il-ħtieġa għal progress f'data miftuħa, tespandi l-aċċessibbiltà għas-sistemi diġitali u żżid l-aċċess għaċ-ċittadini f'servizzi elettroniċi u soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni differenti;

81.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-investiment f'setturi b'potenzjal għall-iżvilupp, it-tkabbir u l-kompetittività fl-UE, b'mod partikolari fit-tliet setturi ta' sinifikat strateġiku (jiġifieri l-enerġija u l-klima sostenibbli, is-suq uniku diġitali u ċ-ċibersigurtà, u t-trasport);

82.

Jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jiffoka wkoll fuq id-dimensjoni soċjali tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli billi jirrispetta u jsaħħaħ l-istandards tax-xogħol, jirratifika u jimplimenta bis-sħiħ il-konvenzjonijiet kollha tal-ILO, u jelimina n-nuqqasijiet li fadal fis-sistema tal-ispezzjoni tax-xogħol kif ukoll billi jindirizza l-limitazzjonijiet u n-nuqqasijiet tas-sistema tal-ispezzjoni tax-xogħol u l-problemi tas-sistema ġudizzjarja, li għandhom impatt negattiv fuq l-infurzar tal-istandards tax-xogħol;

83.

Jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jadottaw u jimplimentaw politiki mmirati biex jirregolaw il-parteċipazzjoni tal-entitajiet minn ġurisdizzjonijiet li ma jimplimentawx standards internazzjonali ta' trasparenza (ġurisdizzjonijiet offshore) jew tan-negozji li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn tali kumpaniji mill-kummerċ ma' awtoritajiet pubbliċi (akkwist pubbliku, privatizzazzjoni, konċessjoni, u sħubija pubblika-privata);

84.

Jistieden lill-UE tikkunsidra l-possibbiltà li l-pajjiżi li għandhom FA/DCFTA mal-UE jaderixxu maż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA), billi dan ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u joffri opportunitajiet ġodda għall-SMEs biex jiżviluppaw;

Enerġija, ambjent u tibdil fil-klima

85.

Jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jkompli jirriforma s-settur tal-enerġija sabiex iżid ir-reżiljenza, it-trasparenza fl-ispejjeż u l-kuntratti fis-settur, u jtejjeb l-indipendenza u l-effiċjenza enerġetika, b'mod partikolari billi jżid l-interkonnessjonijiet tal-enerġija mal-Unjoni, jiddiversifika s-sorsi tal-enerġija, fosthom l-enerġija rinnovabbli, u jnaqqas id-dipendenza mill-fjuwils fossili; jisħaq li dawn l-aspetti kollha huma ta' importanza kbira għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija tal-pajjiż;

86.

Jilqa' l-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-indipendenza tar-regolatur tal-enerġija u jinkoraġġixxi l-azzjonijiet meħtieġa u urġenti li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, b'mod partikolari fil-qasam tal-gass naturali, u biex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-acquis tal-Komunità tal-Enerġija; b'mod partikolari, jistieden lill-Aġenzija Nazzjonali għar-Regolamenti dwar l-Enerġija tar-Repubblika tal-Moldova tapprova r-regoli tas-suq tal-enerġija bbażati fuq kompetizzjoni ġusta u tiżgura l-konformità mill-parteċipanti kollha tas-suq, inklużi l-operaturi Statali tas-suq;

87.

Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni infrastrutturali fir-reġjun, anke bil-ħsieb li jiġu diversifikati l-provvisti tal-enerġija tar-Repubblika tal-Moldova, u li tittejjeb il-konnettività tas-settur tal-enerġija tar-Repubblika tal-Moldova filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali;

88.

Jissottolinja l-importanza tad-diversifikazzjoni tas-sistema tal-elettriku tar-Repubblika tal-Moldova; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha tal-proġett għall-interkonnessjoni tas-sistemi tal-elettriku tar-Repubblika tal-Moldova u r-Rumanija billi jipprovdu l-appoġġ u r-riżorsi meħtieġa;

89.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jkomplu bl-isforzi tagħhom biex isaħħu s-sigurtà tal-enerġija tal-pajjiż u jfaħħar il-finalizzazzjoni tal-gassdott Ungheni – Chișinău sa tmiem l-2020; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi lir-Repubblika tal-Moldova fit-testijiet tal-istress imwettqa għas-suq intern tal-enerġija;

90.

Ifaħħar l-arranġamenti maqbula bejn ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna u r-Rumanija f'Diċembru 2019 biex jiġu permessi trasferimenti tal-gass lejn l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova permezz tal-gassdott Trans-Balkaniku, u l-Pjan ta' Azzjoni ta' Frar 2020 biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni Moldovatransgaz;

91.

Jilqa' l-passi meħuda biex is-sistema tal-elettriku tar-Repubblika tal-Moldova tiġi interkonnessa b'mod asinkroniku mal-UE permezz tar-Rumanija, peress li dan huwa pass importanti sinifikanti fit-triq lejn it-tisħiħ u d-diversifikazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija tar-Repubblika tal-Moldova; Jistieden lill-awtoritajiet kollha jissodisfaw l-objettiv li r-Repubblika tal-Moldova tingħaqad mal-grilja enerġetika tar-Rumanija sal-2024, bl-appoġġ tal-UE;

92.

Jilqa' l-pakkett ta' Frar 2019 dwar il-klima u l-ambjent tar-Repubblika tal-Moldova u r-rispons nazzjonali tagħha, li għamilha r-raba' pajjiż fid-dinja li ressaq il-Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali (NDC2) aġġornat tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li jinkludi fih ambizzjoni akbar biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; jappella għal aktar sforzi fir-rigward tal-impenji nazzjonali relatati mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-oqsma kollha tat-tfassil tal-politika;

93.

Jistieden lir-Repubblika tal-Moldova tkompli ssaħħaħ l-impenn tagħha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari l-ġestjoni tal-iskart, u l-ġestjoni tal-ilma mix-xmara Dniester, u jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiżgura li d-DCFTA ma tikkontradix l-objettivi u l-inizjattivi ambjentali stabbiliti fih;

94.

Jirrikonoxxi l-importanza ta' aktar modernizzazzjoni tas-sistema edukattiva fir-Repubblika tal-Moldova, kif ukoll ir-rwol dejjem jikber taż-żgħażagħ fis-setturi kollha tal-ħajja, u jistieden lill-UE toffri aktar appoġġ, speċjalment fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi opportunitajiet fil-volontarjat u l-involviment ċiviku għaż-żgħażagħ u li jsir aktar investiment fiż-żgħażagħ billi jiġi estiż il-finanzjament għar-rappreżentanti tal-Moldova u tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta' mobilità eżistenti, bħal Erasmus+, Ewropa Kreattiva u Orizzont 2020;

95.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni, tħejji u toħloq programmi mfassla apposta għaċ-ċittadini inkluż kuntatt dirett mal-benefiċjarji permezz tal-pjattaforma online għall-applikazzjoni u r-rappurtar tal-użu tal-fondi magħmula disponibbli minn dawk il-programmi; jitlob, f'dan ir-rigward, li jiġu kkunsidrati l-iskopijiet tal-Patt Ekoloġiku, kif ukoll il-ħtiġijiet ta' kuljum taċ-ċittadini fir-Repubblika tal-Moldova;

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

96.

Jisħaq li mingħajr id-determinazzjoni sinċiera tal-klassi politika favur ir-riforma tal-pajjiż u l-implimentazzjoni ġenwina tal-FA mal-Unjoni, ma seta' jintlaħaq l-ebda żvilupp reali u dejjiemi; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-atturi politiċi u lill-forzi politiċi kollha fil-pajjiż jikkontribwixxu u jniedu formati multipartitiċi u kollaborazzjoni b'rieda tajba dwar l-għanijiet strateġiċi tar-Repubblika tal-Moldova u b'hekk jikkontribwixxu għall-kwalità tad-demokrazija u għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tan-nies; iħeġġeġ, fid-dawl ta' dan, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova jagħmlu użu mid-Djalogu Jean Monnet biex jappoġġjaw id-djalogu bejn il-partiti u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet parlamentari;

97.

Jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova, jikkomunikaw aħjar il-vantaġġi tal-FA/DCFTA u tal-assistenza tal-UE liċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova;

98.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Moldova, issaħħaħ il-monitoraġġ u tqawwi t-tim tal-proġett f'Chișinău, biex tgħin lir-Repubblika tal-Moldova tikkomunika b'mod effettiv l-approssimazzjoni tagħha mad-dritt tal-UE, tiġġieled kontra d-diżinformazzjoni u tippromwovi immaġni pożittivi tal-UE u tar-Repubblika tal-Moldova lill-partijiet ikkonċernati kollha;

o

o o

99.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0458.

(3)  ĠU C 118, 8.4.2020, p. 109.

(4)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.

(5)  ĠU C 334, 19.9.2018, p. 199.

(6)  ĠU C 11, 12.1.2018, p. 82.

(7)  ĠU L 165, 27.5.2020, p. 31.

(8)  Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 375).


Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 2020

6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/152


P9_TA(2020)0282

Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 dwar il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (2020/2760(RSP))

(2021/C 404/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Achieving the European Education Area by 2025” (Il-Kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025) (COM(2020)0625),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020, bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027: Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali” (COM(2020)0624),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titolu “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza” (COM(2020)0274),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (COM(2018)0022),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2017 bit-titolu “It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura” (COM(2017)0673),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar “L-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE” (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-UE (4),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-futur tal-Edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19 (O-000052/2020 – B9-0020/2020 u O-000053/2020 – B9-0021/2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

A.

billi, skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-aċċess għall-edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva u t-tagħlim tul il-ħajja huwa dritt bażiku tal-bniedem u huwa essenzjali għall-kisba u ż-żamma tal-ħiliet, parteċipazzjoni sħiħa u attiva fis-soċjetà u aċċess effettiv għal suq tax-xogħol li qed jevolvi;

B.

billi skont il-UNESCO, kważi 1.6 biljun student f'aktar minn 190 pajjiż – 94 % tal-popolazzjoni globali tal-istudenti – intlaqtu mill-għeluq tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fl-eqqel tal-kriżi tal-COVID-19; billi aktar minn 60 % tal-istudenti madwar id-dinja għadhom milquta; billi inqas minn 25 % tal-pajjiżi bi dħul baxx ipprovdew xi forma ta' apprendiment mill-bogħod; billi fil-pajjiżi l-aktar żviluppati l-aċċess għall-edukazzjoni diġitali kien ta' madwar 90 %, li jfisser li 10 % tal-istudenti tal-iskola kienu għadhom qed jitħallew jaqgħu lura (5);

C.

billi għad hemm diskrepanzi serji fil-livell tal-UE, b'sa 32 % tal-istudenti mingħajr aċċess għall-edukazzjoni għal diversi xhur f'xi Stati Membri; billi, għal ħafna studenti, dan in-nuqqas ta' aċċess irriżulta minn nuqqas ta' tagħmir diġitali, ħiliet diġitali inadegwati jew minn żvantaġġ li kien jeżisti minn qabel; billi, anke fejn l-istudenti kellhom aċċess għall-edukazzjoni diġitali, dawn ta' spiss kellhom jitgħallmu mingħajr l-appoġġ tal-għalliema, tal-pari jew tad-dar u xi kultant f'ambjent domestiku instabbli;

D.

billi l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat forsi l-aktar tfixkil serju fl-istorja għas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ madwar id-dinja, u b'hekk qed thedded it-telf tal-apprendiment għal ġenerazzjoni sħiħa ta' studenti, u tista' tħassar għexieren ta' snin ta' progress; billi dan it-telf ta' apprendiment x'aktarx li se jnaqqas il-livelli futuri ta' dħul għal dik il-ġenerazzjoni u potenzjalment se jkollu impatt negattiv ukoll fuq it-tkabbir tal-produttività tax-xogħol u fuq il-kompetittività għall-Unjoni kollha kemm hi; billi dik l-istess ġenerazzjoni qed taffaċċja d-dħul f'suq tax-xogħol li ntlaqat ħafna mill-kriżi ekonomika mqanqla mill-COVID-19;

E.

billi l-istabbilimenti edukattivi għandhom rwol soċjali u pastorali ħafna usa' u jikkontribwixxu għas-saħħa fiżika u mentali tal-istudenti; billi n-nuqqas ta' interazzjoni diretta bejn l-għalliema u l-istudenti ntwera li ta' spiss jaffettwa l-benesseri u s-saħħa mentali tal-istudenti; billi l-pandemija enfasizzat ir-rwol kritiku li għandhom l-għalliema fl-edukazzjoni u fis-soċjetà; billi l-għalliema u persunal edukattiv ieħor spiss ġew mgħobbija żżejjed, u dan jenfasizza l-ħtieġa għal aktar appoġġ għalihom u rikonoxximent akbar għax-xogħol tagħhom;

F.

billi l-kriżi aċċellerat il-bidla fid-direzzjoni lejn l-apprendiment diġitali u stimulat l-innovazzjoni fl-edukazzjoni, bħat-titjib tal-opportunitajiet ta' apprendiment elettroniku; billi l-investiment f'kumpaniji tat-teknoloġija tal-apprendiment f'dawn l-aħħar snin tejjeb is-soluzzjonijiet tal-edukazzjoni u tal-apprendiment elettroniku online; billi s-sħubijiet bejn l-istabbilimenti kummerċjali u edukattivi għandhom rwol fil-promozzjoni tal-innovazzjoni fis-settur tal-edukazzjoni; billi l-istabbiliment edukattiv għandu jibqa' dak li jieħu d-deċiżjoni finali fuq il-kontenut edukattiv;

G.

billi, fl-istess ħin, il-bidla f'daqqa għall-apprendiment online u mill-bogħod fuq skala daqshekk kbira preċipitata mill-kriżi kixfet lakuni enormi fit-tfassil u fit-twassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali fl-Unjoni Ewropea u madwar l-Istati Membri; billi l-kriżi bl-istess mod uriet il-ħtieġa għal kooperazzjoni u koordinazzjoni akbar fost l-Istati Membri dwar il-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

H.

billi t-tranżizzjoni diġitali mil-lum għall-għada seħħet f'kuntest fejn 43 % tal-Ewropej ma għandhomx ħiliet diġitali bażiċi (6); billi teżisti korrelazzjoni diretta bejn, minn naħa, l-Istat Membru li fih jgħixu n-nies u fejn jgħixu f'kull Stat Membru, l-istatus soċjoekonomiku tagħhom, l-età tagħhom, id-dħul tagħhom, il-livell ta' edukazzjoni tagħhom u l-impjieg tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-grad ta' kompetenza diġitali tagħhom; billi t-trasformazzjoni diġitali u l-użu ta' teknoloġiji ġodda għandhom impatt fuq is-suq tax-xogħol, u jeħtieġu livelli ogħla ta' kompetenza diġitali;

I.

billi l-pandemija tirrappreżenta opportunità biex naħsbu mill-ġdid il-futur tal-edukazzjoni;

J.

billi l-Kummissjoni għandha l-għan li tistabbilixxi Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025;

K.

billi l-ftehim politiku milħuq mill-Kunsill Ewropew dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 jinvolvi tnaqqis kbir mill-baġit ta' programmi edukattivi emblematiċi bħal Erasmus+; billi l-Parlament talab ripetutament għal baġit ambizzjuż għall-programmi edukattivi; billi l-kriżi ekonomika attwali ma għandhiex twassal għal tnaqqis fl-infiq pubbliku fuq l-edukazzjoni;

L.

billi, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-politika tal-edukazzjoni hija l-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, bl-Unjoni jkollha rwol ta' appoġġ u koordinazzjoni;

1.

Ifaħħar il-kreattività u l-inġenjożità li wrew l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari l-għalliema tagħhom u l-persunal edukattiv tagħhom, kif ukoll l-istudenti u l-ġenituri fl-adattament għall-apprendiment online u mill-bogħod, speċjalment fid-dawl taċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu malajr u taż-żminijiet inċerti; ifaħħar, bl-istess mod, l-eżempji pożittivi mogħtija miċ-ċittadini, mis-soċjetà ċivili u mill-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali fl-adattament tal-prattiki edukattivi tagħhom u fl-iżvilupp ta' inizjattivi li ppermettew li l-apprendiment ikompli; jitlob aktar sforzi biex titkabbar u tiżdied il-viżibbiltà ta' inizjattivi effettivi, u biex jiġu promossi l-aħjar prattiki fis-setturi edukattivi kollha; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi pjattaforma għall-Istati Membri biex jikkondividu prattiki tajbin u, f'dan ir-rigward, jesploraw possibilitajiet għal inizjattivi ġodda, bħall-ħolqien ta' Università Ewropea Online;

2.

Jissottolinja, madankollu, li t-tranżizzjoni diġitali f'daqqa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ żvelat ukoll qasma diġitali fir-rigward tal-aċċess għall-infrastruttura u l-apparat diġitali, il-kwalità tat-tagħlim online u l-ħiliet tal-istudenti, tal-għalliema u ta' min iħarreġ;

3.

Jiddeplora l-fatt li fl-Ewropa għad għandna studenti mingħajr aċċess għall-edukazzjoni diġitali; itenni l-ħtieġa li tittejjeb il-konnettività fil-livell Ewropew, b'mod partikolari fiż-żoni rurali u remoti, u li jiżdied l-aċċess għat-tagħmir diġitali; jiġbed l-attenzjoni għall-innovazzjoni mill-aktar avvanzata fil-kompjuters, fit-tablets u fis-software edukattivi fl-Ewropa;

4.

Jinsab imħasseb dwar id-differenzi fil-ħiliet diġitali fost l-għalliema u l-istudenti, li jxekklu l-edukazzjoni diġitali effettiva; ifakkar, għalhekk, fil-ħtieġa li jsir investiment fit-titjib tal-ħiliet u fl-opportunitajiet ta' żvilupp professjonali għall-għalliema u għal min iħarreġ madwar l-Ewropa biex jiġi żgurat li dawn mhux biss ikollhom, iżda wkoll ikunu jistgħu jgħallmu, ħiliet diġitali; jiġbed l-attenzjoni għall-valur tal-mobilità tal-għalliema u l-kondiviżjoni tal-għarfien bħala għodda ewlenija f'dak ir-rigward u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja attivitajiet bħal dawn;

5.

Jinnota li l-kriżi laqtet setturi differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ sa livelli differenti, bl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja ħafna drabi jaħdmu aħjar bis-saħħa tal-infrastruttura, ir-riżorsi u l-esperjenza eżistenti fir-rigward ta' għodod diġitali; jenfasizza li t-tfixkil tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal, l-edukazzjoni fl-iskola, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni tal-adulti u l-edukazzjoni mhux formali kien aktar sever, u jitlob li jsiru aktar sforzi biex ikun provdut apprendiment mill-bogħod effettiv għal dawk is-setturi; ifakkar fil-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju adegwat f'dak ir-rigward;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor, tivvaluta u tippubblika data minn madwar l-Istati Membri dwar l-impatt tal-pandemija fuq il-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-edukazzjoni mill-bogħod, b'attenzjoni partikolari fuq fejn ma setgħux jipparteċipaw minħabba nuqqas ta' mezzi diġitali; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiġbor data dwar il-ħiliet diġitali tal-għalliema fl-Istati Membri kollha;

7.

Jinnota bi tħassib li d-differenzi fl-edukazzjoni diġitali żiedu l-inugwaljanzi eżistenti – kemm fost l-Istati Membri kif ukoll fi ħdan – u kellhom impatt sproporzjonat fuq dawk li diġà qed ibatu minħabba żvantaġġi soċjali, ekonomiċi jew żvantaġġi oħrajn, persuni b'diffikultajiet fl-apprendiment u b'diżabilità, u persuni minn gruppi vulnerabbli jew ta' minoranza oħrajn; jisħaq li din il-qasma diġitali trid tingħalaq bħala prijorità immedjata;

8.

Ifakkar, barra minn hekk, ir-rwol soċjali vitali li għandhom l-iskejjel u stabbilimenti edukattivi oħrajn, pereżempju billi jipprovdu aċċess għal ikliet regolari u appoġġ pastorali; jenfasizza l-effetti negattivi tal-miżuri tal-lockdown fuq is-saħħa u l-benesseri mentali tal-istudenti, flimkien mal-istress relatat mal-valutazzjoni, l-għoti tal-markiu l-iżolament mill-pari;

9.

Jilqa', għalhekk, l-isforzi li saru mill-professjonisti tal-edukazzjoni u mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-apprendiment b'mod fiżiku jkun jista' jerġa' jibda f'ambjent sikur mill-COVID-19; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu dak kollu li hu meħtieġ biex jiggarantixxu apprendiment b'mod fiżiku għal kulħadd; jirrikonoxxi l-isfida inerenti fil-ftuħ mill-ġdid tal-istabbilimenti edukattivi u jiddeplora n-nuqqas ta' koordinazzjoni jew skambju tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib flimkien biex jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa għall-persunal u għall-istudenti u biex jimmassimizzaw l-opportunitajiet li jippermettu li l-edukazzjoni b'mod fiżiku tkompli; jemmen, fl-istess ħin, li, f'każ ta' lockdown ieħor, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jridu jkunu mgħammra biex jipprovdu apprendiment diġitali ta' kwalità lill-istudenti kollha u biex jindirizzaw is-saħħa u l-benesseri mentali b'kooperazzjoni mal-ġenituri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

10.

Jisħaq li l-inugwaljanzi soċjali u edukattivi ta' spiss jinbtu fit-tfulija bikrija u għandhom it-tendenza li jikbru hekk kif il-persuna ssir adulta minħabba li livell edukattiv aktar baxx tipikament iwassal għal prospetti ta' impjieg agħar, li min-naħa tagħhom għandhom it-tendenza li jnaqqsu l-aċċess għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol u għall-opportunitajiet ta' żvilupp;

11.

Jinsab imħasseb dwar il-livelli mhux uniformi ta' illitteriżmu diġitali li ġabet magħha l-kriżi, b'ħafna nies jitħabtu ma' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data online bażika, iċ-ċibersigurtà u l-litteriżmu fl-informazzjoni; jenfasizza l-isfida partikolari tad-diżinformazzjoni u tal-aħbarijiet foloz f'dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza li l-ħiliet bażiċi tal-litteriżmu diġitali u tal-informazzjoni jiġu mgħallma permezz ta' approċċ ġenwin ta' tagħlim tul il-ħajja, u jissottolinja l-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess għat-tagħlim tal-ħiliet diġitali għall-anzjani u għall-persuni minn gruppi żvantaġġati; jitlob li jkun hemm inizjattivi Ewropej ta' litteriżmu diġitali fuq skala kbira, li għandhom ikunu ankrati fil-Pjan ta' Azzjoni rivedut għall-Edukazzjoni Diġitali;

12.

Iqis li t-tagħlima primarja li għandna nisiltu mill-kriżi hija li l-inklużjoni u l-opportunitajiet indaqs, kemm f'termini ta' aċċess kif ukoll ta' kwalità, iridu jitqiegħdu fil-qalba tal-politiki futuri tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ;

13.

Jissottolinja li l-kriżi wriet il-ħtieġa għal approċċ ta' bosta partijiet ikkonċernati u ta' kokreazzjoni għall-politika tal-edukazzjoni, li fih, l-għalliema u min iħarreġ, l-istudenti, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali, il-ġenituri, in-negozji, is-soċjetà ċivili, it-trade unions u l-awtoritajiet lokali jiġu inklużi kemm fit-tfassil kif ukoll fit-twassil; ifakkar li l-apprendiment iseħħ f'ambjenti formali, mhux formali u informali u li t-tfassil tal-politika jrid ikun immirat lejn dan l-approċċ b'diversi kuntesti;

14.

Huwa konvint li l-kriżi toffri opportunità għal riflessjoni profonda dwar l-orjentazzjoni futura tal-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-post tagħha fl-aġenda usa' ta' rkupru wara l-pandemija; jissottolinja r-rwol ċentrali li għandha l-edukazzjoni fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; ifakkar li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-iskejjel, tal-istituzzjonijiet tat-taħriġ u tal-universitajiet biex jixprunaw il-bidla;

15.

Jemmen, barra minn hekk, li issa wasal iż-żmien li l-kurrikuli u l-metodi ta' tagħlim jerġgħu jiġu kkunsidrati u modernizzati u li jitħaffef il-pass tal-bidla; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jħaddnu d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni u jibnu teknoloġiji ġodda u emerġenti, bħall-intelliġenza artifiċjali, il-blockchain, is-soluzzjonijiet adattivi tal-apprendiment u l-ludifikazzjoni, fis-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ b'mod intelliġenti, u ffukati fuq l-istudent; jissottolinja l-ħtieġa li l-impatt tat-teknoloġiji innovattivi fl-edukazzjoni jiġi studjat u li jiġu promossi eżempji tal-aħjar prattika fil-livell Ewropew; ifakkar fl-importanza tal-prinċipji legali u etiċi li jirfdu l-proprjetà intellettwali fil-kuntest tal-kontenut tal-edukazzjoni diġitali; jisħaq li l-użu tat-teknoloġiji diġitali għandu jiġi integrat fl-edukazzjoni minn età bikrija b'superviżjoni xierqa mill-adulti u mill-professjonisti u bl-ogħla standards ta' protezzjoni tad-data u tad-drittijiet tal-awtur;

16.

Jisħaq li m'hemm l-ebda sostituzzjoni għall-interazzjoni diretta bejn l-għalliema u dawk li qed jitgħallmu u li l-apprendiment b'mod fiżiku biss jista' jiżgura b'mod effettiv l-akkwist ta' ħiliet interpersonali u soċjali; iqis, għalhekk, li filwaqt li l-pandemija x'aktarx li twassal għal bidla għal mudell aktar ibridu ta' edukazzjoni li jgħaqqad l-apprendiment b'mod fiżiku fil-klassi ma' soluzzjonijiet ta' apprendiment elettroniku, l-apprendiment b'mod fiżiku għandu jibqa' fil-qalba tal-edukazzjoni u t-taħriġ; ifakkar fl-importanza tal--istudji umanistiċi u jemmen li dawn huma essenzjali biex jikkomplementaw is-suġġetti STEAM u l-ħiliet imprenditorjali;

17.

Iqis li kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar fost l-Istati Membri u politika tal-Unjoni aktar ambizzjuża dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ kienu jtejbu l-effikaċja tar-rispons għall-kriżi tal-COVID-19, u jħeġġeġ lill-Unjoni jkollha rwol ta' koordinazzjoni aktar attiv fil-futur;

18.

Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipproponi qafas politiku kuraġġuż għall-politika Ewropea futura dwar l-edukazzjoni, li jittrasforma ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni minn viżjoni sparpaljata bbażata fuq prinċipji wesgħin fi programm ta' ħidma konkret b'sett ta' objettivi li jistgħu jitkejlu, inkluż li r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki, diplomi u perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż isir realtà fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2025; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu approċċ kuraġġuż bl-istess mod għall-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali aġġornat, billi tibdel id-direzzjoni u minn ġabra ta' azzjonijiet differenti tmur għal strateġija sħiħa ta' ħiliet u edukazzjoni diġitali; jinsisti li l-Kummissjoni tinvolvi b'mod attiv lill-Parlament fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika;

19.

Jinsisti li l-politika Ewropea futura tal-edukazzjoni għandha tinbena madwar qafas ta' politika konġunt li jiżgura li l-inizjattivi ta' politika rilevanti – bħall-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet, iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Garanzija għat-Tfal – huma komplementari u jappoġġjaw miri ta' politika ġenerali ċari; iqis li d-dimensjoni edukattiva għandha tifforma parti mid-djalogu maċ-ċittadini, pereżempju fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa futura;

20.

Jinnota li l-progress lejn Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja huwa konsiderevolment aktar avvanzat minn proċessi simili f'setturi oħrajn tal-edukazzjoni; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni tiffoka aktar sforzi fuq setturi oħrajn tal-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, l-edukazzjoni fl-iskola, l-edukazzjoni għall-adulti, u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, permezz ta' approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja;

21.

Ifakkar li l-programm Erasmus+ huwa l-istrument ta' finanzjament primarju biex jappoġġja l-kostruzzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni; jissottolinja l-valur tal-għodod żviluppati bl-appoġġ ta' Erasmus+ għall-produzzjoni u l-kondiviżjoni tar-riżorsi tat-tagħlim, pereżempju permezz ta' ġemellaġġ elettroniku, u biex jiġi żviluppati moduli għat-taħriġ tal-għalliema, pereżempju permezz tal-iSchool Education Gateway; jemmen li dawn l-għodod għandhom jiżdiedu, jiġu ffinanzjati aħjar u jiġu promossi b'mod attiv fil-komunità edukattiva sabiex jagħmlu differenza reali fit-tagħlim u l-apprendiment online; ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-programm Erasmus+ biex jikkomplementa l-mobilità, iżda mhux jissostitwixxiha, b'għodod ta' apprendiment u kooperazzjoni virtwali; jiġbed l-attenzjoni għall-kontribut siewi ta' għadd ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji relatati mal-edukazzjoni (PPPAs) proposti mill-Parlament, u jitlob li l-PPPAs ta' suċċess jiġu integrati fil-politika u fil-programmi;

22.

Jisħaq, barra minn hekk, fuq il-kontribut potenzjali taċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali, DiscoverEU u l-inizjattivi tal-Universitajiet Ewropej għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-proposta riveduta tal-Kummissjoni dwar il-QFP, ta' Mejju 2020 – imnaqqsa saħansitra aktar mill-Kunsill Ewropew f'Lulju 2020 – tħalli lill-programm Erasmus+ mingħajr il-finanzjament meħtieġ biex jitwettqu dawn l-inizjattivi ewlenin mingħajr ma jkun hemm impatt fuq il-partijiet ewlenin tal-programm, b'mod partikolari l-espansjoni tal-opportunitajiet ta' mobilità għat-tagħlim u biex il-programm isir aktar inklużiv;

23.

Jinnota li firxa ta' programmi ta' finanzjament tal-Unjoni jistgħu jappoġġjaw il-politika tal-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza investimenti mmirati fl-infrastruttura u t-tagħmir diġitali għall-istabbilimenti edukattivi u għall-istudenti sabiex tippermetti l-apprendiment mill-bogħod u online, b'referenza speċifika għall-apparat diġitali u l-aċċess għall-internet f'żoni remoti u rurali; jenfasizza li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għandhom jintużaw għal dak il-għan;

24.

Jissottolinja li s-sistemi edukattivi ta' kwalità għolja jipprovdu l-bażi għall-kompetittività globali tal-UE, u jfakkar li sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ li jiffunzjonaw tajjeb jirrikjedu livelli għoljin ta' investiment pubbliku; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li politiki ambizzjużi mingħajr il-finanzjament korrispondenti stabbilit ma għandhomx kredibbiltà; jiddispjaċih ħafna li l-programmi soġġetti għal tnaqqis baġitarju fil-ftehim politiku dwar il-QFP li jmiss li ntlaħaq fil-Kunsill Ewropew ta' Lulju jinkludu speċifikament dawk li jappoġġjaw il-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ – b'mod partikolari l-Erasmus+, Orizzont Ewropa u l-Fond Soċjali Ewropew Plus; itenni s-sejħa tiegħu biex il-baġit tal-Erasmus+ jittripla meta mqabbel mal-baġit tal-QFP 2014-2020; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu ambizzjuż mill-fondi disponibbli permezz tal-pjan ta' rkupru biex jixprunaw l-investiment fl-edukazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu b'mod sinifikanti l-infiq pubbliku fuq l-edukazzjoni;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2020)0054.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0485.

(4)  ĠU C 28, 27.1.2020, p. 8.

(5)  Brookings Institution, April 2020.

(6)  Digital Economy and Society Index 2019.


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/157


P9_TA(2020)0283

L-obbligi tal-Kummissjoni fil-qasam tar-reċiproċità tal-viżi b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 dwar l-obbligi tal-Kummissjoni fil-qasam tar-reċiproċità tal-viżi b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806 (2020/2605(RSP))

(2021/C 404/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu (“il-mekkaniżmu ta' reċiproċità”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-obbligi tal-Kummissjoni fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 (2);

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjonijiet tan-nuqqas ta' reċiproċità tat-12 ta' April 2016 (COM(2016)0221), tat-13 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0481), tal-21 ta' Diċembru 2016 (COM(2016)0816), tat-2 ta' Mejju 2017 (COM(2017)0227), tal-20 ta' Diċembru 2017 (COM(2017)0813), tad-19 ta' Diċembru 2018 (COM(2018)0855), kif ukoll tal-aħħar komunikazzjoni tagħha tat-23 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tan-nuqqas ta' reċiproċità tal-politika tal-viża” (COM(2020)0119),

wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 80, 265 u 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar l-obbligi fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża, li sar fit-19 ta' Ottubru 2020,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-obbligi tal-Kummissjoni fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806 (O-000049/2020 – B9-0022/2020),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kriterju tar-reċiproċità tal-viża, bħala wieħed mill-kriterji li jiggwidaw il-politika tal-UE dwar il-viża, huwa ġeneralment mifhum li jfisser li ċ-ċittadini tal-UE għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet meta jivvjaġġaw lejn pajjiż terz li jiġu soġġetti għalihom iċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz meta jivvjaġġaw lejn l-UE;

B.

billi l-iskop tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità tal-viża huwa li tinkiseb tali reċiproċità tal-viża; billi l-politika dwar il-viża tal-UE tipprojbixxi li Stat Membru individwali jintroduċi ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz jekk dak il-pajjiż ikun elenkat fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1806 (pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża għal soġġorni qosra);

C.

billi l-mekkaniżmu ta' reċiproċità ġie rivedut fl-2013, fejn il-Parlament aġixxa ta' koleġiżlatur, minħabba li kien jeħtieġ li jiġi adattat fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq bażijiet legali sekondarji u “biex jipprovdi rispons mill-Unjoni bħala att ta' solidarjetà, jekk pajjiż terz elenkat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 japplika ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' għall-anqas Stat Membru wieħed” (Premessa 1 tar-Regolament (UE) Nru 1289/2013);

D.

billi l-mekkaniżmu ta' reċiproċità jistabbilixxi proċedura li tibda minn sitwazzjoni ta' nuqqas ta' reċiproċità bi skadenzi preċiżi u azzjonijiet li jridu jittieħdu bl-għan li tintemm sitwazzjoni ta' nuqqas ta' reċiproċità; billi l-loġika inerenti tiegħu tinkludi miżuri biex tiżdied is-severità vis-à-vis il-pajjiż terz ikkonċernat, inkluża, fl-aħħar mill-aħħar, is-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat (“fit-tieni fażi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità”);

E.

billi “sabiex jiġi żgurat l-involviment adegwat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-tieni fażi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, minħabba n-natura politika sensittiva tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u l-implikazzjonijiet orizzontali tagħha għall-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati ta' Schengen u l-Unjoni nnifisha, b'mod partikolari għar-relazzjonijiet esterni tagħhom u għall-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea [ġiet iddelegata] lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti elementi tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità” inkluża s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat;

F.

billi “l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jirtira d-delega” (Artikolu 290(2)(a) tat-TFUE);

G.

billi att delegat “jista' jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fiż-żmien stabbilit mill-att leġislattiv” (Artikolu 290(2)(b) tat-TFUE);

H.

billi l-Kummissjoni kkontestat l-għażla ta' atti delegati fit-tieni fażi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u billi l-Qorti kkunsidrat madankollu li l-għażla tal-leġiżlatur kienet korretta (Kawża C-88/14);

I.

billi l-mekkaniżmu b'hekk jassenja b'mod ċar l-obbligi u r-responsabbiltajiet lill-Parlament u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fil-fażijiet differenti tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità;

J.

billi l-kwistjoni kkonċernata hija għalhekk waħda ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE u waħda istituzzjonali peress li l-Parlament u l-Kunsill bħalissa huma mċaħħda mill-prerogattiva tagħhom ta' “involviment adegwat […] fit-tieni fażi ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità”;

K.

billi l-Kummissjoni m'għandhiex titħalla f'sitwazzjoni fejn id-dewmien u r-rifjut tagħha li timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE jistgħu jwasslu biex tiddgħajjef il-kredibbiltà tagħha bħala gwardjana tat-Trattati, iżda għandha tiġi mfakkra fl-obbligi istituzzjonali u ġuridiċi tagħha;

1.

Jirrepeti l-kunsiderazzjoni tiegħu li l-Kummissjoni hija ġuridikament obbligata tadotta att delegat – biex tissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkunux neħħew il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri tal-UE – fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifiki f'dan ir-rigward, liema skadenza ntemmet fit-12 ta' April 2016;

2.

Jitlob, abbażi tal-Artikolu 265 tat-TFUE, lill-Kummissjoni, tadotta l-att delegat meħtieġ sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 2.


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/159


P9_TA(2020)0284

L-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro fl-2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro fl-2020 (2020/2079(INI))

(2021/C 404/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 5 u l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 6, 9, 145, 148, 149, 151, 152, 153, 154, 155, 156, 158, 165, 166, 168, 174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu IV (Solidarjetà) tagħha u d-Direttiva 2000/43/KE (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-Għanijiet 1, 3, 4, 5, 8, 10 u 13,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta' Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/559 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi biex tiġi indirizzata t-tifqigħa ta' COVID-19 (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2020 bit-titolu “Rispons għall-coronavirus – L-użu ta' kull euro disponibbli b'kull mod possibbli għall-ħarsien tal-ħajja u tal-għajxien ta' kuljum” (COM(2020)0143),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Rispons ekonomiku kkoordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19” (COM(2020)0112),

wara li kkunsidra r-Rapport Tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bit-titolu “The COVID confinement measures and EU labour market” (Il-miżuri ta' konfinament minħabba l-COVID u s-swieq tax-xogħol tal-UE) li ġie ppubblikat fl-2020 u, b'mod partikolari, l-analiżi tiegħu tal-aktar evidenza riċenti disponibbli dwar ix-xejriet tat-telexogħol fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2019 bit-titolu “Tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa: Nieħdu kont erba' snin wara r-Rapport tal-Ħames Presidenti – Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għas-Summit tal-Euro tal-21 ta' Ġunju 2019” (COM(2019)0279),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 bit-titolu “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 dwar is-Semestru Ewropew 2020: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (COM(2020)0500),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (COM(2020)0123) u d-deċiżjoni tal-Kunsill sussegwenti tagħha tat-23 ta' Marzu 2020,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2020 għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward ta' linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2020)0070),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2017 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2017)0677), u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tad-19 ta' April 2018 (5),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1181 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (6),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2020 (COM(2019)0650),

wara li kkunsidra l-proposta għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2019 li takkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli għall-2020 (COM(2019)0653),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2019 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2019)0652),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2020” (COM(2019)0651),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2019 dwar l-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji għall-2020: Valutazzjoni Kumplessiva (COM(2019)0900),

wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2019-2024 li jmiss bit-titolu “Unjoni li tirsisti għal aktar – L-aġenda tiegħi għall-Ewropa”, ippreżentati mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen,

wara li kkunsidra t-tħabbira mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, bit-titolu “Unjoni li tirsisti għal aktar: L-aġenda tiegħi għall-Ewropa – linji gwida politiċi għall-kummissjoni ewropea li jmiss 2019-2024”: “biex kull tifel jew tifla fil-bżonn isib appoġġ, se noħloq il-garanzija Ewropea għat-tfal, li ssegwi l-idea proposta mill-Parlament Ewropew”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu “L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2017)0250), u b'mod partikolari l-Prinċipju 11, li jsaħħaħ l-importanza tal-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2020 dwar “L-isfidi demografiċi – it-triq 'il quddiem” (7),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja fil-kuntest tal-bidla demografika (11841/11),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu “Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu” (COM(2017)0252),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2018 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (COM(2018)0132),

wara li kkunsidra l-Pakkett ta' Investimenti Soċjali tal-Kummissjoni tal-2013, iddettaljat fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (COM(2013)0083),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 bit-titolu “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020” (COM(2011)0173) u r-rapporti sussegwenti tagħha ta' implimentazzjoni u evalwazzjoni,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (9),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (10),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 intitolata "Taking stock of the 2013 Recommendation on “Investing in children: breaking the cycle of disadvantage” (Rendikont tar-Rakkomandazzjoni tal-2013 dwar “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ”) (SWD(2017)0258),

wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku tal-Kummissjoni Favur l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 u l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 (11) dwar dan u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2013 dwar l-objettivi ta' Barċellona bit-titolu “L-iżvilupp tas-servizzi ta' akkoljenza tat-tfal żgħar fl-Ewropa għal tkabbir sostenibbli u inklusiv” (COM(2013)0322),

wara li kkunsidra l-miri ta' Barċellona dwar il-kura tat-tfal tal-2002, jiġifieri li sal-2010 tiġi pprovduta kura tat-tfal mill-inqas lil 90 % tat-tfal bejn it-tliet snin u l-età obbligatorja tal-iskola u mill-inqas lil 33 % tat-tfal taħt it-tliet snin,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 bit-titolu “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara” (COM(2016)0646),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu “It-Tisħiħ tal-Investimenti Ewropej għall-impjieġ u t-tkabbir: Lejn it-tieni fażi tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u pjan ġdid ta' Investiment Estern għall-Ewropa” (COM(2016)0581),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa – Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività” (COM(2016)0381),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titolu “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza” (COM(2020)0274),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva” (COM(2016)0356),

wara li kkunsidra l-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari (id-Direttivi (UE) 2018/849 (12), (UE) 2018/850 (13), (UE) 2018/851 (14) u (UE) 2018/852 (15)),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss” (COM(2016)0359),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 2012 bit-titolu “Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli” (COM(2012)0055),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 bit-titolu “Is-Solidarjetà fis-Saħħa: It-tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-Settur tas-Saħħa fl-UE” (COM(2009)0567),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa (15071/15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro (16),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar (21),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar faqar: perspettiva tal-ġeneru (24),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' xogħol mhux iddikjarat (25),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 (26),

wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-OECD u l-Kummissjoni Ewropea dwar “L-Istat tas-Saħħa fl-UE” u r-rapport relatat “Health at a glance: Ewropa 2018” (Ħasra lejn is-saħħa: Ewropea 2018),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2018 tal-Kummissjoni dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet: l-adegwatezza attwali u futura tal-introjtu fix-xjuħija fl-UE, ippubblikat fis-26 ta' April 2018,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni dwar it-Tixjiħ 2018: Projezzjonijiet Ekonomiċi u Baġitarji għall-Istati Membri tal-UE (2016-2070), li ġie ppubblikat fit-28 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-Proċess ta' Turin, li tnieda fl-2014 u li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sistema tat-trattat tal-Karta Soċjali Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa u fir-relazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE (27),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19 (28),

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ta' Settembru 2015 dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2014 lill-Kumitat,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (id-Direttiva dwar it-Trattament Ugwali) (29), u l-Artikolu 141 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1992), dwar il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-2014,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażata fuq ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018, u l-mira tal-Ewropa 2020 li jitnaqqas it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ għal inqas minn 10 %,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Feasibility Study for a Child Guarantee – final report” (Studju ta' Fattibbiltà għal Garanzija għat-Tfal – rapport finali) ta' Marzu 2020,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-Qorti tal-Awdituri ta' April 2017 bit-titolu: “Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titolu “L-Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ: pont għall-impjiegi għall-ġenerazzjoni li jmiss” (COM(2020)0276),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) (30),

wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa 2020,

wara li kkunsidra l-istudju tan-Network Ewropew tal-Politika Soċjali bit-titolu “In-work poverty in Europe: A study of national policies” (Il-faqar fl-impjiegi fl-Ewropa: studju ta' politiki nazzjonali), ippubblikat f'Mejju 2019,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2018 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (14582/18),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (31),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protezzjoni Ewropea tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 (32),

wara li kkunsidra t-tbassir ekonomiku għas-Sajf 2020 tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Identifying Europe's recovery needs” (Nidentifikaw il-ħtiġijiet ta' rkupru tal-Ewropa) (SWD(2020)0098),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa tat-18 ta' Frar 2020 (6192/20),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0183/2020),

A.

billi l-UE daħlet fl-akbar reċessjoni ekonomika fl-istorja tagħha u li l-attività ekonomika fl-Ewropa naqset b'rati straordinarjament baxxi; billi skont it-tbassir Ekonomiku tas-Sajf 2020, il-PDG tal-UE fl-2020 huwa previst li jonqos b'madwar 8,3 % u ż-żona tal-euro bi 8,7 %;

B.

billi l-kriżi tal-COVID-19 ipproduċiet xokk simetriku li jaffettwa lill-Istati Membri kollha, għalkemm l-impatt tagħha mhux se jkun uniformi u se jkun aktar qawwi fuq aktar minn 109 miljun ċittadin li diġà kienu jgħixu fir-riskju ta' faqar qabel il-pandemija; billi l-kriżi poġġiet lis-sistemi ta' protezzjoni soċjali taħt pressjoni kbira biex itaffu l-impatt soċjali tal-kriżi u biex jiżguraw kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti għal kulħadd kif ukoll aċċess għal servizzi essenzjali bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni; billi l-kriżi tal-COVID-19 aktarx se żżid l-inugwaljanzi eżistenti, u teħtieġ rispons Ewropew u kkoordinat sabiex tiżgura koeżjoni soċjali u territorjali;

C.

billi l-kriżi attwali tinvolvi wkoll ir-riskju li jitwessgħu d-differenzi reġjonali u territorjali bejn l-Istati Membri u fihom;

D.

billi l-koordinazzjoni effettiva tal-politika ekonomika, soċjali u tas-saħħa Ewropea mas-Semestru Ewropew u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-qalba tagħha hija kruċjali biex jittaffew l-effetti tal-kriżi u jiġi żgurat irkupru ekonomikament innovattiv, soċjalment ġust u ekoloġikament responsabbli; billi involviment akbar min-naħa tal-Parlament Ewropew isaħħaħ is-sorveljanza demokratika tas-Semestru;

E.

billi d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 2020 attivat il-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir li tippermetti l-flessibbiltà meħtieġa biex jittieħdu l-miżuri kollha sabiex jiġu appoġġjati l-ekonomiji u s-sistemi tas-saħħa; billi l-investimenti soċjali huma essenzjali biex jiżguraw żvilupp sostenibbli, qerda tal-faqar u soċjetajiet inklużivi;

F.

billi ċerti għażliet politiċi u investimenti restrittivi wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika kellhom konsegwenzi negattivi fuq il-livell ta' protezzjoni pprovdut minn sistemi soċjali u tal-kura tas-saħħa, li f'ċerti każijiet ma kellhomx biżżejjed fondi, li ma kinux kapaċi jnaqqsu b'mod adegwat il-fqar u l-inugwaljanzi, u aggravaw l-effetti tal-pandemija f'ċerti Stati Membri;

G.

billi huma meħtieġa miżuri u investimenti deċiżivi għal irkupru mgħaġġel li għandu jiffoka fuq il-mitigazzjoni tal-effetti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija, sabiex terġa' tinbeda l-attività ekonomika, jerġgħu jitrawmu l-iżvilupp sostenibbli, it-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali u jiġu implimentati l-SDGs tan-Nazzjonijiet Uniti, l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) sabiex jinkisbu stati ta' benesseri aktar effettivi u aktar b'saħħithom;

H.

billi biex jibbenefikaw mill-Faċilità proposta għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom ikunu annessi mal-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom billi jqisu s-sejbiet tas-Semestru Ewropew, kif ukoll il-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima u pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, u jirrapportaw dwar il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; billi l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet speċifiċi ta' progress soċjali b'miri ċari li jiddeskrivu fejn se jkun immirat l-investiment soċjali u kif il-prinċipji tal-EPSR se jiġu implimentati wara l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-EPSR imħabbar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea;

I.

billi riformi soċjalment sostenibbli huma dawk ibbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali, id-distribuzzjoni ġusta tal-ġid, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, sistema ta' edukazzjoni pubblika ta' kwalità għolja għal kulħadd, impjieg ta' kwalità u t-tkabbir sostenibbli – mudell li jiżgura l-ugwaljanza u l-protezzjoni soċjali, jagħti s-setgħa lill-gruppi vulnerabbli, isaħħaħ il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza u jtejjeb l-istandards tal-għajxien għal kulħadd; billi sistemi ta' protezzjoni soċjali rinfurzati huma kruċjali għall-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi, kif ukoll biex jiġi appoġġjat it-tkabbir inklużiv u sostenibbli;

J.

billi skont id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta' rkupru tal-Ewropa, l-aktar ħtieġa soċjali urġenti hija l-indirizzar tal-qgħad; billi, il-Kummissjoni f'dan id-dokument tistma li l-investiment meħtieġ għall-infrastruttura soċjali se jkun EUR 192 biljun;

K.

billi r-rata tal-qgħad taż-żona tal-euro hija mistennija li tiżdied minn 7,5 % fl-2019 għal madwar 9,5 % fl-2020, b'differenzi sostanzjali fost l-Istati Membri; billi l-qgħad huwa mistenni li jiżdied b'mod irregolari bejn is-setturi, il-ġeneri, l-età u l-gruppi soċjoekonomiċi; billi l-iskemi nazzjonali ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, is-sussidji tal-pagi u l-appoġġ għan-negozji, appoġġjati minn miżuri Ewropej, jippermettu li jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi u jinżammu l-biċċa l-kbira tal-pagi; billi bosta impjiegi jibqgħu mhedda serjament fuq perjodu medju, u se jkun meħtieġ sforz sinifikanti biex jiġi indirizzat il-qgħad; billi, fil-futur, l-iskema Ewropea ta' riassigurazzjoni tal-qgħad tista' tillimita dawn id-differenzi billi tgħin lill-Istati Membri jkopru l-ispejjeż relatati direttament mal-ħolqien jew l-estensjoni ta' skemi nazzjonali ta' xogħol għal żmien qasir;

L.

billi fl-ewwel nofs tal-2020, is-suq tax-xogħol fiż-żona tal-euro għadda minn deterjorament qawwi kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri meħuda biex din tiġi kkontrollata; billi t-tnaqqis fl-impjieg b'madwar 4 % fl-2020 jaħbi deterjorament aktar sostanzjali fl-għadd ta' sigħat maħduma, billi l-impjegati fi skemi ta' xogħol għal żmien qasir huma de facto qiegħda iżda jibqgħu impjegati għal finijiet ta' statistika; billi, biex persuna titqies bħala qiegħda, trid tkun disponibbli għas-suq tax-xogħol, li ma kienx possibbli kullimkien waqt lockdowns stretti, u ħafna persuni li ma kellhomx rabta soda mas-suq tax-xogħol ġew skoraġġuti wkoll milli jfittxu xogħol b'mod attiv u għalhekk ma tqisux bħala qiegħda;

M.

billi l-piż ta' dan id-deterjorament tas-suq tax-xogħol jinġarr b'mod mhux uniformi fil-kategoriji tas-suq tax-xogħol kollha; billi l-ħaddiema b'kundizzjonijiet tax-xogħol u kuntratti prekarji, inklużi ħaddiema b'kuntratt u ħaddiema impjegati permezz ta' aġenziji temporanji kienu l-ewwel li tilfu l-impjieg tagħhom; billi ħafna drabi ma jkunux jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, ma jkollhom l-ebda sigurtà tal-impjieg u protezzjoni tal-assigurazzjoni soċjali jew ikollhom ftit biss minnhom, u jiffaċċjaw riskji ogħla għas-saħħa u s-sikurezza; billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ żdiedet aktar mir-rata kumplessiva u l-persuni li jaħdmu għal rashom sofrew ħafna wkoll minħabba l-lockdowns;

N.

billi r-responsabbiltà primarja għall-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija tal-Istati Membri f'termini tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' oqfsa regolatorji tas-suq tax-xogħol, sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol;

O.

billi skont it-tbassir tas-Sajf 2020, bosta fatturi huma mistennija jnaqqsu r-ritorn tas-suq tax-xogħol għas-sitwazzjoni ta' qabel il-pandemija tiegħu, pereżempju skemi ta' sussidji ta' xogħol għal żmien limitat; billi fil-każ ta' perjodu twil ta' attività ekonomika dgħajfa u b'kunsiderazzjoni tan-numru dejjem jiżdied ta' azjendi li huma mistennija li jnaqqsu l-attivitajiet tagħhom jew li jfallu, l-iskemi ma jistgħux jipprevjenu kompletament żieda eventwali fil-qgħad; billi ż-żieda mistennija fir-rati tal-qgħad madwar l-UE tista' tkun partikolarment diffiċli biex tingħeleb fl-Istati Membri fejn il-qgħad kien diġà relattivament għoli qabel il-bidu tal-pandemija, fejn l-irkupru ekonomiku huwa mistenni li jkun bil-mod, jew fejn is-swieq tax-xogħol u x-xbieki tas-sikurezza soċjali huma nieqsa mill-effiċjenza u l-effettività;

P.

billi skont l-Eurostat, fl-2018, kien hemm 8,3 miljun ħaddiem part-time qiegħda fl-UE-28, 7,6 miljun persuna kienu disponibbli biex jaħdmu, iżda ma kinux qed ifittxu impjieg, u 2,2 miljun oħra kienu qed ifittxu impjieg, mingħajr ma setgħu jibdew jaħdmu fi żmien qasir; billi fl-2018 fl-UE-28 total ta' 18,1 miljun persuna esperjenzaw sitwazzjonijiet li jixbhu l-qgħad;

Q.

billi bejn l-2002 u l-2018, is-sehem tal-UE fl-impjiegi b'pagi medji naqas bi 13-il punt perċentwali;

R.

billi l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi strutturali fis-suq tax-xogħol, bħall-parteċipazzjoni baxxa kif ukoll diskrepanzi bejn il-ħiliet u l-kwalifiki; billi hemm ħtieġa li dejjem qed tiżdied ta' miżuri konkreti għall-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema inattivi biex jintlaħqu d-domandi tas-suq tax-xogħol;

S.

billi d-deterjorament fis-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol hija mbassra li tillimita ż-żidiet fil-pagi u s-salarji u ddgħajjef il-poter tan-negozjar tal-ħaddiema; billi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma strumenti ewlenin għall-impjegaturi u t-trade unions biex jistabbilixxu pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u sistemi b'saħħithom ta' negozjar kollettiv iżidu r-reżiljenza tal-Istati Membri fi żminijiet ta' kriżi ekonomika;

T.

billi d-dritt għal negozjar kollettiv huwa kwistjoni li tikkonċerna l-ħaddiema Ewropej kollha, b'implikazzjonijiet kruċjali għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt, inkluż ir-rispett għad-drittijiet soċjali fundamentali, u n-negozjar kollettiv; billi n-negozjar kollettiv huwa dritt fundamentali Ewropew, u l-istituzzjonijiet Ewropej huma marbuta li jirrispettawh bl-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi, f'dan il-kuntest, politiki li jirrispettaw, jippromwovu u jsaħħu n-negozjar kollettiv u l-pożizzjoni tal-ħaddiema fis-sistemi tal-istabbiliment tal-pagi għandhom rwol kritiku fil-kisba ta' kundizzjonijiet ta' xogħol ta' kwalità għolja;

U.

billi mis-sena 2000 il-kopertura tan-negozjar kollettiv iddeterjorat f'22 minn 27 Stat Membru; billi l-livell medju ta' sħubija fl-unjoni madwar l-Unjoni Ewropea huwa ta' madwar 23 %, b'differenzi kbar fost l-Istati Membri, li jvarjaw minn 74 % sa 8 %;

V.

billi pagi li jiżguraw livell ta' għajxien deċenti, sistemi ta' negozjar kollettiv b'saħħithom, demokrazija fuq il-post tax-xogħol, trasparenza fil-pagi, sigħat tax-xogħol prevedibbli, arranġamenti flessibbli tax-xogħol, protezzjoni soċjali adegwata, u investiment fis-servizzi pubbliċi jistgħu jnaqqsu l-faqar fost dawk li jaħdmu, inaqqsu l-inugwaljanzi soċjali u tas-saħħa, u jiġġeneraw id-domanda u jtejbu s-saħħa u l-benesseri;

W.

billi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1948 tirrikonoxxi l-ħtieġa li l-ħaddiema jaqilgħu paga li tiggarantixxi l-għajxien, kif ukoll il-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, stabbilita fl-1919; billi, skont id-definizzjoni tal-Eurofound, paga tal-għajxien hija l-ammont ta' introjtu meħtieġ biex impjegat jiġi pprovdut bi standard ta' għajxien bażiku iżda soċjalment aċċettabbli; billi l-pagi minimi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jibqgħu taħt is-soll tal-faqar;

X.

billi l-kriżi se jkollha impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet soċjali, li taffettwa b'mod partikolari lin-nisa, lill-familji bi dħul baxx u lill-familji, lill-anzjani, lill-minoranzi u lil gruppi vulnerabbli oħra, li jirriżulta f'aktar inugwaljanzi, fraġilità, faqar, qgħad u diverġenzi soċjali, kif ukoll idgħajjef l-istandards soċjali u tal-impjiegi fl-Ewropa; billi, fost l-oħrajn, iż-żgħażagħ, il-ħaddiema b'kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, b'kuntratti mhux standard u temporanji, il-persuni bi kwalifiki baxxi, il-ħaddiema part-time involontarji u dawk li jaħdmu għal rashom, u l-ħaddiema tal-pjattaformi u l-migranti huma fl-akbar riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom u li jispiċċaw fil-faqar; billi ħafna ħaddiema f'okkupazzjonijiet essenzjali fir-rispons tal-ewwel linja għall-pandemija tal-COVID-19 jagħmlu parti minn dawn il-kategoriji vulnerabbli;

Y.

billi l-kriżi wriet li kull ħaddiem huwa essenzjali, u li jekk is-soċjetajiet tagħna qed jiffunzjonaw f'konfinament, dan mhux biss grazzi għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, ir-riċerkaturi u l-forzi tas-sigurtà iżda fil-biċċa l-kbira wkoll għal dawk li jnaddfu, il-ħaddiema tat-trasport, il-kaxxiera tas-supermarkets, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura, il-ħaddiema tal-kunsinna, il-ħaddiema domestiċi, il-ħaddiema tal-pjattaforma, il-ħaddiema f'ċentri telefoniċi, il-ħaddiema tal-ikel u agrikoli, is-sajjieda u ħafna oħrajn li l-kontributi tagħhom huma indispensabbli; billi ta' spiss dawn il-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u pagi baxxi u f'ħafna setturi l-biċċa l-kbira tagħhom ikunu nisa;

Z.

billi d-differenzi fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel baqgħu jippersistu u huma f'riskju li jkomplu jikbru bil-kriżi tal-COVID-19; billi fl-UE kollha, in-nisa għadhom jaqilgħu bħala medja 16 % inqas mill-irġiel u d-differenza fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa hija ta' madwar 37,2 % fl-UE;

AA.

billi fl-UE, id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba raġunijiet ta' età, sess, identità tal-ġeneru, diżabilità, oriġini etnika jew razzjali, reliġjon jew twemmin, jew orjentazzjoni sesswali, hija pprojbita, u kulħadd għandu dritt għal trattament ugwali fir-reklutaġġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-promozzjoni, il-paga, l-aċċess għal taħriġ u l-pensjonijiet professjonali;

AB.

billi fid-deċennju li jmiss, il-polarizzazzjoni tax-xogħol hija mistennija li tkompli tikber, u l-impjiegi fl-ispettru tal-ħiliet ta' livell ogħla u aktar baxx huma mistennija jikbru; billi din ix-xejra x'aktarx tkun aktar imsaħħa mill-pandemija; billi t-tassazzjoni progressiva hija prekundizzjoni meħtieġa biex tnaqqas l-inugwaljanza kumplessiva, u tiffinanzja stati ta' benesseri li jiffunzjonaw tajjeb;

AC.

billi d-dinja tax-xogħol għaddejja minn bidla trasformattiva xprunata mill-innovazzjoni teknoloġika, id-diġitalizzazzjoni, il-bidliet demografiċi, it-tibdil fil-klima, u l-globalizzazzjoni; billi, barra minn hekk, il-kriżi attwali kellha impatt enormi fuq id-drawwiet tax-xogħol tagħna; billi l-użu tat-teknoloġiji diġitali u l-promozzjoni tagħhom b'mod inklużiv huma ta' benefiċċju ekonomiku u soċjali fit-tul, jistgħu jżidu l-kompetittività u joħolqu opportunitajiet ta' xogħol, iżda joħolqu wkoll sfidi, bħall-iżolament soċjali, l-esklużjoni diġitali, iż-żieda fl-inugwaljanzi, il-protezzjoni tad-data, id-deterjorament tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tax-xogħol tal-ħaddiema, kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom; billi l-investiment fil-ħiliet diġitali, il-kwalifiki u t-taħriġ formali għall-adulti jsaħħaħ l-impjegabbiltà tal-ħaddiema, l-iżviluppi fil-pagi u l-kompetittività tan-negozji; billi l-isfidi globali msemmija hawn fuq jeħtieġu tranżizzjoni ġusta sabiex ħadd ma jitħalla barra;

AD.

billi l-moviment liberu tal-ħaddiema huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern;

AE.

billi l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-2013 tal-UE dwar l-investiment fit-tfal ma tatx ir-riżultati mwiegħda; billi s-Semestru Ewropew ma pprijoritizzax biżżejjed l-indirizzar kontra l-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali u l-fondi tal-UE ma ntużawx daqshekk estensivament jew strateġikament kif setgħu jintużaw; billi l-introduzzjoni ta' garanzija għat-tfal tal-UE b'miri konkreti tkun mod effettiv biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu impenn politiku ta' livell għoli biex jiggarantixxu d-drittijiet soċjali tat-tfal, b'mod partikolari dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, u biex jiġġieldu l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali;

AF.

billi l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa għandhom l-għeruq tagħhom fl-inugwaljanzi soċjali, u huma marbuta b'mod partikolari mal-ġeneri, l-istandards edukattivi, l-impjiegi, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni u l-aċċess inugwali għall-assistenza medika, il-prevenzjoni tal-mard u s-servizzi tal-promozzjoni tas-saħħa;

AG.

billi fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni jrid ikun assigurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

AH.

billi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri teżisti varjetà ta' skemi ta' introjtu minimu sabiex tiġi stabbilita xibka ta' sikurezza għal dawk li jgħixu f'riskju ta' faqar;

AI.

billi l-persuni mingħajr dar żdiedu b'mod konsistenti f'ħafna mill-Istati Membri matul l-aħħar għaxar snin; billi mill-inqas 700 000 persuna fl-UE huma mingħajr dar fi kwalunkwe lejl, 70 % aktar minn għaxar snin ilu; billi l-COVID-19 wera li l-problema ta' persuni mingħajr dar hija kemm kriżi soċjali kif ukoll pubblika;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija politika biex tissostitwixxi l-Ewropa 2020 li għandha l-għan li teqred il-faqar, li tiġbor flimkien strumenti ewlenin bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u s-Semestru Ewropew b'viżjoni aktar fit-tul ta' ekonomija tal-benesseri u s-sostenibbiltà tal-ambjent u l-mudelli soċjali tagħna, f'konformità mal-SDGs tan-NU;

2.

Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) tal-2020; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Istati Membri għamlu progress limitat jew m'għamlu l-ebda progress f'sitta mill-10 CSRs indirizzati lilhom fl-2019, u li l-progress jibqa' mhux uniformi fl-Istati Membri u fl-oqsma ta' politika, u l-progress kien partikolarment bil-mod fit-twessigħ tal-bażi għat-taxxa, kif ukoll fis-saħħa u l-kura fit-tul; jissottolinja li s-CSRs għandhom ikunu koerenti mal-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-UE; jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-CSRs hija kruċjali għat-trawwim tal-inklużjoni soċjali u t-titjib tad-drittijiet soċjali, u biex jinkisbu impjiegi sħaħ u ta' kwalità u tranżizzjoni soċjalment ġusta; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, irrispettivament mis-sħubija tagħhom fiż-żona tal-euro, biex jimplimentaw aħjar ir-rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-impjiegi u l-kwistjonijiet soċjali; jenfasizza li billi nitgħallmu mill-kriżi preċedenti u nirreaġixxu għall-kriżi ekonomika u soċjali tal-COVID-19, is-CSRs għandhom jippromwovu r-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol, isaħħu r-reżiljenza tal-politiki ekonomiċi tagħna u jappoġġjaw lis-servizzi pubbliċi tagħna;

3.

Jinsab imħasseb dwar l-effetti soċjali devastanti tal-kriżi tal-COVID-19, b'mod partikolari fuq in-nisa, il-familji bi dħul baxx u l-familji u l-gruppi vulnerabbli, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, ir-refuġjati u l-migranti kif ukoll il-ħaddiema li jinsabu fuq quddiem nett matul il-kriżi, li jkomplu jżidu l-inugwaljanzi li kienu jeżistu qabel u joħolqu oħrajn ġodda, u jistgħu jheddu l-istandards soċjali u tal-impjiegi fl-Ewropa; jenfasizza li rispons Ewropew deċiżiv u kkoordinat biss se jgħin biex itaffi l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi attwali u juri li l-UE hija proġett indispensabbli bbażat fuq il-ġustizzja soċjali, is-solidarjetà u l-integrazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jipproteġu bis-sħiħ id-drittijiet soċjali tan-nies, u jenfasizza r-rwol ewlieni li l-pakkett tal-Assistenza għall-Irkupru għall-Koeżjoni u t-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU) għandu jkollu biex jgħin lil dawk l-aktar żvantaġġati billi jiżgura finanzjament adegwat mill-Fond Ewropew ta' Għajnuna għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), fl-appoġġ għall-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) kif ukoll fit-trawwim tal-koeżjoni tal-UE, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi;

4.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Istati Membri li jattivaw il-klawżola liberatorja ġenerali biex jipprovdu aktar flessibbiltà biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u s-sistemi ta' protezzjoni ċivili, jippreservaw l-impjiegi, jappoġġaw irkupru robust u jistabbilizzaw l-ekonomija tas-suq soċjali Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ minn din il-flessibbiltà fiskali biex jipprevjenu u jimmitigaw il-konsgewenzi soċjali tal-kriżi, isaħħu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, jiffinanzjaw xogħlijiet ta' kwalità, servizzi pubbliċi, il-ġlieda kontra l-faqar u t-tranżizzjoni ekoloġika; jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni tat-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika wiesgħa mal-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiġu eżaminati d-direzzjonijiet possibbli tal-iżvilupp tar-regoli fiskali tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jipparteċipaw fid-diskussjoni sabiex jinkoraġġixxu investiment soċjali sostenibbli li jsaħħaħ it-tkabbir filwaqt li tinżamm is-sostenibbiltà fiskali;

5.

Jenfasizza l-importanza ta' proċedura baġitarja soda u responsabbli, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-investiment b'reazzjoni għall-kriżi tas-saħħa, speċjalment l-investiment fis-sistemi tal-edukazzjoni, soċjali u tal-kura tas-saħħa; jirrimarka li s-Semestru Ewropew għad m'għandux aġenda għall-monitoraġġ u l-indirizzar taż-żieda fl-inugwaljanzi fl-Ewropa; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tivvaluta aħjar l-impatt distributtiv tal-politiki pubbliċi u l-iżbilanċi f'termini ta' tqassim tal-introjtu u tal-ġid, anki permezz ta' rapporti ta' reviżjoni fil-fond individwali (IDR) jekk jinstabu dawn l-iżbilanċi, bħala mod li jgħaqqad il-koordinazzjoni ekonomika mal-impjieg u l-prestazzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tistudja liema għandhom ikunu l-indikaturi l-aktar preċiżi tal-inugwaljanza ekonomika, u timmonitorja l-evoluzzjoni tal-inugwaljanzi;

6.

Jilqa' n-Next Generation EU, il-pjan ta' rkupru tal-UE; jappella għal approċċ ibbilanċjat bejn it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali minn naħa, u l-edukazzjoni u l-infrastruttura soċjali u tal-kura tas-saħħa min-naħa l-oħra; jinsisti li l-pjan ta' rkupru jrid ikun kompletament konformi mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-SDGs tan-NU u l-Patt Ekoloġiku Ewropew; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-klawżola liberatorja ġenerali u jinvestu fin-nies u fis-sistemi ta' protezzjoni soċjali, u jappoġġjaw kumpaniji vijabbli f'diffikultajiet sabiex jissalvagwardjaw ix-xogħlijiet u l-pagi; jappella għal pjanijiet ta' progress soċjali speċifiċi biex jiġu żgurati stati soċjali aktar effettivi, ekwitabbli u aktar b'saħħithom; jitlob qafas finanzjarju pluriennali (QFP) ambizzjuż, imsaħħaħ b'riżorsi proprji ġodda, u jirrifjuta kwalunkwe tnaqqis fil-finanzjament għal programmi ffokati fuq il-koeżjoni, bħall-FSE+;

7.

Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) u l-kisba tal-SDGs tan-NU, inkluż fil-kuntest tal-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa, sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali, il-koeżjoni soċjali u l-prosperità għal kulħadd; huwa mħasseb li fil-kriżi attwali s-sistemi tal-protezzjoni soċjali qed jesperjenzaw pressjoni mingħajr preċedent u li n-nefqa pubblika relatata se tiżdied b'mod esponenzjali; jenfasizza li sabiex jitħeġġeġ l-ikupru, l-isforz ta' investiment tal-UE permezz tal-Pjan ta' Rkupru u l-QFP għandu jistimula t-tkabbir ekonomiku b'dimensjoni soċjali b'saħħitha, b'mod partikolari billi jissaħħu s-sistemi ta' sigurtà soċjali u jsir investiment f'sistemi tas-sigurtà soċjali stabbli, kura tas-saħħa, edukazzjoni, akkomodazzjoni, impjiegi, kultura, ġustizzja u servizzi soċjali pubbliċi adegwati u aċċessibbli bl-għan li jiġi miġġieled l-impatt soċjali tal-kriżi u jinqered il-faqar;

8.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal SURE bħala miżura ta' emerġenza biex tappoġġja l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, u, bħala riżultat, iżżid l-opportunitajiet tal-kumpaniji li jiksbu l-likwidità meħtieġa biex ikomplu l-attività ekonomika u jissalvagwardjaw ix-xogħlijiet; jieħu nota tan-natura temporanja tal-istrument; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, teżamina l-possibbiltà ta' strument speċjali permanenti li jiġi attivat – fuq talba tal-Istati Membri – f'każ ta' kriżi mhux mistennija li twassal għal żieda kostanti fin-nefqa għal skemi ta' xogħol għal żmien qasir u miżuri simili;

9.

Jissottolinja l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex timmobilizza l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'reazzjoni għall-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex jibagħtu malajr talbiet għal finanzjament lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-ħaddiema Ewropej, li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-COVID-19, biex jintuża għat-taħriġ mill-ġdid, il-kwalifikazzjoni mill-ġdid u r-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-assistenza finanzjarja tingħata biss lil impriżi li mhumiex irreġistrati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal skopijiet ta' taxxa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-benefiċjarji jikkonformaw mal-valuri fundamentali minquxa fit-Trattati, u li l-kumpaniji li jirċievu appoġġ finanzjarju pubbliku jipproteġu lill-ħaddiema, jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, jirrispettaw it-trade unions u l-ftehimiet kollettivi applikabbli, iħallsu s-sehem tagħhom tat-taxxi, u joqogħdu lura milli jixtru l-ishma lura jew iħallsu bonusijiet lill-maniġment jew dividendi lill-azzjonisti;

11.

Jenfasizza r-rwol ċentrali tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali fis-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ it-tabella ta' valutazzjoni, li tirrifletti l-20 prinċipju kollha tal-EPSR, u tiżviluppa miri soċjali, inkluż dwar it-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll metodu biex tintegra l-aspetti soċjali tal-fatturi Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza (ESG); jenfasizza l-importanza ta' evalwazzjonijiet ex ante kif ukoll ta' evalwazzjonijiet ex post bir-reqqa tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma;

12.

Jinsab imħasseb dwar l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 li qed taffettwa b'mod negattiv is-suq tax-xogħol Ewropew, u dwar it-telf ta' impjiegi mingħajr preċedent, speċjalment f'setturi strateġiċi, kif ukoll dwar iż-żieda assoċjata fil-faqar u fid-diverġenzi fl-istandards tal-għajxien, li se jaffettwaw b'mod speċjali liż-żgħażagħ, lin-nisa u lill-ħaddiema f'pożizzjonijiet bi ftit kwalifiki, fl-ekonomija informali u fl-impjiegi prekarji; ifakkar lill-President tat-tħabbira tal-Kummissjoni li se tiġi ppreżentata skema ta' riassigurazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri għaż-żamma tal-impjiegi u jippromwovu arranġamenti flessibbli tax-xogħol sabiex jippreservaw l-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri jinvestu b'mod adegwat f'politiki tas-suq tax-xogħol attivi u effettivi, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fit-tagħlim tul il-ħajja, u jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti ta' finanzjament eżistenti u ġodda tal-UE biex jipprevjenu l-qgħad fit-tul, speċjalment f'dawk ir-reġjuni li jsofri minn żvantaġġi demografiċi sinifikanti, bħaż-żoni rurali; iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu wkoll opportunitajiet ġodda ta' impjieg, inkluż permezz ta' programmi ta' investiment pubbliku u ta' impjiegi, u jsaħħu r-rwol tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi b'enfasi speċjali fuq l-għajnuna liż-żgħażagħ, lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni li jiffaċċjaw diskriminazzjoni biex jidħlu fis-suq tax-xogħol;

13.

Jinnota bi tħassib kbir il-livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u l-fraġilità tal-kuntratti ta' xogħol tal-ħaddiema żgħażagħ, b'mod partikolari f'setturi milquta serjament mill-COVID-19; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, billi jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji attwali u ġodda bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ u Erasmus+; jappella għal Garanzija għaż-Żgħażagħ aktar effettiva u inklużiva b'enfasi speċjali fuq impjiegi ta' kwalità b'remunerazzjoni deċenti, b'mod partikolari mmirata lejn dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pandemija tal-COVID-19 ma taggravax il-pożizzjoni ta' dawk il-gruppi l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, bħall-persuni li jindukraw b'mod informali, il-persuni b'mard fit-tul, b'diżabilità, bi problemi ta' saħħa jew b'mard kroniku kumpless, il-migranti u r-refuġjati, u l-persuni minn minoritajiet etniċi u reliġjużi;

15.

Jenfasizza li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom rwol importanti għall-iżvilupp sostenibbli u inklużiv, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-SMEs u l-ħaddiema tagħhom fl-irkupru tal-attività ekonomika kif ukoll it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar diġitali u aktar ekoloġika;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv l-iżvilupp tal-ekonomiji ċirkolari u soċjali, irawmu l-innovazzjoni soċjali u l-intrapriżi soċjali, isaħħu s-sostenibbiltà tagħhom, u jħeġġu forom ta' xogħol li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol ta' kwalità;

17.

Jemmen li sabiex tinżamm u tiżdied il-kompetittività globali, il-qafas regolatorju tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri jeħtieġ li jkun ċar, sempliċi u flessibbli filwaqt li jżomm l-istandards għoljin tax-xogħol;

18.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Pjan ta' Rkupru tal-UE teħtieġ djalogu soċjali xieraq fil-livelli kollha bl-involviment effettiv tas-sħab soċjali, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema u t-trade unions, kif ukoll in-negozjar kollettiv u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, li huma għodod fundamentali għad-demokrazija u l-inklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-bini tal-kapaċità tas-sħab soċjali, inkluż permezz tal-FSE+ sabiex isaħħu d-densità tat-trade unions, id-djalogu soċjali, in-negozjar kollettiv, u l-involviment tal-ħaddiema fi kwistjonijiet tal-kumpaniji, u jirrispettaw il-ftehimiet kollettivi fl-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ukoll li s-sħab soċjali jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil tal-politika, inkluż is-Semestru Ewropew;

19.

Jilqa' l-konsultazzjoni tat-tieni fażi tal-Kummissjoni mas-sħab soċjali dwar qafas tal-UE għall-pagi minimi; jinnota li l-pagi deċenti huma importanti għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u ekonomija tas-suq soċjali li jkollha suċċess; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw pagi għal għajxien deċenti 'l fuq mil-limitu tal-faqar għall-ħaddiema kollha permezz ta' ftehimiet kollettivi, jew permezz ta' liġi nazzjonali; jemmen li negozjar kollettiv imsaħħaħ huwa wieħed mill-aħjar modi biex tiġi promossa paga deċenti fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika ostakli għad-djalogu soċjali fi ħdan l-UE, u tippreżenta qafas Ewropew għall-pagi minimi biex telimina l-faqar fost dawk li jaħdmu f'konformità mat-tradizzjonijiet nazzjonali u b'rispett xieraq għall-awtonomija tas-sħab soċjali nazzjonali u ta' mudelli ta' negozjar kollettiv li jiffunzjonaw tajjeb; jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva ma tridx tagħmel ħsara lill-awtonomija tas-sħab soċjali jew l-istabbiliment tal-pagi fis-sistemi ta' negozjar kollettiv; jappella għal approċċ koordinat fil-livell tal-UE sabiex tiġi evitata kompetizzjoni dannuża fil-kost lavorattiv, u biex tiżdied il-konverġenza soċjali 'l fuq għal kulħadd; jenfasizza, barra minn hekk, li l-pagi għandhom jippermettu lill-ħaddiema jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom u dawk tal-familji tagħhom, u li kull ħaddiem fl-Unjoni għandu jirċievi paga li tiggarantixxi l-għajxien; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tistudja kif tidentifika x'tista' tinkludi paga li tiggarantixxi l-għajxien, u kif għandha titkejjel, li tista' sservi bħala għodda ta' referenza għas-sħab soċjali;

20.

Jappella li jkun hemm aċċess għal pensjonijiet tax-xjuħija pubbliċi, ibbażati fuq is-solidarjetà u adegwati għall-ħaddiema kollha u għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jaqbżu l-limitu tal-faqar; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet; jemmen li r-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom jiffokaw fuq l-età effettiva tal-irtirar u jirriflettu x-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rati tat-twelid, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon ta' dipendenza mill-ekonomija; iqis li dawn ir-riformi jridu jqisu wkoll is-sitwazzjoni ta' miljuni ta' ħaddiema fl-Ewropa, b'mod partikolari n-nisa, iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu għal rashom, li jsofru minn impjieg mhux sigur u prekarju, perjodi ta' qgħad mhux volontarju u ħin tax-xogħol imnaqqas; jemmen li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni komprensiva tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema l-aktar esposti u essenzjali, tal-ħaddiema tal-pjattaforma, tal-ħaddiema mhux standard u tal-ħaddiema f'forom prekarji ta' impjieg, filwaqt li tidentifika l-kawżi tas-sitwazzjoni prekarja tagħhom, tippreżenta qafas regolatorju Ewropew b'linji gwida ċari u sempliċi biex tiżgura sigħat tax-xogħol adegwati, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-ħaddiema kollha, drittijiet u aċċess universali għall-protezzjoni soċjali, u ssaħħaħ il-kopertura tan-negozjar kollettiv, tiġġieled kontra kuntratti prekarji, impjieg indipendenti fittizju, kuntratti mingħajr sigħat u kuntratti mhux xierqa; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi limiti stretti fuq il-prattiki tas-sottokuntrattar, u ttejjeb l-istandards tal-protezzjoni soċjali; kif ukoll li tipprovdi linji gwida għall-ittestjar tal-istatus tal-impjieg ta' kuntratturi indipendenti sabiex tiġġieled kontra l-impjieg indipendenti fittizju; jenfasizza li l-ħaddiema soġġetti għal ftehimiet kuntrattwali temporanji jew flessibbli għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess livell ta' protezzjoni bħall-ħaddiema l-oħra kollha;

22.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' aċċess adegwat għas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u n-nuqqas ta' aċċess bħal dan għall-ħaddiema atipiċi kif ukoll għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, b'mod partikolari wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom; jenfasizza l-ħtieġa li l-aċċess għall-protezzjoni soċjali jsir universali, speċjalment fis-sitwazzjoni diffiċli attwali;

23.

Jissottolinja li l-pandemija reċenti tat prova tal-importanza tas-soluzzjonijiet diġitali, b'mod partikolari t-telexogħol, u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti linji gwida u regolamentazzjoni f'dan ir-rigward fil-livell Ewropew; jemmen li l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, it-telexogħol u x-xogħol bla post fiss li jkunu rregolati b'mod xieraq jista' jkollhom rwol importanti fiż-żamma tax-xogħlijiet, l-appoġġ għall-bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-kontribut għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 relatat mal-vjaġġi ta' kuljum, it-titjib tal-opportunitajiet ta' impjieg għall-persuni b'diżabilità, u jistgħu jservu bħala għodda biex tiġi indirizzata d-depopulazzjoni rurali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi aġenda tat-telexogħol tal-UE, inkluż qafas leġiżlattiv biex tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti inkluż ir-rispett għas-sigħat tax-xogħol, il-liv, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-dritt ta' skonessjoni; jenfasizza li hija meħtieġa attenzjoni speċjali għas-sitwazzjoni tal-ġenituri bi tfal żgħar, tal-ġenituri waħedhom u tal-persuni li jindukraw b'mod informali li jipprovdu kura kontinwa lill-qraba indipendenti, peress li l-pandemija tal-COVID-19 uriet li dawn il-gruppi kellhom l-akbar diffikultà biex jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u tal-familja meta jaħdmu mid-dar; jissottolinja, għalhekk, l-importanza ta' soluzzjonijiet xierqa għall-indukrar tat-tfal;

24.

Jinsab imħasseb dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tal-ħaddiema staġonali u ħaddiema transfruntiera oħra, speċjalment fis-settur b'pagi baxxi; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-portabbiltà tad-drittijiet u jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u ekwi għall-ħaddiema mobbli, transfruntiera u staġjonali fl-UE; jappella lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sabiex jiffaċilitaw mobbiltà ġusta tal-ħaddiema, b'mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tressaq, wara valutazzjoni tal-impatt xierqa, proposta għal numru diġitali tas-sigurtà soċjali tal-UE li għandha wkoll il-potenzjal li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' kontroll kemm għall-individwi kif ukoll għall-awtoritajiet rilevanti biex jiġi żgurat li s-sigurtà soċjali titħallas f'konformità mal-obbligi; jemmen, barra minn hekk, li kull ħaddiem għandu jkollu aċċess għal rendikont sħiħ dwar min huma l-impjegaturi tagħhom u l-intitolamenti tas-salarji u d-drittijiet tax-xogħol tagħhom, jew f'konformità mal-ftehimiet kollettivi jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn applikabbli; jappella, barra minn hekk, għal responsabbiltà tas-sottokuntratturi fl-UE kollha f'ċerti setturi bħall-industriji tal-agrikoltura u tal-laħam, speċjalment fil-każ ta' kuntratti ta' xogħol fuq il-post, u għal regoli ċari dwar prattiki ta' sottokuntrattar b'mod ġenerali;

25.

Jiddikjara li l-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal żieda fir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza għal miljuni ta' ħaddiema; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tirrevedi d-Direttiva dwar l-Aġenti Bijoloġiċi (2000/54/KE) bil-għan li tadattaha għall-pandemiji globali u ċirkostanzi straordinarji oħra, u tassigura l-protezzjoni sħiħa tal-ħaddiema kontra r-riskji tal-esponiment; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta Qafas Strateġiku ġdid għas-Saħħa u s-Sikurezza, direttiva dwar l-istress relatat max-xogħol u l-mard muskoloskeletali, direttiva dwar il-benessri mentali fuq il-post tax-xogħol, u strateġija tal-UE dwar is-saħħa mentali sabiex tipproteġi lill-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol; jappella biex ir-rwol tal-EU-OSHA jissaħħaħ sabiex jippromwovi postijiet tax-xogħol b'saħħithom u siguri fl-Unjoni kollha; jenfasizza li l-investimenti fis-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol itejbu l-kwalità tax-xogħol u l-benesseri tal-ħaddiema, u jikkontribwixxu għall-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea;

26.

Jinsab imħasseb dwar il-mobbiltà soċjali limitata bejn il-ġenerazzjonijiet u l-inugwaljanza fid-dħul li qed tiżdied; jirrimarka li l-livelli għolja ta' inugwaljanza jnaqqsu l-produzzjoni ekonomika u l-potenzjal għal tkabbir sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-inugwaljanzi u jiġġieldu d-diskriminazzjoni; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ifasslu s-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji nazzjonali tagħhom b'mod li jnaqqas l-inugwaljanzi, jippromwovi l-ġustizzja, jipproteġi lill-unitajiet domestiċi u lill-familji u jipprovdi inċentivi għall-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol filwaqt li fl-istess ħin jiżgura l-allinjament sħiħ mal-SDGs tan-Nazzjonijiet Uniti u mal-objettivi klimatiċi u ambjentali definiti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew; jenfasizza li l-investiment fl-edukazzjoni u fil-ħiliet, kif ukoll sistemi ta' benefiċċji u tat-taxxa mfassla aħjar huma għodod ewlenin ta' politika għat-tnaqqis tal-inugwaljanza u l-promozzjoni ta' opportunitajiet ugwali;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi legali internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal li l-Istati Membri (kif ukoll l-UE kollha kemm hi f'każ ta' wħud mid-drittijiet) huma impenjati li jirrispettaw; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta garanzija tal-UE għat-tfal fl-2020; jappella biex isir użu sħiħ mill-opportunitajiet fil-QFP 2021-2027 għall-investiment fit-tfal, u biex il-fondi tiegħu jintużaw għall-iżvilupp tal-valur miżjud potenzjali tal-garanzija għat-tfal tal-UE meta jiġi miġġieled il-faqar kif ukoll it-tendenzi negattivi li jagħmlu l-ħsara relatati mal-bidla demografika fl-Ewropa; jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni Ewropej u nazzjonali biex jiżguraw l-aċċess tat-tfal għall-ħames drittijiet soċjali ewlenin – aċċess għal kura tas-saħħa b'xejn, edukazzjoni b'xejn, kura tat-tfal b'xejn, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr kemm jista' jkun garanzija għat-tfal tal-UE li tibni fuq l-approċċ tat-tliet pilastri tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar l-investiment fit-tfal, kif ukoll strateġija kontra l-faqar ibbażata fuq id-drittijiet, komprensiva u integrata b'mira magħżula għat-tnaqqis tal-faqar, u qafas tal-UE dwar strateġiji nazzjonali għall-persuni mingħajr dar billi tadotta l-prinċipju “L-Akkomodazzjoni Qabel Kollox”, kif ukoll Qafas Strateġiku tal-UE dwar ir-Rom wara l-2020 b'objettivi konkreti u finanzjament nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq ukoll studju komparattiv dwar l-iskemi ta' introjtu minimu differenti fl-Istati Membri, li jipprovdu bażi ta' protezzjoni soċjali u xibka ta' sikurezza għal dawk fil-bżonn u biex tenfasizza każijiet tal-aħjar prattika bil-ħsieb li tippreżenta qafas f'dan ir-rigward;

29.

Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni tal-istabbilizzazzjoni awtomatika tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali sabiex jiġu ammortizzati l-mewġ ta' xokkijiet soċjali kkawżati minn effetti esterni bħal reċessjonijiet; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri biex jintroduċu politiki biex jerġgħu jistabbilixxu s-sigurtà tal-impjieg billi jipprovdu protezzjoni soċjali lit-tipi kollha ta' ħaddiema, inklużi l-każijiet ta' sensji; jistieden ukoll lill-Istati Membri, fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni Nru 202 tal-ILO, li tiddefinixxi l-pjattaformi ta' protezzjoni soċjali, biex tiżgura u żżid l-investiment fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali b'tali mod li tiggarantixxi l-prestazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-qerda tal-faqar u tal-inugwaljanzi filwaqt li tiżgura s-sostenibbiltà tagħhom;

30.

Jilqa' l-fatt li matul il-pandemija tal-COVID-19, ħafna Stati Membri ħadu miżuri straordinarji biex jipprevjenu u jindirizzaw il-problema tal-persuni mingħajr dar billi waqqfu l-iżgumbramenti u pprovdew akkomodazzjonijiet ta' emerġenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu aċċess għall-akkomodazzjoni u jipprovdu soluzzjonijiet sostenibbli, proattivi u reattivi sabiex sal-2030 jeqirdu l-problema ta' persuni mingħajr dar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data aħjar u aktar armonizzata dwar il-problema ta' persuni mingħajr dar, u biex idaħħlu l-problema ta' persuni mingħajr dar fil-politiki rilevanti kollha;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jressqu proposti speċifiċi biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tad-djar u biex jindirizzaw b'mod adegwat il-problema tal-faqar enerġetiku b'rabta mal-objettivi u l-prinċipji tal-Patt Ekoloġiku;

32.

Jissottolinja li t-trasparenza fil-pagi hija kruċjali biex jiġu miġġielda d-differenzjali tal-pagi inġusti u d-diskriminazzjoni; jilqa', għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintroduċi miżuri vinkolanti ta' trasparenza fil-pagi, li għandhom jinkludu indiċi tal-pagi ugwali bejn in-nisa u l-irġiel u jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tas-sħab soċjali nazzjonali; iħeġġeġ l-adozzjoni rapida ta' dawn il-miżuri sabiex jiġu indirizzati d-differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, u biex jiġu evitati aktar inugwaljanzi u diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru fis-suq tax-xogħol; itenni l-ħtieġa għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-oqsma baġitarji u ta' politika kollha; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa u jiffaċilitawlhom l-aċċess għall-finanzjament; jistieden lill-Istati Membri jiżblokkaw in-negozjati fil-Kunsill dwar id-direttiva dwar in-nisa fuq bordijiet; jappella biex il-perjodi tal-liv tal-maternità u tal-ġenituri jiġu inklużi aħjar fl-intitolamenti tal-pensjoni;

33.

Huwa mħasseb dwar id-diskriminazzjoni u r-razziżmu li dejjem qegħdin jiżdiedu fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-politika u l-prattika kontra d-diskriminazzjoni, u biex itemmu d-diskriminazzjoni strutturali kontra l-minoranzi fl-aċċess għax-xogħol u fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta komunikazzjoni dwar il-linji gwida biex tipprevjeni s-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-minoranzi, inklużi minoranzi etniċi, kif ukoll dwar standards għal politiki ta' reklutaġġ ħielsa mhux assoċjati mad-diskriminazzjoni għall-Istati Membri u l-impjegaturi, inklużi rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ugwaljanza fil-livell tal-kumpanija u fi ftehimiet kollettivi settorjali u t-twaqqif ta' task forces dwar id-diversità fuq il-post tax-xogħol, li għandhom jindirizzaw l-isterjotipi, il-preġudizzju u l-attitudnijiet negattivi, u jipprevjenu d-diskriminazzjoni fir-reklutaġġ, il-promozzjoni, il-ħlas u l-aċċess għat-taħriġ; jenfasizza li dawn il-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza għandhom jintużaw ukoll biex tiġi promossa d-diversità etnika u kulturali fuq il-post tax-xogħol, biex jiġu żviluppati regolamenti interni kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni u l-fastidju relatati fuq il-post tax-xogħol, biex jiġu mmonitorjati u riveduti r-reklutaġġ, il-progressjoni u ż-żamma tal-forza tax-xogħol skont il-qasam tal-ugwaljanza sabiex jiġu identifikati prattiki diskriminatorji diretti jew indiretti u sabiex jiġu adottati miżuri korrettivi biex titnaqqas l-inugwaljanza f'kull wieħed minn dawn l-oqsma; jappella biex dawn il-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza jinkludu l-ġbir ta' data dwar l-ugwaljanza f'konformità mal-istandards tal-privatezza u tad-drittijiet fundamentali għal dawn il-finijiet;

34.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-etaiżmu fis-swieq tax-xogħol, inkluż permezz tas-sensibilizzazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u billi jiġi żgurat l-aċċess għal opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja permezz ta' korsijiet u taħriġ personalizzati;

35.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu indukrar tat-tfal u servizzi ta' edukazzjoni bikrija aċċessibbli u affordabbli, kif ukoll servizzi ta' kura u servizzi soċjali għal żmien qasir u fit-tul, inkluż għall-anzjani u l-persuni b'diżabilità, biex jiġu ffaċilitati l-għajxien indipendenti u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri jimplimentaw malajr u b'mod sħiħ id-direttiva dwar il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw; jappella li jiġi żviluppat qafas tal-UE għas-servizzi tal-kura biex jiġu stabbiliti standards minimi u linji gwida ta' kwalità;

36.

Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-persuni Ewropej li jindukraw waqt il-pandemija; jappella għal strateġija Ewropea għall-persuni li jindukraw biex tiġi żgurata mobilità tax-xogħol ġusta f'dan is-settur u jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persuni li jindukraw;

37.

Jirrimarka li l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 aggravat l-istandards tal-għajxien tal-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tressaq Strateġija tad-Diżabilità tal-UE għal wara l-2020 li tkun komprensiva u fit-tul ibbażata fuq konsultazzjoni ma' persuni b'diżabilita u l-membri tal-familji u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri ta' mitigazzjoni tal-kriżijiet f'konformità mal-UNCRPD sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà, u l-opportunitajiet indaqs tagħhom u l-aċċess nondiskriminatorju tagħhom għal prodotti, servizzi u attivitajiet ta' divertiment; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu wkoll l-isforzi biex jiżguraw l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità billi jneħħu l-ostakoli, jisfruttaw l-opportunitajiet li x-xogħol diġitali joffri u joħolqu inċentivi għall-impjiegi tagħhom;

38.

Jinsab imħasseb dwar il-proporzjon staġnat ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, speċjalment fost il-gruppi emarġinati, u dwar il-proporzjon dejjem akbar ta' studenti li ma jmorrux tajjeb fl-iskola; jenfasizza li l-lakuni fin-numeriżmu bażiku, il-litteriżmu u l-ħiliet diġitali huma impedimenti kbar għal parteċipazzjoni sinifikanti fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu li edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità għolja, aċċessibbli u inklużivi jkunu dritt għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jinvestu f'edukazzjoni ta' kwalità għolja, taħriġ vokazzjonali u taħriġ b'appoġġ imfassal apposta, isaħħu l-miżuri ta' kwalifikazzjoni u taħriġ mill-ġdid, b'mod partikolari l-akkwist ta' ħiliet diġitali, u l-promozzjoni ta' taħriġ tul il-ħajja, sabiex jippermettu l-forza tax-xogħol tadatta għat-tibdil fir-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol; jenfasizza li r-riżultati edukattivi huma wkoll affettwati b'mod negattiv mill-esklużjoni soċjali, id-diskriminazzjoni, l-istereotipizzazzjoni, il-faqar u s-segregazzjoni, li għandhom jiġu indirizzati wkoll; jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi komprensiva tal-fatturi li jistigaw it-tluq bikri mill-iskola, inklużi l-aspetti soċjali tiegħu, u abbażi ta' dan tippreżenta proposta biex tiġi indirizzata l-problema;

39.

Jenfasizza li t-tlaqqigħ tal-kwalifiki mal-ħiliet u l-opportunitajiet ta' impjieg, kif ukoll ir-rikonoxximent rapidu u ċ-ċertifikazzjoni aħjar tal-kwalifiki professjonali fl-UE, jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol Ewropew inklużiv u li jiffunzjona tajjeb, u li kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn is-sistemi edukattivi u n-negozji tista' tikkontribwixxi għal dan il-għan; jistieden lill-Istati Membri jisfruttaw bis-sħiħ is-soluzzjonijiet diġitali fil-qasam tal-edukazzjoni, filwaqt li jqisu l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija u l-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol;

40.

Jenfasizza li l-kwalifiki u l-kompetenzi ċċertifikati jipprovdu valur miżjud lil ħaddiema, itejbu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u jistgħu jiġu trasferiti fi tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol; jappella biex il-politika pubblika dwar il-ħiliet tkun orjentata lejn iċ-ċertifikazzjoni u l-validazzjoni tal-kwalifiki u tal-kompetenzi; jenfasizza li sistemi ta' kumpens ibbażati fuq il-ħiliet għandhom jiġu stabbiliti f'kumpaniji li jaċċessaw il-fondi pubbliċi għat-titjib fil-ħiliet tal-ħaddiema bi ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, billi din is-sistema tiżgura li jkun hemm redditu fuq l-investiment pubbliku;

41.

Jilqa' l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa aġġornata, li għandha l-għan li tissodisfa r-rekwiżiti tal-ħiliet u l-isfidi futuri tas-suq tax-xogħol, tas-soċjetà u tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE; jissottolinja li l-appoġġ ta' ħiliet adegwati, b'enfasi fuq il-ħiliet diġitali, se jtejjeb il-produttività u jtaffi t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali lejn ekonomija aktar ekoloġika u intelliġenti; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw id-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, in-nuqqas ta' ħiliet u n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, u l-esklużjoni diġitali; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ, lill-persuni qiegħda fit-tul, lill-vittmi tal-vjolenza sessista, lill-persuni b'diżabilità, lill-persuni Rom u lil gruppi oħra f'riskju ta' diskriminazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi stabbilita garanzija tal-ħiliet f'konformità mal-prinċipji tal-garanzija għaż-żgħażagħ sabiex l-Ewropej kollha jirċievu opportunitajiet ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid ta' kwalità tajba;

42.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati d-determinanti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tas-saħħa; jappella għall-ħolqien ta' Unjoni Ewropea tas-Saħħa, l-ittestjar tal-istress tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-UE, standards minimi għal kura tas-saħħa ta' kwalità, Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons għas-Saħħa, kif ukoll aġenziji tas-saħħa tal-UE msaħħa u kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili, kollha bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà, in-nondiskriminazzjoni, l-awtonomija strateġika u l-kooperazzjoni, filwaqt li l-kunsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika jitqiegħdu fil-qalba tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, kif minquxa fit-Trattat, b'valutazzjoni sistematika tal-impatt fuq is-saħħa tal-politiki rilevanti kollha u attenzjoni speċjali għall-għoti tal-kura tas-saħħa u t-trattament għall-anzjani; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja ċċentrata fuq in-nies u aċċessibbli, inkluża kura preventiva universali effiċjenti u b'riżorsi tajbin u l-promozzjoni tas-saħħa għal kulħadd; jilqa' l-bidla fis-Semestru Ewropew mill-iffrankar tal-ispejjeż għall-orjentazzjoni tal-prestazzjoni u l-eżiti tas-saħħa għall-kura tas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tindirizza l-inugwaljanzi fis-saħħa bejn u fi ħdan l-Istati Membri tal-UE, tiżviluppa indikaturi u metodoloġiji komuni għall-monitoraġġ tas-saħħa u l-prestazzjoni tas-sistemi tal-kura tas-saħħa bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi, jiġu identifikati u prijoritizzati l-oqsma li jeħtieġu titjib u żieda fil-finanzjament; iqis li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-effikaċja tal-miżuri sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa li jirriżultaw minn politiki li jkopru fatturi ta' riskju soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

43.

Itenni l-importanza tal-istat tad-dritt – inklużi sistemi ġudizzjarji indipendenti u effiċjenti, amministrazzjonijiet pubbliċi u akkwist pubbliku ta' kwalità u oqfsa robusti kontra l-korruzzjoni – bħala l-bażi għal ambjent kummerċjali sod, swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw u użu xieraq tal-fondi tal-UE; jenfasizza, għaldaqstant, li l-valutazzjoni tal-istat tad-dritt u l-effikaċja tas-sistema ġudizzjarja għandhom ikomplu jiġu inklużi fis-Semestru Ewropew; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea riveduta;

44.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(3)  ĠU L 130, 24.4.2020, p. 7.

(4)  ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5.

(5)  ĠU C 390, 18.11.2019, p. 196.

(6)  ĠU L 185, 11.7.2019, p. 44.

(7)  ĠU C 205, 19.6.2020, p. 3.

(8)  ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5.

(9)  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.

(10)  ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79.

(11)  ĠU C 155, 25.5.2011, p. 10.

(12)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93.

(13)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 100.

(14)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109.

(15)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141.

(16)  Testi adottati, P9_TA(2019)0033.

(17)  Testi adottati, P8_TA(2019)0202.

(18)  ĠU C 134, 24.4.2020, p. 16.

(19)  ĠU C 433, 23.12.2019, p. 9.

(20)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 89.

(21)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 156.

(22)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 135.

(23)  ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.

(24)  ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.

(25)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 157.

(26)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 117.

(27)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.

(28)  Testi adottati, P9_TA(2020)0205.

(29)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(30)  ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70.

(31)  ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105.

(32)  Testi adottati, P9_TA(2020)0176.


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/175


P9_TA(2020)0285

Deforestazzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (2020/2006(INL))

(2021/C 404/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) – Proposta għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE tal-21 ta' Mejju 2003 [titolu mhux uffiċjali] (COM(2003)0251),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (“ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam”) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-ħolqien ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (3),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030, b'mod partikolari l-SDG 12 (li jikkonċerna l-konsum u l-produzzjoni responsabbli) u l-SDG 15 (li jiġi protett, irrestawrat u promoss l-użu sostenibbli tal-ekosistemi terrestri, jiġu ġestiti b'mod sostenibbli l-foresti, tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni, u titwaqqaf u titreġġa' lura d-degradazzjoni tal-art u jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi li ntlaħaq fil-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21),

wara li kkunsidra l-istudju dwar ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta permezz tal-katina tal-provvista kkummissjonata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi (2020),

wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) “An EU legal framework to halt and reverse global deforestation – European added value assessment” (Qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali – Valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew) ta' Settembru 2020 (4),

wara li l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-Komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja tas-16 ta' Diċembru 2019,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam “Towards Eliminating Deforestation from Agricultural Commodity Chains with European Countries” (Lejn l-Eliminazzjoni tad-Deforestazzjoni mill-Ktajjen ta' Komoditajiet Agrikoli ma' Pajjiżi Ewropej) tas-7 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra l-mekkaniżmu tal-Programm tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti (REDD+),

wara li kkunsidra l-Pjan Strateġiku tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti (UNSPF) għall-2017-2030, li jiddefinixxi sitt Għanijiet Globali dwar il-Foresti u 26 mira assoċjata li għandhom jintlaħqu sal-2030,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni adottata fis-17 ta' Ġunju 1994,

wara li kkunsidra l-Pjattaformi Nazzjonali dwar il-Komoditajiet Sostenibbli żviluppati mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1969,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1987,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 169 dwar il-Popli Indiġeni u Tribali tal-1989,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni tal-2007,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-OECD/FAO għal ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli responsabbli,

wara li kkunsidra r-rapport tal-FAO – The State of the World's Forests 2020 (L-Istat tal-Foresti tad-Dinja 2020),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-FAO The State of the World's Forests 2018 – Forest Pathways to Sustainable Development (L-Istat tal-Foresti tad-Dinja 2018 – Il-Foresti għas-Servizz tal-Iżvilupp Sostenibbli). FAO (2018),

wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni dwar ir-Riżorsi Globali tal-Foresti 2015 tal-FAO – Repożitorju tad-data tal-FRA 2015,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) tal-1973,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tal-1992 u l-Protokoll assoċjat ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-2000 u l-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom tal-2010,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Valutazzjoni Globali dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi tal-2019 tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi tas-6 ta' Mejju 2019,

wara li kkunsidra l-Prinċipji tan-NU għall-Investiment Responsabbli tal-2006,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2011, kif ukoll il-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali, aġġornati fl-2011,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Art tal-Grupp Internazzjonali ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Awwissu 2019,

wara li kkunsidra l-Programm Globali għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi u l-Foresti tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, li ġiet adottata fil-25 ta' Ġunju 1998 f'Aarhus mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 dwar iż-żejt tal-palm u d-deforestazzjoni tal-foresti pluvjali (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u l-politiki kummerċjali tal-UE dwar il-katini ta' valur mondjali (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2018 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-popli indiġeni fid-dinja, inkluż il-ħtif tal-art (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-każ tal-foresti (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja (14),

wara li kkunsidra l-“Wegħda tal-Foresti” tal-21 ta' Marzu 2019 li biha bosta Membri tal-Parlament Ewropew li kienu fis-servizz f'dak iż-żmien wegħdu li jippromwovu politiki biex jipproteġu u jirrestawraw il-foresti madwar id-dinja u jirrikonoxxu u jiżguraw it-territorji tal-persuni li jgħixu fil-foresti u d-drittijiet tagħhom,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” tat-23 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0352),

wara li kkunsidra l-“Feasibility study on options to step up EU actions against deforestation” (Studju ta' fattibbiltà dwar għażliet biex jittejbu l-azzjonijiet tal-UE kontra d-deforestazzjoni) tal-Kummissjoni ta' Jannar 2018,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2019 (COM(2019)0640),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna, tal-20 ta' Mejju 2020 (COM(2020)0380),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, tal-20 ta' Mejju 2020 (COM(2020)0381),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni minn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar ir-Rwol tal-UE fil-Protezzjoni tal-Foresti u tad-Drittijiet ta' April 2018,

wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0179/2020),

A.

billi foresti bijoloġikament diversi – li huma bjar tal-karbonju naturali – huma indispensabbli fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li l-aħjar xjenza disponibbli tindika li l-limitazzjoni taż-żieda għal 1,5 oC tnaqqas b'mod sostanzjali l-ħsara lill-persuni u lill-ekosistemi naturali meta mqabbla max-xenarju ta' 2 o(15), kif ukoll għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-konservazzjoni tal-bijodiversità; billi mhux biss iż-żoni deforestati, iżda wkoll il-foresti degradati mill-intervent tal-bniedem jistgħu jinbidlu f'sors ta' diossidu tal-karbonju;

B.

billi l-foresti jospitaw 80 % tal-bijodiversità tad-dinja u jkopru 30 % tal-wiċċ terrestri tagħha (16); billi l-foresti huma infrastruttura organika vitali għal uħud mill-aktar ekosistemi densi, fraġli u varjati fil-pjaneta; billi d-deforestazzjoni hija l-aktar theddida serja għal 85 % tal-ispeċijiet mhedda jew fil-periklu u billi, bejn l-1970 u l-2012, diġà għebu 58 % tal-annimali vertebrati minn fuq wiċċ id-dinja minħabba d-deforestazzjoni (17);

C.

billi l-foresti huma sors ta' għajxien u introjtu għal madwar 25 % tal-popolazzjoni tad-dinja (18), u l-qerda tagħhom għandha riperkussjonijiet serji fuq l-għajxien tal-aktar persuni vulnerabbli, inklużi popli indiġeni li jiddependu ħafna mill-ekosistemi tal-foresti;

D.

billi l-emissjonijiet mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, jammontaw għal madwar 12 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra globali u huma t-tieni l-akbar kawża ta' tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-faħam, taż-żejt u tal-gass (19);

E.

billi l-foresti primarji huma partikolarment milquta mid-deforestazzjoni; billi l-foresti primarji għandhom stokkijiet għoljin ħafna ta' karbonju u huma kkaratterizzati minn livelli uniċi ta' bijodiversità u kundizzjonijiet ekoloġiċi u għalhekk ma jistgħux jiġu sostitwiti minn foresti miżrugħin ġodda; billi l-afforestazzjoni, imwettqa b'mod li jkun kompatibbli mal-protezzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi lokali, jista' jkollha rwol fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

F.

billi sabiex jiġu indirizzati t-telf tal-bijodiversità u l-kriżi klimatika, huwa essenzjali li l-foresti jiġu protetti u rrestawrati b'tali mod li tiġi mmassimizzata l-kapaċità tagħhom li jaħżnu l-karbonju u li jipproteġu l-bijodiversità; billi dan jipprovdi għadd ta' benefiċċji peress li jiffavorixxi li l-foresti eżistenti jikbru sal-potenzjal massimu tagħhom li jaħżnu l-karbonju filwaqt li jirrestawra ekosistemi li preċedentement kienu degradati u jħalli l-materjal organiku jiddekomponi, filwaqt li jipproteġi wkoll il-bijodiversità, kif ukoll il-ħamrija, l-arja, l-art u l-ilma;

G.

billi l-pressjoni pubblika għall-milja tal-funzjonijiet tal-foresti mhux produttivi qiegħda tiżdied madwar id-dinja kollha, li ħafna drabi xejn ma tkun taqbel mal-kundizzjoni tal-foresti li tkun sejra għall-agħar;

H.

billi l-foresti jipprovdu servizzi importanti tal-ekosistema lis-soċjetà, bħall-arja nadifa, ir-regolazzjoni tal-fluss tal-ilma, it-tnaqqis tal-karbonju, il-protezzjoni kontra l-erożjoni mill-ilma u mir-riħ, il-ħabitats għall-annimali u l-pjanti, ir-restawr ta' art degradata u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima; billi r-regolazzjoni naturali tal-flussi tal-ilma fil-foresti ġiet evalwata li tiswa bejn USD 1 360 u 5 235 (valur tal-2007) (20) għal kull ettaru fis-sena, u dan is-“servizz naturali” huwa affettwat ħafna mid-deforestazzjoni; filwaqt li l-foresti u l-bijodiversità għandhom ukoll valur intrinsiku lil hinn mill-valur tal-użu tagħhom għall-bnedmin, inkluż bħala ħażniet tal-karbonju, li ma jistgħux jissarrfu fi flus jew jiġu kkwantifikati;

I.

billi l-foresti għandhom valur kulturali, soċjali u spiritwali għal bosta persuni u popli;

J.

billi l-kopertura tal-foresti żdiedet fl-Unjoni matul id-deċennji riċenti, it-telf tal-kopertura tas-siġar globali ilu jiżdied b'mod kostanti matul dawn l-aħħar 18-il sena u fl-2019 biss inqerdu 3,8 miljun ettaru ta' foresti pluvjali primarji (21);

K.

billi d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni u l-konverżjoni tal-foresti tad-dinja jaggravaw it-theddida għall-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, li jsofru minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem, attakki u qtil b'reazzjoni għall-isforzi tagħhom biex jipproteġu l-foresti, l-art u l-ambjenti tagħhom, u bħala medja aktar minn tliet difensuri tal-art u tal-ambjent inqatlu kull ġimgħa fl-2018, u fir-reġjun tal-Amażonja biss f'dawn l-aħħar għaxar snin aktar minn 300 persuna sfaw maqtula f'kunflitti li jikkonċernaw ir-riżorsi u l-użu tal-art (22);

L.

billi t-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità madwar id-dinja, kif ukoll il-qerda u l-modifika tal-ekosistemi naturali, inklużi l-foresti, għandhom impatti gravi fuq il-ħabitats tal-fawna selvaġġa u jwasslu għal aktar kuntatt bejn l-annimali selvaġġi, il-bnedmin u l-annimali domestikati, li jżid ir-riskju ta' tifqigħat ġodda ta' epidemiji u pandemiji li oriġinaw fl-annimali selvaġġi; billi l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tikkonferma li ż-żieda fil-mard infettiv emerġenti tikkoinċidi mat-tkabbir aċċellerat tad-deforestazzjoni tropikali, marbuta b'mod partikolari mat-tħawwil tal-palm taż-żejt jew tal-fażola tas-sojja (23); billi aktar minn żewġ terzi tal-mard infettiv emerġenti joriġina fl-annimali, li l-maġġoranza kbira tagħhom huma annimali selvaġġi; billi l-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi li jiffunzjonaw tajjeb huma għalhekk kruċjali biex nagħtu spinta lir-reżiljenza tagħna u nipprevjenu l-emerġenza u t-tixrid ta' mard futur;

M.

billi l-ilma huwa riżorsa prezzjuża; billi n-nuqqas jew l-implimentazzjoni inadegwata ta' qafas legali dwar il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma jagħmluha impossibbli li jiġi kkontrollat l-użu ta' din ir-riżorsa u jippermettu l-estrazzjoni eċċessiva, it-tniġġis u l-ħtif tal-ilma; billi dan huwa detrimentali għall-ekosistemi downstream u għall-komunitajiet lokali; billi jeżistu każijiet ta' ħtif tal-ilma minħabba l-produzzjoni ta' komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u lill-ekosistemi f'riskju (24);

N.

billi l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti u tal-materja prima rinnovabbli kif ukoll l-użu tal-artijiet forestali b'mod u b'rata li jmantnu l-bijodiversità, il-kapaċità ta' riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jissodisfaw, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti fil-livelli lokali, nazzjonali u globali u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħra, huma element importanti tal-approċċ politiku ġenerali biex titwaqqaf id-deforestazzjoni, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak globali;

O.

billi l-konsum tal-Unjoni huwa stmat li jikkontribwixxi għal mill-anqas 10 % tad-deforestazzjoni globali;

P.

billi huwa importanti li jiġu promossi d-dieti sostenibbli, billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impatti tal-mudelli tal-konsum u tingħata informazzjoni dwar id-dieti li huma aktar ta' ġid għal saħħet il-bniedem u li jħallu impronta ambjentali iżgħar;

Rimarki ġenerali

1.

Jissottolinja li madwar 80 % tad-deforestazzjoni globali hija kkawżata mill-espansjoni tal-art użata għall-agrikoltura (25); jisħaq f'dan il-kuntest li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja ta' Lulju 2019 tirrikonoxxi li d-domanda tal-Unjoni għal prodotti bħaż-żejt tal-palm, il-laħam, is-sojja, il-kawkaw, il-qamħirrum, l-injam, il-gomma, inkluż fil-forma ta' prodotti pproċessati jew servizzi, hija xprun kbir tad-deforestazzjoni, tad-degradazzjoni tal-foresti, tal-qerda tal-ekosistemi u ta' każijiet assoċjati ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, u tirrappreżenta madwar 10 % tas-sehem globali tad-deforestazzjoni inkorporata fil-konsum totali finali (26); barra minn hekk, jinnota li l-konsum tal-UE ta' komoditajiet oħra, bħall-qoton, il-kafè, il-kannamiela, il-lift u l-gambli mrobbija fil-mangrovja jikkontribwixxi wkoll għad-deforestazzjoni globali;

2.

Jirrimarka li l-preservazzjoni globali tal-foresti u l-prevenzjoni tad-degradazzjoni tagħhom huma wħud mill-akbar sfidi ta' sostenibbiltà ta' żminijietna, li mingħajrhom l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Patt Ekoloġiku ma jistgħux jintlaħqu; jisħaq li bil-politiki attwali, l-użu sostenibbli tal-foresti u tal-ekosistemi f'ħafna partijiet tad-dinja ma jistax jiġi żgurat;

3.

Jinnota bl-akbar tħassib li fil-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2018, ir-rata tat-telf tal-kopertura tas-siġar żdiedet bi 43 % għal telf medju ta' 26,1 miljun ettaru fis-sena, meta mqabbel ma' 18,3 miljuni ettari fis-sena fil-perjodu ta' bejn l-2002 u l-2013; huwa partikolarment imħasseb dwar it-telf tal-foresti primarji peress li l-aktar tliet snin riċenti b'data disponibbli (2016, 2017 u 2018) irreġistraw l-ogħla rati ta' telf f'dan is-seklu, u r-rati ta' deforestazzjoni fl-Amażonja Brażiljana biss żdiedu bi 88 % f'Ġunju 2019 meta mqabbel ma' Ġunju 2018; jirrimarka li l-qerda u d-degradazzjoni tal-foresti naturali mhux qed iseħħu biss f'żoni tropikali, iżda madwar id-dinja kollha, inkluż fl-Unjoni u fil-viċinat dirett tagħha;

4.

Jiddispjaċih li bħalissa l-wiċċ tal-art miksi bil-foresti fid-dinja huwa biss ta' 68 % tal-livelli preindustrijali stmati, li l-kopertura tal-foresti tnaqqset b'290 miljun ettaru minħabba l-ikklerjar tal-art mis-siġar u l-produzzjoni tal-injam bejn l-1990 u l-2015, filwaqt li l-foresti mhux mimsusa (żoni ta' art ta' aktar minn 500 km2 li fihom is-satelliti ma jsibu l-ebda pressjoni tal-bniedem) tnaqqsu b'7 % bejn l-2000 u l-2013 (27);

5.

Jinnota wkoll li l-modifika u l-qerda tal-ħabitats, li qed jolqtu żoni forestali naturali, għandhom konsegwenzi serji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali b'mod globali, kif ukoll impatti fuq il-bijodiversità, b'mod partikolari ż-żieda fl-inċidenza ta' żoonożi (li kkawżaw 50 pandemija fl-aħħar 30 sena), li l-aktar riċenti minnhom hija l-pandemija tal-COVID-19;

6.

Jinnota bi tħassib li wara t-tifqigħa traġika tal-pandemija tal-COVID-19, ir-riċerka tkompli tikkonferma rabta inkwetanti bejn il-mard żoonotiku u d-deforestazzjoni, it-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità;

7.

Jenfasizza li l-foresti primarji huma insostitwibbli u t-telf tal-foresti primarji ma jista' jiġi kkumpensat minn ebda approċċ ġdid ibbażat fuq il-foresti; jinnota li t-twaqqif tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti, flimkien mal-protezzjoni tal-foresti eżistenti, u attivitajiet sostenibbli ta' restawr, afforestazzjoni u riforestazzjoni b'mod li jimmassimizzaw il-kapaċità tagħhom li jaħżnu l-karbonju u jipproteġu l-bijodiversità, jistgħu jipprovdu għajxien, iżidu d-dħul għall-komunitajiet lokali u joffru opportunitajiet ta' żvilupp ekonomiku; jenfasizza għal dan il-għan l-importanza li jiġu promossi l-agroekoloġija u l-produzzjoni agrikola sostenibbli fil-livelli globali, nazzjonali, reġjonali u lokali, li ma jitħallewx isiru użu tal-art u prattiki ta' ġestjoni mhux sostenibbli, li jiġi indirizzati d-disturbi naturali u jiġi mmitigat it-tibdil fil-klima;

8.

Jisħaq li l-eżistenza ta' żoni kbar ta' foresti tgħin biex tiġi evitata d-deżertifikazzjoni tar-reġjuni kontinentali; jipproponi li l-protezzjoni tal-foresti anki bħala sors ta' umdità tingħata kunsiderazzjoni b'saħħitha fil-politiki ta' żvilupp u dawk kummerċjali; jenfasizza pereżempju li daqs 40 % tax-xita totali fir-reġjuni muntanjużi Etjopjani – is-sors ewlieni tax-xmara Nil – hija pprovduta mill-umdità riċiklata mill-foresti tal-baċir tal-Kongo, u li t-twaqqif tad-deforestazzjoni fir-reġjun huwa rilevanti wkoll għall-kwistjoni tal-kriżi tar-rifuġjati li jitilqu minn pajjiżhom minħabba l-klima;

9.

Jissottolinja l-fatt li l-ixpruni tad-deforestazzjoni jmorru lil hinn mis-settur tal-foresti per se u huma relatati ma' firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, bħall-pussess tal-art, governanza u infurzar tal-liġi dgħajfin, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni, it-tibdil fil-klima, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà politika, il-livelli tal-konsum tal-komoditajiet, id-dipendenza għolja fuq l-importazzjonijiet tal-għalf, il-politiki agrikoli kif ukoll in-nuqqas ta' politiki pubbliċi li jippromwovu u jinċentivaw komoditajiet ta' oriġini u produzzjoni sostenibbli u legali; ifakkar li n-nisa indiġeni u l-bdiewa nisa għandhom rwol ċentrali fil-protezzjoni tal-ekosistemi tal-foresti; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tindirizza d-deforestazzjoni b'mod olistiku permezz ta' qafas ta' politika koerenti u legalment vinkolanti, filwaqt li tiżgura l-konservazzjoni tal-ekosistemi; jemmen li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni dwar il-forestrija hija punt ewlieni fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li għandha tiġi riflessa fil-politiki tal-Unjoni;

10.

Jinnota li f'ħafna pajjiżi, id-deforestazzjoni hija dovuta għan-nuqqas ta' politiki xierqa (bħall-ippjanar tal-użu tal-art), relazzjonijiet ta' sjieda u drittijiet oħra ta' pussess ta' art mhux ċari, governanza u infurzar tal-liġi dgħajfa, attivitajiet illegali u investiment insuffiċjenti fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

11.

Jinnota li minn Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew adotta 40 oġġezzjoni għall-importazzjonijiet ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati (GM), li minnhom 11 kienu għall-importazzjonijiet tas-sojja ġenetikament modifikata; ifakkar li waħda mir-raġunijiet għall-oġġezzjoni ta' dawn l-importazzjonijiet kienet id-deforestazzjoni assoċjata mal-kultivazzjoni tagħhom f'pajjiżi bħall-Brażil u l-Arġentina, fejn is-sojja hija kważi esklużivament ġenetikament modifikata biex tintuża mal-pestiċidi; jinnota li studju xjentifiku riċenti rieżaminat bejn il-pari minn riċerkaturi madwar l-Unjoni sab li l-Unjoni għandha l-akbar marka tal-karbonju fid-dinja minħabba l-importazzjonijiet tas-sojja mill-Brażil, li huma 13,8 % akbar minn dawk lejn iċ-Ċina, li hija l-akbar importatur tas-sojja madwar id-dinja; jinnota li din il-marka kbira tal-karbonju tal-Unjoni hija dovuta għas-sehem tagħha ta' emissjonijiet minn deforestazzjoni inkorporata (28); jinnota wkoll li, skont il-Kummissjoni, is-sojja storikament kienet il-kontributur ewlieni tal-Unjoni għad-deforestazzjoni globali u l-emissjonijiet relatati, u tirrappreżenta kważi nofs id-deforestazzjoni inkorporata fl-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni (29);

12.

Jiġbed l-attenzjoni għal kif il-produzzjoni tal-OĠM hija xprun ewlieni tad-deforestazzjoni, b'mod partikolari fil-Brażil u l-Arġentina, u jemmen li l-importazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni għandha tintemm; ifakkar li l-konsum tal-laħam, anke fl-Unjoni, jikkontribwixxi għad-deforestazzjoni barra mill-Unjoni minħabba ż-żieda fid-domanda għal għalf tal-annimali OĠM irħis, b'mod partikolari l-importazzjonijiet ta' fażola tas-sojja ġenetikament modifikata;

13.

Jinnota li l-konverżjoni ta' mergħat u art agrikola oriġinarjament użati għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf f'art għall-produzzjoni ta' fjuwils tal-bijomassa (bidla indiretta fl-użu tal-art) jista' jkollha wkoll impatt negattiv fuq il-foresti;

Ċertifikazzjoni u tikketti volontarji ta' partijiet terzi

14.

Jilqa' s-sensibilizzazzjoni dejjem tikber tan-negozji dwar il-problema tad-deforestazzjoni globali, id-degradazzjoni tal-foresti u l-qerda tal-ekosistemi, il-ħtieġa għal azzjoni korporattiva u impenji korrispondenti kif ukoll iż-żieda fis-sejħiet għal rekwiżiti trasparenti, konsistenti, uniformi, sodi u infurzabbli għal ktajjen tal-provvista sostenibbli, inkluża domanda mnaqqsa għall-komoditajiet li joħolqu riskju għall-foresti; jinnota li xi operaturi ħaddnu d-Dikjarazzjoni ta' New York tal-2014 dwar il-Foresti u ħadu azzjoni biex jindirizzaw id-deforestazzjoni, iżda sfortunatament dawn spiss ma jkollhomx ambizzjoni, ikunu jkopru biss partijiet mill-katina tal-provvista u ma jkunux imfassla biex jindirizzaw xpruni interkonnessi multipli tad-deforestazzjoni (30), u għaldaqstant ma jissodisfawx l-asserzjonijiet tagħhom dwar is-sostenibbiltà u l-impenji mħabbra; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-impenji volontarji tal-kumpaniji kontra d-deforestazzjoni għadhom ma kinux biżżejjed biex iwaqqfu d-deforestazzjoni globali;

15.

Jirrimarka li l-iskemi ta' ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi kellhom rwol importanti fit-tlaqqigħ flimkien tan-negozji u s-soċjetà ċivili biex jiġi żviluppat fehim komuni tal-problema tad-deforestazzjoni; josserva, madankollu, li filwaqt li l-iskemi ta' ċertifikazzjoni volontarja ta' partijiet terzi kkontribwew għall-iżvilupp ta' prattiki tajba, dawn l-iskemi waħedhom ma jistgħux iwaqqfu u jreġġgħu lura d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-ekosistema u għandhom ikunu biss komplementari għal miżuri vinkolanti; jinnota li ċ-ċertifikazzjoni volontarja ta' partijiet terzi tista' tkun għodda awżiljarja biex tivvaluta u timmitiga r-riskji tad-deforestazzjoni meta tkun iddisinjata u implimentata bis-sħiħ fir-rigward tal-kriterji ta' sostenibbiltà ddefiniti sewwa, li jistgħu jitkejlu, u li jkunu ambizzjużi li tkun ibbażata fuqhom, ir-robustezza taċ-ċertifikazzjoni u l-proċess ta' akkreditazzjoni, is-sorveljanza indipendenti u l-mekkaniżmi ta' konformità, il-possibbiltajiet biex tiġi ssorveljata l-katina tal-provvista u rekwiżiti sodi biex jiġu protetti l-foresti primarji u foresti naturali oħra u biex tiġi promossa l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

16.

Jinnota li ċ-ċertifikazzjoni u t-tikketti ta' partijiet terzi waħedhom mhumiex effettivi biex jipprevjenu li komoditajiet u prodotti li jpoġġu f'riskju lill-ekosistemi jidħlu fis-suq intern tal-Unjoni; jenfasizza għalhekk li ċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi tista' tkun biss komplementari għall-proċessi ta' diliġenza dovuta bir-reqqa mandatorji tal-operaturi, iżda ma tistax tissostitwihom, liema proċessi jiżguraw ukoll ir-responsabbiltà soċjali u ambjentali tagħhom, f'konformità mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE;

17.

Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-għadd kbir ta' skemi u tikketti ta' ċertifikazzjoni eżistenti jwassal għal konfużjoni fost il-konsumaturi u jxekkel l-għażliet tagħhom biex jagħmlu għażla infurmata; jenfasizza f'dan ir-rigward li għandha tiġi kkunsidrata l-armonizzazzjoni tal-obbligu li tingħata informazzjoni;

18.

Jissottolinja li miżura ta' politika li tiddependi biss mill-għażla tal-konsumatur tittrasferixxi b'mod mhux xieraq ir-responsabbiltà għax-xiri ta' prodotti mhux assoċjati mad-deforestazzjoni fuq il-konsumaturi, li mhijiex effettiva biżżejjed biex tintegra produzzjoni aktar sostenibbli; jemmen li l-informazzjoni tal-konsumaturi dwar prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni tista' tkun għodda b'saħħitha biex tikkomplementa qafas legali dwar id-diliġenza dovuta u biex tindirizza n-naħa tad-domanda ta' dan is-suġġett; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra aktar il-kunsiderazzjonijiet dwar id-deforestazzjoni fl-Ekotikketta tal-UE, l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku u inizjattivi oħra fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari, bħala parti minn sett komprensiv ta' azzjonijiet u inizjattivi biex tiżgura ktajjen ta' provvista mhux assoċjati mad-deforestazzjoni; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi r-riskju tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-ekosistemi fost il-kriterji tal-asserzjonijiet ekoloġiċi fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) u biex tistabbilixxi skema ta' approvazzjoni minn qabel tal-UE biex tawtorizza l-użu tal-asserzjonijiet ekoloġiċi;

19.

Jinnota li, sa issa, m'hemm l-ebda regola fis-seħħ li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' prodotti li kkontribwew għall-qerda tal-foresti; jirrimarka li anke l-injam maqtugħ li jkun legalment konformi mal-liġi tal-pajjiż ta' oriġini jista' jikkontribwixxi għad-deforestazzjoni u xorta jista' jgawdi minn aċċess liberu għas-suq tal-Unjoni; jinnota li, għalhekk, il-konsumaturi ta' bosta komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u lill-ekosistemi f'riskju fl-Unjoni m'għandhom l-ebda garanzija li dawn il-prodotti ma kkontribwewx għad-deforestazzjoni u li, b'konsegwenza ta' dan, il-konsumaturi mingħajr ħtija, mingħajr ma jridu u mingħajr ma jafu jixprunaw id-deforestazzjoni;

20.

Jinnota li l-kriterji għal dak li jikkostitwixxi komodità jew prodotti “mhux assoċjati mad-deforestazzjoni” li jirfdu l-iskemi ta' ċertifikazzjoni mhux dejjem kienu komprensivi biżżejjed, peress li xi kultant dawn ikopru biss xi wħud mill-ingredjenti rilevanti tal-prodott, partijiet biss miċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott, jew jużaw definizzjoni insuffiċjenti ta' “mhux assoċjati mad-deforestazzjoni”, li jistgħu jwasslu għal xiri ta' tikketti minn kumpaniji u jnaqqsu l-ambizzjoni taċ-ċertifikazzjoni b'mod ġenerali;

Regoli obbligatorji bbażati fuq id-diliġenza dovuta

21.

Jilqa' f'dan ir-rigward, is-sejħiet minn għadd ta' kumpaniji biex jiġu introdotti regoli tal-Unjoni għal diliġenza dovuta obbligatorja fil-ktajjen tal-provvista tal-komoditajiet li huma ta' riskju għall-foresti;

22.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta, mingħajr dewmien, proposta għal qafas legali tal-UE bbażat fuq id-diliġenza dovuta biex jiġu żgurati ktajjen tal-provvista sostenibbli u mhux assoċjati mad-deforestazzjoni għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq l-indirizzar tal-ixpruni ewlenin tad-deforestazzjoni importata u li minflok jinkoraġġixxi l-importazzjonijiet li ma joħolqux deforestazzjoni barra l-pajjiż, filwaqt li tqis l-importanza ekonomika tal-esportazzjoni tal-komoditajiet għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment għall-bdiewa b'azjendi agrikoli żgħar, u b'kunsiderazzjoni tal-feedback mill-partijiet ikkonċernati kollha, speċjalment l-SMEs;

23.

Ifakkar li fil-Komunikazzjoni tagħha dwar id-Deforestazzjoni tal-2008, il-Kummissjoni stabbiliet l-għan li twaqqaf it-telf globali tal-kopertura tal-foresti sa mhux aktar tard mill-2030 u li tnaqqas id-deforestazzjoni tropikali grossa b'mill-inqas 50 % sal-2020, u jwissi li t-tieni għan kważi żgur mhux se jintlaħaq;

24.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti, iżda jitlob approċċ politiku aktar ambizzjuż; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta, akkumpanjata b'valutazzjoni tal-impatt, għal qafas legali tal-UE bbażat fuq rekwiżiti obbligatorji ta' diliġenza dovuta, rapportar, divulgazzjoni u parteċipazzjoni ta' partijiet terzi, kif ukoll fuq ir-responsabbiltà u s-sanzjonijiet f'każ ta' ksur tal-obbligi għall-kumpaniji kollha li jqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni komoditajiet li jinvolvu riskji għall-foresti u għall-ekosistemi u prodotti derivati minn dawn il-komoditajiet, u l-aċċess għall-ġustizzja u r-rimedju għall-vittmi ta' ksur ta' dawn l-obbligi; li għandhom jiġu imposti obbligi ta' traċċabilità fuq in-negozjanti fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-oriġini tal-komoditajiet u tal-prodotti derivati minnhom fil-mument li jitqiegħdu fis-suq intern tal-Unjoni, biex jiġu żgurati ktajjen tal-valur sostenibbli u mhux assoċjati mad-deforestazzjoni, kif stabbilit fl-Anness ta' din ir-riżoluzzjoni; jenfasizza li l-istess qafas legali għandu japplika wkoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha awtorizzati li joperaw fl-Unjoni u li qed jipprovdu flus lil kumpaniji li jaħsdu, jestrattaw, jipproduċu, jipproċessaw jew jikkummerċjalizzaw komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju jew prodotti derivati minnhom;

25.

Jemmen li l-Unjoni teħtieġ tiżgura li tippromwovi biss ktajjen ta' provvista globali u flussi finanzjarji li jkunu sostenibbli u mhux assoċjati mad-deforestazzjoni u li ma jwasslux għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab konvint li r-regoli obbligatorji dwar is-sostenibbiltà ppromulgati f'suq kbir, bħas-suq tal-Unjoni, għandhom il-potenzjal li jixprunaw il-prattiki ta' produzzjoni globali lejn prattiki aktar sostenibbli;

26.

Jirrimarka li l-komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju koperti minn dan il-qafas legali tal-UE għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta' kunsiderazzjonijiet oġġettivi, trasparenti u bbażati fuq ix-xjenza li jindikaw li tali komoditajiet ikunu assoċjati mal-qerda u d-degradazzjoni ta' foresti u ekosistemi b'ħażna għolja ta' karbonju u rikki fil-bijodiversità, kif ukoll fir-rigward tad-drittijiet tal-popli indiġeni u d-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali;

27.

Jenfasizza li tali qafas legali tal-UE ma għandux biss jiggarantixxi l-legalità tal-ħsad, il-produzzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar ta' komoditajiet u ta' prodotti derivati minnhom li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju fil-pajjiż ta' oriġini, iżda wkoll is-sostenibbiltà tal-ħsad, il-produzzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar tagħhom;

28.

Jenfasizza li, skont diversi studji (32), qafas legali biex jipprevjeni d-dħul ta' prodotti marbuta mad-deforestazzjoni fis-suq intern tal-Unjoni, mhu se jkollu l-ebda impatt fuq il-volum u l-prezz tal-komoditajiet mibjugħin fl-Unjoni u li huma koperti fl-Anness ta' din ir-riżoluzzjoni, u li l-ispejjeż żejda li jħallsu l-operaturi biex jimplimentaw dawn l-obbligi legali huma minimi;

29.

Jenfasizza l-kontribut tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-attivisti ambjentali, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija, kif ukoll tal-informaturi, fil-ġlieda kontra l-ħsad illegali tal-injam li jirriżulta fid-deforestazzjoni, fit-telf tal-bijodiversità u fiż-żieda fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

30.

Jinnota li tali qafas legali tal-UE għandu jkun estiż ukoll għal ekosistemi b'ħażna għolja ta' karbonju u rikki fid-diversità apparti l-foresti, bħall-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, l-artijiet mistagħdra, it-torbieri u s-savani, sabiex jiġi evitat li l-pressjoni tgħaddi fuq dawn l-ambjenti;

31.

Jemmen li dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-operaturi kollha li jqiegħdu komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju (FERC) fis-suq tal-Unjoni, irrispettivament mid-daqs jew il-post tar-reġistrazzjoni tagħhom, ladarba valutazzjoni bir-reqqa tkun ikkonkludiet li dan ikun funzjonali u applikabbli għall-atturi kollha fis-suq, inklużi l-SMEs; filwaqt li jirrikonoxxi li l-azzjonijiet li jsegwu l-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur iridu jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskji assoċjati mal-komodità partikolari, jemmen li f'suq aħħari frammentat, l-inklużjoni ta' kumpaniji iżgħar u akbar hija kruċjali biex jiġi żgurat li jkun hemm kemm impatt fuq skala kbira kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi; jenfasizza li l-qafas regolatorju ma jridx iwassal għal piż żejjed fuq il-produtturi żgħar u ta' daqs medju, inklużi l-bdiewa b'azjendi agrikoli żgħar, jew jipprevjeni l-aċċess tagħhom għas-swieq u l-kummerċ internazzjonali minħabba nuqqas ta' kapaċità; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa ta' mekkaniżmu ta' appoġġ koordinat għall-SMEs fil-livell tal-UE biex jiġi żġurat li dawn jifhmu, jitħejjew u jkunu kapaċi jipproduċu f'konformità mar-rekwiżiti ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem;

32.

Jenfasizza li ħafna min-negozji tal-Unjoni fil-katina tal-provvista huma SMEs, u għaldaqstant jitlob implimentazzjoni effettiva favorevoli għall-SMEs li tillimita l-piż amministrattiv tagħhom għal minimu inevitabbli; iqis li għandha tiġi stabbilita sistema ta' twissija bikrija għan-negozji biex twissi lin-negozji kull meta jimportaw minn reġjuni fejn jaf tkun qed issir deforestazzjoni;

33.

Jemmen li rekwiżiti ta' diliġenza dovuta obbligatorja madwar l-Unjoni jipprovdu benefiċċji għan-negozji permezz tal-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi billi l-kompetituri jkollhom jimxu mal-istess standards, u jipprovdu ċertezza legali, għall-kuntrarju tal-mużajk ta' miżuri differenti fuq livell nazzjonali;

34.

Ifakkar fis-sejbiet tal-istudju dwar ir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta permezz tal-katina tal-provvista, li ġie kkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni, li sab li l-maġġoranza ta' dawk li wieġbu mill-qasam tan-negozju jaqblu li d-diliġenza dovuta obbligatorja jkollha impatt pożittiv fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent;

35.

Jisħaq li d-diġitalizzazzjoni u l-għodod ġodda tat-teknoloġija għandhom il-potenzjal li jipprovdu soluzzjonijiet bla preċedent għall-kumpaniji biex jidentifikaw, jipprevjenu, inaqqsu u jerfgħu r-responsabbiltà għad-drittijiet tal-bniedem u l-impatti ambjentali;

36.

Jemmen li l-qafas legali futur li jikkonċerna l-komoditajiet li jirrappreżentaw riskju għall-foresti għandu jibbaża fuq it-tagħlimiet meħuda mill-Pjan ta' Azzjoni FLEGT, ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam, ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) (“ir-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt”), id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) (“id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju”), il-leġiżlazzjoni dwar is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u inizjattivi oħra tal-UE li jirregolaw il-ktajjen tal-provvista;

37.

Jilqa' r-reviżjoni li għaddejja bħalissa tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-kwalità u l-ambitu tad-divulgazzjoni mhux finanzjarja, b'mod partikolari dwar ir-rappurtar tal-istituzzjonijiet finanzjarji dwar l-aspetti ambjentali, u biex tippromwovi l-integrazzjoni ta' kunsiderazzjonijiet dwar il-foresti fir-responsabbiltà soċjali korporattiva;

Ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam u l-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) dwar il-FLEGT

38.

Jinsab konvint li r-Regolament tal-UE dwar l-Injam, speċjalment ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta tiegħu, jirrappreżenta mudell tajjeb biex fuqu jinbena qafas legali futur tal-UE biex id-deforestazzjoni globali kkawżata mill-UE titwaqqaf u titreġġa' lura, madankollu n-nuqqas ta' implimentazzjoni u ta' infurzar tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam u l-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-prodotti koperti minnu jfisser li r-regolament ma jissodisfax l-ispirtu u l-intenzjoni tiegħu; huwa għalhekk tal-opinjoni li, mir-Regolament tal-UE dwar l-Injam, jistgħu jittieħdu tagħlimiet għal titjib fir-regoli ta' implimentazzjoni u infurzar għal qafas legali futur tal-UE biex id-deforestazzjoni globali kkawżata mill-UE titwaqqaf u titreġġa' lura; ifakkar li l-legalità tal-ħsad u l-kummerċ tal-prodotti forestali hija attwalment koperta mir-Regolament tal-UE dwar l-Injam, u għalhekk jenfasizza li r-regolamentazzjoni doppja fil-qafas legali futur tal-UE għandha tiġi evitata u għandhom jiġu armonizzati miżuri li jirregolaw il-ħsad legali u illegali tal-prodotti tal-foresti u l-kummerċ fihom;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-inklużjoni possibbli ta' komoditajiet koperti mir-Regolament tal-UE dwar l-Injam fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta għal qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali mmexxija mill-UE, filwaqt li jitqies il-kontroll tal-idoneità li jmiss tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam, u jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan ta' Azzjoni FLEGT. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-implikazzjonijiet potenzjali fuq il-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) attwali. Il-pajjiżi sħab tal-Unjoni li jipproduċu l-injam għandhom ikunu assoċjati mill-qrib f'dan l-impenn;

40.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati tajbin li wriet il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi skont il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT tal-UE u l-VPAs fl-indirizzar tal-isfida min-naħa tal-provvista tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u jisħaq li din il-ħidma għandha tiġi intensifikata, speċjalment f'termini ta' sorveljanza, verifiki u kontrolli u anke f'termini ta' offerta ta' bini tal-kapaċità; jisħaq li l-VPAs jikkostitwixxu qafas tassew effikaċi biex jiġu stabbiliti sħubiji tajbin ma' dawn il-pajjiżi u li għandhom jiġu promossi VPAs ġodda ma' sħab oħrajn; jistieden lill-UE żżid il-finanzjament għall-FLEGT;

41.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Ħidma FLEGT 2018-2022 tal-UE;

42.

Jilqa' l-kontroll tal-idoneità li jmiss mill-Kummissjoni tar-Regolament FLEGT u tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam bħala opportunità biex jissaħħaħ l-infurzar tagħhom, tkompli tittejjeb l-implimentazzjoni tagħhom u jitwessa' l-ambitu li jkopru għal pereżempju prodotti stampati, prodotti tal-injam u injam minn reġjuni ta' kunflitt, u biex jissaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili;

43.

Itenni t-talba tiegħu li l-importazzjonijiet tal-injam u tal-prodotti tal-injam għandhom jiġu kkontrollati aktar bir-reqqa fil-fruntieri tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-prodotti importati tassew jikkonformaw mal-kriterji biex jidħlu fl-Unjoni; jappella għall-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jiġi żgurat li jkun hemm armonizzazzjoni u implimentazzjoni aħjar tal-KDU; jisħaq li l-Kummissjoni għandha bżonn tiżgura li l-kontrolli doganali fl-Unjoni kollha jsegwu l-istess standards, permezz ta' mekkaniżmu dirett unifikat ta' kontroll doganali, b'koordinazzjoni mal-Istati Membri u b'konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

44.

Huwa tal-opinjoni li l-ftehimiet ta' sħubija bbażati fuq il-kummerċ ma' pajjiżi produtturi ewlenin tal-FERCs jistgħu jkunu utli biex jiġu indirizzati l-kawżi tad-deforestazzjoni min-naħa tal-provvista u jinnota li l-mudell tal-VPAs dwar il-FLEGT huwa wieħed mill-għażliet;

45.

Il-proposta għandha tiżgura li jkun hemm ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar kwalunkwe miżura u qafas ġodda għall-Unjoni kollha relatati mal-użu attwali tal-VPAs dwar il-FLEGT u l-għoti ta' liċenzji, sabiex jiġi żgurat l-interess fl-investiment fl-esportazzjoni mhux assoċjata mad-deforestazzjoni lejn l-UE; u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi ftehimiet ta' sħubija bbażati fuq il-kummerċ ma' pajjiżi produtturi ewlenin ta' komoditajiet agrikoli, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi tad-deforestazzjoni min-naħa tal-provvista;

Il-kummerċ u l-kooperazzjoni internazzjonali

46.

Jisħaq li l-politika kummerċjali u ta' investiment jeħtieġ li tiġi rieżaminata sabiex tindirizza l-isfida globali tad-deforestazzjoni b'mod aktar effettiv, u billi toħloq kundizzjonijiet ekwi globalment, u tqis ir-rabta bejn il-ftehimiet kummerċjali u l-bijodiversità globali kif ukoll l-ekosistema tal-foresti;

47.

Itenni li l-politika kummerċjali u ta' investiment tal-Unjoni, inkluż il-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Mercosur, għandha tinkludi kapitoli vinkolanti u infurzabbli dwar l-iżvilupp sostenibbli li jirrispettaw bis-sħiħ l-impenji internazzjonali, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, ikunu konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment futuri kollha jkun fihom dispożizzjonijiet legalment vinkolanti u infurzabbli, inklużi dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni u relatati mal-qtugħ illegali tas-siġar, għall-prevenzjoni tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti u tal-qerda u d-degradazzjoni tal-ekosistemi;

48.

Jirrakkomanda, fil-kuntest tal-prinċipju ta' “tagħmel l-ebda ħsara” kif enfasizzat fil-komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li l-Kummissjoni tivvaluta aħjar u regolarment l-impatt tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment eżistenti dwar id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u tal-ekosistemi, il-ħtif tal-art u d-drittijiet tal-bniedem u tiżgura li dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli aktar ambizzjużi dwar il-protezzjoni tal-foresti u tal-ekosistemi, il-bijodiversità, dwar it-tmiem tal-ħtif tal-art u l-forestrija sostenibbli jiġu inklużi fil-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-ftehimiet kollha dwar il-kummerċ ħieles u l-investiment;

49.

Jirrimarka li, sabiex jiġi evitat id-dumping tal-prezzijiet u jiġi żgurat l-użu sostenibbli tal-injam, biex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta' ftehimiet bilaterali bbażati fuq id-dumping tal-prezzijiet tal-injam, u biex jiġi evitat li jsir qtugħ addizzjonali tas-siġar, għandhom jiġu kkunsidrati rimedji inkluż l-istabbiliment ta' sistema komuni ta' rkant tal-injam, biex ikun possibbli li jiġi traċċat minn fejn joriġina l-materjal u biex it-tħassib dwar il-klima, il-bijodiversità u d-drittijiet tal-bniedem jitqies fil-prezz;

50.

Iqis li l-kummerċ u l-kooperazzjoni internazzjonali huma għodod importanti għall-konsolidazzjoni ta' standards ogħla ta' sostenibbiltà, speċjalment fir-rigward ta' setturi li huma marbuta mal-foresti u l-ktajjen tal-valur derivati tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi permezz ta' assistenza teknika, skambju ta' informazzjoni u prattiki tajba fil-preservazzjoni, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-foresti, b'enfasi speċjali fuq ir-rabta bejn il-kriminalità organizzata u l-komoditajiet assoċjati mad-deforestazzjoni, u jippromwovu u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni xjentifika u akkademika ma' pajjiżi terzi, kif ukoll programmi ta' riċerka li jippromwovu l-għarfien u l-innovazzjoni dwar il-bijodiversità, l-impriżi li jirrispettaw l-ambjent u l-ekonomija ċirkolari; jisħaq fuq l-importanza li jitqiesu l-effetti tal-miżuri fuq l-impjiegi u t-tkabbir tal-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) li jiddependu mill-produzzjoni tal-FERCs; jistieden lill-UE tappoġġja lill-gvernijiet u lis-soċjetà ċivili ta' pajjiżi terzi u tikkoopera magħhom fil-ħidma tagħhom kontra d-deforestazzjoni, partikolarment permezz tal-iskema SĠP+; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk għandux jiġi żviluppat strument ġdid speċifiku ta' għajnuna għall-kummerċ biex jiffaċilita l-kummerċ fil-kuntest tal-mitigazzjoni tar-riskji relatati mal-produzzjoni tal-FERCs;

51.

Jitlob lill-Kummissjoni li l-miżuri li għandhom jiġu adottati jkollhom approċċ komprensiv u differenzjat għad-deforestazzjoni, meta jitqiesu d-diversi dimensjonijiet tagħha u r-rabtiet tagħha kemm mal-ġenerazzjoni ta' impriżi sostenibbli kif ukoll mal-ġlieda kontra l-ekonomiji kriminali; għal dak il-għan, jappella għal djalogu ma' pajjiżi terzi sabiex jiġu analizzati, każ b'każ, il-kawżi ewlenin tat-telf tal-kopertura tal-foresti u r-rilevanza tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

52.

Jisħaq li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku fl-FTAs għandhom iqisu l-kriterji soċjali, ambjentali u ta' mġiba responsabbli fin-negozju fl-għoti tal-kuntratti;

53.

Jinsisti li r-rekwiżiti obbligatorji fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu kkomplementati b'aktar kooperazzjoni globali u kooperazzjoni rinforzata, governanza ambjentali globali msaħħa u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi permezz ta' assistenza teknika, l-iskambju ta' informazzjoni u prattiki tajba fil-preservazzjoni, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-foresti, filwaqt li jingħata rikonoxximent speċjali lill-inizjattivi ta' sostenibbiltà mwettqa mis-settur privat; b'aktar sforzi f'fora internazzjonali ewlenin, inkluż fid-WTO u fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), azzjonijiet biex iwaqqfu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, jirrestawraw il-foresti u jevitaw l-effett invers tad-delokalizzazzjoni tal-ktajjen ta' provvista mhux mixtieqa li jikkawżaw id-deforestazzjoni lejn reġjuni oħra fid-dinja;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu, permezz tal-kummerċ u l-kooperazzjoni internazzjonali, l-investiment meħtieġ biex jiġu kkonsolidati standards ogħla ta' sostenibbiltà fis-setturi tal-forestrija u l-ktajjen tal-valur tagħhom, filwaqt li jippromwovu l-bijoekonomija ċirkolari, it-turiżmu ekoloġiku, l-enerġija rinnovabbli, l-agrikoltura intelliġenti u oqsma rilevanti oħra, anke f'pajjiżi terzi;

55.

Il-proposta għandha tiżgura li jkun hemm ċertezza tad-dritt għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar kwalunkwe miżura u qafas ġodda għall-UE kollha relatati mal-użu attwali tal-VPAs dwar il-FLEGT u l-għoti ta' liċenzji, sabiex jiġi żgurat l-interess fl-investiment fl-esportazzjoni mhux assoċjata mad-deforestazzjoni lejn l-UE; u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi ftehimiet ta' sħubija bbażati fuq il-kummerċ ma' pajjiżi produtturi ewlenin ta' komoditajiet agrikoli, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi tad-deforestazzjoni min-naħa tal-provvista;

56.

Jinnota l-importanza li jiġi żgurat li d-deforestazzjoni tiġi inkluża fid-djalogi politiċi fil-livell tal-pajjiżi u li l-pajjiżi sħab jiġu megħjuna jiżviluppaw u jimplimentaw oqfsa nazzjonali għall-forestrija u l-forestrija sostenibbli; jenfasizza li dawk l-oqfsa nazzjonali jridu jirriflettu l-ħtiġijiet nazzjonali kif ukoll l-impenji globali; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi li jinċentivaw lill-bdiewa żgħar biex iżommu u jtejbu l-ekosistema u l-prodotti pprovduti mill-forestrija u l-agrikoltura sostenibbli;

57.

Huwa tal-opinjoni li azzjoni b'saħħitha fis-suq intern tal-Unjoni għandha timxi id f'id ma' azzjoni b'saħħitha fil-livell internazzjonali; għalhekk, il-Programmi Indikattivi Nazzjonali fl-ambitu tal-azzjoni esterna tal-UE għandhom jintegraw dispożizzjonijiet biex jgħinu lill-kumpaniji u lill-bdiewa b'azjendi agrikoli żgħar tal-pajjiżi terzi li jaħdmu ma' operaturi li jqiegħdu komoditajiet FERC fis-suq intern tal-Unjoni biex iwettqu attivitajiet mingħajr ma jagħmlu ħsara lill-foresti u l-ekosistemi;

58.

Jemmen li r-regolament propost fl-Anness ta' din ir-riżoluzzjoni għandu jkun, u jista' jkun, imfassal b'mod li jkun konformi mar-regoli tad-WTO u għandu jkun akkumpanjat minn ftehimiet ta' sħubija bbażati fuq il-kummerċ ma' pajjiżi produtturi ewlenin ta' komoditajiet agrikoli, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi min-naħa tal-provvista tad-deforestazzjoni;

59.

Jipproponi li meta tinnegozja Programmi Indikattivi Nazzjonali (PIN) ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza d-dispożizzjonijiet li jgħinu lill-kumpaniji u lill-bdiewa b'azjendi agrikoli żgħar ta' pajjiżi terzi li jaħdmu mal-operaturi li jqiegħdu komoditajiet FERC fis-suq intern tal-Unjoni biex iwettqu attivitajiet li ma jagħmlux ħsara lill-foresti, lill-ekosistemi u lid-drittijiet tal-bniedem;

60.

Jirrimarka li t-tisħiħ tal-qafas legali tal-UE dwar id-deforestazzjoni jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-art f'pajjiżi terzi u, sabiex tiġi evitata kwalunkwe spekulazzjoni, id-data ta' skadenza m'għandhiex tiġi stabbilita wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta deskritta fl-Anness ta' din ir-riżoluzzjoni;

Deforestazzjoni u drittijiet tal-bniedem

61.

Jenfasizza li t-tibdil tal-qafas regolatorju sabiex jiġi legalizzat l-użu ta' ċerti żoni u l-modifika tad-drittijiet ta' pussess ma jneħħix l-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent ikkawżat mill-implimentazzjoni ta' dan it-tibdil; jisħaq, għalhekk, li l-kriterji tad-diliġenza dovuta jridu jinkludu elementi oħra li jmorru lil hinn mil-legalità tal-azzjoni;

62.

Jinnota li l-produzzjoni ta' komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju ma tħallix impatt negattiv fuq il-komunitajiet lokali biss permezz tad-deforestazzjoni diretta, id-degradazzjoni tal-ekosistemi u l-ħtif tal-art, iżda anke permezz tal-ħtif tal-ilma li jista' jaffettwa lill-ekosistemi tal-foresti u lil ekosistemi oħra;

63.

Jisħaq li l-komunitajiet lokali, il-popli indiġeni u d-difensuri tal-art u l-ambjent spiss ikunu fuq quddiem nett fil-ġlieda biex l-ekosistemi jiġu ppreservati; jinnota li f'xi reġjuni l-kunflitti dwar l-użu tal-artijiet u r-riżorsi huma l-kawża ewlenija ta' vjolenza kontra l-popli indiġeni (35); huwa mħasseb li d-degradazzjoni u l-qerda tal-foresti u ta' ekosistemi prezzjużi oħra spiss jimxu id f'id mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew jirriżultaw minnu; jikkundanna kwalunkwe forma ta' penalizzazzjoni, fastidju u persekuzzjoni għall-involviment f'attivitajiet favur il-protezzjoni tal-ambjent; iħeġġeġ, għalhekk, l-inklużjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet ta' pussess tal-art, id-drittijiet tal-art u x-xogħol, bil-għan li d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali, jitqiesu fil-qafas legali futur tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ li l-proċessi ta' riforma legali fil-pajjiżi produtturi jitwettqu bil-parteċipazzjoni effettiva u sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali; jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex, waqt l-Assemblea Ġenerali tan-NU li jmiss, jappoġġjaw ir-rikonoxximent globali tad-dritt għal ambjent b'saħħtu;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu ta' rispons rapidu fil-livell tal-Unjoni biex jappoġġja lid-difensuri tal-ambjent u tal-foresti fl-Unjoni u fid-dinja kollha;

65.

Jenfasizza li l-għoti ta' aċċess effettiv għall-ġustizzja u r-rimedji għall-vittmi ta' dannu korporattiv għad-drittijiet tal-bniedem u dak ambjentali jrid ikun parti minn tali qafas legali;

66.

Jisħaq li, minbarra li tistabbilixxi qafas legali tal-UE dwar il-komoditajiet li jikkawżaw id-deforestazzjoni, l-Unjoni jeħtieġ li tindirizza b'mod aktar deċiż l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, ir-responsabbiltà ambjentali u l-istat tad-dritt bħala kwistjonijiet orizzontali mal-pajjiżi kkonċernati u ma' pajjiżi oħra ewlenin ta' importazzjoni;

67.

Jenfasizza li qafas legali bħal dan għandu jkun iddisinjat f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, u għandu jitqies fl-ambizzjonijiet tal-Ftehim futur ta' wara Cotonou;

68.

Ifakkar fl-importanza li jiġu rrispettati l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jappoġġja n-negozjati li għaddejjin biex jinħoloq strument vinkolanti tan-NU dwar korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u jisħaq fuq l-importanza li l-Unjoni tkun involuta b'mod proattiv f'dan il-proċess;

Miżuri u koerenza tal-politiki tal-UE

69.

Jissottolinja li l-impatt tal-konsum tal-Unjoni ta' komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju jeħtieġ li jiġi indirizzat b'mod adegwat fi kwalunkwe segwitu, regolatorju jew mhux regolatorju, azzjoni u miżura tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u r-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, inklużi l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-Istati Membri;

70.

Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' dieti sostenibbli, billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impatti tax-xejriet tal-konsum u tingħata informazzjoni dwar id-dieti li huma aktar ta' ġid għal saħħet il-bniedem u li jħallu impronta ambjentali aktar baxxa; jemmen li huwa neċessarju li jiddaħħlu miżuri effettivi bil-għan li jiżdied l-appoġġ għall-prattiki agroekoloġiċi u li titnaqqas il-ħela tal-ikel fil-katina tal-provvista kollha; jinnota l-importanza li jiġu ppjanati azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni speċifiċi għall-konsumaturi sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom dwar l-impatt tax-xejriet tal-konsum fuq il-foresti, il-bijodiversità u l-klima, li jingħata appoġġ u li jiġu mħeġġa għażliet ta' ikel ibbażati fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti;

71.

Iqis li sabiex tiġi minimizzata l-impronta tal-karbonju li joħloq it-trasport tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u biex jiġu stimulati l-produzzjoni u l-impjiegi sostenibbli lokali, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-użu ta' injam, prodotti tal-injam maħsud jew bijomassa forestali sostenibbli u ta' oriġini lokali;

72.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet ta' komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju billi jiġu promossi l-proteina tal-pjanti mkabbra lokalment, ir-ragħa fil-mergħat, l-għalf legali u akkwistat b'mod sostenibbli, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Proteini;

73.

Jappoġġja l-promozzjoni ta' għelejjel li jassorbu n-nitroġenu, għelejjel leguminużi u għelejjel li fihom il-proteini skont il-pjanijiet strateġiċi l-ġodda tal-PAK, fost l-oħrajn permezz tan-newba tal-għelejjel, il-kundizzjonalità, l-ekoskemi u l-miżuri agroambjentali, interventi settorjali ġodda u appoġġ akkoppjat sabiex tiżdied l-awtosuffiċjenza tal-Unjoni fir-rigward tal-għelejjel li fihom il-proteini, u, fl-istess ħin, jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-bijodiversità u l-istrateġiji mill-Għalqa sal-Platt; jinnota wkoll li l-introjtu u l-profittabbiltà tal-azjendi agrikoli tal-bhejjem għandhom isiru kompatibbli ma' livelli ta' produzzjoni li jistgħu jiġu sostnuti permezz tar-ragħa bbażat fuq il-mergħat jew għelejjel ta' għalf imkabbar lokalment; jappella għal aktar riċerka u promozzjoni ta' sistemi u metodi ta' produzzjoni innovattivi li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż u l-inputs esterni, pereżempju sistemi ta' ragħa bbażati fuq il-foraġġ bħar-ragħa rotazzjonali, anke jekk il-volumi tal-produzzjoni jafu jkunu aktar baxxi;

74.

Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta' bijoekonomija sostenibbli li tagħti valur ekonomiku għoli lill-prodotti li jiġu prodotti b'mod sostenibbli;

75.

Jisħaq li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-bijoenerġija għandha tirrispondi għal kriterji soċjali u ambjentali rigorużi;

76.

Ifakkar li l-Unjoni tindirizza r-riskju tad-deforestazzjoni permezz tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam, il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT tal-UE, il-VPAs li jippromwovu proċessi bil-parteċipazzjoni ta' diversi partijiet ikkonċernati fil-pajjiżi produtturi, u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) (36), li jinkludu bosta regoli u li jistgħu jservu biex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju tad-deforestazzjoni u l-qtugħ illegali tas-siġar; jinnota li r-RED II testendi l-obbligu li jiġu ssodisfati l-kriterji ta' sostenibbiltà tal-Unjoni mill-bijofjuwils sal-użijiet finali kollha tal-bijoenerġija, inklużi t-tisħin/it-tkessiħ u l-elettriku, madankollu, peress li din tkopri biss il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-bijoenerġija, din bħalissa ma tistax tiżgura li l-użu mhux għal skop ta' enerġija ta' komoditajiet marbuta mad-deforestazzjoni jew mal-konverżjoni tal-ekosistemi bħala bijofjuwil ma jkunx permess;

77.

Jenfasizza li l-metodi użati biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha” m'għandhomx iwasslu għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-foresti f'partijiet oħra tad-dinja; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex sal-2021 tanalizza l-aspetti rilevanti tar-rapport mehmuż mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 (37) u, jekk ikun meħtieġ, tirrevedi dan ir-Regolament mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ qabel l-2023, abbażi tal-għarfien xjentifiku u f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni; jitlob lill-Kummissjoni terġa' tivvaluta d-data dwar is-sojja u telimina b'mod gradwali l-bijofjuwils b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2030;

78.

Iqis li l-użu fuq skala kbira tal-bijofjuwils fl-Unjoni jrid ikun akkumpanjat minn kriterji ta' sostenibbiltà suffiċjenti sabiex jiġi evitat tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art, inkluża d-deforestazzjoni; jinnota wkoll li l-kriterji attwali ma jqisux biżżejjed il-materja prima fossili użata fil-produzzjoni tal-bijofjuwils; jappella, għalhekk, għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riveduta matul l-implimentazzjoni tagħha li għadha għaddejja, inkluża l-effikaċja tal-kriterji tas-sostenibbiltà għall-bijoenerġija; jinnota l-importanza tal-ktajjen ta' provvista lokali tal-materja prima għall-kisba ta' sostenibbiltà fit-tul;

79.

Jemmen li l-foresti antiki u primarji għandhom jiġu kkunsidrati u protetti bħala beni komuni globali, u li l-ekosistemi tagħhom għandhom jingħataw status legali;

Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni

80.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat il-konsum ta' prodotti minn ktajjen tal-provvista mhux assoċjati mad-deforestazzjoni fl-Unjoni u li jiġu vvalutati kontinwament l-impatti tal-konsum fl-Unjoni ta' prodotti bħal dawn; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-komoditajiet u l-prodotti importati u l-impatt tagħhom fuq il-foresti u l-ekosistemi rikki fil-bijodiversità tad-dinja, kif ukoll il-konsegwenzi soċjoekonomiċi tad-deforestazzjoni u l-qerda tal-ekosistema u r-reati relatati mal-foresti fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi;

81.

Jirrimarka li l-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tipproponi li l-foresti primarji jkunu siti ta' patrimonju tal-UNESCO sabiex tgħin biex jiġu protetti mid-deforestazzjoni u żżid il-possibbiltà li tinġibed l-attenzjoni tal-pubbliku għall-protezzjoni tagħhom; jekk dan ma jkunx fattibbli, għandhom jiġu evalwati possibbiltajiet legali oħra biex dawn l-għanijiet jintlaħqu;

Definizzjonijiet, data dwar il-foresti u sorveljanza

82.

Jinnota li d-definizzjoni attwali tat-terminu foresta, il-kategorizzazzjoni tiegħu, u firxa ta' termini u prinċipji oħra assoċjati ma' deforestazzjoni permezz tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti adottata mill-korpi rilevanti, pereżempju, l-FAO, huma purament tekniċi u ma jiddifferenzjawx b'mod adegwat bejn foresti naturali u pjantaġġuni ta' foresti fejn il-funzjoni ekonomika tal-foresta tisboq sew il-funzjonijiet l-oħra tagħha, u jenfasizza li dan jista' jirriżulta fid-distorsjoni tad-data dwar iż-żona u l-istat tal-foresti tad-dinja; jistieden lill-partijiet ikkonċernati rilevanti jarmonizzaw l-użu tat-terminoloġija skont il-formulazzjoni mogħtija fl-anness għall-abbozz tar-riżoluzzjoni, u jenfasizza s-sinifikat ta' din il-kjarifika għall-użu effettiv ta' strumenti relatati;

83.

Jenfasizza l-ħtieġa, b'mod partikolari, ta' monitoraġġ indipendenti tal-produzzjoni u l-kummerċ tal-komoditajiet assoċjati mad-deforestazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet permezz tal-programm Orizzont Ewropa u tappoġġja l-monitoraġġ indipendenti fil-pajjiżi produtturi, kif ukoll l-iskambju fosthom tal-aħjar prattiki u tal-lezzjonijiet meħuda, sabiex jittejbu l-metodoloġiji użati u l-granularità tal-informazzjoni;

84.

Jenfasizza l-ħtieġa essenzjali li jittejbu l-mekkaniżmi li jgħinu biex jiġu identifikati s-sors jew l-oriġini tal-materjal tal-injam li jitqiegħed fis-suq intern;

85.

Jinnota li aċċess akbar għad-data doganali dwar l-importazzjonijiet li jidħlu fl-Unjoni jżid it-trasparenza u r-responsabbiltà fl-ambitu tal-katina tal-valur globali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sħubija doganali fi ħdan l-Unjoni filwaqt li testendi r-rekwiżiti tad-data doganali, b'mod partikolari billi tinkludi lill-esportatur u lill-manifattur bħala elementi obbligatorji tad-data doganali, u b'hekk issaħħaħ it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-ktajjen tal-valur globali;

86.

Jinnota li d-disponibbiltà u l-eżattezza tad-data li tintuża biex jiġi vvalutat f'liema żmien l-art ġiet iddeforestata/ikkonvertita f'użu ieħor jeħtieġ li jkunu affidabbli għal implimentazzjoni effettiva;

87.

Jistieden lill-Unjoni tkompli tiżviluppa programmi ta' riċerka u monitoraġġ bħal Copernicus, il-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja u programmi oħra ta' monitoraġġ sabiex tiġi ssorveljata l-katina tal-provvista ta' komoditajiet sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati u mogħtija twissijiet bikrin dwar prodotti li kkawżaw deforestazzjoni jew degradazzjoni ambjentali matul il-fażi ta' produzzjoni tagħhom;

88.

Jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-użu msaħħaħ tas-sistema satellitari Copernicus għall-monitoraġġ tal-foresti u għall-prevenzjoni tan-nirien tal-foresti u tal-ħsarat fil-foresti, inklużi l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tal-kawżi tan-nirien u tal-ħsara fil-foresti, id-deforestazzjoni u l-konverżjoni tal-ekosistemi, li tiffaċilita l-aċċess għall-awtoritajiet rilevanti f'kull Stat Membru, u tiżgura sors dirett ta' data miftuħa għall-SMEs jew għan-negozji l-ġodda;

89.

Jilqa' l-ħolqien ta' osservatorju tal-foresti biex jiġbor data u informazzjoni dwar id-deforestazzjoni fl-Ewropa kif ukoll fuq livell globali, u jitlob li dan l-osservatorju jistabbilixxi mekkaniżmu biex jipproteġi lid-difensuri tal-foresti;

90.

Jappella għall-ħolqien ta' mekkaniżmi ta' twissija bikrija biex jinnotifikaw lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-kumpaniji, inklużi skemi ta' partijiet terzi, u lill-konsumaturi dwar komoditajiet li joriġinaw f'żoni ta' riskju ta' konverżjoni tal-ekosistemi li jikkonċernaw it-telf u d-deterjorament tal-foresti u tas-savana u żoni fejn ikunu ġew miksura d-drittijiet tal-bniedem, u biex jassistu fl-indirizzar ta' dawn il-kwistjonijiet billi jintensifikaw id-djalogu u l-kondiviżjoni tad-data mal-pajjiżi terzi rispettivi;

91.

Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf bażi ta' data Ewropea li tiġbor fiha proġetti li diġà saru u li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u pajjiżi terzi kif ukoll proġetti bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi sabiex jiġi vvalutat l-impatt tagħhom fuq il-foresti tad-dinja; jissottolinja l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti;

Ġestjoni tal-foresti, riċerka u innovazzjoni

92.

Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu r-rabtiet bejn is-settur ibbażat fuq il-foresti u setturi oħra u l-importanza tad-diġitalizzazzjoni u tal-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tiġi mmonitorjata d-deforestazzoni;

93.

Jinnota li s-settur tal-forestrija jimpjega mill-inqas 500 000 ruħ direttament (38) fl-Unjoni, u 13-il miljun ruħ fid-dinja kollha (39), u li dawn l-impjiegi jinsabu b'mod speċjali fiż-żoni rurali;

94.

Jinnota li fil-livell tal-Unjoni, il-politiki ta' xi Stati Membri jirriflettu qafas dwar il-foresti u dwar il-ġestjoni tal-foresti li jista' jkun frammentat u diżassoċjat, u għalhekk jeħtieġu koordinazzjoni akbar u aħjar sabiex titħeġġeġ is-sostenibbiltà;

95.

Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet, l-impriżi, il-produtturi u s-soċjetà ċivili biex jiġu adottati politiki u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta' qafas biex jiġu appoġġjati proġetti tas-settur privat;

96.

Jissottolinja r-rwol essenzjali tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-trawwim tal-kontribut tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tas-settur ibbażat fuq il-foresti biex niffaċċjaw l-isfidi tad-deforestazzjoni u nindirizzaw it-tibdil fil-klima;

97.

Jitlob appoġġ reċiproku fil-każ ta' avvenimenti avversi permezz ta' riċerka u skambji sabiex jinstabu miżuri adattati għall-kundizzjonijiet ġeografiċi li jistgħu jipproteġu kontra nirien fuq skala kbira jew jipprevjenu l-infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara;

98.

Jilqa' miżuri għall-adattament tal-pjantaġġuni għat-tibdil fil-klima; jilqa' l-fatt li f'ħafna pajjiżi diġà hija rrakkomandata u prattikata żieda fl-għadd ta' speċijiet ta' siġar indiġeni reżiljenti f'foresti b'saħħithom u bijoloġikament diversi;

99.

Jenfasizza l-importanza tat-taħriġ, fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-pjantaġġuni u l-agroforestrija, inkluża l-kopertura kontinwa tal-veġetazzjoni; iqis li dawn huma fattur essenzjali fl-iżgurar tal-bijodiversità u tal-introjtu għall-komunitajiet forestali u għall-bdiewa li jipprattikaw l-agroforestrija;

100.

Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u ta' forza tax-xogħol tas-sengħa u mħarrġa tajjeb għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti fil-prattika; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri u jużaw is-sħubijiet eżistenti biex jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

101.

Jitlob tisħiħ tal-kooperazzjoni mad-dinja kollha għall-kondiviżjoni aħjar tal-għarfien u tal-esperjenzi fit-titjib tas-sostenibbiltà fil-ġestjoni tal-foresti multifunzjonali;

102.

Jistieden, għaldaqstant, lill-Unjoni biex tiżviluppa alleanzi internazzjonali ma' pajjiżi terzi għall-protezzjoni tal-foresti, l-insegwiment ta' politiki sodi bl-għan ta' deforestazzjoni żero, ippjanar integrat tal-art, trasparenza rigward il-pussess tal-art u prevenzjoni tal-konverżjoni tal-foresta f'art agrikola; jitlob, għal dan il-għan, li jiġi żgurat finanzjament internazzjonali fil-qafas tal-ftehimiet dinjija dwar il-protezzjoni tal-foresti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-gvernijiet Ewropej u l-atturi internazzjonali;

103.

Jitlob li jiġu żviluppati kunċetti għal futur sostenibbli għall-foresti madwar id-dinja li jirrikonċiljaw kemm l-interessi ekonomiċi kif ukoll dawk ambjentali, peress li l-foresti huma riżorsa importanti għal ħafna pajjiżi u li dawn tal-aħħar mhumiex lesti li jċedu din ir-riżorsa b'mod volontarju;

104.

Jitlob approċċ aktar olistiku, fi ħdan l-Unjoni, li fih l-Unjoni tipprovdi appoġġ dirett lill-awtoritajiet lokali għall-afforestazzjoni u l-prattiki ta' ġestjoni sostenibbli; jitlob, b'mod partikolari, li l-Unjoni jkollha rwol aktar b'saħħtu fl-għajnuna lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-infurzar tar-regolamenti fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-foresti;

105.

Jappella għal appoġġ finanzjarju robust u programmi ta' inċentivi għal miżuri ta' afforestazzjoni ta' art deterjorata u art mhux adatta għall-biedja;

Finanzjament

106.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta Qafas Finanzjarju Pluriennali li jirrispetta l-klima u l-ambjent; filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt tal-fondi ta' azzjoni esterna li jistgħu jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, kif ukoll ċerti fondi ta' riċerka u żvilupp; jitlob li ssir Verifika tal-Patt Ekoloġiku tal-QFP u tal-baġits Ewropej kollha;

107.

Jemmen li l-kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE għandhom jinkludu d-deforestazzjoni u l-konformità mal-proposta dwar id-diliġenza dovuta fost id-dispożizzjonijiet tagħha; reviżjoni tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku (40) għandha tintegra l-konformità mad-diliġenza dovuta fil-kriterji tal-għoti;

108.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni biex imexxu bl-eżempju billi jimmodifikaw l-imġiba, l-akkwisti u l-kuntratti qafas tagħhom lejn l-użu ta' prodotti “mhux assoċjati mad-deforestazzjoni biss”;

109.

B'mod partikolari, jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi biex tipprojbixxi x-xiri pubbliku ta' prodotti importati li jirriżultaw f'deforestazzjoni fil-qafas tal-Ftehim Plurilaterali tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) u d-Direttiva 2014/24/UE;

110.

Jistieden lill-Unjoni tagħti appoġġ xieraq għall-protezzjoni taż-żoni protetti magħżula eżistenti u għall-ħolqien ta' oħrajn ġodda b'mod adegwat, speċjalment fil-pajjiżi li huma produtturi ewlenin ta' injam;

111.

Jistieden lill-Unjoni tagħmel l-għoti ta' għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi sħab soġġett għall-introduzzjoni ta' sistema funzjonali ta' strumenti kunċettwali vinkolanti li jikkontribwixxu għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (pereżempju pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti); jenfasizza li dawn huma funzjonali biss jekk ikunu ppreparati b'għarfien espert suffiċjenti u jistieden lill-Unjoni tistabbilixxi u tinforza regoli ċari għall-konformità magħhom;

112.

Jitlob li s-settur forestali jkollu rwol li jispikka fl-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) li jmiss kif ukoll li jsir l-aħjar użu mill-potenzjal sħiħ tal-Pjan ta' Investiment Estern u tal-faċilitajiet reġjonali ta' finanzjament imħallat biex jiġu mobilizzati l-finanzjamenti privati għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti; jitlob li jissaħħu l-istandards u l-iskemi ta' ċertifikazzjoni li diġà jeżistu minflok ma jiġu introdotti oħrajn ġodda u jisħaq li dawk l-istandards u l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jeħtieġ li jikkonformaw mar-regoli tad-WTO;

113.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat rikonoxximent effettiv u rispett tad-drittijiet konswetudinarji ta' pussess tal-art tal-komunitajiet u tal-popli indiġeni li jiddependu mill-foresti bħala kwistjoni ta' ġustizzja soċjali f'konformità mal-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali (VGGT), id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP) u l-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO; jistieden lill-Kummissjoni ssostni t-tixrid, l-użu u l-implimentazzjoni tal-VGGT fuq livell globali, reġjonali u nazzjonali u anke permezz tal-Pjan ta' Investiment Estern;

114.

Jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-AKP sabiex tiġi indirizzata l-problema dejjem akbar tad-deforestazzjoni u d-deżertifikazzjoni fl-Istati AKP, permezz tal-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni bl-għan tat-titjib tal-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-foresti u l-istabbiliment ta' sistemi ta' monitoraġġ; jistieden lill-Unjoni tiżgura li d-deforestazzjoni tiġi inkluża fid-djalogi politiċi fil-livell tal-pajjiż, u tgħin lill-pajjiżi sħab jiżviluppaw u jimplimentaw oqfsa nazzjonali dwar il-foresti u dwar ktajjen ta' provvista sostenibbli, filwaqt li tappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDC) tal-pajjiżi sħab skont il-Ftehim ta' Pariġi;

115.

Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta, abbażi tal-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, proposta għal qafas legali tal-UE biex id-deforestazzjoni globali kkawżata mill-UE titwaqqaf u titreġġa' lura, skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness mehmuż;

o

o o

116.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.

(2)  ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.

(3)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(4)  (EPRS), “An EU legal framework to halt and reverse global deforestation – European added value assessment”, PE 654.174, Settembru 2020.

(5)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0226.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2016)0405.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2017)0098.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2017)0330.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2018)0279.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2018)0333.

(12)  Testi adottati, P9_TA(2020)0005.

(13)  Testi adottati, P9_TA(2020)0015.

(14)  Testi adottati, P9_TA(2020)0212.

(15)  Ir-Rapport “Tisħin Globali ta' 1,5 oC”, rapport speċjali tal-IPCC dwar l-impatti tat-tisħin globali ta' żieda ta' 1,5 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra relatati, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jinqered il-faqar;

(16)  Komunikazzjoni dwar “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, Kummissjoni Ewropea, 2019.

(17)  “Living planet 2016”, WWF, Soċjetà żooloġika ta' Londra, Ċentru ta' Reżiljenza ta' Stokkolma

(18)  Komunikazzjoni dwar “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, Kummissjoni Ewropea, 2019.

(19)  Smith P et al. (2014) Agriculture, Forestry and Other Land Use (AFOLU) (L-Agrikoltura, il-Forestrija u Użi Oħrajn tal-Art (AFOLU)). Fi: Climate Change 2014: Mitigation of Climate Change. Contribution of Working Group III to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change (Tibdil fil-Klima 2014: Il-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima. Kontribut tal-Grupp ta' Ħidma III għall-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima), [Edenhofer, O. et al. (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, ir-Renju Unit u New York, NY, l-Istati Uniti.

(20)  Cook, Istitut għall-Istudji Spazjali Goddard tan-NASA, 2005

(21)  We Lost a Football Pitch of Primary Rainforest Every 6 Seconds in 2019 (Fl-2019 Tlifna Foresta Primarja tad-Daqs ta' Grawnd tal-Futbol Kull 6 Sekondi), World Resources Institute, online, 2 ta' Ġunju 2020.

(22)  Rainforest Mafias: How Violence and Impunity Fuel Deforestation in Brazil's Amazon (Il-Mafji tal-Foresta Pluvjali: Kif il-Vjolenza u l-Impunità Jixprunaw id-Deforestazzjoni fil-Foresta Amażonika tal-Brażil), Human Rights Watch, online, 17 ta' Settembru 2019.

(23)  Bruce A. Wilcox u Brett Ellis, Center for Infectious Disease Ecology, Asia-Pacific Institute for Tropical Medicine and Infectious Diseases, University of Hawaii, Manoa, L-Istati Uniti; 2006

(24)  kif irrappurtat pereżempju mill-Atlas tal-Ġustizzja Ambjentali https://ejatlas.org/conflict/water-grabbing-and-agribusiness-in-the-south-coast-of-guatemala – għall-każ tal-Gwatemala (il-kannamiela, iż-żejt tal-palm u l-banana)

(25)  FAO. 2016. State of the World's Forests 2016. Forests and agriculture: land-use challenges and opportunities. (L-Istat tal-Foresti tad-Dinja 2016. Forestrija u agrikultura: sfidi u opportunitajiet għall-użu tal-art.) Ruma. http://www.fao.org/3/a-i5588e.pdf

(26)  European Commission, 2013. The impact of EU consumption on deforestation: Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation. Final report. Study funded by the European Commission and undertaken by VITO, the International Institute for Applied Systems Analysis, HIVA – Onderzoeksinstituut voor Arbeid en Samenleving and International Union for the Conservation of Nature NL.

(27)  Rapport tal-IPBES 2019

(28)  Escobar, N., Tizado, E. J., zu Ermgassen, E. K.,Löfgren, P., Börner, J., & Godar, J. (2020). Spatially-explicit footprints of agricultural commodities: Mapping carbon emissions embodied in Brazil's soy exports. (Marki spazjalment espliċiti ta' komoditajiet agrikoli: L-immappjar tal-emissjonijiet tal-karbonju inkorporati fl-esportazzjonijiet tas-sojja tal-Brażil). “Global Environmental Change” (Bidla Ambjentali Globali), 62, 102067 https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0959378019308623

(29)  Rapport Tekniku – 2013 – 063 tal-Kummissjoni, “The impact of EU consumption on deforestation: Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation” (L-Impatt tal-Konsum tal-UE fuq id-Deforestazzjoni: Analiżi komprensiva tal-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni), studju ffinanzjat mid-DĠ ENV tal-Kummissjoni Ewropea, u mwettaq minn VITO, IIASA, HIVA u IUCN NL, http://ec.europa.eu/environment/forests/pdf/1.%20Report%20analysis%20of%20impact.pdf, p. 23-24

(30)  Rapport ta' Valutazzjoni ta' ħames snin dwar id-Dikjarazzjoni ta' New York, “Protecting and restoring forests. A Story of Large Commitments yet Limited Progress” (Il-protezzjoni u r-restawr tal-foresti. Storja ta' Impenji Kbar iżda ta' Progress Limitat), Settembru 2019

https://forestdeclaration.org/images/uploads/resource/2019NYDFReport.pdf

(31)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”).

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(32)  https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0959378014001046

(33)  Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1).

(34)  Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).

(35)  Rapport mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Brażiljan: http://www.mpf.mp.br/pgr/noticias-pgr/conflitos-associados-a-terra-sao-principal-causa-de-violencia-contra-indigenas-e-comunidades-tradicionais-no-brasil-segundo-mpf

(36)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(37)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 tat-13 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta' materja prima b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta' produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u fjuwils mill-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU L 133, 21.5.2019, p. 1).

(38)  Bażi ta' data tal-Eurostat dwar il-forestrija https://ec.europa.eu/eurostat/web/forestry/data/database

(39)  http://www.fao.org/rural-employment/agricultural-sub-sectors/forestry/en

(40)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).


ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

1.    Objettiv

Il-proposta għal Regolament (“il-proposta”) għandha tipprovdi l-bażi għall-assigurazzjoni ta' livell għoli ta' protezzjoni għar-riżorsi naturali, bħall-foresti naturali, il-bijodiversità u l-ekosistemi naturali, kif ukoll tikkontribwixxi għal qafas imsaħħaħ għall-ġestjoni sostenibbli tagħhom biex jiġu evitati d-degradazzjoni u l-konverżjoni tagħhom, billi jiġi żgurat li t-tendenzi tas-suq u tal-konsum tal-Unjoni ma jaffettwawhomx b'mod detrimentali. Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet kemm formali kif ukoll konswetudinarji tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali għall-art, it-territorji u r-riżorsi affettwati mill-ħsad, l-estrazzjoni u l-produzzjoni tal-prodotti għandha tkun koperta wkoll mill-proposta.

Għandha tipprovdi trasparenza u ċertezza rigward:

(a)

il-komoditajiet koperti mill-proposta u l-prodotti derivati tagħhom ikkummerċjalizzati fis-suq intern tal-Unjoni,

(b)

il-prattiki ta' provvista u l-finanzjament tal-operaturi kollha attivi fis-suq intern tal-Unjoni,

(c)

il-prattiki ta' produzzjoni, inkluż l-aspett tal-estrazzjoni tal-ilma, ta' operaturi li jaħsdu, jestrattaw, ifornu u jipproċessaw komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju (FERCs) koperti b'din il-proposta, jew li jipproduċu prodotti derivati mill-FERC fis-suq intern tal-Unjoni, kif ukoll il-prattiki tal-finanzjaturi tagħhom;

Għandha tikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-impenji ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali meħuda mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħall-Ftehim ta' Pariġi, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem, stabbiliti fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u tistabbilixxi kriterji ta' sostenibbiltà legalment vinkolanti għad-drittijiet tal-bniedem, u l-protezzjoni tal-foresti naturali u l-ekosistemi naturali kontra l-konverżjoni u d-degradazzjoni tagħhom, kif stabbilit fil-proposta. Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq ir-riskju, proporzjonata u infurzabbli.

2.    Kamp ta' applikazzjoni

Il-proposta għandha tapplika għall-operaturi kollha, irrispettivament mill-forma legali, id-daqs jew il-kumplessità tal-ktajjen tal-valur tagħhom, jiġifieri kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (esklużi konsumaturi mhux kummerċjali) li jqiegħdu komoditajiet li huma koperti mill-proposta u l-prodotti derivatitagħhom fis-suq intern tal-Unjoni għall-ewwel darba, jew li jipprovdu finanzjament lill-operaturi li jwettqu dawn l-attivitajiet. Din għandha tapplika kemm għall-operaturi tal-Unjoni kif ukoll għal dawk mhux ibbażati fl-Unjoni. L-operaturi li mhumiex ibbażati fl-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant awtorizzat biex iwettaq il-kompiti (skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)).

L-operaturi kollha għandu jkollhom id-dritt li jpoġġu legalment il-FERCs u l-prodotti derivatimill-FERCs fis-suq tal-Unjoni biss meta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 4 ta' dan l-Anness, ikunu jistgħu juru li fl-attivitajiet tagħhom stess u t-tipi kollha ta' relazzjonijiet kummerċjali li għandhom mas-sħab kummerċjali u l-entitajiet tul il-katina tal-valur kollha tagħhom (jiġifieri kumpaniji tat-trasport, fornituri, negozjanti, konċessjonarji, detenturi ta' liċenzja, impriżi konġunti, investituri, klijenti, kuntratturi, klijenti kummerċjali, konsulenti, konsulenti finanzjarji, legali u oħrajn) bħala massimu, jeżisti livell ta' riskju negliġibbli, jiġifieri l-oġġetti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni:

joriġinaw minn art miksuba permezz tal-konverżjoni ta' foresti naturali jew ekosistemi naturali oħrajn,

joriġinaw minn foresti naturali u ekosistemi naturali li qed jgħaddu minn degradazzjoni, u

jiġu prodotti bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew huma marbuta ma' każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

L-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament, investiment, assigurazzjoni jew servizzi oħra lill-operaturi involuti fil-katina tal-provvista tal-komoditajiet għandhom ukoll ir-responsabbiltà li jwettqu diliġenza dovuta biex jiżguraw li l-kumpaniji tal-katina tal-provvista qed jirrispettaw l-obbligi stabbiliti f'din il-proposta.

L-operaturi għandhom jieħdu miżuri xierqa u trasparenti biex jiżguraw li dawn l-istandards jiġu rispettati tul il-katina tal-provvista kollha tagħhom.

Il-proposta għandha tkopri l-komoditajiet kollha li huma l-aktar spiss assoċjati mad-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti naturali u l-konverżjoni u d-degradazzjoni tal-ekosistemi naturali minħabba attività umana. Lista ta' dawn il-komoditajiet għandha titħejja fuq il-bażi ta' evalwazzjoni indipendenti u esperta, li tqis il-prinċipju ta' prekawzjoni, u għandha tiġi pprovduta f'anness għal din il-proposta u tinkludi mill-anqas iż-żejt tal-palm, is-sojja, il-laħam, il-ġilda, il-kawkaw, il-kafè, il-gomma, u l-qamħirrum u l-prodotti intermedji jew finali kollha li huma derivati minn dawn il-komoditajiet, u l-prodotti li fihom dawn il-komoditajiet. F'każ li l-prodotti derivati jkun fihom input minn aktar minn komodità waħda koperta mill-proposta, għandha ssir diliġenza dovuta fir-rigward ta' kull waħda minn dawn il-komoditajiet. Il-komoditajiet koperti mir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam”) għandhom jiġu integrati fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta, wara l-valutazzjoni tal-Kummissjoni abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti u esperta, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni, fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-proposta.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'waqthom abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti u esperta, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni, biex tirrevedi u temenda l-lista bi kwalunkwe komodità addizzjonali, u l-prodotti derivati tagħha li għandhom jiġu koperti mill-proposta jekk joħorġu provi jew indikazzjonijiet sinifikanti dwar l-impatt detrimentali tal-ħsad, l-estrazzjoni jew il-produzzjoni tagħhom fuq il-foresti naturali, l-ekosistemi naturali jew id-drittijiet tal-bniedem formali u konswetudinarji tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali għall-artijiet, it-territorji u r-riżorsi. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol viġilanti u proattiv fl-identifikazzjoni ta' riskji emerġenti, u tikkonsulta b'mod attiv lil diversi partijiet ikkonċernati b'esperjenza rilevanti biex iżżomm lista ta' komoditajiet li tirrifletti l-istat ta' għarfien dwar ir-riskji għad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent fis-setturi rilevanti.

Il-proposta għandha daqstant ieħor tapplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha awtorizzati li joperaw fl-Unjoni li jipprovdu finanzjament, investiment, assigurazzjoni jew servizzi oħra lill-operaturi li jaħsdu, jestrattaw, jipproduċu, jipproċessaw, jinnegozjaw jew ibigħu komoditajiet li jpoġġu lill-foresti u l-ekosistemi f'riskju u l-prodotti derivati tagħhom biex jiġi żgurat li dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji stess u l-kumpaniji tal-katina tal-provvista tagħhom jirrispettaw ir-responsabbiltajiet fir-rigward tal-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fil-proposta.

Il-proposta għandha tapplika għal negozjant, jiġifieri kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fit-twettiq ta' attività kummerċjali, tbigħ lill-operaturi jew tixtri mingħandhom fis-suq intern tal-Unjoni kwalunkwe komodità koperta mill-proposta jew prodott derivat li diġà tqiegħed fis-suq intern tal-Unjoni. L-operaturi fis-suq intern tal-Unjoni m'għandhomx ikunu jistgħu jinteraġixxu man-negozjanti, sakemm in-negozjanti ma jkunux jistgħu:

jidentifikaw l-operaturi jew in-negozjanti li fornew il-komoditajiet koperti mir-Regolament u l-prodotti derivatitagħhom; u

fejn applikabbli, jidentifikaw in-negozjanti li fornewlu l-komoditajiet koperti mill-proposta u l-prodotti derivatitagħhom; u

jiżguraw it-traċċabbiltà tal-prodotti tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw l-oriġini tagħhom, meta jitqiegħdu fis-Suq Intern tal-Unjoni.

3.    Obbligi ġenerali

3.1.    Deforestazzjoni u konverżjoni ta' ekosistemi naturali

Il-komoditajiet koperti mill-proposta u l-prodotti derivati tagħhom li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni m'għandhomx jirriżultaw fid-deforestazzjoni jew il-konverżjoni ta' ekosistemi naturali, jew jidderivaw minnhom.

Għal dak il-għan, l-FERCs imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, f'forma mhux maħduma jew bħala prodotti derivatiminn dawn il-komoditajiet jew li fihom dawn il-komoditajiet, m'għandhomx jinħasdu, jiġu estratti jew prodotti minn art li f'data limitu li tkun fil-passat, iżda mhux aktar tard mill-2015, li tkun ibbażata fuq ix-xjenza, ġustifikabbli, implimentabbli fil-prattika u konformi mal-impenji internazzjonali tal-UE, kellha l-istatus ta' foresta naturali jew ekosistema naturali, skont id-definizzjoni stabbilita fit-Taqsima 3.3 “Definizzjonijiet”, iżda minn dak iż-żmien dak l-istatus intilef bħala riżultat tad-deforestazzjoni jew il-konverżjoni.

3.2.    Degradazzjoni tal-foresti naturali u l-ekosistemi naturali

Il-komoditajiet koperti mill-proposta u l-prodotti derivati tagħhom li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni m'għandhomx jirriżultaw fid-degradazzjoni tal-foresti naturali jew l-ekosistemi naturali minħabba attività umana, jew jidderivaw minnhom.

Għal dak il-għan, l-FERCs imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, f'forma mhux maħduma jew bħala prodotti derivatiminn dawn il-komoditajiet jew li fihom dawn il-komoditajiet, m'għandhomx jinħasdu, jiġu estratti jew prodotti minn art li, f'data limitu definita, kellha l-istatus ta' foresta naturali jew ekosistema naturali skont id-definizzjoni stabbilita fit-Taqsima 3.3. Id-data limitu trid tkun stabbilita fil-passat, iżda mhux aktar tard mill-2015, u trid tkun ibbażata fuq ix-xjenza, ġustifikabbli, implimentabbli fil-prattika u konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Għandu jkun biss legalment possibbli li fis-suq tal-Unjoni titqiegħed komodità li tkun inħasdet, ġiet estratta jew prodotta b'konformità mal-objettivi ta' konservazzjoni u li ma wasslitx għat-telf jew id-degradazzjoni tal-funzjonijiet tal-ekosistema fuq jew maġenb l-art li minnha kienet maħsuda, estratta jew prodotta.

3.3.    Definizzjonijiet

Il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għandu jkun fiha definizzjonijiet dwar x'jikkostitwixxi “foresta”, “foresta naturali” li tippossjedi ħafna jew il-biċċa l-kbira mill-karatteristiċi ta' foresta indiġena għas-sit partikolari, anke fil-preżenza ta' attivitajiet umani, “deforestazzjoni”, “degradazzjoni tal-foresti”, “ekosistema naturali”, “degradazzjoni tal-ekosistemi” u “konverżjoni tal-ekosistemi”. Dawk id-definizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi u xjentifiċi u jqisu s-sorsi rilevanti tad-dritt internazzjonali u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll inizjattivi oħra li jipprevedu definizzjonijiet xierqa, bħall-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Inizjattiva Qafas dwar l-Akkontabbiltà jew il-High Carbon Stock Approach.

Id-definizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

għandhom jippermettu l-kisba tal-ogħla livell ta' protezzjoni ambjentali, b'mod partikolari għall-foresti u ekosistemi naturali oħra, u jkunu konsistenti mal-impenn internazzjonali u nazzjonali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-foresti, il-bijodiversità u l-klima,

għandhom jappoġġjaw l-għan tal-Unjoni li tippreserva l-foresti u l-ekosistemi naturali, inkluż b'mod partikolari l-foresti primarji u riġenerati, u jipprevjenu s-sostituzzjoni tagħhom b'foresti u ekosistemi derivati minn attivitajiet umani, bħall-pjantaġġuni tas-siġar,

għandhom ikunu komprensivi biżżejjed biex jagħtu protezzjoni lil ekosistemi naturali oħra li, bħall-foresti, huma importanti għall-preservazzjoni tal-bijodiversità jew biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Pariġi,

għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-adozzjoni ta' miżuri tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-foresti tad-dinja ma twassalx biex il-problema tal-konverżjoni u d-degradazzjoni ssir problema għal ekosistemi naturali oħra li huma importanti daqs il-foresti naturali għall-protezzjoni tal-bijodiversità, tal-klima u tad-drittijiet tal-bniedem.

3.4.    Ksur tad-drittijiet tal-bniedem

L-FERCs imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, f'forma mhux maħduma jew bħala prodotti derivatiminn dawn il-komoditajiet jew li fihom dawn il-komoditajiet, m'għandhomx jinħasdu, jiġu estratti jew prodotti minn art miksuba jew użata bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem inkorporati fil-liġijiet nazzjonali, u lanqas dawk id-drittijiet espressi, bħala minimu, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jew fi ftehimiet internazzjonali, bħad-drittijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, inklużi d-drittijiet ta' pussess u d-dritt proċedurali li jagħtu jew ma jagħtux il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom kif stabbilit pereżempju mill-Forum Permanenti tan-NU dwar Kwistjonijiet Indiġeni u l-korpi tat-trattati tan-NU u reġjonali, id-dritt għall-ilma, id-dritt għall-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli, id-dritt għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, mingħajr kwalunkwe forma ta' persekuzzjoni u fastidju, drittijiet tax-xogħol kif minquxa fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u drittijiet tal-bniedem oħra rikonoxxuti internazzjonalment relatati mal-użu, l-aċċess jew is-sjieda tal-art, kif ukoll id-dritt tal-bniedem għal ambjent san, kif iddefinit fil-Prinċipji Qafas dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ambjent u l-istandards u l-prattiki tajba identifikati mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-tħaddim tat-tfal bil-għan li jiġi eliminat.

Fl-istadji kollha, il-ħsad, l-estrazzjoni jew il-produzzjoni ta' komoditajiet koperti għandhom jirrispettaw id-drittijiet tal-komunitajiet lokali u tal-popli indiġeni u d-drittijiet ta' pussess tal-art f'kull forma, kemm jekk huma pubbliċi, privati, komunali, kollettivi, indiġeni, tan-nisa kif ukoll jekk huma drittijiet konswetudinarji. Id-drittijiet formali u konswetudinarji tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali fir-rigward tal-artijiet, it-territorji u r-riżorsi għandhom jiġu identifikati u rispettati, kif għandha tiġi rispettata l-kapaċità tagħhom li jiddefendu d-drittijiet tagħhom mingħajr ritaljazzjonijiet. Dawk id-drittijiet jinkludu d-drittijiet għall-proprjetà, li jokkupaw, li jużaw u li jamministraw dawn l-artijiet, it-territorji u r-riżorsi.

Il-komoditajiet koperti mill-proposta m'għandhomx jinkisbu minn art li l-akkwist u l-użu tagħha jaffettwaw id-drittijiet tal-komunità u ta' pussess tal-art. B'mod partikolari, il-komoditajiet mqiegħda fis-suq tal-Unjoni m'għandhomx jinħasdu, jiġu estratti jew prodotti mill-artijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, kemm dawk l-artijiet li huma intitolati formalment kif ukoll dawk taħt sjieda konswetudinarja, mingħajr il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom.

4.    Dmir li tiġi identifikata, evitata u mitigata l-ħsara fil-ktajjen tal-valur

4.1.    Dmir ta' diliġenza dovuta

L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirrispettaw u jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-foresti naturali u tal-ekosistemi naturali, kif stabbilit fil-proposta, tul il-katina tal-valur kollha tagħhom. Dan għandu jinkludi t-tipi kollha ta' relazzjonijiet kummerċjali tal-impriża mas-sħab kummerċjali u l-entitajiet tul il-katina tal-valur kollha tagħha (bħal fornituri, negozjanti, konċessjonarji, detenturi ta' liċenzja, impriżi konġunti, investituri, klijenti, kuntratturi, klijenti kummerċjali, kumpaniji tat-trasport, konsulenti, konsulenti finanzjarji, legali u oħrajn), u kull entità oħra tal-istat jew mhux tal-istat marbuta direttament mal-operazzjonijiet, il-prodotti jew is-servizzi kummerċjali tagħha.

Meta jagħmlu dan, l-operaturi għandhom jieħdu approċċ ibbażat fuq ir-riskju għad-diliġenza dovuta, fejn in-natura u l-firxa tad-diliġenza dovuta jikkorrispondu għat-tip u l-livell ta' riskju tal-impatti avversi. Żoni ta' riskju ogħla għandhom ikunu soġġetti għat-tisħiħ tad-diliġenza dovuta.

Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu inklużi b'mod adegwat u effettiv:

(a)   L-immappjar tal-katina tal-valur kollha

L-operaturi għandhom jiddeterminaw jekk il-komoditajiet u l-prodotti fil-ktajjen tal-valur kollha tagħhom jikkonformawx mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tad-drittijiet tal-bniedem tal-proposta, billi jaċċessaw u jevalwaw l-informazzjoni dwar iż-żona/żoni preċiża/preċiżi tal-art minn fejn joriġinaw dawn il-prodotti. Minbarra l-kriterji ambjentali, l-aċċess għall-informazzjoni jrid jippermetti lill-operatur jikkonkludi li dawk li jużaw l-art biex jipproduċu l-FERCs ikunu intitolati jagħmlu dan u jkunu kisbu Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat (FPIC) minn dawk li għandhom id-drittijiet fuq dawk iż-żoni tal-art u li ma jkunux qed jiksru, jew kisru, xi dritt tal-bniedem imsemmi f'din il-proposta.

B'mod partikolari, l-operaturi huma obbligati jkollhom, u jagħmlu disponibbli, informazzjoni dwar:

(i)

iż-żona preċiża jew iż-żoni preċiżi tal-ħsad, jew l-estrazzjoni jew il-produzzjoni tal-komoditajiet; fir-rigward tal-bhejjem tal-ifrat, iċ-ċanga u l-ġilda, l-operaturi jeħtieġ li jkunu kapaċi jiksbu informazzjoni dwar id-diversi żoni ta' mergħat fejn il-bhejjem tal-ifrat ikunu ngħataw l-għalf jew, fejn il-bhejjem tal-ifrat jiġu mrobbija permezz tal-għalf, dwar l-oriġini tal-għalf użat;

(ii)

l-istatus ekoloġiku attwali taż-żona tal-ħsad, l-estrazzjoni jew il-produzzjoni;

(iii)

l-istatus ekoloġiku taż-żona fid-data limitu indikata ta' din il-proposta.

(iv)

l-istatus legali tal-art (sjieda/titolu inklużi kemm id-drittijiet formali kif ukoll dawk konswetudinarji tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali għall-artijiet, it-territorji u r-riżorsi) u evidenza ta' Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat (FPIC).

(v)

l-elementi tal-katina tal-provvista tal-komodità inkwistjoni, bil-għan li tinkiseb informazzjoni dwar il-probabbiltà ta' riskji ta' kontaminazzjoni bi prodotti ta' oriġini mhux magħrufa jew li joriġinaw minn żoni deforestati, jew minn żoni li fihom ikunu seħħew konverżjoni u degradazzjoni ta' foresti naturali, foresti u ekosistemi, u informazzjoni dwar fejn, minn min u taħt liema kundizzjonijiet il-komoditajiet ġew maħsuda, ittrasformati jew ipproċessati bil-ħsieb li tiġi ddeterminata l-konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem ta' din il-proposta.

L-operaturi għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha relatata mal-oriġini tal-prodotti li jidħlu fis-suq intern tal-Unjoni permezz tad-dikjarazzjoni sistematika tal-koordinati tal-GPS għal dawn il-komoditajiet, wara li tidħol fis-seħħ il-proposta kif stabbilit fit-Taqsima 4.1(a) ta' dan l-Anness.

(b)   L-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji reali u potenzjali għall-foresti u l-ekosistemi fil-ktajjen tal-valur, abbażi tal-kriterji stipulati fil-proposta

Meta operatur jistabbilixxi operazzjonijiet ġodda jew jinvolvi lil sħab kummerċjali ġodda, dan għandu jidentifika l-atturi involuti fil-ktajjen ġodda tal-provvista u tal-investimenti, u jivvaluta l-politiki u l-prattiki tagħhom, kif ukoll is-siti tal-ħsad, tal-produzzjoni, tal-estrazzjoni u tal-ipproċessar tagħhom. Għall-operazzjonijiet eżistenti, l-impatti u l-ħsarat avversi kontinwi kif ukoll ir-riskji potenzjali għandhom jiġu identifikati u vvalutati. Għandha ssir analiżi tar-riskju fir-rigward tar-riskji li jseħħu mill-attivitajiet tal-operatur għall-foresti naturali u l-ekosistemi naturali, il-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u l-individwi affettwati jew l-impatt fuqhom, aktar milli r-riskju materjali għall-azzjonisti korporattivi. Meta l-operaturi jkollhom numru kbir ta' fornituri, dawn għandhom jidentifikaw l-oqsma ġenerali fejn ir-riskju ta' impatti avversi huwa l-aktar sinifikanti u, abbażi ta' din il-valutazzjoni tar-riskju, jagħtu prijorità lill-fornituri għad-diliġenza dovuta.

Meta l-operaturi jkollhom numru kbir ta' fornituri, dawn għandhom jidentifikaw l-oqsma ġenerali fejn ir-riskju ta' impatti avversi huwa l-aktar sinifikanti u, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, jagħtu prijorità lill-fornituri għal diliġenza dovuta.

(c)   Il-prevenzjoni tar-riskji u l-mitigazzjoni tar-riskji għal livell negliġibbli

Ħlief meta r-riskju identifikat matul il-proċeduri ta' identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt (b) ikun negliġibbli, u għalhekk l-operatur ma jkollu l-ebda raġuni residwa li jkun imħasseb li l-komoditajiet u l-prodotti jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti f'dan il-qafas, l-operaturi għandhom jadottaw proċeduri ta' mitigazzjoni tar-riskju. Dawk il-proċeduri għandhom jikkonsistu f'sett ta' miżuri adegwati u proporzjonati li jnaqqsu b'mod effettiv u biċ-ċar għal livell negliġibbli r-riskji kollha identifikati, pereżempju l-emendar tal-kuntratti mal-fornituri, l-għoti ta' appoġġ lill-fornituri biex ibiddlu l-prattiki tagħhom, il-bidla tal-prattiki tax-xiri u tal-investiment tagħhom, għall-fini u fid-dawl tat-tqegħid legali tal-komoditajiet u l-prodotti koperti fis-suq intern.

(d)   Il-waqfien tal-abbużi ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem

Fejn, wara li jiġu segwiti bir-reqqa r-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c), l-operaturi jaslu għall-konklużjoni li l-operazzjonijiet, jew parti mill-operazzjonijiet, jikkontribwixxu, jew potenzjalment jikkawżaw jew jikkontribwixxu, għal impatti avversi fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-foresti naturali jew l-ekosistemi naturali, kif stabbilit fil-proposta, li ma jistgħux jiġu evitati jew mitigati, dawn għandhom iwaqqfu dawn l-operazzjonijiet kollha, jew partijiet mill-operazzjonijiet.

(e)   Is-sorveljanza u t-titjib kontinwu tal-effettività tas-sistema tad-diliġenza dovuta tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha

L-operaturi għandhom perjodikament jivverifikaw jekk is-sistema tad-diliġenza dovuta tagħhom hijiex xierqa biex tipprevjeni l-ħsara u tiżgura l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti mal-qafas u jekk le, jaġġustawha jew jiżviluppaw azzjonijiet oħrajn. L-evalwazzjoni tas-sistema tad-diliġenza dovuta għandha tkun ibbażata fuq indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi, feedback intern u estern u proċessi ċari ta' obbligu ta' rendikont.

(f)   L-integrazzjoni ta' skemi ta' ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi

Skemi ta' ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi jistgħu jikkomplementaw u jiżguraw l-identifikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti, il-valutazzjoni tar-riskju u l-komponenti ta' mitigazzjoni tas-sistemi ta' diliġenza dovuta, dment li dawn l-iskemi jkunu adegwati f'termini ta' ambitu u saħħa tal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-protezzjoni tal-foresti naturali u l-ekosistemi naturali kontra l-konverżjoni u d-degradazzjoni tagħhom, kif stabbilit fil-proposta u f'termini tal-kapaċità tagħhom li jissorveljaw il-katina tal-provvista, u dment li jilħqu livelli adegwati ta' trasparenza, imparzjalità u affidabbiltà. Permezz ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji minimi u gwida għall-operaturi biex jivvalutaw il-kredibbiltà u s-solidità tal-iskemi ta' ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi. Dawk il-kriterji minimi għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw l-indipendenza mill-industrija, l-inklużjoni ta' interessi soċjali u ambjentali fl-iffissar tal-istandards, l-awditjar indipendenti ta' partijiet terzi, id-divulgazzjoni pubblika tar-rapporti ta' awditjar, it-trasparenza fl-istadji kollha, u l-ftuħ. L-iskemi ta' ċertifikazzjoin għandhom jagħtu ċertifikazzjoni biss lill-prodotti b'kontenut li jkun ġie ċċertifikat mija fil-mija. L-iskemi ta' ċertifikazzjoni li jissodisfaw dawk il-kriterji biss jistgħu jintużaw mill-operaturi għas-sistemi ta' diliġenza dovuta tagħhom. Iċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi ma għandhiex iddgħajjef il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-operatur.

(g)   Ir-Rwol tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja

L-Unjoni tista' tinnegozja Ftehimiet ta' Sħubija FERC Volontarja ma' pajjiżi li jipproduċu l-FERC (pajjiżi sħab), li joħolqu obbligu legalment vinkolanti fuq il-partijiet biex jimplimentaw skema ta' liċenzjar u biex jirregolaw il-kummerċ fl-FERCs skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż li jipproduċi l-FERC u l-kriterji ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-proposta. L-FERCs taħt l-ambitu tal-proposta, li joriġinaw f'pajjiżi sħab bi Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja għandhom jitqiesu li huma ta' riskju negliġibbli sa fejn ikun implimentat il-ftehim ta' sħubija għall-iskop tal-proposta. Ftehimiet bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq djalogi nazzjonali bejn diversi partijiet ikkonċernati b'parteċipazzjoni effettiva u sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali.

4.2.    Dmir ta' konsultazzjoni

L-operaturi għandhom:

(a)

jikkonsultaw b'mod adegwat, f'waqtu u direttament mal-partijiet ikkonċernati milquta u potenzjalment milquta;

(b)

iqisu kif xieraq il-perspettivi tal-partijiet ikkonċernati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' diliġenza dovuta;

(c)

jiżguraw li t-trade unions rappreżentattivi u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu involuti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' diliġenza dovuta;

(d)

jistabbilixxu mekkaniżmu ta' twissija bikrija li jagħti opportunità lill-ħaddiema u lill-partijiet ikkonċernati bi tħassib sostanzjat biex jinfurmaw lill-operatur dwar kwalunkwe riskju ta' ħsara lill-foresti naturali, lill-ekosistemi naturali u lid-drittijiet tal-bniedem tul il-katina tal-valur kollha. l-operatur għandu jqis din l-informazzjoni fil-proċessi ta' diliġenza dovuta tiegħu.

(e)

iqisu kif xieraq l-għarfien tal-indiġeni u lokali u r-riskji u t-tħassib espress mill-komunitajiet lokali, il-popli indiġeni, id-difensuri tal-art u tal-ambjent.

4.3.    Dmir ta' trasparenza u ta' rapportar

L-operaturi għandhom jirrappurtaw darba fis-sena dwar id-diliġenza dovuta u l-proċessi ta' konsultazzjoni tagħhom, ir-riskji identifikati, il-proċeduri tagħhom għall-analiżi tar-riskju, il-mitigazzjoni tar-riskji u r-rimedjar, u l-implimentazzjoni u l-eżiti tagħhom lill-awtorità kompetenti u b'mod pubbliku, aċċessibbli u xieraq, li ma jkunx ta' piż sproporzjonat b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex tistabbilixxi l-format u l-elementi tar-rapporti. B'mod partikolari, l-operaturi għandhom, fost l-oħrajn, jirrappurtaw dwar is-sistema li jużaw u kif japplikawha għall-komoditajiet inkwistjoni, ir-riskji u l-impatti identifikati; l-azzjonijiet meħuda biex jitwaqqfu u jiġu rrimedjati l-abbużi eżistenti u biex jiġi evitat u mmitigat ir-riskju ta' abbuż, kif ukoll l-eżiti tagħhom; il-miżuri u r-riżultati tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni u l-effettività ta' tali azzjonijiet, it-twissijiet irċevuti permezz tal-mekkaniżmu ta' twissija bikrija u kif l-operatur qieshom fil-proċessi ta' diliġenza dovuta tiegħu, kif ukoll lista tas-sussidjarji, is-subkuntratturi u l-fornituri kollha, il-prodotti u l-kwantità u l-oriġini tagħhom. In-nuqqas tal-pubblikazzjoni ta' rapporti kompluti u f'waqthom għandu jiġi penalizzat u fl-aħħar iwassal għas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq intern tal-Unjoni.

4.4.    Dmir ta' dokumentazzjoni

L-operaturi għandhom iżommu dokumentazzjoni bil-miktub tal-azzjonijiet kollha ta' diliġenza dovuta u r-riżultati tagħhom, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

4.5.    Linji gwida tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida u gwida biex tiffaċilita l-konformità mal-obbligi legali li jinsabu fil-proposta, b'mod partikolari biex tiċċara l-aspettattivi tad-diliġenza dovuta għal kuntesti u setturi speċifiċi, jew fir-rigward ta' ċerti tipi ta' operaturi. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tibni fuq il-prattiki tajba preżenti fis-sistemi eżistenti ta' ġestjoni ambjentali u testendihom.

Biex tappoġġja lill-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-obbligi ta' diliġenza dovuta tagħhom, il-Kummissjoni għandha tippubblika analiżijiet tal-punti kritiċi reġjonali fir-rigward tal-FERCs.

5.    Kontroll, superviżjoni, infurzar, sanzjonijiet u aċċess għall-ġustizzja

5.1.    Infurzar pubbliku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-infurzar tad-dmirijiet imsemmija fit-Taqsima 4 skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom billi:

(a)

jipprovdu penali u sanzjonijiet proporzjonati, effettivi u dissważivi għan-nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fih u meta n-nuqqas ta' konformità ma' xi wieħed minn dawn l-obbligi jikkawża, jikkontribwixxi għal, ikun marbut ma', jew jaggrava, il-ħsara lill-foresti naturali jew lill-ekosistemi naturali jew l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-riskji tagħhom. dawn għandhom jinkludu:

i.

penali effettivi, proporzjonati u dissważivi proporzjonati għall-ħsara lill-foresti naturali, lill-ekosistemi naturali jew lid-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit fil-proposta, l-ispiża tar-restawr tal-foresti naturali u tal-ekosistemi naturali u tad-drittijiet tal-bniedem u l-preġudizzju ekonomiku li jirriżultaw mill-ksur fil-konfront tal-komunitajiet affettwati;

ii.

qbid permanenti tal-komoditajiet koperti u l-prodotti derivati kkonċernati;

iii.

is-sospensjoni immedjata tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti fis-suq intern tal-Unjoni;

iv.

esklużjoni minn proċessi tal-akkwisti pubbliċi;

v.

penali kriminali għal individwi u, fejn permess, għal entitajiet legali fil-każ tal-aktar reati serji.

(b)

jinnominaw awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' investigazzjoni u ta' infurzar (“awtoritajiet kompetenti”); l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw li l-operaturi jissodisfaw effettivament l-obbligi stabbiliti f'din il-proposta. għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali, skont pjan kif ikun xieraq, li jistgħu jinkludu kontrolli fis-sit tal-operaturi u kontrolli fuq il-post, u għandhom ikunu jistgħu jadottaw ordnijiet proviżorji u, flimkien mal-applikazzjoni ta' sanzjonijiet u mingħajr preġudizzju għaliha, għandu jkollhom il-poter li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi biex jieħdu azzjonijiet ta' rimedju. l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu wkoll kontrolli f'waqthom u bir-reqqa meta jkunu fil-pussess ta' informazzjoni rilevanti, inkluż tħassib sostanzjat minn partijiet terzi u għandhom jittrattaw l-informazzjoni relatata mal-attività tagħhom f'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali;

(c)

jiżguraw li l-membri tal-pubbliku jkollhom id-dritt li jikkontestaw in-nuqqas ta' konformità quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi, li għandhom jinkludi kwalunkwe individwu jew grupp li d-drittijiet u l-obbligi jew l-interessi tagħhom ikunu affettwati, direttament jew indirettament, min-nuqqas totali jew parzjali tal-impriża li twettaq id-dmirijiet tagħha, inklużi impjegati, klijenti, konsumaturi u utenti finali, trade unions, federazzjonijiet transnazzjonali tat-trade unions, komunitajiet lokali, gvernijiet jew istituzzjonijiet nazzjonali jew lokali, ġurnalisti, NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex tistabbilixxi standards u linji gwida legalment vinkolanti applikabbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiżguraw implimentazzjoni u infurzar effettivi u uniformi tal-proposta madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta':

l-elenkar u l-iżvelar għall-pubbliku ta' operaturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta f'reġistru pubbliku;

l-istabbiliment ta' standards għall-kwalità u l-kwantità tal-kontrolli tal-konformità mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

gwida ulterjuri dwar kif għandhom jitwettqu l-kontrolli tal-konformità, bħal pereżempju gwida għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li tispeċifika l-kriterji għall-kontrolli biex jiġi analizzat u evalwat aħjar il-livell ta' riskju tal-prodotti, kif ukoll dokumentazzjoni suffiċjenti tas-sistemi ta' diliġenza dovuta li jkunu qed jintużaw;

gwida dwar it-tħassib minn partijiet terzi biex jiġu stabbiliti kriterji madwar l-Unjoni kollha biex jiġi vvalutat jekk tħassib ikunx sostanzjali u affidabbli biżżejjed biex jiġi pproċessat, u jiġu żviluppati standards proċedurali ċari għar-reazzjonijiet fil-ħin, imparzjali, effettivi u trasparenti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għat-tħassib minn partijiet terzi;

kriterji fil-livell tal-Unjoni biex jgħinu jispeċifikaw meta operatur għandu jingħata avviż dwar azzjoni ta' rimedju, penali jew meta għandhom japplikaw penali oħrajn; u wkoll

obbligi fuq l-awtoritajiet kompetenti biex jirrappurtaw pubblikament dwar attivitajiet ta' kontroll u infurzar, każijiet ta' ksur identifikati u reazzjonijiet għal tħassib sostanzjali.

5.2.    Responsabbiltà ċivili u aċċess għal rimedji

(a)   Responsabbiltà ċivili

L-operaturi għandhom ikunu:

i)

in solidum responsabbli għall-ħsara li tirriżulta mill-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ħsara lill-foresti naturali u l-ekosistemi naturali, kif stipulat fil-proposta, ikkawżata, aggravata, li kkontribew għaliha jew li huma marbuta magħha entitajiet ikkontrollati jew ekonomikament dipendenti;

ii)

responsabbli għal ħsara li tirriżulta mill-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ħsara lill-foresti naturali u l-ekosistemi naturali, kif stipulat fil-proposta, marbuta direttament mal-prodotti, is-servizzi jew l-operazzjonijiet tagħhom permezz ta' relazzjoni kummerċjali, sakemm ma jistgħux jippruvaw li aġixxew bl-attenzjoni meħtieġa u li fid-dawl taċ-ċirkostanzi ħadu l-miżuri raġonevoli kollha li setgħu jipprevjenu l-ħsara. l-operaturi jistgħu għalhekk jeżoneraw ruħhom mir-responsabbiltà tagħhom jekk ikunu jistgħu jippruvaw li aġixxew bl-attenzjoni meħtieġa kollha possibbli biex jidentifikaw u jevitaw il-ħsara.

(b)   Divulgazzjoni tal-evidenza

Meta rikorrent ikun ippreżenta fatti raġonevolment disponibbli u evidenza suffiċjenti biex jappoġġja l-azzjoni tiegħu, il-konvenut għandu jerfa' l-oneru tal-prova:

i)

tan-natura tar-relazzjoni tiegħu mal-entitajiet involuti fid-dannu;

ii)

jekk aġixxiex bl-attenzjoni meħtieġa u jekk ħax il-miżuri raġonevoli biex jiġi evitat li jseħħ id-dannu.

(c)   Aċċess għar-rimedji

Il-partijiet li jkunu sofrew dannu għandu jkollhom id-dritt għal rimedji ġudizzjarji aċċessibbli u effettivi biex ifittxu rimedju kontra l-operaturi li jikkawżaw, jaggravaw, jew huma marbuta jew jikkontribwixxu għal impatt avvers fuq id-drittijiet tagħhom. Mekkaniżmi tal-ilmenti mhux tal-Istat għandhom jikkomplementaw il-mekkaniżmi ta' rimedju ġudizzjarju għat-titjib tal-obbligu ta' rendikont u l-aċċess għal rimedju.

6.    Dispożizzjonijiet finali

6.1.    Nonrigressjoni

L-implimentazzjoni tal-proposta ma għandha bl-ebda mod tikkostitwixxi bażi għall-ġustifikazzjoni ta' tnaqqis fil-livell ġenerali tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kemm id-drittijiet formali kif ukoll id-drittijiet konswetudinarji tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali għal artijiet, territorji u riżorsi jew l-ambjent. B'mod partikolari, ma għandhiex taffettwa oqfsa ta' responsabbiltà oħrajn eżistenti ta' subkuntrattar jew tal-katina tal-provvista.

6.2.    Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-proposta fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards ambjentali tul il-katina tal-provvista tal-FERCs.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).


Il-Gimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020

6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/202


P9_TA(2020)0286

L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE (2019/2167(INI))

(2021/C 404/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, u b'mod partikolari l-għanijiet 5 u 16,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra l-Isħubija Strateġika bejn l-UE u n-NU għall-Operazzjonijiet ta' Paċi u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet għall-perjodu 2019-2021, approvata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2018, li l-prijorità ewlenija tagħha hija n-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing tal-1995 u l-Pjattaforma ta' Azzjoni mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa u l-eżiti tal-konferenzi ta' rieżami,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tal-31 ta' Ottubru 2000 u r-riżoluzzjonijiet ta' segwitu tagħha li ġejjin: 1820 (19 ta' Ġunju 2008); 1888 (30 ta' Settembru 2009); 1889 (5 ta' Ottubru 2009); 1960 (16 ta' Diċembru 2010); 2106 (24 ta' Ġunju 2013); 2122 (18 ta' Ottubru 2013); 2242 (13 ta' Ottubru 2015); 2467 (23 ta' April 2019) u 2493 (29 ta' Ottubru 2019),

wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kummerċ u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni Ekonomika tan-Nisa fl-Okkażjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li saret fi Buenos Aires f'Diċembru 2017,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (1), kif ukoll id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (2),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-protokolli tagħha, u b'mod partikolari l-Protokoll dwar il-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar tal-Persuni, b'mod speċjali n-Nisa u t-Tfal,

wara li kkunsidra l-Inizjattiva Spotlight tal-UE-NU,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra l-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u l-Pjan ta' Azzjoni 2019-2024 tiegħu,

wara li kkunsidra l-linji gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-Lista ta' Azzjonijiet għall-Avvanz tal-Ugwaljanza tal-LGBTI, ippubblikata mill-Kummissjoni f'Diċembru 2015,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020 (GAP II), adottat mill-Kunsill fis-26 ta' Ottubru 2015, u r-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tiegħu,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal (SWD(2015)0182) – L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw il-Ħajjiet tal-Bniet u tan-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020 (3) u tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-10 Anniversarju tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (4),

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tad-19 ta' Mejju 2017,

wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Marzu 2020 (COM(2020)0152),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida Operazzjonali għall-Ġestjoni tal-Missjonijiet u l-Persunal dwar l-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri, tal-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), tat-8 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra d-dokument dwar l-Implimentazzjoni tal-UNSCRs dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà fil-kuntest tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, adottat mill-Kunsill fit-22 ta' Marzu 2012,

wara li kkunsidra l-Istandards Ġeneriċi Aġġornati ta' Mġiba għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK, tat-22 ta' Jannar 2018,

wara li kkunsidra l-Istrateġija dwar il-Ġeneri u l-Opportunitajiet Indaqs 2018-2023 tal-SEAE, ta' Novembru 2017,

wara li kkunsidra r-Rapport tas-SEAE tal-10 ta' Novembru 2016 dwar l-istudju ta' referenza dwar l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġeneri fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali tal-SEAE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, ta' Ġunju 2016,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5) u 21(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0145/2020),

A.

billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huwa valur ewlieni tal-UE, li hu minqux fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandha għaldaqstant tiġi implimentata u integrata bħala prinċipju orizzontali fl-attivitajiet u l-politiki kollha tal-UE; billi l-UE għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' dinja li fiha kull persuna, indipendentement mill-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tista' tgħix fil-paċi, tgawdu minn drittijiet indaqs u l-istess opportunitajiet biex tilħaq il-potenzjal tagħha;

B.

billi l-ħames Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 5) huwa li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet fid-dinja kollha; billi l-ebda strateġija ta' żvilupp ma tista' tkun effettiva sakemm in-nisa u l-bniet ma jiżvolġux rwol ċentrali, u billi l-SDG 5 jrid jiġi integrat b'mod orizzontali fl-oqsma differenti tal-politika li l-UE għandha l-kompetenza li taġixxi fihom;

C.

billi diversi pajjiżi, bħall-Iżvezja, id-Danimarka, l-Iżvizzera u n-Norveġja, adottaw oqfsa biex jimxu 'l quddiem lejn politika estera b'enfasi qawwija fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u billi Franza, Spanja, il-Lussemburgu, l-Irlanda, Ċipru u l-Ġermanja, fost oħrajn, ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri prijorità fil-politika estera tagħhom; billi politika ta' dan it-tip għandha tippromwovi viżjoni trasformattiva tal-ġeneri ta' politika estera li tagħti prijorità lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u ta' gruppi oħra li tradizzjonalment kienu emarġinati, tiggarantixxi l-aċċess ġust tagħhom għar-riżorsi soċjali, ekonomiċi u politiċi u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-livelli kollha, talloka riżorsi adegwati biex tinkiseb dik il-viżjoni, u tqis l-ilħna tan-nisa impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili; billi kwalunkwe politika estera u tas-sigurtà futura tal-UE għandha timmira li tilħaq dawn l-għanijiet;

D.

billi n-nisa u l-bniet huma partikolarment milquta mill-vjolenza fiżika, psikoloġika u sesswali u mill-faqar, il-kunflitti armati, u l-impatt ta' emerġenzi klimatiċi u tas-saħħa u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom huwa essenzjali biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet; billi kien hemm rigressjoni fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+; billi kwalunkwe fehim tal-kunċett tas-sigurtà jeħtieġ li jkollu enfasi ċara fuq id-drittijiet tal-bniedem sabiex jiġu promossi azzjonijiet li jwasslu għall-paċi; billi l-Linji Gwida tal-Kunsill rigward il-persuni LGBTI huma għodda effettiva għall-promozzjoni tat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni LGBTI, kif ukoll bażi tajba għal bini ulterjuri għal Strateġija tal-Ugwaljanza futura ambizzjuża għall-persuni LGBTI;

E.

billi politika estera u ta' sigurtà li ma tirrappreżentax id-drittijiet tan-nisa, il-bniet u l-LGBTI+ u ma tindirizzax l-inġustizzji attwali tkompli ssaħħaħ l-iżbilanċi; billi kull min irid itemm dawn l-inġustizzji jeħtieġ jirrikonoxxi l-bilanċ inugwali tal-poter bejn il-ġeneri;

F.

billi n-narrattiva dominanti fir-rigward tan-nisa u l-bniet hija dik tal-vittimizzazzjoni li ċċaħħadhom mill-kwalità tagħhom ta' aġenti u tħassar il-kapaċità tagħhom bħala bħala aġenti tal-bidla pożittiva; billi jeżisti korp ta' evidenza dejjem akbar li juri li l-parteċipazzjoni b'sinifikat tan-nisa u l-bniet fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u r-rikostruzzjoni wara l-kunflitt iżżid is-sostenibbiltà, il-kwalità u d-durabbiltà tal-paċi u r-reżiljenza tal-komunitajiet lokali, u tgħin biex jiġu prevenuti l-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi minkejja li n-nisa għandhom tali rwol deċiżiv fil-ħolqien ta' paċi dejjiema, bejn l-1992 u l-2008 kienu jirrappreżentaw 13 % biss tan-negozjaturi fil-proċessi ta' paċi ewlenin, 4 % biss tal-firmatarji u 3 % biss tal-medjaturi;

G.

billi n-nisa u l-bniet jistgħu jesperjenzaw forom multipli ta' diskriminazzjoni; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż iż-żwieġ bikri u furzat u l-MĠF, l-aċċess inadegwat għas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma nadif, is-sanità u n-nutrizzjoni, l-aċċess limitat għas-servizzi tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SRHR), u l-parteċipazzjoni inugwali fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u fl-istituzzjonijiet pubbliċi u privati jikkontribwixxu għad-diskriminazzjoni u l-emarġinazzjoni; billi l-protezzjoni tal-bniet mill-vjolenza u d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni, l-informazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, inkluż is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, hija partikolarment importanti biex tiġi żgurata t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; billi r-rifuġjati bniet u l-migranti bniet jinsabu f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli;

H.

billi l-bniet illum se jkunu dawk li je jħabbtu wiċċhom mal-konsegwenzi tal-kunflitti u l-emerġenzi fil-futur, u fil-każ ta' kunflitti mtawla, huma dawk li qed jikbru f'kundizzjonijiet dannużi b'effetti dejjiema; billi l-bniet għandhom ħtiġijiet speċifiċi u jħabbtu wiċċhom ma' sfidi speċifiċi li huma differenti minn dawk tan-nisa adulti, li sikwit ma jiġux rikonoxxuti mill-kategoriji usa' ta' “tfal” u “nisa”;

I.

billi l-2020 hija sena ta' anniversarji importanti tal-oqsfa tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing tal-1995 u r-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) tal-2000;

J.

billi l-Approċċ Strateġiku tal-UE għad-WPS jirrappreżenta progress sinifikanti f'termini tal-impenn tal-UE għall-aġenda tad-WPS; billi l-approċċ jenfasizza l-ħtieġa għal impenji u azzjonijiet konkreti, kif ukoll il-ħtieġa li n-nisa u l-bniet jiġu involuti, protetti u appoġġjati biex jinkisbu paċi u sigurtà dejjiema; billi l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-WPS ġie adottat fl-2019 sabiex jiġi implimentat Approċċ Strateġiku tali, iżda t-tisrif ta' dan l-impenn ta' politika f'azzjoni għadu sfida; billi huwa tal-akbar importanza li l-membri tal-persunal tal-UE jżidu l-isforzi tagħhom biex jintegraw id-WPS fil-ħidma tagħhom, bl-objettiv li jtejbu l-effikaċja tal-missjonijiet, iżda wkoll li jiżguraw id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fihom infushom;

K.

billi l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II (GAP II) twieled mir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament b'enfasi fuq il-bdil tal-kultura istituzzjonali tal-UE fil-livell tal-kwartieri ġenerali u tad-delegazzjonijiet biex tinħoloq bidla sistematika fil-mod kif l-UE tindirizza l-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u fuq l-ittrasformar tal-ħajjiet tan-nisa u tal-bniet f'erba' oqsma kruċjali; billi l-integrazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà tal-UE huma dipendenti ħafna fuq l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni b'suċċess tal-GAP II sabiex jiġu rakkomandati azzjonijiet għal qafas ta' GAP imtejjeb fil-futur (Pjan ta' Azzjoni ġdid tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi III fl-2020);

L.

billi l-GAP I oriġinali wassal għal xi progress, madankollu kellu għadd ta' nuqqasijiet: kamp ta' applikazzjoni limitat, in-nuqqas ta' bbaġittjar reattivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru, fehim dgħajjef tal-qafas tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri min-naħa tad-delegazzjonijiet tal-UE, nuqqas ta' impenn min-naħa tal-mexxejja tal-UE, u nuqqas ta' arkitettura istituzzjonali u inċentivi biex jimmotivaw u jappoġġjaw lill-persunal b'mod adegwat; billi l-GAP II ikkostitwixxa pass importanti 'l quddiem fit-trawwim tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, b'għadd ta' xejriet pożittivi, iżda jeħtieġ l-għarfien sħiħ tal-UE u l-Istati Membri tagħha u impenn sod minnhom li jissalvagwardjaw kontra kwalunkwe deterjorament u jaċċelleraw il-progress tiegħu; billi l-GAP II għadu juri għadd ta' nuqqasijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ewlenin u l-SDGs relatati mal-ġeneru, sfidi għar-rapportar preċiż tal-progress fuq l-objettivi kollha u tad-data kwalitattiva, u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fid-djalogi tal-politika; billi għad hemm bżonn li jitkabbar aktar il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, jiġi implimentat b'mod adegwat l-ibbaġitjar responsabbli skont il-ġeneru u jiġu allinjati l-perjodi ta' żmien bejn l-ipprogrammar u ċ-ċikli baġitarji; billi impenn akbar min-naħa tal-mexxejja tal-UE, u l-istabbiliment tal-arkitettura istituzzjonali u inċentivi biex jimmotivaw, jappoġġjaw u jħarrġu l-persunal b'mod adegwat huma ta' importanza vitali biex jinkisbu riżultati tanġibbli f'termini ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri msaħħa madwar id-dinja;

M.

billi l-GAP II stabbilixxa l-mira ta' azzjonijiet għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f'85 % tal-inizjattivi ġodda kollha tal-UE sal-2020; billi minkejja l-progress li sar, fl-2018 bejn 55 % u 68 % biss tal-programmi l-ġodda inkorporaw il-ġeneru;

N.

billi d-delegazzjonijiet u l-missjonijiet tal-UE jiżvolġu rwol primarju fl-implimentazzjoni tal-GAP II fil-pajjiżi sħab, u t-tmexxija u l-għarfien tal-kapijiet u tal-persunal tad-delegazzjonijiet u l-missjonijiet għandhom rwol sinifikanti fl-iżgurar tal-implimentazzjoni b'suċċess tal-GAP II; billi huwa rrakkomandat li aktar nisa jingħataw aċċess għal kariġi ta' tmexxija u ta' ġestjoni fid-delegazzjonijiet tal-UE;

O.

billi n-nisa għadhom fil-biċċa l-kbira sottorappreżentati u sottovalutati fid-dinja tal-politika u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż fil-qasam tal-politika estera u s-sigurtà internazzjonali fl-UE u madwar id-dinja; billi fi ħdan l-UE, 6 nisa jokkupaw il-kariga ta' ministru tad-difiża, u minn 27 ministru tal-affarijiet barranin, 3 biss huma nisa; billi ħatriet b'bilanċ bejn il-ġeneri joffru livell għoli ta' valur miżjud lill-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

P.

billi l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2024 iffissat l-objettiv tagħha li tilħaq bilanċ bejn il-ġeneri ta' 50 % fil-livelli maniġerjali kollha tal-Kummissjoni sa tmiem l-2024;

Q.

billi fl-SEAE, l-irġiel għandhom 75 % tal-karigi fil-livell maniġerjali intermedju u 87 % tal-karigi fil-livell maniġerjali superjuri; billi l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) ħa l-impenn li jilħaq il-mira li sa tmiem il-mandat tiegħu, 40 % tal-karigi maniġerjali jokkupawhom in-nisa; billi l-aktar l-ħatriet reċenti li għamel irriżultaw fi struttura li fiha, il-Viċi Segretarji Ġenerali huma kollha rġiel;

R.

billi l-politiki tal-UE għandhom it-tendenza li jippreżentaw lin-nisa bħala vittmi ta' vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru (SGBV) u li jindirizzaw il-protezzjoni tagħhom primarjament wara li l-SGBV tkun diġà saret; billi politika aktar soda u enfasi operattiva fuq il-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li tindirizza l-iżbilanċi tal-poter fir-relazzjonijiet bejn il-ġeneri jtejbu l-politiki tal-UE f'dan il-qasam;

S.

billi sar progress fit-twettiq tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi madwar id-dinja, iżda għad hemm nuqqasijiet serji fil-forniment tagħhom u l-aċċess għalihom; billi qed tiġi osservata rigressjoni inkwetanti kontra d-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+ madwar id-dinja kollha, u tinvolvi l-limitar tad-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva u l-projbizzjoni tal-istudji dwar is-sesswalità u l-istudji dwar il-ġeneru; billi fl-2018, l-għadd ta' azzjonijiet tal-UE dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi ċkien, u l-iċken numru ta' azzjonijiet globali mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kellhom x'jaqsmu mas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; billi teżisti ħtieġa kbira li jiġi affermat mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-promozzjoni, il-protezzjoni u t-twettiq tad-dritt ta' kull individwu li jkollu kontroll sħiħ fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, mingħajr diskriminazzjoni jew vjolenza;

T.

billi l-ħidma tal-konsulenti tal-ġeneri u tal-punti fokali tal-ġeneri hija importanti biex il-politiki tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-WPS jissarrfu f'analiżijiet, ippjanar, implimentazzjoni u evalwazzjoni, kif ukoll l-integrazzjoni ta' perspettiva tal-ġeneru fil-kompiti u fl-operazzjonijiet ta' kuljum; billi l-konsulenti tal-ġeneru u l-punti fokali tal-ġeneru għandhom rwol importanti fl-integrazzjoni b'mod orizzontali tal-politiki relatati mal-ġeneru; billi prijoritizzazzjoni akbar tal-ġeneri fid-delegazzjonijiet tal-UE, żmien biżżejjed għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u maniġers tal-proġetti impenjati biex iqisu l-ġeneru b'mod suffiċjenti fix-xogħol tagħhom huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-punti fokali jistgħu jiżviluppaw b'mod adegwat id-dmirijiet tagħhom; billi hija meħtieġa aktar azzjoni biex jiġi żgurat li d-deskrizzjoni tal-impjieg tal-punti fokali tal-ġeneru tirrifletti l-kompiti tagħhom bħala l-persuni responsabbli għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

U.

billi terz biss mid-delegazzjonijiet kollha tal-UE jaħdmu fuq id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+; billi l-Linji Gwida tal-UE rigward il-persuni LGBTIQ+ mhux qed jiġu applikati b'mod uniformi, u l-implimentazzjoni tagħhom tiddependi ħafna fuq l-għarfien u l-interess tat-tmexxija tad-delegazzjonijiet minflok ma jiġi segwit approċċ strutturali;

V.

billi l-gruppi u l-attivisti nisa tas-soċjetà ċivili għandhom rwoli kritiċi fl-avvanz tal-aġenda għall-paċi u s-sigurtà u l-parteċipazzjoni tagħhom hija essenzjali fl-integrazzjoni ta' kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-ispazju tas-soċjetà ċivili qed jiċkien f'diversi sferi, fost l-oħrajn fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u n-nisa impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+; billi n-nisa impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem sikwit iħabbtu wiċċhom ma' sogri u ostakli differenti u addizzjonali differenti li huma intersezzjonali u msawra minn stereotipi stabbiliti tal-ġeneri; billi jeħtieġ li jiġi żgurat involviment konsistenti mal-organizzazzjonijiet tan-nisa u n-nisa impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem matul iċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-GAP III; billi hemm bżonn ta' azzjonijiet interni u esterni aktar ambizzjużi biex jindirizzaw b'mod attiv kwalunkwe forma ta' rigressjoni u jkomplu javvanzaw lejn soċjetajiet b'ugwaljanza bejn il-ġeneri;

W.

billi l-finanzjament limitat u n-nuqqas ta' persunal suffiċjenti huma ostakli fundamentali għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi għad m'hemmx koerenza politika fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u għadu m'hemmx sistema unifikata li tiffaċilita fehim u implimentazzjoni identiċi tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-istituzzjonijiet tal-UE;

X.

billi l-inklużjoni ta' perspettiva tal-ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà tal-UE tfisser ukoll li jiġu rikonoxxuti u miġġielda d-dimensjonijiet speċifiċi tal-ġeneru u l-impatt ta' fenomeni globali bħat-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, il-kummerċ u s-sigurtà, kif ukoll li wieħed jiffoka fuq l-esperjenzi u l-ħtiġijiet tan-nisa u tal-gruppi li qed iħabbtu wiċċhom ma' forom differenti u trasversali ta' diskriminazzjoni u emarġinazzjoni fil-qalba tat-tfassil tal-politika;

1.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jsaħħu d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u javvanzaw lejn politika estera u ta' sigurtà li tintegra viżjoni trasformattiva tal-ġeneri; jenfasizza l-ħtieġa li politika bħal din tkun ibbażata fuq integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, analiżi tal-ġeneri b'data diżaggregata skont il-ġeneru u l-età u indikaturi sensittivi għall-ġeneru, u valutazzjonijiet sistematiċi tal-impatt tal-ġeneru għall-identifikazzjoni, il-formulazzjoni u l-monitoraġġ ta' azzjonijiet fis-setturi kollha biex tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għal rwol sinifikattiv u ġust għan-nisa u għall-persuni minn sfondi differenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet; iħeġġeġ lill-UE tesplora l-possibbiltajiet għall-kondiviżjoni, il-ġestjoni u l-aġġornament tal-analiżi tal-ġeneri b'mod sistematiku;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jsaħħu aktar l-appoġġ tagħhom għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem min-nisa u l-bniet kollha u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom madwar id-dinja, u jiżvolġu rwol ewlieni u dejjem akbar fir-razzjonalizzazzjoni u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi għal dak il-għan;

3.

Jilqa' t-tliet pilastri tematiċi tal-GAP II, jiġifieri: 1) l-iżgurar tal-integrità fiżika u psikoloġika tal-bniet u n-nisa, 2) il-promozzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bniet u n-nisa, u 3) it-tisħiħ tal-vuċi u l-parteċipazzjoni tal-bniet u n-nisa; jinnota li l-progress ma fost il-prijoritajiet tematiċi u fost l-atturi differenti tal-UE ma kienx uniformi; jitlob għalhekk li jsiru sforzi akbar mill-Kummissjoni, il-VP/RGħ u l-Istati Membri kollha għall-implimentazzjoni sħiħa tal-GAP u għall-ilħuq tal-istandards ta' prestazzjoni stabbiliti fih; jiddispjaċih li fl-2018, l-objettiv bl-iċken għadd ta' azzjonijiet rappurtati fl-ambitu tal-GAP II kien il-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa u l-bniet għal kull forma ta' sfruttament u li dan kien l-uniku objettiv li għalih l-għadd ta' azzjonijiet irrappurtati naqas meta mqabbel mal-2017;

4.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li twettaq rieżami u tippreżenta GAP ġdid għall-2020-2025 (GAP III) fl-2020; jenfasizza li l-GAP III għandu jibni u jespandi fit-triq stabbilita fil-GAP II attwali u jqis it-tagħlimiet misluta mill-implimentazzjoni attwali tiegħu; jenfasizza li dan id-dokument irid jieħu l-forma ta' komunikazzjoni uffiċjali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tiegħu; ifakkar li l-politika estera u ta' sigurtà komuni hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi u li l-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin b'rispett sħiħ għall-prinċipji u t-trattati tal-UE, inklużi l-Artikoli 2, 3 u 5 TUE; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Istati Membri, rigward l-approċċ tagħhom għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz ta' azzjoni esterna, biex isegwu għanijiet politiċi allinjati mal-GAP fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom;

5.

Jilqa' l-Pjan ta' azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u jitlob l-implimentazzjoni robusta tiegħu; jilqa' l-inklużjoni tal-“promozzjoni tal-aġenda dwar id-WPS” fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2018 dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO; jilqa' d-deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u jitlob l-inklużjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u azzjonijiet immirati għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; jilqa', barra minn hekk, l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin prevista għall-2021;

6.

Jitlob aktar koerenza tal-politika u koordinazzjoni fl-implimentazzjoni tal-firxa ta' impenji dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri inklużi fl-azzjoni esterna tal-UE; jenfasizza li l-Approċċ Strateġiku tal-UE għandu jkun marbut u sinkronizzat mal-GAP III l-ġdid, u jitlob li l-Pjan ta' Azzjoni 2019 tal-UE dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà jiġi inkluż fil-GAP III bħala kapitolu separat; jenfasizza l-importanza tal-qafas normattiv eżistenti rigward l-aġenda dwar id-WPS; jinsisti li dan il-qafas għandu jkun il-linja ta' bażi għall-azzjonijiet kollha fil-livell internazzjonali u tal-UE u li kwalunkwe tentattiv ta' rtirar jew treġġigħ lura minn impenji stabbiliti f'dan il-qasam irid jiġi rrifjutat għalkollox;

7.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jadottaw politika estera u ta' sigurtà femminista li tindirizza l-ostakoli għan-nisa biex ikollhom u biex iżommu rwoli ta' tmexxija ta' livell għoli u pożizzjonijiet ewlenin bħal pożizzjonijiet ta' ambaxxaturi u medjaturi fit-taħdidiet u n-negozjati internazzjonali għall-paċi, iżda wkoll pożizzjonijiet fil-livelli l-baxxi; ifakkar li fatturi li jaf jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa, bħal nuqqas ta' politiki li jiffaċilitaw bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, kondiviżjoni inugwali tar-responsabbiltajiet tal-familja u l-istennija li n-nisa jkunu l-indokraturi primarji, li ħafna drabi jwassal biex in-nisa jieħdu pawżi fil-karriera jew li jaħdmu part-time, u l-perċezzjoni pubblika globali tat-tmexxija tan-nisa għandhom jiġu kkunsidrati; jenfasizza, barra minn hekk, li fl-avvanz tal-miri tat-tmexxija femminili fl-aġenda dwar id-WPS, il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE u għandu jiġi integrat permezz tal-avvanz tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali tan-nisa, kemm barra l-UE kif ukoll fiha; ifakkar li l-Istati Membri għandhom obbligu li jeliminaw id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess fir-rigward tal-aspetti u l-kundizzjonijiet kollha ta' rimunerazzjoni għall-istess xogħol jew għal xogħol ta' valur ugwali;

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prinċipju gwida tal-azzjoni esterna tal-UE

8.

Jistieden lis-SEAE, is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, l-aġenziji Ewropej li jaħdmu barra mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jintegraw b'mod sistematiku l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u perspettiva intersezzjonali fil-politika estera u ta' sigurtà, tat-tkabbir, tal-kummerċ u tal-iżvilupp tal-UE, inkluż fil-fora multilaterali u fil-formulazzjoni kollha tal-politika, fid-djalogi politiċi u strateġiċi, fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi, fir-rappurtar globali dwar id-drittijiet tal-bniedem u fil-proċessi ta' monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar; jinsisti li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha tkun valur fundamentali fl-azzjoni esterna kollha tal-UE;

9.

Jenfasizza li jeħtieġ li ssir analiżi ulterjuri dwar id-dinamiċi tal-poter inerenti fil-politiki u l-prattika tal-UE u fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni attwali sabiex jiġu analizzati u indirizzati l-implikazzjonijiet tagħhom għall-ġeneri;

10.

Ifakkar fl-importanza li tiġi integrata perspettiva intersezzjonali fl-azzjonijiet esterni kollha tal-UE u li l-azzjonijiet tal-UE għandhom iqisu l-esperjenzi tan-nisa minn sfondi differenti u speċjalment dawk li qed iħabbtu wiċċhom ma' forom differenti ta' diskriminazzjoni u emarġinazzjoni abbażi tal-età, il-ġeneru, ir-razza, ir-reliġjon, l-istatus soċjoekonomiku u legali, il-kapaċità, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru tagħhom; ifakkar li n-nisa mhumiex grupp omoġenju, u lanqas ma jitkellmu b'vuċi waħda;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat impenn kontinwu għall-implimentazzjoni tal-GAP III fl-ogħla livelli politiċi; jitlob li l-GAP III jispeċifika li 85 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) għandha tmur għal programmi li għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv sinifikattiv jew prinċipali, u jitlob, f'dan l-impenn usa', li ammont sostanzjali ta' ODA tiġi allokata għal programmi li l-objettiv prinċipali tagħhom hu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; jitlob aktar azzjoni immirati għall-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jitlob, barra minn hekk, li l-GAP il-ġdid isaħħaħ l-approċċ solidu bbażat fuq l-evidenza meħud mill-GAP II, bl-użu ta' analiżijiet kwalitattivi biex jiġi vvalutat l-impatt reali ta' programmi bħal dawn fuq il-progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jitlob li jitjieb ir-rapportar għall-finanzjament tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri allokat u żburżat fil-pajjiżi sħab permezz tal-GAP III;

12.

Jirrakkomanda li l-GAP III jkun akkumpanjat minn indikaturi ta' suċċess ċari, li jistgħu jitkejlu u marbuta biż-żmien biex jissorveljaw il-bidliet f'terminu qasir, medju u fit-tul, l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà lil atturi differenti, u objettivi ċari f'kull pajjiż sieħeb żviluppati b'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiż imsieħeb inkwistjoni u bl-inklużjoni attiva tal-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili, atturi rilevanti oħra tas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jerġgħu jimpenjaw ruħhom, permezz tal-GAP il-ġdid, għall-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tal-perspettiva tal-ġeneri fis-setturi kollha; jistieden lis-SEAE, is-servizzi tal-Kummissjoni rilevanti u l-Istati Membri tal-UE jipproponu aktar azzjonijiet immirati għall-ġeneri;

13.

Jitlob li l-GAP III jisfida r-rigressjoni fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa billi jsaħħaħ l-aċċess għall-edukazzjoni, l-informazzjoni u s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi għan-nisa u l-bniet, u jiżgura l-protezzjoni tagħhom minn koerċizzjoni, vjolenza, diskriminazzjoni u abbuż; jenfasizza bl-istess mod li l-GAP il-ġdid għandu b'mod espliċitu jkopri l-protezzjoni, il-parteċipazzjoni u l-avvanz tad-drittijiet tan-nisa fil-kuntesti kollha, inklużi stati fraġli u sitwazzjonijiet ta' kunflitt;

14.

Jemmen li l-edukazzjoni hija fundamentali biex jinkisbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet; jistieden lill-UE, għaldaqstant, iżżid l-impenn tagħha favur il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra l-istereotipi tal-ġeneru fis-sistemi edukattivi u permezz tagħhom fil-GAP III li jmiss; jitlob, f'dan ir-rigward li tiġi kkunsidrata firxa ta' opportunitajiet fil-qasam tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika;

15.

Jilqa' l-Approċċ Strateġiku tal-UE għad-WPS u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà adottati fl-2019, u jitlob l-implimentazzjoni soda tagħhom; jiddispjaċih, madankollu, li minkejja l-indikaturi u l-objettivi ċari, it-tisrif ta' dan l-impenn politiku f'azzjoni għadu sfida u jeħtieġ sforzi kontinwi; jisħaq fuq l-importanza tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Aġenda dwar id-WPS; jilqa' l-fatt li sa tmiem din is-sena kważi l-Istati Membri kollha se jkunu adottaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tagħhom dwar ir-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jiddispjaċih madankollu li wieħed biss minnhom alloka baġit għall-implimentazzjoni tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jallokaw baġit ta' dan it-tip u jiżviluppaw mekkaniżmi nazzjonali ta' superviżjoni parlamentari, kif ukoll jintroduċu kwoti għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-mekkaniżmi ta' kontroll, evalwazzjoni u superviżjoni; jiddispjaċih dwar il-fatt li ħafna membri tal-persunal tal-UE ma integrawx l-Aġenda dwar id-WPS fix-xogħol tagħhom, u li din l-aġenda titqies bħala waħda li tista' tiġi applikata għad-diskrezzjoni tagħhom u bl-objettiv li titjieb l-effikaċja tal-missjonijiet, iżda mhux bħala mezz biex jiġu żgurati d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fihom infushom;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex timplimenta approċċ strutturat ta' bbaġitjar skont il-ġeneru biex issegwi b'mod preċiż l-infiq kollha relatat, inkluż fil-qasam tal-azzjoni esterna, u torganizza valutazzjonijiet ex anteex post tal-impatt fuq il-ġeneri tal-programmi differenti ffinanzjati mill-UE u tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew; jenfasizza li din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq data diżaggregata skont il-ġeneru u l-età u li r-riżultat tagħha għandu jiġi integrat fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni; jenfasizza l-bżonn li titjieb l-affidabbiltà tal-analiżi b'rabta mas-sessi billi d-data miġbura mid-delegazzjonijiet tal-UE tiġi armonizzata b'mod li tkun komparabbli; jitlob li l-analiżi tal-ġeneri jkollha rwol fid-definizzjoni tal-objettivi, il-programmi, il-proġetti u d-djalogu tal-istrateġija tal-pajjiżi;

17.

Jitlob li jingħata appoġġ għall-allokazzjoni ta' 85 % tal-finanzjament speċifiku allokat għal programm li għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv sinifikattiv jew prinċipali fi ħdan il-qafas tar-Regolament dwar Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) propost, u għal tnaqqis fir-restrizzjonijiet amministrattivi biex ikun permezz l-aċċess għall-finanzjament għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u żgħar; jenfasizza l-importanza li jkunu hemm aktar integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u li azzjonijiet immirati ulterjuri jsiru objettivi ċari fl-ambitu tar-Regolament NDICI u li jiġi żgurat li s-sħab ikunu jistgħu jistrieħu fuq appoġġ politiku u finanzjarju biżżejjed biex jimplimentawh; jitlob li jiġu applikati indikaturi speċifiċi għall-ġeneru fil-fażijiet tal-għażla, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti tal-azzjonijiet kollha tal-politika estera u ta' sigurtà tal-UE li jirċievu finanzjament mill-baġit tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-użu effiċjenti ta' riżorsi eżistenti u futuri tal-UE permezz ta' bbaġitjar reattiv għall-kwistjonijiet tal-ġeneru, b'mod partikolari fi żminijiet li jinvolvu sfidi bħall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss, limitazzjonijiet baġitarji u l-konsegwenzi ta' kriżi ta' wara l-COVID-19;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-UE jirrikonoxxu l-bniet u n-nisa żgħażagħ bħala muturi tal-bidla u jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sikura, sinifikattiva u inklużiva tagħhom fil-ħajja ċivika u pubblika, inkluż billi jqisu l-feedback tal-organizzazzjonijiet immexxija miż-żgħażagħ u jappoġġjawhom permezz tal-bini tal-kapaċità; jenfasizza r-rwol pożittiv li għandhom il-bniet, in-nisa żgħażagħ u n-nisa fil-ksib tal-paċi u l-koeżjoni soċjali sostenibbli, inkluż permezz ta' inizjattivi mmexxija mill-bniet u min-nisa fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw baġit adegwat għall-edukazzjoni fl-emerġenzi, biex jiġi żgurat li kull tifla tista' tirnexxi, minkejja ċ-ċirkostanzi li jirriżultaw mill-kunflitti u d-diżastri naturali;

19.

Jirrikonoxxi li l-kriżijiet umanitarji jintensifikaw l-isfidi relatati mas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u jfakkar li f'żoni ta' kriżi, b'mod partikolari fost gruppi vulnerabbli bħar-rifuġjati u l-migranti, in-nisa u l-bniet huma partikolarment esposti għall-vjolenza sesswali, il-mard trażmess sesswalment, l-isfruttament sesswali, l-istupru bħala arma tal-gwerra u t-tqala mhux mixtieqa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu livell għoli ta' prijorità lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u lis-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fir-rispons tal-għajnuna umanitarja tagħhom, kif ukoll obbligu ta' rendikont u aċċess għall-ġustizzja u r-rimedju għal ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż f'termini ta' taħriġ għall-atturi umanitarji u finanzjament eżistenti u futur; jenfasizza l-importanza tar-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD dwar it-Tmiem tal-Isfruttament Sesswali, l-Abbuż u l-Fastidju fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Assistenza Umanitarja. jilqa', f'dan il-kuntest, l-enfasi tal-partijiet interessati attivi fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja biex jiġu indirizzati l-abbużi u l-fastidju f'kuntesti relatati mal-kunflitti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-inklużjoni tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, kif ukoll organizzazzjonijiet immexxija min-nisa u persuni impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, fl-istrutturi tal-koordinazzjoni tat-teħid ta' deċiżjonijiet umanitarji;

20.

Jitlob li jiġu studjati s-sinerġiji bejn il-programmi interni u esterni tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti u kontinwu għall-politiki fl-Unjoni u barra minnha, bħal fil-każ tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF);

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi politika kummerċjali tal-UE bbażata fuq il-valuri li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-ambjent u rispett tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; ifakkar li l-ftehimiet kollha tal-UE dwar il-kummerċ u l-investiment iridu jintegraw il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jinkludu kapitolu ambizzjuż u infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar li n-negozjar ta' ftehimiet kummerċjali jista' jirrappreżenta għodda importanti għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa f'pajjiżi terzi u jitlob li tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru dwar l-impatt tal-kummerċ; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jinkludu l-impatt fuq il-ġeneru għal kull pajjiż u għal kull settur tal-politika u tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE fil-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post; jisħaq fuq il-fatt li r-riżultati tal-analiżi ffukata fuq il-ġeneru għandhom jitqiesu fin-negozjati kummerċjali, billi jiġu eżaminati kemm l-impatt pożittiv tagħhom kif ukoll dak negattiv matul il-proċess kollu, min-negozjati sal-implimentazzjoni tagħhom, u għandhom jiġu akkumpanjati minn miżuri li jipprevjenu jew jikkumpensaw l-effetti negattivi possibbli; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura, għall-ewwel darba għall-UE, l-inklużjoni ta' kapitolu speċifiku dwar il-ġeneri fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni modernizzat bejn iċ-Ċilì u l-UE u jitlob li tiġi promossa u appoġġjata l-inklużjoni ta' kapitoli bħal dawn fil-ftehimiet ulterjuri kollha kummerċjali u tal-investiment tal-UE, li jibnu fuq eżempji internazzjonali eżistenti u fuq il-bażi tal-valur miżjud tagħhom wara l-valutazzjonijiet imwettqa;

22.

Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw bis-sħiħ il-Pożizzjoni Komuni dwar l-Esportazzjonijiet ta' Armi u, partikolarment, jistedinhom iqisu r-riskju li l-materjali esportati jintużaw għal, jew jiffaċilitaw, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru jew il-vjolenza fuq in-nisa jew it-tfal; jenfasizza li approċċ sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru jfisser approċċ ta' sigurtà ċċentrat fuq il-bniedem, li l-għan tiegħu huwa li jtejjeb is-sigurtà għan-nisa, inklużi s-sigurtà ekonomika, soċjali u tas-saħħa;

Enfasi fuq il-ġeneri u d-diversità fil-kultura istituzzjonali tal-UE fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet

23.

Jistieden lill-Istati Membri joħolqu grupp ta' ħidma formali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jitlob li tiġi stabbilita konfigurazzjoni ġdida tal-Kunsill li tlaqqa' flimkien il-ministri tal-UE u s-segretarji tal-istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE, inkluża l-politika estera u ta' sigurtà;

24.

Jilqa' l-ħidma li saret mill-Konsulent Ewlieni dwar il-Ġeneri fi ħdan l-SEAE u mit-Taskforce Informali tal-UE dwar id-WPS sa issa, fost l-oħrajn fl-iżgurar tal-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili fid-diskussjonijiet tagħhom; jiddeplora, madankollu, il-kapaċità limitata inkwantu ta' persunal u riżorsi assenjati għall-kariga tal-Konsulent Ewlieni dwar il-Ġeneri, u jitlob li l-persuna li tieħu din il-kariga tirrapporta direttament lill-VP/RGħ; jenfasizza l-ħtieġa ta' użu aktar effiċjenti tar-riżorsi assenjati għal din il-kariga; jistieden lill-VP/RGħ ikompli l-isforzi tiegħu fil-qasam tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, jaħtar konsulent tal-ġeneru full-time f'kull Direttorat tas-SEAE, li jirrapporta direttament lill-Konsulent Prinċipali, u jinkoraġġixxi lill-persunal tagħhom jaħdmu mill-qrib mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE); jenfasizza li l-kondiviżjoni tal-għarfien bejn l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE hija għodda sinifikattiva u effiċjenti ferm biex jiġu evitati spejjeż amministrattivi kbar u żieda bla bżonn fil-burokrazija;

25.

Jilqa' l-Istrateġija dwar il-Ġeneri u l-Opportunitajiet Indaqs 2018-2023 tal-SEAE, u jitlob li tiġi aġġornata biex tinkludi impenji politiċi konkreti, vinkolanti u li jistgħu jitkejlu fir-rigward tal-preżenza tan-nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali; jinsisti għall-ksib tal-mira ta' 50 % nisa fil-pożizzjonijiet maniġerjali, inkluż bħala Kapijiet ta' Delegazzjoni u ta' missjonijiet u operazzjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK); jilqa' l-progress magħmul mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward, fejn in-nisa jammontaw għal 41 % tal-maniġers fil-livelli kollha; jiddispjaċih li l-SEAE għadu 'l bogħod mill-ksib ta' dak l-għan: tnejn biss minn tmien Rappreżentanti Speċjali tal-UE, 31,3 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali intermedji u 26 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri; jistieden lill-VP/RGħ attwali jieħu l-passi meħtieġa biex jirrimedja din is-sitwazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri jressqu aktar nisa għall-karigi għolja;

26.

Jenfasizza l-importanza tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u ta' diversità fl-istituzzjonijiet tal-UE u kif stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li s-SEAE jaġġusta l-proċessi ta' reklutaġġ tiegħu sabiex jagħti aktar attenzjoni lid-diversità u l-inklużjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' proċeduri ta' reklutaġġ reattivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru, anke min-naħa tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal; jitlob li t-tmexxija reattiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru tkun parti mid-deskrizzjonijiet tal-impjieg tal-pożizzjonijiet maniġerjali intermedji u superjuri;

27.

Jistieden lill-VP/RGħ jiżgura li l-Kapijiet ta' Delegazzjonijiet tal-UE li jinsabu barra mill-UE jkollhom responsabbiltà formali li jiżguraw l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aspetti kollha tax-xogħol tad-delegazzjonijiet u li jiżguraw li jirrappurtaw dwarha; jistieden lill-VP/RGħ jiżgura li jkun hemm punti fokali tal-ġeneri speċifiċi u apposta fid-delegazzjonijiet tal-UE, sabiex jiġu żgurati flussi tax-xogħol bla intoppi u l-minimu ta' burokrazija; jenfasizza l-ħtieġa li l-punti fokali tal-ġeneri jkollhom biżżejjed riżorsi u żmien biex iwettqu l-kompiti tagħhom, b'deskrizzjonijiet tal-impjieg li jagħtu dettalji dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom; jenfasizza li dawn għandhom jirrapportaw direttament lill-Kap ta' Delegazzjoni/Kap tat-Taqsima, ikollhom aċċess għad-dokumenti u t-taħriġ rilevanti kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom, u jkollhom responsabbiltajiet ta' ġestjoni fejn xieraq; jitlob li jkun hemm linji gwida dwar l-ugwaljanza għad-delegazzjonijiet kollha tal-UE u, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' rappurtar online, mudelli ċari u l-ħruġ ta' ktieb ta' gwida li jiffaċilita l-ħidma tad-delegazzjonijiet;

28.

Jenfasizza li l-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhux possibbli mingħajr tmexxija reattiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru; jitlob, f'dan ir-rigward, taħriġ obbligatorju u mfassal apposta dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għall-maniġers kollha tas-SEAE, il-persunal tas-servizzi diplomatiċi tal-UE u l-Kapijiet/Kmandanti tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK; jenfasizza li l-ittri ta' missjoni u d-deskrizzjonijiet tal-impjieg għall-Kapijiet ġodda tad-Delegazzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jinkludu referenzi speċifiċi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jenfasizza li l-evalwazzjonijiet tagħhom jeħtieġ li jinkludu kriterji speċifiċi dwar il-ħidma mwettqa biex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; jisħaq fuq fil-fatt li l-avvanz tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom ikunu prijorità orizzontali għar-Rappreżentanti Speċjali kollha tal-UE u għandhom ikunu prinċipju ta' gwida tal-mandat tagħhom, b'mod partikolari għar-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE;

29.

Jenfasizza li l-parteċipazzjoni tan-nisa f'missjonijiet tal-PSDK tikkontribwixxi għall-effikaċja tal-missjoni u hija mutur tal-kredibbiltà tal-UE bħala promotur tad-drittijiet ugwali għall-irġiel u n-nisa madwar id-dinja; jilqa' l-fatt li l-missjonijiet ċivili kollha tal-PSDK issa ħatru konsulent tal-ġeneru u jistieden lill-missjonijiet militari tal-PSDK jagħmlu l-istess; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE jippreżentaw kandidati għall-pożizzjonijiet vakanti eżistenti; jitlob li l-persunal militari u ċivili kollu skjerat mill-UE jkun imħarreġ biżżejjed dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-WPS, u b'mod speċifiku dwar kif jintegraw perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-kompiti tiegħu; jiddispjaċih li l-għadd ta' nisa li jaħdmu fil-missjonijiet tal-PSDK u speċjalment fl-operazzjonijiet militari għadu baxx ħafna;;

30.

Jenfasizza li ftit biss mill-missjonijiet tal-PSDK tal-UE jipprovdu korsijiet ta' taħriġ dwar il-fastidju sesswali u abbażi tal-ġeneru, u jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ obbligatorju biex dan it-tip ta' fastidju jiġi miġġieled fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet kollha u jiżguraw li l-vittmi u l-informaturi jiġu protetti b'mod effikaċi; jitlob li l-Istandards Ġeneriċi Mtejba tal-Imġiba għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK jiġu aġġornati biex jinkludu l-prinċipju ta' tolleranza żero ta' nuqqas ta' azzjoni min-naħa tat-tmexxija u l-maniġment tal-UE fir-rigward tal-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru;

31.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jinkludu r-referenzi għar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet li segwewha fid-deċiżjonijiet u fil-mandati tal-missjoni tal-Kunsill li kienu jittrattaw il-PSDK, u jiżgura li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK jkollhom pjan ta' azzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-GAP III futur u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; jitlob li l-analiżi tal-ġeneru tkun inkluża fl-istrumenti l-ġodda tal-PSDK, inkluż il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi proposta;

32.

Jilqa' pożittivament in-network dejjem akbar ta' persuni ta' kuntatt għall-ġeneru (Gender Focal Persons), b'appoġġ fil-ġestjoni u aċċess għat-taħriġ; jinnota f'dan ir-rigward li ġiet organizzata laqgħa reġjonali għall-punti fokali għall-kwistjonijiet tal-ġeneru b'sede fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija bil-għan li tissaħħaħ il-ħidma fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; jilqa' t-titjib fil-kooperazzjoni mal-Balkani tal-Punent fil-qafas tal-Inizjattiva ta' Sħubija tal-G7, fejn l-UE aċċettat li tikkollabora mal-Bożnija-Ħerzegovina għat-tisħiħ tal-Aġenda dwar id-WPS;

33.

Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politika estera tal-UE, anki bis-saħħa tar-relazzjonijiet tal-Parlament mal-pajjiżi terzi; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tad-delegazzjonijiet tal-Parlament li jaħtru rappreżentant għall-kwistjonijiet tal-ġeneru f'kull delegazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ugwaljanza u d-diversità jkunu promossi fl-attivitajiet kollha tad-delegazzjonijiet, inkluż matul il-laqgħat parlamentari uffiċjali ma' pajjiżi terzi;

Nagħtu prijorità lill-protezzjoni u l-avvanz tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet u l-parteċipazzjoni tagħhom

34.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jikkonformaw mal-impenji internazzjonali kollha marbuta mal-aġenda dinjija tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistedinhom, barra minn hekk, jinkoraġġixxu u jappoġġjaw lill-istati sħab biex jirrevokaw ir-riżervi li introduċew fir-rigward tas-CEDAW, u biex jimplimentaw id-Dikjarazzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni tar-Raba' Konferenza Dinjija tan-NU dwar in-Nisa, li saret f'Beijing fl-1995, fosthom permezz ta' leġiżlazzjoni;

35.

Ifakkar fir-rwol kruċjali tan-nisa fil-konsolidazzjoni tal-paċi, u jenfasizza l-importanza tar-rwol tan-nisa fil-promozzjoni tad-djalogu, il-konsolidazzjoni tal-paċi u t-tressiq ta' perspettivi differenti dwar it-tifsira tal-paċi u s-sigurtà; jirrimarka li l-iżgurar tal-parteċipazzjoni sinifikattiva u ekwa tan-nisa fin-negozjati tal-politika estera tal-UE u fil-proċessi tal-paċi u s-sigurtà huwa marbut ma' aktar prosperità ekonomika, inqas ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp tas-sigurtà globali, id-demokrazija u l-paċi sostenibbli; jinnota li l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa f'pajjiżi fi kriżi jew mifnija mill-kunflitti trawwem komunitajiet aktar b'saħħithom u aktar reżiljenti; jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniet u n-nisa u jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa u sinifikattiva tagħhom fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-kunflitt, fil-kuntest tal-attivitajiet tal-UE għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-medjazzjoni;

36.

Jindika li l-impenn għall-prevenzjoni, il-ġlieda u l-prosekuzzjoni ta' kull forma ta' vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza minn sieħeb intimu, il-vjolenza online, prattiki dannużi bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili u ż-żwieġ tat-tfal, bikri u furzat, il-vjolenza mwettqa għan-nom tal-unur, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru b'rabta mal-kunflitti, it-traffikar, u l-isfruttament, l-abbuż u l-fastidju sesswali huma ta' importanza kruċjali; jenfasizza l-ħtieġa tal-għajnuna għas-superstiti f'dan il-kuntest; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċifika lin-nisa u l-bniet li jħabbtu wiċċhom ma' forom multipli u trasversali ta' diskriminazzjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, bħala l-ewwel strument internazzjonali legalment vinkolanti li jfittex li jipprevjeni u jiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa, u b'hekk jistabbilixxi eżempju dinji u jagħmel l-impenn tal-UE li teqred din il-vjolenza kredibbli fir-relazzjonijiet esterni tagħha; jitlob li jiġu riveduti u aġġornati l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom;

37.

Jenfasizza li l-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhix possibbli mingħajr l-inklużjoni tal-irġiel u s-subien; jemmen li fil-proċess tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-irġiel u s-subien jeħtieġ li jiġu mistiedna jipparteċipaw u jikkontribwixxu b’mod attiv bħala atturi tal-bidla, u b'hekk jiġu indirizzati l-istereotipi tas-sessi; ifakkar b'mod partikolari fir-rwol u fir-responsabbiltà tal-irġiel u tas-subien fil-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru;

38.

Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jadottaw anness bl-għan li jirrikonoxxu u jiżviluppaw strateġiji u għodod addizzjonali biex jirrispondu aħjar u b'mod aktar effikaċi, u biex jipprevjenu, is-sitwazzjonijiet, it-theddid u l-fatturi ta' riskju speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-attivisti bniet u nisa żgħażagħ; jitlob l-introduzzjoni immedjata ta' perspettiva tal-ġeneru u miżuri speċifiċi maħsuba biex jappoġġjaw lin-nisa impenjati fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem fil-programmi u fl-istrumenti kollha mmirati għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

39.

Jenfasizza li f'bosta partijiet tad-dinja, id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet mhumiex garantiti għalkollox, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi dejjem akbar fl-ispazju demokratiku disponibbli fid-dinja kollha, li kulma jmur qiegħed jiċkien. ifakkar fil-ħidma essenzjali mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-post biex tkun sostnuta l-paċi u biex ikun promoss l-involviment tan-nisa fil-proċessi tal-paċi, il-politika, il-governanza, il-bini tal-istituzzjonijiet, l-istat tad-dritt u s-settur tas-sigurtà; Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE jimmonitorjaw ir-rigressjoni fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, u t-tendenza lejn spazju dejjem jiċkien għas-soċjetà ċivili, u jieħdu passi speċifiċi biex jipproteġu s-soċjetà ċivili mit-theddid, il-fastidju, il-vjolenza u d-diskors ta' mibegħda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, is-SEAE, l-Istati Membri u l-Kapijiet ta' Delegazzjonijiet tal-UE jiżguraw appoġġ, billi jippromwovu livell xieraq ta' bini tal-kapaċità, għas-soċjetà ċivili lokali, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jagħmlu l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni magħhom element standard tal-ħidma tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw inizjattivi li għandhom l-għan li jisfidaw u jittrasformaw in-normi u l-istereotipi negattivi tal-ġeneri fil-kuntesti kollha;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE jappoġġjaw b'mod sistematiku s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, u dan se jikkontribwixxi għall-ksib tal-SDGs kollha relatati mas-saħħa, bħall-kura qabel it-twelid u miżuri biex jiġu evitati l-każijiet ta' twelid b'ħafna riskju u titnaqqas il-mortalità tat-trabi u tat-tfal; jirrimarka dwar il-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-aċċess għall-ippjanar tal-familja u għas-servizzi tas-saħħa materna, edukazzjoni sesswali komprensiva u adattata skont l-età, kontraċezzjoni, servizzi ta' abort sikur u legali, u r-rispett għad-dritt tan-nisa li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar ġisimhom u li jkunu mħarsa minn kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, koerċizzjoni jew vjolenza f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tiġġieled l-impatt tar-regola “global gag” billi tappoġġja b'mod sinifikattiv il-finanzjament tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi permezz tal-istrumenti ta' finanzjament disponibbli fid-dimensjoni esterna tal-UE;

41.

Ifakkar li n-nisa u l-bniet huma milquta b'mod sproporzjonat mit-tibdil fil-klima minħabba l-inugwaljanzi kulturali u strutturali bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija essenzjali biex jinkisbu l-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tal-isfidi klimatiċi, u li sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd l-art, perspettiva intersezzjonali hija kruċjali; jiddispjaċih li 30 % biss tan-negozjaturi klimatiċi huma nisa u jfakkar li l-parteċipazzjoni sinifikattiva u ugwali tan-nisa fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE fil-qasam tal-politika u tal-azzjoni għall-klima hija vitali biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi fit-tul; jirrakkomanda b'qawwa li l-GAP III jagħmel ċari rabtiet tiegħu mal-Ftehim ta' Pariġi, u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw l-aċċess tal-organizzazzjonijiet tan-nisa għall-finanzjamenti klimatiċi internazzjonali;

42.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li n-nisa u l-bniet fid-dinja kollha għadhom suġġetti għal diskriminazzjoni sistematika; jinnota l-ħtieġa li jiġi miġġieled il-faqar fost in-nisa billi jiġi żgurat l-aċċess ugwali tagħhom għar-riżorsi ekonomiċi; ifakkar li inklużjoni akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol, appoġġ aqwa għall-imprenditorija femminili, aċċess ugwali għall-kapital, inkluż għall-intraprendituri nisa, is-salvagwardja tal-opportunitajiet ugwali u l-paga ugwali għan-nisa u l-irġiel għal xogħol ugwali, u l-promozzjoni ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma fatturi essenzjali għall-ksib ta' prosperità ekonomika sostenibbli u inklużiva fit-tul, għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u għat-tħeġġiġ tal-indipendenza finanzjarja tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE, f'dan ir-rigward, biex iżidu, fejn xieraq, id-disponibbiltà tal-finanzjament, inkluż permezz ta' mikrokrediti, u biex jaħdmu ma' pajjiżi sħab biex javvanzaw l-istatus tan-nisa, inkluż f'oqsma bħad-drittijiet tal-wirt għall-proprjetà u l-art, l-aċċess għall-istatus legali u għal-litteriżmu finanzjarju u diġitali, u l-protezzjoni mit-tħaddim tat-tfal u forom oħra ta' sfruttament;

43.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi implimentata perspettiva tal-ġeneru fi ħdan il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni li tiggarantixxi d-drittijiet tan-nisa u l-bniet li jfittxu asil u dawk rifuġjati, li b'mod immedjat jiġu introdotti proċeduri tal-asil u tal-migrazzjoni sensittivi għall-ġeneru u li tiżdied il-ħidma sabiex jiġu żgurati l-identifikazzjoni xierqa tal-vjolenza potenzjali, il-fastidju, l-istupru u t-traffikar ta' nisa fiċ-ċentri ta' akkoljenza f-Ewropa, u l-protezzjoni minnhom;

44.

Jikkundanna l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluż it-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu miġġielda l-forom kollha tat-traffikar tal-bnedmin, b'attenzjoni partikolari għad-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar, biex b'mod speċifiku jiġu miġġielda ż-żwieġ tat-tfal, l-isfruttament sesswali tan-nisa u l-bniet u t-turiżmu sesswali; jitlob li jiġi stabbilit approċċ sensittiv għal kwistjonijiet tal-ġeneri għat-traffikar tal-bnedmin, billi jiġi indirizzat b'mod komprensiv l-impatt li għandu fuq it-twettiq ta' firxa wiesgħa ta' drittijiet tal-bniedem;

45.

Jinsisti li l-bniet u n-nisa vittmi ta' stupru fi gwerra jeħtieġ li jkollhom aċċess għal kura mhux diskriminatorja, u speċifikament għal kura medika komprensiva; jinsisti f'dan il-kuntest fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dritt għall-ħajja u d-dinjità tan-nisa u l-bniet kollha billi jiġu miġġielda b'mod attiv il-prattiki dannużi; jenfasizza l-fatt li l-użu tal-istupru bħala arma tal-gwerra u oppressjoni jrid jiġi eliminat, u li l-UE trid tpoġġi pressjoni fuq il-gvernijiet ta' pajjiżi terzi u fuq il-partijiet interessati kollha implikati fir-reġjuni fejn tkun qed issir tali vjolenza abbażi tal-ġeneru, sabiex tintemm il-prattika, jitressqu l-awturi quddiem il-ġustizzja u ssir ħidma mas-superstiti, in-nisa milquta u l-komunitajiet biex jgħinuhom ifiequ u jirkupraw;

46.

Jinnota l-progress kontinwu fuq l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Spotlight tal-UE u tan-NU biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet madwar id-dinja, li ammontat għal EUR 270 miljun impenjati għal programmi fl-Afrika u fl-Amerika Latina fl-2018; jitlob tmexxija qawwija mill-UE dwar is-Sejħa għal Azzjoni dwar il-Protezzjoni mill-Vjolenza abbażi tal-ġeneru f'Emerġenzi u l-appoġġ mogħti lis-superstiti ta' vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru b'rabta mal-kunflitti; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE dwar l-importanza tal-eżitu tal-Konferenza ta' Oslo dwar it-Tmiem tal-Vjolenza Sesswali u abbażi tal-ġeneru fil-Kriżijiet Umanitarji;

47.

Jinnota li fl-2018, l-UE u n-NU qablu dwar ġabra ġdida ta' prijoritajiet li jħarsu lejn il-ġejjieni għall-kooperazzjoni fl-operazzjonijiet ta' paċi u l-ġestjoni tal-kriżijiet għall-2019-2021; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ħolqien ta' pjattaforma kollaborattiva bejn l-UE u n-NU dwar id-WPS isir parti importanti mill-aġenda tal-affarijiet barranin u s-sigurtà;

48.

Josserva li n-NU wissew li l-pandemija tal-COVID-19 qiegħda toħroġ fid-dieher u tħarrax it-tipi kollha ta' inugwaljanzi, inkluża l-inugwaljanza bejn il-ġeneri; jinsab ferm imħasseb għall-qsim mhux indaqs tax-xogħol domestiku u tal-għoti tal-kura pubblika, f'sitwazzjoni li fiha n-nisa jirrappreżentaw madwar 70 % tal-forza tax-xogħol tas-saħħa globali, għaż-żieda qawwija inkwetanti fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru, parzjalment minħabba perjodi twal ta' konfinament, u għal aċċess limitat għas-saħħa riproduttiva u materna; jitlob għaldaqstant l-iżvilupp ta' azzjonijiet immirati u speċifiċi biex jindirizzaw l-impatt soċjoekonomiku tal-COVID-19 fuq in-nisa u l-bniet; jenfasizza li jeħtieġ li jsiru disponibbli b'urġenza fondi adegwati biex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tan-nisa, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-operaturi tal-konsolidazzjoni tal-paċi jkollhom aċċess sħiħ u mingħajr xkiel għal teknoloġija ta' kwalità sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni sinifikattiva tagħhom fil-proċessi ta' teħid tad-deċiżjonijiet matul il-kriżi tal-COVID-19; jenfasizza l-ħtieġa li l-VP/RGħ u l-Kummissjoni jirrikonoxxu n-neċessità tas-sigurtà tal-bniedem, li tinkludi l-aspetti kollha tal-Approċċ Strateġiku tal-UE għad-WPS; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tar-risposta globali tal-UE għall-COVID-19 ma tkunx għamja għall-ġeneru, u li l-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa u ta' gruppi emarġinati oħrajn għandhom ikunu indirizzati kif jixraq, u għandu jiġi żgurat l-involviment tagħhom matul iċ-ċiklu kollu ta' programmazzjoni;

o

o o

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.

(3)  ĠU C 76, 9.3.2020, p. 168.

(4)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 56.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 20 ta’ Ottubru 2020

6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/215


P9_TA(2020)0278

Rakkomandazzjoni lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward l-implimentazzjoni u l-governanza tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO)

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2020 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward l-implimentazzjoni u l-governanza tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) (2020/2080(INI))

(2021/C 404/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u b'mod partikolari l-Artikolu 36, l-Artikolu 42(6), l-Artikolu 46 u l-Protokoll tiegħu (Nru 10) dwar kooperazzjoni strutturata permanenti,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri Parteċipanti (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti PESCO (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta' Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta' Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (5),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2017 dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018 dwar is-Sigurtà u d-Difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2019 dwar is-Sigurtà u d-Difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2018 dwar is-sekwenzjar tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti meħuda fil-qafas ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tispeċifika objettivi aktar preċiżi (2018/C374/01) (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni: possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona (7),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi tan-NU, li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2014,

wara li kkunsidra r-Rapport Analitiku Nru 09/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ta' Settembru 2019 dwar id-difiża Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0165/2020),

A.

billi, skont l-Artikolu 42(2) TUE, il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) tinkludi t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni tal-UE, li se twassal għall-istabbiliment ta' difiża komuni meta jiddeċiedi jagħmel dan il-Kunsill Ewropew, filwaqt li jaġixxi b'unanimità; billi l-PESCO tikkostitwixxi pass importanti għall-kisba ta' dan l-objettiv;

B.

billi l-PESCO għandha tintuża biex tkompli topera u tiżviluppa l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 42(7) TUE li tipprovdi għajnuna u assistenza reċiproka, kif imfakkar fin-notifika konġunta tal-Istati Membri lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-PESCO, iffirmata minn 23 Stat Membru fit-13 ta' Novembru 2017, sabiex tittejjeb ir-rieda tal-Istati Membri li jipprovdu solidarjetà lil Stat Membru ieħor jekk dan jisfa vittma ta' aggressjoni armata fit-territorju tiegħu;

C.

billi, skont l-Artikolu 1(a) tal-Protokoll (Nru 10) dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 42 TUE, wieħed mill-objettivi tal-PESCO huwa li l-Istati Membri jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta' difiża tagħhom b'mod aktar intensiv billi javvanzaw il-kontribut u l-parteċipazzjoni nazzjonali tagħhom, fejn xieraq, fil-forzi multinazzjonali, fil-programmi ewlenin ta' tagħmir Ewropew u fl-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

D.

billi l-Artikolu 1(b) tal-Protokoll Nru 10 jiddikjara li Stat Membru għandu “jkollu l-kapaċità li jforni sa mhux aktar tard mill-2010, fuq livell nazzjonali jew bħala parti minn gruppi ta' forza multinazzjonali, unitajiet tal-ġlied immirati għall-missjonijiet pjanati, strutturati fuq il-livell tattiku bħala grupp ta' battalja, b'elementi ta' appoġġ bħat-trasport u l-loġistika, kapaċi li jwettqu l-kompiti previsti fl-Artikolu 43 TUE, f'perjodu ta' minn 5 sa 30 jum, b'mod partikolari b'risposta għal talbiet mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, u li jkunu jistgħu jiġu sostnuti għal perjodu inizjali ta' 30 jum li jkun jista' jiġi mtawwal għal tal-inqas għal 120 jum.”; billi jeħtieġ li l-Artikolu 1(b) jiġi rivedut sabiex jirrispondi b'mod adegwat għall-ambjent ġeopolitiku diffiċli; billi l-Istati Membri għad fadlilhom biex jilħqu dan l-għan;

E.

billi l-istabbiliment ta' strateġija ta' difiża komuni tal-UE issa huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel fil-kuntest ta' diversi theddidiet li dejjem qed jiżdiedu;

F.

billi l-livell ta' ambizzjoni skont l-Istrateġija Globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża jkopri l-ġestjoni tal-kriżijiet u l-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi sħab bil-għan li jiġu protetti l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha; billi ebda Stat Membru ma jista' jipproteġi lilu nnifsu waħdu minħabba li t-theddidiet għas-sigurtà u d-difiża li tiffaċċja l-UE, u li huma mmirati lejn iċ-ċittadini, it-territorji u l-infrastrutturi tagħha, huma theddidiet pluridimensjonali komuni li ma jistgħux jiġu indirizzati minn Stat Membru wieħed waħdu; billi sistema effikaċi tal-UE għal użu effiċjenti, koerenti, strateġiku u konġunt tar-riżorsi tkun ta' vantaġġ għal-livell ġenerali ta' sigurtà u difiża tal-UE u hija aktar minn qatt qabel meħtieġa f'ambjent ta' sigurtà li qed jiddeterjora b'rata mgħaġġla; billi huma meħtieġa aktar sforzi fil-kooperazzjoni dwar iċ-ċiberdifiża, bħall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, it-taħriġ u l-appoġġ operazzjonali, sabiex jiġi miġġieled aħjar it-theddid ibridu;

G.

billi l-atturi ewlenin tal-PESCO huma l-Istati Membri parteċipanti (pMS), li jipprovdu l-kapaċitajiet għall-implimentazzjoni tal-PSDK (Artikolu 42(1) u Artikolu 42(3) tat-TUE) u li jimmobilizzawhom f'operazzjonijiet u f'missjonijiet barra mill-UE fejn il-Kunsill jinkarigahom bl-eżekuzzjoni ta' kompitu, fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (Artikolu 42(1), (4) u (5), Artikolu 43 u Artikolu 44 tat-TUE) u li jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta' difiża tagħhom, fost l-oħrajn, u meta jkun xieraq, fi ħdan il-qafas tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (Artikolu 42(3) u Artikolu 45 tat-TUE);

H.

billi l-viżjoni fit-tul tal-PESCO hija li tipprovdi lill-Unjoni b'kapaċità operazzjonali li tuża assi militari li huma kkomplementati minn mezzi ċivili, biex jinkiseb pakkett koerenti ta' forzi li jkopri l-ispettru sħiħ ta' operazzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għall-operazzjonijiet militari tal-PSDK; billi l-PESCO għandha ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li taġixxi bħala fornitur tas-sigurtà internazzjonali sabiex tikkontribwixxi b'mod effettiv u kredibbli għas-sigurtà internazzjonali, reġjonali u Ewropea, inkluż billi tipprevjeni l-importazzjoni ta' insigurtà, u ssaħħaħ l-interoperabbiltà sabiex tipproteġi liċ-ċittadini tal-UE u timmassimizza l-effettività tal-infiq għad-difiża billi tnaqqas id-duplikazzjoni, il-kapaċità żejda u l-akkwist mhux ikkoordinat;

I.

billi, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2017/2315 li tistabbilixxi l-PESCO, kapaċitajiet ta' difiża msaħħa tal-Istati Membri se jkunu ta' benefiċċju wkoll għan-NATO, b'applikazzjoni tal-prinċipju ta' ġabra waħda ta' forzi, dment li tiġi evitata d-duplikazzjoni u tingħata prijorità lill-interoperabbiltà, u fl-istess waqt jissaħħaħ il-pilastru Ewropew fi ħdan l-alleanza filwaqt li jiġu ssodisfati s-sejħiet ripetuti għall-kondiviżjoni tal-piżijiet transatlantiċi aktar bbilanċjata; billi n-NATO tibqa' l-pedament tal-arkitettura tas-sigurtà ta' ħafna Stati Membri;

J.

billi l-PESCO toħloq qafas vinkolanti bejn il-pMS, li jimpenjaw ruħhom li b'mod konġunt jinvestu, jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw kapaċitajiet ta' difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni b'mod permanenti u strutturat billi jikkommettu għal 20 impenn vinkolanti f'ħames oqsma stabbiliti mit-TUE; billi dawn l-impenji għandhom jikkostitwixxu bidla minn sempliċi kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża għal interoperabbiltà sħiħa kif ukoll it-tisħiħ tal-forzi tad-difiża tal-Istati Membri permezz ta' sħubijiet bilaterali ta' benefiċċju reċiproku; billi dawn l-impenji vinkolanti jiġu evalwati kull sena fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali mis-segretarjat tal-PESCO, li jista' jiġi kkonsultat mill-Istati Membri parteċipanti; billi minkejja dawn l-impenji vinkolanti, ma jeżisti ebda mekkaniżmu ta' konformità effikaċi għall-PESCO; billi l-proġetti PESCO għandhom jiġu implimentati b'mod li jirrifletti l-kapaċità industrijali, it-tħassib dwar id-duplikazzjoni jew ir-restrizzjonijiet baġitarji tal-pMS; billi l-mekkaniżmu ta' konformità għall-PESCO għandu jittejjeb;

K.

billi l-pMS jeħtiġilhom juru impenn politiku sħiħ mal-20 impenn vinkolanti li ssottoskrivew għalihom; billi ċ-ċikli tal-ippjanar tal-kapaċità militari normalment jieħdu aktar minn tliet snin; billi ċ-ċikli nazzjonali attwali ta' ppjanar tal-kapaċità militari huma xprunati l-aktar mill-Proċess tal-Ippjanar tad-Difiża tan-NATO, stabbilit preċedentement; billi għandu jinkiseb aktar progress fir-rigward tal-integrazzjoni sinifikanti tal-PESCO fil-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tal-pMS li jiffinalizzaw il-proġetti tal-PESCO;

L.

billi l-PESCO kienet oriġinarjament maħsuba bħala avant-garde magħmula minn Stati Membri lesti u kapaċi jaġġornaw il-kooperazzjoni tagħhom fid-difiża għal livell ġdid ta' ambizzjoni; billi l-fatt li hemm 25 pMS ma jridx iwassal biex il-PESCO tkun limitata għal approċċ ta' “l-inqas denominatur komuni”; billi l-għadd ta' pMS jindika rieda għal kooperazzjoni eqreb fis-sigurtà u d-difiża;

M.

billi l-ħidma fuq l-ewwel tliet sensiliet ta' proġetti tal-PESCO wasslet għall-istabbiliment u l-adozzjoni ta' 47 proġett; billi sal-lum, l-ebda proġett għadu ma ġiex attwat; billi l-proġetti tal-ewwel sensiela huma prinċipalment proġetti ta' bini tal-kapaċità li jinvolvu l-akbar numru possibbli ta' Stati Membri; billi n-natura inklużiva tal-proġetti tal-PESCO m'għandhiex twassal lill-pMS biex ibaxxu l-ambizzjonijiet tagħhom; billi huwa essenzjali li l-PESCO tiffoka fuq proġetti li jagħtu valur miżjud ġenwin;

N.

billi jidher li ma hemm l-ebda loġika komuni globali bejn is-47 proġett tal-PESCO; billi l-lista attwali ta' proġetti hija nieqsa mill-koerenza, l-ambitu u l-ambizzjoni strateġika b'tali mod li l-lakuni l-aktar ovvji fil-kapaċità mhux se jiġu indirizzati, u ma tindirizzax b'mod adegwat jew komplet in-nuqqasijiet kritiċi kif identifikati mill-Proċess tal-Objettiv Primarju permezz tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) u r-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD); billi wieħed minn dawn il-proġetti twaqqaf biex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn; billi proġetti oħra m'għamlux biżżejjed progress jew jinsabu f'riskju li jitwaqqfu, u madwar 30 proġett għadhom fil-fażi ta' żvilupp kunċettwali u ta' preparazzjoni; billi l-iżvilupp ta' proġetti ta' kapaċità militari ambizzjużi jista' jieħu sa 10 snin; billi l-maġġoranza l-kbira tal-proġetti tal-PESCO jikkoinċidu man-nuqqasijiet tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u tan-NATO;

O.

billi t-tieni fażi tal-PESCO għandha tibda fl-2021; billi din it-tieni fażi se tagħti riżultati konkreti u sinifikanti, li jfisser li hija meħtieġa prijoritizzazzjoni tal-proġetti;

P.

billi ċerti proġetti tal-PESCO huma ffukati fuq l-istazzjonament operazzjonali, bħall-Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC), il-Mobbiltà Militari u n-Network ta' Ċentri Loġistiċi, filwaqt li oħrajn huma aktar iffukati fuq l-iżvilupp ta' kapaċitajiet militari, bħal Timijiet ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fis-Sigurtà Ċibernetika (CRRTs); billi ż-żewġ approċċi huma meħtieġa biex jikkontribwixxu b'mod deċiżiv għall-evoluzzjoni lejn strateġija integrata komuni tal-UE għas-sigurtà u d-difiża;

Q.

billi wħud mill-proġetti l-aktar strateġiċi tal-PESCO għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu b'mod deċiżiv għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni u għall-ħolqien ta' pakkett koerenti ta' forzi li jkopri l-ispettru sħiħ ta' operazzjonijiet;

R.

billi proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea, bħas-Sistema Futura tal-Ġlied bl-Ajru (FCAS) u s-Sistema Ewlenija tal-Ġlied fuq l-Art (MGCs), bħalissa għadhom barra l-ambitu tal-PESCO;

S.

billi huwa kruċjali li jiġu prijoritizzati u indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet identifikati fis-CDP, u li nibnu fuq il-CARD bil-għan li tiżdied l-awtonomija strateġika tal-Ewropa;

T.

billi huma biss uħud mill-proġetti attwali tal-PESCO li jindirizzaw b'mod suffiċjenti n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet identifikati fl-ambitu tas-CDP u l-CARD jew li diġà jqisu biżżejjed l-Għanijiet ta' Kapaċità b'Impatt Għoli li jirriżultaw mis-CDP, u li għandhom jitqiesu bħala prijorità;

U.

billi l-konsistenza, il-koerenza u t-tisħiħ reċiproku bejn il-PESCO, il-CARD, il-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali (NIPs) u s-CDP għandhom jittejbu aktar;

V.

billi l-Proċess tal-Ippjanar tad-Difiża tan-NATO (NDPP) jikkontribwixxi għall-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali f'21 pMS li huma membri tan-NATO;

W.

billi, fejn xieraq u rilevanti, l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, il-prijoritajiet tal-UE u l-prijoritajiet tan-NATO għandhom isiru mill-aktar fis possibbli; billi l-prijoritajiet tal-UE u tan-NATO għandhom jiġu armonizzati aħjar sabiex jinkisbu l-miri ta' kapaċità tal-UE;

X.

billi filwaqt li tqis in-natura differenti taż-żewġ organizzazzjonijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-PESCO għandha tkun għodda effettiva u komplementari biex tindirizza l-prijoritajiet tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet u tipprovdi l-kapaċitajiet militari identifikati fl-UE u tista' tagħti kontribut għall-objettivi tan-NATO;

Y.

billi, flimkien mal-Istrateġija Globali tal-UE, strateġija ta' difiża u ta' sigurtà speċifika, bħall-Ktieb Abjad tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża li ġie ssuġġerit f'bosta rapporti tal-Parlament, tista' tiffaċilita fehim komuni tal-isfidi attwali u futuri u tipprovdi gwida importanti għall-PESCO u s-CDP li tirriżulta minn fehim tal-ambizzjonijiet u l-azzjonijiet strateġiċi li għandhom jittieħdu fit-tul;

Z.

billi attwalment il-proġetti tal-PESCO huma dipendenti fuq il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-25 Stat Membru parteċipanti; billi huwa mistenni li, bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, il-baġits tad-difiża nazzjonali se jġarrbu tnaqqis; billi paradossalment, diversi proġetti mis-47 proġett attwali tal-PESCO, jekk jiġu ffinanzjati kif xieraq, jistgħu jsaħħu l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri jekk ikun hemm kriżi enormi oħra tas-saħħa pubblika: Mobbiltà Militari, Kmand Mediku Ewropew u bosta proġetti oħra f'oqsma relatati mal-loġistika u t-trasport, il-kura tas-saħħa, l-għajnuna f'każ ta' diżastru, it-tħejjija kontra armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN) u l-ġlieda kontra attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi u kampanji ostili ta' diżinformazzjoni; billi t-tnaqqis fil-finanzjament għall-kapaċitajiet strateġiċi li l-UE u l-Istati Membri tagħha bħalissa m'għandhomx, idgħajjef ukoll il-kapaċità tagħhom li jaġixxu b'mod konġunt kontra pandemiji futuri, theddidiet CBRN u riskji imprevedibbli oħra b'impatti internazzjonali ewlenin;

AA.

billi l-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport b'użu doppju se jkun ta' benefiċċju kemm għall-mobbiltà ċivili kif ukoll għal dik militari, u billi l-implimentazzjoni ta' proċeduri amministrattivi armonizzati tista' twassal biex ir-riżorsi jgħaddu minn rotot ta' provvista xierqa fl-UE kollha u jgħinu fil-bini ta' ambjent ta' sigurtà u ta' difiża komuni;

AB.

billi l-PESCO u l-EDF futur iridu jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku u billi l-interkonnessjonijiet bejniethom iridu jiġu żviluppati aktar sabiex jipprovdu kapaċitajiet kritiċi identifikati skont is-CDP;

AC.

billi l-prospett li jiġi riċevut kofinanzjament għall-kapaċitajiet ta' riċerka u żvilupp li jirriżultaw minn ċerti proġetti tal-PESCO permezz tal-EDF futur wassal biex il-pMS jimmultiplikaw il-proposti tagħhom u ħeġġeġ l-iskambji u l-kooperazzjoni; billi l-proposti kollha jrid ikollhom f'moħħhom l-aħjar interess strateġiku komuni tal-UE;

AD.

billi f'xi każijiet speċifiċi, il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, dment li jissodisfaw ġabra maqbula ta' kundizzjonijiet politiċi, sostantivi u legali, fi proġetti individwali tal-PESCO tista' tkun fl-interess strateġiku tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-forniment ta' għarfien espert tekniku jew kapaċitajiet addizzjonali, u fil-każ ta' sħab strateġiċi; billi kwalunkwe parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fi proġetti tal-PESCO m'għandhiex iddgħajjef l-objettiv tat-trawwim tal-PSDK tal-UE;

AE.

billi l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi tista' tkun biss eċċezzjonali, deċiża fuq bażi ta' każ b'każ u fuq stedina tal-Istati Membri tal-UE; billi kwalunkwe tali parteċipazzjoni għandha tipprovdi valur miżjud għal ċerti proġetti, u tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-PESCO u tal-PSDK u għall-issodisfar ta' impenji aktar diffiċli, soġġetta għal kundizzjonijiet stretti ħafna u abbażi ta' reċiproċità stabbilita u effettiva;

AF.

billi messu ilu li sar ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fi proġetti tal-PESCO;

AG.

billi, fir-rigward tar-rwol attwali tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) fil-kuntest tal-PESCO u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, il-Parlament diġà talab li l-mandat tal-KPS imsemmi fl-Artikolu 38 tat-TUE jeħtieġ li jiġi interpretat b'mod strett;

AH.

billi l-governanza tal-PESCO titmexxa minn pMS; billi jenħtieġ li s-segretarjat tal-PESCO jkompli jiffaċilita l-kollegament ma' atturi oħra tal-UE fir-rigward ta' sinerġiji possibbli ma' strumenti u inizjattivi oħra tal-UE biex jiġu żgurati trasparenza u inklużività u jiġu evitati duplikazzjonijiet bla bżonn;

AI.

billi l-approfondiment tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE għandu jimxi id f'id mat-tisħiħ tas-setgħat ta' skrutinju tal-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Parlament Ewropew;

AJ.

billi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandha tiffoka fuq proġetti relatati mal-mobbiltà u l-interoperabbiltà militari, li huma kruċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' kunflitt u kriżi mhux mistennija; billi l-PESCO għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' żona Schengen effettiva għall-mobbiltà militari, bil-għan li tnaqqas il-proċeduri fil-fruntieri u żżomm il-piżijiet tal-infrastruttura baxxi kemm jista' jkun; billi l-proġett Rail Baltica, li huwa essenzjali għall-integrazzjoni tal-pajjiżi Baltiċi fin-network ferrovjarju Ewropew, għandu jintlaqa' tajjeb f'dan ir-rigward, u għandha tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa tiegħu;

AK.

billi l-PESCO, f'dan ir-rigward, tista' tikkontribwixxi għal aktar koerenza, koordinazzjoni u interoperabbiltà fis-sigurtà u d-difiża, u għall-konsolidazzjoni tas-solidarjetà, il-koeżjoni u r-reżiljenza tal-Unjoni;

AL.

billi l-Parlament, b'mod konġunt mal-Kunsill, għandu jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji, kif ukoll funzjonijiet ta' kontroll u konsultazzjoni politika kif stipulat fit-Trattati;

AM.

billi l-Parlament jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jibgħat ir-rapport annwali tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-PESCO;

AN.

billi l-isforzi kkombinati ta' riċerka u żvilupp tal-pMS fl-ambitu tal-PESCO se jagħtu lok għal avvanzi teknoloġiċi sinifikanti, li min-naħa tagħhom jipprovdu lill-Unjoni b'vantaġġ kompetittiv fl-oqsma tal-kapaċitajiet moderni tad-difiża;

1.

Jirrakkomanda lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

(a)

li jinfurmaw u jikkonsultaw lill-Parlament dwar ir-rieżami tal-PESCO, u jiżguraw li l-fehmiet tal-Parlament jitqiesu kif xieraq, f'konformità mal-Artikolu 36 TUE, speċjalment fil-kuntest tar-rieżami strateġiku attwali tal-ewwel fażi tal-PESCO, li tintemm fl-2020, sabiex jiġu żgurati responsabbiltà, trasparenza u skrutinju msaħħa;

(b)

li jisħqu fuq l-importanza li tinstab soluzzjoni għall-kunflitti bħala prijorità;

(c)

li jimplimentaw il-viżjoni strateġika tal-Unjoni u jiddefinixxu t-theddidiet komuni billi, fost l-oħrajn, jimplimentaw il-livell ta' ambizzjoni definit mill-Istrateġija Globali tal-UE tal-2016, inkluż permezz tal-ħidma li għaddejja tal-Boxxla Strateġika, li jeħtieġ li titwettaq f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-istituzzjonijiet rilevanti kollha, u jsaħħu d-dimensjoni operattiva tal-PESCO;

(d)

li jħejju, mill-aktar fis possibbli u abbażi tar-riżultati tad-diskussjoni dwar il-Boxxla Strateġika, Ktieb Abjad tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża li jkun komplut; li jieħdu nota tal-fatt li l-ewwel riżultati tal-Boxxla Strateġika huma mistennija fl-ewwel nofs tal-2022;

(e)

li jiżguraw effetti ta' sinerġija u koerenza bejn l-inizjattivi u l-operazzjonijiet differenti tad-difiża tal-UE;

(f)

li jinkoraġġixxu lill-pMS, permezz ta' proposti ffukati u komunikazzjoni adegwata biex l-enfasi tagħhom fuq id-difiża tevolvi minn waħda strettament nazzjonali għal waħda Ewropea aktar b'saħħitha u jagħmlu sforzi strutturati biex jiżdied l-użu ta' approċċ kollaborattiv Ewropew bħala prijorità, peress li ebda pMS individwali m'għandu l-potenzjal li jindirizza waħdu n-nuqqasijiet ta' kapaċità identifikati; li jinkoraġġixxu lill-pMS u lill-Istati Membri b'mod aktar ġenerali biex ma jnaqqsux l-infiq tagħhom fuq id-difiża fis-snin li ġejjin, u b'mod partikolari ma jnaqqsux l-involviment finanzjarju tagħhom fi proġetti ta' kooperazzjoni Ewropej;

(g)

li jżommu l-ambizzjoni baġitarja tal-UE għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' difiża, b'mod partikolari permezz ta' finanzjament suffiċjenti tal-EDF futur u l-Mobbiltà Militari fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss;

(h)

li jiżguraw li l-PESCO tintuża b'mod effettiv bħala strument lejn kooperazzjoni sostenibbli u effiċjenti fil-qasam tad-difiża tal-UE li jtejjeb il-kapaċitajiet ta' difiża tal-pMS u l-interoperabbiltà bħala għan komuni, speċjalment f'termini ta' disponibbiltà, interoperabbiltà, flessibbiltà u skjerabbiltà tal-forzi f'konformità mal-ambizzjoni għal awtonomija strateġika akbar tal-UE, filwaqt li jżomm kooperazzjoni mill-qrib bejn pMS disposti, iżid il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fir-rigward tal-membri tal-UE u tan-NATO u jżomm kooperazzjoni mill-qrib ma' sħab internazzjonali oħra;

(i)

li jiżguraw li l-finanzjament tal-proġetti tal-PESCO mill-EDF ikun iffukat fuq ġabra ta' proġetti strateġiċi ewlenin, skont il-prijoritajiet tas-CDP, sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tiegħu; li jiżguraw li l-għażla tal-proġetti tal-PESCO tkun konformi mal-Għanijiet ta' Kapaċità b'Impatt Għoli tas-CDP;

(j)

li jirrikonoxxu li l-Parlament, b'mod konġunt mal-Kunsill, jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji, kif ukoll funzjonijiet ta' kontroll u konsultazzjoni politika kif stipulat fit-Trattati;

(k)

li jinkorporaw direttament fiċ-ċiklu tal-proġett tal-PESCO r-rabta bejn il-PESCO, il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża (EDIDP) u l-EDF bil-għan li jikkontribwixxu b'mod aktar effettiv għall-kisba tal-ambizzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; li jeżiġu d-dokumentazzjoni ta' kull proġett, qabel l-għażla f'termini ta' baġit;

(l)

li jiffukaw l-isforzi tal-PESCO fuq proġetti maħsuba biex isaħħu sistematikament l-PSDK militari,

(i)

li jikkontribwixxu għar-rimedjar ta' nuqqasijiet sinifikanti ta' kapaċità b'enfasi aktar operattiv, b'rispons dirett għall-ħtiġijiet tal-forzi armati Ewropej impenjati f'operazzjonijiet,

(ii)

b'dimensjoni strateġika u integrattiva, bħall-EUFOR CROC, il-Mobbiltà Militari, in-Network ta' Ċentri Loġistiċi jew is-CRRT, jew

(iii)

li joħolqu sinerġiji u effetti ta' skala addizzjonali, fejn xieraq;

(m)

li jiffukaw il-PESCO fuq proġetti kostruttivi b'dimensjoni strateġika Ewropea ġenwina, u b'hekk tissaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża tal-Ewropa;

(n)

li jissottolinjaw l-importanza ta' għadd żgħir ta' proġetti strateġiċi, b'mod partikolari faċilitaturi strateġiċi (kmand u kontroll, trasport, intelligence), li għandhom jingħataw prijorità peress li jistabbilixxu s-sisien ta' difiża Ewropea aktar integrata;

(o)

li jieħdu nota tal-fatt li l-ħolqien tal-PESCO fil-qafas tat-Trattat ta' Lisbona ġie kkunsidrat bħala t-twaqqif ta' grupp pijunier ta' Stati Membri li lesti jakkomunaw ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom biex jiksbu objettivi komuni ambizzjużi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; li jqisu li jeħtieġ li l-Unjoni tiżviluppa b'mod progressiv qafas komuni taħt ir-responsabbiltà tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li fih l-Istati Membri jwettqu r-rieżamijiet tal-politika ta' difiża nazzjonali tagħhom stess, jaqsmu r-riżultati u jakkomunaw l-intelligence bħala mezz biex tiġi stabbilita l-bażi ta' difiża Ewropea ġenwina;

(p)

li jirrikonoxxu l-valur, f'dan ir-rigward, tal-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni dwar il-politika tad-difiża, u b'mod partikolari dwar il-ħtieġa li jittieħdu passi kuraġġużi lejn Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina, u għal approċċ integrat u komprensiv għas-sigurtà tal-UE; li jqisu li l-ħolqien ta' Direttorat Ġenerali ġdid tal-Kummissjoni għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju għandu jservi bħala katalist għal koerenza akbar, kooperazzjoni ġusta u koordinazzjoni integrata fil-ħolqien ta' kapaċitajiet ta' difiża madwar l-Istati Membri, kif ukoll għat-tisħiħ tal-infrastruttura militari tal-UE u t-titjib tal-effiċjenza tal-industrija tal-UE u s-suq intern;

(q)

li jirrikonoxxu li l-Parlament għandu jkollu rwol prominenti fl-iskrutinju u fis-superviżjoni tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-PSDK; li jżommu lill-Parlament infurmat u kkonsultat bis-sħiħ fil-kuntest tar-rieżami strateġiku attwali tal-ewwel fażi tal-PESCO, li tintemm fl-2020; li jqisu li ż-żieda fil-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tas-setgħa ta' skrutinju tal-Parlament;

(r)

li jiżguraw li kapaċitajiet prinċipali bħal pjattaformi ewlenin futuri tal-art, tal-baħar, tal-ajru u oħrajn għall-forzi armati tal-Istati Membri jiġu integrati fil-PESCO jew tal-inqas ikunu relatati mill-qrib magħha, kif ikun xieraq, sabiex

(i)

tiżdied it-tħejjija operazzjonali tal-PSDK militari, u

(ii)

jiġi żgurat li l-isforzi tal-PESCO jkunu komplementari għall-kapaċitajiet eżistenti u jintużaw b'mod li jsolvi n-nuqqasijiet eżistenti u jikkumpensa għall-ispejjeż ġenerali;

(s)

li jifformulaw inċentivi innovattivi biex itejbu l-interoperabbiltà u l-iskjerament tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK;

(t)

li jżidu l-investiment fl-interkonnessjoni tal-infrastruttura tat-trasport ċivili li tkun kompatibbli mal-ippjanar għall-mobbiltà militari;

(u)

li jistudjaw, bħala parti mir-riforma tas-sistema tal-grupp tattiku tal-UE (EU BG), jekk għandhiex tinġieb fl-ambitu tal-PESCO sabiex tiżdied il-kapaċità operazzjonali, il-modularità u l-aġilità tagħha, billi jiġu stabbiliti unitajiet multinazzjonali permanenti ddedikati għat-twettiq tal-kompiti militari kif speċifikat fl-Artikolu 43 TUE u biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li twettaq operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet, inklużi dawk l-aktar eżiġenti bħat-tfassil tal-paċi, u biex tintuża bħala forza strateġika lil hinn mill-orizzont;

(v)

li jappoġġaw u jippromwovu, meta rilevanti, ir-raggruppament tal-proġetti tal-PESCO f'raggruppamenti ta' kapaċità u jivvalutaw ir-rilevanza strateġika tagħhom, filwaqt li dejjem jitqies l-objettiv li jinkiseb pakkett ta' forzi li jkopri l-ispettru sħiħ ta' operazzjonijiet, u jikkonċentraw l-isforzi fuq dawk li għandhom l-ogħla potenzjal li jwasslu l-awtonomija strateġika Ewropea; li jagħmlu rieżami tal-lista attwali ta' 47 proġett fejn jiġu raggruppati jew inkella jiġu kkanċellati proġetti, skont id-diskrezzjoni tal-pMS, li mhux qed jagħmlu biżżejjed progress jew li jippreżentaw gwadann ta' benefiċċju reċiproku insuffiċjenti għall-UE;

(w)

li jippromwovu l-konformità mal-20 impenn tal-PESCO billi jistabbilixxu definizzjoni ċara u sempliċi tal-punti ta' riferiment tal-konformità u billi jiżguraw li l-proposti għal proġetti futuri jindirizzaw prijorità speċifika għall-kapaċità tal-iżvilupp tal-UE; li jiżguraw li kwalunkwe rieżami tal-progress tal-proġett ikun ibbażat fuq kriterji ċari u trasparenti inkluż meta jkun kofinanzjat fil-qafas tal-EDIDP/EDF futur; li jiżguraw li tali kriterji jservu bħala punt ta' riferiment għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fi proġetti tal-PESCO; li jiżguraw li l-pMS ikomplu jżidu l-kwalità u l-granularità tal-informazzjoni pprovduta fil-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni Nazzjonali tagħhom, li fihom jiddeskrivu kif biħsiebhom jissodisfaw l-20 impenn tal-PESCO;

(x)

li jtejbu l-koerenza tal-għodod u l-inizjattivi tal-UE għall-ippjanar tad-difiża u l-iżvilupp; li jużaw is-sinerġiji bejn iċ-ċiklu ta' proġett tal-PESCO u proċessi oħra tal-kapaċità ta' difiża, bħall-proċess tal-Objettiv Primarju tal-UE, is-CDP u l-CARD sabiex jippermettu li jiġu ppreżentati proġetti aktar iffukati, maturi u żviluppati u strutturati aħjar; li jiżguraw li ċ-ċiklu ta' preżentazzjoni jippermetti l-implimentazzjoni sinkronizzata ta' diversi inizjattivi Ewropej, inkluż l-EDF;

(y)

li jħeġġu lill-pMS jinkorporaw is-CDP fil-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jgħinuhom jegħlbu n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet;

(z)

li jirriaffermaw ir-rwol ċentrali tas-segretarjat tal-PESCO bħala l-punt uniku ta' kuntatt għall-proġetti kollha u jistiednu lis-segretarjat iwettaq aġġornamenti regolari tas-sitwazzjoni dwar il-progress tal-proġetti għall-Parlament kif ukoll għall-benefiċċju tal-partijiet ikkonċernati kollha, permezz ta' informazzjoni miġbura mill-Istat(i) Membru/Membri inkarigat(i) mill-koordinazzjoni tal-proġett; li jħeġġu lill-pMS ikomplu jimpenjaw ruħhom fi djalogu aktar effettiv mas-segretarjat tal-PESCO rigward ir-rieżami u l-aġġornament tal-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni Nazzjonali tagħhom;

(aa)

li jistiednu lill-pMS jiżguraw progress tanġibbli fil-kisba tal-proġetti attwali tal-PESCO;

(ab)

li jiċċaraw ir-rwol tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà fil-proċess tal-PESCO, li mhuwiex previst fit-TUE, u jiżguraw, f'dan il-kuntest, ir-rwol importanti li għandu l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC) fl-għoti ta' pariri militari ad hoc lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

(ac)

li jinvolvu lill-EUMC fil-ħidma tad-definizzjoni tal-pakkett ta' forzi li jkopri l-ispettru sħiħ ta' operazzjonijiet;

(ad)

li jeżaminaw l-istabbiliment ta' Kunsill tal-UE dwar id-Difiża bbażat fuq il-Kunsill Affarijiet Barranin eżistenti fil-format ta' ministri għad-difiża, li huwa wkoll Bord ta' Tmexxija Ministerjali tal-EDA u l-format tal-PESCO ta' Ministri tal-UE għad-Difiża, biex tiġi ggarantita l-prijoritizzazzjoni tar-riżorsi u l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni effettiva fost l-Istati Membri, kif xieraq;

(ae)

li jiċċaraw jew jiddefinixxu r-rabta bejn il-governanza tal-PESCO u dik tal-EDF u jinformaw lill-Parlament fil-proċess ta' kontroll ex post fir-rigward tal-finanzjament ta' proġetti tal-PESCO mill-EDF;

(af)

li jikkunsidraw, kif mitlub minn uħud mill-pMS, li jinbidel iċ-ċiklu ta' preżentazzjoni ta' proġetti tal-PESCO bil-għan li jiżdiedu l-enfasi u l-maturità u li titjieb l-istruttura fi proġetti bħal dawn;

(ag)

li jiċċaraw ir-regoli ta' governanza tal-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi fil-PESCO, filwaqt li titqies l-importanza tal-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u r-reċiproċità sħiħa u jifhmu li approċċ skont il-każ ikun l-aktar ta' benefiċċju għall-UE filwaqt li jqisu

(i)

il-ħtieġa li jitħejja u jiġi adottat dokument komprensiv u fundamentali biex tiġi rregolata l-kooperazzjoni futura bil-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi fi proġetti tal-PESCO, u

(ii)

il-fatt li l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet rigward l-involviment ta' parti terza għandu jittieħed fil-livell ta' kull proġett tal-PESCO;

(ah)

li jħeġġu li “theddid futur” jintuża bħala l-bażi ta' proposti futuri ta' proġetti tal-PESCO; li jsaħħu s-sħubiji man-NATO, in-NU, l-Unjoni Afrikana u lil hinn; li jiżguraw li l-involviment u l-inklużjoni tal-SMEs jiġu kkunsidrati fl-aspetti rilevanti kollha tal-proġetti tal-PESCO;

(ai)

li jiżguraw li l-proġetti tal-PESCO jkomplu jiżviluppaw u jżidu l-kapaċità industrijali tal-pMS fl-oqsma tan-nanoteknoloġiji, is-supercomputers, l-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġija tad-droni, ir-robotika u oħrajn, li min-naħa tagħhom jiżguraw l-awtodipendenza u l-indipendenza Ewropej minn importaturi barranin f'dawn l-oqsma, filwaqt li jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi ġodda;

(aj)

li jieħdu nota tal-fatt li l-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-Unjoni m'għandhiex biżżejjed kompetenza fir-rigward tal-kura tas-saħħa; li jirrikonoxxu li, b'mod parallel, jeħtieġ li tiġi stabbilita strateġija ta' difiża komuni tal-UE biex tirrispondi f'każ ta' attakk fuq il-fruntieri u t-territorji tal-UE, u li l-PESCO hija pass pożittiv lejn dan l-objettiv;

(ak)

li jirrikonoxxu r-rwol kruċjali tal-forzi armati Ewropej fl-indirizzar tal-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, kemm f'termini tal-ġestjoni tal-emerġenza tas-saħħa kif ukoll tal-appoġġ għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili, u l-fatt li għandhom ukoll dimensjoni transfruntiera u funzjoni ta' solidarjetà; li jaraw il-benefiċċji potenzjali ta' proġetti ġodda u ambizzjużi tal-PESCO għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet Ewropej komuni f'dan il-qasam, li jespandu fuq il-ħidma ta' proġetti preċedenti, b'mod partikolari l-Pakkett Militari għall-Istazzjonament ta' Kapaċitajiet ta' Għajnuna f'Każ ta' Diżastru u l-Kmand Mediku Ewropew;

(al)

li jistiednu lill-Kunsill u lill-Istati Membri parteċipanti jiffukaw fuq ir-reżiljenza ċibernetika u jħejju strateġija u proċeduri kollettivi biex jirrispondu għal inċidenti ċibernetiċi permezz tal-proġetti tal-PESCO sabiex jinħoloq ambjent aktar reżiljenti fi ħdan l-Istati Membri;

(am)

li jieħdu nota tal-pożizzjoni tal-Parlament rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 (8), jiġifieri li s-sigurtà u r-rwol tal-UE fid-dinja għandhom jiġu identifikati fost prijoritajiet ta' politika predefiniti iżda mhux eżawrjenti, u jirrikonoxxi li din tkun opportunità biex iċ-ċittadini jiġu involuti fid-dibattitu dwar it-tisħiħ tal-PESCO bħala mod kif isir progress lejn politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni awtonoma għall-Unjoni tagħna;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1)  ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

(2)  ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24.

(3)  ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37.

(4)  ĠU L 294, 21.11.2018, p. 18.

(5)  ĠU L 293, 14.11.2019, p. 113.

(6)  ĠU C 374, 16.10.2018, p. 1.

(7)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 125.

(8)  Testi adottati, P9_TA(2020)0010.


L-Erbgħa 21 ta’ Ottubru 2020

6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/224


P9_TA(2020)0280

Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ dwar ir-relazzjonijiet mal-Belarussja

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2020 fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-relazzjonijiet mal-Belarussja (2020/2081(INI))

(2021/C 404/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Belarussja tal-15 ta' Frar 2016,

wara li kkunsidra t-tnedija tas-Sħubija tal-Lvant fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009 bħala sforz komuni tal-UE u s-sitt sħab Ewropej tal-Lvant tagħha, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Summits tas-Sħubija tal-Lvant tal-2009 fi Praga, tal-2011 f'Varsavja, tal-2013 f'Vilnius, tal-2015 f'Riga u tal-2017 fi Brussell u l-vidjokonferenza tal-mexxejja tas-Sħubija tal-Lvant li saret fl-2020,

wara li kkunsidra l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2020 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (2), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2020,

wara li kkunsidra s-sitt ċiklu tad-Djalogu bilaterali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Belarussja li sar fit-18 ta' Ġunju 2019 fi Brussell,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President Josep Borrell u l-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir Olivér Várhelyi tal-10 ta' Awwissu 2020, kif ukoll id-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarussja tal-11 ta' Awwissu 2020,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-SEAE dwar l-iżviluppi reċenti fil-Belarussja tad-19 ta' Ġunju 2020 u d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President Josep Borrell dwar l-elezzjonijiet fil-Belarussja tal-14 ta' Lulju 2020, tas-7 ta' Awwissu 2020 u tas-17 ta' Awwissu 2020,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-SEAE dwar l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt fil-Belarussja, speċjalment tat-30 ta' Lulju 2019, tat-28 ta' Ottubru 2019, tal-20 ta' Diċembru 2019, tal-11 ta' Jannar 2020 u tas-7 ta' Marzu 2020,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Ġunju 2020,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-10 ta' Lulju 2020 tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem mingħand ir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tan-NU dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja, b'mod partikolari dawk tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-12 ta' Awwissu 2020, tar-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-13 ta' Awwissu 2020 u tal-Kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-21 ta' Awwissu 2020,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-13 ta' Awwissu 2020 tal-President tal-Parlament Ewropew li titlob li tintemm il-vjolenza fil-Belarussja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-17 ta' Awwissu 2020 tal-mexxejja politiċi dwar il-Belarussja mill-gruppi PPE, S&D, Renew Europe, Verts/ALE u ECR fil-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-eżiti ewlenin tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-14 ta' Awwissu 2020, il-konklużjonijiet tal-President tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Awwissu 2020 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja wara l-elezzjonijiet presidenzjali tad-9 ta' Awwissu 2020, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta' Ottubru 2020 u tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Ottubru 2020 dwar l-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi kontra individwi identifikati bħala responsabbli għar-repressjoni u l-intimidazzjoni kontra dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni u ġurnalisti fid-dawl tal-elezzjoni presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja, kif ukoll minħabba mġiba elettorali ħażina,

wara li kkunsidra l-ittra miftuħa dwar l-attivitajiet tas-Sorveljanza Diplomatika matul l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja (Minsk, it-13 ta' Awwissu 2020),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali tal-UE u l-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Belarussja, b'mod partikolari dawk tal-24 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja (3), tas-6 ta' April 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja (4), tad-19 April 2018 dwar il-Belarussja (5), tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar id-deterjorament tal-libertà tal-mezzi tax-xandir fil-Belarussja, notevolment il-każ ta' Charter 97 (6), u tas-17 ta' Settembru 2020 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0167/2020),

A.

billi l-azzjonijiet tar-reġim ta' Lukashenka huma kriminali u jmorru kontra l-valuri Ewropej, il-prinċipji tad-demokrazija u r-rieda tal-poplu tal-Belarussja; billi minkejja r-restrizzjonijiet fundamentali fuq il-libertajiet bażiċi u d-drittijiet tal-bniedem li għad hemm fil-Belarussja, il-politika tal-UE dwar l-involviment kritiku mal-Belarussja pproduċiet xi riżultati fil-forma ta' ftehimiet iffirmati u aktar kooperazzjoni f'oqsma bħall-ambjent u l-konnettività, il-kooperazzjoni transfruntiera u l-ġestjoni tal-fruntieri, iżda riżultati huma insuffiċjenti fl-aderenza tar-reġim mal-valuri fundamentali tas-Sħubija tal-Lvant; billi l-azzjonijiet illegali tar-reġim tal-Belarussja jipperikolaw dawn ir-riżultati u billi r-relazzjonijiet UE-Belarussja jridu jkunu soġġetti għal rieżami bir-reqqa fid-dawl tan-nuqqas ta' aderenza tar-reġim mal-impenji tiegħu stess fi ħdan id-dritt internazzjonali u l-ftehimiet tiegħu mal-UE; billi r-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-Belarussja ser jiġu definiti fil-Prijoritajiet tas-Sħubija li għandu jintlaħaq qbil dwarhom bejn l-UE u l-awtoritajiet ġodda leġittimi u eletti demokratikament fil-Belarussja, u għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-UE, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

B.

billi l-poplu tal-Belarussja għandu kemm wirt kif ukoll kultura Ewropea komuni, f'pajjiż li huwa ġar dirett ta' tliet Stati Membri tal-UE; billi s-sitwazzjoni fil-Belarussja jista' jkollha impatt dirett fuq l-UE;

C.

billi l-ebda waħda mill-elezzjonijiet parlamentari jew presidenzjali li saru fil-Belarussja mill-1994 sa llum ma kienet ħielsa u ġusta, iżda minkejja dawn il-kundizzjonijiet mhux demokratiċi ħorox, il-poplu tal-Belarussja vvota b'mod ċar għal bidla wara aktar minn għoxrin sena ta' oppressjoni; billi l-elezzjonijiet presidenzjali reċenti la kienu ħielsa u lanqas ġusti u saħansitra kienu mxekkla aktar minn qatt qabel minn nuqqas ta' rispett għal-libertajiet fundamentali ta' għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni, filwaqt li saru wara perjodu limitat għall-kampanji elettorali u f'ambjent restrittiv ħafna ikkaratterizzat minn repressjoni li ma pprovdietx kompetizzjoni politika li b'mod ġenerali kienet sinifikanti jew kompetittiva;

D.

billi l-awtoritajiet tal-Belarussja ma kkonformawx mal-istandards internazzjonali minimi għal proċess ta' elezzjoni presidenzjali kredibbli, trasparenti, libera u ġusta;

E.

billi l-kampanja elettorali presidenzjali kienet mifnija minn interferenza burokratika mifruxa li tiffavorixxi dawk fil-kariga, l-intimidazzjoni u r-ripressjoni fil-konfront ta' kandidati oħra u l-familji u s-sostenituri tagħhom, iċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni ta' kandidati li kienu ġabru għadd suffiċjenti ta' firem, diversi arresti u tentattivi biex jissikktu l-ġurnalisti u bloggers indipendenti u biex jingħalqu siti web dissidenti;

F.

billi proċess ta' reġistrazzjoni restrittiv u arbitrarju ma ppermettiex li bosta kandidati jipparteċipaw, inkluż l-arresti tal-kandidat presidenzjali ewlieni Viktar Babaryka u ta' Siarhei Tsikhanouski, ir-raġel ta' kandidat ewlieni ieħor, Sviatlana Tsikhanouskaya, u ċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) ta' kandidat ewlieni tal-oppożizzjoni, Valery Tsapkala, minħabba għadd insuffiċjenti ta' firem validi ta' voti għal aċċess b'ebda possibbiltà ta' appell għal rivalutazzjoni tar-rifjut, b'enfasi fuq l-ostakli sproporzjonati u mhux raġonevoli għall-kandidatura, li jmorru kontra l-impenji tal-OSKE u standards internazzjonali oħra; billi tali esklużjonijiet ta' kandidati llimitaw il-possibbiltà li l-poplu tal-Belarussja jagħżel il-kandidati tiegħu;

G.

billi skont id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem għal Elezzjonijiet Ħielsa miżuri ulterjuri jpoġġu fi żvantaġġ lill-kandidati tal-oppożizzjoni, bħar-restrizzjoni ta' postijiet fejn l-attivitajiet elettorali jistgħu jsiru legalment, id-detenzjoni ta' membri tat-timijiet tal-kampanja tal-kandidati, u l-imblukkar ta' kważi l-persuni nominati tal-oppożizzjoni kollha għall-Kummissjonijiet Elettorali Lokali (PECs), li jirriżultaw f'1,1 % tan-numru totali ta' persuni nominati eletti minn partiti tal-oppożizzjoni u 96,7 % minn partiti favur il-gvern;

H.

billi l-gvern tal-Belarussja naqas milli joħroġ stedina f'waqtha lill-OSKE/ODIHR għall-osservazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali tad-9 ta' Awwissu 2020, li wasslet għall-assenza ta' osservaturi internazzjonali indipendenti matul dawk l-elezzjonijiet;

I.

billi minħabba restrizzjonijiet imposti mis-CEC fil-qalba tal-pandemija tal-coronavirus, l-osservaturi lokali tal-elezzjoni ma tħallewx iwettqu kompletament id-dmirijiet tagħhom matul il-fażijiet kollha tal-votazzjoni, jiġifieri l-votazzjoni bikrija, il-votazzjoni fil-jum tal-elezzjoni u l-votazzjoni mid-dar; billi l-votazzjoni bikrija ntużat mir-reġim tal-Belarussja biex diversi drabi jesaġera l-parteċipazzjoni tal-votanti filwaqt li ġew dokumentati bosta każijiet ta' votazzjoni furzata ta' ċerti kategoriji ta' votanti, pereżempju ta' persunal militari, uffiċjali pubbliċi, impjegati ta' intrapriżi tal-istat u ċittadini li jgħixu fi djar tal-gvern; billi f'jum l-elezzjoni l-osservaturi lokali tal-elezzjoni ma tħallewx jimmonitorjaw l-għadd tal-voti u l-għadd ta' votanti u r-riżultati tal-elezzjoni mħabbra mill-PECs u mis-CEC kienu differenti b'mod sinifikanti mill-osservazzjonijiet tagħhom;

J.

billi pjattaformi indipendenti stabbiliti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Belarussja (bħal Golos-Belarus2020.org) wettqu stħarriġ indipendenti ta' exit polls u analizzaw il-protokolli ta' aktar minn 200 PEC li ħarġu riżultati ġenwini li indikaw b'mod ċar il-fatt li Sviatlana Tsikhanouskaya kellha maġġoranza assoluta ta' voti (bejn 71,1 % u 97,6 %);

K.

billi s-CEC ħabbar lil Aliaksandr Lukashenka bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni wara li allegatament kiseb 80,10 % tal-voti, filwaqt li r-rivali ewlenija tiegħu Svetlana Tikhanovskaya kisbet biss 10,12 %; billi l-irregolaritajiet matul il-jiem tal-votazzjoni ġew irrapportati b'mod kostanti, in-nies spiss ġew imċaħħda d-dritt tal-vot tagħhom u l-protokolli mill-PECs ġew iffalsifikati;

L.

billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ma rrikonoxxewx ir-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali minħabba dubju sostanzjali dwar il-korrettezza tagħhom, ikkundannaw l-użu sproporzjonat u inaċċettabbli tal-forza kontra dimostranti paċifiċi u appoġġaw id-dritt tal-poplu tal-Belarussja li jiddetermina l-futur tiegħu;

M.

billi Sviatlana Tsikhanouskaya, il-President elett skont il-poplu tal-Belarussja, ġiet intimidata u mġiegħla titlaq mill-Belarussja jumejn wara l-elezzjonijiet presidenzjali; billi attivisti ċiviċi u politiċi oħra u mexxejja tal-ħaddiema telqu wkoll mill-Belarussja minħabba theddid għas-sikurezza tagħhom jew tal-membri tal-familja tagħhom;

N.

billi r-reġim tal-Belarussja jirrifjuta li jibda djalogu nazzjonali mal-poplu u ma jirrikonoxxix il-Kunsill ta' Koordinazzjoni (CC), liema nbeda minn Sviatlana Tsikhanouskaya bl-għan uniku li jiffaċilita tranżizzjoni paċifika u ordnata tal-poter permezz tad-djalogu, u r-reġim qiegħed ifittex li jintimidah u jifirxu billi jkollu fil-mira l-membri tiegħu u jniedi każ kriminali kontrihom; billi membru wieħed biss tal-Presidju tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni, Svetlana Alexievich, għadha mhix detenuta jew imkeċċija bil-forza mill-pajjiż mill-awtoritajiet tal-Belarussja;

O.

billi l-Belarussja kellha protesti paċifiċi fil-pajjiż kollu, liema huma mingħajr preċedent, li jitolbu elezzjonijiet ġodda ħielsa u ġusti, wara l-elezzjonijiet presidenzjali tad-9 ta' Awwissu 2020 u t-tħabbira ta' riżultat iffalsifikat ta' rebħa mill-President fil-kariga; billi l-protesti wasslu għal repressjoni vjolenti b'eluf ta' Belarussi detenuti, mijiet ta' persuni fl-isptar, mill-inqas sitt persuni kkonfermati mejta u għexieren li għadhom neqsin;

P.

billi l-Parlament Ewropew jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-talbiet tal-poplu tal-Belarussja għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti u għall-kapaċità li jieħu deċiżjonijiet b'mod liberu dwar il-futur ta' pajjiżu;

Q.

billi l-Parlament Ewropew jilqa' u jinkoraġġixxi l-organizzazzjoni paċifika sostnuta ta' protesti fil-pajjiż kollu, u jfaħħar ir-rwol u t-tmexxija b'saħħitha tan-nisa tal-Belarussja;

R.

wara li kkunsidra x-xhieda maħlufa ta' dimostranti fil-Belarussja dwar il-kundizzjonijiet u t-trattament inumani li għalihom kienu soġġetti matul id-detenzjoni illegali tagħhom, inklużi rapporti ta' swat bla tmiem, atti ta' stupru, trattament degradanti u kundizzjonijiet ta' detenzjoni inumani f'ċelel iffullati mingħajr aċċess għal ilma tax-xorb, ikel, faċilitajiet sanitarji jew assistenza medika; billi l-mexxej tal-oppożizzjoni tal-Belarussja u l-priġunier politiku Paval Sieviaryniec qata' l-polzijiet tiegħu bħala protesta kontra t-tortura u l-kundizzjonijiet inumani ta' detenzjoni; billi bosta nies, wara li nħelsu, spiċċaw l-isptar u wħud ittieħdu f'kura intensiva b'korrimenti bħal dirgħajn miksura, kranju maqsum u vista u smigħ danneġġati, b'uħud minnhom, flimkien mat-trawmi psikoloġiċi mġarrba, ser ikollhom effetti għal ħajjithom kollha, inkluża infertilità;

S.

billi f'dawn l-aħħar xhur fil-Belarussja saru prattika komuni rappreżalji kontra avversarji tar-reġim, osservaturi elettorali, ġurnalisti, bloggers, attivisti tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz ta' vjolenza fiżika, ħtif minn persuni mhux magħrufa mingħajr markaturi tal-identifikazzjoni, multi amministrattivi, theddid ta' telf tal-kustodja tat-tfal, proċedimenti kriminali kif ukoll tortura fiżika u psikoloġika;

T.

billi l-poplu tal-Belarussja għandu bżonn urġenti ta' assistenza u appoġġ mill-komunità internazzjonali;

U.

billi s-sitwazzjoni fil-Belarussja tirrikjedi investigazzjoni internazzjonali urġenti dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra dimostranti paċifiċi u l-użu eċċessiv tal-forza mir-reġim tal-Belarussja;

V.

billi l-ambjent għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni, tas-soċjetà ċivili u tal-midja ddeterjora kontinwament, b'soġġezzjoni sistematika għal intimidazzjoni u fastidju u restrizzjonijiet tal-libertajiet fundamentali; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili huma sistematikament miċħuda r-reġistrazzjoni filwaqt li s-sħubija fi gruppi mhux reġistrati u fi gruppi li jirċievu fondi barranin hija kriminalizzata; billi l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem huma mċaħħda milli jiddefendu attivisti ċivili u politiċi detenuti, li ma jistgħux jiddependu fuq proċess ġust;

W.

billi l-impunità mifruxa tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi tikkontribwixxi għal aktar ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ritaljazzjonijiet kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u persuni innoċenti;

X.

billi r-Rapport ta' Lulju 2020 tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja ma jinnota ebda titjib kbir fil-protezzjoni legali u regolatorja tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja u, flimkien mal-problemi enfasizzati hawn fuq, jiġbed l-attenzjoni għall-applikazzjoni kontinwa tal-piena tal-mewt, id-diskriminazzjoni prevalenti kontra gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa, il-persuni b'diżabilità, il-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-persuni LGBTQI, il-prattika kontinwa ta' xogħol furzat, it-tortura u l-forom oħra ta' trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti ta' persuni detenuti, u d-diskriminazzjoni kontra kelliema tal-lingwa tal-Belarussja;

Y.

billi skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-Belarussja, hemm madwar 100 persuna detenuta għal raġunijiet politiċi fil-Belarussja; billi fost il-membri tal-oppożizzjoni tal-Belarussja miżmuma l-ħabs hemm Mikola Statkevich, kandidat demokratiku fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-2010, li kien priġunier minħabba twemmin mill-2011 sal-2017, ex priġunier minħabba twemmin ieħor, Anatol Liabedzka, hemm il-Membri tal-Presidju tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-Belarussja Maria Kalesnikava, Liliya Ulasava u Maksim Znak, il-kandidat presidenzjali Viktar Babaryka u l-blogger ta' filmati Siarhei Tsikhanouski;

Z.

billi l-Parlament Ewropew jesprimi l-kondoljanzi l-aktar profondi tiegħu dwar l-imwiet ta' Alyaksandr Taraykouski, Alyaksandr Vikhor, Artsyom Parukou, Henadz Shutau u Kanstantsin Shyshmakou lill-familji tagħhom u lin-nazzjon kollu tal-Belarussja;

AA.

billi fl-14 ta' Awwissu 2020 ir-reġim tal-Belarussja ċaħad id-dħul fil-pajjiż lil żewġ Membri tal-Parlament Ewropew, Robert Biedroń, President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarussja, u Petras Auštrevičius, rapporteur permanenti tal-Parlament dwar il-Belarussja, li kellhom iżuru l-pajjiż fuq stedina tas-soċjetà ċivili tal-Belarussja;

AB.

billi mill-2014, 18 000 minorenni Belarussi ġew ikkundannati għal perjodi ta' priġunerija sproporzjonatament twal ta' bejn 8 u 15-il sena għal reati mhux vjolenti relatati mad-droga skont l-Artikolu 328 tal-Kodiċi Kriminali; billi matul id-detenzjoni u l-priġunerija, il-minorenni Belarussi jiffaċċjaw għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tagħhom, inklużi vjolenza fiżika u tortura, u jiġu esposti għal kundizzjonijiet ta' xogħol li huma perikolużi għas-saħħa;

AC.

billi fl-2016 l-UE neħħiet il-parti l-kbira tas-sanzjonijiet fuq il-Belarussja, bl-eċċezzjoni ta' embargo fuq l-armi u sanzjonijiet kontra erba' individwi, iżda dan ma sarx minħabba li l-Belarussja ssodisfat il-kundizzjonijiet kollha iżda pjuttost bit-tama li tkompli fid-direzzjoni ta' titjib tal-ambjent għall-parteċipazzjoni politika u ċivika u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi ma sar ebda progress fl-oqsma tal-governanza demokratika u tad-drittijiet tal-bniedem, b'żieda fir-repressjoni amministrattiva, finanzjarja u fiżika kontra l-oppożizzjoni demokratika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u l-bloggers, u saħansitra l-persuni komuni;

AD.

billi l-Kunsill Ewropew qabel fl-2020 li jimponi sanzjonijiet kontra għadd sostanzjali ta' individwi responsabbli għall-vjolenza, ir-repressjoni u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni fil-Belarussja, li jipprojbixxu li dawn jidħlu fl-UE u li jiffriżaw l-assi finanzjarji tagħhom fl-UE;

AE.

billi huwa inaċċettabbli jekk Stat Membru ma jikkundannax mingħajr ambigwità l-falsifikazzjoni, il-vjolenza u r-repressjoni tal-elezzjoni u jqis il-Belarussja ta' Lukashenka bħala stat sieħeb, peress li s-sitwazzjoni fil-Belarussja tirrikjedi l-adozzjoni ta' pożizzjoni soda u ta' prinċipju u l-qbil dwar azzjoni komuni tal-UE;

AF.

billi l-awtoritajiet tal-Belarussja ċaħdu li l-COVID-19 infirxet fil-pajjiż, u b'hekk ħlew żmien prezzjuż li seta' jintuża għat-tħejjija u l-protezzjoni tal-popolazzjoni tal-pajjiż u b'mod partikolari l-persunal mediku, ma kkanċellawx avvenimenti tal-massa – b'mod partikolari l-parata militari fid-9 ta' Mejju 2020 b'eluf ta' parteċipanti u l-jum annwali tax-xogħol tal-komunità li għalih attendew kwart tal-popolazzjoni tal-Belarussja – u minflok intimidaw lill-ġurnalisti, lill-bloggers, lill-oppożizzjoni demokratika, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-persuni komuni li kkondividew informazzjoni kruċjali dwar il-pandemija u l-miżura ta' prekawzjoni meħtieġa, li wassal għal waħda mill-ogħla rati ta' infezzjoni per capita tal-COVID-19 fl-Ewropa u wassal biex il-Belarussja tkun theddida għas-saħħa fir-reġjun; billi l-gvern u l-president tal-Belarussja naqsu milli jipprovdu fatti dwar il-pandemija u jirreaġixxu fil-ħin għaliha filwaqt li xerrdu b'mod attiv informazzjoni falza li pperikolat is-saħħa taċ-ċittadini tagħha;

AG.

billi l-UE ilha f'solidarjetà mal-poplu tal-Belarussja mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, u allokat EUR 60 miljun lill-pajjiż għall-mitigazzjoni tal-effetti immedjati u diretti tat-tifqigħa, segwiti minn, b'reazzjoni għas-sitwazzjoni ta' wara l-elezzjoni fil-Belarussja, EUR 53 miljun addizzjonali bħala appoġġ għall-poplu tal-Belarussja; billi l-Belarussja qiegħda tesplora l-possibbiltà li tfittex assistenza makrofinanzjarja mill-UE;

AH.

billi l-pandemija tal-COVID-19 uriet ir-reżiljenza, id-determinazzjoni qawwija u l-awtoorganizzazzjoni bla preċedent tas-soċjetà tal-Belarussja, b'mod partikolari fid-dawl tar-rispons letarġiku tal-awtoritajiet għall-pandemija u saħansitra l-fatt li ċaħduha flimkien mal-impatt tagħha;

AI.

billi m'hemm ebda aġenzija tal-aħbarijiet indipendenti tal-Belarussja rreġistrata fil-pajjiż u l-libertà tal-istampa fil-Belarussja ddeterjorat b'mod sinifikanti mill-2015, hekk kif ikkonfermat kull sena mill-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa, u s-sitwazzjoni marret ħafna għall-agħar mill-elezzjonijiet presidenzjali f'Awwissu 2020; billi l-ftit ġurnalisti indipendenti, bloggers, fotografi jew organizzazzjonijiet tal-midja li huma kapaċi joperaw fil-pajjiż u jiddenunzjaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem huma soġġetti għal fastidju sistematiku u miżuri punittivi, bħal arresti jew bidu ta' investigazzjonijiet kriminali, inkluż fuq akkużi ta' produzzjoni u distribuzzjoni illegali ta' informazzjoni, estremiżmu, diskreditar u insulti lill-president jew ħuliganiżmu, u żdied l-għadd ta' prosekuzzjonijiet għal dikjarazzjonijiet li saru fuq l-internet; billi fl-2000 u fl-2016, żewġ ġurnalisti tad-drittijiet tal-bniedem inqatlu wara r-rapportar attiv tagħhom dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-kritika tal-politiki repressivi tal-gvern awtoritarju tal-Belarussja;

AJ.

billi wara l-elezzjonijiet presidenzjali r-reġim tal-Belarussja kompla jżid il-ħakma tiegħu fuq il-libertà tal-midja u d-dritt tal-persuni li jaċċessaw u jikkondividu l-informazzjoni, billi bblokka l-aċċess għall-internet, fixkel l-istampar tal-gazzetti, kif ukoll arresta ġurnalisti lokali u korrispondenti barranin li osservaw jew xandru dimostrazzjonijiet, kif ukoll dawk li kkritikaw il-politika ambjentali tal-istat jew ikkummentaw dwar il-pandemija tal-COVID-19 fil-Belarussja u ssoġġettawhom għal tortura u trattament inuman; billi l-ġurnalisti kienu speċifikament fil-mira u diversi ndarbu filwaqt li xandru r-repressjoni awtorizzata mir-reġim tal-Belarussja fuq dimostranti paċifiċi; billi l-istazzjonijiet televiżivi tal-Istat ma jxandrux il-protesti li għaddejjin jew l-atroċitajiet imwettqa mir-reġim ta' Lukashenka u qegħdin jintużaw biex ixerrdu diżinformazzjoni, jattakkaw u jiskreditaw lil Sviatlana Tsikhanouskaya, lil attivisti politiċi u lil dimostranti paċifiċi; billi wara r-riżenja ta' ġurnalisti mill-istazzjonijiet televiżivi tal-Istat, dawn ġew sostitwiti minn esperti tal-propaganda mir-Russja;

AK.

billi l-ġurnalisti indipendenti li jikkooperaw u jaħdmu għall-midja barranija jiġu mħarrka skont l-Artikolu 22.9 tal-Kodiċi ta' Reati Amministrattivi, li jagħmilha illegali li persuna tirċievi premjijiet finanzjarji mill-midja li ma jkunux irreġistrati u akkreditati kif xieraq fil-Belarussja; billi l-istazzjon Belsat TV, li huwa uffiċjalment irreġistrat fil-Polonja, mhuwiex irreġistrat fil-Belarussja u l-attivitajiet tiegħu jinsabu taħt pressjoni u attakk kostanti inkluż permezz ta' detenzjonijiet brutali tal-ġurnalisti tiegħu u multi imposti fuq il-kontributuri tiegħu li sat-18 ta' Ġunju 2020 ammontaw għal USD 101 791;

AL.

billi l-Belarussja kienet soġġetta għal pressjoni bla preċedent mir-Russja biex tapprofondixxi l-integrazzjoni tagħha fil-kuntest tal-Istat tal-Unjoni, għad-detriment tas-sovranità tal-Belarussja, li rriżultat inter alia f'konfront kontinwu dwar l-importazzjonijiet taż-żejt u tal-gass mir-Russja;

AM.

billi s-26 sena fil-poter ta' Lukashenka kienu kkaratterizzati minn politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-pajjiż u jdgħajfu l-identità, il-wirt u l-kultura tal-Belarussja;

AN.

billi mill-perspettiva tas-sigurtà, il-Belarussja hija marbuta mill-qrib u dipendenti fuq ir-Russja u qiegħda tinvolvi ruħha f'azzjonijiet li huma ta' theddida għall-Istati Membri tal-UE bħall-eżerċizzji militari konġunti mhux trasparenti Zapad 2017, l-eżerċizzji militari konġunti ppjanati Zapad 2021 u l-bini ta' installazzjonijiet nukleari mhux sikuri;

AO.

billi wara t-tifqigħa ta' protesti massivi, Aliaksandr Lukashenka għamel kuntatt mar-Russja għal assistenza biex jiżgura s-sopravivenza tar-reġim tal-Belarussja u fittex li jsalva l-immaġni u l-appoġġ pubbliku tiegħu billi ħoloq narrattivi foloz dwar theddid estern għall-Belarussja minn atturi tal-Punent barranin u użahom biex jiġġustifika l-intensifikazzjoni tal-attivitajiet u l-moviment tal-forzi militari tal-Belarussja fir-reġjun ta' Grodno fil-fruntiera mal-Polonja u l-Litwanja, mossa li hija theddida diretta għall-UE u l-Istati Membri tagħha;

AP.

billi l-Belarussja, fi sħubija mal-korporazzjoni Russa ROSATOM, qiegħda tibni l-Impjant tal-Enerġija Nukleari (NPP) Astravyets f'post mhux ġustifikat, 20 kilometru 'l bogħod mill-fruntiera esterna tal-UE u 45 kilometru 'l bogħod mill-belt kapitali tal-Litwanja; billi l-bini tal-NPP ta' Astravyets ġie segwit minn nuqqas ta' rispett għall-istandards internazzjonali għas-sikurezza nukleari, ksur serju tas-sikurezza u inċidenti maġġuri, inkluż xogħol kontinwu ta' bini fis-sit minkejja t-tifqigħa tal-COVID-19; billi l-ewwel reattur tal-NPP ta' Astravyets kien ippjanat li jinfetaħ qabel l-elezzjonijiet presidenzjali f'Awwissu 2020 u qabel l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-istress tests imwettqa mill-awtoritajiet tas-sikurezza nukleari tal-UE;

AQ.

billi s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, li ser tmur għall-agħar minħabba strajks fuq skala nazzjonali u r-rifjut tar-reġim tal-Belarussja li jibda djalogu nazzjonali mal-poplu tal-Belarussja, tindika li l-mudell ekonomiku tal-Belarussja laħaq il-limiti tiegħu u li l-pajjiż jaf dieħel f'perjodu ta' tranżizzjoni li fih l-UE jista' jkollha rwol ewlieni ta' bbilanċjar;

AR.

billi kien hemm żieda kbira fl-involviment mas-soċjetà ċivili tal-Belarussja, inkluż permezz ta' attivitajiet appoġġati mill-UE u intensifikazzjoni tal-kuntatt bejn il-persuni;

1.

Jirrakkomanda lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

Is-sitwazzjoni wara l-elezzjoni fil-Belarussja

(a)

li jappoġġaw bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li ma jirrikonoxxux ir-riżultati elettorali frodulenti kif imħabbra mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) tal-Belarussja, minħabba dubju sostanzjali dwar il-korrettezza tal-elezzjonijiet, u li ma jirrikonoxxux lil Aliaksandr Lukashenka bħala president leġittimu tal-pajjiż ladarba l-mandat attwali tiegħu jiskadi mhux aktar tard mill-5 ta' Novembru 2020; li jiddenunzjaw il-fatt li, fit-23 ta' Settembru 2020, Aliaksandr Lukashenka pproklama lilu nnifsu President tal-Belarussja waqt ċerimonja ta' inawgurazzjoni illeġittima li saret b'mod sigriet; li jappellaw lis-Sur Lukashenka jirrispetta r-rieda tal-poplu tal-Belarussja u jirriżenja b'mod paċifiku; li jappellaw lill-Istati Membri kollha jikkundannaw il-frodi elettorali, it-trażżin tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, ir-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja, u l-ksur tal-valuri demokratiċi ewlenin u l-istat tad-dritt;

(b)

li jinsistu li dawn l-iżviluppi ser ikollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarussja;

(c)

li jappoġġaw b'mod inekwivoku lill-poplu tal-Belarussja fit-talbiet leġittimi tiegħu għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti ġodda li għandhom isiru malajr kemm jista' jkun taħt is-superviżjoni tal-OSKE u tal-osservaturi internazzjonali indipendenti; li jenfasizzaw il-ħtieġa ta' soluzzjoni paċifika u demokratika għal din il-kriżi, sostnuta minn midja indipendenti u ħielsa u soċjetà ċivili b'saħħitha;

(d)

li jinsistu fuq il-konformità sħiħa tal-proċessi elettorali fil-Belarussja mal-istandards internazzjonali, mar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE u mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, u li jappellaw biex il-leġislazzjoni elettorali tar-Repubblika tal-Belarussja tiġi emendata biex tinkludi salvagwardji proċedurali u legali sostanzjali li jtejbu l-inklużività, l-integrità u t-trasparenza matul l-istadji kollha tal-proċess elettorali, u b'mod partikolari li tintroduċi kriterji u mekkaniżmi li jkunu ċari u raġonevoli għar-reġistrazzjoni u l-verifika tal-firem tal-kandidati, tiżgura l-inklużjoni tar-rappreżentanti tal-atturi kollha tal-proċess elettorali fil-kummissjonijiet elettorali u tagħti aċċess ugwali għall-midja lill-parteċipanti kollha;

(e)

li jitolbu li jsiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti qabel ma jinbeda proċess ta' riforma kostituzzjonali trasparenti u inklużiv, soġġett għal konsultazzjoni pubblika tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tas-soċjetà Belarussa, bħala opportunità kruċjali biex jiġu introdotti bidliet ġenwini, inkluż fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet ċivili bażiċi, li jindirizzaw id-dgħufijiet tas-sistema politika attwali, jiżguraw proċess elettorali trasparenti u pluralistiku, u jippermettu lill-poplu Belarussu jiġi rappreżentat f'parlament elett demokratikament u jipparteċipa b'mod attiv fil-ħajja politika u fil-proċessi politiċi;

(f)

li jappellaw lill-awtoritajiet biex iżidu t-trasparenza, ineħħu l-ostakli arbitrarji li minħabba fihom l-ebda partit politiku ġdid ma ġie rreġistrat fil-Belarussja sa mill-2000, u jippermettu r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi, ta' organizzazzjonijiet reliġjużi u tas-soċjetà ċivili u ta' trade unions indipendenti, u jtemmu r-restrizzjonjiet applikati għal organizzazzjonijiet stabbiliti u l-persekuzzjoni tal-oppożituri politiċi tar-reġim;

(g)

li jinnotaw li Sviatlana Tsikhanouskaya, li skont l-istħarriġ soċjoloġiku indipendenti rċeviet aktar minn nofs il-voti fl-elezzjoni presidenzjali tal-2020, hija f'għajnejn il-poplu tal-Belarussja l-President elett tagħhom;

(h)

li jirrikonoxxu l-Kunsill ta' Koordinazzjoni (CC), imniedi minn Sviatlana Tsikhanouskaya, bħala r-rappreżentant leġittimu tan-nies li qegħdin jitolbu bidla demokratika u l-libertà fil-Belarussja u jinsisti li r-reġim tal-Belarussja jibda djalogu miegħu; li jiddeploraw il-persekuzzjoni tal-membri tal-CC u jitlobu li jaqgħu l-azzjonijiet legali kollha meħuda mill-awtoritajiet kontrihom u jinħelsu dawk kollha detenuti u arrestati;

(i)

li jappoġġaw l-isforzi tal-CC għal transizzjoni paċifika u demokratika tal-poter bħala riżultat ta' djalogu nazzjonali inklużiv bejn il-gvern tal-Belarussja u l-oppożizzjoni/is-soċjetà ċivili/il-CC, inklużi r-rappreżentanti tal-knejjes bħala medjaturi rispettati u newtrali; li jipprovdu kwalunkwe assistenza meħtieġa biex jissaħħu l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-CC;

(j)

li jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-istabbiliment ta' ċentru indipendenti għal Belarussja demokratika, fi Brussell, fost bliet kapitali oħra, bil-għan li jxerred l-informazzjoni u l-attivitajiet relatati mal-proċessi demokratiċi fil-Belarussja;

(k)

li jinsistu li Aliaksandr Lukashenka jaċċetta l-offerta tal-presidenti attwali u futuri tal-OSKE biex jiġi ffaċilitat id-djalogu nazzjonali biex tissolva l-kriżi politika u s-sitwazzjoni ta' tensjoni fil-pajjiż, u jiżguraw li l-UE tipprovdi assistenza konkreta lill-OSKE għall-proposta tagħha biex tieħu rwol ta' medjazzjoni;

(l)

li jesiġu l-waqfien immedjat tal-vjolenza, ir-ripressjoni krudili, it-tortura u r-ripressjoni kontra d-dimostranti paċifiċi; li jiddenunzjaw dikjarazzjonijiet bħal dik maħruġa fit-12 ta' Ottubru 2020 mill-Ministeru tal-Affarijiet Interni tal-Belarussja ., li thedded l-użu ta' tagħmir speċjali u ta' armi letali kontra d-dimostranti paċifiċi; li jappellaw għal investigazzjoni sħiħa tal-UE/internazzjonali tar-reati kontra l-poplu tal-Belarussja mwettqa mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tar-reġim ta' Lukashenka u biex l-awtoritajiet jipprovdu lill-vittmi kollha ta' ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem b'aċċess għall-ġustizzja u jiżguraw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv;

(m)

li jirrevedu u jaġġornaw l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 (8) dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja, li fih il-lista ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna fil-Belarussja, inkluż iż-żieda ta' drones ta' sorveljanza f'dik il-lista;

(n)

li jikkundannaw it-tattika tar-reġim tal-Belarussja li jifred il-CC b'intimidazzjoni u tkeċċija tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-politiċi u tal-attivisti tal-oppożizzjoni, mill-Belarussja biex jitbiegħdu mill-proċessi politiċi interni;

(o)

li jappellaw lill-Belarussja biex minnufih u mingħajr kundizzjonijiet teħles u twaqqa' l-akkużi kollha kontra l-priġunieri politiċi kollha u l-membri kollha tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u kwalunkwe persuna oħra detenuta b'mod arbitrarju qabel, matul u wara l-kampanja elettorali; li jesiġu r-restawr sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem u r-rispett tagħhom, inklużi l-libertà tal-istampa, il-libertà tal-għaqda u libertajiet politiċi u ċivili oħra fil-Belarussja;

(p)

li jfaħħru l-azzjonijiet meħuda mill-ħaddiema f'bosta fabbriki u istituzzjonijiet fil-pajjiż kollu li ngħaqdu mal-protesti b'diversi modi, inkluż permezz ta' strajk, u jipprovdu l-appoġġ meħtieġ lil dawk minnhom li ġew ikkastigati mir-reġim talli eżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom;

(q)

li jindirizzaw il-problemi ffaċċjati mit-trade unions indipendenti, inklużi r-rifjut ta' reġistrazzjoni, il-prosekuzzjoni b'motivazzjoni politika tal-mexxejja tagħhom, u s-sħubija furzata ta' impjegati li għadhom kif ġew ikkuntrattati fi trade unions ikkontrollati mill-istat;

(r)

li jibqgħu viġilanti rigward l-arresti, l-għajbien u l-fastidju ta' kandidati, dimostranti, attivisti u ġurnalisti indipendenti, u jsegwu każijiet bħal dawn mal-awtoritajiet tal-Belarussja;

(s)

ikomplu jsegwu mill-qrib il-każijiet ta' arresti u għajbien fil-Belarussja, jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet tal-Belarussja għal dawn il-każijiet u jitlob azzjoni xierqa u immedjata mingħandhom; inedu programm ta' assistenza tal-UE mmirat biex jgħinu lill-vittmi ta' repressjoni politika u vjolenza mill-pulizija, b'mod partikolari b'aċċess għal konsulenza legali, għajnuna materjali u medika, u riabilitazzjoni;

(t)

jinsistu fuq investigazzjoni indipendenti u effettiva dwar l-imwiet relatati mal-protesti ta' Alyaksandr Taraykouski, Alyaksandr Vikhor, Artsyom Parukou, Henadz Shutau u Kanstantsin Shyshmakou u mal-qtil ta' personaġġi tal-oppożizzjoni politika Yuriy Zakharenko, Anatoliy Krasovskiy u Victor Honchar li seħħew fl-1999, kif ukoll dwar id-destin u l-post ta' Dmitriy Zavadski fl-2000;

(u)

jappellaw lill-Belarussja tintroduċi fil-Kodiċi Kriminali tagħha definizzjoni speċifika ta' tortura skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jiżguraw li tiġi kkastigata b'sanzjonijiet, kif ukoll bidliet leġiżlattivi biex tikkriminalizza l-għajbien infurzat;

(v)

li jappellaw lill-awtoritajiet biex, fid-dawl ta' rapporti li l-pulizija qed jipprevjenu l-għajnuna għal dimostranti midruba u qed jarrestaw ħaddiema mediċi, itejbu l-aċċess, id-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa fil-postijiet ta' detenzjoni, b'mod partikolari minħabba l-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal mediku;

(w)

li jimplimentaw, malajr kemm jista' jkun u fil-qafas ta' koordinazzjoni sinifikanti mas-sħab internazzjonali, is-sanzjonijiet maqbula mill-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE u tal-Kunsill Ewropew;

(x)

li jżidu s-sanzjonijiet billi jinkludu lil Aliaksandr Lukashenka u għadd sostanzjali ta' uffiċjali ta' grad għoli u medju, kif ukoll membri tas-CEC, fil-grupp ta' persuni li huma responsabbli għall-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarussja, jew li kellhom sehem fiha, u li huma responsabbli għal għall-ksur tad-drittijiet ċivili u tal-bniedem jew ikkontribwew għalihom; din il-lista għandha tiġi applikata mill-UE kollha kemm hi u għandha tiġi aġġornata u estiża kontinwament skont il-livell ta' reati mwettqa mir-reġim ta' Lukashenka;

(y)

li jimponu projbizzjonijiet tal-viża u sanzjonijiet finanzjarji, inkluż l-iffriżar tal-assi, kontra rappreżentanti tar-reġim, individwi sanzjonati kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom;

(z)

li joperazzjonalizzaw u jimplimentaw malajr mekkaniżmu ta' sanzjonijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem li jippermetti li jiġu applikati sanzjonijiet simili għal dawk tal-Att Magnitsky tal-Istati Uniti, kontra individwi u kumpaniji involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u li huma responsabbli għal reati oħra, u biex dawn jiġu applikati kontra uffiċjali Belarussi, inklużi investigaturi u mħallfin li jmexxu każijiet kriminali kontra priġunieri politiċi, u individwi u kumpaniji oħra involuti fit-trażżin vjolenti ta' dimostrazzjonijiet u protesti paċifiċi ta' ġbir ta' firem fil-Belarussja bl-użu ta' tortura u trattament ħażin tad-detenuti u l-priġunieri politiċi;

(aa)

li jikkunsidraw sanzjonijiet settorjali għall-Belarussja li jistgħu jżidu l-pressjoni fuq ir-reġim iżda li m'għandhomx iħallu impatt negattiv fit-tul fuq il-popolazzjoni;

(ab)

li jimpenjaw ruħhom favur l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Belarussja; li jirrifjutaw bil-qawwa kwalunkwe interferenza esterna sigrieta jew evidenti minn kwalunkwe stat terz, inkluża l-Federazzjoni Russa, b'mod partikolari fil-media tal-istat Belarussu u fil-forzi tas-sigurtà tagħha; li jenfasizzaw li l-protesti Belarussi huma ta' natura prodemokratika u mhux ta' natura ġeopolitika; li jtennu li l-Unjoni Ewropea hija miftuħa biex tiżviluppa aktar ir-relazzjonijiet mal-pajjiż kemm bilateralment kif ukoll fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant biss jekk il-Belarussja tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha maqbula preċedentement b'rabta mad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, id-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

(ac)

li jħeġġu lill-Federazzjoni Russa biex ma tieħu l-ebda azzjoni li thedded is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Belarussja; li jesprimu tħassib dwar il-fatt li hija tuża n-negozjati għall-provvista kontinwa taż-żejt u l-gass lill-Belarussja bħala metodu ta' pressjoni politika; li jiddenunzjaw u jikkundannaw pubblikament l-interferenza ibrida mwettqa mill-Federazzjoni Russa bl-użu ta' metodi, bħad-delegar tal-hekk imsejħa esperti tal-media lill-media tal-istat Belarussu u tal-konsulenti għall-aġenziji militari u tal-infurzar tal-liġi, u biex jiskoraġġixxu t-tkomplija ta' dawn l-azzjonijiet; li jwissu kontra kwalunkwe tentattiv biex tiġi mmilitarizzata s-sitwazzjoni u jiġu pprovokati tensjonijiet mal-pajjiżi ġirien;

(ad)

li jiddenunzjaw il-fatt li l-Belarussja akkużat lil Sviatlana Tsikhanouskaya talli allegatament għamlet talbiet pubbliċi bil-għan li tagħmel ħsara lis-sigurtà tal-pajjiż u taħtaf il-poter, u li jiddenunzjaw id-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa biex titpoġġa fuq il-lista interstatali ta' persuni mfittxija;

(ae)

li jenfasizzaw li l-eżerċizzju militari tal-forzi armati Belarussi li sar fl-aħħar ta' Awwissu 2020 fil-fruntiera mal-Litwanja u l-Polonja, li kien segwit minn kampanja ta' informazzjoni ostili u qarrieqa, żied bla bżonn it-tensjoni u n-nuqqas ta' fiduċja;

(af)

li jirrikonoxxu li filwaqt li l-politika ta' impenn kritiku li kienet segwita minn qabel l-elezzjonijiet presidenzjali frawdolenti tad-9 ta' Awwissu 2020 ġabet magħha xi żviluppi fir-relazzjonijiet bilaterali, il-progress fl-oqsma ewlenin tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali – inklużi l-libertà tal-kelma u tal-espressjoni u l-libertà tal-media, kif ukoll id-drittijiet tax-xogħol – u s-soċjetà ċivili, treġġa' lura matul u wara dawk l-elezzjonijiet, is-sitwazzjoni soċjoekonomika hija kkaratterizzata minn dħul baxx tal-familji u minn rati ta' qgħad għoljin, u l-ekonomija hija staġnata u hija influwenzata ħafna minn intrapriżi tal-istat u mill-korruzzjoni; hekk kif l-UE timpenja ruħha favur approċċ aktar immirat lejn is-Sħubija tal-Lvant u għal rieżami sħiħ tar-relazzjonijiet UE-Belarussja, jikkunsidraw li japplikaw il-prinċipju ta' “inqas għal inqas” fil-każ ta' degradazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li m'għandhiex taffettwa l-involviment u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-mezzi tal-media indipendenti u l-poplu tal-Belarussja, peress li għall-kuntrarju jeħtieġ li titħeġġeġ l-għotja ta' spinta ulterjuri, minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn pajjiżi individwali oħrajn, lill-appoġġ politiku, finanzjarju, teknoloġiku u tal-informazzjoni billi jiġi segwit il-prinċipju ta' “aktar għal aktar” u l-involviment akbar tas-soċjetà ċivili f'inizjattivi u proġetti fil-Belarussja bl-appoġġ tal-UE;

(ag)

li jħejju rieżami komprensiv tal-politika tal-UE dwar il-Belarussja, b'enfasi partikolari fuq l-appoġġ tagħha lis-soċjetà ċivili u lill-poplu tal-Belarussja, b'kunsiderazzjoni tax-xenarji differenti li qed jiżviluppaw fil-pajjiż, u jissospendu n-negozjati dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Belarussja sakemm isiru elezzjonijiet presidenzjali ħielsa u ġusti fil-Belarussja; li jinsistu li jeħtieġ li l-UE tirrispondi b'mod magħqud u b'insistenza għas-sitwazzjoni fil-Belarussja wara l-elezzjonijiet presidenzjali;

(ah)

li jilqgħu d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Ottubru 2020 li tesprimi r-rieda tal-UE li tappoġġa tranżizzjoni demokratika paċifika u li tuża varjetà ta' strumenti f'konformità mas-Sħubija tal-Lvant, inkluż il-varar ta' pjan ta' appoġġ ekonomiku komprensiv;

(ai)

li jappoġġaw l-inizjattiva li tiġi stabbilita missjoni ta' livell għoli għall-Belarussja komposta minn ex kapijiet ta' stat jew ta' gvern, li għandu jkollha l-kompitu li ttemm il-vjolenza, tassisti fil-ħelsien tal-priġunieri politiċi u d-detenuti, u tesplora l-perkorsi kollha disponibbli fil-livell domestiku u internazzjonali bil-għan li jinħoloq ambjent favorevoli għal djalogu politiku inklużiv fil-Belarussja;

(aj)

li jiddenunzjaw l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet Belarussi kontra l-ambaxxati tal-Litwanja u tal-Polonja f'Minsk, b'mod partikolari t-talbiet tagħhom li l-ambaxxaturi Litwani u Pollakki jissejħu lura u li jitnaqqas il-persunal diplomatiku tal-ambaxxati tagħhom; li jiżguraw rispons koordinat u magħqud mill-Istati Membri tal-UE; li jilqgħu, f'dan il-kuntest, l-azzjonijiet ta' solidarjetà espressi minn dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jsejħu lura l-ambaxxaturi tagħhom għal konsultazzjonijiet;

(ak)

li joffru l-alternattiva ta' kooperazzjoni msaħħa u ħafna aktar mill-qrib mal-Belarussja li tinkludi wkoll impenn finanzjarju u tekniku miżjud b'mod sostanzjali mill-UE f'każ li jseħħu l-bidliet demokratiċi, inklużi elezzjonijiet ġodda;

(al)

li jiżviluppaw programm komprensiv għall-Belarussja wara li jsiru l-elezzjonijiet presidenzjali l-ġodda u jorganizzaw konferenza tad-donaturi għal Belarussja demokratika, li tlaqqa' flimkien l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-pajjiżi tal-G7, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, u oħrajn li huma lesti li jwiegħdu pakkett finanzjarju ta' diversi biljuni ta' Euro bħala appoġġ għall-isforzi futuri ta' riforma u r-ristrutturar tal-ekonomija;

(am)

li jwaqqfu minnufih kwalunkwe żborż ta' assistenza finanzjarja tal-UE lill-awtoritajiet illeġittimi tal-Belarussja u jevitaw l-għoti ta' kwalunkwe finanzjament lill-gvern u lil proġetti kkontrollati mill-Istat, inkluż proġetti ta' twinning u ta' kooperazzjoni transfruntiera, u l-għoti ta' assistenza jew finanzjament allokat għas-soċjetà ċivili permezz ta' dawn l-entitajiet; li jistabbilixxu kundizzjonijiet ċari biex jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Belarussja ma jispiċċax f'idejn ir-rappreżentanti tar-reġim jew iservi biex jilleġittimizza l-azzjonijiet tiegħu, sakemm ir-reġim ma jwaqqafx kull repressjoni, jiftaħ djalogu maċ-ċittadini u jippermetti elezzjonijiet ħielsa u ġusti ġodda;

(an)

li jiżguraw li l-appoġġ addizzjonali ta' EUR 53 miljun jissodisfa l-ħtiġijiet tal-poplu Belarussu, flimkien mal-għajnuna relatata mal-COVID-19, li tkopri t-trattament mediku taċ-ċittadini Belarussi li sfaw midruba u trawmatizzati bħala riżultat tar-repressjoni brutali fuq id-dimostranti, u għall-aktar każijiet serji li jiffaċilitaw u jappoġġaw it-trattament u l-irkupru fl-Istati Membri tal-UE; li jesprimu l-appoġġ tagħhom għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivisti, inklużi dawk li joperaw fl-eżilju, biex jippermettu lil organizzazzjonijiet u lil avukati jipprovdu servizzi legali lill-vittmi tar-reġim Belarussu biex jiddokumentaw u jinvestigaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u għall-ħaddiema Belarussi fuq strajk u għat-trade unions indipendenti, il-media indipendenti u l-ġurnaliżmu investigattiv;

(ao)

li jiżviluppaw strateġija għat-tqassim tal-fondi tal-UE f'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti demokratiċi tal-poplu Belarussu, l-UE u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali li għandhom esperjenza ta' ħidma mal-Belarussja;

(ap)

li jinsistu li l-programmi ta' appoġġ implimentati permezz tal-BEI, il-BERŻ, il-Bank Dinji, in-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra jridu jkunu kundizzjonali wkoll fuq it-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, u fuq l-issodisfar tal-istandards internazzjonali għas-sikurezza nukleari; li jinnotaw u jindirizzaw is-sitwazzjoni li, attwalment, il-programmi implimentati f'kooperazzjoni bejn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istrutturi tal-istat fil-Belarussja normalment ma jinkludux partijiet ikkonċernati indipendenti fil-korpi governattivi tagħhom, li jwassal mhux biss biex dawn il-programmi jkollhom biss kisbiet dubjużi, iżda jikkontribwixxu wkoll għall-ispostament tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-istruttura ta' kooperazzjoni mal-UE mill-organizzazzjonijiet pubbliċi tal-Istat (organizzazzjonijiet mhux governattivi organizzati mill-gvern jew GONGOs);

(aq)

li jilqgħu d-diversi atti ta' solidarjetà mal-poplu tal-Belarussja, inkluż il-ġbir ta' fondi u l-assistenza karitatevoli u umanitarja; f'dan ir-rigward, jikkundannaw il-waqfien tat-trasport tal-għajnuna umanitarja organizzat minn “NSZZ Solidarnosc”;

(ar)

li jappoġġaw il-ħidma tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biex isaħħu l-iżvilupp u r-rwol taċ-ċittadini fit-tiswir tal-affarijiet pubbliċi u fl-għoti tas-setgħa lill-mexxejja politiċi futuri fil-Belarussja;

(as)

li jfakkru lill-awtoritajiet Belarussi li l-UE rreaġixxiet malajr u rrispondiet għall-ħtiġijiet urġenti tal-pajjiż matul il-pandemija tal-COVID-19, billi mmobilizzat aktar minn EUR 60 miljun biex tindirizza l-ħtiġijiet immedjati, bħall-appoġġ għas-settur tas-saħħa u għall-komunitajiet vulnerabbli, kif ukoll il-ħtiġijiet fuq terminu qasir, b'appoġġ għall-irkupru soċjali u ekonomiku;

(at)

li jinsistu li kwalunkwe appoġġ makrofinanzjarju futur tal-UE biex jittaffew il-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 ikun jiddependi fuq kriterji politiċi u ekonomiċi stretti, b'mod partikolari dawk marbuta mad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, partikolarment it-tmiem tar-repressjoni politika u l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha; li jinnotaw it-tħassib dwar is-sikurezza nukleari espress minn xi Stati Membri tal-UE u t-theddid ikkawżat mill-kooperazzjoni militari bejn il-Belarussja u r-Russja, u jinsisti li għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi miġġieled il-virus u tiġi protetta l-popolazzjoni;

(au)

li jinsistu li tali appoġġ irid jiġi mmonitorjat mill-qrib bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin tal-fondi tal-UE bħall-finanzjament ta' mediċini sperimentali jew vaċċini;

(av)

li jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isforzi tar-reġim Belarussu biex ixerred id-diżinformazzjoni, billi jpinġi l-appoġġ tal-UE bħala appoġġ għar-reġim; li jesprimu tħassib dwar it-tixrid ta' aħbarijiet foloz u diżinformazzjoni fil-Belarussja matul il-pandemija tal-COVID-19, u jħeġġeġ kemm lill-awtoritajiet Belarussi kif ukoll lill-UE biex jiżviluppaw programmi speċifiċi li jiġġieldu d-diżinformazzjoni u l-propaganda;

(aw)

li jistiednu lill-awtoritajiet Belarussi biex jirrikonoxxu pubblikament it-theddida ppreżentata mill-pandemija tal-COVID-19, isaħħu s-sistema tal-kura tas-saħħa, jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni u bi statistika rilevanti dwar il-pandemija b'mod trasparenti u inklużiv, jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni esperta tad-WHO fil-Belarussja f'April 2020, itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal mediku, u jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa u d-disponibbiltà u l-kwalità tagħha, inkluż f'postijiet ta' detenzjoni;

(ax)

li jżommu l-kwistjoni tas-sikurezza nukleari bħala kwistjoni ta' tħassib maġġuri għall-UE minħabba l-konsegwenzi potenzjalment diżastrużi għar-reġjun kollu f'każ ta' inċident; li jittrattaw il-kwistjoni tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari (NPP) ta' Astravets b'urġenza peress li qiegħed joqrob il-bidu tal-operat tiegħu, hekk kif f'Mejju 2020 waslet l-ewwel kunsinna ta' fjuwil nukleari mir-Russja, li diġà ddaħħlet fl-ewwel reattur, filwaqt li għaddejjin preparamenti tekniċi oħra biex tinbeda l-ġenerazzjoni tal-elettriku f'Novembru 2020;

(ay)

li jitolbu d-differiment tal-ikkummissjonar ippjanat tal-impjant NPP Astravets sakemm jiġu ssodisfati l-istandards internazzjonali għas-sikurezza nukleari, isiru seduti pubbliċi obbligatorji, u s-sitwazzjoni politika fil-Belarussja tkun stabbilizzat, b'kunsiderazzjoni tal-għadd ta' problemi ta' sikurezza nukleari mhux solvuti identifikati waqt l-istress test, in-nuqqas ta' konklużjoni finali dwar is-sikurezza tal-impjant, kapaċità insuffiċjenti ta' ħżin għall-fjuwil nukleari użat u għar-riżervi tal-enerġija, u s-sitwazzjoni attwali instabbli fil-Belarussja, fatturi li jikkomplikaw il-miżuri ta' rispons fil-każ ta' inċident, peress hemm ċans akbar ta' inċident waqt il-perjodu tal-bidu li fih jibda jitħaddem ir-reattur;

(az)

li jesprimu t-tħassib tagħhom li l-Belarussja mhux se timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-istress tests imwettqa mill-awtoritajiet tas-sikurezza nukleari tal-UE qabel it-tnedija tal-ewwel reattur tal-NPP Astravyets, filwaqt li jinnota, barra minn hekk, li l-NPP qed jinbena mingħajr ma tiġi żgurata riżerva ta' kontroll sekondarja li hija meħtieġa għall-funzjonament sikur tiegħu;

(ba)

li jinsistu fuq ir-rispett sħiħ tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza nukleari u ambjentali, il-kooperazzjoni trasparenti, inklużiva u kostruttiva mal-awtoritajiet internazzjonali, u l-forniment ta' kapaċitajiet ta' aċċess u monitoraġġ għal organizzazzjonijiet ambjentali indipendenti fil-Belarussja rigward l-NPP Astravyets, u jorbot l-implimentazzjoni tagħhom mal-iżborż tal-appoġġ finanzjarju tal-UE; li jappoġġaw l-isforzi biex tiġi żgurata s-solidarjetà Ewropea dwar il-kwistjoni tal-projbizzjoni tal-importazzjoni tal-enerġija fis-suq tal-UE mill-NPP Astravets;

Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali

(bb)

li jfaħħru lill-poplu Belarussu għall-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu u jappoġġa bis-sħiħ ix-xewqa tiegħu għal bidla demokratika, il-ġustizzja soċjali u l-libertà, biex isejsu l-futur ta' pajjiżhom fuq il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li jiżguraw il-libertà, l-indipendenza, is-sovranità u l-prosperità tar-Repubblika tal-Belarussja;

(bc)

li jinsistu fuq il-ħtieġa li l-leġislazzjoni nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja tiġi emendata sabiex jiġu garantiti d-drittijiet u l-libertajiet ċivili bażiċi, bħal-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni, ta' espressjoni u ta' opinjoni, kif ukoll il-libertà tal-media, u l-konformità ma' ftehimiet internazzjonali u mal-linji gwida tal-OSKE dwar il-libertà ta' għaqda paċifika; li jistiednu lill-Belarussja tikkoopera bis-sħiħ mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, inklużi żjarat fil-Belarussja, kif ukoll mal-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura u mal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, sabiex jitwettqu riformi li ilhom mistennija biex jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem, tissaħħaħ id-demokrazija u tiġi indirizzata l-kwistjoni tat-tortura u t-trattament jew kastig krudili, inuman jew degradanti ieħor ta' persuni detenuti fil-Belarussja;

(bd)

li jikkundannaw l-applikazzjoni persistenti tal-piena tal-mewt fil-Belarussja u jkomplu jaħdmu mal-awtoritajiet tal-Belarussja għal moratorju bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni permanenti u pendenti tagħha, u jaħdmu favur id-dritt ta' appell effettiv kontra l-sentenzi tal-mewt; li jħeġġu l-intensifikar tad-dibattitu pubbliku dwar l-abolizzjoni tal-piena kapitali, filwaqt li titwitta t-triq għall-possibbiltà ta' referendum fil-futur dwar din il-kwistjoni;

(be)

li jikkundannaw l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni li għaddejjin tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-personaġġi tal-oppożizzjoni, inklużi dawk li qegħdin jimmiraw għall-presidenza, is-sostenituri u l-membri tal-familja tagħhom, id-dimostranti paċifiċi, l-attivisti tas-soċjetà ċivili, l-osservaturi elettorali, id-difensuri tad-drittijiet ambjentali, il-mexxejja reliġjużi, atleti, studenti u riċerkaturi, u l-ġurnalisti u l-bloggers indipendenti, b'mod partikolari t-tattiċi tal-għajbien u multi kbar applikati mill-awtoritajiet; li jappellaw lill-Belarussja twaqqaf din ir-ripressjoni u tiggarantixxi l-kapaċità ta' dawn in-nies li jwettqu l-attivitajiet tagħhom mingħajr biża' ta' rappreżalji u li huma ħielsa minn kull restrizzjoni; li jiddeploraw il-fatt li t-tobba, il-persunal mediku u oħrajn li tkellmu apertament u wissew dwar it-tixrid tal-COVID-19 fil-Belarussja qegħdin jiġu msikkta u intimidati;

(bf)

li jinnotaw it-tentattivi biex jiġu interrotti u limitati l-attivitajiet tax-xogħol u biex jiġi msikket ir-rappurtar tal-membri taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem “Viasna”, b'mod partikolari Aliaksandr Burakou, Ales Burakou, Raman Kisliak, Uladzimir Vialichkin, Alena Masliukova, Andrei Miadzvedzeu u Siarhej Lacinski, u jappellaw biex jintemmu d-detenzjoni, il-prosekuzzjoni u l-intimidazzjoni tagħhom;

(bg)

li jirrikonoxxi l-effett dissważiv tar-ripressjoni fuq is-soċjetà ċivili u r-rwol importanti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex jiżguraw il-monitoraġġ indipendenti, b'mod partikolari matul l-elezzjonijiet;

(bh)

li jikkundannaw l-isforzi tar-reġim Belarussu biex jiċħad id-dħul fil-pajjiż għal dawk il-Belarussi li jikkritikawh, bħall-kap tal-Knisja Kattolika tal-Belarussja, l-Arċisqof Tadeusz Kondrusiewicz, kif ukoll il-ġurnalisti indipendenti, il-ħaddiema tad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti tal-komunità internazzjonali, fosthom il-Membri tal-Parlament Ewropew;

(bi)

li jiżviluppaw proċedura u kapaċitajiet ċari fost l-Istati Membri tal-UE biex jitħaffu l-eżami u l-ħruġ ta' viżi ta' Schengen u jinħoloq kuritur umanitarju għaċ-ċittadini Belarussi f'każijiet urġenti ta' assistenza medika jew biex ifittxu rifuġju għal raġunijiet politiċi;

(bj)

li jikkundannaw id-diskriminazzjoni u l-istigmatizzazzjoni kontinwi diretti kontra persuni b'diżabilità, persuni bl-HIV, minoranzi, persuni LGBTQI, u l-familji ta' detenuti madwar il-Belarussja, u jappella biex jiġi stabbilit korp nazzjonali indipendenti għad-drittijiet tal-bniedem u wkoll Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u biex tiġi adottata leġislazzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni;

(bk)

li jfakkru li l-Belarussja rratifikat il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li skontu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali trid tiżgura protezzjoni ugwali u effettiva lill-persuni kollha kontra d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni: razza, kulur, sess, lingwa, reliġjon, twemmin politiku jew twemmin ieħor, oriġini nazzjonali jew soċjali, status tal-proprjetà, u t-twelid jew ċirkostanzi oħra; li jesprimu tħassib li s-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-uffiċjali tal-gvern, l-imħallfin, il-prosekuturi u l-avukati dwar il-Patt għadhom limitati; li jappellaw lill-awtoritajiet Belarussi jtejbu s-sistema edukattiva u jxerrdu l-informazzjoni fil-media bil-għan li jrawwmu attitudni ta' tolleranza lejn gruppi vulnerabbli;

(bl)

li jitolbu azzjoni biex l-isterjotipar kontinwu u d-diskriminazzjoni li jaffettwaw lin-nisa jiġu miġġielda b'mod effettiv, billi, fost miżuri oħra, jtejbu l-ambjent tax-xogħol tagħhom, jippermettu l-aċċess tan-nisa għas-setturi kollha tal-impjieg, inaqqsu d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, u jippromwovu l-parteċipazzjoni politika tan-nisa; li jintegraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-relazzjonijiet tal-UE mal-Belarussja;

(bm)

li jqajmu l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni kontra l-kelliema tal-lingwa Belarussa fil-Belarussja u jappoġġaw inizjattivi li għandhom l-għan li jippromwovu l-użu aktar mifrux tal-lingwa Belarussa fl-edukazzjoni, fil-ħajja pubblika u kulturali u fil-media;

(bn)

li jiddeploraw il-prevalenza tax-xogħol furzat, li jiffoka b'mod sproporzjonat fuq kategoriji ta' persuni vulnerabbli, inklużi impjegati ta' intrapriżi u amministrazzjonijiet tal-istat, studenti, persuni miżmuma fl-hekk imsejħa ċentri tat-trattament tax-xogħol, priġunieri u ta' suldati tal-armata regolari; li jappellaw lill-Belarussja tirrevoka l-leġiżlazzjoni kollha li tippermetti x-xogħol furzat u ma ġġiegħelx lill-poplu Belarussu jipparteċipa fil-jum tax-xogħol annwali tal-komunità;

(bo)

li jindirizzaw il-kwistjoni ta' kastig sproporzjonat fi ħdan is-sistema legali tal-Belarussja, b'mod partikolari l-Artiklu 328 tal-Kodiċi Kriminali, li skontu l-minorenni jiġu kkastigati għal reati mhux vjolenti relatati mad-drogi b'perjodi ta' priġunerija twal b'mod sproporzjonat;

(bp)

li jinkoraġġixxu t-tkomplija tad-Djalogu UE-Belarussja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, iżda jinsistu li l-utilità vera tiegħu ma tiġix biss minn kuntatti istituzzjonali iżda minn progress li jista' jiġi evalwat, li skont l-organizzazzjonijiet parteċipanti tas-soċjetà ċivili tal-Belarussja, mhux qed iseħħ;

(bq)

li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-libertà tal-media fil-Belarussja u jappoġġaw u joħolqu ambjent tax-xogħol sikur għal media, bloggers u ġurnalisti indipendenti, inklużi dawk li jaħdmu fuq bażi freelance ma' media barranija mhux irreġistrata, kif ukoll għal media bbażata fil-Polonja, bħal Belsat TV, Radju Ewropew għall-Belarussja u Radio Racja, peress li dawn huma sors importanti ta' informazzjoni kemm għall-Belarussja kif ukoll dwar il-Belarussja, u jipprovdu kanal tant meħtieġ għal fehmiet alternattivi;

(br)

li jikkundannaw bil-qawwa s-soppressjoni tal-internet u tal-media, l-imblokki fit-toroq, u l-intimidazzjoni u l-irtirar massiv ta' akkreditazzjonijiet għall-ġurnalisti li għandhom l-għan li jwaqqfu il-fluss ta' informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, kif ukoll iċ-ċaħda tal-aċċess tal-Belarussja għall-media internazzjonali u għall-membri tal-parlament jew tal-gvern tal-komunità demokratika;

(bs)

li jiddenunzjaw id-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Belarussja li jikkanċella l-akkreditazzjonijiet tal-ġurnalisti li jaħdmu għall-organizzazzjonijiet tal-midja barranija u li kienu qegħdin ikopru l-protesti li għaddejjin bħalissa fil-pajjiż, bl-iskuża tal-aġġornament tal-proċeduri ta' akkreditazzjoni;

(bt)

li jfaħħru l-azzjonijiet tal-ġurnalisti u l-impjegati tal-mezzi pubbliċi tal-media li, minkejja l-oppressjoni u t-theddid kontrihom, baqgħu fidili għall-etos ġurnalistiku u komplew jappoġġaw l-oppożizzjoni demokratika minkejja li sussegwentement tkeċċew; li jirrikonoxxu l-ħidma tal-media indipendenti, li jinkludu Charter 97, Belsat TV, Radio Svoboda u oħrajn; li jistiednu lill-UE tuża l-Fond Ewropew għad-Demokrazija u strumenti oħra sabiex tappoġġa dawn l-istabbilimenti u l-ġurnalisti li huma soġġetti għal repressjoni mir-reġim;

(bu)

li jopponu b'viġilanza n-narrattivi ta' propaganda u d-diżinformazzjoni mxerrda mill-media tal-istat Belarussu li jakkużaw lill-UE u lill-Istati Membri tagħha b'interferenza fil-proċessi li għaddejjin fil-Belarussja u li dawn huma preżunti li qed jheddu s-sigurtà tal-integrità territorjali tal-pajjiż, kif ukoll kwalunkwe theddid ibridu magħmul minn atturi terzi; li jitlobu t-tneħħija tal-allegati “ġurnalisti” mibgħuta mir-Russja biex jissostitwixxu l-impjegati li rriżenjaw mill-istazzjonijiet televiżivi tal-Istat tal-Belarussja;

Il-kooperazzjoni ekonomika u settorjali

(bv)

li jfakkru lill-Belarussja li l-UE hija t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tagħha u li l-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi tista' ġġib magħha l-bilanċ tant meħtieġ għall-kummerċ estern tal-Belarussja, li għadu dipendenti ħafna fuq ir-Russja u fuq l-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika;

(bw)

li jenfasizzaw l-importanza li jitkompla l-proċess tal-adeżjoni tal-Belarussja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), peress li dan jinkoraġġixxi l-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija, jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent tan-negozju aktar stabbli fil-pajjiż, u jiffaċilita l-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli mal-UE;

(bx)

li jinnotaw li l-president taċ-Ċina kien l-ewwel li feraħ lil Lukashenka wara l-elezzjonijiet; li jesprimu tħassib dwar iż-żieda fl-investimenti Ċiniżi fl-infrastruttura strateġika, u jwissu dwar l-effett li din id-dipendenza tista' toħloq għall-Belarussja;

(by)

li jinnotaw li l-ekonomija Belarussa qed tistaġna u li aktar minn wieħed minn kull ħamsa tal-popolazzjoni qiegħed f'faqar assolut, u li dawn iċ-ċifri aktarx se jiżdiedu minħabba l-kriżi tal-COVID-19; li jinnotaw li l-paga minima fil-Belarussja hija ta' 375 rublu Belarussu fix-xahar jew EUR 137, u li l-pajjiż qed jiffaċċja kriżi demografika, bi tnaqqis fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol u b'migrazzjoni massiva tal-ħaddiema mill-Belarussja;

(bz)

li jinnotaw l-effetti ta' ħsara għall-ekonomija Belarussa minħabba r-rifjut minn naħa tar-reġim li jidħol fi djalogu mal-poplu, u partikolarment l-istrajkijiet li għaddejjin madwar il-pajjiż kollu f'intrapriżi tal-istat u l-istrajkijiet tal-għalliema u tal-ħaddiema soċjali u kulturali; li jinnotaw ukoll l-effetti ta' ħsara fuq is-settur tal-IT, li jista' ma jirkuprax il-livell preċedenti tiegħu;

(ca)

li jesprimu d-dispjaċir tagħhom għan-nuqqas ta' rieda tal-awtoritajiet Belarussi li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Dinji u l-FMI, jew li jimplimentaw riformi li jnaqqsu l-għadd kbir ta' intrapriżi tal-istat, jirriformaw is-settur tan-negozju, jinkoraġġixxu l-imprenditorija, jappoġġaw l-SMEs, inaqqsu d-dejn pubbliku, jesternalizzaw l-ispejjeż realistiċi tal-għajxien lill-popolazzjoni u jtejbu l-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol;

(cb)

li jesprimu t-tħassib tagħhom dwar regolamenti tal-istat li huma ta' ħsara għas-settur privat, b'mod partikolari r-rekwiżit li titħallas paga minima li ma tkunx inqas mill-paga medja tal-għaxar intrapriżi tal-Istat bl-akbar suċċess;

(cc)

li jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-korruzzjoni sistemika prevalenti fuq skala kbira fl-istituzzjonijiet pubbliċi u l-kumpaniji tal-istat Belarussu, iħeġġu u jappoġġaw investigazzjonijiet u kampanji ta' informazzjoni kontra l-korruzzjoni, jesprimu tħassib dwar il-fastidju u l-persekuzzjoni ta' ġurnalisti li jirrapportaw każijiet ta' korruzzjoni, u jinsistu fuq ambjent sikur għall-ġurnalisti investigattivi u għall-informaturi;

(cd)

li jinsistu li titwettaq investigazzjoni komprensiva dwar il-flussi finanzjarji tal-familja ta' Aliaksandr Lukashenka u tal-assoċjati tiegħu, inklużi l-attivitajiet tal-intrapriżi tal-istat Belarussu f'żoni offshore, kif ukoll dwar l-iskemi ta' korruzzjoni ta' intrapriżi Belarussi;

(ce)

li jilqgħu u jinkoraġġixxu d-diversifikazzjoni tal-enerġija tal-Belarussja, u t-tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq ir-Russja permezz ta' importazzjonijiet ta' żejt u gass minn fornituri ġodda, inkluż mit-territorju tal-UE; li jinkoraġġixxu wkoll it-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali u l-iżvilupp ta' sorsi alternattivi ta' enerġija;

(cf)

li jenfasizzaw l-importanza li l-UE tagħti lill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta' Pariġi tal-2015, u jinkoraġġixxu lill-Belarussja ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-UE dwar kwistjonijiet ambjentali bil-ħsieb ta' trasformazzjoni ekoloġika, effiċjenza enerġetika, sostenibbiltà u newtralità klimatika, u biex tuża l-opportunitajiet offruti mis-Sħubija tal-Effiċjenza Enerġetika u Ambjentali tal-Ewropa tal-Lvant, filwaqt li jinsistu li jrid jieqaf il-fastidju ta' attivisti ambjentali; li jistiednu lill-Belarussja żżid l-isforzi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u timplimenta l-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-oqsma kollha tat-tfassil tal-politika;

(cg)

li jenfasizzaw l-inizjattivi fil-qafas tas-Sħubija Ambjentali tad-Dimensjoni tat-Tramuntana (NDEP), li għandhom l-għan li jindirizzaw il-problemi ambjentali l-aktar urġenti fiż-żona;

Il-kuntatti bejn il-persuni

(ch)

li jsostnu li l-UE hija interessata fl-akbar ammont ta' kuntatti possibbli bejn in-nies bħala l-aħjar mod kif l-UE u l-Belarussja jersqu eqreb ta' xulxin, kif ukoll biex jiġu promossi l-fehim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattika; li jippromwovu programmi ta' skambju b'rekord ippruvat, bħall-Iskema ta' Mobilità għal Kuntatti Mmirati bejn il-Persuni (MOST), u jtennu li l-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża huwa espressjoni tanġibbli ta' din il-politika;

(ci)

li jilqgħu l-progress fl-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Mobilità u l-Ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viżi u r-riammissjoni bħala parti minn ambjent ta' mobilità sikur u ġestit tajjeb bejn l-UE u l-Belarussja;

(cj)

li jirrikonoxxu u jagħmlu użu mill-fatt li l-mobilità dejjem akbar bejn l-UE u l-Belarussja żżid l-esponiment taċ-ċittadini għall-valuri Ewropej u s-sostenn għat-trasformazzjoni demokratika;

(ck)

li jesploraw possibbiltajiet għal vjaġġar mingħajr viża għal ċittadini Belarussi sabiex il-kuntatt bejn il-persuni ma jibqax ostaġġ tal-prinċipji mhux demokratiċi tal-awtoritajiet Belarussi;

(cl)

li jappoġġaw il-kooperazzjoni u l-moviment transfruntier bejn il-Belarussja u l-Istati Membri ġirien tal-UE, b'mod partikolari billi jħeġġu lill-awtoritajiet Belarussi jimplimentaw ir-reġim tat-traffiku lokali tal-fruntiera mal-Litwanja, li jibbenefika lil dawk li jgħixu f'żona ta' 50 kilometru fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera;

(cm)

li jirrikonoxxu r-rwol tad-dijaspora Belarussa fil-qawmien demokratiku fil-Belarussja u l-involviment tal-membri tagħha fl-Istati Membri tal-UE bħala atturi importanti fi djalogu nazzjonali fil-Belarussja;

(cn)

li jappoġġaw il-kooperazzjoni fl-isfera tal-kultura permezz ta' programmi bħal Ewropa Kreattiva, u b'mod partikolari permezz ta' proġetti mmirati lejn it-trawwim tal-kreattività, li jinvolvu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u inizjattivi fil-livell lokali; li jippromwovu u jimmobilizzaw is-solidarjetà Ewropea mas-soċjetà Belarussa permezz ta' manifestazzjonijiet kulturali;

(co)

li jintensifikaw l-isforzi biex jiżguraw li ż-żgħażagħ fil-Belarussja jkunu jistgħu jibbenefikaw minn edukazzjoni ta' kwalità aħjar permezz ta' progress fl-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja u żieda fil-mobilità akkademika u f'opportunitajiet ta' studju fl-UE permezz tal-programm Erasmus+, li jistgħu jikkontribwixxu, b'mod reali u fit-tul, għal bidla fil-mentalità fil-Belarussja u għat-trasferiment naturali tal-valuri Ewropej lejn il-pajjiż u d-demokratizzazzjoni tiegħu;

(cp)

li jappoġġaw liż-żgħażagħ Belarussi li minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-protesti nazzjonali se jkunu mċaħħda mill-edukazzjoni fil-Belarussja, u jipprovdulhom boroż ta' studju biex jistudjaw fl-istituzzjonijiet edukattivi tal-Istati Membri tal-UE;

(cq)

li jżommu l-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-Università Ewropea tal-Istudji Umanistiċi (EHU), università Belarussa fl-eżilju f'Vilnius;

(cr)

li jipprovdu boroż ta' studju għall-akkademiċi li tilfu l-pożizzjonijiet ta' tagħlim u riċerka tagħhom minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-protesti;

(cs)

li jipprovdu assistenza umanitarja urġenti, inklużi viżi u boroż ta' studji ta' Schengen, lil atleti u lill-membri tal-familja tagħhom li ġew miċħuda minn introjtu minħabba l-pożizzjoni politika tagħhom u li kellhom iġarrbu atti ta' repressjoni fiżiku u psikoloġika mir-reġim ta' Lukashenka;

(ct)

li jappoġġaw programmi edukattivi favur ir-riorjentazzjoni professjonali tal-impjegati taċ-ċivil Belarussi li tkeċċew jew li telqu mis-servizz pubbliku b'mod volontarju;

(cu)

li jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni fid-dwal tat-tifqigħa tal-COVID-19 fil-Belarussja;

(cv)

li jirrikonoxxu li ħafna mill-ilħna tar-rivoluzzjoni demokratika li għaddejja fil-Belarussja huma gradwati mill-universitajiet tal-Istati Membri tal-UE jew parteċipanti fi programmi differenti appoġġati mill-UE li għandhom l-għan li jżidu l-kwalifiki professjonali tagħhom u jippermettu attivitajiet professjonali;

(cw)

li jinkoraġġixxu lill-komunità tax-xjenza tal-Belarussja biex iżżid il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet Ewropej tagħha u tagħmel użu sħiħ minn Orizzont Ewropa;

(cx)

li jsaħħu l-programmi ta' appoġġ għad-demokrazija u l-komunikazzjoni strateġika, u jappoġġaw sensibilizzazzjoni akbar tal-komunitajiet lokali, lil hinn mill-koorti tradizzjonali “pro-Ewropej”;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1)  ĠU L 181, 9.6.2020, p. 3.

(2)  ĠU L 180, 9.6.2020, p. 3.

(3)  ĠU C 224, 27.6.2018, p. 135.

(4)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 60.

(5)  ĠU C 390, 18.11.2019, p. 100.

(6)  ĠU C 11, 13.1.2020, p. 18.

(7)  Testi adottati, P9_TA(2020)0231.

(8)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/240


P9_TA(2020)0281

Rakkomandazzjoni lill-VP/RGħ u lill-Kunsill fl-ambitu tat-tħejjija tal-proċess tal-10 rieżami tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), tal-kontroll tal-armi nukleari u tal-opzjonijiet ta' diżarm nukleari

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2020 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar it-tħejjija tal-proċess tal-10 rieżami tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), tal-kontroll tal-armi nukleari u tal-opzjonijiet ta' diżarm nukleari (2020/2004(INI))

(2021/C 404/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill tat-13 ta' April 2000 dwar il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2000 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari (TNP) (2) u tal-25 ta' April 2005 dwar il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2005 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/212/PESK tad-29 ta' Marzu 2010 relatata mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni tal-Armi Nukleari (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015 dwar id-Disa' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet fit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva tat-12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2019 dwar l-Iran,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2019/615 tal-15 ta' April 2019 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta' Armi Nukleari (5),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2019/938 tas-6 ta' Ġunju 2019 b'appoġġ għal proċess ta' tisħiħ tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi l-oħra kollha ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani (6),

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (2018), tal-14 ta' Ġunju 2019,

wara li kkunsidra l-obbligi skont it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari skont liema l-Istati partijiet kollha jimpenjaw ruħhom li jaħdmu favur id-diżarm nukleari b'intenzjoni tajba u jtemmu t-tellieqa għall-armi nukleari,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari (TPNW), adottat fin-Nazzjonijiet Uniti fis-7 ta' Lulju 2017 u miftuħ għall-iffirmar fl-20 ta' Settembru 2017,

wara li kkunsidra l-komunikat adottat fis-Summit ta' Varsavja tan-NATO tal-2016,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari tal-20 ta' Settembru 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tat-2 ta' Awwissu 2019 dwar it-Trattat dwar il-Forzi Nukleari fuq Distanza Intermedja,

wara li kkunsidra t-Trattat START il-ġdid, iffirmat mill-Istati Uniti u mill-Federazzjoni Russa u li ilu fis-seħħ mill-5 ta' Frar 2011,

wara li kkunsidra d-dokument finali adottat fil-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2000 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,

wara li kkunsidra d-dokument finali adottat fil-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,

wara li kkunsidra d-dokument informali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-2018 bit-titolu “Securing Our Common Future: An Agenda for Disarmament” (Niżguraw il-Futur Komuni Tagħna: Aġenda għad-Diżarm),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma “Unlocking disarmament diplomacy through a ‘stepping stone’ approach” (L-Attivazzjoni tad-diplomazija tad-diżarm permezz ta' approċċ “pass pass”), imressaq mill-Iżvezja lill-Kumitat ta' Tħejjija tal-Konferenza tal-10 Reviżjoni tal-Partijiet għat-TNP,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma “Operationalising the Creating of an Environment for Nuclear Disarmament (CEND) Initiative” (L-Operazzjonalizzazzjoni tal-Inizjattiva dwar il-Ħolqien ta' Ambjent għad-Diżarm Nukleari), imressaq mill-Istati Uniti lill-Kumitat ta' Tħejjija tal-Konferenza tal-10 Reviżjoni tal-Partijiet għat-TNP,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma “The Treaty on the Non-Proliferation of Nuclear Weapons at 50: a brief assessment by the European Union” (It-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari fil-ħamsin anniversarju tiegħu: valutazzjoni qasira mill-Unjoni Ewropea), imressaq mill-Unjoni Ewropea lill-Kumitat ta' Tħejjija tal-Konferenza tal-10 Reviżjoni tal-Partijiet għat-TNP,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma “Proposals by the Non-Proliferation and Disarmament Initiative to enhance transparency for strengthening the review process for the Treaty on the Non-Proliferation of Nuclear Weapons” (Proposti mill-Inizjattiva ta' Nonproliferazzjoni u Diżarm biex tissaħħaħ it-trasparenza għat-tisħiħ tal-proċess ta' reviżjoni għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari), imressaq mill-membri tal-Inizjattiva ta' Nonproliferazzjoni u Diżarm (l-Awstralja, il-Kanada, iċ-Ċilì, il-Ġermanja, il-Ġappun, il-Messiku, in-Netherlands, in-Niġerja, il-Filippini, il-Polonja, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda) lill-Kumitat ta' Tħejjija għall-Konferenza tal-10 Reviżjoni tal-Partijiet għat-TNP,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tad-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) u l-Viċi President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u l-Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI) tas-26 ta' Awwissu 2020,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-IAEA dwar l-applikazzjoni ta' salvagwardji fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea tal-20 ta' Awwissu 2018, tad-19 ta' Awwissu 2019 u tat-3 ta' Settembru 2020,

wara li kkunsidra l-avviż tad-deċiżjoni tal-Istati Uniti li tirtira mit-Trattat dwar is-Sema Miftuħ mogħti fit-22 ta' Mejju 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0020/2020),

A.

billi t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) bla dubju kien l-iktar strument internazzjonali importanti fir-regolamentazzjoni tar-reġim nukleari f'dawn l-aħħar ħamsin sena; billi huwa pedament tal-istabbiltà strateġika globali u bastjun insostitwibbli kontra r-riskju ta' proliferazzjoni ta' armi nukleari; billi kkontribwixxa b'mod sinifikanti biex titnaqqas l-arsenal nukleari u jiġi ffaċilitat l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari; billi huwa trattat matur u pragmatiku, kważi universali u b'rata ta' konformità għolja; billi fl-1995, l-Istati partijiet għat-TNP qablu li jestendu t-TNP indefinittivament; billi fl-2015 ma ntlaħaqx ftehim dwar dokument ta' eżitu sostanzjali, huwa importanti immens li l-10 Konferenza ta’ reviżjoni tkun suċċess;

B.

billi sa mill-1968 it-TNP wassal biex għadd ta' pajjiżi, fl-Ewropa, l-Amerka Latina, l-Afrika, l-Asja u l-Paċifiku rrinunzjaw għall-armi nukleari; billi kkontribwixxa favur l-iżvilupp paċifiku tal-enerġija nukleari; billi wassal għal tnaqqis drastiku fl-arsenali tal-armi nukleari fiż-żmien ta' wara l-Gwerra Bierda; billi huma ftit biss l-Istati li żviluppaw arsenali ta' armi nukleari barra mit-TNP;

C.

billi t-tliet pilastri tat-TNP, jiġifieri, in-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, huma komplementari, isaħħu lil xulxin u huma marbutin b'mod inseparabbli; billi kwalunkwe progress futur lejn id-diżarm u l-eliminazzjoni totali tal-armi nukleari jirrikjedi l-preservazzjoni tan-normi eżistenti kontra l-proliferazzjoni ta' armi simili; billi t-TNP ippermetta l-istabbiliment ta' sistema internazzjonali ta' salvagwardja;

D.

billi l-konferenzi ta' reviżjoni perjodiċi tat-TNP għandhom l-għan li jevalwaw l-implimentazzjoni tat-TNP u jfasslu pjan direzzjonali biex jinkiseb progress abbażi ta' approċċ gradwali; billi l-proċess ta' reviżjoni jirrappreżenta opportunità ta' darba kull ħames snin, biex l-Istati partijiet jippromwovu u jsaħħu r-reġim ta' nonproliferazzjoni nukleari;

E.

billi l-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010 tenniet l-għan aħħari li jissaħħaħ ir-reġim ta' nonproliferazzjoni, bl-Istati tat-TNP jimpenjaw ruħhom mill-ġdid għad-dispożizzjonijiet bażiċi tat-TNP u jadottaw pjan ta' azzjoni ta' 64 punt li jinkludi, fost karatteristiċi oħra, pjanijiet ta' azzjoni speċifiċi dwar in-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, abbażi ta' azzjonijiet konkreti u li jistgħu jitkejlu li l-Istati partijiet għandhom jieħdu bħala appoġġ għat-tliet pilastri;

F.

billi fit-taqsima dwar id-diżarm nukleari, l-Istati partijiet, inklużi l-Istati li huwa magħruf li għandhom armi nukleari, impenjaw ruħhom għall-ewwel darba li jħaffu l-progress reali dwar id-diżarm u finalment jiksbu l-eliminazzjoni totali tal-arsenali nukleari tagħhom, kemm dawk skjerati kif ukoll dawk li mhumiex; billi l-azzjonijiet miftiehma fl-ambitu tal-pilastru ta' nonproliferazzjoni jkopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, bħalma huma r-rinfurzar tas-salvagwardji, l-appoġġ lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), il-protezzjoni fiżika ta' materjal nukleari, il-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ ta' protokolli addizzjonali, is-salvagwardji għal esportazzjonijiet relatati mal-armi nukleari, it-trasferimenti ta' teknoloġija nukleari, u t-terroriżmu nukleari;

G.

billi l-prinċipju ta' trasparenza huwa element indispensabbli tad-diżarm nukleari peress li jgħin biex tingħata ċarezza dwar l-arsenali eżistenti u jirfed il-proċess ta' verifika; billi t-trasparenza tgħin biex tissaħħaħ il-fiduċja u tiġi stabbilita bażi komuni għal djalogu bħala prekundizzjoni għat-tnaqqis, u fl-aħħar mill-aħħar, għall-eliminazzjoni tal-armi nukleari; billi r-rapporti lill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA huma għodda importanti għal trasparenza dwar l-issodisfar tal-obbligi ta' nonproliferazzjoni minn Stati li m'għandhomx armi nukleari;

H.

billi d-dispożizzjonijiet tat-TNP jirrispettaw id-dritt tal-Istati li jużaw l-enerġija nukleari għal skopijiet paċifiċi, u jipparteċipaw fl-iskambju ta' tagħmir, materjali u informazzjoni xjentifika u teknoloġika dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, filwaqt li joffru trattament preferenzjali lill-Istati li ma għandhomx armi nukleari, u jagħtu kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

I.

billi n-norma kontra l-ittestjar tappoġġja kemm il-pilastru ta' nonproliferazzjoni kif ukoll il-pilastru ta' diżarm, b'hekk tgħin ukoll ħalli l-Istati li potenzjalment għandhom armi nukleari jevitaw milli jippruvaw li jiżviluppaw u jakkwistaw armi nukleari; billi l-Istati partijiet huma impenjati li jastjenu minn kwalunkwe tip ta' splużjoni nukleari u milli jużaw teknoloġiji ġodda ta' armi nukleari, sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT); billi l-Istati kollha li għandhom armi nukleari impenjaw ruħhom li jirratifikaw is-CTBT mingħajr dewmien; billi lkoll qablu wkoll li għandhom jiġu varati mingħajr iktar dewmien in-negozjati għal trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għall-użu fl-armi nukleari;

J.

billi t-TNP ħejja l-pedament għall-istabbiliment ta' żoni ħielsa mill-armi nukleari madwar id-dinja; billi l-istabbiliment ta' Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari fil-Lvant Nofsani (MENWFZ) huwa wieħed mill-għanijiet fit-tul tal-UE; billi l-UE dan l-aħħar allokat baġit għall-attivitajiet immirati lejn it-trawwim ta' djalogu inklużiv fost l-esperti u dawk li jfasslu l-politiki, bil-għan li jiġi promoss l-impenn favur l-istabbiliment ta' Żona Ħielsa minn Armi ta' Qerda Massiva (ŻĦAQM) fil-Lvant Nofsani;

K.

billi fid-dikjarazzjoni politika adottata, bl-astensjoni tat-28 Stat Membru tal-UE, fl-ewwel sessjoni tal-Konferenza dwar l-Istabbiliment ta' Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari u mill-Armi kollha l-oħra ta' Qerda Massiva (AQM) fil-Lvant Nofsani li saret New York f'Novembru 2019, il-bqija tal-membri parteċipanti impenjaw ruħhom li jaħdmu favur l-abbozzar ta' trattat ġuridikament vinkolanti biex tiġi stabbilita żona ħielsa mill-armi nukleari u minn AQM oħra fil-Lvant Nofsani;

L.

billi sa mid-dħul fis-seħħ tat-TNP fl-1970, nofs il-konferenzi ta' reviżjoni naqsu milli jiksbu kunsens dwar dikjarazzjoni finali sinifikanti u li l-aħħar dikjarazzjoni finali ġiet adottata waqt il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010;

M.

billi l-10 Konferenza ta' Reviżjoni se ssir f'kuntest ta' sigurtà internazzjonali partikolarment problematiku, minħabba n-nuqqas ta' progress fid-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana, l-irtirar tal-Istati Uniti mill-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal-Iran, l-allegat ksur min-naħa tal-Iran u l-ilmenti formali b'risposta minn Franza, ir-Renju Unit u l-Ġermanja li attivaw il-mekkaniżmu tal-PAKK għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-kollass tat-Trattat INF, u l-istall fin-negozjati għall-estensjoni tat-Trattat START il-ġdid bejn ir-Russja u l-Istati Uniti; billi l-livell attwali ta' nuqqas ta' qbil u ta' firda fost il-191 Stat parti tat-TNP, li għandhom armi nukleari u dawk li ma għandhomx, fir-rigward tal-aħjar approċċ biex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-armi nukleari se jżid sfida oħra għad-dibattitu;

N.

billi diversi Stati li għandhom armi nukleari qed jippjanaw li jimmodernizzaw jew li bħalissa qed jimmodernizzaw l-armi nukleari tagħhom jew il-vetturi tagħhom, u billi wħud minnhom qed ibaxxu l-limiti għall-użu ta' dawn l-armi fid-duttrini militari nazzjonali rispettivi tagħhom;

O.

billi l-Memorandum ta' Budapest tal-1994, iffirmat mill-Ukrajna, ir-Russja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit, ta garanziji ta' sigurtà kontra theddid jew l-użu ta' forza kontra l-integrità territorjali jew l-indipendenza politika tal-Ukrajna, bi skambju għar-rinunzja tal-arsenal nukleari tagħha u tal-adeżjoni tagħha mat-TNP; billi d-deċiżjoni tar-Russja li ma tirrispettax il-garanziji ta' sigurtà fornuti lill-Ukrajna mill-Memorandum ta' Budapest, u n-nuqqas ta' rispett tar-Russja għad-dritt internazzjonali kellhom effetti dannużi fuq il-klima tad-diżarm nukleari u t-taħditiet dwar in-nonproliferazzjoni;

P.

billi l-kuntest ta' sigurtà globali qed imur għall-agħar u qed jiġi aggravat b'nuqqas ta' fiduċja dejjem ikbar fost in-nazzjonijiet, u t-teknoloġiji l-ġodda ppromwovew il-modernizzazzjoni tal-arsenali, fatt li żied ir-riskji għas-sigurtà globali, b'mod partikolari b'rabta mal-possibbiltà ta' ċiberattakki kontra l-armi nukleari, is-sistemi ta' kmand, kontroll u twissija bikrija tagħhom, kif ukoll permezz ta' rwol dejjem ikbar tal-armi nukleari fil-politiki, l-istrateġiji u d-duttrini nazzjonali, li jwasslu għal riskju ta' tellieqa globali ġdida għall-armi nukleari; billi numru dejjem ikbar ta' Stati qed jimmira li jikseb armi nukleari għall-użu fil-kamp tal-battalja;

Q.

billi jeżisti riskju sinifikanti li l-potenzi militari ewlenin mhux se jibqgħu jirrikorru iktar għall-kontroll tal-armi u d-diżarm biex itaffu t-tensjonijiet internazzjonali u jtejbu l-klima ta' sigurtà globali, u dan, fl-aħħar mill-aħħar, jerġa' jagħti prijorità lill-armi nukleari fil-qalba tal-ekwilibriji strateġiċi u għaldaqstant iżid ir-riskji nukleari fid-dinja kollha;

R.

billi l-arsenali nukleari globali jirrappreżentaw kważi 14 000 testata nukleari u l-Istati Uniti u r-Russja għandhom f'idejhom iktar minn 90 % ta' dak l-arsenal; billi anke użu limitat tal-armi nukleari jkollu konsegwenzi umanitarji diżastrużi, peress li l-ebda Stat jew organizzazzjoni internazzjonali ma għandhom il-kapaċità li jindirizzaw il-konsegwenzi immedjati ta' tali attakk u jagħtu assistenza adegwata lill-vittmi;

S.

billi l-estensjoni tat-Trattat START bilaterali l-ġdid bejn l-Istati Uniti u l-Federazzjoni Russa, li kellu bħala l-għan ewlieni tiegħu li jkompli jnaqqas b'mod verifikabbli l-ħażniet ta' armi nukleari li ġew stabbiliti bħala riżultat tat-tellieqa għall-armi li kien hemm matul il-Gwerra Bierda, u li kien jillimita l-għadd ta' testati nukleari strateġiċi użati minn kull naħa għal 1 550 sal-iskadenza tiegħu fi Frar 2021, jirrappreżenta element ewlieni fil-preservazzjoni tal-istabbiltà strateġika u fil-prevenzjoni ta' tellieqa ġdida għall-armi;

T.

billi l-Istati Uniti ħabbret l-irtirar tagħha mit-Trattat dwar is-Sema Miftuħ, li għandu jsir effettiv fit-22 ta' Novembru 2020; billi t-Trattat dwar is-Sema Miftuħ kien strument ewlieni għall-kontroll tal-armi li kkontribwixxa għall-bini tal-fiduċja;

U.

billi n-NATO esprimiet l-appoġġ qawwi tagħha għall-implimentazzjoni sħiħa tat-TNP, u impenjat ruħha li toħloq il-kundizzjonijiet għal dinja mingħajr armi nukleari, f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tat-TNP, abbażi ta' approċċ gradwali;

V.

billi l-inizjattiva mmexxija mill-Istati Uniti bl-isem “Creating an Environment for Nuclear Disarmament” (Il-ħolqien ta' kuntest għad-diżarm nukleari) (CEND), li tistabbilixxi l-kompiti li jeħtieġ li jitwettqu biex jinħolqu kundizzjonijiet għad-diżarm, għandha l-għan li tmur lil hinn mill-approċċ gradwali tradizzjonali bil-għan li tindirizza d-deterjorament tal-klima ta' sigurtà ta' bħalissa;

W.

billi l-approċċ “pass pass”, ippreżentat mill-Iżvezja, jintroduċi passi inkrimentali, li jistgħu jintlaħqu b'mod iktar faċli f'erba' oqsma ewlenin immirati biex jiżviluppaw drawwiet ta' kooperazzjoni, inaqqsu l-importanza tal-armi nukleari, iżidu t-trasparenza u jnaqqsu r-riskji nukleari, u li b'hekk ikunujippermettu li jintlaħqu l-objettivi ta' diżarm eżistenti;

X.

billi l-metodi użati fiċ-ċiberattakki, bħall-manipulazzjoni tad-data, l-interferenzi diġitali u ċ-ċiberspoofing jistgħu jipperikolaw l-integrità tal-komunikazzjonijiet, u jwasslu għal żieda fl-inċertezza fit-teħid tad-deċiżjonijiet; billi fi żminijiet ta' kriżi dawn iċ-ċiberattakki fuq is-sistemi ta' armi nukleari jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni, inkluż għall-illanċjar involontarju ta' testati nukleari;

Y.

billi d-djalogu u d-diplomazija multilaterali taw prova li huma għodod effikaċi fil-prevenzjoni tal-kriżi ta' proliferazzjoni u fl-eskalazzjoni tal-kunflitti, kif muri mill-PAKK, li huwa meqjus bħala kisba storika u element ewlieni fir-reġim ta' nonproliferazzjoni globali;

Z.

billi, fir-rigward ta' armi ta' qerda massiva, ma kienx hemm tibdil fl-istatus tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), li fl-2003 rtirat mit-Trattat u li kisbet il-kapaċità li timmanifattura armi nukleari minkejja s-sanzjonijiet internazzjonali b'saħħithom kontriha; billi, skont ir-Rapporti Annwali tal-IAEA għall-2018 u għall-2019, Pyongyang kompliet għaddejja bl-attivitajiet nukleari tiegħu; billi matul l-2020 ġiet irrapportata attività mis-siti nukleari tar-RDPK; billi r-RDPK allegatament wettqet test fuq l-art ta' mutur rokit bi propellant likwidu kbir fis-7 ta' Diċembru 2019; billi fl-1 ta' Jannar 2020 ir-RDPK ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirrevoka l-moratorju fuq l-illanċjar ta' missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) u l-ittestjar nukleari; billi l-prospettivi ta' passi konkreti lejn id-denuklearizzazzjoni tar-reġjun fuq perjodu ta' żmien qasir huma limitati ħafna; billi l-Korea ta' Fuq tibqa' titqies theddida nukleari u ballistika għar-reġjun u għad-dinja;

AA.

billi f'dawn l-aħħar għaxar snin, fiċ-Ċirku Artiku, kien hemm żieda drastika fin-numru ta' bastimenti li jaħdmu bl-enerġija nukleari; billi l-preżenza ta' materjal radjoloġiku u nukleari fl-Artiku tirrappreżenta riskju ta' inċidenti jew inkonvenjenti serji;

AB.

billi l-10 Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP, li inizjalment kienet skedata li ssir mis-27 ta' April sat-22 ta' Mejju 2020, kellha tiġi posposta minħabba l-pandemija tal-coronavirus;

1.

Jirrakkomanda lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

(a)

li jtennu li multilateraliżmu effikaċi u ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli huma prekundizzjonijiet kontra l-proliferazzjoni ta' armi nukleari biex javvanza d-diżarm nukleari; li jaffermaw mill-ġdid li t-TNP huwa pedament tan-nonproliferazzjoni nukleari u tar-reġim tad-diżarm, bastjun vitali kontra r-riskju ta' proliferazzjoni nukleari, u qafas insostitwibbli għaż-żamma u t-tisħiħ tal-paċi u tas-sigurtà fid-dinja kollha;

(b)

li jaffermaw mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tal-UE u tal-Istati Membri tagħha favur it-TNP u t-tliet pilastri tiegħu ta' nonproliferazzjoni, diżarm u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, li jsaħħu lil xulxin, u jikkonfermaw il-validità tal-approċċ gradwali preċedenti bbażat fuq impenji magħmula matul il-proċessi ta' reviżjoni tal-passat, b'mod partikolari fl-1995, fl-2000 u fl-2010; li jenfasizzaw li approċċ ibbilanċjat bejn it-tliet pilastri huwa essenzjali għal eżitu pożittiv tal-10 Konferenza ta' Reviżjoni, u għall-adozzjoni ta' miżuri konkreti, effikaċi u konsenswali li jippermettu l-iżvilupp tal-impenji preċedenti; li jenfasizzaw ir-rwol importanti tal-UE biex tiffaċilita politiki orjentati lejn il-paċi u l-promozzjoni tal-istabbiltà internazzjonali;

(c)

li jiżguraw mingħajr dewmien l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tifformalizza l-pożizzjoni komuni tal-UE dwar il-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP;

(d)

li jenfasizzaw li t-TNP kien indispensabbli għall-paċi u s-sigurtà fid-dinja għal ħames deċennji;

(e)

li jibqgħu joffru appoġġ għall-attivitajiet li jwasslu għall-10 Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet għat-TNP, permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1,3 miljun għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, li jinkludu tliet seminars tematiċi li jkopru l-pilastri ta' diżarm, nonproliferazzjoni u l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, erba' laqgħat reġjonali, u żewġ avvenimenti sekondarji; li jibqgħu jirrispettaw l-għanijiet ewlenin tal-attivitajiet tal-UE, b'mod partikolari rigward it-tisħiħ tal-fiduċja, is-sensibilizzazzjoni dwar l-ostakli u l-oqsma b'potenzjal ta' konverġenza, kif ukoll l-iżvilupp ta' kontributi għal pjan direzzjonali għal eżitu ta' suċċess tal-10 proċess ta' reviżjoni;

(f)

li jibqgħu jenfasizzaw li kwalunkwe approfondiment ulterjuri tad-diverġenzi fost l-istati se jwassal għall-iskreditar progressiv tat-TNP bħala strument ġuridiku globali affidabbli u għat-tnaqqir tar-reġim ta' diżarm globali, biex b'hekk jiżdied ir-riskju ta' proliferazzjoni ulterjuri ta' armi nukleari globali; li jwissu lill-Istati partijiet li, minħabba n-nuqqas ta' kunsens fil-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2015 u fil-kumitati ta' tħejjija, il-futur tat-TNP ma jistax jittieħed iktar bħala fatt jekk ma jkunx hemm l-impenn ċar tal-Istati partijiet;

(g)

li jfakkru lill-Istati partijiet li l-ħamsin anniversarju tat-TNP jikkoinċidi mal-10 Konferenza ta' Reviżjoni, fatt li jista' jagħti spinta favur il-parteċipazzjoni fi djalogu sinċier u orjentat lejn ir-riżultati bil-ħsieb li terġa' tinkiseb klima ta' fiduċja reċiproka, li jkollha l-għan li twessa' l-oqsma ta' konverġenza u tidentifika bażi komuni sabiex id-diskussjonijiet jimxu 'l quddiem, bil-għan aħħari jkun li jadottaw dokument kondiviż li jirrikonoxxi id-diżarm nukleari u l-eliminazzjoni totali tal-armi nukleari bħala objettivi komuni konformi mal-Artikolu VI tat-TNP;

(h)

li jitolbu tmexxija politika b'saħħitha li tappoġġja l-konferenza ta' reviżjoni tat-TNP; li jwasslu messaġġ lill-Istati partijiet tat-TNP li l-parteċipazzjoni tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern fil-konferenza tkun turija tal-importanza li l-Istati jagħtu lit-TNP u lill-proċess ta' reviżjoni; li jistiednu lir-rappreżentanti tal-Istati partijiet jisfruttaw l-opportunità mogħtija mill-għaxar Konferenza ta' Reviżjoni biex jaffermaw mill-ġdid li “gwerra nukleari ma tistax tintrebaħ u qatt ma għandha tiġi miġġielda”;

(i)

li jenfasizzaw li l-applikazzjoni selettiva tat-Trattat jew in-nuqqas ta' konformità mal-memoranda tat-TNP minn xi Stati partijiet, tnawwar il-fiduċja fis-sistema kollha tat-TNP; li jistiednu lill-firmatarji kollha tat-TNP jiżguraw ir-rispett tal-impenji li ħadu;

(j)

li jilqgħu l-fatt li l-armi nukleari ma ntużawx għal 72 sena; li jwissu lill-Istati partijiet tat-TNP li kwalunkwe espansjoni tas-sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jintużaw l-armi nukleari tista' tipperikola serjament l-istabbiltà strateġika globali u l-prattika ta' nuqqas ta' użu;

(k)

li jistiednu lill-Istati kollha, sabiex f'dak li jikkonċerna l-armi nukleari u t-teknoloġiji relatati tal-vetturi, jirrikonoxxu li r-reġimi ta' kontroll, diżarm u nonproliferazzjoni huma għodod kruċjali li jsaħħu l-fiduċja u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali biex ireġġgħu lura d-deterjorament tal-klima ta' sigurtà internazzjonali, biex b'hekk jipprevjenu gwerer kbar bejn l-istati u jżommu l-paċi u s-sigurtà;

(l)

li jenfasizzaw li huwa essenzjali li ssir verifika effettiva tad-diżarm nukleari biex tinkiseb dinja ħielsa mill-armi nukleari; li jkomplu u jintensifikaw l-isforzi, inkluża l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili, biex jindirizzaw l-isfidi tal-proċess ta' verifika fir-rispett tar-rekwiżiti ta' sikurezza, sigurtà u nonproliferazzjoni; li jaffermaw mill-ġdid li proċess realistiku ta' limitazzjoni tal-armi u ta' bini tal-fiduċja biss li se jikkontribwixxi għall-istabbiltà strateġika u għal sigurtà kondiviża;

(m)

li jħeġġu lill-Istati partijiet jagħmlu ħilithom ħalli jinkiseb iktar progress fil-proċessi ta' kontroll tal-armi u ta' diżarm nukleari, b'mod partikolari bit-tnaqqis ġenerali fil-ħażna dinjija ta' armi nukleari, u biex jiżguraw li x-xejra ta' tnaqqis tal-arsenal nukleari, li laħqet l-ogħla livell tagħha fl-1986, ma titreġġax lura; li jwasslu messaġġ li t-TNP għandu jintuża bħala pjattaforma għall-isforzi diplomatiċi kollha f'dan ir-rigward;

(n)

li jħeġġu lill-Istati Uniti u r-Russja jsaħħu l-fiduċja reċiproka bil-għan li jkomplu d-djalogu dwar il-modi possibbli li bihom tinbena relazzjoni ġdida għall-kontroll tal-armi; li jenfasizzaw li impenn ċar mir-Russja u l-Istati Uniti, qabel l-10 Konferenza ta' Reviżjoni dwar it-TNP, bil-għan li jestendu t-Trattat START ġdid qabel Frar 2021, ikun jirrappreżenta kontribut importanti għall-konferenza ta' reviżjoni; li jħeġġu bil-qawwa liż-żewġ partijiet jinnegozjaw strument ġdid li jinkludi kemm l-armi skjerati u mhux, kif ukoll l-armi strateġiċi u mhux, u li jinkludi liċ-Ċina, fid-dawl tal-akkumulu massiv ta' missili tagħha; li jesprimu tħassib dwar l-iskjerament reċenti, min-naħa tar-Russja, ta' gliders bil-mutur ipersoniċi Avanguard fir-reġjun ta' Orenburg; li jfakkru lir-Russja li l-gliders bil-mutur ipersoniċi Avanguard skjerati kollha, se jkunu soġġetti għal-limitu kumplessiv ta' 1 550 testata nukleari tat-Trattat START il-ġdid, u għad-dispożizzjonijiet ta' verifika assoċjati;

(o)

li jtennu mill-ġdid id-dispjaċir kbir tal-UE fir-rigward tal-falliment reċenti tat-Trattat INF, minħabba l-iskjerament, min-naħa tar-Russja, tas-sistema missilistika SSC-8 mir-Russja, li għandha kapaċità nukleari, hija mobbli u diffiċli biex tinstab, u li tbaxxi l-livell limitu għall-użu ta' armi nukleari f'kunflitt armat, filwaqt li jenfasizzaw l-impatt negattiv sinifikanti li dan għandu fuq is-sigurtà Ewropea u fuq l-arkitettura strateġika għall-kontroll tal-armi nukleari; li jistiednu liż-żewġ firmatarji tat-Trattat INF ikomplu d-djalogu dwar il-modi possibbli li bihom jiġi stabbilit strument ġrudikament vinkolanti ġdid għal missili ta' distanza qasira u medja; li jappoġġjaw l-isforzi għall-multilateralizzazzjoni ta' tali strument għall-pajjiżi l-oħra kollha li għandhom armi ta' dan it-tip, inkluża ċ-Ċina;

(p)

li juru li huma inkwetati bt-tmiem tat-Trattat INF, anke minħabba ż-żieda fir-riskju ta' eskalazzjoni nukleari fil-kontinent Ewropew, partikolarment minħabba l-missili ta' distanza medja;

(q)

li jinkoraġġixxu t-taħditiet dwar il-possibbiltà ta' trattat multilaterali dwar il-missili ballistiċi li jmur lil hinn mit-Trattat INF bejn l-Istati Uniti u r-Russja u li jinkludi partijiet oħrajn;

(r)

li jistiednu lill-Istati Uniti u r-Russja jippreżentaw flimkien dikjarazzjoni lill-partijiet l-oħrajn kollha tat-TNP u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li fiha jistabbilixxu l-passi li se jieħdu wara l-irtirar tagħhom mit-Trattat INF sabiex jiżguraw il-konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu VI tat-TNP; li jwettqu l-passi meħtieġa għal dan il-għan f'isem l-Unjoni;

(s)

li jitolbu lir-Russja tirrispetta l-impenn tagħha minqux fil-Memorandum ta' Budapest u tirrispetta l-garanziji ta' sigurtà offruti lill-Ukrajna;

(t)

li jikkunsidraw li l-irtirar mir-reġimi ta' kontroll tal-armi nukleari jew il-falliment tagħhom huwa preċedent perikoluż għat-TNP; li jżommu quddiem għajnejhom li l-partijiet għat-TNP jistgħu jqisu tali avvenimenti bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali tagħhom, u li l-konsegwenzi li jirriżultaw, jistgħu jiddestabilizzaw it-TNP kollu kemm hu;

(u)

li jsemmgħu dan it-tħassib fl-10 Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet għat-TNP; li jieħdu l-passi diplomatiċi u politiċi meħtieġa biex jeliminaw it-theddida diretta li ġejja mill-armi nukleari b'distanza intermedja, għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

(v)

li jenfasizzaw il-kontribut li sar mill-Istati tan-NATO biex jonoraw l-impenji tagħhom skont it-TNP fir-rigward tat-tnaqqis tal-ħażna ta' armi nukleari b'95 % mit-tmiem tal-Gwerra Bierda, bir-ridefinizzjoni tal-objettivi tagħhom, it-tnaqqis tal-istatus ta' allarm u t-tnaqqis fil-grad tar-rwol tagħhom fid-difiża; li jistiednu lin-NATO u lill-firmatarji tat-TNP l-oħrajn ikomplu bl-isforzi tagħhom favur it-tnaqqis ulterjuri tal-armi nukleari, f'konformità sħiħa mat-TNP, abbażi ta' approċċ gradwali li jippromwovi l-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali;

(w)

li jinnotaw li l-adozzjoni tat-TPNW minn 122 pajjiż, bi 84 stat firmatarju u ratifikat minn 47 Stat, hija xhieda tar-rieda li jintlaħaq l-objettiv ta' dinja ħielsa mill-armi nukleari; li jenfasizzaw li d-diżarm nukleari ma jistax jiġi separat mis-sigurtà kollettiva u jista' jinkiseb biss jekk dak li jkun iqis il-kuntest strateġiku, u għandu jkun parti minn proċess gradwali li jiżgura l-istess livell ta' sigurtà għal kulħadd, filwaqt li jipprevjeni kwalunkwe tellieqa ġdida għall-armi; li jfakkru li, t-Trattat għall-Waqfien tal-Produzzjoni ta' Materjal Fissili, huwa pass essenzjali u insostitwibbli lejn dinja ħielsa mill-armi nukleari, bħala mezz preventiv għall-iżvilupp kwantitattiv tal-arsenali tal-armi nukleari;

(x)

li jikkonfermaw id-dritt tal-partijiet fit-TNP għall-użu paċifiku tal-enerġija nukleari biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' enerġija fit-tul tagħhom, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TNP; li jaħdmu mal-pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw kapaċitajiet f'dan il-qasam diretti lejn użu responsabbli ta' enerġija nukleari purament għal skopijiet paċifiċi, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta' sikurezza, sigurtà u nonproliferazzjoni; li jikkunsidraw miżuri xierqa f'każijiet li fihom dawn il-pajjiżi jonqsu milli jikkooperaw u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha ta' sikurezza, sigurtà u nonproliferazzjoni; li jagħtu għajnuna filwaqt li fl-istess ħin jagħmluha obbligatorja għall-pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw kapaċitajiet għall-użu paċifiku tal-enerġija nukleari biex jiżviluppaw kultura ta' sikurezza nukleari b'saħħitha, u jirrikonoxxu r-rwol u l-valur tal-IAEA u tas-sistema ta' salvagwardji tagħha fl-implimentazzjoni tat-TNP u fit-tisħiħ tal-qafas ta' sigurtà nukleari;

(y)

li jillimitaw it-trasferiment ta' teknoloġija nukleari rilevanti għall-proliferazzjoni għal dawk l-Istati partijiet tat-TNP li kkonkludew u qegħdin jimplimentaw miżuri ta' salvagwardja komprensivi tal-IAEA, biex b'hekk tiġi sostnuta d-deċiżjoni tal-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-1995 biex arranġamenti ġodda ta' provvista għat-trasferiment ta' teknoloġija nukleari sensittiva jkunu jeħtieġu, bħala prekundizzjoni neċessarja, l-aċċettazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja komprensivi tal-IAEA u l-impenji ġuridikament vinkolanti fil-livell internazzjonali biex ma jiġux akkwistati armi nukleari jew mezzi splussivi nukleari oħra;

(z)

li jkomplu l-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi kollha l-oħra ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-1995, li jaħdmu favur l-inizjattivi li jippromwovu t-tisħiħ tal-fiduċja permezz ta' azzjonijiet immirati lejn it-trawwim ta' djalogu inklużiv fost l-esperti u dawk li jfasslu l-politiki, bis-sostenn ta' pakkett finanzjarju ta' EUR 2,86 miljun għall-implimentazzjoni tal-proġetti;

(aa)

li jappoġġjaw l-approċċ reġjonali, bħala wieħed mill-mezzi importanti għall-promozzjoni tad-diżarm u n-nonproliferazzjoni; li jikkunsidraw l-eżitu tal-ewwel sessjoni tal-Konferenza dwar l-Istabbiliment ta' Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari fil-Lvant Nofsani, li jħeġġu lill-Istati parteċipanti kollha jagħmlu ħilithom, fit-tieni sessjoni tal-Konferenza, biex iwettqu progress f'dan ir-rigward;

(ab)

li jirrispettaw il-proposta ta' “approċċ pass pass” imressqa mill-Iżvezja li għandha l-għan li jinbena appoġġ politiku għal impenji pragmatiċi, fuq perjodu qasir u li jistgħu jintlaħqu b'rabta mar-reġim ta' diżarm globali, li l-għanijiet ġenerali tiegħu huma t-tisħiħ mill-ġdid il-fiduċja, l-appoġġ għal miżuri ffokati fuq it-tnaqqis tal-importanza tal-armi nukleari, it-tisħiħ tad-drawwiet ta' kooperazzjoni fost l-istati, it-tnaqqis tar-riskji nukleari u t-tisħiħ tat-trasparenza, bħala passi intermedji biex jiġi ffaċilitat l-issodisfar tal-obbligi eżistenti mill-Istati partijiet;

(ac)

li jistiednu lill-Istati partijiet jiżviluppaw u jistabbilixxu miżuri mmirati biex jonqsu r-riskji tal-użu ta' armi nukleari, kemm intenzjonali kif ukoll aċċidentali; li l-miżuri jistgħu jinkludu t-titjib tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-protokolli, iċ-ċibersigurtà, u l-ħolqien ta' distinzjoni ċara bejn l-materjali konvenzjonali u dawk nukleari, kif ukoll it-titjib tar-reżiljenza għat-theddid ibridu u għaċ-ċiberattakki u ż-żieda fil-ħin disponibbli biex tittieħed deċiżjoni f'mument ta' kriżi;

(ad)

li jappoġġjaw l-impenn biex tissaħħaħ it-trasparenza mill-Istati b'armi nukleari f'konformità mat-13-il pass dwar id-diżarm adottati fil-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2000 tal-Partijiet għat-TNP; li jfakkru li t-titjib ulterjuri tal-mekkaniżmu ta' rapportar bis-sistematizzazzjoni tal-oqfsa ta' rapportar tal-Istati b'armi nukleari jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-istess livell ta' trasparenza fost dawk l-Istati; jitolbu, f'dan il-kuntest, li tingħata attenzjoni speċjali lill-proposti tal-Inizjattiva ta' Nonproliferazzjoni u Diżarm bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza għat-tisħiħ tal-proċess ta' reviżjoni tat-TNP;

(ae)

li jieħdu nota tal-proposta intitolata “Il-ħolqien ta' kuntest għad-diżarm nukleari”, imressqa mill-Istati Uniti lill-Kumitat ta' Tħejjija għall-10 Konferenza ta' Reviżjoni, bil-għan li jiġu identifikati u indirizzati l-fatturi fil-klima ta' sigurtà internazzjonali li jxekklu l-ksib ta' iktar progress fid-diżarm, u li jiġi stabbilit approċċ iktar pragmatiku għad-diżarm u li jingħata kontribut pożittiv għal eżitu pożittiv tal-10 Konferenza ta' Reviżjoni; li jipparteċipaw f'iktar diskussjonijiet dwar il-proposta fil-qafas tal-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2020 u lil hinn minnha;

(af)

li jistiednu lill-Istati kollha jipparteċipaw mingħajr iktar dewmien f'diskussjonijiet dwar it-triq lejn il-varar u t-tlestija ta' waħda mill-prijoritajiet pendenti – it-trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni tal-materjal fissili għall-armi nukleari – bħala pass indispensabbli biex jiġi evitat ir-riskju li titkompla t-tellieqa għall-armi nukleari u bħala pass ewlieni lejn l-eliminazzjoni tal-armi nukleari;

(ag)

li jiżguraw li l-pajjiżi tal-UE jkomplu jsostnu bil-qawwa t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT) u lill-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBTO); li jfakkru wkoll l-importanza u l-urġenza li s-CTBT jidħol fis-seħħ bil-għan li jiġi evitat l-iżvilupp ta' armi ġodda;

(ah)

li jaffermaw mill-ġdid l-impenn kontinwu tal-UE favur il-PAKK bħala l-aħjar mezz possibbli biex jinkisbu l-garanziji min-naħa tal-Iran dwar l-użu esklussivament paċifiku tal-enerġija nukleari, u bħala għodda vitali għat-tisħiħ tal-istabbiltà u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani; li jkomplu jenfasizzaw l-importanza tar-rwol tal-UE biex tinstab it-triq 'il quddiem fir-rigwrad tal-iżgurar tal-ftehim nukleari; li jtennu d-dispjaċir tal-UE dwar l-irtirar tal-Istati Uniti mill-PAKK u l-impożizzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet; li jilqgħu l-oppożizzjoni espressa minn Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit (E3) fin-Nazzjonijiet Uniti għall-mozzjoni tal-Istati Uniti biex jerġgħu jiġu imposti sanzjonijiet fuq l-Iran skont ir-Riżoluzzjoni 2231 tal-KSNU, peress li l-Istati Uniti m'għadhiex parti għall-PAKK; li jilqgħu d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-AEOI u tal-IAEA tas-26 ta' Awwissu 2020 dwar ir-riżoluzzjoni in bona fede tal-kwistjonijiet ta' implimentazzjoni ta' salvagwardja speċifikati mill-IAEA, li skontha l-Iran qed jipprovdi lill-IAEA b'aċċess għaż-żewġ postijiet speċifikati mill-aġenzija u qiegħed jiffaċilita l-attivitajiet ta' verifika tal-IAEA; li jfakkru fir-rwol kruċjali tal-IAEA bħala l-unika organizzazzjoni internazzjonali indipendenti responsabbli għall-monitoraġġ u l-verifika tal-impenji ta' nonproliferazzjoni nukleari; li jistiednu lill-Iran jiżgura konformità sħiħa mal-impenji tiegħu b'rabta mal-armi nukleari skont il-PAKK u t-TNP;

(ai)

li jiddispjaċihom għall-appoġġ muri mill-Iran għal atturi mhux statali vjolenti u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' missili ballistiċi li jiddestabbilizzaw il-Lvant Nofsani b'mod ġenerali;

(aj)

li jtennu l-appoġġ sħiħ tal-UE għall-objettiv ta' denuklearizzazzjoni tar-RDPK b'mod komplut, verifikabbli u irreversibbli, skont ir-riżoluzzjonijiet kollha rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; li jħeġġu lir-RDPK tabbanduna l-programm tagħha ta' armi nukleari u terġa' lura għas-salvagwardji tat-TNP u tal-IAEA; li jibqgħu jappoġġjaw il-proċess ta' djalogu kontinwu filwaqt li jimmiaw li jaqdu rwol iktar attiv fin-negozjati, billi jikkapitalizzaw fuq l-għarfien diplomatiku espert tal-UE; li jfakkru, li l-RDPK tibqa' titqies bħala theddida nukleari u ballistika reġjonali u internazzjonali;

(ak)

li jibqgħu jsostnu u jippreservaw it-TNP bħala strument multilaterali essenzjali għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, jippromwovu l-universalizzazzjoni tiegħu u jsaħħu l-implimentazzjoni tat-tliet pilastri tiegħu, li kollha għandhom l-istess importanza u li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku; li jħeġġu lill-Istati partijiet kollha għat-TNP jġeddu l-isforzi tagħhom ta' kollaborazzjoni reċiproka u jirsistu fuq impenn ġdid favur l-implimentazzjoni komprensiva, sħiħa u bbilanċjata tat-TNP;

(al)

li jistiednu lill-Istati kollha li għadhom ma għamlux dan, biex jiffirmaw u jirratifikaw it-TNP bħala Stati li ma għandhomx armi nukleari u, sakemm l-adeżjoni tagħhom tkun għadha pendenti, jaderixxu mat-termini tiegħu u jimpenjaw ruħhom għall-objettivi tiegħu ta' nonproliferazzjoni u diżarm, inkluż billi juru bil-provi li mhumiex qegħdin jipparteċipaw fi trasferimenti ta' teknoloġija nukleari u billi jsaħħu l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjali Nukleari;

(am)

li jfakkru li d-diżarm nukleari jrid jitwettaq b'mod realistiku u progressiv, billi tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-interessi tas-sigurtà ta' kulħadd, u li t-tnaqqis tar-riskji strateġiċi relatati mal-armi nukleari jkun ibbażat fuq it-trasparenza tad-duttrini nukleari, id-djalogu bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u militari, l-għodod għall-komunikazzjoni tal-kriżijiet u l-miżuri ta' riassigurazzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2019)0130.

(2)  ĠU L 97, 19.4.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 106, 27.4.2005, p. 32.

(4)  ĠU L 90, 10.4.2010, p. 8.

(5)  ĠU L 105, 16.4.2019, p. 25.

(6)  ĠU L 149, 7.6.2019, p. 63.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 20 ta’ Ottubru 2020

6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/249


P9_TA(2020)0268

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020)0491 – C9-0285/2020 – 2020/0251(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 404/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0491),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0285/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Ottubru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0190/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0251

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta’ Ottubru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi dwar vetturi ta’ tmiem is-serje tal-kategorija L b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2020/1694.)


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/250


P9_TA(2020)0269

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – EGF/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata minn Spanja (EGF/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia) (COM(2020)0485 – C9-0294/2020 – 2020/1996(BUD))

(2021/C 404/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0485 – C9-0294/2020),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament tal-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b' mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0192/2020),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin ir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-għajnuna hija magħmula permezz ta' appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li ħadmu għalihom;

B.

billi Spanja resqet l-applikazzjoni EGF/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara l-għoti ta' 960 sensja (4) fis-setturi ekonomiċi kklassifikati taħt id-Diviżjoni 24 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta' metalli bażiċi), 25 (Manifattura ta' prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir), 30 (Manifattura ta' tagħmir ieħor għat-trasport), 32 (Manifattura oħra), 33 (Tiswija u installazzjoni ta' magni u tagħmir) u 43 (Attivitajiet ta' kostruzzjoni speċjalizzati) fir-reġjun NUTS livell 2 tal-Galicia (ES11) fi Spanja.

C.

billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji tal-intervent tal-punt (a) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-FEG, li jippermetti li applikazzjoni kollettiva li tinvolvi SMEs li jinsabu f'reġjun wieħed tista' tkopri SMEs li joperaw f'setturi ekonomiċi differenti kif definit fil-livell ta' diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2, sakemm l-SMEs ikunu t-tip ta' negozju prinċipali jew uniku f'dak ir-reġjun;

D.

billi l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tar-reġjun li għandu aktar minn 95 % tal-intrapriżi tiegħu b'inqas minn 250 ħaddiem u billi t-38 intrapriża kkonċernati minn din l-applikazzjoni huma SMEs; billi l-Galicia hija parti mill-assoċjazzjoni Atlantika tal-Assi u l-ekonomija tagħha tiddependi b'mod konsiderevoli fuq kumpaniji u ħaddiema transfruntiera;

E.

billi l-bini tal-vapuri fil-Galicia jsegwi l-mudell ta' sottokuntrattar tas-settur Ewropew tal-bini tal-vapuri li huwa magħmul l-aktar minn tarzni żgħar u ta' daqs medju, b'perċentwal għoli ħafna ta' sottokuntrattar fil-valur u fl-impjiegi;

F.

billi Spanja targumenta li, mill-2004, l-Ewropa ilha titlef l-industrija fil-bini tal-vapuri merkantili tagħha (5) fil-konfront tal-Asja tal-Lvant u li l-kriżi ekonomika u finanzjarja li bdiet fl-2008 rriżultat fi tnaqqis sinifikanti fl-ordnijiet, l-espansjoni tal-bini tal-vapuri fl-Asja u kompetizzjoni globali intensiva (6);

G.

billi l-politiki ta' sussidju u t-trattament fiskali preferenzjali bħall-għajnuniet mill-istat u l-kostijiet lavorattivi aktar baxxi fil-pajjiżi tal-Asja tal-Lvant irriżultaw f'telf tas-suq għall-bennejja tal-vapuri fl-Unjoni;

H.

billi t-tarzni fil-Galicia jibnu vapuri militari avvanzati teknoloġikament, tankers taż-żejt u tal-kimiċi, bastimenti offshore, bastimenti tar-riċerka oċeanografika u sismika, laneċ tal-irmonk, vapuri tal-passiġġieri u bastimenti tas-sajd;

I.

billi l-għeluq tat-tarzna ta' Factorias Vulcano f'Lulju 2019, u t-talba għal kredituri qabel il-falliment mit-tarzna ta' HJ Barreras f'Ottubru 2019 wasslu għas-sensji, billi nofs is-sensji li huma soġġetti għal din l-applikazzjoni seħħew f'kumpaniji li huma kredituri ta' HJ Barreras;

J.

billi s-sottokuntratturi ta’ Factorias Vulcano għandhom livell għoli ta' speċjalizzazzjoni u għaldaqstant grad għoli ta' dipendenza fuq it-tarzna prinċipali b'interdipendenzi u l-istess konsegwenzi fuq l-impjiegi fl-industrija anċillari tal-bini tal-vapuri daqslikieku l-kumpaniji kienu fi ħdan settur ekonomiku wieħed tan-NACE.

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-FEG huma ssodisfati, u li Spanja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 054 400 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 3 424 000, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta' EUR 3 274 000 u n-nefqa għall-attivitajiet ta' tħejjija, amministrazzjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta' EUR 150 000;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni fit-13 ta' Mejju 2020, u li, wara li Spanja tat informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fil-11 ta' Settembru 2020 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.

Jinnota li Spanja bdiet toffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-13 ta' Awwissu 2020 u li għaldaqstant, il-perjodu ta' eleġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mit-13 ta' Awwissu 2020 sat-13 ta' Awwissu 2022;

4.

Jinnota li Spanja bdiet in-nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG fit-8 ta' Ġunju 2020 u li għaldaqstant, in-nefqa fuq attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar bejn it-8 ta' Ġunju 2020 u t-13 ta' Frar 2023 se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG;

5.

Jilqa' l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati tfassal minn Spanja f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali u li permezz ta' ftehim ta' kollaborazzjoni, is-sħab soċjali se jkunu involuti wkoll fl-implimentazzjoni tas-servizzi;

6.

Jilqa' l-involviment ta' ASIME u tat-trade unions CCOO (7) u UGT (8), is-sħab soċjali li jipparteċipaw fid-Djalogu Soċjali fil-Galicia, fit-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati u fl-implimentazzjoni tas-servizzi; jisħaq li s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti fil-monitoraġġ tal-miżuri;

7.

Iqis li s-settur tat-tarzni u l-industriji anċillari fil-Galicia kellu fatturat annwali ta' madwar EUR 2 000 miljun fl-2018, u li 10 000 impjieg dirett u 25 000 impjieg indirett kienu jiddependu fuq il-bini tal-vapuri, filwaqt li s-sena li għaddiet il-fatturat tas-settur naqas bi 11 % u l-għadd ta' impjiegi b'20,8 % (madwar 2000);

8.

Jissottolinja li dawk is-sensji seħħew fil-kuntest ta' livell għoli ta' qgħad (11,7 % fl-2019) fir-reġjun tal-Galicia; jilqa', għalhekk, il-miżuri ta' taħriġ mill-ġdid u ta' titjib tal-ħiliet ipprovduti minn dan l-appoġġ tal-FEG biex fil-futur, is-settur tal-bini tal-vapuri reġjonali, l-ekonomija transfruntiera u s-suq tax-xogħol ġenerali, isiru aktar reżiljenti u kompetittivi;

9.

Jenfasizza li r-riċerka effettiva, l-ispeċjalizzazzjoni u l-innovazzjoni teknoloġika huma kruċjali biex tissaħħaħ l-industrija Ewropea tal-bini tal-vapuri u biex din tkun tista' tikkompeti fuq skala globali ma' pajjiżi li jiddependu fuq kostijiet lavorattivi aktar baxxi, politiki ta' sussidju u trattament fiskali preferenzjali;

10.

Jisħaq li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom ikunu mfassla apposta għal kull profil;

11.

Jinnota li 94 % tal-benefiċjarji fil-mira huma rġiel u 78,2 % minnhom għandhom bejn 30 u 54 sena. jinnota li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jinkludu: sessjonijiet ta' informazzjoni u workshops preparatorji, gwida okkupazzjonali lejn l-impjieg jew impjieg indipendenti, taħriġ (inkluż taħriġ lejn l-intraprenditorija se jiġu pprovduti għal dawk li għandhom l-għan li jaħdmu għal rashom), tutoring wara l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol, għajnuna intensiva għat-tfittix ta' impjieg u varjetà ta' inċentivi;

12.

Jilqa' l-inklużjoni ta' inċentivi ta' parteċipazzjoni sa EUR 400, ta’ kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta’ EUR 0,19/kilometru flimkien ma' spejjeż addizzjonali bħal pedaġġi u spejjeż tal-parkeġġ, ta’ kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż għall-persuni li jindukraw persuni dipendenti sa EUR 20 għal kull jum ta' parteċipazzjoni, u ta’ inċentivi għar-rikollokament fejn ħaddiema dipendenti jew persuni li jaħdmu għal rashom se jirċievu EUR 200 fix-xahar, għal perjodu massimu ta' sitt xhur, sabiex jgħinu lill-benefiċjarji fil-mira f'attivitajiet ta' tiftix ta' impjieg jew ta' taħriġ, bil-kundizzjoni ta' parteċipazzjoni attiva fil-miżuri;

13.

Ifakkar li l-azzjonijiet proposti jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eleġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG u ma jissostitwixxux miżuri ta' protezzjoni soċjali passivi;

14.

Jinnota li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess korpi li jiġġestixxu u jikkontrollaw il-Fond Soċjali Ewropew u li x-Xunta de Galicia (9) se tkun l-entità intermedjarja għall-awtorità ta' ġestjoni;

15.

Jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;

16.

Itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji, skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi;

17.

Ifakkar li skont ir-regoli attwali, il-FEG jista' jiġi mobilizzat biex jappoġġja b'mod permanenti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u lil dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-kriżi globali kkawżata mill-COVID-19 mingħajr ma jiġi emendat ir-Regolament tal-FEG, billi Spanja hija waħda mill-Istati Membri b'impatt negattiv kbir ħafna riżultat tal-pandemija;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-FEG.

(5)  Il-bini ta' vapuri merkantili jinkludi l-bini ta' tankers, ta' trasportaturi ta' tagħbija sfuża u bastimenti tal-kontejners.

(6)  Sal-2018, iċ-Ċina, (35,5 %) kienet saret il-mexxejja, segwita mill-Ġappun (23,4 %) u mill-Korea t'Isfel (22,7 %), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-Ewropa naqas għal 6,8 % biss. F'termini tal-ktieb tal-ordnijiet fl-2019, iċ-Ċina bħala l-mexxej tas-suq kellha sehem ta' 34 %, il-Korea t'Isfel 26 % u l-Ġappun 15 %.

(7)  Il-Federazzjoni tal-Industrija tas-CCOO Galicia.

(8)  Il-Federazzjoni tal-Metall, il-Kostruzzjoni u l-Industriji Relatati tal-UGT (MCA-UGT).

(9)  Xunta de Galicia u b'mod partikolari l-Consellería de Facenda – Dirección General de política financiera, tesoro y fondos europeos / Servicio de inspección y control de fondos comunitarios b'kooperazzjoni mal-Consellería de Economía, Emprego e Industria – Secretaría Xeral de Emprego/Subdirección Xeral de Relacións Laborais se jkun il-korp intermedjarju għall-awtorità amministrattiva.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja – EGF/2020/001 ES/Is-setturi anċillari għall-bini tal-vapuri fil-Galicia

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2020/1598.)


Il-Gimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020

6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/254


P9_TA(2020)0287

Politika Agrikola Komuni – l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri u ffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR ***I

Emendi (*1) adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0392 – C8-0248/2018 – 2018/0216(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 404/18)

Emendi 776 u 847

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tad-29 ta' Novembru 2017 tistabbilixxi l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni (“PAK”) wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun immexxija aktar mir-riżultati, li jissaħħu l-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-benefiċjarji.

(1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tad-29 ta' Novembru 2017 tistabbilixxi l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni (“PAK”) wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun immexxija aktar mir-riżultati, orjentata lejn is-suq, li jissaħħu l-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, demografika, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-benefiċjarji. Il-politika l-ġdida jenħtieġ li tirrappreżenta wkoll simplifikazzjoni għall-benefiċjarji li jenħtieġ li jirċievu dħul ġust. Sabiex il-PAK tilħaq dawk l-objettivi, huwa ta' importanza kbira li jinżamm l-istess livell ta' finanzjament fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 bħal matul il-perjodu 2014-2020.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Il-PAK għad għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp taż-żoni rurali tal-Unjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jsir tentattiv biex jitnaqqas l-abbandun gradwali tal-attività agrikola billi tinżamm PAK b'saħħitha u b'riżorsi adegwati, sabiex jittaffa l-fenomenu ta' depopolazzjoni taż-żoni rurali u biex ikomplu jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-konsumaturi f'dak li jirrigwarda l-ambjent, is-sikurezza tal-ikel u l-benesseri tal-annimali. Fid-dawl tal-isfidi li qed jiffaċċjaw il-produtturi tal-Unjoni biex jirrispondu għal rekwiżiti regolatorji ġodda, u għal livell ogħla ta' ambizzjoni ambjentali, f'kuntest ta' volatilità tal-prezzijiet u ftuħ akbar tal-fruntieri tal-Unjoni għall-importazzjonijiet minn partijiet terzi, jenħtieġ li l-baġit iddedikat għall-PAK jinżamm għall-inqas fl-istess livell bħal fil-perjodu 2014-2020.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Sabiex tindirizza d-dimensjoni globali u l-implikazzjonijiet tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-koerenza u l-kontinwità mal-politiki u l-istrumenti esterni l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u fil-kummerċ. L-impenn tal-Unjoni għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp jirrikjedi l-kunsiderazzjoni tal-għanijiet u l-prinċipji tal-iżvilupp meta jitfasslu l-politiki.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Peress li hemm il-ħtieġa li l-PAK ittejjeb ir-rispons tagħha għall-isfidi u għall-opportunitajiet hekk kif jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u fil-livell tal-azjendi agrikoli, huwa meħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb ir-rendiment tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq il-prestazzjoni (“il-mudell ta' implimentazzjoni”), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta' politika bħal pereżempju l-objettivi tal-PAK u rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ jerfgħu responsabbiltà akbar għal kif jilħqu l-objettivi u kif jiksbu l-miri. Is-sussidjarjetà msaħħa tippermetti li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u  jitfasslu apposta l-appoġġ biex jiġi massimizzat il-kontribut għall-objettivi tal-Unjoni.

(2)

Peress li hemm il-ħtieġa li l-PAK ittejjeb ir-rispons tagħha għall-isfidi u għall-opportunitajiet hekk kif jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u fil-livell tal-azjendi agrikoli, huwa meħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb ir-rendiment tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, b'mod partikolari għall-benefiċjarji finali . Fil-PAK ibbażata fuq il-prestazzjoni (“il-mudell ta' implimentazzjoni”), l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta' politika bħal pereżempju l-objettivi tal-PAK u rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jerfgħu responsabbiltà akbar għal kif jilħqu l-objettivi u kif jiksbu l-miri , filwaqt li jiżguraw ċertezza politika u sigurtà finanzjarja għas-settur . Is-sussidjarjetà msaħħa tippermetti li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u  jitfassal apposta l-appoġġ biex jiġi massimizzat il-kontribut għall-objettivi tal-Unjoni. Madankollu, sabiex din is-sussidjarjetà ma tirrappreżentax nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-PAK, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fih korp sod ta' dispożizzjonijiet tal-Unjoni maħsub biex jevita distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiżgura trattament mhux diskriminatorju għall-bdiewa kollha tal-Unjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-użu ta' definizzjonijiet komuni stabbiliti bis-sħiħ fil-livell tal-Unjoni kkawża xi diffikultajiet għall-Istati Membri biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet tagħhom stess fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà biex jispeċifikaw ċerti definizzjonijiet fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, irid jiġi stabbilit qafas fil-livell tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-elementi essenzjali meħtieġa li jridu jiġu inklużi f’dawk id-definizzjonijiet (“id-definizzjonijiet qafas”).

(3)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà biex jispeċifikaw ċerti definizzjonijiet fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, irid jiġi stabbilit qafas fil-livell tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-elementi komuni meħtieġa li jridu jiġu inklużi f'dawk id-definizzjonijiet (“id-definizzjonijiet qafas”).

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista' tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u b'mod partikolari li l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà u t-tipi ta' interventi relatati jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-“Green Box” li ma għandu l-ebda effett ta' distorsjoni tal-kummerċ jew effett fuq il-produzzjoni, jew l-aktar l-aktar effett minimu, jenħtieġ li d-definizzjoni qafas għal “attività agrikola” tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kif ukoll il-manutenzjoni taż-żona agrikola. Fid-dawl tal-aġġustament għall-kundizzjonijiet lokali, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu d-definizzjoni reali ta' attività agrikola fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista' tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u b'mod partikolari li l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà u t-tipi ta' interventi relatati jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-“Green Box” li ma għandu l-ebda effett ta' distorsjoni tal-kummerċ jew effett fuq il-produzzjoni, jew l-aktar l-aktar effett minimu, jenħtieġ li d-definizzjoni qafas għal “attività agrikola” tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kif ukoll il-manutenzjoni taż-żona agrikola. Fid-dawl tal-aġġustament għall-kundizzjonijiet lokali, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu d-definizzjoni ta' attività agrikola fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom , li tirrispetta l-elementi komuni tad-definizzjoni qafas tal-Unjoni .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex jinżammu l-elementi essenzjali fl-Unjoni kollha biex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, iżda mingħajr ma jiġu limitati l-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “żona agrikola”. Jenħtieġ li d-definizzjonijiet qafas relatati għal “raba' li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” jiġu stipulati b'mod wiesa' biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kundizzjonijiet lokali tagħhom. Id-definizzjoni qafas għal “raba' li jinħadem” jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta' produzzjoni, inkluż sistemi bħal pereżempju l-agroforestrija u r-raba' b'arbuxelli u siġar u li teħtieġ l-inklużjoni ta' żoni ta' art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi. Jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta' “għelejjel permanenti” tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll il-mixtliet u l-imsajġar b'newba qasira li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Id-definizzjoni qafas ta' “bur permanenti” jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u  tippermettihom jinkludu speċijiet għajr il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le.

(5)

Sabiex jinżammu l-elementi komuni fl-Unjoni kollha biex jiġu żgurati l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri u t-trattament ugwali bejn il-bdiewa tal-Unjoni , iżda mingħajr ma jiġu limitati l-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “żona agrikola”. Jenħtieġ li d-definizzjonijiet qafas relatati għal “raba' li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” jiġu stipulati b'mod wiesa' biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kundizzjonijiet lokali u l-prattiki tradizzjonali tagħhom. Id-definizzjoni qafas għal “raba' li jinħadem” jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta' produzzjoni, inkluż sistemi bħal pereżempju l-agroforestrija u r-raba' b'arbuxelli u siġar u li teħtieġ l-inklużjoni ta' żoni ta' art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi. Jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta' “għelejjel permanenti” tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll il-mixtliet u l-imsajġar b'newba qasira li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Id-definizzjoni qafas ta' “bur permanenti” jenħtieġ li tiġi stipulata b'mod li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u  tippermettilhom jinkludu speċijiet għajr il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jintużaw esklussivament jew le għar-ragħa jew li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Fil-futur, il-biedja jenħtieġ li tikkonċentra fuq il-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità għolja, peress li dan huwa l-vantaġġ kompetittiv tal-Unjoni. L-istandards tal-Unjoni jenħtieġ li jinżammu u jissaħħu fejn ikun fattibbli, u jenħtieġ li jkunu previsti miżuri li jżidu aktar il-produttività u l-kompetittività fit-tul tas-settur tal-produzzjoni tal-ikel, u li jintroduċu teknoloġiji ġodda u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, u b'hekk isaħħu r-rwol tal-Unjoni bħala mexxej dinji.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Fir-rigward taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, sabiex tiġi preservata s-saħħa pubblika u biex tiġi żgurata l-koerenza ma' korpi oħra ta' leġiżlazzjoni, jenħtieġ li l-użu tal-varjetajiet taż-żrieragħ tal-qanneb b'kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' inqas minn 0,2  % ikun parti mid-definizzjoni ta' ettaru eliġibbli.

(8)

Fir-rigward taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, sabiex tiġi preservata s-saħħa pubblika u biex tiġi żgurata l-koerenza ma' korpi oħra ta' leġiżlazzjoni, jenħtieġ li l-użu tal-varjetajiet taż-żrieragħ tal-qanneb b'kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' inqas minn 0,3  % ikun parti mid-definizzjoni ta' ettaru eliġibbli.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Fid-dawl tat-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat għall-bdiewa ġenwini . Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni għat-tali mmirar tal-appoġġ, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “bidwi ġenwin ” li turi l-elementi essenzjali. Fuq il-bażi ta' dan il-qafas, jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jiddefinixxu liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati ġenwini fuq il-bażi ta' kundizzjonijiet bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija u l-inklużjoni fir-reġistri. Jenħtieġ ukoll li din ma tirriżultax f’li ma jkunx jista' jingħata appoġġ lill-bdiewa pluriattivi, li huma attivi fil-biedja iżda li huma impenjati wkoll f'attivitajiet mhux agrikoli barra mill-azjenda agrikola tagħhom, minħabba li l-attivitajiet multipli tagħhom spiss isaħħu lin-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.

(9)

Fid-dawl tat-titjib ulterjuri tal-prestazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat għall-bdiewa attivi . Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni għat-tali mmirar tal-appoġġ, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas għal “bidwi attiv ” li turi l-elementi komuni . Jenħtieġ li ma jiġix eskluż appoġġ lill-bdiewa pluriattivi, li huma attivi fil-biedja iżda li huma impenjati wkoll f'attivitajiet mhux agrikoli barra mill-azjenda agrikola tagħhom, minħabba li l-attivitajiet multipli tagħhom spiss isaħħu lin-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li dik id-definizzjoni qafas tikkontribwixxi biex tippreserva l-mudell tal-biedja tal-familja li jeżisti fl-Unjoni Ewropea.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi hija għodda importanti fl-integrazzjoni ta' dan il-prinċipju fil-PAK. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żoni rurali. Id-daqs tal-azjendi agrikoli mħaddma min-nisa għandu t-tendenza li jkun iżgħar u x-xogħol imwettaq min-nisa, bħala konjuġi tal-bdiewa, , mhux dejjem huwa rikonoxxut u viżibbli, fatt li jħalli impatt fuq l-indipendenza ekonomika tagħhom. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jgħin jiżgura li l-ħidma tan-nisa ssir aktar viżibbli, aktar apprezzata u kkunsidrata fil-kuntest tal-objettivi speċifiċi li għandhom jipproponu l-Istati Membri fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom. L-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni jenħtieġ li jkunu parti integrali mit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-interventi tal-PAK. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità tagħhom fl-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u fil-ġbir tad-data diżaggregata skont is-sess.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-tipi ta' interventi tal-pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi tal-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tat-tiġdid ġenerazzjonali, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni għal “bidwi żagħżugħ” bl-elementi essenzjali .

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-tipi ta' interventi tal-pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi tal-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tat-tiġdid ġenerazzjonali, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni għal “bidwi żagħżugħ” bl-elementi komuni .

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-tipi ta' interventi tal-pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi tal-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tal-iffaċilitar tal-iżvilupp tan-negozju, jenħtieġ li tiġi stipulata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni għal “bidwi żagħżugħ” bl-elementi komuni.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b'mod xieraq l-aktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi previst sett ta' objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”. Jenħtieġ li jiġi definit aktar sett ta' objettivi speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u jiġi applikat mill-Istati membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Filwaqt li jinstab bilanċ bejn id-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, f'konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, dawn l-objettivi speċifiċi jenħtieġ li jittraduċu l-objettivi ġenerali tal-PAK f’prijoritajiet aktar konkreti u jqisu l-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-klima, l-enerġija l-ambjent .

(11)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b'mod xieraq l-aktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi previst sett ta' objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”. Jenħtieġ li jiġi definit aktar sett ta' objettivi speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u jiġi segwit mill-Istati membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Filwaqt li jinstab bilanċ bejn id-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, f'konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, dawn l-objettivi speċifiċi jenħtieġ li jittraduċu l-objettivi ġenerali tal-PAK fi prijoritajiet aktar konkreti fil-qasam ekonomiku u fl-oqsma ambjentali soċjali .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Filwaqt li fil-mudell ta' implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-objettivi tal-Unjoni u tiddefinixxi t-tipi ta' interventi kif ukoll ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, dawn tal-aħħar jenħtieġ li jkunu responsabbli għat-trasformazzjoni ta' dak il-qafas tal-Unjoni f'arranġamenti ta' appoġġ applikabbli lill-benefiċjarji. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu b'mod konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u jiżguraw li l-qafas legali għall-għoti tal-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarji jkun ibbażat fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jkunu konformi mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti taħt dan ir-Regolament u [ir-Regolament Orizzontali].

(13)

Filwaqt li fil-mudell ta' implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-objettivi tal-Unjoni u tiddefinixxi t-tipi ta' interventi kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, dawn tal-aħħar jenħtieġ li jkunu responsabbli għat-trasformazzjoni ta' dak il-qafas tal-Unjoni f'arranġamenti ta' appoġġ applikabbli lill-benefiċjarji. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu b'mod konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u jiżguraw li l-qafas legali għall-għoti tal-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarji jkun ibbażat fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jkunu konformi mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti taħt dan ir-Regolament u [ir-Regolament Orizzontali].

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta' segregazzjoni, diskriminazzjoni jew esklużjoni. Jenħtieġ li l-objettivi ta' dawk il-fondi jiġu segwiti mill-perspettiva tal-iżvilupp sostenibbli u skont l-objettiv, promoss taħt il-Konvenzjoni ta' Aarhus u mill-Unjoni, li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreservata, protetta u mtejba u li ssir ġlieda kontra t-tibdil fil-klima kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jiġi applikat il-prinċipju li min iniġġes iħallas.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Il-mudell ta' implimentazzjoni jenħtieġ li ma jwassalx għal sitwazzjoni fejn ikollna 27 politika nazzjonali differenti fil-qasam agrikolu, u b'hekk jipperikola l-ispirtu komuni tal-PAK u jinħolqu distorsjonijiet. Jenħtieġ li jħalli lill-Istati Membri ċertu grad ta' flessibbiltà f'qafas regolatorju komuni b'saħħtu.

Emendi 17 u 779

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Fil-kuntest ta' PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, l-espożizzjoni tas-suq, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta' avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma' dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta' volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu. Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola , jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskju. Għal dan l-għan, l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq pjattaforma fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju biex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprovdu lill-bdiewa strumenti finanzjarji xierqa għall-investimenti u aċċess għall-kapital operatorju, it-taħriġ, it-trasferiment tal-għarifen u l-pariri.

(15)

Fil-kuntest ta' PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, l-espożizzjoni tas-suq, in-nuqqas ta' klawsoli ta' reċiproċità fil-ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta' avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma' dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta' volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu. L-inugwaljanzi fil-katina alimentari, prinċipalment għad-detriment tas-settur primarju, li huwa l-ħolqa l-aktar dgħajfa, jaffettwaw ukoll b'mod negattiv l-introjtu tal-produtturi.  Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola, u biex itejbu r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli tagħhom , jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskju. Għal dan l-għan, l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq pjattaforma fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju biex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprovdu lill-bdiewa strumenti finanzjarji xierqa għall-investimenti u aċċess għall-kapital operatorju, it-taħriġ, it-trasferiment tal-għarfien u l-pariri.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

It-tisħiħ tal-kura għall-ambjent u tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima tal-Unjoni hija prijorità għolja ħafna fil-ġejjieni tal-agrikoltura u  l-forestrija tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-arkitettura tal-PAK tirrifletti ambizzjoni akbar fir-rigward ta' dawn l-objettivi. Skont il-mudell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-azzjoni meħuda biex jiġu indirizzati d-degradazzjoni tal-ambjent u t-tibdil fil-klima tkun immexxija mir-riżultati u jenħtieġ li, għal dan l-iskop, l-Artikolu 11 tat-TFUE jitqies bħala obbligu ta' riżultat.

(16)

L-appoġġ u t-titjib tal-protezzjoni ambjentali, tal-bijodiversità u tad-diversità ġenetika fis-sistema agrikola, kif ukoll tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima tal-Unjoni huma prijoritajiet għolja ħafna fil-ġejjieni tal-agrikoltura, tal-ortikultura tal-forestrija tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-arkitettura tal-PAK tirrifletti ambizzjoni akbar fir-rigward ta' dawn l-objettivi filwaqt li fl-istess ħin tirrifletti b'mod adegwat il-piż u r-rekwiżiti akbar quddiem il-produtturi . Skont il-mudell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-azzjoni meħuda biex jiġu indirizzati d-degradazzjoni tal-ambjent u t-tibdil fil-klima tkun immexxija mir-riżultati u jenħtieġ li, għal dan l-iskop, l-Artikolu 11 tat-TFUE jitqies bħala obbligu ta' riżultat.

Billi ħafna żoni rurali fl-Unjoni jbatu minn problemi strutturali bħal nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol attraenti, nuqqasijiet ta' ħiliet, nuqqas ta' investiment fil-konnettività, fl-infrastruttura u fis-servizzi essenzjali, kif ukoll eżodu taż-żgħażagħ, huwa fundamentali li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika f'dawk l-oqsma, b'mod konformi mal-Cork 2.0. Id-dikjarazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tiġdid ġenerazzjonali, billi l-impjiegi u t-tkabbir tal-Kummissjoni jinġiebu fiż-żoni rurali, bil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta' “rħula Intelliġenti” fil-kampanja Ewropea. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, il-ktajjen ta' valur rurali ġodda bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, il-bijoekonomija emerġenti, l-ekonomija ċirkolari u l-ekoturiżmu jistgħu joffru potenzjal tajjeb għat-tkabbir u għall-impjiegi fiż-żoni rurali. F'dan il-kuntest, l-istrumenti finanzjarji u l-użu tal-garanzija InvestEU jistgħu jkollhom rwol kruċjali biex jiġi żgurat aċċess għall-finanzjament u biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-tkabbir tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi. Hemm il-potenzjal għal opportunitajiet ta' xogħol fiż-żoni rurali għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment, u b'hekk tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom speċjalment fil-qafas tal-istrateġiji ta' Żvilupp Lokali Mmexxija mill-Komunità.

Billi ħafna żoni rurali fl-Unjoni jbatu minn problemi strutturali bħal nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol attraenti, nuqqasijiet ta' ħiliet, nuqqas ta' investiment fil-broadband u fil-konnettività, fl-infrastruttura u fis-servizzi essenzjali, kif ukoll eżodu taż-żgħażagħ, huwa fundamentali li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika f'dawk l-oqsma, b'mod konformi mal-Cork 2.0. Id-dikjarazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tiġdid ġenerazzjonali, billi l-impjiegi u t-tkabbir tal-Kummissjoni jinġiebu fiż-żoni rurali, bil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali , l-appoġġ għaż-żgħażagħ, parteċipazzjoni akbar tan-nisa fl-ekonomija rurali, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta' “Irħula Intelliġenti” fil-kampanja Ewropea. Bil-għan li l-ekonomija rurali tiġi stabbilizzata u diversifikata, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-iżvilupp, l-istabbiliment u ż-żamma ta' intrapriżi mhux agrikoli. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, il-ktajjen ta' valur rurali ġodda bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, il-bijoekonomija emerġenti, l-ekonomija ċirkolari u l-ekoturiżmu jistgħu joffru potenzjal tajjeb għat-tkabbir u għall-impjiegi fiż-żoni rurali filwaqt li jiġu ppreservati r-riżorsi naturali . F'dan il-kuntest, l-istrumenti finanzjarji jista' jkollhom rwol kruċjali biex jiġi żgurat aċċess għall-finanzjament u biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-tkabbir tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi rurali. Hemm il-potenzjal għal opportunitajiet ta' xogħol fiż-żoni rurali għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment, u b'hekk tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom speċjalment fil-qafas tal-istrateġiji ta' Żvilupp Lokali Mmexxija mill-Komunità.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Għas-sostenibbiltà soċjoekonomika taż-żoni rurali, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tivverifika li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jiżguraw koerenza bejn l-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) u l-approċċ fit-tul dwar l-użu tal-fondi għall-Iżvilupp Rurali.

Emenda 853

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)

L-agrikoltura tista' tkun mezz importanti għat-tkabbir u għat-tnaqqis tal-faqar, iżda s-settur mhux qed iwassal ir-riżultati mistennija f'ħafna pajjiżi parzjalment minħabba li n-nisa, li jikkontribwixxu b'mod qawwi fl-ekonomija rurali, jiffaċċjaw limitazzjonijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu azzjoni effettiva biex jappoġġjaw ir-rwol ewlieni tan-nisa fl-iżvilupp u l-preservazzjoni taż-żoni rurali.

Emendi 20 u 781

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur u nutrittiv f'kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin biex tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, il-ħela tal-ikel u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni b'karatteristiċi speċifiċi u ta' valur, filwaqt li fl-istess ħin tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b'mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

(17)

Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur, li huwa tajjeb għas-saħħa u nutrittiv f'kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin biex tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, produzzjoni ta' kwalità għolja u differenzjazzjoni tal-kwalità, il-ħela tal-ikel u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni sostenibbli b'karatteristiċi speċifiċi u ta' valur , bħas-sistemi tal-biedja b'Valur Naturali Għoli , filwaqt li fl-istess ħin tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b'mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

Emenda 782

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

F'konformità mal-impenn tagħhom għall-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta' Pariġi, u mal-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp, kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt għall-ikel, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jwettqu tranżizzjoni lejn sistema sostenibbli tal-ikel u tal-agrikoltura Ewropea. Il-perkors għal dik it-tranżizzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq il-promozzjoni ta' prattiki agrikoli diversifikati, sostenibbli u reżiljenti, li jikkontribwixxu għall-ħarsien u għat-titjib tar-riżorsi naturali, isaħħu l-ekosistemi u jadattaw u jimmitigaw it-tibdil fil-klima, bl-aġġustament tal-produzzjoni tal-bhejjem għal kapaċitajiet tat-trasport ekoloġiċi, bil-minimizzazzjoni tad-dipendenza fuq inputs mhux sostenibbli inklużi l-enerġiji fossili u bit-titjib progressiv tal-bijodiversità u l-kwalità tal-ħamrija.

Emendi 21 u 783

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)

Filwaqt li l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew “Saħħa Waħda” kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) jqis it-tilqim bħala intervent kosteffikaċi tas-saħħa pubblika biex tiġi miġġielda l-AMR, l-ispiża relattivament għolja tad-dijanjożi, tal-alternattivi għall-antimikrobiċi u tat-tilqim meta mqabbla ma' antibijotiċi konvenzjonali jippreżentaw ostakolu biex tiżdied ir-rata tat-tilqim tal-annimali.

Emenda 784

Proposta għal regolament

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c)

Sabiex jinkisbu l-objettivi ambjentali tal-PAK iżda anke l-eżiġenzi tas-soċjetà f'termini ta' titjib fis-sikurezza tal-ikel, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu ta' prodotti fertilizzanti b'livelli baxxi ħafna ta' metalli tqal.

Emenda 1100

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Sabiex jiġi żgurat il-benesseri tal-bdiewa u tal-familji tagħhom, u b'kont meħud tal-fatt li l-istress huwa kawża ewlenija tal-inċidenti fl-azjendi agrikoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà soċjali tal-politika billi jżommu l-piż regolatorju u amministrattiv fil-livell minimu, jippermettu bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-bdiewa, u jiżguraw il-vijabbiltà tal-biedja fl-Unjoni.

Emenda 728 u 785

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Abbażi tas-sistema preċendenti ta' kundizzjonalità implimentata sal-2020, is-sistema tal-kundizzjonalità ġdid torbot il-ħlas sħiħ tal-appoġġ tal-PAK mal-konformità tal-benefiċjarji ma' standards bażiċi li jirrigwardaw l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. L-istandards bażiċi jinkludu f'forma simplifikata lista ta' rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMRs) u standards ta' kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba tal-art (KAAT). Dawn l-istandards bażiċi jenħtieġ li jqisu aħjar l-isfidi ambjentali u klimatiċi u l-arkitettura ambjentali l-ġdida tal-PAK, u b'hekk jagħtu livell ogħla ta' ambizzjoni ambjentali u klimatika kif ħabbret il-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Il-kundizzjonalità għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli b'għarfien aħjar min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati dawk l-istandards bażiċi. Għandha l-għan ukoll li l-PAK issir aktar kompatibbli mal-aspettattivi tas-soċjetà permezz tat-titjib tal-konsistenza tal-politika mal-objettivi dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-kundizzjonalità tifforma parti integrali tal-arkitettura ambjentali tal-PAK, bħala parti mil-linja bażi għal impenji ambjentali u klimatiċi aktar ambizzjużi, u jenħtieġ li tkun applikata b'mod komprensiv fl-Unjoni kollha. Għal dawk il-bdiewa li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f'konformità mar-[Regolament Orizzontali].

(21)

Abbażi tas-sistema preċedenti ta' kundizzjonalità implimentata sal-2020, is-sistema tal-kundizzjonalità ġdida torbot il-ħlas sħiħ tal-appoġġ tal-PAK mal-konformità tal-benefiċjarji ma' standards bażiċi li jirrigwardaw l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika , il-kundizzjonijiet applikabbli tax-xogħol u tal-impjieg, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. L-istandards bażiċi jinkludu f'forma simplifikata lista ta' rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMRs) u standards ta' kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba tal-art (KAAT). Dawn l-istandards bażiċi jenħtieġ li jqisu aħjar l-isfidi ambjentali u klimatiċi u l-arkitettura ambjentali l-ġdida tal-PAK, u b'hekk jagħtu livell ogħla ta' ambizzjoni ambjentali u klimatika kif ħabbret il-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Barra minn hekk, huwa ta' importanza partikolari li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri rilevanti biex jiżguraw li l-aċċess tal-impjegaturi għall-pagamenti diretti jkun jiddependi mill-konformità tal-kundizzjonijiet applikabbli tax-xogħol u tal-impjieg u/jew mal-obbligi tal-impjegatur li jirriżultaw mill-ftehimiet kollettivi rilevanti kollha u l-liġi soċjali u tax-xogħol fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, fost l-oħrajn, fil-qasam tas-sensibilizzazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta' impjieg, ir-remunerazzjoni, il-ħin tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, l-akkomodazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-moviment liberu ta' ħaddiema, it-trattament indaqs, l-istazzjonar ta' ħaddiema, il-kundizzjonijiet ta' soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ix-xogħol temporanju permezz ta' aġenzija, il-koordinazzjoni ta' protezzjoni soċjali u s-sigurtà soċjali fost l-Istati Membri.

 

Il-kundizzjonalità għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli b'għarfien aħjar min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati dawk l-istandards bażiċi. Jenħtieġ ukoll li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati kif xieraq biex jissodisfaw dawn l-istandards . Għandha l-għan ukoll li l-PAK issir aktar kompatibbli mal-aspettattivi tas-soċjetà permezz tat-titjib tal-konsistenza tal-politika mal-objettivi dwar l-ambjent , l-istandards tax-xogħol, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li l-kundizzjonalità tifforma parti integrali tal-arkitettura ambjentali u soċjali tal-PAK, bħala parti mil-linja bażi għal impenji ambjentali , soċjali u klimatiċi aktar ambizzjużi, u jenħtieġ li tkun applikata b'mod komprensiv fl-Unjoni kollha. Għal dawk il-bdiewa li ma jikkonformawx ma' dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f'konformità mar-[Regolament Orizzontali].

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-indirizzar tal-isfidi tal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità. Il-qafas irid jissaħħaħ sabiex iqis b'mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2020 taħt l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli, u b'mod partikolari l-ġestjoni tan-nutrijenti. Huwa rikonoxxut li kull KAAT tikkontribwixxi għal objettivi multipli. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbiliti fil-livell tal-Unjoni filwaqt li iqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kundizzjonijiet eżistenti tal-biedja, l-użu tal-art, in-newba, il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli. Barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu wkoll jiddefinixxu standards nazzjonali oħra relatati mal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III sabiex itejbu r-riżultati ambjentali u klimatiċi tal-qafas KAAT. Bħala pati mill-qafas KAAT, sabiex tiġi appoġġata l-prestazzjoni agronomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli, se jiġu stabbiliti pjanijiet ta' ġestjoni tan-nutrijenti bl-għajnuna ta' Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli elettronika apposta magħmula disponibbli mill-Istati Membri lill-bdiewa individwali. L-għodda jenħtieġ li tipprovdi appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda fl-azjendi agrikoli li jibda minn funzjonalitajiet minimi għall-ġestjoni tan-nutrijenti. Jenħtieġ li interoperabbiltà u modularità mifruxa jiżguraw il-possibbiltà li jiżdiedu applikazzjonijiet elettroniċi oħra fl-azjendi agrikoli u għall-governanza elettronika. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa u fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni tista' tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-tfassil tal-Għodda kif ukoll fil-ħażna tad-data u fis-servizzi tal-ipproċessar meħtieġa.

(22)

Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-indirizzar tal-isfidi tal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità. Il-qafas irid jissaħħaħ sabiex iqis b'mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2020 taħt l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli. Huwa rikonoxxut li kull KAAT tikkontribwixxi għal objettivi multipli. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbiliti fil-livell tal-Unjoni filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kundizzjonijiet eżistenti tal-biedja, il-karatteristiċi agronomiċi tal-produzzjonijiet differenti, id-differenza bejn għelejjel annwali, għelejjel permanenti u produzzjonijiet speċjalizzati oħra, l-użu tal-art, in-newba, il-prattiki tal-biedja lokali u tradizzjonali u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddefinixxu prattiki jew sistemi ta' ċertifikazzjoni ekwivalenti li jkollhom impatt pożittiv fuq il-klima u l-ambjent li jkun simili jew aħjar mill-impatt ta' prattika waħda jew aktar tal-KAAT.

Emenda 1127

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Sabiex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-bijodiversità fl-Unjoni kollha, huwa essenzjali li jiġi żgurat livell minimu ta' żoni u karatteristiċi mhux produttivi fl-ambitu tal-kundizzjonalità u l-ekoskemi fl-Istati Membri kollha. F'dak il-kuntest jenħtieġ li, fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom, l-Istati Membri jimmiraw li jipprovdu żona ta' mill-inqas 10 % ta' elementi tal-pajsaġġ li jkunu ta' benefiċċju għall-bijodiversità. Dawk jenħtieġ li jinkludu, fost l-oħrajn, biċċiet art ta' lqugħ, raba' mistrieħ rotazzjonali jew le, sisien tal-ħaxix, siġar mhux produttivi, ħitan imtarrġa u għadajjar, li lkoll jikkontribwixxu għat-titjib tas-sekwestru tal-karbonju, il-prevenzjoni tal-erożjoni u t-tnaqqis tal-ħamrija, il-filtrazzjoni tal-arja u l-ilma, u s-sostenn għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

L-SMRs iridu jkunu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri sabiex isiru operattivi fil-livell tal-azjendi agrikoli u sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-kundizzjonalità fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika, jenħtieġ li l-SMRs jinkludu l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali li l-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali timplika obbligi preċiżi għall-bdiewa individwali, inkluż obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (11) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (13). Sabiex issegwi d-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill kif mehmuża mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) huma inklużi bħala SMRs fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kundizzjonalità u l-lista tal-istandards tal-KAAT hija adatta kif meħtieġ.

(23)

L-SMRs iridu jkunu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri sabiex isiru operattivi fil-livell tal-azjendi agrikoli u sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-kundizzjonalità fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika, jenħtieġ li l-SMRs jinkludu l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-benessri tal-annimali li l-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali timplika obbligi preċiżi għall-bdiewa individwali, inkluż obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (11) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (13). Sabiex issegwi d-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill kif mehmuża mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) huma inklużi bħala SMRs fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kundizzjonalità u l-lista tal-istandards tal-KAAT hija adatta kif meħtieġ.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli bl-iskop li jittejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u biex jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jenħtieġ li dawn is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta' dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK jew li huma neċessarji għalihom u li huma stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-ġestjoni tar-riskji. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni.

(24)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu servizzi konsultattivi ta' kwalità għolja għall-azjendi agrikoli bl-iskop li jittejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u biex jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jenħtieġ li dawn is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta' dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK jew li huma neċessarji għalihom u li huma stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-ġestjoni tar-riskji. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni. Kwalunkwe inizjattiva tal-Unjoni dwar servizzi konsultattivi u sistemi ta' innovazzjoni jenħtieġ li tinbena, kull meta jkun possibbli, fuq dawk eżistenti fil-livell tal-Istati Membri.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti f'termini ta' erja minima għall-għotja ta' pagamenti diżakkoppjati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. It-tali rekwiżiti jenħtieġ li jirrelataw mal-ħtieġa li jiġi evitat il-piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta' bosta pagamenti ta' ammonti żgħar u mal-ħtieġa li jiġi żgurat kontribut effettiv tal-appoġġ lejn l-objettivi tal-PAK li għalih jikkontribwixxu l-pagamenti diretti diżakkoppjati. Sabiex jiġi garantit livell minimu ta' appoġġ għall-introjtu agrikolu għall-bdiewa ġenwini kollha, kif ukoll għall-konformità mal-objettiv tat-Trattat biex jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola, jenħtieġ li jiġi stabbilit pagament diżakkoppjat annwali abbażi tal-erja bħala t-tip ta' intervent “Appoġġ għall-Introjtu Bażiku għas-Sostenibbiltà”. Sabiex jissaħħaħ l-immirar aħjar ta' dan l-appoġġ, l-ammonti ta' pagament jistgħu jkunu differenzjati, għal kull grupp ta' territorji, fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u/jew argronomiċi . Biex jiġu evitati effetti ta' xkiel għall-introjtu tal-bdiewa, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà abbażi tal-intitolamenti għall-pagamenti. F'dan il-każ, jenħtieġ li l-valur tal-intitolamenti għall-pagamenti qabel kwalunkwe konverġenza jkun propozjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit taħt l-iskemi ta' pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, filwaqt li jitqiesu wkoll l-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiksbu aktar konverġenza wkoll sabiex ikomplu jimxu progressivament lil hinn mill-valuri storiċi .

(26)

Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti f'termini ta' erja minima għall-għotja ta' pagamenti diżakkoppjati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. It-tali rekwiżiti jenħtieġ li jirrelataw mal-ħtieġa li jiġi evitat il-piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta' bosta pagamenti ta' ammonti żgħar u mal-ħtieġa li jiġi żgurat kontribut effettiv tal-appoġġ lejn l-objettivi tal-PAK li għalih jikkontribwixxu l-pagamenti diretti diżakkoppjati. Sabiex jiġi garantit livell minimu ta' appoġġ għall-introjtu agrikolu għall-bdiewa attivi kollha, kif ukoll għall-konformità mal-objettiv tat-Trattat biex jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola, jenħtieġ li jiġi stabbilit pagament diżakkoppjat annwali abbażi tal-erja bħala t-tip ta' intervent “Appoġġ għall-Introjtu Bażiku għas-Sostenibbiltà”. Sabiex jissaħħaħ l-immirar aħjar ta' dan l-appoġġ, l-ammonti ta' pagament jistgħu jkunu differenzjati, għal kull grupp ta' territorji, fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi , ambjentali u/jew agronomiċi . Biex jiġu evitati effetti ta' xkiel għall-introjtu tal-bdiewa, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw l-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà abbażi tal-intitolamenti għall-pagamenti. F'dan il-każ, jenħtieġ li l-valur tal-intitolamenti għall-pagamenti qabel kwalunkwe konverġenza jkun proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit taħt l-iskemi ta' pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, filwaqt li jitqiesu wkoll l-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiksbu aktar konverġenza wkoll sabiex jimxu progressivament lejn konverġenza sħiħa sal-2026 .

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

L-appoġġ għall-introjtu permezz tal-PAK huwa kontributur ewlieni għall-istabbiltà u s-sostenibbiltà ta' ħafna azjendi agrikoli żgħar u tal-familja madwar l-Ewropa, u għalkemm l-aspettattivi fuq il-bdiewa żdiedu, il-benefiċċji monetarji ma żdidux. Is-sehem globali tal-PAK tal-baġit tal-Unjoni qed jonqos, filwaqt li l-kriżijiet tas-suq fis-settur u t-tnaqqis fin-numru ta' bdiewa attivi jkomplu jheddu s-sopravivenza tas-settur. Il-mudell tal-azjenda agrikola tal-familja jenħtieġ li jiġi protett bħala objettiv ġenerali tal-PAK u permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-Istati Membri, filwaqt li jagħti lok għar-rwol vitali li dan il-mudell għandu fil-kontribuzzjoni lejn in-nisġa soċjali tal-ħajja rurali, u l-għoti ta' stil ta' ħajja għal ħafna nies li jgħixu fiż-żoni rurali. L-azjendi agrikoli tal-familja jikkontribwixxu għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali, il-ħtiġijiet ta' diversifikazzjoni u l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel. L-ewwel bdiewa li jsofru taħt il-pressjonijiet enormi tal-globalizzazzjoni se jkunu dawk li jsegwu l-mudell żgħir ta' azjenda agrikola tal-familja. Sitwazzjoni bħal din ovvjament tfixkel l-objettivi tal-PAK u ddgħajjef l-argument favur l-appoġġ tal-PAK fil-futur. Għalhekk, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jkollhom l-għan, permezz tal-objettivi speċifiċi tagħhom, li jipproteġu dak il-mudell ta' biedja.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni minħabba li għandhom rwol vitali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta' ammonti żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li joffru lill-bdiewa żgħar il-possibbiltà li jissosstitwixxu l-pagamenti diretti l-oħra billi jipprovdu pagament ta' somma f'daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar.

(28)

L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni minħabba li għandhom rwol vitali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta' ammonti żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li joffru lill-bdiewa żgħar il-possibbiltà li jissosstitwixxu l-pagamenti diretti billi jipprovdu pagament ta' somma f'daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar. Madankollu, bil-ħsieb li jkompli jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu awtorizzati li jinkludu inizjalment u awtomatikament ċerti bdiewa fl-iskema simplifikata, u joffrulhom il-possibbiltà li jirtiraw mill-iskema f'perjodu ta' żmien speċifikat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu sistema mnaqqsa ta' kontrolli tal-kundizzjonalità għall-bdiewa ż-żgħar li jipparteċipaw fl-iskema simplifikata.

Emendi 28 u 791

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)

Il-biedja organika qed tiżviluppa f'bosta Stati Membri u għandha rekord ippruvat li tipprovdi beni pubbliċi, tippreserva s-servizzi tal-ekosistema u r-riżorsi naturali, tnaqqas l-inputs, tattira lill-bdiewa żgħażagħ u lin-nisa b'mod partikolari, toħloq impjiegi, tesperimenta b'mudelli ta' negozju ġodda, tissodisfa l-eżiġenzi tas-soċjetà, u tagħti spinta liż-żoni rurali. Madankollu, iż-żieda fid-domanda għal prodotti organiċi tkompli tisboq it-tkabbir fil-produzzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu objettivi li jżidu s-sehem ta' art agrikola b'ġestjoni organika sabiex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem akbar għal prodotti organiċi, u tiġi żviluppata l-katina tal-provvista organika kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffinanzjaw il-konverżjoni u l-manutenzjoni organiċi permezz ta' miżuri għall-iżvilupp rurali jew ekoskemi, jew permezz ta' taħlita tat-tnejn li huma, u jenħtieġ li jiżguraw li l-baġits allokati jkunu fuq l-istess livell tat-tkabbir mistenni fil-produzzjoni organika.

Emendi 29 u 792

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Jenħtieġ li l-PAK tiżgura li l-Istati Membri jtejbu r-riżultati ambjentali billi jirrispettaw il-ħtiġijiet lokali u ċ-ċirkostanzi reali tal-bdiewa. Taħt il-pagament diretti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu Ekoskemi volontarji għall-bdiewa li jenħtieġ li jkunu koordinati bis-sħiħ mal-interventi rilevanti l-oħra. Dawn jenħtieġ li jiġu definiti mill-Istati Membri bħala pagament li jingħata jew għall-inċentivar u r-rimunerazzjoni tal-provvista ta' oġġetti pubbliċi mill-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-ambjent u għall-klima jew bħala kumpens għall-introduzzjoni ta' dawn il-prattiki. Fiż-żewġ każijiet jenħtieġ li l-għan tagħhom ikun li tissaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK u konsegwentement jenħtieġ li jkunu maħsuba li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji diġà preskritti mis-sistema ta' kundizzjonalità. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu ekoskemi għall-prattiki agrikoli bħal pereżempju l-ġestjoni msaħħa tal-bur permanenti u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ, u  l-biedja organika. Dawn l-iskemi jistgħu wkoll jinkludu “skemi ta' livell ta' dħul” li tista' tkun kundizzjoni biex jittieħdu impenji tal-iżvilupp rurali aktar ambizzjużi.

(31)

Jenħtieġ li l-PAK tiżgura li l-Istati Membri jtejbu r-riżultati ambjentali billi jirrispettaw il-ħtiġijiet lokali u ċ-ċirkostanzi reali tal-bdiewa. Taħt il-pagament diretti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, abbażi ta' lista ta' prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent stabbilita mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu ekoskemi volontarji għall-bdiewa li jenħtieġ li jkunu koordinati bis-sħiħ mal-interventi rilevanti l-oħra. Dawn jenħtieġ li jiġu definiti mill-Istati Membri bħala pagament li jingħata jew għall-inċentivar u r-rimunerazzjoni tal-provvista ta' oġġetti pubbliċi mill-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-ambjent u għall-klima , u jenħtieġ li l-għan tagħhom ikun li tissaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK u konsegwentement jenħtieġ li jkunu maħsuba li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji diġà preskritti mis-sistema ta' kundizzjonalità. L-Istati Membri jenħtieġ li jwarrbu ċertu perċentwal tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tagħhom għall-ekoskemi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu ekoskemi biex jippromwovu mudelli ta' produzzjoni li jkunu ta' benefiċċju għall-ambjent, b'mod partikolari t-trobbija estensiva ta' bhejjem, u l-promozzjoni ta' kull tip ta' prattika agrikola bħal pereżempju l-ġestjoni msaħħa tal-bur permanenti , u karatteristiċi tal-pajsaġġ permanenti u li jistabbilixxu skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali, bħall-biedja organika , il-produzzjoni integrata jew l-agrikoltura ta' konservazzjoni . Dawn l-iskemi jistgħu jinkludu miżuri ta' tip għajr l-impenji agroambjentali u klimatiċi tal-iżvilupp rurali, kif ukoll miżuri tal-istess natura li jistgħu jiġu kklassifikati bħala “skemi ta' livell ta' dħul” li tista' tkun kundizzjoni biex jittieħdu impenji tal-iżvilupp rurali aktar ambizzjużi.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Jenħtieġ li tiġi żgurata l-konformità tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Dan jinkludi b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq iż-żerriegħa taż-żejt fi ħdan il-qafas tal-GATT  (17), kif applikabbli wara bidliet fiż-żona bażi separata tal-UE għaż-żerriegħa taż-żejt wara bidliet fil-kompożizzjoni tal-UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-iskop li jiġu stipulati regoli dettaljati f’dan ir-rigward.

imħassar

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)

Huma meħtieġa tipi ta' interventi settorjali biex jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK. F'konformità mal-mudell ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut u l-objettivi għat-tali tipi ta' interventi settorjali jenħtieġ li jiġu elaborati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u jiġu evitati kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jiżguraw il-konsistenza ma' interventi oħrajn fuq il-livell settorjali. It-tipi wiesgħa ta' interventi li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru s-setturi tal-frott u l-ħaxix, l-inbid, il-prodotti tal-apikultura, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-ħops u prodotti oħra li jridu jiġu definiti , li għalihom l-istabbiliment ta' programmi settorjali jitqies li għandu effetti ta' benefiċċju fuq għall-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi kollha tal-PAK segwiti b'dan ir-Regolament, jew ftit minnhom.

(35)

Huma meħtieġa tipi ta' interventi settorjali biex jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK. F'konformità mal-mudell ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut u l-objettivi għat-tali tipi ta' interventi settorjali jenħtieġ li jiġu elaborati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u jiġu evitati kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jiżguraw il-konsistenza ma' interventi oħrajn fuq il-livell settorjali. It-tipi wiesgħa ta' interventi li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru s-setturi tal-frott u l-ħaxix, l-inbid, il-prodotti tal-apikultura, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, il-ħops u prodotti oħra definiti fl-Artikolu 39 , li għalihom l-istabbiliment ta' programmi settorjali jitqies li għandu effetti ta' benefiċċju il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi kollha tal-PAK segwiti b'dan ir-Regolament, jew ftit minnhom.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)

Minħabba ż-żieda fl-allokazzjoni prevista għas-settur tal-apikultura u bħala rikonoxximent tar-rwol importanti li għandha fil-preżervazzjoni tal-bijodiversità u l-produzzjoni tal-ikel, jenħtieġ ukoll li jiżdied il-limitu massimu għall-kofinanzjament tal-Unjoni u jiżdiedu miżuri eliġibbli ġodda mmirati biex jippromwovu l-iżvilupp tas-settur.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Għall-interventi għall-iżvilupp rurali, il-prinċipji huma definiti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi biex l-Istati Membri japplikaw il-kriterji ta' għażla. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jiddefinixxu kundizzjonijiet speċifiċi skont il-ħtiġijiet tagħhom. It-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali jinkludu pagamenti għall-impenji ambjentali, klimatiċi u ta' ġestjoni oħrajn li l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu pagamenti lill-bdiewa u maniġers tal-art oħrajn li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u  l-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent inkluż il-kwalità u l-kwantità tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-ħamrija, il-biodiversity u s-servizzi tal-ekosistema inkluż impenji volontarji fin-Natura 2000 u appoġġ għad-diversità ġenetika. L-appoġġ taħt il-pagamenti għall-impenji ta' ġestjoni jista' wkoll jingħata fil-forma ta' approċċi mmexxija lokalment, integrati jew kooperattivi u interventi bbażati fuq ir-riżultati.

(37)

Għall-interventi għall-iżvilupp rurali, il-prinċipji huma definiti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi biex l-Istati Membri japplikaw il-kriterji ta' għażla. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jiddefinixxu kundizzjonijiet speċifiċi skont il-ħtiġijiet tagħhom. It-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali jinkludu pagamenti għall-impenji ambjentali, klimatiċi u ta' ġestjoni oħrajn li l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu pagamenti lill-bdiewa , lill-gruppi ta' bdiewa lil maniġers tal-art oħrajn li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u  għall-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent inkluż il-kwalità u l-kwantità tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-ħamrija, il-biodiversità u s-servizzi tal-ekosistema inkluż impenji volontarji fin-Natura 2000 u fiż-Żoni b'Valur Naturali Għoli u appoġġ għad-diversità ġenetika. L-appoġġ taħt il-pagamenti għall-impenji ta' ġestjoni jista' wkoll jingħata fil-forma ta' approċċi mmexxija lokalment, integrati , kollettivi jew kooperattivi u interventi bbażati fuq ir-riżultati.

Emenda 729

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)

Fid-dawl tal-iżgurar tar-reżiljenza tal-ekosistemi tal-Unjoni u l-promozzjoni tal-bijodiversità, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu permessi jagħtu pagamenti għal prattiki sostenibbli agroambjentali, għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tar-riżorsi ġenetiċi, b'mod partikolari permezz ta' metodi ta' tnissil tradizzjonali.

Emendi 34, 794 u 856

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

L-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni jistgħu jinkludu primjums tal-bieda organika għall-manutenzjoni tal-art organika u l-konverżjoni tagħha; il-pagamenti għal tipi oħra ta' interventi li jappoġġaw sistemi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-agroekoloġija , l-agrikoltura ta' konservazzjoni u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-primjums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; il-benessri tal-annimali; il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw skemi oħrajn taħt dan it-tip ta' interventi fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tagħhom. Jenħtieġ li dan it-tip ta' pagamenti jkopri biss l-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-impenji relatati ma' dan it-tip ta' interventi jistgħu jittieħdu għal perjodu annwali jew pluriennali prestabbilit u jistgħu jmorru lil hinn minn seba' snin fejn dan ikun debitament ġustifikat.

(38)

L-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni għandhom jinkludu primjums tal-biedja organika għall-konverżjoni għal art organika u jistgħu jinkludu dawk għall-manutenzjoni tal-art organika u l-konverżjoni tagħha; il-pagamenti għal tipi oħra ta' interventi li jappoġġaw sistemi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-biedja ta' Valur Naturali Għoli, l-agroekoloġija , u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-primjums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; il-protezzjoni ta' pajsaġġi agrikoli tradizzjonali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-annimali; il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi u l-bijodiversità . L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw skemi oħrajn taħt dan it-tip ta' interventi fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tagħhom u huma jistgħu jsaħħu l-miżuri agroambjentali speċifiċi għas-settur tat-trobbija tan-naħal li jeżistu diġà f'ċerti reġjuni tal-Unjoni, u jiżviluppaw aktar miżuri . Jenħtieġ li dan it-tip ta' pagament ikopri biss l-ispejjeż addizzjonali , inċentivi finanzjarji u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu inċentivi finanzjarji lill-benefiċjarji. L-impenji relatati ma' dan it-tip ta' intervent jistgħu jittieħdu għal perjodu annwali jew pluriennali prestabbilit u jistgħu jmorru lil hinn minn seba' snin fejn dan ikun debitament ġustifikat.

Emendi 35 u 795

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)

Jenħtieġ li l-miżuri tal-forestrija jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Foresti tal-Unjoni, u jkunu bbażati fuq il-programmi tal-foresti nazzjonali jew subnazzjonali jew strumenti ekwivalenti tal-Istati Membri, li jenħtieġ li jibnu fuq l-impenji li jirriżultaw mir-Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art mill-forestrija [ir-Regolament LULUCF] u dawk li ttieħdu fil-Konferenzi Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa. Jenħtieġ li l-interventi jiġu bbażati fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti u jistgħu jinkludu l-iżvilupp taż-żoni tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inkluż l-afforestazzjoni tal-art u l-ħolqien u r-riġenerazzjoni tas-sistemi agroforestali; il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-adattament; l-investimenti biex jiġu garantiti u msaħħa l-konservazzjoni u reżiljenza tal-foresti, u l-provvista ta' servizzi dwar il-klima u l-ekosistema tal-foresti; u miżuri u investimenti għall-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli u tal-bijoekonomija.

(39)

Jenħtieġ li l-miżuri tal-forestrija jikkontribwixxu għaż-żieda tal-użu tas-sistemi tal-agroforestrija u għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Foresti tal-Unjoni, u jkunu bbażati fuq il-programmi tal-foresti nazzjonali jew subnazzjonali jew strumenti ekwivalenti tal-Istati Membri, li jenħtieġ li jibnu fuq l-impenji li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill  (1a) u dawk li ttieħdu mill-Konferenzi Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa. Jenħtieġ li l-interventi jiġu bbażati fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti sostenibbli jew strumenti ekwivalenti li jwasslu għal sekwestru tal-karbonju effettiv mill-atmosfera filwaqt li jtejbu l-bijodiversità u jistgħu jinkludu l-iżvilupp taż-żoni tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inkluż l-afforestazzjoni tal-art , il-prevenzjoni tan-nirien u l-ħolqien u r-riġenerazzjoni tas-sistemi agroforestali; il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-adattament; l-investimenti biex jiġu garantiti u msaħħa l-konservazzjoni u reżiljenza tal-foresti, u l-provvista ta' servizzi dwar il-klima u l-ekosistema tal-foresti; u miżuri u investimenti għall-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli u tal-bijoekonomija.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, l-Istati Membri jstgħu jagħtu appoġġ lill-bdiewa f'żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona. Fir-rigward tal-pagamenti għall-ANC, id-deżinjazzjoni tal-politika ta' Żvilupp Rurali 2014–2020 jenħtieġ li tkompli tapplika. Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u  rinforza s-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, huwa meħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni tan-Natura 2000 u  tad-Direttivi Qafas dwar l-Ilma. Għalhekk jenħtieġ li jibqa' jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti tan-Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma' rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni tan-Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

(40)

Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ lill-bdiewa f'żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona , inklużi żoni muntanjużi u reġjuni insulari . Fir-rigward tal-pagamenti għall-ANC, id-deżinjazzjoni tal-politika ta' Żvilupp Rurali 2014–2020 jenħtieġ li tkompli tapplika. Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u  ssaħħaħ is-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, huwa meħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni tan-Natura 2000 stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE  (1a) d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Għalhekk jenħtieġ li jibqa' jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti tan-Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma' rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi , filwaqt li fl-istess ħin jippermettu biżżejjed flessibbiltà fil-Pjanijiet Strateġiċi biex tiġi ffaċilitata l-komplementarjetà bejn interventi differenti . Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni tan-Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jiġu segwiti permezz ta' appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, fuq l-azjenda agrikola u barra minnha . Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, inter alia, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-agrikoltura u tal-forestrija, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u l-art tal-foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma. Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta' suġġetti ta' investiment hija inkluża f'dan ir-Regolament.

(41)

Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jiġu segwiti permezz ta' appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, li għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli . Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, inter alia, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-agrikoltura u tal-forestrija, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u l-art tal-foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali, u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma. Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta' suġġetti ta' investiment hija inkluża f'dan ir-Regolament.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi indirzzata d-diskrepanza tal-investiment fis-settur agrikolu tal-Unjoni u sabiex jitjieb l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji għall-gruppi prijoritarji, b'mod partikolari l-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda bi profili ta' riskju ogħla, jenħtieġ li jitħeġġeġ l-użu tal-garanzija InvestEU u l-kombinament tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji. Peress li l-użu tal-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri kollha jvarja b'mod konsiderevoli bħala riżultat tad-differenza f'termini tal-aċċess għall-finanzi, l-iżvilupp tas-settur bankarju, il-preżenza ta' kapital ta' riskju, il-familjarità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-firxa potenzjali ta' benefiċjarji, jenħtieġ li fil-Pjan Strateġiku tal-PAK l-Istati Membri jistabbilixxu miri xierqa, benefiċjarji u kundizzjonijiet preferenzjali, u regoli ta' eliġibbiltà oħra possibbli.

(42)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskrepanza tal-investiment fis-settur agrikolu tal-Unjoni u sabiex jitjieb l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji għall-gruppi prijoritarji, b'mod partikolari l-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda bi profili ta' riskju ogħla, jenħtieġ li jitħeġġeġ kombinament tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji. Peress li l-użu tal-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri kollha jvarja b'mod konsiderevoli bħala riżultat tad-differenza f'termini tal-aċċess għall-finanzi, l-iżvilupp tas-settur bankarju, il-preżenza ta' kapital ta' riskju, il-familjarità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-firxa potenzjali ta' benefiċjarji, jenħtieġ li fil-Pjan Strateġiku tal-PAK l-Istati Membri jistabbilixxu miri xierqa, benefiċjarji u kundizzjonijiet preferenzjali, u regoli ta' eliġibbiltà oħra possibbli.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)

Il-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda għadhom qed jaffaċċjaw ostakoli sinifikanti rigward l-aċċess għall-art, prezzijiet għoljin u l-aċċess għall-kreditu. In-negozji tagħhom huma aktar mhedda mill-volatilità tal-prezzijiet (kemm għall-inputs kif ukoll għall-prodotti) u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' taħriġ fil-ħiliet intraprenditorjali u ta' ġestjoni tar-riskju huma għoljin. Għalhekk huwa essenzjali li jitkompla l-appoġġ għat-twaqqif ta' negozji u ta' azjendi agrikoli ġodda. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu approċċ strateġiku u jidentifikaw sett ċar u koerenti ta' interventi għat-tiġdid ġenerazzjonali taħt l-objettiv speċifiku ddedkat għal din il-kwistjoni. Għal dan l-għan, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet preferenzjali għall-istrumenti finanzjarji għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda, u jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu d-delimitazzjoni ta' mill-inqas ammont li jikkorrispondi għal 2 % tal-pakkett tal-pagamenti diretti annwali. Jenħtieġ li tiġi stabbilita żieda tal-ammont massimu tal-għajnuna għall-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u negozji ġodda rurali, sa EUR 100 000 , li tista' tiġi aċċessata wkoll permezz tal-forma ta' appoġġ bi strument finanzjarju jew flimkien magħha.

(43)

Il-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda għadhom qed jaffaċċjaw ostakoli sinifikanti rigward l-aċċess għall-art, prezzijiet għoljin u l-aċċess għall-kreditu. In-negozji tagħhom huma aktar mhedda mill-volatilità tal-prezzijiet (kemm għall-inputs kif ukoll għall-prodotti) u l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' taħriġ fil-ħiliet intraprenditorjali , prevenzjoni tar-riskju u ta' ġestjoni tar-riskju huma għoljin. Għalhekk huwa essenzjali li jitkompla l-appoġġ għat-twaqqif ta' negozji u ta' azjendi agrikoli ġodda. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu approċċ strateġiku u jidentifikaw sett ċar u koerenti ta' interventi għat-tiġdid ġenerazzjonali taħt l-objettiv speċifiku ddedikat għal din il-kwistjoni. Għal dan l-għan, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet preferenzjali għall-istrumenti finanzjarji għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda, u jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu d-delimitazzjoni ta' mill-inqas ammont li jikkorrispondi għal 2 % tal-pakkett tal-pagamenti diretti annwali fl-ewwel pilastru . Jenħtieġ li tiġi stabbilita żieda tal-ammont massimu tal-għajnuna għall-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u negozji ġodda rurali, sa EUR 100 000 , li tista' tiġi aċċessata wkoll permezz tal-forma ta' appoġġ bi strument finanzjarju jew flimkien magħha.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li jinżammu l-primjums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi, iffinanzjati mill-FAEŻR. Il-kategorija tal-fondi mutwi tinkludi kemm dawk marbutin mat-telf tal-produzzjoni, kif ukoll l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu speċifiċi għal kull settur, marbuta mat-telf fl-introjtu.

(44)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li jinżammu l-primjums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi, iffinanzjati mill-FAEŻR. Il-kategorija tal-fondi mutwi tinkludi kemm dawk marbutin mat-telf tal-produzzjoni, kif ukoll l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu speċifiċi għal kull settur, marbuta mat-telf fl-introjtu. Sabiex jiġu adattati l-għodod tal-ġestjoni tar-riskji għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa, inkluż it-tibdil fil-klima, is-sett ta' għodod tal-PAK jenħtieġ li jinkludi kumpens għall-ispejjeż u t-telf imġarrba mill-bdiewa b'rabta mal-miżuri meħuda biex jiġu miġġielda l-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti, jew għat-telf imġarrab mill-bdiewa organiċi minħabba kontaminazzjoni esterna li ma jkunux responsabbli għaliha. Madankollu, il-kompatibbiltà ta' interventi ffinanzjati mill-FAEŻR mas-sistemi nazzjonali tal-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tiġi żgurata.

Emendi 41 u 796

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)

Jenħtieġ li l-appoġġ jippermetti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn mill-inqas żewġ entitajiet fid-dawl tal-kisba tal-objettivi tal-PAK. L-appoġġ jista' jinkludi l-aspetti kollha ta' kooperazzjoni bħal din, bħal pereżempju t-twaqqif ta' skemi ta' kwalità; azzjoni ambjentali u klimatika kollettiva; il-promozzjoni ta' katina ta' provvista qasira u swieq lokali; proġetti pilota; Il-proġetti tal-Grupp Operattiv fi ħdan il-proġetti ta' żvilupp lokali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu, l-Irħula Intelliġenti, il-klabbs tax-xerrejja u l-assoċjazzjonijiet għall-użu kollettiv tal-makkinarju agrikolu (machinery rings); sħubijiet tal-azjendi agrikoli; pjanijiet tal-ġestjoni tal-foresti; netwerks u raggruppamenti; biedja soċjali; agrikultura appoġġata mill-komunità; azzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-LEADER; u t-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet ta' produtturi, kif ukoll forom oħra ta' kooperazzjoni li jitqiesu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-PAK.

(45)

Jenħtieġ li l-appoġġ jippermetti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn mill-inqas żewġ entitajiet fid-dawl tal-kisba tal-objettivi tal-PAK. L-appoġġ jista' jinkludi l-aspetti kollha ta' kooperazzjoni bħal din, bħal pereżempju t-twaqqif , ċertifikazzjoni tal-ispejjeż, promozzjoni manutenzjoni ta' skemi ta' kwalità; azzjoni ambjentali u klimatika kollettiva; il-promozzjoni ta' katina ta' provvista qasira u swieq lokali; proġetti pilota; Il-proġetti tal-Grupp Operattiv fi ħdan il-proġetti ta' żvilupp lokali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu, l-Irħula Intelliġenti, il-klabbs tax-xerrejja u l-assoċjazzjonijiet għall-użu kollettiv tal-makkinarju agrikolu (machinery rings); sħubijiet tal-azjendi agrikoli; pjanijiet tal-ġestjoni tal-foresti, inkluża l-agroforestrija ; netwerks u raggruppamenti; biedja soċjali; agrikultura appoġġata mill-komunità; azzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-LEADER; u t-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet ta' produtturi, inklużi gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , kif ukoll forom oħra ta' kooperazzjoni li jitqiesu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-PAK. Bħala mezz ta' promozzjoni tat-tiġdid interġenerazzjonali, jenħtieġ li jitqies l-għoti ta' appoġġ speċifiku lill-bdiewa li jixtiequ jieqfu mill-biedja qabel ma jilħqu l-età statutorja tal-irtirar u li jkollhom il-ħsieb li jagħtu l-azjenda agrikola tagħhom lil bidwi żagħżugħ li jikkoopera.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)

Jenħtieġ li l-FAEG ikompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi settorjali, filwaqt li l-FAEŻR jenħtieġ li jkompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali kif deskritt f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-regoli għall-ġestjoni finanzjarji tal-PAK jiġu stipulati b'mod separat għaż-żewġ fondi u għall-attivitajiet appoġġati minn kull wieħed minnhom, filwaqt li jitqies li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid jagħti aktar flessibbiltà u sussidjarjetà biex l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tagħhom It-tipi ta' interventi taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar  2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

(47)

Jenħtieġ li l-FAEG ikompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti u t-tipi ta' interventi settorjali, filwaqt li l-FAEŻR jenħtieġ li jkompli jiffinanzja t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali kif deskritt f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-regoli għall-ġestjoni finanzjarji tal-PAK jiġu stipulati b'mod separat għaż-żewġ fondi u għall-attivitajiet appoġġati minn kull wieħed minnhom, filwaqt li jitqies li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid jagħti aktar flessibbiltà u sussidjarjetà biex l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tagħhom It-tipi ta' interventi taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)

L-appoġġ għall-pagamenti diretti skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jingħata fil-limitu tal-allokazzjonijiet nazzjonali li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn l-allokazzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jirriflettu kontinwazzjoni tal-bidliet fejn l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta' appoġġ għal kull ettaru jiżdiedu b'mod gradwali biex jagħlqu 50 % tad-diskrepanza lejn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Sabiex jitqies il-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-pagamenti u l-użu tal-prodott tiegħu fl-Istat Membru, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi totali kull sena fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta' Stat Membru jenħtieġ li jkun jista' jaqbeż l-allokazzjoni nazzjonali.

(48)

Il-FAEG jenħtieġ li ma jipprovdix appoġġ għall-attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, jew li ma jkunux konsistenti mal-objettivi relatati mal-klima u l-ambjent skont il-prinċipji ta' ġestjoni agrikola sostenibbli. L-appoġġ għall-pagamenti diretti skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jingħata fil-limitu tal-allokazzjonijiet nazzjonali li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn l-allokazzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jirriflettu kontinwazzjoni tal-bidliet fejn l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta' appoġġ għal kull ettaru jiżdiedu b'mod gradwali biex jagħlqu 50 % tad-diskrepanza lejn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Sabiex jitqies il-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-pagamenti u l-użu tal-prodott tiegħu fl-Istat Membru, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi totali kull sena fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta' Stat Membru jenħtieġ li jkun jista' jaqbeż l-allokazzjoni nazzjonali.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-FAEŻR, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni unika għall-appoġġ mill-FAEŻR b'rabta man-nefqa pubblika fl-Istati Membri. Sabiex jitqiesu l-importanza partikolari jew in-natura ta' ċerti tipi ta' operazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati ta' kontribuzzjoni speċifiċi b'rabta magħhom. Sabiex jiġu mitigati r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mil-livell ta' żvilupp, mid-distanza u l-insularità , jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni xierqa tal-FAEŻR għar-reġjuni inqas żviluppati , għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u għall-gżejjer żgħar tal-Eġew .

(49)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-FAEŻR, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni ġenerali għall-appoġġ mill-FAEŻR b'rabta man-nefqa pubblika fl-Istati Membri. Sabiex jitqiesu l-importanza partikolari jew in-natura ta' ċerti tipi ta' operazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati ta' kontribuzzjoni speċifiċi b'rabta magħhom. Sabiex jiġu mitigati r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mil-livell ta' żvilupp, mid-distanza u l-insularità tar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u tal-gżejjer żgħar tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a), jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni ogħla tal-FAEŻR għal dawk ir-reġjuni .

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 49a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni għall-appoġġ mill-FAEŻR. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u taż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) . Jenħtieġ li jintużaw l-aħħar klassifikazzjonijiet u l-aħħar data biex jiġi żgurat appoġġ adegwat, b'mod partikolari biex jiġu indirizzati reġjuni li jkunu baqgħu lura u d-disparitajiet interreġjonali ġo Stat Membru.

Emendi 46 u 797

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)

Jenħtieġ li l-FAEŻR ma jipprovdix appoġġ għall-investimenti li jagħmlu ħsara lill-ambjent. Għalhekk huwa neċessarju li f'dan ir-Regolament jiġi previst għadd ta' regoli ta' esklużjoni, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu żviluppati aktar dawn il-garanziji f'atti delegati. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jiffinanzjax l-investimenti fl-irrigazzjoni li ma jikkontribwixxux lejn il-kisba, jew il-presevazzjoni tal-istatus tajjeb tal-korp tal-ilma jew korpi tal-ilma assoċjati u l-investimenti fl-afforestazzjoni li mhumiex konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

(50)

Jenħtieġ li l-FAEŻR jipprovdi appoġġ b'mod prijoritarju lill-investimenti li jiġġeneraw kemm benefiċċji ekonomiċi kif ukoll ambjentali filwaqt li ma jappoġġax investimenti li jagħmlu ħsara lill-ambjent jew li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi, ambjentali, tat-trattament xieraq tal-annimali u tal-bijodiversità . Jenħtieġ li jiġu enfasizzati l-investimenti li jiġġeneraw kemm benefiċċji ekonomiċi kif ukoll ambjentali. Għalhekk huwa neċessarju li f'dan ir-Regolament jiġi previst għadd ta' regoli ta' esklużjoni aktar speċifiċi , kif ukoll il-possibbiltà li jiġu żviluppati aktar dawn il-garanziji f'atti delegati. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jiffinanzjax l-investimenti fl-afforestazzjoni li mhumiex konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jkoprix investimenti fl-irrigazzjoni li ma jikkontribwixxu xejn għall-kisba, jew il-preservazzjoni, ta status tajjeb tal-korp jew korpi tal-ilma assoċjati. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet jaqdu rwol attiv fl-ekoloġija u l-ġestjoni tan-nirien fil-foresti fi kwalunkwe azzjoni ta' afforestazzjoni jew riforestazzjoni u jsaħħu r-rwol tal-miżuri preventivi mhux vinkolanti u tal-ġestjoni tal-użu tal-art.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Premessa 51a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(51a)

Sabiex l-Unjoni tkun tista' tkun indipendenti mill-importazzjonijiet tal-proteini veġetali, il-PAK għandha l-għan li tippromwovi, f'konformità mad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) (Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), l-użu ta' bijofjuwils miksuba mill-koprodotti taż-żrieragħ żejtnin minn għelejjel tal-proteini.

Emenda 858

Proposta għal regolament

Premessa 51b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(51b)

Il-FAEG u l-FAEŻR jenħtieġ li ma jipprovdux appoġġ lill-bdiewa li l-attivitajiet tagħhom jinkludu t-tnissil ta' barrin għall-ġlied tal-barrin. Tali finanzjamenti jikkostitwixxu ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali li Jinżammu għal Skopijiet ta' Biedja.

Emenda 798

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)

Filwaqt li tiġi riflessa l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se tikkontriwbixxi biex tiġi simplifikata l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet taħt il-PAK huma mistennija li jikkontribwixxu għal 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-PAK għall-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u jerġgħu jiġu vvalutati fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(52)

Filwaqt li tiġi riflessa l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex tiġi simplifikata l-azzjoni klimatika u jiġu eliminati gradwalment is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet taħt il-PAK jenħtieġ li jikkontribwixxu għal mill-inqas 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-PAK għall-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u jerġgħu jiġu vvalutati fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)

Sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tal-Unjoni u biex jiġi preservat suq intern agrikolu li jiffunzjona, kif ukoll biex jiġu segwiti l-objettivi speċifiċi u ġenerali u speċifiċi msemmija hawn fuq, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jieħdux deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament b'mod iżolat iżda fil-qafas ta' proċess strutturat li jenħtieġ li jimmaterjalizza fi Pjan Strateġiku tal-PAK. Jentħieġ li r-regoli minn fuq għal isfel tal-Unjoni jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tal-PAK fl-UE kollha, it-tipi ta' interventi ewlenin, il-qafas ta' prestazzjoni u l-istruttura ta' governanza. Distribuzzjoni tal-kompiti bħal din timmira li tiġi żgurata korrispondenza sħiħa bejn ir-riżorsi finanzjarji investiti u r-riżultati miksuba.

(54)

Sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tal-Unjoni u biex jiġi preservat suq intern agrikolu li jiffunzjona, kif ukoll biex jiġu segwiti l-objettivi speċifiċi u ġenerali u speċifiċi msemmija hawn fuq, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jieħdux deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament b'mod iżolat iżda fil-qafas ta' proċess strutturat li jenħtieġ li jimmaterjalizza fi Pjan Strateġiku tal-PAK. Jenħtieġ li r-regoli minn fuq għal isfel tal-Unjoni jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tal-PAK fl-Unjoni kollha, it-tipi ta' interventi ewlenin, il-qafas ta' prestazzjoni u l-istruttura ta' governanza. Distribuzzjoni tal-kompiti bħal din timmira li tiġi żgurata korrispondenza sħiħa bejn ir-riżorsi finanzjarji investiti u r-riżultati miksuba.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)

Sabeix tiġi żgurata natura strateġika ċara ta' dawn il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u biex jiġu ffaċilitati r-rabtiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miri nazzjonali stabbiliti fit-tul li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mill-ftehimiet internazzjonali bħal dawk relatati mat-tibdil fil-klima, mal-foresti, mal-bijodiversità u mal-ilma, huwa xieraq li jenħtieġ li jkun hemm Pjan Strateġiku tal-PAK wieħed għal kull Stat Membru.

(55)

Sabiex tiġi żgurata natura strateġika ċara ta' dawn il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u biex jiġu ffaċilitati r-rabtiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miri nazzjonali stabbiliti fit-tul li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mill-ftehimiet internazzjonali bħal dawk relatati mat-tibdil fil-klima, mal-foresti, mal-bijodiversità u mal-ilma, huwa xieraq li jenħtieġ li jkun hemm Pjan Strateġiku tal-PAK wieħed għal kull Stat Membru. Filwaqt li titqies l-istruttura amministrattiva tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Pjan Strateġiku, fejn xieraq, jinkludi interventi reġjonalizzati għall-iżvilupp rurali.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Premessa 55a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(55a)

Huwa imperattiv li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom qafas ċar, sempliċi u mhux ambigwu sabiex jiġi evitat li jkun hemm regolamentazzjoni żejda tal-politika fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Premessa 55b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(55b)

Jenħtieġ li l-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid ma jiddubitax l-integrità tas-suq uniku jew in-natura storikament Ewropea tal-PAK, li jenħtieġ li tibqa' politika verament komuni, li tiżgura approċċ tal-Unjoni u kundizzjonijiet ekwi.

Emenda 730

Proposta għal regolament

Premessa 55c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(55c)

F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp jitqiesu fl-interventi kollha tal-PAK, u li jiġu rrispettati d-dritt għall-ikel kif ukoll id-dritt għall-iżvilupp. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu kemm jista' jkun għall-kisba f'waqtha tal-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-impenji ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni applikabbli adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)

Fil-proċess ta' żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li se jippermettu li jintlaħqu dawn il-miri, filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE. It-tali proċess jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f'qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

(56)

Fil-proċess ta' żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri li jkunu realistiċi, marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li se jippermettu li jintlaħqu dawn il-miri waqt li jipprovdu ċertezza lill-benefiċjarji finali , filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE. It-tali proċess jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f'qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-miri mill-Istati Membri u li t-tfassil tal-interventi jkunu xierqa u li jimmassimizzaw il-kontribut tal-objettivi tal-PAK, u filwaqt li tiġi żgurata n-natura komuni tal-politika, huwa meħtieġ li l-istrateġija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiġi bbażata fuq analiżi minn qabel tal-kuntesti lokali u valutazzjoni tal-ħtiġijiet b'rabta mal-objettivi tal-PAK. Fil-proċess tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jeħtieġ li jiġi żgurat l-involviment tal-bdiewa u tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)

Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-miri mill-Istati Membri u li t-tfassil tal-interventi huwa xieraq u li jimmassimizza l-kontribut tal-objettivi tal-PAK, huwa meħtieġ li l-istrateġija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiġi bbażata fuq analiżi minn qabel tal-kuntesti lokali u valutazzjoni tal-ħtiġijiet b'rabta mal-objettivi tal-PAK.

(57)

Huwa importanti wkoll li l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK ikunu jistgħu jirriflettu b'mod adegwat il-bidliet fil-kundizzjonijiet, fl-istrutturi (kemm interni kif ukoll esterni) u fis-sitwazzjonijiet tas-suq tal-Istati Membri u li jistgħu, għalhekk, ikunu aġġustati maż-żmien biex jirriflettuhom.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)

Jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom l-għan li jiżguraw koerenza msaħħa fost il-bosta għodod tal-PAK, peress li jenħtieġ li jkopru t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, it-tipi ta' interventi settorjali u t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ ukoll li jiżguraw u juru l-allinjament u l-adegwatezza tal-għażliet li jkunu għamlu l-Istati Membri għall-prijoritajiet u l-objettivi tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkun fihom strateġija ta' intervent orjentata lejn ir-riżultati u strutturata fuq l-objettivi speċifiċi tal-PAK, inkluż miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ tagħhom fuq bażi annwali , huwa xieraq li dawn il-miri jkunu bbażati fuq l-indikaturi tar-riżultati.

(58)

Jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom l-għan li jiżguraw koerenza msaħħa fost il-bosta għodod tal-PAK, peress li jenħtieġ li jkopru t-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, it-tipi ta' interventi settorjali u t-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ ukoll li jiżguraw u juru l-allinjament u l-adegwatezza tal-għażliet li jkunu għamlu l-Istati Membri għall-prijoritajiet u l-objettivi tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkun fihom strateġija ta' intervent orjentata lejn ir-riżultati u strutturata fuq l-objettivi speċifiċi tal-PAK, inkluż miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ tagħhom, huwa xieraq li dawn il-miri jkunu bbażati fuq l-indikaturi tar-riżultati.

Emenda 800

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(58a)

Il-bażi tal-għarfien eżistenti, f'termini tal-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli, tvarja b'mod konsiderevoli għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Għal xi objettivi speċifiċi, b'mod partikolari għall-monitoraġġ tal-bijodiversità, attwalment il-bażi tal-għarfien hija dgħajfa jew mhijiex adatta biżżejjed biex jinħolqu indikaturi tal-impatt sodi, bħal dawk għad-dakkara u l-bijodiversità tal-għelejjel. L-objettivi u l-indikaturi speċifiċi li ġew stabbiliti għall-Unjoni fl-intier tagħha fl-Artikolu 6 u fl-Anness I rispettivament jenħtieġ li jkunu bbażati fuq bażi tal-għarfien u metodoloġiji kondiviżi jew komparabbli fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika oqsma fejn jeżistu diskrepanzi fl-għarfien jew fejn il-bażi tal-għarfien mhijiex adatta biżżejjed biex jiġi mmonitorjat l-impatt tal-PAK. Din jenħtieġ li tuża l-baġit tal-Unjoni biex tipprovdi rispons komuni għall-ostakoli relatati mal-għarfien u l-monitoraġġ fir-rigward tal-objettivi u l-indikaturi speċifiċi kollha inklużi fl-Artikolu 6. Din jenħtieġ li tfassal rapport dwar din il-kwistjoni u jenħtieġ li tagħmel is-sejbiet tiegħu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 801

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59)

Jenħtieġ li din l-istrateġija tenfasizza l-komplementarjetà kemm bejn l-għodod tal-PAK kif ukoll mal-politiki l-oħra tal-Unjoni. B'mod partikolari, kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jqis il-leġiżlazzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima fejn xieraq , u jenħtieġ li jiġu deskritti l-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni bħala parti mill-analiżi tas-sitwazzjoni attwali (analiżi “SWOT”). Huwa xieraq li jiġu elenkati l-istrumenti leġiżlattivi li jenħtieġ li jiġu msemmija b'mod speċifiku fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(59)

Jenħtieġ li din l-istrateġija tenfasizza l-komplementarjetà kemm bejn l-għodod tal-PAK kif ukoll mal-politiki l-oħra tal-Unjoni , inkluża l-koeżjoni . B'mod partikolari, kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jqis il-leġiżlazzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima , l-impenji tal-Unjoni għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp , u jenħtieġ li jiġu deskritti l-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni bħala parti mill-analiżi tas-sitwazzjoni attwali (analiżi “SWOT”). Huwa xieraq li jiġu elenkati l-istrumenti leġiżlattivi li jenħtieġ li jiġu msemmija b'mod speċifiku fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Premessa 59a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59a)

Minħabba li l-iskema tal-appoġġ għall-introjtu għandha rwol ewlieni fil-garanzija tal-vijabbiltà ekonomika tal-azjendi agrikoli, ikun xieraq li jitqiesu l-impatti soċjali, li l-PAK għandha biex tipprovdi impjiegi f'żoni rurali. Għal dik ir-raġuni l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll fl-ippjanar tal-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom l-impatt tal-impjiegi li stabbiliment ikollu f'qasam speċifiku. Il-miżuri u l-attivitajiet li joħolqu aktar opportunitajiet ta' impjieg għandhom jingħataw prijorità fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-għodod ta' politika rispettivi.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)

Meta jitqies li jenħtieġ li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-parti li tiddelega tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-livell reġjonali fuq il-bażi ta' qafas nazzjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni fost ir-reġjuni fl-indirizzar ta' sfidi man-nazzjon kollu, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jipprovdu deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali.

(60)

Meta jitqies li jenħtieġ li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-parti li tiddelega tad-disinn u tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-livell reġjonali permezz tal-programmi ta' intervent tal-iżvilupp rurali skont il-qafas nazzjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni fost ir-reġjuni fl-indirizzar ta' sfidi man-nazzjon kollu, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jipprovdu deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali.

Emenda 802

Proposta għal regolament

Premessa 68a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(68a)

L-ilma huwa fattur ta' produzzjoni essenzjali għall-agrikoltura. Il-ġestjoni tal-ilma hija għalhekk kwistjoni fundamentali u huma meħtieġa forom aħjar ta' ġestjoni tal-ilma. Barra minn hekk, it-tibdil fil-klima se jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ilma, b'perjodi ta' nixfa aktar frekwenti u intensi, kif ukoll perjodi ta' xita qawwija. Il-ħażna tal-ilma matul il-ħarifa u x-xitwa hija soluzzjoni sensibbli. Barra minn hekk, il-korpi tal-ilma jgħinu biex jinħolqu ambjenti li jiffavorixxu bijodiversità għanja. Dawn jagħmluha wkoll possibbli li tiġi kkonservata l-ħamrija ħajja u li jinżammu livelli adegwati ta' ilma fix-xmajjar, li jippromwovu l-ħajja akwatika.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)

Jenħtieġ li jkun hemm Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Il-kompiti tagħha jenħtieġ li jkunu speċifikati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Awtorità ta' Ġestjoni tkun tista' tiddelega parti mill-kompiti tagħha filwaqt li żżomm ir-responsabbiltà għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fil-Ġestjoni u l-Implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, skont ir-[Regolament, (UE, Euratom) X] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] u r-Regolament (UE) X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Orizzontali l-ġdid].

(69)

Jenħtieġ li jkun hemm Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, fil-każ tar-reġjonalizzazzjoni tal-elementi relatati mal-politika tal-Iżvilupp Rurali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali. Il-kompiti tagħhom jenħtieġ li jkunu speċifikati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni jkunu jistgħu jiddelegaw parti mill-kompiti tagħhom filwaqt li jżommu r-responsabbiltà għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fil-Ġestjoni u l-Implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, skont ir-[Regolament, (UE, Euratom) X] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] u r-Regolament (UE) X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Orizzontali l-ġdid].

Emenda 58

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70)

Skont il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni hija assistita mill-kumitati ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-PAK. Biex tiġi simplifikata s-sistema u l-pożizzjoni tal-Istati Membri, Kumitat ta' Ġestjoni wieħed huwa stabbilit għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jgħaqqad il-Kumitat għall-“Iżvilupp Rurali” mal-Kumitat għall-“Pagamenti Diretti”, li kienu ġew stabbiliti fil-perjodu tal-ipprogrammar 2014-2020. Ir-responsabbiltà tal-assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK hija maqsuma bejn l-Awtorità ta' Ġestjoni u l-Kumitat ta' Monitoraġġ tagħha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita wkoll mill-Kumitat tal-“Politika Agrikola Komuni”, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(70)

Skont il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni hija assistita mill-kumitati ffurmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-PAK. Biex tiġi simplifikata s-sistema u l-pożizzjoni tal-Istati Membri, Kumitat ta' Ġestjoni wieħed huwa stabbilit għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jgħaqqad il-Kumitat għall-“Iżvilupp Rurali” mal-Kumitat għall-“Pagamenti Diretti”, li kienu ġew stabbiliti fil-perjodu tal-ipprogrammar 2014-2020. Ir-responsabbiltà tal-assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK hija maqsuma bejn l-Awtorità ta' Ġestjoni u l-Kumitat ta' Monitoraġġ tagħha. Madankollu, fil-każ tar-reġjonalizzazzjoni tal-elementi relatati mal-politika tal-iżvilupp rurali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu kumitati ta' monitoraġġ reġjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita wkoll mill-Kumitat tal-“Politika Agrikola Komuni”, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)

Jenħtieġ li l-FAEŻR, permezz ta' assistenza teknika u fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jappoġġa l-azzjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-[Artikolu 7 tar-Regolament Orizzontali]. Tista' tiġi pprovduta wkoll assistenza teknika, fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, biex jitlestew il-kompiti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Żieda tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri hija disponibbli biss għal Malta.

(71)

Jenħtieġ li l-FAEŻR, permezz ta' assistenza teknika u fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jappoġġa l-azzjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-[Artikolu 7 tar-Regolament Orizzontali]. Tista' tiġi pprovduta wkoll assistenza teknika, fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, biex jitlestew il-kompiti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Żieda tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri hija disponibbli biss għal-Lussemburgu u Malta.

Emenda 60 u 803

Proposta għal regolament

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74)

L-orjentazzjoni lejn ir-riżultati li jġib miegħu l-mudell ta' implimentazzjoni teħtieġ qafas ta' prestazzjoni b'saħħtu, b'mod partikolari minħabba li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu għal objettivi ġenerali wiesgħa għal politiki oħrajn ġestiti b'mod konġunt. Politika bbażata fuq il-prestazzjoni timplika valutazzjoni annwali u pluriennali fuq il-bażi ta' outputs magħżulin, indikaturi tar-riżultati u tal-impatti, , kif definit fil-qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jingħażel sett limitat u mmirat ta' indikaturi b'mod li jirrifletti kemm jista' jkun jekk l-intervent appoġġat jikkontribwixxix għall-kisba tal-objettivi ppjanati. L-indikaturi tar-riżultati u tal-output li jirrigwardaw l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent jistgħu jinkludu interventi stabbiliti fi strumenti nazzjonali għall-ippjanar ambjentali u klimatiku li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(74)

L-orjentazzjoni lejn ir-riżultati li jġib miegħu l-mudell ta' implimentazzjoni teħtieġ qafas ta' prestazzjoni b'saħħtu, b'mod partikolari minħabba li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu għal objettivi ġenerali wiesgħa għal politiki oħrajn ġestiti b'mod konġunt. Politika bbażata fuq il-prestazzjoni timplika valutazzjonijiet fuq il-bażi ta' outputs magħżulin, indikaturi tar-riżultati u tal-impatti, kif definit fil-qafas għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jingħażel sett limitat u mmirat ta' indikaturi b'mod li jirrifletti kemm jista' jkun jekk l-intervent appoġġat jikkontribwixxix għall-kisba tal-objettivi ppjanati. L-indikaturi tar-riżultati u tal-output li jirrigwardaw l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent bħall-kwalità u l-kwantità tal-ilma jenħtieġ li jinkludu interventi stabbiliti fi strumenti nazzjonali għall-ippjanar ambjentali u klimatiku li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75)

Bħala parti mill-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-progress li sar lill-Kummissjoni kull sena . L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija l-bażi li fuqha jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi fil-perjodu tal-ipprogrammar kollu bl-użu ta' sett ewlieni ta' indikaturi għal dan l-iskop.

(75)

Bħala parti mill-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-progress li sar. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija l-bażi li fuqha jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi fil-perjodu tal-ipprogrammar kollu bl-użu ta' sett ewlieni ta' indikaturi għal dan l-iskop.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76)

Jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’każ li l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiddevja b'mod sinifikanti mill-miri stabbiliti. Għalhekk jista' jkun li l-Istati Membri jintalbu biex jissottomettu pjanijiet ta' azzjoni fil-każ ta' prestazzjoni insuffiċjenti sinifikanti u mhux ġustifikata. Dan jista' jwassal għal sospensjonijiet u, fl-aħħar, tnaqqis tal-fondi tal-Unjoni jekk ir-riżultati ppjanati ma jinkisbux. Barra minn hekk, bonus ta' prestazzjoni ġenerali huwa stabbilit bħala parti mill-mekkaniżmu ta' inċentivi bbażat fuq l-allokazzjoni tal-bonus ta' prestazzjoni, bil-ħsieb li jitħeġġu prestazzjonijiet ambjentali u klimatiċi tajbin.

(76)

Jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'każ li l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiddevja b'mod sinifikanti mill-miri stabbiliti. Għalhekk jista' jkun li l-Istati Membri jintalbu biex jissottomettu pjanijiet ta' azzjoni fil-każ ta' prestazzjoni insuffiċjenti sinifikanti u mhux ġustifikata. Dan jista' jwassal għal sospensjonijiet u, fl-aħħar, tnaqqis tal-fondi tal-Unjoni jekk ir-riżultati ppjanati ma jinkisbux.

Emenda 1144

Proposta għal regolament

Premessa 78a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(78a)

Il-valutazzjoni deskritta fl-Artikolu 106 jenħtieġ li ssir abbażi tal-miri kwantifikati tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u tal-Istrateġija għall-Bijodiversità.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Premessa 80a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(80a)

Ftehimiet kummerċjali ffirmati ma' pajjiżi terzi marbutin mas-settur agrikolu jenħtieġ li jipprevedu arranġamenti u jkun fihom klawżoli ta' salvagwardja biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-bdiewa fl-Unjoni u dawk mhux fl-Unjoni u jiġu protetti l-konsumaturi.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Premessa 81

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(81)

Id-data personali miġbura għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni stabbilit f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata b'mod li huwa kompatibbli ma' dawk l-iskopijiet. Jenħtieġ li din tkun anonima, tiġi aggregata meta tiġi pproċessata għall-iskopijiet ta' monitoraġġ jew evalwazzjoni, u tiġi protetta skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jiġu infurmati dwar tali pproċessar u dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.

(81)

Id-data personali miġbura għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata b'mod li huwa kompatibbli ma' dawk l-iskopijiet. Jenħtieġ li din tkun anonima, tiġi aggregata meta tiġi pproċessata għall-iskopijiet ta' monitoraġġ jew evalwazzjoni, u tiġi protetta skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jiġu infurmati dwar tali pproċessar u dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Premessa 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(83)

Sabiex tiġi garantita ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi garantit funzjonament bla xkiel, koerenti u effiċjenti tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żerriegħa ċertifikata ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom; ir-regoli għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba u ċerti elementi relatati fir-rigward tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà; u l-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament; aktar regoli dwar l-ekoskemi; il-miżuri biex jiġi evitat li l-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu li jbatu minn żbilanċi strutturali tas-suq f'settur, inkluż id-deċiżjoni li t-tali appoġġ jista' jkompli jitħallas sal-2027 fuq il-bażi tal-unitajiet ta' produzzjoni li għalihom ingħata f'perjodu referenzjarju fl-imgħoddi; ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u r-regoli għall-għoti ta' dak il-pagament.

(83)

Sabiex tiġi garantita ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi garantit funzjonament bla xkiel, koerenti u effiċjenti tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żerriegħa ċertifikata ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom; ir-regoli għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba u ċerti elementi relatati fir-rigward tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà , l-istabbiliment ta' kriterji għad-determinazzjoni ta' miżuri ekwivalenti u r-rekwiżiti xierqa applikabbli għall-iskemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali ; L-istabbiliment ta' katalogu ta' eżempji ta' prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima, għall-ambjent u għall-benessri tal-annimali. il-miżuri biex jiġi evitat li l-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu li jbatu minn żbilanċi strutturali tas-suq f'settur, inkluż id-deċiżjoni li t-tali appoġġ jista' jkompli jitħallas sal-2027 fuq il-bażi tal-unitajiet ta' produzzjoni li għalihom ingħata f'perjodu referenzjarju fl-imgħoddi; ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u r-regoli għall-għoti ta' dak il-pagament.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Premessa 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(84)

Sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta' interventi settorjali jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u tiġi evitata kompetizzjoni mhux ugwali jew inġusta, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u r-regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma' tissodisfax it-tali kriterji u obbligi għall-produtturi; ir-regoli għall-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi settorjali, il-bażi tal-kalkolu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, inkluż il-perjodi referenzjarji u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata, u l-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq; ir-regoli għall-istabbiliment ta' limitu massimu għan-nefqa fuq it-tħawwil mill-ġdid tal-vinji; u r-regoli li permezz tagħhom il-produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi. b'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi tla-Unjoni għall-interventi fis-settur tal-apikultura, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' rekwiżiti addizzjonali dwar l-obbligu ta' notifika u l-istabbiliment ta' kontribut minimu tal-Unjoni għan-nefqa biex jiġu implimentati dawk it-tipi ta' interventi.

(84)

Sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta' interventi settorjali jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma' strumenti oħra tal-PAK u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u tiġi evitata kompetizzjoni mhux ugwali jew inġusta, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u r-regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma' tissodisfax it-tali kriterji u obbligi għall-produtturi; ir-regoli għall-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi settorjali, il-bażi tal-kalkolu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, inkluż il-perjodi referenzjarji u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata, u l-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq; ir-regoli għall-istabbiliment ta' limitu massimu għan-nefqa fuq it-tħawwil mill-ġdid tal-vinji; ir-regoli li permezz tagħhom il-produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi u r-regoli relatati mal-qafas ta' prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar derogi temporanji dwar regoli ta' kundizzjonalità matul kundizzjonijiet ħżiena ħafna bħal avvenimenti katastrofiċi jew epidemiji. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll is-setgħa li tiddetermina prattiċi ekwivalenti għal prattiċi agrikoli u ambjentali u skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali . B'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni għall-interventi fis-settur tal-apikultura, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' rekwiżiti addizzjonali dwar l-obbligu ta' notifika u l-istabbiliment ta' kontribut minimu tal-Unjoni għan-nefqa biex jiġu implimentati dawk it-tipi ta' interventi. Bil-ħsieb li jitfasslu l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta fl-organizzazzjoni ta' sħubija bejn l-Istat Membru u l-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti kif ukoll sħab oħra.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Premessa 85

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(85)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi garantit li l-interventi għall-iżvilupp rurali jiksbu l-objettivi tagħhom, is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-appoġġ għall-impenji tal-ġestjoni, għall-investimenti u għall-kooperazzjoni .

(85)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi garantit li l-interventi għall-iżvilupp rurali jiksbu l-objettivi tagħhom, is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda tal-ammonti minimi u massimi tal-appoġġ għal ċerti tipi ta' interventi .

Emenda 68

Proposta għal regolament

Premessa 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(86)

Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti u tar-regoli dwar il-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK .

(86)

Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Premessa 87

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(87)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu delegati lill-Kummissjoni rigward l-iffissar ta' żoni ta' referenza għall-appoġġ għaż-żerriegħa taż-żejt, ir-regoli għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u n-notifiki relatati, il-kalkolu tat-tnaqqis meta l-erja eliġibbli tal-qoton taqbeż l-erja bażi, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, it-tqassim annwali għal kull Stat Membru tal-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali, ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-elementi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, ir-regoli dwar il-proċedura u l-limiti ta' żmien għall-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rekwiżiti għall-emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni u r-reklamar relatati mal-possibbiltajiet offruti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, ir-regoli relatati mal-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni, ir-regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni , ir-regoli dwar l-informazzjoni li trid tinbagħat lill-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni mill-Kummissjoni u r-regoli dwar il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sorsi potenzjali tad-data, u l-arranġamenti li jiżguraw approċċ konsistenti għad-detereminazzjoni tal-attribuzzjoni tal-bonus ta' prestazzjoni lill-Istati Membri . Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

(87)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu delegati lill-Kummissjoni rigward l-iffissar ta' żoni ta' referenza għall-appoġġ għaż-żerriegħa taż-żejt, ir-regoli għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u n-notifiki relatati, il-kalkolu tat-tnaqqis meta l-erja eliġibbli tal-qoton taqbeż l-erja bażi, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, it-tqassim annwali għal kull Stat Membru tal-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali, il-forma standardizzata tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, ir-regoli dwar il-proċedura u l-limiti ta' żmien għall-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rekwiżiti għall-emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni u r-reklamar relatati mal-possibbiltajiet offruti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, ir-regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

Emenda 70

Proposta għal regolament

Premessa 92a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(92a)

Ir-reġjuni insulari tal-Unjoni jiffaċċjaw diffikultajiet speċifiċi fit-twettiq tal-attivitajiet agrikoli u l-iżvilupp taż-żoni rurali. Jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-PAK f'dawk ir-reġjuni u jenħtieġ li tiġi esplorata l-idea li l-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu estiżi għar-reġjuni insulari kollha tal-Unjoni.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Premessa 93

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(93)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità, id-dispożizzjonijiet speċjali għall-Kroazja dwar l-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti u l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' introduzzjoni gradwali jenħtieġ li jkomplu japplikaw sal-1 ta' Jannar 2021 .

(93)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità, id-dispożizzjonijiet speċjali għall-Kroazja dwar l-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti u l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' introduzzjoni gradwali jenħtieġ li jkomplu japplikaw . Il-Kroazja se tkun intitolata għal ammont skont it-Trattat tal-Adeżjoni fl-2022, inkluż pakkett addizzjonali għar-riżerva nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'art fil-Kroazja, u dak id-dritt jenħtieġ li jkun inkluż fil-kalkolu tal-pakkett nazzjonali għall-2022 .

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-tipi ta' interventi u r-rekwiżiti komuni biex l-Istati Membri jsegwu dawn l-objettivi kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji relatati;

(b)

it-tipi ta' interventi u r-rekwiżiti komuni biex l-Istati Membri jsegwu dawn l-objettivi billi jiżguraw kundizzjonijiet ekwi kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji relatati;

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jridu jitfasslu mill-Istati membri, l-istabbiliment tal-miri, id-definizzjoni tal-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, f'konformità mal-objettivi speċifiċi u l-ħtiġijiet identifikati;

(c)

il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jridu jitfasslu mill-Istati Membri, u, fejn xieraq, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni tagħhom, l-istabbiliment tal-miri, id-definizzjoni tal-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, f'konformità mal-objettivi speċifiċi u l-ħtiġijiet identifikati u b'mod konformi mas-suq intern tal-Unjoni ;

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-interventi speċifikati fi Pjan Strateġiku tal-PAK imfassal mill-Istati Membri u approvat mill-Kummissjoni, li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 .

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-interventi speċifikati fi Pjan Strateġiku tal-PAK imfassal mill-Istati Membri u approvat mill-Kummissjoni, li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar  2022 .

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kapitolu III tat-Titolu II, il-Kapitolu II tat-Titolu III u l-Artikoli 41 u 43 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) għandhom japplikaw għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR skont dan ir-Regolament.

2.    Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn il-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-Kapitolu III tat-Titolu II, il-Kapitolu II tat-Titolu III u l-Artikoli 41 u 43 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) għandhom japplikaw għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR skont dan ir-Regolament.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

“bidwi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun xi jkun l-istatus ġuridiku mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tagħha/tagħhom tkun fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li teżerċita/jeżerċitaw attività agrikola kif definita mill-Istati Membri;

(a)

“bidwi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun xi jkun l-istatus ġuridiku mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tagħha/tagħhom tkun fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li teżerċita/jeżerċitaw attività agrikola fis-sens ta' prattika agrikola tajba kif definita mill-Istati Membri;

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

“beni pubbliċi” tfisser prodotti jew servizzi li mhumiex remunerati mis-suq u jagħtu riżultati ambjentali u soċjetali superjuri minn dak li tipprevedi l-leġiżlazzjoni statutorja ambjentali, klimatika u tal-benessri tal-annimali;

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

“Beni pubbliċi Ewropej” tfisser beni jew servizzi pubbliċi li jistgħu jiġu pprovduti biss b'mod effettiv fil-livell tal-Unjoni permezz ta' intervent biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u kundizzjonijiet ekwi fis-suq agrikolu tal-Unjoni. Il-beni pubbliċi Ewropej jinkludu b'mod partikolari l-konservazzjoni tal-ilma, il-protezzjoni tal-bijodiversità, il-protezzjoni tal-fertilità tal-ħamrija, il-protezzjoni tad-dakkara, u l-benessri tal-annimali;

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

“fond mutwu” tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu għall-bdiewa affiljati biex jassiguraw lilhom infushom, fejn il-pagamenti kumpensatorji jsiru lill-bdiewa affiljati li jesperjenzaw telf ekonomiku.

(e)

“fond mutwu” tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu għall-bdiewa affiljati biex jissalvagwardjaw kontra r-riskji u biex jirċievu pagamenti ta' kumpens fil-każ ta' telf ekonomiku jew tnaqqis fl-introjtu;

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta' proġetti magħżula fil-programmi kkonċernati ;

(i)

proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta' proġetti magħżula fil-pjan strateġiku kkonċernat ;

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti provdut lir-riċevituri finali permezz ta' dak l-istrument finanzjarju;

(ii)

fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, kontribuzzjoni tal-pjan strateġiku għal strument finanzjarju u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti provdut lir-riċevituri finali permezz ta' dak l-istrument finanzjarju;

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, entità li għandha personalità ġuridika jew li ma għandhiex jew persuna fiżika, responsabbli għall-bidu tal-operazzjonijiet jew għall-bidu u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet;

(i)

korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, entità li għandha personalità ġuridika, li ma għandhiex jew persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiki , responsabbli għall-bidu tal-operazzjonijiet jew għall-bidu u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet;

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna mill-Istat, il-korp li jirċievi l-għajnuna;

(ii)

fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna mill-istat, l-entità li tirċievi l-għajnuna;

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

“miri” tfisser valuri miftiehma minn qabel li jridu jinkisbu fi tmiem il-perjodu b’rabta mal-indikaturi tar-riżultati inklużi f'objettiv speċifiku;

(i)

“miri” tfisser valuri miftiehma minn qabel li jridu jinkisbu sa tmiem il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'rabta mal-indikaturi tar-riżultati inklużi f'objettiv speċifiku;

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

“stadji importanti” tfisser miri intermedji li jridu jinkisbu f'mument speċifiku matul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'rabta mal-indikaturi inklużi f'objettiv speċifiku.

(j)

“stadji importanti” tfisser miri intermedji li jridu jinkisbu minn Stat Membru f'mument speċifiku matul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sabiex jiġi żgurat progress f'waqtu b'rabta mar-riżultati tal-indikaturi inklużi f'objettiv speċifiku.

Emendi 86 u 1148cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-definizzjonijiet tal-attività agrikola, iż-żona agrikola, l-ettaru eliġibbli, bidwi ġenwin u bidwi żagħżugħ:

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-definizzjonijiet tal-attività agrikola, iż-żona agrikola, l-ettaru eliġibbli, bidwi attiv , bidwi żagħżugħ u bidwi ġdid :

Emendi 866 u 1185

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

“attività agrikola” għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE, inkluż il-qoton u l-imsajġar b'newba qasira, u ż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u l-makkinarji agrikoli tas-soltu;

(a)

“attività agrikola” għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kemm il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE, inkluż il-qoton u l-imsajġar b'newba qasira u l-kultivazzjoni tal-għadajjar , u ż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u l-makkinarji agrikoli tas-soltu , inkluż fl-agroforestrija ;

Emendi 87 u 1148cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

“żona agrikola” għandha tiġi definita b'mod li tkun magħmula mir-raba' li jinħadem, l-għelejjel permanenti u l-bur permanenti. It-termini “raba' li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-qafas li ġej:

(b)

“żona agrikola” għandha tiġi definita b'mod li tkun magħmula mir-raba' li jinħadem, l-għelejjel permanenti u l-bur permanenti u s-sistemi agroforestrali. Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ għandhom jiġu inklużi bħala komponenti taż-żona agrikola . It-termini “raba' li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” u “sistemi agroforestali” għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-qafas li ġej:

Emenda 1148cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

“raba' li jinħadem” għandha tkun l-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-għelejjel jew iż-żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li tkun art mistrieħa, u għandha tinkludi ż-żoni mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (28), l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (29), l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament;

(i)

“raba' li jinħadem” għandha tkun l-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-għelejjel jew iż-żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li tkun art mistrieħa, u  tista' tinkludi taħlita ta' għelejjel ma' siġar u/jew arbuxelli biex tiġi formata sistemi ta' agrosilvikultura tal-għelejjel, u għandha tinkludi ż-żoni mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (28), l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (29), l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament;

Emenda 1148cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

“għelejjel permanenti” għandha tkun għelejjel li ma jitnewbux ħlief bur permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed, u jagħtu ħsad ripetut, inklużi l-mixtliet u l-imsajġar b'newba qasira;

(ii)

“għelejjel permanenti” għandha tkun għelejjel li ma jitnewbux ħlief bur permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed, u jagħtu ħsad ripetut, inklużi l-mixtliet , u jekk l-Istati Membri jipprevedu dan, meta dawn ikunu fi qsari impermeabbilizzati u l-imsajġar b'newba qasira;

Emendi 1148cp5, 1148cp6, 1148cp7, 89cp2 u 804cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

“bur permanenti u mergħa permanenti” (li flimkien jissejħu “bur permanenti”) għandha tiġi definita bħala art li ma tkunx inkluża fin-newba tal-azjenda għal ħames snin jew aktar, li tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċeju ieħor b'mod naturali (li jinżergħu waħedhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (jinżergħu bl-idejn). Tista' tinkludi speċijiet oħra bħal pereżempju l-arbuxelli u/jew is-siġar li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew għall-produzzjoni tal-għalf tal-annimali ;

(iii)

“bur permanenti u mergħa permanenti” (li flimkien jissejħu “bur permanenti”) tfisser art li tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċeu ieħor b'mod naturali (li jinżergħu waħedhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (jinżergħu bl-idejn) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-għelejjel tal-azjenda għal ħames snin jew aktar, kif ukoll fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew aktar; tista' tinkludi speċijiet oħra bħal pereżempju l-arbuxelli u/jew is-siġar li jistgħu jintużaw għar-ragħa jew , fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf, dment li l-ħaxix u foraġġ erbaċeu ieħor jibqgħu predominanti.

Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, titqies newba tal-għelejjel anki l-bidla tal-speċijiet tal-foraġġ aħdar jekk it-tiżrigħ il-ġdid jikkonsisti minn taħlita differenti ta' speċijiet meta mqabbla mat-tiżrigħ ta' qabel. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jikkunsidraw bħala bur permanenti:

(i)

art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċeu ieħor mhumiex tradizzjonalment predominanti fiż-żoni tar-ragħa; u/jew

(ii)

art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u l-foraġġ erbaċeu l-ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti fiż-żoni tar-ragħa li jistgħu jinkludu l-arbuxelli u/jew is-siġet u riżorsi oħra li jikkonsmaw l-annimali (weraq, fjuri, zkuk, frott);

Emendi 90 u 1148cp8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)

“sistema agroforestali” tfisser sistemi ta' użu tal-art fejn jitkabbru s-siġar fuq l-istess art fejn jitwettqu l-prattiki agrikoli;

Emenda 1148cp9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt iiib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiib)

“bur temporanju” għandha tiġi ddefinita bħala ħaxix jew speċijiet erbaċej li jitkabbru f'raba' li jinħadem (jiġifieri f'newba) għal inqas minn ħames snin konsekuttivi, jew għal aktar minn ħames snin fejn iseħħu l-ħrit u t-tiżrigħ mill-ġdid.

Emendi 91 u 1148cp10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

għall-iskop tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, “ettaru eliġibbli” għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kull żona agrikola tal-azjenda:

(c)

għall-iskop tat-tipi ta' interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, “ettaru eliġibbli” għandha tiġi definita b'mod li tinkludi kull żona agrikola tal-azjenda , inklużi installazzjonijiet tekniċi temporanji mobbli jew stazzjonarji, b'mod partikolari passaġġi agrikoli interni u ħwat tal-ilma kif ukoll balal tas-silaġġ u żoni mxarrba mill-ġdid użati għall-kultivazzjoni tal-għadajjar :

Emendi 1148cp11 u 1148cp12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punti i, ia (ġdid) u ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

li, matul is-sena li għaliha qed jintalab appoġġ, tintuża għal attività agrikola jew, meta ż-żona tintuża wkoll għall-attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b'mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, u li tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Fejn ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ambjentali, l-ettari eliġibbli jistgħu wkoll jinkludu ċerti żoni li jintużaw għall-attivitajiet agrikoli darba kull sentejn biss.

(i)

li, matul is-sena li għaliha qed jintalab appoġġ, tintuża għal attività agrikola jew, meta ż-żona tintuża wkoll għall-attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b'mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, u li tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Fejn ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet relatati mal-ambjent, mal-bijodiversità u mal-klima , l-ettari eliġibbli jistgħu wkoll jinkludu ċerti żoni li jintużaw għall-attivitajiet agrikoli darba kull tliet snin biss;

 

(ia)

li, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, jista' jkun fiha karatteristiċi u elementi tal-pajsaġġ inkludi l-bijotopi bħal siġar, arbuxelli, msajġar tal-għelieqi u żoni umdi, dment li ma jkoprux aktar minn terz tal-erja ta' kull biċċa raba' kif definit fl-Artikolu 63(4) tar-Regolament UE …/… [Regolament Orizzontali];

(ii)

li tat dritt għall-pagamenti skont is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament jew taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stabbilita fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u li:

(ii)

kwalunkwe żona tal-azjenda li tat dritt għall-pagamenti skont is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament jew taħt l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stabbilita fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u li:

 

ma tkunx għadha aktar konformi mad-definizzjoni ta' “ettaru eliġibbli” stabbilita fil-punt  ( a ) tar-Regolament ( UE ) Nru 1307/2013 bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE;

 

mhijiex “ettaru eliġibbli” kif definit mill-Istati Membri abbażi tas-subpunt  ( i ) u ( ia ) ta' dan il-punt;

 

 

bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE;

 

 

bħala riżultat ta' miżuri relatati maż-żona li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-objettivi ambjentali u tal-bijodiversità stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament; Tali żoni jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' kultivazzjoni tal-għadajjar;

 

għat-tul taż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont skema nazzjonali li l-kundizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikoli 65 u 67 ta' dan ir-Regolament;

 

għat-tul taż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont skema nazzjonali li l-kundizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikoli 65 u 67 ta' dan ir-Regolament . L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa biex jinkludu l-afforestazzjoni tal-art permezz ta' finanzjamenti privati jew nazzjonali li jikkontribwixxu għal objettiv speċifiku wieħed relatat mal-ambjent, mal-bijodiversità u mal-klima jew għal aktar.

 

għat-tul ta' żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament.

 

għat-tul ta' żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament.

Emendi 93 u 1148cp13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu biss ettari eliġibbli jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' mhux aktar minn 0,2  %;

Iż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu biss ettari eliġibbli jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol ta' mhux aktar minn 0,3  %;

Emenda 1148cp14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

“bdiewa ġenwini” għandha tkun definita b' mod li jiġi żgurat li l- ebda appoġġ ma jingħata lil dawk li l- attività agrikola tagħhom tifforma parti insinifikanti biss tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jew li l-attività ta' negozju ewlenija tagħhom mhijiex agrikola , filwaqt li ma jiġux esklużi mill-appoġġ il-bdiewa pluriattivi. Id-definizzjoni għandha tippermetti li jiġi determinat liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati bdiewa ġenwini fuq il-bażi ta' kundizzjonijiet bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu , l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola , l-għanijiet tal-kumpanija u/jew l-inklużjoni fir-reġistri .

(d)

“bdiewa attivi ” għandha tkun definita b’ tali mod li jiġi żgurat li l-appoġġ jingħata biss lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jinvolvu ruħhom f’mill-inqas livell minimu ta’ attività agrikola u li jipprovdu beni pubbliċi f’konformità mal-objettivi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK , filwaqt li ma jiġux esklużi mill-appoġġ il-bdiewa pluriattivi b’mod partikolari l-bdiewa part-time, il-bdiewa ta’ semisussistenza u l-biedja b’valur naturali għoli.

Id-definizzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tippreżerva l-mudell tal-biedja tal-familja tal-Unjoni b’karattru individwali jew ta’ grupp, irrispettivament mid-daqs tiegħu, u tista' tqis, jekk meħtieġ, il-partikolaritajiet tar-reġjuni ddefiniti fl-Artikolu 349 tat-TFUE.Id-definizzjoni għandha tiżgura li ma jingħata l-ebda pagament dirett lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lill-gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jħaddmu ajruporti, kumpaniji ferrovjarji, sistemi tal-infrastruttura tal-ilma, servizzi immobiljari, postijiet permanenti fejn jiġu pprattikati l-isport u attivitajiet rikreattivi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu f'din il-lista impriżi jew attivitajiet mhux agrikoli oħra, jew jirtiraw tali żidiet u jistgħu jeskludu minn din id-definizzjoni l-individwi jew il-kumpaniji li jwettqu pproċessar fuq skala kbira tal-prodotti agrikoli, bl-eċċezzjoni tal-gruppi ta' bdiewa involuti f'tali pproċessar.

Meta azjenda li tibbenefika mill-pagamenti tal-PAK tifforma parti minn struttura akbar, prinċipalment mhux agrikola, dan l-aspett għandu jkun trasparenti. Huma u jifformulaw id-definizzjoni, l-Istati Membri għandhom:

(i)

japplikaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, element jew elementi bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija , kriterji ta' attività agrikola minima, l-esperjenza adegwata, taħriġ u/jew ħiliet u/jew l-inklużjoni tal-attivitajiet agrikoli tagħhom fir-reġistri nazzjonali;

(ii)

jiffissaw, abbażi tal-karatteristiċi nazzjonali jew reġjonali tagħhom, ammont ta' pagamenti diretti, li ma għandux jaqbeż il-EUR 5 000 skont liema l-bdiewa, impenjati b'mill-inqas livell minimu ta' attività agrikola u li jfornu beni pubbliċi, għandhom fi kwalunkwe każ jitqiesu bħala “bdiewa attivi” .

Emendi 95 u 1148cp15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

“bidwi żagħżugħ” għandha tiġi definita b'mod li tinkludi:

(e)

“bidwi żagħżugħ” għandha tiġi definita b'mod li tinkludi limitu fl-età ta' 40 sena u :

Emendi 96 u 1148cp16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

limitu massimu fl-età li ma jistax jaqbeż l-40 sena;

imħassar

Emendi 97 u 1148cp16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

it-taħriġ xieraq u/jew ħiliet rikjesti .

(iii)

it-taħriġ xieraq u/jew ħiliet xierqa .

Emendi 98 u 1148cp16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jevalwaw il-konformità mal-kundizzjonijiet biex wieħed ikun il-kap tal-azjenda, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet ta' arranġamenti ta' sħubija.

Emendi 99 u 1148cp16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

“bidwi ġdid” għandu jiġi definit b'mod li jinkludi:

(i)

il-kundizzjonijiet biex wieħed ikun “il-kap tal-azjenda”;

(ii)

it-taħriġ xieraq u/jew il-ħiliet xierqa;

(iii)

limitu fl-età ta' aktar minn 40 sena.

 

“bidwi ġdid” skont din id-definizzjoni m'għandux jiġi rikonoxxut bħala “bidwi żagħżugħ” kif definit fil-punt (e).

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissumplementaw dan ir-Regolament b'regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żrieragħ iċċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 biex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika.

(2)   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissumplementaw dan ir-Regolament b'regoli li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti soġġett għall-użu ta' żrieragħ iċċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika.

Emendi 101 u 1149cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR għandu jkollu l-għan li jtejjeb aktar l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin:

Flimkien mal-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, l-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR għandu jkollu l-għan li jtejjeb aktar l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin fil-qasam ekonomiku, ambjentali u soċjali :

Emendi 102 u 1149cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

li jitrawwem settur agrikolu intelliġenti , reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel;

(a)

li jitrawwem settur agrikolu modern, kompetittiv , reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel fit-tul filwaqt li jissalvagwardja l-mudell tal-azjenda agrikola tal-familja ;

Emenda 1149cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

li jissaħħu l-ħarsien ambjentali u l-azzjoni klimatika u jingħata kontribut lill-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima;

(b)

li jiġu appoġġati u mtejba l-ħarsien ambjentali , il-bijodiversità u l-azzjoni klimatika u  jinkisbu riżultati f'dawk li huma l-objettivi tal-Unjoni relatati mal-ambjent u mal-klima;

Emendi 104 u 1149cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.

(c)

li tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali , sabiex jingħata kontribut għall-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, billi jiġi ggarantit introjtu vijabbli għall-bdiewa, filwaqt li jiġi segwit standard tal-għajxien ġust għall-popolazzjoni agrikola kollha u tiġi indirizzata d-depopolazzjoni rurali, b'enfasi partikolari fuq ir-reġjuni inqas popolati u inqas żviluppati, u żvilupp territorjali bilanċjat .

Emendi 105 u 1149cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-objettivi għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trasversali tal-modernizzazzjoni tas-settur billi jitrawmu jiġu kondiviżi l-għarfien , l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u jitħeġġeġ l-użu tagħhom.

Dawk l-objettivi għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trasversali tal-modernizzazzjoni tas-settur , u interkonnessi miegħu, billi jiġi żgurat li l-bdiewa jkollhom aċċess għar-riċerka, it-taħriġ l-kondiviżjoni tal-għarfien u s-servizzi tat-trasferiment tal-għarfien , l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u jitħeġġeġ l-użu tagħhom.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel;

(a)

jiġu żgurati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha biex jissaħħu s-sigurtà tal-ikel u d-diversità agrikola fit-tul, filwaqt li jiġi pprovdut ikel sikur u ta' kwalità għolja bi prezzijiet ġusti bl-għan li jitreġġa' lura t-tnaqqis fl-għadd tal-bdiewa u tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni ;

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn is-suq u  tiżdied il-kompetittività inkluż permezz ta' aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni;

(b)

jissaħħu l-orjentazzjoni lejn is-suq , fis-swieq lokali, nazzjonali, tal-Unjoni internazzjonali, kif ukoll l-istabbilizzazzjoni tas-suq u l-ġestjoni tar-riskju u ta' kriżijiet, u jiżdiedu l-kompetittività tal-azjendi agrikoli fit-tul, il-kapaċitajiet tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, b'aktar enfasi fuq id-differenzjazzjoni tal-kwalità, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija , it-trasferiment u l-iskambju tal-għarfien u d-diġitalizzazzjoni , u l-iffaċilitar tal-aċċess tal-bdiewa għal dinamika tal-ekonomija ċirkolari ;

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur;

(c)

tittejjeb il-pożizzjoni ta' negozjar tal-bdiewa fil-katini tal-valur billi jitħeġġu forom assoċjattivi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u negozjati kollettivi, kif ukoll bil-promozzjoni ta' ktajjen tal-provvista qosra u t-titjib tat-trasparenza tas-suq ;

Emenda 1150cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

jingħata kontribut lill-mitigazzjoni u  l-adattament għat-tibdil fil-klima , kif ukoll lill-enerġija sostenibbli;

(d)

jingħata kontribut lill-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, billi jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra, anki permezz tat-tisħiħ tal-bjar tal-karbonju, tas-sekwestru tal-karbonju u ħżin fis-settur agrikolu u alimentari , kif ukoll billi tiġi inkorporata l-enerġija sostenibbli , filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, u lill-ġestjoni sostenibbli u lill-protezzjoni tal-foresti, bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi ;

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja;

(e)

jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja , filwaqt li titnaqqas id-dipendenza kimika bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-istrumenti leġiżlattivi rilevanti u jiġu ppremjati prattiki u sistemi tal-biedja li jwasslu għal benefiċċji ambjentali multipli, inkluż it-twaqqif tad-deżertifikazzjoni ;

Emenda 1150cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

jingħata kontribut lill-protezzjoni tal-bijodiversità, jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema u jiġu preservati l-ħabitats u l-pajsaġġi;

(f)

jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema, u jingħata kontribut biex jiġi interrott u mreġġa' lura t-telfien tal-bijodiversità, anki billi jiġu protetti l-flora, il-fawna u l-ispeċijiet dakkara benefiċi, jingħata appoġġ lill-agrobijodiversità, lill-konservazzjoni tan-natura lill-agroforestrija, kif ukoll biex jingħata kontribut għal reżiljenza naturali akbar, jiġu ppreservati d-diversi tipi tal-ħamrija, il-korpi tal-ilma, il-ħabitats u l-pajsaġġi u jirritornaw għal li kienu, u jingħata sostenn lis-sistemi tal-biedja b'valur naturalistiku għoli (HNV) ;

Emendi 112 u 1150cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u  jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali;

(g)

jiġu attirati u appoġġati bdiewa żgħażagħ u  bdiewa ġodda u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur agrikolu, b'mod partikolari fiż-żoni l-aktar depopolati u żoni b'restrizzjonijiet naturali; jiġu ffaċilitati t-taħriġ u l-esperjenza fl-Unjoni kollha, l-iżvilupp tan-negozju sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali;

Emenda 1150cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

jiġu promossi l-impjiegi , it-tkabbir, l-inklużjoni soċjali u  l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija l-forestrija sostenibbli;

(h)

jiġu promossi l-koeżjoni soċjali u territorjali fiż-żoni rurali inkluż permezz tal-ħolqien tal-impjiegi , it-tkabbir u l-investiment , l-inklużjoni soċjali , il-ġlieda kontra l-faqar rurali permezz tal-iżvilupp lokali, inklużi servizzi lokali ta' kwalità għolja għall-komunitajiet rurali, b'enfasi partikolari fuq żoni b'restrizzjonijiet naturali; il-promozzjoni ta' kundizzjonijiet tal-ħajja, tax-xogħol u ekonomiċi dinjitużi; id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet u tal-introjtu, inklużi l-agrituriżmu, il-bijoekonomija sostenibbli, l-ekonomija ċirkolari, il-ġestjoni sostenibbli u l-protezzjoni tal-foresti, filwaqt li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-promozzjoni tal-opportunitajiet ugwali fiż-żoni rurali permezz ta' miżuri speċifiċi ta' appoġġ, u r-rikonoxximent tal-ħidma tan-nisa fl-agrikoltura, l-artiġjanat, it-turiżmu u s-servizzi lokali ;

Emenda 1150cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, il-ħela tal-ikel, kif ukoll il-benessri tal-annimali .

(i)

tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv , ta' kwalità għolja u sostenibbli, biedja b'konsumi intermedji baxxi, agrikolatura oraganika, it-tnaqqs tal-ħela tal-ikel, il-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-titjib tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali, kif ukoll il-bżonn li s-soċjetà tagħraf aktar l-importanza tal-bdiewa u taż-żoni rurali, filwaqt li jingħata kontribut lill-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli .

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Meta jsegwu l-objettivi speċifiċi l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-simplifikazzjoni l-prestazzjoni tal-appoġġ tal-PAK .

2.    Bl-għan li jiksbu objettivi speċifiċi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-prestazzjoni tal-appoġġ tal-PAK s-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali billi jnaqqsu l-piż amministrattiv filwaqt li jiżguraw in-nondiskriminazzjoni fost il-benefiċjarji .

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikoli 5 u 6(1) għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' indikaturi komuni relatati mal-output, mar-riżultat u mal-impatt. Is-sett ta' indikaturi komuni għandu jinkludi:

Il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikoli 5 u 6(1) għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' indikaturi komuni relatati mal-output, mar-riżultat u mal-impatt u għandha tkun ibbażata fuq sorsi uffiċjali ta' informazzjoni . Is-sett ta' indikaturi komuni għandu jinkludi:

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-indikaturi tar-riżultati relatati mal-objettivi speċifiċi kkonċernati u li ntużaw għall-istabbiliment ta' stadji importanti u miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi speċifiċi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u li jivvalutaw il-progress lejn il-miri. L-indikaturi rigward l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent jistgħu jkopru l-interventi inklużi fi strumenti nazzjonali rilevanti għall-ippjanar ambjentali u klimatiku li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XI;

(b)

l-indikaturi tar-riżultati relatati mal-objettivi speċifiċi kkonċernati u li ntużaw għall-istabbiliment ta' stadji importanti u miri kwantifikati b'rabta ma' dawn l-objettivi speċifiċi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u li jivvalutaw il-progress lejn il-miri. L-indikaturi rigward l-objettivi relatati mal-klima u mal-ambjent jistgħu jkopru l-interventi li jikkontribwixxu għall-impenji li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XI;

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-indikaturi tal-impatt relatati mal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1) u li jintużaw fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u tal-PAK;

(c)

l-indikaturi tal-impatt relatati mal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1) u li jintużaw fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK , filwaqt li jitqiesu l-fatturi esterni lil hinn mill-PAK.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jaqsmu l-indikaturi tal-output u l-indikaturi tar-riżultati stabbiliti fl-Anness I f'aktar dettall fir-rigward ta' karatteristiċi nazzjonali u reġjonali partikolari fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jemendaw l-Anness I biex jiġu adattati l-indikaturi komuni tal-output, tar-riżultati u tal-impatti biex titqies l-esperjenza bl-applikazzjoni tagħhom u, fejn meħtieġ, biex jiżdiedu indikaturi oħrajn ġodda .

2.    Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sħiħa dwar l-effikaċja tal-indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatt stabbiliti fl-Anness I sal-aħħar tat-tielet sena tal-applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi.

 

Wara dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 138, li jemendaw l-Anness I biex jiġu adattati, jekk ikun meħtieġ, l-indikaturi komuni filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-politika ta' dan ir-Regolament.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta' dan it-Titolu skont ir-rekwiżiti komuni stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri , u, fejn applikabbli, ir-reġjuni tagħhom, għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta' dan it-Titolu skont ir-rekwiżiti komuni stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Emendi 122 u 1117cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ifasslu l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom ifasslu , f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

Emenda 1104

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, għandhom iqisu l-prinċipji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, jiġifieri n-natura partikolari tal-attività agrikola, li tirriżulta mill-istruttura soċjali tal-agrikoltura u mid-disparitajiet strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni agrikoli; il-bżonn li jsiru gradwalment il-bidliet xierqa; il-fatt li fl-Istati Membri, l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-ekonomija fit-totalità tagħha.

Emendi 123 u 1117cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jkunu kompatibbli mas-suq intern u li ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni .

L-Istati Membri f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, għandhom jiżguraw li l-interventi jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, u li ma jfixklux il-funzjonament xieraq tas-suq intern .

Emenda 1117cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' persuna ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 15 u l-appoġġ imsemmi fl-Artikoli 26, 27, 29, 66, 67 u 68 kif definit fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa attivi individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew il-gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Emendi 124 u 1117cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-għoti tal-appoġġ mill-Unjoni lill-benefiċjarji fuq il-bażi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

L-Istati Membri f'kollaborazzjoni, fejn applikabbli, mar-reġjuni tagħhom, għandhom jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-għoti tal-appoġġ mill-Unjoni lill-benefiċjarji fuq il-bażi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

Emendi 731 u 807

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

Żvilupp sostenibbli

L-objettivi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u mal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreservata, imħarsa u mtejba, kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza tar-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità, ir-reżiljenza għad-diżastri, u l-mitigazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji jiġu promossi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-PAK. L-interventi għandhom ikunu ppjanati u mwettqa f'konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE. Din il-konsistenza strateġika għandha tiġi kkontrollata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura deskritta fil-Kapitolu III tat-Titolu V.

Emenda 808

Proposta għal regolament

Artikolu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9b

Konformità mal-Ftehim ta' Pariġi

L-objettivi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, u bil-għan li jintlaħqu l-objettivi globali stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u l-impenji deskritti fil-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Qabel ma tadotta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-taħlita tal-miri u tal-miżuri kollha tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK se tippermetti li jintlaħqu l-objettivi klimatiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 9c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9c

Integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, bil-għan li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-Istati Membri jikkonformaw mal-impenji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi li huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u d-definizzjonijiet li jridu jiġu formulati fil-Pjanijiet Strateġiji tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 4, jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.

L-interventi bbażati fuq it-tipi ta' interventi li huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u d-definizzjonijiet li jridu jiġu formulati fil-Pjanijiet Strateġiji tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 4, għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi bbażati fuq il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton previsti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II, ta' dan it-Titolu jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(5) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.

imħassar

Emenda 809

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Dimensjoni globali tal-PAK

 

1.     F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp jitqiesu fl-interventi kollha tal-PAK, u li jiġu rrispettati d-dritt għall-ikel kif ukoll id-dritt għall-iżvilupp.

 

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu sal-punt massimu possibbli għall-ilħuq f'waqtu tal-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-SDG 2, l-SDG 10, l-SDG 12, u l-SDG 13, kif ukoll fil-Ftehim ta' Pariġi. Għalhekk, l-interventi tal-PAK għandhom:

 

(i)

jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' agrikoltura diversifikata u sostenibbli u prattiki agroekoloġiċi reżiljenti kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiżi sħab;

(ii)

jikkontribwixxu għaż-żamma tad-diversità ġenetika taż-żrieragħ, il-pjanti kkultivati, l-annimali tal-azjenda agrikola jew iddomestikati u l-ispeċijiet selvaġġi relatati tagħhom, fl-Unjoni u fil-pajjiżi sħab;

(iii)

jintegraw b’mod sħiħ il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;

 

3.     Il-konformità tal-PAK mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp għandha tiġi vvalutata fuq bażi regolari, fost l-oħrajn, billi tintuża data mill-mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit fl-Artikolu 119a. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni u r-rispons ta' politika tal-Unjoni.

Emenda 1151cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema ta' kundizzjonalità, li taħtha għandha tiġi imposta penali amministrattiva fuq il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu jew il-primjums annwali skont l-Artikoli 65, 66 u 67 , u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni u l-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kif elenkati fl-Anness III, relatati mal-oqsma speċifiċi li ġejjin:

1.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema ta' kundizzjonalità, li taħtha il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu jew il-primjums annwali skont l-Artikoli 65, 66 u 67 għandhom ikunu suġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni u l-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kif elenkati fl-Anness III, relatati mal-oqsma speċifiċi li ġejjin:

Emendi 810cp2, 887 u 1151cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-klima u l-ambjent;

(a)

il-klima u l-ambjent , inklużi l-ilma, l-arja, il-ħamrija, il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi ;

Emenda 1151cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-regoli dwar il-penali amministrattivi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

2.   Ir-regoli dwar sistema effikaċi u proporzjonata ta' penali amministrattivi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament rigward derogi temporanji dwar regoli ta' kundizzjonalità matul epidemiji ta' mard, avvenimenti klimatiċi avversi, avvenimenti katastrofiċi jew diżastri naturali.

Emenda 732

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

Prinċipju u kamp ta' applikazzjoni dwar il-kundizzjonalità soċjali

1.     L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom sistema ta' kundizzjonalità, skont liema l-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II u l-Kapitolu III ta' dan it-Titolu jew il-premiums annwali skont l-Artikoli 65, 66 u 67 għandhom ikunu soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet applikabbli tax-xogħol u tal-impjieg u/jew l-obbligi tal-impjegatur li jirriżultaw mill-ftehimiet kollettivi rilevanti kollha u l-liġi soċjali u tax-xogħol fil-livelli nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali.

2.     Ir-regoli dwar sistema effettiva u proporzjonata ta' penali amministrattivi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali].

Emenda 1128

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Obbligi tal-Istati Membri relatati mal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba

Obbligi tal-Istati Membri relatati mal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni agrikoli kollha, inkluża l-art li ma tkunx għadha tintuża għal skopijiet ta' produzzjoni, tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali, l-istandards minimi għall-benefiċjarji għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art f'konformità mal-objettiv ewlieni tal-istandards kif imsemmi fl-Anness III, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-ħamrija u l-kundizzjoni klimatika, is-sistemi eżistenti tal-biedja, l-użu tal-artijiet, in-newba, il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni agrikoli kollha, inkluża l-art li ma tkunx għadha tintuża għal skopijiet ta' produzzjoni, jinżammu f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha fuq il-livell nazzjonali jew , fejn xieraq, reġjonali, l-istandards minimi għall-benefiċjarji għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art f'konformità mal-objettiv ewlieni tal-istandards kif imsemmi fl-Anness III, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-ħamrija, l-ilma u l-kundizzjoni klimatika, is-sistemi eżistenti tal-biedja, l-użu tal-artijiet, in-newba, il-prattiki tal-biedja u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli , u b'hekk jiġi żgurat li l-art tikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) .

2.   Fir-rigward tal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu standards addizzjonali minbarra dawk stipulati f'dak l-Anness skont dawn l-objettivi ewlenin. Madankollu , l-Istati Membri ma għandhomx jiddefinixxu standards minimi għal objettivi ewlenin għajr l-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III.

2.    Sabiex tkun protetta l-komunalità tal-PAK u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, u anke fir-rigward tal-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III, l-Istati Membri ma għandhomx jippreskrivu standards addizzjonali minbarra dawk stipulati f'dak l-Anness skont dawn l-objettivi ewlenin , fl-ambitu tas-sistema tal-kundizzjonalità . Barra minn hekk , l-Istati Membri ma għandhomx jiddefinixxu standards minimi għal objettivi ewlenin għajr l-objettivi ewlenin stipulati fl-Anness III.

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji kkonċernati, fejn xieraq bl-użu ta' mezzi elettroniċi, bil-lista tar-rekwiżiti u l-istandards li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-azjenda agrikola, kif ukoll informazzjoni ċara u preċiża dwarhom.

 

2a.     Il-bdiewa li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) dwar il-biedja organika għandhom, b'hekk, jitqiesu li jkunu konformi mar-regola 8 tal-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art (KAAT) stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

 

2b.     Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif definiti skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, u l-gżejjer minuri tal-Eġew, kif definiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-istandards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art 1, 2, 8 u 9 stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

 

2c.     Il-bdiewa li jipparteċipaw fi skemi volontarji għall-klima u l-ambjent skont l-Artikolu 28 bi prattiki agrikoli ekwivalenti għall-KAAT 1, 8, 9 jew 10 jitqiesu bħala konformi mal-istandards tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art (KAAT) korrispondenti stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament dment li dawn l-iskemi jagħtu livell ogħla ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent fir-rigward tal-KAAT 1, 8, 9 jew 10. Tali prattiki għandhom jiġu vvalutati f'konformità mat-Titolu V ta' dan ir-Regolament.

3.     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprovdi l-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti msemmija fl-Anness III, bil-kontenut u l-funzjonalitajiet minimi kif definit hemmhekk, lill-benefiċjarji li se jużaw l-Għodda.

 

Il-Kummissjoni tista' tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta' dik l-Għodda kif ukoll fir-rekwiżiti tas-servizzi ta' ħżin tad-data u tal-ipproċessar tad-data.

 

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, inkluż l-istabbiliment tal-elementi tas-sistema tal-proporzjon ta' bur permanenti, is-sena ta' referenza u r-rata ta' konverżjoni skont il-KAAT 1 kif imsemmi fl-Anness III , il-format u l-elementi u l-funzjonalitajiet minimi addizzjonali tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti .

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli li jirrigwardaw elementi ulterjuri tas-sistema tal-proporzjon ta' bwar permanenti, is-sena ta' referenza u r-rata ta' konverżjoni skont il-KAAT 1 kif imsemmi fl-Anness III.

 

Emenda 1129

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli

Servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli

1.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema għall-provvista ta' servizzi għall-għoti ta' pariri lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħrajn tal-appoġġ tal-PAK dwar il-ġestjoni tal-art u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola (“servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli”).

1.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema għall-provvista ta' servizzi ta' kwalità u indipendenti għall-għoti ta' pariri lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħrajn tal-appoġġ tal-PAK dwar il-ġestjoni tal-art u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola (“servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli”) li, meta xieraq, għandhom jibnu fuq sistemi diġà eżistenti fil-livell tal-Istati Membri . L-Istati Membri għandhom jallokaw baġit xieraq għall-finanzjament ta' dawk is-servizzi u deskrizzjoni qasira ta' dawk is-servizzi għandha tiġi inkluża fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK.

 

L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas is-sehem minimu ta' 30 % tal-allokazzjoni relatata ma' dan l-Artikolu għas-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika li jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).

2.   Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn għandhom jiġu integrati fis-servizzi interrelatati ta' konsulenti għall-azjendi agrikoli , riċerkaturi, organizzazzjoijiet tal-bdiewa u partijiet ikkonċernati oħra li jiffurmaw is-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS).

2.   Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni , filwaqt li jqisu l-prattiki u t-tekniki tradizzjonali tal-biedja . Dawn għandhom jiġu integrati fis-servizzi interrelatati ta' networks konsultattivi tal-azjendi agrikoli, konsulenti, riċerkaturi, organizzazzjonijiet tal-bdiewa, kooperattivi u partijiet ikkonċernati oħra li jiffurmaw is-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parir mogħti lil-azjendi agrikoli jkun imparzjali u li l-konsulenti ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parir mogħti lil-azjendi agrikoli jkun imparzjali u adattat għall-firxa sħiħa ta' mezzi ta' produzzjoni u azjendi agrikoli, u li l-konsulenti ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess.

 

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli jkunu mgħammra biex jipprovdu parir kemm dwar il-produzzjoni kif ukoll dwar il-provvista ta' beni pubbliċi.

4.    Is-sistemi konsultattivi għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru mill-inqas dan li ġej:

4.    Is-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli stabbiliti mill-Istat Membru għandhom ikopru mill-inqas dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-impenji ta' ġestjoni kollha li japplikaw għall-bdiewa u għall-benefiċjarji l-oħra stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż ir-rekwiżiti u l-istandards taħt il-kundizzjonalità u l-kundizzjonijiet għall-iskemi ta' appoġġ kif ukoll informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjanijiet ta' negozju stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(a)

ir-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-impenji ta' ġestjoni kollha li japplikaw għall-bdiewa u għall-benefiċjarji l-oħra stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, inklużi r-rekwiżiti u l-istandards taħt il-kundizzjonalità , l-ekoskemi u l-impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn skont l-Artikolu 65 u l-kundizzjonijiet għall-iskemi ta' appoġġ kif ukoll informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjanijiet ta' negozju stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(b)

ir-rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2008/50/KE, id-Direttiva (UE) 2016/2284, ir-Regolament (UE) 2016/2031, ir-Regolament (UE) 2016/429, l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u d-Direttiva 2009/128/KE;

(b)

ir-rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2008/50/KE, id-Direttiva (UE) 2016/2284, ir-Regolament (UE) 2016/2031, ir-Regolament (UE) 2016/429, l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u d-Direttiva 2009/128/KE;

(c)

il-prattiki tal-azjendi agrikoli li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni “Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika” (31);

(c)

il-prattiki tal-azjendi agrikoli li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni “Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika” (31);

(d)

il-ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 70 ;

(d)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju;

(e)

l-appoġġ għall-innovazzjoni b'mod partikolari għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114;

(e)

l-appoġġ għall-innovazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114;

(f)

l-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali kif imsemmi fl-Artikolu 102(b).

(f)

l-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali kif imsemmi fl-Artikolu 102(b);

 

(fa)

tekniki biex tiġi ottimizzata l-prestazzjoni ekonomika ta' sistemi tal-produzzjoni, it-titjib tal-kompetittività, l-orjentazzjoni tas-suq, ktajjen tal-provvista qosra u l-promozzjoni tal-intraprenditorija;

 

(fb)

konsulenza speċifika għall-bdiewa li jkunu qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba;

 

(fc)

l-istandards tas-sikurezza u l-kura psikosoċjali fil-komunitajiet tal-bdiewa;

 

(fd)

il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti, inkluż l-użu tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti;

 

(fe)

it-titjib tal-prattiki u t-tekniki agroekoloġiċi u agroforestrali kemm fuq artijiet agrikoli kif ukoll fuq artijiet forestali;

 

(ff)

il-konċentrazzjoni fuq l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi oħra ta' bdiewa;

 

(fg)

l-assistenza lill-bdiewa li jkunu jixtiequ jbiddlu l-produzzjoni, b'mod partikolari minħabba bidliet fid-domanda tal-konsumatur, b'pariri dwar il-ħiliet ġodda u t-tagħmir li jkollhom bżonn;

 

(fh)

il-mobilità tal-art u s-servizzi tal-ippjanar tas-suċċessjoni;

 

(fi)

il-prattiki agrikoli kollha li jagħmluha possibbli li jitnaqqas l-użu ta' fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti billi jippromwovu metodi naturali tat-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u l-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara;

 

(fj)

it-titjib tar-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima; u

 

(fk)

it-titjib tal-benessri tal-annimali.

 

4a.     Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali u għal dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi tal-Unjoni, il-persuni u l-entitajiet inkarigati minn servizzi konsultattivi ma għandhomx jiżvelaw lil kwalunkwe persuna oħra għajr il-bidwi jew il-benefiċjarju li jkun ingħata parir, kwalunkwe informazzjoni jew data personali jew kummerċjali relatata mal-bidwi jew mal-benefiċjarju inkwistjoni li tkun ġiet akkwistata matul il-kompitu konsultattiv tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' ksur soġġett għal rapportar obbligatorju lill-awtoritajiet pubbliċi skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

 

4b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, permezz ta' proċedura pubblika xierqa, li l-konsulenti li jaħdmu fi ħdan is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli jkunu kwalifikati kif xieraq u mħarrġa regolarment.

Emenda 811

Proposta għal regolament

Titolu III – Kapitolu 1 – Taqsima 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima 3a

Biedja organika

Artikolu 13a

Biedja Organika

L-agrikoltura organika, kif definita skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija sistema ta' biedja ċċertifikata li tista' tikkontribwixxi għal diversi objettivi speċifiċi tal-PAK kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-benefiċċji tal-biedja organika, kif ukoll tad-domanda li qiegħda tikber għaliha u li qed tkompli tisboq iż-żieda fil-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-livell ta' appoġġ meħtieġ għall-art agrikola ġestita skont iċ-ċertifikazzjoni organika. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom analiżi tal-produzzjoni tas-settur organiku, tad-domanda mistennija, u tal-potenzjal tagħha li tissodisfa l-objettivi tal-PAK, u għandhom jistabbilixxu objettivi sabiex iżidu s-sehem tal-art agrikola skont il-ġestjoni organika kif ukoll sabiex jiżviluppaw il-katina ta' provvista organika sħiħa. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell xieraq ta' appoġġ għall-konverżjoni u għall-manutenzjoni organiċi permezz ta' miżuri għall-iżvilupp rurali fl-Artikolu 65, u għandhom jiżguraw li l-baġits allokati jlaħħqu mat-tkabbir mistenni fil-produzzjoni organika.

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-iskemi għall-klima u għall-ambjent.

(d)

l-iskemi għall-klima, għall-ambjent u  għall-benessri tal-annimali; kif ukoll

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

l-iskemi għat-tisħiħ tal-kompetittività;

Emendi 163, 733cp2, 765, 897, 1118cp2, 1126cp2 u 1207cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-ammont tal-pagamenti diretti li jridu jingħataw lil bidwi skont dan il-Kapitolu f'sena kalendarja speċifika:

Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu mill-ammont tal-pagamenti diretti li jridu jingħataw lil bidwi skont dan il-Kapitolu f'sena kalendarja speċifika:

Emendi 164, 733cp3, 766, 1118cp3, 1126cp3 u 1207cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

is-salarji marbuta ma' attività agrikola ddikjarata mill-bidwi, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi; kif ukoll

(a)

50 % tas-salarji marbuta ma' attività agrikola ddikjarata mill-bidwi, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi; kif ukoll

Emendi 165, 733cp4, 899, 1118cp4, 1126cp4 u 1207cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-ispiża ekwivalenti ta' xogħol regolari u mhux imħallas marbut ma' attività agrikola pprattikata minn persuni li jaħdmu fl-azjenda agrikola kkonċernata li ma jirċevux salarju, jew li jirċievu inqas rimunerazzjoni mill-ammont normalment imħallas għas-servizzi mogħtija, iżda jiġu ppremjati permezz tar-riżultat ekonomiku tan-negozju agrikolu.

imħassar

Emendi 166, 767, 900, 1118cp5 u 1126cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-għajnuna diretta msemmija fl-Artikoli 27 u 28.

Emendi 167, 768, 1118cp6 u 1126cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fil-punti a) u b) , l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispiża reali tax-xogħol u s-salarji marbuta ma' attività agrikola jew ma' attività relatata fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikati bin-numru ta' unitajiet annwali ta' xogħol iddikjarati mill-bidwi kkonċernat.

Sabiex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu , l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispejjeż reali tas-salarji jew is-salarji standard medji marbuta ma' attività agrikola u relatata fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikati bin-numru ta' unitajiet annwali ta' xogħol iddikjarati mill-bidwi kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi dwar spejjeż standard tas-salarji assoċjati mad-diversi tipi ta' azjendi agrikoli u data ta' referenza dwar il-ġenerazzjoni tal-impjiegi skont it-tip ta' azjenda agrikola.

Emendi 1096 u 1126cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni dwar is-sussidji kollha riċevuti [mill-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK] u taggrega l-ammont totali li persuna fiżika tirċievi jew direttament permezz ta' pagamenti diretti jew inkella indirettament bħala sid benefiċjarju ta' persuni ġuridiċi li huma benefiċjarji tal-pagamenti tal-PAK (pagamenti diretti u pagamenti mill-iżvilupp rurali). Il-Kummissjoni għandha żżomm rekord f'ħin reali u twaqqaf il-pagamenti li jaqbżu total aggregat ta':

 

(a)

EUR 500 000 fl-ewwel pilastru għall-pagamenti diretti.

 

(b)

EUR 1 000 000 għal investimenti taħt it-tieni pilastru; il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata jekk il-limitu jinqabeż. Il-Kummissjoni tevalwa, fuq bażi ta' kull każ għalih, jekk tistax tingħata eċċezzjoni f'każijiet debitament ġustifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kriterji oġġettivi definiti b'mod ċar. li għandhom jiġu ppubblikati fil-forma ta' linji gwida intiżi għall-awtoritajiet tal-Istati Membri mingħajr dewmien indebitu.

 

Il-pagamenti għal proġetti li huma ta' benefiċċju għall-popolazzjoni ġenerali, li huma implimentati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-muniċipalitajiet jew il-bliet, għandhom jiġu esklużi minn dawn il-limiti massimi.

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ f'ħin reali permezz ta' adattament u estensjoni tas-sistema ARACHNE jew għodod xierqa oħra tal-IT. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jdaħħlu d-data rilevanti kollha (bħall-proġett, il-pagamenti, il-persuna ġuridika, il-persuna fiżika, is-sidien benefiċjarji, eċċ.) f'din is-sistema f'ħin reali bħala kundizzjoni biex jirċievu l-fondi minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tuża din is-sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ f'ħin reali biex ikollha ħarsa ġenerali preċiża tad-distribuzzjoni u l-allokazzjoni ekwa tal-fondi tal-Unjoni u biex ikollha l-possibbiltà li tittraċċa u taggrega l-mezzi finanzjarji distribwiti.

Emendi 168, 733cp7, 769, 1118cp7, 1126cp8 u 1207cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti għandu jintuża prinċipalment biex jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-appoġġ għall-introjtu ridistributtiv komplementarju għas-sostenibbiltà u wara għall-finanzjament ta' interventi oħra li jappartjenu għall-pagamenti diretti diżakkoppjati.

Il-prijorità tal-użu tal-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti għandha tkun il-finanzjament tal-introjtu ridistributtiv komplementarju għas-sostenibbiltà u wara għall-finanzjament ta' interventi oħra li jappartjenu għall-pagamenti diretti diżakkoppjati.

Emendi 169, 733cp8, 770, 1118cp8, 1126cp9 u 1207cp8

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-prodott kollu jew parti minnu biex jiffinanzjaw it-tipi ta' interventi taħt l-FAEŻR kif speċifikat fil-Kapitolu IV permezz ta' trasferiment. Trasferiment lill-FAEŻR bħal dan għandu jkun parti mit-tabelli finanzjarji tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jista' jiġi rieżaminat fl-2023 skont l-Artikolu 90. Dan ma għandux ikun soġġett għal-limiti massimi għat-trasferimenti ta' fondi mill-FAEG għall-FAEŻR stabbiliti fl-Artikolu 90.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-prodott kollu jew parti minnu biex jiffinanzjaw it-tipi ta' interventi taħt il-FAEŻR kif speċifikat fil-Kapitolu IV permezz ta' trasferiment. Trasferiment lill-FAEŻR bħal dan għandu jkun parti mit-tabelli finanzjarji tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jista' jiġi rieżaminat fl-2024 skont l-Artikolu 90.

Emendi 170, 733cp9, 771, 1118cp9, 1126cp10 u 1207cp9

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kundizzjoni li huma jkunu kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Emendi 733cp10, 772, 1118cp10 u 1126cp11

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Fejn Stat Membru jagħti appoġġ għall-introjtu ridistributtiv komplementarju lill-bdiewa skont l-Artikolu 26 u għal dak l-għan juża tal-anqas 12 % tal-allokazzjoni tiegħu għal pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness IV, jista' jiddeċiedi li jirrinunzja l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emendi 172, 773, 903, 1118cp11 u 1126cp12

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     L-ebda vantaġġ li jikkonsisti fl-evitar tat-tnaqqis tal-pagamenti ma għandu jingħata lil dawk il-bdiewa li dwarhom jiġi stabbilit li jkunu ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet biex jevitaw l-effetti ta' dan l-Artikolu.

Emendi 173, 775, 1118cp12 u 1126cp13

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissupplementaw dan ir-Regolament b’regoli li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti stabbilit fil-paragrafu 1 sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-benefiċjarji intitolati.

imħassar

Emendi 174, 1208 u 1213cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati lill-bdiewa attivi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell limitu tal-erja u  jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati biss lill-bdiewa ġenwini li l-erja eliġibbli tal-azjenda tagħhom li għaliha qed jintalbu l-pagamenti diretti diżakkoppjati taqbeż dan il-limitu tal-erja .

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell limitu tal-erja u /jew limitu minimu ta' pagamenti diretti u jagħtu pagamenti diretti biss lill-bdiewa attivi li l-erja u/jew volumi ta' pagamenti diretti tagħhom ikunu daqs jew jaqbżu dawk il-livelli limitu .

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jistabbilixxu l-livell limitu tal-erja, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-pagamenti diretti diżakkoppjati jistgħu biss jingħataw lill-bdiewa ġenwini jekk:

Meta jistabbilixxu l-livell limitu tal-erja jew il-limitu minimu għall-pagamenti , l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-pagamenti diretti jistgħu biss jingħataw lill-bdiewa attivi jekk:

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-ġestjoni tal-pagamenti korrispondenti ma tikkawżax piż amministrattiv eċċessiv, u

(a)

il-ġestjoni tal-pagamenti korrispondenti li jkunu daqs jew jaqbżu dawk il-livelli limitu ma tikkawżax piż amministrattiv eċċessiv, u

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-ammonti korrispondenti jagħmlu kontribut effettiv għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) li għalihom il-pagamenti diretti diżakkoppjati jikkontribwixxu.

(b)

l-ammonti rċevuti li jaqbżu l-livell limitu stabbilit jagħmlu kontribut effettiv għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) li għalihom il-pagamenti diretti diżakkoppjati jikkontribwixxu.

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 lir-reġjuni ultraperiferiċi u  lill-Gżejjer minuri tal-Eġew.

3.   L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu għar-reġjuni ultraperiferiċi u  għall-Gżejjer minuri tal-Eġew u għall-arċipelagu Baleariku .

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     F'sitwazzjonijiet speċifiċi fejn, minħabba n-natura tas-sistema agrikola, il-bdiewa ma jkollhomx art iżda jkunu ngħataw għajnuna fil-forma ta' pagament bażiku mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jkun ammont għal kull azjenda.

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 19 sa 24, l-appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jingħata għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat minn bidwi ġenwin .

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 19 sa 24, l-appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jingħata għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat minn bidwi attiv .

Emenda 1119

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafi 2 u 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-ammont tal-appoġġ għall-introjtu bażiku għal kull ettaru fost il-gruppi ta' territorji differenti li jiffaċċjaw kundizzjonijiet soċjoekonomiċi jew agronomiċi simili .

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-ammont għal kull ettaru tal-appoġġ għall-introjtu skont il-gruppi differenti ta' żoni skont il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, ambjentali jew agronomiċi . L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-ammonti għal reġjuni bi żvantaġġi naturali jew speċifiċi għaż-żona u żoni depopolati kif ukoll f'appoġġ għal bwar permanenti. F'dak li għandu x'jaqsam ma' mergħat alpini estensivi tradizzjonali kif definiti mill-Istati Membri, l-ammont tal-appoġġ għall-introjtu bażiku għal kull ettaru jista' jitnaqqas, indipendentement mis-sitwazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola .

 

2a.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi li jillimitaw in-numru ta' ettari nazzjonali eliġibbli li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ, abbażi ta' perjodu ta' referenza deċiż mill-Istat Membru.

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta l-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta' pagament bażiku kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jiddeċiedu li ma jagħtux l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi ta' intitolamenti għal pagament, l-intitolamenti għal pagament allokati skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru  2020 .

2.   Meta l-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta' pagament bażiku kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jiddeċiedu li ma jagħtux l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi ta' intitolamenti għal pagament, l-intitolamenti għal pagament allokati skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru  2022 . L-Istati Membri li diġà lestew il-proċess ta' aġġustament intern tal-intitolamenti għal pagament jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw l-intitolamenti għal pagament aktar kmieni.

Emenda 1120

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

Artikolu 20

Valur tal-intitolamenti għal pagament u konverġenza

Valur tal-intitolamenti għal pagament u konverġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-valur unitarju għall-intitolamenti għal pagament qabel il-konverġenza skont dan l-Artikolu billi jaġġustaw il-valur tal-intitolamenti għal pagament b'mod proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena tat-talba 2020 u l-pagament relatat għall-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2020 .

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-valur unitarju għall-intitolamenti għal pagament qabel il-konverġenza skont dan l-Artikolu billi jaġġustaw il-valur tal-intitolamenti għal pagament b'mod proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena tat-talba 2023 u l-pagament relatat għall-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2023 .

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-valur tal-intitolamenti għal pagament skont l-Artikolu 18(2).

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-valur tal-intitolamenti għal pagament skont l-Artikolu 18(2).

3.    Sal-aktar tard is-sena tat-talba 2026, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell massimu għall-valur tal-intitolamenti għal pagament għall-Istat Membru jew għal kull grupp ta' territorji definit skont l-Artikolu 18(2).

3.    Sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell massimu għall-valur tal-intitolamenti għal pagament għall-Istat Membru jew għal kull grupp ta' territorji definit skont l-Artikolu 18(2).

4.   Meta l-valur tal-intitolamenti għal pagament kif determinat skont il-paragrafu 1 ma jkunx uniformi fi Stati Membru jew fi grupp ta' territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw konverġenza tal-valur tal-intitolamenti għal pagament lejn valur unitarju uniformi l-aktar tard sas-sena tat-talba 2026.

4.   Meta l-valur tal-intitolamenti għal pagament kif determinat skont il-paragrafu 1 ma jkunx uniformi fi Stati Membru jew fi grupp ta' territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw konverġenza sħiħa tal-valur tal-intitolamenti għal pagament lejn valur unitarju uniformi l-aktar tard sas-sena tat-talba 2026.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-aktar tard għas-sena tat-talba 2026 , l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta' mill-inqas 75 % tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-aktar tard għas-sena tat-talba 2024 , l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta' mill-inqas 75 % tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2024 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).

 

5a.     Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal mhux aktar tard mill-aħħar sena tat-talba tal-perjodu ta' programmazzjoni, l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta' 100 % tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definiti skont l-Artikolu 18(2).

6.   L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw iż-żidiet fil-valur tal-intitolamenti għal pagament meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 billi jużaw kwalunkwe prodott possibbli li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3, u, fejn meħtieġ, billi jnaqqsu d-differenza bejn il-valur unitarju tal-intitolamenti għal pagament determinat skont il-paragrafu 1 u l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).

6.   L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw iż-żidiet fil-valur tal-intitolamenti għal pagament meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 billi jużaw kwalunkwe prodott possibbli li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3, u, fejn meħtieġ, billi jnaqqsu d-differenza bejn il-valur unitarju tal-intitolamenti għal pagament determinat skont il-paragrafu 1 u l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026 kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis lill-intitolamenti għal pagament kollha jew parti minnhom b'valur determinat skont il-paragrafu 1 li jaqbeż l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena ta' talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis lill-intitolamenti għal pagament kollha jew parti minnhom b'valur determinat skont il-paragrafu 1 li jaqbeż l-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK trażmess skont l-Artikolu 106(1) għall-Istat Membru jew għat-territorji kif definit skont l-Artikolu 18(2).

7.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u  mhux diskriminatorji . Mingħajr preġudizzju għas-sett minimu skont il-paragrafu 5, it-tali kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu li ma jistax ikun aktar baxx minn 30 %.

7.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u  nondiskriminatorji . Mingħajr preġudizzju għas-sett minimu skont il-paragrafu 5, it-tali kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu li ma jistax ikun aktar baxx minn 30 % kull sena .

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-bdiewa ġenwini li għandhom intitolamenti għal pagament bi sjieda jew b'kirja, appoġġ għall-introjtu bażiku mal-attivazzjoni ta' dawk l-intitolamenti għal pagament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-iskop tal-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament il-bdiewa ġenwini jiddikjaraw l-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kull intitolament ta' pagament.

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-bdiewa li għandhom intitolamenti għal pagament bi sjieda jew b'kirja, appoġġ għall-introjtu bażiku mal-attivazzjoni ta' dawk l-intitolamenti għal pagament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-iskop tal-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament il-bdiewa attivi jiddikjaraw l-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kull intitolament ta' pagament.

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi tal-intitolamenti għal pagament għandu jamministra riżerva nazzjonali.

1.   Kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti l-appoġġ għall-introjtu bażiku fuq il-bażi tal-intitolamenti għal pagament għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali , ekwivalenti għal rata massima ta' 3 % tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII .

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri jistgħu jaqbżu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu koperti r-rekwiżiti tal-allokazzjoni skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4 u tal-paragrafu 5.

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament mir-riżerva jiġu allokati lill-bdiewa ġenwini biss.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament mir-riżerva jiġu allokati lill-bdiewa attivi biss.

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba;

(a)

bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba; jew

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

bdiewa li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba, bħala kap tal-azjenda u b'taħriġ xieraq jew bil-ħiliet meħtieġa miksuba kif definit mill-Istati Membri għall-bdiewa żgħażagħ .

(b)

bdiewa li jkunu għadhom kif jistabbilixxu azjenda għall-ewwel darba, bħala kap tal-azjenda u b'taħriġ xieraq jew bil-ħiliet u l-għarfien meħtieġa miksuba .

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

Fil-każ tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lin-nisa bil-ħsieb li jgħinu fil-kisba tal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1).

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw ukoll, permezz ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, każijiet oħra li, skont il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet deskritta fl-Artikolu 96, huma aktar vulnerabbli jew aktar rilevanti biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6, kif ukoll bdiewa li qed jibdew jagħmlu użu minn żoni ġestiti b'mod kollettiv.

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri għandhom jallokaw intitolamenti għal pagament lil, jew iżidu l-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti tal-bdiewa ġenwini li huma intitolati permezz ta' deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta' att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-bdiewa ġenwini jirċievu l-għadd u l-valur tal-intitolamenti għal pagament stabbiliti f'dik id-deċiżjoni jew l-att f'data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru.

5.   L-Istati Membri għandhom jallokaw intitolamenti għal pagament lil, jew iżidu l-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti tal-bdiewa attivi li huma intitolati permezz ta' deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta' att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-bdiewa attivi jirċievu l-għadd u l-valur tal-intitolamenti għal pagament stabbiliti f'dik id-deċiżjoni jew l-att f'data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru.

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex iżidu l-appoġġ bażiku għall-introjtu jew bil-ħsieb li jilħqu objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), abbażi ta' kriterji nondiskriminatorji, dment li kwantitajiet suffiċjenti jibqgħu disponibbli għall-allokazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu.

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

imħassar

Setgħat delegati

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar:

 

(a)

l-istabbiliment tar-riżerva;

 

(b)

l-aċċess għar-riżerva;

 

(c)

il-kontenut tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament.

 

Emenda 201

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ħlief fil-każ ta' trasferiment permezz ta' wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti lil-bidwi ġenwin biss.

1.   Ħlief fil-każ ta' trasferiment permezz ta' wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti lill-bidwi attiv biss.

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-intitolamenti għall-pagamenti ma jistgħux jingħataw valur tas-suq.

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pagamenti ta' somma f'daqqa għall-eqreb numru sħiħ għall-bdiewa żgħar

Skema simplifikata għall-bdiewa żgħar

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti lill-bdiewa żgħar kif definit mill-Istati Membri permezz ta' somma f’daqqa għall-eqreb numru sħiħ , li tissosstitwixxi l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.

L-Istati Membri għandhom jintroduċu skema simplifikata għall-bdiewa żgħar li jitolbu għajnuna fir-rigward ta' ammont ta' mhux aktar minn EUR 1 250 . Dik l-iskema tista' tikkonsisti minn somma f'daqqa , li tissostitwixxi l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu , jew f'pagament għal kull ettaru, li jista' jkun differenti għal territorji differenti, definit b'mod konformi mal-Artikolu 18(2) . L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema simplifikata għandhom jippreżentaw applikazzjoni, mhux aktar tard minn data li għandha tiġi ddeterminata mill-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-Istati Membri jkunu jistgħu awtomatikament jinkludu bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet u li joffrulhom il-possibbiltà li jirtiraw minnha sa skadenza speċifika.

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Għal bdiewa li jipparteċipaw f'din l-iskema simplifikata, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kontrolli ta' kundizzjonalità simplifikati, kif stabbilit fl-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) [Ir-Regolament Orizzontali].

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli u servizzi għat-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, u b'hekk jappoġġaw lill-bdiewa żgħar sabiex jikkooperaw.

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ previst f'dan l-Artikolu lill-bdiewa jekk ikun stabbilit li jkunu ħolqu b'mod artifiċjali, wara l-1 ta' Ġunju 2018, il-kundizzjonijiet għall-irċevuta tal-pagamenti għall-bdiewa żgħar.

Emenda 209

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni mill-ġdid tal-appoġġ mill-azjendi agrikoli kbar għal dawk żgħar jew medji billi jipprevedu appoġġ għall-introjtu ridistributtiv fil-forma ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku msemmi fl-Artikolu 17.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni mill-ġdid ġusta tal-appoġġ mill-azjendi agrikoli kbar għal dawk żgħar jew medji billi jipprevedu appoġġ għall-introjtu ridistributtiv fil-forma ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku msemmi fl-Artikolu 17.

Emenda 210

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammont għal kull ettaru jew ammonti differenti għal firxiet differenti ta' ettari , kif ukoll in-numru massimu ta' ettari għal kull bidwi li għalih għandu jitħallas l-appoġġ għall-introjtu ridistributtiv .

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament ekwivalenti għal ammont għal kull ettaru jew ammonti differenti għal firxiet differenti ta' ettari . Huma jistgħu jiddifferenzjaw dawk l-ammonti b'mod konformi mat-territorji definiti skont l-Artikolu 18(2) .

Emendi 1158cp3 u 211

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-ammont tal-pagament ridistributtiv għal kull ettaru ma għandux jaqbeż il-65 % tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà, b'mod konformi mal-medja nazzjonali jew territorjali, immultiplikata bin-numru ta' ettari eliġibbli.

Emenda 212

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     In-numru ta' ettari eliġibbli għal kull bidwi ma għandux jaqbeż id-daqs medju nazzjonali tal-azjendi, jew id-daqs medju b'mod konformi mat-territorji definiti skont l-Artikolu 18(2). L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għal dak il-pagament billi jibdew mill-ewwel ettaru eliġibbli tal-azjenda.

Emenda 213

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     L-Istati Membri għandhom jidentifikaw kriterji nondiskriminatorji, bl-objettiv stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) għall-kalkolu tal-ammont li għandu jingħata għad-distribuzzjoni mill-ġdid, komplementari tal-introjtu għal sostenibbiltà fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u għandhom jistabbilixxu wkoll limitu massimu finanzjarju li 'l fuq minnu l-azjendi agrikoli ma jkunux intitolati għall-pagament ridistributtiv. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-livell medju tal-introjtu tal-azjendi agrikoli fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Fil-kriterji ta' distribuzzjoni, huma għandhom jikkunsidraw ukoll ir-restrizzjonijiet naturali u speċifiċi ffaċċjati minn ċerti reġjuni, inklużi reġjuni insulari, fl-iżvilupp tal-attività agrikola tagħhom.

Emenda 214

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     L-ammont għal kull ettaru ppjanat għal sena tat-talba partikolari ma għandux jaqbeż l-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru għal dik is-sena tat-talba.

imħassar

Emenda 215

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.     L-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru huwa definit bħala l-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali għall-pagamenti diretti għal sena tat-talba partikolari kif stabbiliti fl-Anness IV u l-outputs ippjanati totali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għad-dħul għas-sena tat-talba għal sena tat-talba partikolari, espress f’numru ta’ ettari.

imħassar

Emenda 216

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw in-numru massimu ta' ettari msemmi fil-paragrafu 3 fil-livell tal-membri ta' dawn il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni tagħhom, sakemm ikunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Emendi 217, 743, 1158cp5 u 1219

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata l-ebda benefiċċju pprovdut skont dan il-kapitolu lill-bdiewa li għalihom jidher li dawn jaqsmu l-azjendi agrikoli tagħhom bl-uniku għan li jibbenefikaw mill-pagament ridistributtiv. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-azjendi tagħhom ikunu r-riżultat ta' dak il-qsim.

Emendi 218 u 1161cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ , definit b'mod konformi mal-kriterji stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1), bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Emenda 1159

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku “nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali” stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1) u biex jiddedikaw mill-inqas 2  % tal-allokazzjonijiet tagħhom tal-pagamenti diretti għal dan l-objettiv skont l-Artikolu 86(4), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ li għadhom kif twaqqfu għall-ewwel darba u li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku kif imsemmi fl-Artikolu 17.

2.   Bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jattiraw il-bdiewa żgħażagħ f'konformità mal-objettiv stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1) u biex jiddedikaw mill-inqas 4 % tal-allokazzjonijiet tagħhom tal-pagamenti diretti għal dan l-objettiv, skont l-Artikolu 86(4), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ li għadhom kif twaqqfu għall-ewwel darba bħala kap tal-azjenda u li huma intitolati għal pagament taħt l-appoġġ għall-introjtu bażiku kif imsemmi fl-Artikolu 17.

Emenda 1161cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ għandu jieħu l-forma ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli.

3.   L-appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata għal perjodu massimu ta' sebà snin, li jibda mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, u għandu jieħu l-forma jew ta' somma f'daqqa għal kull bidwi attiv jew ta' pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli. F'dak il-każ jista' jiġi kkalkolat fil-livell nazzjonali jew abbażi tat-territorji definiti b'mod konformi mal-Artikolu 18(2).

Emenda 221

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-bdiewa żgħażagħ li fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ikunu rċevew l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 50 ta' dak ir-Regolament jistgħu jirċievu l-appoġġ previst f'dan l-Artikolu għal perjodu totali massimu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Il-pagament għandu jingħata għal numru ta' ettari li ma jaqbiżx id-daqs medju tal-azjendi agrikoli fil-livell nazzjonali jew skont it-territorji definiti fl-Artikolu 18(2).

Emenda 223

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma' bdiewa żgħażagħ li jappartjenu għal gruppi ta' bdiewa, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi bl-għan li jiżguraw li ma jitilfux l-appoġġ skont dan l-Artikolu meta jissieħbu ma' dawn l-entitajiet.

Emenda 1160

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d.     Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ lil bdiewa żgħażagħ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi meta d-dritt nazzjonali jipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-taxxa tagħhom, dment li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Emenda 1130

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

Artikolu 28

Skemi għall-klima u għall-ambjent

Skemi għall-klima , l-ambjent u l-benessri tal-annimali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ għall-iskemi volontarji għall-klima u għall-ambjent (“ekoskemi”) bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jipprevedu appoġġ għall-iskemi volontarji għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali (“ekoskemi”) bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-ekoskemi f'qasam ta' azzjoni partikolari għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi f'qasam ta' azzjoni ieħor.

 

L-Istati Membri għandhom joffru varjetà wiesgħa ta' ekoskemi sabiex jiżguraw li l-bdiewa jkunu jistgħu jipparteċipaw u li jiġu ppremjati livelli ta' ambizzjoni differenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi differenti li jipprovdu kobenefiċċji, jippromwovu sinerġiji u jenfasizzaw approċċ integrat. Biex jiġu ffaċilitati l-koerenza u ppremjar effettiv, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' punti jew klassifikazzjoni.

2.   Taħt dan it-tip ta' intervent l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-bdiewa ġenwini li jieħdu impenji biex josservaw, fuq ettari eliġibbli, il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent .

2.   Taħt dan it-tip ta' intervent l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lil bdiewa attivi jew gruppi ta' bdiewa li jieħdu impenji biex jippreservaw u jwasslu prattiki li jkunu ta' benefiċċju, u jaqilbu għal prattiki u tekniki agrikoli u skemi ċċertifikati li jagħtu kontribut aktar b'saħħtu għall-klima , l-ambjent u l-benessri tal-annimali, li jkunu stabbiliti skont il-prinċipji gwida fl-Artikolu 28a, inklużi fil-listi msemmija fl-Artikolu 28b u mfassla biex jindirizzaw ħtiġijiet nazzjonali jew reġjonali speċifiċi .

3.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista ta' prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent .

3.    L-appoġġ għall-ekoskemi għandu jieħu l-forma ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli u/jew għal kull pagament ta' azjenda agrikola, u għandu jingħata bħala pagamenti ta' inċentiv li jmorru lil hinn mill-kumpens ta' spejjeż addizzjonali mġarrba u introjtu mitluf, li jistgħu jikkonsistu f'somma f'daqqa . Il-livell tal-pagamenti għandu jvarja skont il-livell ta' ambizzjoni ta' kull ekoskema, abbażi ta' kriterji nondiskriminatorji .

4.     Dawk il-prattiki għandhom jitfasslu biex jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stipulati fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).

 

5.     Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:

 

(a)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;

 

(b)

jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju stabbilit mill-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;

 

(c)

imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);

 

(d)

huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 65.

 

6.     L-appoġġ għall-ekoskemi għandu jieħu l-forma ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli u għandu jingħata jew:

 

(a)

bħala pagamenti addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif stabbilit fis-Subtaqsima 2 ta' din it-Taqsima; or

 

(b)

bħala pagamenti li jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba kollha jew parti minnhom u l-introjtu mitluf bħala riżultat tal-impenji, kif stabbilit skont l-Artikolu 65.

 

7.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikolu 65.

 

8.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'regoli oħra dwar l-ekoskemi.

 

Emenda 238

Proposta għal regolament

Artikolu 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28a

 

Skemi għat-tisħiħ tal-kompetittività

 

1.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ għall-iskemi volontarji għat-tisħiħ tal-kompetittività (skemi li jsaħħu l-kompetittività) taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

 

2.     Taħt dan it-tip ta' intervent l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-bdiewa attivi li jimpenjaw infiq li jkun ta' benefiċċju għat-tisħiħ tal-kompetittività agrikola tal-bidwi.

 

3.     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista eliġibbli ta' kategoriji ta' nfiq li jkun ta' benefiċċju għat-tisħiħ tal-kompetittività agrikola tal-bidwi.

 

4.     Dawk il-prattiki għandhom jitfasslu biex jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi ekonomiċi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1) u jikkontribwixxu għall-objettiv orizzontali kif stabbilit fl-Artikolu 5.

 

5.     Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li ma jirriżultawx f'finanzjament doppju fir-rigward ta' dan ir-Regolament.

 

6.     L-appoġġ għall-iskemi li jsaħħu l-kompetittività għandu jieħu l-forma ta' pagament annwali u għandu jingħata jew:

 

(a)

bħala pagamenti bbażati fuq ettari eliġibbli addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif stabbilit fis-Subtaqsima 2 ta' din it-Taqsima; jew

 

(b)

pagamenti li jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż imġarrba kollha jew parti minnhom; jew

 

(c)

ibbażati fuq output rilevanti għal dan it-tip ta' intervent

 

7.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikoli 27, 28, 65, 68, 69, 70, 71 u 72.

 

8.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'regoli oħra dwar l-iskemi li jsaħħu l-kompetittività.

Emenda 1131

Proposta għal regolament

Artikolu 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28b

 

Prattiki eliġibbli għal skemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali

 

1.     Il-prattiki agrikoli koperti minn dan it-tip ta' intervent għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), filwaqt li tinżamm u tissaħħaħ il-prestazzjoni ekonomika tal-bdiewa skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1).

 

2.     Il-prattiki agrikoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikopru tal-anqas tnejn mill-oqsma ta' azzjoni għall-klima u l-ambjent li ġejjin:

 

(a)

azzjonijiet fir-rigward tat-tibdil fil-klima inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-agrikoltura kif ukoll iż-żamma u/jew it-titjib tas-sekwestru tal-karbonju;

 

(b)

azzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet apparti dawk tal-gassijiet serra;

 

(c)

il-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma f'żoni agrikoli u t-tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma;

 

(d)

azzjoni biex titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tan-nutrijenti kif ukoll iż-żamma u r-ristabbiliment tal-bijota tal-ħamrija;

 

(e)

il-protezzjoni tal-bijodiversità, il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-ħabitats u l-ispeċijiet, il-protezzjoni tal-pollinaturi u l-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż l-istabbiliment ta' karatteristiċi ġodda tal-pajsaġġ;

 

(f)

azzjonijiet għal użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi, b'mod partikolari pestiċidi li huma ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-bijodiversità;

 

(g)

allokazzjoni ta' artijiet għal elementi nonproduttivi jew għal żoni fejn ma jintużawx pestiċidi u fertilizzanti;

 

(h)

azzjonijiet biex jittejjeb il-benessri tal-annimali u tiġi indirizzata r-reżistenza antimikrobika;

 

(i)

azzjonijiet biex jitnaqqsu l-inputs u tittejjeb il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, bħall-biedja ta' preċiżjoni;

 

(j)

azzjonijiet biex titjieb id-diversità tal-annimali u l-pjanti biex ikun hemm reżistenza aktar b'saħħitha għall-mard u t-tibdil fil-klima.

 

3.     Il-prattiki agrikoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom:

 

(a)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' ġestjoni statutorji rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;

 

(b)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi għall-benessri tal-annimali u l-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll rekwiżiti obbligatorji oħra stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni;

 

(c)

imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);

 

(d)

ikunu differenti mill-impenji li għalihom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 65, jew ikunu komplementari għalihom;

 

4.     Il-Kummissjoni għandha, sa … [xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta' eżempji ta' tipi ta' prattiki li jkunu konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Emenda 1132

Proposta għal regolament

Artikolu 28c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28c

 

Listi nazzjonali ta' prattiki eliġibbli għal skemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali, il-listi nazzjonali tal-prattiki eliġibbli għall-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 28, bil-possibbiltà li jieħdu spunt mill-eżempji fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 28b, jew jistabbilixxu prattiki ulterjuri li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 28b, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet nazzjonali jew reġjonali speċifiċi tagħhom f'konformità mal-Artikolu 96.

 

Il-listi nazzjonali jistgħu jikkonsistu f'diversi tipi ta' miżuri differenti minn dawk koperti mill-Artikolu 65, jew miżuri tal-istess natura iżda b'livell ta' ambizzjoni differenti skont l-Artikolu 28.

 

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jinkludu f'dawk il-listi ekoskemi biex jistabbilixxu l-użu ta' għodda agrikola għall-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti u, fejn applikabbli, għall-manutenzjoni xierqa tal-artijiet mistagħdra u tat-torbiera.

 

Iż-żoni magħżula skont id-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, u li fihom ikunu qed jittieħdu azzjonijiet ekwivalenti, għandhom jitqiesu eliġibbli għall-iskema b'mod awtomatiku.

 

Il-listi nazzjonali għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 106 u 107.

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-gwida meħtieġa lill-Istati Membri meta jkunu qed ifasslu l-listi nazzjonali, f'koordinazzjoni man-Networks tal-Politika Agrikola Komuni Ewropej u nazzjonali previsti fl-Artikolu 113, biex tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki, tittejjeb il-bażi tal-għarfien u jinstabu soluzzjonijiet.

 

Meta tkun qed tivvaluta l-listi nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis partikolarment id-disinn, il-probabbiltà tal-effikaċja, l-adozzjoni, l-eżistenza ta' alternattivi u l-kontribut tal-iskemi għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 28a.

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-listi nazzjonali kull sentejn. Il-valutazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u, f'każ ta' inadegwatezza jew valutazzjonijiet negattivi, l-Istati Membri għandhom jipproponu listi u skemi nazzjonali emendati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 106 u 107.

Emenda 239

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ għall-introjtu akkoppjat lill-bdiewa ġenwini bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-introjtu akkoppjat lill-bdiewa attivi bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Emendi 240 u 1162

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta' biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 30 li jindirizzaw id-diffikultà jew id-diffikultajiet li jkollhom minħabba li jtejbu l-kompetittività tagħhom, is-sostenibbiltà tagħhom jew il-kwalità tagħhom.

2.   L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta' biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 30 li jindirizzaw id-diffikultà jew id-diffikultajiet li jkollhom minħabba li jtejbu l-kompetittività tagħhom, l-istrutturar tagħhom, is-sostenibbiltà tagħhom jew il-kwalità tagħhom. B'deroga mis-sentenza preċedenti, l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw l-għelejjel li fihom il-proteini u l-legumi, kif elenkati fl-Artikolu 30, biex itejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà jew il-kwalità tagħhom. Barra minn hekk, dawn l-interventi jridu jkunu konsistenti mal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Emenda 241

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat għandu jieħu l-forma ta' pagament annwali għal kull ettaru jew għal kull annimal .

3.   L-appoġġ akkoppjat huwa skema li tillimita l-produzzjoni li għandha tieħu l-forma ta' pagament annwali ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq numru fiss ta' annimali u għandu jirrispetta l-limiti massimi finanzjarji li għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri għal kull miżura u nnotifikati lill-Kummissjoni .

Emenda 242

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jpoġġu fil-mira jew iżidu l-għajnuna akkoppjata skont l-impenn tal-benefiċjarju li jtejjeb il-kompetittività, il-kwalità jew l-istrutturar tas-settur tiegħu.

Emenda 1163

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi meta d-dritt nazzjonali jipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-taxxa tagħhom, dment li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Emenda 243

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat jista' biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew tipi speċifiċi ta' biedja fihom fejn dawn ikunu importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali : ċereali, żrieragħ taż-żjut, għelejjel li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, qanneb, ross, ġewż, patata tal-lamtu, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex, msajġar b'newba qasira u għelejjel oħra mhux tal-ikel, esklużi s-siġar, li jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti li għandhom il-potenzjal li jissosstitwixxu l-materjali fossili .

L-appoġġ għall-introjtu akkoppjat jista' biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew tipi speċifiċi ta' biedja: ċereali, żrieragħ taż-żjut, għelejjel li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, qanneb, ross, ġewż, patata tal-lamtu, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex, msajġar b'newba qasira.

Emenda 244

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-appoġġ akkoppjat jista' jingħata lill-bdiewa li m'għandhomx ettari eliġibbli għad-dispożizzjoni tagħhom.

 

Meta jagħtu l-appoġġ akkoppjat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

 

(a)

ikun hemm ħtieġa jew benefiċċju ambjentali, jew soċjoekonomiku ċar;

 

(b)

l-appoġġ ma joħloqx tfixkil maġġuri fis-suq intern; kif ukoll

 

(c)

l-appoġġ għall-produzzjoni tal-bhejjem għandu jkun konsistenti mad-Direttiva 2000/60/KE.

Emendi 1229 u 1353

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     L-introjtu mill-appoġġ akkoppjat jeskludi proporzjonalment l-għadd ta' rjus ta' bhejjem li d-destinazzjoni finali tagħhom tkun il-bejgħ għal attivitajiet relatati mal-ġlied tal-barrin, kemm permezz ta' bejgħ dirett kif ukoll permezz ta' intermedjarji.

Emenda 245

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Emenda 246

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament speċifiku għall-qoton lill-bdiewa ġenwini li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 bil-kundizzjonijiet stipulati f'din is-Subtaqsima.

L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament speċifiku għall-qoton lill-bdiewa attivi li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 bil-kundizzjonijiet stipulati f'din is-Subtaqsima.

Emenda 247

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bulgarija: EUR 624,11 ,

Il-Bulgarija: EUR X ,

Emenda 248

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Greċja: EUR 225,04 ,

Il-Greċja: EUR X ,

Emenda 249

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Spanja: EUR 348,03 ,

Spanja: EUR X ,

Emenda 250

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Portugall: EUR 219,09

Il-Portugall: EUR X ,

Emendi 251 u 1042

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

is-settur tal-frott u l-ħaxix, kif imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(a)

is-settur tal-frott u l-ħaxix, kif imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tali prodotti bħal dawk li huma allokati għall-ipproċessar ;

Emenda 252

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

setturi oħrajn imsemmijin fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(f)

setturi oħrajn imsemmijin fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 , kif ukoll għelejjel tal-proteina .

Emenda 253

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta' interventi settorjali msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 39.

3.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta' interventi settorjali msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 39 , u għandhom jissostanzjaw l-għażla tas-setturi u t-tip ta' interventi tagħhom.

Emenda 254

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi stipulati f'dan il-Kapitolu;

(a)

l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tat-tipi ta' interventi stipulati f'dan il-Kapitolu , b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi evitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni fis-suq intern ;

Emenda 255

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-provvista ta' appoġġ għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tat-twettiq tagħhom tal-kompiti speċifiċi skont dan il-Kapitolu;

Emenda 256

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 46(4) u għat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikolu 52(3);

(c)

il-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-irtirar mis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 46(4) u għat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikolu 52(3) , kif ukoll rati fissi għall-imballaġġ u t-trasport għal prodotti rtirati għal distribuzzjoni u proċessar mingħajr ħlas qabel il-konsenja għal dak il-għan ;

Emenda 257

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għat-twaqqif u l-ġestjoni tal-fond operattiv kif ukoll talbiet għal għajnuna u ħlasijiet bil-quddiem.

Emenda 258

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin fis-settur tal-frott u l-ħaxix:

F'konformità mal-Artikoli 5 u 6, għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin fis-settur tal-frott u l-ħaxix:

Emenda 259

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, inkluż permezz tal-kummerċjalizzazzjoni diretta; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(1);

(b)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, inkluż permezz tal-kummerċjalizzazzjoni diretta u ktajjen tal-provvista qosra, kif ukoll il-promozzjoni tan-negozjar kollettiv ta' kuntratti ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a ), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 260

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inkluż ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, ta' prattiki innovattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);

(c)

l-applikazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inkluż ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, ta' prattiki innovattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 261

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, prattiki ta' kultivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni ambjentalment sani, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti  (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

(d)

l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, prattiki ta' kultivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni ambjentalment sani, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti  (d), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 262

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

it-tisħiħ tal-valur kummerċjali u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta jew koperti bi skemi ta' kwalità nazzjonali ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);

(f)

it-tisħiħ tal-valur kummerċjali, u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-prodotti għall-ipproċessar, u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta, jew koperti bi skemi ta' kwalità pubbliċi jew privati oħra ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 263

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, fil-forma friska jew ipproċessata; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b)  u (c) tal-Artikolu 6(1);

(g)

il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix, fil-forma friska jew ipproċessata; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b), (c)  u (i) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 264

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

il-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-ġestjoni tar-riskju, bl-għan li jiġu evitati l-kriżijiet u jiġu indirizzati dawn il-kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1).

(i)

il-prevenzjoni tal-kriżijiet u  l-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju , inklużi aspetti fitosanitarji , bl-għan li jiġu evitati l-kriżijiet u jiġu indirizzati dawn il-kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 265

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

il-ġestjoni u t-tnaqqis tal-prodotti sekondarji u l-iskart;

Emenda 266

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1– punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)

il-promozzjoni tad-diversità ġenetika.

Emendi 267 u 819cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, b'mod partikolari ffokati fuq l-iffrankar tal-ilma, l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku u  t-tnaqqis tal-iskart;

(a)

investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż dawk iffokati fuq l-iffrankar tal-ilma u l-kwalità tal-ilma , il-ġenerazzjoni u l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku , it-tnaqqis tal-iskart , l-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart u l-monitoraġġ tal-produzzjoni ;;

Emenda 268

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-ippjanar u l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b'mod partikolari f'termini ta' kwalità u kwantità, ta' prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix;

Emenda 269

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

azzjonijiet għaż-żieda fil-valur kummerċjali ta' prodotti;

Emenda 270

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)

il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi;

Emenda 271

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, b'mod partikolari ffokati fuq l-iffrankar tal-ilma, l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku, it-tnaqqis tal-iskart, ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, il-prevenzjoni ta' ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u t-tisħiħ tal-użu tal-varjetajiet ta' frott u ħaxix adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu;

(b)

ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, iffokati fuq miżuri bħall-iffrankar u l-kwalità tal-ilma, il-ġenerazzjoni u l-iffrankar tal-enerġija, l-imballaġġ ekoloġiku, it-tnaqqis tal-iskart, ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, il-Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM), it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi , il-preservazzjoni tad-dakkara , il-prevenzjoni ta' ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u t-tisħiħ tal-użu tal-varjetajiet ta' frott u ħaxix adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu;

Emenda 272

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

azzjonijiet immirati lejn it-titjib ambjentali u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;

Emenda 273

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-produzzjoni integrata;

(d)

il-produzzjoni integrata , il-promozzjoni tal-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali filwaqt li titnaqqas id-dipendenza fuq il-pestiċidi u inputs oħrajn ;

Emenda 274

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-azzjonijiet biex tiġi konservata l-ħamrija u biex jissaħħaħ l-karbonju fil-ħamrija;

(e)

l-azzjonijiet biex tiġi konservata u tinbena mill-ġdid l-istruttura tal-ħamrija u biex jissaħħaħ il-karbonju fil-ħamrija inkluż biex tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ħamrija ;

Emenda 275

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

l-azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara;

(h)

l-azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara u għall-mitigazzjoni tal-ħsara mill-organiżmi ta' ħsara, inkluż bil-promozzjoni ta' IPM ;

Emenda 276

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

l-azzjonijiet biex jiġu introdotti s-sistemi tal-produzzjoni li jagħtu spinta b'mod speċjali lid-diversità bijoloġika u strutturali;

Emenda 277

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)

l-azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix;

(k)

l-azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix u biex jiġu promossi ktajjen tal-provvista qosra ;

Emenda 279

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet li jimmiraw għad-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u l-ħaxix u għall-informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-konsum tal-frott u l-ħaxix għas-saħħa;

(n)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet li jimmiraw għad-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u l-ħaxix , għat-tiftix ta' swieq ġodda, kif ukoll għall-informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-konsum tal-frott u l-ħaxix għas-saħħa;

Emenda 280

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)

is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(o)

is-servizzi konsultattivi, u l-assistenza teknika, inkluż dawk dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, l-użu sostenibbli u t-tnaqqis tal-pestiċidi , l-IPM, l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima , il-prattiki agroekoloġiċi, it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll dawk relatati man-negozjar, u l-applikazzjoni tal-protokolli fitosanitarji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ;

Emenda 281

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)

it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki b'mod partikolari dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-kontribuzzjoni għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(p)

it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki inkluż dawk dwar it-tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, alternattivi għall-pestiċidi, l-użu sostenibbli u t-tnaqqis tal-pestiċidi u l-kontribuzzjoni għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

Emenda 282

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt pa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pa)

azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kwalità permezz tal-innovazzjoni;

Emenda 283

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt pb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pb)

it-twaqqif ta' sistemi ta' traċċabbiltà/ċertifikazzjoni.

Emenda 284

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

(b)

l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti , inkluż għall-ħżin kollettiv ;

Emenda 285

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni ħielsa jew għal destinazzjonijiet oħra;

(d)

l-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni ħielsa , inkluż il-kost tal-ipproċessar ta' prodotti rtirati qabel id-distribuzzjoni ħielsa, jew għal destinazzjonijiet oħra;

Emenda 286

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

l-assigurazzjoni tal-ħsad li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju;

(g)

l-assigurazzjoni tal-ħsad , inklużi politiki ta' assigurazzjonijiet ibbażati fuq l-indiċi li jkopru l-okkorrenza tal-periklu miżurabbli, li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju;

Emenda 287

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

l-ikkowċjar lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u  lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew lil produtturi individwali;

(h)

l-iskambji professjonali u/jew l-ikkowċjar ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u  ta' assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi oħra skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ta' produtturi individwali;

Emenda 288

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

il-promozzjoni tal-prodott u s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji għas-saħħa tal-konsum tal-frott u l-ħaxix b'reazzjoni għall-kriżi tas-suq;

Emenda 289

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' protokolli fitosanitarji ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi;

(i)

in-negozjati, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' protokolli fitosanitarji ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni biex jiġi permess l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi , inklużi studji tas-suq ;

Emenda 290

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet fitosanitarji;

Emenda 291

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)

is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari rigward tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.

(k)

is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, inkluż dawk li jikkonċernaw tekniki sostenibbli għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara , bħall-IPM u l-użu sostenibbli u t-tnaqqis tal-pestiċidi;

Emenda 292

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)

miżuri ta' taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki.

Emenda 293

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-programmi operattivi għandu jkollhom tul minimu ta' tliet snin u tul massimu ta' seba' snin. Għandhom isegwu l-objettivi msemmija fil-punti  (d) u (e) tal-Artikolu 42 u mill-inqas żewġ objettivi oħra msemmijin f'dak l-Artikolu.

2.   Il-programmi operattivi għandu jkollhom tul minimu ta' tliet snin u tul massimu ta' seba' snin. Għandhom isegwu l-objettivi msemmija fil-punti  (b) , (d) u (e) tal-Artikolu 42 u mill-inqas żewġ objettivi oħra msemmijin f'dak l-Artikolu.

Emenda 294

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jkunu programmi operattivi parzjali jew programmi operattivi totali. Il-programmi operattivi totali għandhom jikkonformaw mal-istess regoli u kundizzjonijiet ta' ġestjoni bħall-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Emenda 295

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma għandhomx ikopru l-istess interventi bħal dawk tal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi flimkien mal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri.

Il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma għandhomx ikopru l-istess operazzjonijiet bħal dawk tal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi flimkien mal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet membri. L-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jippreżentaw programmi operattivi parzjali magħmula minn miżuri identifikati, iżda mhux imwettqa, mill-organizzazzjonijiet membri fil-programmi operattivi tagħhom.

Emenda 296

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-interventi taħt il-programmi operattivi ta' assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu ffinanzjati kollha mill-kontribuzzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri ta' dik l-assoċjazzjoni u li tali finanzjament jinġabar mill-fondi operattivi ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri;

(a)

l-operazzjonijiet taħt il-programmi operattivi ta' assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu ffinanzjati kollha mill-kontribuzzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri ta' dik l-assoċjazzjoni u li tali finanzjament jinġabar mill-fondi operattivi ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri;

Emenda 298

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-programmi operattivi jinkludu tlett azzjonijiet jew aktar marbuta mal-objettivi msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 42;

Emenda 300

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     Il-programmi operattivi approvati qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jiġu rregolati f'konformità mar-Regolamenti li skonthom ikunu ġew approvati sat-tlestija tagħhom, sakemm l-assoċjazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jiddeċidux volontarjament li jadottaw dan ir-Regolament.

Emenda 301

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji minn:

imħassar

 

(i)

membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u/jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi stess; jew

(ii)

l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz tal-membri ta' dawk l-assoċjazzjonijiet;

 

Emenda 302

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta':

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jistabbilixxu fond operattiv biex jiffinanzjaw programmi operattivi approvati mill-Istati Membri . Il-fond għandu jkun iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew is-sħab tagħha, flimkien mal-assistenza finanzjarja pprovduta skont l-Artikolu 46.

Emenda 303

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

4,5  % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(b)

4,5  % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi; u

Emenda 304

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

5 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata:

għal organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-produzzjoni kummerċjalizzata u n-numru ta' membri tagħhom fis-sena tal-preżentazzjoni tal-programm operattiv tkun 25 % ogħla mill-produzzjoni kummerċjalizzata medja u n-numru medju ta' membri produtturi rreġistrati matul il-programm operattiv preċedenti tagħhom;

għall-ewwel programm operattiv ta' organizzazzjoni tal-produtturi li jirriżulta minn merger;

għal kull organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Emenda 305

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi transnazzjonali jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali;

imħassar

Emenda 306

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tiżdied kif ġej:

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni prevista fil-punti (a), (b), u (ba) tista' tiżdied b'0,5  % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, dment li dan il-perċentwal jintuża biss għal wieħed jew aktar mill-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42;

(a)

fil-każ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-perċentwali jista' jiżdied għal 4,6  % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, sakemm l-ammont li jkun aktar minn 4,1  % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata jintuża biss għal intervent wieħed jew aktar marbut mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42.

 

(b)

fil-każ tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-perċentwali jista' jiżdied għal 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, sakemm l-ammont li jkun aktar minn 4,5  % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata jintuża biss għal intervent wieħed jew aktar marbut mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42 implimentat mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’isem il-membri tagħha;

 

(c)

fil-każ ta' organizzazzjoni tal-produtturi transnazzjonali jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali, il-perċentwali jista' jiżdied għal 5,5  % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, sakemm l-ammont li jkun aktar minn 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata jintuża biss għal intervent wieħed jew aktar marbut mal-objettivi msemmija fil-punti (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 42 implimentat mill-organizzazzjoni tal-produtturi transnazzjonali jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali f’isem il-membri tagħha.

 

Emenda 307

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fi Stati Membri differenti li jimplimentaw l-interventi marbuta mal-objettivi msemmijin fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 42 fil-livell transnazzjonali;

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fi Stati Membri differenti li jimplimentaw l-interventi marbuta mal-objettivi msemmijin fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 42 fil-livell transnazzjonali;

Emenda 308

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-programm operattiv ikun implimentat għall-ewwel darba minn assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d)

il-programm operattiv ikun implimentat għall-ewwel darba minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi attiva fi Stat Membru wieħed jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw fi Stati Membri differenti rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

Emenda 309

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw f'żoni muntanjużi u reġjuni insulari;

Emenda 310

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix ikun taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata ta' kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. L-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv.

1.   Fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix ikun taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti u f'reġjuni insulari u ultraperiferiċi , l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. L-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv.

Emenda 311

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom isegwu mill-inqas wieħed mill-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) fis-settur tal-apikultura.

L-Istati Membri għandhom isegwu objettivi speċifiċi rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) fis-settur tal-apikultura.

Emenda 312

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-apikultura:

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-apikultura:

Emenda 313

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

assistenza teknika għal min irabbi n-naħal u għall-organizzazzjonijiet ta' persuni li jrabbu n-naħal;

(a)

assistenza teknika għal min irabbi n-naħal u għall-organizzazzjonijiet ta' persuni li jrabbu n-naħal , inkluża l-promozzjoni ta' prattiki tajba, l-informazzjoni u l-pubbliċità, u l-edukazzjoni u t-taħriġ bażiċi u kontinwi ;

Emenda 314

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-organiżmi invażivi tal-kaxxi tan-naħal u l-mard, b'mod partikolarment il-varroasi;

(b)

azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-organiżmi invażivi tal-kaxxi tan-naħal u l-mard, u l-prevenzjoni tagħhom, b'mod partikolari l-varroasi , u biex tiżdied ir-reżiljenza għall-epidemiji ;

Emenda 315

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

it-twaqqif u/jew l-iżvilupp ta' netwerks nazzjonali għas-saħħa tan-naħal;

Emenda 316

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

azzjonijiet għall-appoġġ tal-laboratorji għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura;

(d)

azzjonijiet għall-appoġġ tal-laboratorji nazzjonali, reġjonali jew lokali għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura , tat-telf ta' naħal jew tat-tnaqqis fil-produttività, u ta' sustanzi potenzjalment tossiċi għan-naħal ;

Emenda 317

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

ir-ripopolazzjoni tal-kaxxi tan-naħal fl-Unjoni ;

(e)

azzjonijiet biex jinżamm jew jiżdied in-numru eżistenti ta' popolazzjonijiet tan-naħal ;

Emenda 318

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-kooperazzjoni ma' korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura;

(f)

il-kooperazzjoni ma' korpi speċjalizzati għall-applikazzjoni ta' programmi ta' riċerka u sperimentali fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura;

Emenda 319

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli;

Emenda 320

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb)

azzjonijiet għall-ippjanar tal-produzzjoni u l-aġġustament tal-provvista għad-domanda;

Emenda 321

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hc)

miżuri ta' prevenzjoni biex jindirizzaw kundizzjonijiet klimatiċi avversi;

Emenda 322

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hd)

azzjonijiet għall-adattament għat-tibdil fil-klima u avvenimenti klimatiċi avversi;

Emenda 323

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt he (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(he)

miżuri biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn dawk li jrabbu n-naħal u l-bdiewa, speċjalment bil-ħsieb li jitnaqqas l-impatt tal-użu tal-pestiċidi;

Emenda 324

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hf)

l-iffrankar tal-enerġija, iż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija u l-imballaġġ ekoloġiku;

Emenda 325

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hg)

it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u l-użu u l-ġestjoni aħjar tal-prodotti sekondarji u tal-iskart;

Emenda 326

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hh (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hh)

azzjonijiet biex jittejjeb id-dakkir tan-naħal tal-għasel u l-koeżistenza tagħhom ma' dakkara selvaġġi, inkluż billi jinħolqu u jinżammu ħabitats favorevoli;

Emenda 327

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hi (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hi)

azzjonijiet biex tissaħħaħ id-diversità ġenetika;

Emenda 328

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt hj (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hj)

miżuri li jappoġġaw lil persuni li jrabbu n-naħal żgħażagħ jew ġodda.

Emenda 329

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi imsemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun massimu ta' 50  % tan-nefqa. Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-Istati Membri.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun massimu ta' 75  % tan-nefqa , bl-eċċezzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn il-limitu massimu għandu jkun 85 % . Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-Istati Membri.

Emenda 330

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jitolbu l-parir tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tat-trobbija tan-naħal.

5.   Meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jitolbu l-parir tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u tal-awtoritajiet kompetenti .

Emenda 331

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom.

6.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal u/jew kolonji tan-naħal fit-territorju tagħhom.

Emenda 332

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Il-programmi nazzjonali kollha approvati qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikunu rregolati b'mod konformi mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sad-data prevista għall-finalizzazzjoni tiegħu.

Emenda 333

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 li jissumplimentaw dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali għal dawk stipulati f’din it-Taqsima rigward:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 334

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-obbligu tal-Istati Membri li kull sena jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom stipulat fl-Artikolu 49(6).

(a)

l-obbligu tal-Istati Membri li kull sena jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' kaxxi tan-naħal u/jew kolonji tan-naħal fit-territorju tagħhom stipulat fl-Artikolu 49(6);

Emenda 335

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

definizzjoni ta' kaxxa tan-naħal u l-metodi għall-kalkolu tan-numru ta' kaxxi tan-naħal;

(b)

definizzjoni ta' kaxxa tan-naħal u l-metodi għall-kalkolu tan-numru ta' kaxxi tan-naħal u kolonji tan-naħal ;

Emenda 336

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-inbid:

F'konformità mal-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-inbid:

Emenda 337

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-titjib tal-kompetittività tal-produtturi tal-inbid fl-Unjoni inkluż il-kontribuzzjoni għat-titjib tas-sistemi ta' produzzjoni sostenibbli u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) sa (f) u (h) tal-Artikolu 6(1);

(a)

it-titjib tas-sostenibbiltà ekonomika u tal-kompetittività tal-produtturi tal-inbid fl-Unjoni f'konformità mal-punti (a), (b) , u (c) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 338

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-kontribut għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu u għat-titjib tas-sistemi ta' produzzjoni sostenibbli u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, inkluż billi l-produtturi tal-inbid jiġu appoġġati fit-tnaqqis tal-użu tal-inputs u l-implimentazzjoni ta' metodi u prattiki ta' kultivazzjoni ambjentalment sostenibbli, kif ukoll biex tiġi ppreservata d-diversità ta' varjetajiet tradizzjonali tal-Unjoni; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

Emendi 339 u 820cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-titjib tal-prestazzjoni tal-intrapriżi tal-inbid tal-Unjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda tal-kompetittività tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli, inkluż l-iffrankar fl-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija dinjija u l-proċessi sostenibbli; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (e), (g) u (h) tal-Artikolu 6(1);

(b)

it-titjib tal-prestazzjoni tal-intrapriżi tal-inbid tal-Unjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda tal-kompetittività fit-tul tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli, inkluż l-iffrankar fl-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija dinjija u l-proċessi sostenibbli; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (e), (g) u (h) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 340

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

it-titjib tal-konċentrazzjoni tal-provvista fid-dawl tal-prestazzjoni ekonomika u l-istrutturar tas-settur, skont l-objettiv stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 341

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

l-użu tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid għall-iskopijiet industrijali u tal-enerġija li jiżgura l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni filwaqt li jitħares l-ambjent; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);

(f)

l-użu tal-prodotti sekondarji u r-residwi tal-produzzjoni tal-inbid għall-iskopijiet industrijali u tal-enerġija jew agronomiċi li jiżgura l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni filwaqt li jitħares l-ambjent; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 342

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi stabbiliti fil-punti (b) u (h) tal-Artikolu 6(1);

(h)

it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi , bl-inklużjoni tal-ftuħ, id-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-inbid ; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi stabbiliti fil-punti (b) u (h) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 343

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

l-iżgurar tas-sostenibbiltà ekonomika u l-profitabbiltà tal-vitikultura f'żoni b'restrizzjonijiet naturali sinifikanti, żoni wieqfa u żoni inqas żviluppati skont l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (h) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 820cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – punt i b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)

il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima; dan l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1).

Emendi 344 u 1122cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, inkluż it-tħawwil mill-ġdid ta' vinji fejn meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, iżda eskluż it-tiġdid normali tal-vinji li jikkonsisti mit-tħawwil mill-ġdid tal-istess roqgħa art bl-istess varjetà ta' għeneb u bl-istess sistema ta' kultivazzjoni tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom;

(a)

ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, inkluż it-tħawwil mill-ġdid ta' vinji fejn meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, jew wara l-qlugħ volontarju tad-dwieli għat-tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima u għat-tisħiħ tad-diversità ġenetika, iżda eskluż it-tiġdid normali tal-vinji li jikkonsisti mit-tħawwil mill-ġdid tal-istess roqgħa art bl-istess varjetà ta' għeneb u bl-istess sistema ta' kultivazzjoni tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom;

Emendi 345 u 1122cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

it-tħawwil ta' dwieli fuq l-art mogħtija skont l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet stabbilita fit-Taqsima 1, Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'żoni tradizzjonali tal-produzzjoni tal-inbid f'riskju li jisparixxu, li għandu jiġi definit mill-Istati Membri, bħala miżura biex tiġi protetta d-diversità tal-produzzjoni tal-inbid;

Emendi 346 u 1122cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali u miżuri oħra, b'mod partikolari fl-oqsma tal-konservazzjoni, l-istudju u t-tisħiħ tal-varjabbiltà intervarjetali u intravarjetali ta' varjetajiet tal-vinji Ewropej u attivitajiet biex jiġi promoss l-użu ekonomiku tagħhom;

Emendi 347 u 1122cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)

azzjonijiet biex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi;

Emendi 348 u 1122cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ad (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ad)

azzjonijiet biex jitnaqqas teħid tar-riskju għall-produtturi tal-inbid li jimpenjaw ruħhom biex ibiddlu b'mod radikali l-prattiki tagħhom u s-sistema tagħhom ta' prodotti għal produzzjoni b'mod aktar sostenibbli, inkluża ż-żieda fid-diversità strutturali u bijoloġika;

Emendi 349 u 1122cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

investimenti tanġibbli u intanġibbli fil-faċilitajiet tal-ipproċessar u fl-infrastruttura għall-fabbriki tal-inbid, kif ukoll fl-istrutturi u fl-għodod ta' kummerċjalizzazzjoni;

(b)

investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-azjendi tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż f'żoni wieqfa u mtarrġa, bl-eċċezzjoni ta' operazzjonijiet li jaqgħu taħt it-tip ta' intervent deskritt fil-punt (a), u fil-faċilitajiet tal-ipproċessar u fl-infrastruttura għall-fabbriki tal-inbid, kif ukoll fl-istrutturi u fl-għodod ta' kummerċjalizzazzjoni; dawk l-investimenti jista' jkollhom l-għan li jipproteġu l-vinji kontra perikli klimatiċi u l-adattamenti ta' azjendi agrikoli għal rekwiżiti legali ġodda tal-Unjoni;

Emendi 350 u 1122cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-assigurazzjoni tal-ħsad kontra telf fl-introjtu bħala konsegwenza tal-avvenimenti klimatiċi avversi assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara;

(d)

l-assigurazzjoni tal-ħsad kontra telf fl-introjtu bħala konsegwenza tal-avvenimenti klimatiċi avversi assimilati ma' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara , filwaqt li jiġi żgurat li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri ta' prevenzjoni ta' riskju meħtieġa;

Emendi 351 u 1122cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-innovazzjoni li jikkonsistu fl-iżvilupp ta' prodotti innovattivi u  prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, proċessi u teknoloġiji, investimenti oħrajn li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista, inkluż għall-iskambju tal-għarfien;

(e)

investimenti tanġibbli u intanġibbli fid-diġitalizzazzjoni u fl-innovazzjoni li jikkonsistu fl-iżvilupp ta' prodotti innovattivi u  proċessi teknoloġiċi, konnessi mal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, proċessi u teknoloġiji, investimenti oħrajn li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista, inkluż għall-iskambju tal-għarfien , u/jew li jikkontribwixxu għall-adattament għat-tibdil fil-klima ;

Emendi 353 u 1122cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

azzjonijiet ta' informazzjoni dwar l-inbejjed tal-Unjoni mwettqa fl-Istati Membri li jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli tal-inbid jew li jippromwovu l-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni li jkopru d-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ;

(g)

azzjonijiet ta' informazzjoni dwar l-inbejjed tal-Unjoni mwettqa fl-Istati Membri li jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli tal-inbid;

Emendi 354 u 1122cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-għarfien tas-suq, bħal studji ekonomiċi u regolatorji dwar is-swieq eżistenti, kif ukoll azzjonijiet biex jiġi promoss it-turiżmu tal-inbid, biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-vinji Ewropej;

Emendi 355 u 1122cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt h – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

il-promozzjoni mwettqa mill-pajjiżi terzi, li tikkonsisti f'waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(h)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni mwettqa mill-pajjiżi terzi, li tikkonsisti f'waħda jew aktar mill-azzjonijiet u l-attivitajiet li ġejjin immirati lejn it-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-inbid, u l-ftuħ, il-ħolqien, id-diversifikazzjoni jew il-konsolidazzjoni tas-swieq :

Emendi 356 u 1122cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt h – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)

studji ta' swieq ġodda, meħtieġa għat-tkabbir tas-swieq disponibbli;

(iv)

studji ta' swieq ġodda jew eżistenti , meħtieġa għat-tkabbir u l-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli;

Emendi 357 u 1122cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt h – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)

it-tħejjija ta' fajls tekniċi, inkluż it-testijiet u l-valutazzjonijiet tal-laboratorji, dwar il-prattiki enoloġiċi, ir-regoli fitosanitarji u tal-iġjene, kif ukoll rekwiżiti oħra ta' pajjiżi terzi għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi;

(vi)

it-tħejjija ta' fajls tekniċi, inkluż it-testijiet u l-valutazzjonijiet tal-laboratorji, dwar il-prattiki enoloġiċi, ir-regoli fitosanitarji u tal-iġjene, kif ukoll rekwiżiti oħra ta' pajjiżi terzi għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, biex tiġi pprevenuta r-restrizzjoni, jew jiġi permess l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi;

Emendi 358 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

azzjonijiet biex jittejbu l-użu u l-ġestjoni tal-ilma;

Emendi 359 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1– punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)

il-produzzjoni organika;

Emendi 360 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ic)

il-produzzjoni integrata;

Emendi 361 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt id (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(id)

il-produzzjoni ta' preċiżjoni jew diġitalizzata;

Emendi 362 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ie (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ie)

il-konservazzjoni tal-ħamrija u t-tisħiħ tal-karbonju fil-ħamrija;

Emendi 363 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt if (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(if)

il-ħolqien jew il-preservazzjoni tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità jew għaż-żamma tal-pajsaġġ, inkluża l-konservazzjoni tal-karatteristiċi storiċi tiegħu;

Emendi 364 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ig (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ig)

it-titjib tar-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara u l-mard tad-dwieli;

Emendi 365 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ih (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ih)

it-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart u t-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart.

Emendi 366 u 1122cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-miżuri ta' promozzjoni msemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss għal inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta jew għal inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' għeneb tal-inbid.

Emenda 367

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi u tat-tipi ta' intervent fis-settur tal-inbid. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi.

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi u tat-tipi ta' intervent fis-settur tal-inbid. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni mill-korpi ta' ġestjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, f'isem l-intrapriżi kollha kkonċernati, b'mod partikolari fir-rigward tat-tul massimu tal-azzjonijiet.

Emenda 368

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż reali għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji jew 75 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji fir-reġjuni inqas żviluppati .

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż reali għar-ristrutturar u l-konverżjoni volontarji tal-vinji jew 75 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni volontarji tal-vinji .

Emenda 369

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;

(a)

50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati , dwieli fuq inklinazzjonijiet wieqfa u fir-reġjuni insulari għajr dawk imsemmija fil-punti (c) u (d) ta' dan is-subparagrafu ;

Emenda 370

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

75  % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

(c)

85  % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

Emenda 371

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-objettivi msemmija fil-punti (aa), (ab), (ac), (fa), (ia), (ib), (ic), (id), (ie), (if), (ig), u (ih) tal-Artikolu 52(1) m'għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż diretti jew eliġibbli.

Emenda 372

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;

(a)

50 % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati , dwieli fuq inklinazzjonijiet wieqfa u f'reġjuni insulari għajr dawk imsemmija fil-punti (c) u (d) ta' dan is-subparagrafu ;

Emenda 373

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

75  % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu  349 tat-TFUE;

(c)

85  % tal-ispejjeż ta' investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu  349 tat-TFUE;

Emenda 374

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni bir-rata massima, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tapplika biss għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; madankollu, tista' tapplika għall-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

imħassar

Emenda 375

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b'anqas minn 750 impjegat jew b'fatturat ta' anqas minn EUR 200 miljun, il-limitu massimu għall-għajnuna msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinqasam b'nofs .

Il-limiti massimi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitnaqqsu għal investimenti magħmula minn intrapriżi oħra għajr mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Madankollu, huma jistgħu japplikaw għall-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

Emenda 376

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u għall-promozzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli.

6.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-azzjonijiet ta' informazzjoni u għall-promozzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 52(1) ma għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu differenzjazzjoni skont id-daqs tal-intrapriżi, bl-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Emenda 377

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu perċentwal minimu ta' nefqa għall-azzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-titjib tas-sostenibbiltà tas-sistemi u l-proċessi tal-produzzjoni, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, l-iffrankar tal-enerġija u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-inbid.

4.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tal-anqas 5 % tan-nefqa hija allokata jew tal-anqas azzjoni waħda hija adottata biex jiġu ssodisfati l-objettivi favur il-protezzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-titjib tas-sostenibbiltà tas-sistemi u l-proċessi tal-produzzjoni, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, l-iffrankar tal-enerġija u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-inbid , f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fil-punti (aa), (b) u (f) tal-Artikolu 51 .

Emenda 378

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-programmi nazzjonali kollha approvati qabel … [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom ikunu rregolati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sad-data prevista għall-finalizzazzjoni tiegħu.

Emenda 379

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jiddefinixxi tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60 biex isegwi l-objettivi magħżula kif stipulat fil-paragrafu 1. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jissostanzja l-għażla tal-objettivi, tat-tipi ta' intervent u tal-interventi biex jissodisfa dawk l-objettivi.

2.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jiddefinixxi tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60 biex isegwi l-objettivi magħżula kif stipulat fil-paragrafu 1. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 82(3) għandu jissostanzja l-għażla tal-objettivi, tat-tipi ta' intervent u tal-interventi biex jissodisfa dawk l-objettivi , iżda ma għandux ikun obbligat li jikkompleta r-rapport ta' evalwazzjoni ex-ante jew ir-rapport tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) imsemmi fl-Artikolu 103(1), u lanqas ma għandu jkun obbligat li jlesti l-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 103(2) .

Emenda 380

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-azzjoni klimatika mill-kultivazzjoni taż-żebbuġ l-kontribut għaliha ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);

(c)

it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-azzjoni klimatika u l-kontribut għaliha, u l-adattament l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 381

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

it-titjib tal-kwalità taz-żejt taż-żebbuġa u  taz-żebbuġ tal-mejda; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt  (f) tal-Artikolu 6(1);

(d)

it-titjib tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u  taż-żebbuġ tal-mejda; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) u (f) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 382

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bl-għan li tittejjeb ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, u li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq taz-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-mejda; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1).

(f)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bl-għan li tittejjeb ir-reżiljenza għall-pesti, u li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda , inkluż it-titjib tal-prevenzjoni u r-reżiljenza għall-pesti ; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 1241

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema inkluża ż-żamma tal-ħamrija.

Emenda 383

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sabiex jiġu segwiti l-objettivi msemmija fl-Artikolu 56, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60. Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi.

1.   Sabiex jiġu segwiti l-objettivi msemmija fl-Artikolu 56, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 60 , li għandhom jiġu ddefiniti fil-livell tal-Istati Membri . Fi ħdan it-tipi ta' intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-interventi.

Emenda 384

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-interventi definiti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jiġu implimentati permezz ta' programmi operattivi approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għal dan l-iskop għandhom japplikaw l-Artikoli 61 u 62 ta' dan ir-Regolament.

2.   L-interventi definiti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) għandhom jiġu implimentati permezz ta' programmi operattivi approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għal dan l-iskop għandhom japplikaw l-Artikoli 61 u 62 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 385

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 82(4) jistgħu jafdaw l-implimentazzjoni ta' programmi operattivi lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jekk tali organizzazzjonijiet diġà jkollhom fis-seħħ programm simili skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Emenda 386

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

75  % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta' intervent imsemmija fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 60(1) fejn il-programm operattiv huwa implimentat f'mill-inqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi minn mill-inqas żewġ Stati Membri produtturi, 50 % tan-nefqa reali meta din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata għal dan it-tip ta' intervent.

(d)

85 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta' intervent imsemmija fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 60(1) fejn il-programm operattiv huwa implimentat f'mill-inqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi minn mill-inqas żewġ Stati Membri produtturi, 50 % tan-nefqa reali meta din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata għal dan it-tip ta' intervent.

Emenda 387

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

Fil-każ ta' reġjuni insulari l-perċentwal imsemmi fil-punti (a) sa (d) għandu jiżdied b'10 %.

Emenda 388

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw finanzjament komplementarju sa 50 % tal-ispejjeż mhux koperti mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni.

imħassar

Emendi 824 u 1242

Proposta għal regolament

Titolu 3 – Kapitolu 3 – Taqsima 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

Artikolu 58a

 

Objettivi tas-settur tal-għelejjel tal-legumi

 

Minkejja l-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi li ġejjin fis-settur tal-għelejjel tal-legumi:

 

(a)

L-iskema għandha żżid il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-legumi madwar l-Unjoni, biex tiżdied l-awtosuffiċjenza tal-ikel u tal-għalf skont il-miri stabbiliti fl-Anness I.

 

(b)

Tnaqqis tad-dipendenza fuq taħlita ta’ għalf ikkonċentrat li fih is-sojja, speċjalment sojja importata li toriġina minn art li reċentement ġiet deforestata jew konvertita, f’konformità mal-SDG 15, il-wegħda tal-Unjoni fuq żero deforestazzjoni u l-impenji eżistenti tal-kumpaniji privati fuq żero deforestazzjoni.

 

(c)

L-għeluq taċ-ċirkwiti ta’ ċiklaġġ tan-nutrijenti u r-restrizzjoni tagħhom għal skali ta’ baċiri lokali u reġjonali tax-xmara f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.

 

(d)

It-tisħiħ tas-swieq lokali u reġjonali fl-ikel u fl-għalf tal-annimali u varjetajiet ta’ żerriegħa b’input baxx adattati lokalment.

 

Il-miżuri ffinanzjati f'dan is-settur għandhom ikunu koerenti mal-impenji u l-leġiżlazzjoni klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, u ma għandhomx jikkawżaw bidla diretta jew indiretta fl-użu tal-art, filwaqt li jkollhom impatt ġenwinament pożittiv fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra globali skont GLOBIOM (Mudell ta' Ġestjoni tal-Bijosfera Globali).

 

Artikolu 58b

 

Tipi ta' interventi

 

Fir-rigward tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 58a l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

(a)

investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli; ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, kif ukoll azzjonijiet oħra, inklużi azzjonijiet għal:

(i)

il-konservazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-tisħiħ genwin u ppruvat tal-karbonju tal-ħamrija mingħajr dipendenza sistemika mill-pestiċidi;

(ii)

iż-żieda fl-effiċjenza fl-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar tal-ilma;

(iii)

il-promozzjoni tal-użu ta' varjetajiet u prattiki ta' ġestjoni adattati għal kundizzjonijiet tat-tibdil fil-klima li qed jinbidlu;

(iv)

it-titjib fil-prattiki ta' ġestjoni biex tiżdied ir-reżiljenza tal-għelejjel għall-organiżmi ta' ħsara u t-tnaqqis fis-suxxettibbiltà għall-organiżmi ta' ħsara;

(v)

it-tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi u d-dipendenza minnhom;

(vi)

il-ħolqien u ż-żamma ta' ħabitats agrikoli favorevoli għall-bijodiversità, mingħajr l-użu tal-pestiċidi;

 

(b)

servizzi konsultattivi u assistenza teknika, b'mod partikolari rigward il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, anke rigward is-selezzjoni mill-bidwi tal-aktar newba tal-għelejjel xierqa;

 

(c)

it-taħriġ inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

 

(d)

il-produzzjoni u t-tekniki organiċi;

 

(e)

azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti;

Emenda 389

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-setturi l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 39:

Skont l-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom isegwu objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-setturi l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 39:

Emenda 390

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-ippjanar tal-produzzjoni, l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b'mod partikolari f'termini ta' kwalità u kwantità, l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni u r-redditi fuq l-investiment u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);

(a)

l-ippjanar tal-produzzjoni, l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b'mod partikolari f'termini ta' kwalità, kwantità u  diversità , l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni u r-redditi fuq l-investiment u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 391

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(1);

(b)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati , u l-promozzjoni tan-negozjati kollettivi tal-kuntratti ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 392

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inkluż ir-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara, ta' prattiki innovattivi u tekniki ta' produzzjoni li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (c) u (i) tal-Artikolu 6(1);

(c)

l-applikazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp ta' metodi ta' produzzjoni sostenibbli, inklużi r-reżistenza għall-organiżmi ta' ħsara u għall-mard tal-annimali u r-reżiljenza għall-klima , id-diversità ġenetika, il-protezzjoni tal-ħamrija, it-titjib tal-bijosikurezza u t-tnaqqis ta' sustanzi antimikrobiċi, kif ukoll ta' prattiki innovattivi u tekniki ta' produzzjoni li jsaħħu l-kompetittività ekonomika fit-tul u l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (c) , (d), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 393

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, l-istandards tal-benessri tal-annimali, prattiki ta' kultivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni ambjentalment sani u reżiljenti għall-organiżmi ta' ħsara, l-użu u l-ġestjoni ambjentalment sani tal-prodotti sekondarji u tal-iskart, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

(d)

il-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, l-istandards tal-benessri tal-annimali, prattiki ta' kultivazzjoni ambjentalment sani u reżiljenti għall-organiżmi ta' ħsara , it-tekniki ta' produzzjoni u l-metodi ta’ produzzjoni, ir-reżistenza għall-mard tal-annimali , l-użu u l-ġestjoni ambjentalment sani tal-prodotti sekondarji u tal-iskart, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, tal-ħamrija u riżorsi naturali oħra ; it-tnaqqis tal-emissjonijiet u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 394

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1);

(e)

il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi l-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' mard tropikali u żoonotiku, kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 395

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

it-tisħiħ tal-valur kummerċjali u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta jew koperti bi skemi ta' kwalità nazzjonali; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);

(f)

it-tisħiħ tal-valur kummerċjali u tal-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u  s-segmentazzjoni tas-suq u l-iżvilupp ta' prodotti b'Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta, b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta jew koperti bi skemi ta' kwalità nazzjonali; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku stabbilit fil-punti (b) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 396

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu  40 ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);

(g)

il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu  39 ; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 397

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, bl-għan li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);

(h)

il-prevenzjoni u  l-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, bl-għan li jiġu evitati u indirizzati l-kriżijiet fis-swieq f'settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 398

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

il-prevenzjoni ta' attakki fuq it-trobbija tal-bhejjem minn speċijiet predatorji;

Emenda 399

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb)

il-kontribuzzjoni għall-istrateġija tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-għelejjel tal-proteina, b'mod partikolari l-foraġġ u l-legumi.

Emendi 400 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fir-rigward tal-objettivi msemmijin fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 59, l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1.   Fir-rigward tal-objettivi msemmijin fil-punti (a) sa (fa) tal-Artikolu 56 u l-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 59, l-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tip ta' intervent tnejn jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emendi 401 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

il-konservazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-tisħiħ tal-karbonju fil-ħamrija;

(i)

il-konservazzjoni tal-ħamrija u l-bini mill-ġdid tal-fertilità u l-istruttura tal-ħamrija , inkluż il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija u t-tisħiħ tas-s ekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u t-tnaqqis ta' kontaminanti fil-prodotti fertilizzanti ;

Emenda 402

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

it-titjib tal-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar u l-iskular tal-ilma;

(ii)

it-titjib tal-użu u l-ġestjoni tajba tal-ilma, inkluż l-iffrankar u l-iskular tal-ilma, li jikkontribwixxu għal status tajjeb ta' baċiri tal-ilma;

Emenda 403

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)

l-iffrankar tal-enerġija u ż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija;

(iv)

l-iffrankar tal-enerġija u ż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija , inkluż l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, bħall-użu sostenibbli ta' residwi agrikoli ;

Emenda 404

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva)

it-tnaqqis ta' gassijiet li jniġġsu u gassijiet serra;

Emendi 405 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

l-imballaġġ ekoloġiku;

(v)

l-imballaġġ ekoloġiku u t-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ ;

Emendi 406 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)

is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

(vi)

il-bijosigurtà, il-protezzjoni tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, inkluż il-ġestjoni sostenibbli u l-prevenzjoni ta' mard tropikali u żoonotiku ;

Emenda 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)

it-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart u t-titjib tal-użu u tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji u tal-iskart;

(vii)

it-tnaqqis tal-produzzjoni ta' emissjonijiet u tal-produzzjoni tal-iskart u t-titjib tal-użu u l-ġestjoni tal-prodotti sekondarji u tal-iskart;

Emenda 407

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(viia)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' mard tropikali u żoonotiku;

Emendi 408 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt viii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viii)

it-titjib tar-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara;

(viii)

it-titjib tar-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara permezz ta’ prattiki ta’ ġestjoni bil-promozzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara, inklużi prattiki xierqa ta' ġestjoni u kultivazzjoni , u l-ġlieda kontra l-mard tal-annimali ;

Emendi 409 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt ix

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ix)

it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi;

(ix)

it-tnaqqis sinifikanti tal-użu tal-pestiċidi u tad-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi ;

Emenda 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt ix a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ixa)

it-titjib tar-reżiljenza tal-mard tal-annimali u t-tnaqqis tal-użu tal-antibijotiċi;

Emenda 410

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt x

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(x)

il-ħolqien u ż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità;

(x)

il-ħolqien u ż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità , u l-promozzjoni ta' varjetajiet lokali ;

Emenda 411

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(xa)

it-tnaqqis tal-użu ta' sustanzi antimikrobiċi;

Emenda 412

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(xb)

it-titjib tal-kundizzjonijiet għat-tkabbir, il-ħsad u l-konsenja tal-produzzjoni;

Emenda 413

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(xc)

l-azzjonijiet ta' monitoraġġ, għarfien u sorveljanza tas-suq;

Emenda 414

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a – punt xd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(xd)

il-prevenzjoni ta' attakki fuq il-bhejjem minn speċijiet predatorji.

Emendi 415 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;

(b)

is-servizzi konsultattivi u l-assistenza teknika, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-produzzjoni, il-bijodiversità u l-ambjent, tal-mitigazzjoni u tal-adattament għat-tibdil fil-klima tiegħu , il-ġlieda kontra r-reżiljenza għall-organiżmi ta' ħsara u l-mard tal-annimali u t-titjib tagħha, kif ukoll it-tisħiħ tal-kwalità tal-prodott ;

Emenda 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

it-taħriġ inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

(c)

it-taħriġ inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki b'mod partikolari dwar il-biedja organika, il-korsijiet ta' tfassil tal-permakultura, u l-prattiki ta' tisħiħ tal-karbonju ;

Emenda 416

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

il-produzzjoni integrata;

Emenda 417

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-azzjonijiet biex jiżdiedu s-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti ta' settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu  40.

(e)

l-azzjonijiet biex jiżdiedu s-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti ta' settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu  39;

Emenda 418

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' traċċabbiltà u ċertifikazzjoni, b'mod partikolari l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodotti mibjugħa lill-konsumaturi finali.

(h)

l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' traċċabbiltà u ċertifikazzjoni tul il-katina tal-produzzjoni kollha , b'mod partikolari l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodotti mibjugħa lill-konsumaturi finali , inkluża t-traċċabbiltà tal-oriġini taż-żebbuġ u ż-żejt fid-diversi stadji tal-katina tal-produzzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar il-metodi ta' produzzjoni;

Emenda 419

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

l-implimentazzjoni ta' protokolli fitosanitarji u veterinarji ta' pajjiżi terzi.

Emenda 420

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 59, fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

2.   Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 56 u fil-punt (h) tal-Artikolu 59, fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jagħżlu tip ta' intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda 421

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

(b)

l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti u l-aġġustament aħjar għall-provvista u d-domanda ;

Emenda 422

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)

il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi , kif ukoll it-trattament ta' prodotti biex jiġi ffaċilitat il-ħżin tagħhom ;

Emendi 423 u 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

it-tħawwil mill-ġdid ta' msaġar fejn meħtieġ wara li s-siġar jinqalgħu b'mod obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

(d)

it-tħawwil mill-ġdid ta' msaġar jew imsaġar taż-żebbuġ fejn meħtieġ wara li s-siġar jinqalgħu b'mod obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

Emenda 424

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

l-appoġġ ta' miżuri għas-saħħa u l-benessri tal-annimali;

Emenda 425

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

ripopolazzjoni tal-bhejjem wara qtil obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew telf li jirriżulta minn diżastri naturali;

Emenda 426

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)

it-titjib tar-riżorsi ġenetiċi;

Emenda 427

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)

l-estensjoni tal-waqfa sanitarja obbligatorja f'azjendi li tirriżulta minn kriżijiet li ġejjin minn mard tal-annimali;

Emenda 826cp

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

l-assigurazzjoni tal-ħsad u tal-produzzjoni li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju.

h)

l-assigurazzjoni tal-ħsad u tal-produzzjoni li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-organiżmi ta' ħsara u fl-istess ħin tiżgura li l-benefiċjarji kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju. Ma għandha tingħata l-ebda assigurazzjoni sakemm il-produtturi ma jiħdux, b'mod attiv, miżuri biex jimminimizzaw ir-riskji tagħhom.

Emenda 428

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 59 ma jaqbżux terz min-nefqa totali taħt il-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 59 ma jaqbżux 50 % tan-nefqa totali taħt il-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Emenda 429

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fondi operattivi

Fondi operattivi minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

Emenda 430

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-limitu ta' 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % għal organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-ewwel ħames snin wara s-sena tar-rikonoxximent, u għal organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw esklussivament f'żoni b'restrizzjonijiet naturali.

Emenda 431

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

impenji għall-ġestjoni ambjentali, klimatika u oħrajn ;

(a)

miżuri ta' sostenibbiltà agroambjentali, mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima u impenji oħrajn relatati mal-ġestjoni ;

Emenda 432

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali;

(e)

l-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ, bdiewa ġodda u l-bidu u l-iżvilupp ta' negozji rurali sostenibbli ;

Emenda 433

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

in-nisa fiż-żoni rurali;

Emenda 434

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni;

(h)

l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni; u

Emendi 435, 1123cp u 1165cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali;

Emenda 1133

Proposta għal regolament

Artikolu 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 65

Artikolu 65

Impenji għall-ġestjoni ambjentali , klimatika oħrajn

Miżuri ta' sostenibbiltà agroambjentali , mitigazzjoni adattament għat-tibdil fil-klima u impenji oħra ta' ġestjoni li huma ta' benefiċċju għall-ambjent

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-impenji għall-ġestjoni ambjentali , klimatika u oħrajn bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-prattiki agroambjentali sostenibbli , għall-mitigazzjoni l-adattament klimatiku, inkluża l-ġestjoni tar-riskji naturali, għall-impenji ta' ġestjoni oħrajn , bħall-forestrija, il-protezzjoni u t-titjib tar-riżorsi ġenetiċi, u s-saħħa u l-benessri tal-annimali, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu impenji agroambjentali klimatiċi.

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu impenji agroambjentali klimatiċi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi disponibbli fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi disponibbli fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Dak l-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness IXaa.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti biss lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni li jitqiesu ta' benefiċċju għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti biss lill-bdiewa , lil gruppi ta' bdiewa u lil maniġers tal-art oħra li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta' ġestjoni , bħall-protezzjoni xierqa ta' artijiet mistagħdra u ħamrija organika, li jitqiesu ta' benefiċċju għall-kisba tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Tista' tingħata prijorità lil skemi li jkunu speċifikament immirati lejn l-indirizzar ta' kundizzjonijiet u ħtiġijiet ambjentali lokali u li jikkontribwixxu, meta xieraq, biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness XI.

5.   Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:

5.   Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:

(a)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;

(a)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni rilevanti u l-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu;

(b)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju stabbilit mill-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;

(b)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, il-prevenzjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju rilevanti stabbilit mil-liġi tal-Unjoni;

(c)

imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);

(c)

imorru lil hinn mill-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1);

(d)

huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 28.

(d)

ikunu differenti minn jew komplementari mal-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 28 , filwaqt li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda finanzjament doppju .

6.   L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż imġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda. Fejn meħtieġ, dawn jistgħu jkopru ukoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala rata fissa jew bħala pagament ta' darba għal kull unità. Il-pagamenti għandhom jingħataw darba fis-sena.

6.   L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż imġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll inċentiv finanzjarju lill-benefiċjarji u, meta meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala rata fissa jew bħala pagament ta' darba għal kull unità , jew għal kull ettaru ta' erja tal-wiċċ jew għal kull unità oħra identifikata abbażi tan-natura tal-impenn. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ annwali għall-programmi diretti lejn azjenda agrikola sħiħa għat-trasformazzjoni olistika tas-sistemi tal-biedja lejn l-objettivi ta' dan il-paragrafu . Il-pagamenti għandhom jingħataw darba fis-sena.

 

6a.     Il-livell ta' pagamenti għandu jvarja skont il-livell ta' ambizzjoni tas-sostenibbiltà ta' kull prattika jew sett ta' prattiki, abbażi ta' kriterji mhux diskriminatorji, sabiex jingħata inċentiv effettiv għall-parteċipazzjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddifferenzjaw il-pagamenti skont in-natura tar-restrizzjonijiet li jaffettwaw l-attivitajiet agrikoli bħala riżultat tal-impenji meħuda, u skont is-sistemi differenti ta' biedja.

7.   L-Istati Membri jistgħu jippromwovu u jappoġġaw l-iskemi kollettivi u l-iskemi ta' pagamenti bbażati fuq ir-riżultati sabiex iħeġġu lill-bdiewa jsaħħu b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar u b'mod li jista' jitkejjel.

7.   L-Istati Membri jistgħu jippromwovu u jappoġġaw l-iskemi kollettivi volontarji, u taħlita ta' impenji għall-ġestjoni fl-għamla ta' skemi mmexxija fuq livell lokali, u l-iskemi ta' pagamenti bbażati fuq ir-riżultati , inkluż permezz ta' approċċ territorjali, sabiex iħeġġu lill-bdiewa u lil gruppi ta' bdiewa jsaħħu b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar u b'mod li jista' jitkejjel. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-mezzi kollha meħtieġa f'termini ta' pariri, taħriġ u trasferiment ta' għarfien biex jgħinu lill-bdiewa li jibdlu s-sistemi ta' produzzjoni tagħhom.

8.   L-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta' minn ħames sa seba' snin. Madankollu, fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali mixtieqa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għal tipi ta' impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista l-estensjoni annwali tagħhom wara t-terminazzjoni tal-perjodu inizjali. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, u għal impenji ġodda li jittieħdu eżatt wara l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

8.   L-impenji għandhom normalment jittieħdu għal perjodu ta' minn ħames sa seba' snin. Madankollu, meta jkun meħtieġ biex jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali mixtieqa , inkluż billi titqies in-natura tal-forestrija fit-tul , l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għal tipi ta' impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista l-estensjoni annwali tagħhom wara t-terminazzjoni tal-perjodu inizjali. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, u għal impenji ġodda li jittieħdu eżatt wara l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

9.   Meta l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi jingħata lill-impenji agroambjentali klimatiċi, lill-impenji għall-konverżjoni jew għaż-żamma tal-prattiki u l-metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u lis-servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru.

9.   Meta l-appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi jingħata lill-impenji agroambjentali klimatiċi, inkluż lill-impenji għall-konverżjoni jew għaż-żamma tal-prattiki u l-metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 , il-Ġestjoni Integrata tal-Pesti, il-protezzjoni tas-sistemi ta' agroforestrija, u lis-servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru ta' erja tal-wiċċ jew għal kull unità oħra identifikata abbażi tan-natura tal-impenn .

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet taħt dan it-tip ta' interventi jkollhom aċċess għall-għarfien u  għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati tali operazzjonijiet.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet taħt dan it-tip ta' interventi jkollhom aċċess għall-għarfien rilevanti l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati tali operazzjonijiet , u li jkun disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jirrikjeduh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħin lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jibdlu s-sistemi tal-produzzjoni tagħhom .

11.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikolu 28.

11.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma' dawk mogħtija skont l-Artikolu 28.

Emendi 448 u 1166cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1).

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għar-restrizzjonijiet naturali jew għal restrizzjonijiet territorjali speċifiċi oħra, inkluż għal żoni muntanjużi u reġjuni insulari, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1).

Emendi 449 u 1162cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dawn il-pagamenti għandhom jingħataw lill-bdiewa ġenwini fir-rigward taż-żoni deżinjati skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

2.   Dawn il-pagamenti għandhom jingħataw lill-bdiewa attivi fir-rigward taż-żoni deżinjati, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 , kif ukoll fir-rigward ta' żoni affettwati mill-gwerra fir-Repubblika tal-Kroazja .

Emendi 450 u 1162cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi meta l-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Emenda 451

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona kkonċernata.

3.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona kkonċernata. Dawn jistgħu jipprovdu wkoll inċentiv finanzjarju għall-benefiċjarji biex ikomplu l-biedja f'dawn iż-żoni. L-ammont ta' appoġġ jista' jiġi aġġustat biex titqies is-severità tal-limitazzjonijiet naturali li jaffettwaw l-attività agrikola u s-sistema agrikola. Il-pagamenti jistgħu wkoll, meta rilevanti, iqisu fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli jkunu adegwati, preċiżi u stabbiliti minn qabel abbażi ta' metodu ta' kalkolu ġust.

Emenda 1166 cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkalkulati fir-rigward tar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona, bi tqabbil ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona.

4.   L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkalkulati fir-rigward tar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona, bi tqabbil ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona. L-ammont ta' pagamenti jista' jiġi aġġustat biex titqies is-severità tal-limitazzjonijiet li jaffettwaw l-attività agrikola tas-sistemi ta' produzzjoni differenti. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu soll ta' pagament minimu li taħtu ma jingħatawx pagamenti. Il-pagamenti li jingħataw jistgħu jqisu wkoll, fejn rilevanti, kriterji soċjoekonomiċi u ambjentali.

Emenda 452

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona.

5.   Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona u għandhom ikunu limitati għall-ammonti minimi u massimi stabbiliti fl-Anness IXaa .

Emenda 1124

Proposta għal regolament

Artikolu 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 67

Artikolu 67

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE jew id-Direttiva 2000/60/KE bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

2.   Dawn il-pagamenti jistgħu jingħataw lil-bdiewa , lid-detenturi tal-foresti u maniġers tal-art oħra fir-rigward taż-żoni bi żvantaġġi msemmija fil-paragrafu 1 .

2.   Dawn il-pagamenti jistgħu jingħataw lill-bdiewa , lil gruppi ta' bdiewa, lid-detenturi ta' foresti u  lil gruppi ta' detenturi ta' foresti, sidien ta' foresti u gruppi ta' sidien ta' foresti. F'każijiet debitament ġustifikati jistgħu jingħataw ukoll lil maniġers tal-art oħra.

 

2a.     Fil-każ ta' persuna ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-appoġġ fil-livell tal-membri ta' dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu drittijiet u obbligi komparabbli għal dawk ta' bdiewa individwali li jkollhom l-istatus ta' kap ta' azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew il-gruppi ġuridiċi kkonċernati.

3.   Meta jiddefinixxu ż-żoni bi żvantaġġi l-Istati Membri jistgħu jinkludu ż-żoni li ġejjin:

3.   Meta jiddefinixxu ż-żoni bi żvantaġġi l-Istati Membri jistgħu jinkludu ż-żoni li ġejjin:

(a)

żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(a)

żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(b)

żoni oħra delimitati ta' protezzjoni tan-natura b'restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja jew għall-foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawn iż-żoni ma jaqbżux 5 % taż-żoni deżinjati tan-Natura 2000 koperti bil-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK;

(b)

żoni oħra delimitati ta' protezzjoni tan-natura b'restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja jew għall-foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawn iż-żoni ma jaqbżux 5 % taż-żoni deżinjati tan-Natura 2000 koperti bil-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK;

(c)

żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri idrografiċi skont id-Direttiva 2000/60/KE.

(c)

żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri idrografiċi skont id-Direttiva 2000/60/KE.

4.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mal-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata.

4.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mal-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata.

5.   L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ikkalkulati :

5.   L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkulati :

(a)

fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament;

(a)

fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament;

(b)

fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji rilevanti ta' ġestjoni, għajr għall-SMR  2 kif imsemmi fl-Anness III, u mill-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

(b)

fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE, b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji rilevanti ta' ġestjoni, għajr għall-SMR  1 kif imsemmi fl-Anness III, u mill-istandards ta' kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona.

6.   Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona u għandhom ikunu limitati għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness IXaa .

Emenda 1139

Proposta għal regolament

Artikolu 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 68

Investimenti

Artikolu 68

Investimenti

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-investimenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-investimenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

 

1a.     Sabiex l-operazzjonijiet ta' investiment ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FAEŻR, dawn għandhom ikunu preċeduti minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali mistenni f'konformità mal-liġi speċifika għal dak it-tip ta' investiment fejn l-investiment x'aktarx li jkollu effetti negattivi fuq l-ambjent.

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi għall-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. L-appoġġ lis-settur tal-forestrija għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti.

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi għall-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli, inkluż fil-forma kollettiva, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6. L-appoġġ lis-settur tal-forestrija għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' ġestjoni tal-foresti li jinkludi l-ħtieġa li jitħawlu speċijiet adattati għall-ekosistemi lokali, jew strument ekwivalenti fil-każ ta' azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru .

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 30 % tal-appoġġ imsemmi f'dan l-Artikolu għal investimenti għal skopijiet relatati mal-ambjent u l-klima li jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1). L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu prijoritajiet għal dawk l-investimenti permezz ta' appoġġ ogħla, evalwazzjoni ta' punteġġ ogħla u kriterji oġġettivi oħra b'effett simili.

 

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll prijorità għall-investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ skont dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' investimenti u kategoriji ta' nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' investimenti u kategoriji ta' nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

ix-xiri ta' drittijiet għall-produzzjoni agrikola;

(a)

ix-xiri ta' drittijiet għall-produzzjoni agrikola;

(b)

ix-xiri ta' intitolamenti għal pagament;

(b)

ix-xiri ta' intitolamenti għal pagament;

(c)

ix-xiri ta' art għajr ix-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jew l-art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji;

(c)

ix-xiri ta' art għajr ix-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jew l-art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji;

(d)

ix-xiri ta' annimali, pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom għajr għall-iskop ta' restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastru naturali u avvenimenti katastrofiċi;

(d)

ix-xiri ta' annimali, ħlief dawk użati minflok magni għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ u għall-protezzjoni minn predaturi kbar;

 

(da)

ix-xiri ta' pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom għajr għall-iskop ta' restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastru naturali u avvenimenti katastrofiċi;

(e)

ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta' garanzija;

(e)

ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta' garanzija;

(f)

l-investimenti fl-irrigazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-kisba ta' status tajjeb tal-korpi tal-ilma, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, inkluż l-espansjoni tal-irrigazzjoni li taffettwa l-korpi tal-ilma li l-istatus tagħhom ikun ġie definit bħala inqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni tal-baċiri idrografiċi rilevanti.

 

(g)

l-investimenti f'infrastrutturi kbar li ma jkunux parti mill-istrateġiji ta' żvilupp lokali;

(g)

l-investimenti f'infrastrutturi kbar li ma jkunux parti mill-istrateġiji ta' żvilupp lokali; L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll derogi speċifiċi għal investimenti fil-broadband meta jiġu previsti kriterji ċari li jiżguraw il-komplementarjetà mal-appoġġ taħt strumenti oħra tal-Unjoni;

(h)

l-investimenti fl-afforestazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u għar-Riforestazzjoni.

(h)

l-investimenti fl-afforestazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u għar-Riforestazzjoni.

 

(ha)

investimenti li ma jkunux konsistenti mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali jew mad-Direttiva 91/676/KEE;

 

(hb)

investimenti fil-produzzjoni tal-bijoenerġija li mhumiex konsistenti mal-kriterji ta' sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

Il-punti (a), (b), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fejn jiġi provdut appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji.

Il-punti (a), (b), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fejn jiġi provdut appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji.

 

B'deroga mill-punti (a) sa (h) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu derogi f'reġjuni insulari, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, biex jiġu indirizzati l-iżvantaġġi marbuta mal-insularità u l-pożizzjoni remota.

4.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima ta' 75 % tal-ispejjeż eliġibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima tal-ispejjeż eliġibbli stabbilita fl-Anness IXaa .

Ir-rata massima tal-appoġġ tista' tiġi miżjuda għall-investimenti li ġejjin:

Ir-rata massima tal-appoġġ tista' tiġi miżjuda għall-investimenti li ġejjin:

(a)

investimenti għall-afforestazzjoni u mhux produttivi marbuta mal-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

(a)

afforestazzjoni, twaqqif ta' sistemi agroforestali investimenti mhux produttivi , inkluża l-konsolidazzjoni tal-art, marbuta mal-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

(b)

investimenti fis-servizzi bażiċi fiż-żoni rurali;

(b)

investimenti fis-servizzi bażiċi fiż-żoni rurali;

(c)

investimenti fir-restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi u investimenti f'azzjonijiet preventivi xierqa fil-foresti u fl-ambjent rurali.

(c)

investimenti fir-restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali li tkun saritlu ħsara wara nirien u diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi oħra, inklużi maltempati, għargħar, organiżmi ta' ħsara u mard, kif ukoll ir-restawr tal-foresti permezz tat-tneħħija tal-mini, u investimenti f'azzjonijiet preventivi xierqa fil-foresti u fl-ambjent rurali , kif ukoll investimenti biex tinżamm is-saħħa tal-foresti;

 

(ca)

investimenti f'tekniki u sistemi ta' produzzjoni innovattivi li jikkontribwixxu simultanjament għall-objettivi msemmija fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

(cb)

l-investimenti fil-protezzjoni tal-merħliet kontra l-predaturi;

(cc)

investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni b'restrizzjonijiet naturali, inklużi r-reġjuni muntanjużi u insulari;

(cd)

investimenti marbuta mal-benessri tal-annimali.

Emenda 475

Proposta għal regolament

Artikolu 68a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68a

 

Investimenti fl-irrigazzjoni

 

1.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta' irrigazzjoni f'żoni ta' irrigazzjoni u skulati ġodda u eżistenti, l-investimenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu biss għandhom jitqiesu bħala nefqa eliġibbli.

 

2.     Pjan ta' ġestjoni tal-baċir ta' xmara, kif meħtieġ skont it-termini tad-Direttiva 2000/60/KE, kellu jkun innotifikat lill-Kummissjoni għaż-żona kollha li fiha se jsir l-investiment, kif ukoll fi kwalunkwe żona oħra fejn l-ambjent tagħha jista' jiġi affettwat mill-investiment. Il-miżuri li jidħlu fis-seħħ taħt il-pjan ta' ġestjoni tal-baċir tax-xmara skont l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva u tar-rilevanza għas-settur agrikolu kellhom jiġu speċifikati fil-programm ta' miżuri rilevanti;

 

3.     Ikun fis-seħħ l-użu ta' arloġġi tal-ilma li jippermetti l-kejl tal-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat jew ikollu jitpoġġa fil-prattika bħala parti mill-investiment.

 

4.     Investiment f'titjib ta' installazzjoni ta' irrigazzjoni eżistenti jew f'element ta' infrastruttura ta' irrigazzjoni, għandu jkun eliġibbli biss jekk jiġi vvalutat ex ante li joffri ffrankar potenzjali fl-użu tal-ilma ta' minimu ta' bejn 5 % u 25 % skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew l-infrastruttura eżistenti.

 

Jekk l-investiment jaffettwa korpi ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ikun ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir ta' xmara biss għal raġunijiet marbuta mal-kwantità tal-ilma:

 

(a)

l-investiment għandu jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment, li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli permezz tal-investiment;

 

(b)

fil-każ ta' investiment f'azjenda agrikola waħda, huwa għandu wkoll jirriżulta fi tnaqqis għall-użu totali ta' ilma mill-azjenda li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli fil-livell tal-investiment. L-użu totali ta' ilma mill-azjenda għandu jinkludi l-ilma mibjugħ mill-azjenda.

 

L-ebda waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4 ma għandha tapplika għal investiment f'installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika jew għal investiment fil-ħolqien ta' ġiebja jew għal investiment fl-użu ta' ilma rriċiklat li ma jaffettwax massa ta' ilma ta' taħt l-art jew ta' ilma tal-wiċċ.

 

5.     Investiment li jirriżulta f'żieda netta taż-żona irrigata li taffettwa korp partikolari ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ għandu jkun eliġibbli biss jekk:

 

(a)

fil-pjan ta' ġestjoni tal-baċir tax-xmara rilevanti, l-istatus tal-korp tal-ilma ma jkunx ġie identifikat li huwa anqas minn tajjeb biss minħabba raġunijiet marbuta mal-kwantità tal-ilma; u

 

(b)

analiżi ambjentali ex ante turi li l-investiment ma jkun se jħalli l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent; tali analiżi tal-impatt ambjentali għandha titwettaq jew tkun approvata mill-awtorità kompetenti u tista' wkoll tirreferi għal gruppi ta' azjendi.

 

Iż-żoni mingħajr irrigazzjoni iżda li fihom kien hemm installazzjoni ta' irrigazzjoni attiva fil-passat, li jridu jiġu stabbiliti jew ġustifikati fil-programm, jistgħu jitqiesu bħala żoni b'irrigazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni taż-żieda netta taż-żona b'irrigazzjoni.

 

6.     Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 5, l-investimenti li jirriżultaw f'żieda netta taż-żona ta' irrigazzjoni jistgħu xorta jkunu eliġibbli jekk:

 

(a)

l-investiment jiġi kkombinat ma' investiment f'installazzjoni ta' irrigazzjoni jew element ta' infrastruttura ta' irrigazzjoni eżistenti vvalutat ex ante li joffri ffrankar potenzjali tal-ilma ta' mill-anqas bejn 5 % u 25 % skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew infrastruttura eżistenti u

 

(b)

l-investiment jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment inġenerali, li jammonta għal tal-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma possibbli permezz tal-investiment fl-installazzjoni tal-irrigazzjoni jew l-element ta' infrastruttura eżistenti.

 

7.     L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima ta' 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rata massima ta' appoġġ tista' tiżdied għal investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni b'restrizzjonijiet naturali, inklużi r-reġjuni muntanjużi u insulari.

Emenda 1168

Proposta għal regolament

Artikolu 68b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68b

Installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali

1.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ favur l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali f'żoni rurali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv trażversali stabbilit fl-Artikolu 5 u tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.     L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex jgħinu l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali biex jiġu appoġġati, inter alia, il-biedja ta' preċiżjoni, l-intrapriżi rurali tal-Irħula Intelliġenti kif ukoll l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-ICT fil-livell tal-azjendi agrikoli.

3.     L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għall-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali għar-rata massima ta' 30 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Emenda 477

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali

Installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ , bdiewa ġodda, bidu u żvilupp ta' negozji rurali sostenibbli

Emenda 478

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ jew l-inkorporazzjoni tagħhom f'negozji agrikoli eżistenti, il-bdiewa ġodda, u l-bidu u l-iżvilupp tan-negozji rurali, inkluż għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 . L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju.

Emenda 479

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex jgħinu:

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan l-Artikolu biex jgħinu biss:

Emenda 480

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-installazzjoni ta' bdiewa ġodda.

Emenda 481

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

fil-bidu tan-negozju rurali marbut mal-agrikoltura u l-forestrija jew fid-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi agrikoli ;

(b)

fil-bidu u l-iżvilupp tan-negozju rurali marbut mal-agrikoltura, il-forestrija, il-bijoekonomija, l-ekonomija ċirkolari u l-agrituriżmu jew id-diversifikazzjoni tal-introjtu;

Emenda 482

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

fil-bidu tan-negozju ta' attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali li jkunu parti minn strateġiji ta' żvilupp lokali.

(c)

fil-bidu tan-negozju ta' attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali li jkunu parti minn strateġiji ta' żvilupp lokali , min-naħa ta' bdiewa li jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom, kif ukoll mikrointrapriżi u persuni fiżiċi minn żoni rurali .

Emenda 483

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw li bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda li jingħaqdu ma' gruppi ta' bdiewa, organizzazzjonijiet ta' produtturi jew strutturi kooperattivi ma jitilfux l-għajnuna għall-istabbiliment. Tali dispożizzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jidentifikaw il-parteċipazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u tal-bdiewa ġodda fl-istruttura.

Emenda 484

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta' somom f'daqqa. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu ta' EUR 100 000 u jista' jkun kombinat ma' strumenti finanzjarji.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta' somom f'daqqa, li jistgħu jiġu differenzjati skont kriterji oġġettivi . L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness IXaa u jista' jkun kombinat ma' strumenti finanzjarji.

Emenda 485

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' titħallas f'ħafna pagamenti.

Emendi 486, 1152cp1 u 1063

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju , filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tagħhom u l-analiżijiet SWOT, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-dispożizzjoni ma tkunx ta' detriment għall-għodod privati jew pubbliċi għall-ġestjoni tar-riskju.

Emenda 487

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi sabiex jippromwovu l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa ġenwini jiġġestixxu r-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu marbuta mal-attività agrikola tagħhom li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħhom u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.   Appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi jista' jingħata sabiex jippromwovu l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa attivi jiġġestixxu r-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu marbuta mal-attività agrikola tagħhom li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħhom u li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6. Dawn l-istrumenti jistgħu jikkonsistu minn sistemi ta' ġestjoni ta' ħafna riskji.

 

Barra minn hekk, għandhom jiġu mħeġġa strateġiji għall-mitigazzjoni tar-riskju biex tiżdied ir-reżiljenza tal-azjendi agrikoli kontra r-riskji naturali u relatati mat-tibdil fil-klima u jitnaqqas l-esponiment għall-instabbiltà tal-introjtu.

Emendi 488, 1065 u 1152cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala primjums għal skemi ta' assigurazzjoni;

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji għal primjums għal skemi ta' assigurazzjoni , billi jkopru telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi, diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi, minn tifqigħ ta' mard tal-annimali jew tal-pjanti, minn inċident ambjentali, minn kontaminazzjoni ta' għelejjel organiċi, jew minn miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati organiżmi ta' ħsara jew marda tal-pjanti ;

Emendi 489, 1067 u 1152cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi mutwi, inkluż l-ispiża amministrattiva tal-istabbiliment;

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi mutwi, inkluża l-ispiża amministrattiva tal-istabbiliment , bil-ħsieb li jsir ħlas ta' kumpens finanzjarju lill-bdiewa għal telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi, diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi, minn tifqigħ ta' mard tal-annimali jew tal-pjanti, minn inċident ambjentali, minn kontaminazzjoni ta' għelejjel organiċi, jew minn miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati organiżmi ta' ħsara jew marda tal-pjanti ;

Emendi 490, 1068 u 1152cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

kontribuzzjonijiet finanzjarji għal għodda ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu li tieħu l-forma ta' fond reċiproku u tipprovdi:

(i)

kumpens għall-bdiewa tas-setturi kollha f'każ ta' tnaqqis qawwi fl-introjtu tagħhom;

(ii)

kumpens għall-bdiewa ta' settur speċifiku fil-każ ta' tnaqqis qawwi fl-introjtu tagħhom;

Emendi 948 u 1270

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

kontribuzzjoni finanzjarja għall-mitigazzjoni tar-riskju bħall-protezzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ u tal-ħamrija li jgħinu biex inaqqsu r-riskji bħan-nixfa, l-għargħar u l-inċendji.

Emendi 491 u 1152cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi msemmija fil-punti (b) u (ba) tal-paragrafu 3 għall-elementi li ġejjin:

 

(a)

l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxin fuq perjodu massimu ta' tliet snin b'mod rigressiv;

 

(b)

l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tkun marbuta mal-imgħax fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f'każ ta' kriżi;

 

(c)

is-supplimentar tal-pagamenti annwali fil-fond;

 

(d)

l-istokk kapitali inizjali tal-fond mutwu.

Emendi 492 u 1152cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-tipi u l-kopertura tal-iskemi ta' assigurazzjoni u tal-fondi mutwi eliġibbli;

(a)

it-tipi u l-kopertura tal-iskemi ta' assigurazzjoni u tal-fondi mutwi eliġibbli u l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-introjtu ;

Emendi 493, 1071, 1152cp8 u 1272

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tat-telf u l-fatturi ta' attivazzjoni għall-kumpens;

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tat-telf u l-fatturi ta' attivazzjoni għall-kumpens , inkluż permezz ta' indiċijiet bijoloġiċi, klimatiċi jew ekonomiċi applikati fil-livell tal-azjenda, jew fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali ;

Emenda 1152cp9

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert it-telf ta' mill-inqas 20 % tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażat fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert: it-telf ta' mill-inqas 20 % tal-produzzjoni annwali medja tal-prodott ikkonċernat jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażat fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa. Għat-telf tal-produzzjoni, dan il-perjodu jista' jiġi pprorogat għal perjodu ta' erba' snin jew għal medja ibbażat fuq il-perjodu preċedenti ta' tmien snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa.

Emendi 494, 1074 u 1152cp10

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima ta' 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

6.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għar-rata massima tal-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fl-Anness IXaa .

Emendi 1152cp11 u 1276

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b'konsegwenza tal-kombinazzjoni tal-interventi skont dan l-Artikolu ma' skemi għall-ġestjoni tar-riskju pubbliċi jew privati oħrajn.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġiji tal-mitigazzjoni tar-riskju jiġu implimentati biex tiżdied ir-reżiljenza tal-azjenda agrikola kontra r-riskji naturali u dawk relatati mat-tibdil fil-klima u jnaqqsu l-espożizzjoni għall-instabbiltà tal-introjtu. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b'konsegwenza tal-kombinazzjoni tal-interventi skont dan l-Artikolu ma' skemi għall-ġestjoni tar-riskju pubbliċi jew privati oħrajn.

Emendi 495, 1076 u 1152cp12

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     Kwalunkwe Stat Membru li jintroduċi skemi nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju, jew li diġà jkollu skemi bħal dawn qabel …[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jista' juża l-istrumenti stabbiliti f'dan l-Artikolu biex ikopri kwalunkwe tip ta' riskju li ma jkunx kopert minn dawn l-iskemi.

Emenda 496

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114 u l-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u biex jippromwovu l-iskemi ta' kwalità, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-gruppi tal-produtturi jew forom oħra ta' kooperazzjoni.

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-Grupp Operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 114 u l-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u biex jippromwovu l-iskemi ta' kwalità, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-gruppi tal-produtturi, jew forom oħra ta' kooperazzjoni inklużi dawk li l-prodotti tagħhom ikunu koperti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 .

Emendi 497 u 1170cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex jippromwovu forom ta' kooperazzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ entitajiet u li tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ taħt dan it-tip ta' interventi biex isostnu forom ta' kooperazzjoni eżistenti u jippromwovu forom ta' kooperazzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ entitajiet , li minnhom mill-inqas waħda tkun involuta fil-produzzjoni agrikola, u li tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

Emendi 498 u 1170cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ mill-FAEŻR lil Gruppi ta' Azzjoni Lokali li jimplimentaw strateġija ta' żvilupp lokali li tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

Emendi 499 u 1170cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Taħt dan it-tip ta' interventi l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż relatati mal-aspetti kollha tal-kooperazzjoni.

3.   Taħt dan it-tip ta' interventi l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż relatati mal-aspetti kollha meħtieġa tal-kooperazzjoni , inklużi spejjeż ta' ċertifikazzjoni relatati mal-parteċipazzjoni fi skema ta' kwalità tal-Unjoni .

Emendi 500 u 1170cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ maħsub biex jinkoraġġixxu skemi ta' kwalità, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew gruppi ta' produtturi jew forom oħra ta' kooperazzjoni, fl-għamla ta' somma f'daqqa.

Emenda 1170cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Fil-każ ta' kooperazzjoni fil-kuntest tas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ biss lill-bdiewa li jkunu laħqu l-età tal-pensjoni kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

7.   Fil-każ ta' kooperazzjoni fil-kuntest tas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli u bl-għan li jitħeġġeġ it-tiġdid interġenerazzjonali fil-livell tal-azjendi agrikoli , l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ biss lill-bdiewa li ma jkunux aktar minn ħames snin 'il bogħod milli jilħqu l-età tal-pensjoni kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emendi 501 u 830cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal massimu ta' seba' snin għajr għall-azzjonijiet ambjentali u klimatiċi kollettivi f'każijiet debitament ġustifikati biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1).

8.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal massimu ta' seba' snin għajr għall-azzjonijiet ambjentali u klimatiċi kollettivi f'każijiet debitament ġustifikati biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1). L-Istati Membri ma għandhomx jappoġġaw interventi li jkollhom effetti negattivi għall-ambjent.

Emendi 502 u 1170cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.     Il-Gruppi ta' Azzjoni Lokali jistgħu jitolbu l-ħlas bil-quddiem mill-aġenziji tal-ħlas kompetenti jekk din il-possibbiltà tkun inkluża fil-pjan strateġiku. L-ammont tal-ħlas bil-quddiem ma jistax jaqbeż il-50 % tal-appoġġ pubbliku allokat għall-ispejjeż tal-funzjonament u l-animazzjoni.

Emenda 503

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b.     L-appoġġ għall-iskemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, inklużi azzjonijiet għall-informazzjoni u l-promozzjoni, u l-għajnuna għall-istabbiliment ta' gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu limitati għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness IXaa.

Emenda 830cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8c.     L-Inizjattiva LEADER, deskritta bħala żvilupp lokali mmexxi mill-komunità msemmija fil-paragrafu 1, għandha tipprevedi l-involviment attiv u primarju tal-azjendi agrikoli u/jew tal-forestrija.

Emenda 504

Proposta għal regolament

Artikolu 71a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 71a

Subprogrammi tematiċi għal skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu subprogramm tematiku dwar l-iskemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel previsti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li jikseb l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Emenda 505

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-iskambju tal-għarfien agrikolu, forestali u tan-negozju rurali u l-informazzjoni dwarhom bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni dwarhom fuq bażi individwali jew kollettiva bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-agrikoltura, il-forestrija, inklużi l-agroforestrija, l-ambjent u l-protezzjoni tal-klima, in-negozju rurali, l-Irħula Intelliġenti u l-interventi tal-PAK .

Emenda 506

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż ta' kwalunkwe azzjoni rilevanti li tippromwovi l-innovazzjoni, l-aċċess għat-taħriġ u għall-pariri u l-iskambju u t-tixrid tal-għarfien u l-informazzjoni li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.   Taħt dan it-tip ta' interventi, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom ikopru l-ispejjeż ta' kwalunkwe azzjoni rilevanti li tippromwovi l-innovazzjoni, l-aċċess għat-taħriġ u għall-pariri , il-ħolqien ta' pjanijiet u studji, u l-iskambju u t-tixrid tal-għarfien u l-informazzjoni li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

Emenda 507

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal massimu ta' 75 % tal-ispejjeż eliġibbli .

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ sar-rata massima stabbilita fl-Anness IXaa .

Emenda 508

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-istabbiliment ta' servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ fil-forma ta' ammont fiss ta' massimu ta' EUR 200 000 .

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-istabbiliment ta' servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ sal-ammont massimu stabbilit fl-Anness IXaa .

Emenda 509

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     B'deroga mill-paragrafu 3, fir-reġjuni ultraperiferiċi u f'każijiet oħra debitament ġustifikati l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata ogħla jew ammont ogħla minn dak stabbilit f'dak il-paragrafu sabiex jiksbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6.

imħassar

Emenda 510

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     L-appoġġ skont dan l-Artikolu ma jkoprix korsijiet ta' struzzjoni jew taħriġ li jkunu parti minn programmi ta' edukazzjoni normali jew sistemi ta' edukazzjoni sekondarja jew ogħla.

Emenda 511

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6 b.     Il-korpi li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u informazzjoni għandhom ikunu mħarrġa sew f'termini ta' kwalifika tal-persunal u taħriġ biex iwettqu dak il-kompitu.

Emenda 512

Proposta għal regolament

Artikolu 72a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 72a

Miżuri favur in-nisa rurali

1.     L-Istati Membri għandhom jadottaw azzjonijiet speċifiċi ffukati fuq il-promozzjoni ta' inklużjoni akbar tan-nisa fl-ekonomija rurali, permezz ta' interventi f'konformità mar-regolament attwali bil-għan li jkun hemm kontribuzzjoni għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 6(1).

2.     L-Istati Membri jistgħu, fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK, jagħtu appoġġ biex jippromwovu l-involviment tan-nisa, inter alia, fit-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet ta' informazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza, l-investimenti f'assi fiżiċi, fil-bidu u l-iżvilupp ta' farm u negozju rurali, l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali u l-kooperazzjoni.

Emenda 513

Proposta għal regolament

Artikolu 72b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 72b

 

Żvilupp tal-Istrateġija għall-Irħula Intelliġenti

 

1.     Sabiex jiġu promossi d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, jiġu faċilitati l-iżvilupp tan-negozju, l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi fiż-żoni rurali, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw l-Istrateġija għall-Irħula Intelliġenti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, filwaqt li jqisu t-tipi ta' interventi stabbiliti fil-punti (a), (b), (d), (e), (g) u (h) tal-Artikolu 64 u l-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni u l-istrateġiji kif stabbilit fl-Artikolu 102.

 

2.     Minbarra t-tipi ta' interventi stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jridu jieħdu ħsieb partikolari tal-miżuri, billi jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin fiż-żoni rurali:

 

(a)

id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija rurali;

 

(b)

l-agrikoltura ta' preċiżjoni;

 

(c)

l-iżvilupp ta' pjattaformi diġitali;

 

(d)

il-mobbiltà rurali;

 

(e)

l-innovazzjoni soċjali;

 

(f)

l-iżvilupp ta' sistemi intelliġenti tal-enerġija, grids u ħżin fil-livell lokali, kif ukoll l-appoġġ tal-iżvilupp tal-kooperattivi tal-enerġija;

 

3.     L-Istati Membri għandhom jieħdu nota partikolari tal-koordinazzjoni bejn il-FAEŻR u Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej oħra, kif stabbilit fil-punt (iii) tal-Artikolu 98(d).

 

4.     L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-Istrateġija għall-Irħula Intelliġenti tagħhom fl-istrateġiji integrati ta' żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità kif stabbilit fl-Artikolu 25(c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni l-ġdid].

Emenda 514

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità ta' Ġestjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jew korpi intermedji deżinjati oħra, għandha tiddefinixxi l-kriterji ta' għażla għall-interventi li huma relatati mat-tipi ta' interventi li ġejjin: l-investimenti, l-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozju rurali, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 111. Il-kriterji ta' għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-immirar tal-appoġġ skont l-iskop tal-interventi.

L-Awtorità ta' Ġestjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK , jew, meta applikabbli, l-awtoritajiet tal-ġestjoni reġjonali, jew korpi intermedji deżinjati oħra, għandha tiddefinixxi l-kriterji ta' għażla għall-interventi li huma relatati mat-tipi ta' interventi li ġejjin: l-investimenti, l-installazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u  bdiewa ġodda u l-bidu tan-negozju rurali, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni , miżuri speċifiċi favur in-nisa rurali u l-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali , wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 111. Il-kriterji ta' għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-immirar tal-appoġġ skont l-iskop tal-interventi.

Emenda 515

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji ta' għażla għall-interventi ta' investiment li jimmiraw b'mod ċar l-iskopijiet ambjentali jew li jitwettqu b'rabta mal-attivitajiet ta' restawr.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji ta' għażla għall-investiment b'rabta mal-attivitajiet ta' restawr wara avvenimenti katastrofiċi .

Emenda 516

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-kriterji ta' għażla ma jistgħux jiġu definiti għall-operazzjonijiet li jkunu rċevew ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza taħt l-Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa jew ikunu ntgħażlu taħt il-Life +, bil-kundizzjoni li tali operazzjonijiet ikunu konsistenti mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

imħassar

Emenda 1173

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-operazzjonijiet ma għandhomx jintgħażlu għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament jew ikunu ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK titressaq lill-Awtorità ta' Ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagament relatata kollha jkunux saru .

5.   L-operazzjonijiet ma għandhomx jintgħażlu għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament jew ikunu ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK titressaq lill-Awtorità ta' Ġestjoni, irrispettivament minn jekk ikunux saru l-pagamenti relatata kollha .

 

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operazzjonijiet relatati mal-indukrar bikri tal-popolamenti tan-nebbieta u l-indukrar ta' popolamenti żagħżugħa b'objettivi ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi jistgħu jintgħażlu għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament tiġi ppreżentata lill-awtorità.

 

Tali operazzjonijiet m’ għandhomx jiġu meħtieġa jew m’għandhomx jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv, jekk

 

(i)

l-iskema tal-għajnuna tistabbilixxi dritt għall-għajnuna f'konformità ma' kriterji oġġettivi u mingħajr l-eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru; kundizzjoni għall-għoti tal-għajnuna hija li l-baġit disponibbli għall-iskema ta' għajnuna ma jkunx ġie eżawrit;

(ii)

l-iskema ta' għajnuna tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jiġġarrbu l-ispejjeż eliġibbli mill-benefiċjarju;

(iii)

l-iskema ta' għajnuna tkopri biss tali siti fejn tkun ġiet stabbilita foresta ġdida skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-istabbiliment ikun ġie nnotifikat lill-awtorità kompetenti; u

(iv)

l-iskema ta' għajnuna tkopri biss tali miżuri li jkunu bbażati fuq pjan ta' ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti.

Emenda 517

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-bdiewa jintlaqtu minn kundizzjonijiet klimatiċi severi u/jew kriżi tas-suq, il-pagamenti skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu ggarantiti kontra l-kapital operatorju.

Emenda 518

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Meta fondi taħt dan l-Artikolu ma jintużawx jew jiġu rritornati mill-Istrument Finanzjarju, dawn għandhom jinżammu għall-użu fil-parti tal-Iżvilupp Rurali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 519

Proposta għal regolament

Artikolu 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Emenda 520

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rekwiżiti addizzjonali għal dawk stipulati f'dan il-Kapitolu dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' appoġġ għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali li ġejjin :

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 biex tissupplimenta l-Anness IXa dwar il-limiti minimi u massimi għall-pagamenti skont dan il-Kapitolu.

(a)

l-impenji ta' ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65;

 

(b)

l-investimenti kif imsemmi fl-Artikolu 68;

 

(c)

il-kooperazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71.

 

Emenda 521

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR

Allokazzjoni finanzjarja tal-FAEG u tal-FAEŻR

Emenda 522

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Il-FAEG għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi relatati ma':

1.    Il-pakkett finanzjarju għall-FAEG għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 286 143  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 322 511 -il miljun fi prezzijiet attwali).

 

F'dan il-pakkett finanzjarju u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu II tar-Regolament (UE) [HzR], il-FAEG għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi relatati ma':

Emenda 523

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-FAEŻR għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi msemmija fil-Kapitolu IV tat-Titolu III.

2.    Il-pakkett finanzjarju għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 96 712 -il miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 109 000  miljun fi prezzijiet attwali).

 

Il-FAEŻR għandu jiffinanzja t-tipi ta' interventi msemmija fil-Kapitolu IV tat-Titolu III , assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 112 u assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 83(2).

Emenda 524

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mill-FAEG u mill-FAEŻR mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara s-sena tal-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni.

1.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mill-FAEG u mill-FAEŻR wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK min-naħa tal-Kummissjoni.

Emenda 525

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta' emenda ta' Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għal emenda lill-Kummissjoni.

In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta' emenda ta' Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR u mill-FAEG mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għal emenda lill-Kummissjoni.

Emenda 526

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikolu 73(5) u l-ewwel subparagrafu, fil-każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi jew bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista' jipprevedi li l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-emendi tal-Pjan tista' tibda mid-data li fiha jkun seħħ l-avveniment.

B'deroga mill-Artikolu 73(5) u l-ewwel subparagrafu, fil-każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi , inklużi nirien, nixfa u għargħar, jew avvenimenti klimatiċi avversi, epidemiji jew bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista' jipprevedi li l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-emendi tal-Pjan tista' tibda mid-data li fiha jkun seħħ l-avveniment.

Emenda 527

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk din tkun iġġarrbet minn benefiċjarju u tkun tħallset sal-31 ta' Diċembru [ 2029 ]. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti sal-31 ta' Diċembru [ 2029 ].

3.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk din tkun iġġarrbet minn benefiċjarju u tkun tħallset sal-31 ta' Diċembru [ 2030 ]. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti sal-31 ta' Diċembru [ 2030 ].

Emenda 528

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta' intervent fis-settur tal-ħops allokata lill-Ġermanja għandha tkun EUR  2 188 000 fis-sena.

3.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta' intervent fis-settur tal-ħops allokata lill-Ġermanja għandha tkun EUR  X fis-sena.

Emenda 529

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR  10 666 000 kull sena għall-Greċja;

(a)

EUR  X kull sena għall-Greċja;

Emenda 530

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR  554 000 kull sena għal Franza; u

(b)

EUR  X kull sena għal Franza; u

Emenda 531

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

EUR  34 590 000 kull sena għall-Italja.

(c)

EUR  X kull sena għall-Italja.

Emenda 532

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.    Fl-2023, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 6 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.

7.    Sentejn wara d-data ta' applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 6 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.

Emenda 533

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 għandu jkun EUR  78 811  miljun fil-prezzijiet kurrenti skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (38).

1.   L-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta' interventi għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 għandu jkun EUR  109 000  miljun fil-prezzijiet kurrenti skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (38).

Emenda 534

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jistabbilixxu rata ta' kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-interventi kollha .

1.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jistabbilixxu kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR biex tappoġġa interventi f'reġjuni li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (“reġjuni ta' livell 2 NUTS”) stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 .

Emenda 535

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Ir-riżorsi mill-FAEŻR għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tar-reġjuni tal-livell 2 ta' NUTS li ġejjin:

 

(a)

ir-reġjuni inqas żviluppati, li l-PDG per capita tagħhom ikun ta' inqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 (“reġjuni inqas żviluppati”);

 

(b)

ir-reġjuni fi tranżizzjoni, li l-PDG per capita tagħhom ikun ta' bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 (“reġjuni fi tranżizzjoni”);

 

(c)

ir-reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG per capita tagħhom ikun ta' aktar minn 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 (“reġjuni aktar żviluppati”).

 

Il-klassifikazzjoni tar-reġjuni taħt waħda mit-tliet kategoriji ta' reġjuni għandha tkun determinata abbażi ta' kif il-PDG per capita ta' kull reġjun, imkejjel bl-istandards tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkolat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2016, ikun relatat mal-medja tal-PDG tal-UE-27 għall-istess perjodu ta' referenza.

Emenda 536

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

70 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

(a)

85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

Emenda 537

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

70 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;

(b)

85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati;

Emenda 538

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

65 % għar-reġjuni fi tranżizzjoni;

Emenda 539

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

65 % tan-nefqa eliġibbli għall-pagamenti taħt l-Artikolu 66;

(c)

75 % tan-nefqa eliġibbli għall-pagamenti taħt l-Artikolu 66;

Emenda 540

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

43 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.

(d)

53 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.

Emenda 541

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

80  % għall-impenji ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament, għall-pagamenti skont l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament, għall-investimenti mhux produttivi msemmija fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, għall-appoġġ għas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni skont l-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament u għal-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (EU) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni];

(a)

90  % għall-impenji ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament, għall-pagamenti skont l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament, għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament, li huma marbuta mal-afforestazzjoni u l-objettivi ambjentali u klimatiċi speċifiċi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) għal operazzjonijiet koperti fil-punt (a) tal-Artikolu 69(2), għall-appoġġ lis-Sħubija għall-Innovazzjoni skont l-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament u għal-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (EU) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] , operazzjonijiet skont l-Artikolu 72, għal operazzjonijiet li huma appoġġati permezz ta' strumenti finanzjarji, għall-miżuri skont l-Artikolu 72a (ġdid) u għal żoni spopolati.

Emenda 542

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

100 % għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament minn fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikoli 15 u 90 ta' dan ir-Regolament.

(b)

100 % għall-operazzjonijiet li jirċievu finanzjament minn fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikolu  90 ta' dan ir-Regolament , meta dawk l-operazzjonijiet jindirizzaw objettivi ambjentali u relatati mal-klima speċifiċi msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) .

Emenda 1134

Proposta għal regolament

Artikolu 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 86

Artikolu 86

Allokazzjonijiet finanzjarji minimi u massimi

Allokazzjonijiet finanzjarji minimi u massimi

1.   Mill-inqas 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat lil-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

1.   Mill-inqas 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat lil-LEADER, imsejjaħ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

2.   Mill-inqas 30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għall-interventi li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e)  u (f) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament , bl-eċċezzjoni tal-interventi bbażati fuq l-Artikolu 66.

2.   Mill-inqas 35 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għal interventi ta' kull tip li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e), (f)  u (i) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.

 

Jista' jitqies massimu ta' 40 % tal-pagamenti mogħtija skont l-Artikolu 66 għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għar-reġjuni ultraperiferiċi.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għar-reġjuni ultraperiferiċi.

 

2a.     Mill-inqas 30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX għandu jkun riżervat għal interventi skont l-Artikoli 68, 70, 71 u 72 li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi li għandhom l-għan li jrawmu l-iżvilupp ta' settur agrikolu intelliġenti, reżiljenti u diversifikat kif definit fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.

3.   Massimu ta' 4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX jista' jintuża biex jiffinanzja l-azzjonijiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 112.

3.   Massimu ta' 4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness IX jista' jintuża biex jiffinanzja l-azzjonijiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 112.

Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR tista' tiżdied sa 6 % għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK meta l-ammont totali ta' appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jkun sa EUR 90 miljun.

Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR tista' tiżdied sa 6 % għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK meta l-ammont totali ta' appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jkun sa EUR 90 miljun.

L-assistenza teknika għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa skont l-Artikolu 125(1)(e) tar-Regolament (UE/Euratom …/…[ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] fil-qafas tal-pagamenti interim skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali]. Din ir-rata fissa għandha tirrappreżenta l-perċentwal stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-assistenza teknika tan-nefqa totali ddikjarata.

L-assistenza teknika għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa skont l-Artikolu 125(1)(e) tar-Regolament (UE/Euratom …/…[ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] fil-qafas tal-pagamenti interim skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali]. Din ir-rata fissa għandha tirrappreżenta l-perċentwal stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-assistenza teknika tan-nefqa totali ddikjarata.

4.    Għal kull Stat Membru l-ammont minimu stabbilit fl-Anness X  għandu jkun riżervat għall-kontribut lejn l-objettiv speċifiku “Nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju” stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1) . Fuq il-bażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni f'termini ta' qawwiet, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid (“l-analiżi SWOT”) u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati, l-ammont għandu jintuża għat-tipi ta' interventi li ġejjin:

4.    L-Istati Membri għandhom jirriżervaw mill-inqas l-ammonti stabbiliti fl-Anness X  għall-appoġġ għall-introjtu komplementari għall-bdiewa żgħażagħ kif stabbilit fl-Artikolu 27 .

(a)

l-Appoġġ għall-Introjtu Komplementarju għall-Bdiewa Żgħażagħ kif stipulat fl-Artikolu 27;

 

(b)

l-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 69;

 

 

4a.     L-Istati Membri għandhom jirriżervaw mill-inqas 60 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VII għal:

 

(a)

appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà kif imsemmi fis-Subtaqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III;

 

(b)

pagament ridistributtiv kif imsemmi fis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III;

 

(c)

interventi ta' appoġġ akkoppjat għall-introjtu kif imsemmi fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III;

 

(d)

tipi ta' intervent f'setturi oħra kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tat-Titolu III.

 

Permezz ta' deroga, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1), mill-ammont riżervat skont l-ewwel paragrafu, huwa jista' jnaqqas l-ammont minimu li jkun stabbilixxa skont l-ewwel subparagrafu bl-ammont miżjud.

 

4b.     Mill-inqas 6 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VII għandu jkun riżervat għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 26.

 

4c.     Mill-inqas 30 % tal-allokazzjonijiet totali stabbiliti fl-Anness VII għall-perjodu 2023-2027 għandu jkun riżervat għall-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 28.

 

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw ammonti differenti għal kull sena kalendarja, li jkunu ogħla jew iktar baxxi mill-perċentwal iffissat mill-Istat Membru skont l-ewwel sentenza, dment li s-somma tal-ammonti annwali kollha tikkorrispondi għal tali perċentwal.

 

Permezz ta' deroga, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1), mill-ammont riżervat skont l-Artikolu 28, huwa jista' jnaqqas l-ammont minimu li jkun stabbilixxa skont l-ewwel subparagrafu bl-ammont miżjud.

5.   L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat imsemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, għandha tkun limitata għal massimu ta' 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII.

5.   L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-interventi tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat imsemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, għandha tkun limitata għal massimu ta' 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII. L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu parti minnha biex iżidu l-allokazzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 82(6) jekk din l-allokazzjoni ma tkunx biżżejjed biex tiffinanzja l-interventi koperti mit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tat-Titolu III.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għall-iskop ta' appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII għall-iskop tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat. Il-perċentwali li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għall-iskop ta' appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 10 % tal-ammont stabbilit fl-Anness VII għall-iskop tal-appoġġ għall-introjtu akkoppjat. Il-perċentwali li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.

Il-perċentwal imseemi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi miżjud b'massimu ta' 2 %, sakemm l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż l-10 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel tal-proteini taħt is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III.

Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi miżjud b'massimu ta' 2 %, sakemm l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż l-10 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel tal-proteini taħt is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III.

L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jkun vinkolanti.

L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jkun vinkolanti.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], l-ammont massimu li jista' jingħata fi Stat Membru qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament skont is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-ammonti stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafu  6 .

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], l-ammont massimu li jista' jingħata fi Stat Membru qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament skont is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-ammonti stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafu  5 .

7.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ċertu sehem tal-allokazzjoni mill-FAEŻR bħala ingranaġġ għall-appoġġ u biex itejbu l-Proġetti Strateġiċi tan-Natura integrati kif definit fir-[Regolament LIFE] u biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim transnazzjonali tal-persuni fil-qasam tal-iżvilupp agrikolu u rurali b'attenzjoni fuq il-bdiewa żgħażagħ, skont ir-[Regolament Erasmus].

7.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ċertu sehem tal-allokazzjoni mill-FAEŻR bħala ingranaġġ għall-appoġġ u biex itejbu l-Proġetti Strateġiċi tan-Natura integrati kif definit fir-[Regolament LIFE] meta l-komunitajiet tal-bdiewa jkunu involuti u biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim transnazzjonali tal-persuni fil-qasam tal-iżvilupp agrikolu u rurali b'attenzjoni fuq il-bdiewa żgħażagħ, skont ir-[Regolament Erasmus] , u fuq in-nisa rurali .

Emenda 1135

Proposta għal regolament

Artikolu 87

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 87

Artikolu 87

It-traċċar tan-nefqa relatata mal-klima

It-traċċar tan-nefqa relatata mal-klima

1.   Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribut tal-politika għall-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu ta' metodoloġija sempliċi u komuni .

1.   Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribut tal-politika għall-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu ta' metodoloġija komuni rikonoxxuta internazzjonalment .

2.     Il-kontribut lejn il-mira tan-nefqa għandu jiġi stmat permezz tal-applikazzjoni ta' piżijiet speċifiċi differenzjati fuq il-bażi ta' jekk l-appoġġ jagħmilx kontribut sinifikanti jew moderat lejn l-objettivi tat-tibdil fil-klima. Dawn il-piżijiet għandhom ikunu kif ġej:;

 

(a)

40 % għan-nefqa taħt l-Appoġġ għall-Introjtu Bażiku għas-Sostenibbiltà u l-Appoġġ għall-Introjtu Komplementari msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima II, is-Subtaqsimiet 2 u 3

(b)

100 % għan-nefqa taħt l-iskemi għall-klima u għall-ambjent imsemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima II, is-Subtaqsima 4;

 

(c)

100 % għan-nefqa għall-interventi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86(2);

 

(d)

40 % għan-nefqa għar-restrizzjonijiet naturali jew speċifiċi għaż-żona msemmija fl-Artikolu 66.

 

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija komuni bbażata fuq ix-xjenza u rikonoxxuta internazzjonalment għal traċċar aktar preċiż tan-nefqa fuq l-objettivi klimatiċi u ambjentali, inkluża l-bijodiversità, u tevalwa l-istima tal-kontribuzzjoni għat-tipi differenti ta' intervent, bħala parti mir-Rieżamita' Nofs it-Terminu msemmija fl-Artikolu 139a.

Emenda 1175

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-ammonti unitarji ppjanati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu uniformi jew medji, kif iddeterminat mill-Istati Membri.

Emenda 554

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perċentwal tal-varjazzjoni huwa l-perċentwal li bih l-ammont unitarju medju jew uniformi realizzat jista' jaqbeż l-ammont unitarju medju jew uniformi ppjanat imsemmi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Il-perċentwal tal-varjazzjoni huwa l-perċentwal li bih l-ammont unitarju medju jew indikattiv uniformi realizzat jista' jaqbeż l-ammont unitarju medju jew indikattiv uniformi ppjanat imsemmi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 555

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal kull intervent fil-forma ta' pagamenti diretti, l-ammont unitarju medju jew uniformi reali ma għandu qatt ikun inqas mill-ammont unitarju ppjanat sakemm l-output miksub ma jaqbiżx l-output ippjanat kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Għal kull intervent fil-forma ta' pagamenti diretti, l-ammont unitarju medju jew indikattiv uniformi reali ma għandu qatt ikun inqas mill-ammont indikattiv unitarju ppjanat sakemm l-output miksub ma jaqbiżx l-output ippjanat kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 556

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkunu ġew definiti ammonti unitarji differenti fi ħdan intervent, dan is-subparagrafu għandu japplika għal kull ammont unitarju uniformi jew medju ta' dak l-intervent.

Meta jkunu ġew definiti ammonti indikattivi unitarji differenti fi ħdan intervent, dan is-subparagrafu għandu japplika għal kull ammont unitarju indikattiv uniformi jew medju ta' dak l-intervent.

Emenda 557

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri jistgħu jallokaw mill-ġdid l-ammonti skont it-tipi ta' intervent.

Emenda 1136

Proposta għal regolament

Artikolu 90

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 90

Artikolu 90

Flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet mill-FAEŻR

Flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet mill-FAEŻR

1.   Bħala parti mill-proposta tagħhom għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 106(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu:

1.   Bħala parti mill-proposta tagħhom għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 106(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu:

(a)

sa 15  % tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness IV wara tnaqqis tal-allokazzjoni għall-qoton stabbiliti fl-Anness VI għas-snin kalendarji 2021 sa 2026 lill-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2022  – 2027; jew

(a)

sa 12 % tal-allokazzjoni totali tal-pagamenti diretti tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness IV wara tnaqqis tal-allokazzjoni għall-qoton stabbiliti fl-Anness VI għas-snin kalendarji 2023 sa 2026 u trasferiti lill-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2024  – 2027 , sakemm l-Istati Membri jużaw iż-żieda korrispondenti għal interventi agroambjentali msemmija fl-Artikolu 65 li l-benefiċjarji tagħhom ikunu l-bdiewa ; jew

(b)

sa 15  % tal-allokazzjoni għall-FAEŻR tal-Istat Membru fis-snin finanzjarji 2022  – 2027 lill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru stabbilita fl-Anness IV għas-snin kalendarji 2021 sa 2026.

(b)

sa 5  % tal-allokazzjoni għall-FAEŻR tal-Istat Membru fis-snin finanzjarji 2024  – 2027 lill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru stabbilita fl-Anness IV għas-snin kalendarji 2023 sa 2026 , dment li ż-żieda korrispondenti tkun allokata għal operazzjonijiet koperti mill-Artikolu 28 .

Il-perċentwal ta' trasferiment mill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru lill-allokazzjoni tiegħu għall-FAEŻR imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiżdied bi:

B'deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li l-ammont medju nazzjonali tagħhom għal kull ettaru huwa inqas mill-medja tal-Unjoni, jistgħu jittrasferixxu sa 12 % tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR għall-allokazzjoni tagħhom għall-pagamenti diretti . Madankollu, it-trasferiment ma għandux ikun ogħla mill-ammont meħtieġ biex l-ammont medju nazzjonali tagħhom għal kull ettaru jinġieb f'konformità mal-medja tal-Unjoni. Għandu jiġi allokat kollu kemm hu għall-interventi msemmija fl-Artikolu 28 .

(a)

sa 15 punti perċentwali dejjem jekk l-Istati Membri jużaw iż-żieda korrispondenti għall-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1);

 

(b)

sa 2 punti perċentwali dejjem jekk l-Istati Membri jużaw iż-żieda korrispondenti skont il-punt (b) tal-Artikolu 86(4).

 

 

L-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti trasferiti skont il-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu jistgħu jitnaqqsu mis-sehem tal-kontribuzzjoni skont l-Artikolu 86 (4a) jew (4c) jew għal taħlita tat-tnejn.

2.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, li jista' jvarja skont is-sena kalendarja.

2.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, li jista' jvarja skont is-sena kalendarja.

3.   Fl- 2023 , l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.

3.   Fl- 2024 , l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 bħala parti minn talba għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 107.

 

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien mad-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 15 u 26 lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2021.

Emenda 562

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont dan ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ mill-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu  6 .

L-Istati Membri u, meta xieraq, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni, għandhom jistabbilixxu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont dan ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ mill-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu  6(1) .

Emenda 563

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq il-bażi tal-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 103(2) u  valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 96, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija tal-intervent kif imsemmi fl-Artikolu 97 li fiha għandhom jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-miri għandhom jiġu definiti bl-użu ta' sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati stabbilit fl-Anness I.

Fuq il-bażi tal-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 103(2) u  tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 96, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri u, meta xieraq, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni, għandhom jistabbilixxu strateġija ta' intervent kif imsemmi fl-Artikolu 97 li fiha għandhom jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti għall-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-miri għandhom jiġu definiti bl-użu ta' sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati stabbilit fl-Anness I.

Emenda 564

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar  2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar  2022 sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda 565

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-implimentazzjoni tagħhom min-naħa tal-Istati Membri ma għandhom jikkawżaw l-ebda dewmien la fil-perjodu ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-benefiċjarji u lanqas fil-ħlas f'waqtu lill-benefiċjarji tal-għajnuna.

Emenda 832cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 92 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aktar ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi relatati mal-ambjent u  mal-klima

Aktar ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi relatati mal-ambjent , mal-klima mat-trattament xieraq tal-annimali

Emenda 567

Proposta għal regolament

Artikolu 92 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u b'mod partikolari permezz tal-elementi tal-istrateġija tal-interventi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 97(2), l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jagħmlu kontribut ġenerali akbar għall-kisba tal-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stipulati fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) b'paragun mal-kontribut ġenerali li jkun sar għall-kisba tal-objettiv stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz tal-appoġġ taħt il-FAEG u l-FAEŻR fil-perjodu mill-2014 sal-2020.

1.   Permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u b'mod partikolari permezz tal-elementi tal-istrateġija tal-interventi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 97(2), l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jagħmlu kondiviżjoni ġenerali akbar tal-baġit allokat għall-ksib tal-objettivi speċifiċi agroambjentali u klimatiċi stipulati fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) b'paragun mas-sehem ġenerali tal-baġit allokat biex jinkiseb l-objettiv stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz tal-appoġġ taħt il-FAEG u l-FAEŻR fil-perjodu mill-2014 sal-2020.

Emenda 832cp4

Proposta għal regolament

Article 92 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli , kif għandhom l-intenzjoni jiksbu l-kontribut ġenerali akbar stabbilit fil-paragrafu 1. Dik l-ispjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti bħal pereżempju l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 95(1) u  fil-punt (b) tal-Artikolu 95(2).

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, abbażi tal-aktar informazzjoni riċenti u affidabbli, l-impatt fuq l-ambjent u l-klima li biħsiebhom jiksbu fil-perjodu 2021-2027 , u kif biħsiebhom jiksbu l-kontribut ġenerali akbar stabbilit fil-paragrafu 1 , inkluż billi jiżguraw li l-objettivi tagħhom stabbiliti abbażi tal-indikaturi tal-impatt imsemmija fl-Anness I se jirrappreżentaw titjib tas-sitwazzjoni kurrenti . Dik l-ispjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti bħal pereżempju fuq l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 95(1) u  fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 95(2).

Emenda 1177

Proposta għal regolament

Artikolu 92a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 92a

Prevenzjoni fil-ġestjoni tar-riskju

Fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u l-analiżi SWOT, kif beħsiebhom jipprovdu soluzzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju suffiċjenti u rilevanti biex jgħinu lill-bdiewa jiffaċċjaw perikli klimatiċi, sanitarji u ekonomiċi. Is-soluzzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jinkludu għodod għall-ġestjoni tar-riskju elenkati fl-Artikolu 70 jew kwalunkwe soluzzjoni nazzjonali preeżistenti ta' ġestjoni tar-riskju.

Emenda 569

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu.

Kull Stat Membru u, meta applikabbli, f'kollaborazzjoni mar-reġjuni, għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu.

Emenda 570

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.

Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti u/jew implimentati fil-livell reġjonali permezz tal-Programmi ta' Intervent Reġjonali , l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.

Emendi 571 u 734cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-korp tal-Istat Membru responsabbli għat-tfassil tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti għall-ambjent u l-klima jkunu involuti effettivament fit-tfassil tal-aspetti ambjentali u klimatiċi tal-Pjan.

2.   Il-korp tal-Istat Membru responsabbli għat-tfassil tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-ambjent u l-klima jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil tal-aspetti ambjentali u klimatiċi tal-Pjan.

Emendi 572 u 734cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali. Is-sħubija għandha tinkludi mill-inqas is-sħab li ġejjin:

Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali kif ukoll ma' sħab oħra . Is-sħubija għandha tinkludi mill-inqas is-sħab li ġejjin:

Emendi 573 u 734cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

is-sħab ekonomiċi u soċjali;

(b)

is-sħab ekonomiċi u soċjali , b'mod partikolari r-rappreżentanti tas-settur agrikolu, u inklużi l-Gruppi ta' Azzjoni Lokali fil-kuntest tal-programmi LEADER ;

Emendi 574 u 734cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili u  fejn rilevanti l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni.

(c)

il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili relatati mal-objettivi kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 l-Artikolu 6(1) u, meta rilevanti , il-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni.

Emendi 575 u 734cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinvolvu lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

L-Istati Membri għandhom jinvolvu bis-sħiħ lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

Emendi 576 u 734cp9

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikooperaw sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li jqisu l-prinċipji ta' proporzjonalità u  ta' ġestjoni kondiviża.

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità, ġestjoni kondiviża u  funzjonament tajjeb tas-suq uniku .

Emendai 577, 970 u 1312cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 138 biex tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tas-sħubija msemmija fil-paragrafu 3. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jistabbilixxi l-qafas li fih l-Istati Membri, skont il-liġi nazzjonali tagħhom u l-kompetenzi reġjonali, jridu jsegwu l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' sħubija.

Emenda 578

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

mira u pjanijiet finanzjarji;

(e)

mira u pjanijiet finanzjarji , inklużi, meta xieraq, dawk dwar il-programmi ta' intervent reġjonali ;

Emenda 579

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-Anness III dwar il-konsultazzjoni tas-sħab;

(c)

l-Anness III dwar il-konsultazzjoni tas-sħab , sommarju tal-kummenti mressqa mill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u s-sħab kif imsemmi fl-Artikolu 94(3) ;

Emenda 580

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-Anness IV dwar il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton;

(d)

l-Anness IV dwar il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton , meta applikabbli ;

Emenda 581

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-Anness V dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali pprovdut fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(e)

l-Anness V dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Pjan Strateġiku mhux eżentata mill-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE, skont l-Artikolu 131(4), u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali pprovdut għal kull intervent ta' żvilupp fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 582

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

l-Anness VI dwar l-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 28.

Emenda 583

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)

l-Anness VII dwar il-Programmi ta' Intervent Reġjonali; u

Emenda 584

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)

l-Anness VIII dwar l-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi li jikkontribwixxu biex tiżdied il-kompetittività.

Emenda 585

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6 fuq il-bażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT. Il-ħtiġijiet kollha għandhom jiġu deskritti, irrispettivament minn jekk humiex se jiġu indirizzati permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew le;

(b)

identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6 , inkluż il-benessri tal-annimali, abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT. Il-ħtiġijiet kollha għandhom jiġu deskritti, irrispettivament minn jekk humiex se jiġu indirizzati permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew le;

Emenda 586

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

fejn applikabbli, analiżi tal-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi vulnerabbli, bħal pereżempju r-reġjuni ultraperiferiċi;

(d)

meta applikabbli, analiżi tal-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi iżolati jew vulnerabbli, bħal pereżempju r-reġjuni ultraperiferiċi , ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni insulari ;

Emenda 587

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

il-prijoritizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet , inkluż ġustifikazzjoni siewja tal-għażliet li jkunu saru u jekk rilevanti, għaliex ċerti ħtiġijiet identifikati ma jiġux indirizzati jew parzjalment indirizzati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(e)

il-prijoritizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet skont l-għażliet li jkunu saru u jekk rilevanti, ġustifikazzjoni tar-raġunijiet għaliex ċerti ħtiġijiet identifikati ma jkunux ġew indirizzati jew parzjalment indirizzati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;

Emenda 588

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

sommarju tal-oqsma fejn l-informazzjoni ta' referenza tkun nieqsa jew ma tkunx biżżejjed biex tingħata deskrizzjoni sħiħa tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 u għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' dawk l-objettivi.

Emenda 589

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar data reċenti u affidabbli għal din il-valutazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar data reċenti u affidabbli għal din il-valutazzjoni u għandhom jużaw data diżaggregata skont is-sess, meta rilevanti .

Emenda 590

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

spjegazzjoni tal-arkitettura soċjali u ekonomika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, li tiddeskrivi l-komplementarjetà u l-kundizzjonijiet bażiċi bejn l-interventi differenti mmirati lejn l-objettivi speċifiċi relatati mal-iżvilupp ekonomiku agrikolu u ż-żoni rurali definiti rispettivament fil-punti (a), (b), (c), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 6(1);

Emenda 591

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

meta rilevanti, ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikun qed jindirizza l-ħtiġijiet ta' sistemi ta' biedja ta' Valur Naturali Għoli, inklużi aspetti relatati mal-vijabbiltà soċjoekonomika tagħhom.

Emenda 592

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

fir-rigward tal-objettiv speċifiku “nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju” stabbilit fil-punt  (g) tal-Artikolu 6(1), għandhom jiġu ppreżentati ħarsa ġenerali tal-interventi rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-kundizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju dawk speċifikati fl-Artikoli 22(4), 27, 69 u 71(7). B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Artikolu 86(5) meta jippreżentaw il-pjan finanzjarju fir-rigward tat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikoli 27 u 69. Il-ħarsa ġenerali għandha wkoll tispjega l-interazzjoni mal-istrumenti nazzjonali bil-ħsieb li tittejjeb il-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali f'dan il-qasam.

(c)

fir-rigward tal-objettiv “nattiraw il-bdiewa żgħażagħ u niffaċilitaw l-iżvilupp tan-negozju” f'konformità mal-punt  (g) tal-Artikolu 6(1), għandhom jiġu ppreżentati ħarsa ġenerali tal-interventi rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-kundizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju dawk speċifikati fl-Artikoli 22(4), 27, 69 u 71(7). B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Artikolu 86(5) meta jippreżentaw il-pjan finanzjarju fir-rigward tat-tipi ta' interventi msemmija fl-Artikoli 27 u 69. Il-ħarsa ġenerali għandha wkoll tispjega l-interazzjoni mal-istrumenti nazzjonali bil-ħsieb li tittejjeb il-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali f'dan il-qasam.

Emenda 593

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali, inkluż id-distribuzzjoni tal-allokazzjoni finanzjarji għal kull intervent u għal kull fond.

(f)

deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali, inkluża d-distribuzzjoni tal-allokazzjoni finanzjarji għal kull intervent u għal kull fond. u

Emenda 594

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

spjegazzjoni ta' kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-objettiv li jittejbu s-saħħa u l-benessri tal-annimali u titnaqqas ir-reżistenza għall-antimikrobiċi. L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jirreferu għat-tipi ta' interventi koperti mill-Artikoli 28 u 65.

Emenda 1112

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)

spjegazzjoni ta' kif l-interventi għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali u biex inaqqsu l-piż amministrattiv

Emenda 595

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Elementi komuni f'bosta interventi

Elementi komuni f'bosta interventi fil-Pjanijiet Strateġiċi

Emenda 1113

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – paragrafu 1 – punt b – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)

deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni ġenerali relatat mas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv u regolatorju għall-benefiċjarji finali.

Emenda 835

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

spjegazzjoni ta' kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jappoġġa l-agrikoltura organika, sabiex tikkontribwixxi għall-allinjament tal-produzzjoni mad-domanda dejjem tikber għal prodotti agrikoli organiċi, kif stipulat fl-Artikolu 13a;

Emenda 596

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

deskrizzjoni tal-użu tal-“assistenza teknika” kif imsemmi fl-Artikoli 83(2), 86(3) u 112 u tan-netwerks tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 113;

(c)

deskrizzjoni tal-użu tal-“assistenza teknika” kif imsemmi fl-Artikoli 83(2), 86(3) u 112 u tan-netwerks tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 113; u

Emenda 597

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

id-disinn speċifiku jew ir-rekwiżiti ta' dak l-intervent li jiżguraw kontribut effettiv lill-objettiv(i) speċifiku(speċifiċi) stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Għall-interventi ambjentali u klimatiċi, l-artikolazzjoni mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandha turi li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-prattiki;

(c)

id-disinn speċifiku jew ir-rekwiżiti ta' dak l-intervent li jiżguraw kontribut effettiv lill-objettiv(i) speċifiku(speċifiċi) rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Għall-interventi ambjentali u klimatiċi, l-artikolazzjoni mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandha turi li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-prattiki;

Emenda 598

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà;

(d)

il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà f'konformità ma' dan ir-Regolament ;

Emenda 599

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

l-allokazzjoni finanzjarja annwali li tirriżulta għall-intervent, kif imsemmi fl-Artikolu 88. Fejn applikabbli, għandu jiġi provdut tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji;

(h)

l-allokazzjoni finanzjarja annwali li tirriżulta għall-intervent, kif imsemmi fl-Artikolu 88. Fejn applikabbli, għandu jiġi provdut tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji; u

Emenda 600

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

indikazzjoni ta' jekk l-intervent jaqax barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE u huwiex soġġett għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

(i)

indikazzjoni ta' jekk l-intervent jaqax barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE u huwiex soġġett għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat skont l-indikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat .

Emenda 601

Proposta għal regolament

Artikolu 100 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pjan tal-mira msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 95(1) għandu jikkonsisti f'tabella rikapitulattiva li turi l-miri kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 97(1), li tindika t-tqassim fi stadji importanti annwali.

1.   Il-pjan tal-mira msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 95(1) għandu jikkonsisti f'tabella rikapitulattiva li turi l-miri kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 97(1), li tindika t-tqassim fi stadji importanti annwali jew, meta xieraq, pluriennali u, meta meħtieġ, imqassma parzjalment skont ir-reġjuni .

Emenda 602

Proposta għal regolament

Artikolu 100 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

tqassim tal-allokazzjonijiet għat-tipi ta' interventi settorjali msemmijin fit-Taqsima VII tal-Kapitolu  III tat-Titolu III, għal kull intervent u b'indikazzjoni tal-outputs ippjanati u l-ammont unitarju medju;

(e)

tqassim tal-allokazzjonijiet għat-tipi ta' interventi settorjali msemmijin fil-Kapitolu  III tat-Titolu III, għal kull intervent u b'indikazzjoni tal-outputs ippjanati u l-ammont unitarju medju;

Emenda 603

Proposta għal regolament

Artikolu 100 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

tqassim tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-iżvilupp rurali wara t-trasferimenti lill-pagamenti diretti u minnhom kif speċifikat fil-punt (b), għal kull tip ta' interventi u għal kull intervent, inkluż it-totali għall-perjodu, filwaqt li tiġi indikata ukoll ir-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR, imqassma għal kull intervent u għall kull tip ta' reġjun fejn applikabbli. Fil-każ ta' trasferiment ta' fondi mill-pagamenti diretti, għandhom ikunu speċifikati l-intervent(i) jew parti mill-intervent iffinanzjat mit-trasferiment. Din it-tabella għandha wkoll tispeċifika l-outputs ippjanati għal kull intervent u l-ammonti unitarji medji jew uniformi, kif ukoll, fejn applikabbli, tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji. Għandhom ukoll jiġu speċifikati l-ammonti għall-assistenza teknika;

(f)

tqassim tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-iżvilupp rurali wara t-trasferimenti lill-pagamenti diretti u minnhom kif speċifikat fil-punt (b), għal kull tip ta' interventi u għal kull intervent, inkluż it-totali għall-perjodu, filwaqt li tiġi indikata ukoll ir-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR, imqassma għal kull intervent u għall kull tip ta' reġjun fejn applikabbli. Fil-każ ta' trasferiment ta' fondi mill-pagamenti diretti, għandhom ikunu speċifikati l-intervent(i) jew parti mill-intervent iffinanzjat mit-trasferiment. Din it-tabella għandha wkoll tispeċifika l-outputs ippjanati għal kull intervent u l-ammonti unitarji medji jew uniformi, kif ukoll, fejn applikabbli, tqassim tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji. Għandhom ukoll jiġu speċifikati l-ammonti għall-assistenza teknika; u

Emenda 604

Proposta għal regolament

Artikolu 100 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-elementi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu stabbilit għal kull sena.

L-elementi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu stabbilit għal kull sena , meta meħtieġ, u jistgħu jinkludu, meta xieraq, tabelli reġjonali .

Emenda 605

Proposta għal regolament

Artikolu 100a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 100a

 

Programmi ta' Intervent Reġjonali

 

Kull Programm ta' Intervent Reġjonali għal żvilupp rurali għandu jinkludi, bħala minimu, it-taqsimiet li ġejjin:

 

(a)

sommarju tal-analiżi SWOT;

 

(b)

sommarju tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet;

 

(c)

strateġija tal-interventi;

 

(d)

deskrizzjoni operattiva tal-interventi ġestiti u implimentati fil-livell reġjonali b'mod konsistenti mal-Pjan Strateġiku nazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 99. B'mod aktar speċifiku, kull intervent speċifikat fl-istrateġija taħt il-punt c ta' dan l-Artikolu għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni tal-intervent;

(ii)

il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà;

(iii)

rata tal-għajnuna;

(iv)

kalkolu tal-ammont tal-unità tal-għajnuna;

(v)

il-pjan finanzjarju;

(vi)

l-indikaturi tar-riżultat;

(vii)

il-miri;

(viii)

spjega dwar il-ksib tal-miri;

 

(e)

il-pjan finanzjarju pluriennali; u

 

(f)

deskrizzjoni tas-sistema ta' governanza u koordinazzjoni.

Emenda 606

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 95(1) għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-settur agrikolu u  tal-KAP u għandha tinkludi b'mod partikolari:

Id-deskrizzjoni tal-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 95(1) għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-settur agrikolu u  tal-PAK biex jilqgħu għall-isfidi ġodda, inkluża t-tranżizzjoni lejn mudelli aktar sostenibbli, u għandha tinkludi b'mod partikolari:

Emenda 607

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ħarsa ġenerali ta' kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali trasversali relatat mat-trawwim u l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni u  t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK se jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali trasversali relatat mat-trawwim u l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni f'żoni agrikoli rurali, it-tħeġġiġ u l-promozzjoni tal-użu tagħhom imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5, b'mod partikolari permezz ta':

Emenda 836

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1 – punt a – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)

koerenza mal-kisba tal-miri ta' żvilupp sostenibbli u mal-ftehimiet internazzjonali dwar il-klima.

Emenda 608

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

deskrizzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u  għall-użu ta' dawn it-teknoloġiji għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(b)

deskrizzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali , l-Irħula Intelliġenti, l-kundizzjonijiet tal-użu ta' dawn it-teknoloġiji , kundizzjonijiet li għandhom jinkludu informazzjoni lill-bdiewa dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni u l-użu tad-data personali tagħhom, għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 609

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

fejn rilevanti, analiżi tal-aspetti territorjali, b'enfasi fuq dawk it-territorji speċifikament fil-mira ta' interventi;

(e)

meta rilevanti, analiżi tal-aspetti territorjali, b'enfasi fuq dawk it-territorji speċifikament fil-mira ta' interventi , inklużi żoni agrikoli b'Valur Naturali Għoli ;

Emenda 610

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-objettiv speċifiku li jiġu attirati bdiewa żgħażagħ stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1), l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi qasira tal-aċċess għall-art, għall-mobbiltà tal-art u għar-ristrutturar tal-art, tal-aċċess għall-finanzi u l-krediti u tal-aċċess għall-għarfien u għall-pariri.

Għall-objettiv speċifiku li jiġu attirati bdiewa żgħażagħ stabbilit fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1), l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi qasira tal-aċċess għall-art, għall-mobbiltà tal-art u għar-ristrutturar tal-art, tal-aċċess għall-finanzi u l-krediti u tal-aċċess għall-għarfien u għall-pariri , kif ukoll tal-kapaċità biex tlaħħaq mar-riskju .

Emenda 611

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

deskrizzjoni qasira tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali li huwa provdut fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-ammonti għal kull miżura l-indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament;

(a)

deskrizzjoni qasira tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali li huwa provdut fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-ammonti għal kull intervent indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament;

Emenda 612

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-Anness VI tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 28.

Emenda 613

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     L-Anness VII tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jinkludi deskrizzjoni tal-Programmi ta' Intervent Reġjonali.

Emenda 615

Proposta għal regolament

Artikolu 104

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 104

imħassar

Setgħat delegati għall-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jemendaw dan il-Kapitolu fir-rigward tal-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-Annessi tiegħu.

 

Emenda 616

Proposta għal regolament

Artikolu 105 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Setgħat ta' implimentazzjoni għall-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Setgħat ta' implimentazzjoni għall-forma tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Emenda 617

Proposta għal regolament

Artikolu 105 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fl-Artikoli 96 sa 103 fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu forma standardizzata u r-regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fl-Artikoli 96 sa 103 fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

Emenda 1153cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 95 l-aktar tard fl- 1  ta'  Jannar 2020 .

1.   Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 95 sa … [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki ma' xulxin meta jkunu qegħdin ifasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Emenda 619

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti fuq il-bażi tal-kompletezza tal-pjanijiet, il-konsistenza u l-koerenza mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ma' dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet adottati skontu u skont ir-Regolament Orizzontali, il-kontribut effettiv tagħhom għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-impatt fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-livell ta' piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b'mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta' interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti fuq il-bażi tal-kompletezza tal-pjanijiet, il-konsistenza u l-koerenza mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, ma' dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet adottati skontu u skont ir-Regolament Orizzontali, il-kontribut effettiv tagħhom għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-impatt fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-livell ta' piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b'mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluża l-kwalità tal-informazzjoni użata, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta' interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.

Emenda 1153cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approvazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandha sseħħ mhux aktar tard minn tmien xhur wara s-sottomissjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.

L-approvazzjoni ta' kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandha sseħħ mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.

Emendi 620, 1153cp3 u 1331

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approvazzjoni ma għandhiex tkopri l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 101 u fl-Annessi I sa IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 95(2).

imħassar

Emenda 1153cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F'dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 100 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f'emenda tal-pjan skont l-Artikolu 107.

F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F'dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 100 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f'emenda tal-pjan skont l-Artikolu 107 fi żmien li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. Dawn għandhom ikunu koerenti u konsistenti mal-miri indikattivi u mal-pjanijiet finanzjarji pprovduti preċedentement mill-Istat Membru, mingħajr ebda devjazzjoni sinifikanti jew tnaqqis fl-ambizzjoni.

Emendi 621, 983, 1153cp5 u 1333

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fil-qosor tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK nazzjonali fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tagħhom, akkumpanjati minn evalwazzjonijiet deskritti b'mod ċar sabiex tipprovdi informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Emenda 1153 cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.     Il-Kummissjoni għandha tittraduċi bl-Ingliż il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u tippubblikahom online b'tali mod li jiżgura l-pubbliċità u t-trasparenza fil-livell tal-Unjoni.

Emendi 623, 985 u 1153cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7c.     L-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-implimentazzjoni tagħhom min-naħa tal-Istati Membri ma għandhom jikkawżaw l-ebda dewmien – la fil-perjodu ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-benefiċjarji u lanqas fil-ħlas f'waqtu tal-għajnuna – partikolarment fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni.

Emenda 735cp1

Proposta għal regolament

Artikolu 107 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom , inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe emenda għall-programmi ta' intervent reġjonali, bi qbil mal-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali .

Emendi 625 u 735cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 107 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, imsemmija fl-Artikolu 6(1). Għandhom ikunu akkumpanjati bil-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.

2.   It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jinkludu spjegazzjoni li tistabbilixxi l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-ksib tal-objettivi speċifiċi, imsemmija fl-Artikolu 6(1). Għandhom ikunu akkumpanjati bil-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.

Emendi 626 u 735cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 107 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista' titressaq mhux aktar minn darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 109.

7.   Talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista' titressaq mhux aktar minn darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli li jridu jiġu determinati f'dan ir-Regolament u mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 109.

Emendi 627 u 735cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 107 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Kull emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' kumitat imseemija fl-Artikolu 139.

8.   Kull emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' kumitat imseemija fl-Artikolu 139. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

Emendi 628 u 735cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 107 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni u għandhom jiġu ppubblikati .

Emenda 1137

Proposta għal regolament

Artikolu 107a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 107a

Rieżami tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Sal-31 ta' Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom biex jiżguraw li l-Pjanijiet Strateġiċi jkunu allinjati mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent u jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom kif xieraq.

Emenda 629

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-limitu ta' żmien ma għandux jinkludi l-perjodu li jibda mid-data wara d-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha jew talba għal dokumenti riveduti lill-Istat Membru u jispiċċa fid-data li fiha l-Istat Membru jwieġeb lill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda 630

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-frekwenza li biha jridu jiġu sottomessi l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK matul il-perjodu ta' pprogrammar, inkluż id-determinazzjoni ta' każijiet eċċezzjonali li għalihom l-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-Artikolu 107(7) ma jgħoddx.

(c)

il-frekwenza li biha jridu jiġu sottomessi emendi għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK matul il-perjodu ta' programmazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi , inkluż id-determinazzjoni ta' każijiet eċċezzjonali li għalihom l-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-Artikolu 107(7) ma jgħoddx.

Emenda 631

Proposta għal regolament

Artikolu 110 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu awtoritajiet reġjonali għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR fil-qafas tal-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tagħhom meta dawn l-interventi jkollhom kamp ta' applikazzjoni reġjonali. F'dan il-każ, l-Awtorità ta' Ġestjoni nazzjonali għandha taħtar korp nazzjonali ta' koordinazzjoni għall-FAEŻR li se jiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-Unjoni, li tiżgura konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku stabbiliti fil-livell nazzjonali, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 93.

Emenda 736 cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 110– paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Awtorità ta' Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'mod effiċjenti, effettiv u korrett. B'mod partikolari għandha tiżgura li:

2.   L-Awtorità ta' Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'mod effiċjenti, effettiv u korrett u, fejn xieraq, f'assoċjazzjoni mal-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali għal programmi ta' intervent reġjonali . B'mod partikolari għandhom jiżguraw li:

Emendi 632 u 736cp3

Proposta għal regolament

Artikolu 110 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

ir-rapport dwar il-prestazzjoni annwali jitfassal, inkluż it-tabelli ta' monitoraġġ aggregati, u, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Monitoraġġ, jitressaq lill-Kummissjoni;

(g)

ir-rapport dwar il-prestazzjoni tal-monitoraġġ jitfassal, inkluż it-tabelli ta' monitoraġġ aggregati, u, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Monitoraġġ, jitressaq lill-Kummissjoni;

Emendi 633 u 736cp4

Proposta għal regolament

Artikolu 110 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

jittieħdu azzjonijiet ta' segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali ;

(h)

jittieħdu azzjonijiet ta' segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni;

Emenda 736cp5

Proposta għal regolament

Artikolu 110– paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istat Membru jew l-Awtorità ta' Ġestjoni jistgħu jaħtru korp intermedjarju wieħed jew aktar li jinkludi lill-awtoritajiet lokali, il-korpi għall-iżvilupp reġjonali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

3.   L-Istat Membru jew l-Awtorità ta' Ġestjoni jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali jistgħu jaħtru korp intermedjarju wieħed jew aktar li jinkludi lill-awtoritajiet lokali, il-korpi għall-iżvilupp reġjonali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emendi 634 u 736cp6

Proposta għal regolament

Artikolu 110 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138, li jissuplementaw dan ir-Regolament b'regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni, ir-reklamar u l-viżibbiltà msemmija fil-punti (j) u (k) tal-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138, li jissuplementaw dan ir-Regolament b'regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni, ir-reklamar u l-viżibbiltà msemmija fil-punti (j) u (k) tal-paragrafu 2.

Emendi 635 u 736cp7

Proposta għal regolament

Artikolu 110 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

imħassar

Emenda 636

Proposta għal regolament

Artikolu 110a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 110a

Korp ta' Medjazzjoni

Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju, l-Istati Membri għandhom jaħtru Korp ta' Medjazzjoni funzjonalment indipendenti li jkun responsabbli mir-rieżami tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-Korpi, fuq talba tal-benefiċjarji, għandhom jippruvaw jilħqu soluzzjonijiet miftiehma mill-partijiet ikkonċernati. Dawn għandhom jipprovdu l-għarfien espert u r-rappreżentanza meħtieġa tal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati.

Emenda 637

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (“il-Kumitat ta' Monitoraġġ”) qabel is-sottomissjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK .

L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat nazzjonali biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (“il-Kumitat ta' Monitoraġġ”) u, meta applikabbli, Kumitati ta' Monitoraġġ reġjonali .

Emenda 638

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Kull Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Il-Kumitat ta' Monitoraġġ nazzjonali għandu jadotta r-regoli tiegħu stess f'kooperazzjoni mal-Kumitati ta' Monitoraġġ reġjonali .

Emenda 639

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u għandu jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lejn il-kisba tal-miri tiegħu.

Il-Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u għandu jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lejn il-ksib tal-miri tiegħu skont il-kompetenza rispettiva .

Emenda 640

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jippubblika r-regoli tal-proċeduri tal-Kumitat ta' Monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviża mal-Kumitat ta' Monitoraġġ biss .

L-Istat Membru għandu jippubblika r-regoli ta' proċedura u l-opinjonijiet tal-Kumitati ta' Monitoraġġ u jibgħathom lill-Kummissjoni .

Emenda 641

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta' Monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi intermedjarji rilevanti u tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmijin fl-Artikolu 94(3).

L-Istat Membru u, meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jiddeċiedu dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitati ta' Monitoraġġ fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u għandhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi intermedjarji rilevanti u tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmijin fl-Artikolu 94(3) li jkunu rilevanti għall-implimentazzjoni tal-objettivi kollha tal-Artikolu 6(1) .

Emenda 642

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jippubblika l-lista tal-membri tal-Kumitat ta' Monitoraġġ online.

L-Istat Membru għandu jippubblika l-lista tal-membri tal-Kumitat ta' Monitoraġġ online u l-Istati Membri għandhom jinnotifikawha lill-Kummissjoni .

Emenda 643

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Il-Kumitat ta' Monitoraġġ għandu jeżamina b'mod partikolari:

3.    Il-Kumitati ta' Monitoraġġ għandhom jeżaminaw b'mod partikolari:

Emenda 645

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

informazzjoni rilevanti pprovduta min-netwerk nazzjonali tal-PAK;

Emenda 646

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

ir-rapporti dwar il-prestazzjoni;

Emenda 647

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)

il-progress lejn is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji finali.

Emenda 648

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-abbozz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

imħassar

Emenda 649

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni;

(c)

ir-rapporti dwar il-prestazzjoni;

Emenda 650

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kumitati ta' Monitoraġġ jistgħu jitolbu informazzjoni u analiżi relatati ma' interventi speċifiċi mingħand in-netwerk nazzjonali tal-PAK.

Emenda 651

Proposta għal regolament

Artikolu 113 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Netwerk nazzjonali tal-Politika Agrikola Komuni (netwerk nazzjonali tal-PAK) għan-netwerking tal-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet, tal-konsulenti, tar-riċerkaturi u atturi oħra tal-innovazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell nazzjonali l-aktar tard 12-il xahar wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni.

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Netwerk nazzjonali tal-Politika Agrikola Komuni (netwerk nazzjonali tal-PAK) għan-netwerking tal-organizzazzjonijiet , ir-rappreżentanti tas-setturi agrikoli u l-amministrazzjonijiet, tal-konsulenti, tar-riċerkaturi, atturi oħra tal-innovazzjoni u atturi oħra fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell nazzjonali l-aktar tard 12-il xahar wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni. In-netwerk nazzjonali tal-PAK għandu jibni fuq l-istrutturi ta' netwerking li diġà jeżistu fl-Istati Membri.

Emenda 652

Proposta għal regolament

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

fil-każ tan-netwerks nazzjonali tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-netwerk Ewropew tal-PAK u l-kontribuzzjoni għalihom.

(j)

fil-każ tan-netwerks nazzjonali tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-netwerk Ewropew tal-PAK u l-kontribuzzjoni mogħtija lilhom;

Emenda 653

Proposta għal regolament

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)

fil-każ tan-netwerk Ewropew tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-netwerks nazzjonali u l-kontribut mogħti lilhom;

Emenda 654

Proposta għal regolament

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)

jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-kumitati ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 111.

Emenda 655

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-għan tal-EIP għandu jkun li jistimola l-innovazzjoni u jtejjeb l-iskambju tal-għarfien.

2.   L-għan tal-EIP għandu jkun li jistimola innovazzjoni sostenibbli u jtejjeb l-iskambju tal-għarfien.

Emenda 656

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika; u

(c)

tippromwovi traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika , inklużi skambji minn bidwi għal ieħor ; u

Emenda 657

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta' riċerka dwar il-prattiki tal-biedja;

(d)

tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta' riċerka dwar il-prattiki tal-biedja u l-bdiewa .

Emenda 658

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Gruppi Operattivi tal-EIP għandhom jiffurmaw parti mill-EIP . Huma għandhom iħejju pjan għal proġetti innovattivi li jridu jiġu żviluppati, ittestjati, adattati jew implimentati u għandu jkun bbażat fuq il-mudell ta' innovazzjoni interattiv li għandu l-prinċipji ewlenin li ġejjin:

Il-Gruppi Operattivi tal-EIP għandhom jiġu ffurmati biex iservu l-EIP, u jistgħu jiġu ffurmati, inter alia, minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u interprofessjonali, u jistgħu jiġu ffurmati minn membri minn Stati Membri differenti . Huma għandhom iħejju pjan għal proġetti innovattivi li jridu jiġu żviluppati, ittestjati, adattati jew implimentati u għandu jkun bbażat fuq il-mudell ta' innovazzjoni interattiv li għandu l-prinċipji ewlenin li ġejjin:

Emenda 659

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi li jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-bdiewa jew tal-forestiera filwaqt li jindirizza l-interazzjonijiet fil-katina tal-provvista kollha fejn ikun utli,

(a)

l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi li jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-bdiewa jew tal-forestiera filwaqt li jindirizza l-interazzjonijiet fil-katina tal-provvista kollha meta jkun utli , kif ukoll billi jitqiesu l-interessi tal-konsumaturi ;

Emenda 660

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-innovazzjoni prevista tista' tkun ibbażata fuq prattiki ġodda iżda wkoll dawk tradizzjonali f'kuntest ġeografiku jew ambjentali ġdid.

L-innovazzjoni prevista tista' tkun ibbażata fuq prattiki ġodda iżda wkoll dawk tradizzjonali u agroekoloġiċi f'kuntest ġeografiku jew ambjentali ġdid.

Emenda 661

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Gruppi Operattivi għandhom ixerrdu l-pjanijiet u r-riżultati tal-proġett tagħhom, b'mod partikolari permezz tan-netwerk tal-PAK.

Il-Gruppi Operattivi għandhom ixerrdu l-pjanijiet u r-riżultati tal-proġett tagħhom, b'mod partikolari permezz tan-netwerk tal-PAK , u għandhom ikunu jistgħu jkollhom membri minn aktar minn Stat Membru wieħed .

Emenda 662

Proposta għal regolament

Artikolu 115 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

sett ta' indikaturi komuni tal-kuntest, tal-output, tar-riżultati u tal-impatti, inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 7 li se jintużaw bħala l-bażi għall-rappurtar tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tal-prestazzjoni annwali ;

(a)

sett ta' indikaturi komuni tal-kuntest, tal-output, tar-riżultati u tal-impatti kif imsemmija fl-Artikolu 7 li se jintużaw bħala l-bażi għall-rappurtar tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tal-prestazzjoni;

Emenda 663

Proposta għal regolament

Artikolu 115 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-miri u l-istadji importanti annwali stabbiliti b'rabta mal-objettiv speċifiku rilevanti bl-użu tal-indikaturi tar-riżultati;

(b)

il-miri u l-istadji importanti annwali jew, meta jkun rilevanti, pluriennali, stabbiliti b'rabta mal-objettiv speċifiku rilevanti bl-użu tal-indikaturi tar-riżultati;

Emenda 664

Proposta għal regolament

Artikolu 115 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-qafas ta' prestazzjoni għandu jkopri:

3.   Il-qafas ta' prestazzjoni għandu jkopri l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK inklużi, meta xieraq, il-programmi ta' intervent reġjonali .

(a)

il-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(b)

il-miżuri tas-suq u interventi oħrajn previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

 

Emenda 665

Proposta għal regolament

Artikolu 116 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-PAK;

(a)

jivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-PAK kif ukoll is-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji ;

Emenda 666

Proposta għal regolament

Artikolu 116 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jappoġġa proċess ta' tagħlim komuni relatat mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

(e)

jappoġġa proċess ta' tagħlim komuni relatat mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni , billi jqis l-oqsma fejn id-data ta' referenza tkun nieqsa jew insuffiċjenti u li għalihom ikun jista' jiġi żviluppat indikaturi aktar rilevanti u preċiżi .

Emenda 667

Proposta għal regolament

Artikolu 117 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema elettronika ta' informazzjoni li fiha għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li hija meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, b'mod partikolari dwar kull intervent magħżul għall-finanzjament, kif ukoll dwar l-interventi mwettqa, inkluż informazzjoni dwar kull benefiċjarju u operazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema elettronika ta' informazzjoni , jużaw waħda li diġà teżisti, li fiha għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li hija meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, b'mod partikolari dwar kull intervent magħżul għall-finanzjament, kif ukoll dwar l-interventi mwettqa, inkluż informazzjoni dwar kull benefiċjarju u operazzjoni.

Emenda 668

Proposta għal regolament

Artikolu 118 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-appoġġ taħt l-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Awtorità ta' Ġestjoni jew korpi oħra delegati biex iwettqu funzjonijiet f'isimha, għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-appoġġ taħt l-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Awtorità ta' Ġestjoni , jew lil Awtoritajiet ta' Ġestjoni reġjonali jew korpi oħra delegati biex iwettqu funzjonijiet f'isimha, għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 669

Proposta għal regolament

Artikolu 118 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma stabbiliti sorsi ta' data komprensiva, kompluta , f'waqtha u affidabbli biex ikun jista' jsir segwitu effettiv tal-progress tal-politika lejn l-objettivi bl-użu tal-indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatt.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma stabbiliti sorsi ta' data komprensiva, f'waqtha u affidabbli, inklużi bażijiet tad-data , biex ikun jista' jsir segwitu effettiv tal-progress tal-politika lejn l-objettivi bl-użu tal-indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatt.

Emenda 670

Proposta għal regolament

Artikolu 119 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità ta' Ġestjoni u l-Kumitat ta' Monitoraġġ għandhom jimmonitorajaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fuq il-bażi tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati.

L-Awtorità ta' Ġestjoni kif ukoll il-Kumitat ta' Monitoraġġ għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-progress li jkun sar lejn il-ksib tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fuq il-bażi tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati , f'kollaborazzjoni, meta applikabbli, ma' Awtoritajiet ta' Ġestjoni reġjonali u Kumitati ta' Monitoraġġ reġjonali .

Emenda 671

Proposta għal regolament

Artikolu 120 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Setgħat ta' implimentazzjoni għall-qafas ta' prestazzjoni

Setgħat ta' delegazzjoni għall-qafas ta' prestazzjoni

Emenda 672

Proposta għal regolament

Artikolu 120 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-kontenut tal-qafas ta' prestazzjoni. It-tali atti għandhom jinkludu l-lista ta' indikaturi tal-kuntest, indikaturi oħra meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni xierqa tal-politika, il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-garanzija tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tad-data miġbura mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2) .

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tiddetermina l-kontenut tal-qafas ta' prestazzjoni. It-tali atti għandhom jinkludu l-lista ta' indikaturi tal-kuntest, indikaturi oħra meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni xierqa tal-politika, il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-garanzija tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tad-data miġbura mill-Istati Membri. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 138 .

Emenda 673

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

Rapporti dwar il-prestazzjoni

Emenda 674

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Sal-15 ta' Frar 2023 u l-15 ta' Frar ta' kull sena sussegwenti sal-2030, din l-aħħar sena inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fis-sena finanzjarja preċedenti . Ir-rapport sottomess fl-2023 għandu jkopri s-snin finanzjarji 2021 u 2022. Għall-pagamenti diretti kif imsemmi fil-Kapitolu II tat-Titolu III, ir-rapport għandu jkopri s-sena finanzjarja 2022 biss .

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) [HzR] .

Emenda 675

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni, li jrid jiġi sottomess sal-15 ta' Frar 2030 , għandu jinkludi sommarju tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.

2.   L-aħħar rapport dwar il-prestazzjoni li jrid jiġi sottomess għandu jinkludi sommarju tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.

Emenda 676

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Sabiex ikun ammissibbli, ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-paragrafi 4, 5 u 6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data tal-irċevuta tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni jekk mhuwiex ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala ammissibbli.

3.   Sabiex ikun ammissibbli, ir-rapport dwar il-prestazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-paragrafi 4, 5 u 6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data tal-irċevuta tar-rapport dwar il-prestazzjoni jekk mhuwiex ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala ammissibbli.

Emenda 677

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom jagħtu informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'referenza għad-data finanzjarja, l-indikaturi tal-output u tar-riżultati u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 118. Għandhom ukoll jinkludu informazzjoni dwar l-outputs imwettqa, in-nefqa mwettqa, ir-riżultati mwettqa u d-distanza għall-miri rispettivi.

Ir-rapporti dwar il-prestazzjoni għandhom jagħtu informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b'referenza għad-data finanzjarja, l-indikaturi tal-output u tar-riżultati u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 118. Għandhom ukoll jinkludu informazzjoni dwar l-outputs imwettqa, in-nefqa mwettqa, ir-riżultati mwettqa u d-distanza għall-miri rispettivi.

Emenda 678

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għat-tipi ta' interventi li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 89 ta' dan ir-Regolament, u meta l-proporzjon tal-output imwettaq u n-nefqa mwettqa jiddevja b'50 % mill-proporzjon tal-output u n-nefqa annwali ppjanati, l-Istat Membru għandu jippreżenta ġustifikazzjoni għal din id-devjazzjoni.

imħassar

Emenda 679

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Id-data trażmessa għandha tkun relatata mal-valuri miksuba għall-indikaturi għall-interventi implimentati parzjalment u bis-sħiħ. Għandhom ukoll jagħtu sinteżi dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imwettqa matul is-sena finanzjarja preċedenti , kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b'mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet u, fejn rilevanti, jiddeskrivu l-miżuri li ttieħdu.

5.   Id-data trażmessa għandha tkun relatata mal-valuri miksuba għall-indikaturi għall-interventi implimentati parzjalment u bis-sħiħ. Għandhom ukoll jagħtu sinteżi dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imwettqa, kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b'mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet u, meta rilevanti, jiddeskrivu l-miżuri li ttieħdu.

Emenda 680

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.     Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami annwali tal-prestazzjoni u approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu [52] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali] fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni.

imħassar

Emenda 681

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rieżami annwali tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahar mis-sottomissjoni tagħhom. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-prestazzjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-prestazzjoni u tista' tagħmel osservazzjonijiet fi żmien massimu ta' xahar mis-sottomissjoni kompluta tagħhom. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.

Emenda 682

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   Meta l-valur irrapportat ta' indikatur tar-riżultati wieħed jew aktar juri diskrepanza ta' aktar minn 25 % mit-tragward rispettiv għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jissottometti pjan ta' azzjoni skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], filwaqt li jiddeskrivi l-azzjonijiet ta' rimedju maħsuba u l-iskeda ta' żmien mistennija.

9.   Meta l-valur irrapportat ta' indikatur tar-riżultati wieħed jew aktar juri diskrepanza ta' aktar minn 25 % mit-tragward rispettiv għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu ġustifikazzjoni għal din id-diskrepanza . Meta jkun meħtieġ , il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jissottometti pjan ta' azzjoni li għandu jiġi stabbilit b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament Orizzontali], filwaqt li jiddeskrivi l-azzjonijiet ta' rimedju maħsuba u l-iskeda ta' żmien mistennija għall-eżekuzzjoni tiegħu .

Emenda 683

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.   Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni , kif ukoll sommarju tal-kontenut tagħhom għaċ-ċittadini, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

10.    Għandu jitħejja sommarju tal-kontenut tar-rapporti dwar il-prestazzjoni għaċ-ċittadini, u dan għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda 684

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport dwar il-prestazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

Emenda 685

Proposta għal regolament

Artikolu 122 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Laqgħat ta' rieżami annwali

Laqgħat ta' rieżami

Emenda 686

Proposta għal regolament

Artikolu 122 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jorganizzaw laqgħa ta' rieżami mal-Kummissjoni, li għandu jkollha presidenza konġunta jew tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni, li ssir mhux qabel xahrejn wara s-sottomissjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jorganizzaw laqgħa ta' rieżami mal-Kummissjoni, li għandu jkollha presidenza konġunta jew tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni, li ssir mhux qabel xahrejn wara s-sottomissjoni tar-rapport dwar il-prestazzjoni.

Emenda 687

Proposta għal regolament

Artikolu 122 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-laqgħa ta' rieżami annwali għandu jkollha l-għan li teżamina l-prestazzjoni ta' kull pjan, inkluż il-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri stabbiliti, kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni u l-azzjonijiet fl-imgħoddi u futuri li jridu jittieħdu biex jindirizzawhom.

2.   Il-laqgħa ta' rieżami għandu jkollha l-għan li teżamina l-prestazzjoni ta' kull pjan, inkluż il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-miri stabbiliti, kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni u l-azzjonijiet fl-imgħoddi u futuri li jridu jittieħdu biex jindirizzawhom. Dawk il-laqgħat għandhom jintużaw biex jeżaminaw l-impatt, meta jkun fattibbli.

Emenda 688

Proposta għal regolament

Artikolu 123

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 123

imħassar

Bonus għall-prestazzjoni

 

1.     Jista' jiġi attribwit bonus lill-Istati Membri fis-sena 2026 biex tiġi ppremjata l-prestazzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-miri ambjentali u klimatiċi sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun ssodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 124(1).

 

2.     Il-bonus għall-prestazzjoni għandu jkun ugwali għal 5 % tal-ammont għal kull Stat Membru għas-sena finanzjarja 2027 kif stabbilit fl-Anness IX.

 

Ir-riżorsi trasferiti bejn il-FAEG u l-FAEŻR skont l-Artikoli 15 u 90 huma esklużi fil-kalkolu tal-bonus għall-prestazzjoni.

 

Emenda 689

Proposta għal regolament

Artikolu 124

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 124

imħassar

Attribuzzjoni tal-bonus għall-prestazzjoni

 

1.     Abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni tas-sena 2026, il-bonus għall-prestazzjoni miżmum mill-allokazzjoni ta' Stat Membru skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 123 għandu jiġi attribwit lil dan l-Istat Membru jekk l-indikaturi tar-riżultati applikati għall-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu jkunu kisbu mill-inqas 90 % tal-valur immirat tagħhom għas-sena 2025.

 

2.     Fi żmien xahrejn mill-wasla tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni fis-sena 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura ta' Kumitat imsemmi fl-Artikolu 139 biex tiddeċiedi għal kull Stat Membru jekk il-Pjanijiet Strateġiċi rispettivi jkunux kisbu l-valuri mmirati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

3.     Meta l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 1 jintlaħqu, l-ammont tal-bonus għall-prestazzjoni għandu jingħata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri kkonċernati u jitqies li jkun allokat definittivament għas-sena finanzjarja 2027 abbażi tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.

 

4.     Meta l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux, l-impenji għas-sena finanzjarja 2027 li jirrigwardaw l-ammont tal-bonus għall-prestazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati ma għandux jingħata mill-Kummissjoni.

 

5.     Meta jiġi attribwit il-bonus għall-prestazzjoni, il-Kummissjoni tista' tqis il-każijiet ta' force majeure u l-kriżijiet soċjoekonomiċi serji li jimpedixxu l-kisba tal-istadji importanti rilevanti.

 

6.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati biex ikun żgurat approċċ konsistenti għad-determinazzjoni tal-attribuzzjoni tal-bonus għall-prestazzjoni lill-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

 

Emenda 690

Proposta għal regolament

Artikolu 125 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

1.   L-Istati Membri , u meta jkun applikabbli, ir-reġjuni, għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Emenda 691

Proposta għal regolament

Artikolu 125 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

kemm huma addattati l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u għall-ġbir tad-data meħtieġa biex jitwettqu l-evalwazzjonijiet;

(g)

kemm huma adatti l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u għall-ġbir tad-data , inkluża d-data diżaggregata skont is-sessi, meta xieraq, meħtieġa biex jitwettqu l-evalwazzjonijiet;

Emenda 692

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK biex tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt tagħhom b'rabta mal-kontribut tagħhom lill-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1).

1.   L-Istati Membri , u meta applikabbli, mar-reġjuni, għandhom iwettqu evalwazzjonijiet tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK biex tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt tagħhom b'rabta mal-kontribut tagħhom lill-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6(1).

Emenda 693

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jafdaw l-evalwazzjonijiet lil esperti funzjonalment indipendenti.

2.   L-Istati Membri , u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jafdaw l-evalwazzjonijiet lil esperti funzjonalment indipendenti.

Emenda 694

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm fis-seħħ proċeduri biex tiġi prodotta u miġbura d-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

3.   L-Istati Membri , u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jiżguraw li hemm fis-seħħ proċeduri biex tiġi prodotta u miġbura d-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

Emenda 695

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

4.   L-Istati Membri , u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom ikunu responsabbli għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Emenda 696

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri għandhom ifasslu pjan ta' evalwazzjoni li jipprovdi indikazzjonijiet dwar l-attivitajiet ta' evalwazzjoni maħsuba matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.

5.   L-Istati Membri , u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom ifasslu pjan ta' evalwazzjoni li jipprovdi indikazzjonijiet dwar l-attivitajiet ta' evalwazzjoni maħsuba matul il-perjodu ta' implimentazzjoni.

Emenda 697

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjan ta' evalwazzjoni lill-Kumitat ta' Monitoraġġ l-aktar tard sena wara l-adozzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

6.   L-Istati Membri , u meta applikabbli, ir-reġjuni, għandhom jissottomettu l-pjan ta' evalwazzjoni lill-Kumitat ta' Monitoraġġ l-aktar tard sena wara l-adozzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emendi 987 u 1335

Proposta għal regolament

Artikolu 127 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Hekk kif il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK jiġu approvati, il-Kummissjoni se tikkummissjona valutazzjoni indipendenti tal-impatt mistenni aggregat tagħhom. Jekk din l-analiżi tiżvela sforz konġunt insuffiċjenti fir-rigward tal-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni xierqa, li tista' tinvolvi li l-Istati Membri jintalbu jimmodifikaw il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK jew iressqu emendi għal dan ir-regolament.

Emendi 988 u 1336

Proposta għal regolament

Artikolu 127 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-FAEG u tal-FAEŻR sa tmiem it-tielet sena wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li tqis l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista' tuża l-informazzjoni rilevanti kollha diġà disponibbli skont l-Artikolu [128] tar-[Regolament Finanzjarju l-Ġdid].

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq u tippubblika evalwazzjoni interim biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-FAEG u tal-FAEŻR sa tmiem it-tielet sena wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li tqis l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista' tuża l-informazzjoni rilevanti kollha diġà disponibbli skont l-Artikolu [128] tar-[Regolament Finanzjarju l-Ġdid]. Jekk l-evalwazzjoni interim tiżvela sforz konġunt insuffiċjenti fir-rigward tal-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatika tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jiżguraw il-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness XI. Fir-rapport annwali tagħhom dwar il-prestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif ir-rakkomandazzjonijiet ġew ikkunsidrati jew ir-raġunament għaliex ma indirizzawx ir-rakkomandazzjonijiet jew parti minnhom.

Emenda 698

Proposta għal regolament

Artikolu 127 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Fir-rapporti ta' evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-indikaturi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, kif ukoll fatturi esterni għall-PAK li kellhom impatt fuq il-prestazzjoni milħuqa.

Emenda 699

Proposta għal regolament

Artikolu 129 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-data meħtieġa għall-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt għandha tiġu primarjament minn sorsi ta' data stabbiliti, bħan-Netwerk tad-Data tal-Kontabbiltà Agrikola u l-Eurostat. Meta d-data għal dawn l-indikaturi ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta, il-lakuni għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest tal-Programm Ewropew tal-Istatistika stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), il-qafas legali li jirregola n-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola jew permezz ta' ftehimiet formali ma' fornituri oħra ta' data bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

2.   Id-data meħtieġa għall-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt għandha tiġi primarjament minn sorsi ta' data stabbiliti, bħan-Netwerk tad-Data tal-Kontabbiltà Agrikola u l-Eurostat. Meta d-data għal dawn l-indikaturi ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta, il-Kummissjoni għandha ssib soluzzjonijiet għal-lakuni fil-kuntest tal-Programm Ewropew tal-Istatistika stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), il-qafas legali li jirregola n-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola jew permezz ta' ftehimiet formali ma' fornituri oħra ta' data bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Emenda 1340

Proposta għal regolament

Artikolu 129 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri għandhom itejbu l-kwalità u l-frekwenzża tal-ġbir tad-data għall-miri agrikoli ewlenin previsti taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jikkorrispondu għall-indikaturi tal-impatt u l-kuntest I.10, I.15, I.18, I.19, I.20, I.26, I.27, u C.32. Dik id-data għandha tiġi ppubblikata u pprovduta lill-Kummissjoni fil-ħin, biex tivvaluta l-effettività tal-PAK u tippermetti l-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 700

Proposta għal regolament

Artikolu 129 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Ir-reġistri amministrattivi eżistenti bħall-SIAK , l-LPIS, ir-reġistri tal-annimali u tad-dwieli għandhom jinżammu. L-SIAK u l-LPIS għandhom jiġu żviluppati aktar biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet statistiċi tal-PAK. Id-data mir-reġistri amministrattivi għandha tintuża kemm jista' jkun għall-finijiet statistiċi, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-istatistika fl-Istati Membri u mal-Eurostat.

3.   Ir-reġistri amministrattivi aġġornati eżistenti bħas-SIAK , l-LPIS, ir-reġistri tal-annimali u tad-dwieli għandhom jinżammu. Is-SIAK u l-LPIS għandhom jiġu żviluppati aktar biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet statistiċi tal-PAK. Id-data mir-reġistri amministrattivi għandha tintuża kemm jista' jkun għall-finijiet statistiċi, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-istatistika fl-Istati Membri u mal-Eurostat.

Emenda 701

Proposta għal regolament

Artikolu 129 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux meħtieġ, kif ukoll regoli dwar il-ħtiġijiet ta' data u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' data potenzjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 139(2).

imħassar

Emenda 702

Proposta għal regolament

Artikolu 130 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jingħata appoġġ skont it-Titolu III ta' dan ir-Regolament għal forom ta' kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, dan għandu jingħata biss lil dawk il-forom ta' kooperazzjoni li jikkonformaw mar-regoli ta' kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Meta jingħata appoġġ skont it-Titolu III ta' dan ir-Regolament għal forom ta' ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma bejn l-intrapriżi, dan għandu jingħata biss lil dawk il-forom ta' ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jikkonformaw mar-regoli ta' kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Emendi 1092, 1146 u 1179

Proposta għal regolament

Artikolu 132a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 132 a

 

Għajnuna Nazzjonali Tranżitorja

 

1.     L-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna nazzjonali tranżitorja lill-bdiewa fi kwalunkwe settur awtorizzat mill-Kummissjoni f'konformtià mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013.

 

2.     L-ammont totali ta' għajnuna nazzjonali tranżitorja li tista' tingħata lill-bdiewa għandha tkun limitata għal 50 % ta' kull pakkett finanzjarju speċifiku għas-settur kif awtorizzat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013.

 

3.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u fil-limitu stabbilit fil-paragrafu 2, dwar l-ammonti tal-għajnuna nazzjonali tranżitorja li għandha tingħata.

 

4.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jadattaw il-perjodu ta' referenza għall-iskemi ta' għajnuna nazzjonali tranżitorji diżakkoppjati. Il-perjodu ta' referenza adattat ma jistax ikun aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2018.

Emenda 703

Proposta għal regolament

Artikolu 133 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri fiskali nazzjonali fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddevjaw mir-regoli fiskali ġenerali billi jippermettu li l-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata għall-bdiewa tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' perjodu pluriennali.

Bil-għan li jiġu limitati l-effetti tal-varjabbiltà tal-introjtu, billi l-bdiewa jiġu mħeġġa jfaddlu matul is-snin tajba sabiex ikunu jistgħu jaffaċċjaw is-snin ħżiena, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri fiskali nazzjonali fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddevjaw mir-regoli fiskali ġenerali billi jippermettu li l-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata għall-bdiewa tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' perjodu pluriennali , fosthom permezz tar-riport ta' parti mill-bażi tat-taxxa, anki permezz tad-differiment ta' parti mill-bażi tat-taxxa, jew billi tiġi permessa l-esklużjoni ta' ammonti mdaħħla f'kont iddedikat għat-tfaddil agrikolu .

Emenda 1097, 1125 u 1180

Proposta għal regolament

Artikolu 134a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 134a

 

Mekkaniżmu tal-ilmenti għall-bdiewa u għall-SMEs

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu li bis-saħħa tiegħu l-bdiewa jew l-SMEs ikunu jistgħu jressqu lmenti direttament lill-Kummissjoni fil-każijiet li ġejjin:

 

ħtif tal-art jew theddid gravi ta' dan,

 

imġiba ħażina gravi tal-awtoritajiet nazzjonali,

 

trattament irregolari jew mhux imparzjali fis-sejħiet għal offerti jew fid-distribuzzjoni tas-sussidji,

 

pressjonijiet jew intimidazzjonijiet minn strutturi kriminali, kriminalità organizzata jew strutturi oligarkiċi,

 

ksur gravi tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

 

2.     Il-Kummissjoni għandha toħloq punt ta' kuntatt fil-Kummissjoni fejn tali lmenti jistgħu jiġu indirizzati.

 

3.     Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel trasparenti l-proċedura għat-tressiq tal-ilmenti u l-kriterji ta' evalwazzjoni.

 

4.     Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi protezzjoni adegwata għall-persuni u għall-kumpaniji wara li jkunu ressqu lment.

 

5.     Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk għandhiex tittratta l-informazzjoni li waslitilha permezz ta' dan il-mekkaniżmu direttament fl-awditjar tagħhom jew tibgħatha direttament għand il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew l-OLAF.

Emenda 704

Proposta għal regolament

Artikolu 135 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għall-pagamenti diretti mogħtija fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu  3(2) , il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. Il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

1.   Għall-pagamenti diretti mogħtija fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu  3 , il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. Il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 4(1), it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikolu 16 u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 705

Proposta għal regolament

Artikolu 135 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għall-pagamenti diretti mogħtija fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu  3(2) , l-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. L-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

2.   Għall-pagamenti diretti mogħtija fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu  3 , l-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX biss ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw. L-Artikolu 4, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu III, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu III u t-Titolu IX għandhom japplikaw mingħajr l-ebda obbligi relatati mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 706

Proposta għal regolament

Artikolu 138 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 7, 12, 15, 23, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50,78, 81, 104 u 141 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 7, 11, 12, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50,78, 81, 83, 94, 110, 120 u 141 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda 707

Proposta għal regolament

Artikolu 138 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4, 7, 12, 15, 23 , 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, F u 141 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 7, 11, 12, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, 83, 94, 110, 120 u 141 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda 708

Proposta għal regolament

Artikolu 138 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 7, 12, 15, 23 , 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, 104 u 141 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 7, 11, 12, 28, 32, 35, 36, 37, 41, 50, 78, 81, 83, 94, 110, 120 u 141 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 1138

Proposta għal regolament

Artikolu 139a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 139a

Rieżami ta' nofs it-terminu

1.     Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' nofs it-terminu tal-PAK u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li jiġi evalwat l-operat tal-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid mill-Istati Membri, biex jiġu aġġustati l-ponderazzjonijiet għall-intraċċar tal-klima skont il-metodoloġija l-ġdida msemmija fl-Artikolu 87(3), u fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi.

2.     Bil-għan li jiġi żgurat li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-Istati Membri jkunu allinjati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, ir-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis il-leġiżlazzjoni rilevanti li tkun fis-seħħ dak iż-żmien.

Emenda 710

Proposta għal regolament

Artikolu 140 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar  2021 .

Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar  2022 .

 

Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Annessi IX u IXa ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandu jibqa' applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2022 għal:

 

(a)

operazzjonijiet implimentati skont programmi ta' żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u

 

(b)

programmi ta' żvilupp rurali approvati skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 qabel l-1 ta' Jannar 2022.

Emenda 711

Proposta għal regolament

Artikolu 140 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar  2021 .

Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar  2022 .

Emenda 712

Proposta għal regolament

Artikolu 140 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta' talba li jibdew qabel l-1 ta' Jannar  2021 .

Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta' talba li jibdew qabel l-1 ta' Jannar  2022 .

Emenda 713

Proposta għal regolament

Artikolu 140 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif ukoll l-Anness I ta' dak ir-Regolament fejn rilevanti għall-Kroazja, għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru  2021 .

L-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif ukoll l-Anness I ta' dak ir-Regolament fejn rilevanti għall-Kroazja, għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru  2022 .

Emenda 714

Proposta għal regolament

Artikolu 141 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'miżuri li jipproteġu kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji sal-limitu meħtieġ għat-tranżizzjoni mill-arranġementi previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli tranżizzjonali għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jista' jiġi integrat fl-appoġġ previst skont dan ir-Regolament, inkluż għal assistenza teknika u għall-evalwazzjonijiet ex post.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 138 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'miżuri li jipproteġu kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji sal-limitu meħtieġ għat-tranżizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli tranżizzjonali għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 , ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista' jiġi integrat fl-appoġġ previst skont dan ir-Regolament, inkluż għal assistenza teknika u għall-evalwazzjonijiet ex post.

Emenda 715

Proposta għal regolament

Artikolu 141a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 141a

Rapporti

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, rapport dwar l-impatt li l-PAK kellha fuq ir-reġjuni insulari minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 135. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emenda tal-pjanijiet strateġiċi biex iqisu l-karatteristiċi partikolari ta' dawk l-oqsma u biex itejbu r-riżultati mistennija f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Emenda 1154

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

ANNESS I

INDIKATURI TAL-IMPATT, TAR-RIŻULTAT U TAL-OUTPUT SKONT L-ARTIKOLU 7

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika (pluriennali) – IMPATT

Rieżami tal-prestazzjoni annwali – RIŻULTAT*

 

Approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali – OUTPUT

Objettivi u l-indikaturi tal-impatt rispettivi tagħhom.*

 

 

It-tipi ġenerali tal-interventi tagħhom u l-indikaturi tal-output tagħhom.*


Objettiv trasversali tal-UE: Modernizzazzjoni

Indikatur

Indikaturi tar-riżultati

(abbażi biss tal-interventi appoġġati mill-PAK)

 

Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS)

Indikaturi tal-output

It-tkattir tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom

I.1

Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem mill-baġit tal-PAK għall-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni

R.1

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta' għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi.

 

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-għarfien u l-innovazzjoni fil-qasam agrikolu (EIP)**

O.1

Għadd ta' gruppi operattivi tal-EIP

 

R.2

Kollegament tas-sistemi tal-pariri u tal-għarfien: għadd ta' konsulenti integrati fl-AKIS (imqabbel mal-għadd totali ta' bdiewa)

 

 

O.2

Għadd ta' konsulenti li jistabbilixxu jew jipparteċipaw fi gruppi operattivi tal-EIP

 

 

R.3

Id-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Is-sehem ta' bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola ta' preċiżjoni permezz tal-PAK

 

 

 


Objettivi speċifiċi tal-UE

Indikaturi tal-impatt

Indikaturi tar-riżultati

(abbażi biss tal-interventi appoġġati mill-PAK)

 

Tip ġenerali tal-intervent

Indikaturi tal-output (għal kull intervent)

L-appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel

I.2

Tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu meta mqabbel mal-ekonomija ġenerali

R.4

Kollegament tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba: Is-sehem tal-erja agrikola użata kopert mill-appoġġ għall-introjtu u soġġett għal kundizzjonalità

 

Appoġġ tal-PAK

O.3

Għadd ta' benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK

I.3

Tnaqqis tal-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli: Evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu

R.5

Ġestjoni tar-Riskju: Is-sehem tal-azjendi agrikoli b'għodod għall-ġestjoni tar-riskju tal-PAK

 

Appoġġ dirett diżakkoppjat

O.4

Għadd ta' ettari għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

I.4

Appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli: L-evoluzzjoni tal-livell tal-introjtu agrikolu skont is-settur (meta mqabbel mal-medja fl-agrikoltura)

R.6

Ridistribuzzjoni lill-azjendi agrikoli iżgħar: Appoġġ addizzjonali b'perċentwal għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (imqabbla mal-medja)

 

 

O.5

Għadd ta' benefiċjarji għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

I.5

Kontribut għall-bilanċ territorjali: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu f'żoni b'restrizzjonijiet naturali (imqabbel mal-medja)

R.7

Tisħiħ tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli f'żoni bi ħtiġijiet speċifiċi: Perċentwal tal-appoġġ addizzjonali għal kull ettaru f'żoni bi ħtiġijiet akbar (imqabbla mal-medja)

 

 

O.6

L-għadd ta' ettari soġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

 

 

 

 

O.7

L-għadd ta' benefiċjarji soġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

Tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq u żieda fil-kompetittività inkluż permezz ta' aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni

I.6

Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli: Produttività totali tal-fatturi

R.8

Immirar tal-azjendi agrikoli f'setturi fid-diffikultà: Is-sehem ta' bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għat-titjib tal-kompetittività, tas-sostenibbiltà jew tal-kwalità

 

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

O.8

Għadd ta' bdiewa koperti minn strumenti appoġġati għall-ġestjoni tar-riskju

I.7

Sfruttament tal-potenzjal tal-kummerċ agroalimentari: L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kummerċ agroalimentari

R.9

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta' investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

 

Appoġġ akkoppjat

O.9

L-għadd ta' ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur

I.8

Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur: Il-valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari

R.10

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Is-sehem tal-bdiewa li jipparteċipaw fi Gruppi tal-Produtturi, Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità

 

O.10

L-għadd ta' ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

 

R.11

Konċentrazzjoni tal-provvista: Is-sehem tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata minn Organizzazzjonijiet tal-Produtturi bi programmi operattivi

 

Pagamenti għal restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn tar-reġjun

O.11

L-għadd ta' ettari li jirċievu pagament supplimentari ta' żona b'restrizzjonijiet naturali (3 kategoriji)

Kontribut għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-enerġija sostenibbli

I.9

Titjib tar-reżiljenza tal-azjendi agrikoli: Indiċi

R.12

Adattament għat-tibdil fil-klima: Is-sehem ta' art agrikola b'impenji biex jittejjeb l-adattament għall-klima

 

O.12

L-għadd ta' ettari li jirċievu appoġġ taħt Natura 2000 jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

I.10

Kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: Tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-agrikoltura

I.11

Titjib tas-sekwestru tal-karbonju: Żieda fil-karbonju organiku fil-ħamrija

I.12

Żieda tal-enerġija sostenibbli fl-agrikoltura: Produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

R.13

Tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-bhejjem: Is-sehem ta' unitajiet ta' bhejjem li għandhom appoġġ biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u/jew l-ammonijaka, inkluż il-ġestjoni tad-demel

R.14

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b'impenji biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżomm u/jew ittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, art agrikola fit-torbiera, fil-foresti, eċċ)

R.15

Enerġija ekoloġika mill-agrikoltura u l-forestrija: Investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż dik b'bażi bijoloġika (MW)

R.16

Titjib tal-effiċjenza fl-enerġija: L-iffrankar enerġetiku fl-agrikoltura

R 17

Art afforestata: L-erja appoġġata għall-afforestazzjoni u l-ħolqien ta' msaġar, inkluż l-agroforestrija

 

Pagamenti għall-impenji tal-ġestjoni (ambjent-klima, riżorsi ġenetiċi, benessri tal-annimali)

O.13

L-għadd ta' ettari (agrikoli) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

Trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma , il-ħamrija u l-arja

I.13

Tnaqqis tal-erożjoni tal-ħamrija: Perċentwal ta' art b'erożjoni moderata u gravi fuq l-art agrikola

R.18

Titjib tal-ħamrija: Is-sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni b'benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija

 

 

O.14

L-għadd ta' ettari (forestrija) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

I.14

Titjib tal-kwalità tal-arja: Tnaqqis tal-emissjoni tal-ammonijaka mill-agrikoltura

R.19

Titjib tal-kwalità tal-arja: Is-sehem ta' art agrikola b'impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka

 

 

O.15

L-għadd ta' ettari b'appoġġ għall-biedja organika

I.15

Titjib tal-kwalità tal-ilma: Il-bilanċ tan-nutrijenti gross fuq l-art agrikola

R.20

Protezzjoni tal-kwalità tal-ilma: Is-sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni għall-kwalità tal-ilma

 

 

O.16

L-għadd ta' unitajiet ta' bhejjem koperti b'appoġġ għal miżuri tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa jew ta' bijosigurtà ikbar

1.16

Tnaqqis tat-tnixxija tan-nutrijenti: In-nitrati fl-ilma ta' taħt l-art – Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta' taħt l-art b'konċentrazzjoni ta' nitroġenu ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva dwar in-Nitrati

R.21

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Is-sehem ta' art agrikola b'impenji biex ittejjeb il-ġestjoni tan-nutrijenti

 

 

O.17

L-għadd ta' proġetti li jappoġġaw ir-riżorsi ġenetiċi

I.17

Tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma: L-Indiċi Aġġornat tal-Konsum tal-Ilma (Water Exploitation Index Plus, WEI+)

R.22

Użu sostenibbli tal-ilma: Is-sehem ta' art irrigata b'impenji biex jittejjeb il-bilanċ tal-ilma

 

Investimenti

O.18

Għadd ta' investimenti produttivi fl-azjendi agrikoli appoġġati

 

R.23

Prestazzjoni marbuta mal-ambjent/il-klima permezz ta' investiment: Is-sehem ta' bdiewa b'appoġġ f'investimenti relatati mal-kura tal-ambjent jew tal-klima

 

 

O.19

Għadd ta' infrastrutturi lokali appoġġati

 

R.24

Prestazzjoni ambjentali/klimatika permezz tal-għarfien: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri/taħriġ marbuta mal-prestazzjoni ambjentali/klimatika

 

 

O.20

Għadd ta' investimenti mhux produttivi appoġġati

O.21

Għadd ta' investimenti produttivi mhux fl-azjendi agrikoli

Kontribut għall-protezzjoni tal-bijodiversità, tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u preservazzjoni tal-ħabitats u l-pajsaġġi

I.18

Żieda fil-popolazzjonijiet tal-għasafar tar-raba' agrikola: L-indiċi tal-għasafar tal-art agrikola

R.25

Appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti: Is-sehem tal-art forestali b'impenji ta' ġestjoni għall-appoġġ tal-ħarsien u l-ġestjoni tal-foresti.

 

Għotjiet għall-installazzjoni

O.22

Għadd ta' bdiewa li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

I.19

Titjib tal-protezzjoni tal-bijodiversità: Il-perċentwali ta' speċijiet u ħabitats ta' interess Komunitarju marbuta mal-agrikoltura b'xejra stabbli jew pożittiva

R.26

Protezzjoni tal-ekosistemi forestali: Is-sehem tal-art forestali b'impenji ta' ġestjoni għall-appoġġ tal-pajsaġġ, tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema.

 

 

O.23

Għadd ta' imprendituri rurali li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

I.20

Titjib fil-provvediment tas-servizzi tal-ekosistema: sehem ta' erja agrikola użata koperta b'karatteristiċi tal-pajsaġġ

R.27

Preservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet: Sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni li jappoġġaw il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità

 

Kooperazzjoni

O.24

Għadd ta' gruppi/organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati

O.25

Għadd ta' bdiewa li jirċievu appoġġ biex jipparteċipaw fl-iskemi tal-kwalità tal-UE

 

R.28

Appoġġ ta' Natura 2000: Erja fis-siti tan-Natura 2000 b'impenji għall-protezzjoni, il-manutenzjoni u r-restawr

 

 

O.26

Għadd ta' proġetti ta' tiġdid ġenerazzjonali (bdiewa żgħażagħ/mhux żgħażagħ)

 

R.29

Preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: Sehem ta' art agrikola b'impenji għall-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż ir-ringieli ta' sġajriet

 

 

O.27

Għadd ta' strateġiji lokali ta' żvilupp (LEADER)

 

 

 

 

 

O.28

Għadd ta' gruppi oħrajn ta' kooperazzjoni (minbarra l-EIP rrappurtati taħt O.1)

Jiġu attirati l-bdiewa żgħażagħ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali

1.21

Attrazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ: Evoluzzjoni tal-għadd ta' bdiewa ġodda

R.30

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta' bdiewa żgħażagħ li qed jistabbilixxu azjenda agrikola b'appoġġ mill-PAK

 

Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni

O.29

Għadd ta' bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

Promozzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir, l-inklużjoni soċjali u  l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli

I.22

Kontribut għall-impjiegi fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tar-rata tal-impjiegi fiż-żoni predominantement rurali

R.31

It-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni rurali: Impjiegi ġodda fi proġetti appoġġati

 

 

O.30

Għadd ta' persuni li mhumiex bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

I.23

Kontribut għat-tkabbir fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tal-PDG per capita fiż-żoni predominantement rurali

R.32

Żvilupp tal-bijoekonomija rurali: L-għadd ta' negozji tal-bijoekonomija żviluppati bl-appoġġ

 

Indikaturi orizzontali

O.31

L-għadd ta' ettari bi prattiki ambjentali (l-indikatur ta’ sinteżi fl-erja fiżika koperta bil-kundizzjonalità, l-ELS, l-AECM, miżuri tal-forestrija, il-biedja organika)

1.24

PAK iktar ġusta: Titjib tad-distribuzzjoni tal-appoġġ tal-PAK

R.33

Diġitalizzazzjoni tal-ekonomija rurali: Popolazzjoni rurali koperta minn strateġija appoġġata tal-Irħula Intelliġenti

 

 

O.32

Għadd ta' ettari soġġetti għall-kundizzjonalità (imqassam skont il-prattika GAEP)

I.25

Promozzjoni tal-inklużjoni rurali: Evoluzzjoni tal-indiċi tal-faqar fiż-żoni rurali

R.34

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta' appoġġ tal-PAK

 

Programmi settorjali

O.33

Għadd ta' organizzazzjoni tal-produtturi li waqqfu fond/programm operattiv

 

R.35

Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali: Għadd ta' persuni minn gruppi minoritarji u/jew vulnerabbli li jibbenefikaw minn proġetti appoġġati tal-inklużjoni soċjali

 

 

O.34

Għadd ta' azzjonijiet ta' promozzjoni u informazzjoni, u monitoraġġ tas-suq

Titjib tar-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, kif ukoll il-benessri tal-annimali.

I.26

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi fl-agrikoltura: bejgħ/użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel

R.36

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi: Sehem mill-unitajiet ta' bhejjem ikkonċernati minn azzjonijiet appoġġati biex jiġi limitat l-użu tal-antibijotiċi (prevenzjoni/tnaqqis)

 

 

O.35

Għadd ta' azzjonijiet għall-preservazzjoni/titjib tat-trobbija tan-naħal

I.27

Użu sostenibbli tal-pestiċidi: Tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-pestiċidi**

R.37

Użu sostenibbli tal-pestiċidi: Sehem mill-art agrikola kkonċernata minn azzjonijiet speċifiċi appoġġati li jwasslu għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-pestiċidi

 

 

 

1.28

Risposta għad-domanda tal-konsumaturi għal ikel ta' kwalità: Valur tal-produzzjoni taħt l-iskemi ta' kwalità tal-UE (inkluż l-ikel organiku)

R.38

Titjib tal-benessri tal-annimali: Sehem mill-unitajiet ta' bhejjem kopert minn azzjoni appoġġata għat-titjib tal-benessri tal-annimali

 

 

 

*

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-impatt diġà huma miġbura permezz ta' mezzi oħrajn (l-istatistika Ewropea, JRC, EEA…) u jintużaw fil-qafas ta' leġiżlazzjoni oħra tal-UE jew SDGs. Il-frekwenza tal-ġbir tad-data mhux dejjem hija annwali u jista' jkun hemm dewmien ta' 2/3 snin.

**

Id-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi

*

Indikaturi tar-riżultati. Data notifikata kull sena mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri li stabbilixxew fil-pjanijiet tal-PAK.

 

*

Data nnotifikata kull sena għan-nefqa ddikjarata tagħhom.

**

L-appoġġ lill-Gruppi operattivi taħt l-EIP jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tal-kooperazzjoni.

Emenda

ANNESS I

INDIKATURI TAL-IMPATT, TAR-RIŻULTAT U TAL-OUTPUT SKONT L-ARTIKOLU 7

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika (pluriennali) – IMPATT

Rieżami tal-prestazzjoni annwali – RIŻULTAT*

 

Approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali – OUTPUT

Objettivi u l-indikaturi tal-impatt rispettivi tagħhom.*

 

 

It-tipi ġenerali tal-interventi tagħhom u l-indikaturi tal-output tagħhom.*


Objettiv trasversali tal-UE: Modernizzazzjoni

Indikatur

Indikaturi tar-riżultati

(abbażi biss tal-interventi appoġġati mill-PAK)

 

Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS)

Indikaturi tal-output

Il-modernizzazzjoni tas-settur billi jiġi żgurat li l-bdiewa jkollhom aċċess għar-riċerka, it-taħriġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien u servizzi ta' trasferiment tal-għarfien , tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom

I.1

Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem mill-baġit tal-PAK għall-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni

R.1

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta' għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi sostenibbli .

 

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-għarfien u l-innovazzjoni fil-qasam agrikolu (EIP)**

O.1

Għadd ta' gruppi operattivi tal-EIP

 

R.2

Kollegament tas-sistemi tal-pariri u tal-għarfien: għadd ta' konsulenti integrati fl-AKIS (imqabbel mal-għadd totali ta' bdiewa)

 

 

O.2

Għadd ta' konsulenti li jistabbilixxu jew jipparteċipaw fi gruppi operattivi tal-EIP

 

 

R.3

Id-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Is-sehem ta' bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola ta' preċiżjoni u intelliġenti permezz tal-PAK , li jistgħu jnaqqsu l-użu tal-inputs, itejbu s-sostenibbiltà u l-prestazzjoni ambjentali

 

 

 


Objettivi speċifiċi tal-UE

Indikaturi tal-impatt

Indikaturi tar-riżultati

(abbażi biss tal-interventi appoġġati mill-PAK)

 

Tip ġenerali tal-intervent

Indikaturi tal-output (għal kull intervent)

L-appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel fit-tul u d-diversità agrikola, filwaqt li jiġi pprovdut ikel ta' kwalità għolja bi prezzijiet ġusti bl-għan li t-telf tal-bdiewa jitreġġa' lura u li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni

I.2

Tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu meta mqabbel mal-ekonomija ġenerali

R.4

Kollegament tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba: Is-sehem tal-erja agrikola użata kopert mill-appoġġ għall-introjtu u soġġett għal kundizzjonalità

 

Appoġġ tal-PAK

O.3

Għadd ta' benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK , inkluż tqassim skont it-tip ta' intervent

I.3

Tnaqqis tal-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli: Evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu

R.5

Ġestjoni tar-Riskju: Is-sehem tal-azjendi agrikoli b'għodod għall-ġestjoni tar-riskju tal-PAK

 

Appoġġ dirett diżakkoppjat

O.4

Għadd ta' ettari għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

I.4

Appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli: L-evoluzzjoni tal-livell tal-introjtu agrikolu skont is-settur (meta mqabbel mal-medja fl-agrikoltura)

R.6

Ridistribuzzjoni lill-azjendi agrikoli iżgħar: Appoġġ addizzjonali b'perċentwal għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (imqabbla mal-medja)

 

 

O.5

Għadd ta' benefiċjarji għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

O.5a

Għadd ta' benefiċjarji għall-appoġġ għall-introjtu bażiku

O.6

L-għadd ta' ettari soġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

O.7

L-għadd ta' benefiċjarji soġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

O.7b

Għadd ta' benefiċjarji li jirċievu appoġġ għall-ekoskemi

I.4a

Evitar ta' tnaqqis fil-popolazzjoni agrikola: L-evoluzzjoni tal-għadd ta' bdiewa u ħaddiema agrikoli skont is-setturi meta mqabbel mal-aħħar sena qabel l-applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku;

 

 

 

I.5

Kontribut għall-bilanċ territorjali: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu f'żoni b'restrizzjonijiet naturali (imqabbel mal-medja)

R.7

Tisħiħ tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli f'żoni bi ħtiġijiet speċifiċi: Perċentwal tal-appoġġ addizzjonali għal kull ettaru f'żoni bi ħtiġijiet akbar (imqabbla mal-medja)

 

 

Tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq , fis-swieq lokali, nazzjonali, tal-Unjoni kif ukoll internazzjonali, kif ukoll stabbilizzazzjoni tas-suq, ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet, u żieda fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli fit-tul, tal-kapaċitajiet ta' pproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, b'aktar enfasi fuq id-differenzjazzjoni tal-kwalità, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija , it-trasferiment u l-iskambju tal-għarfien u d-diġitalizzazzjoni , u l-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-bdiewa għad-dinamika tal-ekonomija ċirkolari

I.6

Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli: Produttività totali tal-fatturi

R.8

Immirar tal-azjendi agrikoli f'setturi fid-diffikultà:

Is-sehem ta' bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għat-titjib tal-kompetittività, tas-sostenibbiltà jew tal-kwalità

 

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

O.8

Għadd ta' bdiewa koperti minn strumenti appoġġati għall-ġestjoni tar-riskju

I.7

Sfruttament tal-potenzjal tal-kummerċ agroalimentari: L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kummerċ agroalimentari

R.9

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta' investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

 

Appoġġ akkoppjat

O.9

L-għadd ta' ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

Titjib tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-bdiewa fil-ktajjen tal-valur billi jiġu inkoraġġiti forom assoċjattivi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u negozjati kollettivi, kif ukoll billi jiġu promossi ktajjen tal-provvista qosra

I.8

Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur: Il-valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari

R.10

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Is-sehem tal-bdiewa li jipparteċipaw fi Gruppi tal-Produtturi, Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità

 

 

O.10

L-għadd ta' ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

 

 

 

 

O.10a

L-għadd ta' ettari koperti minn impenji biex jitkabbru għelejjel leguminużi

 

R.11

Konċentrazzjoni tal-provvista: Is-sehem tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata minn Organizzazzjonijiet tal-Produtturi bi programmi operattivi

 

Pagamenti għal restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn tar-reġjun

O.11

L-għadd ta' ettari li jirċievu pagament supplimentari ta' żona b'restrizzjonijiet naturali (3 kategoriji)

Kontribut għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, billi jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra, anki permezz tat-tisħiħ tal-bjar tal-karbonju u tas-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju fis-settur agrikolu u alimentari, kif ukoll billi tiġi inkorporata l-enerġija sostenibbli , filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli u l-protezzjoni tal-foresti, bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi

I.9

Titjib tar-reżiljenza tal-azjendi agrikoli: Indiċi

R.12

Adattament għat-tibdil fil-klima: Is-sehem ta' art agrikola b'impenji biex jittejjeb l-adattament għall-klima

R.12a

Titjib tar-reżiljenza b'diversità ġenetika msaħħa: is-sehem ta' art agrikola appoġġata għal prattiki u għażliet li huma ta' benefiċċju għad-diversità ġenetika

 

 

O.12

L-għadd ta' ettari li jirċievu appoġġ taħt Natura 2000 jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

 

 

 

I.10

Kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: Tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-agrikoltura

I.11

Titjib tas-sekwestru tal-karbonju: Żieda fil-karbonju organiku fil-ħamrija

I.12

Garanzija tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija sostenibbli fl-agrikoltura: Produzzjoni u użu ta' enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija , li juru assorbiment nett tal-karbonju u iffrankar nett fuq il-gassijiet b'effett ta' serra mingħajr bdil fl-użu tal-art

R.13

Tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-bhejjem: Is-sehem ta' unitajiet ta' bhejjem li għandhom appoġġ biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u/jew l-ammonijaka, inkluż il-ġestjoni tan-nutrijenti

R.14

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art b'impenji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, jinżamm u/jew jittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, għelejjel permanenti b'kopertura ħadra permanenti, art agrikola fl-art mistagħdra u fit-torbiera, fil-foresti, eċċ)

R.15

Enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija: Investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż dik b'bażi bijoloġika (MW)

R.16

Titjib tal-effiċjenza fl-enerġija: L-iffrankar enerġetiku fl-agrikoltura

R 17

Art afforestata: L-erja appoġġata għall-afforestazzjoni , ir-restawr u l-ħolqien ta' msaġar permanenti , inkluż l-agrosilvikultura

 

Pagamenti għall-impenji tal-ġestjoni (ambjent-klima, riżorsi ġenetiċi, benessri tal-annimali)

O.13

L-għadd ta' ettari (agrikoli) u l-għadd ta' unitajiet oħra koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji , inkluża ekoskema

 

 

 

 

 

O.13a

L-għadd ta' ettari koperti mill-impenji f'art b'Valur Naturali Għoli

Trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali u kontribut għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ilma , il-ħamrija u l-arja , anki permezz tal-użu sostenibbli u mnaqqas tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tal-fertilizzanti u tal-antibijotiċi

I.13

Tnaqqis tal-erożjoni tal-ħamrija u żieda tar-reżiljenza kontra kundizzjonijiet estremi tat-temp : Perċentwal ta' art b'erożjoni moderata u gravi fuq l-art agrikola

R.18

Titjib u protezzjoni tal-ħamrija biex tiżdied ir-reżiljenza tagħha : Is-sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni b'benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija biex jittejbu l-kwalità tal-ħamrija u l-abbundanza tal-bijota tal-ħamrija

 

 

O.14

L-għadd ta' ettari (forestrija) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

 

 

 

 

O.14a

L-għadd ta' ettari koperti minn impenji għall-appoġġ tal-Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' ħsara

I.13a

Bini tal-ħamrija tal-wiċċ u żieda tal-kapaċità għaż-żamma tal-ilma u tan-nutrijenti: perċentwal ta' materja organika xierqa fil-ħamrija tal-wiċċ

R.18a

Żvilupp ta' agrikoltura organika: sehem akbar ta' art agrikola u tal-għadd ta' azjendi agrikoli taħt pagamenti għal a) konverżjoni għal prattiki tal-biedja organika; jew b) żamma ta' prattiki agrikoli organiċi*a

*a

Għandhom jiġu pprovduti settijiet ta'data separati fir-rigward tal-punti (a) u (b)

 

 

 

I.14

Titjib tal-kwalità tal-arja: Tnaqqis tal-emissjoni tal-ammonijaka mill-agrikoltura

R.19

Titjib tal-kwalità tal-arja: Is-sehem ta' art agrikola b'impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka , f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-ANNESS XI

 

 

 

I.15

Titjib tal-kwalità tal-ilma: Il-bilanċ tan-nutrijenti gross fuq l-art agrikola

R.20

Protezzjoni tal-kwalità tal-ilma: Is-sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni għall-kwalità tal-ilma għat-titjib tal-istatus tal-korpi tal-ilma

 

 

O.15

L-għadd ta' ettari b'appoġġ għall-biedja organika

 

R.21

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Is-sehem ta' art agrikola b'impenji biex ittejjeb il-ġestjoni tan-nutrijenti

 

 

O.16

L-għadd ta' unitajiet ta' bhejjem koperti b'appoġġ għal miżuri tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa jew ta' bijosigurtà ikbar

 

I.16

Tnaqqis tat-tnixxija tan-nutrijenti: In-nitrati fl-ilma ta' taħt l-art – Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta' taħt l-art b'konċentrazzjoni ta' nitroġenu ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva dwar in-Nitrati

R.22

Użu sostenibbli tal-ilma: Is-sehem ta' art irrigata b'impenji biex jittejjeb il-bilanċ tal-ilma , inklużi miżuri biex jitnaqqsu l-erożjoni tal-ħamrija, il-kejl tal-ilma u biex tiżdied il-kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija, previsti fid-Direttiva 2000/60/KE

 

 

O.17

L-għadd ta' proġetti u bdiewa li jappoġġaw ir-riżorsi ġenetiċi u d-diversità ġenetika, inkluż tqassim skont is-setturi

 

I.17

Tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma: L-Indiċi Aġġornat tal-Konsum tal-Ilma (Water Exploitation Index Plus, WEI+)

R.23

Prestazzjoni marbuta mal-ambjent/il-klima permezz ta' investiment: Is-sehem ta' bdiewa b'appoġġ f'investimenti produttivi u mhux produttivi relatati mal-kura tal-ambjent jew tal-klima

 

Investimenti

O.18

Għadd ta' investimenti produttivi fl-azjendi agrikoli appoġġati

 

I.17a

Tnaqqis tat-tnixxija tal-pestiċidi fl-ilma ta' taħt l-art u fl-ilmijiet tal-wiċċ: perċentwal ta' korpi ta' ilma ta' taħt l-art li l-istatus tagħhom mhuwiex tajjeb u perċentwal ta' korpi ta' ilma tal-wiċċ fejn jinqabżu l-istandards ta' kwalità ambjentali stipulati fid-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jew mill-Istati Membri rigward il-pestiċidi użati fl-agrikoltura li huma sustanzi prijoritarji

1a

Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

 

 

 

O.19

Għadd ta' infrastrutturi lokali appoġġati

 

 

 

 

 

O.20

Għadd ta' investimenti mhux produttivi appoġġati

O.21

Għadd ta' investimenti produttivi mhux fl-azjendi agrikoli

 

 

R.24

Prestazzjoni ambjentali/klimatika permezz tal-għarfien u pariri dwar il-kontroll naturali tal-organiżmi ta' ħsara : Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri/taħriġ marbuta mal-prestazzjoni ambjentali/klimatika , inklużi pariri indipendenti minn ħarrieġa ċertifikati dwar l-IPM, is-sistemi b'input baxx u t-tekniki alternattivi għall-inputs kimiċi, kif ukoll l-adozzjoni tagħhom

 

 

 

 

 

R.24a

Tnaqqis tat-tnixxija tal-pestiċidi: Is-sehem tal-art agrikola kkonċernata b'azzjonijiet speċifiċi appoġġati li rriżultaw fit-tnaqqis tat-tnixxija tal-pestiċidi fl-ilma ta' taħt l-art jew fl-ilmijiet tal-wiċċ

 

 

 

 

 

R.24b

Protezzjoni tal-ħamrija permezz tan-newba tal-għelejjel: Is-sehem ta' raba' li tinħadem b'impenji li jappoġġaw in-newba tal-għelejjel, inklużi l-impenji għall-għelejjel leguminużi

 

 

 

Tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema , u kontribut biex jitwaqqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, anki billi jiġu protetti l-flora, il-fawna u l-ispeċijiet dakkara ta' benefiċċju, jingħata appoġġ lill-agrobijodiversità, lill-konservazzjoni tan-natura u lill-agroforestrija, kif ukoll kontribut għal reżiljenza naturali akbar, restawr u preservazzjoni tad-diversi tipi tal-ħamrija, il-korpi tal-ilma, il-ħabitats u l-pajsaġġi , u sostenn lis-sistemi tal-biedja b'Valur Naturali Għoli (HNV)

I.18

Żieda fil-popolazzjonijiet tal-għasafar tar-raba' agrikola: L-indiċi tal-għasafar tal-art agrikola

R.25

Appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti: Is-sehem tal-art forestali b'impenji ta' ġestjoni għall-appoġġ tal-ħarsien u l-ġestjoni tal-foresti.

 

Għotjiet għall-installazzjoni

O.22

Għadd ta' bdiewa żgħażagħ li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

O.22a

Għadd ta' bdiewa ġodda li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

O.23

Għadd ta' imprendituri rurali li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

I.19

Titjib tal-protezzjoni tal-bijodiversità: Il-perċentwali ta' speċijiet u ħabitats ta' interess Komunitarju marbuta mal-agrikoltura b'xejra stabbli jew pożittiva

R.26

Protezzjoni tal-ekosistemi forestali: Is-sehem tal-art forestali b'impenji ta' ġestjoni għall-appoġġ tal-pajsaġġ, tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema.

 

 

I.19a

Treġġigħ lura tat-tnaqqis tad-dakkara: Indikatur tad-Dakkara*a

 

 

 

I.20

Titjib fil-provvediment tas-servizzi tal-ekosistema: sehem ta' art agrikola koperta b'karatteristiċi tal-pajsaġġ

R.27

Preservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet: Sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni li jappoġġaw il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità , inkluża l-art agrikola HNV

 

Kooperazzjoni

O.24

Għadd ta' gruppi/organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati

O.25

Għadd ta' bdiewa li jirċievu appoġġ biex jipparteċipaw fl-iskemi tal-kwalità tal-UE

I.20a

Żieda fl-agrobijodiversità fis-sistema ta' biedja: diversità fl-għelejjel

 

 

 

 

 

O.26

Għadd ta' proġetti ta' tiġdid ġenerazzjonali (bdiewa żgħażagħ/mhux żgħażagħ)

 

 

R.28

Appoġġ ta' Natura 2000: Erja fis-siti tan-Natura 2000 b'impenji għall-protezzjoni, il-manutenzjoni u r-restawr

 

O.27

Għadd ta' strateġiji lokali ta' żvilupp (LEADER)

 

 

R.28a

Titjib tal-agrobijodiversità: Sehem ta' artijiet b'impenji li huma ta' benefiċċju għall-agrobijodiversità, imqassma skont it-tip ta' interventi

 

O.28

Għadd ta' gruppi oħrajn ta' kooperazzjoni (minbarra l-EIP rrappurtati taħt O.1)

 

 

R.29

Preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: Sehem ta' art agrikola b'impenji għall-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż ir-ringieli ta' sġajriet , siġar u veġetazzjoni seminaturali

 

 

 

 

R.29a

Preservazzjoni tad-doqqajs: Għadd ta' benefiċjarji għall-appoġġ għat-trobbija tan-naħal

 

 

 

 

R.29b

Trawwim ta' biedja b'valur naturali għoli: Sehem ta'art agrikola b'impenji ta' ġestjoni biex jiġi ġġenerat valur naturali għoli

 

 

 

Jiġu attirati u appoġġati l-bdiewa żgħażagħ , il-bdiewa ġodda, u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur agrikolu, b'mod partikolari fiż-żoni l-aktar depopolati u fiż-żoni b'limitazzjonijiet naturali; jiġu ffaċilitati t-taħriġ u l-esperjenza fl-Unjoni kollha, l-iżvilupp tan-negozju sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali

I.21

Attrazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ , bdiewa ġodda u faċilitazzjoni tal-iżvilupp tan-negozju : Evoluzzjoni tal-għadd ta' bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda , inkluż tqassim skont il-ġeneru, u l-għadd ta' SMEs fiż-żoni rurali

R.30

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta' bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda li qed jistabbilixxu azjenda agrikola b'appoġġ mill-PAK , inkluż tqassim skont il-ġeneru

 

Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni

O.29

Għadd ta' bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali fiż-żoni rurali inkluż permezz tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment, l-inklużjoni soċjali , il-ġlieda kontra l-faqar rurali permezz tal-iżvilupp lokali , inklużi servizzi lokali ta' kwalità għolja għall-komunitajiet rurali, b'enfasi partikolari fuq żoni b'restrizzjonijiet naturali; il-promozzjoni ta' kundizzjonijiet tal-ħajja, tax-xogħol u ekonomiċi dinjitużi; id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet u l-introjtu, inkluż l-agrituriżmu, il-bijoekonomija sostenibbli, l-ekonomija ċirkolari, u l-forestrija sostenibbli , filwaqt li tiġi rrispettata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs fiż-żoni rurali permezz ta' miżuri speċifiċi ta' appoġġ, u r-rikonoxximent tal-ħidma tan-nisa fl-agrikoltura, fl-artiġjanat, fit-turiżmu u fis-servizzi lokali

I.22

Kontribut għall-impjiegi fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tar-rata ta' impjieg f'żoni predominantement rurali , inkluż tqassim skont il-ġeneru

R.31

It-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni rurali: Impjiegi ġodda fi proġetti appoġġati , inkluż tqassim skont il-ġeneru

 

 

O.30

Għadd ta' persuni li mhumiex bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

I.23

Kontribut għat-tkabbir fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tal-PDG per capita fiż-żoni predominantement rurali

R.32

Żvilupp tal-bijoekonomija rurali: L-għadd ta' negozji tal-bijoekonomija żviluppati bl-appoġġ

 

Indikaturi orizzontali

O.31

L-għadd ta' ettari bi prattiki ambjentali (l-indikatur ta’ sinteżi fl-erja fiżika koperta bil-kundizzjonalità, l-ELS, l-AECM, miżuri tal-forestrija, il-biedja organika)

I.24

PAK iktar ġusta: Titjib tad-distribuzzjoni tal-appoġġ tal-PAK

R.33

Diġitalizzazzjoni tal-ekonomija rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali koperta minn diġitalizzazzjoni tal-biedja appoġġata u sehem taż-żoni rurali koperti minn strateġija appoġġata tal-Irħula Intelliġenti

 

 

O.32

Għadd ta' ettari soġġetti għall-kundizzjonalità (imqassam skont il-prattika GAEP)

I.25

Promozzjoni tal-inklużjoni rurali: Evoluzzjoni tal-indiċi tal-faqar f'żoni rurali , inkluż tqassim skont il-ġeneru

 

R.34

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta' appoġġ tal-PAK

 

Programmi settorjali

O.33

Għadd ta' organizzazzjoni tal-produtturi li waqqfu fond/programm operattiv

 

R.35

Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali: Għadd ta' persuni minn gruppi minoritarji u/jew vulnerabbli li jibbenefikaw minn proġetti appoġġati tal-inklużjoni soċjali

 

 

O.34

Għadd ta' azzjonijiet ta' promozzjoni u informazzjoni, u monitoraġġ tas-suq

Titjib tar-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv , ta' kwalità għolja u sostenibbli, l-agrikoltura organika, il-ħela tal-ikel, kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-titjib tas-saħħa u l-benessri tal-annimali , kif ukoll iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni soċjali tal-importanza taż-żoni agrikoli u rurali filwaqt li jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli

I.26

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi u użu mhux xieraq tal-prodotti mediċinali veterinarji fl-agrikoltura: bejgħ/użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel

R.36

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi: Sehem mill-unitajiet ta' bhejjem ikkonċernati minn azzjonijiet appoġġati biex jiġi limitat l-użu tal-antibijotiċi (prevenzjoni/tnaqqis)

 

 

O.35

Għadd ta' azzjonijiet għall-preservazzjoni/titjib tat-trobbija tan-naħal

I.27

Użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi: Tnaqqis tar-riskji , l-użu u l-impatti tal-pestiċidi**

R.37

Użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi: Sehem mill-art agrikola kkonċernata minn azzjonijiet speċifiċi appoġġati li jwasslu għall-użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-pestiċidi

 

 

 

I.28

Risposta għad-domanda tal-konsumaturi għal ikel ta' kwalità: Valur tal-produzzjoni taħt l-iskemi ta' kwalità tal-UE (inkluż l-ikel organiku)

R.38

Titjib tal-benessri tal-annimali: Sehem mill-unitajiet ta' bhejjem kopert minn azzjoni appoġġata għat-titjib tal-benessri tal-annimali

 

 

 

*

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-impatt diġà huma miġbura permezz ta' mezzi oħrajn (l-istatistika Ewropea, JRC, EEA…) u jintużaw fil-qafas ta' leġiżlazzjoni oħra tal-UE jew SDGs. Il-frekwenza tal-ġbir tad-data mhux dejjem hija annwali u jista' jkun hemm dewmien ta' 2/3 snin.

*a

L-indiċi tad-dakkara se jiġi implimentat wara li l-metodoloġija tagħhom tiġi stabbilita mill-Kummissjoni

**

Id-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi

*

Indikaturi tar-riżultati. Data notifikata kull sena mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri li stabbilixxew fil-pjanijiet tal-PAK.

 

*

Data nnotifikata kull sena għan-nefqa ddikjarata tagħhom.

**

L-appoġġ lill-Gruppi operattivi taħt l-EIP jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tal-kooperazzjoni.

Emenda 1141

Proposta għal regolament

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

ANNESS III

REGOLI DWAR IL-KUNDIZZJONALITÀ SKONT L-ARTIKOLU 11

RSĠ: Rekwiżit Statutorju ta' Ġestjoni

KAAT: Standards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art

Żoni

Kwistjoni Ewlenija

Rekwiżiti u standards

Objettiv ewlieni tal-istandard

Il-klima u l-ambjent

It-tibdil fil-klima

(it-tnaqqis tiegħu u l-adattament għalih)

KAAT 1

Il-manutenzjoni ta' bwar permanenti abbażi ta' proporzjon ta' bwar permanenti maż-żona agrikola

Miżura ta' salvagwardja kontra l-konverżjoni għal użi agrikoli oħra biex tiġi ppreservata l-ħażna tal-karbonju

KAAT 2

Il-protezzjoni xierqa tal-art mistagħdra u tat-torbiera

Il-protezzjoni tal-ħamrija b'livell għoli ta' karbonju

KAAT 3

Projbizzjoni fuq il-ħruq tal-qasbija fir-raba' tal-ħrit, ħlief għal raġunijiet fitosanitarji

Il-manutenzjoni tal-materja organika fil-ħamrija

L-ilma

RSĠ 1

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma:

l-Artikolu 11(3)(e) u l-Artikolu 11(3)(h) rigward ir-rekwiżiti obbligatorji għall-kontroll tas-sorsi diffużi tat-tniġġis bil-fosfati

 

RSĠ 2

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1):

l-Artikoli 4 u 5

 

KAAT 4

Stabbiliment ta' biċċiet art ta' lqugħ matul il-mogħdijiet tal-ilma (2)

Il-protezzjoni tal-mogħdijiet tax-xmajjar mit-tniġġis u mit-tnixxijiet

KAAT 5

L-użu tal-Għodda tas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti  (3)

Il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti

Il-ħamrija

(protezzjoni u kwalità)

KAAT 6

Il-ġestjoni tal-ħdim tar-raba' li tnaqqas ir-riskju tad-degradazzjoni tal-ħamrija, inkluż il-kunsiderazzjoni tal-inklinazzjoni

Ġestjoni minima ta' artijiet li tirrifletti l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-siti biex tiġi limitata l-erożjoni

KAAT 7

L-ebda ħamrija għerja fil-biċċa l-kbira tal-perjodu(i) sensittiv(i)

Il-protezzjoni tal-ħamrija fix-xitwa

KAAT 8

In-newba tal-għelejjel

Il-preservazzjoni tal-potenzjal tal-ħamrija

Il-bijodiversità u l-pajsaġġ

(protezzjoni u kwalità)

RSĠ 3

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2)(b), l-Artikolu 4(1), (2) u (4)

 

RSĠ 4

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)

l-Artikolu 6(1) u (2)

 

KAAT 9

Is-sehem minimu miż-żona agrikola ddedikata għal karatteristiċi jew żoni mhux produttivi

Iż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġi

Projbizzjoni fuq il-qtugħ tal-isġajriet u tas-siġar waqt l-istaġun tat-tgħammir u tat-trobbija tal-frieħ tal-għasafar

Bħala opzjoni, miżuri biex jiġu evitati speċijiet ta' pjanti invażivi

Il-manutenzjoni tal-karatteristiċi u tal-erja mhux produttivi biex titjieb il-bijodiversità fl-azjenda agrikola.

KAAT 10

Projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit tal-bwar permanenti f'siti ta' Natura 2000

Il-protezzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet

Is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti

Sikurezza tal-ikel

RSĠ 5

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1) (4) u l-Artikoli 18, 19 u 20

 

RSĠ 6

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta' beta-agonists, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3)

l-Artikolu 3(a), (b), (d) u (e) u l-Artikoli 4, 5 u 7

 

L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali

RSĠ 7

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31):

l-Artikoli 3, 4 u 5

 

RSĠ 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1):

l-Artikoli 4 u 7

 

RSĠ 9

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8):

l-Artikoli 3 , 4 u 5

 

Il-mard tal-annimali

RSĠ 10

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

l-Artikoli 7, 11, 12, 13 u 15

 

RSĠ 11

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1)

l-Artikolu 18(1), limitat għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vexxikulari tal-ħnieżer u l-marda tal-ilsien blu.

 

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

RSĠ 12

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1):

l-Artikolu 55, l-ewwel u t-tieni sentenza

 

RSĠ 13

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71):

l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 8(1) sa (5)

L-Artikolu 12 fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-pestiċidi fiż-żoni protetti definiti fuq il-bażi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u l-leġiżlazzjoni tan-Natura 2000.

L-Artikolu 13(1) u (3) dwar l-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u ir-rimi tal-fdalijiet.

 

Benessri tal-annimali

Benessri tal-annimali

RSĠ 14

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7):

l-Artikoli 3 u 4

 

RSĠ 15

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5):

L-Artikolu 3 u l-Artikolu 4

 

RSĠ 16

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23):

Artikolu  4

 

Emenda

ANNESS III

REGOLI DWAR IL-KUNDIZZJONALITÀ SKONT L-ARTIKOLU 11

RSĠ: Rekwiżit Statutorju ta' Ġestjoni

KAAT: Standards għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art

Żoni

Kwistjoni Ewlenija

Rekwiżiti u standards

Objettiv ewlieni tal-istandard

Il-klima u l-ambjent

It-tibdil fil-klima

(it-tnaqqis tiegħu u l-adattament għalih)

KAAT 1

Il-manutenzjoni ta' bwar permanenti fil-livell reġjonali jew nazzjonali abbażi ta' proporzjon ta' bwar permanenti maż-żona agrikola meta mqabbel mas-sena ta' referenza 2018 .

Koeffiċjent massimu ta' varjazzjoni ta' 5 % meta mqabbel mas-sena ta' referenza  (5) .

Miżura ta' salvagwardja kontra l-konverżjoni għal użi agrikoli oħra biex tiġi ppreservata l-ħażna tal-karbonju

KAAT 2

Il-protezzjoni effettiva tal-art mistagħdra u  l-manutenzjoni xierqa tat-torbiera

Il-protezzjoni tal-ħamrija b'livell għoli ta' karbonju

KAAT 3

Projbizzjoni fuq il-ħruq tal-qasbija fir-raba' tal-ħrit, ħlief għal raġunijiet fitosanitarji

Il-manutenzjoni tal-materja organika fil-ħamrija

L-ilma

RSĠ 1

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma:

l-Artikolu 11(3)(e) u l-Artikolu 11(3)(h) rigward ir-rekwiżiti obbligatorji għall-kontroll tas-sorsi diffużi tat-tniġġis bil-fosfati

 

RSĠ 2

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1):

l-Artikoli 4 u 5

 

KAAT 4

Stabbiliment ta' biċċiet art ta' lqugħ matul il-mogħdijiet tal-ilma b'wisa' minimu ta' 3 m mingħajr l-użu ta' pestiċidi u fertilizzanti  (6)

Il-protezzjoni tal-mogħdijiet tax-xmajjar, tal-provvisti tal-ilma u tal-ekosistemi mit-tniġġis u mit-tnixxijiet

Il-ħamrija

(protezzjoni u kwalità)

KAAT 6

Il-ġestjoni xierqa tal-ħdim tar-raba' li tnaqqas ir-riskju tad-degradazzjoni u t-telf tal-ħamrija, inkluż il-kunsiderazzjoni tal-inklinazzjoni

Ġestjoni minima ta' artijiet li tirrifletti l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-siti biex tiġi limitata l-erożjoni

KAAT 7

L-ebda ħamrija għerja fl-aktar perjodu/perjodi sensittiv(i) , għajr meta tkun qed tinħadem

Il-protezzjoni fiżika tal-ħamrija kontra l-erożjoni, filwaqt li tinżamm il-bijota tal-ħamrija

KAAT 8

In-newba tal-għelejjel fir-raba' li jinħadem, inkluż għalla leguminuża, għajr għal għelejjel li jikbru taħt l-ilma

Il-preservazzjoni tal-potenzjal tal-ħamrija

Il-bijodiversità u l-pajsaġġ

(protezzjoni u kwalità)

RSĠ 3

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2)(b), l-Artikolu 4(1), (2) u (4)

 

RSĠ 4

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)

l-Artikolu 6(1) u (2)

 

KAAT 9

Is-sehem minimu ta' 5 % karatteristiċi jew żoni mhux produttivi fuq raba' li jinħadem fejn ma jintużawx pestiċidi u fertilizzanti  (7)

Iż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġi

Projbizzjoni fuq il-qtugħ tal-isġajriet u tas-siġar waqt l-istaġun tat-tgħammir u tat-trobbija tal-frieħ tal-għasafar

Bħala opzjoni, miżuri biex jiġu evitati speċijiet ta' pjanti invażivi

Il-manutenzjoni tal-karatteristiċi u tal-erja mhux produttivi biex titjieb il-bijodiversità fl-azjenda agrikola.

KAAT 10

Protezzjoni xierqa tal-bwar permanenti f'siti ta' Natura 2000 skont il-pjan ta' ġestjoni speċifiku għas-sit

Il-protezzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet, l-assorbiment tal-karbonju

Is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti

Sikurezza tal-ikel

RSĠ 5

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1) (8) u l-Artikoli 18, 19 u 20

 

RSĠ 6

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta' beta-agonists, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3):

l-Artikolu 3(a), (b), (d) u (e) u l-Artikoli 4, 5 u 7

 

L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali

RSĠ 7

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31):

Artikolu 3

 

RSĠ 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1):

Artikolu 7

 

RSĠ 9

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8):

l-Artikoli 3 u 5

 

Il-mard tal-annimali

RSĠ 10

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

l-Artikoli 7, 11, 12, 13 u 15

 

RSĠ 11

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1)

l-Artikolu 18(1), limitat għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda vexxikulari tal-ħnieżer u l-marda tal-ilsien blu.

 

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

RSĠ 12

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1):

l-Artikolu 55, l-ewwel u t-tieni sentenza

 

RSĠ 13

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71):

l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 8(1) sa (5)

L-Artikolu 12 fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-pestiċidi fiż-żoni protetti definiti fuq il-bażi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u l-leġiżlazzjoni tan-Natura 2000.

L-Artikolu 13(1) u (3) dwar l-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u ir-rimi tal-fdalijiet.

 

Benessri tal-annimali

Benessri tal-annimali

RSĠ 14

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7):

l-Artikoli 3 u 4

 

RSĠ 15

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5):

l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4

 

RSĠ 16

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23):

l-Artikolu  4

 

Emenda 718

Proposta għal regolament

Anness IV – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI MSEMMIJA FL-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 81(1)

(prezzijiet attwali f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

Il-Bulgarija

776 281 570

784 748 620

793 215 670

801 682 719

810 149 769

818 616 819

818 616 819

Ir-Repubblika Ċeka

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

Id-Danimarka

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

Il-Ġermanja

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

L-Estonja

167 721 513

172 667 776

177 614 039

182 560 302

187 506 565

192 452 828

192 452 828

L-Irlanda

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

Il-Greċja

2 036 560 894

2 036 560 894

2 036 560 894

2 036 560 894

2 036 560 894

2 036 560 894

2 036 560 894

Spanja

4 768 736 743

4 775 898 870

4 783 060 997

4 790 223 124

4 797 385 252

4 804 547 379

4 804 547 379

Franza

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

Il-Kroazja

344 340 000

367 711 409

367 711 409

367 711 409

367 711 409

367 711 409

367 711 409

L-Italja

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

Ċipru

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

Il-Latvja

299 633 591

308 294 625

316 955 660

325 616 694

334 277 729

342 938 763

342 938 763

Il-Litwanja

510 820 241

524 732 238

538 644 234

552 556 230

566 468 227

580 380 223

580 380 223

Il-Lussemburgu

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

L-Ungerija

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

Malta

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

In-Netherlands

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

L-Awstrija

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

Il-Polonja

2 972 977 807

3 003 574 280

3 034 170 753

3 064 767 227

3 095 363 700

3 125 960 174

3 125 960 174

Il-Portugall

584 824 383

593 442 972

602 061 562

610 680 152

619 298 742

627 917 332

627 917 332

Ir-Rumanija

1 856 172 601

1 883 211 603

1 910 250 604

1 937 289 605

1 964 328 606

1 991 367 607

1 991 367 607

Is-Slovenja

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

Is-Slovakkja

383 806 378

388 574 951

393 343 524

398 112 097

402 880 670

407 649 243

407 649 243

Il-Finlandja

505 999 667

507 783 955

509 568 242

511 352 530

513 136 817

514 921 104

514 921 104

L-Iżvezja

672 760 909

672 984 762

673 208 615

673 432 468

673 656 321

673 880 175

673 880 175

Emenda

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI MSEMMIJA FL-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 81(1)

(prezzijiet attwali f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

X

Il-Kroazja

X

X

X

X

X

X

X

L-Italja

X

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

X

Malta

X

X

X

X

X

X

X

In-Netherlands

X

X

X

X

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

X

 

 

Emenda 719

Proposta għal regolament

Anness V – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

ALLOKAZZJONIJIET ANNWALI TAL-ISTATI MEMBRI GĦAT-TIPI TA' INTERVENT FIS-SETTUR TAL-INBID KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 82(1)

EUR (prezzijiet attwali)

Il-Bulgarija

25 721 000

Ir-Repubblika Ċeka

4 954 000

Il-Ġermanja

37 381 000

Il-Greċja

23 030 000

Spanja

202 147 000

Franza

269 628 000

Il-Kroazja

10 410 000

L-Italja

323 883 000

Ċipru

4 465 000

Il-Litwanja

43 000

L-Ungerija

27 970 000

L-Awstrija

13 155 000

Il-Portugall

62 670 000

Ir-Rumanija

45 844 000

Is-Slovenja

4 849 000

Is-Slovakkja

4 887 000

Emenda

ALLOKAZZJONIJIET ANNWALI TAL-ISTATI MEMBRI GĦAT-TIPI TA' INTERVENT FIS-SETTUR TAL-INBID KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 82(1)

EUR (prezzijiet attwali)

Il-Bulgarija

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

Il-Ġermanja

X

Il-Greċja

X

Spanja

X

Franza

X

Il-Kroazja

X

L-Italja

X

Ċipru

X

Il-Litwanja

X

L-Ungerija

X

L-Awstrija

X

Il-Portugall

X

Ir-Rumanija

X

Is-Slovenja

X

Is-Slovakkja

X

Emenda 720

Proposta għal regolament

Anness VI – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-QOTON IMSEMMIJA FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 81(1)

(prezzijiet attwali f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Bulgarija

2 509 615

2 509 615

2 509 615

2 509 615

2 509 615

2 509 615

2 509 615

Il-Greċja

180 532 000

180 532 000

180 532 000

180 532 000

180 532 000

180 532 000

180 532 000

Spanja

58 565 040

58 565 040

58 565 040

58 565 040

58 565 040

58 565 040

58 565 040

Il-Portugall

174 239

174 239

174 239

174 239

174 239

174 239

174 239

Emenda

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-QOTON IMSEMMIJA FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 81(1)

(prezzijiet attwali f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

Emenda 721

Proposta għal regolament

Anness VII – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI MINGĦAJR QOTON U QABEL IL-LIMITAZZJONI TAT-TRASFERIMENT IMSEMMIJA FIT-TIELET SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 81(1)

(prezzijiet attwali f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

485 603 954

Il-Bulgarija

773 771 955

782 239 005

790 706 055

799 173 104

807 640 154

816 107 204

816 107 204

Ir-Repubblika Ċeka

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

838 844 295

Id-Danimarka

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

846 124 520

Il-Ġermanja

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

4 823 107 939

L-Estonja

167 721 513

172 667 776

177 614 039

182 560 302

187 506 565

192 452 828

192 452 828

L-Irlanda

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

1 163 938 279

Il-Greċja

1 856 028 894

1 856 028 894

1 856 028 894

1 856 028 894

1 856 028 894

1 856 028 894

1 856 028 894

Spanja

4 710 171 703

4 717 333 830

4 724 495 957

4 731 658 084

4 738 820 212

4 745 982 339

4 745 982 339

Franza

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

7 147 786 964

Il-Kroazja

344 340 000

367 711 409

367 711 409

367 711 409

367 711 409

367 711 409

367 711 409

L-Italja

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

3 560 185 516

Ċipru

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

46 750 094

Il-Latvja

299 633 591

308 294 625

316 955 660

325 616 694

334 277 729

342 938 763

342 938 763

Il-Litwanja

510 820 241

524 732 238

538 644 234

552 556 230

566 468 227

580 380 223

580 380 223

Il-Lussemburgu

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

32 131 019

L-Ungerija

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

1 219 769 672

Malta

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

4 507 492

In-Netherlands

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

703 870 373

L-Awstrija

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

664 819 537

Il-Polonja

2 972 977 807

3 003 574 280

3 034 170 753

3 064 767 227

3 095 363 700

3 125 960 174

3 125 960 174

Il-Portugall

584 650 144

593 268 733

601 887 323

610 505 913

619 124 503

627 743 093

627 743 093

Ir-Rumanija

1 856 172 601

1 883 211 603

1 910 250 604

1 937 289 605

1 964 328 606

1 991 367 607

1 991 367 607

Is-Slovenja

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

129 052 673

Is-Slovakkja

383 806 378

388 574 951

393 343 524

398 112 097

402 880 670

407 649 243

407 649 243

Il-Finlandja

505 999 667

507 783 955

509 568 242

511 352 530

513 136 817

514 921 104

514 921 104

L-Iżvezja

672 760 909

672 984 762

673 208 615

673 432 468

673 656 321

673 880 175

673 880 175

Emenda

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI MINGĦAJR QOTON U QABEL IL-LIMITAZZJONI TAT-TRASFERIMENT IMSEMMIJA FIT-TIELET SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 81(1)

(prezzijiet attwali f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

X

Il-Kroazja

X

X

X

X

X

X

X

L-Italja

X

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

X

Malta

X

X

X

X

X

X

X

In-Netherlands

X

X

X

X

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

X

Emenda 722

Proposta għal regolament

Anness IX – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

TQASSIM TAL-APPOĠĠ MILL-UNJONI GĦAT-TIPI TA' INTERVENTI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2021 sa 2027) IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(3)

(prezzijiet attwali; f'EUR)

Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL 2021-2027

Il-Belġju

67 178 046

67 178 046

67 178 046

67 178 046

67 178 046

67 178 046

67 178 046

470 246 322

Il-Bulgarija

281 711 396

281 711 396

281 711 396

281 711 396

281 711 396

281 711 396

281 711 396

1 971 979 772

Ir-Repubblika Ċeka

258 773 203

258 773 203

258 773 203

258 773 203

258 773 203

258 773 203

258 773 203

1 811 412 421

Id-Danimarka

75 812 623

75 812 623

75 812 623

75 812 623

75 812 623

75 812 623

75 812 623

530 688 361

Il-Ġermanja

989 924 996

989 924 996

989 924 996

989 924 996

989 924 996

989 924 996

989 924 996

6 929 474 972

L-Estonja

87 875 887

87 875 887

87 875 887

87 875 887

87 875 887

87 875 887

87 875 887

615 131 209

L-Irlanda

264 670 951

264 670 951

264 670 951

264 670 951

264 670 951

264 670 951

264 670 951

1 852 696 657

Il-Greċja

509 591 606

509 591 606

509 591 606

509 591 606

509 591 606

509 591 606

509 591 606

3 567 141 242

Spanja

1 001 202 880

1 001 202 880

1 001 202 880

1 001 202 880

1 001 202 880

1 001 202 880

1 001 202 880

7 008 420 160

Franza

1 209 259 199

1 209 259 199

1 209 259 199

1 209 259 199

1 209 259 199

1 209 259 199

1 209 259 199

8 464 814 393

Il-Kroazja

281 341 503

281 341 503

281 341 503

281 341 503

281 341 503

281 341 503

281 341 503

1 969 390 521

L-Italja

1 270 310 371

1 270 310 371

1 270 310 371

1 270 310 371

1 270 310 371

1 270 310 371

1 270 310 371

8 892 172 597

Ċipru

15 987 284

15 987 284

15 987 284

15 987 284

15 987 284

15 987 284

15 987 284

111 910 988

Il-Latvja

117 307 269

117 307 269

117 307 269

117 307 269

117 307 269

117 307 269

117 307 269

821 150 883

Il-Litwanja

195 182 517

195 182 517

195 182 517

195 182 517

195 182 517

195 182 517

195 182 517

1 366 277 619

Il-Lussemburgu

12 290 956

12 290 956

12 290 956

12 290 956

12 290 956

12 290 956

12 290 956

86 036 692

L-Ungerija

416 202 472

416 202 472

416 202 472

416 202 472

416 202 472

416 202 472

416 202 472

2 913 417 304

Malta

12 207 322

12 207 322

12 207 322

12 207 322

12 207 322

12 207 322

12 207 322

85 451 254

In-Netherlands

73 151 195

73 151 195

73 151 195

73 151 195

73 151 195

73 151 195

73 151 195

512 058 365

L-Awstrija

480 467 031

480 467 031

480 467 031

480 467 031

480 467 031

480 467 031

480 467 031

3 363 269 217

Il-Polonja

1 317 890 530

1 317 890 530

1 317 890 530

1 317 890 530

1 317 890 530

1 317 890 530

1 317 890 530

9 225 233 710

Il-Portugall

493 214 858

493 214 858

493 214 858

493 214 858

493 214 858

493 214 858

493 214 858

3 452 504 006

Ir-Rumanija

965 503 339

965 503 339

965 503 339

965 503 339

965 503 339

965 503 339

965 503 339

6 758 523 373

Is-Slovenja

102 248 788

102 248 788

102 248 788

102 248 788

102 248 788

102 248 788

102 248 788

715 741 516

Is-Slovakkja

227 682 721

227 682 721

227 682 721

227 682 721

227 682 721

227 682 721

227 682 721

1 593 779 047

Il-Finlandja

292 021 227

292 021 227

292 021 227

292 021 227

292 021 227

292 021 227

292 021 227

2 044 148 589

L-Iżvezja

211 550 876

211 550 876

211 550 876

211 550 876

211 550 876

211 550 876

211 550 876

1 480 856 132

TOTAL UE-27

11 230 561 046

11 230 561 046

11 230 561 046

11 230 561 046

11 230 561 046

11 230 561 046

11 230 561 046

78 613 927 322

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika (0,25  %)

28 146 770

28 146 770

28 146 770

28 146 770

28 146 770

28 146 770

28 146 770

197 027 390

Totali

11 258 707 816

11 258 707 816

11 258 707 816

11 258 707 816

11 258 707 816

11 258 707 816

11 258 707 816

78 810 954 712

Emenda

TQASSIM TAL-APPOĠĠ MILL-UNJONI GĦAT-TIPI TA' INTERVENTI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2021 sa 2027) IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(3)

(prezzijiet attwali; f'EUR)

Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL 2021-2027

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Kroazja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Italja

X

X

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

X

X

Malta

X

X

X

X

X

X

X

X

In-Netherlands

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

X

X

TOTAL UE-27

X

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika (0,25  %)

X

X

X

X

X

X

X

X

Totali

X

X

X

X

X

X

X

X

Emenda 723

Proposta għal regolament

Anness IXa – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

TQASSIM TAL-APPOĠĠ MILL-UNJONI GĦAT-TIPI TA' INTERVENTI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2021 sa 2027) IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(3)

(fi prezzijiet tal-2018; f'EUR)

Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL 2021-2027

Il-Belġju

63 303 373

62 062 131

60 845 226

59 652 182

58 482 532

57 335 815

56 211 584

417 892 843

Il-Bulgarija

265 462 940

260 257 785

255 154 691

250 151 658

245 246 723

240 437 964

235 723 494

1 752 435 255

Ir-Repubblika Ċeka

243 847 768

239 066 440

234 378 862

229 783 198

225 277 645

220 860 437

216 529 840

1 609 744 190

Id-Danimarka

71 439 928

70 039 145

68 665 828

67 319 440

65 999 451

64 705 344

63 436 611

471 605 747

Il-Ġermanja

932 828 433

914 537 679

896 605 568

879 025 067

861 789 281

844 891 452

828 324 953

6 158 002 433

L-Estonja

82 807 411

81 183 737

79 591 899

78 031 273

76 501 248

75 001 224

73 530 611

546 647 403

L-Irlanda

249 405 348

244 515 047

239 720 635

235 020 230

230 411 990

225 894 108

221 464 812

1 646 432 170

Il-Greċja

480 199 552

470 783 875

461 552 818

452 502 763

443 630 160

434 931 529

426 403 460

3 170 004 157

Spanja

943 455 836

924 956 702

906 820 296

889 039 505

871 607 358

854 517 018

837 761 782

6 228 158 497

Franza

1 139 511 952

1 117 168 580

1 095 263 314

1 073 787 562

1 052 732 904

1 032 091 083

1 011 854 003

7 522 409 398

Il-Kroazja

265 114 382

259 916 061

254 819 668

249 823 204

244 924 709

240 122 264

235 413 984

1 750 134 272

L-Italja

1 197 041 834

1 173 570 426

1 150 559 241

1 127 999 256

1 105 881 623

1 084 197 670

1 062 938 892

7 902 188 942

Ċipru

15 065 175

14 769 779

14 480 176

14 196 251

13 917 893

13 644 993

13 377 444

99 451 711

Il-Latvja

110 541 260

108 373 784

106 248 808

104 165 498

102 123 037

100 120 625

98 157 475

729 730 487

Il-Litwanja

183 924 845

180 318 475

176 782 819

173 316 489

169 918 127

166 586 399

163 319 999

1 214 167 153

Il-Lussemburgu

11 582 043

11 354 944

11 132 298

10 914 018

10 700 017

10 490 213

10 284 523

76 458 056

L-Ungerija

392 196 885

384 506 750

376 967 402

369 575 884

362 329 298

355 224 802

348 259 610

2 589 060 631

Malta

11 503 233

11 277 679

11 056 548

10 839 753

10 627 209

10 418 832

10 214 541

75 937 795

In-Netherlands

68 932 004

67 580 397

66 255 291

64 956 167

63 682 517

62 433 840

61 209 647

455 049 863

L-Awstrija

452 754 814

443 877 269

435 173 793

426 640 974

418 275 464

410 073 985

402 033 318

2 988 829 617

Il-Polonja

1 241 877 681

1 217 527 138

1 193 654 057

1 170 249 075

1 147 303 015

1 124 806 877

1 102 751 840

8 198 169 683

Il-Portugall

464 767 377

455 654 291

446 719 893

437 960 679

429 373 215

420 954 132

412 700 130

3 068 129 717

Ir-Rumanija

909 815 361

891 975 844

874 486 121

857 339 335

840 528 760

824 047 803

807 890 003

6 006 083 227

Is-Slovenja

96 351 317

94 462 075

92 609 878

90 793 998

89 013 723

87 268 356

85 557 212

636 056 559

Is-Slovakkja

214 550 513

210 343 640

206 219 255

202 175 740

198 211 510

194 325 010

190 514 716

1 416 340 384

Il-Finlandja

275 178 124

269 782 474

264 492 622

259 306 492

254 222 051

249 237 305

244 350 299

1 816 569 367

L-Iżvezja

199 349 116

195 440 310

191 608 147

187 851 124

184 167 769

180 556 636

177 016 310

1 315 989 412

TOTAL UE-27

10 582 808 505

10 375 302 457

10 171 865 154

9 972 416 815

9 776 879 229

9 585 175 716

9 397 231 093

69 861 678 969

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika (0,25  %)

26 523 330

26 003 264

25 493 396

24 993 526

24 503 457

24 022 997

23 551 958

175 091 928

Totali

10 609 331 835

10 401 305 721

10 197 358 550

9 997 410 341

9 801 382 686

9 609 198 713

9 420 783 051

70 036 770 897

Emenda

TQASSIM TAL-APPOĠĠ MILL-UNJONI GĦAT-TIPI TA' INTERVENTI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2021 sa 2027) IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(3)

(fi prezzijiet tal-2018; f'EUR)

Sena

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL 2021-2027

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Kroazja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Italja

X

X

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

X

X

Malta

X

X

X

X

X

X

X

X

In-Netherlands

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

X

X

TOTAL UE-27

X

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika (0,25  %)

X

X

X

X

X

X

X

X

Totali

X

X

X

X

X

X

X

X

Emenda 725

Proposta għal regolament

Anness IXaa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

/

Emenda

ANNESS IXaa

AMMONTI TA' APPOĠĠ GĦAL ĊERTI TIPI TA' INTERVENTI GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Artikolu

Suġġett

Ammonti minimi/massimi f'Eur jew rati

 

Artikolu 65

Għajnuna għas-sostenibbiltà agroambjentali, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u miżuri ta' adattament u impenji oħra ta' ġestjoni

600  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba' annwali

 

900  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba' perenni speċjalizzati

 

450  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art

 

200  (*2)

Massimu għal kull unità ta' bhejjem (“LU” – Livestock Unit) fis-sena għal speċijiet lokali fil-periklu li jintilfu għall-bdiewa

 

500

Massimu għal kull LU għal azzjonijiet li jippromwovu l-benessri tal-annimali

 

200  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena għal azzjonijiet li jikkonsistu f'servizzi forestali, ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti

Artikolu 66

Appoġġ b'rabta ma' restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona

25

Minimu għal kull ettaru fis-sena fuq il-medja taż-żona tal-benefiċjarju li qed jirċievi l-appoġġ

 

250  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena

 

450  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena f'żoni muntanjużi kif definiti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Artikolu 67

Appoġġ għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żoni li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

500  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena matul il-perjodu inizjali li ma jaqbiżx il-ħames snin

 

200  (*2)

Massimu għal kull ettaru fis-sena

 

50  (*3)

Minimu għal kull ettaru fis-sena għal pagamenti skont id-Direttiva Qafas dwar l-ilma

Artikolu 68

Għajnuna għall-investimenti

55 %

Rata massima tal-ammont ta' spejjeż eliġibbli. Din ir-rata tista' tiġi maqbuża skont l-Artikolu 68(4).

Artikolu 68a

Għajnuna għall-investimenti fl-irrigazzjoni

75 %

Rata massima tal-ammont ta' spejjeż eliġibbli

Artikolu 69

Għajnuna għall-installazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ, il-bdiewa ġodda, l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' negozji rurali sostenibbli

100 000

Massimu għal kull benefiċjarju

Artikolu 69a

Għajnuna għall-installazzjoni ta' teknoloġiji diġitali

70 %

Rata massima tal-ammont ta' spejjeż eliġibbli

Artikolu 70

Għajnuna għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju

70 %

Rata massima tal-ammont ta' spejjeż eliġibbli.

Artikolu 71

Koperazzjoni: Għajnuna għal skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel;

3 000

Massimu għal kull attività fis-sena

 

70 %

tal-ispejjeż eliġibbli ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni

Koperazzjoni: Għajnuna għat-twaqqif ta' gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi

10 %

Bħala perċentwal tal-produzzjoni kummerċjalizzata matul l-ewwel ħames snin wara r-rikonoxximent. L-għajnuna għandha tkun digressiva.

 

100 000

Ammont massimu fis-sena fil-każijiet kollha

Artikolu 72

Għajnuna għas-servizzi ta' konsulenza

1 500

Ammont massimu għal kull parir

 

200 000

Ammont massimu għal kull tliet snin għat-taħriġ tal-konsulenti

Għajnuna għal servizzi oħra ta' skambju ta' għarfien u ta' informazzjoni

100 %

Rata massima tal-ammont ta' spejjeż eliġibbli

Emenda 724

Proposta għal regolament

Anness X – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

AMMONTI MINIMI RIŻERVATI GĦALL-OBJETTIV “NATTIRAW IL-BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ U NIFFAĊILITAW L-IŻVILUPP TAN-NEGOZJI” KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 86(5)

(prezzijiet attwali, f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

9 712 079

9 712 079

9 712 079

9 712 079

9 712 079

9 712 079

9 712 079

Il-Bulgarija

15 475 439

15 644 780

15 814 121

15 983 462

16 152 803

16 322 144

16 322 144

Ir-Repubblika Ċeka

16 776 886

16 776 886

16 776 886

16 776 886

16 776 886

16 776 886

16 776 886

Id-Danimarka

16 922 490

16 922 490

16 922 490

16 922 490

16 922 490

16 922 490

16 922 490

Il-Ġermanja

96 462 159

96 462 159

96 462 159

96 462 159

96 462 159

96 462 159

96 462 159

L-Estonja

3 354 430

3 453 356

3 552 281

3 651 206

3 750 131

3 849 057

3 849 057

L-Irlanda

23 278 766

23 278 766

23 278 766

23 278 766

23 278 766

23 278 766

23 278 766

Il-Greċja

37 120 578

37 120 578

37 120 578

37 120 578

37 120 578

37 120 578

37 120 578

Spanja

94 203 434

94 346 677

94 489 919

94 633 162

94 776 404

94 919 647

94 919 647

Franza

142 955 739

142 955 739

142 955 739

142 955 739

142 955 739

142 955 739

142 955 739

Il-Kroazja

6 886 800

7 354 228

7 354 228

7 354 228

7 354 228

7 354 228

7 354 228

L-Italja

71 203 710

71 203 710

71 203 710

71 203 710

71 203 710

71 203 710

71 203 710

Ċipru

935 002

935 002

935 002

935 002

935 002

935 002

935 002

Il-Latvja

5 992 672

6 165 893

6 339 113

6 512 334

6 685 555

6 858 775

6 858 775

Il-Litwanja

10 216 405

10 494 645

10 772 885

11 051 125

11 329 365

11 607 604

11 607 604

Il-Lussemburgu

642 620

642 620

642 620

642 620

642 620

642 620

642 620

L-Ungerija

24 395 393

24 395 393

24 395 393

24 395 393

24 395 393

24 395 393

24 395 393

Malta

90 150

90 150

90 150

90 150

90 150

90 150

90 150

In-Netherlands

14 077 407

14 077 407

14 077 407

14 077 407

14 077 407

14 077 407

14 077 407

L-Awstrija

13 296 391

13 296 391

13 296 391

13 296 391

13 296 391

13 296 391

13 296 391

Il-Polonja

59 459 556

60 071 486

60 683 415

61 295 345

61 907 274

62 519 203

62 519 203

Il-Portugall

11 693 003

11 865 375

12 037 746

12 210 118

12 382 490

12 554 862

12 554 862

Ir-Rumanija

37 123 452

37 664 232

38 205 012

38 745 792

39 286 572

39 827 352

39 827 352

Is-Slovenja

2 581 053

2 581 053

2 581 053

2 581 053

2 581 053

2 581 053

2 581 053

Is-Slovakkja

7 676 128

7 771 499

7 866 870

7 962 242

8 057 613

8 152 985

8 152 985

Il-Finlandja

10 119 993

10 155 679

10 191 365

10 227 051

10 262 736

10 298 422

10 298 422

L-Iżvezja

13 455 218

13 459 695

13 464 172

13 468 649

13 473 126

13 477 604

13 477 604

Emenda

AMMONTI MINIMI RIŻERVATI GĦALL-BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 86(4)

(prezzijiet attwali, f'EUR)

Sena kalendarja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

X

Il-Kroazja

X

X

X

X

X

X

X

L-Italja

X

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

X

Malta

X

X

X

X

X

X

X

In-Netherlands

X

X

X

X

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

X

Emenda 844

Proposta għal regolament

Anness XI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS XI

ANNESS XI

LEĠIŻLAZZJONI TAL-UE DWAR L-AMBJENT U L-KLIMA LI L-PJANIJIET STRATEĠIĊI TAL-PAK TAL-ISTATI MEMBRI JRIDU JIKKONTRIBWIXXU GĦALL-OBJETTIVI TAGĦHOM SKONT L-ARTIKOLI 96, 97 U 103:

LEĠIŻLAZZJONI TAL-UE DWAR L-AMBJENT U L-KLIMA LI L-PJANIJIET STRATEĠIĊI TAL-PAK TAL-ISTATI MEMBRI JRIDU JIKKONTRIBWIXXU GĦALL-OBJETTIVI TAGĦHOM SKONT L-ARTIKOLI 96, 97 U 103:

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi;

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi;

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa;

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa;

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma;

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma;

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli;

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli;

Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa;

Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa;

Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE;

Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE;

[Ir-Regolament XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima];

[Ir-Regolament XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima];

[Ir-Regolament XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu ssodisfati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima];

[Ir-Regolament XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu ssodisfati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima];

Id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

Id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

[Id-Direttiva XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija];

[Id-Direttiva XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija];

[Ir-Regolament XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013];

[Ir-Regolament XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013];

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi.

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi;

 

Ir-Regolament (UE) XX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma;

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE.

Emenda 1155

Proposta għal regolament

Anness XII

Test propost mill-Kummissjoni

ANNESS XII

RAPPURTAR IBBAŻAT FUQ SETT EWLIENI TA' INDIKATURI SKONT L-ARTIKOLU 128

Indikaturi għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Objettivi

Sett ewlieni ta' indikaturi

L-appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel;

O.3

Għadd ta' benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK

R.6

Ridistribuzzjoni lill-azjendi agrikoli iżgħar: Appoġġ addizzjonali b'perċentwal għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (imqabbla mal-medja)

Tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq u żieda fil-kompetittività inkluż permezz ta' aktar enfasi fuq ir-riċerka u l-użu tagħha, is-soluzzjonijiet innovattivi, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni;

R.9

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta' investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur;

R.10

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Is-sehem tal-bdiewa li jipparteċipaw fi Gruppi tal-Produtturi, Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità

Tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-enerġija sostenibbli;

R.14

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b'impenji biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżomm u/jew ittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, art agrikola fit-torbiera, fil-foresti, eċċ)

Trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma , il-ħamrija u l-arja;

O.13

Għadd ta' ettari (agrikoli) koperti minn impenji ambjentali/klimatiċi li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji

R.4

Kollegament tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba: Is-sehem tal-erja agrikola użata kopert mill-appoġġ għall-introjtu u soġġett għal kundizzjonalità

Tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-bijodiversità, issaħħaħ is-servizzi tal-ekosistema u tippreserva l-ħabitats u l-pajsaġġi;

R.27

Preservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet: Sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni li jappoġġaw il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità

L-attrazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u l-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tan-negozju;

R.30

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta' bdiewa żgħażagħ li qed jistabbilixxu azjenda agrikola b'appoġġ mill-PAK

Tippromwovi l-impjiegi, it-tkabbir, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli;

R.31

It-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni rurali: Impjiegi ġodda fi proġetti appoġġati

R.34

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta' appoġġ tal-PAK

Ittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għat-talbiet soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, kif ukoll l-benessri tal-annimali.

O.16

Għadd ta' unitajiet ta' bhejjem koperti b'appoġġ għal miżuri tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa jew ta' bijosigurtà ikbar.

Emenda

ANNESS XII

RAPPURTAR IBBAŻAT FUQ SETT EWLIENI TA' INDIKATURI SKONT L-ARTIKOLU 128

Indikaturi għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Objettivi

Sett ewlieni ta' indikaturi

L-appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel fit-tul u d-diversità agrikola, filwaqt li jiġi pprovdut ikel ta' kwalità għolja bi prezzijiet ġusti bl-għan li t-telf tal-bdiewa jitreġġa' lura u li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni

O.3

Għadd ta' benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK, inkluż tqassim skont it-tip ta' intervent

R.6

Ridistribuzzjoni lill-azjendi agrikoli iżgħar: Appoġġ addizzjonali b'perċentwal għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (imqabbla mal-medja)

Tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq , fis-swieq lokali, nazzjonali, tal-Unjoni kif ukoll internazzjonali, kif ukoll stabbilizzazzjoni tas-suq, ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet, u żieda fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli fit-tul, tal-kapaċitajiet ta' pproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, b'aktar enfasi fuq id-differenzjazzjoni tal-kwalità, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija, it-trasferiment u l-iskambju tal-għarfien u d-diġitalizzazzjoni, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-bdiewa għad-dinamika tal-ekonomija ċirkolari

R.9

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta' investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

Titjib tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-bdiewa fil-ktajjen tal-valur billi jiġu inkoraġġiti forom assoċjattivi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u negozjati kollettivi, kif ukoll billi jiġu promossi ktajjen tal-provvista qosra

R.10

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Is-sehem tal-bdiewa li jipparteċipaw fi Gruppi tal-Produtturi, Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità

Kontribut għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, billi jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra, anki permezz tat-tisħiħ tal-bjar tal-karbonju u tas-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju fis-settur agrikolu u alimentari, kif ukoll billi tiġi inkorporata l-enerġija sostenibbli, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli u l-protezzjoni tal-foresti, bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi

R.14

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b'impenji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, jinżamm u/jew jittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, għelejjel permanenti b'kopertura ħadra permanenti, art agrikola fl-art mistagħdra u fit-torbiera, fil-foresti, eċċ)

Trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali u kontribut għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ilma, il-ħamrija u l-arja , anki permezz tal-użu sostenibbli u mnaqqas tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tal-fertilizzanti u tal-antibijotiċi

O.13

L-għadd ta' ettari (agrikoli) u l-għadd ta' unitajiet oħra koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji, inkluża ekoskema

R.4

Kollegament tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba: Is-sehem tal-erja agrikola użata kopert mill-appoġġ għall-introjtu u soġġett għal kundizzjonalità

Kontribut għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, billi jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra, anki permezz tat-tisħiħ tal-bjar tal-karbonju u tas-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju fis-settur agrikolu u alimentari, kif ukoll billi tiġi inkorporata l-enerġija sostenibbli, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli u l-protezzjoni tal-foresti, bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi

R.27

Preservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet: Sehem tal-art agrikola b'impenji ta' ġestjoni li jappoġġaw il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità , inkluża l-art agrikola b'Valur Naturali Għoli

Jiġu attirati u appoġġati l-bdiewa żgħażagħ, il-bdiewa ġodda, u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur agrikolu, b'mod partikolari fiż-żoni l-aktar depopolati u fiż-żoni b'limitazzjonijiet naturali ; jiġu ffaċilitati t-taħriġ u l-esperjenza fl-Unjoni kollha, l-iżvilupp tan-negozju sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali

R.30

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta' bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda li qed jistabbilixxu azjenda agrikola b'appoġġ mill-PAK, inkluż tqassim skont il-ġeneru

Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali fiż-żoni rurali inkluż permezz tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment, l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar rurali u permezz tal-iżvilupp lokali, inklużi servizzi lokali ta' kwalità għolja għall-komunitajiet rurali, b'enfasi partikolari fuq żoni b'restrizzjonijiet naturali ; il-promozzjoni ta' kundizzjonijiet tal-ħajja, tax-xogħol u ekonomiċi dinjitużi; id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet u l-introjtu, inkluż l-agrituriżmu, il-bijoekonomija sostenibbli, l-ekonomija ċirkolari, u l-forestrija sostenibbli , filwaqt li tiġi rrispettata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs fiż-żoni rurali permezz ta' miżuri speċifiċi ta' appoġġ, u r-rikonoxximent tal-ħidma tan-nisa fl-agrikoltura, fl-artiġjanat, fit-turiżmu u fis-servizzi lokali

R.31

It-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni rurali: Impjiegi ġodda fi proġetti appoġġati, inkluż tqassim skont il-ġeneru

R.34

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta' appoġġ tal-PAK

Ittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għat-talbiet soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv, ta' kwalità għolja u sostenibbli, l-agrikoltura organika, il-ħela tal-ikel, kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-titjib tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, kif ukoll iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni soċjali tal-importanza taż-żoni agrikoli u rurali filwaqt li jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli

O.16

Għadd ta' unitajiet ta' bhejjem koperti b'appoġġ għal miżuri tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa jew ta' bijosigurtà ikbar.


(*1)  Ir-referenzi għal “cp” fl-intestaturi tal-emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi.

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0200/2019).

(1a)   Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal- habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(12)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(13)  Id-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(15)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(16)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal- habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(12)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(13)  Id-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(15)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(16)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(17)   Memorandum of Understanding between the Economic Community and the United States of America on oil seeds under GATT (ĠU L 147, 18/06/1993).

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(1a)   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(1a)   Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(1a)   Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(1a)   Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(1a)   Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE ( ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(19)   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88).

(19)   Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

(26)  Ir-Regolament (UE) […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [data] [titolu sħiħ] (ĠU L).

(26)  Ir-Regolament (UE) […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [data] [titolu sħiħ] (ĠU L).

(28)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(28)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(1a)   Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(31)  "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM) (COM(2017)0399).

(31)  "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM) (COM(2017)0399).

(38)  Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2018)0322 final.

(38)  Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2018)0322 final.

(40)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(40)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(2)  Il-biċċiet art ta' lqugħ tal-KAAT iridu jirrispettaw, kemm ġewwa kif ukoll barra ż-żoni vulnerabbli deżinjati skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/676/KEE, tal-inqas ir-rekwiżiti relatati mal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni fuq l-art ta' fertilizzanti ħdejn mogħdijiet tal-ilma, imsemmija fil-punt A.4 tal-Anness II tad-Direttiva 91/676/KEE, li jridu jiġu applikati skont il-programmi ta' azzjoni tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/676/KEE

(3)   L-Għodda għanda tipprovdi tal-inqas l-elementi u l-funzjonalitajiet li ġejjin:

a)

Elementi

L-informazzjoni relevanti tal-azjenda agrikola abbażi tal-LPIS u tal-IACS;

L-informazzjoni mill-kampjunar tal-ħamrija, fuq skala spazjali u temporali xierqa;

L-informazzjoni dwar il-prattiki ta' ġestjoni rilevanti, l-għelejjel li tkabbru fil-passat u l-miri għall-produzzjoni;

L-indikazzjonijiet dwar il-limiti legali u r-rekwiżiti relevanti għall-ġestjoni tan-nutrijenti fl-azjenda agrikola;

Il-baġit sħiħ tan-nutrijenti.

b)

Funzjonalitajiet

L-integrazzjoni awtomatika tad-data minn diversi sorsi (LPIS u IACS, data ġġenerata mill-bdiewa, analiżijiet tal-ħamrija, eċċ.) kemm jista' jkun, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-input tad-data;

Hija permessa l-komunikazzjoni reċiproka bejn il-PA/ATS u l-bdiewa;

Il-modularità u l-possibbiltà li jiġu appoġġati iktar objettivi tas-sostenibbiltà (eż. il-ġestjoni tal-emissjonijiet, il-ġestjoni tal-ilma)

Ir-rispett tal-prinċipji tal-interoperabbiltà, tal-ftuħ u tal-użu mill-ġdid fir-rigward tad-data tal-UE;

Garanziji għas-sigurtà u tal-privatezza tad-data f'konformità mal-aħjar standards attwali.

(4)  Kif implimentat b'mod partikolari minn:

l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 37/2010,

ir-Regolament (KE) Nru 852/2004: l-Artikolu 4(1) u l-Anness I parti A (II 4 (g, h, j), 5 (f, h), 6; III 8 (a, b, d, e), 9 (a, c)),

ir-Regolament (KE) Nru 853/2004: l-Artikolu 3(1) u l-Anness III it-Taqsima IX il-Kapitolu 1 (I-1 b, c, d, e; I-2 a (i, ii, iii), b (i, ii), c; I-3; I-4; I-5; II-A 1, 2, 3, 4; II-B 1 (a, d), 2, 4 (a, b)), l-Anness III it-Taqsima X il-Kapitolu 1(1),

ir-Regolament (KE) Nru 183/2005: l-Artikolu 5(1) u l-Anness I, il-parti A (I-4 e, g; II-2 a, b, e), l-Artikolu 5(5) u l-Anness III (taħt l-intestatura “TMIGĦ”, il-punt 1. intitolat “Ħażna”, l-ewwel u l-aħħar sentenza, u l-punt 2. intitolat “Distribuzzjoni”, it-tielet sentenza), l-Artikolu 5(6), u

ir-Regolament (KE) Nru 396/2005: l-Artikolu 18.

(5)   Irid jiġi żgurat li ma jkunx hemm telf ta' bwar permanenti totali fil-livell reġjonali u/jew nazzjonali

(6)   L-Istati Membri li jkollhom kwantità sinifikanti ta' fosos fejn joskula l-ilma u fosos tal-irrigazzjoni jistgħu jaġġustaw, jekk ikun debitament ġustifikat għal dik iż-żona, il-wisa' minimu skont iċ-ċirkostanzi lokali speċifiċi tal-Istat Membru.

(7)   L-użu tal-flessibbiltà eżistenti tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Artikolu 46

(8)  Kif implimentat b'mod partikolari minn:

l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 37/2010,

ir-Regolament (KE) Nru 852/2004: l-Artikolu 4(1) u l-Anness I parti A (II 4 (g, h, j), 5 (f, h), 6; III 8 (a, b, d, e), 9 (a, c)),

ir-Regolament (KE) Nru 853/2004: l-Artikolu 3(1) u l-Anness III it-Taqsima IX il-Kapitolu 1 (I-1 b, c, d, e; I-2 a (i, ii, iii), b (i, ii), c; I-3; I-4; I-5; II-A 1, 2, 3, 4; II-B 1 (a, d), 2, 4 (a, b)), l-Anness III it-Taqsima X il-Kapitolu 1(1),

ir-Regolament (KE) Nru 183/2005: l-Artikolu 5(1) u l-Anness I, il-parti A (I-4 e, g; II-2 a, b, e), l-Artikolu 5(5) u l-Anness III (taħt l-intestatura “TMIGĦ”, il-punt 1. intitolat “Ħażna”, l-ewwel u l-aħħar sentenza, u l-punt 2. intitolat “Distribuzzjoni”, it-tielet sentenza), l-Artikolu 5(6), u

ir-Regolament (KE) Nru 396/2005: l-Artikolu 18.

(9)  Iċ-ċifri fil-“prezzijiet tal-2018” huma inklużi għall-finijiet ta' informazzjoni; dawn huma indikattivi u mhumiex legalment vinkolanti.

(10)  Iċ-ċifri fil-“prezzijiet tal-2018” huma inklużi għall-finijiet ta' informazzjoni; dawn huma indikattivi u mhumiex legalment vinkolanti.

(*2)   Dawn l-ammonti jistgħu jiżdiedu f'każijiet sostanzjati kif xieraq billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali.

(*3)   Dan l-ammont jista' jitnaqqas f'każijiet sostanzjati kif xieraq filwaqt li jitqiesu ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/571


P9_TA(2020)0288

Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni ***I

Emendi (*1) adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 404/19)

Emenda 284

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-PAK”) tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi , lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi fis-swieq . Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.

(1)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-PAK”) tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi u lill-investiment , iżżid l-istandards tax-xogħol , billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih , tadattahom u tittrasferixxi r-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji għall-għelieqi s-swieq . Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-iżvilupp rurali .

Emenda 2

Proposta għal Regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Huwa meħtieġ li s-settur agrikolu ma jbatix il-konsegwenzi finanzjarji ta' deċiżjonijiet politiċi, bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jew il-finanzjament ta' politiki ġodda tal-Unjoni. Jenħtieġ li titqies ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (2018/2714(RSP)), fejn il-Parlament Ewropew iddeplora l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP għall-2021-2027 wasslet għal tnaqqis ta' 15 % fil-livell tal-PAK, u ddikjara li l-Parlament Ewropew kien partikolarment kontra kwalunkwe tnaqqis radikali li jħalli impatt negattiv fuq l-istess natura u objettivi tal-PAK. Qajjem dubju wkoll, f'dan il-kuntest, dwar il-proposta li jitnaqqas il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali b'aktar minn 25 %.

Emenda 3

Proposta għal Regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Il-PAK għandha rwol fundamentali fl-Unjoni b'pagamenti diretti u fondi tat-tieni pilastru għal bdiewa li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti mhux biss għas-sigurtà tal-ikel, iżda anke għall-investiment u l-impjiegi f'żoni rurali. It-tnaqqis kbir previst għall-PAK mhuwiex aċċettabbli. Għal din ir-raġuni, il-PAK jenħtieġ li tiffoka fuq l-attivitajiet ewlenin tagħha u l-finanzjament allokat għall-PAK 2021-2027 għall-UE-27 jenħtieġ li jinżamm tal-anqas fil-livell tal-baġit tal-2014-2020 filwaqt li jiġi bbaġitjat l-ammont inizjali għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu.

Emenda 4

Proposta għal Regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

F'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż fost l-oħrajn, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-kisba tal-obbligi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda 5

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni u sabiex ifasslu u jistabbilixxu l-qafas ta' konformità u ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji.

(3)

Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà u flessibbiltà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni . L-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu u jistabbilixxu wkoll il-qafas ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji biex ikomplu jiżguraw konformità tal-interventi tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK mad-dritt applikabbli tal-Unjoni . Ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, inklużi kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba (KAAT) u rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMRs) jiżguraw approċċ komuni u kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri.

Emenda 6

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid]  (12), b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (12), b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda 7

Proposta għal Regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament CPR  (1a) ] jenħtieġ li tapplika għal dan ir-Regolament.

Emenda 8

Proposta għal Regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkumplikaw l-użu tal-FAEG u tal-FAEŻR għall-benefiċjarji.

Emenda 9

Proposta għal Regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru.

(9)

Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni , tar-rapport ta' approvazzjoni annwali u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru. L-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jiżviluppaw ir-rwol tagħhom bħala konsulenti għall-bdiewa u jagħmlu sforzi lejn is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għal benefiċjarji filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 10

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.

(10)

Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali jew reġjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.

Emenda 265

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit importanti biex ikun żgurat b'mod raġonevoli li l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi rilevanti tal-PAK jintlaħqu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi stipulat b'mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista' tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikollha output korrispondenti u tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u mas-sistemi ta' governanza.

(11)

Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit importanti biex ikun żgurat b'mod raġonevoli li l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi rilevanti tal-PAK jintlaħqu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi stipulat b'mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista' tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi applikabbli tal-Unjoni u mas-sistemi ta' governanza , inklużi l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għar-rappurtar tal-prestazzjoni .

Emenda 12

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2 000 . Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara. Barra minn hekk, għas-sena finanzjarja tal-2020, hemm bżonn ta' deroga oħra minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 jiġi riportat għall-2021 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(14)

Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat.

Emenda 13

Proposta għal Regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Ir-riżerva għall-kriżijiet eżistenti jenħtieġ li tiġi riveduta u msaħħa biex ikun appoġġjat l-istabbiliment ta' riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE, għodda aktar effettiva u flessibbli li jenħtieġ li tipprovdi appoġġ supplimentari għas-settur agrikolu fil-każ ta' żviluppi tas-suq u biex l-Unjoni tkun tista' twieġeb aħjar għal kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Għal dak il-għan u sabiex ikun permess l-iżvilupp ta' qafas sod li jippermetti lill-bdiewa jimmaniġġjaw ir-riskji b'mod xieraq, l-approprjazzjonijiet tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE jenħtieġ li jiġu mmobilizzati għall-finanzjament tal-miżuri tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u l-miżuri eċċezzjonali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll għall-miżuri li jippermettu s-sostituzzjoni tal-għodod għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu mdaħħla fis-seħħ mill-Istati Membri skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) … / … [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u magħmula disponibbli għall-bdiewa fil-każ ta' tnaqqis qawwi fl-introjtu agrikolu lil hinn minn livell limitu għal kull settur definit minn qabel mill-Kummissjoni li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati.

Emenda 14

Proposta għal Regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-baġit tal-PAK u l-ammont inizjali tagħha jenħtieġ li jiġi stabbilit fl-2021 bħala żieda għall-baġits tal-FAEĠ u tal-FAEŻR. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga minn dak il-punt li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva għall-agrikoltura fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara, filwaqt li tippermetti l-akkumulu ta' approprjazzjonijiet għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE minn sena għal oħra, matul il-perjodu ta' programmazzjoni.

Emenda 15

Proposta għal Regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2  % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.

(15)

Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv , biex il-proċeduri jiġu ssimplifikati kemm jista' jkun u biex tiġi llimitata l-kumplessità ta' forom ta' pagamenti, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2  % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.

Emenda 16

Proposta għal Regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

L-ugwalizzazzjoni tal-livell tal-pagamenti diretti fost l-Istati Membri hija essenzjali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern. Hemm il-ħtieġa urġenti li ssir distribuzzjoni ġusta tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri.

Emenda 17

Proposta għal Regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola u timmonitorja r-riżorsi agrikoli fuq perjodu medju taż-żmien u fit-tul, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data mis-satelliti u t-titjib ta' din id-data.

(21)

Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola , tivvaluta u tipprovdi għajnuna f'waqtha f'każ ta' diżastri naturali u timmonitorja r-riżorsi agrikoli meħtieġa għall-produzzjoni fuq perjodu medju taż-żmien u fit-tul, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data mis-satelliti u t-titjib ta' din id-data.

Emenda 18

Proposta għal Regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

Il-monitoraġġ tas-swieq agrikoli mill-Kummissjoni jenħtieġ li jkun estiż għall-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali lejn u minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp f'setturi li ġew identifikati bħala sensittivi mill-pajjiżi sħab, sabiex jiġi żgurat li l-eżiti kummerċjali tas-settur agroalimentari relatati mal-PAK ikunu koerenti mal-impenn tal-Unjoni għal Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp.

Emenda 266

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok , għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli.

(25)

Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni tkun tiddependi mil-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Madankollu , għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli u jekk hemmx konformità mar-regoli dwar is-sistemi ta' governanza applikabbli, inklużi l-obbligi tar-rappurtar tal-prestazzjoni tal-Istati Membri . Jenħtieġ li l-fokus il-ġdid tal-PAK fuq mudell orjentat lejn ir-riżultati ma jneħħix l-obbligi tal-Istati Membri li jivverifikaw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda 267

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali u rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar tas-sena N+1 . Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati , jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.

(28)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali , sommarju tal-awditu u d-dikjarazzjoni ta' ġestjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar kull sena. Fir-rigward tar-rapport dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK , l-Istati Membri jenħtieġ li jibagħtu l-ewwel rapport tal-prestazzjoni tagħhom fit-tieni sena kalendarja wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull sena wara. Għall-fini tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni u r-rieżami dwar il-prestazzjoni pluriennali, ir-rapport tal-prestazzjoni jenħtieġ li jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u l-progress li jkun sar fil-kisba tal-objettivi kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK u jkun fih informazzjoni dwar l-outputs u n-nefqa li jkunu twettqu kull sena, informazzjoni dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu u d-distanza fir-rigward tal-miri rispettivi kull sentejn, u, fejn fattibbli, rappurtar dwar l-impatti bl-użu tad-data msemmija fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.

Emenda 268

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Jenħtieġ li tiddaħħal forma ġdida ta' sospensjoni tal-pagamenti għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet tajbin u li jinftehmu għal din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li , minbarra li tnaqqas in-nefqa għas-sena finanzjarja N-1, tissospendi wkoll in-nefqa futura marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b'mod mhux normali . Jenħtieġ li t-tali sospensjonijiet jiġu kkonfermati fid-deċiżjoni annwali dwar l-approvazzjoni tal-prestazzjoni .

(29)

Jenħtieġ li jiddaħħal monitoraġġ tal-prestazzjoni annwali għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet tajbin u li jinftehmu għal din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob mill-Istat Membru kkonċernat valutazzjoni tal-kwistjonijiet li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jfassal u jimplimenta l-azzjonijiet ta' rimedju addizzjonali marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b'mod mhux normali għas-sena finanzjarja ta' wara .

Emenda 269

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni , jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob , permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress . Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.

(30)

Minħabba t-tranżizzjoni meħtieġa għal mudell tal-prestazzjoni orjentat lejn ir-riżultati, ir-rapputat tal-prestazzjoni dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu u d-distanza għall-miri rispettivi jenħtieġ li jiġi sottomess għall-ewwel darba sal-15 ta' April tat-tieni sena kalendarja wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-rieżami tal-prestazzjoni pluriennali jenħtieġ li jitwettaq mill-Kummissjoni kull sentejn . Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, u fejn l-Istat Membru ma jistax jipprovdi raġunijiet debitament ġustifikati jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżenta pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha. Il-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jiddeskrivi l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa u l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu . Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jsir evidenti li l-pjan ta' azzjoni b'mod ċar ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.

Emenda 270

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)

Meta s-sitwazzjoni ma tiġix rimedjata sat-tmiem is-sitt xahar wara d-deċiżjoni mill-Kummissjoni li tissospendi l-pagamenti fil-qafas tar-rieżami tal-prestazzjoni pluriennali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tnaqqas b'mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat. L-ammonti mnaqqsa b'mod definittiv għandhom jiġu allokati mill-ġdid biex jiġu ppremjati l-Istati Membri bi prestazzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda 23

Proposta għal Regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)

Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti ta' kull sena fil-kuntest tal-approvazzjoni finanzjarja annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mal-liġi tal-Unjoni.

(39)

Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti ta' kull sena fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda 271

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

F'konformità mal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tan-nefqa b'rabta mal-outputs irrappurtati. Sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm outputs irrappurtati li jikkorrispondu man-nefqa ddikjarata u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw dan, jenħtieġ li jiġi implimentat mekkaniżmu ta' tnaqqis tal-pagamenti.

imħassar

Emenda 25

Proposta għal Regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw sistemi biex huma jkunu ssodisfati li l-interventi ffinanzjati mill-Fondi jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom , KE ) Nru 2988/95 (16) , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (17) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (18), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż ta' frodi, l-irkupru ta' Fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Sabiex l-OLAF ikun jista' jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta' irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu ġew innotati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-Fondi jiġu eżaminati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan.

(42)

Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw sistemi biex huma jkunu ssodisfati li l-interventi ffinanzjati mill-Fondi jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), ir-Regolament tal-Kunsill ( KE, Euratom) Nru 2988/95 (16) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (17), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (18), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż ta' frodi, l-irkupru ta' Fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Sabiex l-OLAF ikun jista' jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta' irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu ġew innotati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-Fondi jiġu eżaminati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan.

Emenda 26

Proposta għal Regolament

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 215

Proposta għal regolament

Premessa 46b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46b)

Sabiex jiġu żgurati obbligu ta' rendikont u trasparenza akbar rigward l-appoġġ mill-FAEŻR u l-FAEG, jenħtieġ li tinġabar informazzjoni addizzjonali dwar strutturi ta' sjieda mill-Istati Membri permezz tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll. Biex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tal-art u tal-istrutturi ta' sjieda u l-investigazzjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali, korruzzjoni, u mġiba frawdolenti, il-benefiċjarji jenħtieġ li, fejn applikabbli, jindikaw l-identità tal-impriża jew impriżi prinċipali tagħhom. Jenħtieġ li l-applikanti jiġu megħjuna sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv, eż. permezz ta’ formoli tal-applikazzjoni mimlija minn qabel u aċċess għal data xierqa.

Emenda 27

Proposta għal Regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)

Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

(47)

Jenħtieġ li l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata jinkludu s-sistema ta' twissija bikrija u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali , jinżammu f'livell xieraq, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-proporzjonalità u l-ħtieġa li ma jitqegħdux piżijiet amministrattivi mhux xierqa fuq il-bdiewa u l-korpi amministrattivi . Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja li tista' tillimita l-każijiet fejn ikunu meħtieġa spezzjonijiet tal-azjendi agrikoli u tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa .

Emenda 28

Proposta għal Regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)

Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni tkun affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.

(48)

Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar tkun affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.

Emenda 299

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” stabbiliet bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. B'hekk, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta' identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba' u data oħra tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għall-finijiet ambjentali u klimatiċi tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata trid titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' korpi li ma jiffurmawx parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

(49)

Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” , il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”, l-“Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt – għal sistema tal-ikel sana u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent” u l-“Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030” stabbilew bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet u  l-miri ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. B'hekk, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta' identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba' u data oħra tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għall-finijiet ambjentali u klimatiċi tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata trid titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' korpi li ma jiffurmawx parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

Emendi 209 u 285

Proposta għal regolament

Premessa 49a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” tirrimarka dwar l-importanza li jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji ewlenin stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittjiet Soċjali (EPSR). Il-kunsiderazzjonijiet tal-protezzjoni soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, se jkollhom rwol ewlieni fil-bini ta' sistemi tal-ikel sostenibbli, ġusti u b'saħħithom. Il-PAK jenħtieġ li tkun waħda mill-għodod biex jintlaħqu l-objettivi tal-EPSR..

Emenda 29

Proposta għal Regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)

Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti.

(53)

Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u r-rispett tal-obbligi tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp tal-Unjoni , jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi . Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti. Tali sistema jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għall-identifikazzjoni tal-inkoerenzi bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u l-objettivi tal-politiki esterni tal-Unjoni. Dan jikkontribwixxi għall-monitoraġġ li jintlaħqu l-objettivi tal-PAK kif previst fir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], billi jippermetti l-evalwazzjoni tal-impatt tal-impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi fuq l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 208 tat-TFUE.

Emendi 210 u 286

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)

Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u  mal-kwistjonijiet marbutin mal-annimali . Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali marbutin mal-kundizzjonalità fil-livell tal-Unjoni.

(55)

Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, li tiżgura li l-pagamenti jippromwovu livell għoli ta' sostenibbiltà u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa fl-Istati Membri u bejniethom, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi soċjali, ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u  l-benesseri tal-annimali . Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikunu żgurati dawn il-kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kundizzjonalità u l-kontrolli u l-penali marbutin man-nuqqas ta' konformità fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 31

Proposta għal Regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)

Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi prevista rata minima ta' penali fil-livell tal-Unjoni għan-nuqqas ta' konformità li jseħħ għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u l-intenzjonalità tista' twassal għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew idaħħlu sistema ta' twissija bikrija.

(57)

Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu previsti rati minimi ta' penali fil-livell tal-Unjoni . Dawn ir-rati jenħtieġ li japplikaw għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u  jenħtieġ li l-intenzjonalità twassal potenzjalment għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu sistema ta' twissija bikrija , filwaqt li jinnotifikaw lill-benefiċjarju dwar l-obbligu li jieħu miżuri korrettivi u jippermettulu jirrimedja n-nuqqas ta' konformità . Jenħtieġ li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità minħabba forza maġġuri, negliġenza sempliċi jew minħabba żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti jew awtorità oħra.

Emenda 216

Proposta għal regolament

Premessa 66a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(66a)

Wara talbiet mill-Parlament Ewropew  (1a) biex ikun hemm aktar trasparenza dwar id-distribuzzjoni tal-art agrikola u l-konċentrazzjoni tal-art li tħalli impatt fuq l-aċċess tal-bdiewa għall-art, u l-opinjonijiet tal-Ombudsman Ewropew  (1b) u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-ħtieġa li jinxteħet aktar dawl fuq strutturi ta' sjieda marbuta mal-benefiċjarji tal-PAK, fil-kuntest tal-possibbiltà ta' frodi u użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni, u minħabba li l-istatistika disponibbli  (1c) tipprovdi stampa limitata tas-sjieda u l-kontroll tal-azjendi agrikoli, u sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-awtoritajiet pubbliċi tal-ħtif tal-art u l-konċentrazzjoni tal-art u biex jiġu żgurati obbligu ta' rendikont u trasparenza akbar dwar l-appoġġ mill-FAEŻR u l-FAEG, jenħtieġ għalhekk li l-informazzjoni dwar l-istrutturi ta' sjieda tkun disponibbli wkoll għall-pubbliku. Il-lista tal-benefiċjarji tal-fondi tal-PAK, ippubblikata ex post mill-Istat Membru, jenħtieġ li, fejn applikabbli, tippermetti wkoll l-identifikazzjoni tal-impriżi prinċipali. Din tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-monitoraġġ tal-istrutturi ta' sjieda u tiffaċilita l-investigazzjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali, korruzzjoni, u mġiba frawdolenti.

Emenda 32

Proposta għal Regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)

Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f'dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b'rabta mal-użu tal-Fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta' “beni pubbliċi” permezz tal-biedja, u b'hekk isostni l-leġittimità tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu.

(71)

Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f'dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b'rabta mal-użu tal-Fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta' “beni pubbliċi” permezz tal-biedja, u b'hekk isostni l-leġittimità tal-Unjoni u tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu.

Emenda 272

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“irregolarità” tfisser irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;

(a)

“irregolarità” tfisser irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;

(b)

“sistemi ta' governanza” tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(b)

“sistemi ta' governanza” tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u s-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 38a ta' dan ir-Regolament u r-rieżami tal-prestazzjoni multiannwali li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(c)

“rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni” tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u f'dan ir-Regolament.

(c)

“rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni” tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u f'dan ir-Regolament , fir-Regolament (UE) 2018/1046 (ir-Regolament Finanzjarju) u fid-Direttiva 2014/24/UE (id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku) ;

 

(ca)

“rekwiżiti tal-Unjoni” tfisser ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u r-regoli dwar l-eliġibbiltà li jirriżultaw mir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] li hemm fil-pjan strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru;

 

(cb)

“indikatur tal-output” tfisser indikatur tal-output kif iddefinit fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];

 

(cc)“

indikatur tar-riżultat” tfisser indikatur tar-riżultat kif definit fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];

 

(cd)

“defiċjenza serja” tfisser defiċjenza serja kif definita fil-punt 30 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];

 

(ce)

“korp intermedjarju” tfisser korp intermedjarju kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament CPR];

 

(cf)

“pjan ta' azzjoni” tfisser pjan ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 40(1) ta' dan ir-Regolament.

Emenda 39

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

il-mewt tal-benefiċjarju;

Emenda 40

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

diżastru naturali kbir li jolqot serjament lill-azjenda;

(a)

diżastru naturali jew avveniment meteoroloġiku li jolqot serjament lill-azjenda;

Emenda 41

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju;

Emenda 42

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

iċ-ċirkostanzi tas-suq li jolqtu serjament lill-azjenda;

Emenda 43

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-qerda aċċidentali tal-bini tal-bhejjem fl-azjenda;

(b)

il-qerda tal-bini tal-bhejjem fl-azjenda;

Emenda 44

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

marda epiżootika jew marda tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom rispettivament;

(c)

marda epiżootika, marda tal-pjanti jew tifqigħa tal-organiżmi ta' ħsara tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom rispettivament;

Emenda 45

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-punt (a) tal-ewwel paragrafu għal grupp ta' azjendi agrikoli milquta mill-istess diżastru naturali jew avveniment meteoroloġiku.

Emenda 46

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-azzjonijiet fi ħdan l-Artikolu 112 ta' dak ir-Regolament .

Emenda 47

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, kull Fond jista' jiffinanzja b'mod dirett l-attivitajiet ta' tħejjija, l-attivitajiet ta' monitoraġġ, l-attivitajiet amministrattivi u l-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, kull Fond jista' jiffinanzja b'mod dirett iż-żieda fl-attivitajiet ta' tħejjija, l-attivitajiet ta' monitoraġġ, l-attivitajiet amministrattivi u l-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 86(3) tar-Regolament (UE) …/… [Ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandha tqis iż-żieda fil-bini tal-kapaċità amministrattiva fir-rigward tal-governanza ġdida u s-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri. Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:

Emenda 48

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki fil-kuntest tal-PAK, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

(f)

l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fil-kuntest tal-PAK u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

Emenda 49

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi fil-livell tal-Unjoni, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;

(h)

il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell tal-Unjoni, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;

Emenda 50

Proposta għal Regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Awtorità kompetenti

 

1.     L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli għall-affarijiet li ġejjin:

 

(a)

għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(2);

 

(b)

għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditament tal-korp ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10;

 

(c)

għall-ħatra u r-revoka tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tiegħu imsemmi fl-Artikolu 11;

 

(d)

għat-twettiq tal-kompiti li huma assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.

 

2.     Abbażi ta' eżami tal-kriterji li l-Kummissjoni għandha tadotta b'mod konformi mal-Artikolu 12(1), l-awtorità kompetenti għandha, permezz ta' att formali, tiddeċiedi:

 

(a)

dwar il-ħruġ jew, wara reviżjoni, l-irtirar tal-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti u l-korp ta' koordinazzjoni;

 

(b)

dwar il-ħatra u r-revoka tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tiegħu;

 

L-awtorità kompetenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bl-akkreditament jew il-ħatra tal-aġenziji tal-pagamenti, il-korp ta' koordinazzjoni u l-korp taċ-ċertifikazzjoni, u dwar l-irtirar u r-revoka tagħhom.

 

Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tat-tħaddim ta' sistemi ta' governanza bejn l-Istati Membri.

Emenda 273/rev

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aġenziji tal-pagamenti u korpi ta' koordinazzjoni

Aġenziji tal-pagamenti

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri u, jekk applikabbli, ta' reġjuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

Ħlief għat-twettiq tal-pagamenti, l-eżekuzzjoni ta' dawk il-kompiti tista' tiġi ddelegata.

Ħlief għat-twettiq tal-pagamenti, l-eżekuzzjoni ta' dawk il-kompiti tista' tiġi ddelegata.

2.   L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(a) .

2.   L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-punt (a) ta l-Artikolu 12a(1) .

Kull Stat Membru għandu jillimita l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti tiegħu kif ġej:

Filwaqt li jqis id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tiegħu , kull Stat Membru għandu jillimita l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti akkreditati tiegħu kif ġej:

(a)

għal aġenzija waħda fil-livell nazzjonali jew, meta jkun japplika, għal aġenzija waħda għal kull reġjun; u

(a)

għal aġenzija waħda fil-livell nazzjonali jew, meta jkun japplika, għal aġenzija waħda għal kull reġjun; u

(b)

għal aġenzija waħda għall-ġestjoni tan-nefqa kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR.

(b)

għal aġenzija waħda għall-ġestjoni tan-nefqa kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR , fejn jeżistu biss aġenziji fil-livell nazzjonali .

Madankollu, meta l-aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw ukoll aġenzija tal-pagamenti fil-livell nazzjonali għall-iskemi tal-għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu amministrati fil-livell nazzjonali, jew inkella għandhom jgħaddu l-ġestjoni ta' dawn l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.

Madankollu, meta l-aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw ukoll aġenzija tal-pagamenti fil-livell nazzjonali għall-iskemi tal-għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu amministrati fil-livell nazzjonali, jew inkella għandhom jgħaddu l-ġestjoni ta' dawn l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.

 

L-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti għall-perjodu 2014-2020 għandu jiġi riportat għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027, sakemm ikunu infurmaw lill-awtorità kompetenti li huma konformi mal-kriterji tal-akkreditament, u sakemm reviżjoni mwettqa skont il-punt (a) tal-Artikolu 7a(2) ma turix li dan mhuwiex il-każ.

L-aġenziji tal-pagamenti li jkun ilhom tal-inqas tliet snin ma jamministraw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR għandhom jitilfu l-akkreditament tagħhom.

L-aġenziji tal-pagamenti li jkun ilhom tal-inqas tliet snin ma jamministraw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR għandhom jitilfu l-akkreditament tagħhom.

L-Istati Membri ma għandhom jaħtru l-ebda aġenzija addizzjonali ġdida tal-pagamenti wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru aġenziji addizzjonali tal-pagamenti wara … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ], dment li:

 

(a)

l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti akkreditati ma jiżdiedx b'rabta mas-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2019; jew

 

(b)

l-aġenziji tal-pagamenti ġodda jintgħażlu skont riorganizzazzjoni amministrattiva fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/… [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:

(a)

il-kontijiet annwali tan-nefqa li tkun iġġarrbet huma u jitwettqu l-kompiti fdati lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata tagħha, kif previst fl-Artikolu 63(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51;

(a)

il-kontijiet annwali tan-nefqa li tkun iġġarrbet huma u jitwettqu l-kompiti fdati lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata tagħha, kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51;

(b)

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52(1) li juri li n-nefqa saret skont l-Artikolu 35 ;

(b)

sommarju annwali tar-rapporti finali ta' awditu u tal-kontrolli imwettqa, inklużi l-eżiti tagħhom u analiżi tan-natura u l-estent tal-iżbalji u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi permezz tal-awditi u l-kontrolli, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament Finanzjarju ;

(c)

dikjarazzjoni ta' ġestjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, dwar l-affarijiet li ġejjin:

(c)

dikjarazzjoni ta' ġestjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, dwar l-affarijiet li ġejjin:

 

(i)

il-fatt li l-informazzjoni tkun ġiet ippreżentata kif suppost u tkun kompluta u preċiża, kif previst fl-Artikolu 63(6)(a) tar-Regolament Finanzjarju;

 

(i)

il-fatt li l-informazzjoni tkun ġiet ippreżentata kif suppost u tkun kompluta u preċiża, kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju;

 

(ii)

il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' governanza li jkunu ddaħħlu fis-seħħ, l i jagħtu l-garanziji meħtieġa b'rabta mal-outputs irrappurtati fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni , kif previst fl-Artikolu 63(6)(b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju;

 

(ii)

il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' kontroll intern li jkunu ddaħħlu fis-seħħ f'konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, li jagħtu, kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-garanziji meħtieġa li n-nefqa saret f'konformità mal-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament .

 

(iii)

analiżi tan-natura tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet li ġew identifikati fis-sistemi permezz tal-awditi u tal-kontrolli, u tal-estent tagħhom, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu jew li se jittieħdu b'rabta magħhom, kif previst fl-Artikolu 63(5)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

 

B'mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.

B'mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.

 

3a.     Għall-finijiet tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a u r-rieżami tal-prestazzjoni pluriennali msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], il-persuna responsabbli għall--aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha, sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, tħejji rapport tal-prestazzjoni u tipprovdih lill-Kummissjoni.

 

Ir-rapport għandu jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK u jkun fih informazzjoni dwar l-outputs u n-nefqa li jkunu twettqu kull sena, informazzjoni dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu u d-distanza fir-rigward tal-miri rispettivi kull sentejn, u, fejn fattibbli, rappurtar dwar l-impatti bl-użu tad-data msemmija fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE)…/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

 

Ir-rapport tal-prestazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa …[sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u mbagħad kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2030. L-ewwel rapport tal-prestazzjoni għandu jkopri l-ewwel sentejn finanzjarji wara … [is-sena tad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Minn dawk il-pagamenti diretti msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], ir-rapport tal-prestazzjoni għandu jkopri biss is-sena finanzjarja …[sena wara dik tad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

4.     Meta jkun hemm iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti akkreditata, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta' koordinazzjoni u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:

 

(a)

li jiġbor l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;

 

(b)

li jibgħat ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52(1);

 

(c)

li jieħu azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta' natura komuni jew jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar kull segwitu għal dan;

 

(d)

li jippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni u jiżgura dan.F'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tal-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta' koordinazzjoni jrid jiġi akkreditat b'mod speċifiku mill-Istati Membri.

 

Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li l-korp ta' koordinazzjoni jipprovdi għandu jkun kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) u, meta jintbagħat, għandu jintbagħat flimkien ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li tkun tkoprih kollu.

 

5.   Meta aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tkunx tissodisfa xi wieħed mill-kriterji ta' akkreditament li jissemmew fil-paragrafu 2 jew iktar, jew ma jkunx għadha tissodisfahom, l-Istat Membru, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jirtira dak l-akkreditament sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tagħmilx it-tibdiliet meħtieġa f'perjodu li għandha tistabbilih l-awtorità kompetenti skont kemm tkun gravi l-problema.

5.   Meta aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tkunx tissodisfa xi wieħed mill-kriterji ta' akkreditament li jissemmew fil-paragrafu 2 jew iktar, jew ma jkunx għadha tissodisfahom, l-Istat Membru, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jirtira dak l-akkreditament sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tagħmilx it-tibdiliet meħtieġa f'perjodu li għandha tistabbilih l-awtorità kompetenti skont kemm tkun gravi l-problema.

6.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jamministraw u jiżguraw il-kontroll tal-ħidmiet marbutin mal-intervent pubbliku li għalihom ikunu responsabbli u għandhom iżommu r-responsabbiltà ġenerali f'dak il-qasam.

6.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiġġestixxu u jiżguraw il-kontroll tal-operazzjonijiet konnessi ma’ intervent pubbliku li għalihom ikunu responsabbli u għandhom iżommu r-responsabbiltà globali f'dak il-qasam.

Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, l-aġenzija tal-pagamenti għandha sserraħ fuq ir-rapport ta' kontroll li jappoġġa l-applikazzjonijiet għall-pagamenti li jkun bagħat il-BEI jew li tkun bagħtet l-istituzzjoni internazzjonali l-oħra.

Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, l-aġenzija tal-pagamenti għandha sserraħ fuq ir-rapport ta' kontroll li jappoġġa l-applikazzjonijiet għall-pagamenti li jkun bagħat il-BEI jew li tkun bagħtet l-istituzzjoni internazzjonali l-oħra.

Emenda 63

Proposta għal Regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Awtorità kompetenti

 

1.     L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli għall-affarijiet li ġejjin:

 

(a)

għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmi fl-Artikolu 8(2);

 

(b)

għall-akkreditament tal-korp ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(4);

 

(c)

għall-ħatra tal-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 11;

 

(d)

għat-twettiq tal-kompiti assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu.

 

2.     Permezz ta' att formali, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi li toħroġ akkreditament għall-aġenzija tal-pagamenti u għall-korp ta' koordinazzjoni jew li tirtirah wara reviżjoni, abbażi ta' eżami tal-kriterji ta' akkreditament li l-Kummissjoni għandha tadotta skont l-Artikolu 10(1)(a). L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Kummissjoni dwar l-akkreditamenti u l-irtirar tagħhom mingħajr dewmien.

 

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Korpi ta' koordinazzjoni

 

1.     Meta jkun hemm aktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti akkreditata, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta' koordinazzjoni u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:

 

(a)

li jiġbor id-dokumenti, id-data u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;

 

(b)

li jieħu azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta' natura komuni jew jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li jżomm lill-Kummissjoni infurmata b'dan kif ukoll dwar kull segwitu għal dan;

 

(c)

li jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni.

 

Fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni ta' natura finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta' koordinazzjoni għandu jkun soġġett għal akkreditazzjoni speċifika mill-Istat Membru.

 

Id-dokumenti, id-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) u (3a) ippreżentati mill-aġenziji tal-pagamenti u li għandhom jiġu pprovduti mill-korp ta' koordinazzjoni għandhom ikunu koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni tal-korp ta' ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 11(1) u għandhom jintbagħtu flimkien ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li tkun tkopri dawk id-dokumenti kollha.

Emenda 274

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp tal-awditjar pubbliku jew privat li l-Istat Membru jaħtar għal perjodu minimu ta' tliet snin, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. Meta dan ikun korp tal-awditjar privat, u meta l-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tkun tapplika tkun teħtieġ dan, l-Istat Membru għandu jagħżlu permezz ta' proċedura ta' sejħa pubblika għall-offerti.

1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp tal-awditjar pubbliku jew privat li l-Istat Membru jaħtar għal perjodu minimu ta' tliet snin, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. Meta dan ikun korp tal-awditjar privat, u meta l-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tkun tapplika tkun teħtieġ dan, l-Istat Membru għandu jagħżlu permezz ta' proċedura ta' sejħa pubblika għall-offerti.

 

Madankollu, Stat Membru li jagħżel aktar minn korp ta' ċertifikazzjoni wieħed għandu jaħtar ukoll korp ta' ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jagħti opinjoni, li jħejjiha skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li għandha tistabbilixxi l-affarijiet li ġejjin:

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jagħti opinjoni, li jħejjiha skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li għandha tistabbilixxi l-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta;

(a)

il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta;

(b)

jekk is-sistemi ta' governanza li l-Istati Membri jkunu daħħlu fis-seħħ ikunux qed jaħdmu tajjeb jew le;

(b)

jekk is-sistemi ta' governanza li l-Istati Membri jkunu daħħlu fis-seħħ ikunux qed jaħdmu tajjeb jew le;

(c)

jekk ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-indikaturi tal-outputs għall-għanijiet tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li juru li tħares l-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament , ikunux korretti jew le

(c)

jekk ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni għall-fini tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a u r-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu  121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u l-progress li sar lejn il-kisba tal-objettivi, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK , ikunux korretti jew le;

(d)

jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għalihom il-Kummissjoni ntalbet għal rimborż tkunx legali u regolari jew le.

(d)

jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) …/… [Ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], (UE) Nru 1308/2013 ,(UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1144/2014 li għalihom il-Kummissjoni ntalbet għal rimborż tkunx legali u regolari jew le u turix li kien hemm konformità mal-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament.

F'dik l-opinjoni, għandu jintqal ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(c).

F'dik l-opinjoni, għandu jintqal ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(c).

Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jserraħ fuq ir-rapport annwali tal-awditjar li l-awdituri esterni ta' dawk l-istituzzjonijiet ikunu ħejjew.

Meta jingħata appoġġ permezz ta' strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jserraħ fuq ir-rapport annwali tal-awditjar li l-awdituri esterni ta' dawk l-istituzzjonijiet ikunu ħejjew.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ. Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ , f'termini kemm tal-ġestjoni finanzjarja kif ukoll b'rabta mal-valutazzjoni tal-kisba tal-miri maħsuba tal-interventi. Id-data u l-informazzjoni kollha użati biex il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu assigurazzjoni li jkunu qed jintlaħqu l-miri, kif ukoll dawk sottostanti għas-suppożizzjonijiet magħmula, għandhom isiru disponibbli b'mod trasparenti . Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.

3.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u r-regoli dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.

 

L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu wkoll l-affarijiet li ġejjin:

 

(a)

il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ;

 

(b)

il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

 

 

3a.     Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu ħatru l-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u jkunu għarrfu lill-Kummissjoni b'dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista komprensiva ta' dawn il-korpi kollha lill-Parlament Ewropew, sa mhux aktar tard minn sena wara … [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u t-tieni darba mhux aktar tard minn erba' snin wara.

Emenda 74

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018) 0322].

1.   Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018) 0322] li jiffissa l-limiti għall-Istati Membri .

Emenda 75

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Setgħat tal-Kummissjoni

 

1.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar:

 

(a)

il-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(2) u tal-korpi ta' koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(4); u

 

(b)

l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti b'rabta mal-intervent pubbliku u r-regoli dwar il-kontenut tal-responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom;

 

(c)

il-proċeduri għall-ħruġ, għall-irtirar u għar-reviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni u għall-ħatra u r-revoka ta' korpi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, kif ukoll il-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

 

(d)

il-ħidma u l-verifiki li fuqhom hija bbażata d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(3);

 

(e)

il-funzjonament tal-korp ta' koordinazzjoni u n-notifika tal-informazzjoni lill-Kummissjoni stabbilit fl-Artikolu 10(4).

 

2.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.

 

Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu wkoll:

 

(a)

il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ; u

 

(b)

il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar, li jistgħu jinkludu l-possibbiltà ta' monitoraġġ tal-verifiki fuq il-post tal-aġenziji tal-pagamenti.

Emenda 76

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-bidu ta' kull sena għandha tiġi stabbilita riżerva fl-FAEG li tkun maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq jew f'każ ta' kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-riżerva għall-agrikoltura”) .

Għandha tiġi stabbilita riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE (“ir-riżerva”) fi ħdan il-baġit tal-PAK biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u biex twieġeb fil-pront f'każ ta' kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola.

Emenda 77

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni.

L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni u jintużaw, għas-sena finanzjarja jew għas-snin finanzjarji li għalihom huma meħtieġ appoġġ addizzjonali, sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri li ġejjin:

 

(a)

miżuri biex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli skont l-Artikoli 8 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

 

(b)

miżuri eċċezzjonali skont il-Kapitolu I, Parti V tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

 

(c)

miżuri li jikkomplementaw l-għodod tal-istabbilizzazzjoni tal-introjtu msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE …/… [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] fil-każ li kriżi tas-suq isseħħ b'livell ogħla minn limitu minimu definit minn qabel għal kull settur.

Emenda 78

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 sabiex jissupplimentaw dan l-Artikolu billi tiddefinixxi l-livelli limiti speċifiċi għas-settur meħtieġa biex jiġu xkattati l-miżuri biex jiġu adottati l-għodod tal-istabbilizzazzjoni tal-introjtu kif imsemmi fil-punt c tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Emendi 79 u 242

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fondi tar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-miżuri li jittieħdu skont l-Artikoli 8 sa 21 u l-Artikoli 219, 220 u 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-sena jew għas-snin li għalihom ikun hemm bżonn jingħata l-appoġġ addizzjonali.

imħassar

Emenda 80

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-2021, għandu jiġi stabbilit ammont inizjali ta' EUR 400 000 000 fi prezzijiet attwali flimkien mal-baġits tal-FAEG u tal-FAEŻR.

Emenda 81

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżerva għall-agrikoltura għandha tkun ta' mill-inqas EUR 400 miljun fi prezzijiet kurrenti fil-bidu ta' kull sena matul il-perjodu mill-2021 sal-2027. Meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tas-suq jew il-prospetti tul is-sena attwali jew għas-sena ta' wara, il-Kummissjoni tista' taġġusta l-ammont tar-riżerva għall-agrikoltura matul is-sena filwaqt li tqis l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-kuntest tal-FAEG.

Fil-bidu ta' kull sena matul il-perjodu mill-2021 sal-2027, l-ammont tar-riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu tal-UE għandu jkun tal-anqas ugwali għall-ammont inizjali allokat fl-2021 bil-potenzjal ta' żidiet matul dan il-perjodu sa limitu massimu ta' EUR 1 500 000 000 fi prezzijiet attwali, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja.

 

L-ammont tar-riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu tal-UE għandu jiġi aġġustat permezz tal-proċedura baġitarja annwali jew tul is-sena meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tal-kriżi jew il-prospetti rigward is-sena attwali jew is-snin ta' wara u filwaqt li jitqies id-dħul disponibbli assenjat lill-FAEG jew lill-marġnijiet disponibbli taħt is-sottolimitu tal-FAEG.

Emendi 82 u 244

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ li dawn l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jkunux biżżejjed, tista' tintuża d-dixxiplina finanzjarja biex tiffinanzja r-riżerva sa l-ammont inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu.

Emenda 83

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin finanzjarji ta' wara.

B'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għandhom jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin finanzjarji ta' wara.

Emendi 84 u 247

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, b'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 għandu jiġi riportat għall-2021 mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-finanzjament tar-riżerva għall-agrikoltura.

imħassar

Emenda 85

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta' aġġustament għall-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta' dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2)(f) ta' dan ir-Regolament u mogħtija skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-rata ta' aġġustament”), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta' aġġustament għall-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta' dan ir-Regolament (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-rata ta' aġġustament”), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

Emenda 86

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rata ta' aġġustament iddeterminata skont dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu ta' aktar minn EUR 2 000 li għandhom jingħataw lill-benefiċjarji fis-sena kalendarja korrispondenti.

Emenda 87

Proposta għal Regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru skont il-paragrafu 3 mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 101.

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru skont il-paragrafu 3 filwaqt li tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 101.

Emenda 88

Proposta għal Regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data mis-satelliti lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk il-korpi jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.

Skont l-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data mis-satelliti lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk il-korpi jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.

Emenda 89

Proposta għal Regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tqabbad lil entitajiet speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta' ħidma b'rabta mas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 64(1)(c).

Il-Kummissjoni tista' tqabbad lil entitajiet speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta' ħidma b'rabta mas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja msemmija fl-Artikolu 64(1)(c).

Emenda 90

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-għelejjel sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkustanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura;

(b)

tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-ħamrija, tal-ilma, tal-għelejjel u ta' veġetazzjoni oħra sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkostanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura , u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistemi agrikoli kontra t-tibdil fil-klima u l-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli rilevanti ;

Emenda 91

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

tikkontribwixxi għat-trasparenza fis-swieq dinjin;

(d)

tikkontribwixxi għal miżuri speċifiċi li jżidu t-trasparenza fis-swieq dinjin inkluż il-monitoraġġ tas-suq filwaqt li jitqiesu l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni inklużi dawk għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp.

Emenda 92

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 7(c) , il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK u biex din tiġi mmonitorjata , fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat.

Skont l-Artikolu 7 , il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex jiġu implimentati u mmonitorjati l-PAK u l-effetti tagħha , fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, mal-Eurostat, u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat , filwaqt li jkunu żgurati l-imparzjalità, it-trasparenza u d-disponibbiltà bla ħlas tal-informazzjoni sal-punt l-aktar possibbli.

Emenda 93

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

fl-2021: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(a)

fl-2021: 1,5  % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 94

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

fl-2022: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(b)

fl-2022: 1,5  % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 95

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Ma għandu jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta' prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn l-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

3.    Jista' jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta' prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn l-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda 96

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

4.   L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK jew għall-Programm ta' Intervent Reġjonali kkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

Emenda 97

Proposta għal Regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kontribuzzjoni għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

1.   Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK jew, fejn xieraq, għal kull Programm ta' Intervent Reġjonali . Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kofinanzjament għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda 98

Proposta għal Regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa jrid ikun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista' jkun sa 25 % tal-ammont kollu tal-kontribuzzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li tkun ġiet allokata għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti;

(a)

l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa jrid ikun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista' jkun sa 25 % tal-ammont kollu tal-kofinanzjament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkun ġie allokat għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti;

Emenda 99

Proposta għal Regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ , dejjem jekk ikun hemm ir-riżorsi disponibbli, abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.

1.   Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali ta' approvazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.

Emenda 100

Proposta għal Regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b'mod awtomatiku skont l-Artikolu 32.

3.   Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali ta' approvazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b'mod awtomatiku skont l-Artikolu 32.

Emenda 101

Proposta għal Regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara dik tal-impenn baġitarju.

Emenda 102

Proposta għal Regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   F'każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta' Jannar tas-sena N+ 3 .

3.   F'każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta' Jannar tas-sena N+ 4 .

Emenda 103

Proposta għal Regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena N+ 2 ;

(a)

dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena N+ 3 ;

Emenda 104

Proposta għal Regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest tal-FAEŻR, ħidma partikolari tista' tirċievi forom differenti ta' appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (“Fondi SIE”) oħrajn jew minn strumenti oħrajn tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta' appoġġ, meħud f'daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta' intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Fit-tali każijiet , l-Istati Membri ma għandhomx jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni għall-affarijiet li ġejjin :

Fil-kuntest tal-FAEŻR, ħidma partikolari tista' tirċievi forom differenti ta' appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (“Fondi SIE”) oħrajn jew minn strumenti oħrajn tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta' appoġġ, meħud f'daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta' intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Fit-tali każijiet, in-nefqa m'għandhiex tiġi ddikjarata għall-ebda wieħed minn dawn :

Emenda 275

Proposta għal regolament

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

In-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1144/2014 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

(a)

tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati;

(a)

tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditatin ; u

(b)

tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli ; jew

(b)

tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli.

(c)

għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK],

(i)

tkun taqbel ma' output irrappurtat li jkun jikkorrispondi magħha; u

(ii)

tkun saret skont is-sistemi ta' governanza applikabbli, li ma jkoprux il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK.

 

Il-punt (c)(i) tal-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-pagamenti bil-quddiem li jsiru lill-benefiċjarji għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) Nru  …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

In-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

 

(a)

tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati;

 

(b)

tkun saret skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli; u

 

(c)

tkun saret skont is-sistemi ta' governanza applikabbli, fosthom l-obbligi tal-Istati Membri rigward il-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u s-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-finijiet tar-rapport dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda 109

Proposta għal Regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 36, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f'dak il-perjodu jew meta l-Kummissjoni tqis li t-tweġiba tiegħu ma kinitx sodisfaċenti , hija tista' tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

2.   Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 36, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f'dak il-perjodu jew meta l-Kummissjoni tikkonkludi li jidher biċ-ċar li l-kummenti mogħtija mhumiex biżżejjed , hija tista' tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe tnaqqis ma jirriżultax f'aktar dewmien jew diffikultajiet għall-benefiċjarji finali fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 110

Proposta għal Regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51.

3.   It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jiġi applikat f'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51.

Emenda 276

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu  8(3) u fl-Artikolu 11(1) sal-iskadenzi , kif previst fl-Artikolu  8(3) , il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza.

1.   Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti u d-data msemmijin fl-Artikolu  8 u fl-Artikolu 11(1) qabel l-iskadenzi , kif previst fl-Artikolu  8, u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] , il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom jitqiesu li mhumiex ammissibbli skont il-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom jitqiesu li mhumiex ammissibbli skont il-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu.

2.     Meta, fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' aktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista' jiġġustifika dan kif dovut, hija tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmija fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 30.

 

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti għall-interventi li jkun sarilhom it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 52(2) u l-ammont li jrid jiġi sospiż ma għandux jaqbeż il-perċentwal li jikkorrispondi mat-tnaqqis li jkun sar skont l-Artikolu 52(2). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi lill-Istati Membri jew tnaqqashom b'mod permanenti permezz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 52.

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti.

 

3.   L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

3.   L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha tagħtih iċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha tagħtih iċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu.

L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu.

Emenda 277

Proposta għal regolament

Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni

 

1.     Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-operazzjonijiet imwettqa taħt l-interventi msemmija fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u tivvaluta l-korrispondenza bejn l-output u n-nefqa mwettqa rrappurtati fir-rapport dwar il-prestazzjoni minn …[sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sena wara.

 

2.     Meta, fil-kuntest tal-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' aktar minn 35 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat, l-Istat Membru għandu jissottometti ġustifikazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel il-laqgħa ta' rieżami msemmija fl-Artikolu 122 ta' dak ir-Regolament.

 

Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx jista' jipprovdi raġunijiet debitament ġustifikati għad-differenza, il-Kummissjoni għandha titlob mill-Istat Membru kkonċernat valutazzjoni tal-kwistjonijiet li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b'mod partikolari fir-rigward ta' devjazzjonijiet futuri potenzjali mill-istadji importanti rilevanti fil-futur u diffikultajiet prevedibbli fil-kisba tal-miri rilevanti għall-indikaturi tar-riżultati fil-kuntest tar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], u, fejn rilevanti, tiddeskrivi l-miżuri li diġà ttieħdu u li għandhom jittieħdu.

 

Fejn neċessarju, il-Kummissjoni tista' tagħti twissija bikrija matul il-laqgħa ta' rieżami u titlob lill-Istat Membru jfassal u jimplimenta azzjonijiet ta' rimedju addizzjonali għas-sena finanzjarja ta' wara.

 

3.     Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu … [sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew rapport ta' sommarju dwar il-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni mwettaq fis-sena kalendarja ta' qabel, inklużi t-twissijiet bikrijin mogħtija.

Emenda 278

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sospensjoni tal-pagamenti b'rabta mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni

Sospensjoni u tnaqqis tal-pagamenti b'rabta mar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni

1.     F'każ ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jew f'każ fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

1.     Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami pluriennali tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti dwar il-prestazzjoni minn …[sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn wara.

 

Fil-każ ta' dewmien fil-progress lejn l-istadji importanti għall-indikaturi tar-riżultati, u fejn il-valur irrappurtat ta' indikatur tar-riżultati wieħed jew aktar, stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jew f'każ fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jiżvela distakk ta' aktar minn 25 % għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta ġustifikazzjoni għal dan id-distakk qabel il-laqgħa ta' rieżami msemmija fl-Artikolu 122 ta' dak ir-Regolament.

 

Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx jista' jippreżenta ġustifikazzjoni għal dan id-distakk, matul il-laqgħa ta' rieżami, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat ifassal u jistabbilixxi pjan ta' azzjoni u jimplimenta dan il-pjan ta' azzjoni b'konsultazzjoni magħha.

 

L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur wara t-talba tal-Kummissjoni, il-pjan ta' azzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu, inklużi l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa u l-iskeda ta' żmien mistennija għat-twettiq tiegħu. Dak il-pjan ta' azzjoni għandu jidentifika b'mod ċar l-interventi relatati mal-indikaturi tar-riżultati li għalihom ġie identifikat id-distakk.

 

Fi żmien perjodu ta' 30 jum, il-Kummissjoni għandha jew tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub li taċċetta l-pjan ta' azzjoni jew tibgħat talba lill-Istat Membru kkonċernat għal emendi fih. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mal-pjan ta' azzjoni u jirrispetta l-iskeda ta' żmien mistennija għat-twettiq tiegħu kif aċċettata mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Għall-fini li jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta' azzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi ta' dawk il-pjanijiet ta' azzjoni , inkluż b'mod partikolari, definizzjoni tal-indikaturi ta' progress u l-proċedura biex jiġu stabbiliti dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni.

2.   Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

2.   Meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ppreżentat mill-Istat Membru ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' , wara li tikkonsulta lill-Istat Membru kkonċernat u tagħtih l-opportunità li jwieġeb fi żmien 30 jum, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

 

Meta l-Istat Membru kkonċernat iwieġeb u jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u l-Kummissjoni tqis li dawk l-osservazzjonijiet mhumiex biżżejjed, il-Kummissjoni għandha, fejn neċessarju u mhux aktar tard minn meta jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni, tipprovdi ġustifikazzjoni dwar għaliex l-osservazzjonijiet ippreżentati ma kinux biżżejjed. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

 

Il-Kummissjoni għandha tqis il-perjodu ta' żmien indikat għat-twettiq tal-pjan ta' azzjoni qabel ma tinbeda kwalunkwe proċedura ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll każijiet ta' force majeure u kriżi serja, li setgħu jipprevjenu lill-Istat Membru milli jimplimenta kif xieraq il-pjan ta' azzjoni tiegħu inkluż il-kisba tal-istadji importanti kkonċernati.

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti marbuta mal-interventi li kellu jkopri dak il-pjan ta' azzjoni, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], ikun sar progress sodisfaċenti lejn l-ilħiq tal-miri. Jekk is-sitwazzjoni ma titranġax sa meta jingħalaq il-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK , il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jnaqqas b'mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat.

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti marbuta mal-interventi li kellu jkopri dak il-pjan ta' azzjoni, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], ikun sar progress sodisfaċenti lejn l-ilħiq tal-miri għall-indikaturi tar-riżultati u l-valur irrappurtat tal-indikaturi tar-riżultati.

 

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “progress sodisfaċenti” tfisser li l-Istat Membru kkonċernat implimenta l-pjan ta' azzjoni, u l-istadji importanti milħuqa u l-valur irrappurtat tal-indikaturi tar-riżultati kkonċernati jikkostitwixxu distakk ta' inqas minn 25 % għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata.

 

L-Istat Membru kkonċernat jista' jinnotifika lill-Kummissjoni b'mod volontarju bit-tmexxija 'l quddiem tal-pjan ta' azzjoni matul is-sena baġitarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-progress li jkun sar fl-ilħuq tal-istadji importanti. Jekk Stat Membru jkun jista' juri li d-distakk, li wassal għas-sospensjoni, ikun tnaqqas għal inqas minn 25 % matul is-sena baġitarja, l-ammonti sospiżi għandhom jiġu rimborżati.

 

Jekk is-sitwazzjoni ma titranġax sa tmiem is-sitt xahar wara s-sospensjoni , il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jnaqqas b'mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat. L-ammonti mnaqqsa b'mod definittiv għandhom jiġu allokati mill-ġdid għall-Istati Membri biex tiġi ppremjata l-prestazzjoni sodisfaċenti kif imsemmi fl-Artikolu 39a.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti u t-tul ta' żmien tat-tali sospensjoni u l-kundizzjoni għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta' dawk l-ammonti f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti u t-tul ta' żmien tat-tali sospensjoni u l-kundizzjoni għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta' dawk l-ammonti f'dak li għandu x'jaqsam mar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni.

3.   L-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

3.   L-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

Qabel ma tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

Emenda 279

Proposta għal regolament

Artikolu 39a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 39a

 

Distribuzzjoni mill-ġdid tal-finanzi li jirriżultaw minn tnaqqis tal-pagamenti b'rabta mar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni

 

1.     Il-fondi li jirriżultaw minn tnaqqis skont l-Artikolu 39(3) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew f'riżerva tal-prestazzjoni u jintużaw biex jippremjaw lill-Istati Membri meta prestazzjoni tkun sodisfaċenti fir-rigward tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u speċifikati aktar fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom.

 

2.     Dawn il-fondi jistgħu jiġu attribwiti lill-Istati Membri fi tmiem il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK sabiex tiġi ppremjata l-prestazzjoni sodisfaċenti sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun issodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

 

3.     Abbażi tal-aħħar rieżami pluriennali tal-prestazzjoni, il-fondi għandhom jiġu attribwiti biss lill-Istati Membri li jkunu kisbu mill-inqas 90 % tal-valur fil-mira tagħhom fir-rigward tal-indikaturi tar-riżultati applikati għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE)…/… [Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom.

 

Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-aħħar rapport dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 121(2) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura ta' kumitat imsemmija fl-Artikolu 101 biex tiddeċiedi għal kull Stat Membru jekk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK rispettivi jkunux kisbu l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

 

4.     Meta l-valuri fil-mira msemmija fil-paragrafu 3 jintlaħqu, għandu jiġi kkalkulat u mogħti ammont mill-Kummissjoni lill-Istat(i) Membru/Membri kkonċernat(i) u jitqies li jkun allokat definittivament għas-sena finanzjarja ta' wara t-tmiem tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK abbażi tad-deċiżjoni msemmija fl-istess paragrafu. Meta jiġu attribwiti l-fondi, il-Kummissjoni tista' tqis il-każijiet ta' force majeure u l-kriżijiet soċjoekonomiċi serji li jimpedixxu l-kisba tal-istadji importanti rilevanti.

Emenda 224

Proposta għal regolament

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    F'każ ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

1.    Fejn jinstabu u jiġu indikati nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni ta' aġenzija tal-pagamenti, fl-opinjoni tal-korp ta' ċertifikazzjoni jew waqt il-verifiki tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 47 , il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex iwieġeb u jipprovdi kummenti dwar is-sejbiet fi żmien xahrejn wara t-talba sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa ta' azzjonijiet ta' rimedju u, fejn meħtieġ, pjan ta' azzjoni. Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li għandu jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

 

L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien tliet xhur wara t-talba tal-Kummissjoni, jippreżenta lill-Kummissjoni l-pjan ta' azzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, inklużi l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa u l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu. Il-Kummissjoni għandha jew tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub li taċċetta l-pjan ta' azzjoni jew għandha tibgħat lill-Istat Membru kkonċernat talba għal modifiki. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mal-pjan ta' azzjoni u jirrispetta l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu kif aċċettat mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija f'dan il-paragrafu u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti.

2.   Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

2.   Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni jew jekk ma ġiex applikat skont it-talba bil-miktub tal-Kummissjoni kif imsemmi f'dak il-paragrafu , il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perjodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu u li ma għandux ikun ta' iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perjodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu u li ma għandux ikun ta' iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.

3.    L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

 

Qabel ma tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

3.   Qabel ma tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun beħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb għal dan fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Fejn l-Istat Membru kkonċernat wieġeb u ppreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u l-Kummissjoni kkunsidrat dawk l-osservazzjonijiet insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ u mhux aktar tard minn meta l-att ta' implimentazzjoni jiġi adottat, tipprovdi ġustifikazzjoni għaliex l-osservazzjonijiet ippreżentati ma kinux biżżejjed.

L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu .

L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti delegati adottati skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 .

Emenda 121

Proposta għal Regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru;

(a)

jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament ;

Emenda 122

Proposta għal Regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 68 u 71 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 68 u 71 u l-Kapitolu III tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] kif ukoll fit-Taqsima I tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 .

Emenda 123

Proposta għal Regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, f'każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR.

2.   Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, f'każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR , rispettivament, u għandhom fil-parti l-kbira jiffinanzjaw ir-riżerva agrikola stabbilita skont il-FAEG, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 14 .

Emenda 124

Proposta għal Regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għoti ta' informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollu l-għan, b'mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha , li jerġa' jrawwem il-kunfidenza tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji tal-informazzjoni, li jinforma lill-bdiewa u lil partijiet oħrajn attivi f'żoni rurali dwar il-PAK u li jippromwovi l-mudell Ewropew tal-agrikoltura u jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.

L-għoti ta' informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollu l-għan, b'mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha inkluża l-interazzjoni tagħha mal-klima, l-ambjent, il-benessri tal-annimali u l-iżvilupp. Dan bil-għan li ċ-ċittadini jiġu infurmati dwar l-isfidi ffaċċjati fl-agrikoltura u l-ikel, biex jiġu infurmati l-bdiewa u l-konsumaturi, biex tiġi restawrata l-fiduċja tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji tal-informazzjoni, biex jiġu infurmati l-bdiewa u partijiet oħrajn attivi f'żoni rurali dwar il-PAK u biex jiġi promoss mudell ta' Unjoni aktar sostenibbli tal-agrikoltura kif ukoll biex jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.

Emenda 125

Proposta għal Regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz tiegħu għandha tingħata informazzjoni koerenti, oġġettiva u komprensiva kemm fl-Unjoni kif ukoll 'il barra minnha.

Permezz tiegħu għandha tingħata informazzjoni koerenti , imparzjali, ibbażata fuq l-evidenza , oġġettiva u komprensiva kemm fl-Unjoni kif ukoll 'il barra minnha permezz ta' pjan ta' komunikazzjoni .

Emenda 126

Proposta għal Regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet relatati mad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.

Emenda 127

Proposta għal Regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandu jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, sakemm hija ma tkunx avżat lill-Istati Membri li ma tistax toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għal sena finanzjarja partikolari, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat

Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandu jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat , sakemm ma tkunx ġiet infurmata li l-Istat Membru ma jistax jistrieħ fuq dan ix-xogħol .

Emenda 282

Proposta għal regolament

Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 tat-Trattat, jew għal kull verifika li tiġi organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat jew abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-Kummissjoni tista' torganizza verifiki fl-Istati Membri sabiex tivverifika , b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:

1.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 tat-Trattat, jew għal kull verifika li tiġi organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat jew abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 jew għall-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju , il-Kummissjoni tista' torganizza verifiki fl-Istati Membri sabiex tivverifika l-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-konformità tal-prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;

(a)

il-konformità tal-prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;

(b)

jekk hemmx output li jikkorrispondi man-nefqa li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] , kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ;

(b)

jekk l-operazzjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 u li jikkorrispondu mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] twettqux f'konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni u ġewx ivverifikati sabiex tiġi żgurata konformità ma' dawk ir-rekwiżiti ;

 

(ba)

jekk l-operazzjonijiet l-oħra li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 5(2) u 6 ġewx imwettqa u ivverifikati skont id-dritt tal-Unjoni;

(c)

jekk ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jsirx skont l-Artikolu 11 u għall-finijiet tat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu jew le;

(c)

jekk ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jsirx skont l-Artikolu 11 u għall-finijiet tat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu jew le;

(d)

jekk aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kriterji ta' akkreditament stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u jekk l-Istat Membru japplikax l-Artikolu 8(5) sewwa jew le.

(d)

jekk aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kriterji ta' akkreditament stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u jekk l-Istat Membru japplikax l-Artikolu 8(5) sewwa jew le;

 

(da)

jekk il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fl-Artikoli 39 u 40 humiex implimentati b'mod korrett.

 

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 46, fil-każ ta' nuqqasijiet serji identifikati fis-sistema ta' governanza, ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru jew biex tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti skont l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' twettaq monitoraġġ estiż, inkluż verifiki fuq il-post sakemm jippersistu n-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' governanza.

Il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jagħmlu l-verifiki f'isimha jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jkunu qed jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat li jkunu ngħatawlhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha li jkollhom x'jaqsmu man-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR, fosthom id-dokumenti u l-metadata li jkunu tħejjew fuq medium elettroniku jew li jkunu waslu u ġew irreġistrati fuq it-tali medium.

Il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jagħmlu l-verifiki f'isimha jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jkunu qed jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat li jkunu ngħatawlhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha li jkollhom x'jaqsmu man-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR, fosthom id-dokumenti u l-metadata li jkunu tħejjew fuq medium elettroniku jew li jkunu waslu u ġew irreġistrati fuq it-tali medium.

Is-setgħat għat-twettiq tal-verifiki ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għall-aġenti li jinħatru b'mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost l-oħrajn, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru abbażi tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b'dan il-mod.

Is-setgħat għat-twettiq tal-verifiki ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għall-aġenti li jinħatru b'mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost l-oħrajn, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru abbażi tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b'dan il-mod.

2.   Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun se ssir il-verifika biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li tkun se ssir verifika, filwaqt li tqis l-impatt amministrattiv fuq l-aġenziji tal-pagamenti meta tkun qed torganizza l-verifiki. F'dawn il-verifiki jistgħu jieħdu sehem aġenti mill-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun se ssir il-verifika biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li tkun se ssir verifika, filwaqt li tqis l-impatt amministrattiv fuq l-aġenziji tal-pagamenti meta tkun qed torganizza l-verifiki. F'dawn il-verifiki jistgħu jieħdu sehem aġenti mill-Istat Membru kkonċernat.

Fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-korpi kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki jew inkjesti addizzjonali dwar il-ħidmiet li dan ir-Regolament ikopri. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha jistgħu jieħdu sehem fit-tali verifiki.

Fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-korpi kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki jew inkjesti addizzjonali dwar il-ħidmiet li dan ir-Regolament ikopri. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f'isimha jistgħu jieħdu sehem fit-tali verifiki.

Sabiex ittejjeb il-verifiki, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew għal ċerti inkjesti.

Sabiex ittejjeb il-verifiki, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew għal ċerti inkjesti.

Emenda 132

Proposta għal Regolament

Artikolu 48 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament ( UE, Euratom) Nru 2988/95, l-informazzjoni dwar każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi ssuspettata li jkunu nnutaw u l-informazzjoni dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b'rabta ma' dawk l-irregolaritajiet u ma' dawk il-każijiet ta' frodi.

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament ( KE , Euratom) Nru 2988/95, l-informazzjoni dwar każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi ssuspettata li jkunu nnutaw u l-informazzjoni dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b'rabta ma' dawk l-irregolaritajiet u ma' dawk il-każijiet ta' frodi. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor din l-informazzjoni u tippubblika rapporti pluriennali filwaqt li tibgħathom lill-Parlament Ewropew.

Emenda 280

Proposta għal regolament

Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Qabel il-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara s-sena baġitarja kkonċernata u abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(a) u (c), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati b'rabta man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

1.   Qabel il-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara s-sena baġitarja kkonċernata u abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(a) , (b) u (c), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati b'rabta man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikoli 52 u 53.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 53.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fil-paragrafu 1 f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tagħhom, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fil-paragrafu 1 f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tagħhom, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Emenda 141

Proposta għal Regolament

Artikolu 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 52

imħassar

Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni

 

1.     Meta ma jkunx hemm output li jikkorrispondi man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fit-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, qabel il-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara s-sena baġitarja kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

 

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

 

2.     Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jitnaqqsu abbażi tad-differenza bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat skont il-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, filwaqt li tqis il-ġustifikazzjonijiet li l-Istat Membru jkun ipprovda.

 

3.     Qabel ma tadotta l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti ċ-ċans lill-Istat Membru jibgħat il-kummenti tiegħu u jiġġustifika kull differenza li jkun hemm.

 

4.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġi applikat it-tnaqqis.

 

5.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-proċedura u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

 

Emenda 281

Proposta għal regolament

Artikolu 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta l-Kummissjoni ssib li n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ma tkunx saret skont il-liġi tal-Unjoni, għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.

1.   Meta l-Kummissjoni ssib li n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ma tkunx saret skont il-liġi tal-Unjoni, għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.

Madankollu, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], l-esklużjonijiet mill-finanzjament tal-Unjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss f'każ li jkun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza tal-Istati Membri.

 

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK u fir-regoli nazzjonali.

 

L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu .

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqas ta' konformità reġistrat. Hija għandha tqis kif xieraq in-natura tal-ksur u tal-ħsara finanzjarja li l-Unjoni ġġarrab . Għandha tibbaża l-esklużjoni fuq l-ammonti identifikati bħala li jkunu ntefqu bla bżonn. Fejn ma jkunx raġonevolment possibbli li jiġi kkalkulat l-ammont eżatt, il-korrezzjonijiet b'rata fissa għandhom jintużaw b'mod proporzjonat.

3.   Qabel ma jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, is-sejbiet tal-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jintbagħtu lil xulxin bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed b'rabta ma' dan. Wara dan, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans juri li, fir-realtà, in-nuqqas ta' konformità mhuwiex gravi daqskemm jidher li hu mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

3.   Qabel ma jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, is-sejbiet tal-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jintbagħtu lil xulxin bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed b'rabta ma' dan. Wara dan, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans juri li, fir-realtà, in-nuqqas ta' konformità mhuwiex gravi daqskemm jidher li hu mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedura bil-għan li tiġi rrikonċiljata, fi żmien perijodu ta' erba' xhur, il-pożizzjoni ta' kull parti. Għandu jintbagħat rapport dwar l-eżitu tal-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi li tirrifjuta l-finanzjament u, jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet, għandha tiġġustifika dan.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedura bil-għan li tiġi rrikonċiljata, fi żmien perijodu ta' erba' xhur, il-pożizzjoni ta' kull parti. Għandu jintbagħat rapport dwar l-eżitu tal-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi li tirrifjuta l-finanzjament u, jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet, għandha tiġġustifika dan.

4.   Il-finanzjament ma għandux jiġi rrifjutat għan-nefqa li ġejja:

4.   Il-finanzjament ma għandux jiġi rrifjutat għan-nefqa li ġejja:

(a)

in-nefqa kif indikat fl-Artikolu 5(2) li tkun saret iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(a)

in-nefqa kif indikat fl-Artikolu 5(2) li tkun saret iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(b)

in-nefqa għall-interventi pluriennali li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) jew fil-kamp ta' applikazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, li għaliha l-aħħar obbligu tal-benefiċjarju jkun seħħ iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(b)

in-nefqa għall-interventi pluriennali li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) jew fil-kamp ta' applikazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, li għaliha l-aħħar obbligu tal-benefiċjarju jkun seħħ iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(c)

in-nefqa għall-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, minbarra dawk li jissemmew fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, li għalihom l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet il-pagament jew l-aħħar pagament, skont il-każ, iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.

(c)

in-nefqa għall-interventi għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6, minbarra dawk li jissemmew fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, li għalihom l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet il-pagament jew l-aħħar pagament, skont il-każ, iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każijiet ta':

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każijiet ta':

(a)

fil-każ ta' għajnuniet li Stat Membru jkun ta u li dwarhom il-Kummissjoni tkun nediet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat jew fil-każ ta' ksur li l-Kummissjoni tkun avżat lill-Istat Membru kkonċernat dwaru permezz ta' opinjoni motivata skont l-Artikolu 258 tat-Trattat;

(a)

fil-każ ta' għajnuniet li Stat Membru jkun ta u li dwarhom il-Kummissjoni tkun nediet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat jew fil-każ ta' ksur li l-Kummissjoni tkun avżat lill-Istat Membru kkonċernat dwaru permezz ta' opinjoni motivata skont l-Artikolu 258 tat-Trattat;

(b)

fil-każ ta' ksur min-naħa tal-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, dejjem jekk il-Kummissjoni tavża lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub bis-sejbiet tagħha fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu fuq in-nefqa kkonċernata.

(b)

fil-każ ta' ksur min-naħa tal-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, dejjem jekk il-Kummissjoni tavża lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub bis-sejbiet tagħha fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu fuq in-nefqa kkonċernata.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji inklużi l-korrezzjonijiet b'rata fissa msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu .

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3, fosthom it-twaqqif tal-korp ta' konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3, fosthom it-twaqqif tal-korp ta' konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

 

Emenda 146

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 53a

 

Irkupri għal nuqqas ta' konformità

 

1.     L-Istati Membri għandhom jitolbu rkupru mill-benefiċjarju għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara l-okkorrenza ta' irregolaritajiet u każijiet oħra ta' nuqqas ta' konformità minn benefiċjarji bil-kundizzjonijiet tal-interventi msemmija fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u jressqu proċediment legali għal dak il-għan fejn meħtieġ.

 

2.     Jekk is-somma ma tkunx ġiet irkuprata fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għal irkupru, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jiġi indirizzat mill-qrati nazzjonali, 50 % tal-ispiża finanzjarja tan-nuqqas ta' rkupru għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membru kkonċernat u 50 % mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li l-Istat Membru kkonċernat għandu jsegwi proċeduri ta' rkupru f'konformità mal-Artikolu 57.

 

3.     Għal raġunijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Deċiżjoni għal dak il-għan tista' tittieħed biss fil-każijiet li ġejjin:

 

(a)

jekk l-ispejjeż ta' rkupru diġà mġarrba u l-ispejjeż li x'aktarx ikunu magħmula jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, liema kundizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata jekk:

(i)

l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal intervent, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 100; jew

(ii)

l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal intervent, mingħajr l-imgħax, ikun ta' bejn EUR 100 u EUR 250 u l-Istat Membru kkonċernat japplika livell limitu daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi rkuprat skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jiġux imfittxija djun nazzjonali;

 

(b)

fejn jiġi ppruvat li l-irkupru huwa impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità.

Emenda 147

Proposta għal Regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax fuqhom għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.

Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax fuqhom li għandu jiġi kkalkolat mill-jum ta' wara d-data li fiha kien dovut il-pagament, għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.

Emenda 148

Proposta għal Regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-ewwel paragrafu, jagħtu struzzjonijiet lill-aġenzija tal-pagamenti, bħala l-korp responsabbli għall-irkupru tad-dejn, biex tnaqqas kwalunkwe dejn pendenti dovut minn benefiċjarju minn pagamenti futuri lil dak il-benefiċjarju.

Emenda 149

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiġu nnutati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw, b'mod parzjali jew għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

Meta jiġu nnotati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw b'mod parzjali jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jikkanċellaw għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

Emenda 150

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, li għandu jiġi kkalkolat mid-data ta' wara l-jum li fih kien dovut il-pagament, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fl-istess Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda 151

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu kwalunkwe somma mħallsa bla bżonn bħala riżultat ta' irregolarità pendenti minn benefiċjarju, skont it-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu, minn kwalunkwe pagament futur lill-benefiċjarju mill-aġenzija tal-pagamenti.

Emenda 152

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-fondi kollha tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

Emenda 226

Proposta għal regolament

Artikolu 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fil-qafas tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu l-miżuri l-oħrajn kollha meħtieġa biex jiżguraw li jitħarsu b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu marbutin, b'mod partikolari, mal-affarijiet li ġejjin:

1.   Fil-qafas tal-PAK, l-Istati Membri għandhom filwaqt li jirrispettaw is-sistemi ta' governanza applikabbli, jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu l-miżuri l-oħrajn kollha meħtieġa biex jiżguraw li jitħarsu b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni inkluża l-applikazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà tal-infiq stabbiliti fl-Artikolu 35 . Dawk id-dispożizzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu marbutin, b'mod partikolari, mal-affarijiet li ġejjin:

(a)

mal-verifika tal-legalità u tar-regolarità tal-ħidmiet iffinanzjati mill-Fondi;

(a)

mal-verifika tal-legalità u tar-regolarità tal-ħidmiet iffinanzjati mill-Fondi , inkluż fil-livell tal-benefiċjarji ;

(b)

mal-iżgurar ta' prevenzjoni effettiva tal-frodi, l-aktar f'oqsma b'livell ogħla ta' riskju, li se sservi wkoll ta' deterrent, filwaqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;

(b)

mal-iżgurar ta' prevenzjoni effettiva tal-frodi, l-aktar f'oqsma b'livell ogħla ta' riskju, li se sservi wkoll ta' deterrent, filwaqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;

(c)

jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;

(c)

jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;

(d)

mal-imposta ta' penali li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm it-tali dispożizzjonijiet, skont il-liġi nazzjonali, u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn;

(d)

mal-imposta ta' penali li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm it-tali dispożizzjonijiet, skont il-liġi nazzjonali, u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn;

(e)

mal-irkupru tal-pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax fuqhom u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn.

(e)

mal-irkupru tal-pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax fuqhom u mat-tnedija ta' proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-bżonn.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u ta' kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u ta' kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet ix-xierqa biex jiżguraw li l-penali li jiġu imposti kif imsemmi fil-paragrafu 1(d) ikunu proporzjonati u jkunu mqassmin skont il-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien u l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet ix-xierqa biex jiżguraw li l-penali li jiġu imposti kif imsemmi fil-paragrafu 1(d) ikunu proporzjonati u jkunu mqassmin skont il-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien u l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab.

L-arranġamenti li jistabbilixxu l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li ma jiġu imposti l-ebda penali fil-każijiet li ġejjin:

L-arranġamenti li jistabbilixxu l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li ma jiġu imposti l-ebda penali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta n-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal force majeure;

(a)

meta n-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal force majeure;

(b)

meta n-nuqqas ta' konformità tkun dovuta għal żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma jkunx seta' jiġi ttraċċat raġonevolment mill-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;

(b)

meta n-nuqqas ta' konformità tkun dovuta għal żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma jkunx seta' jiġi ttraċċat raġonevolment mill-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;

(c)

meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li hija mhijiex ħatja għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 1 jew meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b'xi mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja.

(c)

meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li hija mhijiex ħatja għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 1 jew meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b'xi mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja.

Meta n-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri, il-benefiċjarju ma għandux jitlef id-dritt tiegħu li jirċievi l-għajnuna.

Meta n-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri, il-benefiċjarju ma għandux jitlef id-dritt tiegħu li jirċievi l-għajnuna.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti biex jiżguraw li l-ilmenti dwar il-Fondi jiġu analizzati b'mod effettiv u, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom janalizzaw l-ilmenti li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni u li jkunu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' dawk l-analiżi.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti biex jiżguraw li l-ilmenti dwar il-Fondi jiġu analizzati b'mod effettiv u, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom janalizzaw l-ilmenti li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni u li jkunu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' dawk l-analiżi.

 

Meta jiġu identifikati nuqqasijiet fir-rigward tal-eżami u t-trattament tal-ilmenti fi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti li permezz tiegħu l-benefiċjarji li jesperjanzaw trattament inġust, jew trattament li jpoġġihom fi żvantaġġ, fir-rigward tal-impenn jew l-iżborż tal-fondi pubbliċi taħt ġestjoni diretta jew kondiviża inklużi deċiżjonijiet ta' offerti pubbliċi jkunu jistgħu jressqu lmenti diretti quddiem il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi ggarantita protezzjoni xierqa għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi wara li jressqu lment.

5.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati u l-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.

5.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati u l-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw ir-regoli meħtieġa bil-għan li tinkiseb l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu jkunu relatati ma' dan li ġej:

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw ir-regoli meħtieġa bil-għan li tinkiseb l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu jkunu relatati ma' dan li ġej:

(a)

il-proċeduri, l-iskadenzi u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;

(a)

il-proċeduri, l-iskadenzi u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;

(b)

in-notifiki u l-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b'rabta mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.

(b)

in-notifiki u l-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b'rabta mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Emenda 159

Proposta għal Regolament

Artikolu 57a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 57a

 

Korrezzjoni ta' żbalji

 

1.     L-Istati Membri jistgħu jfittxu li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu dispożizzjonijiet li jipprovdu lill-benefiċjarji d-dritt li jimmodifikaw jew jagħmlu konformi dikjarazzjoni amministrattiva jew talba għal għajnuna jew appoġġ li jkunu għamlu qabel, mingħajr tnaqqis jew penali imposti, f'każ li:

 

(a)

il-benefiċjarju wettaq żball klerikali meta rrapporta s-sitwazzjoni tiegħu;

 

(b)

il-benefiċjarju ma fehemx il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji jew l-obbligi l-oħra rigward l-allokazzjoni ta' għajnuna jew appoġġ fir-rigward tas-sitwazzjoni tagħhom.

 

Dan id-dritt ta' modifika jew konformità għandu japplika kull meta l-iżball jew l-ommissjoni ssir in bona fede u ma jitqiesx li huwa tentattiv ta' frodi.

 

L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom ikunu responsabbli sabiex jiddeterminaw il-“bona fede” ta' benefiċjarju.

Emenda 160

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni effettiva tar-riskji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni effettiva tar-riskji li jista' jkun aktar baxx mil-livell inizjali ladarba s-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ ikunu qed jiffunzjonaw sew u r-rati tal-iżbalji jkunu ġew stabbiliti f'livell aċċettabbli . L-awtorità rilevanti għandha tfassal il-kampjun ta' verifika tagħha mill-popolazzjoni sħiħa ta' applikanti li tinkludi, fejn xieraq, parti aleatorja sabiex tinkiseb rata ta' żball rappreżentattiva u parti bbażata fuq ir-riskju, li għandu jkollu fil-mira tiegħu ż-żoni fejn ir-riskju għall-interess finanzjarju tal-Unjoni jkun l-ogħla.

Emenda 161

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

regoli oħrajn dwar il-verifiki li l-Istati Membri jridu jwettqu b'rabta mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament.

imħassar

Emenda 162

Proposta għal Regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-iżgurar ta' trattament mhux diskriminatorju, ta' trattament ugwali u tal-ħarsien tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija;

(a)

jiġi żgurat trattament mhux diskriminatorju, ta' trattament ugwali u tal-ħarsien tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija;

Emenda 163

Proposta għal Regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

“sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali” tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (34);

(c)

“sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali” tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (34) jew, fejn applikabbli, is-sistema għall-identifikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-ħnieżer stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE  (34a) u bażijiet ta' data oħra stabbiliti mill-Istati Membri għall-annimali ;

Emenda 164

Proposta għal Regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

“sistema mingħajr talbiet” tfisser sistema għall-applikazzjonijiet għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra.

(f)

“sistema mingħajr talbiet” tfisser sistema għall-applikazzjonijiet mimlija minn qabel jew tip ta' sistema għall-applikazzjoni oħra għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra.

Emenda 165

Proposta għal Regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

sistema ta' monitoraġġ tal-erja;

(c)

sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja;

Emenda 166

Proposta għal Regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta' databases elettroniċi u ta' sistemi ta' informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn id-databases elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika u li tiġi integrata d-data ta' ġo fihom.

2.   Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta' databases elettroniċi u ta' sistemi ta' informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn id-databases elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika (GIS) u li tiġi integrata d-data ta' ġo fihom. Għal dan il-għan, il-GIS għandha tippermetti l-istratifikazzjoni tad-data ġeospazjali dwar rqajja' ta' art agrikoli, katastali jew ta' referenza għal dawk li jiddelimitaw żoni protetti u erji denominati li ġew stabbiliti f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XI għar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], bħal żoni tan-Natura 2000 jew Żoni Vulnerabbli għan-Nitrati, kif ukoll il-karatteristiċi tal-pajsaġġ u infrastrutturi ekoloġiċi (siġar, sisien tal-ħaxix, għadajjar, bċejjeċ art ta' lqugħ, marġnijiet riparji, eċċ.).

Emenda 167

Proposta għal Regolament

Artikolu 64 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni għandha titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda 168

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kurrenti u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. L-informazzjoni rilevanti mid-databases tista' tingħata wkoll f'forma ta' sommarji.

Emenda 169

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li benefiċjarji u l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għad-data kollha ta' referenzi u attributi rigward l-art li jużaw jew li għandhom il-ħsieb jużaw, sabiex ikunilhom possibbli jippreżentaw applikazzjonijiet preċiżi.

Emenda 170

Proposta għal Regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 63(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-applikazzjoni ġeospazjali li l-awtorità kompetenti tipprovdi biex jitressqu l-applikazzjonijiet .

1.   Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 63(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-formola li l-awtorità kompetenti tipprovdi biex jitressqu fl-applikazzjoni ġeospazjali tagħhom .

Emenda 171

Proposta għal Regolament

Artikolu 67 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża sistema mingħajr talbiet, huwa għandu jippermetti lill-amministrazzjoni tagħmel il-pagamenti eliġibbli lill-benefiċjarji abbażi tad-dettalji eżistenti fil-bażijiet ta' data kompjuterizzati uffiċjali, fejn ma kien hemm ebda bidla, issupplimentati b'informazzjoni addizzjonali, fejn meħtieġ biex tiġi koperta bidla. Dawn id-dettalji u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali bħal din għandhom jiġu kkonfermati mill-benefiċjarju.

Emenda 172

Proposta għal Regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja. Għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tagħti perjodu tranżitorju għall-istabbiliment tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja lill-Istati Membri li reċentement ma jkunux użaw din is-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja.

Emenda 173

Proposta għal Regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja skont il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

Ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja skont il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 227

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 63(2) għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet kollha li jibgħat l-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali.

Is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 63(2) għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet kollha li jibgħat l-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali. Din għandha tiżgura wkoll li, meta l-benefiċjarji jkunu jagħmlu parti minn grupp skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, dak il-grupp ikun jista' jiġi identifikat.

Emenda 174

Proposta għal Regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll u penali għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 63.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll u penali għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 63. L-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew tal-korpi delegati minnhom, għandhom jagħmlu verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni għal għajnuna biex jivverifikaw il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawk il-verifiki għandhom ikunu ssupplimentati b'verifiki fuq il-post.

Emenda 175

Proposta għal Regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal kull wieħed mill-interventi msemmija fl-Artikolu 63(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqa kull sena jkopri tal-anqas 5 % tal-benefiċjarji kollha. Dan il-perċentwal għandu jiżdied b'mod xieraq fejn jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità sinifikanti fil-kuntest ta' intervent jew miżura partikolari. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan il-perċentwal fejn ir-rati tal-iżbalji jibqgħu f'livell aċċettabbli.

Emenda 176

Proposta għal Regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 57(1) sa (5) għandu japplika mutatis mutandis.

imħassar

Emenda 177

Proposta għal Regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-forma u  l-kontenut tal-affarijiet li ġejjin u l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

(a)

il-forma u  l-arranġamenti tal-affarijiet li ġejjin biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

Emenda 178

Proposta għal Regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja msemmijin fl-Artikoli 67 u 68, u r-regoli dwar dawn is-sistemi.

(b)

il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-kontenut tal-affarijiet li ġejjin biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

(i)

ir-rapporti ta' valutazzjoni dwar il-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja;

(ii)

l-azzjonijiet ta' rimedju li l-Istati Membri jridu jimplimentaw kif imsemmi fl-Artikoli 66, 67 u 68;

(iii)

il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja msemmijin fl-Artikoli 67 u 68, u r-regoli dwar dawn is-sistemi.

Emenda 179

Proposta għal Regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

imħassar

Emenda 180

Proposta għal Regolament

Artikolu 78 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistieden esperti minn pajjiżi terzi, inkluż minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tikseb valutazzjoni tal-impatt estern tal-implimentazzjoni tal-PAK fil-livell tal-Istati Membri.

Emenda 181

Proposta għal Regolament

Artikolu 79

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 79

imħassar

Programmazzjoni

 

1.     L-Istati Membri għandhom ifasslu programmi biex, matul il-perjodu ta' skrutinju li jkun imiss, jitwettaq l-iskrutinju skont l-Artikolu 75.

 

2.     Ta' kull sena, qabel il-15 ta' April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-programm tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u għandhom jispeċifikaw:

 

(a)

l-għadd ta' impriżi li jkun se jsirilhom skrutinju u kif inhuma mqassmin skont is-settur abbażi tal-ammonti marbutin magħhom;

 

(b)

il-kriterji li jkunu adottaw biex ifasslu l-programm tagħhom.

 

3.     L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi li jkunu stabbilixxew u li jkunu bagħtu lill-Kummissjoni, jekk, fi żmien tmien ġimgħat, il-Kummissjoni ma tkunx għarrfithom bil-kummenti tagħha dwarhom.

 

4.     Il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis għall-emendi li l-Istati Membri jagħmlu fil-programmi tagħhom.

 

5.     Il-Kummissjoni tista' titlob li tiddaħħal kategorija partikolari ta' impriżi fil-programm ta' Stat Membru fi kwalunkwe stadju.

 

6.     L-impriżi li kellhom irċevuti jew pagamenti li, b'kollox, kienu jammontaw għal inqas minn EUR 40 000 għandu jsirilhom skrutinju skont dan il-Kapitolu għal raġunijiet speċifiċi biss li l-Istati Membri għandhom jagħtu fil-programm annwali tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 jew li l-Kummissjoni għandha tagħti f'kull emenda li tipproponi għal dak il-programm.

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jemendaw il-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

 

Emenda 182

Proposta għal Regolament

Titolu 4 – Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema ta' kontroll u l-penali b'rabta mal-kundizzjonalità

Is-sistema ta' kontroll u l-penali b'rabta mal-kundizzjonalità għall-iżvilupp sostenibbli

Emendi 183, 211cp1 u 283cp1

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament iħarsu l-obbligi msemmijin fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

L-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' kontroll biex jiżguraw li dawn il-benefiċjarji jkunu konformi mal-obbligi msemmijin fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

 

(a)

il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

 

(b)

il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti annwali b'mod konformi mal-Artikoli 65, 66 u 67 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

 

(c)

il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ b'mod konformi mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 ;

Emenda 211cp2

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli li jirriżultaw mill-ftehimiet tax-xogħol kollettivi rilevanti u l-liġi soċjali u tax-xogħol fil-livelli nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-ispezzjonijiet tax-xogħol u s-sistema ta' kontroll imsemmija fl-ewwel subparagrafu. F'sitwazzjonijiet transfruntiera għandhom jiġu żgurati wkoll il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) li l-funzjonament tagħha huwa rregolat mir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emendi 184, 211cp3 u 283cp3

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

“l-okkorrenza mill-ġdid ta' nuqqas ta' konformità” tfisser in-nuqqas ta' konformità mal-istess rekwiżit jew standard iddeterminat aktar minn darba, sakemm il-benefiċjarju jkun ġie infurmat dwar nuqqas ta' konformità preċedenti, u, kif jista' jkun il-każ, kellu l-possibbiltà li jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedja dak in-nuqqas ta' konformità preċedenti.

Emendi 185, 211cp3 u 283cp3

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Fis-sistemi ta' kontroll tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:

3.    Sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta' kontroll tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:

Emendi 186, 211cp3 u 283cp3

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta' monitoraġġ tal-erja biex iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq;

(c)

jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta' monitoraġġ u kontroll tal-erja biex iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq u fattibbli ; u

Emendai 187, 211cp3 u 283cp3

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

għandhom jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija;

Emendi 188, 211cp3 u 283cp3

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmijin fil-punt (a) li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju u li għandu jkun fih komponent aleatorju u għandhom jiżguraw li dan il-kampjun ta' kontroll ikun ikopri tal-inqas 1 % mill-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

imħassar

Emenda 291

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju, li għalih jistgħu japplikaw fatturi ta' ponderazzjoni, u komponent aleatorju, u għandhom jiżguraw li l-kampjun ta' kontroll ikopri tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emendi 190 u 211cp6

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar verifiki simplifikati għall-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskemi msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) …/… [Ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK].

Emendi 191 u 211cp6

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dwar it-twettiq ta' verifiki msemmija f'dan l-Artikolu, inklużi regoli li jiżguraw li l-analiżi tar-riskju tqis il-fatturi li ġejjin:

 

(a)

il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fis-sistema tas-servizzi konsultattivi tal-azjenda agrikola prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

 

(b)

il-parteċipazzjoni tal-bdiewa f'sistema ta' ċertifikazzjoni kif prevista fl-Artikolu 12(3a) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] ladarba r-Regolament ikopri r-rekwiżiti u l-istandards ikkonċernati.

 

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Emendi 212cp1 u 293

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dik is-sistema, il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minn att jew ommissjoni li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod dirett lill-benefiċjarju kkonċernat, u meta tintlaħaq xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

F'dik is-sistema, il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minn att jew ommissjoni li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod dirett lill-benefiċjarju kkonċernat, u meta tintlaħaq xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, jew tnejn minnhom jew kollha kemm huma:

Emendi 212cp2 u 294

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

in-nuqqas ta' konformità jaffettwa l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema impjegati mill-benefiċjarju.

Emenda 228

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fis-sistemi ta' penali tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:

2.   Fis-sistemi ta' penali tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f'każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati. Dawn ir-regoli għandhom jissejsu fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għan-nuqqasijiet ta' konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji.

(a)

għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f'każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art agrikola, jew ta' azjenda agrikola jew parti minnha matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati. Dawn ir-regoli għandhom jissejsu fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għan-nuqqasijiet ta' konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji.

Għall-finijiet ta' dan il-punt, “trasferiment” tfisser kull tip ta' tranżazzjoni li permezz tagħha r-raba' ma jibqax għad-dispożizzjoni taċ-ċedent;

Għall-finijiet ta' dan il-punt, “trasferiment” tfisser kull tip ta' tranżazzjoni li permezz tagħha r-raba' ma jibqax għad-dispożizzjoni taċ-ċedent;

(b)

minkejja l-paragrafu 1, jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx penali għal kull benefiċjarju u għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta' EUR 100 jew inqas. Il-benefiċjarju għandu jiġi mgħarraf bis-sejba u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju;

(b)

minkejja l-paragrafu 1, jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx penali għal kull benefiċjarju u għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta' EUR 100 jew inqas. Il-benefiċjarju għandu jiġi mgħarraf bis-sejba u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju;

(c)

għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri.

(c)

għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva jekk:

(i)

in-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri;

(ii)

in-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba ordni minn awtorità pubblika; jew

(iii)

in-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew ta' awtorità oħra, u meta l-benefiċjarju soġġett għall-penali amministrattiva ma setgħax jinduna bl-iżball b'mod raġonevoli;

Emenda 229

Proposta għal regolament

Artikolu 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-penali amministrattivi previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin f'dik it-Taqsima ta' dak ir-Regolament li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li huwa jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun se jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont.

1.   Il-penali amministrattivi għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 84(1) li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li l-benefiċjarju jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun se jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont.

Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien, l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien, l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis għandu jkun ta' 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

2.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis għandu jkun ta' 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dak it-tnaqqis għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tal-gravità tan-nuqqas ta' konformità, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, għandu jiġi applikat b'mod retroattiv it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jużaw is-sistema ta' twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 84(3) li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. L-awtorità rilevanti għandha tinnotifika lill-benefiċjarju dwar l-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju u tipproponi miżuri korrettivi li jridu jittieħdu biex jiġi rimedjat in-nuqqas ta' konformità. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, għandu jiġi applikat b'mod retroattiv it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu.

Madankollu, każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali għandhom dejjem iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni.

Madankollu, każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali għandhom dejjem iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu taħriġ obbligatorju għall-benefiċjarji li jkunu rċevew twissija bikrija fil-kuntest tas-sistema ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ speċifiku dwar il-kundizzjonalità għall-benefiċjarji li jkunu rċevew twissija bikrija fil-kuntest tas-sistema ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] , li l-attendenza għalih tista' ssir obbligatorja .

3.   Fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid, il-perċentwal ta' tnaqqis għandu jkun ogħla minn dak li għandu jiġi applikat fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza u li għalih tkun qed tiġi imposta penali għall-ewwel darba .

3.   Fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid ta' nuqqas ta' konformità , il-perċentwal ta' tnaqqis għandu jkun , bħala regola ġenerali, ta' 10 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 .

 

Fil-każ ta' okkorrenzi mill-ġdid sussegwenti ta' nuqqas ta' konformità, u jekk il-benefiċjarju ma jipprovdi l-ebda raġuni ġġustifikata, dak il-benefiċjarju għandu jitqies li aġixxa b'mod intenzjonali skont it-tifsira tal-paragrafu 4.

4.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità intenzjonali, il-perċentwal għandu jkun ogħla minn dak li jiġi applikat fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid skont il-paragrafu 3 u jista' jwassal saħansitra għall-esklużjoni totali mill-pagamenti u jista' japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar.

4.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità intenzjonali, it-tnaqqis fil-perċentwal għandu jkun tal-anqas 15 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 u jista' jwassal għall-esklużjoni totali mill-pagamenti u jista' japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar.

5.   Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri differenti u li s-sistema ta' penali tkun effettiva u tkun isservi ta' deterrent, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'iktar regoli dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali.

5.   Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri differenti u li s-sistema ta' penali tkun effettiva u tkun isservi ta' deterrent, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'iktar regoli dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali.

Emenda 202

Proposta għal Regolament

Artikolu 87 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jżommu 20 % mill-ammonti li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u tal-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 86.

L-Istati Membri jistgħu jżommu 25 % mill-ammonti li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u tal-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 86.

Emenda 230

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ta' kull sena jippubblikaw, ex post, il-benefiċjarji tal-Fondi skont [l-Artikolu 44(3) sa (5) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ta' kull sena jippubblikaw, ex post, il-benefiċjarji tal-Fondi skont [l-Artikolu 44(3) sa (5) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Meta l-benefiċjarji jkunu jagħmlu parti minn grupp skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-informazzjoni ppubblikata għandha tippermetti li jiġi identifikat dak il-grupp.

Emenda 203

Proposta għal Regolament

Artikolu 100 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 100a

Proċedura ta' urġenza

1.     L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 100(6). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni għall-oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Emenda 204

Proposta għal Regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9 u 34, l-Artikolu 35(4) u l-Artikoli 36, 37, 38, 43, 51, 52, 54, 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni u r-regoli delegati rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru matul is-sena finanzjarja agrikola tal-2020 u qabel fil-każ tal-FAEG, u għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għall-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-każ tal-FAEŻR;

(a)

l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 9, l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 34, l-Artikolu 35(4) u l-Artikoli 36, 37, 38, 43, 51, 52, 54, 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni u r-regoli delegati rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru matul is-sena finanzjarja agrikola tal-2020 u qabel fil-każ tal-FAEG, u għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għall-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-każ tal-FAEŻR;

Emenda 205

Proposta għal Regolament

Artikolu 103

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 103

imħassar

Miżuri tranżitorji

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'derogi mir-regoli previsti fih u b'żidiet magħhom meta jkun hemm bżonn.

 


(*1)  Ir-referenzi għal “cp” fl-intestaturi tal-emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi.

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0199/2019).

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] .

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru  1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 . (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(1a)   [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]

(15)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(19)  Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(15)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(19)  Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(1a)   Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2017 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-konċentrazzjoni tal-art agrikola fl-UE: kif niffaċilitaw l-aċċess għall-art għall-bdiewa (Testi adottati, P8_TA(2017)0197).

(1b)   Id-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1782/2019/EWM.

(1c)   Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).

(33)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(33)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(34)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(34a)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).


6.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 404/651


P9_TA(2020)0289

Politika Agrikola Komuni – emenda tal-OKS u Regolamenti oħra ***I

Emendi (*1) adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 404/20)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni (“il-PAK”) wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni (“il-PAK”) wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tagħti spinta , f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, (inkluż permezz ta' enfasi akbar fuq l-agroforestrija), li ttaffi r-rimi tal-ikel u tippromwovi l-edukazzjoni dwar drawwiet sani fil-konsum tal-ikel, li tipproduċi ikel tajjeb għas-saħħa u li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll id-dimensjoni globali tal-PAK u tiddikjara l-impenn tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli (PCSD).

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

L-iżvilupp tal-ftehimiet kummerċjali se jwassal, minn naħa waħda, għal aktar kompetizzjoni bejn il-produtturi agrikoli fuq livell internazzjonali, filwaqt li, fl-istess ħin jiftaħ opportunitajiet ġodda għalihom. Sabiex tinżamm kompetizzjoni ġusta u tiġi żgurata r-reċiproċità fil-kummerċ internazzjonali, jenħtieġ li l-Unjoni tinforza standards tal-produzzjoni f'konformità ma' dawk stabbiliti għall-produtturi tagħha stess, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa, soġġetti għar-reċiproċità.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jintħieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni (“il-mudell ta' implimentazzjoni”), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ iġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat.

(2)

Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jeħtieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni (“il-mudell ta' implimentazzjoni”) , u filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu bħala fokus ewlieni l-għan li jiġi pprovdut dħul sostenibbli għall-produtturi , l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Madankollu, il-volatilità dejjem ikbar tal-prezzijiet u t-tnaqqis fl-introjtu tal-bdiewa, li komplew jaggravaw minħabba l-fokus dejjem ikbar tal-PAK fuq is-swieq, qegħdin jagħtu lok għall-bżonn li jinħolqu strumenti pubbliċi ġodda għar-regolamentazzjoni tal-provvista li jiżguraw distribuzzjoni ġusta tal-produzzjoni bejn il-pajjiżi u l-bdiewa.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jenħtieġ ikunu parti minn pjan ta' appoġġ strateġiku li jkun jinkludi ċerti interventi settorjali li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza tal-ġeneri u d-drittijiet fundamentali u li jkunu parti minn pjan ta' appoġġ strateġiku li jkun jinkludi ċerti interventi settorjali li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll ħalli jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b'mod xieraq l-iktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi stipulat sett ta' objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”. Mingħajr preġudizzju għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll ġabra ta' objettivi addizzjonali speċifiċi rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Id-definizzjonijiet tas-settur taz-zokkor stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II ta' dak l-Anness jenħtieġ jitħassru minħabba li ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f'dak l-Anness, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dawk id-definizzjonijiet. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Parti II ta' dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ jitħassar.

(4)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Id-definizzjonijiet tas-settur taz-zokkor stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II ta' dak l-Anness jenħtieġ jitħassru minħabba li ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f'dak l-Anness, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat- TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament ta' dawk id-definizzjonijiet , mingħajr iż-żieda ta' oħrajn ġodda . Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Parti II ta' dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ jitħassar.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Fid-dawl tat-tnaqqis fl-erja effettivament imħawla bid-dwieli f'diversi Stati Membri fis-snin 2014-2017, u  fid-dawl tat-telf potenzjali fil-produzzjoni sussegwenti, meta jkunu qed jistabbilixxu ż-żona għal awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil imsemmijin fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jagħżlu bejn il-bażi eżistenti u perċentwal tal-erja totali effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom fil-31 ta' Lulju 2015 b'żieda ta' erja li tikkorrispondi mad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat fl-1 ta' Jannar 2016.

(8)

Mingħajr ma jintefa' dubju li żieda rapida żżejjed fin-numru ta' pjantaġġuni ta' dwieli ġodda biex tiġi ssodisfata ż-żieda mistennija fid-domanda internazzjonali tista' twassal, għal darb'oħra, għal sitwazzjoni ta' kapaċità żejda fil-provvista f'terminu ta' żmien medju, hemm bżonn li jitqies it-tnaqqis fl-erja effettivament imħawla bid-dwieli f'diversi Stati Membri fis-snin 2014-2017, u  t-telf potenzjali fil-produzzjoni sussegwenti, meta jkunu qed jistabbilixxu ż-żona għal awtorizzazzjonijiet ġodda għat-taħwil imsemmijin fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu bejn il-bażi eżistenti u perċentwal tal-erja totali effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom fil-31 ta' Lulju 2015 b'żieda ta' erja li tikkorrispondi mad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat fl-1 ta' Jannar 2016.

Emenda 256

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Sabiex tinkiseb ġestjoni aħjar tal-ħamrija fil-vitikultura, jenħtieġ li tkun awtorizzata l-estensjoni tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid minn tlieta sa sitt snin, kif kien il-każ fir-regolament preċedenti tad-drittijiet tat-tħawwil mill-ġdid. Id-dewmien fl-użu tal-awtorizzazzjoni għat-tħawwil mill-ġdid jista' jkollu impatt ambjentali pożittiv billi l-ħamrija tkun tista' tistrieħ u l-proċessi naturali, minflok ma jirrikorru għal inputs kimiċi, ikunu jistgħu jeliminaw il-batterji u l-viruses.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Bil-għan li jiġu indirizzati l-każijiet ta' ċirkomvenzjoni li ma kinux previsti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu awtorizzati jadottaw miżuri biex jevitaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà jew ta' prijorità minn applikanti tal-awtorizzazzjonijiet meta l-azzjonijiet tagħhom ma jkunux koperti diġà bid-dispożizzjonijiet speċifiċi kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jistabbilixxi dan ir-Regolament fir-rigward tal-kriterji speċifiċi tal-eliġibbiltà u ta' prijorità.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Ir-regoli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid mill-Isati Membri jenħtieġ jiġu mmodifikati biex jinkludu l-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont, li qabel kienu esklużi. Biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni tiżviluppa reżistenza ikbar għall-mard u li tuża varjetajiet ta' dwieli aktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti li jippermetti l-varjetajiet Vitis Labrusca u l-varjetajiet li jirriżultaw minn inkroċjar bejn Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis li għandhom jitħawlu għall-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni.

imħassar

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikati tal-konformità u r-rapporti tal-analiżi għall-importazzjonijiet tal-inbid jenħtieġ jiġu applikati fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

(11)

Id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikati tal-konformità u r-rapporti tal-analiżi għall-importazzjonijiet tal-inbid jenħtieġ jiġu applikati fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE , li jiżguraw li l-istandards ta' traċċabbiltà u ta' kwalità jikkonformaw mal-istandards Ewropej .

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Id-definizzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ  (12) (“il-Ftehim TRIPS”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE  (13) b'mod partikolari, mal-Artikolu 22(1) tiegħu, jiġifieri li l-isem huwa biex il-prodott jiġi identifikat li joriġina f'reġjun speċifiku jew f'post speċifiku.

imħassar

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Biex tiżgura l-koerenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-oġġezzjoni ppreżentati skont il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni jenħtieġ tiġi mgħarrfa f'waqtu u regolarment meta jitnedew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jew korpi oħra li jikkonċernaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni mibgħuta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Jenħtieġ jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex, f'dawk iċ-ċirkustanzi u fejn xieraq, tissospendi l-eżami tal-applikazzjoni sakemm il-qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor jiddeċiedu dwar ir-rikuża għall-valutazzjoni tal-Istat Membru dwar l-applikazzjoni fil-proċedura nazzjonali preliminari.

(13)

Biex tiżgura l-koerenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-oġġezzjoni ppreżentati skont il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni jenħtieġ tiġi mgħarrfa f'waqtu u regolarment meta jitnedew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jew korpi oħra li jikkonċernaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni mibgħuta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ tiġi ssimplifikata u titħaffef bis-separazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali mill-valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-prodotti stipulati fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u tat-tikkettar.

imħassar

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

L-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni sa mill-2004 jenħtieġ li jiġu mħeġġa jibdew il-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi billi jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Is-sħab fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jenħtieġ, għalhekk, li jiġu megħjuna biex jiżviluppaw sistema ta' indikazzjonijiet u tikketti ġeografiċi. Jenħtieġ imbagħad li dawk l-indikazzjonijiet u t-tikketti jiġu rikonoxxuti wkoll mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data u fatti li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ jiggarantixxu li r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ikun affidabbli u preċiż. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni.

(15)

Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data u fatti li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ jiggarantixxu li r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ikun affidabbli u preċiż. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni u barra l-Unjoni .

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

L-esperjenza miksuba fil-kuntest tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid tindika li l-proċeduri fis-seħħ għar-reġistrazzjoni, l-emendar u t-tħassir tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi jistgħu jkunu kumplessi, skabrużi u jtawlu fiż-żmien. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħoloq lakuni ġuridiċi, partikolarment rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita għal talbiet ta' emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. Ir-regoli proċedurali li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid ma jikkonformawx mar-regoli applikabbli għas-sistemi tal-kwalità li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni dwar is-setturi tal-oġġetti tal-ikel, l-ispirti l-inbejjed aromatizzati. Din is-sitwazzjoni rriżultat f'inkonsistenzi fil-mod li bih tiġi applikata l-kategorija tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Jenħtieġ li dawn l-inkonsistenzi jiġu indirizzati fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jissimplifika, jiċċara, jissupplimenta u jarmonizza l-proċeduri kkonċernati. Jenħtieġ li kemm jista' jkun, il-proċeduri jiġu stabbiliti fuq linji proċedurali effettivi u ppruvati kif xieraq għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fir-rigward ta' prodotti u oġġetti tal-ikel agrikoli, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u fir-regolamenti ta' implimentazzjoni adottati skont dan, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)

Id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi huma marbutin b'mod intrinsiku mat-territorju tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom l-akbar esperjenza rigward il-fatti rilevanti u huma l-aktar familjari magħhom. Jenħtieġ li dan il-fatt jiġi kkunsidrat fir-regoli proċedurali rilevanti, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit mill-Artikolu 5(3) TFUE.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c)

Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għad-data u l-fatti, u b'hekk jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jivverifikaw jekk applikazzjoni li tikkonċerna denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkunx tissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiggarantixxu li r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni rreġistrati f'dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ikunu affidabbli u preċiżi. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 17d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17d)

Il-produtturi ta' prodotti tad-dwieli li jkollhom isem protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta qegħdin joperaw f'suq dejjem jinbidel u esiġenti. Għalkemm jeħtieġu proċeduri li jippermettulhom jadattaw malajr għad-domandi tas-suq, minflok huma jiġu penalizzati minħabba d-dewmien u l-kumplessità tal-proċedura ta' emenda fis-seħħ bħalissa, li tillimita l-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu għas-suq. Il-produtturi ta' prodotti tad-dwieli li jkollhom isem protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jkunu permessi wkoll iqisu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, kif ukoll il-bidliet ambjentali. Bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' passi involuti f'dawn il-proċeduri u biex jiġi applikat il-prinċipju tas-sussidjarjetà f'dak il-qasam, huwa importanti li deċiżjonijiet dwar emendi li ma jikkonċernawx elementi essenzjali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikunu jistgħu jiġu approvati fil-livell tal-Istat Membru. Il-produtturi għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw dawk l-emendi hekk kif tingħalaq il-proċedura nazzjonali. M'għandux ikun meħtieġ li l-applikazzjoni tiġi riveduta għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 17e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17e)

Madankollu, bil-għan li jiġu protetti l-interessi ta' partijiet terzi stabbiliti fl-Istati Membri minbarra dak li fih jiġu prodotti l-prodotti tad-dwieli, huwa importanti li l-approvazzjoni tal-emendi li jirrikjedu proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tibqa' tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Għalhekk jeħtieġ tiġi introdotta klassifikazzjoni ta' emendi ġdida: emendi standard, li ma jagħtux lok għal proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni u li għalhekk isiru applikabbli hekk kif jiġu approvati mill-Istat Membru; u l-emendi fil-livell tal-Unjoni, li japplikaw biss wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, wara li jingħalqu l-proċedimenti ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 17f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17f)

Jenħtieġ li jiġi introdott il-kunċett ta' “emenda temporanja”, bil-għan li dawk il-prodotti tad-dwieli li għandhom denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jibqgħu jiġu kummerċjalizzati taħt dawk l-ismijiet protetti fl-eventwalità ta' diżastri naturali jew ta' kundizzjonijiet tat-temp ħżiena jew fl-eventwalità li jiġu adottati ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji li b'mod temporanju jipprevjenu l-operaturi milli jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Minħabba l-urġenza tagħhom, huwa importanti li l-emendi temporanji jiġu applikati hekk kif jiġu approvati mill-Istat Membru. Il-lista ta' raġunijiet urġenti li jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' emendi temporanji hija eżawrjenti, minħabba n-natura eċċezzjonali ta' dawk l-emendi.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 17 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17 g)

Huwa importanti li l-emendi tal-Unjoni jsegwu l-proċedura li tiggverna l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni bil-għan li jkollhom l-istess effikaċja u l-istess garanziji. Dawn għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta' ċerti passi li jenħtieġ li jiġu eliminati sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv. Jenħtieġ li tiġi definita l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-emendi standard u temporanji bil-għan li l-Istati Membri jitħallew jivvalutaw l-applikazzjonijiet b'mod xieraq u jiżguraw approċċ konsistenti fost l-Istati Membri. Il-valutazzjoni mwettqa mill-Istati Membri jenħtieġ li tkun ekwivalenti, f'termini ta' rigorożità u kompletezza, għall-valutazzjoni mwettqa skont il-proċedura li tiggverna l-applikazzjonijiet għal protezzjoni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 17h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17h)

Huwa importanti li l-emendi standard u temporanji relatati mad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u mal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ta' pajjiżi terzi jsiru bi qbil mal-approċċ stabbilit għall-Istati Membri u li d-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni jittieħdu bi qbil mas-sistema fis-seħħ fil-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 17i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17i)

Sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-operaturi filwaqt li jitqiesu l-prinċipju tal-kompetizzjoni u l-obbligu li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu adottati regoli dwar it-tikkettar temporanju u l-preżentazzjoni ta' prodotti tad-dwieli li isimhom kien is-suġġett ta' applikazzjoni għal denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Meta l-punt (gb) tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-inklużjoni obbligatorja fuq it-tikketta tal-lista ta' ingredjenti li jinsabu fl-inbid jiġi applikat b'att delegat, jenħtieġ li dik il-lista ma tiġix ippreżentata skont il-lott.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza ġuridika għall-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Unjoni u biex jingħata kont tat-tnaqqis tas-suq uniku wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni, hemm bżonn li l-limiti kwantitattivi applikabbli tal-Unjoni jiġu aġġornati ħalli tingħata l-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbiliti mill-produtturi tal-ħalib jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom, jinnegozjaw b'mod kollettiv it-termini tal-kuntratti, inklużi l-prezzijiet, għal parti mill-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat tal-membri tagħhom jew għall-produzzjoni kollha kemm hi.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi leġiżlattivi reċenti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2393 u biex jintemmu ċerti regoli speċifiċi li saru restrittivi fir-rigward tar-reġim ġenerali, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbiliti mill-produtturi tal-ħalib jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti skont l-Artikoli 152 u 161 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li għandhom jitħassru r-regoli speċifiċi relatati mal-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, li jikkonċernaw ir-rikonoxximent tagħhom u r-regoli għat-tfassil ta' tali rikonoxximent.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 23c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c)

Jenħtieġ li jiġu kodifikati r-regoli dwar ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali kif ukoll regoli li jiċċaraw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri involuti. Sabiex tiġi rispettata l-libertà tal-istabbiliment filwaqt li jiġu rikonoxxuti d-diffikultajiet li jiffaċċjaw dawn l-organizzazzjonijiet biex jingħataw rikonoxximent mill-Istat Membru li fih huma jkollhom għadd sinifikanti ta' membri jew li fih huma jkollhom volum jew valur sinifikanti ta' produzzjoni kummerċjabbli, jew, għal organizzazzjonijiet interprofessjonali, biex l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti jiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent tagħhom, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata r-responsabbiltà li tirrikonoxxi dawn l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet u li tistabbilixxi regoli għall-forniment tal-assistenza amministrattiva meħtieġa mill-Istati Membri lil xulxin u lill-Kummissjoni, sabiex din tistabbilixxi jekk organizzazzjoni jew assoċjazzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent u jekk jistgħux jindirizzaw il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 23d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23d)

Sabiex il-produtturi agrikoli jirrispondu għall-konċentrazzjoni dejjem ikbar ta' ħoloq oħrajn matul il-katina tal-valur tal-provvista agrikola, jenħtieġ li jkun possibbli għall-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jipparteċipaw fil-ħolqien ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Bl-istess mod, biex jintlaħqu l-istess objettivi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jenħtieġ li jitħallew jistabbilixxu assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 23e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23e)

Fid-dawl tal-importanza tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti (DOP) u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fil-produzzjoni agrikola tal-Unjoni, u fid-dawl tas-suċċess tal-introduzzjoni tar-regoli għall-ġestjoni tal-provvista ta' ġobnijiet u ta' prieżet nexfin immellħa b'marki ta' kwalità li jiggarantixxu l-valur miżjud u li jippreservaw il-kwalità ta' dawn il-prodotti, il-benefiċċji ta' dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu estiżi għall-prodotti agrikoli kollha b'marki ta' kwalità. Jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jiġu awtorizzati japplikaw dawn ir-regoli biex jirregolaw il-provvista ġenerali ta' prodotti agrikoli ta' kwalità prodotti fi ħdan żona ġeografika definita, fuq talba ta' organizzazzjoni interprofessjonali, ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' grupp kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, dment li maġġoranza qawwija tal-produtturi ta' dak il-prodott, u fejn applikabbli, tal-produtturi agrikoli fiż-żona ġeografika kkonċernata, jappoġġaw dawk ir-regoli.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 23f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23f)

Sabiex titrawwem it-trażmissjoni mtejba tas-sinjali tas-suq u biex jissaħħu r-rabtiet bejn il-prezzijiet tal-produtturi u l-valur miżjud matul il-katina tal-provvista, jeħtieġ li jiġu estiżi l-mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-valur bejn il-bdiewa, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, mal-ewwel xerrejja tagħhom għall-bqija ta' dawk is-setturi tal-prodotti b'marka ta' kwalità rikonoxxuta mid-dritt tal-Unjoni u minn dak nazzjonali. Il-bdiewa, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jenħtieġ li jiġu awtorizzati li jaqblu dwar klawżoli ta' kondiviżjoni tal-valur, inkluż qligħ u telf tas-suq, ma' operaturi fi stadji differenti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 23 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23 g)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tat-tipi kollha ta' klawżoli ta' kondiviżjoni tal-valur jenħtieġ li jiġi speċifikat li dawn il-klawżoli jistgħu jkunu bbażati b'mod partikolari fuq indikaturi ekonomiċi relatati mal-ispejjeż rilevanti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-iżvilupp tagħhom, il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli u tal-ikel irreġistrati fis-suq jew fis-swieq ikkonċernati u l-evoluzzjoni tagħhom, jew fuq il-kwantitajiet, il-kompożizzjoni, il-kwalità, it-traċċabbiltà jew, fejn applikabbli, il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)

Sabiex jinkiseb l-objettiv ta' kontribut għall-istabbiltà tas-swieq agrikoli, jenħtieġ li jissaħħu l-istrumenti li jipprevedu t-trasparenza tas-swieq agrikoli. Peress li l-esperjenza tal-osservatorji settorjali Ewropej għas-swieq agrikoli wriet li hija pożittiva biex tinforma l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet pubbliċi b'mod ġenerali kif ukoll biex tiffaċilita l-osservazzjoni u r-rekordjar tal-iżviluppi tas-suq, jenħtieġ li jiġi stabbilit osservatorju Ewropew għas-swieq tal-prodotti agrikoli flimkien ma' sistema ta' notifika għar-rappurtar tal-informazzjoni meħtieġa għall-ħidma tal-osservatorju.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b)

Sabiex il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu għażliet informati u biex tissaħħaħ l-effikaċja ta' miżuri li jipprevjenu u jimmaniġġjaw it-tfixkil fis-suq, jenħtieġ li jsir provvediment għal mekkaniżmu ta' twissija bikrija li bih l-Osservatorju Ewropew tas-Swieq Agrikoli jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar theddid ta' tfixkil fis-suq u fejn xieraq jagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kummissjoni, li hija l-unika korp bis-setgħa ta' inizjattiva f'dan il-qasam, jkollha 30 jum biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-miżuri xierqa biex tindirizza dak it-tfixkil tas-suq jew inkella biex tiġġustifika n-nuqqas tagħhom.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Minħabba t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) bir-Regolament (UE) …/… (ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK ), id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli u l-penali marbuta mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali protetti jenħtieġ jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(29)

Minħabba t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) bir-Regolament (UE) …/… (ir-Regolament Orizzontali ), id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli u l-penali marbuta mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali protetti jenħtieġ jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 , filwaqt li jispeċifika, fl-interessi tal-effiċjenza, li dawn il-kontrolli jistgħu jikkonsistu f'kontrolli dokumentarji u fuq il-post li jkunu neċessarji biss fejn l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinkludi rekwiżiti li ma jistgħux jiġu verifikati b'mod sigur permezz ta' kontroll dokumentarju .

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)

Sabiex jitkompla l-appoġġ għas-settur taz-zokkor fl-iżvilupp u t-tranżizzjoni tiegħu wara t-tmiem tas-sistema tal-kwoti, jenħtieġ li jiġi speċifikat li n-notifiki dwar il-prezzijiet tas-suq ikopru wkoll l-etanol, jawtorizzaw l-użu ta' mekkaniżmi ta' konċiljazzjoni u ta' medjazzjoni bħala alternattiva għall-arbitraġġ, u jikkodifikaw il-klawżola tal-kondiviżjoni tal-valur f'dan ir-Regolament.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)

Jenħtieġ li jiġu previsti mekkaniżmi ġuridiċi li jiggarantixxu li l-prodotti li jkollhom it-terminu tal-kwalità fakultattiv “prodott tal-muntanji” jkunu preżenti fis-suq ta' pajjiż ieħor biss jekk ma jiksrux ir-rekwiżiti għall-użu ta' dak it-terminu ta' kwalità f'pajjiż partikolari, jekk ikunu jeżistu tali rekwiżiti.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)

Il-lista ta' prodotti li jistgħu jiġu protetti bħala DPO jew IĠP jenħtieġ li tiġi estiża bi prodotti li għandhom domanda dejjem tikbar mill-konsumaturi tal-Unjoni, bħax-xama' tan-naħal, li qed issib applikazzjoni dejjem aktar mifruxa fl-industrija tal-ikel u l-kożmetiċi.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)

L-ammonti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli biex jiffinanzjaw il-miżuri skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (20) u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jenħtieġ jiġu aġġornati .

(35)

L-ammonti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli biex jiffinanzjaw il-miżuri skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (20) u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jenħtieġ li jinżammu .

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)

L-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma operaturi li jwettqu rwol essenzjali fl-iżvilupp ta' setturi agrikoli diversifikati tar-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod partikolari fis-setturi tat-trobbija tal-bhejjem. Minħabba d-daqs żgħir ħafna tagħhom u l-insularità tagħhom, is-swieq lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment esposti għall-varjazzjonijiet fil-prezz marbuta mal-flussi ta' importazzjonijiet mill-bqija tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi. Dawk l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jiġbru flimkien lill-operaturi kollha attivi fis-suq f'kull stadju, u bħala tali, jieħdu azzjonijiet kollettivi li jippermettu li l-produzzjoni lokali tibqa' fis-suq tagħha, b'mod partikolari permezz ta' ġbir ta' data jew tixrid ta' informazzjoni. Għal dan il-għan, irrispettivament mill-Artikoli 28, 29 u 110 TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa xieraq li, fil-kuntest ta' ftehimiet interprofessjonali estiżi, l-Istat Membru kkonċernat jitħalla, wara konsultazzjoni mal-atturi kkonċernati, jirresponsabbilizza lill-operaturi individwali jew lil gruppi ta' operaturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni u li joperaw fis-suq lokali, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, inkluż f'każijiet fejn id-dħul ta' dawn il-kontribuzzjonijiet jiffinanzja miżuri biex tinżamm biss il-produzzjoni lokali jew fejn il-kontribuzzjonijiet jiġu imposti fi stadju differenti tal-proċess ta' kummerċjalizzazzjoni.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(25a)

L-għajnuna mogħtija skont l-iskema tal-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti jenħtieġ li, fejn ikun possibbli, tippromwovi prodotti bi ktajjen tal-provvista qosra.”

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Premessa 127a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)

Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(127a)

Kuntratti bil-miktub fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li jistgħu jkunu obbligatorji f'xi Stati Membri jew li l-produtturi, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom id-dritt li jitolbu fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li fost elementi oħra jistabbilixxu l-prezz li għandu jitħallas għall-konsenja, li idealment ikun ikopri l-ispiża tal-produzzjoni u li jista' jiġi kkalkolat abbażi ta' indikaturi faċilment aċċessibbli u komprensibbli tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tas-suq, li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw skont kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari.”

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Premessa 139a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)

Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(139a)

Kuntratti bil-miktub li jistgħu jkunu obbligatorji f'xi Stati Membri jew li l-produtturi, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom id-dritt li jitolbu fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li fost elementi oħra jistabbilixxu l-prezz li għandu jitħallas għall-konsenja, li idealment ikun ikopri l-ispiża tal-produzzjoni u li jista' jiġi kkalkolat abbażi ta' indikaturi faċilment aċċessibbli u komprensibbli tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tas-suq, li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw skont kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari.”

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1c)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 1

“Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

Il-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli, li tfisser il-prodotti kollha elenkati fl-Anness I għat-Trattati bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura kif definit fl-atti leġislattivi tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli, li tfisser il-prodotti kollha elenkati fl-Anness I għat-Trattati bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura kif definit fl-atti leġislattivi tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandards pubbliċi, ir-regoli dwar it-trasparenza tas-suq u l-għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet li se jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari lill-Kummissjoni, jiżguraw is-sorveljanza, il-ġestjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli

2.   Il-prodotti agrikoli kif iddefiniti fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu fis-setturi li ġejjin kif elenkati fil-partijiet rispettivi tal-Anness I:

2.   Il-prodotti agrikoli kif iddefiniti fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu fis-setturi li ġejjin kif elenkati fil-partijiet rispettivi tal-Anness I:

(a)

ċereali, Parti I;

(a)

ċereali, Parti I;

(b)

ross, Parti II;

(b)

ross, Parti II;

(c)

zokkor, Parti III;

(c)

zokkor, pitravi taz-zokkor u kannamieli , Parti III;

(d)

għalf niexef, Parti IV;

(d)

għalf niexef, Parti IV;

(e)

żrieragħ, Parti V;

(e)

żrieragħ, Parti V;

(f)

ħops, Parti VI;

(f)

ħops, Parti VI;

(g)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel, Parti VII;

(g)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel, Parti VII;

(h)

kittien u qanneb, Parti VIII;

(h)

kittien u qanneb, Parti VIII;

(i)

frott u ħxejjex, Parti IX;

(i)

frott u ħxejjex, Parti IX;

(j)

frott u prodotti tal-ħxejjex ipproċessati, Parti X;

(j)

frott u prodotti tal-ħxejjex ipproċessati, Parti X;

(k)

banana, Parti XI;

(k)

banana, Parti XI;

(l)

inbid, Parti XII;

(l)

inbid, Parti XII;

(m)

siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u partijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, Parti XIII;

(m)

siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u partijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, Parti XIII;

(n)

tabakk, Parti XIV;

(n)

tabakk, Parti XIV;

(o)

laħam taċ-ċanga u vitella, Parti XV;

(o)

laħam taċ-ċanga u vitella, Parti XV;

(p)

ħalib u prodotti tal-ħalib, Parti XVI;

(p)

ħalib u prodotti tal-ħalib, Parti XVI;

(q)

laħam tal-majjal, Parti XVII;

(q)

laħam tal-majjal, Parti XVII;

(r)

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, Parti XVIII;

(r)

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, Parti XVIII;

(s)

bajd, Parti XIX;

(s)

bajd, Parti XIX;

(t)

laħam tat-tjur, Parti XX;

(t)

laħam tat-tjur, Parti XX;

(u)

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, Parti XXI

(u)

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, Parti XXI

(v)

prodotti tal-apikultura, Parti XXII;

(v)

prodotti tal-apikultura, Parti XXII;

(w)

dud tal-ħarir, Parti XXIII;

(w)

dud tal-ħarir, Parti XXIII;

(x)

prodotti oħra, Parti XXIV.

(x)

prodotti oħra, Parti XXIV.”

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1d)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

Objettivi speċifiċi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-objettivi ġenerali u speċifiċi definiti fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) …/… [pjan strateġiku tal-PAK], u skont l-Artikolu 39 TFUE, l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 1 għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-istabbilizzazzjoni tas-swieq agrikoli u t-tisħiħ tat-trasparenza tagħhom;

(b)

il-promozzjoni tal-funzjonament xieraq tal-katina ta' provvista agroalimentari u l-garanzija ta' dħul ġust għall-produtturi agrikoli;

(c)

it-titjib tal-pożizzjoni tal-produtturi fil-katina tal-valur u l-promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista agrikola;

(d)

il-kontribuzzjoni għat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u t-tisħiħ tal-kwalità tal-produzzjoni agrikola Ewropea.”

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1e)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  2

“Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni (PAK)

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni (PAK)

Ir-Regolament (UE) Nru  1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu għandhom japplikaw b'rabta mal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ir-Regolament (UE) Nru  […] [Regolament Orizzontali] u d-dispożizzjonijiet adottati skontu għandhom japplikaw b'rabta mal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.”

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jemendaw id-definizzjonijiet li jirrigwardaw is-setturi stabbiliti fl-Anness II sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu aġġornati d-definizzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jemendaw , bil-għan li jiġu aġġornati d-definizzjonijiet li jirrigwardaw is-setturi stabbiliti fl-Anness II , fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, mingħajr ma joħolqu definizzjonijiet ġodda .

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

l-Artikolu 6 jitħassar;

imħassar

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 6

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)

l-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  6

“Artikolu 6

Snin ta' kummerċjalizzazzjoni

Snin ta' kummerċjalizzazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti s-snin ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin:

Għandhom jiġu stabbiliti s-snin ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin:

(a)

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u tal-banana;

(a)

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u tal-banana;

(b)

mill-1 ta' April sat-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara settur tal-għalf niexef u għas-settur tad-dud tal-ħarir;

(b)

mill-1 ta' April sat-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara settur tal-għalf niexef u għas-settur tad-dud tal-ħarir;

(c)

mill-1 ta' Lulju sal- 30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara għal:

(c)

mill-1 ta' Lulju sat- 30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara għal:

 

(i)

is-settur taċ-ċereali;

 

(i)

is-settur taċ-ċereali;

 

(ii)

is-settur taż-żrieragħ;

 

(ii)

is-settur taż-żrieragħ;

 

(iii)

is-settur taż-żejt taż-żebbuġa taż-żebbuġ tal-ikel ;

 

(iii)

is-settur tal-kittien u tal-qanneb;

 

(iv)

is-settur tal-kittien u tal-qanneb;

 

(iv)

is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

 

(v)

is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

 

(d)

mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara għas-settur tal-inbid;

(d)

mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara għas-settur tal-inbid;

(e)

mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awwissu tas-sena ta' wara għas-settur tar-ross;

(e)

mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awwissu tas-sena ta' wara għas-settur tar-ross u għas-settur taż-żebbuġ tal-mejda ;

(f)

mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara għas-settur taz-zokkor.

(f)

mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara għas-settur taz-zokkor u għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa.”

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 11

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3b)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  11

“Artikolu 11

Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku

Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu japplika fir-rigward tal-prodotti li ġejjin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u kwalunkwe rekwiżiti u kundizzjonijiet addizzjonali li jistgħu jkunu ddeterminati mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ddelegati konformi mal-Artikolu 19 u atti ta' implimentazzjoni konformi mal-Artikolu 20:

L-intervent pubbliku għandu japplika fir-rigward tal-prodotti li ġejjin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima u kwalunkwe rekwiżiti u kundizzjonijiet addizzjonali li jistgħu jkunu ddeterminati mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ddelegati konformi mal-Artikolu 19 u atti ta' implimentazzjoni konformi mal-Artikolu 20:

(a)

qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrun;

(a)

qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrun;

(b)

ross għadu fil-ħliefa;

(b)

ross għadu fil-ħliefa;

(c)

laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella tal-kodiċijiet NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50;

(c)

laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella tal-kodiċijiet NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50;

(d)

butir magħmul direttament u esklużivament minn krema pasturizzata li ssir direttament u esklużivament mill-ħalib tal-baqra f'impriża approvata fl-Unjoni, ta' kontenut minimu ta' xaħam fil-butir, skont il-piż, ta' 82 %, u ta' kontenut massimu ta' ilma, skont il-piż, ta' 16 %;

(d)

butir magħmul direttament u esklużivament minn krema pasturizzata li ssir direttament u esklużivament mill-ħalib tal-baqra f'impriża approvata fl-Unjoni, ta' kontenut minimu ta' xaħam fil-butir, skont il-piż, ta' 82 %, u ta' kontenut massimu ta' ilma, skont il-piż, ta' 16 %;

(e)

trab ta' ħalib xkumat tal-aqwa kwalità magħmul mill-ħalib tal-baqra f'impriża approvata fl-Unjoni, bil-proċess ta' sprej, b'kontenut minimu ta' proteina ta' 34,0  % skont il-piż tal-materjal xott mingħajr xaħam.

(e)

trab ta' ħalib xkumat tal-aqwa kwalità magħmul mill-ħalib tal-baqra f'impriża approvata fl-Unjoni, bil-proċess ta' sprej, b'kontenut minimu ta' proteina ta' 34,0  % skont il-piż tal-materjal xott mingħajr xaħam;

 

(ea)

zokkor abjad;

 

(eb)

laħam tan-nagħaġ li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0104 10 30 jew 0204;

 

(ec)

laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0203;

 

(ed)

tiġieġ, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0207.”

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 12

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3c)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  12

“Artikolu 12

Perijodi ta' intervent pubbliku

Perijodi ta' intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli għal:

L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli tul is-sena kollha għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 11.

(a)

qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrum, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju;

 

(b)

ross għadu fil-ħliefa, mill-1 ta' April sal-31 ta' Lulju;

 

(c)

laħam taċ-ċanga u vitella, tul is-sena kollha;

 

(d)

butir u trab ta' ħalib xkumat, mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru.

 

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 13

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3d)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  13

“Artikolu 13

Ftuħ u għeluq ta' intervent pubbliku

Ftuħ u għeluq ta' intervent pubbliku

1.   Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 12, intervent pubbliku:

1.   Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 12, intervent pubbliku:

(a)

għandu jkun miftuħ għal qamħ komuni, butir u trab ta' ħalib xkumat;

(a)

għandu jkun miftuħ għal butir u trab ta' ħalib xkumat;

(b)

jista' jinfetaħ mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għal qamħ durum, xgħir, qamħirrum, u ross għadu fil-ħliefa (inklużi varjetajiet jew tipi speċifiċi ta' ross għadu fil-ħliefa), jekk is-sitwazzjoni tas-suq ikun jeħtiġilha hekk. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2);

(b)

jista' jinfetaħ mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għal qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum, u ross għadu fil-ħliefa (inklużi varjetajiet jew tipi speċifiċi ta' ross għadu fil-ħliefa), zokkor abjad, laħam tan-nagħaġ, laħam tal-majjal jew tiġieġ jekk is-sitwazzjoni tas-suq ikun jeħtiġilha hekk. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2);

(c)

jista' jinfetaħ għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3), jekk tul perijodu rappreżentattiv stabbilit skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 il-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru, irreġistrat abbażi tal-Iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali tal-ifrat imsemmi fil-punt A tal-Anness IV, ikun anqas minn 85 % tal-limitu ta' referenza stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1).

(c)

jista' jinfetaħ għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3), jekk tul perijodu rappreżentattiv stabbilit skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 il-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru, irreġistrat abbażi tal-Iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali tal-ifrat imsemmi fil-punt A tal-Anness IV, ikun anqas minn 85 % tal-limitu ta' referenza stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1).

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħlqu l-intervent pubbliku għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella, fejn, tul perijodu rappreżentattiv determinat skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati aktar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħlqu l-intervent pubbliku għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella, fejn, tul perijodu rappreżentattiv determinat skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati aktar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).”

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 14

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3e)

l-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 14

Artikolu 14

Xiri sfurzat bi prezz fiss jew b'sejħa għal offerti

Xiri sfurzat bi prezz fiss jew b'sejħa għal offerti

Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont l-Artikolu 13(1), il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 11 , kif ukoll, fejn applikabbli, miżuri dwar il-limitazzjonijiet kwantitattivi fejn isir xiri sfurzat bi prezz fiss, skont l-Artikolu 43(3) TFUE.

“Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont l-Artikolu 13(1), il-Kunsill għandu jagħmel arranġamenti dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 11 skont l-Artikolu 43(3) TFUE.”

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3f)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.   Prezz b'intervent pubbliku jfisser:

“1.   Prezz b'intervent pubbliku jfisser il-prezz massimu li bih prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku jistgħu jinxtraw b'xiri sfurzat fejn dan isir b'sejħa għall-offerti.”

(a)

il-prezz li bih prodotti għandhom jinxtraw b'xiri sfurzat b'intervent pubbliku fejn dan isir bi prezz fiss; jew

 

(b)

il-prezz massimu li bih prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku jistgħu jinxtraw b'xiri sfurzat fejn dan isir b'sejħa għall-offerti.

 

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 g (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3 g)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.    Il-miżuri dwar l-istabbiliment tal-livell tal-prezz tal-intervent pubbliku, inklużi l-ammonti ta' żidiet u tnaqqis, għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) TFUE.

“2.    L-arranġamenti għall- istabbiliment tal-livell tal-prezz tal-intervent pubbliku, inklużi l-ammonti ta' żidiet u tnaqqis, għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) TFUE.”

Emenda 266

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3h (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 15 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3h)

Fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.     Meta jistabbilixxi l-livell tal-prezz tal-intervent pubbliku, il-Kunsill għandu juża kriterji oġġettivi u trasparenti, li għandhom ikunu konformi mal-għan li jiġi żgurat standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola, skont l-Artikolu 39 tat-TFUE.”

Emenda 232

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 16

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3i)

L-Artikolu 16 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 16

“Artikolu 16

Prinċipji ġenerali dwar disponiment minn intervent pubbliku

Prinċipji ġenerali dwar disponiment minn intervent pubbliku

1.   Id-disponiment ta' prodotti mixtrijin b'xiri sfurzat b'intervent pubbliku għandu jsir b'mod li:

1.   Id-disponiment ta' prodotti mixtrijin b'intervent pubbliku għandu jsir b'mod li:

(a)

jevita kwalunkwe tfixkil tas-suq,

(a)

jevita kwalunkwe tfixkil tas-suq,

(b)

jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, u

(b)

jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, u

(c)

ikun konformi mal-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE.

(c)

ikun konformi mal-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE.

2.   Id-disponiment jista' jsir billi l-prodotti mixtrija b'intervent pubbliku jsiru disponibbli għall-użu fl-iskema għad-distribuzzjoni ta' ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni kif stabbilit fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni. F'dawk il-każijiet, il-valur kontabbli ta' tali prodotti għandu jkun il-livell tal-prezz fiss b'intervent pubbliku rilevanti msemmi fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Id-disponiment jista' jsir billi l-prodotti mixtrija b'intervent pubbliku jsiru disponibbli għall-użu fl-iskema għad-distribuzzjoni ta' ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni kif stabbilit fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni. F'dawk il-każijiet, il-valur kontabbli ta' tali prodotti għandu jkun il-livell tal-prezz fiss b'intervent pubbliku rilevanti msemmi fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament.

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-identità ta' kumpaniji li jkunu użaw l-intervent pubbliku kif ukoll ta' xerrejja tal-istokkijiet ta' intervent pubbliku.

3.   Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti mixtrija taħt intervent pubbliku inbiegħu matul is-sena preċedenti.

3.   Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti mixtrija taħt intervent pubbliku nbiegħu matul is-sena preċedenti. Dawk id-dettalji għandhom jinkludu l-identità tal-kumpaniji, il-volumi rilevanti u l-prezzijiet tax-xiri u l-bejgħ.”

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3j)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 punt (b) huwa mibdul b’dan li ġej:

(b)

żejt taż-żebbuġa;

“(b)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda ;”

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3k (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3k)

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17, jiżdied il-punt li ġej:

“(ia)

ross.”

Emenda 257

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta' għajnuna stabbilita skont il-paragrafu 1 (“l-iskema għall-iskejjel”) u li jitolbu l-għajnuna mill-Unjoni korrispondenti, għandhom, filwaqt li jieħdu kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali, jagħtu prijorità lid-distribuzzjoni tal-prodotti ta' wieħed mill-gruppi li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

 

“3.   L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta' għajnuna stabbilita skont il-paragrafu 1 (‘l-iskema għall-iskejjel’) u li jitolbu l-għajnuna mill-Unjoni korrispondenti, għandhom, filwaqt li jieħdu kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali, jipprovdu d-distribuzzjoni tal-prodotti ta' wieħed mill-gruppi li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

(a)

frott u ħaxix u prodotti friski tas-settur tal-banana;

 

(a)

għall-frott u l-ħaxix:

(b)

ħalib tax-xorb u l-verżjonijiet mingħajr lattożju tiegħu.

 

 

(i)

bħala prijorità frott u ħaxix u prodotti friski tas-settur tal-banana;

 

 

 

(ii)

prodotti ta' frott u ħaxix ipproċessati;

 

 

(b)

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib:

 

 

 

(i)

ħalib tax-xorb u l-verżjonijiet mingħajr lattożju tiegħu.

(ii)

il-ġobon, il-baqta, il-jogurt u prodotti oħra tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati mingħajr ħwawar, frott, ġewż jew kawkaw miżjuda.

Emenda 258

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)

Fl-Artikolu 23, jitħassar il-paragrafu 4

4.     Minkejja l-paragrafu 3, sabiex jiġi promoss il-konsum ta' prodotti speċifiċi u/jew biex tingħata risposta għall-ħtiġijiet nutrizzjonali partikolari tat-tfal fit-territorju tagħhom, l-Istat Membri jistgħu jipprevedu d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' wieħed mill-gruppi li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

 

(a)

prodotti ta' frott u ħaxix ipproċessati, minbarra l-prodotti previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 3;

 

(b)

ġobon, baqta, jogurt u prodotti oħra tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati mingħajr ħwawar miżjuda, frott, ġewż jew kawkaw, flimkien mal-prodotti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

 

Emenda 259

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt bc (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)

Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“8a.     Meta ġġustifikat mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li huma responsabbli għas-saħħa u n-nutrizzjon, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu, fl-istrateġija nazzjonali tagħhom, li l-prodotti msemmija fil-paragrafi 3 u 5 ta 'dan l-Artikolu jitqassmu fl-iskejjel fl-istess ħin tal-ikliet normali tal-iskola.”

Emenda 260/rev

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt bd (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 11

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bd)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

11.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament abbażi ta' kriterji oġġettivi li għandhom jinkludu kriterju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u dawk ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà u d-disponibbiltà ta' prodotti lokali jew reġjonali, filwaqt li jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu b'mod partikolari xiri lokali jew reġjonali, prodotti organiċi, ktajjen tal-provvista qosra jew benefiċċji ambjentali u, jekk xieraq, prodotti rikonoxxuti taħt l-iskemi ta' kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

"11.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament abbażi ta' kriterji oġġettivi li għandhom jinkludu kriterju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u dawk ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà u d-disponibbiltà ta' prodotti lokali jew reġjonali, filwaqt li jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu b'mod partikolari xiri lokali jew reġjonali, prodotti organiċi, ktajjen tal-provvista qosra jew benefiċċji ambjentali , inkluż l-imballaġġ sostenibbli u, jekk xieraq, prodotti rikonoxxuti taħt l-iskemi ta' kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li, fl-istrateġiji tagħhom, jagħtu prijorità lil konsiderazzjonijiet ta' sostenibbiltà u ta' kummerċ ġust.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li, fl-istrateġiji tagħhom, jagħtu prijorità lil konsiderazzjonijiet ta' sostenibbiltà u ta' kummerċ ġust.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c – punt ii

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – l-aħħar sentenza

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

Fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, it-tieni sentenza titħassar;

imħassar

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c – punt iii – parti introduttorja

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

il-paragrafu  4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(iii)

fil-paragrafu  4 , l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 61

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)

l-Artikolu 61 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  61

“Artikolu 61

Tul

Tul

L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru  2030 , b'reviżjoni ta' nofs it-terminu li għandha ssir mill-Kummissjoni biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema u tagħmel proposti, jekk ikun adatt.

L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru  2050 , b'reviżjoni li għandha ssir mill-Kummissjoni kull għaxar snin u għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema u tagħmel proposti, jekk ikun adatt biex ittejjeb l-effikaċja tagħha .”

Emenda 261

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 62 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4b)

Fl-Artikolu 62, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data li fiha jkunu ngħataw. Produttur li ma jkunx uża awtorizzazzjoni mogħtija matul il-perijodu ta' validità tagħha għandu jkun soġġett għal pieni amministrattivi kif previst fl-Artikolu 89(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

 

“3.   L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data li fiha jkunu ngħataw. Produttur li ma jkunx uża awtorizzazzjoni mogħtija matul il-perjodu ta' validità tagħha għandu jkun soġġett għal pieni amministrattivi kif previst fl-Artikolu 89(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 66(1) ta’ dan ir-Regolament huma validi għal sitt snin mid-data li ngħataw fiha.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 62 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4c)

fl-Artikolu 62, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għat-taħwil jew it-taħwil mill-ġdid ta' żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim, għal żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-produttur tal-inbid jew għal żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid bħala riżultat ta' xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali.

“4.   Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għat-taħwil jew it-taħwil mill-ġdid ta' żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim, għat-taħwil jew it-taħwil mill-ġdid ta' żoni li l-prodotti tad-dwieli tagħhom huma maħsuba biss għall-produzzjoni tal-meraq tal-għeneb, għal żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-produttur tal-inbid jew għal żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid bħala riżultat ta' xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali.”

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 63 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

imħassar

 

“1.     L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid li jikkorrispondi ma':

 

 

(a)

jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel; or

 

 

(b)

1 % ta' żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-tħawwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament.”; ’

 

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 63

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)

l-Artikolu 63 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  63

“Artikolu 63

Mekkaniżmu ta' salvagwardja għal taħwil ta' dwieli ġodda

Mekkaniżmu ta' salvagwardja għal taħwil ta' dwieli ġodda

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena awtorizzazzjonijiet għal taħwil ta' dwieli ġodda li jikkorrispondu għal 1 % taż-żona totali attwalment bid-dwieli mħawlin fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel.

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid li jikkorrispondi ma':

 

(a)

jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel; jew

 

(b)

1 % ta' żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-taħwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u disponibbli għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu:

2.   L-Istati Membri jistgħu:

(a)

japplikaw fil-livell nazzjonali perċentwal aktar baxx mill-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1;

(a)

japplikaw fil-livell nazzjonali perċentwal aktar baxx mill-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1,

(b)

jillimitaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali, għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjoni protetta tal-oriġini , għal żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta, jew għal żoni mingħajr indikazzjoni ġeografika.

(b)

jillimitaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali, għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, għal żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta, jew għal żoni mingħajr indikazzjoni ġeografika ; dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jintużaw f'dawk ir-reġjuni .

3.   Kwalunkwe waħda mil-limitazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 għandha tikkontribwixxi għal tkabbir ordnat ta' taħwil tad-dwieli, għandha tiġi stabbilita 'l fuq minn 0 %, u għandha tiġi ġustifikata minn waħda jew iktar minn dawn ir-raġunijiet speċifiċi:

3.   Kwalunkwe waħda mil-limitazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 għandha tikkontribwixxi għal tkabbir ordnat ta' taħwil tad-dwieli, għandha tiġi stabbilita 'l fuq minn 0 %, u għandha tiġi ġustifikata minn waħda jew iktar minn dawn ir-raġunijiet speċifiċi:

(a)

il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' provvista żejda ta' prodotti tal-inbid fir-rigward tal-prospetti tas-suq għal dawk il-prodotti, u ma teċċedix dak li hu neċessarju biex tiġi sodisfatta din il-ħtieġa;

(a)

il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' provvista żejda ta' prodotti tal-inbid fir-rigward tal-prospetti tas-suq għal dawk il-prodotti, u ma teċċedix dak li hu neċessarju biex tiġi sodisfatta din il-ħtieġa;

(b)

il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' żvalutar sinifikanti ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini partikolari jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(b)

il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' żvalutar ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta partikolari jew indikazzjoni ġeografika protetta;

 

(ba)

ir-rieda li jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-prodotti inkwistjoni filwaqt li tiġi ppreservata l-kwalità tagħhom.

 

3a.     L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura regolatorja meħtieġa biex iwaqqfu lill-operaturi milli jevitaw il-miżuri restrittivi meħuda skont il-paragrafi 2 u 3.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 2, li għandha tiġi debitament ġustifikata. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih b'dawk id-deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet.

4.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 2, li għandha tiġi debitament ġustifikata. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih b'dawk id-deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet.

 

4a.     L-awtorizzazzjonijiet li jaqbżu l-limiti previsti f'dan l-Artikolu jistgħu jinħarġu mill-Istati Membri għat-taħwil maħsub għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli.”

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 64

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5b)

l-Artikolu 64 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  64

“Artikolu 64

L-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda

L-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli ġodda

1.   Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli f'sena partikolari ma teċċedix iż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jiġu aċċettati dawk l-applikazzjonijiet kollha.

1.   Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli f'sena partikolari ma teċċedix iż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jiġu aċċettati dawk l-applikazzjonijiet kollha.

L-Istati Membri jistgħu, għall-fini ta' dan l-Artikolu, japplikaw wieħed jew aktar mill-objettivi u l-kriterji nondiskriminatorji ta' eliġibbiltà li ġejjin:

L-Istati Membri jistgħu, għall-fini ta' dan l-Artikolu, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, japplikaw wieħed jew aktar mill-objettivi u l-kriterji nondiskriminatorji ta' eliġibbiltà li ġejjin:

(a)

l-applikant għandu jkollu żona agrikola li mhix iżgħar miż-żona li għaliha huwa jitlob l-awtorizzazzjoni;

(a)

l-applikant għandu jkollu żona agrikola li mhix iżgħar miż-żona li għaliha huwa jitlob l-awtorizzazzjoni;

(b)

l-applikant għandu jippossjedi kapaċitajiet adegwati tas-sengħa u kompetenza;

(b)

l-applikant għandu jippossjedi kapaċitajiet adegwati tas-sengħa u kompetenza;

(c)

l-applikazzjoni m'għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini speċifiċi, li għandu jkun preżunt dment li tintwera l-eżistenza ta' tali riskju mill-awtoritajiet pubbliċi;

(c)

l-applikazzjoni m'għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti speċifiċi, li għandu jkun preżunt dment li tintwera l-eżistenza ta' tali riskju mill-awtoritajiet pubbliċi;

(ca)

l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament jew mingħajr dritt ta' tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(ca)

l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament jew mingħajr dritt ta' tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(d)

fejn ikun debitament ġustifikat, wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, dment li dawn jiġu applikati b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju.

(d)

fejn ikun debitament ġustifikat, wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, dment li dawn jiġu applikati b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju.

2.   Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 f'sena partikolari teċċedi ż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet skont distribuzzjoni pro-rata ta' ettari lill-applikanti kollha abbażi taż-żona li għaliha huma jkunu talbu l-awtorizzazzjoni. Tali għoti jista' jistabbilixxi żona minima u/jew massima skont l-applikant u jsir ukoll parzjalment jew kompletament skont wieħed jew aktar mill-kriterji prijoritarji oġġettivi u nondiskriminatorji li ġejjin:

2.   Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 f'sena partikolari teċċedi ż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet skont distribuzzjoni pro-rata ta' ettari lill-applikanti kollha abbażi taż-żona li għaliha huma jkunu talbu l-awtorizzazzjoni. Tali għoti jista' jistabbilixxi żona minima u/jew massima skont l-applikant u jsir ukoll parzjalment jew kompletament skont wieħed jew aktar mill-kriterji prijoritarji oġġettivi u nondiskriminatorji li ġejjin:

(a)

produtturi li jkunu qegħdin jistabbilixxu t-taħwil tad-dwieli għall-ewwel darba, li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-azjenda (operaturi ġodda);

(a)

produtturi li jkunu qegħdin jistabbilixxu t-taħwil tad-dwieli għall-ewwel darba, li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-azjenda (operaturi ġodda);

(b)

żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent;

(b)

żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent jew għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli ;

(c)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas tal-proġetti ta' konsolidazzjoni tal-art;

(c)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas tal-proġetti ta' konsolidazzjoni tal-art;

(d)

żoni li qed jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi;

(d)

żoni li qed jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi;

(e)

is-sostenibbiltà ta' proġetti ta' żvilupp jew taħwil mill-ġdid abbażi ta' evalwazzjoni ekonomika;

(e)

is-sostenibbiltà ta' proġetti ta' żvilupp jew taħwil mill-ġdid abbażi ta' evalwazzjoni ekonomika;

(f)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kompetittività f'intrapriża agrikola u fil-livell reġjonali;

(f)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kompetittività tal-intrapriża, fil-livell reġjonali , nazzjonali u internazzjonali ;

(g)

proġetti bil-potenzjal li titjieb il-kwalità ta' prodotti b'indikazzjonijiet ġeografiċi;

(g)

proġetti bil-potenzjal li titjieb il-kwalità ta' prodotti b'indikazzjonijiet ġeografiċi;

(h)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas taż-żieda tad-daqs ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(h)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas taż-żieda tad-daqs ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

2a.   Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li japplika wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jżid il-kondizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika ta' eta ta' mhux aktar minn 40 sena fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

2a.   Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li japplika wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jżid il-kundizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika ta' età ta' mhux aktar minn 40 sena fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

 

2b.     L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura regolatorja meħtieġa biex iwaqqfu lill-operaturi milli jevitaw il-kriterji restrittivi li dawn japplikaw skont il-paragrafi 1, 2 u 2a.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a applikati minnhom u għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a applikati minnhom u għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni.

 

3a.     Jekk ikun hemm limitazzjoni skont l-Artikolu 63(2)(b) fil-livell reġjonali, jistgħu jiġu applikati kriterji ta' prijorità u ta' eliġibbiltà f'dak il-livell li jitqiesu konformi mal-Artikolu 64.”

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 65 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Fl-Artikolu 65, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu:

Meta japplika l-Artikolu 63(2), Stat Membru għandu jintroduċi proċedura preliminari li tippermettilu jqis l-opinjonijiet tal-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi rikonoxxuti fil-livell reġjonali skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

Emenda 233

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 68

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5d)

L-Artikolu 68 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 68

“Artikolu 68

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Id-drittijiet għat-taħwil mogħtijin lill-produtturi skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel il-31 ta' Diċembru 2015 li ma jintużawx minn dawk il-produtturi u jibqgħu validi sa dik id-data jistgħu jiġu konvertiti f'awtorizzazzjonijiet skont dan il-Kapitolu mill-1 ta' Jannar 2016.

1.   Id-drittijiet għat-taħwil mogħtijin lill-produtturi skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel il-31 ta' Diċembru 2015 li ma jintużawx minn dawk il-produtturi u jibqgħu validi sa dik id-data jistgħu jiġu konvertiti f'awtorizzazzjonijiet skont dan il-Kapitolu mill-1 ta' Jannar 2016.

Tali konverżjoni għandha ssir fuq talba li għandha tintbagħat minn dawk il-produtturi qabel il-31 ta' Diċembru 2015. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-produtturi sabiex jippreżentaw talba bħal din sabiex jikkonvertu d-drittijiet f'awtorizzazzjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2020.

Tali konverżjoni għandha ssir fuq talba li għandha tintbagħat minn dawk il-produtturi qabel il-31 ta' Diċembru 2015. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-produtturi sabiex jippreżentaw talba bħal din sabiex jikkonvertu d-drittijiet f'awtorizzazzjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2020.

 

1a.     Wara l-31 ta' Diċembru 2020, iż-żoni koperti mid-drittijiet għat-tħawwil li ma ġewx ikkonvertiti f'awtorizzazzjonijiet għandhom jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, li jistgħu jerġgħu jallokawhom f'konformità mal-Artikolu 66, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

2.   L-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom l-istess perijodu ta' validità tad-drittijiet għat-taħwil imsemmijin fil-paragrafu 1. Jekk dawn l-awtorizzazzjonijiet ma jintużawx, dawn għandhom jiskadu l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2018, jew, fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023 .

2.   L-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafi 1 u 1a għandu jkollhom l-istess perijodu ta' validità tad-drittijiet għat-taħwil imsemmijin fil-paragrafu 1. Jekk dawn l-awtorizzazzjonijiet ma jintużawx, dawn għandhom jiskadu l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2018, jew, fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru  2028 .

3.   Iż-żoni koperti minn tali awtorizzazzjonijiet m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 63.

3.   Iż-żoni koperti minn tali awtorizzazzjonijiet m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 63.”

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5e)

Fl-Artikolu 69 jiżdied dan il-punt:

(ea)

kriterji relatati mal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli;

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 73

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5f)

l-Artikolu 73 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  73

“Artikolu 73

Il-kamp ta' applikazzjoni

Il-kamp ta' applikazzjoni

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għal prodotti agrikoli, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-setturi veterinarji, fitosanitarjiu alimentari biex jiġi żgurat li prodotti jkunu konformi ma' standards iġjeniċi u sanitarji u biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali, tal-pjanti u tal-bnedmin, din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għal prodotti agrikoli, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-setturi veterinarji, fitosanitarji u alimentari biex jiġi żgurat li l-prodotti jkunu konformi ma' standards iġjeniċi u sanitarji u biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali, tal-pjanti u tal-bnedmin , u biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi tal-pajjiżi terzi , din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni.”

Emenda 234

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 g (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 75

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5 g)

L-Artikolu 75 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 75

“Artikolu 75

Stabbiliment u kontenut

Stabbiliment u kontenut

1.   L-Istandards tat-tqegħid fis-suq jistgħu japplikaw għal wieħed jew iktar mis-setturi u l-prodotti li ġejjin:

1.   L-Istandards tat-tqegħid fis-suq jistgħu japplikaw għal wieħed jew iktar mis-setturi u l-prodotti li ġejjin:

(a)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;

(a)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;

(b)

frott u ħxejjex;

(b)

frott u ħxejjex;

(c)

prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati;

(c)

prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati;

(d)

banana;

(d)

banana;

(e)

pjanti ħajjin;

(e)

pjanti ħajjin;

(f)

bajd;

(f)

bajd;

(g)

laħam tat-tjur;

(g)

laħam tat-tjur;

(h)

xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(h)

xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(i)

ħops.

(i)

ħops;

 

(ia)

ross;

 

(ib)

ħalib u prodotti tal-ħalib;

 

(ic)

għasel u prodotti tan-naħal;

 

(id)

laħam taċ-ċanga u vitella;

 

(ie)

laħam tan-nagħaġ;

 

(if)

laħam tal-majjal;

 

(ig)

qanneb .

2.   Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll il-kwalità tal-prodotti agrikoli koperti mill-paragrafi 1 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni minn setturi jew prodotti, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn standards bħal dawn sabiex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b'mod kostanti, għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumaturi, għall-iżviluppi fi standards internazzjonali rilevanti u biex tevita li jinħolqu ostakoli għall-innovazzjoni ta' prodotti.

2.   Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll il-kwalità tal-prodotti agrikoli koperti mill-paragrafi 1 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni minn setturi jew prodotti, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn standards bħal dawn sabiex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b'mod kostanti, għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumaturi, għall-iżviluppi fi standards internazzjonali rilevanti u biex tevita li jinħolqu ostakoli għall-innovazzjoni ta' prodotti.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin jew aktar stabbiliti skont is-settur jew il-prodott u skont il-karatteristiċi ta' kull settur, il-ħtieġa li jiġi rregolat it-tqegħid fis-suq u l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu:

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin jew aktar stabbiliti skont is-settur jew il-prodott u skont il-karatteristiċi ta' kull settur, il-ħtieġa li jiġi rregolat it-tqegħid fis-suq u l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu:

(a)

id-definizzjonijiet, id-denominazzjoni u d-deskrizzjonijiet ta' bejgħ tekniċi għas-setturi minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 78;

(a)

id-definizzjonijiet, id-denominazzjoni u d-deskrizzjonijiet ta' bejgħ tekniċi għas-setturi minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 78;

(b)

kriterji ta' klassifikazzjoni bħal gradazzjoni skont il-klassijiet, il-piż, id-daqs, iż-żmien u l-kategorija;

(b)

kriterji ta' klassifikazzjoni bħal gradazzjoni skont il-klassijiet, il-piż, id-daqs, iż-żmien u l-kategorija;

(c)

l-ispeċi, il-varjetà ta' pjanti jew ir-razza ta' annimali jew it-tip kummerċjali;

(c)

l-ispeċi, il-varjetà ta' pjanti jew ir-razza ta' annimali jew it-tip kummerċjali;

(d)

il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma' standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b'rabta ma' ċentri ta' imballaġġ, immarkar, sena ta' ħsad u użu ta' termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123;

(d)

il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma' standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b'rabta ma' ċentri ta' imballaġġ, immarkar, sena ta' ħsad u użu ta' termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123;

(e)

il-kriterji bħad-dehra, il-konsistenza, il-konformazzjoni, il-karatteristiċi ta' prodotti u l-perċentwali tal-kontenut tal-ilma;

(e)

il-kriterji bħad-dehra, il-konsistenza, il-konformazzjoni, il-karatteristiċi ta' prodotti u l-perċentwali tal-kontenut tal-ilma;

(f)

sustanzi speċifiċi użati fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv, purità u identifikazzjoni tagħhom;

(f)

sustanzi speċifiċi użati fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv, purità u identifikazzjoni tagħhom;

(g)

it-tip ta' biedja u l-metodu ta' produzzjoni inklużi prattiki enoloġiċi u sistemi avvanzati ta' produzzjoni sostenibbli;

(g)

it-tip ta' biedja u l-metodu ta' produzzjoni inklużi prattiki enoloġiċi , prattiki ta' għalf ta' annimali u sistemi avvanzati ta' produzzjoni sostenibbli;

(h)

taħlit ta' most u nbid, inklużi definizzjonijiet tagħhom, taħlit u restrizzjonijiet dwarhom;

(h)

taħlit ta' most u nbid, inklużi definizzjonijiet tagħhom, taħlit u restrizzjonijiet dwarhom;

(i)

il-frekwenza tal-ġbir, il-konsenja, il-preservazzjoni u l-manipulazzjoni, il-metodu ta' konservazzjoni u t-temperatura, il-ħażna u t-trasport;

(i)

il-frekwenza tal-ġbir, il-konsenja, il-preservazzjoni u l-manipulazzjoni, il-metodu ta' konservazzjoni u t-temperatura, il-ħażna u t-trasport;

(j)

il-post agrikolu u/jew l-oriġini , eskluż il-laħam tat-tjur u x-xaħmijiet li jistgħu jiddelku ;

(j)

il-post agrikolu u/jew l-oriġini;

(k)

ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi u prattiki;

(k)

ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi u prattiki;

(l)

l-użu speċifiku;

(l)

l-użu speċifiku;

(m)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponiment, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma jkunux konformi mal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 jew mad-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet ta' bejgħ kif imsemmija fl-Artikolu 78, kif ukoll id-disponiment ta' prodotti sekondarji.

(m)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponiment, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma jkunux konformi mal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 jew mad-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet ta' bejgħ kif imsemmija fl-Artikolu 78, kif ukoll id-disponiment ta' prodotti sekondarji;

 

(ma)

it-trattament xieraq tal-annimali .

4.   Minbarra l-paragrafu 1, l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni jistgħu japplikaw għas-settur tal-inbid. Il-punti (f), (g), (h), (k) u (m) tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw għal dak is-settur.

4.   Minbarra l-paragrafu 1, l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni jistgħu japplikaw għas-settur tal-inbid. Il-punti (f), (g), (h), (k) u (m) tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw għal dak is-settur.

5.   L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 84 sa 88 u l-Anness IX u għandhom jieħdu kont ta':

5.   L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 84 sa 88 u l-Anness IX u għandhom jieħdu kont ta':

(a)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott konċernat;

(a)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott konċernat;

(b)

il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għall-iffaċilitar tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq;

(b)

il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għall-iffaċilitar tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq;

(c)

l-interess tal-produtturi li jikkomunikaw il-karatteristiċi tal-prodott u tal-biedja, u l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodotti, inkluż il-post agrikolu li għandu jkun iddeterminat abbażi ta' każ b'każ fil-livell ġeografiku adatt, wara li titwettaq evalwazzjoni ta', b'mod partikolari, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi, u l-vantaġġi offruti lill-produtturi u l-konsumatur aħħari;

(c)

l-interess tal-produtturi li jikkomunikaw il-karatteristiċi tal-prodott u tal-biedja, u l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodotti, inkluż il-post agrikolu li għandu jkun iddeterminat abbażi ta' każ b'każ fil-livell ġeografiku adatt, wara li titwettaq evalwazzjoni ta', b'mod partikolari, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi, u l-vantaġġi offruti lill-produtturi u l-konsumatur aħħari;

(d)

il-metodi disponibbli biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti;

(d)

il-metodi disponibbli biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti;

(e)

ir-rakkomandazzjonijiet standard ta' korpi internazzjonali;

(e)

ir-rakkomandazzjonijiet standard ta' korpi internazzjonali;

(f)

il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-prodotti u li jiġi evitat li tinħoloq bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(f)

il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-prodotti u li jiġi evitat li tinħoloq bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

6.   Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 biex tiġi modifikata l-lista ta' setturi fil-paragrafu 1. Tali atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet murija li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għal innovazzjoni tal-prodott, u għandhom ikunu soġġetti għal rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-konsumatur, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi inkluż l-impatt fuq is-suq intern u fuq il-kummerċ internazzjonali, u l-benefiċċji offruti lill-produtturi u lill-konsumatur aħħari.

6.   Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 biex tiġi modifikata l-lista ta' setturi fil-paragrafu 1. Tali atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet murija li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għal innovazzjoni tal-prodott, u għandhom ikunu soġġetti għal rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-konsumatur, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi inkluż l-impatt fuq is-suq intern u fuq il-kummerċ internazzjonali, u l-benefiċċji offruti lill-produtturi u lill-konsumatur aħħari.”

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5h (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 78

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5h)

l-Artikolu 78 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  78

“Artikolu 78

Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta' bejgħ għal ċerti setturi u prodotti

Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta' bejgħ għal ċerti setturi u prodotti

1.   Fejn rilevanti, minbarra l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli, id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjoni tal-bejgħ previsti fl-Anness VII għandhom japplikaw għas-setturi jew il-prodotti li ġejjin:

1.   Fejn rilevanti, minbarra l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli, id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjoni tal-bejgħ previsti fl-Anness VII għandhom japplikaw għas-setturi jew il-prodotti li ġejjin:

(a)

laħam taċ-ċanga u vitella;

(a)

laħam taċ-ċanga u vitella;

 

(aa)

laħam tan-nagħaġ u tal-ħaruf

(b)

inbid;

(b)

inbid;

(c)

ħalib u prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(c)

ħalib u prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(d)

laħam tat-tjur;

(d)

laħam tat-tjur;

(e)

il-bajd;

(e)

il-bajd;

(f)

xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem; u

(f)

xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem; u

(g)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel ;

(g)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda ;

2.   Id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet jew id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ imsemmija fl-Anness VII ma jistgħux jintużaw fl-Unjoni ħlief għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f'dak l-Anness.

2.   Id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet jew id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ imsemmija fl-Anness VII ma jistgħux jintużaw fl-Unjoni ħlief għall-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni ta' prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f'dak l-Anness. L-Anness VII jista' jippreskrivi l-kundizzjonijiet li taħthom tali denominazzjonijiet jew deskrizzjonijiet ta' bejgħ huma protetti, fil-mument li fih kienu kummerċjalizzati jew promossi, kontra l-użu kummerċjali, użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni kontra l-liġi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar il-bidla, deroga jew eżenzjoni għad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness VII. Dawk l-atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet evidenti li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li dejjem qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għall-innovazzjoni tal-prodotti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar il-bidla, deroga jew eżenzjoni għad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness VII. Dawk l-atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet evidenti li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li dejjem qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għall-innovazzjoni tal-prodotti.

4.   Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-Istati Membri jifhmu b'mod ċar u tajjeb id-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness VII, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 rigward ir-regoli dwar l-ispeċifikazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.

4.   Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-Istati Membri jifhmu b'mod ċar u tajjeb id-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness VII, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 rigward ir-regoli dwar l-ispeċifikazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.

5.   Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-evoluzzjoni tas-suq tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 biex jiġu speċifikati l-prodotti tal-ħalib li fir-rigward tagħhom għandha tiġi ddikjarata l-ispeċi tal-annimali li minnhom joriġina il-ħalib, jekk mhix tal-ifrat, u biex tistabbilixxi r-regoli neċessarji.

5.   Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-evoluzzjoni tas-suq tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 biex jiġu speċifikati l-prodotti tal-ħalib li fir-rigward tagħhom għandha tiġi ddikjarata l-ispeċi tal-annimali li minnhom joriġina il-ħalib, jekk mhix tal-ifrat, u biex tistabbilixxi r-regoli neċessarji.”

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 79a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5i)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 79a

Taħlit taż-żejt taż-żebbuġa ma' żjut veġetali oħrajn

1.     It-taħlit taż-żejt taż-żebbuġa ma' żjut veġetali oħrajn għandu jiġi pprojbit.

2.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi sanzjonijiet għal operaturi li jikkonformawx mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5j (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 79b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5j)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 79b

Regoli ta' kummerċjalizzazzjoni dwar is-setturi taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa

Bil-għan jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi taż-żebbuġ u taż-żejt taż-żebbuġa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 bil-għan li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-armonizzazzjoni tar-regoli kummerċjali għaż-żebbuġ tal-mejda u ż-żejt taż-żebbuġa.”

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 81 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

fl-Artikolu 81, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

imħassar

 

“2.     Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid.

 

L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta:

 

 

(a)

il-varjetà kkonċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew Vitis Labrusca; or

 

 

(b)

il-varjetà kkonċernata tkun ġejja minn tlaqqim bejn l-ispeċijiet Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis.

 

 

Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha.”

 

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 81 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)

Fl-Artikolu 81, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid.

 

“2.   Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid.

L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin :

 

L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta:

(a)

il-varjetà konċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew tkun ġejja minn inkroċju bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis;

 

(a)

il-varjetà konċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew il-varjetà konċernata tkun ġejja minn inkroċju bejn l-istess speċi u speċijiet oħra tal-genus Vitis.

(b)

il-varjetà ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont.

 

(b)

il-varjetà ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont.

 

 

B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-taħwil mill-ġdid ta' Vitis Labrusca jew tal-varjetajiet mill-punt (b) tiegħu f'vinji storiċi eżistenti sakemm is-superfiċje mħawla eżistenti ma tiżdiedx.

Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha.

 

Meta varjetà ta' għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta' dwieli ta' din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha.”

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 90a – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-istabbiliment ta' bank tad-data analitiku tad-data isotopika li tgħin biex titkixxef il-frodi, li għandha tinbena abbażi ta' kampjuni miġbura mill-Istati Membri;

(a)

l-istabbiliment jew iż-żamma ta' bank tad-data analitiku tad-data isotopika li tgħin biex titkixxef il-frodi, li għandha tinbena abbażi ta' kampjuni miġbura mill-Istati Membri;

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 92 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8a)

Fl-Artikolu 92, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

1.   Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII.

 

1.   Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw biss għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII.

Emenda 235/rev

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

“denominazzjoni tal-oriġini” tfisser isem li jidentifika prodott, imsemmi fl-Artikolu 92(1):

(a)

“denominazzjoni ta' oriġini” tfisser l-isem ta' reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikabbli, pajjiż użat biex jiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 92(1):

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali inerenti tiegħu fejn relevanti l-fatturi umani ;

(i)

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u  umani tiegħu ;

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 93 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun jew, f'każijiet eċċezzjonali, f'pajjiż;

imħassar

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Ir-Regolament (UE) 1308/2013.

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va)

li mhuwiex “parzjalment dealkoħolizzat” jew “dealkoħolizzat” kif imsemmi fil-punti 18 u 19 tal-Parti II tal-Anness VII.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 94 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

fl-Artikolu 94(1), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

imħassar

 

“L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu:”

 

Emenda 236

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 94

Test fis-seħħ

Emenda

 

(10a)

L-Artikolu 94 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 94

“Artikolu 94

Applikazzjonijiet għal protezzjoni

Applikazzjonijiet għal protezzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal protezzjoni ta' ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih :

1.   L-applikazzjonijiet għal protezzjoni ta' ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett;

(a)

l-isem li għandu jiġi protett;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(c)

speċifikazzjoni ta' prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; u

(c)

speċifikazzjoni ta' prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; u

(d)

dokument wieħed li jiġbor fil-qosor l-ispeċifikazzjoni ta' prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

(d)

dokument wieħed li jiġbor fil-qosor l-ispeċifikazzjoni ta' prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

2.   L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha tgħin lill-partijiet interessati biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni relatati mad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha, tal-anqas, tkun magħmula minn:

2.   L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha tgħin lill-partijiet interessati biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni relatati mad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha, tal-anqas, tkun magħmula minn:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett;

(a)

l-isem li għandu jiġi protett;

(b)

deskrizzjoni tal-inbid jew inbejjed :

(b)

deskrizzjoni tal-inbid jew l-inbejjed :

 

(i)

fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ewlenin tagħhom;

 

(i)

fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ewlenin tagħhom;

 

(ii)

fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom;

 

(ii)

fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom;

(c)

fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom;

(c)

fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom;

(d)

id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika konċernata;

(d)

id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika konċernata;

(e)

l-ammonti massimi ta' produzzjoni għal kull ettaru;

(e)

l-ammonti massimi ta' produzzjoni għal kull ettaru;

(f)

indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid jew l-inbejjed;

(f)

indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid jew l-inbejjed;

(g)

id-dettalji li juru r-rabta msemmija fil-punt (a)(i)  jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1) , skont il-każ ;

(g)

id-dettalji li juru r-rabtiet li ġejjin:

 

 

(i)

fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta, ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku u d-dettalji dwar il-fatturi naturali u umani ta' dak l-ambjent ġeografiku msemmija fil-punt (a)(i)  tal-Artikolu 93(1);

 

 

(ii)

fir-rigward ta' indikazzjoni ġeografika protetta, ir-rabta bejn kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott, u l-oriġini ġeografika msemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1);

 

(ga)

fejn applikabbli, il-kontribuzzjoni tiegħu għal żvilupp sostenibbli ;

(h)

ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li jkollha f'idejha l-ġestjoni tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta, filwaqt li jitqies il-fatt li t-tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;

(h)

ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li jkollha f'idejha l-ġestjoni tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta, filwaqt li jitqies il-fatt li t-tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;

(i)

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u l-kompiti speċifiċi tagħhom.

(i)

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u l-kompiti speċifiċi tagħhom.

3.   Fejn l-applikazzjoni għal protezzjoni tkun tirrigwarda żona ġeografika f'pajjiż terz, hija għandha tkun, tinkludi, b'żieda mal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, prova li l-isem konċernat ikun protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu.

3.   Fejn l-applikazzjoni għal protezzjoni tkun tirrigwarda żona ġeografika f'pajjiż terz, hija għandha tinkludi, b'żieda mal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, prova li l-isem konċernat ikun protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu.”

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 96 – paragrafu 5 – subparagrafi 1a u 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)

Fl-Artikolu 96(5), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta jressaq l-applikazzjoni għall-protezzjoni quddiem il-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jinkludi dikjarazzjoni li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet relatati mal-protezzjoni previsti f'din it-Taqsima u li huwa jiċċertifika li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) jikkostitwixxi sommarju reali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe oġġezzjoni ammissibbli mressqa skont il-proċedura nazzjonali.”

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 96 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.     Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-eżami tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 97(2) sakemm qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor tkun iddeċidiet dwar oġġezzjoni għal applikazzjoni għall-protezzjoni meta l-Istat Membru jkun ikkunsidra li r-rekwiżiti huma ssodisfati fi proċedura nazzjonali preliminari skont il-paragrafu 5.

imħassar

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).”;

 

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 97 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni li tirċievi skont l-Artikoli 94 u 96(5). Għandha twettaq skrutinju għal żbalji evidenti, b'kont meħud tal-eżitu tal-proċedura nazzjonali preliminari mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni li tirċievi skont l-Artikoli 94 u 96(5). Għandha twettaq skrutinju għal żbalji evidenti, b'kont meħud tal-eżitu tal-proċedura nazzjonali preliminari mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-eżami għandu jiffoka b'mod partikolari fuq id-dokument uniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1).

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 103 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

fl-Artikolu 103, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

imħassar

 

“4.     Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll fir-rigward ta' merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta' merkanzija mibjugħa permezz tal-kummerċ elettroniku fl-Unjoni.”

 

Emenda 263/rev

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 103

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14a)

L-Artikolu 103 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 103

“Artikolu  103

Protezzjoni

Protezzjoni

1.   Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza nbid li jkun ġie magħmul f'konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta' prodott.

1.   Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza nbid li jkun ġie magħmul f'konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta' prodott.

2.   Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll l-inbid li juża dak l-isem protett f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet ta' prodotti għandhom ikunu protetti kontra:

2.   Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll l-inbid li juża dak l-isem protett f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet ta' prodotti għandhom ikunu protetti kontra:

(a)

kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta' dak l-isem protett:

(a)

kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta' dak l-isem protett:

 

(i)

minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

 

(i)

minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

 

(ii)

sakemm dan l-użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika;

 

(ii)

sakemm dan l-użu jisfrutta , idgħajjef jew inaqqas ir-reputazzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika , inkluż meta isem irreġistrat jintuża bħala ingredjent ;

(b)

kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew is-servizz tkun indikata jew jekk l-isem protett ikun ġie tradott, traskritt jew ttraslitterat jew ikun akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew espressjonijiet simili;

(b)

kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew tas-servizz tkun indikata jew jekk l-isem protett ikun ġie tradott, traskritt jew traslitterat jew ikun akkumpanjat minn espressjoni bħal ‘stil’, ‘tip’, ‘metodu’, ‘kif prodott fi’, ‘imitazzjoni’, ‘togħma’, ‘bħal’ jew espressjonijiet simili , inkluż meta dawk l-ismijiet irreġistrati jintużaw bħala ingredjent ;

(c)

kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq imballaġġ ta' ġewwa jew ta' barra, materjal ta' reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-imballaġġ tal-prodott f'kontenitur li jista' jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(c)

kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq imballaġġ ta' ġewwa jew ta' barra, materjal ta' reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-imballaġġ tal-prodott f'kontenitur li jista' jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(d)

kwalunke prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

(d)

kwalunkwe prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

 

(da)

kwalunkwe indikazzjoni, in mala fede, ta' isem ta' dominju li jkun simili jew li jista' jiġi konfuż, għalkollox jew parzjalment, ma' isem protett.

3.   Denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1).

3.   Denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1).

 

3a.     Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll fir-rigward ta' oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta' oġġetti mibjugħa permezz tal-kummerċ elettroniku fl-Unjoni.

 

3b.     Meta ż-żona ġeografika ta' nbid li jibbenefika minn denominazzjoni ta' oriġini protetta tkun koperta minn denominazzjoni ta' oriġini protetta oħra li ż-żona ġeografika tagħha tkun akbar, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li taħthom l-inbejjed inkwistjoni jistgħu jibbenefikaw minn din id-denominazzjoni ta' oriġini protetta l-oħra. Dawk il-kundizzjonijiet iridu jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tal-inbejjed ikkonċernati.”

Emenda 237

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 105

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14b)

L-Artikolu 105 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 105

“Artikolu 105

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 jista' japplika għal approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' prodott ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f'tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi demarkata mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jiddikjaraw l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom.

1.    Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 jista' japplika għal approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' prodott ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f'tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi demarkata mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jiddikjaraw l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom.

 

1a.     L-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott għandhom ikunu kklassifikati f'żewġ kategoriji f'dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom: l-emendi li jirrikjedu proċedura ta' oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni (‘emendi tal-Unjoni’) u l-emendi li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-pajjiżi terzi (‘emendi standard’).

 

Emenda għandha titqies bħala emenda tal-Unjoni meta:

 

(a)

tkun tinkludi bidla fl-isem tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta;

 

(b)

tkun tikkonsisti minn bidla, tħassir jew żieda ta' kategorija tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-Parti II tal-Anness VII;

 

(c)

tkun tista' potenzjalment tħassar ir-rabta msemmija fil-punti (a)(i) jew (b)(i) tal-Artikolu 93(1);

 

(d)

tkun tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

 

Applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni mressqa minn pajjiżi terzi jew minn produtturi f'pajjiżi terzi għandhom jinkludu provi li l-emenda mitluba tikkonforma mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-seħħ f'dawk il-pajjiżi terzi.

 

Kwalunkwe emenda oħra għandha titqies bħala emenda standard.

 

1b.     Emenda temporanja għandha tkun emenda standard li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri obbligatorji sanitarji u fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tkun marbuta ma' diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.

 

1c.     Fil-każ ta' bidla fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni relatati mad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta, id-dwieli fil-post għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dritt ta' produzzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta għal perjodu speċifikat fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u sakemm jinqalgħu.”

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 105a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 105a

 

Emendi fil-livell tal-Unjoni

 

1.     Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet ta' prodott għandhom jitqiesu ammissibbli jekk jitressqu bi qbil mal-Artikolu 105 u jekk ikunu kompleti, eżawrjenti u kkompletati kif xieraq. L-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandha tkopri biss l-emendi ppreżentati fl-applikazzjoni nnifisha.

 

2.     Meta, abbażi tal-eżami li jsir skont l-Artikolu 97(2), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 97(3) huma ssodisfati, din għandha tippubblika l-applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni finali dwar l-approvazzjoni tal-emenda għandha tiġi adottata mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 299(2), dment li tkun tressqet oġġezzjoni ammissibbli jew l-applikazzjoni għal emenda tiġi rrifjutata, f'liema każ għandu japplika l-Artikolu 99(2).

 

3.     Jekk l-applikazzjoni titqies bħala inammissibbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew dawk tal-pajjiż terz, jew l-applikant stabbilit f'pajjiż terz, għandhom jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għall-inammissibbiltà.

 

4.     L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emendi tal-Unjoni għandha tinkludi esklussivament emendi tal-Unjoni. Jekk applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni tkun tinkludi wkoll emendi standard jew temporanji, il-proċedura għall-emendi tal-Unjoni għandha tapplika biss għall-emendi tal-Unjoni. L-emendi standard jew temporanji għandhom jitqiesu bħala mhux ippreżentati.

 

5.     Meta teżamina l-applikazzjonijiet għall-emendi, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq l-emendi proposti.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 105b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14d)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 105b

 

Emendi standard

 

1.     L-emendi standard għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stati Membri li magħhom tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

 

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda standard fir-rigward ta' speċifikazzjoni tal-prodott għandha titressaq quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li miegħu tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni jew l-indikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda standard fir-rigward ta' speċifikazzjoni tal-prodott ma tiġix mill-applikant li jkun ressaq l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem jew l-ismijiet li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tirreferi għalih jew għalihom, l-Istati Membri għandhom jagħtu lil dak l-applikant l-opportunità li jikkummenta dwar l-applikazzjoni, jekk dak l-applikant ikun għadu jeżisti.

 

L-applikazzjoni għal emenda standard għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-emendi standard, tagħti sommarju tar-raġunijiet għaliex l-emendi huma meħtieġa, u turi li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala standard skont l-Artikolu 105.

 

2.     Meta l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti huma ssodisfati, dan jista' japprova u jippubblika l-emenda standard. Id-deċiżjoni ta' approvazzjoni għandha tinkludi d-dokument uniku kkonsolidat modifikat, fejn rilevanti, u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonsolidata mmodifikata.

 

L-emenda standard għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata. L-Istat Membru għandu jikkomunika l-emendi standard lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni.

 

3.     Deċiżjonijiet li japprovaw emendi standard li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jittieħdu f'konformità mas-sistema fis-seħħ fil-pajjiż terz ikkonċernat, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minn produttur uniku jew minn grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, jew direttament lill-Kummissjoni jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jiġu ppubblikati.

 

4.     Jekk iż-żona ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw il-proċedura għal emendi standard separatament għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emenda standard għandha tkun applikabbli wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda standard għandu jibgħatha lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tiġi ppubblikata d-deċiżjoni tiegħu li tapprova l-emenda standard.

 

Jekk Stat Membru wieħed jew aktar ikkonċernati ma jadottawx id-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista' jressaq applikazzjoni skont il-proċedura ta' emenda tal-Unjoni. Din ir-regola għandha tapplika mutatis mutandis anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz.”

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 105c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14e)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 105c

 

Emendi temporanji

 

1.     L-emendi temporanji għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stat Membru li miegħu tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet li jappoġġjaw l-emendi temporanji, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-emenda standard għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata.

 

2.     Meta ż-żona ġeografika tkun tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura għall-emendi temporanji għandha tapplika separatament fl-Istati Membri kkonċernati għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emendi temporanji għandhom ikunu applikabbli biss wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda temporanja għandu jikkomunikaha lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tiġi ppubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni tiegħu. Din ir-regola tapplika, mutatis mutandis, anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz.

 

3.     L-emendi temporanji li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet li jappoġġjaw l-emendi temporanji, lil produttur jew grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jiġu approvati.

 

4.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika tali emendi fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew il-produttur uniku jew il-grupp ta' produtturi ta' pajjiż terz. Emenda temporanja hija applikabbli fit-territorju tal-Unjoni ladarba tkun ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni.”

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 106

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

l-Artikolu 106 huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

Artikolu 106

 

Kanċellazzjoni

 

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika f'ċirkustanza waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

(a)

meta l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti ma tkunx għadha garantita;

 

(b)

meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq li jkollu d-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi;

 

(c)

meta applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'Artikolu 95 jiddikjara li hu ma għadux irid iżomm il-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

 

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 106

Test fis-seħħ

Emenda

 

(15a)

l-Artikolu 106 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  106

“Artikolu 106

Kanċellazzjoni

Kanċellazzjoni

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika jekk ma tibqax tiġi żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta' prodott. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

1.    Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika f'ċirkustanza waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

(a)

meta l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti ma tkunx għadha garantita;

 

(b)

meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq li jkollu d-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi;

 

(c)

meta applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'Artikolu 95 jiddikjara li hu ma għadux irid iżomm il-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

 

1a.     Meta l-Kummissjoni tqis li t-talba ta' tħassir mhijiex ammissibbli, din għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet it-talba, dwar ir-raġunijiet li jappoġġjaw l-inammissibbiltà.

 

1b.     Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni sostanzjati għall-kanċellazzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss fejn juru dipendenza kummerċjali minn persuna interessata fuq l-isem irreġistrat.”

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 106a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 106a

Tikkettar u preżentazzjoni temporanji

Wara li applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun intbagħtet lill-Kummissjoni, il-produtturi jistgħu jindikawha fit-tikkettar u l-preżentazzjoni, u jużaw logos u indikazzjonijiet nazzjonali, skont id-dritt tal-Unjoni u b'mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Simboli tal-Unjoni li jindikaw id-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, l-indikazzjonijiet tal-Unjoni ‘denominazzjoni ta' oriġini protetta’ jew ‘indikazzjoni ġeografika protetta’ u t-taqsiriet tal-Unjoni ‘DOP’ jew ‘IĠP’, jistgħu jidhru fuq it-tikkettar biss wara li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni li tikkonferixxi l-protezzjoni fuq dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Meta l-applikazzjoni tiġi rrifjutata, kwalunkwe prodott tad-dwieli ttikkettat f'konformità mal-ewwel paragrafu jista' jiġi kkummerċjalizzat sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.”

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 15c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 107a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 107a

Applikazzjoni ta' speċifikazzjoni ta' prodott għal żoni li jipproduċu l-ispirti tal-inbid

L-Istati Membri jistgħu japplikaw speċifikazzjoni tal-prodott skont it-tifsira tal-Artikolu 94(2) għal żoni li jipproduċu l-inbid addattat għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kif irreġistrata skont l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008.”

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 116a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fi ħdan l-Unjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 jew korp delegat wieħed jew aktar fis-sens tal-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, għandha tivverifika kull sena l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, matul il-produzzjoni tal-inbid u matul u wara l-ipproċessar.

3.   Fi ħdan l-Unjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 jew korp delegat wieħed jew aktar fis-sens tal-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament, għandha tivverifika kull sena l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, matul il-produzzjoni tal-inbid u matul u wara l-ipproċessar inkluż fl-Istat Membru li fih issir il-produzzjoni tal-inbid .

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 116a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu magħmula minn kontrolli amministrattivi u fuq il-post. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu limitati għal kontrolli amministrattivi biss meta jkunu sikuri u jagħmluha possibbli li tiġi żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 116a – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Sabiex jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jimmonitorjaw lill-operaturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor jekk jintervjenu fil-produzzjoni ta' prodott b'DOP irreġistrata fit-territorju tagħhom. B'kunsiderazzjoni tal-fiduċja li jista' jkollhom lill-operaturi u l-prodotti tagħhom fir-rigward tar-riżultati ta' kontrolli preċedenti, il-korpi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiffukaw l-azzjonijiet tagħhom fuq l-aspetti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati fl-ispeċifikazzjonijiet definiti qabel u jinġiebu għall-attenzjoni ta' dawk l-operaturi.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 119 – paragrafi 1 u 4

Test mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

L-Artikolu 119 huwa emendat skont kif ġej

imħassar

 

(a)

fil-paragrafu 1, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15, 16, 18 u 19 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:”;

 

 

(b)

jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.     L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkollhomx tikketta konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq, jew jiġu rtirati minnu jekk ikunu diġà mqiegħda fis-suq.”

 

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 119

Test fis-seħħ

Emenda

 

(18a)

l-Artikolu 119 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  119

“Artikolu 119

Dettalji obbligatorji

Dettalji obbligatorji

1.   It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 u  16 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:

1.   It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 , 16, 18 19 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:

(a)

id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dielja skont il-Parti II tal-Anness VII;

(a)

id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dielja skont il-Parti II tal-Anness VII;

(b)

għall-inbejjed b'denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta:

(b)

għall-inbejjed b'denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta:

 

(i)

it-terminu “denominazzjoni protetta tal-oriġini ” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”; u

 

(i)

it-terminu ‘denominazzjoni ta' oriġini protetta ’ jew ‘indikazzjoni ġeografika protetta’; u

 

(ii)

l-isem tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

 

(ii)

l-isem tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(c)

il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum;

(c)

il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum;

(d)

indikazzjoni tal-provenjenza;

(d)

indikazzjoni tal-provenjenza;

(e)

indikazzjoni ta' min jibbottilja jew, fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ;

(e)

indikazzjoni ta' min jibbottilja jew, fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ;

(f)

indikazzjoni tal-importatur fil-każ ta' nbejjed importati; kif ukoll

(f)

indikazzjoni tal-importatur fil-każ ta' nbejjed importati;

(g)

fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta' zokkor.

(g)

fil-każ ta' nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta' zokkor;

 

(ga)

id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, li l-kontenut tagħha jista' jkun limitat għall-valur enerġetiku biss; u

 

(gb)

il-lista ta' ingredjenti.

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja tista' titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta.

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja tista' titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta.

3.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-termini “denominazzjoni protetta ta' oriġini ” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” tista' titħalla barra fil-każijiet li ġejjin:

3.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-termini ‘denominazzjoni ta' oriġini protetta ’ jew ‘indikazzjoni ġeografika protetta’ tista' titħalla barra fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn terminu tradizzjonali f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 112 jintwera fuq it-tikketta f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 94(2);

(a)

fejn terminu tradizzjonali f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 112 jintwera fuq it-tikketta f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 94(2);

(b)

f'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati kif adatt li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227 sabiex tiġi żgurata konformità mal-prattiki eżistenti ta' tikkettar.

(b)

f'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati kif adatt li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227 sabiex tiġi żgurata konformità mal-prattiki eżistenti ta' tikkettar.

 

3a.     Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1(ga), il-valur enerġetiku għandu jkun:

 

(a)

espress b'numri u kliem jew simboli, u b'mod partikolari s-simbolu (E) għall-Enerġija;

 

(b)

ikkalkulat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

 

(c)

espress bħala valuri medji f'kcal abbażi ta':

(i)

l-analiżi tal-produttur tal-inbid; jew

(ii)

kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata bbażata fuq il-valuri medji ta' nbejjed tipiċi u karatteristiċi."

 

(d)

espress għal kull 100 ml. Barra minn hekk, jista' jiġi espress għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumatur, dment li l-unità użata tkun ikkwantifikata fuq it-tikketta u li n-numru ta' unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun iddikjarat.

 

3b.     B'deroga mill-paragrafu 1(ga), il-lista tal-ingredjenti tista' tiġi pprovduta wkoll b'mezzi oħra milli bit-tikketta mwaħħla fuq il-flixkun, jew fuq kwalunkwe tip ieħor ta' kontenitur, dment li tiġi indikata rabta ċara u diretta fuq it-tikketta. M'għandhiex tintwera ma' informazzjoni oħra li jkollha finijiet kummerċjali jew ta' kummerċjalizzazzjoni.

 

3c.     L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkollhomx tikketta konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq, jew jiġu rtirati minnu jekk ikunu diġà mqiegħda fis-suq.

 

3d.     L-operaturi li b'mod volontarju jkunu jixtiequ jikkomunikaw lill-konsumaturi l-kaloriji għall-prodotti tal-inbid minn sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tibda qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikolu 119 fl-intier tiegħu.”

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 120 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

“(fa)

termini relatati mal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dielja;”

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 122 – paragrafu 1 – punti b, c u d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

imħassar

 

(a)

fil-punt (b), jitħassar il-punt (ii);

 

 

(b)

fil-punt (c), jiżdied il-punt (iii) li ġej:

“(iii)

it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.;”

 

 

(c)

fil-punt (d), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

il-kundizzjonijiet tal-użu ta' ċerti forom ta' fliexken u tal-għotjien, u lista ta' ċerti forom speċifiċi ta' fliexken;;”

 

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 122

Test fis-seħħ

Emenda

 

(20a)

l-Artikolu 122 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 122

“Artikolu 122

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1.   Sabiex jittieħed kont tal- karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 dwar regoli u restrizzjonijiet dwar:

1.   Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 dwar regoli u restrizzjonijiet dwar:

(a)

il-preżentazzjoni u l-użu tal-indikazzjonijiet ta' tikkettar minbarra dawk imsemmija f'din it-Taqsima;

(a)

il-preżentazzjoni u l-użu tal-indikazzjonijiet ta' tikkettar minbarra dawk imsemmija f'din it-Taqsima;

(b)

l-indikazzjonijiet obbligatorji fir-rigward ta':

(b)

l-indikazzjonijiet obbligatorji fir-rigward ta':

 

(i)

it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet obbligatorji u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom;

 

(i)

it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet obbligatorji u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom;

 

(ii)

it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom;

 

 

(iii)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet obbligatorji;

 

(iii)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet obbligatorji;

 

(iv)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu aktar derogi b'żieda ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 119(2) fir-rigward tal-omissjoni tar-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja; u

 

(iv)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu aktar derogi b'żieda ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 119(2) fir-rigward tal-omissjoni tar-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja;

 

(v)

id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi;

 

(v)

id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi; kif ukoll

 

 

(va)

id-dispożizzjonijiet relatati mal-punt (gb) tal-Artikolu 119(1);

(c)

l-indikazzjonijiet fakultattivi fir-rigward ta':

(c)

l-indikazzjonijiet fakultattivi fir-rigward ta':

 

(i)

it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet fakultattivi u tal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom;

 

(i)

it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet fakultattivi u tal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom;

 

(ii)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet fakultattivi;

 

(ii)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' indikazzjonijiet fakultattivi;

 

 

(iia)

it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom;

(d)

il-preżentazzjoni fir-rigward ta':

(d)

il-preżentazzjoni fir-rigward ta':

 

(i)

il-kundizzjonijiet tal-użu ta' ċerti forom ta' fliexken, u lista ta' ċerti forom speċifiċi ta' fliexken;

 

(i)

il-kundizzjonijiet tal-użu ta' ċerti forom ta' fliexken u tal-għotjien , u lista ta' ċerti forom speċifiċi ta' fliexken;

 

(ii)

il-kundizzjonijiet tal-użu ta' fliexken u mezzi ta' għeluq tat-tip ta' “nbid frizzanti”;

 

(ii)

il-kundizzjonijiet tal-użu ta' fliexken u mezzi ta' għeluq tat-tip ta' ‘nbid frizzanti’;

 

(iii)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' preżentazzjoni;

 

(iii)

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma' preżentazzjoni;

 

(iv)

id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi.

 

(iv)

id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' lingwi.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(va) sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament (emendatorju)].

2.   Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 227 dwar regoli fir-rigward ta' tikkettar u preżentazzjoni b'mod temporanju ta' nbejjed li jġibu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, fejn dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar regoli fir-rigward ta' tikkettar u preżentazzjoni b'mod temporanju ta' nbejjed li jġibu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, fejn dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa.

3.   Sabiex jiġi żgurat li ma jiġux ippreġudikati l-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar dispożizzjonijiet transizzjonali fir-rigward ta' nbid imqiegħed fis-suq u b'tikketta f'konformità mar-regoli rilevanti applikabbli qabel l-1 ta' Awwissu 2009.

3.   Sabiex jiġi żgurat li ma jiġux ippreġudikati l-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar dispożizzjonijiet transizzjonali fir-rigward ta' nbid imqiegħed fis-suq u b'tikketta f'konformità mar-regoli rilevanti applikabbli qabel l-1 ta' Awwissu 2009.

4.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 227 dwar derogi minn din it-Taqsima fir-rigward ta' prodotti li għandhom jiġu esportati fejn ikun meħtieġ bil-liġi tal-pajjiż terz ikkonċernat.

4.   Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar derogi minn din it-Taqsima fir-rigward ta' prodotti li għandhom jiġu esportati fejn ikun meħtieġ bil-liġi tal-pajjiż terz ikkonċernat.”

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 125 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

Fl-Artikolu 125, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Ftehimiet dwar setturi taz-zokkor

“Ftehimiet dwar setturi tal-pitravi taz-zokkor u kannamieli”

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 126 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)

fl-Artikolu 126, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Ir-rappurtar tal-prezzijiet fis-suq taz-zokkor

“Ir-rappurtar tal-prezzijiet fis-swieq”

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 – punt bc (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 126 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bc)

fl-Artikolu 126, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu sistema għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq taz-zokkor, inkluż arranġamenti għall-pubblikazzjoni tal-livelli ta' prezzijiet għal dan is-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). Is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn impriżi li jipproduċu z-zokkor abjad jew minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċ taz-zokkor. Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali.

“Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu sistema għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq min-naħa għas-suq tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli u għas-suq taz-zokkor u tal-etanol fuq in-naħa l-oħra , inkluż arranġamenti għall-pubblikazzjoni tal-livelli ta' prezzijiet għal dan is-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). Is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn impriżi li jipproduċu z-zokkor jew l-etanol jew minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċ taz-zokkor jew tal-etanol . Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali.”

Emenda 269

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 148

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22a)

l-Artikolu 148 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

“Artikolu 148

 

Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tiegħu minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, u/jew jiddeċiedi li l-ewwel xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għal kuntratt għall-konsenja, mill-bdiewa, ta' ħalib mhux ipproċessat, tali kuntratt u/jew tali offerta ta' kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

1.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tiegħu minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat trid tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, u/jew jiddeċiedi li l-ewwel xerrejja jeħtiġilhom jagħmlu offerta bil-miktub għal kuntratt għall-konsenja, mill-bdiewa, ta' ħalib mhux ipproċessat, tali kuntratt u/jew tali offerta ta' kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta' ħalib mhux ipproċessat mingħand ir-raħħal lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat iridu jkunu koperti minn kuntratt miktub bejn il-partijiet, huwa għandu wkoll jiddeċiedi liema stadju jew stadji tal-konsenja għandha/għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt jekk il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta' kollettur wieħed jew aktar.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta' ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat iridu jkunu koperti minn kuntratt miktub bejn il-partijiet, huwa għandu wkoll jiddeċiedi liema stadju jew stadji tal-konsenja għandu/għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt jekk il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta' kollettur wieħed jew aktar.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “kollettur” tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f'kull każ.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ‘kollettur’ tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f'kull każ.

1a.   Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi, jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrikjedu li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

1a.   Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi, jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrikjedu li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.

2.   Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom:

2.   Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom:

(a)

issir qabel ma ssir il-konsenja,

(a)

isiru qabel ma ssir il-konsenja,

(b)

issir bil-miktub, u

(b)

isiru bil-miktub, u

(c)

tinkludi , b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(c)

jinkludu, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

 

(i)

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

 

(i)

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

 

 

ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew

 

 

ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew

 

 

jiġi kkalkulat billi jiġu kkumbinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkunsinnjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat ,

 

 

jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li għandhom jinkludu indikaturi u indiċijiet ekonomiċi rilevanti u faċilment komprensibbli u l-metodu ta' kalkolu tal-prezz finali, ibbażat fuq, u b'referenza għal, l-ispejjeż tal-produzzjoni u tas-suq li jkunu faċilment aċċessibbli u komprensibbli u jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkonsenjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkonsenjat

 

 

 

Għal dan il-għan, l-Istati Membri li jkunu ddeċidew li japplikaw il-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu indikaturi, skont il-kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji mwettqa dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari, sabiex jistabbilixxuhom fi kwalunkwe ħin,

 

(ii)

il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista' u /jew għandu jiġi kkonsenjat u l-ħin ta' konsenji bħal dawn,

 

(ii)

il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista' /jew li jrid jiġi kkonsenjat u l-ħin ta' konsenji bħal dawn. Ma għandux ikun possibbli li jiġu stabbiliti klawżoli ta' penali għal ksur ta' kull xahar,

 

(iii)

it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta' terminazzjoni,

(iv)

id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament,

 

(iii)

it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawżoli ta' terminazzjoni,

(iv)

id-dettalji rigward il-perjodi u l-proċeduri ta' pagament,

 

(v)

l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat, u

 

(v)

l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat, u

 

(vi)

ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure.

 

(vi)

ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure.

3.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandhomx ikunu meħtieġa kuntratt u/jew offerta għal kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat ikun ikkonsenjat minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha huwa jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom jinkludu dispożizzjonijiet li jkollhom effetti simili għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

3.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandhomx ikunu meħtieġa kuntratt u/jew offerta għal kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat ikun ikkonsenjat minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha huwa jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom ikun fihom dispożizzjonijiet li jkollhom effetti simili għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

4.   L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat konkluż mir-raħħala, il-kolletturi jew il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat, inkluż l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet.

4.   L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat konkluż mill-bdiewa, il-kolletturi jew il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat, inkluż l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel kuntratt bil-miktub għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat obbligatorju f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jistabbilixxi:

(a)

fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel kuntratt bil-miktub għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat obbligatorju f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jistabbilixxi:

 

(i)

l-obbligu għall-partijiet li jaqblu dwar relazzjoni bejn ċerta kwantità konsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-konsenja;

 

(i)

obbligu għall-partijiet li jaqblu dwar relazzjoni bejn ċerta kwantità konsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-konsenja;

 

(ii)

tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn bidwi u l-ewwel xerrej ta' ħalib mhux ipproċessat; tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

 

(ii)

tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn bidwi u l-ewwel xerrej ta' ħalib mhux ipproċessat; tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

(b)

meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat għandu jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-bidwi f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jipprevedi li l-offerta għandha tinkludi tul ta' żmien minimu tal-kuntratt, stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan; tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(b)

meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat jeħtieġlu jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-bidwi f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jipprevedi li l-offerta trid tinkludi tul ta' żmien minimu tal-kuntratt, stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan; tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-bidwi li jirrifjuta tali tul ta' żmien minimu dment li jagħmel dan bil-miktub. F'dan il-każ il-partijiet għandhom ikunu liberi li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-bidwi li jirrifjuta tali tul ta' żmien minimu dment li jagħmel dan bil-miktub. F'dan il-każ il-partijiet għandhom ikunu liberi li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

5.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-alternattivi msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati.

5.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-alternattivi msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati.

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 149

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22b)

l-Artikolu 149 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 149

“Artikolu 149

Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li tkun rikonoxxuta taħt l-Artikolu 161(1) tista' tinnegozja f'isem il-bdiewa membri tagħha, fir-rigward ta' parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew fir-rigward ta' kollha kemm hi, kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat, jew lil kollettur fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 148(1).

1.   Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li tkun rikonoxxuta taħt l-Artikolu 161(1) tista' tinnegozja f'isem il-bdiewa membri tagħha, fir-rigward ta' parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew fir-rigward ta' kollha kemm hi, kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat, jew lil kollettur fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 148(1).

2.   In-negozjati mill-organizzazzjoni ta' produtturi jistgħu jsiru:

2.   In-negozjati mill-organizzazzjoni ta' produtturi jistgħu jsiru:

(a)

kemm jekk ikun hemm trasferiment jew le tal-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat mingħand il-bdiewa lill-organizzazzjoni ta' produtturi;

(a)

kemm jekk ikun hemm trasferiment jew le tal-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat mingħand il-bdiewa lill-organizzazzjoni ta' produtturi;

(b)

kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni konġunta ta' xi wħud mill-bdiewa membri jew minnhom kollha;

(b)

kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni konġunta ta' xi wħud mill-bdiewa membri jew minnhom kollha;

(c)

dment li, għal organizzazzjoni tal-produtturi partikolari jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(c)

dment li, għal organizzazzjoni tal-produtturi partikolari jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(i)

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert b'tali negozjati ma jaqbiżx it- 3,5  % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni,

 

(i)

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert b'tali negozjati ma jaqbiżx l- 4,5  % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni,

 

(ii)

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru, u

 

(ii)

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru, u

 

(iii)

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi kkonsenjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru;

 

(iii)

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi kkonsenjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru;

(d)

bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni oħra ta' produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f'isimhom; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każi ġġustifikati kif dovut fejn il-bdiewa jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti;

(d)

bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni oħra ta' produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f'isimhom; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każi ġġustifikati kif dovut fejn il-bdiewa jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti;

(e)

dment li l-ħalib mhux ipproċessat ma jkunx kopert minn obbligu ta' konsenja li jirriżulta mis-sħubija li bidwi jkollu f'kooperattiva skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom; kif ukoll

(e)

dment li l-ħalib mhux ipproċessat ma jkunx kopert minn obbligu ta' konsenja li jirriżulta mis-sħubija li bidwi jkollu f'kooperattiva skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom; kif ukoll

(f)

dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati.

(f)

dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati.

3.   Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c)(ii) u (iii) tal-paragrafu 2, organizzazzjoni tal-produtturi tista' tinnegozja skont il-paragrafu 1, dment li, fir-rigward ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawk in-negozjati li jkun prodott jew ikkonsenjat fi Stat Membru li jkollu produzzjoni annwali totali ta' ħalib mhux ipproċessat ta' anqas minn 500 000 tunnellata ma jaqbiżx il-45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru.

3.   Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c)(ii) u (iii) tal-paragrafu 2, organizzazzjoni tal-produtturi tista' tinnegozja skont il-paragrafu 1, dment li, fir-rigward ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawk in-negozjati li jkun prodott jew ikkonsenjat fi Stat Membru li jkollu produzzjoni annwali totali ta' ħalib mhux ipproċessat ta' anqas minn 500 000 tunnellata ma jaqbiżx il-45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' dak l-Istat Membru.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu assoċjazzjonijiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu assoċjazzjonijiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tal-metodi li hija tqis li huma adatti, l-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni u fl-Istati Membri billi tuża l-informazzjoni l-aktar aġġornata li tkun disponibbli.

5.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tal-metodi li hija tqis li huma adatti, l-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni u fl-Istati Membri billi tuża l-informazzjoni l-aktar aġġornata li tkun disponibbli.

6.   B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, anki meta l-limiti stabbiliti hemmhekk ma jinqabżux, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tiddeċiedi f'każ individwali li negozjati partikolari mill-organizzazzjoni ta' produtturi għandhom ikollhom jerġgħu jinfetħu jew m'għandhom iseħħu qatt jekk tqis li dan meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni tkun eskluża jew sabiex tevita li ssir ħsara serja lill-SMEs li jipproċessaw il-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha.

6.   B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, anki meta l-limiti stabbiliti hemmhekk ma jinqabżux, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tiddeċiedi f'każ individwali li negozjati partikolari mill-organizzazzjoni ta' produtturi għandhom ikollhom jerġgħu jinfetħu jew m'għandhom iseħħu qatt jekk tqis li dan meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni tkun eskluża jew sabiex tevita li ssir ħsara serja lill-SMEs li jipproċessaw il-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha.

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). F'każijiet oħrajn, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li huwa kopert min-negozjati.

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). F'każijiet oħrajn, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li huwa kopert min-negozjati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

7.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

7.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

“awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni” tfisser l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (22);

(a)

‘awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni’ tfisser l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (22);

(b)

“SME” tfisser impriża mikro, żgħar jew ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

(b)

“SME” tfisser impriża mikro, żgħar jew ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

8.   L-Istati Membri li fihom isiru n-negozjati f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 6.

8.   L-Istati Membri li fihom isiru n-negozjati f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 6.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 150

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22c)

l-Artikolu 150 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 150

“Artikolu 150

Regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

Regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

1.   Fuq talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu  152 ( 3 ), organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157( 3 ) jew grupp ta' operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta' żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni tal-oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

1.   Fuq talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu  152(1) jew l-Artikolu 161 ( 1 ), organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157( 1 ) jew grupp ta' operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta' żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-Partiijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Tali ftehim għandu jiġi konkluż bejn tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew ir-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tal-ġobon imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fejn xieraq, tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta' dak il-ġobon li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Tali ftehim għandu jiġi konkluż bejn tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew ir-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tal-ġobon imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fejn xieraq, tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta' dak il-ġobon jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jammontaw għal tal-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, li jikkonċerna l-ġobon li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona ġeografika ta' oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat, kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ġobon, għandha tkun l-istess bħaż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 relatat ma' dak il-ġobon.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, li jikkonċerna l-ġobon li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona ġeografika ta' oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat, kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ġobon, għandha tkun l-istess bħaż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 relatat ma' dak il-ġobon.

4.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1:

4.   Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1:

(a)

għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta' dak il-ġobon għad-domanda;

(a)

għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta' dak il-ġobon għad-domanda;

(b)

għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat;

(b)

għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat;

(c)

jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jistgħu jiġġeddu wara dan il-perjodu , wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(c)

jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn ħames snin u jistgħu jiġġeddu wara dan il-perijodu , wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(d)

ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti differenti minn dawk ikkonċernati mir-regoli;

(d)

ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti differenti minn dawk ikkonċernati mir-regoli;

(e)

ma għandhom ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon ikkonċernat;

(e)

ma għandhomx ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon ikkonċernat;

(f)

m'għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(f)

ma għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(g)

għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li altrimenti kien ikun disponibbli;

(g)

għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li xort'oħra kien ikun disponibbli;

(h)

m'għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostakolu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il-produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv;

(h)

ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il-produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv;

(i)

għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat;

(i)

għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat;

(j)

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 149.

(j)

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 149.

5.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

6.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

6.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta' tali regoli.

7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta' tali regoli.

8.   Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.

8.   Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.”

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 151

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22d)

l-Artikolu 151 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 151

“Artikolu 151

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Mill-1 ta' April 2015, l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkonsenjat lilhom kull xahar.

Mill-1 ta' April 2015, l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkonsenjat lilhom kull xahar u l-prezz medju mħallas. Għandha ssir distinzjoni bejn il-prodotti agrikoli organiċi u dawk mhux organiċi. Jekk l-ewwel xerrej ikun kooperattiva, il-prezz medju se jiġi kkomunikat fl-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(c)(v).

 

L-informazzjoni dwar il-prezz medju għandha titqies bħala kunfidenzjali u l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-prezzijiet medji speċifiċi jew l-ismijiet tal-operaturi ekonomiċi individwali ma jiġux ippubblikati.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 148, “l-ewwel xerrej” tfisser impriża jew grupp li jixtri l-ħalib mill-produtturi biex:

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 148, ‘l-ewwel xerrej’ tfisser impriża jew grupp li jixtri l-ħalib mill-produtturi biex:

(a)

jissoġġettawh għall-ġbir, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tkessiħ jew l-ipproċessar, inkluż skont kuntratt;

(a)

jissoġġettawh għall-ġbir, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tkessiħ jew l-ipproċessar, inkluż skont kuntratt;

(b)

ibiegħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew tipproċessa l-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib.

(b)

ibigħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew tipproċessa l-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta' ħalib mhux ipproċessat u l-prezz medju msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut, il-format u l-iskeda ta' tali dikjarazzjonijiet u miżuri rigward in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut, il-format u l-iskeda ta' tali dikjarazzjonijiet u miżuri rigward in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 152

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22e)

l-Artikolu 152 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 152

“Artikolu 152

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu fuq talba jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta' produtturi, li:

1.   L-Istati Membri jistgħu fuq talba jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta' produtturi, li:

(a)

ikunu magħmulin u kkontrollati f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 153(2), minn produtturi f'settur speċifiku elenkat fl-Artikolu 1(2);

(a)

ikunu magħmulin u kkontrollati f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 153(2), minn produtturi f'settur speċifiku elenkat fl-Artikolu 1(2);

(b)

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi u li jwettqu għall-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(b)

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi u li jwettqu għall-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

 

(i)

ipproċessar konġunt;

 

(i)

ipproċessar konġunt;

 

(ii)

distribuzzjoni konġunta, inkluż permezz ta' pjattaformi konġunti tal-bejgħ jew ta' trasportazzjoni konġunta;

 

(ii)

distribuzzjoni konġunta, inkluż permezz ta' pjattaformi konġunti tal-bejgħ jew ta' trasportazzjoni konġunta;

 

(iii)

ippakkjar, tikkettar jew promozzjoni konġunti;

 

(iii)

ippakkjar, tikkettar jew promozzjoni konġunti;

 

(iv)

organizzazzjoni konġunta tal-kontroll tal-kwalità;

 

(iv)

organizzazzjoni konġunta tal-kontroll tal-kwalità;

 

(v)

l-użu konġunt ta' tagħmir jew ta' faċilitajiet ta' ħżin;

 

(v)

l-użu konġunt ta' tagħmir jew ta' faċilitajiet ta' ħżin;

 

(vi)

ġestjoni konġunta tal-iskart direttament relatat mal-produzzjoni;

 

(vi)

ġestjoni konġunta tal-iskart direttament relatat mal-produzzjoni;

 

(vii)

akkwist konġunt ta' prodotti;

 

(vii)

akkwist konġunt ta' prodotti;

 

(viii)

kwalunkwe attività konġunta oħra ta' servizzi intenzjonati biex jinkiseb objettiv minn fost dawk elenkati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

 

(viii)

kwalunkwe attività konġunta oħra ta' servizzi intenzjonati biex jinkiseb objettiv minn fost dawk elenkati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

(c)

isegwu għan speċifiku li jista' jinkludi tal-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(c)

isegwu għan speċifiku li jista' jinkludi tal-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

 

(i)

li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

 

(i)

li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

 

(ii)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħhom, speċjalment permezz ta' bejgħ dirett, inkluż permezz ta' kumerċjalizzazzjoni diretta;

 

(ii)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħhom, speċjalment permezz ta' bejgħ dirett, inkluż permezz ta' kummerċjalizzazzjoni diretta;

 

(iii)

li jiġu ottimizzati l-ispejjeż u l-qligħ fuq l-investimenti bħala rispons għall-istandards tal-benesseri ambjentali u tal-annimali, u jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produttur;

 

(iii)

li jiġu ottimizzati l-ispejjeż u l-qligħ fuq l-investimenti bħala rispons għall-istandards tal-benesseri ambjentali u  tat-trattament xieraq tal-annimali, u jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produttur;

 

(iv)

li ssir riċerka u li jiġu żviluppati inizjattivi għal metodi sostenibbli ta' produzzjoni, prattiki innovattivi, kompetittività ekonomika u żviluppi tas-suq;

 

(iv)

li ssir riċerka u li jiġu żviluppati inizjattivi għal metodi sostenibbli ta' produzzjoni, prattiki innovattivi, kompetittività ekonomika u żviluppi tas-suq;

 

(v)

li ssir promozzjoni u li tingħata assistenza teknika għall-użu ta' prattiki ta' kultivazzjoni, tekniki ta' produzzjoni ambjentalment tajbin u prattiki u tekniki tajba ta' benesseri tal-annimali;

 

(v)

li ssir promozzjoni u li tingħata assistenza teknika għall-użu ta' prattiki ta' kultivazzjoni, tekniki ta' produzzjoni ambjentalment tajbin u prattiki u tekniki tajba ta' trattament xieraq tal-annimali;

 

(vi)

li tiġi promossa u pprovduta assistenza teknika għall-użu ta' standards ta' produzzjoni, titjib fil-kwalità tal-prodotti u żvilupp ta' prodotti b'denominazzjoni protetta tal-oriġini , indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti b'tikketta ta' kwalità nazzjonali;

 

(vi)

li tiġi promossa u pprovduta assistenza teknika għall-użu ta' standards ta' produzzjoni, titjib fil-kwalità tal-prodotti u żvilupp ta' prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti b'tikketta ta' kwalità nazzjonali;

 

(vii)

l-immaniġġjar ta' prodotti sekondarji u ta' skart, b'mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, u tiġi ppreservata u stimulata l-bijodiversità;

 

(vii)

l-immaniġġjar u l-valorizzazzjoni ta' prodotti sekondarji , flussi residwi u ta' skart, b'mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, u tiġi ppreservata jew stimulata l-bijodiversità u tissaħħaħ iċ-ċirkolarità ;

 

(viii)

li jingħata kontribut għall-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

 

(viii)

li jingħata kontribut għall-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

 

(ix)

li jiġu żviluppati inizjattivi fil-qasam tal-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni;

 

(ix)

li jiġu żviluppati inizjattivi fil-qasam tal-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni;

 

(x)

jiġu mmaniġġati l-fondi mutwi msemmija fil-programmi operattivi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 33(3) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ;

 

(x)

jiġu mmaniġġati l-fondi mutwi;

 

(xi)

tingħata l-assistenza teknika meħtieġa għall-użu tas-swieq tal-futuri u ta' skemi tal-assigurazzjoni.

 

(xi)

tingħata l-assistenza teknika meħtieġa għall-użu tas-swieq tal-futuri u ta' skemi tal-assigurazzjoni.

1a.   B'deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta' prodotti agrikoli, f'isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha.

1a.   B'deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta' prodotti agrikoli, f'isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha.

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu:

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu:

(a)

dment li waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) sa (vii) tal-paragrafu 1 ikunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE;

(a)

dment li waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) sa (vii) tal-paragrafu 1 ikunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE;

(b)

dment li organizzazzjoni ta' produtturi tikkonċentra l-provvista u tqiegħed il-prodotti tal-membri tagħha fis-suq, irrispettivament jekk isirx trasferiment jew le tas-sjieda ta' prodotti agrikoli mill-produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(b)

dment li organizzazzjoni ta' produtturi tikkonċentra l-provvista u tqiegħed il-prodotti tal-membri tagħha fis-suq, irrispettivament jekk isirx trasferiment jew le tas-sjieda ta' prodotti agrikoli mill-produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)

kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni aggregata ta' xi wħud mill-membri jew kollha;

(c)

kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni aggregata ta' xi wħud mill-membri jew kollha;

(d)

dment li l-produtturi kkonċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi oħra rigward il-prodotti koperti mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

(d)

dment li l-produtturi kkonċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi oħra rigward il-prodotti koperti mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

(e)

dment li l-prodott agrikolu ma jkunx kopert b'obbligu ta' konsenja li jirriżulta mill-fatt li bidwi jkun membru f'kooperattiva li hija stess ma tkunx membru tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi kkonċernati, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom;

(e)

dment li l-prodott agrikolu ma jkunx kopert b'obbligu ta' konsenja li jirriżulta mill-fatt li bidwi jkun membru f'kooperattiva li hija stess ma tkunx membru tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi kkonċernati, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom;

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-kondizzjoni stipulata fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-membri produtturi jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti;

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-kondizzjoni stipulata fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-membri produtturi jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti;

1b.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-referenzi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jinkludu wkoll l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156(1) jekk tali assoċjazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1b.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-referenzi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jinkludu wkoll l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156(1) jekk tali assoċjazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1c.   L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tista' tiddeċiedi f'każijiet individwali li, għall-futur, waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a jridu jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jseħħux għalkollox jekk tqis li dan hu meħtieġ sabiex jiġi evitat li tiġi eskluża l-kompetizzjoni jew jekk tqis li l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 TFUE huma mhedda.

1c.   L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tista' tiddeċiedi f'każijiet individwali li, għall-futur, waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a jridu jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jseħħux għalkollox jekk tqis li dan hu meħtieġ sabiex jiġi evitat li tiġi eskluża l-kompetizzjoni jew jekk tqis li l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 TFUE huma mhedda.

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub minn qabel jew bla dewmien wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet adottati bla dewmien wara li jkunu ġew adottati.

Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub minn qabel jew bla dewmien wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet adottati bla dewmien wara li jkunu ġew adottati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

2.   Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 tista' tkompli tiġi rikonoxxuti jekk tinvolvi ruħha fil-prodotti ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2208 minbarra dawk imsemmija fl-Anness I għat-Trattati, dment li l-proporzjon ta' prodotti bħal dawn ma jaqbiżx 49 % tal-valur totali tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi u li prodotti bħal dawn ma jibbenefikawx mill-appoġġ tal-Unjoni. Dawk il-prodotti ma jgħoddux, għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għall-għanijiet tal-Artikolu 34(2).

2.   Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 tista' tkompli tiġi rikonoxxuti jekk tinvolvi ruħha fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2208 minbarra dawk imsemmija fl-Anness I għat-Trattati, dment li l-proporzjon ta' prodotti bħal dawn ma jaqbiżx 49 % tal-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi u li prodotti bħal dawn ma jibbenefikawx mill-appoġġ tal-Unjoni. Dawk il-prodotti ma jgħoddux, għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-għanijiet tal-Artikolu 34(2).”

Emenda 238

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 153

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22f)

L-Artikolu 153 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 153

“Artikolu 153

Statuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Statuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jeħtieġu lill-membri produtturi tagħha, b'mod partikolari, li:

1.   L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jirrikjedu lill-membri produtturi tagħha, b'mod partikolari, li:

(a)

japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rappurtar ta' produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent;

(a)

japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rappurtar ta' produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent;

(b)

ikunu membri biss ta' organizzazzjoni tal-produtturi waħda għal kwalunkwe prodott partikolari tal-impriża, madanakollu l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-produtturi msieħba jkollhom żewġ unitajiet ta' produzzjoni distinti li jinstabu f'żoni ġeografiċi differenti;

(b)

ikunu membri biss ta' organizzazzjoni tal-produtturi waħda għal kwalunkwe prodott partikolari tal-impriża,

(c)

jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet ta' statistika.

(c)

jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet ta' statistika.

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu f'każijiet debitament ġustifikati:

 

(i)

meta membri produtturi jkollhom żewġ unitajiet tal-produzzjoni distinti li jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti, jew

 

(ii)

jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152 li l-produtturi diġà jiffurmaw parti minnha tkun iddeċidiet b'mod demokratiku, skont il-paragrafu 2(c), li tħalli lill-membri produtturi tagħha jkunu membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta oħra taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-membri produtturi għandhom prodott partikolari maħsub għal użi differenti u l-organizzazzjoni tal-produtturi primarja li l-produtturi diġà jiffurmaw parti minnha ma toffrix ħwienet tas-suq għat-tieni użu maħsub mill-produtturi għall-prodott tagħhom; jew

il-membri produtturi ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkunu wettqu storikament il-konsenja ta' parti mill-prodotti tagħhom, permezz ta' kuntratti jew sħubiji ta' kooperattivi, lil diversi xerrejja oħra u tal-anqas wieħed minn dawn ix-xerrejja jsir organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxut .

2.   L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jistabbilixxu wkoll:

2.   L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jistabbilixxu wkoll:

(a)

proċeduri għad-determinazzjoni, l-adozzjoni u l-emendar tar-regoli msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(a)

proċeduri għad-determinazzjoni, l-adozzjoni u l-emendar tar-regoli msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b)

l-impożizzjoni fuq il-membri ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi;

(b)

l-impożizzjoni fuq il-membri ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)

regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b'mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;

(c)

regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b'mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha kif ukoll il-kontijiet u l-baġits tagħha ;

(d)

pieni għal ksur ta' obbligi taħt l-istatuti, partikolarment in-nuqqas ta' pagament ta' kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(d)

pieni għal ksur ta' obbligi taħt l-istatuti, partikolarment in-nuqqas ta' pagament ta' kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(e)

regoli dwar id-dħul ta' membri ġodda, u partikolarment il-perijodu minimu ta' sħubija, li ma jistax ikun anqas minn sena;

(e)

regoli dwar id-dħul ta' membri ġodda, u partikolarment il-perijodu minimu ta' sħubija, li ma jistax ikun anqas minn sena;

(f)

ir-regoli baġitarji u ta' kontabilità meħtieġa għat-tħaddim tal-organizzazzjoni.

(f)

ir-regoli baġitarji u ta' kontabilità meħtieġa għat-tħaddim tal-organizzazzjoni.

 

2a.     L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi tista' tipprevedi wkoll, f'każ li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun responsabbli għall-bejgħ tal-prodotti kollha tal-membri produtturi tagħha, jew xi wħud minnhom, u fejn ma jkun hemm l-ebda trasferiment tas-sjieda tal-prodotti mill-membri produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi, li dawk il-membri produtturi jinvolvu ruħhom f'kuntatti ma' xerrejja ħlief fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-prezz jew il-volum tal-bejgħ ta' dawk il-prodotti.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

3.   Il-paragrafi 1, 2 u 2a ma għandhomx japplikaw għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.”

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 g (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 154

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22 g)

l-Artikolu 154 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 154

“Artikolu 154

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi

1.   Sabiex tiġi rikonoxxuta minn Stat Membru, organizzazzjoni tal-produtturi, l-organizzazzjoni tal-produtturi li tkun qed tapplika għal tali rikonoxximent għandha tkun entità legali jew parti definita b'mod ċar ta' entità legali li:

1.   Sabiex tiġi rikonoxxuta minn Stat Membru, organizzazzjoni tal-produtturi, l-organizzazzjoni tal-produtturi li tkun qed tapplika għal tali rikonoxximent għandha tkun entità legali jew parti definita b'mod ċar ta' entità legali li:

(a)

tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 152(1);

(a)

tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 152(1);

(b)

ikollha numru minimu ta' membri u/jew tkopri volum jew valur minimu ta' produzzjoni kummerċjali, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fil-qasam li topera fih;

(b)

ikollha numru minimu ta' membri u/jew tkopri volum jew valur minimu ta' produzzjoni kummerċjali, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fil-qasam li topera fih . Tali dispożizzjonijiet m'għandhomx jipprevjenu r-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma ddedikati għal produzzjoni marġinali ;

(c)

toffri evidenza suffiċjenti li kapaċi twettaq l-attivitajiet tagħha b'mod xieraq, kemm f'termini ta' żmien u f'termini ta' effiċjenza, fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ uman, materjali u tekniku lill-membri tagħha, u kif xieraq il-konċentrazzjoni tal-provvista;

(c)

toffri evidenza suffiċjenti li kapaċi twettaq l-attivitajiet tagħha b'mod xieraq, kemm f'termini ta' żmien u f'termini ta' effiċjenza, fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ uman, materjali u tekniku lill-membri tagħha, u kif xieraq il-konċentrazzjoni tal-provvista;

(d)

ikollha statuti li jkunu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

(d)

ikollha statuti li jkunu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

1a.   L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni tal-produtturi li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull settur li għalih tkun qed tfittex ir-rikonoxximent.

1a.   L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni tal-produtturi li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull settur li għalih tkun qed tfittex ir-rikonoxximent.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skont l-Artikolu 152.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skont l-Artikolu 152.

3.   Fejn organizzazzjonijiet ta' produtturi jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 iżda ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020.

3.   Fejn organizzazzjonijiet ta' produtturi jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 iżda ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020.

4.   L-Istati Membri għandhom:

4.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien erba' xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta' appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien erba' xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta' appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b)

iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu konformi ma' dan il-Kapitolu;

(b)

iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu konformi ma' dan il-Kapitolu;

(c)

f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti f'dan il-Kapitolu, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(c)

f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti f'dan il-Kapitolu, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(d)

jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

(d)

jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.”

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22h (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 156

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22h)

l-Artikolu 156 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 156

“Artikolu  156

Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta' produtturi. Soġġett għar-regoli adottati skont l-Artikolu 173, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jwettqu kwalunkwe attività jew funzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi.

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta' produtturi u/jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi . Soġġett għar-regoli adottati skont l-Artikolu 173, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jwettqu kwalunkwe attività jew funzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra li l-assoċjazzjoni tkun kapaċi twettaq b'mod effikaċi kwalunkwe attività ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Artikolu 161(1).

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra li l-assoċjazzjoni tkun kapaċi twettaq b'mod effikaċi kwalunkwe attività ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Artikolu 161(1).”

Emenda 239

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 157

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22i)

L-Artikolu 157 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 157

“Artikolu 157

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

(a)

huma magħmulin minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni u għall-inqas ma' waħda mill-istadji tal-katina tal-provvista li ġejjin: l-ipproċessar ta' prodotti jew in-negozjati tagħhom, inkluż id-distribuzzjoni tagħhom, f'settur wieħed jew aktar;

(a)

huma magħmulin minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni u għall-inqas ma' waħda mill-istadji tal-katina tal-provvista li ġejjin: l-ipproċessar ta' prodotti jew in-negozjati tagħhom, inkluż id-distribuzzjoni tagħhom, f'settur wieħed jew aktar;

(b)

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta' xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(b)

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta' xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(c)

isegwu għan speċifiku filwaqt li jqisu l-interessi tal-membri tagħhom u dawk tal-konsumaturi, li jista' jinkludi, b'mod partikolari, wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(c)

isegwu għan speċifiku filwaqt li jqisu l-interessi tal-membri kollha tagħhom u dawk tal-konsumaturi, li jista' jinkludi, b'mod partikolari, wieħed mill-objettivi li ġejjin:

 

(i)

jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq , li jinkludi l-pubblikazzjoni ta' data ta' statistika aggregata dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet, inkluż, fejn adatt, ma' indiċi relatati mal-prezz, il-volumi u t-tul ta' żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali;

 

(i)

jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq permezz ta':

 

 

 

il-pubblikazzjoni u/jew il-kondiviżjoni ta' data ta' statistika aggregata dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet, inkluż, fejn adatt, ma' indiċijiet relatati mal-prezz, il-volumi u t-tul ta' żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, kif ukoll data dwar il-marġnijiet allokati fl-istadji differenti tal-katina tal-provvista;

il-provvista ta' analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali;

 

(ii)

il-previżjoni ta' potenzjal tal-produzzjoni, u rreġistrar ta' prezzijiet pubbliċi tas-suq;

 

(ii)

il-previżjoni ta' potenzjal tal-produzzjoni, u rreġistrar ta' prezzijiet pubbliċi tas-suq;

 

(iii)

l-għoti ta' għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq;

 

(iii)

l-għoti ta' għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq;

 

(iv)

l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

 

(iv)

l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

 

(v)

mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 148 u 168, it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli lil xerrejja u/jew il-provvista ta' prodotti pproċessati lil distributuri u bejjiegħa bl-imnut, waqt li jitqies il-bżonn li jintlaħqu kundizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jkunu evitati d-distorsjonijiet fis-suq;

 

(v)

mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 148 u 168, it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli lil xerrejja u/jew il-provvista ta' prodotti pproċessati lil distributuri u bejjiegħa bl-imnut, waqt li jitqies il-bżonn li jintlaħqu kundizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jkunu evitati d-distorsjonijiet fis-suq . Dawk il-forom standard ta' kuntratt jistgħu jinvolvu żewġ intrapriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera f'livell differenti tal-katina tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni, u għandhom jinkludu indikaturi u indiċijiet ekonomiċi rilevanti u li jinftiehmu faċilment u l-metodu tal-kalkolu tal-prezz finali, ibbażati fuq u li jagħmel referenza għal spejjeż tal-produzzjoni rilevanti u l-iżvilupp tagħhom, iżda jistgħu jqisu wkoll il-kategoriji tal-prodott u l-opportunitajiet fis-suq differenti tagħhom, indikaturi ta' valutazzjoni tal-prodott, il-prezzijiet ta' prodotti agrikoli u tal-ikel osservati fis-swieq u l-varjazzjonijiet fihom, u kriterji relatati mal-kompożizzjoni, il-kwalità, it-traċċabbiltà u l-kontenut tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott;

 

(vi)

l-isfruttar b'mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti, inkluż fil-livell ta' ħwienet tas-suq, u l-iżvilupp ta' inizjattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-innovazzjoni;

 

(vi)

l-isfruttar b'mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti, inkluż fil-livell ta' ħwienet tas-suq, u l-iżvilupp ta' inizjattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-innovazzjoni;

 

(vii)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, irrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

 

(vii)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, irrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent , l-azzjoni klimatika, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali ;

 

(viii)

ir-riċerka ta' metodi kif jista' jiġi ristrett l-użu ta' prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, jiġu amministrati aħjar prodotti oħra, li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, tiġi promossa s-sikurezza tal-ikel, b'mod partikolari permezz tat-traċċabilità tal-prodotti, u tittejjeb is-saħħa u l-benesseri tal-annimali;

 

(viii)

ir-riċerka ta' metodi kif jista' jiġi ristrett l-użu ta' prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, jiġu amministrati aħjar prodotti oħra, li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, tiġi promossa s-sikurezza tal-ikel, b'mod partikolari permezz tat-traċċabilità tal-prodotti, u tittejjeb is-saħħa u l-benesseri tal-annimali;

 

(ix)

l-iżvilupp ta' metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, fejn applikabbli, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

 

(ix)

l-iżvilupp ta' metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, fejn applikabbli, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

 

(x)

it-teħid tal-azzjonijiet kollha possibbli għall-ħarsien, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-biedja organika u d-denominazzjonijiet ta' oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

 

(x)

it-teħid tal-azzjonijiet kollha possibbli għall-ħarsien, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-biedja organika u d-denominazzjonijiet ta' oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

 

(xi)

il-promozzjoni ta' produzzjoni integrata u sostenibbli jew ta' metodi ta' produzzjoni li tirrispetta l-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

 

(xi)

il-promozzjoni ta' produzzjoni integrata u sostenibbli jew ta' metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

 

(xii)

l-inkoraġġiment għal konsum san u responsabbli tal-prodotti fis-suq intern; u/jew l-informazzjoni dwar il-ħsara marbuta ma' tendenzi ta' konsum perikolużi;

 

(xii)

l-inkoraġġiment għal konsum san u responsabbli tal-prodotti fis-suq intern; u/jew l-informazzjoni dwar il-ħsara marbuta ma' tendenzi ta' konsum perikolużi;

 

(xiii)

il-promozzjoni ta' konsum u/jew l-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti fis-suq intern u fis-swieq esterni;

 

(xiii)

il-promozzjoni ta' konsum u/jew l-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti fis-suq intern u fis-swieq esterni;

 

(xiv)

il-kontribut għall-ġestjoni ta' prodotti sekondarji u t-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart.

 

(xiv)

il-kontribut għall-ġestjoni u l-iżvilupp ta' inizjattivi għall-valorizzazzjoni ta' prodotti sekondarji u t-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart;

 

(xv)

l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fit-tifsira tal-Artikolu 172a , inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom;

 

(xv)

l-istabbiliment ta' regoli dwar id-distribuzzjoni tal-valur bejn operaturi fil-katina tal-provvista, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata. Dawn ir-regoli jistgħu jieħdu l-forma ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fit-tifsira tal-Artikolu 172a jew jinkludu jew jirreferu għal indikaturi ekonomiċi bħall-ispjejjeż ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni rilevanti u l-evoluzzjoni tagħhom, il-prezzijiet ta' prodotti agrikoli u tal-ikel irreġistrati fis-suq/swieq ikkonċernat(i) u l-evoluzzjoni tagħhom, u l-kwantitajiet, il-kompożizzjoni, il-kwalità, it-traċċabbiltà jew ir-rispett tal-prodotti kkonċernati, u għandhom iqisu l-ispejjeż tal-produzzjoni;

 

 

(xva)

l-istabbiliment ta' klawżoli standard għall-kumpens ġust tal-ispejjeż imġarrba mill-bdiewa biex jissodisfaw rekwiżiti ekstralegali fir-rigward tal-ambjent, il-klima, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali, inklużi metodi biex jiġu kkalkulati dawn l-ispejjeż;

 

(xvi)

l-implimentazzjoni ta' miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali.

 

(xvi)

il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri biex jipprevjenu , jikkontrollaw u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali , inkluż bl-istabbiliment u l-immaniġġjar ta' fondi mutwi jew bil-kontribuzzjoni għal dawn il-fondi bil-għan li jitħallas kumpens finanzjarju lill-bdiewa għall-ispejjeż u t-telf ekonomiku li jirriżulta mill-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri;

 

 

(xvia)

il-kontribuzzjoni għat-trasparenza tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn id-diversi stadji fil-katina, b'mod partikolari permezz tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-konformità tal-istandards tekniċi minn membri tas-settur.

1a.   L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni interprofessjonali li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 3 għal kull settur li għalih tkun qed tfittex rikonoxximent.

1a.   L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni interprofessjonali li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 3 għal kull settur li għalih tkun qed tfittex rikonoxximent.

2.   F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li l-kundizzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 158(1) hija sodisfatti billi jiġi limitat in-numru ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fuq livell reġjonali jew nazzjonali jekk huwa previst hekk mir-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2014, u fejn dan ma jxekkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

2.   F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li l-kundizzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 158(1) hija sodisfatti billi jiġi limitat in-numru ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fuq livell reġjonali jew nazzjonali jekk huwa previst hekk mir-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2014, u fejn dan ma jxekkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.”

3.     Permezz ta' derogi mill-paragrafu 1, fir-rigward tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali li:

 

(a)

ikunu talbu r-rikonoxximent formalment u jkunu magħmula minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta' ħalib mhux ipproċessat u marbuta ma' tal-anqas wieħed mill-istadji li ġejjin tal-katina ta' provvista: l-ipproċessar jew il-kummerċ, inkluża d-distribuzzjoni, tal-prodotti tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

 

(b)

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tar-rappreżentanti kollha jew xi wħud minnhom imsemmija fil-punt (a);

 

(c)

iwettqu, f'reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, b'kont meħud tal-interessi tal-membri ta' dawk l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-konsumaturi, attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

 

(i)

it-titjib tal-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta' data ta' statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul taż-żmien tal-kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat li jkunu ġew konklużi preċedentement u permezz tal-forniment ta' analiżijiet tal-iżviluppi potenzjali futuri fis-suq f'livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

 

 

(ii)

l-għoti ta' għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq;

 

 

(iii)

il-promozzjoni tal-konsum u l-għoti ta' informazzjoni dwar il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kemm fis-suq intern kif ukoll f'dak estern;

 

 

(iv)

l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

 

 

(v)

it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta' ħalib mhux ipproċessat lix-xerrejja jew il-forniment ta' prodotti pproċessati lid-distributuri u lill-bejjiegħa bl-imnut, b'kont meħud tal-ħtieġa li jintlaħqu kondizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jiġu evitati id-distorsjonijiet fis-suq;

 

 

(vi)

l-għoti ta' informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa sabiex il-produzzjoni tiġi aġġustata favur prodotti aktar adatti għar-rekwiżiti tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari rigward il-kwalità tal-prodott u l-protezzjoni tal-ambjent;

 

 

(vii)

is-sostenn u l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni tas-settur tal-ħalib, fost l-oħrajn, permezz tal-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-appoġġ għal programmi għar-riċerka u l-iżvilupp applikati sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, speċjalment sabiex jinħolqu prodotti b'valur miżjud li jkunu aktar attraenti għall-konsumatur;

 

 

(viii)

it-tiftix ta' modi li jillimitaw l-użu ta' prodotti relatati mas-saħħa tal-annimali, itejbu l-ġestjoni ta' kontributi oħra u jsaħħu s-sikurezza alimentari u s-saħħa tal-annimali;

 

 

(ix)

l-iżvilupp ta' metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

 

 

(x)

l-użu b'mod sħiħ tal-potenzjal tal-biedja organika u l-protezzjoni u l-promozzjoni ta' tali biedja, kif ukoll il-produzzjoni ta' prodotti b'denominazzjonijiet ta' oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi; u

 

 

(xi)

il-promozzjoni ta' produzzjoni integrata jew metodi oħra ta' produzzjoni li tirrispetta l-ambjent

 

Emenda 240

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22j (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 158

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22j)

L-Artikolu 158 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 158

“Artikolu 158

Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali

Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li japplikaw għal rikonoxximent bħal dan, sakemm dawn:

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li japplikaw għal rikonoxximent bħal dan, sakemm dawn:

(a)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157;

(a)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157;

(b)

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(b)

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(c)

jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(1);

(c)

jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(1);

 

(ca)

jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-istadji tal-katina tal-provvista msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 157(1);

(d)

bl-eċċezzjoni tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 162, ma jwettqux huma stess attivitajiet ta' produzzjoni, ta' pproċessar u/jew ta' kummerċ.

(d)

bl-eċċezzjoni tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 162, ma jwettqux huma stess attivitajiet ta' produzzjoni, ta' pproċessar u/jew ta' kummerċ.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li qabel l-1 ta' Jannar 2014 ikunu ġew rikonoxxuti abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skont l-Artikolu 157.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li qabel l-1 ta' Jannar 2014 ikunu ġew rikonoxxuti abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikolu 157.

3.   L-organizzazzjonijiet interprofessjonali li, qabel l-1 ta' Jannar 2014, ikunu ġew rikonoxxuti abbażi tal-liġi nazzjonali u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali sal-1 ta' Jannar 2015.

3.   L-organizzazzjonijiet interprofessjonali li, qabel l-1 ta' Jannar 2014, ikunu ġew rikonoxxuti abbażi tal-liġi nazzjonali u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali sal-1 ta' Jannar 2015.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi kollha li jkunu jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2014, kemm jekk kinux rikonoxxuti fuq talba jew stabbiliti bil-liġi, minkejja li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 157(1) jew il-punt (b) tal-Artikolu 157(3).

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi kollha li jkunu jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2014, kemm jekk kinux rikonoxxuti fuq talba jew stabbiliti bil-liġi, minkejja li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 157(1) jew il-punt (b) tal-Artikolu 157(3).

5.   Meta jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom:

5.   Meta l-Istati Membri jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent fi żmien erba' xhur minn meta titressaq l-applikazzjoni bid-dokumenti ta' appoġġ rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq flimkien mal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent fi żmien erba' xhur minn meta titressaq l-applikazzjoni bid-dokumenti ta' appoġġ rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq flimkien mal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b)

iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

(b)

iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

(c)

f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(c)

f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilew u, jekk meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(d)

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati f'dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti;

(d)

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati f'dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti;

(e)

jinfurmaw lill-Kummissjoni fl-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

(e)

jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.”

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22k (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 158a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22k)

Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 158a

Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali

L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jirrikonoxxu assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali f'settur speċifiku elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti.

Soġġett għar-regoli adottati skont l-Artikolu 173, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jwettqu kwalunkwe attività jew funzjoni ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali.”

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22l (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 158b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22l)

Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 158b

 

Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali u organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali tagħhom

 

1.     Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom jinkludu wkoll organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali rikonoxxuti skont dan l-Artikolu.

 

2.     Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)

“organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi li l-azjendi tal-produtturi membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;

 

(b)

“assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-organizzazzjonijiet membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;

 

(c)

“organizzazzjoni interprofessjonali transnazzjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni interprofessjonali li l-membri tagħha jkunu involuti f'attività ta' produzzjoni, ipproċessar jew kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti koperti mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed.

 

3.     Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali.

 

Ir-regoli ġenerali dwar ir-rikonoxximent imsemmija fl-Artikoli 154, 156 u 158 u r-regoli speċifiċi dwar ir-rikonoxximent fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib imsemmija fl-Artikoli 161 u 163 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

 

4.     L-Istat Membru li fih organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi jew assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom għadd sinifikanti ta' membri jew organizzazzjonijiet membri jew għandu produzzjoni kummerċjabbli ta' volum jew valur sinifikanti, jew l-Istat Membru li fih jinsabu l-kwartieri ġenerali ta' organizzazzjoni interprofessjonali transnazzjonali, kif ukoll l-Istati Membri l-oħra li fihom jinsabu l-membri ta' dik l-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex din tkun tista' tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent u għandhom jagħtuha l-assistenza amministrattiva kollha meħtieġa.

 

5.     Il-Kummissjoni u l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha fuq talba ta' Stat Membru ieħor fejn ikunu jinsabu membri ta' tali organizzazzjoni jew assoċjazzjoni.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22m (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 160

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22m)

L-Artikolu 160 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 160

“Artikolu  160

Organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

Organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

Fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom isegwu tal-anqas wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-punti (c)(i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 152(1).

1.    Fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom isegwu tal-anqas wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-punti (c)(i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 152(1).

L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jitolbu li l-membri produtturi biex iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni sħiħa tagħhom ikkonċernata permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

1a.    L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jitolbu li l-membri produtturi biex iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni sħiħa tagħhom ikkonċernata permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

 

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan fl-istatuti tagħha, il-membri produtturi jistgħu:

 

(a)

ibigħu l-prodotti direttament jew barra l-azjendi tagħhom lill-konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom;

 

(b)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess, kwantitajiet ta' prodotti li, f'termini ta' volum jew valur, huma marġinali meta mqabbla mal-volum jew mal-valur ta' produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tagħhom għall-prodotti kkonċernati;

 

(c)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li minħabba l-karatteristiċi tagħhom jew minħabba l-produzzjoni limitata fil-volum jew fil-valur, ma jkunux normalment koperti mill-attivitajiet kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

 

2.     Il-perċentwal tal-produzzjoni f'termini ta' volum jew valur tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata ta' kull membru produttur li l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi, m'għandux jaqbeż il-perċentwal stabbilit mill-att delegat imsemmi fl-Artikolu 173 ta' dan ir-Regolament.

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal aktar baxx tal-produzzjoni li l-membri produtturi jistgħu jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi minn dak stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu iżda mhux anqas minn 10 %.

 

3.     Fil-każ tal-prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 jew meta l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess, il-perċentwal tal-produzzjoni li l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi, kif imsemmi fil-paragrafu, m'għandux jaqbeż il-perċentwal stabbilit mill-att delegat imsemmi fl-Artikolu 173 ta' dan ir-Regolament f'termini ta' volum jew valur tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata ta' kull membru produttur.

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal aktar baxx tal-produzzjoni li dawn il-membri produtturi jistgħu jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi minn dak stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu iżda mhux anqas minn 10 %.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jitqiesu li qed jaġixxu f'isem u għan-nom tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi fi ħdan it-termini ta' referenza tagħhom.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jitqiesu li qed jaġixxu f'isem u għan-nom tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi fi ħdan it-termini ta' referenza tagħhom.”

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22n (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 163

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22n)

L-Artikolu 163 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 163

“Artikolu 163

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib dment li tali organizzazzjonijiet:

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib dment li tali organizzazzjonijiet:

(a)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157(3);

(a)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157(3);

(b)

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(b)

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(c)

jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(3);

(c)

jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(3);

(d)

ma jkunux huma stess involuti fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċ ta' prodotti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(d)

ma jkunux huma stess involuti fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċ ta' prodotti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu ġew rikonoxxuti qabel it-2 ta' April 2012 abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikolu 157(3).

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu ġew rikonoxxuti qabel it-2 ta' April 2012 abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikolu 157(3).

3.   Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla li jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom:

3.   Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla li jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni interprofessjonali fi żmien erba' xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta' appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni interprofessjonali fi żmien erba' xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta' appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b)

iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

(b)

iwettqu, f'intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

(c)

f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedu li jirtiraw ir-rikonoxximent,;

(c)

f'każ ta' nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedu li jirtiraw ir-rikonoxximent,;

(d)

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk:

(d)

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati f'dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti;

 

(i)

ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti f'dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati;

 

 

(ii)

l-organizzazzjoni interprofessjonali tieħu parti f'waħda mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 210(4); tali rtirar ta' rikonoxximent għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pieni oħrajn li għandhom jiġu mposti skont il-liġi nazzjonali;

 

 

(iii)

l-organizzazzjoni interprofessjonali tonqos milli tikkonforma mal-obbligu tan-notifika msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 210(2);

 

(e)

jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena, sal-31 ta' Marzu, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

(e)

jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena, sal-31 ta' Marzu, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.”

Emenda 241

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22o (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 163a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22o)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 163a

 

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-inbid

 

1.     L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta' żona ta' produzzjoni, għal prodotti fis-settur tal-inbid, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet:

 

(a)

huma magħmulin minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni u għall-inqas ma' waħda mill-istadji tal-katina tal-provvista li ġejjin: l-ipproċessar ta' prodotti jew in-negozjar tagħhom, inkluża d-distribuzzjoni tagħhom;

 

(b)

l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 157.

 

Għal prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rikonoxxuta skont id-dritt tal-Unjoni, ir-rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu applikanti kif isemmi fl-Artikolu 95.

 

2.     Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla li jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-inbid skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 158 għandu japplika mutatis mutandis.”

Emenda 242

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22p (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 164

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22p)

L-Artikolu 164 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 164

“Artikolu 164

Estensjoni tar-regoli

Estensjoni tar-regoli

1.   F'każijiet fejn organizzazzjoni rikonoxxuta ta' produtturi, assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta li topera f'żona ekonomika speċifika jew f'żoni speċifiċi ta' Stat Membru titqies li tkun tirrappreżenta l-produzzjoni ta' prodott partikolari, il-kummerċ jew l-ipproċessar tiegħu, l-Istat Membru konċernat jista', fuq talba ta' dik l-organizzazzjoni, jagħmel obbligatorji għal perijodu limitat xi wħud mill-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma li kien hemm qbil dwarhom f'dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra li jaġixxu fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti ekonomiċi inkwistjoni, sew bħala individwi jew bħala gruppi, u li ma jkunux jappartjenu għall-organizzazzjoni jew għall-assoċjazzjoni.

1.   F'każijiet fejn organizzazzjoni rikonoxxuta ta' produtturi, assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta li topera f'żona ekonomika speċifika jew f'żoni speċifiċi ta' Stat Membru titqies li tkun tirrappreżenta l-produzzjoni ta' prodott partikolari, il-kummerċ jew l-ipproċessar tiegħu, l-Istat Membru konċernat jista', fuq talba ta' dik l-organizzazzjoni, jagħmel obbligatorji għal perijodu limitat xi wħud mill-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma li kien hemm qbil dwarhom f'dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra li jaġixxu fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti ekonomiċi inkwistjoni, sew bħala individwi jew bħala gruppi, u li ma jkunux jappartjenu għall-organizzazzjoni jew għall-assoċjazzjoni.

2.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima “distrett ekonomiku” tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta' produzzjoni maġenb jew qrib xulxin fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu omoġeni.

2.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima ‘distrett ekonomiku’ tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta' produzzjoni maġenb jew qrib xulxin fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu omoġeni , jew, għal prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta rikonoxxuta skont id-dritt tal-Unjoni, iż-żona ġeografika stabbilita fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott .

3.   Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għandha titqies rappreżentattiva fejn, fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti kkonċernati ta' Stat Membru, tkun responsabbli:

3.   Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għandha titqies rappreżentattiva fejn, fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti kkonċernati ta' Stat Membru, tkun responsabbli:

(a)

fir-rigward ta' proporzjon tal-volum tal-produzzjoni ta', jew tal-kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew il-prodotti konċernati:

(a)

fir-rigward ta' proporzjon tal-volum tal-produzzjoni ta', jew tal-kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew il-prodotti konċernati:

 

(i)

għal organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, tal-anqas għal 60 %, jew

 

(i)

għal organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, tal-anqas għal 60 %, jew

 

(ii)

f'każijiet oħra, tal-anqas għal żewġ terzi; kif ukoll

 

(ii)

f'każijiet oħra, tal-anqas għal żewġ terzi; kif ukoll

(b)

fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, għal aktar minn 50 % tal-produtturi konċernati.

(b)

fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, għal aktar minn 50 % tal-produtturi konċernati.

Madankollu, fejn, fil-każ ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali, id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-volum tal-produzzjoni, jew ta' kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew tal-prodotti kkonċernati tqajjem diffikultajiet prattiċi, Stat Membru jista' jistabbilixxi regoli nazzjonali biex jiġi ddeterminat il-livell ta' rappreżentanza msemmi fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu.

Madankollu, fejn, fil-każ ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali, id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-volum tal-produzzjoni, jew ta' kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew tal-prodotti kkonċernati tqajjem diffikultajiet prattiċi, Stat Membru jista' jistabbilixxi regoli nazzjonali biex jiġi ddeterminat il-livell ta' rappreżentanza msemmi fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu.

Fejn it-talba għal estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħra tkopri aktar minn distrett ekonomiku wieħed, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għandha turi l-livell minimu ta' rappreżentanza kif definit fl-ewwel subparagrafu għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor fi grupp f'kull wieħed mid-distretti ekonomiċi konċernati.

Fejn it-talba għal estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħra tkopri aktar minn distrett ekonomiku wieħed, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għandha turi l-livell minimu ta' rappreżentanza kif definit fl-ewwel subparagrafu għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor fi grupp f'kull wieħed mid-distretti ekonomiċi konċernati.

4.   Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

4.   Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

(a)

rappurtar dwar il-produzzjoni u s-suq;

(a)

rappurtar dwar il-produzzjoni u s-suq;

(b)

regoli ta' produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b)

regoli ta' produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(c)

tfassil ta' kuntratti standard li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(c)

it-tfassil ta' kuntratti standard u klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur u l-kumpens ġust li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

 

(ca)

it-tfassil ta' kuntratti jew klawżoli standard fis-settur tal-inbid, li huma kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni u li jistgħu jinkludu perjodi ta' ħlas itwal minn 60 jum, b'deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/633, għax-xiri ta' nbejjed bl-ingrossa bħala parti minn kuntratti pluriennali bil-miktub jew ta' kuntratti li jsiru pluriennali bejn produttur jew rivenditur tal-inbid u l-akkwirent dirett tiegħu, sakemm il-klawżoli relatati ma' dawk l-iskadenzi kienu soġġetti għal estensjoni qabel il-31 ta' Ottubru 2021;

(d)

il-kummerċjalizzazzjoni;

(d)

il-kummerċjalizzazzjoni;

(e)

il-ħarsien tal-ambjent;

(e)

il-ħarsien tal-ambjent;

(f)

miżuri biex jiġi promoss u sfruttat il-potenzjal tal-prodotti;

(f)

miżuri biex jiġi promoss u sfruttat il-potenzjal tal-prodotti;

(g)

miżuri biex tiġi protetta l-biedja organika, kif ukoll id-denominazzjonijiet ta' oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(g)

miżuri biex tiġi protetta l-biedja organika, kif ukoll id-denominazzjonijiet ta' oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(h)

riċerka biex jiżdied il-valur għall-prodotti, partikolarment permezz ta' użi ġodda li ma jkunux ta' theddida għas-saħħa pubblika;

(h)

riċerka biex jiżdied il-valur għall-prodotti, partikolarment permezz ta' użi ġodda li ma jkunux ta' theddida għas-saħħa pubblika;

(i)

studji biex titjieb il-kwalità tal-prodotti;

(i)

studji biex titjieb il-kwalità tal-prodotti;

(j)

riċerka, b'mod partikolari dwar metodi ta' kultivazzjoni li jippermettu użu anqas ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali u li jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-ħamrija u konservazzjoni jew titjib tal-ambjent;

(j)

riċerka, b'mod partikolari dwar metodi ta' kultivazzjoni li jippermettu użu anqas ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali u li jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-ħamrija u konservazzjoni jew titjib tal-ambjent;

(k)

definizzjoni ta' kwalitajiet minimi u definizzjoni ta' standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni;

(k)

id-definizzjoni ta' standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni;

(l)

użu ta' żerriegħa ċertifikata u monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott;

(l)

użu ta' żerriegħa ċertifikata għal prodotti li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, u l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott;

(m)

is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti jew is-sigurtà tal-ikel;

(m)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji fitosanitarji, tas-saħħa tal-annimali, tas-sigurtà tal-ikel jew tal-ambjent, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif ta' fondi mutwi jew bil-kontribuzzjoni għal tali fondi ;

(n)

il-ġestjoni ta' prodotti sekondarji.

(n)

il-ġestjoni u l-valorizzazzjoni ta' prodotti sekondarji;

 

(na)

it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-kontroll ta' standards tekniċi li jippermettu li ssir valutazzjoni preċiża tal-karatteristiċi ta' prodott .

Dawk ir-regoli ma għandhomx jikkawżaw ħsara lil operaturi oħra fl-Istat Membru konċernat jew lill-Unjoni u ma għandu jkollhom l-ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 210(4) jew ikunu xort'oħra inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali fis-seħħ.

Dawk ir-regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2018/848, fejn applikabbli. Huma ma għandhomx jikkawżaw ħsara lil operaturi oħra , u lanqas ma għandhom jipprevjenu d-dħul ta' operaturi ġodda, fl-Istat Membru konċernat jew l-Unjoni u ma għandu jkollhom l-ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 210(4) jew ikunu xort'oħra inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali fis-seħħ.

 

4a.     Meta l-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 222 ta' dan ir-Regolament li jawtorizza n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE fir-rigward tal-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 222(1) ta' dan ir-Regolament, tali ftehimiet u deċiżjonijiet jistgħu jiġu estiżi skont il-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

 

4b.     Fejn l-Istat Membru jestendi r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni kkonċernata għandha tipprevedi miżuri proporzjonati biex tiżgura konformità mar-regoli ta' tali ftehimiet li jkunu saru obbligatorji b'estensjoni.

5.   L-estensjoni tar-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi b'mod sħiħ f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-estensjoni tar-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi b'mod sħiħ f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.”

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22q (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 165

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22q)

L-Artikolu 165 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 165

“Artikolu 165

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawk mhux membri

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawk mhux membri

Fejn regoli ta' organizzazzjoni rikonoxxuta ta' produtturi, ta' assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 164 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta' operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista' jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, li operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż imġarrba direttament biex ikunu segwiti l-attivitajiet inkwistjoni .

Fejn regoli ta' organizzazzjoni rikonoxxuta ta' produtturi, ta' assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 164 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta' operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista' jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, li operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw fil-prattika, minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż imġarrba biex ikunu segwiti attività waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 164(4). Il-baġits iddettaljati relatati mat-twettiq ta' dawn l-attivitajiet għandhom ikunu magħmula disponibbli b'mod trasparenti sabiex l-operaturi jew il-gruppi ekonomiċi kontribwenti kollha, kemm jekk ikunu membri tal-organizzazzjoni u kemm jekk ma jkunux, ikunu jistgħu jeżaminawhom.”

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22r (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 166a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22r)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 166a

 

Regolamentazzjoni tal-provvista ta' prodotti agrikoli b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta li mhumiex ġobon, inbid u perżut

 

1.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 150, 167 u 172, l-Istati Membri jistgħu, fuq it-talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(1) ta' dan ir-Regolament, organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157(1) ta' dan ir-Regolament jew grupp ta' operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jistabbilixxu, għal perijodu ta' żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' prodotti agrikoli li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta' oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għajr għall-ġobon, l-inbid u l-perżut.

 

2.     Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

 

Dak il-ftehim għandu jiġi konkluż bejn:

 

(a)

mill-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta' dak il-prodott jew tal-materja prima użata għall-produzzjoni ta' dak il-prodott, jew ir-rappreżentanti tagħhom, fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1152/2012; u

 

(b)

fejn applikabbli, mill-anqas żewġ terzi tal-proċessuri ta' dak il-prodott agrikolu li jirrappreżentaw mill-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-prodott, jew ir-rappreżentanti tagħhom, fiż-żona ġeografika msemmija f'dak il-punt.

 

F'każijiet debitament ġustifikati fejn il-livelli tar-rappreżentanza msemmija fil-punti (a) u/jew (b) ta' dan is-subparagrafu ma jkunux jistgħu jinkisbu fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jew fejn id-determinazzjoni ta' din tal-aħħar timponi problemi prattiċi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli nazzjonali biex jiddeterminaw livelli xierqa ta' rappreżentanza u l-arranġamenti għal konsultazzjoni bil-għan li jintlaħaq ftehim minn qabel bejn il-partijiet.

 

3.     Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1:

 

(a)

għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista għad-domanda tal-prodott ikkonċernat;

 

(b)

għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat;

 

(c)

jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jistgħu jiġu mġedda wara dan il-perijodu, wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

 

(d)

m'għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti għajr dawk li jittrattaw ir-regoli;

 

(e)

m'għandhomx jirrigwardaw xi tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat;

 

(f)

ma għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

 

(g)

m'għandhomx irendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li altrimenti jkun disponibbli;

 

(h)

ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il- produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv;

 

(i)

għandhom jikkontribwixxu biex tiġi ppreservata il-kwalità (inkluż mil-lat tas-saħħa) u/jew għall-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat.

 

4.     Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

5.     L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li tali kundizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

 

6.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta' tali regoli.

 

7.     Fi kwalunkwe waqt, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 tat-TFUE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.”

Amendment 243

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22s (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 167

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22s)

L-Artikolu 167 huwa sostitwit kif ġej:

Artikolu 167

“Artikolu 167

Regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabbilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni f'inbejjed

Regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabbilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni f'inbejjed

1.   Biex titjieb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni f'inbejjed, inkluż l-għeneb, il-most u l-inbejjed li minnhom jidderivaw, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, partikolarment permezz ta' deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikoli 157 u 158.

1.   Biex titjieb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni f'inbejjed, inkluż l-għeneb, il-most u l-inbejjed li minnhom jidderivaw, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, partikolarment permezz ta' deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikoli 163a u 158.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u ma għandhomx:

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u ma għandhomx:

(a)

ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kollu konċernat;

(a)

ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kollu konċernat;

(b)

jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(b)

jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(c)

jirrendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta' qtugħ ta' għeneb li xort'oħra kien ikun disponibbli;

(c)

jirrendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta' qtugħ ta' għeneb li xort'oħra kien ikun disponibbli;

(d)

jipprovdu skop biex ikun miċħud il-ħruġ taċ-ċertifikati nazzjonali u tal-Unjoni meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' nbejjed fejn din il-kummerċjalizzazzjoni tkun skont dawk ir-regoli.

(d)

jipprovdu skop biex ikun miċħud il-ħruġ taċ-ċertifikati nazzjonali u tal-Unjoni meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' nbejjed fejn din il-kummerċjalizzazzjoni tkun skont dawk ir-regoli.

2.   Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, permezz tal-pubblikazzjoni kompluta tagħhom f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, permezz tal-pubblikazzjoni kompluta tagħhom f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.”

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22t (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 167a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22t)

Fit-Titolu III, Kapitolu 4, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 167a

 

Regoli tal-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni taż-żejt taż-żebbuġa

 

1.     Sabiex tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli ta' kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista.

 

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u ma għandhomx:

 

(a)

ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kollu konċernat;

 

(b)

jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

 

(c)

irendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta' dak il-prodott li altrimenti jkun disponibbli.

 

2.     Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, permezz tal-pubblikazzjoni kompluta tagħhom f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

3.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.”

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22u (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 168

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22u)

L-Artikolu 168 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 168

“Artikolu 168

Relazzjonijiet Kuntrattwali

Relazzjonijiet Kuntrattwali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 148 dwar is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-Artikolu 125 dwar is-settur taz-zokkor, jekk Stat Membru jiddeċidedi , fir-rigward ta' prodotti agrikoli minn settur elenkat fl-Artikolu 1(2), li mhumiex ħalib u prodotti tal-ħalib u zokkor:

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 148 dwar is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-Artikolu 125 dwar is-settur taz-zokkor, jekk Stat Membru jiddeċidedi , fir-rigward ta' prodotti agrikoli minn settur elenkat fl-Artikolu 1(2), li mhumiex ħalib u prodotti tal-ħalib u zokkor:

(a)

li kull konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti minn produttur lil proċessur jew lil distributur, għandha tkun koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet; u/jew

(a)

li kull konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti minn produttur lil proċessur jew lil distributur, għandha tkun koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet; u/jew

(b)

li l-ewwel ix-xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għall-konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti agrikoli mill-produttur, dan il-kuntratt jew din l-offerta għal kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u 6 ta' dan l-Artikolu.

(b)

li l-ewwel ix-xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għall-konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti agrikoli mill-produttur, dan il-kuntratt jew din l-offerta għal kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u 6 ta' dan l-Artikolu.

1a.   Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, fir-rigward ta' prodotti agrikoli f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), apparti s-setturi tal-ħalib, tal-prodotti tal-ħalib u taz-zokkor, jirrikjedu li kwalunkwe konsenja tal-prodotti tagħhom lil proċessur jew distributur tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

1a.   Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, fir-rigward ta' prodotti agrikoli f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), apparti s-setturi tal-ħalib, tal-prodotti tal-ħalib u taz-zokkor, jirrikjedu li kwalunkwe konsenja tal-prodotti tagħhom lil proċessur jew distributur tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.

2.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta' prodotti koperti b'dan l-Artikolu minn produttur lil min jipproċessa jridu jkunu koperti minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, l-Istat Membru għandu wkoll jiddeċiedi liema stadji tal-konsenja għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt bejn il-partijiet jekk il-konsenja tal-prodotti konċernati ssir permezz ta' wieħed jew aktar intermedjarji.

2.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta' prodotti koperti b'dan l-Artikolu minn produttur lil min jipproċessa jridu jkunu koperti minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, l-Istat Membru għandu wkoll jiddeċiedi liema stadji tal-konsenja għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt bejn il-partijiet jekk il-konsenja tal-prodotti konċernati ssir permezz ta' wieħed jew aktar intermedjarji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw skont dan l-Artikolu ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw skont dan l-Artikolu ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

3.   Fil-każ deskritt fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jistabbilixxi mekkaniżmu ta' medjazzjoni biex ikopri l-każijiet fejn ma hemm l-ebda ftehim reċiproku li jiġi konkluż tali kuntratt, biex b'hekk jiġu żgurati relazzjonijiet kuntrattwali ġusti.

3.   Fil-każ deskritt fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jistabbilixxi mekkaniżmu ta' medjazzjoni biex ikopri l-każijiet fejn ma hemm l-ebda ftehim reċiproku li jiġi konkluż tali kuntratt, biex b'hekk jiġu żgurati relazzjonijiet kuntrattwali ġusti.

4.   Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandha:

4.   Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandha:

(a)

issir qabel ma ssir il-konsenja;

(a)

issir qabel ma ssir il-konsenja;

(b)

issir bil-miktub; u

(b)

issir bil-miktub; u

(c)

tinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(c)

tinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

 

(i)

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:— ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew— jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli ikkonsenjat ,

 

(i)

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:— ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew— jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi oġġettivi tal-produzzjoni u l-ispejjeż tas-suq li jkunu faċilment aċċessibbli u komprensibbli li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli kkonsenjati, Għal dan il-għan , l-Istati Membri li ddeċidew li japplikaw il-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu indikaturi, skont kriterji oġġettivi u abbażi ta' studji mwettqa dwar il-produzzjoni u l-katina alimentari, sabiex jistabbilixxuhom fi kwalunkwe ħin.

 

(ii)

il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati li jistgħu jew għandhom jiġu kkonsenjati u l-ħin ta' dawn il-konsenji,

 

(ii)

il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati li jistgħu jew għandhom jiġu kkonsenjati u l-ħin ta' dawn il-konsenji,

 

(iii)

it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta' terminazzjoni,

 

(iii)

it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawżoli ta' terminazzjoni,

 

(iv)

id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament,

 

(iv)

id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament,

 

(v)

l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u

 

(v)

l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u

 

(vi)

ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure.

 

(vi)

ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandux ikun meħtieġ kuntratt jew offerta għal kuntratt fejn il-prodotti kkonċernati jiġu kkonsenjati minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti fi, jew derivati minn, dawn l-istatuti jkun fihom dispożizzjonijiet b'effetti simili għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandux ikun meħtieġ kuntratt jew offerta għal kuntratt fejn il-prodotti kkonċernati jiġu kkonsenjati minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti fi, jew derivati minn, dawn l-istatuti jkun fihom dispożizzjonijiet b'effetti simili għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4.

6.   L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta' prodotti agrikoli konklużi mill-produtturi, il-kolletturi, il-proċessaturi jew id-distributuri, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet. Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew it-tnejn minn dawn li huma:

6.   L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta' prodotti agrikoli konklużi mill-produtturi, il-kolletturi, il-proċessaturi jew id-distributuri, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet. Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew it-tnejn minn dawn li huma:

(a)

meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel il-kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta' prodotti agrikoli obbligatorji skont il-paragrafu 1, jista' jistabbilixxi tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn il-produtturi u l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli. Tali tul ta' żmien minimu għandu jkun tal-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

(a)

meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel il-kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta' prodotti agrikoli obbligatorji skont il-paragrafu 1, jista' jistabbilixxi tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn il-produtturi u l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli. Tali tul ta' żmien minimu għandu jkun tal-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

(b)

meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli jrid jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-produttur skont il-paragrafu 1, huwa jista' jagħmel dispożizzjoni li l-offerta għandha tinkludi tul ta' żmien minimu tal-kuntratt, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan. Tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(b)

meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli jrid jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-produttur skont il-paragrafu 1, huwa jista' jagħmel dispożizzjoni li l-offerta għandha tinkludi tul ta' żmien minimu tal-kuntratt, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan. Tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-produttur li jirrifjuta tali tul ta' żmien minimu sakemm jagħmel dan bil-miktub. F'dan il-każ, il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-produttur li jirrifjuta tali tul ta' żmien minimu sakemm jagħmel dan bil-miktub. F'dan il-każ, il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4.

7.   L-Istati Membri li jużaw l-għażliet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif japplikaw kwalunkwe miżura introdotta taħt dan l-Artikolu.

7.   L-Istati Membri li jużaw l-għażliet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif japplikaw kwalunkwe miżura introdotta taħt dan l-Artikolu.

8.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri b'konformità ma' dan l-Artikolu.

8.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri b'konformità ma' dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22v (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 172 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22v)

Fl-Artikolu 172, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Ftehim bħal dan għandu jiġi konkluż, wara konsultazzjoni mal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika, bejn għall-inqas żewġ terzi tal-proċessuri ta' dak il-perżut li jirrappreżenta għall-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-perżut fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u, jekk meqjus adegwat mill-Istat Membru, mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1151/2012 .

“2.    Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Ftehim bħal dan għandu jiġi konkluż, wara konsultazzjoni mal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika, bejn għall-inqas żewġ terzi tal-proċessuri ta' dak il-perżut li jirrappreżenta għall-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-perżut , jew ir-rappreżentanti tagħhom, fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u, jekk meqjus adegwat mill-Istat Membru, mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika msemmija f'dak il-punt .”

Emenda 244

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22w (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 172a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22w)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 172a

Kondiviżjoni tal-valur għal organizzazzjonijiet interprofessjonali

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe klawżola speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-valur fis-settur taz-zokkor, il-bdiewa, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, u l-ewwel akkwirent tagħhom kif ukoll impriża waħda jew aktar li kull waħda minnhom topera f'livell differenti tal-katina tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni jistgħu jaqblu dwar klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom.”

Emenda 245

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22x (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 172b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22x)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 172b

 

Kondiviżjoni tal-valur għal prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

 

Għal prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta rikonoxxuta skont id-dritt tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 jistgħu jadottaw regoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur bejn l-operaturi fl-istadji differenti tal-produzzjoni u, tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, fejn huwa xieraq, li għalihom jistgħu, b'deroga mill-Artikolu 101(1) tat-TFUE, jitolbu estensjoni abbażi tal-Artikolu 164(1) ta' dan ir-Regolament.

 

Tali ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki estiżi miftiehma għandhom ikunu proporzjonati mal-objettiv segwit u ma għandhomx:

 

(a)

jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti finali mibjugħa lill-konsumaturi;

 

(b)

jeliminaw il-kompetizzjoni għal proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni;

 

(c)

joħolqu żbilanċ eċċessiv bejn l-istadji differenti tal-katina tal-valur tas-settur ikkonċernat.”

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22y (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 173 – paragrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22y)

Fl-Artikolu 173(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

ir-regoli ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet bħal dawn, l-istatuti ta' organizzazzjonijiet li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-istatuti ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'ċerti setturi, inkluż derogi mill-obbligu li tiġi kummerċjalizzata l-produzzjoni sħiħa permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 160, l-istruttura, il-perijodu ta' sħubija, id-daqs, ir-responsabbiltà u attivitajiet ta' tali organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jirriżultaw mir-rikonoxximent, l-irtirar ta' rikonoxximent, u fużjonijiet;

“(b)

ir-regoli ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet bħal dawn, l-istatuti ta' organizzazzjonijiet li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-istatuti ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'ċerti setturi, inkluż derogi mill-obbligu li tiġi kkummerċjalizzata l-produzzjoni sħiħa permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 160 (1a) billi jiġu ffissati l-perċentwali fil-paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu kif ukoll il-kategoriji ta' prodotti mill-paragrafu tiegħu li għalihom għandhom japplikaw dawk il-perċentwali , l-istruttura, il-perijodu ta' sħubija, id-daqs, ir-responsabbiltà u attivitajiet ta' tali organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jirriżultaw mir-rikonoxximent, l-irtirar ta' rikonoxximent, u fużjonijiet;”

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22z (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 176 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22z)

Fl-Artikolu 176, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha.

“3.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha. L-informazzjoni kollha dwar l-applikanti, miġbura mill-Istati Membri għall-ħruġ taċ-ċertifikati, għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni kull xahar.”

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22aa)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) jiżdied il-punt li ġej:

 

“(ba)

il-volum tal-importazzjonijiet għal sena partikolari b'rati preferenzjali miftiehma bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi fil-kuntest ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles jaqbeż ċertu livell (minn hawn' il quddiem imsejjaħ ‘volum ta' esponiment kummerċjali’).”

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22ab (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22ab)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) jiżdied il-punt li ġej:

 

“(bb)

nuqqas ta' konformità, min-naħa ta' pajjiżi terzi, mal-istandards tal-Unjoni f'termini ta' protezzjoni tal-pjanti u benessri tal-annimali.”

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22ac (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22ac)

Fl-Artikolu 182(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-volum indikattiv għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta' aċċess għas-suq iddefiniti bħala importazzjonijiet espressi bħala perċentwali tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta' qabel.

“Il-volum ta' attivazzjoni għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta' aċċess għas-suq iddefiniti bħala importazzjonijiet espressi bħala perċentwal tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta' qabel. Huwa għandu jiġi ridefinit b'mod regolari biex jittieħed kont tal-bidliet fid-daqs tas-suq Ewropew. Il-prezz ta' attivazzjoni għandu jiġi definit mill-ġdid b'mod regolari biex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq dinjija u fl-ispejjeż tal-produzzjoni.”

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22ad (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 182 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22ad)

Fl-Artikolu 182(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

“Il-volum ta' esponiment kummerċjali għandu jkun ibbażat fuq l-importazzjonijiet b'rati preferenzjali espressi bħala perċentwal tal-livell totali ta' esponiment kummerċjali li jkun sostenibbli għas-setturi kkonċernati.”

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22ae (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 184 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(22ae)

Fl-Artikolu 184, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati b'mod li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati, billi jkun applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom jew metodu adatt ieħor:

“2.   Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati b'mod li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati, billi jkun applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom jew metodu adatt ieħor:

(a)

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġiku tat-tressiq ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju “tal-ewwel jinqeda l-ewwel”);

(a)

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġiku tat-tressiq ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju ‘tal-ewwel jinqeda l-ewwel’);

(b)

metodu ta' distribuzzjoni fi proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jkunu ppreżentati l-applikazzjonijiet (il-“metodu ta' eżami simultanju”);

(b)

metodu ta' distribuzzjoni fi proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jkunu ppreżentati l-applikazzjonijiet (il-‘metodu ta' eżami simultanju’);

(c)

metodu bbażat b'kont meħud ta' xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (il-“metodu tradizzjonali/ġodda”).

(c)

metodu bbażat b'kont meħud ta' xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (il-‘metodu tradizzjonali/ġodda’).

 

(d)

metodu li jippermetti d-distribuzzjoni lil diversità ta' operaturi, fosthom billi jittieħed kont tal-istandards soċjali u ambjentali rilevanti, bħall-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, u ftehimiet ambjentali multilaterali li l-Unjoni hija parti minnhom”.

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22af (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 188a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22af)

Fil-Kapitolu III, jiżdied l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 188a

Importazzjoni ta' prodotti agrikoli u agroalimentari minn pajjiżi terzi

Prodotti agrikoli u agroalimentari jistgħu jiġu importati minn pajjiżi terzi unikament jekk jikkonformaw mal-istandards u l-obbligi tal-produzzjoni konsistenti ma' dawk adottati, b'mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa, għall-istess prodotti maħsuda fl-Unjoni jew magħmula minn tali prodotti. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli ta' konformità applikabbli għall-operaturi fir-rigward tal-importazzjonijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-ftehimiet reċiproċi ma' pajjiżi terzi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 189

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

L-Artikolu 189 huwa mħassar.

imħassar

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 206

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26a)

L-Artikolu 206 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 206

“Artikolu 206

Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni għall-agrikultura

Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni għall-agrikultura

Ħlief jekk ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u skont l-Artikolu 42 TFUE, l-Artikoli 101 sa 106 TFUE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 207 sa 210 ta' dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 TFUE li huma relatati mal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom.

Ħlief jekk ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u skont l-Artikolu 42 TFUE, l-Artikoli 101 sa 106 TFUE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 207 sa 210 ta' dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 TFUE li huma relatati mal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni f'kooperazzjoni mill-qrib .

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u  l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u, sa fejn ikun possibbli, għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tippubblika linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, kif ukoll lill-impriżi.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tippubblika linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, kif ukoll lill-impriżi.”

Emenda 246

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Parti IV – Kapitolu I – Artikolu 206a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

Artikolu 206a

 

Bejgħ mill-ġdid b'telf

 

1.     Il-prodotti agrikoli minn settur elenkat fl-Artikolu 1(2) ma għandhomx jinbiegħu mill-ġdid b'telf.

 

2.     L-eżenzjonijiet mill-paragrafu 1 li jikkonċernaw każijiet fejn il-bejgħ mill-ġdid ta' prodotti agrikoli b'telf bl-għan li jiġi evitat l-iskart tal-ikel jistgħu jkunu permessi mill-Istati Membri f'każijiet debitament ġustifikati.

 

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji għall-eżenzjonijiet relatati mal-iskart tal-ikel imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

 

3.     Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

 

(a)

‘bejgħ mill-ġdid b'telf’ tfisser il-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt il-prezz nett tax-xiri, bil-prezz nett tax-xiri mifhum bħala l-prezz tax-xiri skont il-fattura, flimkien mal-ispejjeż tat-trasport u t-taxxi imposti fuq it-tranżazzjoni, bit-tnaqqis tal-parti proporzjonali tal-benefiċċji finanzjarji kollha mogħtija mill-fornitur lill-akkwirent;

 

(b)

‘skart tal-ikel’ tfisser l-ikel kollu kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jkun sar skart.”

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 207

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26c)

L-Artikolu 207 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 207

“Artikolu 207

Suq rilevanti

Suq rilevanti

Id-definizzjoni ta' suq rilevanti hija għodda sabiex jiġu identifikati u definiti l-konfini tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi, u għandha tinbena fuq żewġ elementi kumulattivi:

Id-definizzjoni ta' suq rilevanti hija għodda sabiex jiġu identifikati u definiti l-konfini tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi, u għandha tinbena fuq żewġ elementi kumulattivi:

(a)

is-suq tal-prodott rilevanti: għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “suq tal-prodotti” jfisser is-suq li jinkludi l-prodotti kollha meqjusa bħala li jistgħu jinbidlu jew jistgħu jiġu sostitwiwti mill-konsumatur minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezz tagħhom u l-użu li huma maħsuba għalih;

(a)

is-suq tal-prodott rilevanti: għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ‘suq tal-prodotti’ jfisser is-suq li jinkludi l-prodotti kollha meqjusa bħala li jistgħu jinbidlu jew jistgħu jiġu sostitwiti mill-klijent u mill-konsumatur minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezz tagħhom u l-użu li huma maħsuba għalih;

(b)

is-suq ġeografiku rilevanti: għall-finijiet ta' dan il-kapitolu “suq ġeografiku” jfisser is-suq li jinkludi fih iż-żona fejn dawk l-impriżi konċernati huma involuti fil-provvista jew domanda ta' prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma suffiċjentement omoġeni u li jistgħu jkunu distinti minn żoni tal-viċinat, b'mod partikolari minħabba li l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma notevolment differenti f'dawk iż-żoni.

(b)

is-suq ġeografiku rilevanti: għall-finijiet ta' dan il-kapitolu ‘suq ġeografiku’ jfisser is-suq li jinkludi fih iż-żona fejn dawk l-impriżi konċernati huma involuti fil-provvista jew domanda ta' prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma suffiċjentement omoġeni u li jistgħu jkunu distinti minn żoni tal-viċinat, b'mod partikolari minħabba li l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma notevolment differenti f'dawk iż-żoni.”

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 208

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26d)

L-Artikolu 208 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 208

“Artikolu 208

Pożizzjoni dominanti

Pożizzjoni dominanti

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “pożizzjoni dominanti” tfisser pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tkun tgawdi impriża li jippermettilha tipprevjeni li jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti billi tagħtiha s-setgħa li ġġib ruħha sa ċertu punt indipendentement mill-kompetituri, il-klijenti u finalment il-konsumaturi tagħha.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ‘pożizzjoni dominanti’ tfisser pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tkun tgawdi impriża li jippermettilha tipprevjeni li jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti billi tagħtiha s-setgħa li ġġib ruħha sa ċertu punt indipendentement mill-kompetituri, il-fornituri, il-klijenti u finalment il-konsumaturi tagħha.”

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 210

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26e)

L-Artikolu 210 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 210

“Artikolu 210

Ftehimiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti

Ftehimiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti

1.   L-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dan ir-Regolament bil-għan li jitwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 157(1) u, għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-punt (c) tal-Artikolu 157( 3 ) ta' dan ir-Regolament, u għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk, fl-Artikolu 162 ta' dan ir-Regolament.

1.   L-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dan ir-Regolament li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 157( 1 ) ta' dan ir-Regolament, u għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda u tat-tabakk, fl-Artikolu 162 ta' dan ir-Regolament.

 

Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu ta dan il-paragrafu 1 għandhom japplikaw mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda deċiżjoni minn qabel għal dak il-għan. Madankollu, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dan ir-Regolament jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-kompatibbiltà ta' dawn il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 39 tat-TFUE. Il-Kummissjoni għandha tittratta talbiet għal opinjonijiet minnufih u għandha tibgħat lill-applikant l-opinjoni tagħha fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi talba kompleta. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tibdel il-kontenut ta' opinjoni, b'mod partikolari jekk l-applikant ikun ipprovda informazzjoni impreċiża jew ikun għamel użu skorrett tal-opinjoni.

2.    Il-paragrafu 1 għandu japplika sakemm:

2.    L-Artikolu 101(1) tat-TFUE m'għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157(1) ta' dan ir-Regolament li jirrigwardaw attivitajiet għajr l-objettivi elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 157( 1 ), u, għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, iż-żebbuġ tal-mejda u t-tabakk, fl-Artikolu 162 ta' dan ir-Regolament, dment li :

(a)

il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija hemmhekk ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; u

(a)

il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija hemmhekk ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; u

(b)

fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni.

(b)

fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni.

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu  1 huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni, hija għandha tniżżel is-sejbiet tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu  2 huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni, hija għandha tniżżel is-sejbiet tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

3.   Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu  1 ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma jgħaddi l-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

3.   Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu  2 għandhom jidħlu fis-seħħ meta jkun għadda l-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma għandhom fi kwalunkwe każ jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk huma:

4.   Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma għandhom fi kwalunkwe każ ikunu inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk huma:

(a)

jistgħu, bi kwalunkwe mod, iwasslu għall-qsim tas-swieq fl-Unjoni;

(a)

jistgħu, bi kwalunkwe mod, iwasslu għall-qsim tas-swieq fl-Unjoni;

(b)

jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq;

(b)

jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c)

jistgħu joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-PAK segwiti mill-attività tal-organizzazzjoni interprofessjonali;

(c)

jistgħu joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-PAK segwiti mill-attività tal-organizzazzjoni interprofessjonali;

(d)

jġibu magħhom l-iffissar ta' prezzijiet jew l-iffissar ta' kwoti ;

(d)

iġibu magħhom l-obbligu li jiġu applikati prezz fiss jew volumi fissi ;

(e)

jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni.

(e)

jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni.

5.   Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti , għandha, mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tieħu deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101(1) TFUE japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma inkwistjoni.

5.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew wara l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, dawk imsemmija fil-paragrafu 2 mhumiex issodisfati jew ma baqgħux jiġu ssodisfati , għandha, mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tieħu deċiżjoni li tiddikjara li fil-futur l-Artikolu 101(1) tat-TFUE japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma inkwistjoni.

Dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m'għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tkunx tat informazzjoni inkorretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

Dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m'għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tkunx tat informazzjoni inkorretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2 .

6.   Fil-każ ta' ftehimiet pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madankollu, f'dak il-każ, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, toħroġ riżultat ta' inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.

6.   Fil-każ ta' ftehimiet pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madankollu, f'dak il-każ, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, toħroġ riżultat ta' inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.

7.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

7.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 210a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26f)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 210a

 

Inizjattivi vertikali għas-sostenibbiltà

 

1.     L-Artikolu 101(1) tat-TFUE m'għandux japplika għall-ftehimiet vertikali, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma relatati mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) li għandhom l-għan li japplikaw standards ambjentali, tas-saħħa tal-annimali jew tat-trattament xieraq tal-annimali li jkunu ogħla minn dawk obbligatorji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, dment li l-vantaġġi għall-interess pubbliku li jġibu magħhom jissuperaw l-iżvantaġġi fir-rigward tal-konsumaturi u dment li dawn jimponu biss ir-restrizzjonijiet li jkunu indispensabbli biex jilħqu l-objettiv tagħhom.

 

2.     L-Artikolu 101(1) tat-TFUE m'għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 dment li:

 

(a)

il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija hemmhekk ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; kif ukoll

 

(b)

fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni.

 

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni, hija għandha tniżżel is-sejbiet tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).”

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26 g (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 214a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26 g)

L-Artikolu 214a huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 214a

Artikolu 214a

Pagamenti nazzjonali għal ċerti setturi fil-Finlandja

Pagamenti nazzjonali għal ċerti setturi fil-Finlandja

Soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għall-perijodu 2014 - 2020 , il-Finlandja tista' tkompli tagħti għajnuna nazzjonali li kienet tat fl-2013 lill-produtturi fuq il-bażi tal-Artikolu 141 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994, sakemm :

Soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għall-perijodu  2021 - 2027 , il-Finlandja tista' tkompli tagħti l-għajnuna nazzjonali li tat lill-produtturi fl-2020 dment li :

(a)

l-ammont ta' għajnuna għad-dħul huwa digressiv tul il-perijodu kollu u fl-2020 ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont mogħti fl-2013; u

(a)

l-ammont totali ta' għajnuna għad-dħul huwa digressiv tul il-perijodu kollu, u

(b)

qabel kwalunkwe rikors għal din il-possibbiltà, ikun sar użu sħiħ mill-iskemi ta' appoġġ taħt il-politika agrikola komuni għas-setturi kkonċernati.

(b)

qabel kwalunkwe rikors għal din il-possibbiltà, ikun sar użu sħiħ mill-iskemi ta' appoġġ taħt il-politika agrikola komuni għas-setturi kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-awtorizzazzjoni tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229 (2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-awtorizzazzjoni tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229 ta' dan ir-Regolament. "

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26h (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Parti IV – Kapitolu IIa (ġdid) – Artikolu 218a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26h)

Fil-Parti IV, jiddaħħal il-Kapitolu u l-Artikolu li ġej:

 

 

Artikolu 218a

 

L-Osservatorju tal-UE tas-swieq agrikoli

 

1.     Sabiex ittejjeb it-trasparenza fi ħdan il-katina tal-provvista agroalimentari, tikkjarifika l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet pubbliċi kollha u tiffaċilita l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi osservatorju tal-UE tas-swieq agrikoli (‘l-Osservatorju’).

 

2.     L-Osservatorju għandu jkopri, bħala minimu, is-setturi agrikoli li ġejjin kif definiti fl-Artikolu 1(1):

 

(a)

ċereali;

 

(b)

zokkor, pitravi taz-zokkor u kannamieli;

 

(c)

żejt taż-żebbuġa;

 

(d)

frott u ħxejjex;

 

(e)

inbid;

 

(f)

ħalib u prodotti tal-ħalib;

 

(g)

laħam taċ-ċanga u vitella;

 

(h)

laħam tal-majjal;

 

(i)

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż;

 

(j)

laħam tat-tjur.

 

3.     L-Osservatorju għandu jiġbor id-data statistika u l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu prodotti analiżijiet u studji dwar:

 

(a)

il-produzzjoni u l-provvista;

 

(b)

il-mekkaniżmi ta' tfassil tal-prezzijiet, u, sa fejn ikun possibbli, il-marġini ta' profitt matul il-katina kollha tal-provvista agroalimentari fl-Unjoni u fl-Istati Membri;

 

(c)

ix-xejriet tal-prezzijiet u, sa fejn ikun possibbli, il-marġini ta' profitt fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel fl-Unjoni u fl-Istati Membri u fis-setturi agrikoli u agroalimentari kollha;

 

(d)

it-tbassir dwar l-iżviluppi tas-suq, fuq żmien qasir u medju

 

(e)

ix-xejriet fl-importazzjonijiet u fl-esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli, b'mod partikolari l-issodisfar tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli fit-territorju tal-Unjoni.

 

L-Osservatorju għandu jipproduċi rapporti annwali li jinkludu l-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu u għandu jibgħathom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

4.     L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 mill-intrapriżi li jipproċessaw prodotti agrikoli jew operaturi oħra attivi fil-kummerċ fil-prodotti agrikoli, u għandhom jibagħtuha lill-Osservatorju.

 

Dik l-informazzjoni għandha titqies li hi kunfidenzjali u l-Osservatorju għandu jiżgura li l-prezzijiet jew l-ismijiet speċifiċi ta' operaturi ekonomiċi individwali ma jiġux ippubblikati.

 

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex timplimenta sistema ta' notifika u rapporti sabiex tapplika dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 218b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26i)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 218b

 

Mekkaniżmu ta' twissija bikrija għat-tfixkil fis-suq u limiti ta' twissija

 

1.     L-Osservatorju għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija bikrija u limiti ta' twissija u għandu jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jinqabeż il-limitu ta' twissija rilevanti, dwar theddid ta' tfixkil fis-suq ikkawżat, b'mod partikolari, minn żidiet jew tnaqqisiet sinifikanti fil-prezz fis-swieq interni jew esterni jew b'avvenimenti jew ċirkostanzi oħra b'effetti simili.

 

Il-limiti ta' twissija għandhom jiġu stabbiliti:

 

(a)

meta l-prezz medju tas-suq ippeżat ikun anqas minn [XX%] tal-prezz medju għal [X] ġimgħat konsekuttivi wara li jiġu eliminati l-ogħla referenzi u l-aktar referenzi baxxi għall-prezzijiet ta' kull ġimgħa jew [X] xhur konsekuttivi għall-prezz ta' kull xahar.

 

(b)

meta l-prezz medju tas-suq ippeżat ikun aktar minn [XX%] tal-prezz medju għal [X] ġimgħat konsekuttivi wara li jiġu eliminati l-ogħla referenzi u l-aktar referenzi baxxi għall-prezzijiet ta' kull ġimgħa jew [X] xhur konsekuttivi għall-prezz ta' kull xahar.

 

Il-Kummissjoni għandha, f'perijodu massimu ta' 30 jum mid-data tan-notifika tal-Osservatorju, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill is-sitwazzjoni tas-suq għall-prodott ikkonċernat, il-kawżi tat-tfixkil fis-suq u, fejn xieraq, il-miżuri possibbli li għandhom jittieħdu, b'mod partikolari dawk previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II ta' dan ir-Regolament, u/jew l-Artikoli 219, 219a, 220, 221 u 222 jew tagħti raġunijiet għaliex ma ħaditx tali miżuri.”

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26j (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 219

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26j)

L-Artikolu 219 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 219

“Artikolu 219

Miżuri kontra t-tfixkil fis-suq

Miżuri kontra t-tfixkil fis-suq u għall-ġestjoni tat-tfixkil fis-suq

1.   Sabiex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta' tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni u esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħrajn li jfixklu jew jheddu li jfixklu s-suq b'mod sinifikanti, fejn dik is-sitwazzjoni jew l-effetti tagħha fuq is-suq x'aktarx ser tkompli jew issir agħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti f'konformità mal-Artikolu 227 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li jiġi rrispettat kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE u sakemm kwalunkwe miżura oħra disponibbli taħt dan ir-Regolament tidher li tkun insuffiċjenti .

1.   Sabiex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta' tfixkil fis-suq ikkawżat minn żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni u esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħrajn li jfixklu jew jheddu li jfixklu s-suq b'mod sinifikanti, fejn dik is-sitwazzjoni jew l-effetti tagħha fuq is-suq x'aktarx ser tkompli jew issir agħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti f'konformità mal-Artikolu 227 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li jiġi rrispettat kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE.

Fejn fil-każijiet ta' theddid ta' tfixkil fis-swieq imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 228 għal atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Fejn fil-każijiet ta' theddid ta' tfixkil fis-suq imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 228 għal atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Dawn ir-raġunijiet tant importanti ta' urġenza jistgħu jinkludu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi indirizzat jew evitat tfixkil fis-suq, fejn it-theddid ta' tfixkil fis-suq tant isir malajr jew b'mod mhux mistenni li azzjoni immedjata tista' tkun meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b'mod effiċjenti u effettiv, jew fejn azzjoni tipprevjeni tali theddid ta' tfixkil fis-suq milli jimmaterjalizza, ikompli jew milli jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, jew fejn id-dewmien ta' azzjoni immedjata jhedded li jikkawża jew jaggrava t-tfixkil jew iżid il-limitu tal-miżuri li aktar tard ikunu meħtieġa biex it-theddid jew it-tfixkil jiġi indirizzat, jew li jkun ta' ħsara għall-kondizzjonijiet tal-produzzjoni jew tas-suq.

Dawn ir-raġunijiet tant importanti ta' urġenza jistgħu jinkludu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi indirizzat jew evitat tfixkil fis-suq, fejn it-theddid ta' tfixkil fis-suq tant isir malajr jew b'mod mhux mistenni li azzjoni immedjata tista' tkun meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b'mod effiċjenti u effettiv, jew fejn azzjoni tipprevjeni tali theddid ta' tfixkil fis-suq milli jimmaterjalizza, ikompli jew milli jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, jew fejn id-dewmien ta' azzjoni immedjata jhedded li jikkawża jew jaggrava t-tfixkil jew iżid il-limitu tal-miżuri li aktar tard ikunu meħtieġa biex it-theddid jew it-tfixkil jiġi indirizzat, jew li jkun ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jew tas-suq.

Biex jiġi indirizzat it-tfixkil tas-suq jew it-theddida tiegħu, dawn il-miżuri jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta' applikazzjoni, it-tul ta' żmien jew aspetti oħra ta' miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, jew jipprovdu għal rifużjonijiet tal-esportazzjoni , jew jissospendu dazji ta' importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi skont il-ħtieġa.

Biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq jew it-theddida tiegħu, dawn il-miżuri jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta' applikazzjoni, it-tul ta' żmien jew aspetti oħra ta' miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, u miżuri oħra previsti fl-Artikoli 39 sa 63 tal-Kapitolu III tar-Regolament dwar il-‘Pjanijiet Strateġiċi’ jew isaħħu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet , jew jissospendu jew jaġġustaw id-dazji fuq l-importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi skont il-ħtieġa. Dawn jistgħu jikkonċernaw ukoll l-adattament tal-iskema tad-dħul għall-frott u l-ħaxix billi jinfetħu konsultazzjonijiet mal-pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-Unjoni.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

Madankollu, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 228, tiddeċiedi li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

Madankollu, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 228, tiddeċiedi li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulawir-regoli proċedurali u kriterji tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli proċedurali u kriterji tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26k (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 219a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26k)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 219a

 

Skema ta' Tnaqqis tal-Volum

 

1.     Fil-każ ta' żbilanċi serji fis-suq u fejn it-tekniki tal-produzzjoni jippermettu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tagħti għajnuna lil produtturi f'settur speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(2) li, tul perijodu ta' żmien definit, għandhom inaqqsu il-konsenji tagħhom meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena preċedenti.

 

Sabiex jiġi żgurat li dik l-iskema tiġi implimentata b'mod effettiv u xieraq, dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu:

 

(a)

il-volum jew il-kwantità massimi totali ta' konsenja li għandha titnaqqas fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tal-iskema ta' tnaqqis;

 

(b)

it-tul tal-perijodu ta' tnaqqis u, jekk ikun hemm bżonn, l-estensjoni tagħha;

 

(c)

l-ammont ta' għajnuna skont il-volum jew il-kwantità mnaqqsa u l-arranġamenti ta' finanzjament tagħha;

 

(d)

il-kriterji sabiex l-applikanti jkunu eliġibbli għall-għajnuna u sabiex l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ammissibbli;

 

(e)

il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' din l-iskema.

 

2.     L-għajnuna għandha tingħata fuq il-prinċipju ta' applikazzjoni mill-produtturi sottomessa fi ħdan l-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-produtturi, permezz tal-metodu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat.

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tnaqqis jitressqu, f'isem il-produtturi, minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti jew minn kooperattivi stabbiliti skont id-dritt nazzjonali u/jew minn produtturi individwali. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna tintbagħat kollha lil produtturi li fil-fatt ikunu naqqsu l-konsenja tagħhom.”

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26l (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 219b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26l)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 219b

 

Miżuri biex tiġi stabbilizzata l-produzzjoni f'perjodi ta' tfixkil serju fis-suq

 

1.     Meta l-Kummissjoni tkun adottat atti delegati skont l-Artikolu 219a, fl-eventwalità li l-iżbilanċi serji fis-suq x'aktarx ikomplu jew imorru għall-agħar, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 li jissupplimentaw dan ir-Regolament bil-għan li tissupplimenta l-miżuri skont l-Artikolu 219a billi timponi imposta fuq il-produtturi kollha f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), li jżidu l-konsenji tagħhom meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena preċedenti:

 

(a)

matul l-istess perijodu ddefinit fl-Artikolu 219a għal raġunijiet imperattivi ġġustifikati kif xieraq;

 

(b)

matul perijodu ġdid ta' tnaqqis, jekk il-parteċipazzjoni tal-produtturi skont l-Artikolu 219a ma kinitx suffiċjenti biex tibbilanċja s-suq mill-ġdid;

 

2.     Meta tiskatta l-miżura msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżvilupp tal-ispejjeż tal-produzzjoni, b'mod partikolari l-ispejjeż tal-inputs.

 

3.     Sabiex tiżgura li l-iskema tiġi implimentata b'mod effettiv u xieraq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, f'konformità mal-Artikolu 227, atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament li jistabbilixxu:

 

(a)

l-ammont u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-imposta fuq il-produtturi li jżidu il-volumi jew il-kwantità tagħhom matul il-perijodu ta' tnaqqis;

 

(b)

il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni u l-komplementarjetà ta' din l-iskema mal-iskema għat-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 219a.

 

4.     Jekk ikun meħtieġ, dawk il-miżuri jistgħu jkunu akkumpanjati minn miżuri oħra skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari previsti fl-Artikolu 222.”

Emenda 247

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26m (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 220

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26m)

L-Artikolu 220 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 220

“Artikolu 220

Miżuri dwar mard tal-annimali u telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti

Miżuri dwar mard tal-annimali u l-pjanti u pesti tal-pjanti u telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni waqt li tieħu miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq milqut sabiex jittieħed kont:

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni waqt li tieħu miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq milqut sabiex jittieħed kont:

(a)

tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' miżuri biex jikkumbattu t-tixrid ta' mard f'annimali; kif ukoll

(a)

tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' miżuri biex jikkumbattu t-tixrid ta' mard f'annimali jew il-firxa ta' mard jew pesti tal-pjanti ; kif ukoll

(b)

tat-tfixkil serju fis-swieq attribwit direttament għal telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa u l-mard pubbliku, tal-annimali jew tal-pjanti.

(b)

tat-tfixkil serju fis-swieq attribwit direttament għal telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa u l-mard pubbliku, tal-annimali jew tal-pjanti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

2.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kwalunkwe settur li ġej:

2.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-prodotti agrikoli l-oħra kollha minbarra għal dawk elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

(a)

laħam taċ-ċanga u vitella;

 

(b)

ħalib u prodotti tal-ħalib;

 

(c)

laħam tal-majjal;

 

(d)

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż;

 

(e)

bajd;

 

(f)

laħam tat-tjur.

 

Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 li huma relatati mat-telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika jew tal-pjanti għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti agrikoli l-oħra kollha minbarra għal dawk elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 228, biex testendi l-lista ta' prodotti msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi ta' dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 228, biex testendi l-lista ta' prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu meta jintalbu mill-Istat Membru konċernat.

3.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu meta jintalbu mill-Istat Membru konċernat.

4.   Il-miżuri previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat Membru konċernat ikun ħa miżuri sanitarji u veterinarji malajr biex jeqred il-mard, u biss sa fejn u sakemm ikun strettament meħtieġ biex jappoġġa s-suq konċernat.

4.   Il-miżuri previsti f'punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa miżuri sanitarji, veterinarji u fitosanitarji malajr biex jeqred il-mard u biex jissorvelja, jikkontrolla jew jeqred il-pesti ,u biss sa fejn u sakemm ikun strettament meħtieġ biex jappoġġa s-suq konċernat.

5.   L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

5.   L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal u l-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta' dan l-infiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal u l-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta' dan l-infiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn produtturi jikkontribwixxu għall-infiq mġarrab mill-Istati Membri, dan ma jirriżultax f'distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn produtturi fi Stati Membri differenti.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn produtturi jikkontribwixxu għall-infiq mġarrab mill-Istati Membri, dan ma jirriżultax f'distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn produtturi fi Stati Membri differenti.”

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26n (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Titolu V – Kapitolu I – Taqsima 4 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26n)

Fit-Taqsima 4, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Ftehimiet u deċiżjonijiet matul perijodi ta' żbilanċ qawwi fis-swieq

“Ftehimiet u deċiżjonijiet biex jiġi prevenut it-tfixkil fis-suq u biex jiġi indirizzat żbilanċ qawwi fis-swieq”

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26o (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 222

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26o)

L-Artikolu 222 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 222

“Artikolu 222

L-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE

L-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE

1.    Matul perijodi ta' żbilanċ qawwi fis-swieq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw li l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet u deċiżjonijiet ta' bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, dment li tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jfixklux il-funzjonament korrett tas-suq intern, ikunu strettament immirati sabiex jistabbilizzaw is-settur ikkonċernat u jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

1.    Biex jiġi prevenut it-tfixkil fis-suq u jiġi indirizzat żbilanċ qawwi fis-swieq , skont l-Artikolu 219 , il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw li l-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet u deċiżjonijiet ta' bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, dment li tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jfixklux il-funzjonament korrett tas-suq intern, ikunu strettament immirati sabiex jistabilizzaw is-settur ikkonċernat u jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin,

(a)

l-irtirar mis-suq jew it-tqassim b'xejn tal-prodotti tagħhom;

(a)

l-irtirar mis-suq jew it-tqassim b'xejn tal-prodotti tagħhom;

(b)

it-trasformazzjoni u l-ipproċessar;

(b)

it-trasformazzjoni u l-ipproċessar;

(c)

il-ħżin minn operaturi privati;

(c)

il-ħżin minn operaturi privati;

(d)

miżuri konġunti ta' promozzjoni;

(d)

miżuri konġunti ta' promozzjoni;

(e)

ftehimiet dwar ir-rekwiżiti ta' kwalità;

(e)

ftehimiet dwar ir-rekwiżiti ta' kwalità;

(f)

ix-xiri konġunt tar-riżorsi meħtieġa sabiex jiġi miġġieled it-tixrid ta' pesti u mard fl-annimali u l-pjanti fl-Unjoni jew tar-riżorsi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-effetti tad-diżastri naturali fl-Unjoni;

(f)

ix-xiri konġunt tar-riżorsi meħtieġa sabiex jiġi miġġieled it-tixrid ta' pesti u mard fl-annimali u l-pjanti fl-Unjoni jew tar-riżorsi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-effetti tad-diżastri naturali fl-Unjoni;

(g)

l-ippjanar temporanju tal-produzzjoni, b'kont meħud tan-natura speċifika taċ-ċiklu tal-produzzjoni.

(g)

l-ippjanar temporanju tal-produzzjoni, b'kont meħud tan-natura speċifika taċ-ċiklu tal-produzzjoni.

Fl-atti ta' implimentazzjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni sostantiv u ġeografiku ta' din id-deroga u, soġġett għall-paragrafu 3, il-perijodu li għalih tapplika d-deroga. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Fl-atti ta' implimentazzjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni sostantiv u ġeografiku ta' din id-deroga u, soġġett għall-paragrafu 3, il-perijodu li għalih tapplika d-deroga. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

 

1a.     Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet adottati b'konformità mal-paragrafu 1 minn organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti jistgħu jiġu estiżi b'konformità mal-Artikolu 164, u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru. L-estensjoni tar-regoli ma tistax taqbeż il-perijodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 3.

3.   Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi biss għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur.

3.   Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi biss għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur.

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet bħal dawn għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet bħal dawn għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 248

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26p (ġdid)

Regolament (UE) 1308/2013

Artikolu 222a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26p)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

Artikolu 222a

 

Monitoraġġ ta' tfixkil fis-suq u pjanijiet ta' ġestjoni

 

1.     Bl-għan li jinkisbu l-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, b'mod partikolari l-objettiv speċifiku ta' stabbilizzazzjoni tas-suq imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1a ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjanijiet għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-tfixkil fis-suq li jiddefinixxu l-istrateġija ta' intervent tagħha għal kull prodott agrikolu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

 

2.     Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-istrateġija ta' intervent tagħha fuq il-ħidma tal-Osservatorju tal-UE tas-swieq agrikoli msemmija fl-Artikolu 218a, inkluż fuq il-mekkaniżmu ta' twissija bikrija previst fl-Artikolu 218b.

 

3.     Fil-każ ta' tfixkil fis-suq, il-Kummissjoni għandha timmobilizza b'mod f'waqtu u effiċjenti l-miżuri eċċezzjonali previsti fil-Kapitolu I tal-Parti V, fejn applikabbli flimkien mal-miżuri ta' intervent fis-suq previsti fit-Titolu I tal-Parti II bl-għan li jerġa' jkun hemm bilanċ fis-suq ikkonċernat filwaqt li tipprovdi l-aktar tweġibiet xierqa għal kull settur affettwat.

 

4.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li jippermetti r-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' monitoraġġ u ġestjoni ta' tfixkil fis-suq matul l-implimentazzjoni tiegħu.

 

5.     Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-tfixkil fis-suq u t-titjib fl-istrateġija ta' intervent tagħha.

 

Ir-rapport annwali għandu jiġi ppreżentat kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandu jkollu l-għan li jevalwa l-prestazzjoni tal-pjan fir-rigward tal-impatt, l-effettività, l-effiċjenza, u l-koerenza tal-għodod previsti f'dan ir-Regolament, u jevalwa l-użu mill-Kummissjoni tal-prerogattivi tiegħu, u l-baġit, fir-rigward tal-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tat-tfixkil fis-suq.”

Emenda 249

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26q (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 223

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26q)

l-Artikolu 223 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  223

“Artikolu  223

Rekwiżiti ta' komunikazzjoni

Rekwiżiti ta' komunikazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, biex timmonitorja, tanalizza u timmaniġġja s-suq ta' prodotti agrikoli, tiggarantixxi t-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa ta' miżuri tal-PAK, tiċċekkja, tikkontrolla, timmonitorja, tevalwa u tawditja miżuri tal-PAK, u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE, inklużi rekwiżiti ta' notifika skont dawk il-ftehimiet, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tadotta l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' komunikazzjonijiet li jkollhom isiru minn impriżi, mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi. Waqt li tagħmel dan, għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sors potenzjali tad-data.

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, biex timmonitorja, tanalizza u timmaniġġja s-suq ta' prodotti agrikoli, tiggarantixxi t-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa ta' miżuri tal-PAK, tiċċekkja, tikkontrolla, timmonitorja, tevalwa u tawditja miżuri tal-PAK, u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE, inklużi rekwiżiti ta' notifika skont dawk il-ftehimiet, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tadotta l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' komunikazzjonijiet li jkollhom isiru minn impriżi, mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi. Waqt li tagħmel dan, għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sors potenzjali tad-data.

L-informazzjoni miksuba tista' tkun trasmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u ssir disponibbli għalihom, u tista' ssir pubblika, soġġetta għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, inklużi l-prezzijiet.

L-informazzjoni miksuba tista' tkun trasmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet tas-swieq finanzjarji Ewropej u nazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u ssir disponibbli għalihom, u tista' ssir pubblika, soġġetta għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, inklużi l-prezzijiet.

 

Sabiex tiġi żgurata trasparenza msaħħa fis-swieq tal-prodotti agrikoli, u b'mod partikolari fis-swieq tad-derivattivi tal-materja prima agrikola, il-Kummissjoni, permezz tal-OKS, għandha tikkoopera mal-awtoritajiet tas-swieq finanzjarji nazzjonali li huma responsabbli, f'konformità mar-Regolament (UE) 596/2014 (ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq) u d-Direttiva 2014/57/UE (id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq), għas-superviżjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji derivattivi għall-materja prima agrikola, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod xieraq.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-integrità ta' sistemi ta' informazzjoni u biex tiġi żgurata l-awtentiċità u l-leġibbiltà ta' dokumenti u d-data assoċjata trasmessa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jistabbilixxu:

2.   Sabiex tiġi żgurata l-integrità ta' sistemi ta' informazzjoni u biex tiġi żgurata l-awtentiċità u l-leġibbiltà ta' dokumenti u d-data assoċjata trasmessa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jistabbilixxu:

(a)

in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata;

(a)

in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata;

(b)

il-kategoriji ta' data li għandhom jiġu pproċessati, il-perijodi ta' żamma massimi u l-għan tal-ipproċessar, b'mod partikolari f'każ tal-pubblikazzjoni ta' tali data u t-trasferiment tagħha lejn pajjiżi terzi;

(b)

il-kategoriji ta' data li għandhom jiġu pproċessati, il-perjodi ta' żamma massimi u l-għan tal-ipproċessar, b'mod partikolari f'każ tal-pubblikazzjoni ta' tali data u t-trasferiment tagħha lejn pajjiżi terzi;

(c)

id-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għal sistemi ta' informazzjoni magħmulin disponibbli;

(c)

id-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għal sistemi ta' informazzjoni magħmulin disponibbli;

(d)

il-kondizzjonijiet ta' pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

(d)

il-kundizzjonijiet ta' pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

 

2a.     Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' trasparenza tas-suq f'konformità mal-kunfidenzjalità tan-negozju, il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tadotta miżuri li jimponu li l-atturi fis-swieq li huma partikolarment neqsin mit-trasparenza jwettqu t-tranżazzjonijiet tagħhom permezz ta' pjattaforma elettronika ta' skambju.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż:

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż:

(a)

il-metodi ta' notifika;

(a)

il-metodi ta' notifika;

(b)

ir-regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata;

(b)

ir-regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata;

(c)

l-arranġamenti għall-immaniġġjar tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata, kif ukoll dwar il-kontenut, il-forma, il-waqt, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki;

(c)

l-arranġamenti għall-immaniġġjar tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata, kif ukoll dwar il-kontenut, il-forma, il-waqt, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki;

(d)

l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' informazzjoni u dokumenti lill-Istati Membri, lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi jew lill-pubbliku, jew biex tagħmilhom disponibbli għalihom, soġġetti għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

(d)

l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' informazzjoni u dokumenti lill-Istati Membri, lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi jew lill-pubbliku, jew biex tagħmilhom disponibbli għalihom, soġġetti għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 225 – punti a sa d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Fl-Artikolu 225, jitħassru l-punti (a) sa (d);

imħassar

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 225

Test fis-seħħ

Emenda

 

(27a)

L-Artikolu 225 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 225

“Artikolu 225

Obbligu ta' rapportar lill-Kummissjoni

Obbligu ta' rapportar lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a)

kull tliet snin u għall-ewwel darba tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li jirrigwardaw is-settur tal-apikultura kif jinsabu fl-Artikoli 55, 56 u 57, inkluż dwar l-aħħar żviluppi dwar is-sistemi ta' identifikazzjoni tad-doqqajs;

 

(b)

sat-30 ta' Ġunju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2018 dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b'mod partikolari dwar il-funzjonament tal-Artikoli 148 sa 151, l-Artikolu  152(3) u l-Artikolu 157 (3) , li jivvaluta b'mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġati, b'rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f'tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta' produzzjoni konġunta flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.

(b)

kull erba' snin għall-ewwel darba sat-30 ta' Ġunju 2022, dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b'mod partikolari dwar il-funzjonament tal-Artikoli 148 sa 151, l-Artikolu  161 u l-Artikolu 157, li jivvaluta b'mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġati, b'rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f'tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta' produzzjoni konġunta flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.

(c)

sal-31 ta' Diċembru 2014 dwar il-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskemi tal-iskejjel biex jinkludu ż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ għall-ikel;

 

(d)

sal-31 ta' Diċembru  2017 dwar l-applikazzjoni ta' regoli ta' kompetizzjoni fis-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dwar l-operat tal-Artikoli 209 u 210, u  tal-Artikoli 169, 170 u 171 fis-setturi kkonċernati ;

(d)

sal-31 ta' Diċembru  2021 , u mbagħad darba kull tliet snin, dwar l-applikazzjoni ta' regoli ta' kompetizzjoni fis-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dwar l-operat tal-Artikoli 209 u 210, u  tal-Artikolu 152 ;

 

(da)

Sat-30 ta' Ġunju 2021, dwar l-istrateġija tal-Kummissjoni biex tagħmel użu effettiv mid-dispożizzjonijiet li hemm fir-Regolament sabiex jiġu evitati u ġestiti l-kriżijiet tas-swieq agrikoli interni li jistgħu jinqalgħu bħala riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

 

(db)

sal-31 ta' Diċembru 2021, dwar l-osservatorji tas-suq stabbiliti skont l-Artikolu 218a u r-risponsi tal-Kummissjoni għan-notifiki tagħhom u l-użu tal-għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet, b'mod partikolari skont l-Artikoli 219, 219a, 219b, 220, 221 u 222.

 

(dc)

sal-31 ta' Diċembru 2021, dwar il-potenzjal tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex jiġu mmodernizzati r-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-kumpaniji, sabiex b'mod partikolari tiġi żgurata trasparenza akbar tas-swieq.

(e)

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta' allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 23a(2);

(e)

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta' allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 23a(2);

(f)

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-impatt tat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) fuq l-effettività tal-iskema għall-iskejjel b'rabta mad-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel.

(f)

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-impatt tat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) fuq l-effettività tal-iskema għall-iskejjel b'rabta mad-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel.”

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness I – parti IX – tabella 1– ringiela 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)

Fil-Parti IX tal-Anness I, tiddaħħal ir-ringiela ġdida li ġejja fit-tabella wara l-linja “ex 07 09”:

“0709 60 99

Bżar ieħor (Felfel – Bżar veġetarjan)”

Emenda 250

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

ANNESS I – PARTI XXXIIIa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)

Fl-Anness I, tiddaħħal il-parti li ġejja:

 

 

01012100 – Żwiemel ta' razza pura għat-trobbija

 

010221 – Bovini domestiċi ta' razza pura għat-trobbija

 

01022110 – Bovini domestiċi ta' razza pura għat-trobbija (erħiet)

 

01022190 – Bovini domestiċi ta' razza pura għat-trobbija (li mhumiex 01012110 jew 01012130)

 

01023100 – Buflu ta' razza pura għat-trobbija

 

01029020 – Annimali bovini ħajjin ta' razza pura għat-trobbija, li mhumiex 010221 jew 01023100

 

01031000 – Majjal ħaj ta' razza pura għat-trobbija

 

01041010 – Nagħaġ ħaj ta' razza pura għat-trobbija

 

01051111 – Tjur tal-ispeċi Gallus domesticus: Flieles nisa nanniet u ġenituri, irjus għall-bajd

 

01051119 – Tjur tal-ispeċi Gallus domesticus: Flieles nisa nanniet u ġenituri li mhumiex 01051111

 

010641 – irġejjen tan-naħal tal-għasel ta' razza pura ħajjin tal-ispeċi Apis mellifera

 

04071100 – Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni, mit-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

 

040719 – Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni li mhuwiex 04071100

 

04071911 – Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni mid-dundjani jew il-wiżż

 

04071919 – Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni, mit-tjur li mhumiex tal-ispeċi Gallus domesticus u li mhumiex dundjani jew wiżż

 

04071990 – Bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni li mhuwiex mit-tjur

 

05111000 – Semen bovin

 

05119985 – Prodotti tal-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, li mhumiex 05111000 (inklużi s-semen tal-mammiferi li mhuwiex semen bovin, il-bajd tal-mammiferi u l-embrijuni tal-mammiferi)”

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness II, Parti IX:

Test fis-seħħ

Emenda

 

(29a)

Il-Parti IX tal-Anness II tiġi sostitwita b'dan li ġej:

1.

“Għasel” għandha tinftiehem bħala għasel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE inkluż fir-rigward tat-tipi ewlenin ta' għasel.

“1.

‘Għasel’ għandha tinftiehem bħala għasel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE inkluż fir-rigward tat-tipi ewlenin ta' għasel.

2.

“Prodotti tal-apikultura” tfisser għasel, xema' tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftura jew għabra tad-dakra.

2.

‘Prodotti tal-apikultura’ tfisser għasel, xema' tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftura jew għabra tad-dakra.

 

2a.

‘Xama' tan-naħal’ tfisser sustanza ffurmata biss mit-tnixxija tal-glandoli tax-xama' tan-naħal min-naħal ħaddiema nisa tal-ispeċi Apis mellifera, u użata fil-kostruzzjoni tal-bejta tan-naħal;

 

2b.

‘Ħalib tan-naħal’ tfisser it-taħlita tat-tnixxija mill-glandoli ipofarinġali u mandibulari tan-naħal min-naħal ħaddiema nisa, ħielsa minn kwalunkwe addittiv. Din is-sustanza hija l-ikel tar-reġini tan-naħal larvali u adulti. Dan huwa prodott frisk, pur, naturali u mhux ittrattat. Dan huwa ikel nej u naturali, li mhuwiex ipproċessat (ħlief li jiġi ffiltrat) u ħieles mill-addittivi. Il-kulur, it-togħma u l-kompożizzjoni kimika tal-ħalib tan-naħal huma ddeterminati mill-assorbiment u t-trasformazzjoni tan-naħal li jingħalfu żewġ tipi tal-ikel li ġej matul il-perijodu tal-produzzjoni tal-ħalib tan-naħal:

 

Tip 1: ħalib min-naħal li jingħalfu biss għasel, nektar u għabra tad-dakra;

 

Tip 2: ħalib min-naħal li jingħalfu għasel, nektar u għabra tad-dakra u ikel ieħor (proteini, karboidrati).

 

2c.

‘Żaftura’ tfisser reżina esklussivament ta' oriġini naturali u mill-pjanti, miġbura min-naħal ħaddiema nisa tal-ispeċi Apis Mellifera fuq ċerti sorsi ta' pjanti, u li magħhom tiżdied it-tnixxija tagħhom stess (prinċipalment xama' u tnixxija tar-rieq). Din ir-reżina tintuża prinċipalment bħala protezzjoni għad-doqqajs;

 

2d.

‘Gerbub tal-għabra tad-dakra (gerbub)’ tfisser ħbub akkumulati tal-għabra tad-dakra miġbur min-naħal ħaddiema nisa tal-ispeċi Apis Meliffera, kompattati mis-saqajn tagħhom ta' wara permezz ta' għasel u/jew ta' nektar u bit-tnixxija tan-naħal. Is-sors ta' proteina għall-kolonja, il-prodott hu naturali, ħieles minn addittivi u maħżun fid-daħla tad-doqqajs;

 

2e.

‘għabra tad-dakra tan-naħal’ jew ‘ħobż tan-naħal’ tfisser ħbub tat-trab tad-dakra li jinksew fiċ-ċelloli tax-xehda tan-naħal min-naħal u li jgħaddu minn trattament naturali li jwassal għall-preżenza ta' enżimi u mikrobijota kommensali. Jintuża minn naħal li jitma' biex jitimgħu lill-larva. Ma jistax ikollha xi addittiv ħlief xama' miċ-ċelloli tax-xehda;

 

2f.

‘Velenu tan-naħal’ tfisser it-tnixxija tal-glandola tal-velenu tan-naħla ħaddiema li n-naħal jużaw biex jiddefendu lilhom infushom kontra l-attakkanti tad-doqqajs.”

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30 – punt b

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness III – parti B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Fil-Parti B, titħassar it-Taqsima I;

imħassar

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – parti I – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

 

“(31a)

Fil-Parti I tal-Anness VII, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Laħam ta' annimali tal-ifrat ta' anqas minn 12-il xahar

Laħam ta' annimali tal-ifrat u tan-nagħaġ ta' anqas minn 12-il xahar”

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – parti I – taqsima II

Test fis-seħħ

Emenda

 

(31b)

Fil-Parti I tal-Anness VII, it-Taqsima II hija sostitwita b'dan li ġej:

Malli jinqatlu, l-annimali tal-ifrat kollha ta' anqas minn 12-il xahar għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, f'waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin:

Malli jinqatlu, l-annimali tal-ifrat kollha ta' anqas minn 12-il xahar għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, f'waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin:

(A)

Kategorija V: annimali tal-ifrat ta' anqas minn 8 xhur

(A)

Kategorija V: annimali tal-ifrat ta' anqas minn 8 xhur

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V;

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V;

(B)

Kategorija Z: annimali tal-ifrat ta' minn 8 xhur sa anqas minn 12-il xahar

(B)

Kategorija Z: annimali tal-ifrat ta' minn 8 xhur sa anqas minn 12-il xahar

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z.

Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z.

 

Malli jinqatlu, in-nagħaġ kollu ta' anqas minn 12-il xahar għandu jiġi kklassifikat mill-operaturi, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, fil-kategorija li ġejja: Kategorija A: karkassi ta' nagħaġ taħt l-età ta' 12-il xahar.

 

Ittra A ta' identifikazzjoni tal-kategorija.

Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali tal-ifrat, jew fin-nuqqas ta' dan, abbażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali tal-ifrat u lin-nagħaġ , jew fin-nuqqas ta' dan, abbażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

 

Il-kundizzjonijiet imsemmija f'dan il-punt m'għandhomx japplikaw għal-laħam ta' annimali tal-ifrat li għalihom tkun ġiet irreġistrata denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012, qabel id-29 ta' Ġunju 2007.

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Parti I – taqsima III – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31c)

Fit-Taqsima III tal-Parti I tal-Anness VII, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“1a.

Il-laħam tan-nagħaġ ta' anqas minn 12-il xahar għandu jitqiegħed biss fis-suq tal-Istati Membri bid-deskrizzjoni(jiet) li ġejjin stabbiliti għal kull Stat Membru:

 

Pajjiż ta' kummerċjalizzazzjoni;

 

Deskrizzjonijiet ta' bejgħ li għandhom jintużaw ħaruf.”

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 31d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – parti I – taqsima III – punt 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(31d)

Fit-Taqsima III tal-Part I tal-Anness VII, il-Punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.

Id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ elenkati għall-kategorija V fil-punt A tat-tabella murija fil- paragrafu 1 u kwalunkwe isem ġdid derivat minn dawk id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ għandhom jintużaw biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness ikunu ssodisfatti.

“3.

Id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ elenkati għall-kategorija V  annimali tal-ifrat u għall-kategorija A nagħaġ fil-punt A tat-tabella murija fil- paragrafu 1 u kwalunkwe isem ġdid derivat minn dawk id-deskrizzjonijiet ta' bejgħ għandhom jintużaw biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness ikunu ssodisfatti.

 

B'mod partikolari t-termini “veau”, “telecí”, “Kalb”, “μοσχάρι”, “ternera”, “kalv”, “veal”, “vitello”, “vitella”, “kalf”, “vitela” u “teletina” ma għandhomx jintużaw f'deskrizzjoni ta' bejgħ jew jiġu indikati fuq it-tikketta li titwaħħal għal annimali tal-ifrat ta' aktar minn 12-il xahar.

 

B'mod partikolari t-termini ‘veau’, ‘telecí’, ‘Kalb’, ‘μοσχάρι’, ‘ternera’, ‘kalv’, ‘veal’, ‘vitello’, ‘vitella’, ‘kalf’, ‘vitela’ u ‘teletina’ ma għandhomx jintużaw f'deskrizzjoni ta' bejgħ jew jiġu indikati fuq it-tikketta li titwaħħal għal annimali tal-ifrat ta' aktar minn 12-il xahar.

 

 

Bl-istess mod, it-terminu ‘ħaruf’ m'għandux jintuża f'deskrizzjoni ta' bejgħ jew jiġi indikat fuq it-tikketta li titwaħħal għal-laħam tan-nagħaġ ta' aktar minn 12-il xahar.”

Emenda 278

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Parti II – punt 3 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(33a)

fil-punt 3 tal-parti II tal-Anness VII, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

li għandu qawwa alkoħolika attwali ta' mhux anqas minn 15 % tal-volum u ta' mhux aktar minn 22 % tal-volum

“(a)

b'qawwa alkoħolika attwali ta' mhux anqas minn 15 % tal-volum u ta' mhux aktar minn 22 % tal-volum. Eċċezzjonalment, u għal inbejjed ta' maturazzjoni fit-tul, dawk il-limiti jistgħu jvarjaw f'ċerti nbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika li jkunu jidhru fil-lista stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 75(2), bil-kundizzjoni li:

l-inbejjed li jiddaħħlu fil-proċess ta' maturazzjoni jissodisfaw id-definizzjoni ta' nbejjed likuri; u

il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid maturat ma għandhiex tkun anqas minn 14 % tal-volum;”

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Parti II – punt 18 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

It-terminu “dealkoħolizzat” jista' jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott :

(18)

Inbid “dealkoħolizzat” jew “dealkoħolizzat” (segwit mill-isem tal-kategorija tal-prodotti tad-dielja użat għall-produzzjoni tiegħu)" tfisser prodott li :

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Parti II – punt 18 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u

(b)

sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Parti II – punt 19 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

It-terminu “parzjalment dealkoħolizzat” jista' jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott :

(19)

“Inbid parzjalment dealkoħolizzat” jew "(l-isem tal-kategorija tal-prodotti tad-dielja użat għall-produzzjoni tiegħu, segwit minn) “parzjalment dealkoħolizzat/a” tfisser il-prodott li :

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – parti II – punt 19 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u

(b)

sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Parti II – punt 19 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ikollu qawwa alkoħolika totali ta' aktar minn 0,5  % tal-volum u wara l-proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII, il-qawwa alkoħolika totali tiegħu titnaqqas b'iktar minn 20 % tal-volum meta mqabbel mal-qawwa alkoħolika totali inizjali tiegħu.;

(c)

ikollu qawwa alkoħolika totali ta' anqas minn 8,5  % tal-volum u ta' aktar minn 0,5  % tal-volum u wara l-proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII, il-qawwa alkoħolika totali tiegħu titnaqqas b'iktar minn 20 % tal-volum meta mqabbel mal-qawwa alkoħolika totali inizjali tiegħu.

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – parti III – punt 5

Test fis-seħħ

Emenda

 

(32a)

Fil-Parti III tal-Anness VII, il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.

Id-denominazzjonijiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3 ma jistgħu jintużaw għal ebda prodott għajr dawk imsemmija f'dak il-punt.

“5.

Id-denominazzjonijiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3 ma jistgħu jintużaw għal ebda prodott għajr dawk imsemmija f'dak il-punt.

 

Dawk id-denominazzjonijiet għandhom jiġu protetti wkoll minn:

 

(a)

kull użu kummerċjali dirett jew indirett tad-denominazzjoni:

(i)

għal prodotti komparabbli jew prodotti ppreżentati bħala li jistgħu jiġu sostitwiti li ma jikkonformawx mad-definizzjoni korrispondenti;

(ii)

sa fejn tali użu jisfrutta r-reputazzjoni assoċjata mad-denominazzjoni;

 

(b)

kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk il-kompożizzjoni jew in-natura vera tal-prodott jew tas-servizz tkun indikata jew akkumpanjata minn espressjoni bħal ‘stil’, ‘tip’, ‘metodu’, ‘kif maħdum fi’, ‘imitazzjoni’, ‘togħma’, ‘sostitut’, ‘bħal’ jew simili;

 

(c)

kwalunkwe indikazzjoni jew prattika kummerċjali oħra li x'aktarx tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura vera jew il-kompożizzjoni tal-prodott.

Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għad-denominazzjoni ta' prodotti li n-natura eżatta tagħhom tkun ċara mill-użu tradizzjonali tagħhom u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b'mod ċar sabiex jiddeskrivu kwalità li tkun karatteristika tal-prodott.

Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għad-denominazzjoni ta' prodotti li n-natura eżatta tagħhom tkun ċara mill-użu tradizzjonali tagħhom u/jew meta d-denominazzjonijiet jintużaw b'mod ċar sabiex jiddeskrivu kwalità li tkun karatteristika tal-prodott.”

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Appendiċi I – paragrafu 1 – punt 2 – punt g

Test fis-seħħ

Emenda

 

(32b)

Fil-punt 2 tal-ewwel paragrafu tal-Appendiċi I tal-Anness VII, il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(g)

fir-Rumanija, fiż-żona ta' Podișul Transilvaniei;

“(g)

fir-Rumanija, fir-reġjun tal-vitikultura ta' Podișul Transilvaniei”

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VII – Appendiċi I – paragrafu 1 – punt 4 – punt f

Test fis-seħħ

Emenda

 

(32c)

Fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu tal-Appendiċi I tal-Anness VII, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(f)

fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin:

“(f)

fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin:

Dealurile Buzăului, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun tal-inbid fin-Nofsinhar, inklużi reġjuni bir-ramel u  reġjuni favorevoli oħra;

Dealurile Buzăului, Munteniei u Olteniei, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun bir-ramel u  artijiet favorevoli oħra fin-Nofsinhar tal-pajjiż ;”

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness X – punt XI – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(33a)

Fil-punt XI tal-Anness X, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Ftehimiet fil-kummerċ kif deskritti fil-punt 6 tat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness II għandu jkun fihom klawżoli dwar l-arbitraġġ.

“1.   Ftehimiet fil-kummerċ kif deskritti fil-punt 6 tat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness II għandu jkun fihom mekkaniżmi ta' konċiljazzjoni u/jew ta' medjazzjoni u klawżoli dwar l-arbitraġġ.”

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness X – punt XI – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)

Fil-punt XI tal-Anness X, jiżdied il-punt li ġej:

 

“4a.

Intrapriża taz-zokkor u l-bejjiegħa tal-pitravi kkonċernati jistgħu jaqblu fuq klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi l-klawżoli dwar il-bonuses u t-telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq jew suq komoditarju oħra tiġi allokata bejniethom.”

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness XI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33c)

L-Anness XI jitħassar.

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness XII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33d)

L-Anness XII jitħassar .

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness XIII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33e)

L-Anness XIII jitħassar .

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)

Fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

attributi li jżidu l-valur b'riżultat tal-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew tal-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

 

“(b)

attributi li jżidu l-valur b'riżultat tal-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew tal-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom u, fejn xieraq, tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli .”

Emenda 251

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 5

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  5

“Artikolu  5

Rekwiżiti għal denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi

Rekwiżiti għal denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi

1.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, “denominazzjoni tal-oriġini” huwa isem li jidentifika prodott:

1.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, ‘denominazzjoni tal-oriġini’ huwa isem li jidentifika prodott:

(a)

li joriġina f'post speċifiku, f'reġjunjew , f'każijiet eċċezzjonali, f'pajjiż;

(a)

li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun jew , f'każijiet eċċezzjonali, f'pajjiż jew f'isem tradizzjonalment użat f'post speċifiku ;

(b)

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu; u

(b)

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari, bil-fatturi naturali u  fatturi umani tiegħu;

(c)

li l-fażijiet ta' produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita.

(c)

li l-fażijiet ta' produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita.

2.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, “indikazzjoni ġeografika” huwa isem li jidentifika prodott:

2.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, ‘indikazzjoni ġeografika’ huwa isem li jidentifika prodott:

(a)

li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun jew f'pajjiż;

(a)

li joriġina f'post speċifiku, f'reġjun jew f'pajjiż , jew f'isem tradizzjonalment użat f'post speċifiku; ;

(b)

li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikulari tiegħu tista' essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u

(b)

li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikulari tiegħu tista' essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u

(c)

li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

(c)

li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu ttrattati bħala denominazzjonijiet tal-oriġini anke jekk il-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika li tkun ikbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew li tkun differenti minnha, sakemm:

3.   Minkejja l-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu ttrattati bħala denominazzjonijiet tal-oriġini anke jekk il-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika li tkun ikbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew li tkun differenti minnha, sakemm:

(a)

tkun iddefinita ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima;

(a)

tkun iddefinita ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima;

(b)

ikunu jeżistu kondizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima;

(b)

ikunu jeżistu kundizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima;

(c)

ikun hemm arranġamenti dwar kontrolli biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati; u

(c)

ikun hemm arranġamenti dwar kontrolli biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati; u

(d)

id-denominazzjonijiet tal-oriġini kkonċernati kienu rikonoxxuti bħala denominazzjonijiet tal-oriġini fil-pajjiż tal-oriġini qabel l-1 ta' Mejju 2004.

(d)

id-denominazzjonijiet tal-oriġini kkonċernati kienu rikonoxxuti bħala denominazzjonijiet tal-oriġini fil-pajjiż tal-oriġini qabel l-1 ta' Mejju 2004.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jistgħu jitqiesu bħala materja prima annimali ħajjin, laħam u ħalib biss.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jistgħu jitqiesu bħala materja prima annimali ħajjin, laħam u ħalib biss.

4.   Sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku tal-produzzjoni ta' prodotti li ġejjin minn annimali, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tax-xiri ta' għalf fil-każ ta' denominazzjoni tal-oriġini.

4.   Sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku tal-produzzjoni ta' prodotti li ġejjin minn annimali, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tax-xiri ta' għalf fil-każ ta' denominazzjoni tal-oriġini.

Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta' ċerti prodotti jew żoni, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tal-qtil ta' annimali ħajjin jew fir-rigward tax-xiri ta' materja prima.

Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta' ċerti prodotti jew żoni, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tal-qtil ta' annimali ħajjin jew fir-rigward tax-xiri ta' materja prima.

Dawn ir-restrizzjonijiet u d-derogi għandhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi, jieħdu kont tal-kwalità jew l-użu u ta' kompetenza esperta rikonoxxuta jew fatturi naturali.

Dawn ir-restrizzjonijiet u d-derogi għandhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi, jieħdu kont tal-kwalità jew l-użu u ta' kompetenza esperta rikonoxxuta jew fatturi naturali.”

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn dan ikun f'konflitt ma' isem ta' varjetà ta' pjanti jew ta' razza ta' annimali u x'aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

“2.   Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn dan ikun f'konflitt ma' isem ta' varjetà ta' pjanta jew ta' razza ta' annimal u x'aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott jew joħloq konfużjoni bejn prodotti bid-denominazzjoni reġistrata u l-varjetà jew razza inkwistjoni .

 

Dan għandu jqis dan li ġej:

 

(a)

l-użu reali tal-isem tal-varjetà ta' pjanta jew tar-razza ta' annimal fid-deskrizzjoni tal-bejgħ;

 

(b)

kwalunkwe duplikazzjoni ta' ismijiet li tista' tirriżulta mir-reġistrazzjoni;

 

(c)

l-estensjoni tal-użu tal-varjetà tal-pjanta jew tar-razza tal-annimal barra miż-żona ta' oriġini tagħha.”

Emenda 252

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 7

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  7

“Artikolu  7

Speċifikazzjoni tal-prodott

Speċifikazzjoni tal-prodott

1.   Denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma' speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:

1.   Denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma' speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

(a)

l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

(b)

deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott;

(b)

deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott;

(c)

id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta' dan il-paragrafu, u, fejn ikun opportun, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3);

(c)

id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta' dan il-paragrafu, u, fejn ikun opportun, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3);

(d)

evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) jew (2);

(d)

evidenza tat-traċċabbiltà li tagħti prova li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2);

(e)

deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(e)

deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, il-kontribut tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli, il-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(f)

dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:

(f)

dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:

 

(i)

ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); jew

 

(i)

fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta, ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); jew

 

(ii)

fejn ikun oppoprtun , ir-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2);

 

(ii)

fir-rigward ta' indikazzjoni ġeografika protetta , ir-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott, u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2);

(g)

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-isem u l-indirizz tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 37 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;

(g)

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-isem u l-indirizz tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 37 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;

(h)

kwalunkwe regola ta' ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat.

(h)

kwalunkwe regola ta' ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat.

2.   Biex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 56 li jistipulaw regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

2.   Biex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 56 li jistipulaw regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).”

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti ta' pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni taħt ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni tkun Parti Kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru. Sakemm ma jkunux identifikati b'mod speċifiku fit-tali ftehim bħala denominazzjonijiet ta' oriġini protetti taħt dan ir-Regolament, tali ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

“2.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti ta' pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni taħt ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni tkun Parti Kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru jekk il-ftehim jipprevedi dan . Sakemm ma jkunux identifikati b'mod speċifiku fit-tali ftehim bħala denominazzjonijiet ta' oriġini protetti taħt dan ir-Regolament, tali ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.”

Emenda 186

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 12

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4b)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 12

“Artikolu 12

Ismijiet, simboli u indikazzjonijiet

Ismijiet, simboli u indikazzjonijiet

1.   Id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

1.   Id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jippubbliċizzaw denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jippubbliċizzaw denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

3.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem irreġistrat tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni. L-indikazzjonijiet “denominazzjoni ta' oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti “DOP” jew “IĠP” jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

3.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta , il-materjal ta' riklamar u d-dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat . Barra minn hekk, l-isem irreġistrat tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni u f'post prominenti, sabiex ikun jidher faċilment, jinqara b'mod ċar u, jekk applikabbli, ma jitħassarx. Ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun moħbi, oskurat, jew interrott minn xi element ieħor miktub jew fil-forma ta' stampa jew minn kwalunkwe dokument intermedjarju ieħor . L-indikazzjonijiet ‘denominazzjoni ta' oriġini protetta’ jew ‘indikazzjoni ġeografika protetta’ jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti ‘DOP’ jew ‘IĠP’ jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

4.   Barra minn hekk, dan li ġej jista' jidher ukoll fuq it-tikketta: xbihat taż-żona ġeografika tal-oriġini, kif imsemmija fl-Artikolu 5, u test, grafika jew simboli li jirreferu għall-Istat Membru u/jew ir-reġjun li fih tinsab dik iż-żona ġeografika tal-oriġini.

4.   Barra minn hekk, dan li ġej jista' jidher ukoll fuq it-tikketta: xbihat taż-żona ġeografika tal-oriġini, kif imsemmija fl-Artikolu 5, u test, grafika jew simboli li jirreferu għall-Istat Membru u/jew ir-reġjun li fih tinsab dik iż-żona ġeografika tal-oriġini.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, il-marki ġeografiċi kollettivi msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/95/KE jistgħu jintużaw fuq it-tikketti, flimkien mad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, il-marki ġeografiċi kollettivi msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/95/KE jistgħu jintużaw fuq it-tikketti, flimkien mad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.

6.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi, li jiġu kkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

6.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi, li jiġu kkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom jistgħu jidhru fuq it-tikketta. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi protetti minn ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti tiegħu u li mhumiex ikkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom m'għandhomx jidhru fuq it-tikketta.

7.   Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simboli tal-Unjoni.

7.   Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simboli tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi r-regoli dwar il-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi r-regoli dwar il-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).”

Emenda 253

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 13

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  13

“Artikolu  13

Protezzjoni

Protezzjoni

1.   L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra:

1.   L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra:

(a)

kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem irreġistrat fir-rigward ta' prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż f'każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti;

(a)

kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem irreġistrat fir-rigward ta' prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta , idgħajjef jew inaqqas ir-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż f'każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti;

(b)

kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew tas-servizzi hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat b'espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni” jew xi espressjoni simili, inkluż il-każ meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

(b)

kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew tas-servizzi hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat b'espressjoni bħal ‘stil’, ‘tip’, ‘metodu’, ‘kif prodott fi’, ‘imitazzjoni’ jew xi espressjoni simili, inkluż il-każ meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

(c)

kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta' riklamar jew fuq dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f'kontenitur li jista' jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(c)

kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta' riklamar jew fuq dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f'kontenitur li jista' jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(d)

kull prattika oħra li tista' tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

(d)

kull prattika oħra li tista' tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott;

 

(da)

kwalunkwe reġistrazzjoni, in mala fede, ta' isem ta' dominju li huwa simili jew li jista' jiġi konfuż, għalkollox jew parzjalment, ma' isem protett.

Fejn denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta' prodott li jitqies bħala ġeneriku, l-użu ta' dak l-isem ġeneriku m'għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

Fejn denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta' prodott li jitqies bħala ġeneriku, l-użu ta' dak l-isem ġeneriku m'għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi.

2.   Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji adatti biex jimpedixxu jew iwaqqfu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li huma prodotti jew kummerċjalizzati f'dak l-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji adatti biex jimpedixxu jew iwaqqfu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li huma prodotti jew kummerċjalizzati f'dak l-Istat Membru.

 

3a.     Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tapplika wkoll għal oġġetti fi tranżitu skont it-tifsira tal-punt 44 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta' oġġetti mibjugħa permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod;

Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f'konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.

Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f'konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.

Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.”

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 15 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

imħassar

 

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).;”

 

 

(b)

fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-każijiet ġustifikati fejn jintwera li:”;

 

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 15

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 15

“Artikolu 15

Perijodi transizzjonali għall-użu ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

Perijodi transizzjonali għall-użu ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perijodu transizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 13(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta' oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li:

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perijodu transizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 13(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta' oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li:

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta' isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta' isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew

(b)

dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b'dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2) . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57 (2).

(b)

dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b'dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perijodu transizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal 15-il sena f'każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li:

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perijodu transizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal 15-il sena f'każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li:

(a)

id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b'mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;

(a)

id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b'mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;

(b)

l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

(b)

l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

3.   Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b'mod ċar u viżibbli.

3.   Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b'mod ċar u viżibbli.

4.   Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista' jagħti perijodu transizzjonali ta' mhux aktar minn 10 snin, b'effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b'mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru u jkunu għamlu dak il-punt fil-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3) .

4.   Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista' jagħti perijodu transizzjonali ta' mhux aktar minn 10 snin, b'effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkummerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b'mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel it-tnedija ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3) u jkunu għamlu dak il-punt f'dik il-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni ta' oriġini protetta li tirriferi għal żona ġeografika li tinsab f'pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta' oppożizzjoni.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni ta' oriġini protetta li tirreferi għal żona ġeografika li tinsab f'pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta' oppożizzjoni.

Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).

Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).”

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Fl-Artikolu 18, jitħassar il-paragrafu 3.

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8a)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f'konformità ma' dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jidher fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni. L-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita” jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti “TSG” jistgħu jidhru wkoll fuq it-tikketta.

“3.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f'konformità ma' dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jidher fuq it-tikketta , il-materjal ta' riklamar u d-dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat . Barra minn hekk, l-isem tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta' viżjoni u f'post prominenti, sabiex ikun jidher faċilment, jinqara b'mod ċar u, jekk applikabbli, ma jitħassarx. Ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun moħbi, oskurat, jew interrott minn xi element ieħor miktub jew fil-forma ta' stampi jew minn kwalunkwe dokument intermedjarju ieħor . L-indikazzjoni ‘speċjalità tradizzjonali garantita’ jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti ‘TSG’ jistgħu jidhru wkoll fuq it-tikketta.”

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 24a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).;

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 33a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 33a

Regoli addizzjonali dwar l-użu ta' terminu ta' kwalità fakultattiv ‘prodott tal-muntanji’

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid ta' prodott, bl-użu tat-terminu ta' kwalità fakultattiv ‘prodott tal-muntanji’, jekk ir-regoli għall-produzzjoni tiegħu ma jkunux qed jiksru r-rekwiżiti tal-produzzjoni u t-tikkettar ta' prodott tal-muntanji fil-pajjiż speċifiku, jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu jeżistu.”

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 49 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk tinbeda xi proċedura quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor, dwar applikazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 4.

8.   L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk tinbeda xi proċedura quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor dwar deċiżjoni finali mill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar applikazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 4.

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 49 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.     Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-iskrutinju tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 sakemm qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor tkun iddeċidiet fuq kontestazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni meta l-Istat Membru jkun ħa deċiżjoni favorevoli fi proċedura nazzjonali skont il-paragrafu 4.

imħassar

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).;

 

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li hi tirċievi skont l-Artikolu 49(4) u (5). Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjonijiet għal żbalji evidenti, b'kont meħud tal-eżitu tal-proċedura ta' skrutinju u ta' oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat

1.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li hi tirċievi skont l-Artikolu 49(4) u (5). Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjonijiet riċevuti wara l-iskrutinju u ta' oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat biex tara jekk ikunx fihom żbalji evidenti.

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 53 – paragrafi 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Artikolu 53

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14a)

L-Artikolu 53 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 53

“Artikolu 53

Emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott

Emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott

1.   Grupp li jkollu interess leġittimu jista' japplika għall-approvazzjoni ta' emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott.

1.   Grupp li jkollu interess leġittimu jista' japplika għall-approvazzjoni ta' emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott.

L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.

L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.

2.    Fejn l-emenda tkun tinvolvi emenda waħda jew aktar għall-ispeċifikazzjoni li ma jkunux minuri , l-applikazzjoni għall-emenda għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52 .

2.    L-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott għandhom ikunu kklassifikati f'żewġ kategoriji f'dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom: L-emendi tal-Unjoni , li jeħtieġu proċedura ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni, u l-emendi standard li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-pajjiż terz .

 

Emenda għandha titqies bħala emenda tal-Unjoni meta:

 

(a)

tinkludi bdil fl-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta, ta' indikazzjoni ġeografika protetta jew ta' speċjalità tradizzjonali garantita;

 

(b)

hemm ir-riskju li tgħawweġ ir-rabtiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) għal denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u fl-Artikolu 5(2) għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

 

(c)

tintroduċi bidliet għall-metodu tal-produzzjoni jew għall-użu ta' materja prima u ingredjenti li jiddevjaw mill-prattika u l-użi tradizzjonali għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

 

(d)

tinvolvi restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

 

L-emendi l-oħra kollha għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu kkunsidrati bħala emendi standard. Emenda temporanja li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew emenda temporanja meħtieġa minħabba diżastru naturali jew kundizzjonijiet tat-temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti huma meqjusa wkoll bħala emendi standard.

 

L-emendi tal-Unjoni għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52.

Madankolllu, jekk l-emendi proposti jkunu minuri, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjoni. Fil-każ ta' approvazzjoni ta' emendi li jimplikaw modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-elementi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-emendi standard għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat u jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-pajjiżi terzi għandhom japprovaw l-emendi standard f'konformità mal-liġi applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni .

Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, din ma għandhiex:

 

(a)

tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

 

(b)

tibdel ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1);

 

(c)

tinkludi bidla fl-isem, jew f'xi parti tal-isem, tal-prodott;

 

(d)

taffettwa ż-żona ġeografika definita; jew

 

(e)

tirrappreżenta żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.

 

Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu III, din ma għandhiex:

 

(a)

tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

 

(b)

tintroduċi bidliet essenzjali fil-metodu ta' produzzjoni; or

 

(c)

tinkludi bidla fl-isem, jew f'xi parti tal-isem, tal-prodott;

 

L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

 

2a.     L-Artikolu 15 japplika wkoll ghat-talbiet tal-Unjoni ghal emendi u emendi standard ghal specifikazzjoni.

3.   Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv ta' applikazzjoni għal emenda , inkluż fejn l-emenda ma tinvolvix xi bidla lid-dokument uniku u fejn tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi , il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta' applikazzjoni għal emenda.

3.   Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv ta' emendi tal-Unjoni u emendi standard għall-ispeċifikazzjoni ta' prodott , inkluż fejn l-emenda ma tinvolvi l-ebda tibdil lid-Dokument Uniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta' applikazzjoni għal emenda.

 

3a.     Il-Kummissjoni ghandha tadotta linji gwida li jistabbilixxu l-kriterji u metodologija komuni ghall-applikazzjoni u l-konformità tal-ipprocessar amministrattiv tal-emendi ghall-ispecifikazzjonijiet tal-prodott, kemm tal-Unjoni kif ukoll dawk normali, sabiex tigi zgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni ta' emendi normali fil-livell nazzjonali. Sa … [tliet snin wara d-data tad-dhul fis-sehh ta' dan ir-Regolament (emendatorju)], il-Kummissjoni ghandha twettaq valutazzjoni inizjali tal-effikacja tal-ipprocessar amministrattiv tal-emendi ghall-ispecifikazzjonijiet tal-prodott, kemm dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk normali, biex jigu vvalutati l-impatt u l-konsistenza tal-applikazzjoni tar-riforma fil-livell nazzjonali. Wara l-valutazzjoni, il-Kummissjoni ghandha tipprezenta rapport dwar il-konkluzjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda u dwar in-notifika tal-emendi standard lill-Kummissjoni . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).”

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (UE) Nru 1151/2012

Anness I – parti I – inċiż 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

xama' tan-naħal.

Emenda 201

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Artikolu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 3

“Artikolu 3

Definizzjoni u klassifikazzjoni ta' prodotti tal-inbid aromatizzat

Definizzjoni u klassifikazzjoni ta' prodotti tal-inbid aromatizzat

1.   Prodotti tal-inbid aromatizzat huma prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ngħataw togħma. Dawn huma klassifikati fil-kategoriji li ġejjin:

1.   Prodotti tal-inbid aromatizzat huma prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ngħataw togħma. Dawn huma klassifikati fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

inbejjed aromatizzati,

(a)

inbejjed aromatizzati,

(b)

xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat,

(b)

xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat,

(c)

cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid.

(c)

cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid.

 

(ca)

prodotti tal-inbid aromatizzat dealkoħolizzat;

2.   Inbid aromatizzat huwa xarba:

2.   Inbid aromatizzat huwa xarba:

(a)

miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar definit/i fil-punt 5 tal-Parti IV tal-Anness II u fil-punti 1 u 3 sa 9 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni tal-inbid 'Retsina';

(a)

miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar definit/i fil-punt 5 tal-Parti IV tal-Anness II u fil-punti 1 u 3 sa 9 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni tal-inbid 'Retsina';

(b)

li fiha l-prodotti tad-dielja msemmijin fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-volum totali;

(b)

li fiha l-prodotti tad-dielja msemmijin fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-volum totali;

(c)

li magħha seta' ġie miżjud l-alkoħol;

(c)

li magħha seta' ġie miżjud l-alkoħol;

(d)

li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri;

(d)

li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri;

(e)

li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma;

(e)

li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma;

(f)

li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa;

(f)

li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa;

(g)

li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 14,5  % vol. u inqas minn 22 % vol. u qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta'mhux inqas minn 17,5  % vol.

(g)

li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 14,5  % vol. u inqas minn 22 % vol. u qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta'mhux inqas minn 17,5  % vol.

3.   Xorb b'bażi ta' nbid aromatizzat huwa xarba:

3.   Xorb b'bażi ta' nbid aromatizzat huwa xarba:

(a)

miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew iżjed definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 9 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni ta' nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid 'Retsina';

(a)

miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew iżjed definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 9 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni ta' nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid 'Retsina';

(b)

li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali;

(b)

li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali;

(c)

li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol, ħlief fil-każijiet fejn l-Anness II jipprevedi mod ieħor;

(c)

li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol, ħlief fil-każijiet fejn l-Anness II jipprevedi mod ieħor;

(d)

li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri;

(d)

li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri;

(e)

li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma;

(e)

li magħha seta' ġie miżjud il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew it-tnejn li huma;

(f)

li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa;

(f)

li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa;

(g)

li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 4,5  % vol. u inqas minn 14,5  % vol.

(g)

li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux inqas minn 4,5  % vol. u inqas minn 14,5  % vol.

4.   Cocktail aromatizzat magħmul minn prodotti tal-inbid huwa xarba:

4.   Cocktail aromatizzat magħmul minn prodotti tal-inbid huwa xarba:

(a)

miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar kif definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 11 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni ta' nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid 'Retsina';

(a)

miksuba minn prodott tad-dielja wieħed jew aktar kif definit fil-punti 1, 2 u 4 sa 11 tal-Parti II tal-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni ta' nbejjed prodotti biż-żieda tal-alkoħol u l-inbid 'Retsina';

(b)

li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali;

(b)

li fiha l-prodotti tad-dielja msemmija fil-punt (a) jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-volum totali;

(c)

li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol;

(c)

li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol;

(d)

li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri;

(d)

li magħha setgħu ġew miżjuda l-kuluri;

(e)

li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa;

(e)

li jista' jkun ingħatat il-ħlewwa;

(f)

li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' aktar minn 1,2  % vol. u inqas minn 10 % vol..

(f)

li għandha qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta' aktar minn 1,2  % vol. u inqas minn 10 % vol..

 

4a.     Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ‘prodott tal-inbid aromatizzat dealkoħolizzat’ għandu jitqies bħala xarba:

 

(a)

miksuba skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2, 3 jew 4;

 

(b)

sarilha trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII (UE) Nru 1308/2013;

 

(c)

li għandha qawwa alkoħolika reali skont il-volum ta' inqas minn 0,5  %.

 

4b.     Il-prattiki enoloġiċi definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1961 tat-2 ta' Awwissu 2017 għandhom japplikaw għall-prodotti tal-inbid aromatizzat.”

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 4

Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014.

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

 

“4.     Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika ta' prodott tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.”

 

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Artikolu 5

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 5

“Artikolu 5

Denominazzjonijiet tal-bejgħ

Denominazzjonijiet tal-bejgħ

1.   Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti fl-Anness II għandhom jintużaw għal kwalunkwe prodott tal-inbid aromatizzat imqiegħed fis-suq fl-Unjoni, sakemm ikun konformi mar-rekwiżiti għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti stabbiliti f'dak l-Anness. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati b'isem tradizzjonali kif definit fl-Artikolu 2(2)(o) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

1.   Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti fl-Anness II għandhom jintużaw għal kwalunkwe prodott tal-inbid aromatizzat imqiegħed fis-suq fl-Unjoni, sakemm ikun konformi mar-rekwiżiti għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti stabbiliti f'dak l-Anness. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati b'isem tradizzjonali kif definit fl-Artikolu 2(2)(o) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

2.   Fejn il-prodotti tal-inbid aromatizzat jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda, l-użu ta' waħda biss minn dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ huwa awtorizzat, ħlief fejn l-Anness II jipprevedi mod ieħor.

2.   Fejn il-prodotti tal-inbid aromatizzat jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda, l-użu ta' waħda biss minn dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ huwa awtorizzat, ħlief fejn l-Anness II jipprevedi mod ieħor.

3.   Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta' kliem jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “stil”, “magħmul”, “bit-togħma” jew kwalunkwe terminu ieħor simili għal kwalunkwe mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ.

3.   Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta' kliem jew frażijiet bħal ‘bħal’, ‘tat-tip’, ‘stil’, ‘magħmul’, ‘bit-togħma’ jew kwalunkwe terminu ieħor simili għal kwalunkwe mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ.

4.   Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika protetta taħt dan ir-Regolament.

4.   Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika ta' prodott tal-inbid aromatizzat protett taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26, id-denominazzjonijiet tal-bejgħ ma għandhomx ikunu supplimentati bid-denominazzjonijiet tal-oriġini jew bl-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti permessi għall-prodotti tal-inbid.

5.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26, id-denominazzjonijiet tal-bejgħ ma għandhomx ikunu supplimentati bid-denominazzjonijiet tal-oriġini jew bl-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti permessi għall-prodotti tal-inbid.

 

5a.     Meta l-prodotti tal-inbid aromatizzat jiġu esportati lejn pajjiżi terzi, l-Istati Membri jistgħu jippermettu denominazzjonijiet tal-bejgħ minbarra dawk stabbiliti fl-Anness II jekk dawn id-denominazzjonijiet tal-bejgħ ikunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat. Dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jidhru wkoll b'lingwi oħra apparti l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

 

5b.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 biex tissupplimenta l-Anness II għal dan ir-Regolament sabiex tqis il-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, is-saħħa tal-konsumaturi jew il-ħtieġa tal-konsumatur għall-informazzjoni.”

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 4b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“(3a)     L-annata tista' tidher fuq it-tikketti tal-prodotti dment li l-prodott tad-dielja jirrappreżenta mill-inqas 75 % tal-volum totali u li mill-inqas 85 % tal-għeneb użat biex isiru dawk il-prodotti jkun inqata' fis-sena konċernata.”

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 3c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 7a

 

Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

 

1.     Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzati, li tista' tkun limitata biss għall-valur enerġetiku, trid tiġi indikata fuq it-tikketta.

 

2.     Il-valur tal-enerġija għandu jkun:

 

(a)

espress b'numri u kliem jew simboli, u b'mod partikolari s-simbolu (E) għall-Enerġija;

 

(b)

ikkalkulat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

 

(c)

espress bħala valuri medji f'kcal abbażi ta':

(i)

l-analiżi tal-produttur tal-prodott tal-inbid aromatizzat; jew

(ii)

kalkolu minn data stabbilita u aċċettata b'mod ġenerali.

 

(d)

espress għal kull 100 ml. Barra minn hekk, jista' jiġi espress għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumatur, dment li l-unità użata tkun ikkwantifikata fuq it-tikketta u li n-numru ta' unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun iddikjarat.”

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 4d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 7b

Lista tal-ingredjenti

1.     Il-lista ta' ingredjenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat għandha tiġi indikata fuq it-tikketta jew b'mezzi oħra li mhumiex fuq it-tikketta mwaħħla fuq il-flixkun jew fuq kwalunkwe tip ieħor ta' kontenitur, sakemm ikun hemm rabta ċara u diretta fuq it-tikketta. M'għandhiex tintwera ma' informazzjoni oħra maħsuba għal finijiet ta' bejgħ jew ta' kummerċjalizzazzjoni.

2.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 biex tagħti aktar dettalji dwar ir-regoli għall-indikazzjoni tal-lista tal-ingredjenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara … [d-data tad-dħul fi-seħħ ta' dan ir-Regolament (emendatorju)]” .

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Anness I – paragrafu 1 – parti a – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Fl-ewwel paragrafu tal-Parti (a) tal-Anness I, jiżdied il-punt li ġej:

 

“(iiia)

Spirti (mhux aktar minn 1 % tal-volum totali).”

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Anness I – paragrafu 2 – punt f

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7b)

Fil-paragrafu 2 tal-Anness 1, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(f)

kwalunkwe sustanza karboidrata oħra naturali li għandha effett simili għal dawk il-prodotti.

“(f)

kwalunkwe sustanza oħra naturali li għandha effett simili għal dawk il-prodotti,”

Emenda 209

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt 7c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Anness II – parti A – paragrafu 3 – inċiż 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7c)

Fl-Anness II, parti A, paragrafu 3, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu, u

“—

li jaf jiġi miżjud l-alkoħol miegħu, u”

Emenda 210

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Anness II – parti B – paragrafu 8 – inċiż 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7d)

Fl-Anness II, parti B, paragrafu 8, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar jew abjad,

“—

li jinkiseb esklussivament minn inbid aħmar u/ jew abjad,”

Emenda 211

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 251/2014

Anness XIII – parti Ca (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7e)

Fl-Anness II, tiżdied il-parti li ġejja:

 

“Parti Ca

 

PRODOTTI TAL-INBID AROMATIZZAT DEALKOĦOLIZZAT

 

(1)

Prodott tal-inbid aromatizzat dealkoħolizzat jew (l-isem tal-prodott tal-inbid aromatizzat użat għall-produzzjoni tiegħu) dealkoħolizzat

Prodotti li jikkonformaw mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(4a).”

Emenda 212

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu - 1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 22a

 

Ftehimiet interprofessjonali

 

1.     B'deroga mill-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li topera f'reġjun ultraperiferiku u meqjusa li hi rappreżentattiva tal-produzzjoni jew il-kummerċ jew l-ipproċessar ta' prodott speċifikat wieħed jew aktar, l-Istat Membru kkonċernat jista', fuq talba ta' dik l-organizzazzjoni, jagħmilha obbligatorja, għal perijodu ta' sena li jista' jiġġedded, li jkun hemm ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma maħruġa minn dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra, kemm jekk ikunu individwi u kemm jekk ma jkunux, li joperaw fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat u li ma jkunux membri ta' dik l-organizzazzjoni.

 

2.     Meta r-regoli ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont il-paragrafu 1 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta' operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu prodotti destinati unikament għas-suq lokali tal-istess reġjun ultraperiferiku, l-Istat Membru jista', wara li jikkonsulta l-partijiet konċernati rilevanti, jiddeċiedi li l-operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda joperaw fis-suq konċernat għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha jew parti minnhom li jitħallsu mill-membri tagħha safejn tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru l-ispejjeż imġarrba diretti b'riżultat tat-twettiq tal-attivitajiet konċernati.

 

3.     L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehim li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi estiż skont dan l-Artikolu.

Emenda 213

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV, sa somma annwali massima ta' :

2.   Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa somma annwali massima ekwivalenti għal dan li ġej :

Emenda 214

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 267 580 000 .

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR  278,41 miljun

Emenda 215

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azores u Madeira: EUR 102 080 000 .

Azores u Madeira: EUR  106,21 miljun

Emenda 216

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-Gżejjer Kanarji: EUR 257 970 000 .

il-Gżejjer Kanarji: EUR  268,42 miljun

Emenda 217

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 25 900 000 .

fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 26 900 000 .

Emenda 218

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 3 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azores u Madeira: EUR 20 400 000 .

Azores u Madeira: EUR 21 200 000 .

Emenda 219

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 3 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-Gżejjer Kanarji: EUR 69 900 000 .

il-Gżejjer Kanarji: EUR 72 700 000 .

Emenda 220

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 32 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

L-Artikolu 32, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:

4.    Il-Kummissjoni għandha tinkludi kapitolu speċifiku fl-analiżijiet , l-istudji l-valutazzjonijiet li twettaq fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali tal-politika agrikola komuni fejn ikun involut qasam li jkun ta' interess partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi .

“4.    Qabel il-ftuħ ta' kwalunkwe negozjar kummerċjali li jista' jkollu implikazzjonijiet għall-agrikoltura tar-reġjuni ultraperiferiċi , l-Unjoni għandha twettaq studji, analiżijiet valutazzjonijiet tal-impatt tal-konsegwenzi possibbli ta' dawn in-negozjati u tadatta l-mandat ta' negozjar tagħha sabiex tqis ir-restrizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi tevita kwalunkwe impatt negattiv f'dawk ir-reġjuni. Il-Kummissjoni, bħala kriterji għal dawn l-istudji tal-impatt, għandha żżomm dawk definiti f'dan il-qasam min-NU.”

Emenda 221

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 229/2013

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont massimu ta' EUR  23 000 000 .

2.   L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont massimu ta' EUR  23,93 miljun .

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 229/2013

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma għandux ikun ta' aktar minn EUR 6 830 000 .

3.   L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma għandux ikun ta' aktar minn EUR  7 11 miljun .

Emenda 223

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-inbejjed li jitqiegħdu fuq is-suq jew ittikkettati qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli u li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Emenda 224

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-punt (ga) tal-Artikolu 119(1) u l-Artikolu 119(3a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif imsemmi fil-punt 18a tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika minn… [18-il xahar wara d-data tad-dħul ta' dan ir-Regolament (emendatorju)].

Emenda 225

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-punt (gb) tal-Artikolu 119(1) u l-Artikolu 119(3b) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013, kif imsemmi fil-punt 18a tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika mill-bidu tat-tieni sena sħiħa ta' kummerċjalizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-punt (va) tal-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013, kif imsemmi fil-punt 20a tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 226

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 251/2014, kif imsemmi fil-punt 4c tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika minn … [18-il xahar wara … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament (emendatorju)].

Emenda 227

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 7b tar-Regolament Nru 251/2014, kif imsemmi fil-punt 4d tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika mill-bidu tat-tieni sena sħiħa ta' kummerċjalizzazzjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi f'dak l-Artikolu.

Emenda 228

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva li testendi r-regoli għal lista ta' ingredjenti u dikjarazzjoni nutrizzjonali tal-prodotti tal-inbid għax-xarbiet alkoħoliċi l-oħra.


(*1)  Ir-referenzi għal “cp” fl-intestaturi tal-emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi.

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0198/2019).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(12)   Iċ-ċiklu ta' Negozjati Kummerċjali Multilaterali tal-Urugwaj (1986-1994) – l-Anness 1 – l-Anness 1C – Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali relatati mal-kummerċ (WTO) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 214).

(13)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(20)  Ir-Regolament (UE) No  228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta'  Mazu  2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru  228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta'  Marzu  2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(27)  Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(27)  Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(22)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 22 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(22)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 22 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).”

(32)  Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(32)  Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).”