ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2012.296.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 296E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
2 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2011–2012
Dati tas-seduti: 5–7 ta' April 2011
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 176 E, 16.6.2011.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2012/C 296E/01

Il-flussi migratorji li joriġinaw mill-instabilità: ambitu u rwol tal-politika barranija tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-flussi migratorji li joriġinaw mill-instabilità: ambitu u rwol tal-politika barranija tal-UE (2010/2269(INI))

1

 

It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2012/C 296E/02

L-irwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar ir-rwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali (2010/2054(INI))

13

 

It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2012/C 296E/03

L-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda (2010/2104(INI))

19

2012/C 296E/04

Qafas politiku ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta’ qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2010/2209(INI))

26

 

L-Erbgħa 6 ta’ April 2011

2012/C 296E/05

Politika Ewropea futura ta’ investiment internazzjonali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta’ investiment internazzjonali (2010/2203(INI))

34

2012/C 296E/06

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-frodi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009 (2010/2247(INI))

40

2012/C 296E/07

Ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (2010/2201(INI))

46

2012/C 296E/08

Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku (2010/2289(INI))

51

2012/C 296E/09

Suq Uniku għall-Ewropej
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar Suq Uniku għall-Ewropej (2010/2278(INI))

59

2012/C 296E/10

Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir (2010/2277(INI))

70

 

Il-Ħamis 7 ta’ April 2011

2012/C 296E/11

Is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Baħrejn u fil-Jemen
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Baħrejn u fil-Jemen

81

2012/C 296E/12

Ir-Raba' Konferenza tan-Nazzjonijiet Unit dwar il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2011 dwar ir-Raba' Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati

85

2012/C 296E/13

Ir-Rapport ta’ progress 2010 dwar l-Islanda
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-rapport ta’ progress 2010 dwar l-Islanda

89

2012/C 296E/14

Ir-Rapport ta’ progress 2010 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-rapport ta’ progress 2010 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

94

2012/C 296E/15

Is-Sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

101

2012/C 296E/16

Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant

105

2012/C 296E/17

Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar

114

2012/C 296E/18

L-użu tal-vjolenza sesswali fil-kunflitti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar l-użu tal-vjolenza sesswali fil-kunflitti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani

126

2012/C 296E/19

Rapport annwali tal-BEI għall-2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2009 (2010/2248 (INI))

130

2012/C 296E/20

Il-każ ta’ Ai WeiWei fiċ-Ċina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar Ai Weiwei

137

2012/C 296E/21

Projbizzjoni tal-elezzjoni tal-Gvern Tibetan eżiljat fin-Nepal
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar il-projbizzjoni tal-elezzjonijiet għall-gvern tat-Tibet eżiljat fin-Nepal

138

2012/C 296E/22

Iż-Żimbabwe
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar iż-Żimbabwe

140

 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2012/C 296E/23

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Il-Polonja - Podkarpackie - Manifattura ta’ makkinarju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/013 PL/makkinarju ta’ Podkarpackie mill-Polonja) (COM(2011)0062 – C7-0056/2011 – 2011/2045(BUD))

144

ANNESS

146

2012/C 296E/24

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Ir-Repubblika Ċeka - UNILEVER
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka) (COM(2011)0061 – C7-0055/2011 – 2011/2044(BUD))

146

ANNESS

148

2012/C 296E/25

Il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ***I
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta’ April 2011 għall-p roposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD))

148

2012/C 296E/26

Krediti ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ***I
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta’ April 2011 għall-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali (COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD))

165

 

L-Erbgħa 6 ta’ April 2011

2012/C 296E/27

Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 - Taqsima III – Il-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07704/2011 – C7-0072/2011 – 2011/2022(BUD))

172

2012/C 296E/28

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))

173

ANNESS

174

2012/C 296E/29

L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Komoros ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Komoros (15572/2010 – C7-0020/2011 – 2010/0287(NLE))

174

2012/C 296E/30

Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13758/2010 – C7-0057/2011 – 2010/0173(NLE))

175

2012/C 296E/31

Ftehim UE/Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li tistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (13754/2010 – C7-0431/2010 – 2010/0181(NLE))

176

2012/C 296E/32

Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Eġittu ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (13762/2010 – C7-0372/2010 – 2010/0229(NLE))

176

2012/C 296E/33

Il-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (13604/2010 – C7-0401/2010 – 2010/0218(NLE))

177

2012/C 296E/34

L-importazzjonijiet mill-Groenlandja ta’ prodotti tas-sajd, molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja ta’ prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi u tal-prodotti sekondarji tagħhom (COM(2010)0176 – C7-0136/2010 – 2010/0097(COD))

178

P7_TC1-COD(2010)0097Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja ta’ prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi u tal-prodotti sekondarji tagħhom [Em. 1] ( 1 )

179

2012/C 296E/35

Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) (COM(2009)0554 – C7-0248/2009 – 2009/0165(COD))

184

P7_TC1-COD(2009)0165Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid)

185

ANNESS I

216

ANNESS II

216

ANNESS III

217

2012/C 296E/36

L-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistiċi Ewropej dwar it-turiżmu (COM(2010)0117 – C7-0085/2010 – 2010/0063(COD))

223

P7_TC1-COD(2010)0063Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE

223

2012/C 296E/37

Miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (COM(2010)0145 – C7-0107/2010 – 2010/0080(COD))

224

P7_TC1-COD(2010)0080Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar

225

2012/C 296E/38

Sajd - Miżuri tekniċi tranżitorji ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (COM(2010)0488 – C7-0282/2010 – 2010/0255(COD))

225

P7_TC1-COD(2010)0255Posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011

226

2012/C 296E/39

Estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-2012 - Taqsima I - Il-Parlament
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2011/2018(BUD))

226

 

Il-Ħamis 7 ta’ April 2011

2012/C 296E/40

It-tilqima kontra l-bluetongue ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (COM(2010)0666 – 05499/2011 – C7-0032/2011 – 2010/0326(COD))

230

P7_TC1-COD(2010)0326Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue

231

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 5–7 ta' April 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 176 E, 16.6.2011. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/1


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
Il-flussi migratorji li joriġinaw mill-instabilità: ambitu u rwol tal-politika barranija tal-UE

P7_TA(2011)0121

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-flussi migratorji li joriġinaw mill-instabilità: ambitu u rwol tal-politika barranija tal-UE (2010/2269(INI))

2012/C 296 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta’ Sħubija (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ strument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem mad-dinja kollha (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-koperazzjoni fl-iżvilupp (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, minn naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat fil-Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) (7),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti u tal-membri tal-familji tagħhom, adottata fit-18 ta’ Diċembru 1990,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 u l-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati,

wara li kkunsidra l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni adottat mill-Kunsill Ewropew fit-13 ta’ Diċembru 2005, li jiddefinixxi d-dimensjoni esterna tal-politika ta’ migrazzjoni u t-tliet prijoritajiet ewlenin tagħha, jiġifieri l-promozzjoni tal-migrazzjoni legali, it-taqbida għall-migrazzjoni irregolari u t-titjib tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil adottat mill-Kunsill f'Ottubru 2008, l-Ewwel Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil tal-2009 (COM(2010)0214) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-segwitu mogħti lill-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil tat-3 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp iffirmata f'Sirte fit-23 ta’ Novembru 2006 li tenfasizza l-bżonn li l-Istati Afrikani u l-Istati Membri tal-UE jimpenjaw ruħhom fi sħubija bejn il-pajjiżi ta’ oriġini, tranżitu u destinazzjoni bil-għan li tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni, filwaqt li titqies ir-rabta tagħha mal-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009 dwar l-immigrazzjoni illegali,

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma għall-2010-2014, il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni – l-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Stokkolma (COM(2010)0171),

wara li kkunsidra r-rapport tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni dwar il-Bidla fil-klima u s-Sigurtà Internazzjonali tal-14 ta’ Marzu 2008, ir-rakkomandazzjonijiet relatati tat-18 ta’ Diċembru 2008 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Konferenza Ministerjali “Bini ta’ Sħubiji ta’ Migrazzjoni” organizzata fi Praga fis-27 u fit-28 ta’ April 2009,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali ta’ Diċembru 2000 u l-protokolli tagħha,

wara li kkunsidra l-ftehim dwar aġenda ta’ koperazzjoni bejn l-UE u l-Libja dwar il-migrazzjoni, li kienet iffirmata fl-4 ta’ Ottubru 2010 fi Tripli mill-Kummissarju Malmström, il-Kummissarju Füle u, f'rappreżentanza tal-Libja, is-Sur Moussa Koussa, Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għar-Rabtiet Barranin u l-Koperazzjoni Internazzjonali, u s-Sur Yunis Al-Obeidi, Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għas-Sigurtà Pubblika,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2011 lill-Kunsill dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Ftehim ta’ Qafas UE-Libja (8),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Tripli maħruġa fit-Tielet Samit Afrika-UE, li sar Tripli, il-Libja, fid-29 u t-30 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra d-diskors mogħti mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-4 ta’ Mejju 2010, li fih saħqet dwar il-ħtieġa ta’ approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-bini tal-paċi u aċċentwat ir-rabtiet evidenti bejn is-sigurtà, l-iżvilupp u l-jeddijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (Direttiva tal-Karta l-Blu) (9),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta’ Mejju 2009 u inawgura s-Sħubija tal-Lvant,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq ’il quddiem (10), b’mod partikulari l-paragrafi 71, 72 and 73 tagħha,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Refuġjati Eritrej miżmuma ostaġġi fis-Sinaj (11),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza mill-Konferenza “Lejn approċċ multidixxiplinari tal-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, tal-azzjonijiet penali kontra t-traffikanti u tal-protezzjoni tal-vittmi” tas-27 ta’ Jannar 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma li l-politiki relatati mall-kontrolli fil-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni huma regolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha bejn l-Istati Membri u li jeħtieġ li l-atti tal-Unjoni adottati skont dan il-kapitolu għandhom jinkludu l-miżuri xierqa għall-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0075/2011),

A.

billi l-instabilità politika, soċjali u ekonomika, in-nuqqas ta’ sigurta, ir-repressjoni politika u r-reġimi awtoritarji huma fost l-iprem kaġunijiet għall-migrazzjoni, l-aktar il-migrazzjoni irregolari, billi ċċaħħad lill-komunitajiet milqutin minn prospetti lokali fattibbli, u għalhekk mill-jedd tal-għażla dwar il-migrazzjoni, b'hekk ħajjithom tkun f'riskju kostanti u tħallilhom biss bħala l-unika opzjoni l-migrazzjoni, bosta drabi dik irregolari; iqis li l-bidliet klimatiċi u d-degrad tal-ambjent jirrappreżentaw kawża dejjem ikbar tal-migrazzjonijiet,

B.

billi l-migrazzjoni li tirriżulta mill-instabilità hija dovuta b’mod partikolari għall-gwerra u l-kunflitti armati jew ir-riskji li dawn iseħħu, mill-abbużi tal-jeddijiet tal-bniedem - inklużi l-persekuzzjoni tal-oppożituri politiċi, tal-minoranzi, inklużi l-minoranzi reliġjużi, etniċi, u LGBTT, u tal-gruppi żvantaġġati jew il-limitazzjoni ta’ jeddijiethom - mid-diżastri naturali u kkaġunati mill-bniedem, u n-nuqqas ta’ prospetti ekonomiċi fattibbli u ta’ struttura sostenibbli għall-garanzija tad-demokrazija u l-governanza tajba, u r-rispett għall-jeddijiet ċivili, politiċi, kulturali, ekonomiċi u soċjali u l-promozzjoni tagħhom,

C.

billi l-migrazzjoni, bħala fenomenu mxerred mad-dinja kollha, ikkontribwiet għall-iskambju ta’ ideat iżda ġabet ukoll sfidi f’termini ta’ integrazzjoni fis-soċjetajiet ospitanti, għaldaqstant ġabet magħha kemm arrikkiment kulturali u ekonomiku tal-Unjoni Ewropea kif ukoll kwestjonijiet ta’ inklużjoni soċjali u adozzjoni; billi l-UE għandha bżonn immigrazzjoni sostanzjali iżda kkontrollata sabiex tiġi appoġġjata l-popolazzjoni li qed tixjieħ u jiġu indirizzati sfidi soċjali u ekonomiċi oħra,

D.

billi l-flussi migratorji bidlu r-rotot tagħhom fil-passat skont iż-żona li fiha ġiet applikata l-akbar pressjoni, iżda qatt ma waqqfu, u billi l-migrazzjoni ma tistax tiġi fi tmiemha iżda hemm il-probabilità li tiġi mibdula matul id-deċennji f’termini tal-iskala u l-kumplessità sabiex tiġi trattata biex nevitaw it-tbatija tal-bniedem,

E.

billi l-migrazzjoni legali hija proċess aqwa għall-individwi li qed ifittxu li jimxu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom lejn il-pajjiż riċeventi,

F.

billi l-pressjoni tal-flussi migratorji kkawżati mill-instabilità u li jieħdu l-forma tal-migrazzjoni illegali, qed tinħass ħafna aktar mill-Istati Membri jinstabu fil-fruntieri esterni tal-UE,

G.

billi l-ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ma rratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti u tal-membri tal-familji tagħhom; billi din tikkostitwixxi l-qafas ġuridiku internazzjonali l-aktar estiż għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiem migranti u tal-membri tal-familja tagħhom u billi din tiggwida lill-Istati fil-provvedimenti li għandhom jieħdu biex jirrispettaw il-jeddijiet tal-migranti huma u jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki relatati mal-migrazzjoni tal-ħaddiema,

H.

billi l-instabilità ekonomika għandha impatt partikolarment f’saħħtu fuq il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa, in-nisa u l-minoranzi jew il-gruppi żvantaġġati li jisfaw mingħajr prospetti ta’ impjieg u jistgħu aktar faċilment jaqgħu vittma tal-vjolenza, ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ mill-gruppi terroristiċi,

I.

billi l-bidliet klimatiċi huma marbuta mal-iskarsezza tal-ikel u tal-ilma, mad-deforestazzjoni u mad-degrad tal-art u kulma ma jmur qegħdin jiġu identifikati bħala theddida mill-ikbar għas-sigurtà u għall-istabilità internazzjonali,

J.

billi l-persuni mġiegħla iħallu djarhom minħabba diżastri fuq skala kbira kkaġunati mill-bidliet klimatiċi għandhom bżonn assistenza u protezzjoni; billi, iżda, il-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tar-refuġjati ma tirrikonoxxix id-dritt għall-protezzjoni internazzjnali għar-rifuġjati minħabba l-klima,

K.

billi f’xi reġjuni li huma l-aktar milqutin mill-bidliet klimatiċi u mit-telfien riżultanti tal-biodiversità, bħalma huwa s-Saħel, il-migrazzjoni saret l-unika forma ta’ adattament għall-bidliet klimatiċi,

L.

billi wħud mill-migranti jafu jkunu wkoll applikanti għal asil u jistgħu potenzjalment isiru uffiċjalment rifuġjati rikonoxxuti,

M.

billi l-isfruttament tal-migrazzjoni irregolari tipperikola mhux biss ħajjet il-migranti imma ħafna drabi hija wkoll assoċjata mal-agħar abbużi tal-jeddijiet tal-bniedem, inklużi l-jasar, l-isfruttament sesswali, l-abbuż mill-minuri u l-vjolenza bejn is-sessi; billi l-azzjoni mill-UE għall-prevenzjoni ta’ tali abbużi u għall-protezzjoni tal-migranti, inklużi l-migranti irregolari, f’sitwazzjonijiet ta’ periklu għandha toktor ħalli tkun aktar effettiva,

N.

billi l-kuntrabandu ta’ migranti tolqot kważi kull pajjiż tad-dinja; billi l-isfruttament tal-migrazzjoni irregolari, li b’xorti ħażina hija attività kummerċjali li tħalli l-qligħ għal dak imdaħħlin fil-kriminalità organizzata, jista' jkun ikkombinat mal-kutrabandu tal-armi u t-traffikar tal-bnedmin u d-drogi; billi l-isfruttament tal-migrazzjoni irregolari jista' jkun wieħed mill-għejun għall-finanzjament tal-gruppi radikali u terroristi u lill-migranti jġibhom vulnerabbli li jsiru vittmi tal-gruppi tal-kriminalità organizzata u n-netwerks estremisti,

O.

billi l-poltiki tal-UE għandhom jagħtu attenzioni partikulari għall-aktar migranti vulnerabbli, partikularment minuri mhux akkumpanjati,

P.

billi l-migrazzjoni irregolari għandha impatt fuq il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-kapaċità ta’ integrazzjoni kemm tal-pajjiżi riċeventi kemm ta’ dawk ta’ tranżitu; billi f’xi każijiet, fejn jidħlu l-pajjiżi ta’ tranżitu, tista' tisfratta l-prospetti ta’ sostenibilità u żvilupp tas-swieq lokali tax-xogħol u tiffomenta aktar l-instabilità,

Q.

billi t-tkattir demografiku li hu mistenni li jseħħ kemm fil-pajjiżi tal-oriġini kemm f'dawk ta’ tranżitu, l-aktar fil-Magreb, fil-Maxreq u l-Afrika ta’ Fuq f'sens usa', jaf jolqot negattivament il-prospetti għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tax-xogħol, b'hekk jaggrava l-qagħda soċjali u ekonomika f'dawk il-pajjiżi jekk ma jittiħdux id-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi; billi dan, flimkien ma’ assenza ta’ prinċipji demografiċi se jikkawżaw tensjonijiet u instabilità interni, kif deher mid-dimostrazzjonijiet ta’ dan l-aħħar fit-Tuneżija, fl-Alġerija, fl-Eġittu u bosta pajjiżi oħrajn tad-dinja Għarbija, u b'riżultat ta’ dan se jwasslu f'żieda fil-flussi migratorji u jagħfsu aktar fuq il-kapaċità ta’ integrazzjoni tal-pajjiżi riċeventi,

R.

billi l-UE, fid-dawl tat-tendenzi demografiċi attwali, l-UE għandha tirrifletti dwar kemm trid tiftaħ il-fruntieri tagħha għall-flussi migratorji minn pajjiżi tal-oriġini u ta’ tranżitu biex ittaffilhom it-tensjonijiet demografiċi u soċjali interni, u b’hekk tgħinhom iżommu l-istabilità interna tagħhom, u dwar kemm jeħtiġilha tinvesti f’aġenda ekonomika mġedda għal dawn il-pajjiżi, inkluża aġenda li tkun tiffoka fuq l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi,

S.

billi għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu evitati mewġiet ġodda ta’ razziżmu u ksenofobija fil-pajjiżi li jirċievu u ta’ tranżitu,

T.

billi l-migrazzjoni lejn l-UE hija biss parti mill-fenomenu usa’ tal-migrazzjoni min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana u min-Nofsinhar lejn in-Nofsinhar; billi l-fatt li l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) huma ġeografikament qrib tal-UE u, fl-istess waqt, id-differenza ċara fl-istandards bejn il-liġijiet ta’ migrazzjoni ta’ xi pajjiżi tal-ENP u dawk tal-UE jistgħu joħolqu vantaġġ kompettiv għal dawk il-pajjiżi, billi jissaħħaħ l-istatus tagħhom ta’ pajjiżi ta’ tranżitu u jiġu limitati l-espożizzjoni u r-responsabilitajiet tagħhom bħala pajjiżi potenzjalment riċeventi,

U.

billi l-ENP għandha tappoġġja aktar attivament il-kapaċità tal-Istati ġirien tal-UE fil-ġestjoni tal-migrazzjoni,

V.

billi l-avvenimenti drammatiċi reċenti fl-Eġittu u f'pajjiżi oħra tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani x'aktarx li jżidu l-fluss lejn l-Ewropa kemm tal-migranti legali kif ukoll ta’ dawk illegali,

W.

billi t-tensjonijiet bejn il-pajjiżi tal-oriġini u ta’ tranżitu u bejn dawk li jirċievu u ta’ tranżitu dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji jistgħu jisfaw ta’ għajn ta’ kunflitt potenzjali u n-nuqqas ta’ ftehim fil-futur fl-assenza ta’ politka ta’ migrazzjoni aktar amornizzata, kordinata u effettiva, billi, madankollu, approċċ aktar koordinat u komprensiv lejn il-ġestjoni tal-migrazzjoni jista' jsaħħaħ ir-rispett għad-dinjità tal-migranti kollha li potenzjalment jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu issodisfati l-ħtiġijiet ta’ xogħol fil-pajjiżi ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni u jagħtu spinta lill-iżvilupp fil-pajjiżi tal-oriġini; billi approċċ aktar ikkordinat u komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandu jiżgura rispett sħiħ għall-jeddijiet tal-bniedem tal-migranti li jkunu f’qagħdiet ta’ periklu,

X.

billi meta jintbagħtu l-flus b’mod legali u trasparenti lura lejn il-pajjiż tal-oriġini jista' jkun hemm rwol potenzjalment pożittiv x'jintlagħab fit-tisdiq tal-iżvilupp ekonomiku, għandu jkun hemm attenzjoni partikolari għalbiex ikun żgurat il-jedd tal-migranti li jappoġġjaw lill-familji tagħhom u jinvestu fil-pajjiżi tagħhom,

Y.

billi jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tiżviluppa politika effiċjenti u għaqlija dwar il-migrazzjoni li tkun tixbaħ lill-politiki implimentati fil-Kanada, fl-Awstralja jew fi New Zealand; billi l-instabilità fir-reġjuni tal-viċinat tal-UE tipperikola l-ħolqien ta’ tali politika,

Z.

billi l-politika barranija tal-UE tista’ tikkomplementa pożittivament u ssaħħaħ il-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni, u għandha tindirizza l-għejun kollha tal-instabilità fil-pajjiżi tal-oriġini u tippersegwixxi djalogu attiv mal-pajjiżi ta’ tranżitu dwar standards uniformi u msejsin fuq il-jeddijiet tal-bniedem għal-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-migrazzjoni, u b’hekk jinħolqu kondizzjonijiet ugwali b'mod li kemm il-pajjiżi riċeventi kemm dawk ta’ tranżitu jsegwu l-istess regoli u joffru lill-migranti l-istess livell ta’ protezzjoni; billi l-livell differenti ta’ żvilupp fil-pajjiżi ta’ tranżitu jeħtieġ l-għoti ta’ assistenza finanzjara tal-UE biex jgħinhom jilħqu standards paragunabbli għal dawk tal-UE,

AA.

billi l-VP/RGħ saħqet dwar l-importanza ta’ approċċ komprensiv għall-kwestjonijiet ta’ sigurta u stabilità, li permezz tagħhom l-istrateġiji ta’ żvilupp u l-ħolqien ta’ prospetti ekonomiċi sostenibbli jistgħu jikkomplementaw lil xulxin u jsaħħu aktar l-operazzjonijiet ta’ żamma tal-paċi u ta’ bini tal-paċi, u b’hekk jinħolqu l-kondizzjonijiet għall-istabilità u s-sigurtà fit-tul,

AB.

billi l-arkitettura ġdida tal-politika barranija mdaħħla bit-Trattat ta’ Lisbona u l-ħolqien tal-EEAS jagħtu opportunità għall-iżvilupp ta’ sinerġiji tabilħaqq siewja bejn il-politika barranija u l-politika tad-difiża, mill-banda l-waħda, u l-ENP u l-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp, mill-banda l-oħra, bħala dimensjonijiet u strateġiji viċendevolment rafforzanti u interkonnessi; billi l-istruttura l-ġdida tippermetti wkoll li d-diplomazija kulturali jkollha rwol fl-azzjonijiet esterni tal-UE; billi tali sinerġiji għandhom diġà jitqiesu fl-istadju tal-programmazzjoni,

AC.

billi jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-migranti u l-persuni li jitolbu l-asil u r-rifuġjati,

1.

Jilqa’ l-proposti riċenti tal-Kummissjoni dwar l-migrazzjoni legali għal dawk li mhux qed ifittxu l-asil u jħeġġiġha tiżviluppa aktar stumenti sabiex tiġi stabbilita poltika komuni ta’ immigrazzjoni, sabiex tiġi ġestita l-migrazzjoni ekonomika bil-għan li jiġi promoss il-progress ekonomiku u soċjali fil-pajjiżi riċeventi, tat-tranżitu u ta’ oriġini, sabiex titjieb il-koeżjoni soċjali billi titjieb l-integrazzjoni tal-migranti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ informazzjoni xierqa dwar il-possibilitajiet għall-immigrazzjoni legali lejn l-UE, sabiex tiġi evitata l-immigrazzjoni illegali, isir użu aħjar mill-iskemi tal-UE għall-immigrazzjoni legali, jiġu ċċarati l-perspettivi u l-opportunitajiet attwali fi ħdan l-UE u jitgiddbu l-wegħdiet foloz li jagħtu t-traffikanti, għaldaqstant jiġi limitat il-qligħ iġġenerat għall-kriminalità organizzata u t-traffikanti tal-bniedem minħabba l-ħtieġa tal-persuni li jiċċaqalqu; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri ta’ protezzjoni għall-gruppi vulnerabbli u persuni (partikularment nisa u tfal), li ta’ spiss jisfaw vittmi ta’ traffikar u sfruttament sesswali u jħeġġiġha tibni ċentri ta’ informazzjoni f’pajjiżi terzi dwar il-possibilitajiet ta’ migrazzjoni lejn l-UE; jitlob, madankollu, għall-approċċ ibbilanċjat bejn il-promozzjoni tal-migrazzjoni legai fl-UE u li jiġi żgurat li din għandha l-kapaċità li tirċievi u tintegra b’suċċess il-migranti li jaslu;

2.

Ifakkar li migrazzjoni legali ġestita sew tista' twassal għal benefiċċji għall-pajjiżi terzi permezz tal-fondi li l-immigranti jibgħatu lejn il-pajjiżi tal-oriġini; barra minn dan, jenfasizza l-importanza ta’ inizjattivi ta’ appoġġ maħsuba biex jippromwovu l-involviment ta’ migranti fi proġetti ta’ żvilupp u taħriġ fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom;

3.

Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu f'kollaborazzjoni ma’ pajjiżi mhux membri tal-UE sabiex jiżguraw li l-informazzjoni rigward il-migrazzjoni legali tinsab disponibbli u li l-migrazzjoni legali hija promossa b’mod attiv;

4.

Jemmen li l-migrazzjoni sfurzata hija, fost ħwejjeġ oħra, riżultat tal-falliment tal-ekonomiji, it-tfaqqir tal-popolazzjoni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-degradazzjoni tal-ambjent, id-distakk dejjem jikber bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk foqra, il-gwerer ċivili, il-gwerer għall-kontroll tar-riżorsi naturali u l-persekuzzjoni politika;

5.

Jappoġġja l-analiżi u l-linja politika tal-VP/RGħ li jaċċentwaw il-ħtieġa għal approċċ komprensiv u koeżiv imsejjes fuq strateġiji speċifiċi ta’ żvilupp u ta’ jeddijiet tal-bniedem bħala strument vitali addizzjonali tal-politika barranija tal-UE fit-trattament tal-problemi ta’ stabilità u sigurtà u fit-titjib tal-effikaċja tal-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi u tal-bini tal-paċi; f’dak il-kuntest, jitlob li jkun hemm rwol il-FRONTEX jissaħħaħ ħalli jkun jista' jikkontrolla aħjar il-flussi migratorji; jemmen li, fil-kuntest tal-arkitettura l-ġdida tal-politika barranija mdaħħla bit-Trattat ta’ Liżbona u l-ħolqien tas-SEAE, għandu jkun siewi li jiġu kkonsolidati aktar id-djalogu interistituzzjonali u r-riflessjoni fuq is-sisien u l-objettivi ta’ tali approċċ komprensiv, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-programmazzjoni u s-sħubijiet speċifiċi ma’ pajjiżi benefiċjarji li jistgħu jagħtu lok għal proċess sostenibbli ta’ demokratizzazzjoni, governanza tajba, rispett għall-jeddijiet tal-bniedem u tkabbir ekonomiku u b’hekk isaħħu s-sigurta u l-istabilità;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta’ monitoraġġ permanenti għall-attivitajiet kollha tal-FRONTEX li huma marbuta mal-ġestjoni tal-flussi migratorji; iqis li d-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-operazzjonijiet tal-FRONTEX għandhom jiġu riflessi b’mod ċar permezz ta’ test tal-verżjoni emendata tar-Regolament FRONTEX, partikularment id-dritt tal-persuna li titlaq minn pajjiżha, il-projbizzjoni tar-refoulement u d-dritt li jfittxu asil. jilqa’ l-attivitajiet ta’ suċċess imwettqin mill-FRONTEX u ta’ kooperazzjoni tagħha ma’ Stati Membri sabiex jimplimentaw is-Sistema Komuni Ewropea dwar l-Asil u jilqa’ bl-istess mod it-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil; iqis li l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-FRONTEX u l-EASO jeħtieġu li jkunu stabbli u permanenti, sabiex jingħataw l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri affettwati b’mod partikularment ħażin; jenfasizza l-ħtieġa ta’ solidarjetà akbar fost l-UE u l-Istati Membri kollha, partikularment dawk li huma l-aktar vulnerabbli, għall-koordinazzjoni ta’ politika l-aktar effiċjenti u qsim ġust;

7.

Jinnota li fuq l-isfond tal-multilateraliżmu li kulma jmur qed jikber b’bosta atturi internazzjonali u donaturi kbar, bħalma huma l-UE, l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina u potenzjalment, f’prospettiva aktar fit-tul, pajjiżi BRIC oħrajn, bħalma huma l-Brażil u l-Indja, l-istabilità u s-sigurtà huma objettiv komuni u prekondizzjoni essenzjali għat-tkabbir ekonomiku globali; jinnota, barra minn hekk, li l-isfidi tal-istabilità u s-sigurtà huma tali li jeħtieġu mhux biss riżorsi relevanti, fi żmien ta’ sikkaturi baġitarji, imma wkoll ekonomiji ta’ skala u sforzi kordinati; jemmen li għandu jinbeda proċess ta’ riflessjoni fuq djalogu attiv bejn l-UE, l-Istati Uniti, il-Ġappun u ċ-Ċina u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali dwar strateġiji ġeografiċi u tematiċi kordinati dwar is-sigurtà, l-istabilità u l-assistenza, li jistgħu jwasslu għall-eżerċitar akbar ta’ pressjoni b'mod kollettiv u għal allokazzjoni aktar bilanċjata, speċifika u effikaċi tar-riżorsi filwaqt li jiġi żgurat il-qsim ġust tal-piżijiet; jemmen, ukoll fid-dawl tar-rieżami ta’ dan l-aħħar min-naħa tal-White House tal-assistenza barranija, li evidenzjat il-valur tal-kordinament tal-assistenza ma’ donaturi maġġuri oħrajn, li l-ewwel pass importanti fit-triq lejn tali riflessjoni jista' jkun samit UE-Stati Uniti dwar il-koperazzjoni mtejba fl-għajnuna umanitarja u ta’ żvilupp, minn prospettiva transatlantika, dwar oqsma ta’ interess komuni u dwar is-sisien tal-kordinazzjoni tal-politika;

8.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li kull ftehim ta’ riammissjoni ffirmat mill-UE u l-Istati Membri tagħha jirrispetta għalkollox id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju tan-'non-refoulement' u ma jqiegħed fl-ebda riskju lil kwalunkwe persuna li teħtieġ il-protezzjoni internazzjonali;

9.

Jinnota li l-għoti ta’ kenn lil refuġjati fil-pajjiżi tal-viċinat, joffri benefiċċji sinifikati, u jitlob lill-UE biex tqis din il-kwistjoni bħala prijorità;

10.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li bħalissa fid-dinja kollha hemm madwar 38 stat fraġli (Indiċi tal-Istati li Fallew 2010; Fond għall-Paċi) li fihom hemm milquta biljun ruħ (Bank Dinji) milqutin mill-problemi marbutin mal-instabilità; jinnota li l-istati fraġli huma l-aktar vulnerabbli għal xokkijiet interni u esterni, kemm politiċi u kemm ekonomiċi, u li l-instabilità tal-istati tikkontribwixxi għall-proċess tal-migrazzjoni;

11.

Iqis li l-appoġġ għall-istati politikament u ekonomikament fraġli, bħala għajn ta’ migrazzjoni irregolari u tensjonijiet ta’ sigurtà u stabilità, għandu dejjem jinkludi - barra mill-għajnuna u l-appoġġ baġitarji, u strateġiji li jistabbilixxu jew jikkonsolidaw l-istabilità - l-investiment dirett u l-istrateġiji ta’ aċċess għas-swieq tal-UE, l-iżvilupp rurali u l-istrateġiji għas-sigurtà tal-ikel, appoġġ għall-MDG, il-politiki għall-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp tal-infrastruttura, appoġġ għall-SMEs, faċilitajiet ta’ mikrokreditu u strateġiji mfasslin għall-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni u l-governanza tajba, l-inklużjoni soċjali, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u lil gruppi ta’ minoranzi jew gruppi żvantaġġjati u t-tolleranza etnika u reliġjuża, biex b’hekk jiġu massimizzati l-prospetti lokali u l-alternattivi għall-migranti potenzjali; jemmen fermament li tali strateġiji għandhom ikunu msejsin fuq il-partenarjati attivi li jitnebbħu mill-prinċipji tas-sjieda u l-għoti ta’ importanza tal-pajjiżi benefiċjarji, imma wkoll mill-objettivi, pjanijiet direzzjonali u kondizzjonijiet ċari għall-ksib tagħhom kodefiniti mal-pajjiżi donaturi, u mill-benchmarks u l-istandards ta’ responsabilità politika stretta; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-programmi li jingħataw tali finanzjament irid ikollhom bħala l-kriterju bażiku tagħhom il-kisba tal-valur miżjud kemm f'livell reġjonali kif ukoll f'dak lokali, biex b'hekk jiġi żgurat li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-iżvilupp tal-ekonomiji lokali;

12.

Jenfasizza li kull riċerka u analiżi dwar it-tendenzi futuri tal-migrazzjoni u l-forom ta’ migrazzjoni bħall-migrazzjoni għal żmien qasir, il-migrazzjoni ċirkolari u l-migrazzjoni staġonali għandha tqis kaġunijiet possibbli tal-migrazzjoni bħall-kriżi politika u ekonomika jew it-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-oriġini;

13.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kemm internament u fil-livell internazzjonali sabiex jinkoraġġixxu l-pajjizi ta’ oriġini tal-migranti jadottaw u jimplimentaw miżuri u politiki li jgħinuhom jiżviluppaw soċjalment, ekonomikament u demografikament u ma jġiegħlux lin-nazzjonali jimigraw;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE jagħmlu aktar sforzi fir-rigward tal-iżvilupp u d-demokratizzazzjoni tal-pajjiżi ta’ oriġini u biex jiġi promos l-istat tad-dritt, sabiex jiġu indirizzati l-problemi fundamentalment assoċjati mal-migrazzjoni;

15.

Iħeġġeġ it-twaqqif ta’ ċentri ta’ informazzjoni u ġestjoni tal-migrazzjoni lil hinn mill-UE sabiex jgħinu lill-pajjiż terzi ta’ oriġini jew tranżitu biex jiddefinixxu politika ta’ migrazzjoni b’reazzjoni għat-tħassib ta’ migranti potenzjali u migranti li jmorru lura, joffru gwida dwar l-immigrazzjoni legali, kif ukoll fuq opportunitajiet ta’ xogħol u l-kundizzjonijiet ta’ ħajja fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni, u jgħinu bit-taħriġ għax-xogħol għall-migranti prospettivi, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza ta’ proġett pilota f’Bamako, Mali (CIGEM). jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-kumitat responsabbli tagħha rapporti regolari dwar inizjattivi ġodda għalbiex jiġu stabbiliti ċentri bħal dawn;

16.

Ifakkar li fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq ’il quddiem enfasizza li l-UE ma għandhiex toqgħod teżita li tapplika s-sanzjonijiet meta pajjiżi li qed jiżviluppaw ma josservawx l-obbligi ta’ governanza u rigward id-drittijiet tal-bniedem skont it-trattati ta’ kummerċ, talab lill-awtoritajiet tal-UE jiżguraw l-osservanza skrupluża tal-prinċipju tal-kondizzjonalità, kif jingħad fil-Ftehim ta’ Cotonou, u saħaq li l-istess kriterji ta’ kondizzjonalità għandhom japplikaw ukoll għall-għoti ta’ għajnuna kemm skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) kemm skont l-Istrument ta’ Finanzjament tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); jisħaq li kriterji bħal dawn ta’ kondizzjonalità għandhom japplikaw ukoll għall-assistenza tal-UE li ma tkunx assistenza għall-iżvilupp jew għajnuna umanitarja, inkluża l-għajnuna makrofinanzjarja mogħtija permezz tas-self tal-FMI, kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ self tal-programmi tal-BEI u l-BERŻ, u li tali assistenza tkun imsejsa fuq sħubija, objettivi, valuri u fedeltà kondiviżi u għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw l-istennijiet kemm tad-donatur kemm tal-benefiċjarju; jisħaq, barra minn hekk, li l-appoġġ attiv mill-UE għall-pajjiżi benefiċjarji għandu jkun effettiv u orjentat lejn ir-riżultati u li l-valuri essenzjali tal-UE għandhom ikunu rrispettati; jitlob lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jippersegwixxu l-objettiv tal-lealtà lejn l-UE u lejn il-valuri essenzjali tagħha huma u jsawru l-arkitettura tal-assistenza finanzjarja tal-UE u fir-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi li huma benefiċjarji ta’ tali assistenza; jemmen li għandha tinbeda riflessjoni f'livell ta’ UE dwar il-bażijiet tal-applikazzjoni, u l-ambitu tagħha, tal-kriterji ta’ kondizzjonalità għall-assistenza finanzjarja tal-UE;

17.

Jilqa’ l-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha bilaterali tal-UE u jappoġġja l-introduzzjoni tal-prinċipju tal-kundizzjonalità fil-ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi żviluppati permezz tas-Sistema Ġenerali ta’ Preferenzi; jagħraf li dan il-prinċipju ta’ kundizzjonalità mhux dejjem huwa applikat, billi l-Kummissjoni wriet li toqgħod lura milli tapplika sanzjonijiet għal pajjiżi li qed jiżviluppaw li jonqsu li jonoraw l-impenji magħmula fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, governanza tajba u demokratizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra sanzjonijiet fejn dawn ikunu meħtieġa, iżda jitlobha sabiex qabel tagħmel dan, teżamina bir-reqqa l-konsegwenzi ta’ dawn is-sanzjonijiet fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi benefiċjarji;

18.

Iqis li politiki simili għal dawk tal-pajjiżi tal-oriġini għandhom jiġu applikati wkoll għall-pajjiżi ta’ tranżitu, pereżempju fir-rigward tal-istrateġiji għar-riduzzjoni tal-faqar, tal-investiment dirett u għall-aċċess għas-swieq u enfasi fuq aġenda għall-impjiegi li tkun tista’ tiżgura prospetti fit-tul għall-inklużjoni soċjali, tistabilizza s-suq intern tal-impjiegi u ttejjeb il-potenzjal fit-tul tal-pajjiżi ta’ tranżitu;

19.

Iqis li l-UE u l-Istati Membri tagħha, fil-ġestjoni tagħhom tal-flussi ta’ migrazzjoni irregolari, għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet ta’ dawk li jfittxu ażil u ma jieħdu ebda azzjoni li tista’ timpedixxi lil refuġjati potenzjali milli jitolbu protezzjoni;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmu biex tiddetermina min ikollu r-responsabilità biex jilqa’ ’l dawk li jfittxu ażil u biex jeżamina t-talbiet tagħhom, kif ukoll biex jiġġieldu kontra l-immigrazzjoni illegali, li huma żewġ oqsma fejn qed jinġarr piż sproporzjonat minn ċerti Stati Membri minħabba l-pożizzjoniji ġeografika jew it-taħlita demografika tagħhom;

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ sabiex tivverifika r-rispett għad-drittijiet tar-rifuġjati u dawk li qed ifittxu asil fil-kontrolli tal-prestazzjoni tad-dħul (u qabel id-dħul) skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, biex insiru konxji fil-pront dwar nuqqasijiet possibbli;

22.

Jisħaq dwar il-valur tal-missjonijiet osservatriċi tal-UE (EOM) għall-elezzjonijiet bħala l-ewwel pass importanti f’kull proċess ta’ demokratizzazzjoni u governanza tajba, u jemmen li tali missjonijiet għandhom ikunu parti mill-qafas usa’ ta’ appoġġ fil-proċess ta’ demokratizzazzjoni fit-tul; iħeġġeġ lill-VP/RGħ ssaħħaħ il-proċeduri u l-missjonijiet ta’ segwitu għall-verifika ta’ jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-EOM ġewx implimentati, u jisħaq, f'dan is-sens, li huwa kruċjali li jkun żgurat segwitu adegwat għall-implimentazzjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet; jaċċentwa l-importanza tal-medjazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni u tal-bini tal-istituzzjonijiet u tal-kapaċità għall-organizzazzjoni reġjonali, bħalma hija l-Unjoni Afrikana (UA), li għandha rwol importanti fl-operazzjoni ta’ żamma tal-paċi u ta’ bini tal-paċi; jemmen li l-appoġġ għall-UA għandu jinkludi l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ kontroll fuq il-konfini u li tissokkorri lill-migranti kollha f'sitwazzjonijiet ta’ saram; iqis li t-tisħiħ effettiv tal-organizzazzjonijiet reġjonali bħall-UA, l-Unjoni għall-Mediterran jew is-Sħubija tal-Lvant, bħala multiplikaturi tal-paċi u l-istabilità reġjonali għandu jseddaq l-integrazzjoni reġjonali u jwassal li jfiġġu zoni ekonomiċi bejn il-fruntieri;

23.

Jinnota li twettaq progress fl-implimentazzjoni tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni li għandu l-għan li jippromwovi sħubijiet komprensivi ma’ pajjiżi tal-oriġini u ta’ tranżitu u jħeġġeġ sinerġiji bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb aktar l-użu tal-għodod ewlenin tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni (sħubijiet għall-mobilità, missjonijiet dwar il-migrazzjoni, profili migratorji, pjattaformi ta’ kooperazzjoni); jenfasizza l-ħtieġa kontinwa li l-għanijiet tal-politika ta’ migrazzjoni jitpoġġew fiċ-ċentru tad-djalogu politiku mal-pajjiżi tal-oriġini u ta’ tranżitu, kif ukoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koerenza politika f’dan ir-rigward, b’mod partikulari bil-politika ta’ żvilupp; huwa tal-opinjoni li d-diversi proċessi ta’ djalogu għandhom ikunu razzjonalizzati, filwaqt li għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; jemmen li għandhom jissaħħu l-isforzi biex ikunu ta’ appoġġ għall-proġetti ta’ żvilupp fil-pajjiżi tal-oriġini u ta’ tranżitu li jgħollu l-istandard tal-għajxien tagħhom u jkabbru l-kapaċitajiet regolatorji u istituzzjonali tagħhom, kif ukoll l-infrastruttura tagħhom sabiex jimmaniġġjaw b’mod effettiv il-flussi migratorji, filwaqt li jiżguraw li jkun hemm rispett tal-istandards internazzjonali tal-protezzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-“non-refoulement”;

24.

Jenfasizza r-rwol importanti li għandu l-Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, li jipprovdi qafas strutturali għall-promozzjoni ta’ djalogu u kooperazzjoni mtejba bejn kemm atturi governattivi u kemm dawk mhux governattivi, inkluża s-soċjetà ċivili;

25.

Jiddeplora l-fatt li fiċ-ċirkostanzi kurrenti l-unika opzjoni disponibbli kienet is-sospensjoni tal-ftehim dwar il-koperazzjoni bejn l-UE u l-Libja u huwa tal-fehma li s-sospensjoni għandha tkun revokata appena jkun hemm gvern tranżitorju ġdid lest jippromwovi l-implimentazzjoni demokratika u msejsa fuq il-jeddijiet tal-bniedem ta’ tali ftehim, bl-objettiv li jingħata sostenn finanzjarju lill-pajjiżi Afrikani ħalli jinħolqu alternattivi fattibbli għall-migrazzjoni u għall-iżvilupp fil-Libja ta’ sistema aktar effiċjenti għall-ġestjoni ta’ migrazzjoni tal-ħaddiema, bil-massimizzar tal-ħiliet tal-migranti ġa preżenti fil-pajjiż, bit-titjib tal-kapaċità tal-Libja li tiġbed u tintegra soċjali u ekonomikament lill-migranti, b’mod partikolari minn pajjiżi mal-fruntieri tagħha tan-nofsinhar, u l-ħolqien tas-sisien għal sistema effettiva tal-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-Libja; jisħaq, f’dan il-kuntest, dwar il-ħtieġa għall-UE li tuża l-influwenza tagħha ħalli tipperswadi lil-Libja tippermetti lill-UNHCR tirritorna fil-pajjiż; jemmen li l-ftehimiet dwar aġenda ta’ koperazzjoni dwar il-migrazzjoni għandhom jiġu konklużi ma’ pajjiżi oħrajn li huma ġeografikament qrib tal-UE li jistgħu jkunu sħab siewja fl-għoti ta’ appoġġ, skont il-ftehimiet internazzjonali, lil Stati fraġli fil-viċinat tagħhom;

26.

Hu u jindirizza l-kriżi umanitarja kurrenti fl-Afrika ta’ Fuq, jinnota li l-Frontex ma tistax tkun l-għodda ewlenija biex tittratta l-flussi migratorji riżultanti li joriġinaw mir-reġjun, u jitlob lill-UE tfassal rispons immedjat u kkordinat bħala parti minn strateġija koerenti fit-tul, ħalli tittratta mat-tranżizzjonijiet politiċi u l-Istati fraġli, u b'hekk tindirizza l-kawża li jinsabu fl-għerq tal-flussi migratorji; iħeġġeġ lill-Kunsill iniedi pjan ta’ azzjoni ta’ qsim tal-piż ħalli jgħin lir-refuġjati mir-reġjun isibu fejn jgħammru, fuq il-bażi tal-klawsola tas-solidarjetà delineata fl-Artikolu 80 tat-TFUE, u li jagħti appoġġ għall-persuni li m’għandhomx fejn joqogħdu skont id-dispożizzjonijiet delineati fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn; jistieden lill-Kunsill jipproċedi b’urġenza bl-adozzjoni ta’ Sistema Komuni tal-Asil tal-UE u li jikkompleta l-proċeduri ta’ kodeċiżjoni marbutin mat-twaqqif ta’ Programm konġunt tal-UE dwar is-Sistemazzjoni mill-ġdid u Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu 2008-2013, kif rakkomandat mill-Parlament f’Mejju 2010; ifakkar li l-Istati Membri hu rikjest minnhom li josservaw il-prinċipju ta’ non-refoulement;

27.

Jisħaq dwar l-importanza essenzjali tal-Parlament Ewropew fit-titjib tal-libertà u d-demokrazija fil-viċinat tagħna; f’dan il-kuntest, jemmen li l-Parlament Ewropew għandu jimmonitorja mill-qrib il-proċess ta’ demokratizzazzjoni fil-Mediterran tan-Nofsinhar, u għalhekk jissuġġerixxi djalogu strutturat ad hoc mal-VP/RGħ għall-valutazzjoni tal-iżviluppi f’dan ir-reġjun u għall-identifikazzjoni tal-objettivi fit-terminu l-qasir u fit-terminu t-twil u l-miżuri ta’ appoġġ relevanti rikjesti;

28.

Jinsisti li għandha tingħata attenzjoni ġenwina għad-djalogi dwar il-jeddijiet tal-bniedem u d-demokrazija fl-ENP rieżaminat; jemmen li l-movimenti u d-dimostrazzjonijiet favur id-demokrazija u r-respressjoni brutali tagħhom mill-awtoritajiet f’pajjiżi bħat-Tuneżija u l-Eġittu juru li d-djalogi tal-ENP dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem ma kinux effettivi;

29.

Jilqa’ t-tlestija tan-negozjati għall-Ftehim ta’ Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija u jappella biex jitlestew b’suċċess il-fażijiet kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Ftehim ikun implimentat bis-sħiħ mill-aktar fis mill-partijiet kollha;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ tranżitu u tal-oriġini tal-immigranti illegali skont il-ftehimiet konklużi – jew li se jiġu konklużi – mill-UE u bi ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, sabiex titrażżan l-immigrazzjoni illegali u jitħeġġeġ ir-rispett tal-liġi għall-benefiċċju tal-migranti u tal-abitanti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-oriġini;

31.

Iqis li l-armonizzazzjoni - b’kooperazzjoni mal-Istati Membri - tal-istatistiċi li jikkonċernaw il-migrazzjoni hija essenzjali għall-ippjanar, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika tal-migrazzjoni; jenfasizza l-importanza tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni li jista’ jkollu kontribut sostanzjali f’dan il-qasam;

32.

Jenfasizza l-bżonn urġenti ta’ data consistenti, komprensiva u komparabbli dwar il-popolazzjoni tal-migranti minħabba li l-bidla kostanti f’dik il-popolazzjoni u n-natura tal-fluss attwali tal-migrazzjoni jippreżentaw sfida reali għal dawk li jfasslu l-politika li għandhom bżonn data u informazzjoni affidabbli li fuqhom tiġi bbażata d-deċiżjonijiet tagħhom;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis bħala parti mir-rieżami tagħha li għaddej bħalissa tal-ENP, il-għoti ta’ finanzjament speċifiku għall-iżvilupp ta’ aġenda ekonomika f'saħħitha u rinnovata fil-pajjiżi tal-ENP, inkluża aġenda għax-xogħol; jemmen li għandu jiġi diskuss pjan direzzjonali mal-pajjiżi tal-ENP dwar l-allinjament tal-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-migrazzjoni mal-istandards tal-UE, inklużi l-istandards tal-jeddijiet tal-bniedem, bħalma hu l-jedd għall-ażil, sistema ta’ protezzjoni għall-migranti irregolari, u jeddijiet indaqs għall-migranti kollha; iħeġġeġ il-konklużjoni ta’ aktar ftehimiet ta’ sħubija fil-mobilità mal-pajjiżi tal-ENP oltre għal dawk ġa eżistenti mal-Moldova u l-Ġeorġja;

34.

Jitlob li tiġi stabbilita politika tal-migrazzjoni komprensiva marbuta mal-istrateġiji u l-istrumenti kollha tal-iżvilupp ibbażata fuq livell għoli ta’ solidarjetà politika u operazzjonali, fiduċja reċiproka, trasparenza, sħubija, responsabilità kondiviża u sforzi konġunti permezz ta’ prinċipji komuni u azzjonijiet konkreti, kif ukoll fuq il-valuri mnaqqxa fit-Trattat ta’ Lisbona;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ komprensiv għall-migrazzjoni legali, billi tqis il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol Ewropew għal forza tax-xogħol kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ kull Stat Membru li jilqa’ u jintegra lill-migranti; jemmen li politika komuni tal-UE dwar il-migrazzjoni legali tista’ tkun ta’ stimolu kemm għall-ekonomija Ewropea kif ukoll għall-ekonomiji tal-pajjiżi tal-oriġini;

36.

Huwa tal-opinjoni li l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi li jikkonċernaw diversi Stati Membri tal-UE għandhom jiġu nnegozjati fil-livell Ewropew b’konsiderazzjoni sħiħa tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

37.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jikkoordinaw aħjar l-għajnuna tad-donaturi sabiex jiġi ggarantit approċċ aktar komprensiv u sostenibbli għall-ġestjoni tal-flussi migratorji;

38.

Iħeġġeġ li l-għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun diżassoċjata mill-ġestjoni tal-flussi migratorji u li l-għajnuna għall-iżvilupp m'għandhiex tkun kundizzjonali fuq il-migrazzjoni lura; jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp min-naħa tal-UE għandu jkolha l-mira li telimina r-raġunijiet għall-migrazzjoni, bħalma huma l-faqar, it-tibdil fil-klima u l-ġuħ;

39.

Jenfasizza l-valur miżjud li l-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) u l-inizzjativa Sħubija tal-Lvant (EaP) jistgħu jġibu fil-mod kif tiġi ttrattata l-kwestjoni tal-migrazzjoni u l-implikazzjonijiet tagħha; jistieden lir-RGħ/VP u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi sabiex l-Unjoni għall-Mediterran tibda titħaddem bis-sħiħ; jemmen li l-kwestjoni tal-flussi migratorji għandha tkun prijoritarja għall-azzjoni fil-qafas tal-UgħM u l-EaP;

40.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea tikkunsidra passi biex taġġusta l-Istrumenti ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp u l-Istrument għall-Għajnuna Umanitarja ħalli jissaħħu l-effetti pożittivi tal-migrazzjoni f’dik li hi l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-bniedem u d-demokrazija fi stati fraġli;

41.

Jitlob li jsiru sforzi addizzjonali biex tiġi promossa l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fi ħdan il-politika tal-migrazzjoni tal-UE u li noqogħdu lura milli nużaw l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għall-politiki li huma mmirati biex jiskuraġġixxu u jikkontrollaw il-migrazzjoni b'modi li jinvolvu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti; iqis illi l-ODA għandha tintuża, madankollu, biex iġġib 'il quddiem l-iżvilupp effikaċi, u b’hekk tnaqqas il-migrazzjoni kkawżata mill-faqar, l-instabilità politika u l-oppressjoni politika;

42.

Jilqa’ b’sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni ta’ Tripli maħruġa fi tmiem it-Tielet Samit bejn l-Afrika u l-UE, li tafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-isforzi konġunti biex jiġu indirizzati r-realtajiet u l-isfidi tal-migrazzjoni u r-rabtied tagħha mal-iżvilupp;

43.

Jitlob għal aktar sħubijiet effikaċi ma’ istituzzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni reġjonali u ekonomika, li jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema u fit-tul għar-realtajiet tal-migrazzjoni min-Nofsinhar għan-Nofsinhar;

44.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tagħmel aktar riċerka dwar il-migrazzjoni min-Nofsinhar għan-Nofsinhar ikkawżata mill-klima inkluż il-għadd ta’ nies milquta, ir-reġjuni vulnerabbli, il-movimenti tal-migrazzjoni u kemm jifilħu jilqgħu nies il-pajjiżi ospitanti; jitlob ukoll li titrawwem il-kapaċità ta’ riċerka tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

45.

Jenfasizza kemm hu importanti li l-migrazzjoni tiġi integrata fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali tal-pajjiżi sħab bil-għan li jitnaqqas il-faqar u jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju;

46.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tal-Osservatorju tal-AKP dwar il-Migrazzjoni bħala strument utli biex dawk li jfasslu l-politiki fil-pajjiżi tal-AKP jingħataw id-data u l-mezzi biex itejbu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom rigward il-migrazzjoni, kif ukoll il-proposta għall-ħolqien ta’ Osservatorju tal-Migrazzjoni responsabbli għal-monitoraġġ permanenti u mill-qrib tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-flussi migratorji fl-Amerika Latina, taħt is-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-Fondazzjoni Ewropa–Amerika Latina u l-Karibew;

47.

Jirrakkomanda li r-riżorsi finanzjarji għat-tisħiħ tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-żvilupp għandhom jiġu allokati b’mod aktar effiċjenti; jagħraf il-ħtieġa li jitejbu l-arranġamenti għall-mobilitizzazzjoni kumplementarja u f’waqtha tad-diversi strumenti ta’ finanzjament tal-UE għall-azzjoni esterna tagħha;

48.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-istrateġiji LRRD (li għandhom il-mira li joħolqu rbit bejn l-għajnuna ta’ emerġenza, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp) bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-persuni spustati u r-rifuġjati; jagħraf l-importanza ta’ rispons umanitarju kkoordinat bħala prekursur ta’ politika vijabbli tal-iżvilupp fil-pajjiżi li jkunu għadhom kif għaddew minn konflitt;

49.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tinvesti fl-għarfien espert u tistabbilixxi mandat ċar għall-persunal kemm fil-livell ta’ kwartieri ġenerali u kemm fil-livell tad-delegazzjonijiet bil-għan li tintlaħaq koordinazzjoni aħjar bejn il-Programm Tematiku dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u l-programmi ġeografiċi tal-Istrument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;

50.

Jitlob li jiġu ċċarati r-rwoli rispettivi tas-SEAE u d-DEVCO, u li jkun hemm koordinazzjoni bejniethom; iħeġġeġ lid-DEVCO twettaq rwol ewlieni fil-fażi tal-ipprogrammar fir-rigward tal-politika tal-migrazzjoni;

51.

Jisħaq fuq kemm hu importanti li nisiltu t-tagħlimiet mill-Programm Tematiku dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil f'dak li hu djalogu dwar il-politiki fil-livell ta’ pajjiż bil-għan li jkun żgurat ipprogrammar aktar koerenti u effettiv fil-kuntest tad-dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiżi u r-reġjuni.

52.

Iħeġġeġ li jiġu intensifikati l-isforzi mmirati biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-ħrib tal-imħuħ u tal-eżodu tal-professjonisti li jolqot b’mod partikolari setturi ewlenin bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tat-tkattir tal-imħuħ, il-programmi tar-ritorn megħjun u l-migrazzjoni ċirkulari, ir-regolazzjoni ta’ prattiki tar-reklutaġġ u l-appoġġ tal-bini tal-kapaċità permezz ta’ prattiki bħalma huwa l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tistudja jekk l-iskemi tal-migrazzjoni ċirkulari humiex strument utli u liema tipi ta’ ċirkularità (ta’ darba/rikorrenti; għal żmien qasir/għal żmien twil; spontanja/ġestita) jistgħu jipproduċu l-aħjar riżultati kemm għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll għall-pajjiżi żviluppati;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni, meta tipprepara l-istrumenti l-ġodda għall-azzjoni esterna għall-perijodu wara l-2013, tiżgura li l-arkitettura proposta tippermetti li jkun hemm is-sinerġiji u t-tisħiħ reċiproku bejn il-pilastru tal-iżvilupp u l-pilastru tas-sigurtà u l-istabilità u li tipprevedi l-allokazzjoni ta’ fondi ta’ emerġenza u ta’ rkupru, rispons rapidu għas-sokkors u għall-għajnuna lill-migranti f'sitwazzjoni ta’ saram - speċjalment dawk li jinsabu f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli bħan-nisa u l-minorenni mhux akkumpanjati - programmi speċifiċi għall-għoti ta’ appoġġ attiv għall-minoranzi, inklużi komunitajiet reliġjużi, etniċi u LGBTT, li jistgħu jkunu mheddin, kenn fl-UE għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjoni ta’ saram u miżuri ta’ appoġġ għall-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, d-diforestazzjoni, id-deżertifikazzjoni u t-telf tal-bijodiversità u għall-preservazzjoni tal-ambjent ekonomiku u soċjali tal-komunitajiet milquta;

54.

Jitlob li jiġu żviluppati politiki li jqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ gruppi vulnerabbli bħalma huma n-nisa, it-tfal u l-persuni b’diżabilità, u għalhekk l-istabbiliment ta’ infrastrutturi rilevanti bħalma huma sptarijiet, skejjel u tagħmir edukattiv, flimkien mal-appoġġ soċjali, psikoloġiku u amministrattiv meħtieġ;

55.

Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rwol importanti li kellhom iċ-ċentri ta’ riabilitazzjoni għall-vittmi tat-tortura li integraw b’suċċess lill-migranti, inklużi r-refuġjati u dawk li qed ifittxu l-asil, fl-UE; jinnota bi tħassib id-deċiżjoni li l-iffinanzjar għal dawn iċ-ċentri fl-UE taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem se jiġu eliminati gradwalment; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iffinanzjar għal dawn iċ-ċentri ma jitnaqqsux u ma jitħallewx sempliċiment f'idejn l-Isati Membri;

56.

Jitlob lill-Kummissjoni tippublika l-evalwazzjoni esterna tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali (RPPs) u sabiex jingħata bidu għal dibattitu dwar jekk dan il-programm għandux jitkompla;

57.

Jemmen, fir-rigward tal-missjonijiet PESK/PSDK, u kif enfasizzat ukoll mir-RGħ/VP, li l-istrateġiji ta’ sigurtà u stabilità għandhom ikunu kkumplimentati bi strateġiji ad hoc li jappoġġjaw l-għajnuna għall-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, b’mod li tiġi żgurata l-eliminazzjoni fuq żmien fit-tul tal-kawżi primarji tal-insigurtà u l-instabilità. f’dan il-kuntest jirrimarka dwar il-fatt li approċċ komprensiv bħal dan jeħtieġ mhux biss koordinazzjoni aħjar, permezz tas-SEAE, iżda wkoll approprjazzjonijiet baġitarji ad hoc ulterjuri għal dawn l-istrateġiji ta’ appoġġ; Mozzjoni għal riżoluzzjoni;

58.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti, lill-Bank Dinji, lill-IMF, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-Migrazzjoni. 11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Unjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi kandidati għall-UE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi membri tal-EURONEST u tal-EUROMED, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-Migrazzjoni u lill-UNHCR.


(1)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(5)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.

(6)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(7)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0020.

(9)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 17.

(10)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0327.

(11)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0496.


It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/13


It-Tlieta 5 ta' April 2011
L-irwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali

P7_TA(2011)0122

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar ir-rwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali (2010/2054(INI))

2012/C 296 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 8, 153 u 157,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/144/KE tal- 20 ta’ Frar 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (Perjodu ta’ programmazzjoni 2007 sal-2013) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2008 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fiz-zoni rurali tal-UE (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Seminar dwar it-tema “In-nisa fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali”, li sar f’Cáceres bejn is-27 u d-29 ta’ April 2010 fuq inizjattiva tal-Presidenza Spanjola tal-UE (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-principju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0016/2011),

Żoni rurali b’użu multifunzjonali

A.

billi l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli taż-żoni rurali u l-kapaċità funzjonali sostenibbli u fuq żmien twil tal-unitajiet ekonomiċi fl-Ewropa hija prijorità, u billi l-potenzjal partikolari taż-żoni agrikoli b’densità inqas ta’ popolazzjoni għandu jintuża u jiġi żviluppat b’mod utli u sabiex jiġi żgurat li żoni bħal dawn jibqgħu abitati,

B.

billi r-reġjuni li huma ekonomikament u kulturalment awtonomi, fil-kuntesti rispettivi tagħhom, b’ċirkuwiti funzjonali ta’ distribuzzjoni reġjonali, jistgħu jirreaġixxu b’mod aktar stabbli għat-tibdiliet mondjali,

C.

billi settur agrikolu kompetittiv orjentat lejn il-multifunzjonalità huwa bażi indispensabbli għal strateġiji ta’ żvilupp sostenibbli u għal kummerċ imprenditorjali aktar ambizzjuż f’bosta reġjuni, u billi dan it-tip ta’ potenzjal, fil-qafas ta’ diversifikazzjoni aktar qawwija tal-attività ekonomika, għadu mhux qed jiġi sfruttat fl-oqsma kollha,

D.

billi ż-żoni rurali huma affettwati b’mod partikulari mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, minn densità baxxa tal-popolazzjoni u mit-tnaqqis tal-popolazzjoni f’xi żoni,

E.

billi, minħabba t-tibdil demografiku, l-emigrazzjoni u t-tnaqqis ġenerali fis-sehem tan-nisa mill-popolazzjoni f’bosta żoni rurali, fil-ġejjieni l-provvista lokali ta’ merkanzija u servizzi tal-bżonnijiet ta’ kuljum, il-provvista tal-kura medika bażika, l-edukazzjoni qabel il-primarja, l-edukazzjoni skolastika, professjonali u akkademika kif ukoll it-taħriġ vokazzjonali ulterjuri u l-offerta kulturali u ta’ divertiment ma jistgħux jibqgħu jkunu ggarantiti aktar bl-infrastruttura preżenti fiż-żoni rurali jew l-istrutturi li jipprovdu dawn is-servizzi jitilqu minħabba pressjonijiet ekonomiċi,

F.

billi kważi 42% mis-26,7 miljun ruħ li jaħdmu regolarment fl-agrikultura fl-Unjoni Ewropea huma nisa, u madwar proprjetà waħda minn ħamsa (29%) hija mmaniġġata minn mara,

G.

billi l-kontribut sinifikanti min-naħa tan-nisa għall-iżvilupp lokali u komunitarju huwa rifless b’mod inadegwat fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet,

H.

billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi huwa rekwiżit bażiku għall-istrateġija Ewropa 2020 u għandu jiġi promoss sabiex jiżdied l-involviment attiv tan-nisa fl-attivitajiet ekonomiċi u soċjali u biex ikun iggarantit ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem,

Nisa fil-ħajja u l-ekonomija agrikola

I.

billi quddiem l-isfond tat-tibdil ekonomiku u soċjali r-realtajiet ta’ ħajjiet in-nisa fiż-żoni rurali nbidlu u saru aktar diversi fl-aħħar għexieren ta’ snin, u mhux l-inqas in-nisa li taw bidu u forma lil dan it-tibdil, fejn is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa tvarja bil-kbir kemm bejn l-Istati Membri u fihom stess,

J.

billi n-nisa fis-soċjetà moderna, quddiem l-isfond tal-pożizzjoni stabbilita tagħhom fil-familji b’mod individwali u fil-ħajja tax-xogħol, jassumu rwol multifunzjonali, u proprju dawn id-diversi rwoli kapaċi jagħtu kontribut lill-progress u l-innovazzjoni fil-livelli kollha tas-soċjetà u lit-titjib tal-kwalità tal-ħajja, partikolarment fiż-żoni rurali,

K.

billi, speċjalment fiż-żoni rurali, il-kura tal-familja u l-kura tal-anzjani ta’ spiss tiġi pprovduta min-nisa,

L.

billi, minħabba l-isforzi tal-politika tal-mara tul bosta snin u l-promozzjoni pubblika intensiva tal-edukazzjoni, il-konsulenza, l-inizjattivi ta’ ħolqien ta’ intrapriżi, fost affarijiet oħra fi ħdan it-tieni pilastru tal-PAK ġew reġistrati suċċessi kunsiderevoli fit-titjib tas-sitwazzjoni tal-ħajja għall-irġiel u n-nisa fil-kampanja,

M.

billi, minkejja individwalizzazzjoni kbira fil-kundizzjonijiet tal-ħajja, l-isfida fundamentali għan-nisa u l-irġiel se tibqa’ dik li jikombinaw minn naħa waħda x-xogħol u l-impenn soċjali u kulturali tagħhom u min-naħa l-oħra r-responsabilità tal-familja,

N.

billi din “l-isfida multifunzjonali”, fiċ-ċirkustanzi tas-soċjetà moderna, tista’ titwettaq biss permezz ta’ servizzi ta’ appoġġ, istituzzjonijiet u strutturi ta’ kura, li għandhom ikunu aċċessibbli finanzjarjament u fiżikament,

O.

billi r-rwol multifunzjonali tal-mara fiż-żoni rurali jista’ jagħti kontribut kunsiderevoli biex jistabbilixxi l-immaġini tal-mara moderna fis-soċjetà tagħna,

P.

billi, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, ir-rati tal-impjieg huma baxxi fiż-żoni rurali u ħafna nisa qatt mhuma attivi fis-suq tax-xogħol, u għalhekk la huma rreġistrati bħala persuni qiegħda u lanqas mhuma inklużi fl-istatistika dwar il-qgħad,

Q.

billi l-ħarsien soċjali tan-nisa attivi fl-agrikoltura, inklużi n-nisa miżżewġa lill-proprjetarji agrikoli bi dħul addizzjonali (kombinazzjoni tad-dħul finanzjarju, dawk li jaħdmu għal rashom u dawk li jaħdmu part-time) kif ukoll ħaddiema temporanji u migranti, huwa element indispensabbli għal żvilupp modern u sostenibbli taż-żoni rurali,

R.

billi l-proprjetarju tal-azjenda agrikola huwa l-unika persuna li tissemma fid-dokumenti tal-bank u għal skopijiet ta’ sussidji u drittijiet akkumulati, u huwa wkoll l-unika persuna li tirrappreżenta l-azjenda fi ħdan assoċjazzjonijiet u gruppi,

S.

billi t-turiżmu rurali, li jinvolvi l-provvista ta’ prodotti u servizzi fil-kampanja permezz ta’ intrapriżi tal-familja u intrapriżi kooperattivi tat-turiżmu, huwa negozju b’riskju baxx, joħloq opportunitajiet ta’ xogħol, jippermetti li l-obbligi familjari jiġu kkombinati max-xogħol u jħeġġeġ lill-popolazzjoni rurali biex tibqa’ fil-kampanja,

Żoni rurali bħala spazji fejn jgħix il-bniedem u jeżerċita attività ekonomika

1.

Jinnota li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija objettiv ewlieni tal-UE u l-Istati Membri tagħha; jenfasizza l-importanza li dan il-prinċipju jiġi inkorporat fil-KAP bħala mod biex issir promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u żvilupp rurali sostenibbli;

2.

Jinnota li, bħal fir-reġjuni urbani, hemm il-ħtieġa li fl-ispazji rurali wieħed ifittex il-kundizzjonijiet ta’ ħajja adattati għar-realtà rurali, sabiex in-nisa u l-familji tagħhom ikollhom raġunijiet biex jibqgħu u li jkollhom suċċess hemmhekk;

3.

Jitlob li ż-żoni agrikoli jiġu megħjuna bħala spazji b’diversi aspetti fejn il-bniedem jgħix u jeżerċita attività ekonomika u għaldaqstant għandhom jiġu sfruttati l-funzjoni kruċjali, l-għarfien u l-kompetenzi tan-nisa b’mod partikolari;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex fin-negozjati dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, ma tkomplix tnaqqas il-proporzjon tal-baġit totali allokat għall-ispiża agrikola;

5.

Jenfasizza li l-azjendi agrikoli differenti, anki dawk orjentati lejn is-servizzi (p.e. il-btala fil-farms, il-kummerċjalizzazzjoni diretta, is-servizzi soċjali bħal pereżempju l-kura tal-anzjani u t-tfal, tagħlim fil-farms fil-kuntest ta’ skola regolari ta’ kuljum) huma pedamenti importanti ta’ infrastruttura tal-forniment tas-servizzi fiż-żoni rurali u għandhom jiġu appoġġati permezz tal-PAK b’mod sostenibbli; jitlob, għalhekk, biex tali servizzi jiġu promossi permezz tal-PAK, liema servizzi jiftħu prospetti ġodda u opportunitajiet ta’ xogħol bi ħlas għan-nisa kif ukoll jiffaċilitaw b’mod sinifikanti l-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma’ dik tal-familja;

6.

Jitlob li ssir promozzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp dinamiċi proprji, permezz tal-appoġġ għall-kreattività tal-atturi nisa u rġiel tal-kampanja, filwaqt li jsir użu mir-riżorsi tradizzjonali speċifiċi ta’ kull komunità rurali;

7.

Jenfasizza l-importanza ta’ ambjent rurali vijabbli u dinamiku b’popolazzjoni bi kwalitajiet differenti; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ opportunitajiet ta’ żvilupp u sfidi adegwati għal nisa żgħażagħ;

8.

Jitlob li l-kundizzjonijiet ta’ qafas fiż-żoni rurali jiġu strutturati b’mod li n-nisa ta’ kull ġenerazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fl-ambjent immedjat tagħhom u jikkontribwixxu għar-riġenerazzjoni u għall-iżvilupp tiegħu;

9.

Jenfasizza l-importanza tal-arranġamenti għal irtirar bikri għall-bdiewa u l-ħaddiema tal-azjendi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-għajxien għan-nisa fiż-żoni rurali; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma wettqux dan biex jimplimentaw dawn l-arranġamenti;

10.

Jitlob, f’dan il-kuntest, biex isiru sforzi akbar sabiex iż-żoni rurali fil-firxa wiesgħa tagħhom ikunu mogħnija b’infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika l-aktar moderna, fuq kollox kull aċċess adegwat għall-broadband, u biex tittieħed azzjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni u biex jiġu promossi opportunitajiet indaqs fir-rigward ta’ tali aċċess u taħriġ xieraq dwar kif jintuża; jinnota li l-livelli baxxi ta’ aċċess għall-broadband ixekklu t-tkabbir tan-negozji ż-żgħar f’bosta żoni rurali madwar l-UE; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu mal-impenn tagħhom li jtejbu l-provvista ta’ broadband tagħhom fiż-żoni rurali bħala mod biex jagħtu spinta lill-kompetittività;

11.

Jitlob li forom elettroniċi ta’ impriżi, bħal pereżempju n-negozju elettroniku, li jippermettu li jsir in-negozju irrispettivament mid-distanza miċ-ċentri urbani l-kbar, jiġu promossi u appoġġati fost in-nisa fiż-żoni rurali;

12.

Jinnota li, bħal fiż-żoni rurali, huwa kruċjali li titjieb il-kwalità u l-aċċessibilità tal-infrastruttura, il-faċilitajiet u s-servizzi għall-ħajja ta’ kuljum fiż-żoni rurali sabiex l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jibbilanċjaw il-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali tagħhom u jippreservaw il-komunitajiet fiż-żoni rurali; dan jinkludi l-faċilitajiet ta’ kura tat-tfal bħala parti mill-infrastruttura tal-farm (bħal “farm crèches” u faċilitajiet oħra ta’ qabel l-età tal-iskola), servizzi tal-kura tas-saħħa, faċilitajiet edukattivi (inkluż għat-tagħlim tul il-ħajja), istituti u kura għall-anzjani u dipendenti oħra, servizzi ta’ sostituzzjoni fil-każ ta’ mard jew tqala, ħwienet lokali għall-oġġetti ta’ kuljum, u faċilitajiet ta’ mistrieħ u faċilitajiet kulturali; jitlob li l-kundizzjonijiet ta’ qafas tal-politika agrikola jiġu mfassla b’mod li lin-nisa tingħatalhom il-possibilità li jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom għal ekonomija agrikola multifunzjonali;

13.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni biex isibu soluzzjoni għan-nuqqas ta’ infrastruttura tajba għat-trasport f’żoni rurali u biex jimplimentaw politiki pożittivi biex itejbu l-aċċess għat-trasport għal kulħadd, partikolarment għall-persuni b’diżabilitajiet, peress li t-trasport jibqa’ fattur li jiggrava l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza fis-soċjetà, li primarjament jaffettwaw lin-nisa;

14.

Jitlob li l-politika ta’ għajnuna għaż-żoni rurali tkun indirizzata b’aktar qawwa lejn kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-kampanja li jkunu innovattivi u sostenibbli;

15.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jappoġġaw proġetti li jippromwovu u joffru pariri għat-twaqqif ta’ intrapriżi innovattivi ta’ produzzjoni agrikola primarja f’żoni rurali li jkunu jistgħu jipprovdu impjiegi ġodda, partikolarment għan-nisa, f’oqsma ta’ azzjoni bħal: żieda fil-valur għall-prodotti agrikoli u provvista ta’ ħwienet tal-bejgħ għalihom, użu ta’ teknoloġiji ġodda u kontribut għad-diversifikazzjoni ekonomika taż-żona u provvista ta’ servizzi li jippermettu l-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma’ dik tal-familja;

16.

Jinnota li fil-kuntest ta’ forom ta’ offerti innovattivi l-esperjenzi magħmula sa issa tal-proġetti tan-nisa tat-tieni pilastru tal-PAK (b’mod partikolari l-Axis 3 u l-programm Leader +) għandhom jiġu segwiti, u eżempji tal-aħjar prattika għandhom jiġu identifikati;

17.

Jitlob li l-istrateġiji ta’ żvilupp rurali jagħmlu enfasi speċjali fuq ir-rwol tan-nisa biex jiffaċilitaw il-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, partikolarment inizjattivi li jiffukaw fuq l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp;

18.

Jilqa’, b’rabta ma’ dan, il-proġetti ESF/EQUAL, li l-għan tagħhom hu li jinvestigaw u jtejbu l-pożizzjoni tan-nisa fl-agrikultura u fiż-żoni rurali;

19.

Jitlob li r-Regolament FAEŻR il-ġdid jipprovdi għal miżuri speċifiċi li jkunu ta’ appoġġ għan-nisa fil-perjodu ta’ pprogrammar 2014-2020, li jkun ta’ benefiċċju għall-impjieg tan-nisa f’żoni rurali;

Nisa fl-ekonomija agrikola

20.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontribwixxu għal database sinifikattiva dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa u l-impenn imprenditorjali tagħhom fir-reġjuni rurali u biex itejbu l-valutazzjoni tad-data (p.e. permezz tal-Eurostat) li tinsab disponibbli, sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati l-miżuri politiċi;

21.

Huwa konvint li t-taħriġ u l-assistenza għan-nisa speċifiċi għaż-żoni rurali, proprju fid-dawl tal-kundizzjonijiet fiż-żoni agrikoli, għandhom jinżammu u jiġu estiżi, l-aktar fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja agrikola;

22.

Iqis li hu mixtieq li jkun hemm ħidma biex jinħoloq netwerk Ewropew rurali tan-nisa (jew netwerk ta’ assoċjazzjonijiet tan-nisa) u jiġbed l-attenzjoni għas-suċċessi miksuba permezz ta’ miżuri tal-PAK tat-tieni pilastru;

23.

Jirrikonoxxi r-rwol importanti tan-netwerks eżistenti tan-nisa fil-livelli differenti, partikolarment f’termini ta’ promozzjoni lokali taż-żoni rurali u l-perċezzjoni tagħhom fost il-pubbliku; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa ta’ rikonoxximnet soċjali akbar u ta’ appoġġ politiku u finanzjarju għal dawn in-netwerks fil-livell lokali, nazzjoanli u Ewropew, fid-dawl tal-kontribut kbir tagħhom biex jiksbu aktar ugwaljanza, partikolarment fir-rigward tat-taħriġ għan-nisa fiż-żoni rurali u t-tnedija ta’ proġetti għall-iżvilupp lokali, inkluż kampanji ta’ informazzjoni dwar l-iskrining sabiex tiġi żgurata d-dijanjosi bikrija tal-kansers tan-nisa (il-kanser ċervikali, il-kanser tas-sider, eċċ.); jitlob lill-Istati Membri jappoġġaw parteċipazzjoni aktar qawwija tan-nisa fil-proċess politiku, inkluża r-rappreżentanza xierqa tan-nisa fil-bordijiet ta’ istituzzjonijiet, impriżi u assoċjazzjonijiet;

24.

Jitlob għal benefiċċji xierqa għan-nisa fiż-żoni rurali min-naħa tas-sistemi soċjali li jikkunsidraw is-sitwazzjoni partikolari tan-nisa li jaħdmu u l-intitolamenti għall-pensjoni;

25.

Jilqa’ f’dan il-kuntest id-Direttiva 2010/41/UE u jitlob lill-Istati Membri jimplimentawha b’mod effiċjenti mill-aktar fis possibbli, l-aktar sabiex jiżguraw:

li l-konjuġi tal-bdiewa u l-imsieba tagħhom tul il-ħajja jirċievu protezzjoni soċjali;

li n-nisa bdiewa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi nisa tal-bdiewa jkunu ggarantiti benefiċċji tal-maternità adegwati;

26.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn, b’mod partikolari fiż-żoni rurali, ta’ strateġiji sostenibbli biex jinżammu l-kompetenzi vokazzjonali tan-nisa li jiddeċiedu jieħdu pawża mill-karriera tagħhom għat-trobbija tal-familja u għall-kura tal-familja; jitlob li l-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma’ dik tal-familja tiġi ffaċilitata, sabiex is-sehem tan-nisa fil-forom differenti tax-xogħol ikun possibbli, jinżamm u jkompli jiġi żviluppat;

27.

Jinnota li d-“diversifikazzjoni tal-farms” hija aspett tal-ekonomija rurali li qed isir dejjem aktar importanti; jinnota li r-rwol tan-nisa biex jagħtu bidu, jiżviluppaw u jimmaniġġjaw il-proġetti tad-“diversifikazzjoni tal-farms” huwa sinifikanti;

28.

Jitlob għall-promozzjoni tal-ispirtu imprenditorjali tan-nisa, partikolarment permezz tal-promozzjoni tas-sjieda tan-nisa, tan-netwerks ta’ imprendituri nisa, u l-opportunità fis-settur finanzjarju ta’ faċilitazzjoni tal-aċċess għall-imprendituri agrikoli nisa (inklużi dawk li jaħdmu għal rashom individwalment, dawk li jaħdmu part-time bi dħul baxx u ż-żgħażagħ nisa) għall-kreditu – sabiex ikollhom aktar poter biex jaġixxu b’mod effettiv fis-suq u jkunu jistgħu jiżviluppaw negozji li minnhom ikunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien b’mod stabbli; jitlob ukoll biex tittieħed azzjoni biex jitjiebu l-attitudnijiet, il-ħiliet u l-kapaċitajiet imprenditorjali tan-nisa biex tiġi promossa r-rappreżentanza tagħhom fl-entitajiet maniġerjali tal-intrapriżi u l-assoċjazzjonijiet;

29.

Jiltob lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fi gruppi ta’ azzjoni lokali u l-iżvilupp ta’ sħubija lokali skont il-programm Leader, kif ukoll li jiżguraw il-parteċipazzjoni bilanċjata fir-rigward tas-sessi fil-bordijiet tal-immaniġġjar tagħhom;

Nisa fl-ekonomija agrikola

30.

Jitlob li l-kompetenza professjonali agrikola u extra-agrikola tan-nisa tiġi kkunsidrata b’aktar attenzjoni fl-istrateġiji ta’ żvilupp għall-azjendi individwali u fuq skala reġjonali; jenfasizza l-importanza tal-kwalifiki u l-edukazzjoni tal-bdiewa nisa u n-nisa li jaħdmu fil-kampanja bħala produtturi u imprendituri, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet rurali u l-assoċjazzjonijiet tan-nisa u tal-bdiewa, biex joħolqu inċentivi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, biex titneħħa kwalunkwe diskriminazzjoni kontra n-nisa waqt ix-xogħol, u biex jitjieb it-taħriġ tan-nisa, inkluż bil-promozzjoni tal-aċċess għal edukazzjoni postgraduate u korsijiet speċjalizzati f’istituzzjonijiet edukattivi, biex jipproponu miżuri korrispondenti għall-iżvilupp rurali taħt l-Axis 3 tal-programmi għall-iżvilupp rurali u biex jinkoraġġixxu l-inizjattivi eżistenti; jinnota li dawn il-miżuri se jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali fiż-żoni rurali u li n-nisa għandhom riskju ikbar li jsiru fqar meta mqabbla mal-irġiel;

31.

Jitlob li l-isforzi politiċi jiġu appoġġati sabiex ir-rwol tan-nisa fil-kampanja jiġi msaħħaħ permezz tal-fatt li, b'mod konkret u bis-saħħa legali, l-eżerċitar ta’ attività agrikola imprenditorjali jiġi ssimplifikat anki fir-rigward tas-sjieda tal-azjenda, sabiex jipparteċipaw b’mod aktar mill-qrib fid-drittijiet u d-dmirijiet tal-kumpanija fuq il-bażi tar-responsabilità tagħhom fl-impriża, li jinkludi, fost l-oħrajn, ir-rappreżentanza tal-interessi f’kunsilli agrikoli u l-parteċipazzjoni effettiva fid-dħul kollu mill-impriżi;

32.

Jitlob biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-bdiewa li għandhom sehem importanti biex iħeġġu u jagħtu bidu għal programmi ta’ żvilupp ġodda u għad-diversifikazzjoni b’tali mod li n-nisa jkunu jistgħu jimplimentaw ideat ġodda sabiex jiddiversifikaw il-produzzjoni u l-provvista ta’ servizzi fiż-żoni rurali;

33.

Huwa tal-fehma li, bħala parti mir-riforma tal-PAK tal-futur, il-bżonnijiet tan-nisa fiż-żoni rurali u r-rwol tan-nisa li qed jaħdmu fl-agrikultura għandhom jitqiesu u għandhom jingħataw prijorità fir-rigward tal-aċċess għal ċerti servizzi u għajnuna, skont il-bżonnijiet territorjali f’kull Stat Membru;

34.

Huwa konvint li fi żmien medju n-nisa għandhom ikunu rappreżentati b’mod xieraq fil-kunsilli politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha tas-settur agrikolu, sabiex il-perspettivi tan-nisa u tal-irġiel jintisġu flimkien fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; jenfasizza l-importanza tal-introduzzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi għall-benefiċċju tan-nisa, biex jiġi ggarantit li n-nisa jipparteċipaw f’tali entitajiet fuq bażi ugwali;

35.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess imtejjeb għall-art u l-kreditu għan-nisa biex in-nisa jistabbilixxu ruħhom fiż-żoni rurali u jkunu atturi fis-settur agrikolu;

36.

Jitlob li l-istrateġiji li hemm sa issa dwar il-ħarsien soċjali tan-nisa li jaħdmu fil-kampanja (bdiewa nisa, ħaddiema agrikoli nisa, ħaddiema staġjonali eċċ.), inkluża l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/41/UE, jiġu kkumpilati, quddiem l-isfond tas-sitwazzjoni nazzjonali partikolari rigward id-dritt tal-proprjetà u d-dritt fiskali, u li dawn l-esperjenzi jitpoġġew għad-dispożizzjoni għall-iżvilupp ta’ ħarsien soċjali adegwat għan-nisa fiż-żoni rurali fl-Istati Membri;

37.

Jenfasizza li l-politiki Ewropej fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nisa f’żoni rurali għandhom iqisu wkoll il-kundizzjonijiet tal-għajxien u dawk fuq il-post tax-xogħol tal-immigranti nisa impjegati bħala ħaddiema staġjonali fil-farms, speċjalment fir-rigward tal-bżonn ta’ akkomodazzjoni adegwata, protezzjoni soċjali, assigurazzjoni medika u kura tas-saħħa; jenfasizza li hemm bżonn li jingħata l-ikbar valur possibbli lix-xogħol tan-nisa;

38.

Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport ta’ sommarju tagħha, li għandu jiġi ppreżentat fl-2011 skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), analiżi fil-fond tal-impatt tal-miżuri meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni tan-nisa f’żoni rurali;

*

* *

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20.

(2)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 23.

(4)  Dokument tal-Kunsill 09184/2010.

(5)  ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.


It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/19


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
L-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda

P7_TA(2011)0123

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda (2010/2104(INI))

2012/C 296 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 tat-Trattat ta’ Adeżjoni dwar l-impjant nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja, u l-Protokoll Nru 9 dwar l-Unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari Bohunice V1 fis-Slovakkja, u l-Artikolu 30 tal-Protokoll li jikkonċerna l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll 4 dwar l-impjant nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (1), dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll 9 dwar l-Unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari Bohunice V1 fis-Slovakkja (2) u dwar l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward tad-diżattivazzjoni tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija (Programm Kozloduy) (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta’ stallazzjonijiet nukleari (COM(2007)0794) u d-dokument “Data tal-UE dwar il-finanzjament għad-dekummissjonar” li jakkumpanjaha (SEC(2007)1654),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji għad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0054/2011),

A.

billi meta l-Litwanja, is-Slovakkja u l-Bulgarija kienu għadhom pajjiżi kandidati tal-UE, kienu jħaddmu impjanti nukleari qodma li dwarhom kien intlaħaq qbil li jingħalqu, u n-negozjati ta’ adeżjoni wasslu għall-iffissar ta’ dati għall-għeluq tat-tliet impjanti kkonċernati,

B.

billi l-UE rrikonoxxiet li l-għeluq bikri u d-dekummissjonar sussegwenti ta’ dawn l-unitajiet fit-tliet impjanti kien ifisser piż finanzjarju u ekonomiku sinifikanti li ma setgħux jidħlu għalih kollu kemm hu l-Istati Membri kkonċernati, u għaldaqstant it-Trattat ta’ Adeżjoni, kif ukoll ir-Regolamenti sussegwenti tal-Kunsill għall-implimentazzjoni ta’ dawn it-Trattati, ipprevedew assistenza finanzjarja lill-Istati Membri rispettivi; billi, madankollu, ma kienx ġie deċiż b'mod ċar jekk l-għajnuna kellhiex tkopri n-nefqa sħiħa tad-dekummissjonar jew tikkumpensa għall-konsegwenzi ekonomiċi kollha; jinnota li kemm il-Bulgarija kif ukoll is-Slovakkja għadhom s'issa esportaturi netti tal-elettriku,

C.

billi l-għajnuna tipprevedi miżuri fl-oqsma li ġejjin:

id-dekummissjonar (xogħol ta’ tħejjija għall-għeluq, sostenn lir-regolatur, it-tfassil tad-dokumentazzjoni meħtieġa għad-dekummissjonar u għal-liċenzjar, il-manutenzjoni u s-sorveljanza sikuri wara l-għeluq, it-trattament tal-iskart, il-ħżin u d-dekontaminazzjoni tal-iskart u tal-fjuwils użati, u xogħol ta’ żarmar),

l-enerġija (il-modernizzazzjoni u t-titjib ambjentali tal-faċilitajiet eżistenti, is-sostituzzjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-unitajiet li jingħalqu, it-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tal-effiċjenza enerġetika u ta’ miżuri oħra li jikkontribwixxu għar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura enerġetika),

il-konsegwenzi soċjali (l-appoġġ għall-persunal tal-impjanti biex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza fiż-żmien qabel ma jiżżarmaw l-impjanti wara li dawn jingħalqu, u t-taħriġ mill-ġdid tal-istaff għall-inkarigi l-ġodda ta’ dekummissjonar),

D.

billi l-għajnuna bdiet qabel l-adeżjoni u qabel ma ngħalqu l-unitajiet rispettivi, u l-fondi akkumulaw fi ħdan il-Fondi Internazzjonali ta’ Appoġġ għad-Dekummissjonar (IDSF) sakemm komplew it-tħejjijiet amministrattivi,

E.

billi d-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart tagħhom huma operazzjonijiet teknikament kumplessi li jeħtieġu ħafna riżorsi finanzjarji u jinvolvu responsabilitajiet ambjentali, tekniċi, soċjali u finanzjarji,

1.

Jinnota li l-Litwanja, is-Slovakkja u l-Bulgarija ssodisfaw l-impenji tagħhom tat-Trattat ta’ Adeżjoni li jagħlqu l-unitajiet rispettivi fit-tliet impjanti nukleari fiż-żmien maħsub: L-Unità 1 tal-impjant ta’ Ignalina ngħalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004 u l-Unità 2 fil-31 ta’ Diċembru 2009; L-Unità 1 tal-impjant Bohunice V1 ngħalqet fil-31 ta’ Diċembru 2006 u l-Unità 2 fil-31 ta’ Diċembru 2008; L-Unitajiet 1 u 2 tal-impjant ta’ Kozloduy ingħalqu fil-31 ta’ Diċembru 2002 u l-Unitajiet 3 u 4 fil-31 ta’ Diċembru 2006;

2.

Jinnota wkoll li t-tliet Stati Membri kollha ppruvaw jinnegozjaw mill-ġdid l-impenji politiċi tagħhom rigward l-għeluq tar-reatturi u dan wassal għal dewmien fil-proċess;

3.

Jinnota l-eżistenza ta’ bażi legali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja; Jinnota li l-ammonti huma stabbiliti annwalment permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq dokumenti annwali individwali ta’ programmazzjoni konġunta, li jippermettu li jkun hemm kontroll fuq l-iżvilupp u l-finanzjament tal-proġetti approvati;

4.

Jinnota li minħabba l-esperjenza u d-dejta limitata tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar, l-għajnuna finanzjarja ġiet deċiża mingħajr il-possibilità li jiġi definit limitu massimu finanzjarju; jinnota li ma kien għad hemm l-ebda kundizzjoni ċara għall-ispeċifikazzjoni dwar limiti massimi anki wara li kienu tfasslu l-pjanijiet u l-istrateġiji għad-dekummissjonar, li kien ifisser li l-għoti ta’ aktar għajnuna finanzjarja kellu jiġi deċiż billi ssir kunsiderazzjoni stadju bi stadju u każ b'każ;

5.

Iqis li l-għan tal-assistenza tal-Kummissjoni huwa li tkun ta’ appoġġ lil dawn it-tliet Stati Membri biex huma jlaħħqu mal-piż finanzjarju u ekonomiku minħabba d-dati fissi u bikrin għall-għeluq, biex tkopri l-ispejjeż tal-ħafna attivitajiet importanti tad-dekomissjonar, tinvesti fi proġetti tal-enerġija bil-għan li tonqos id-dipendenza fuq l-enerġija u tgħin biex jittaffa l-impatt soċjali tad-dekummissjonar tal-impjanti; jinnota, madankollu, li fit-tliet każijiet l-ispiża tad-dekummissjonar tal-impjanti qabżet l-għajnuna ppjanata tal-UE, u aktarx taqbeż ukoll l-istimi inizjali; jinnota wkoll li parti kbira mill-fondi ntużat għal proġetti tal-enerġija u mhux għall-għan ewlieni tal-għajnuna finanzjarja, jiġifieri d-dekummissjonar tal-impjanti nukleari;

6.

Jemmen li l-kunċett ta’ solidarjetà tal-Unjoni Ewropea effettivament jikkontribwixxi biex jittaffew il-konsegwenzi ekonomiċi tal-għeluq bikri fis-settur tal-enerġija; jinnota, madankollu, li fiż-żmien meta tħejja dan ir-rapport, id-dekummissjonar innifsu kien għadu fl-istadju inizjali tiegħu;

7.

Jinnota li d-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari konċernati għandu jingħata l-ogħla prijorità fl-interess tas-sikurezza u s-saħħa tal-popli kollha tal-Ewropa;

8.

Jibża' li nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji għall-miżuri ta’ dekomissjonar se jdewwem id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari u jhedded l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;

9.

Jenfasizza li l-kwistjoni tas-sikurezza hija tal-ogħla importanza għad-dekummissjonar tal-unitajiet magħluqa kmieni fit-tliet impjanti nukleari kkonċernati; jistieden, għaldaqstant, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu dan f'moħħhom meta fil-ġejjieni jiġu għal deċiżjonijiet dwar id-dekummissjonar nukleari, b'mod ġenerali, u dwar dawn it-tliet programmi ta’ dekummissjonar, b'mod partikulari; jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza koordinazzjoni xierqa mal-Istati Membri u biex tistabbilixxi skedi ta’ żmien preċiżi għat-tlestija tal-proġetti;

10.

Jinnota b'ċertu tħassib li l-pjanijiet dettaljati dwar id-dekummissjonar tat-tliet programmi ta’ dekummissjoni kkonċernati għadhom ma ġewx finalizzati u, b'riżultat ta’ dan, m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar il-kalendarji, dwar in-nefqa ta’ proġetti partikulari, u dwar is-sorsi ta’ finanzjament għalihom; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-entitajiet nazzjonali relevanti biex jiffinalizzaw il-pjanijiet, u lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar dan il-proċess u tipprovdi ppjanar finanzjarju dettaljat u fit-tul tal-proġetti ta’ dekomissjonar; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddeskrivi biċ-ċar l-ambitu tal-iffinanzjar tal-UE meħtieġ biex jitwettqu dawn il-pjanijiet;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja modi kif jinbidlu l-metodi ta’ finanzjament tal-UE għall-operazzjonijiet ta’ dekummissjonar fid-dawl tal-istrateġiji użati fl-Istati Membri u l-istrutturi amministrattivi nazzjonali tagħhom, u kif jiġu ssimplifikati r-regoli dwar il-ġestjoni tal-fondi b'tali mod li dawn ma jaffettwawx is-sikurezza u s-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ dekummissjonar;

12.

Jinnota n-nuqqas ta’ tqassim ċar ta’ responsabilità fost il-parteċipanti fl-iffinanzjar u l-parteċipanti fil-proċess ta’ dekummissjonar; jemmen li l-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabilità ewlenija għall-implimentazzjoni tal-assistenza tal-UE, u li għandu jitwaqqaf immaniġġjar konġunt mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD);

13.

Iqis li, għall-għan tal-għoti ta’ kuntratti, ikun mixtieq li jiġi applikat kriterju tar-reċiproċità tal-Komunità għall-benefiċċju tal-impriżi Ewropej, bl-applikazzjoni b'mod partikolari tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkordina l-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw, fost l-oħrajn, fis-settur tal-enerġija;

14.

Jinnota li l-assistenza finanzjarja totali mill-Unjoni Ewropea lit-tliet Stati Membri sal-aħħar tal-2013 jammontaw għal EUR 2 847,78 miljun; jinnota li, għalkemm jeżistu differenzi bejn l-impjanti nukleari, speċjalment rigward il-ħżin tal-fjuwil, fil-prinċipju l-programmi għandhom l-istess teknoloġija; jinnota, madankollu, li hemm differenzi konsiderevoli fl-ammonti allokati: Ignalina (2 unitajiet): EUR 1 367 miljun; Ignalina (2 unitajiet): EUR 613 miljun; u Ignalina (4 unitajiet): EUR 867,78 miljun;

15.

Jinnota, skont id-dejta disponibbli fl-aħħar tal-2009, is-sitwazzjonijiet differenti fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ammonti mogħtija: Ignalina: total ta’ EUR 1 367 miljun, b'impenn ta’ EUR 875,5 miljun (64,04 %), u b'EUR 760,4 miljun (55,62 %) mogħtija; Bohunice: total ta’ EUR 613 miljun, b'impenn ta’ EUR 363,72 miljun (59,33 %), u b'EUR 157,87 miljun (25,75 %) mogħtija; Kozloduy: total ta’ EUR 867,78 miljun, b'impenn ta’ EUR 567,78 miljun (65,42 %), u b'EUR 363,149 miljun (41,84 %) mogħtija, dovuti l-aktar għaż-żmien differenti tal-għeluq;

16.

Iqis li huwa meħtieġ li l-fondi jkunu mmaniġġjati u li r-riżorsi tagħhom jintużaw bi trasparenza assoluta; jirrikonoxxi l-importanza ta’ mmaniġġjar sod u trasparenti tar-riżorsi finanzjarji, b'superviżjoni esterna xierqa ħalli tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-enerġija; jirrakkomanda t-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika f'dan il-qasam;

17.

Jieħu nota tal-verifiki u l-valutazzjonijiet kompluti li ġejjin: “Valutazzjoni Intermedja tal-Assistenza għad-Dekummissjonar għal-Litwanja u s-Slovakkja” (2007); il-verifiki interni tal-Kummissjoni Ewropea tat-tliet programmi kollha fl-2007; il-verifiki tal-Aġenzija ċentrali tal-immaniġġjar tal-proġetti (CPMA) fl-2008 u fl-2009 mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-impjant ta’ Ignalina; il-verifika tal-QEA għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ affidabilità (DAS) tal-2008; l-istudju ta’ fattibilità tal-2009 tal-QEA; u jqis ukoll attivitajiet li qed jitwettqu bħalissa: il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni mistennija kmieni fl-2011; il-verifika finanzjarja esterna tal-Fond Internazzjonali ta’ Appoġġ għad-Dekummissjonar ta’ Bohunice (BIDSF), imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea; u l-verifika sħiħa tal-prestazzjoni għat-tliet programmi kollha;

18.

Iqis li, meta jitqiesu l-ammonti kbar ta’ flus involuti, l-aspetti ġodda tal-użu tal-fondi, il-fatturi mhux magħrufa li ħarġu mill-proċess, u l-għadd numeruż ta’ tibdiliet, adattamenti u l-allokazzjoni ta’ ammonti addizzjonali sussegwenti, l-għadd u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifiki mwettqa jidhru li mhumiex biżżejjed; jiddispjaċih li l-Valutazzjoni Intermedja tal-assistenza għad-dekummissjonar lil-Litwanja u s-Slovakkja ta’ Settembru 2007 tal-Kummissjoni ma koprietx il-Bulgarija (li diġà kienet qed tirċievi l-assistenza dak iż-żmien);

19.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ rapporti annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-użu ta’ riżorsi finanzjarji allokati għad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex timmoniterja u tirrapporta kull sena lill-Parlament dwar it-titjib fl-użu tal-fondi u dwar il-prospetti li l-fondi akkumulati għad-dekummissjonar ta’ dawn l-unitajiet speċifiċi fit-tliet impjanti nukleari jkunu assorbiti matul it-tliet snin li ġejjin;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi biex taċċerta li l-possibilità li jingħataw fondi lill-proġetti ta’ dekummissjonar li jitwettqu sal-2013 għadha teżisti, speċjalment peress li l-liċenzji għad-dekummissjonar se jinħarġu għal Bohunice f'Lulju 2011 u għal Kozloduy fl-aħħar tal-2011 u fl-aħħar tal-2012;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni komparattiva dwar l-implimentazzjoni tal-kalendarji inizjali u riveduti għall-istadji differenti tal-proċessi ta’ dekummissjonar, kif ukoll dwar il-miżuri fil-qasam tal-enerġija u soċjali, qabel kull allokazzjoni ulterjuri ta’ fondi tal-UE;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar it-titjib partikulari li ġej lill-istabbiliment, fl-2007, ta’ Kumitat ta’ Ġestjoni fil-livell tal-Istati Membri bil-għan li jgħinha fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ assistenza, u biex tagħti rendikont tal-bidliet proċedurali li seħħew minn dakinhar;

23.

Jinnota li l-verifika tal-QEA għadha għaddejja; jissuġġerixxi li din għandha tgħin biex timmanifesta l-objettivi tal-użu tal-fondi u l-effikaċja tagħhom, kif ukoll dwar proposti vijabbli fil-ġejjieni, u tivvaluta l-fondi addizzjonali meħtieġa sabiex jitwettaq id-dekummissjonar; jissuġerixxi li, billi hija verifika kompleta tal-prestazzjoni, hija għandha tikkjarifika dan li ġej:

jekk il-fondi ntużawx għall-għanijiet li għalihom kienu maħsuba,

jekk il-proċeduri ta’ akkwist tfasslux kif xieraq u ġewx rispettati,

jekk il-flus allokati kkontribwewx biex tiżdied is-sikurezza fl-attività tad-dekummissjonar;

jekk il-proċeduri ta’ akkwist żgurawx li l-kumpaniji involuti kienu se jipprovdu sikurezza ta’ standards tal-UE,

jekk kienx hemm attivitajiet li fihom kien involut l-OLAF,

jekk kienx hemm koordinazzjoni xierqa fost it-tliet programmi eżistenti, biex isir użu effiċjenti mill-esperjenza miksuba u mill-proġetti preċedentement imħejjija u ffinanzjati, u kemm kien hemm duplikazzjoni fil-programmi ta’ dekummissjonar (minħabba li, pereżempju, hemm diversi proġetti simili li jirrigwardaw il-ħżin, il-kwalifiki personali, eċċ., li setgħu jiġu adattati minn impjant għall-ieħor, b'mod li jiġu ffrankati r-riżorsi);

24.

Iqis li, fir-rigward tal-attivitajiet tal-ġejjieni li jridu jiġu ffinanzjati mill-ammonti allokati mill-UE fil-perjodu 2007-2013, jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kwistjonijiet li ġejjin:

jekk il-pjanijiet u l-istrateġiji li diġà jeżistu humiex kompleti u jekk għadx hemm il-possibilità li jiżdiedu attivitajiet ġodda u, għaldaqstant, fondi addizzjonali,

jekk il-kapaċità ta’ ħżin temporanju ġenerali u l-proċedura biex jintgħażel sit tal-iskart domestiku final għall-iskart radjuattiv finali humiex kompleti jew le,

jekk għadx hemm il-ħtieġa li jkunu allokati fondi addizzjonali għall-proġetti tal-enerġija jew jekk hemmx il-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq il-proġetti ta’ dekummissjonar,

jekk, sakemm dan ma kienx il-każ s'issa, l-esperjenza miksuba u l-proġetti mwettqa għal impjant nukleari partikolari għandhom jintużaw għall-oħrajn ukoll;

25.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ tim ta’ koordinaturi u esperti tal-UE tat-tliet proġetti kollha, li setgħu ppermettew il-programm ta’ dekummissjonar li jkun trattat bħala pakkett sħiħ ibbażat fuq l-esperjenza tal-UE, biex b'hekk ikun hemm sinerġiji bejn it-tliet każijiet;

26.

Jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni msaħħa bejn it-tliet programmi sabiex jiġi assigurat ippjanar aħjar tal-attivitajiet u l-iskambju tal-esperjenza miksuba; iqis li l-Unjoni Ewropea fis-sħuħija tagħha tista' wkoll tibbenefika minn din l-esperjenza għax ir-reatturi jitwaqqfu mis-servizz fl-aħħar tal-ħajja ekonomika tagħhom; għalhekk jistieden lill-partijiet kollha involuti jiżviluppaw u jiġbru l-aħjar prattiki ta’ dekummissjonar u biex jassiguraw l-aħjar użu tal-esperjenza u tal-informazzjoni miksuba fost l-Istati Membri l-oħra li għandhom impjanti tal-enerġija nukleari;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf Tim ta’ Koordinazzjoni, li għandu jkun responsabbli:

mis-superviżjoni tat-tfassil ta’ pjan finali b'kalendarju ċar,

mis-superviżjoni tal-użu tal-flus allokati s'issa,

li jistabbilixxi jekk hemmx aktar ħtieġa ta’ rwol tal-UE u jekk hu hekk, jiddeċiedi l-livell eżatt tal-involviment tal-UE,

li jiddeċiedi dwar ir-responsabilitajiet, inkluż ir-rwol tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u jissorvelja l-finalizzazzjoni tal-proċess tad-dekummissjonar;

28.

Jinnota li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għandu jiġi applikat għall-finanzjament tal-operazzjonijiet tad-dekummissjonar u li l-operaturi nukleari għandhom jiżguraw li jinżammu biżżejjed riżorsi finanzjarji biex ikopru l-ispejjeż tad-dekummissjonar futuri matul il-ħajja produttiva tal-istallazzjonijiet nukleari;

29.

Jinnota li l-għeluq bikri tar-reatturi ma ħalliex issir l-akkumulazzjoni ppjanata tal-ammonti meħtieġa fil-fondi nazzjonali rispettivi maħsuba biex ikopru l-ispejjeż kollha marbuta mad-dekummissjonar tal-impjanti;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni, billi jitqiesu l-istrateġiji varji użati mill-Istati Membri, biex tesplora mezzi possibbli biex jiġu armonizzati l-approċċi għall-iffinanzjar tad-dekummissjonar fl-UE sabiex tiġi żgurata l-akkumulazzjoni fil-ħin ta’ riżorsi finanzjarji meħtieġa mingħajr ma jiġu kompromessi s-sikurezza u s-sigurtà tal-proċess tad- dekummissjonar;

L-impjant nukleari ta’ Ignalina

31.

Jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-proġetti tal-programm ta’ Ignalina dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-provvista tal-elettriku fiż-żgur jinsabu fil-fażi ta’ implimentazzjoni jew diġà ġew implimentati;

32.

Jinnota bi tħassib li kien hemm dewmien serju fil-proġetti ewlenin fil-qasam tal-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-iskart (proġett għall-ħżin ta’ fjuwils użati u għat-tqegħid tal-iskart f'depożiti) li wassal għal spejjeż żejda apparti l-istimi oriġinali; jinnota li l-marġini disponibbli fis-sistema kważi nħela kollu u li kwalunkwe dewmien li jista' jkun hemm jista' jolqot ir-rotta kritika tal-pjan sħiħ ta’ dekummissjonar, biż-żidiet fl-ispiża li jmorru miegħu; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati tar-rieżami tal-kalendarju tal-proġett;

33.

Jinnota li l-parti l-kbira tal-fondi kienu allokati lil proġetti tal-enerġija, li għad hemm ħtieġa ta’ finanzjament konsiderevoli għad-dekummissjonar u li l-fondi nazzjonali mhumiex biżżejjed biex ikopru dawn l-ispejjeż: il-Fond Nazzjonali għad-Dekummissjonar tal-impjant nukleari ta’ Ignalina s'issa akkumula kemmxejn aktar minn EUR 100 miljun (filwaqt li l-ispejjeż tekniċi tad-dekummissjonar biss ilaħħqu għal bejn EUR 987 miljun u EUR 1 300 miljun), u parti sostanzjali minn dawn intużaw għal proġetti li m'għandhomx x'jaqsmu mad-dekummissjonar; jappella biex jittieħdu miżuri adegwati f'dan ir-rigward, partikolarment mill-Istat Membru;

L-impjant nukleari ta’ Bohunice

34.

Jilqa' l-progress li twettaq dwar il-programm ta’ Bohunice;

35.

Jinnota li, filwaqt li huwa previst li jkun hemm għajnuna għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari, partikolarment għar-reatturi tal-impjant V1, kif ukoll għas-sigurtà tal-provvista, il-Fond Nukleari nazzjonali ma warrab l-ebda sors speċifiku għall-finanzjament tal-proġett ta’ dekummissjonar tal-impjant A1, li għaddej bħalissa;

36.

Jirrimarka li ċerti proġetti ta’ dekummissjonar, bħall-bini mill-ġdid tas-sistema protettiva fiżika taż-żona, il-proġett tat-trattament tal-iskart storiku, u l-bini ta’ ħażna proviżorja għall-iskart radjuattiv fis-sit ta’ Bohunice, kellhom dewmien sinifikanti fl-implimenetazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-parti Slovakka jieħdu passi biex jevitaw li jkun hemm dewmien u biex jevitaw li jipperikolaw il-progress skedat tax-xogħlijiet ta’ dekummissjonar;

L-impjant nukleari ta’ Kozloduy

37.

Jilqa' l-prestazzjoni teknika u finanzjarja, li ġeneralment kienet tajba, tal-programm ta’ Kozloduy, u r-reviżjoni tal-istrateġija ta’ dekummissjonar għall-Unitajiet 1 sa 4, li nbidlet minn strateġija ta’ żarmar diferit għal strateġija ta’ żarmar immedjat u kontinwu;

38.

Jinnota bi tħassib li, fejn tidħol id-distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi allokati, il-perċentwali tal-proġetti dwar l-enerġija huwa pjuttost għoli; jistieden lill-Kummissjoni timmoniterja l-implimentazzjoni tal-bqija tal-proġetti tal-enerġija u biex tirrapporta dwar ir-riżultati; jappella għal żieda fil-proporzjon ta’ proġetti li jirrigwardaw id-dekummissjonar u l-iskart fil-bqija tal-perjodu tal-programm ta’ Kozloduy;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni amministrattiva komprensiva bejn l-Impriża Statali għall-Iskart Radjuattiv (SERAW) u l-impjant nukleari ta’ Kozloduy, li llum huma responsabbli mill-Unitajiet 1-2 u l-Unitajiet 3-4, rispettivament; jistieden lill-parti Bulgara tanalizza u timplimenta minnufih il-miżuri ta’ titjib meħtieġa fir-rigward ta’ din il-ġestjoni maqsuma, u/jew biex tiġbor l-Unitajiet 1-4 taħt ġestjoni komuni;

*

* *

40.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Bulgarija, tal-Litwanja u tas-Slovakkja.


(1)  ĠU L 411, 30.12.2006, p. 10.

(2)  ĠU L 131, 23.5.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 189, 13.7.2010, p. 9.

(4)  ĠU L 330, 28.11.2006, p. 31.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/26


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
Qafas politiku ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa

P7_TA(2011)0127

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta’ qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2010/2209(INI))

2012/C 296 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-NU fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nisa, bħalma huma l-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta’ Oħrajn, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tal-1951 li tirrigwarda l-istatus tar-refuġjati, u l-prinċipju tan-non-refoulement,

wara li kkunsidra strumenti oħra tan-NU dwar il-vjolenza kontra n-nisa, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna u l-Programm ta’ Azzjoni tal-25 ta’ Ġunju 1993 adottat mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (A/CONF. 157/23) u d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta’ Diċembru 1993 (A/RES/48/104),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-12 ta’ Diċembru 1997 bit-titolu “Il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-miżuri ta’ ġustizzja kriminali għall-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/52/86), tat-18 ta’ Diċembru 2002 bit-titolu “Ħidma lejn l-eliminazzjoni tad-delitti kontra n-nisa mwettqa f'isem l-unur”, (A/RES/57/179), u tat-22 ta’ Diċembru 2003 bit-titolu “L-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika kontra n-nisa” (A/RES/58/147),

wara li kkunsidra r-rapporti mir-Rapporteurs Speċjali tal-Kummissarju Għoli tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-vjolenza kontra n-nisa u r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 adottata mill-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (il-11-il Sessjoni, 1992),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Pekin adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta’ Settembru 1995 u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tat-18 ta’ Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Pekin (1) u tal-10 ta’ Marzu 2005 dwar is-segwitu għar-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa - Pjattaforma ta’ Azzjoni (Pekin+10) (2) u tal-25 ta’ Frar 2010 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Pekin (Pekin +15) (3),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta’ Diċembru 2006 bit-titolu 'Intensifikazzjoni tal-isforzi biex tiġi eliminata kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa' (A/RES/61/143), u r-riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra x-xogħol tal-Kumitat Ad hoc tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza Kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika (CAHVIO), stabbilit f'Diċembru 2008 biex iħejji Konvenzjoni ġejjiena tal-Kunsill tal-Ewropa dwar dan is-suġġett,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Marzu 2010 dwar il-vjolenza,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (5),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tal-21 ta’ April 2009 dwar il-kampanja “Għid LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa” (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea (7),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 li ġiet ippreżentata fil-21 ta’ Settembru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0065/2011),

A.

billi m'hemm l-ebda intervent wieħed li se jelimina waħdu l-vjolenza bbażata fuq is-sess, imma kombinazzjoni ta’ azzjonijiet infrastrutturali, legali, ġudizzjarji, ta’ infurzar, edukattivi, tas-saħħa u azzjonijiet oħra relatati mas-servizzi jistgħu jnaqqsu din il-vjolenza u l-konsegwenzi tagħha b'mod sinifikanti,

B.

billi, għalkemm m'hemmx definizzjoni rikonoxxuta internazzjonalment tat-terminu “vjolenza kontra n-nisa”, dan huwa definit min-Nazzjonijiet Uniti bħala kull att ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess li jirriżulta, jew x'aktarx li jirriżulta, fi ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika lin-nisa, inkluż it-theddid ta’ atti bħal dawn, ġegħil jew deprivazzjoni arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan isir fil-ħajja pubblika u kemm jekk fil-ħajja privata (8),

C.

billi l-vjolenza hija esperjenza trawmatika għal kwalunkwe raġel, mara, tifel jew tifla, imma l-vjolenza bbażata fuq is-sess hija fil-biċċa l-kbira mwettqa mill-irġiel fuq in-nisa u l-bniet, u tirrefletti u tqawwi l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa u tikkomprometti s-saħħa, id-dinjità, is-sigurtà u l-awtonomija tal-vittmi tagħha,

D.

billi l-istudji fuq il-vjolenza bbażata fuq is-sess jikkalkulaw li waħda minn kull ħamsa sa kwart tan-nisa kollha fl-Ewropa sofrew atti ta’ vjolenza fiżika għallinqas darba tul il-ħajja adulta tagħhom, u aktar minn waħda minn kull għaxra sofriet vjolenza sesswali li tinvolvi l-użu tal-forza; billi r-riċerka turi wkoll li 26 % tat-tfal u ż-żgħażagħ jirrappurtaw vjolenza fiżika fit-tfulija,

E.

billi r-reklamar u l-pornografija spiss juru diversi tipi ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess, u b'hekk irendu l-vjolenza kontra n-nisa bħala ħaġa trivjali u jostakolaw l-istrateġiji ta’ ugwaljanza bejn is-sessi,

F.

billi l-vjolenza maskili kontra n-nisa ssawwar il-post tan-nisa fis-soċjetà: is-saħħa tagħhom, l-aċċess tagħhom għall-impjiegi u l-edukazzjoni, l-integrazzjoni tagħhom fl-attivitajiet soċjali u kulturali, l-indipendenza ekonomika tagħhom, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika u politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet u r-relazzjonijiet tagħhom mal-irġiel,

G.

billi f'bosta każi n-nisa jonqsu milli jressqu lmenti kontra atti ta’ vjolenza bbażati fuq is-sess kontrihom, għal raġunijiet li huma kumplessi u diversi u li jinkludu fatturi psikoloġiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, filwaqt li jistgħu wkoll ma jkollhomx fiduċja fil-pulizija, fis-sistema legali u fis-servizzi soċjali u tas-saħħa,

H.

billi l-vjolenza bbażata fuq is-sess, b'mod predominanti mill-irġiel kontra n-nisa, hija problema strutturali u mifruxa mal-Ewropa kollha u mad-dinja, hija fenomenu li jinvolvi l-vittmi u lil dawk li jwettqu d-delitt irrispettivament mill-età, l-isfond tal-edukazzjoni, id-dħul finanzjarju u l-pożizzjoni soċjali, u huwa marbut mad-distribuzzjoni inugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà tagħna,

I.

billi l-pressjoni ekonomika spiss twassal għal abbuż aktar frekwenti, aktar vjolenti u aktar perikoluż; billi l-istudji wrew li l-vjolenza kontra n-nisa tintensifika ruħha meta l-irġiel ikunu kostretti jħallu pajjiżhom u jitilfu l-proprjetà tagħhom bħala riżultat tal-kriżi ekonomika,

J.

billi l-vjolenza kontra n-nisa tkopri firxa wiesgħa ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi: l-abbuż sesswali, l-istupru, il-vjolenza domestika, l-attakk sesswali u l-fastidju sesswali, il-prostituzzjoni, it-traffikar tan-nisa u l-bniet, il-ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa, il-vjolenza kontra n-nisa fuq il-post tax-xogħol, il-vjolenza fuq in-nisa f' sitwazzjonijiet ta’ kunflitt, il-vjolenza kontra n-nisa fil-ħabs jew fl-istituti ta’ kura, u bosta prattiki tradizzjonali ta’ ħsara; billi kull wieħed minn dawn l-abbużi jista' jħalli feriti psikoloġiċi profondi, jgħarraq is-saħħa ġenerali tan-nisa u l-bniet, inkluża s-saħħa riproduttiva u sesswali tagħhom, u f'xi każijiet, jirriżulta f'mewt,

K.

billi f'bosta Stati Membri l-vjolenza mill-irġiel kontra n-nisa fil-forma ta’ stupru ma tiġix trattata bħala delitt li jagħti lok għal proċedimenti ex officio (9),

L.

billi ma tinżammx b'mod regolari data komparabbli dwar it-tipi differenti tal-vjolenza kontra n-nisa fl-Unjoni Ewropea, u b'hekk huwa diffiċli li jiġi aċċertat kemm hi realment mifruxa l-problema u li jinstabu soluzzjonijiet xierqa. billi huwa diffiċli ħafna li tinżamm data affidabbli peress li n-nisa u l-irġiel isibuha bi tqila jirrappurtaw l-esperjenzi tagħhom lill-partijiet interessati minħabba l-biża' jew il-mistħija,

M.

billi, skont l-istudji eżistenti rigward l-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa, l-ispiża annwali tal-vjolenza kontra n-nisa hija stmata li tammonta għal madwar EUR 33 biljun (10),

N.

billi n-nisa fl-Unjoni Ewropea mhumiex protetti b'mod ugwali kontra l-vjolenza mill-irġiel minħabba politiki u leġiżlazzjoni varji madwar l-Istati Membri,

O.

billi l-Unjoni Ewropea, bit-Trattat ta’ Lisbona, għandha kompetenza usa' fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, inkluż dwar il-liġi tal-proċedura kriminali u l-liġi kriminali sostantiva, kif ukoll fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija,

P.

wara li kkunsidra n-numru allarmanti ta’ nisa li huma vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sess,

Q.

billi l-fastidju tal-ommijiet u nisa tqal huwa forma oħra ta’ vjolenza jew abbuż li n-nisa jsofru, li jseħħ primarjament fi ħdan il-familja jew koppja u fl-isferi soċjali u professjonali, u jwassal għat-tkeċċija mill-impjieg tagħhom jew għat-tluq volontarju mill-impjieg tagħhom, u għal sitwazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni u dipressjoni,

R.

billi l-Kummissjoni enfasizzat fl-istrateġija tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2010-2015 li l-vjolenza bbażata fuq is-sess kienet waħda mill-problemi ewlenin li kellhom jiġu indirizzati sabiex tinkiseb ugwaljanza ġenwina bejn is-sessi,

S.

billi l-Kummissjoni ħabbret li se tissottometti proposta fl-2011 għal strateġija biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa, iżda ma sar l-ebda riferiment espliċitu għal din l-istrateġija fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011,

1.

Jilqa' l-impenn mill-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha li jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma li tippreżenta fl-2011-2012 “Komunikazzjoni dwar strateġija biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, il-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenitali femminili, li għandha tiġi segwita minn pjan ta’ azzjoni tal-UE” (11),

2.

Jipproponi approċċ ġdid ta’ politika komprensiva kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess inklużi:

strument tal-liġi kriminali fil-forma ta’ direttiva kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess,

miżuri biex jiġi indirizzat il-qafas “six P” dwar il-vjolenza kontra n-nisa (politika, prevenzjoni, protezzjoni, prosekuzzjoni, proviżjoni u partnership),

rikjesti lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawk li jwettqu d-delitt jiġu ppenalizzati kif inhu xieraq skont is-serjetà tad-delitt,

rikjesti lill-Istati Membri biex jiżguraw taħriġ għall-uffiċjali li aktarx jiġu f'kuntatt ma’ każijiet ta’ vjolenza kontra n-nisa – inkluż l-infurzar tal-liġi, il-kura soċjali, il-benesseri tat-tfal, il-kura tas-saħħa u l-persunal taċ-ċentri ta’ emerġenza – sabiex jiskopru, jidentifikaw u jittrattaw kif xieraq każijiet bħal dawn, b'attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-vittmi,

rekwiżiti biex l-Istati Membri juru d-diliġenza dovuta u biex jirreġistraw u jinvestigaw is-suriet kollha ta’ delitti ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess bil-għan li jingħata bidu għal prosekuzzjoni pubblika,

pjanijiet biex jiġu żviluppati rutini investigattivi għall-pulizija u għall-professjonisti tas-settur tas-saħħa bil-għan li tiġi żgurata evidenza ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess,

il-ħolqien ta’ partnerships ma’ istituzzjonijiet edukattivi ogħla bil-ħsieb li jiġu pprovduti korsijiet ta’ taħriġ dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess għal professjonisti fl-oqsma relevanti, speċjalment l-imħallfin, l-uffiċjali tal-pulizija kriminali, il-professjonisti tas-saħħa u l-edukazzjoni u l-persunal ta’ appoġġ għall-vittmi,

proposti ta’ politiki biex il-vittmi jiġu megħjuna jibnu ħajjithom mill-ġdid, li jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi ta’ gruppi differenti ta’ vittmi bħan-nisa f'minoranza, minbarra li tkun żgurata s-sikurezza tagħhom u tiġi stabbilita mill-ġdid is-saħħa fiżika u psikoloġika tagħhom, u miżuri li jinkoraġġixxu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika għat-trattament ta’ dawk li jkunu sofrew il-vjolenza kontra n-nisa,

l-integrazzjoni ta’ mekkaniżmi speċifiċi ta’ identifikazzjoni u dijanjożi fi ħdan is-servizzi tal-emerġenza tal-isptar u n-netwerk tal-kura primarja, bil-ħsieb li tiġi kkonsolidata sistema ta’ aċċess u ta’ monitoraġġ aktar effiċjenti għall-vittmi kkonċernati,

rikjesti lill-Istati Membri biex jipprovdu kenn għall-vittmi ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess b'kooperazzjoni mal-NGOs relevanti,

rekwiżiti minimi rigward l-għadd ta’ strutturi ta’ appoġġ għall-vittmi għal kull 10 000 abitant għall-vittmi ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess fil-forma ta’ ċentri b'perizja speċifika biex il-vittmi jiġu megħjuna,

it-tfassil ta’ karta Ewropea li tistabbilixxi livell minimu ta’ servizzi ta’ assistenza li jiġu offruti lill-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa, inkluż: id-dritt għall-għajnuna legali; il-ħolqien ta’ djar ta’ kenn biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-vittmi ta’ protezzjoni u akkomodazzjoni temporanja; servizzi ta’ għajnuna psikoloġika urġenti, li jiġu pprovduti bla ħlas minn speċjalisti fuq bażi deċentralizzata u aċċessibbli; u arranġamenti ta’ għajnuna finanzjarja intiżi għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-vittmi u li jiffaċilitaw ir-ritorn tagħhom għall-ħajja normali u għad-dinja tax-xogħol,

standards minimi biex ikun żgurat li l-vittmi jkollhom appoġġ professjonali fil-forma ta’ pariri minn professjonist legali jkun xi jkun ir-rwol tagħhom fil-proċeduri kriminali,

mekkaniżmi biex jiffaċilitaw l-aċċess għal għajnuna legali, li jagħtu l-possibilità lill-vittmi li jasserixxu drittijiethom mal-Unjoni kollha,

pjanijiet biex jiġu żviluppati linji gwida metodoloġiċi u biex isiru sforzi ġodda għall-ġbir tad-data biex tinkiseb data statistika komparabbli fuq il-vjolenza bbażata fuq is-sess, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, sabiex tiġi identifikata l-firxa tal-problema u tiġi pprovduta bażi għal bidla fl-azzjoni fil-konfront tal-problema,

l-istabbiliment, fil-ħames snin li ġejjin, ta’ Sena Ewropea Kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa bil-għan li titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej,

rikjesti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa dwar il-prevenzjoni, inklużi kampanji ta’ tqajjim ta’ kuxjenza, fejn ikun relevanti b'kooperazzjoni mal-NGOs,

l-implimentazzjoni ta’ miżuri rigward ftehimiet fuq is-salarji u koordinazzjoni akbar bejn dawk li jimpjegaw, it-trejdjunjins u l-impriżi, kif ukoll bejn l-entitajiet ta’ ġestjoni rispettivi tagħhom, sabiex jipprovdu “l vittmi b”informazzjoni relevanti dwar id-drittijiet ta’ impjieg tagħhom,

żieda fl-ammont tal-qrati li speċifikament jittrattaw vjolenza bbażata fuq is-sess; aktar riżorsi u materjal ta’ taħriġ dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess għall-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi u l-avukati; u titjib fl-unitajiet ta’ speċjalizzazzjoni fl-entitajiet ta’ infurzar tal-liġi, billi jiżdied l-ammont tal-persunal tagħhom u jitjiebu t-taħriġ u t-tagħmir tagħhom;

3.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-istupru u l-vjolenza sesswali kontra n-nisa, partikolarment fi ħdan iż-żwieġ u relazzjonijiet informali intimi u/jew meta mwettqa minn qraba maskili, bħala delitt f'każijiet fejn il-vittma ma tkunx tat il-kunsens tagħha, biex jiżguraw li tali delitti jirriżultaw fi prosekuzzjoni awtomatika u biex jiċħdu kull riferiment għall-prattiki kulturali, tradizzjonali jew reliġjużi bħala fattur li jtaffi s-serjetà f'każijiet ta’ vjolenza kontra n-nisa, inklużi l-hekk imsejħa “delitti tal-unur” u l-mutilazzjoni ġenitali femminili;

4.

Jirrikonoxxi li l-vjolenza kontra n-nisa hija waħda mill-iktar forom serji ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem ibbażat fuq is-sess u li l-vjolenza domestika – fil-konfront ta’ vittmi oħra bħat-tfal, l-irġiel u x-xjuħ – hija wkoll fenomenu moħbi li jaffettwa wisq familji u għalhekk ma jistax jiġi injorat;

5.

Jenfasizza li l-espożizzjoni għall-vjolenza u l-abbuż fiżiku, sesswali u psikoloġiku bejn il-ġenituri jew membri l-oħra tal-familja għandha impatt serju fuq it-tfal;

6.

Jistieden lill-Istati Membri biex, meta huma involuti tfal li huma xhieda ta’ kull forma ta’ vjolenza, jiżviluppaw servizz ta’ pariri psikosoċjali adattat għall-età li huwa mfassal speċifikament għat-tfal biex jaffaċjaw l-esperjenzi trawmatiċi tagħhom u biex tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-aħjar interessi tat-tfal;

7.

Jenfasizza li n-nisa migranti, inklużi n-nisa migranti bla dokumenti, u n-nisa li jfittxu asil jikkostitwixxu żewġ subkategoriji ta’ nisa li huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza bbażata fuq is-sess;

8.

Jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ adegwat għal dawk kollha li jaħdmu man-nisa li huma vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, speċjalment għal dawk li jirrappreżentaw is-sistema legali u l-infurzar tal-liġi, b'referenza speċjali għall-pulizija, l-imħallfin, il-ħaddiema soċjali u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, bl-użu ta’ servizzi ta’ esperti kollha disponibbli, tiżviluppa u tipprovdi statistika annwali dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess, inklużi ċifri dwar kemm nisa jinqatlu kull sena mis-sieħeb jew l-ex-sieħeb tagħhom, fuq il-bażi ta’ data mogħtija mill-Istati Membri;

10.

Jenfasizza li r-riċerka fil-qasam tal-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u f'livell aktar ġenerali fil-qasam tal-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza sesswali, għandha tiġi inkluża bħala qasam ta’ riċerka multidixxiplinari fit-Tmien Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku li jmiss;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi osservatorju dwar il-vjolenza kontra n-nisa bbażat fuq ir-rappurtaġġ ta’ każijiet tal-qorti li jinvolvu vjolenza kontra n-nisa;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess permezz ta’ programmi Komunitarji, speċjalment il-Programm Daphne li diġà kien ta’ suċċess fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa;

13.

Jinnota li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) se twettaq inkjesta b'kampjun rappreżentattiv ta’ nisa mill-Istati Membri kollha rigward l-esperjenzi tagħhom ta’ vjolenza, u jitlob li l-attenzjoni tiġi ffukata fuq l-eżami tat-tweġibiet li n-nisa fil-fatt jirċievu mid-diversi awtoritajiet u servizzi ta’ appoġġ meta jirrapportaw;

14.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fl-istatistika nazzjonali tagħhom, juru b'mod ċar id-daqstal-vjolenza bbażata fuq is-sess u jieħdu passi biex jiżguraw li tinġabar id-data dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess, fost oħrajn fuq is-sess tal-vittmi, is-sess ta’ dawk li jkunu wettqu d-delitt, ir-relazzjoni tagħhom, l-età, il-post fejn ikun seħħ id-delitt u l-ħsarat imġarrba;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti studju dwar l-impatt finanzjarju tal-vjolenza kontra n-nisa, li jibni fuq ir-riċerka bl-użu ta’ metodoloġiji li jistgħu jikkwantifikaw f'termini finanzjarji l-impatt ta’ din il-forma ta’ vjolenza fuq is-servizzi tas-saħħa, is-sistemi tal-benesseri u s-suq tax-xogħol;

16.

Jistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex jagħmlu riċerka li tanalizza l-firxa tal-vjolenza f'relazzjonijiet bejn iż-żgħażagħ u l-impatt li dan għandu fuq il-benesseri tagħhom;

17.

Jinnota li l-insegwiment malizzjuż (stalking), li 87 % tal-vittmi tiegħu huma nisa, jikkawża trawma psikoloġika u tensjoni emozzjonali akuta u li għalhekk għandu jitqies bħala forma ta’ vjolenza kontra n-nisa u għandu jkun suġġett għal qafas legali fl-Istati Membri kollha;

18.

Jinnota li prattiki tradizzjonali ta’ ħsara bħall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM) u l-hekk imsejjaħ “qtil tal-unur” huma forom ta’ vjolenza kontra n-nisa estremament kontestwalizzati u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċifika lill-prattiki tradizzjonali ta’ ħsara fl-istrateġija tagħha biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa;

19.

Jirrikonoxxi l-problema serja tal-prostituzzjoni, inkluża l-prostituzzjoni tat-tfal, fl-Unjoni Ewropea u jitlob li jsiru studji ulterjuri dwar ir-rabta bejn il-qafas legali tal-Istat Membru inkwistjoni u l-forma u l-firxa tal-prostituzzjoni li qed isseħħ; jiġbed l-attenzjoni għaż-żieda allarmanti fit-traffikar ta’ bnedmin deħlin fl-UE u fi ħdanha – kummerċ li jolqot partikolarment lin-nisa u lit-tfal – u jħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni iebsa biex jiġġieldu din il-prattika illegali;

20.

Jitlob lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-problema serja tat-tqala għal terzi persuni, li tikkostitwixxi sfruttament tal-ġisem femminili u l-organi riproduttivi tagħha;

21.

Jenfasizza li n-nisa u t-tfal huma suġġetti għall-istess forom ta’ sfruttament, u t-tnejn li huma jistgħu jitqiesu bħala kommoditajiet fis-suq internazzjonali tar-riproduzzjoni, u dawn l-arranġamenti riproduttivi l-ġodda, bħat-tqala għal terzi persuni, qed iżidu t-traffikar tan-nisa u t-tfal u l-adozzjoni illegali matul il-konfini nazzjonali;

22.

Jinnota li l-vjolenza domestika ġiet identifikata bħala kawża prinċipali ta’ korriment fit-tqala u twelid ta’ trabi mejta, u jitlob lill-Kummissjoni tiffoka aktar fuq il-vjolenza kontra nisa tqal peress li f'dan il-każ dak li jwettaq id-delitt qed jikkaġuna ħsara fuq iktar minn persuna waħda;

23.

Jirrimarka li s-soċjetà ċivili, partikolarment l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet tan-nisa u organizzazzjonijiet pubbliċi u privati volontarji oħra li joffru appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza, joffru servizz ta’ valur kbir, partikolarment billi jassistu lill-vittmi nisa li jixtiequ jiksru s-silenzju li l-vjolenza tagħlaqhom fih, u għandhom jingħataw appoġġ mill-Istati Membri;

24.

Itenni l-ħtieġa li wieħed jaħdem kemm mal-vittmi kif ukoll mal-aggressuri, bil-ħsieb li dawn tal-aħħar ikunu aktar konxji mis-sitwazzjoni, u li jingħata kontribut għall-bidla tal-isterjotipi u l-kunċetti determinati mis-soċjetà, li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jiġġeneraw dan it-tip ta’ vjolenza u l-aċċettazzjoni tagħha;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu djar ta’ kenn għan-nisa sabiex jgħinu lin-nisa u t-tfal jgħixu ħajja determinata minnhom, mingħajr vjolenza u faqar, u li dawn joffru servizzi speċjalizzati, trattament mediku, għajnuna legali, pariri psikosoċjali u terapewtiċi, appoġġ legali tul il-proċeduri fil-qrati, appoġġ għat-tfal effettwati mill-vjolenza, eċċ.;

26.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda tal-vjolenza kontra n-nisa, inkluż permezz tar-rikors għall-Fondi Strutturali;

27.

Jenfasizza kemm huwa importanti li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jieħdu azzjoni biex jiffaċilitaw ir-ritorn fis-suq tax-xogħol tan-nisa li jkunu sfaw vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sess permezz ta’ strumenti bħall-ESF jew il-Programm Progress;

28.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas legali li jagħti lin-nisa immigranti d-dritt li jżommu l-passaport u l-permess ta’ residenza tagħhom, u jagħmluha possibbli li persuna li tikkonfiska dawn id-dokumenti tinżamm responsabbli kriminalment;

29.

Itenni l-fehma espressa fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2010 li l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-qafas legali l-ġdid stabbilit mit-Trattat ta’ Lisbona, għandha ssir firmatarja tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u d-dimensjoni relatata mas-sess tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq skala internazzjonali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-assoċjazzjoni bilaterali u l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-seħħ u dawk li qed jiġu nnegozjati;

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.

(2)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.

(3)  ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 11.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0470.

(5)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.

(6)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 131.

(7)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 52.

(8)  Artikolu 1 tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta’ Diċembru 1993 (A/RES/48/104); punt 113 tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Pekin tal-1995 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(9)  Studju tal-Kummissjoni 2010 bit-titolu “Studju ta’ fattibilità biex jiġu eżaminati l-possibilitajiet, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet ta’ standardizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-vjolenza kontra n-nisa, il-vjolenza kontra t-tfal u l-vjolenza kontra l-orjentazzjoni sesswali”, p. 53.

(10)  “Il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa: Rendikont tal-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa”, Kunsill tal-Ewropa, 2006.

(11)  COM(2010)0171 Il-kisba ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa, Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma, p. 13.


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/34


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Politika Ewropea futura ta’ investiment internazzjonali

P7_TA(2011)0141

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta’ investiment internazzjonali (2010/2203(INI))

2012/C 296 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta’ Lulju 2010 bit-titolu “Lejn politika komprensiva ta’ investiment internazzjonali Ewropew” (COM(2010)0343), kif ukoll il-Proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2010 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta’ investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (COM(2010)0344),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta’ Novembru 2010 bit-titolu “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija - Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-istrateġija tal-UE 2020” (COM(2010)0612),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar politika Ewropea komprensiva ta’ investiment internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Linji gwida aġġornati tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali,

wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar każijiet fejn l-Istati Membri naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom, u partikolarment is-sentenza tat-3 ta’ Marzu 2009 fil-kawża l-Kummissjoni v l-Awstrija (Kawża C–205/06), is-sentenza tat-3 ta’ Marzu 2009 fil-kawża l-Kummissjoni v l-Isvezja (Kawża C–249/06), u s-sentenza tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-kawża l-Kummissjoni v il-Finlandja (Kawża C–118/07),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7–0070/2011),

A.

billi t-Trattat ta’ Lisbona ġab l-investiment barrani dirett (IBD) taħt kompetenza esklussiva tal-UE, kif stipulat fl-Artikoli 3(1)(e), 206 u 207 tat-Tratatt dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

B.

billi mill-1959 aktar minn 1 200 trattat bilaterali ta’ investiment (TBI) ġew konklużi mill-Istati Membri fl-livell bilaterali u kważi 3 000 TBI ġew konklużi b’ kollox,

C.

billi huwa ġeneralment rikonoxxut li investiment “il ġewwa jista” jtejjeb l-kompetittività tal-pajjiżi ospitanti iżda l-għajnuna ta’ aġġustament għal ħaddiema b'livell baxx ta’ ħiliet tista' tkun meħtieġa fil-każ ta’ investimet 'il barra; billi hija r-responsabbiltà ta’ kwalunkwe gvern li jħeġġeġ l-impatti tal-investimenti li huma ta’ benefiċċju filwaqt li jipprevjeni kwalunkwe effetti ta’ ħsara,

D.

billi l-Artikoli 206 u 207 tat-TFUE ma joffrux definizzjoni tal-IBD, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1) speċifikat it-tifsira tagħha tat-terminu IBD, fuq il-bażi ta’ tliet kriterji: għandu jiġi kkunsidrat bħala investiment fit-tul, li jirrappreżenta tal-anqas 10 % tal-kapital ta’ ekwità/tal-ishma tal-kumpanija affiljata u għandu jipprovdi kontroll maniġerjali tal-operazzjonijiet tal-kumpanija affiljata lill-investitur, billi din id-definizzjoni taqbel ma’ dawk tal-FMI u l-OECD u tmur kontra, b'mod partikolari, l-investimenti ta’ portafoll u d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; billi huwa diffiċli li ssir distinzjoni ċara bejn l-IBD u l-investimenti ta’ portafoll u se jkun diffiċli wkoll li tiġi adottata definizzjoni legali stretta tal-prattiki tal-investituri fid-dinja reali,

E.

billi xi Stati Membri jużaw definizzjonijiet wiesgħa tat-terminu “investitur barrani”, fejn sempliċi indirizz postali huwa biżżejjed biex bih tiġi determinata n-nazzjonalità ta’ intrapriża, u billi dan ta l-opportunità lil xi intrapriżi biex jistitwixxu kawżi kontra pajjiżhom stess permezz ta’ TBI iffirmati minn pajjiżi terzi, u billi kwalunkwe kumpanija għandha tkun tista' toqgħod fuq il-ftehimiet ta’ investiment futuri tal-UE jew il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTAs) bil-kapitoli tal-investiment,

F.

billi l-emerġenza ta’ pajjiżi ġodda b'kapaċità ta’ investiment qawwija bħala awtoritajiet lokali jew dinjija biddlet il-perċezzjoni klassika li skontha l-pajjiżi żviluppati kienu l-uniċi investituri,

G.

billi, wara l-ewwel każijiet tad-disgħinijiet li fihom instabet soluzzjoni għal tilwim, u minkejja esperjenzi ġeneralment pożittivi, għadd ta’ problemi ħarġu fil-beraħ minħabba l-użu ta’ lingwaġġ vag fil-ftehimiet li setgħu jiġu interpretati b'diversi modi, b'mod partikolari dwar il-possibbiltà ta’ kunflitt bejn interessi privati u l-kompiti regolatorji tal-awtoritajiet pubbliċi, pereżempju fil-każijiet fejn l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni leġittima wasslet biex stat ġie kundannat minn arbitri internazzjonali għal ksur tal-prinċipju ta’ “trattament ġust u ekwu”,

H.

filwaqt li l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada, li kienu fost l-ewwel stati li ħabbtu wiċċhom ma’ tali sentenzi, adattaw il-mudell tat-TBI tagħhom sabiex jillimitaw il-wisa' ta’ interpretazzjoni mill-arbitraġġ u jiżguraw protezzjoni aħjar tad-dominju tagħhom għall-intervent pubbliku,

I.

billi l-Kummissjoni elenkat il-pajjiżi li se jkunu sħab privileġġjati matul in-negozjati għall-ewwel ftehimiet ta’ investiment (il-Kanada, iċ-Ċina, l-Indja, Mercosur, ir-Russja u Singapor),

J.

billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għadu kif ġie stabbilit għandu jirrinforza wkoll il-preżenza globali u r-rwol tal-UE, inklużi l-promozzjoni u d-difiża tal-għanijiet tal-kummerċ tal-UE, fil-qasam tal-investiment,

1.

Jirrikonoxxi li, bħala riżultat tat-Trattat ta’ Lisbona, l-IBD issa jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE; jinnota li din il-kompetenza ġdida tal-UE tippreżenta sfida doppja, minn banda biex jiġu ġestiti t-TBI eżistenti u mill-banda l-oħra biex tinstab definizzjoni għall-politika ta’ investiment Ewropea li tissodisfa l-aspettattivi tal-investituri u tal-Istati benefiċjarji iżda anke l-interessi ekonomiċi usa' tal-UE u l-objettivi tal-politika esterna tagħha;

2.

Jilqa' din il-kompetenza ġdida tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħtfu din l-opportunità biex ifasslu, flimkien mal-Parlament, politika ta’ investiment koerenti u integrata li tippromwovi investimenti ta’ kwalità għolja u li tagħti kontribut pożittiv lill-progress ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fid-dinja kollha; huwa tal-fehma li l-Parlament irid ikun involut b'mod xieraq fit-tiswir tal-politika futura dwar l-investiment u li dan jirrikjedi konsultazzjoni xierqa dwar il-mandati għan-negozjati li jmiss, kif ukoll għoti siewi ta’ rapporti qosra regolari dwar l-istat tan-negozjati li jkunu għaddejjin;

3.

Jinnota li l-UE hija blokk ekonomiku importanti li għandu piż konsiderevoli fin-negozjati; jemmen li politika komuni dwar l-investiment tissodisfa l-aspettattivi kemm tal-investituri kif ukoll tal-istati kkonċernati u tgħin fit-tkattir tal-kompetittività tal-UE u tan-negozji tagħha u fit-tkattir tal-impjieg;

4.

Jinnota l-ħtieġa ta’ qafas Ewropew ikkoordinat, wieħed li jkun imfassal biex jipprovdi ċertezza u li jinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-prinċipji u tal-objettivi tal-UE;

5.

Ifakkar li l-fażi attwali tal-globalizzazzjoni rat żieda drammatika fl-IBD, li fl-2007, is-sena ta’ qabel l-investiment kien affettwat mill-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija, kien ilaħħaq livell rekord għoli ta’ kważi EUR 1 500 biljun, bl-UE tkun l-ikbar sors ta’ IBD fl-ekonomija dinjija kollha; jissottolinja, madankollu, li fl-2008 u fl-2009 l-investiment naqas minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija; jenfasizza wkoll li madwar 80 % tal-valur totali tal-IBD dinji jikkonċerna fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet transkonfinali;

6.

Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn politika komprensiva ta’ investiment internazzjonali Ewropew” iżda jenfasizza li, filwaqt li se tiffoka sew fuq il-protezzjoni tal-investitur, għandha tindirizza aħjar id-dritt li tkun protetta l-kapaċità tar-regolamentazzjoni pubblika u li tissodisfa l-obbligu tal-UE li teżerċita koerenza politika għall-iżvilupp;

7.

Iqis li l-investiment jista' jkollu impatt pożittiv fuq it-tkabbir u l-impjiegi, mhux biss fl-UE iżda wkoll f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, sakemm l-investituri jikkontribwixxu b'mod attiv għall-objettivi ta’ żvilupp tal-istati ospitanti, jiġifieri billi jappoġġjaw l-ekonomija lokali permezz ta’ trasferiment teknoloġiku u billi jużaw ħaddiema u mezzi ta’ produzzjoni lokali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm quddiem għajnejha l-lezzjonijiet meħuda fuq livell multilaterali, plurilaterali u bilaterali, b'mod partikolari fir-rigward tal-falliment tan-negozjati OECD dwar il-Ftehim Multilaterali dwar l-Investimenti;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-istrateġija ta’ investiment tal-UE bir-reqqa u b'mod koordinat billi tqis l-aħjar prattiki tal-IBD; jinnota d-diverġenza tal-kontenut bejn il-ftehimiet tal-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni biex tirrikonċilja dawn id-diverġenzi biex tipprovdi mudell b'saħħtu tal-UE għall-ftehimiet ta’ investiment, li jista' jiġi aġġustat ukoll skont il-livell ta’ żvilupp tal-pajjiż sieħeb;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida mhux obbligatorja malajr kemm jista' jkun, pereżempju fil-forma ta’ mudell għat-TBI, li jkun jista' jintuża mill-Istati Membri biex itejbu ċ-ċertezza u l-konsistenza;

Definizzjonijiet u ambitu

11.

Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ċara tal-investimenti li għandhom jiġu protetti, inklużi l-IBD u l-investiment ta’ portafoll; iqis, madankollu, li forom spekulattivi ta’ investiment, kif definiti mill-Kummissjoni, m'għandhomx jiġu protetti; jinsisti li meta d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu inklużi fl-ambitu tal-ftehim ta’ investiment, inklużi dawk il-ftehimiet fejn l-abbozzi tal-mandati diġà ġew proposti, id-dispożizzjonijiet għandhom jevitaw li jkollhom impatt negattiv fuq il-produzzjoni ta’ mediċini ġeneriċi u jridu jirrispettaw l-eċċezzjonijiet TRIPS għas-saħħa pubblika;

12.

Jinnota bi tħassib li n-negozjar ta’ varjetà wiesgħa ta’ investimenti se jwassal għal taħlit bejn kompetenzi esklussivi u kondiviżi;

13.

Jitlob l-introduzzjoni tat-terminu “investitur tal-UE” li, filwaqt li jirrifletti l-ispirtu tal-Artikolu 207 TFUE, jissottolinja s-sinifikat tal-promozzjoni tal-investituri mill-Istati Membri kollha fuq termini ugwali, filwaqt li jiżguralhom kundizzjonijiet għall-funzjonament u l-protezzjoni tal-investimenti tagħhom fuq bażi ugwali;

14.

Ifakkar li t-TBI standard tal-Istati Membri tal-UE juża definizzjoni wiesgħa ta’ “investitur barrani”; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta fejn dan wassal għal prattiki abbużivi; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ċara ta’ “investitur barrani” abbażi ta’ din il-valutazzjoni u billi tfassal fuq id-definizzjoni ta’ riferiment l-iktar riċenti tal-OECD ta’ IBD;

Protezzjoni tal-investituri

15.

Jenfasizza li l-protezzjoni tal-investitur għall-investituri kollha tal-UE għandha tibqa' l-ewwel prijorità ta’ ftehimiet ta’ investiment;

16.

Jinnota li n-negozjar tat-TBI huwa proċess li jieħu ħafna żmien; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvesti f'termini tar-riżorsi materjali u tal-persunal tagħha fin-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ investiment tal-UE;

17.

Iqis li t-talba li saret mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Komunikazzjoni – li l-qafas legali l-ġdid Ewropew m'għandux ikollu impatt negattiv fuq il-protezzjoni tal-investitur u l-garanziji skont il-ftehimiet eżistenti – tista' toħloq riskju ta’ oppożizzjoni għal kull ftehim ġdid, u tista' twassal biex il-bilanċ meħtieġ bejn il-protezzjoni tal-investitur u l-protezzjoni tad-dritt għar-regolamentazzjoni – fi żmien ta’ żieda fl-investiment 'il ġewwa fl-UE – jitqiegħed f'riskju; iqis, barra minn hekk, li tali formulazzjoni tal-kriterju tal-evalwazzjoni tista' tikkontradixxi t-tifsira u l-ispirtu tal-Artikolu 207 tat-TFUE;

18.

Jemmen li l-ħtieġa li jkunu identifikati l-aħjar prattiki, li għalihom jirreferu wkoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill, hija għażla ferm aktar loġika u effettiva, u b'dan il-mod tista' tiġi żviluppata politika ta’ investiment Ewropea konsistenti;

19.

Jikkunsidra li ftehimiet ta’ investiment futuri konklużi mill-UE għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar prattiki meħuda mill-esperjenzi tal-Istati Membri u jinkludu l-istandards li ġejjin:

non-diskriminazzjoni (trattament nazzjonali u l-aktar nazzjon favorit), bi kliem aktar preċiż fid-definizzjoni li tgħid li investituri nazzjonali u barranin għandhom joperaw taħt “kundizzjonijiet simili” u li tippermetti ċerta flessibilità fil-klawsola MFN sabiex ma jiġux ostakolati l-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

trattament ġust u ekwu, definit fuq il-bażi tal-livell ta’ trattament stabbilit mil-liġi internazzjonali li tiġi applikata normalment;

protezzjoni kontra l-esproprjazzjoni diretta u indiretta, filwaqt li tingħata definizzjoni li tistabbilixxi bilanċ ċar u ġust bejn l-objettivi dwar il-benesseri pubbliku u l-interessi privati, u li tippermetti kumpens xieraq skont id-danni li jkunu saru f'każ ta’ esproprjazzjoni illegali;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt potenzjali tal-inklużjoni ta’ klawsola ġenerika fi ftehimiet futuri dwar investiment Ewropew, u tippreżenta rapport kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kunsill;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura reċiproċità meta tkun qiegħda tinnegozja aċċess għas-suq mas-sħab prinċipali żviluppati tagħha u mal-ekonomiji emerġenti ewlenin, filwaqt li tikkunsidra l-ħtieġa li teskludi setturi sensittivi u li żżomm asimetrija fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

22.

Jinnota li t-titjib mistenni fiċ-ċertezza se jgħin lill-SMEs jinvestu barra mill-pajjiż, u jinnota f'dan is-sens li leħen l-SMEs għandu jinstema' matul in-negozjati;

Protezzjoni tad-dritt tar-regolamentazzjoni

23.

Jenfasizza li ftehimiet futuri ta’ investiment konklużi mill-UE għandhom jirrispettaw il-kapaċità għal intervent min-naħa tal-pubbliku;

24.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-livell ta’ diskrezzjoni tal-arbitri internazzjonali li jużaw interpretazzjoni wiesgħa tal-klawsoli dwar il-protezzjoni tal-investitur, li twassal għall-esklużjoni ta’ regolamenti pubbliċi leġittimi; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq definizzjonijiet ċari ta’ standards dwar il-protezzjoni tal-investitur sabiex problemi bħal dawn ikunu evitati fil-ftehimiet ta’ investiment il-ġodda;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-ftehimiet futuri kollha, klawsoli speċifiċi li jistipulaw id-dritt tal-partijiet għall-ftehim għal regolamentazzjoni, inter alia, fl-oqsma tal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, tal-ambjent, tas-saħħa pubblika, tad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumatur, tal-politika industijali u tad-diversità kulturali;

26.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi każ b'każ dwar setturi li m'għandhomx ikunu koperti minn ftehimiet futuri, pereżempju setturi sensittivi bħalma huma l-kultura, l-edukazzjoni, is-saħħa pubblika u dawk is-setturi li huma strateġikament importanti għad-difiża nazzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-mandat li ngħatat f'kull każ; jinnota li l-UE għandha tkun konxja wkoll tal-elementi ta’ tħasssib tas-sħab tagħha li qegħdin jiżviluppaw u ma għandhiex titlob aktar liberalizzazzjoni jekk dawn jemmnu li li din hija neċessarja għall-protezzjoni ta’ ċerti setturi, b'mod partikolari s-servizzi pubbliċi;

Inklużjoni ta’ standards soċjali u ambjentali

27.

Jenfasizza li l-politika futura tal-UE għandha tippromwovi wkoll investiment li huwa sostenibbli, li jirrispetta l-ambjent (b'mod partikolari fil-qasam ta’ industriji ta’ estrazzjoni) u li jinkoraġġixxi kundizzjonijiet tax-xogħol tajba fl-intrapriżi fil-mira tal-investiment; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi, fil-ftehimiet futuri kollha, referenza għal-Linji gwida aġġornati tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

28.

Itenni t-talba tiegħu, fir-rigward tal-kapitoli ta’ investiment f'FTAs usa', biex tiddaħħal klawsola korporattiva dwar ir-responsabbiltà soċjali u biex jiddaħħlu klawsoli ambjentali u soċjali effikaċi f'kull FTA iffirmat mill-UE;

29.

Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta kif klawsoli bħal dawn ġew inklużi fit-TBI tal-Istati Membri u kif jistgħu jiġu inklużi wkoll fi ftehimiet ta’ investiment indipendenti futuri;

30.

Jilqa' l-fatt li għadd ta’ TBI attwalment fihom klawsola li tostakola d-dgħufija ta’ leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali li tista' sservi biex tattira l-investiment u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-inklużjoni ta’ klawsola bħal din fil-ftehimiet futuri tagħha;

Mekkaniżmu għal soluzzjoni tat-tilwim u r-responsabbiltà tal-UE

31.

Jemmen li għandhom isiru tibdiliet fir-reġim preżenti għal soluzzjoni tat-tilwim, sabiex ikunu inklużi aktar trasparenza, l-opportunità biex il-partijiet ikunu jistgħu jappellaw, l-obbligu li jiġu eżawriti r-rimedji ġudizzjarji lokali meta jkunu affidabbli biżżejjed biex jiggarantixxu proċess xieraq, il-possibbiltà li jintużaw rappreżentanzi amicus curiae u l-obbligu li jintgħażel post uniku ta’ arbitraġġ tal-istat investitur;

32.

Huwa tal-fehma li, minbarra l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni għal tilwim bejn stat u stat għandu jkun hemm ukoll l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni għal tilwim bejn investitur u stat biex b'hekk tiġi żgurata protezzjoni komprensiva tal-investimenti;

33.

Huwa konxju mill-fatt li l-UE ma tistax tuża mekkaniżmi għal soluzzjoni tat-tilwim taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investiment (ICSID) u tal-Kummissjoni tan-Nazzjonaijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali (UNCITRAL) billi l-UE bħala tali m'hija membru tal-ebda waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet; jistieden lill-UE biex tinkludi kapitolu dwar is-soluzzjoni tat-tilwim f'kull trattat ġdid tal-UE dwar l-investiment skont ir-riformi proposti f'din ir-riżoluzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom bħala parteċipanti internazzjonali prinċipali biex jaħdmu favur ir-riformi neċessarji tar-regoli tal-ICSID u tal-UNCITRAL;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta soluzzjonijiet li permezz tagħhom l-SMEs ikunu jistgħu jiffinanzjaw aħjar l-ispejjeż għoljin tal-proċeduri għas-soluzzjoni għal tilwim;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta, kemm jista' jkun malajr, regolament dwar kif jistgħu jitqassmu r-responsabbiltajiet bejn il-livelli nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari f'termini finanzjarji, jekk każ ta’ arbitraġġ internazzjonali jinqata' kontra l-UE;

L-għażla tas-sħab u l-poteri tal-Parlament

36.

Japprova l-prinċipju li s-sħab ta’ prijorità għal ftehimiet futuri ta’ investiment tal-UE għandhom ikunu pajjiżi li għandhom potenzjal kbir fis-suq iżda fejn investimenti barranin jeħtieġu protezzjoni aħjar;

37.

Jinnota li r-riskju tal-investiment huwa ġeneralment ogħla fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u dawk anqas żviluppati u li l-protezzjoni b'saħħitha u effettiva tal-investitur fil-forma ta’ trattati ta’ investiment hija fundamentali għall-protezzjoni tal-investituri Ewropej u tista' ttejjeb il-governanza, biex b'hekk twassal għall-ambjent stabbli meħtieġ biex jiżdied l-IBD f'dawn il-pajjiżi; jinnota li, biex ftehimiet ta’ investiment ikunu ta’ benefiċċju akbar għal dawn il-pajjiżi, għandhom ikunu bbażati wkoll fuq l-obbligi tal-investituri f'termini ta’ konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u kontra l-korruzzjoni bħala parti minn sħubija usa' bejn l-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-finijiet tat-tnaqqis tal-faqar; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta sħab futuri vijabbli, filwaqt li tqis l-aħjar prattiki tal-Istati Membri fir-rigward tat-TBI;

38.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-IBD fil-pajjiżi l-inqas żviluppati huwa limitat ħafna u għandu t-tendenza li jkun ikkonċentrat fuq ir-riżorsi naturali;

39.

Iqis li fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jingħata appoġġ akbar lid-ditti lokali, b'mod partikolari permezz ta’ inizjattivi biex tissaħħaħ il-produttività tagħhom, biex ikun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib u biex jittejbu l-ħiliet tal-ħaddiema – oqsma li huma ta’ potenzjal konsiderevoli f'termini ta’ spinta lill-iżvilupp ekonomiku, lill-kompetittività u lit-tkabbir; jinkoraġġixxi, bl-istess mod, it-trasferiment ta’ teknoloġiji ambjentali ġodda tal-UE lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala l-aħjar mod kif jiġi promoss it-tkabbir ambjentali u sostenibbli;

40.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Parlament qabel ma jibdew in-negozjati ta’ investiment, kif ukoll matul tali negozjati; ifakkar fil-kontenut tal-Ftehim ta’ Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta mal-Parlament dwar l-abbozz tal-mandati ta’ negozjar meta xieraq sabiex ikun jista' jressaq il-pożizzjoni tiegħu, li għandha, imbagħad, tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni u mill-Kunsill;

41.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi inkluż ir-rwol tad-delegazzjonijiet tas-SEAE fl-istrateġija tal-politika futura tal-investiment, filwaqt li jirrikonoxxi l-potenzjal u l-kompetenzi lokali tagħhom bħala assi strateġiċi fil-ksib tal-għanijiet il-ġodda tal-politika;

*

* *

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni.


(1)  Sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006 fil-kawża Test Claimants in the FII Group Litigation v Commissioners of Inland Revenue (Kawża C–446/04).


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/40


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-frodi

P7_TA(2011)0142

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009 (2010/2247(INI))

2012/C 296 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

wara li kkunsidra r-rapport tal-14 ta’ Lulju 2010 tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu “Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009” (COM(2010)0382), inkluż l-annessi (SEC(2010)0897 u SEC(2010)0898) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Għaxar Rapport ta’ Attività tal-OLAF – Rapport Annwali 2010 (1),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 319(3) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (5), bl-għan li jiżgura li l-fondi tal-UE ma jkunux suġġetti għall-korruzzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0050/2011),

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jiddispjaċih li, b’mod ġenerali, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009 (COM(2010)0382) (“ir-Rapport PIF 2009”), imressaq skont l-Artikolu 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ma jipprovdi l-ebda informazzjoni dwar il-livell stmat ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi fl-Istati Membri individwali billi dan jikkonċentra fuq il-livell ta’ rappurtar, u għalhekk mhuwiex possibbli li wieħed ikollu ħarsa ġenerali tal-livell effettivi ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi fl-Istati Membri u li jidentika u jieħu passi kontra dawk bl-ogħla livell ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi;

2.

Jenfasizza li l-frodi hija eżempju ta’ għemil ħażin intenzjonat u hija reat kriminali, u li irregolarità hija nuqqas ta’ konformità ma’ regola; jiddispjaċih li r-rapport tal-Kummissjoni jonqos li jqis il-frodi fid-dettall u jittratta l-irregolaritajiet b’mod wiesa’ ħafna; jirrimarka li l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa relatat mal-frodi, mhux mal-irregolaritajiet, u jitlob li ssir distinzjoni bejn il-frodi u l-iżbalji jew l-irregolaritajiet;

3.

Jirrimarka li matul l-aħħar snin ġew żviluppati tekniki għall-kejl tal-frodi bħala parti minn tentattiv usa' biex tkun miġġielda l-korruzzjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti spinta lil dawn l-isforzi ta’ riċerka u biex timplimenta, inizjalment bħala proġetti pilota, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-metodoloġiji ġodda u adegwati li qed jiġu żviluppati biex ikejlu l-fenomeni tal-irregolaritajiet u l-frodi;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni teżerċita r-responsabilità tagħha sabiex tiżgura l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tagħhom ta’ rappurtar, bl-għan li tiġi pprovduta data affidabbli u paragunabbli f'dak li jikkonċerna l-irregolaritajiet u l-frodi anke jekk dan jirrikjedi li l-Kummissjoni timmodifika s-sistema ta’ penali għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi ta’ rappurtar;

5.

Jiddeplora l-fatt li ammonti kbar ta’ fondi tal-UE għadhom qed jintefqu ħażin u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa għall-irkupru fil-pront ta’ dawn il-fondi;

6.

Huwa mħasseb dwar il-livell ta’ irregolaritajiet li għadhom mhux irkuprati jew iddikjarati mhux irkuprabbli fl-Italja fl-aħħar tas-sena fiskali tal-2009;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-Istati Membri iktar responsabbli għall-ammont ta’ irregolaritajiet li għad iridu jkunu rkuprati;

8.

Jinnota li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni teħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw kull irregolarità mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tat-trimestru li fih din tkun ġiet suġġetta għall-ewwel att ta’ aċċertament amministrattiv jew ġudizzjarju u/jew tkun inkixfet informazzjoni ġdida dwar l-irregolarità rrappurtata; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa, inkluża r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi nazzjonali, biex jintlaħqu l-iskadenzi meħtieġa u jitnaqqas il-perjodu ta’ żmien bejn l-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ dik l-irregolarità; jistieden lill-Istati Membri biex, fl-impenn tagħhom kontra l-frodi, jaġixxu l-ewwel nett biex iħarsu l-flus tal-kontribwenti;

9.

Jistaqsi x’passi ħadet il-Kummissjoni biex tikkumbatti ż-żieda fil-frodi ssuspettata, fin-numru ta’ każijiet u l-ammonti meta mqabbla man-numru totali ta’ każijiet ta’ irregolaritajiet fl-Istati Membri tal-Polonja, ir-Rumanija u l-Bulgarija;

10.

Huwa mħasseb bir-rati suspettużament baxxi tal-frodi fi Spanja u Franza, speċjalment meta wieħed iqis id-daqs tagħhom u l-appoġġ finanzjarju li jirċievu, kif deskritti mill-Kummissjoni fir-rapport PIF 2009, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija ta’ rappurtar applikata u l-kapaċità li tiskopri l-frodi f’dawn l-istati;

11.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6) jew il-protokolli tagħha (7) (l-istrumenti PIF), jiġifieri r-Repubblika Ċeka, Malta u l-Estonja, biex jipproċedu bir-ratifika ta’ dawn l-istrumenti ġuridiċi mingħajr dewmien; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li rratifikaw l-istrumenti PIF jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom fil-qasam kriminali biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti żvelati fit-tieni rapport tal-Kummissjoni għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-protokolli tagħha (COM(2008)0077);

12.

Jilqa’ l-introduzzjoni, fl-2009, tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS), li hija applikazzjoni żviluppata u operata mill-OLAF, u l-iżviluppi pożittivi li din ġabet magħha; huwa mħasseb li l-Kummissjoni tispjega ż-żieda fin-numru ta’ każijiet irrappurtati u l-impatt finanzjarju bl-użu tar-rappurtar teknoloġiku l-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b’metodoloġija dettaljata tar-rappurtar teknoloġiku implimentat reċentement u biex tinkludiha fir-rapport li jmiss; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-IMS u jtejbu ulterjorment il-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ rappurtar;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapport tagħha tas-sena d-dieħla l-ammont ta’ irregolaritajiet irrappurtati bl-użu tar-rappurtar teknoloġiku l-ġdid imqabbel mal-metodi tradizzjonali ta’ rappurtar; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-ħeffa li biha jiġu rrappurtati l-irregolaritajiet;

14.

Itenni d-dispjaċir tiegħu – meta jitqiesu d-dubji serji dwar il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati membri – li l-Kummissjoni tagħmel iktar sforzi biex tikkonvinċi lill-Parlament Ewropew dwar il-bżonn ta’ introduzzjoni ta’ “riskju tollerabbli ta’ żball” milli biex tikkonvinċi lill-Istati Membri dwar il-bżonn ta’ dikjarazzjonijiet obbligatorji ta’ ġestjoni nazzjonali, li jiġu verifikati kif xieraq mill-uffiċċju nazzjonali ta’ verifika u kkonsolidati mill-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u billi tfassal rapport xieraq skont it-Trattat, tipprovdi lill-Parlament assigurazzjoni raġonevoli li dan l-għan intlaħaq u li l-azzjoni sabiex tikkumbatti l-frodi qed titwettaq kif suppost;

Dħul: Riżorsi proprji

15.

Jinsab imħasseb dwar l-ammont ta’ frodi meta mqabbla ma’ irregolaritajiet fis-settur tar-Riżorsi Proprji għall-Istati Membri tal-Awstrija, Spanja, l-Italja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, ladarba l-frodi tikkostitwixxi aktar minn nofs l-ammont totali ta’ irregolaritajiet f'kull wieħed mill-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha neċessarji, inkluża l-kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej, biex jindirizzaw il-kawżi kollha tal-frodi relatata mal-fondi tal-UE;

16.

Jiddeplora n-nuqqasijiet fis-sorveljanza doganali nazzjonali żvelati mill-Qorti tal-Awdituri – b’mod partikolari fir-rigward tal-prestazzjoni tal-analiżi tar-riskju għall-għażla ta’ kummerċjanti u importazzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli doganali – li jżidu r-riskju ta’ irregolaritajiet li jibqgħu ma jinkixfux u jistgħu jwasslu għal telf ta’ Riżorsi Proprji Tradizzjonali (TOR); jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi tagħhom ta’ sorveljanza doganali u lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-appoġġ rilevanti f’dan ir-rigward;

17.

Jenfasizza l-fatt li madwar 70 % tal-proċeduri doganali għall-importazzjonijiet kollha huma semplifikati, u dan ifisser li kellhom impatt sostanzjali fuq il-ġbir ta’ TOR u fuq l-effikaċja tal-politika kummerċjali komuni; iqis li, f’dan il-kuntest, in-nuqqas ta’ kontrolli effikaċi fuq il-proċeduri semplifikati għall-importazzjonijiet fl-Istati Membri, kif żvelat fir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 1/2010, huwa inaċċettabbli u jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga ulterjorment dwar l-effikaċja ta’ kontrolli għal proċeduri semplifikati fl-Istati Membri, u b’mod partikolari tinvestiga l-progress fit-twettiq min-naħa tal-Istati Membri ta’ verifiki ex-post, u biex tippreżenta r-riżultati ta’ dan l-istħarriġ lill-Parlament sa tmiem l-2011;

18.

Jinnota r-riżultat pożittiv tal-istħarriġ li sar mill-OLAF fil-qasam tar-riżorsi proprji; jinsab ferm inkwetat dwar l-ammont ta’ frodi li jinvolvi merkanzija importata miċ-Ċina u jħeġġeġ lill-Istati Membri jirkupraw l-ammonti kkonċernati mingħajr dewmien;

19.

Jilqa’ r-riżultat pożittiv tal-operazzjoni doganali konġunta Diabolo II, li kienet tinvolvi uffiċjali tad-dwana minn 13-il pajjiż Asjatiku u s-27 Stat Membru tal-UE, u li kienet ikkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ OLAF;

20.

Jilqa’ l-ftehimiet li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kkonkludew mal-produtturi tat-tabakk biex jingħeleb il-kummerċ illegali tat-tabakk; huwa tal-fehma li huwa fl-interess finanzjarju tal-UE li tkompli tiġġieled il-kuntrabandu tas-sigaretti, li t-telf annwali tad-dħul minnu għall-baġit tal-UE huwa stmat li hu ta’ madwar biljun euro; iħeġġeġ lill-OLAF ikompli jieħu rwol ewlieni fin-negozjati internazzjonali għal Protokoll dwar l-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk skont l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jkun ta’ għajnuna fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu fl-Unjoni; huwa tal-fehma li l-EUR 500 miljun li jridu jitħallsu miż-żewġ kumpaniji kkonċernati, jiġifieri l-British American Tobacco u l-Imperial Tobacco, għandhom jintużaw mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għat-tisħiħ tal-miżuri kontra l-frodi;

Nefqa: Agrikoltura

21.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-dixxiplina ġenerali ta’ rappurtar f’dan il-qasam politiku tjiebet u li l-konformità issa laħqet il-95 %; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma jirrappurtawx f’waqtu (l-Awstrija, il-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja u r-Renju Unit) biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni mill-aktar fis;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fi Spanja u fl-Italja, li rispettivament irrappurtaw l-ogħla numru ta’ każijiet ta’ irregolaritajiet u l-ogħla ammonti involuti, u biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar miżuri speċifiċi li jkunu ttieħdu sabiex jiġu indirizzati l-problemi f’dawn iż-żewġ Stati Membri;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika jekk id-disparità bejn iktar infiq u rata minima ta’ irregolaritajiet irrappurtati, u l-varjazzjoni sinifikanti fir-rati ta’ irregolaritajiet irrappurtati (l-Estonja 88,25 %; Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, is-Slovenja u s-Slovakkja 0,00 %), hix relatata mal-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll, bil-ħsieb li twettaq reviżjoni ta’ dawk is-sistemi;

24.

Jinsab ferm inkwetat dwar is-sejba li għamlet il-Qorti tal-Awdituri li l-ħlasijiet għas-sena 2009 f’dan il-grupp ta’ politika ġew affettwati minn żbalji materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll kienu biss parzjalment effikaċi, b’mod ġenerali, fl-iżgurar tar-regolarità tal-ħlasijiet; jiddeplora s-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li, għalkemm is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), fil-prinċipju, hija mfassla sew, l-effikaċja tagħha qed tiġi affettwata ħazin minn data mhux preċiża fil-bażijiet tad-data, minn verifiki mhux kompluti jew inkorretti jew minn segwitu mhux mitmum lill-anomaliji; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-effikaċja tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll stabbiliti fl-Istati Membri biex tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ irregolarità għal kull Stat Membru tkun tirrappreżenta ħarsa reali u ġusta tas-sitwazzjoni effettiva; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-dgħufijiet fl-effikaċja tal-IACS;

25.

Jinnota li ċ-ċifri finali jistgħu jiġu stabbiliti biss għal dawk is-snin finanzjarji li jistgħu jitqiesu bħala finalizzati, u fid-dawl ta’ dan, s'issa, l-aktar sena finanzjarja reċenti li tista’ titqies bħala finalizzata hija l-2004;

26.

Jiddeplora l-qagħda katastrofika fir-rigward tar-rata ġenerali ta’ rkupru f’dan il-grupp ta’ politika, li fl-2009 kienet ta’ 42 % mill-EUR 1 266 miljun li kienu għadhom pendenti fi tmiem is-sena finanzjarja 2006; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-EUR 121 miljun rkuprati fis-snin 2007-2009 mill-benefiċjarji jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-irkupri totali; jidhirlu li s-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u jistieden lill-Istati Membri jindirizzawha urġentement; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tistabbilixxi sistema effikaċi ta’ rkupru u biex tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li jkun sar fir-rapport tagħha tas-sena d-dieħla dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

Nefqa: Politika ta’ Koeżjoni

27.

Jiddeplora l-fatt li d-data misjuba fir-rapport PIF 2009 ma tipprovdix informazzjoni affidabbli dwar l-għadd ta’ irregolaritajiet u frodi f’dan il-grupp ta’ politika, peress li rata għolja ta’ irregolaritajiet u/jew frodi tista’ sempliċement tindika rappurtar u/jew sistemi kontra l-frodi effikaċi;

28.

Jinsab ferm inkwetat dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri skopriet li l-ħlasijiet għas-sena 2009 ġew affettwati minn żbalji materjali kbar (‘il fuq minn 5 %);

29.

Jinnota li sors importanti tal-iżbalji fl-infiq b’rabta mal-politika ta’ koeżjoni kien ikkawżat min-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ regoli ta’ akkwist pubbliku; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien leġiżlazzjoni ġdida biex tissemplifika u timmodernizza dawn ir-regoli;

30.

Jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li mill-inqas 30 % tal-iżbalji misjuba mill-Qorti fil-kampjun tal-2009 ġew identifikati u korretti mill-Istati Membri qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-infiq lill-Kummissjoni abbażi ta’ informazzjoni li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom; jitlob lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-mekkaniżmi ta’ identifikazzjoni u ta’ korrezzjoni tagħhom;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu fir-rigward tal-irregolaritajiet rappurtati mill-Istati Membri u identifikati mill-Kummissjoni f’dan il-grupp ta’ politika;

32.

Mhuwiex sodisfatt b’rata ta’ rkupru ta’ ‘l fuq minn 50 % għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu iktar sforzi għall-irkupru ta’ ammonti irregolari u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex tiżgura rata ogħla ta’ rkupru, ladarba l-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq responsabilità tagħha stess, kif iddikjarat fl-Artikolu 317 TFUE;

Nefqa: Fondi ta’ qabel l-adeżjoni

33.

Jinsab ferm imħasseb dwar ir-rata ssuspettata estremament għolja ta’ frodi fil-Bulgarija għall-Programm Speċjali tal-Adeżjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (SAPARD) fl-2009, li – għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu – hija ta’ 20 % u tirrappreżenta l-ogħla rata fost il-fondi kollha li ġew analizzati (Koeżjoni u Agrikoltura); jinnota li ġew imnedija iktar każijiet suspettati ta’ frodi minn kontrolli/interventi esterni milli minn dawk interni; jinnota li l-Kummissjoni eżerċitat kif xieraq l-obbligi tagħha li tissospendi l-ħlasijiet mis-SAPARD fl-2008 u neħħiet din is-sospensjoni wara verifiki bir-reqqa fl-14 ta’ Settembru 2009; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-awtoritajiet Bulgari sabiex tkompli titjieb din is-sitwazzjoni;

34.

Jinnota li r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja u s-Slovenja rrappurtaw rata ta’ frodi ta’ 0 % għal SAPARD u jesprimi dubji dwar l-affidabilità tal-informazzjoni rrappurtata jew tal-kapaċità ta’ identifikazzjoni tal-frodi f’dawn l-Istati; jenfasizza li livell simili ta’ rata ta’ frodi żero jew baxxa tista’ tfisser nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll u viċi versa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi data dwar l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta’ kontroll u biex timplimenta flimkien mal-OLAF kontrolli aktar stretti fuq kif jintefqu l-flus tal-UE;

35.

Iqis bħala inaċċettabbli r-rata ta’ rkupru ferm baxxa għal frodi sospettata fil-fondi ta’ qabel l-adeżjoni, li hija biss ta’ 4,6 % għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema effikaċi li tindirizza din is-sitwazzjoni;

L-akkwist pubbliku, iktar trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni

36.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri u jipprovdu riżorsi sabiex jiżguraw li fondi tal-UE ma jkunux suġġetti għall-korruzzjoni, jadottaw sanzjonijiet dissważivi fejn jinstab li kien hemm korruzzjoni u frodi, iżidu l-konfiska ta’ assi kriminali involuti fil-frodi, fl-evażjoni fiskali u f’reati relatati mal-ħasil tal-flus;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu, jimplimentaw u perjodikament jevalwaw is-sistemi uniformi ta’ akkwist, biex tkun evitata l-frodi u l-korruzzjoni, biex jiddefinixxu u jimplimentaw kundizzjonijiet ċari għall-parteċipazzjoni f’akkwist pubbliku kif ukoll il-kriterji li bihom jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku, u wkoll jadottaw u jimplimentaw sistemi li jirrevedu deċiżjonijiet tal-akkwist pubbliku fil-livell nazzjonali, biex tkun żgurata t-trasparenza u r-responsabilità fil-finanzi pubbliċi, u biex jiġu applikati u implimentati sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll intern;

38.

Jilqa’ l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku “Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti”; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiffinalizzaw l-adozzjoni tar-riforma tar-regoli bażiċi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE) mhux aktar tard minn tmiem l-2012;

39.

Wara t-talba tiegħu fir-rapport tas-sena l-oħra tiegħu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, iħeġġeġ lill-OLAF jippreżenta fir-rapport annwali li jmiss tiegħu, analiżi dettaljata tal-istrateġiji u l-miżuri stabbiliti minn kull Stat Membru fil-ġlieda kontra l-frodi u għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ irregolaritajiet fin-nefqa tal-fondi Ewropej, inkluż fejn dawn huma kkawżati mill-korruzzjoni; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tal-fondi agrikoli u strutturali; hu tal-fehma li r-rapport, bil-profili ta’ 27 pajjiż, għandu janalizza l-approċċ segwit mill-entitajiet ġudizzjarji u investigattivi nazzjonali u l-kwantità u l-kwalità tal-kontrolli mwettqa, kif ukoll l-istatistika u l-motivazzjonijiet fil-każijiet fejn l-awtoritajiet nazzjonali ma ħarġux att ta’ akkuża wara rapporti mill-OLAF;

40.

Wara t-talba tiegħu fir-rapport tas-sena l-oħra dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, iħeġġeġ lill-Kunsill ilesti l-konklużjoni tal-Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni mal-Liechtenstein fl-iqsar żmien possibbli u jħeġġeġ lill-Kunsill tagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet kontra l-frodi ma’ Andorra, Monako, San Marino u l-Isvizzera;

41.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura permezz ta’ sors uniku t-trasparenza rigward il-benefiċarji ta’ fondi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal miżuri biex tiżdied it-trasparenza ta’ dispożizzjonijiet ġuridiċi kif ukoll sistema fejn il-benefiċarji kollha tal-fondi tal-UE jiġu ppubblikati fuq l-istess websajt, b’mod indipendenti mill-amministratur tal-fondi u li tkun ibbażata fuq kategoriji standard ta’ informazzjoni li l-Istati Membri kollha għandhom jipprovdu, b’mill-inqas waħda mil-lingwi ta’ ħidma tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni u jipprovduha b’informazzjoni sħiħa u affidabbli dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE mmaniġġjati mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa s-sistema ta’ “ġestjoni konġunta” u tipprovdi lill-Parlament b’rapport dwarha bħala kwistjoni ta’ prijorità;

*

* *

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropej, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat ta’ Kontroll tal-OLAF u lill-OLAF.


(1)  http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/olaf/2009/en.pdf

(2)  ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 303, 9.11.2010, p. 243.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0176.

(6)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(7)  ĠU C 313, 23.10.1996, p. 1, ĠU C 151, 20.5.1997, p. 1 u ĠU C 221, 19.7.1997, p. 11.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/46


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom

P7_TA(2011)0143

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (2010/2201(INI))

2012/C 296 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew (il-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet tagħhom kif definit fl-Artikolu 2(3) u (4) tiegħu) u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (1) (ir-Regolament dwar il-Finanzjament), b’mod partikolari l-Artikolu 12 ta’ dan,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2006 dwar il-partiti politiċi Ewropej (2),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau tat-18 ta’ Ottubru 2010 dwar il-finanzjament tal-partiti fil-livell Ewropew, li tressaq skont l-Artikolu 15 tad-deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004 (3) dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Finanzjament,

wara li kkunsidra n-nota tal-Bureau tal-10 ta’ Jannar 2011 bħala l-verżjoni riveduta tad-deċiżjonijiet tal-Bureau meħuda fit-13 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikoli 210(6) u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0062/2011),

A.

billi l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li “l-partiti politċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”, filwaqt li l-Parlament u l-Kunsill, b'konformità mal-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistipulaw ir-regoli li jiggwidaw dawn il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom,

B.

billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tgħid b’mod ċar li l-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni jikkontribwixxu għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni,

C.

billi l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ “demokrazija rappreżentattiva”, kif iddikjarat fl-Artikolu 10(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

D.

billi l-fondazzjonijiet għall-partiti politiċi Ewropej ġew stabbiliti fit-Trattati ta’ Maastricht u ta’ Nizza, li introduċew il-possibilità ta’ finanzjament u b’hekk taw lill-partiti politiċi awtonomija operazzjonali fir-rigward tal-gruppi parlamentari,

E.

billi fl-2007, wara talba mill-Parlament (4), il-Kummissjoni ppreżentat proposta li tintroduċi l-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew (fondazzjonijiet politiċi Ewropej), li ġiet adottata f’Diċembru 2007 bil-għan li tappoġġja l-partiti politiċi Ewropej fid-dibattitu dwar kwistjonijiet politiċi pubbliċi u dwar l-integrazzjoni Ewropea,

F.

billi r-Regolament emendatorju tal-2007 (5) jfittex li jiffaċilita l-proċess ta’ integrazzjoni għall-partiti politiċi Ewropej billi jagħmilha possibbli għall-partiti politiċi fl-Unjoni li jistrutturaw u jorganizzaw ruħhom b'mod iktar effettiv,

G.

billi r-Regolament emendatorju tal-2007 kabbar b’mod konsiderevoli r-rwol tal-partiti politiċi Ewropej fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi stipula li l-infiq tagħhom jista' jinkludi finanzjament għall-kampanji elettorali; billi, madankollu, din l-għażla ġiet ristretta bil-kondizzjoni li l-approprjazzjonijiet ikkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-finanzjament dirett jew indirett tal-partiti politiċi jew tal-kandidati nazzjonali,

H.

billi l-partiti politiċi Ewropej kollha li huma ffinanzjati ffirmaw kodiċi ta’ kondotta, liema kodiċi titqies mill-Bureau bħala vinkolanti għall-partijiet kollha u tistipula r-regoli li wieħed għandu jikkonforma magħhom matul il-kampanji elettorali,

I.

billi t-tkabbir tar-rwol tal-partiti politiċi Ewropej huwa neċessarjament marbut mal-involviment tagħhom fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew,

J.

billi r-Regolament emendatorju tal-2007 jitlob rikonoxximent formali ikbar tal-partiti politiċi Ewropej,

K.

billi r-Regolament emendatorju tal-2007 huwa orjentat lejn il-ħolqien ta’ partiti politiċi organizzati u effikaċi bis-sħiħ fil-livell Ewropew u f’dak tal-Istati Membri permezz ta’ proċess ibbilanċjat ta’ istituzzjonalizzazzjoni,

L.

billi r-Regolament emendatorju tal-2007 jfittex li jġib il-konverġenza organizzattiva tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet tagħhom fil-livell Ewropew, filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi l-kompiti differenti li għandhom, rispettivament, il-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi,

M.

billi din il-konverġenza organizzattiva tista’ tinkiseb biss billi jiġi stabbilit status politiku, legali u fiskali komuni għall-partiti politiċi Ewropej, għalkemm dan m'għandu jinvolvi ebda standardizzazzjoni tal-organizzazzjoni tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet tagħhom, li għandhom il-kompetenza esklussiva għalihom il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet innifishom,

N.

billi r-rekwiżit li jiġi adottat statut legali għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi tagħhom ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea huwa pass ċar u sostanzjali lejn it-tkabbir tad-demokrazija fl-Unjoni,

O.

billi l-konverġenza organizzattiva u operattiva u t-titjib tal-proċess tal-finanzjament jistgħu jinkisbu biss billi jiġi adottat statut Ewropew uniformi u komuni għall-partiti politiċi Ewropej kollha u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea,

P.

billi r-regolament dwar il-partiti politiċi fil-livell Ewropew ma jagħmilx distinzjoni bejn ir-rikonoxximent u l-finanzjament tal-partiti politiċi,

Q.

billi n-nota tal-Bureau tal-10 ta’ Jannar 2011 irrakkomandat li l-kriterji għall-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej ikunu iktar stretti; billi dan ifisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni tal-partiti fil-livell Ewropew sakemm il-kriterji għar-rikonoxximent legali u l-finanzjament tal-partiti politiċi jkunu identiċi,

R.

billi r-Regolament emendatorju tal-2007 jipprovdi bażi legali u finanzjarja ċara għall-istabbiliment tal-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiżdied l-għarfien Ewropew u tiġi espressa b’mod effikaċi r-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea,

S.

billi l-finanzjament tal-partiti politiċi huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI “Għotjiet” tar-Regolament Finanzjarju (6) u tar-Regoli Implimentattivi (7) tiegħu,

T.

billi l-Bureau, bħala l-korp responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Finanzjament, iddeċieda fl-2006 dwar ammont sinifikanti ta’ titjib fir-regoli implimentattivi, bħaż-żieda fl-għażla tal-finanzjament minn qabel minn 50 % sa 80 % sabiex tiġi simplifikata l-proċedura u titjieb is-solvenza tal-benefiċjarji, u sabiex ir-regoli dwar it-trasferimenti bejn il-kapitoli fil-baġits tal-benefiċjarji jsiru inqas stretti biex dawn ikunu jistgħu jaġġustaw il-baġits tagħhom skont iċ-ċirkostanzi politiċi li qed jinbidlu,

U.

billi l-esperjenza bil-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati tagħhom uriet li dawn jeħtieġu iktar flessibilità u kundizzjonijiet komprabbli fir-rigward tat-trasferiment tal-fondi għas-sena finanzjarja ta’ wara u tal-ħolqien ta’ riservi mir-riżorsi proprji li jaqbżu l-livell minimu preskritt tan-nefqa tagħhom li għandu jiġi ffinanzjat mill-fondi tagħhom stess,

V.

billi l-partiti politiċi Ewropej bħala medja jonfqu kważi nofs il-baġits tagħhom fuq l-amministrazzjoni ċentrali (persunal, kera, eċċ.) u kwart ieħor fuq il-laqgħat tal-korpi (statutorji u mhux) tal-partit, u l-bqija jintefaq fuq il-kampanji elettorali u fuq l-appoġġ għall-organizzazzjonaijiet affiljati,

W.

billi l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jonfqu flushom għal raġunijiet differenti, fejn jonfqu medja ta’ 40 % tal-baġits tagħhom fuq l-amministrazzjoni ċentralizzata u l-laqgħat u 40 % oħra fuq is-servizzi esterni bħall-istudji, ir-riċerka, il-pubblikazzjonijiet u s-seminars,

X.

billi s-sors ewlieni tar-riżorsi proprji tal-partiti politiċi Ewropej huma l-miżati tas-sħubija li jinġabru mill-partiti membri, u billi inqas minn 5 % tad-dħul totali tagħhom jikkonsistu f’miżati tas-sħubija tal-individwi u donazzjonijiet,

Y.

billi l-porzjon tad-dħul totali tagħhom minn finanzjament mill-baġit tal-Unjoni huwa ogħla fil-każ tal-partiti politiċi Ewropej milli f’dak tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej,

Z.

billi d-donazzjonijiet għadhom ma jirrappreżentawx parti sinifikanti tal-finanzjament, bi tliet partiti u żewġ fondazzjonijiet biss li jirċievu donazzjonijiet fuq bażi regolari fl-2009,

AA.

billi hemm konflitt potenzjali bejn, min-naħa l-waħda, l-għan li jiġi ffaċilitat u aċċellerat il-finanzjament, biex b’hekk isir iktar effikaċi u, mill-oħra, l-għan li jitnaqqas ir-riskju finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni,

AB.

billi matul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport, jiġifieri mill-2008 sal-2011, ma kellha tiġi imposta l-ebda penalità fuq l-ebda partit jew fondazzjoni ffinanzjati,

AC.

billi l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jiksbu personalità ġuridika b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li se jirrappreżentaw biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, u billi dawn m’għandhomx status legali komuni,

AD.

billi s-sussidji għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma “għotjiet” skont it-tifsira tat-Titolu VI tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi tiegħu, iżda n-natura speċifika tagħhom tfisser li mhumiex komparabbli mal-ebda għotja li tingħata jew tiġi amministrata mill-Kummissjoni; billi dan jiġi rifless f’numru sinifikanti ta’ dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar il-Finanzjament li jistabbilixxu eċċezzjonijiet; billi din is-soluzzjoni mhijiex sodisfaċenti,

L-ambjent politiku ġdid

1.

Jinnota li l-partiti politiċi – u l-fondazzjonijiet relatati tagħhom – huma strumenti essenzjali tad-demokrazija parlamentari, li jirresponsabilizzaw lill-membri parlamenti, jgħinu fit-tiswir tar-rieda politika taċ-ċittadini, iħejju l-programmi politiċi, iħarrġu u jagħżlu l-kandidati, iżommu d-djalogu maċ-ċittadini u jippermettu liċ-ċittadini jesprimu l-opinjonijiet tagħhom;

2.

Jenfasizza li t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi għal dan ir-rwol tal-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet tagħhom bil-għan li tinħoloq polis Ewropea, spazju politiku fil-livell tal-UE, u demokrazija Ewropea li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija element konsituttiv prinċipali tagħha;

3.

Jinnota li l-partiti politiċi Ewropej, kif huma attwalment, mhumiex f’pożizzjoni li jkollhom dan ir-rwol bis-sħiħ għax huma biss organizzazzjonijiet li jiġbru taħthom lill-partiti nazzjonali u m’għandhomx kuntatt dirett mal-elettorat fl-Istati Membri;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon, madankollu, li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi minkejja dan saru atturi indispensabbli fil-ħajja politika tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi jsawru u jagħtu leħen lill-pożizzjonijiet rispettivi tad-diversi “familji politiċi”;

5.

Jenfasizza l-bżonn li l-partiti politiċi Ewropej kollha jikkonformaw mal-ogħla standards tad-demokrazija partitarja interna (fir-rigward tal-elezzjoni demokratika tal-korpi tal-partiti u proċessi demokratiċi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż l-għażla tal-kandidati);

6.

Hu tal-fehma li, malli partit jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jitqies bħala partit politiku fil-livell tal-UE, dan jista' jirċievi finanzjament sakemm ikun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b'mill-inqas wieħed mill-membri tiegħu;

7.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-partiti politiċi għandhom drittijiet, obbligi u responsabilitajiet u għaldaqstant għandhom isegwu mudelli organizzattivi ġenerali ta’ konverġenza; iqis li din il-konverġenza organizzattiva tista’ tinkiseb biss billi jiġi stabbilit status legali u fiskali komuni bbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom;

8.

Jinsab konvint li status legali awtentiku għall-partiti politiċi Ewropej u personalità ġuridika tagħhom stess, ibbażati direttament fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, se jagħmluha possibbli li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom jaġixxu bħala aġenti rappreżentattivi tal-interess pubbliku Ewropew;

9.

Hu tal-fehma li l-partiti politiċi Ewropej għandhom jinteraġġixxu u jikkompetu dwar kwistjonijiet relatati ma’ sfidi komuni Ewropej u mal-Unjoni Ewropea u l-iżvilupp tagħha fi tliet livelli: il-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew; iqis li huwa tal-ikbar importanza għall-partiti politiċi li jkunu effiċjenti u produttivi kemm fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali u lil hinn;

10.

Jenfasizza l-isfidi importanti f'termini tal-kapaċità organizzattiva li l-partiti politiċi Ewropej se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom fid-dawl tar-riformi li jistgħu jsiru lis-sistema elettorali Ewropea (il-ħolqien ta’ kostitwenza addizzjonali, l-istabbiliment ta’ listi transnazzjonali),;

11.

Jinnota li l-idea t’hawn fuq hija, bħala regola ġenerali, b’konformità mal-idea tal-partiti politiċi Ewropej li jipparteċipaw f’kampanji għal referenda, meta r-referenda kkonċernati jkunu direttament marbutin mal-kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea;

12.

Jiddeċiedi, għalhekk, li jitlob lill-Kummissjoni tipproponi abbozz ta’ statut għall-partiti politiċi Ewropej bi qbil mal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

13.

Jinnota li dak li huwa meħtieġ fuq bażi ta’ żmien iqsar huwa li jitjieb l-ambjent regolatorju għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, titjib li jinvolvi l-adozzjoni tal-istatut Ewropew bħala l-ewwel pass;

Proposti għal riforma addizzjonali

14.

Iqis li l-Membri li għandhom siġġu f’parlamenti jew assemblej reġjonali għandhom jitqiesu b'rabta mal-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-finanzjament biss jekk il-parlament jew l-assemblea inkwistjoni għandhom setgħat leġiżlattivi;

15.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-għoti ta’ finanzjament u l-għeluq tal-kontijiet tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma proċeduri burokratiċi u twal; iqis li dan ġej, fil-parti l-kbira tiegħu, mill-fatt li l-pagamenti tal-finanzjament huma meqjusa bħala “għotjiet” skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, ħaġa li hi adegwata għall-finanzjament ta’ proġetti jew assoċjazzjonijiet iżda mhux għall-partiti;

16.

Huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-Kummissjoni għandha tipproponi l-ħolqien ta’ titolu ġdid fir-Regolament Finanzjarju ddedikat biss u mfassal b'mod speċifiku għall-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet Ewropej; iqis li r-Regolament dwar il-Finanzjament għandu, f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni tiegħu, jirreferi għad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu l-ġdid;

17.

Jenfasizza li l-fatt li l-partiti u l-fondazzjonijiet jiffinanzjaw lilhom infushom huwa sinjal ta’ vitalità; jemmen li dan għandu jitħeġġeġ billi l-limitu attwali ta’ EUR 12 000 fis-sena għad-donazzjonijiet jogħla għal EUR 25 000 fis-sena għal kull donatur, flimkien, madankollu, ma’ rekwiżit li tiġi żvelata l-identità tad-donatur meta tasal id-donazzjoni, bi qbil mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u fl-interessi ta’ trasparenza;

18.

Iqis li r-rekwiżit li jiġu preżentati “programmi ta’ ħidma annwali” bħala prekondizzjoni għall-finanzjament mhux adegwat għall-partiti politiċi; jinnota, barra minn hekk, li dan ir-rekwiżit ma jeżisti fl-ebda Stat Membru tal-UE;

19.

Jenfasizza l-fatt li l-mument meta jingħata l-finanzjament huwa kruċjali jekk dan għandu jissodisfa l-għan tiegħu; jitlob, bħala eċċezzjoni għar-regoli implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju, li 100 % tal-finanzjament isir disponibbli fil-bidu tas-sena finanzjarja, u mhux 80 %; iqis li, fid-dawl tal-esperjenza pożittiva fl-imgħoddi, ir-riskju għall-Parlament huwa negliġibbli;

20.

Jindika li r-Regolament Finanzjarju jistipula li l-għotja “ma tistax tiffinanzja n-nefqa operattiva intiera tal-korp benefiċjarju”; josserva li l-osservanza ta’ din ir-regola hija speċjalment diffiċli għall-fondazzjonijiet u dan iwassal għal tekniki ta’ kontabilità evażivi (pereżempju l-“kontribuzzjonijiet in natura”); jindika li kważi l-ebda waħda mill-iskemi ta’ finanzjament fl-Istati Membri ma teħtieġ awtofinanzjament parzjali, billi dan jista’ jkun ta’ żvantaġġ għal partiti iżgħar jew għal dawk stabbiliti reċentement;

21.

Jindika li r-riżorsi indipendenti li l-partiti politiċi Ewropej huma mitluba juru jistgħu jitnaqqsu għal 10 % mill-baġit totali tagħhom, sabiex ikompli jiżdied l-iżvilupp tagħhom; fl-istess ħin, jemmen li r-riżorsi proprji tagħhom fil-forma ta’ riżorsi fiżiċi m’għandhomx jaqbżu s-7.5 % tal-baġit totali tagħhom,

22.

Jinnota li, fil-każ tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ir-reviżjoni tal-istrument legali għandha titqies bħala opportunità biex jitneħħa r-rekwiżit li jintwera li dawn għandhom ir-riżorsi tagħhom stess;

23.

Jinnota li fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni għandha titneħħa l-limitazzjoni imposta fuq il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li tirrikjedi minnhom li jużaw il-fondi tagħhom fl-Unjoni Ewropea; jinnota li dan jagħmilha possibbli għall-fondazzjonijiet li jkollhom rwol kemm fl-UE kif ukoll barra minnha;

24.

Jenfasizza, madankollu, li jekk ir-reġim tal-finanzjament isir iktar strett, dan għandu jiġi kontrobilanċjat billi jiġu stipulati sanzjonijiet fir-Regolament dwar il-Finanzjament fejn bħalissa huma nieqsa; iqis li dawn is-sanzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma ta’ penalitajiet finanzjarji fil-każ ta’ ksur tar-regoli li jikkonċerna, pereżempju, it-trasparenza tad-donazzjonijiet; jenfasizza l-bżonn li jiġu stipulati l-istess kundizzjonijiet li jirregolaw il-bini tar-riżervi mir-riżorsi proprji fuq il-limitu u t-trasferiment għas-sena ta’ wara tal-fondi kemm għall-partiti politiċi Ewropej kif ukoll għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati tagħhom;

25.

Jindika li mill-2008, il-partiti politiċi Ewropej huma intitolati jużaw somom riċevuti bħala għotjiet għall-“kampanji ta’ finanzjament mwettqa (…) fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew” (l-Artikolu 8, it-tielet paragrafu, tar-Regolament dwar il-Finanzjament); jindika wkoll, madankollu, li huma pprojbiti milli jużaw dawn is-somom għall-finanzjament ta’ “kampanji ta’ referenda”; jemmen, madankollu, li jekk il-partiti politiċi Ewropej għandu jkollhom rwol fil-livell tal-UE, huma għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw f’dawn il-kampanji sakemm is-suġġett tar-referendum ikun marbut direttament ma’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropea;

26.

Jistieden lill-partiti politiċi Ewropej jibdew proċess ta’ kunsiderazzjoni tat-termini għas-sħubija diretta tal-individwi u tal-arranġamenti adegwati għall-parteċipazzjoni diretta jew indiretta tal-individwi fl-attivitajiet interni u fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-partiti;

*

* *

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 127.

(3)  Emendat mid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Frar 2006 u tat-18 ta’ Frar 2008.

(4)  Riżoluzzjoni tat-23 ta’ Marzu 2006 dwar il-partiti politiċi Ewropej, paragrafu 14 (ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 127).

(5)  Regolament (KE) Nru 1524/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2007, ĠU L 343, 27.12.2007, p. 5;

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002, ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002, ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/51


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku

P7_TA(2011)0144

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku (2010/2289(INI))

2012/C 296 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Att dwar is-Suq Uniku: Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna – 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma’ xulxin” (COM(2010)0608),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Suq uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Is-Suq Uniku: rieżami tal-kisbiet” (SEC(2007)1521),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2007 dwar ir-rieżami tas-Suq Uniku (1) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Ir-rieżami tas-Suq Uniku: sena wara” (SEC(2008)3064),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0543),

wara li kkunsidra s-27 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tal-Liġi tal-UE u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Is-sitwazzjoni fis-setturi differenti” (SEC(2010)1143),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib tal-funzjonament tas-suq uniku (2),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar l-Att dwar is-Suq Uniku,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Mario Monti lill-Kummissjoni dwar l-għoti tal-ħajja mill-ġdid lis-suq uniku,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (3),

wara li kkunsidra t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern Nru 21 (2010), u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 (4) u tat-23 ta’ Settembru 2008 (5) dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ewropa li Tikseb ir-Riżultati - L-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja” (COM(2007)0502),

wara li kkunsidra l-Artikoli 258 sa 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 10 u 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0083/2011),

A.

billi l-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku jirrikjedi l-appoġġ attiv taċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha,

B.

billi sabiex jinkiseb mill-ġdid l-appoġġ attiv mill-partijiet interessati kollha, huwa essenzjali li matul il-konsultazzjonijiet u d-djalogu mal-Kummissjoni kif ukoll fi gruppi ta’ esperti, għandha tiġi żgurata r-rappreżentanza effettiva tas-soċjetà ċivili u tal-SMEs,

C.

billi t-tixrid, l-artikulazzjoni u l-ġestjoni kif suppost tad-diversi konsultazzjonijiet u rapporti tal-istituzzjonijiet tal-UE (UE 2010, ir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza, il-Politika Industrijali Integrata, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ir-Rapport Monti, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar “ir-realizzazzjoni ta’ suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini”, ir-Rapporti Gonzales u IMCO, eċċ.) huma ta’ importanza partikolari għall-varar mill-ġdid b’suċċess tas-Suq Uniku,

D.

billi għadha tippersisti lakuna sostanzjali bejn ir-regoli tas-suq uniku u l-benefiċċji li ċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jisiltu minnhom fil-prattika,

E.

billi d-defiċit medju tat-traspożizzjonijiet tal-UE jammonta għal 1,7 % meta jitqiesu l-każijiet li fihom iż-żmien tat-traspożizzjoni ta’ direttiva jeċċedi l-iskadenza u li fihom tkun inbdiet proċedura ta’ ksur mill-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ konformità,

Introduzzjoni

1.

Jilqa’ b’interess il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, speċjalment it-tielet kapitolu tagħha u l-approċċ globali li din tipproponi sabiex jiġi bbilanċjat mill-ġdid is-suq uniku bejn l-impriżi u ċ-ċittadini u biex jittejbu d-demokrazija u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; jenfasizza li dan l-approċċ għandu l-għan li jiggarantixxi l-aħjar bilanċ bejn il-proposti tat-tliet partijiet tal-komunikazzjoni;

2.

Iqis li t-tliet kapitli tal-Komunikazzjoni huma importanti ndaqs u interkonnessi, u għandhom ikunu ttrattati b’approċċ konsistenti mingħajr ma jiġu iżolati minn xulxin il-kwistjonijiet differenti li hemm involuti;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isaħħu l-approċċ olistiku lejn il-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku, filwaqt li jintegraw il-prijoritajiet tas-Suq Uniku fl-oqsma kollha ta’ politika li huma kruċjali biex jiġi realizzat is-Suq Uniku għall-ġid taċ-ċittadini, il-konsumaturi u n-negozji Ewropej;

4.

Jemmen li t-titjib tal-governanza ekonomika Ewropea, l-implimentazzjoni tal-istrateġija UE 2020 u l-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku huma importanti ndaqs biex l-ekonomija Ewropea tingħata l-ħajja mill-ġdid u għandhom jitqiesu flimkien;

5.

Iqis li għandu jiġi kkompletat suq uniku mingħajr ostakoli u kompetittiv biex iġib vantaġġi konkreti għall-ħaddiema, studenti, pensjonanti u ċittadini inġenerali, u għan-negozji, l-aktar l-SMEs, fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tindika l-kalendarju għat-tlestija tal-Att dwar is-Suq Uniku u tippubblika aġġornamenti regolari dwar il-progress tanġibbli sabiex tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadin Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Att u biex tenfasizza l-benefiċċji tiegħu;

Evalwazzjoni ġenerali

It-tisħiħ tat-tmexxija politika u s-sħubija

7.

Jinsab konvint li waħda mill-isfidi prinċipali fil-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku hija l-iżgurar tat-tmexxija politika, l-impenn u l-koordinament; jemmen li gwida komprensiva mill-ogħla livell politiku hija kruċjali għat-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku;

8.

Jissuġġerixxi li l-President tal-Kummissjoni għandu jingħata l-mandat li jikkoordina u jissorvelja l-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kunsill Ewropew u mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Presidenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Ewropew biex jikkoordinaw mill-qrib l-azzjonijiet rispettivi tagħhom intiżi li jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, l-ekonomija soċjali tas-suq u s-sostenibilità fl-Unjoni;

9.

Jenfasizza r-rwol imsaħħaħ tal-PE u tal-parlamenti nazzjonali skont it-Trattat ta’ Lisbona; iħeġġeġ it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament fil-proċess tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku; jinkoraġġixxi lill-parlamenti nazzjonali jagħmlu sforz ħalli jittrattaw ir-regoli tas-Suq Uniku matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu u jipparteċipaw f’attivitajiet konġunti mal-Parlament Ewropew, sabiex ikun hemm sinerġija aħjar bejn iż-żewġ livelli parlamentari;

10.

Jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni li jqiegħed id-djalogu u s-sħubija fil-qalba tas-suq uniku mġedded, u jitlob li jkun hemm sforzi isħaħ mill-partijiet interessati kollha biex jiżguraw li dan l-approċċ jitqiegħed fil-prattika ħalli s-suq uniku jkun jista' jiżvolġi r-rwol sħiħ tiegħu fil-promozzjoni tat-tkabbir u ta’ ekonomija tas-suq kompetittiva ħafna;

11.

Jisteden lill-Kummissjoni flimkien mal-Presidenza torganizza Forum dwar is-Suq Uniku fuq bażi annwali li jinvolvi partijiet interessati mill-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet tan-negozjanti biex jevalwaw il-progress fil-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku, jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-eżerċizzju tal-identifikazzjoni tal-ewwel 20 sors ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon u frustrazzjoni relatati mas-suq uniku li jġarrbu ċ-ċittadini; jipproponi li l-Forum dwar is-Suq Uniku jkun jista' jintuża mill-Kummissjoni biex tippreżenta dawn il-problemi u s-soluzzjonijiet rispettivi tagħhom;

12.

Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jieħdu s-sjieda tal-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku; jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi li ħadu l-Istati Membri biex jottimizzaw il-mod li bih jittrattaw id-direttivi tas-Suq Uniku f'dawk li huma t-titjib tal-koordinament, il-ħolqien ta’ strutturi ta’ inċentivi u ż-żieda tal-importanza politika mogħtija lit-traspożizzjoni; iqis li hu kruċjali, meta jiddiskuti prijoritajiet għal leġiżlazzjoni ġdida, it-tisħiħ tal-inċentivi u l-għoti ta’ importanza ikbar għat-traspożizzjoni korretta u fil-ħin, l-applikazzjoni korretta u l-infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku;

13.

Jinnota li r-regoli tas-Suq Uniku spiss jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm aktar involviment min-naħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-bini tas-suq uniku, f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u s-sħubija, fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jipproponi, sabiex jiġi enfasizzat dan l-approċċ deċentralizzat, it-twaqqif ta’ “Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali dwar l-Istrateġija tal-Ewropa 2020” f’kull Stat Membru biex tinħoloq sjieda qawwija fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2020 tal-UE;

14.

Jemmen li l-“governanza tajba” tas-suq uniku għandha tirrispetta r-rwol taż-żewġ istituzzjonijiet konsultattivi li jeżistu fil-livell Ewropew – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – kif ukoll dak tas-sħab soċjali;

15.

Jisħaq li d-djalogu mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili huwa essenzjali biex tinġieb lura l-fiduċja fis-suq uniku; jistenna ideat ġodda u kuraġġużi mill-Kummissjoni dwar kif dan id-djalogu jista' fil-fatt jittejjeb; jitlob li s-sħab soċjali jkunu involuti u kkonsultati fil-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tas-suq uniku li taffettwa s-suq tax-xogħol;

16.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika Ktiba Ħadra dwar linji gwida għal konsultazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE ma’ assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili, u tiżgura li dawn il-konsultazzjonijiet ikunu wiesgħa, interattivi u jżidu l-valur tal-politiki proposti;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tadatta d-djalogu u l-komunikazzjoni dwar il-bżonnijiet taċ-ċittadini ordinarji, bl-aqwa mod possibbli, pereżempju billi l-konsultazzjonijiet pubbliċi kollha tagħha jsiru disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE jew billi l-lingwa tintuża b’tali mod li tkun tista’ tiftiehem miċ-ċittadin ordinarju;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tvara kampanja ta’ informazzjoni u edukazzjoni dwar l-essenza tas-suq uniku u l-objettivi stabbiliti sabiex iżżid id-dinamiżmu tiegħu filwaqt li jiġu inkorporati d-dimensjonijiet ta’ koeżjoni soċjali u reġjonali; jenfasizza li din il-kampanja ta’ komunikazzjoni hi importanti billi tiffavurixxi aktar parteċipazzjoni min-naħa ta’ kull ċittadin, ħaddiem u konsumatur u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw aktar f’suq kompetittiv, ġust u bbilanċjat;

20.

Iqis li l-użu ta’ għodod kollaborattivi ġodda u approċċi tal-Web 2.0 joffri opportunità biex tinkiseb governanza tas-Suq Uniku li tkun aktar miftuħa, responsabbli, tirreaġixxi malajr u effikaċi;

Regolamentazzjoni tas-Suq Uniku

21.

Huwa tal-fehma li l-inizjattivi minn Stati Membri individwali ma jistgħux ikunu effikaċi mingħajr azzjoni koordinata fil-livell tal-UE, u għalhekk huwa ta’ importanza fundamentali li l-Unjoni Ewropea titkellem b'vuċi waħda u soda u timplimenta azzjonijiet komuni; iqis li s-solidarjetà, li fuqha hu bbażat il-mudell ekonomiku soċjali Ewropew, u l-koordinament tar-rispons nazzjonali kienu kruċjali biex jiġu evitati miżuri ta’ protezzjoni għal perjodu qasir ta’ żmien mill-Istati Membri individwali; jesprimi t-tħassib tiegħu li jekk il-protezzjoniżmu ekonomiku jerġa’ jitfaċċa fil-livell nazzjonali dan x’aktarx iwassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern u għal tnaqqis fil-kompetittività, u għalhekk jeħtieġ li jiġi evitat; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali tista’ tintuża biex tiġġustifika li jerġgħu jiddaħħlu miżuri ta’ protezzjoniżmu f’diversi Stati Membri, filwaqt li, minflok hekk, it-tnaqqis fl-attività ekonomika jitlob mekkaniżmi ta’ salvagwardja komuni;

22.

Hu tal-fehma li l-progress fis-suq intern m’għandux ikun ibbażat fuq id-denominatur komuni l-aktar baxx; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva u tressaq proposti kuraġġużi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-metodu ta’ kooperazzjoni msaħħa f’oqsma fejn il-proċess li jintlaħaq ftehim bejn 27 mhuwiex possibbli; jinnota li pajjiżi oħra jkunu ħielsa li jingħaqdu f’dawn l-inizjattivi avvanzati fi stadju aktar tard;

23.

Jemmen li l-effiċjenza ġenerali u l-leġittimità tas-Suq Uniku jbatu minħabba l-kumplessità tal-governanza tas-Suq Uniku;

24.

Iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-kwalità u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku mill-Istati Membri;

25.

Jidhirlu li l-użu tar-regolamenti minflok id-direttivi fejn adatt jikkontribwixxi għal ambjent regolatorju aktar ċar u jnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjoni assoċjati mat-traspożizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ aktar speċifikament immirat f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-istrumenti leġiżlattivi, skont il-karatteristiċi legali u sostanzjali tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu implimentati, waqt li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-istrateġija ta’ Regolamentazzjoni Intelliġenti biex tkompli titjieb il-kwalità tar-regolamentazzjoni, waqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità;

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli evalwazzjoni indipendenti ex-ante u ex-post tal-leġiżlazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati sabiex titjieb l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni;

28.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tissistematizza u tirfina t-test tal-SMEs, filwaqt li tqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet tagħhom, biex tevalwa l-konsegwenzi ta’ proposti leġiżlattivi fuq dawn in-negozji;

29.

Jemmen li t-tabelli ta’ korrelazzjoni jikkontribwixxu għal traspożizzjoni aħjar u jiffaċilitaw b'mod sinifikanti l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku; iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu u jippubblikaw tabelli ta’ korrelazzjoni fil-leġiżlazzjoni kollha tas-suq uniku; jirrimarka li fil-futur il-Parlament jista' ma jikkonkludix rapporti dwar testi ta’ kompromess miftiehma mal-Kunsill fl-aġenda tal-plenarja jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni għad-dispożizzjonijiet tat-tabelli tal-korrelazzjoni;

Koordinament amministrattiv, mekkaniżmi għas-soluzzjoni tal-problemi u informazzjoni

30.

Jappoġġa l-proposti tal-Att dwar is-Suq Uniku li jimmiraw li jiżviluppaw aktar kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, inkluża l-estensjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern (IMI) lejn oqsma leġiżlattivi relevanti oħra waqt li jqisu s-sigurtà tas-sistema u kif din tista’ tintuża; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri billi tipprovdi taħriġ u pariri;

31.

Iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu involuti fl-iżvilupp u l-espansjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern wara evalwazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji u l-problemi li l-espansjoni tas-sistema tista’ ġġib magħha;

32.

Jenfasizza l-importanza ta’ komunikazzjoni aħjar u estensjoni tas-sistema ta’ informazzjoni tas-suq intern peress li hija essenzjali biex l-SMEs jingħataw informazzjoni ċara dwar is-suq intern;

33.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkoopera ma’ Stati Membri għall-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tal-għodod informali għas-soluzzjoni tal-problemi bħal SOLVIT, il-proġett pilota tal-UE u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ bi pjan direzzjonali dwar l-iżvilupp u l-interkonnessjoni ta’ għodod differenti għas-soluzzjoni tal-problemi biex tiżgura effiċjenza u faċilità tal-użu mill-utenti u biex tevita duplikazzjonijiet bla bżonn; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jipprovdu lil dawn l-għodod għas-soluzzjoni tal-problemi b’riżorsi adegwati;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa u tippromwovi l-websajt L-Ewropa Tiegħek sabiex toffri aċċess uniku għall-informazzjoni kollha u s-servizzi ta’ għajnuna kollha li ċ-ċittadini u n-negozji jeħtieġu biex jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom fis-suq uniku;

35.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw punti ta’ kuntatt uniku taħt id-Direttiva tas-Servizzi f’ċentri ta’ e-Gvern ħfief biex jintużaw mill-utent u faċilment aċċessibbli fejn in-negozji jistgħu jiksbu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-lingwi relevanti tal-UE, jagħmlu l-formalitajiet kollha u jlestu l-passi meħtieġa b'mezzi elettroniċi sabiex jipprovdu servizzi fl-Istat Membru rispettiv;

36.

Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-EURES fil-faċilitazzjoni tal-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-Unjoni u fl-iżgurar ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi nazzjonali tal-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għarfien pubbliku ta’ dan is-servizz utli biex aktar ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn opportunitajiet ta’ impjiegi fl-UE kollha;

37.

Jistieden lill-Parlamenti nazzjonali u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħab soċjali jieħdu parti attiva fil-komunikazzjoni tal-benefiċċji tas-Suq Uniku;

Traspożizzjoni u infurzar

38.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża s-setgħat kollha skont it-Trattati biex ittejjeb it-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku għall-benefiċċju taċ-ċittadini, konsumaturi u negozji Ewropej; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw b’mod sħiħ u korrett ir-regoli tas-Suq Uniku;

39.

Jemmen li l-proċedura ta’ ksur tibqa’ għodda ewlenija biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq uniku, iżda jenfasizza li għandhom jitqiesu l-istrumenti addizzjonali li jieħdu anqas ħin u li huma anqas ingombranti;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tirreżisti kull indħil politiku u fejn ifallu l-mekkaniżmi tas-soluzzjoni ta’ problemi qabel il-litigazzjoni tibda minnufih il-proċeduri ta’ ksur;

41.

Jinnota li l-każistika ta’ dan l-aħħar tal-Qorti tal-Ġustizzja tiftaħ xenarji ġodda biex il-Kummissjoni ssegwi “każijiet ta’ ksur ġenerali u strutturali” tar-regoli tas-Suq Uniku mill-Istati Membri;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ tat-tibdiliet li ddaħħlu mill-Artikolu 260 tat-TFUE li huma maħsuba biex jissimplifikaw u jħaffu l-impożizzjoni tal-pieni fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ksur;

43.

Jemmen li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar attiv fl-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku, billi tagħmel iktar monitoraġġ sistematiku u indipendenti sabiex jitħaffu l-proċeduri ta’ ksur;

44.

Jiddispjaċih li wisq proċeduri ta’ ksur jieħdu ħafna żmien qabel ma jingħalqu jew jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi punt ta’ referenza ta’ 12-il xahar għaż-żmien medju massimu li jieħdu l-proċeduri ta’ ksur, minn meta jinfetaħ il-fajl sa meta tintbagħat l-applikazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja; jiddispjaċih ħafna li proċeduri bħal dawn ma jkollhom l-ebda effett dirett fuq iċ-ċittadini jew ir-residenti tal-UE li kienu vittmi ta’ nuqqas ta’ infurzar tal-liġi tal-UE;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti informazzjoni aħjar, b’mod trasparenti, dwar il-proċeduri ta’ ksur li għaddejjin;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi punt ta’ referenza għall-konformità tal-Istati Membri mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

47.

Jappoġġa l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb l-użu tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess rapidu u effiċjenti għal soluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati li tkun sempliċi u mingħajr spejjeż kbar għall-konsumaturi u l-impriżi f’tilwim nazzjonali u transkonfinali li jinvolvi kemm xiri online kif ukoll offline; jilqa' l-konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni; jinsisti dwar il-ħtieġa li ċ-ċittadini jingħataw informazzjoni aħjar dwar l-eżistenza tal-ADR;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka wkoll fuq il-prevenzjoni tat-tilwim, pereżempju permezz ta’ miżuri iktar b’saħħithom li jevitaw prattiki kummerċjali inġusti;

49.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi konsultazzjoni pubblika dwar approċċ Ewropew għar-rimedju kollettiv u jopponi l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ibbażati fuq il-mudell tal-Istati Uniti tal-Amerika, li fih inċentivi ekonomiċi qawwija għat-tressiq ta’ lmenti infondati quddiem il-qorti;

50.

Jinnota li kwalunkwe proposta dwar ir-rimedju kollettiv għall-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni għandha tirrispetta l-fehma li l-Parlament esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 dwar azzjonijiet ta’ riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust; jinsisti li l-Parlament għandu jkun involut fl-adozzjoni ta’ kwalunkwe att bħal dawn permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-każ għal standards minimi fir-rigward tad-dritt għal kumpens għad-dannu li jirriżultaw minn ksur tal-liġi tal-UE b'mod aktar ġenerali;

Monitoraġġ, evalwazzjoni u modernizzazzjoni

51.

Jappoġġa approċċ iffukat u bbażat fuq l-evidenza fejn jidħlu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-suq; jistieden il-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-għodod tagħha għall-monitoraġġ tas-suq, bħal pereżempju l-mekkaniżmu ta’ twissija fid-Direttiva dwar is-Servizzi, billi ttejjeb il-metodoloġija, l-indikaturi u l-ġbir tad-data, filwaqt li tosserva l-prinċipji tal-prattiċità u l-kosteffikaċja;

52.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa tal-evalwazzjoni tal-istat tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha dwar is-Suq Uniku b’mod iktar rapidu u ċar;

53.

Jenfasizza l-evalwazzjoni reċiproka prevista fid-Direttiva dwar is-Servizzi bħala mod innovattiv kif tintuża l-pressjoni tal-pari biex tittejjeb il-kwalità tat-traspożizzjoni; jappoġġa fejn hu xieraq l-użu tal-evalwazzjoni reċiproka f’oqsma oħra, eż. fil-qasam taċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija;

54.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrieżminaw regolarment ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali li għandhom impatt fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi u l-merkanzija bil-għan li jissimplifikaw u jimmodernizzaw ir-regoli nazzjonali u jneħħu d-duplikazzjonijiet; iqis li l-proċess ta’ monitoraġġ tal-liġi nazzjonali użat għall-implimentazzjoni tad-direttivi dwar is-servizzi, jista’ jkun għodda effikaċi f’oqsma oħra biex jiġi evitat xogħol doppju u jitneħħew ostakli nazzjonali mhux ġustifikati għall-moviment liberu;

55.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-isforzi tas-settur pubbliku biex jadotta approċċi innovattivi, filwaqt li tisfrutta t-teknoloġiji u l-proċeduri ġodda u xxerred l-aħjar prassi fl-amministrazzjoni pubblika, ħaġa li tnaqqas il-burokrazija u tħaddan politiki ċċentrati fuq iċ-ċittadin;

Prijoritajiet ewlenin

56.

Jitlob li kull sessjoni tar-rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew għandha tkun iddedikata għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tas-Suq Uniku, bl-appoġġ ta’ proċess ta’ monitoraġġ;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika Ktiba Ħadra dwar linji gwida għal konsultazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE ma’ assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili, u tiżgura li dawn il-konsultazzjonijiet ikunu wiesgħa, interattivi, trasparenti u jżidu l-valur tal-politiki proposti;

58.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu u jippubblikaw tabelli ta’ korrelazzjoni fil-leġiżlazzjoni kollha tas-suq uniku;

59.

Jistieden lill-Istati Membri biex inaqqsu d-defiċit ta’ traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Uniku għal 0,5 % għal-leġiżlazzjoni pendenti u 0,5 % għal-leġiżlazzjoni trasposta b'mod inkorrett sal-aħħar tal-2012;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-użu ta’ riżoluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim fl-UE sa tmiem l-2011 u tenfasizza l-importanza tal-adozzjoni rapida tagħha;

*

* *

61.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 80.

(2)  ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0186.

(4)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 25.

(5)  ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 7.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/59


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Suq Uniku għall-Ewropej

P7_TA(2011)0145

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar Suq Uniku għall-Ewropej (2010/2278(INI))

2012/C 296 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif inhuma inkorporati fit-Trattati bl-Artikolu 6 tat-Trattat UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “s-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-UE, li jorbot l-Unjoni biex taħdem għal “ekonomija ta’ suq soċjali kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ mpjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistipula li, “[f]id-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “[l]-ħtiġijiet għall-ħarsien ta’ l-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet ta’ l-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “[f]id-definizzjoni u l-implementazzjoni ta’ politika u attivitajiet oħra ta’ l-Unjoni għandu jingħata kont tal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll 26 tiegħu fuq is-servizzi ta’ interess (ekonomiku) ġenerali,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu “Lejn Att dwar is-Suq Uniku – Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna” (COM(2010)0608),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Aġenda taċ-ċittadin – il-kisba tar-riżultati għall-Ewropa” (COM(2006)0211),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppreżentat magħha bit-titolu “Is-Suq Uniku: reviżjoni tal-kisbiet” (SEC(2007)1521), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Settembru 2007 dwar ir-reviżjoni tas-Suq Wieħed (1) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Ir-reviżjoni tas-Suq Uniku: sena wara” (SEC(2008)3064),

wara li kkunsidra il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0726) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Servizzi ta’ interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid” (COM(2007)0725) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Settembru 2006 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar servizzi ta’ interess ġenerali (2),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku (3) u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ direttivi li jolqtu s-suq intern (4),

wara li kkunsidra t-Tabella tal-Valutazzjoni tas-Suq Intern ta’ Lulju 2009 (SEC(2009)1007) u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2010 (5) u tat-23 ta’ Settembru 2008 (6) dwar it-Tabella tal-Valutazzjoni tas-Suq Intern,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur 2007-2013 – Aktar poteri lill-konsumaturi, tisħiħ tal-benesseri tagħhom, għal ħarsien effettiv tagħhom” u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur 2007-2013 (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 bit-titolu “Il-monitoraġġ tar-riżultati għall-konsumatur fis-suq waħdieni: It-tieni edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (COM(2009)0025) flimkien mad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “It-tieni edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (SEC(2009)0076),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur (COM(2009)0330) u r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (COM(2009)0336),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “In-negozju transkonfinali san-negozju elettroniku tal-konsum fl-UE” (COM(2009)0557),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi (8),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Professur Mario Monti lill-Kummissjoni dwar it-tiġdid tas-Suq Uniku,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali (10);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Żgħażagħ Mobbli” (COM(2010)0477),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku (11),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Rapport tal-2010 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE” (COM(2010)0603),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Sezzjoni għas-Suq Waħdieni, Produzzjoni u Konsum, dwar “Tfixkil għas-Suq Waħdieni Ewropew 2008” (12),

wara li kkunsidra r-rapport annwali 2008 tas-SOLVIT dwar l-iżvilupp u l-eżekuzzjoni tan-netwerk tas-SOLVIT (SEC(2009)0142), id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar pjan ta’ azzjoni dwar approċċ integrat għall-provvediment ta’ servizzi ta’ għajnuna fis-suq waħdieni liċ-ċittadin u n-negozju (SEC(2008)1882) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar SOLVIT (13),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) No 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, li jimmira li joħloq qafas ġenerali ta’ regoli u prinċipji fir-rigward tal-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet(A7-0072/2011),

A.

billi Suq Uniku li jiffunzjona huwa l-forza ewlenija li se tippermetti lill-Unjoni Ewropea tilħaq l-potenzjal sħiħ tagħha fir-rigward tal-kompetittività, it-tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli, il-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar, l-isforzi biex jinħolqu kundizzjonijiet pari għal kull tip ta’ impriża, l-istabbiliment ta’ drittijiet ugwali għaċ-ċittadini Ewropej kollha u t-tisħiħ ta’ ekonomija ta’ suq soċjali kompetittiva ħafna,

B.

billi l-Att dwar is-Suq Uniku jirrigwarda lill-Ewropej bħala parteċipanti attivi fl-ekonomija Ewropea,

C.

billi s-Suq Uniku ma jistax jitqies f’termini purament ekonomiċi, iżda għandu jitqies bħala inkorporat f’qafas legali usa’ li jagħti drittijiet fundamentali speċifiċi liċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-ħaddiema, l-imprendituri u n-negozji, b’mod partikolari kull tip ta’ negozji żgħar u n-negozji ta’ daqs medju (SMEs),

D.

billi hemm wisq ostakli għaċ-ċittadini li jixtiequ jistudjaw jew jaħdmu fi Stat Membru ieħor jew jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor jew jixtru barra mill-fruntiera, u għall-SMEs li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor u jinnegozjaw barra mill-fruntieri; billi dawn l-ostakli jirriżultaw, fost oħrajn, minn liġijiet nazzjonali li mhumiex armonizzati biżżejjed, trasferabbiltà baxxa tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u burokrazija eċċessiva, li jxekklu l-moviment liberu tal-persuni, merkanzija, servizzi u kapital fi ħdan l-Unjoni,

E.

billi t-tlestija tas-suq uniku teħtieġ viżjoni olistika sabiex jissaħħaħ aktar l-iżvilupp tiegħu, kif jenfasizzaw ir-rapport Monti u r-riżoluzzjoni dwar ir-realizzazzjoni tas-Suq Uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini, li tinvolvi l-inklużjoni tal-politiki relevanti kollha f’objettiv strateġiku ta’ suq uniku, li jħaddan mhux biss il-politika ta’ kompetizzjoni, iżda wkoll, fost oħrajn, il-politiki dwar l-industrija, il-konsumatur, l-enerġija, it-trasport, dawk diġitali, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-kummerċ, dawk reġjonali, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, sabiex jintħalaq livell għoli ta’ integrazzjoni,

F.

billi s-Suq Uniku għandu joffri lill-konsumaturi Ewropej iktar għażla bi prezz aktar baxx, speċjalment għal dawk li jgħixu f’żoni inqas aċċessibbli, bħal gżejjer, reġjuni muntanjużi u reġjuni b’popolazzjoni żgħira, u dawk b’mobbiltà mnaqqsa,

G.

billi materjal ippubblikat mill-Kummissjoni pprintjat jew onlajn huwa ta’ spiss jew astratt iżżejjed jew ikkomplikat iżżejjed biex verament jimpenja liċ-ċittadini u verament jilħaq udjenza wiesgħa,

H.

billi huwa importanti li l-Att tas-Suq Uniku ma għandux jikkonsisti minn għadd ta’ miżuri iżolati, u li l-proposti kollha jridu jikkontribwixxu għall-ksib ta’ objettiv koerenti,

Introduzzjoni

1.

Jilqa’ l-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, u b’mod partikolari l-Kapitolu II, “L-Ewropej fil-qalba tas-suq uniku sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja” li fih 19-il intizjattiva intiża għall-bżonnijiet taċ-ċittadini Ewropej;

2.

Iqis li l-proposti tal-Kummissjoni huma ġeneralment konformi mal-aspettattivi tal-Parlament, iżda jeħtieġ jiġu msaħħa aktar biex iċ-ċittadini jkunu fiċ-ċentru tal-proġett tas-Suq Uniku;

3.

Jiddeplora l-fatt li l-Komunikazzjoni nqasmet fi tliet kapitoli li jiffukaw fuq l-Ewropej, in-negozji u l-governanza, pjutost milli skont il-fil tas-suġġett; jindika li l-kompetittività tas-Suq Uniku u l-aċċettazzjoni tiegħu fost iċ-ċittadini ma għandhomx jitqiesu bħala kontradittorji, iżda bħala objettivi li jirrinforzaw b’mod reċiproku; iqis, madankollu, li t-tliet kapitoli tal-Komunikazzjoni huma tal-istess importanza u huma interkonnessi, u għandhom ikunu ttrattati permezz ta’ approċċ konsistenti, fid-dawl tal-proposti magħmula u tħassib espress mill-partijiet interessati fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri;

4.

Jemmen b'mod qawwi li l-Att dwar is-Suq Uniku jeħtieġ li jikkostitwixxi pakkett koerenti u bbilanċjat ta’ miżuri f'konformità mal-ispirtu tar-rapport Grech (A7-0132/2010) u r-rapport Monti, li jistabbilixxi l-pedament għal Ewropa ta’ Valur Miżjud għaċ-ċittadini u għall-impriżi;

5.

Isostni li t-tnedija mill-ġdid u l-approfondiment tas-Suq Uniku huma essenzjali fil-kuntest tal-politiki tal-UE sabiex jiġu miġġielda l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, u bħala parti mill-istrateġija UE 2020;

6.

Huwa tal-fehma li l-Ewropej għadhom ma sfruttawx għalkollox il-potenzjal tas-Suq Uniku f’bosta oqsma, inkluż il-moviment liberu tal-persuni, il-merkanzija u s-servizzi u li jeħtieġ li jkun hemm inċentivi ġodda b’mod partikolari biex tiġi żgurata mobilità ġeografika effikaċi tax-xogħol madwar l-Ewropa kollha;

7.

Huwa tal-fehmai li l-istrateġija tas-Suq Uniku għandha ssaħħaħ l-benesseri soċjali, id-drittijiet tal-ħaddiema u tiżgura kundizzjonijiet ta’ xogħol ġusti għall-Ewropej kollha;

8.

Jappoġġja l-idea tal-Kummissjoni li tibda, permezz tal-Att dwar is-Suq Uniku, dibattitu globali u prammatiku fl-Ewropa kollha dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż tas-suq intern u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli tas-suq intern li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq iċ-ċittadini;

9.

Jaqbel mal-konvinzjoni li t-twettiq sħiħ tas-Suq Uniku Ewropew għandu jifforma l-bażi tal-ikkompletar tal-proċess tal-integrazzjoni politika u ekonomika;

10.

Jenfasizza b’mod partikolari l-impenn tal-Kummissjoni, f’din il-Komunikazzjoni, biex jiġu promossi approċċi ġodda lejn żvilupp sostenibbli;

11.

Jenfasizza li mhijiex biss il-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku li hija implimentata u applikata b'mod batut mill-Istati Membri, iżda wkoll leġiżlazzjoni oħra li taffettwa d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej u residenti legali oħrajn; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni aħjar b'mod partikolari tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu (2004/38/KE);

12.

Iqis li l-isforzi sabiex jitlesta s-Suq Uniku għandhom jikkonċentraw fuq it-tħassib u d-drittijiet taċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi pubbliċi u n-negozji u jagħtuhom benefiċċji tanġibbli sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja sħiħa tagħhom fis-Suq Uniku u jsiru aktar konxji mill-opportunitajiet li dan joffri;

13.

Iħeġġeġ lill-Istati Membru u l-Kummissjoni jingħaqdu flimkien ħalli jwasslu liċ-ċittadini l-azzjonijiet tal-komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku u ħalli jiżguraw li l-benefiċċji tiegħu jkunu magħrufa u li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi jkunu mifhuma u infurzati sew u kullimkien; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal strateġiji ta’ komunikazzjoni itjeb li verament jinvolvu l-interess tal-maġġoranza taċ-ċittadini u għall-użu estensiv u immaġinattiv tat-teknoloġiji moderni;

14.

Jenfasizza li s-Suq Uniku għall-Ewropej huwa primarjament dwar l-impjiegi u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u li huwa vitali li jinħoloq ambjent li fih in-negozji u ċ-ċittadini jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom;

15.

Jenfasizza li s-Suq Uniku joffri potenzjal kbir f’dawk li huma impjiegi, tkabbir u kompetittività u li għandhom jiġu adottati politiki strutturali b’saħħithom biex dan il-potenzjal jiġi sfruttat għalkollox;

16.

Jenfasizza li l-isfidi demografiċi jirrikjedu strateġija li tgħin il-ħolqien ta’ impjiegi li jimlew il-vojt li hemm fis-suq tax-xogħol tal-UE;

17.

Itenni l-opinjoni espressa fir-riżoluzzjoni tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-Suq Uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini li l-Kummissjoni messha tippromwovi leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku li tkun “faċli għall-konsumatur”, sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-konsumatur jitqiesu bis-sħiħ fil-funzjonament tas-Suq Uniku;

18.

Jirrimarka li l-fiduċja taċ-ċittadini u tal-konsumaturi hija kruċjali għall-funzjonament tas-Suq Uniku u din il-fiduċja wieħed ma jistax tagħmilha fatta u għandha tiġi inkoraġġuta; iqis, b’mod partikolari, li sabiex jirrealizzaw il-wegħdiet tagħhom, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jridu jiżguraw li l-qafas attwali tas-Suq Uniku jopera fil-kapaċità sħiħa tiegħu; jenfasizza li l-fiduċja taċ-ċittadini hija indispensabbli għat-tlestija b’suċċess tas-Suq Uniku daqs kemm hu ambjent favorevoli għall-impriżi; jemmen li l-integrazzjoni ekonomika għandha sseħħ flimkien ma’ miżuri soċjali, ambjentali u miżuri dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi adegwati, biex jinkisbu ż-żewġ objettivi;

19.

Iqis barra minn hekk, li dwar il-kwistjoni tal-valur miżjud li jiksbu ċ-ċittadini Ewropej, il-proposti għas-Suq Uniku jridu jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà, is-sovranità tal-Istati Membri u jippromwovu skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;

20.

Jenfasizza n-nuqqas ta’ komunikazzjoni diretta maċ-ċittadini u jqis li r-rappreżentanzi tal-UE fl-Istati Membri għandhom jingħataw il-mandat li jwieġbu immedjatament għar-rapporti negattivi u qarrieqa li jidhru fil-midja billi jippreżentaw il-fatti, u għandhom jagħmlu aktar sforzi biex jipprovdu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, il-proġetti u l-programmi Ewropej, biex b’hekk ikunu qed jippromwovu wkoll dibattitu infurmat dwar kwistjonijiet Ewropej; jesprimi ruħu, barra minn hekk, favur l-użu estensiv u immaġinattiv tat-teknoloġija moderna, inkluż il-logħob tar-rwol tal-vidjo fejn iż-żgħażagħ jistgħu jilagħbu b’mod kompetittiv fil-livell Ewropew (e.g. bħala parti minn kompetizzjoni tal-UE għall-iskejjel), filwaqt li fl-istess ħin jitgħallmu u jinfurmaw ruħhom dwar kif jaħdmu l-ekonomija u l-UE;

21.

Jindika li l-effikaċja u l-leġittimità demokratika tal-UE mkabbra jistgħu u għandhom ikunu mtejba, ladarba l-appoġġ taċ-ċittadini Ewropej għall-UE jidher ċar li qed jonqos; huwa tal-opinjoni li ftit wisq żmien u sforz qed jingħata jew li qed jintuża metodu ħażin biex il-poplu Ewropew jinġieb flimkien, li għandu jkun il-qofol tax-xogħol tal-UE; jitlob, għaldaqstant, li ssir aktar ħidma mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jinħoloq appoġġ għall-UE u biex il-poplu Ewropew isir konvint mill-importanza tal-valuri tal-UE u l-utilità u l-benefiċċji tal-UE;

22.

Iqis il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu l-ħidma tagħhom f'dan il-qasam, filwaqt li jużaw l-istrumenti disponibbli kollha, inkluż il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni u Verifika;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-għanijiet tal-Programm ta’ Stokkolma, b'mod partikulari l-fruntieri miftuħa u l-moviment liberu tal-merkanzija, kapital, servizzi u persuni, fit-tfassil tal-Att dwar is-Suq Uniku;

24.

Jafferma li l-Istati Membri għandhom id-dmir li jadottaw u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-suq intern u dwar id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej relatati miegħu;

25.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-Suq Uniku għandha tipproċedi b’rispett sħiħ għad-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni, kif jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

26.

Jemmen li l-proċess tal-petizzjonijiet jista’ jagħti kontribut pożittiv fl-għajnuna liċ-ċittadini biex jieħdu vantaġġ mis-suq intern;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta immedjatament “Karta taċ-Ċittadini” ċara dwar id-dritt li persuna tgħix u taħdem kullimkien fl-UE u tiżviluppa informazzjoni mmirata u multilingwi dwar il-problemi kwotidjani li ċ-ċittadini jiltaqgħu magħhom meta jiċċaqilqu, jixtru jew ibigħu fl-Ewropa u dwar l-istandards soċjali, tas-saħħa, tal-ħarsien tal-konsumaturi u tal-protezzjoni tal-ambjent li fuqhom jistgħu jserrħu;

28.

Iqis li d-19-il azzjoni li ġew proposti mill-Kummissjoni għandhom ikunu pprijoritizzati skont l-impatt tagħhom fuq il-ħolqien tal-impjiegi u r-realizzazzjoni tal-benefiċċji tanġibbli tagħhom kif ukoll il-fattibbiltà tagħhom għaċ-ċittadini f’perjodu realistiku ta’ żmien;

29.

Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-ekonomija soċjali, huwa talab għal aktar rikonoxximent tal-impriżi tal-ekonomija soċjali, inkluża l-integrazzjoni ġeneralizzata tal-kunċett fil-politiki tal-UE, djalogu intensifikat mar-rappreżentanti tal-ekonomija soċjali, miżuri ta’ appoġġ għan-negozji aħjar u rikonoxximent fil-kuntest tad-djalogu soċjali; ifakkar li fl-istess riżoluzzjoni, huwa talab li r-reġistri nazzjonali jqisu l-impriżi tal-ekonomija soċjali u talab statistika speċifika dwar l-attivitajiet tal-impriżi tal-ekonomija soċjali;

30.

Jitlob li titnieda kompetizzjoni Ewropea fuq it-televixin għan-negozju Ewropew transkonfinali tas-sena biex jiftaħ għajnejn il-poplu għall-opportunitajiet u l-benefiċċji tas-Suq Uniku u għall-potenzjal taż-żgħażagħ b'ideat; iqis li l-attrazzjoni li tara nies minn partijiet differenti tal-Ewropa jinġabru flimkien u jiżviluppaw pjan ta’ negozju, jiġbru l-fondi u jibdew xi ħaġa pożittiva flimkien tgħin biex tippromwovi l-idea tal-Ewropa u s-Suq Uniku u l-idea ta’ intraprenditorjat; jemmen ukoll li bin-negozju rebbieħ segwit matul is-sena – bl-attenzjoni mitfugħa wkoll fuq l-impjegati tiegħu u l-ħbieb u l-familji tagħhom – jistgħu jiġu enfasizzati l-benefiċċji, in-nuqqasijiet tas-Suq Uniku, u r-rimedji għal dawn in-nuqqasijiet, sabiex in-nies isiru konxji ta’ x’inhi verament l-Ewropa, ukoll f’termini umani;

31.

Ifakkar il-bżonn li titqies, taħt il-politiki integrati tal-UE, is-sitwazzjoni tar-reġjuni b'karatteristiċi territorjali speċifiċi, b'mod partikolari r-reġjuni l-aktar il-bogħod kif definiti fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ħalli dawn ir-reġjuni u l-impriżi, il-forza tax-xogħol u ċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jiġu integrati kompletament fis-suq intern tal-UE u b'hekk igawdu bis-sħiħ minnhu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm u tiżviluppa aktar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn ir-reġjuni; ifakkar il-ħtieġa li jitwaqqaf il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Viċinat Ewropew usa', imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2004)0343, flimkien mal-integrazzjoni fis-Suq Uniku; jitlob, fl-aħħarnett, li l-proposti tal-kapitolu bit-titolu “Tisħiħ tas-solidarjetà fis-suq uniku” jiġu elaborati u jissaħħu u, b’mod partikolari, li jitqies b'mod xieraq l-impatt tas-Suq Uniku fir-reġjuni l-iktar żvantaġġati, sabiex jiġu antiċipati u appoġġjati l-isforzi ta’ adattament ta’ dawn ir-reġjuni;

Valutazzjoni ġenerali

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti ħalli tinkoraġġixxi l-mobbiltà taċ-ċittadini sabiex jiġu promossi t-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, u jitlob li tiġi stabbilita “tabella tal-valutazzjoni” biex tiġi mkejla l-mobbiltà ġo l-UE; f'dan ir-rigward, jilqa’ l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, l-inizjattiva “Żgħażagħ Mobbli”, il-“Passaport Ewropew ta’ Ħiliet”, il-proposta dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, l-inizjattiva dwar l-aċċess għal ċerti servizzi bankarji bażiċi u l-inizjattiva proposta biex jittejbu t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-ispejjeż bankarji; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, twettaq analiżi kost-benefiċċju u tfittex sinerġiji bejn l-inizjattivi msemmija hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni żżid u twessa' l-parteċipazzjoni fil-programmi ta’ mobbiltà, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, u tagħti dawn il-programmi aktar viżibbiltà;

33.

Jinnota li kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq huma tal-akbar importanza għaċ-ċittadini Ewropej; Jilqa', għalhekk, il-pjan ta’ azzjoni multiannwali tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tas-sorveljanza tas-suq Ewropew ibbażat fuq linji gwida għall-kontroll doganali u għas-sikurezza tal-prodotti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta’ sorveljanza tas-Suq Uniku għall-prodotti kollha, ibbażata fuq att leġiżlattiv wieħed li jkopri kemm id-direttiva dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti u r-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq; jistieden lill-Kummissjoni biex ikollha rwol aktar attiv fil-koordinazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali doganali u tas-sorveljanza tas-suq ħalli tiżdied l-effikaċja tal-kontrolli fuq il-fruntiera fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jużaw ir-riżorsi li hemm bżonn għall-effettività tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri li għadhom jimponu restrizzjonijiet fuq is-swieq tax-xogħol tagħhom jeżaminaw mill-ġdid id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tagħhom sabiex jiftħu s-swieq tax-xogħol tagħhom għall-ħaddiema Ewropej kollha;

35.

Iqis li influss ta’ migranti b’livell għoli ta’ kwalifiki u ħaddiema tal-istaġun ikun ta’ benefiċċju għall-ekonomija Ewropea; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex b'mod rapidu jneħħu r-restrizzjonijiet fis-seħħ fis-swieq tax-xogħol tagħhom għaċ-ċittadini tal-UE kollha; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-politika dwar l-immigrazzjoni rigward dawk il-gruppi, filwaqt li żżomm f’moħħha l-ħtieġa li l-pajjiżi ta’ oriġini ma pprivati mir-riżorsi umani vitali tagħhom, u fl-istess ħin ittejjeb il-miżuri relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali;

36.

Itenni li l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni fi ħdan is-suq intern jelimina r-rekwiżit impost fuq iċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor biex jipprovdu dokumenti oriġinali, kopji ċċertifikati, ċertifikat tan-nazzjonalità jew traduzzjonijiet uffiċjali ta’ dokumenti sabiex ikunu jistgħu jiksbu servizz jew termini jew prezzijiet iktar vantaġġjużi;

37.

Huwa tal-fehma li d-Direttiva dwar is-Servizzi toħloq qafas fundamentali għal livell ogħla ta’ moviment liberu għall-fornituri tas-servizzi, kif ukoll timmira biex issaħħaħ id-drittijiet tal-konsumaturi bħal r-riċevituri tas-servizzi u ssaħħaħ id-disponibbiltà tal-informazzjoni, l-assistenza u t-trasparenza rigward il-fornituri ta’ servizz u s-servizzi tagħhom;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti prattiċi biex il-ħarsien tal-konsumaturi minn prattiki kummerċjali żleali jiġi estiż għal negozji żgħar;

39.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tipproponi inizjattiva leġiżlattiva ħalli tiġi riformata s-sistema għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-acquis u tippubblika Green Paper sa Settembru 2011 jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li tiġi garantita t-trasferibbiltà tad-drittijiet tal-pensjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw il-politiki tagħhom dwar il-pensjonijiet b’mod aktar effikaċi u jiskambjaw l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew;

40.

Jitlob li tipi stabbilita rabta aktar ċara bejn il-programmi ta’ edukazzjoni sekondarja u ta’ edukazzjoni għolja u l-bżonnnijiet tas-suq tal-impjiegi u jenfasizza r-rwol importanti tal-apprendistati; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi tagħlim formali u informali; jemmen li t-tesseri professjonali jistgħu jkunu miżura konkreta biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-professjonisti fis-Suq Uniku, tal-anqas f’ċerti setturi; iħeġġeġ lil-Kummissjoni, qabel ir-rieżami tagħha, biex twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tat-tesseri professjonali Ewropej, billi tikkunsidra l-benefiċċji, il-valur miżjud, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u l-ispejjeż tagħhom;

41.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti appoġġ finanzjarju għal skambju tal-ħiliet Ewropej li bih l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħiliet disponibbli f’impriżi akbar, biex b'hekk jiġu promossi s-sinerġiji u l-iggwidar;

42.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta Komunikazzjoni dwar prijoritajiet tal-enerġija għall-perjodu 2020-2030; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-konnessjonijiet ta’ infrastruttura neqsin u tiffaċilita l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sabiex jiġi żviluppat suq intern tal-enerġija li jkun operattiv b’mod sħiħ;

43.

Jilqa’ t-tħabbir ta’ inizjattiva leġiżlattiva dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (96/71/KE) bil-għan li jiġi garantit ir-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati u biex jiġu kkjarifikati l-obbligi tal-awtoritajiet u n-negozji nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrimedjaw in-nuqqasijiet li hemm fl-implimentazzjoni u l-infurzar tad-direttiva;

44.

Jilqa’ l-miżura mħabbra mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat l-aċċess għal ċerti servizzi bankarji bażiċi; jinnota li miżuri ta’ skrutinju applikati għall-konsumaturi li huma kkunsidrati li jirrappreżentaw riskji ogħla għall-banek għandhom ikunu oġġettivament iġġustifikati u proporzjonati; jilqa’ l-inizjattiva proposta biex jitjiebu t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-ispejjeż bankarji;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-programm tagħha inizjattivi ta’ servizzi finanzjarji ewlenin (eż. iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) u ċertezza legali ikbar fir-rigward tal-holdings ta’ titoli) li huma ta’ rilevanza kbira għas-Suq Uniku; jenfasizza li sistema ta’ ħlasijiet frammentata hija ostaklu għall-kummerċ transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb is-sistema SEPA sabiex tiddefinixxi servizzi ta’ ħlas bażiku disponibbli għall-kards ta’ kreditu kollha, li jżidu t-trasparenza fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u jnaqqsu t-tariffi għal skambji fl-UE;

46.

Jitlob miżuri ħalli jinħoloq qafas legali xieraq għall-fondazzjonijiet, soċjetajiet mutwi u assoċjazzjonijiet ħalli jingħatalhom status Ewropew, tiġi evitata l-inċertezza legali u jiġu promossi impriżi tal-ekonomija soċjali oħra u proġetti soċjali oħra; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1435/2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea u jitlob, bħala parti ta’ din ir-reviżjoni, il-ħolqien ta’ Statut verament awtonomu; jenfasizza l-bżonn li jitjib l-aċċess transkonfinali għall-impriżi tal-ekonomija soċjali u li jiġi massimizzat il-potenzjal intraprenditorju, soċjali, kulturali u innovattiv tagħhom fis-Suq Uniku;

47.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-impatt soċjali tal-leġiżlazzjoni proposta dwar is-Suq Uniku kull meta jkun hemm bżonn sabiex tasal għal deċiżjonijiet politiċi informati aħjar u aktar ibbażati fuq l-evidenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi sett ta’ indikaturi li jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-leġiżlazzjoni; iqis li din il-valutazzjoni tal-impatt għandha titwettaq bħala parti minn valutazzjoni integrata li tqis l-impatti relevanti kollha ta’ proposta (jiġifieri finanzjarji u ambjentali u fuq il-kompetittività, il-ħolqien ta’ impjiegi u t-tkabbir);

48.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tal-varar mill-ġdid ta’ suq uniku iktar kompetittiv maħsub biex joħloq tkabbir sostenibbli bi tkattir u titjib tal-impjiegi, tiżgura li d-drittijiet soċjali rikonoxxuti mit-Trattati jiġu rrispettati; huwa tal-fehma li, għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tinkludi riferiment għall-politiki u d-drittijiet soċjali fil-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku, meta dan ikun ġustifikat fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-leġiżlazzjoni proposta; jenfasizza, barra minn hekk, li fejn dan ikun rilevanti, fil-leġiżlazzjoni ġdida dwar is-Suq Uniku għandhom jitqiesu l-Artikoli 8 u 9 l-ġodda tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll id-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li lill-Ewropej tagħtihom firxa ta’ drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll id-dritt li jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali u bir-rispett dovut għal-liġi tal-UE;

49.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva fuq is-self b'ipoteka ħalli tindirizza n-nuqqas attwali ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-inċertezza legali fir-rigward tas-self b'ipoteka u l-komparabbiltà insuffiċjenti tal-kundizzjonijiet u l-għażliet offruti mill-provdituri tas-self b'ipoteka, tiggarantixxi l-istabbiltà tas-sistema ekonomika u finanzjarja u tnaqqas l-ostakli sabiex il-provdituri tas-self b'ipoteka jkunu jistgħu jinnegozjaw fi Stat Membru ieħor u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiksbu ipoteka fi Stat Membru ieħor;

50.

Jiddeplora l-fatt li mhija prevista l-ebda azzjoni dwar it-tariffi tar-roaming fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku, minkejja n-natura tanġibbli ta’ tali miżuri u l-aspettattivi għolja taċ-ċittadini f’dan il-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi estensjoni tar-Regolament tar-Roaming eżistenti fiż-żmien - sa Ġunju 2015 - u fl-ambitu, biex jiddaħħlu limiti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tar-roaming tad-dejta; huwa tal-opinjoni li, biex jinkisbu miri għall-aġenda diġitali, din l-inizjattiva għandha tkun inkluża fl-ambitu tal-Att dwar is-Suq Uniku; jistieden is-settur tat-telekomunikazzjoni jippromwovi mudell ta’ impriża bbażat fuq tariffi b'rata fissa għat-trażmissjoni tad-dejta, il-messaġġi vokali u l-SMS b'roaming ġo l-UE;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri urġenti biex tistabbilizza s-swieq finanzjarji, tiżgura li dawk is-swieq jaħdmu għall-benefiċċju tal-ekonomija reali u toħloq suq uniku ta’ bejgħ bl-imnut irregolat u sorveljat kif jixraq, bl-għan doppju li jikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi u li jiżgura l-istabilità finanzjarja billi jevita l-bżieżaq finanzjarji, b'mod partikulari fir-rigward tal-proprjetà immobbli;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u telimina l-ostakli fiskali li għadhom jiffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej; jitlob li tittieħed azzjoni aktar b'saħħitha biex tiġi impedita t-tassazzjoni doppja taċ-ċittadini Ewropej;

53.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-governanza korporattiva u t-titjib tat-trasparenza tal-informazzjoni pprovduta min-negozji fuq kwistjonijiet soċjali u ambjentali u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, iżda jenfasizza l-importanza li jittieħdu aktar passi speċifiċi biex jiġu promossi politiki ta’ rimunerazzjoni sodi u responsabbli, parteċipazzjoni xierqa tan-nisa fil-bordijiet maniġerjali u l-bordijiet eżekuttivi, il-valorizzazzjoni tal-impenn fit-tul tal-azzjonisti u t-tisħiħ tal-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-impjegati kif ukoll l-iskemi tal-ishma; jitlob, b’mod partikolari, il-promozzjoni tal-iskemi fejn l-impjegati jkunu azzjonisti, it-tisħiħ tal-impenn tal-azzjonisti għal żmien twil u l-promozzjoni tad-drittijiet għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-impjegati u tar-rappreżentanti tagħhom, flimkien mad-drittijiet għall-parteċipazzjoni fil-bordijiet; jenfasizza li trasparenza akbar, relazzjonijiet tajba mal-persunal, u proċessi tal-produzzjoni konformi mal-iżvilupp sostenibbli wkoll huma fl-interess tan-negozji, is-sidien tagħhom u ta’ dawk li jinvestu fihom;

54.

Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva tan-negozju soċjali u jirrakkomanda t-tnedija ta’ proċess ta’ konsultazzjoni dwar dan il-proġett sabiex jiġi vvalutat il-potenzjal ta’ din il-miżura f’termini ta’ tkabbir ekonomiku u ħolqien ta’ impjiegi;

55.

Iqis li l-Att dwar is-Suq Uniku għandu jipproponi modi ta’ kif is-settur pubbliku jista’ jinvolvi aktar n-negozji fil-promozzjoni ta’ arranġamenti innovattivi għal-forniment tas-servizzi publiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, abbażi tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiżguraw li servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI), inklużi servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSGI), jiġu żgurati fil-kuntest ta’ regoli ta’ finanzjament b’aċċess universali, ta’ kwalità għolja, bi spejjeż raġonevoli u ċari billi jipprovdi lill-awtoritajiet pubbliċi b’“sett ta” strumenti’ biex tiġi evalwata l-kwalità ta’ servizzi bħal dawn; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu inizjattivi skont is-settur billi tagħmel użu mill-għażliet kollha disponibbli, abbażi ta’ u f'konformità mal-Artikolu 14 tal-Protokoll 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tiżgura li s-SGEI u s-SSGI jistgħu jiġu pprovduti f’livell adegwat, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE billi tikkjarifika l-kriterji li jirregolaw il-kompatibilità tal-għajnuna tal-istat u l-akkwist pubbliku fir-rigward tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali (SSGI) mas-suq intern;

57.

Jitlob li jintużaw b'mod strateġiku u xieraq ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni u li jiġu estiżi n-Netwerks Trans-Ewropej bil-ħsieb li jiġi żviluppat is-Suq Uniku;

58.

Jiġbed b'mod partikolari l-attenzjoni għall-valur miżjud tan-netwerk TEN-T, speċjalment għal dawk il-proġetti li huma min-natura tagħhom stess transnazzjonali u li jwaqqfu l-blokki: jirrimarka li t-TEN-T jipprovdi qafas effikaċi għall-moviment tal-persuni u l-prodotti ġo l-UE, u jinnota li l-Istrateġija tal-Ewropa 2020 tirrikonoxxi l-valur miżjud tat-tħaffif ta’ proġetti strateġiċi li jaqsmu l-fruntieri, jneħħu l-blokki u jappoġġaw il-punti ta’ konġunzjoni intermodali (bliet, portijiet, ajruporti u pjattaformi loġistiċi);

59.

Jappoġġa l-kunċett ta’ network ċentrali li jikkonsisti fi proġetti ta’ prijorità li jżommu ma’ dawn il-prinċipji, li għandhom imbagħad ikunu l-benefiċjarji prinċipali tal-finanzjament tal-UE, u jitlob li l-investiment tat-trasport appoġġat mill-UE jkun ikkoordinat ma’ proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport relatati oħra li jirċievu finanzjament tal-UE minn sorsi oħra;

60.

Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ drittijiet reali għall-passiġġieri li qed jivvjaġġaw fl-UE fis-setturi tal-avjazzjoni, ferrovjarju, marittimu u t-trasport bil-kowċ u x-xarabank, u jirrikonoxxi li dawn id-drittijiet huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan is-Suq Uniku;

61.

Jitlob rieżami tal-infurzar ta’ dawk id-drittijiet fis-settur tal-avjazzjoni, li għandu jiġi segwit, jekk neċessarju, bi proposti leġiżlattivi biex jiġu ċċarati u kkonsolidati dawk id-drittijiet ħalli tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha u jiġi eliminat ir-riskju ta' distorsjoni ta' kompetizzjoni fis-Suq Uniku kemm fl-istess mezz tat-trasport kif ukoll bejn mezzi differenti tat-trasport; jitlob li dawn il-proposti jkunu jinkludu protezzjoni adegwata għall-konsumaturi f'oqsma bħal vjaġġi b’kollox inkluż, fallimenti u tariff eċċessivi għal servizzi;

62.

Jindika li l-qafas leġiżlattiv eżistenti li jirregola d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jeħtieġ miżuri aħjar ta’ infurzar, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari fil-kuntest tal-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa (PRM); jistieden lill-Kummissjoni tadotta proposta li temena r-regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, u komunikazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw il-mezzi kollha tat-trasport, li għandhom jiġu segwiti bi proposti leġiżlattivi;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-esperjenza miksuba s'issa fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri, tidentifika elementi komuni bejn il-mezzi u tistabbilixxi linji gwida ta’ politika ġenerali għas-snin li ġejjin, billi tiffoka b'mod partikolari fuq kif iżżid l-għarfien tal-passiġġieri tad-drittijiet tagħhom u kif jeżerċitawhom;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-użu ta' teknoloġiji ġodda f'sistema ta’ trasport effikaċi, intelliġenti u sostenibbli li tgħin lill-passiġġier billi tappoġġa l-użu ta’ sistema ta’ xiri ta' biljetti integrata;

65.

Jenfasizza l-bżonn li jitlesta s-Suq Uniku Diġitali, u jinnota li l-benefiċċji tiegħu se jkollhom impatt dirett fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-Ewropej; jitlob miżuri li jippromwovu s-saħħa-e u l-aċċess universali għas-servizzi broadband bi prezzijiet raġonevoli; jilqa' l-proposta għal deċiżjoni li tistabbilixxi Programm ta’ Azzjoni dwar l-Ispettru tar-Radju Ewropew, b'mod partikolari l-liberazzjoni tal-medda tad-dividend diġitali tat-800 MHz sal-2013 sabiex is-suq tal-broadband bla fili jkun jista' jikber u jiġi żgurat aċċess rapidu għall-internet għaċ-ċittadini kollha, partikolarment dawk li jgħixu f'partijiet anqas aċċessibbli tal-Ewropa, bħal gżejjer, żoni muntanjużi, rurali u żoni ftit li xejn popolati;

66.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni dwar direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni (COM(2008)0426) mhux mil-lat tal-ispejjeż biss, iżda wkoll mil-lat tal-benefiċċji potenzjali fejn il-persuni li preċedentement ma kinux iħossuhom sikuri f'ċerti oqsma jibda jkollhom aċċess għal servizzi hemmhekk;

67.

Jappoġġa bil-qawwa l-“25 azzjoni sabiex tittejjeb il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE” li hemm fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE (COM(2010)0603), b'mod partikolari dawk relatati mat-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi, il-persuni suspettati u dawk akkużati;

68.

Jilqa' d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali u jistieden lill-Istati Membri jimplimentawha b'mod sħiħ;

Prijoritajiet Ewlenin

69.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova l-lista ta’ proposti li ġejjin bħala prijoritajiet ewlenin tal-Parlament:

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini Ewropej, b'mod partikolari billi tippubblika Green Paper dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali sa Settembru 2011, flimkien ma’ valutazzjoni tal-qafas eżistenti u, jekk ikun xieraq, tipproponi inizjattiva leġiżlattiva biex jiġi riformat dan il-qafas fl-2012, filwaqt li fl-istess ħin tivvaluta l-fattibilità u l-valur miżjud tat-tesseri professjonali u l-“Passaport Ewropew ta’ Ħiliet” fl-2011 fl-UE kollha kemm hi u l-istabbiliment ta’ “tabella tal-valutazzjoni” biex titkejjel il-mobbiltà ġo l-UE;

Jistieden lill-Kummissjoni jkollha rwol aktar attiv fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali u l-awtoritajiet doganali, sabiex ittejjeb l-effikaċja tal-kontrolli fuq il-fruntiera fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi, u tabozza fl-2011 pjan ta’ azzjoni multiannwali għall-iżvilupp ta’ sistema effikaċi tas-sorveljanza tas-suq Ewropew għall-prodotti kollha, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri flessibbiltà fit-twettiq tal-obbligi legali tagħhom;

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi estensjoni tar-Regolament tar-Roaming eżistenti fiż-żmien - sa Ġunju 2015 - u fl-ambitu, biex jiddaħħlu limiti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tar-roaming tad-data biex jitnaqqsu l-ispejjeż tar-roaming għall-membri tal-pubbliku u n-negozji;

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sa Ġunju 2011 proposta leġiżlattiva dwar l-iżgurar ta’ aċċess għal ċerti servizzi bankarji bażiċi u ttejjeb it-trasparenza u l-komparabilità tal-ispejjeż bankarji sal-aħħar tal-2011;

Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva sabiex jitneħħew l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema mobbli sabiex tiġi żgurata it-trasferibbiltà sħiħa tad-drittijiet tal-pensjoni;

*

* *

70.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 80.

(2)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 277

(3)  ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.

(4)  ĠU L 98, 16.4.2005, p. 47.

(5)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 25.

(6)  ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 7.

(7)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 17.

(8)  ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 1.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2010)0186.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2010)0376.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2010)0320.

(12)  http://www.eesc.europa.eu/smo/news/Obstacles_December-2008.pdf.

(13)  ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 10.

(14)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/70


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

P7_TA(2011)0146

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir (2010/2277(INI))

2012/C 296 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Att dwar is-Suq Uniku: Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma’ xulxin” (COM(2010)0608),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Monti tad-9 ta’ Mejju 2010 bl-isem “Strateġija ġdida għas-Suq Uniku”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ewropa 2020 – strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‘Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni" (COM(2010)0546),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0543),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

wara li kkunsidra dokument bl-isem “Report on Evaluation of SME’s access to public procurement markets in the EU” (2) (Rapport dwar l-Evalwazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għas-suq tal-akkwist pubbliku fl-UE),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Dwar in-negozju transkonfinali san-Negozju Elettroniku tal-Konsum fl-UE” (COM(2009)0557),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar” (COM(2008)0400),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (COM(2008)0394),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li akkumpanjaha “The Single Market: review of achievements” (Is-Suq Uniku: ħarsa lejn il-kisbiet) (SEC(2007)1521),

wra li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2007)0726),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar “l-applikazzjoni tal-liġ Komunitarja dwar l-appalti pubbliċi u l-konċessjonijiet lil sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati (PPPI)” (C(2007)6661),

wara li kkunsirda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Wasal iż-żmien li ningranaw. Is-sħubija l-ġdida għat-tkabbir u għall-impjiegi” (COM(2006)0030),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Att dwar is-Suq Uniku tal-10 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-9 ta’ Marzu 2010 dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 dwar l-akkwist pubbliku prekummerċjali: inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2006 dwar “Wasal iż-żmien li ningranaw - noħolqu Ewropa ta’ imprenditorija u tkabbir” (8),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-imodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumiatt għal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0071/2011),

A.

billi suq uniku bbażat fuq kompetizzjoni ħielsa u ġusta hu l-għan kruċjali tar-riforma ekonomika tal-UE u jirrappreżenta vantaġġ kompetittiv ewlieni għall-Ewropa fl-ekonomija globali,

B.

billi wieħed mill-vantaġġi l-kbar tas-suq intern kien it-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti istituzzjonali, filwaqt li rawwem il-fehim kulturali, l-integrazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u s-solidarjetà Ewropea,

C.

billi huwa importanti li l-kunfidenza fis-Suq Uniku tiżdied fil-livelli kollha u li jitneħħew l-ostakoli eżistenti għall-impriżi li jkunu deħlin fin-negozju; billi l-piżijiet amministrattivi tqal jiskoraġġixxu lill-intraprendituri ġodda,

D.

billi huwa importanti li l-Att tas-Suq Uniku ma jikkonsistix minn sensiela ta’ miżuri iżolati minn xulxin, u li l-proposti kollha jingħaqdu flimkien biex jintlaħaq objettiv koerenti,

E.

billi l-impriżi kollha huma milquta mill-frammentazzjoni tas-suq, imma l-SMEs huma partikolarment vulnerabbli għall-problemi li joħorġu minnha,

F.

billi hemm perċezzjoni frekwenti li s-Suq Uniku sal-lum l-aktar li gawdew minnu kienu l-impriżi l-kbar, minkejja li l-SMEs huma l-mutur tat-tkabbir tal-UE,

G.

billi n-nuqqas ta’ innovazzjoni fl-UE huwa fattur ewlieni għar-rati baxxi ta’ tkabbir ta’ dawn l-aħħar snin; billi l-innovazzjoni tat-teknoloġiji ħodor jipprovdu opportunità għar-rikonċiljazzjoni tat-tkabbir fit-tul mal-ħarsien ambjentali,

H.

billi, biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija UE 2020, jeħtieġ li s-Suq Uniku jipprovdi l-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; billi s-Suq Uniku għandu jsir ambjent aħjar għall-innovazzjoni u r-riċerka min-naħa ta’ impriżi tal-UE,

I.

billi l-politika ta’ kompetizzjoni hija għodda essenzjali biex tiżgura li l-UE jkollha suq intern dinamiku, effiċjenti u innovattiv u biex tkun kompetittiva fix-xena globali,

J.

billi l-kapital ta’ riskju huwa għajn importanti ta’ finanzjament għal negozji ġodda u innovattivi; billi l-fondi tal-kapital ta’ riskju li jkunu jridu jinvestu fi Stati Membri differenti tal-UE jiltaqgħu ma’ ostakoli,

K.

billi l-iżvilupp u l-użu aktar mifrux tal-ICT min-naħa ta’ impriżi tal-UE huma essenzjali għat-tkabbir tagħna fil-ġejjieni,

L.

billi l-kummerċ elettroniku u s-servizzi elettroniċi, inklużi s-servizzi tal-gvern elettroniċi u s-Saħħa elettronika, għadhom sottosviluppati fil-livell tal-UE,

M.

billi s-settur postali u l-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni fost is-sistemi u s-servizzi postali jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transkonfinali,

N.

billi jeżistu ostakli regolatorji għal-liċenzjar effiċjenti tad-drittijiet tal-awtur li jwasslu għal livell għoli ta’ frammentazzjoni fis-suq tal-prodotti awdjoviżivi, li huwa ta’ dannu għan-negozji tal-UE; billi sew in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jgawdu mill-ħolqien ta’ Suq tassew Uniku għall-prodotti awdjoviżivi sakemm id-drittijiet fundamentali tal-utenti tal-internet ikunu rrispettati bis-sħiħ,

O.

billi l-falsifikazzjoni u l-piraterija jnaqqsu l-fiduċja tan-negozji fil-kummerċ elettroniku u jagħtu lok għall-frammentazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali li toħnoq l-innovazzjoni fis-Suq Uniku,

P.

billi differenzi fid-dispożizzjonijiet fiskali jistgħu iwasslu għal ostakoli sinifikanti għat-tranżazzjonijiet transkonfinali; billi l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali tat-taxxa kif proposti minn Mario Monti fir-rapport tiegħu jistgħu jġibu valur miżjud prezzjuż lill-intrapriżi u liċ-ċittadini,

Q.

billi l-akkwist pubbliku, li jammonta għal madwar 17 % tal-PGD tal-UE, għandu rwol importanti biex jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku; billi l-akkwisti pubbliċi transkonfinali jirrappreżenta sehem żgħir mis-suq sħiħ tal-akkwist pubbliku, minkejja li huma opportunità għall-azjendi tal-UE; billi l-SMEs għad għandhom aċċess limitat għas-swieq tal-akkwist pubbliku,

R.

billi s-servizzi huma settur kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjieg iżda s-Suq Uniku għas-servizzi għadu sottożviluppat b'mod partikolari minħabba lakuni u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi,

Daħla

1.

Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”; iqis li t-tliet kapitli tal-Komunikazzjoni huma importanti ndaqs u interkonnessi, u għandhom ikunu ttrattati b'approċċ konsistenti mingħajr ma jiġu iżolati minn xulxin il-kwistjonijiet differenti li hemm involuti;

2.

Jenfasizza b'mod partikolari l-impenn tal-Kummissjoni, f'din il-Komunikazzjoni, biex tippromwovi approċċi ġodda lejn żvilupp sostenibbli;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twettaq verifika finanzjarja tal-prijoritajiet tal-Baġit tal-UE għall-qafas finanzjarju li jmiss u biex jiġu pprijoritizzati proġetti Ewropej ta’ valur miżjud li jistgħu jsaħħu l-kompetittività u l-integrazzjoni tal-UE fl-oqsma tar-riċerka, l-għarfien u l-innovazzjoni;

4.

Jisħaq, b'mod partikoalri fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, fuq l-importanza tas-Suq Uniku għall-kompetittività tal-impriżi tal-UE u għat-tkabbir tal-ekonomiji Ewropej, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw biżżejjed riżorsi biex titjieb l-implimentazzjoni tar-regoli tas-suq uniku, u jilqa' l-approċċ olistiku li jintuża fil-Komunikazzjoni; jenfasizza n-natura komplementarja tal-miżuri varji li hemm fir-rapport Monti, li l-koerenza tagħhom mhux dejjem hija riflessa b'mod sħiħ fl-Att dwar is-Suq Uniku;

5.

Jistiedenlill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tressaq pakkett ambizzjuż ta’ miżuri appoġġjat minn strateġija ċara u koerenti biex tipptomwovi l-kompetittività tas-suq intern. jistieden lill-Kummissjoni terġa' tingħaqad mal-ispirtu tar-rapport ta’ Mario Monti, li kien jippromwovi l-liberalizzazzjoni u l-kompetizzjoni kif ukoll it-titjib tal-konverġenza fiskali u soċjali;

6.

Jenfasizza l-importanza li titjieb il-governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ekonomiċi biex l-impriżi jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ipprovduti mis-suq uniku li jippermettulhom jikbru u jsiru iktar kompetittivi, u jitlob li din ir-rabta ssir espliċita fl-Att dwar is-Suq Uniku; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attemnta ħafna għall-impatt tad-diverġenza ekonomika dejjem ikbar bejn l-Istati Membri tal-UE fuq il-koeżjoni interna tas-Suq Uniku;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li nadottaw politika industrijali Ewropea bil-għan li ssaħħaħ l-ekonomija reali u tilħaq it-tranżizzjoni għal waħda aktar intelliġenti u sostenibbli;

8.

Jenfasizza li d-dimensjoni esterna tal-istrateġija Ewropea, li tinkludi l-kummerċ internazzjonali wkoll, qed issir dejjem aktar importanti minħabba l-integrazzjoni tas-swieq u, għalhekk, li strateġija esterna adegwata tista' tkun tassew utli biex tistabbilixxi t-tkabbir sostenibbli, l-impjieg u t-tisħiħ tas-suq uniku għall-impriżi, b'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020; jenfasizza l-ħtieġa li l-politika kummerċjali tal-UE tinbidel fi strument reali għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien ta’ iktar impjiegi u impjiegi aħjar; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika kummerċjali konsistenti ma’ politika industrijali b'saħħitha, li toħloq l-impjiegi;

9.

Josserva li l-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar is-Suq Uniku u l-iżvilupp reġjonali huma komplementari ħafna u jisħaq fuq li l-progress tas-suq intern u l-żvilupp ulterjuri tar-reġjuni tal-Unjoni huma interdependenti, u jwasslu għal Ewropa kkaratterizzata mill-koeżjoni u l-kompetittività; jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li japprofondixxu s-suq uniku; jenfasizza li l-aċċessibilità reali u effikaċi tas-suq uniku għar-reġjuni kollha tal-UE hija prerekwiżit għall-moviment tal-persuni, il-merkanzija, il-kapital u s-servizzi, u għaldaqstant għal suq uniku b'saħħtu u dinamiku; jinnota, f'dan ir-rigward, r-rwol essenzjali li għandha l-politika reġjonali tal-Unjoni f'termini tal-iżvilupp infrastrutturali u rigward l-iżvilupp ibbilanċjat, ekonomikament u soċjalment koerenti, tar-reġjuni;

Valutazzjoni Ġenerali

Suq Uniku innovattiv

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija konsistenti u bbilanċjata f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, bl-għan li titħeġġeġ l-innovazzjoni kif ukoll li jiġi appoġġjat in-negozju innovattiv, bħala l-aħjar mod kif tiġi ppremjata l-kreattività, u li jitħarsu d-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali;

11.

Jappoġġa bil-qawwa l-ħolqien ta’ privattiv tal-UE li jiffavorixxi l-SMEs u ta’ sistema unifikata tal-litigazzjoni dwar il-privattivi biex is-Suq Uniku jsir minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni u jagħti spinta lill-kompetittività Ewropea; jenfasizza li t-traduzzjoni tal-privattivi f'bosta ilsna hija piż ta’ spejjeż addizzjonali li jtellef l-innovazzjoni fi ħdan is-Suq Uniku, u li mil-aktar fis possibbli għandu jintlaħaq kompromess dwar l-aspetti lingwistiċi;

12.

Jappoġġa l-ħolqien ta’ bonds tal-proġetti Ewropej biex jirfdu l-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ impjiegi fi-tul fis-Suq Uniku u ħalli jiffinanzjaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura transkonfinali, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, b'appoġġ għat-trasformazjzoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna; jenfasizza l-ħtieġa għal strutturi adegwati tal-ġestjoni tar-riskju u għall-iżvelar sħiħ tal-obbligazzjonijiet potenzjali kollha;

13.

Jirrimarka l-importanza ta’ suq intern tal-enerġija li jaħdem bis-sħiħ għall-ilħiq ta’ aktar awtonomija fil-provvista tal-enerġija; iqis li dan jista' jintlaħaq permezz ta’ approċċ li jinvolvi raggruppamenti reġjonali, kif ukoll permezz tad-diversifikazzjoni tar-roto u tas-sorsi tal-enerġija; jenfasizza li l-infrastrutturi tal-Ewropa tal-Lvant għandhom jittejbu ħallu jiġu allinjati ma’ dawk tal-Istati membri tal-Punent; jenfasizza li s-suq intern tal-enerġija għandu jikkontribwixxi biex iil-prezzijiet tal-enerġija jżommhom raġonevoli sew għall-konsumaturi kif ukoll għall-impriżi; jemmen li, biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tal-UE, jeħtieġ approċċ fiskali ġdid, bl-applikazzjoni ta’ rati minimi ta’ dazju fuq l-emissjonijiet tas-CO2 u fuq il-kontenut tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar pjanijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u għal miżuri biex iqawwu l-iffrankar tal-enerġija b'mod sinifikanti; jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni ta’ grids intelliġenti kif ukoll tal-enerġiji rinnovabbli u li l-awtoritajiet loakli u rġjoanli jiġu inkoraġġiti jisfruttaw il-potenzjal tal-ICTs fil-pjanijiet tagħhom dwar l-effiċjenza tal-enerġija; jistieden lilll-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-tikkettar enerġetiku, l-ekodisinn, it-trasport, il-binjiet u l-infrastrutturi, biex tiżgura u timplimenta approċċ ta’ qafas komuni Ewropew;

14.

Jilqa' l-inizjattiva dwar impronta ambjentali tal-prodotti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi malajr sistema ta’ valutazzjoni u tikkettar komuni u reali;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-investiment transkonfinali u tistabbilixxi qafas li jinkoraġġixxi l-investiment effikaċi ta’ fondi tal-kapital ta’ riskju fis-Suq Intern, jipproteġi l-investituri u jipprovdi inċentivi biex dawn il-fondi jiġu investiti fi proġetti sostenibbli ħalli jint;aħqu l-miri ambizzjużi tal-Istrateġija UE 2020; jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibilità li jinħoloq fond Ewropew tal-kapital ta’ riskju li kapaċi jinvesti fil-“prova tal-validità tal-kunċett” f'fażi bikrija u fl-iżvilupp tan-negozju qabel l-investiment kummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni annwali tal-bżonnijiet ta’ investiment pubbliku u privat u tal-mod li bih dawn qed jiqdew, jew għandhom jinqdew, fil-qafas tal-proposti tagħha;

16.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-akkwist pubbliku, speċjalment l-akkwist prekummerċjali, u r-rwol tiegħu biex jistimola l-innovazzjoni fis-Suq Uniku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-akkwisti prekummerċjali biex jagħtu spinta inizjali deċiżiva lis-swieq ġodda tat-teknoloġiji innovattivi u ħodor filwaqt li jtejbu l-kwalità u l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomunikaw aħjar dwar il-possibbiltajiet eżistenti għall-awtoritajiet pubbliċi rigward l-akkwisti prekummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni tesplora kif jista' jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali konġunt; jikkundanna n-nuqqas ta’ ċarezza legali dwar l-inklużjoni ta’ konsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni tesplora kif jista' jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali konġunt;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqawwu l-isforzi biex jiġmgħu ir-riżorsi tal-innovazzjoni billi joħolqu raggruppamenti tal-innovazzjoni u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-programmi ta’ riċerka tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa tat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika u tal-innovazzjoni, kif ukoll il-ħtieġa tal-isfruttament transkonfinali tagħhom;

Suq Uniku diġitali

18.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tirrevedi d-Direttiva dwar il-Firem Elettroniċi biex tipprovdi qafas legali għar-rikonoxximent u l-interoperabilità transkonfinali tas-sistemi ta’ awtentikazzjoni elettronika sikuri; jenfasizza l-ħtieġa ta’ rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni elettronika fl-UE kollha kemm hi u jitlob lill-Kummissjoni tindirizza, f'dan ir-rigward, il-problemi relatati mad-diskriminazzjoni kontra dawk li jirċievu servizzi minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tagħhom;

19.

Iqis li l-White Paper dwar il-politika tat-trasport għandha tiffoka fuq proposti li jsaħħu l-modi sostenibbli tat-trasport, inkluża l-intermodalità; jenfasizza l-importanza tal-pakkett propost dwar il-mobilità elettronika bl-għan li jintużaw teknoloġiji ġodda biex jappoġġjaw sistema ta’ transport effiċjenti u sostenibbli, speċjalment permezz tal-użu ta’ biljetti integrati; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr id-Direttiva dwar is-sistemi ta’ transport intelliġenti;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri adegwati ħalli jqawwu l-fiduċja tan-negozji u taċ-ċittadini fil-kummerċ elettroniku, partikolarment billi jiggarantixxu protezzjoni ta’ livell għoli tal-konsumatur f'dan il-qasam; jenfasizza li dan jista' jintlaħaq wara evalwazzjoni komprensiva tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u stima komprensiva tal-impatt fuq l-għażliet kollha ta’ politika fil-Green Paper dwar il-Liġi Kuntrattwali Ewropea; jirrimarka li s-semplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni transkonfinali tad-domains għan-negozji onlajn, minbarra li ttejjeb is-sistemi tal-pagament onlajn u tiffaċilita l-irkupru transkonfinali tad-djun, tikostitwixxi wkoll miżuri siewja għall-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku fl-UE kolha kemm hi;

21.

Jisħaq fuq il-ħtieġa imperattiva li l-politika tal-UE ta’ standardizzazzjoni dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) tkun adattata għall-iżviluppi fis-suq u fil-politikim bil-għan li twassal għall-ilħiq tal-objettivi ta’ politika Ewropej li jirrikjedu l-interoperabilità;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa li negħlbu l-ostakoli eżistenti għall-kummerċ elettroniku transkonfinali tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal politika attiva li tippermetti li l-pubbliku u l-kumpaniji jibbenefikaw minn din l-għodda li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom u li tista' toffrilhom prodotti u servizzi ta’ kwalità bi prezzijiet kompetittivi; jemmen li dan huwa essenzjali fil-klima attwali tal-kriżi ekonomika, u li jkun ta’ għajnuna enormi fl-ikkompletar tas-suq uniku, bħala mezz biex tiġi miġġielda l-inugwaljanza li dejjem qed tiżdied u biex jiġu protetti l-konsumaturi li huma vulnerabbli, jgħixu f'postijiet remoti ħafna jew isofru minn mobilità mnaqqsa, kif ukoll gruppi bi dħul baxx u l-SMEs, li għalihom l-integrazzjoni fid-dinja tal-kummerċ elettroniku hija partikolarment importanti;

23.

Jisħaq fuq il-potenzjal tar-reġjuni tal-UE li jaqdu rwol konsiderevoli biex jgħinu fl-isforz tal-Kummissjoni ħalli jinħoloq Suq Uniku diġitali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li għandha tingħata lill-użu tal-fondi disponibbli għar-reġjuni tal-UE sabiex jingħeleb in-nuqqas ta’ żvilupp tagħhom fl-oqsma tal-kummerċ u s-servizzi elettroniċi, li jistgħu jservu bħala sors siewi għat-tkabbir futur fir-reġjuni;

24.

Iqis li l-SMEs għandhom jingħataw is-setgħa biex jagħmlu użu estensiv mill-kummerċ elettroniku fl-Ewropa; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni mhix se tressaq proposta għal sistema Ewropea għar-riżoluzzjoni ta’ tilwin onlajn għal tranżazzjonijiet diġitali qabel l-2012, tnax-il sena wara li l-Parlament kien talab għal tali inizjattiva f'Settembru 2000 (9);

25.

Iħeġġeġ lill-Istati membri jimplimentaw bis-sħiħ it-Tielet Direttiva Postali (2008/6/KE); jenfasizza l-ħtieġa li niaggarantixxu aċċess universali għal servizzi postali ta’ kwalità għolja, nevitaw id-dumping soċjali u nippromwovu l-interoperabilità u l-kooperazzjoi bejn is-sistemi u s-servizzi postali, biex niffaċilitaw id-distribuzzjoni u t-traċċar effiċjenti tal-oġġetti mixtrija onlajn, li jagħtu spinta l-fiduċja tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri transkonfinali;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq Suq Uniku għall-prodotti awdjoviżivi onlajn permezz tal-promozzjoni ta’ standards miftuħa tal-ICT u l-appoġġ tal-innovazzjoni u l-kreattività permezz tal-ġestjoni elettronika effiċjenti tad-drittijiet tal-awtur, inkluż permezz ta’ sistema Pan-Ewropea ta’ liċenzjar, bil-għan li jiġi ggarantit l-aċċess usa' u aktar ġust taċ-ċittadini għall-prodotti u s-servizzi kulturali u li jkun żgurat li d-detenturi tad-drittijiet jirċievu rimunerazzjoni adegwata għax-xogħlijiet kreattivi tagħhom u li d-drittijiet fundamentali tal-utenti tal-internet jkunu rrispettati; jenfasizza l-ħtieġa li l-leġilazzjoni onlajn dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tiġi allinjata mal-leġilazzjoni offlajn eżistenti dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, speċjalment dwar it-trademarks, sabiex il-konsumaturi u n-negozju jrabbu aktar fiduċja fil-kummerċ elettroniku;

27.

Jinnota l-ħtieġa li l-ġlieda kontra l-piraterija onlajn tissaħħaħ biex tipproteġi d-drittijiet tal-ħallieqa, filwaqt li jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi; jenfasizza li l-korpi u ċ-ċittadini għandhom ikunu mgħarrfa sewwa dwar il-konsegwenzi tal-falsifikazzjoni u l-piraterija; jilqa' l-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni maħsuba biex tiġi miġġielda l-piraterija tat-trademarks u tal-prodotti u, b'mod partikolari, il-proposti leġiżlattivi li għandhom jitressqu fl-2011 li għandhom l-għan li jaġġustaw il-qafas legali għall-isfidi l-ġodda tal-internet u li jsaħħu l-miżuri mill-awtoritajiet doganali f'dan il-qasam; jinnota li f'dan ir-rigward jista' jkun hemm ukoll sinerġiji bil-pjan ta’ azzjoni li jmiss biex tiżdied is-sorveljanza tas-suq Ewropew;

28.

Jissottolinja wkoll li l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jiġu żviluppati bħala parti minn approċċ usa' billi jqisu d-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi u taċ-ċittadini tal-UE, iżda mingħajr ma jinħoloq konflitt mal-politiki interni u esterni l-oħra tal-UE bħall-promozzjoni tas-soċjetà tal-informazzjoni, it-trawwim tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-iżvilupp fil-pajjiżi terzi u l-promozzjoni tad-diversità bijoloġika u kulturali fuq skala internazzjonali;

Suq Uniku li jiffavorixxi n-negozju

29.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ implimentazzjoni u kkompletar effikaċi tal-pakkett ta’ sorveljanza finanzjarja biex jinkiseb suq intern sostenibbli; jitlob evalwazzjoni mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li tali implimentazzjoni titwettaq madwar l-UE u tiġi ppublikata tabella ta’ korrelazzjoni fuq bażi annwali; għal dak l-għan, jikkunsidra li għandhom jiġu promossi l-aqwa prattiku fost l-entitajiet superviżorji nazzjonali u tal-UE;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-kapital billi tkattar l-informazzjoni disponibbli dwar opportunitajiet differenti ta’ finanzjament tal-UE, bħalma huma dawk provduti mill-Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni, il-Bank Ewropew tal-Inverstiment jew il-Fond Ewropew tal-Investiment, u billi l-proċeduri tal-finanzjament tagħmilhom aktar faċli, eħfef u anqas burokratiċi; għal dak il-għan jirrakkomanda approċċ wisq aktar olistiku lejn l-għoti tal-finanzjament, b'mod partikoalri bil-għan li tintrifed it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli;

31.

Jemmen li l-istruttura pluralistika tas-suq Ewropew tal-attivitajiet bankarji tissodisfa tajjeb il-varjetà ta’ ħtiġijiet finanzjarji tal-SMEs u li d-diversità ta’ mudelli legali u objettivi tan-negozju ittejjeb l-aċċess għall-finanzi;

32.

Jenfasizza l-importanza ekonomika tal-SMEs u l-mikroimpriżi fl-ekonomija Ewropea; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jiġi assigurat li l-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir” promoss mill-'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' ikun implimentat tajjeb u jappoġġa l-mżuri tal-Kummissjoni biex minn fuq ineħħu l-SMEs il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa; jissuġġerixxi li l-SMEs b'potenzjal ta’ tkabbir speċifiku, pagi għoljin u kundizzjonijiet tajba tax-xogħol għandhom jiġu appoġġati u jitlob għal differenzazzjoni fi ħdan l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex dan isir konformi ma’ Ewropa 2020;

33.

Jirrimarka l-importanza tan-negozji lokali għar-relazzjonijiet soċjali, l-impjiegi u d-dinamiżmu fit-territorji żvantaġġati, b'mod partikolari ż-żoni urbani li jinsabu f'diffikultà jew iż-żoni b'popolazzjoni baxxa; jitlob li jingħatalhom appoġġ sod permezz tal-politika reġjonali tal-Unjoni;

34.

Jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-SMEs fejn għandha x'taqsam il-protezzjoni tad-disinjar u l-kitba tal-proposti, inklużi l-assistenza teknika u l-programmi ta’ edukazzjoni adattata;

35.

Jitlob li jiġi adottat Statut għal Kumpanija Privata Ewropea biex jiffaċilita t-twaqqif u l-operat transkonfinali tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-Suq Uniku;

36.

Jemmen li l-investituri fl-ekwitajiet ikunu aktar inkoraġġiti biex jiffinanzjaw negozji żgħar u dawk żgħar ħafna fil-fażi tal-bidu tagħhom jekk jiġu pprovduti rotot ta’ ħruġ aktar effiċjenti permezz ta’ swieq ta’ stocks ta’ tkabbir nazzjonali jew pan-Ewropej li fil-preżent mhux qed jiffunzjonaw b'mod adegwat;

37.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Pakkett tal-Merkanzija;

38.

Jirrimarka l-importanza ta’ reġistri tan-negozji interkonnessi u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas legali ċar li jassigura li l-informazzjoni f'tali reġistri tan-negozju tkun kompleta u korretta;

39.

Jirrikonoxxi l-kontibut importanti għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi tas-settur tal-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi fi ħdan l-Att tas-Suq Uniku proposta għal Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-bejgħ bl-imnut li jidentifika u jindirizza l-bosta sfidi li jiffaċċaw il-bejjiegħa bl-imnut u l-fornituri fi ħdan is-Suq Uniku; iqis li l-Pjan ta’ Azzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-konklużjonijiet tax-xogħol li qed isir fil-Parlament dwar “suq tal-bejgħ bl-imnut aktar effiċjenti u aktar ġust”;

40.

Jenfasizza l-importanza tat-tneħħija tal-ostakoli mhux meħtieġa ta’ natura fiskali, amministrattivi u legali li jfixklu l-attivitajiet transkonfinali; iqis li qafas tal-VAT u obbligi tar-rappurtar tal-VAT aktar ċari għan-negozji huma meħtieġa biex jinkoraġġixxu mudelli ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli, jillimitaw l-ispejjeż ta’ adattament, jikkumbattu l-frodi tal-VAT u jtejbu l-kompetittività tal-azjendi tal-UE;

41.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippubblika Green Paper dwar governanza korporattiva u biex tniedi konsiltazzjoni pubblika dwar l-informazzjoni fuq aspetti soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem tal-investimenti min-negozji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti konkreti dwar investimenti private sabiex jinħolqu inċentivi effiċjenti għal investimenti fit-tul, sostenibbli u etiċi, biex jiġu kkoordinati aħjar il-politiki fiskali korporattivi u biex tiġi inkoraġġita r-responsabilità korporattiva;

42.

Jilqa' r-rieżami tad-Direttiva dwar Taxxa fuq l-Enerġija, bl-għan li jiġu riflessi aħjar l-objettivi tat-tibdil fil-klima, bil-kundizzjoni li l-piż tat-taxxa ma jintefax b'mod mhux mistħoqq fuq il-konsumaturi vulnerabbli;

43.

Jilqa' bil-ħerqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Direttiva li tintroduċi bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva u jenfasizza li din tista' tnaqqas l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi u tqawwi t-trasparenza u l-komparabbiltà tar-rati tat-taxxa korporattiva, u b'hekk tnaqqas l-ostakoli għall-attivitajiet transkonfinali;

44.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel il-proċeduri tal-akkwist pubbliku aktar effikaċi u anqas burokratiċi biex tinkoraġġixxi lil azjendi tal-UE jieħdu sehem fl-akkwist pubbliku transkonfinali; jenfasizza li jeħtieġ li ssir aktar simplifikazzjoni, speċjalment għal awtoritajiet lokali u reġjonali u biex tippermetti lill-SMEs aċċess akbar għall-akkwist pubbliku; iħeġġeġ għalhekk li l-Kummissjoni tipprovdi dejta rigward il-livell ta’ ftuħ fl-akkwist pubbliku u li tiżgura r-reċiproċità ma’ pajjiżi industrijalizzati oħra u ma’ ekonomiji emerġenti maġġuri; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina sewwa modi ġodda kif ittejjeb l-aċċess għall-intrapriżi Ewropej għas-swieq tal-akkwist pubbliku barra l-UE, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs kemm għall-intrapriżi Ewropej kif ukoll għal dawk barranin li jikkompetu għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

45.

Jipproponi, f'termini aktar ġenerali, li ftehimiet kummerċjali futuri nnegozjati mill-Unjoni għandhom jinkorporaw kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli, imfassal fuq il-prinċipji tas-CSR kif definiti mill-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa koordinazzjoni ikbar bejn il-miżuri marbuta mal-SMEs fil-livell nazzjonali u internazzjonali, u biex tidentifika u tippromwovi l-SMEs li għandhom potenzjal kummerċjali; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jagħmlu iktar biex jinkoraġġixxu lill-SMEs jużaw l-inizjattivi u l-għodda eżistenti bħall-bażi ta’ dejta bl-aċċess għas-suq u l-uffiċċju tal-informazzjoni tal-esportazzjoni;

47.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha ttejjeb l-isforzi tagħha biex tiffaċilita l-attivitajiet bankarji transkonfinali, billi tneħħi l-ostakli eżistenti kollha għall-użu ta’ sistemi kompetittivi tal-ikklerjar u tas-saldu u bl-applikazjzoni ta’ regoli komuni għall-kummerċ;

48.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tisponsorja skambju ta’ ħiliet Ewropej fejn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħiliet disponibbli f'intrapriżi akbar, b'hekk jiġu promossi s-sinerġiji u l-konsulenza esperta;

49.

Jitlob li l-Kummissjoni toħroġ proposti biex jiġu riveduti d-Direttivi tal-Kontabilità bil-għan li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda għalja u ineffiċjenti, b'mod partikolari għall-SMEs, ħalli l-kompetittività tagħhom u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom ikunu jistgħu jiġu sfruttati b'mod aktar effikaċi;

Suq Uniku għas-Servizzi

50.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni tajba tad-Direttiva dwar is-Servizzi, inkluż l-istabbiliment ta’ Punti ta’ Kuntatt Uniku kompletament operattivi li jippermettu onlajn it-tlestija tal-proċeduri u l-formalitajiet, li jistgħu jraħħasu konsiderevolment l-ispejjeż operazzjonali tal-impriżi u jagħtu spinta lis-servizzi tas-Suq Uniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien u jieħdu aktar passi fl-iżvilupp tas-Suq Uniku għas-servizzi abbażi ta’ proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqiegħed enfasi speċjali fuq l-iżvilupp tas-Suq Uniku għas-servizzi onlajn;

51.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-settur tas-servizzi tan-negozju u tieħu l-miżuri regolatorji meħtieġa biex tipproteġi n-negozji, speċjalment lill-SMEs, minn prattiki kummerċjali inġusti min-naħa ta’ impriżi akbar fil-katina tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi “prattiki kummerċjali manifestament inġusti” fil-katina tal-provvista, f'konsultazzjoni mal-persuni interessati, u tipproponi azzjoni ulterjuri biex tipprevjeni prattiki kummerċjali inġusti rigward il-kompetizzjoni u l-libertà tal-kuntratti; ifakkar fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar kumpaniji ta’ direttorju qarrieqa (10) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni mill-ġdid biex tressaq proposta biex tipprevjeni l-prattiki frodulenti tad-direttorji kummerċjali qarrieqa;

52.

Iqis li kwalunkwe proposta leġiżlattiva dwar il-konċessjonijiet ta’ servizzi għandha tipprovdi qafas legali li jiżgura t-trasparenza u l-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi sew għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti fl-UE kollha kemm hi; jitlob li l-Kummissjoni, qabel ma tippropni kwalunkwe leġiżlazzjoni, tipprovdi evidenza li l-prinċipji stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (in-nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ trattament indaqs, u t-trasparenza) ma jkunux applikati b'mod sodisfaċenti fil-prattika għall-konċessjonijiet ta’ servizzi;

53.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi riforma leġiżlattiva tal-qafas tal-istandardizzazzjoni, li tkopri wkoll is-servizzi; jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tas-servizzi għandha twassal għall-kompletar tas-suq uniku fejn dan intwera li jkun importanti u, b'mod partikolari, għandha tikkunsidra għalkollox il-ħtiġijiet tal-SMEs; jirrikonoxxi r-rwol tal-istandards tal-prodotti għall-funzjonament tas-suq intern Ewropew u jqis l-istandards bħala għodod essenzjali għall-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi sostenibbli u ta’ kwalità għolja għall-konsumaturi u l-impriżi; jitlob aktar miżuri li jġibu 'l quddiem it-trasparenza, it-tnaqqis tal-ispejjeż u aktar involviment tal-persuni interessati;

54.

Jenfasizza l-importanza, f'ġieħ it-tisħiħ tal-kompetittività reġjonali, ta’ “speċjalizzazzjoni intelliġenti” tar-reġjuni; iqis li s-suq uniku tal-UE jista' jirnexxi fit-totalità tiegħu biss meta jkunu involuti l-atturi kollha u r-reġjuni kollha – inklużi l-SMEs fis-setturi kollha, inkluż is-settur pubbliku, l-ekonomija soċjali u ċ-ċittadini nfushom; iqis ukoll li jeħtieġ li jkunu involuti mhux biss ftit oqsma ta’ teknoloġija avvanzata, iżda r-reġjuni kollha fl-Ewropa u kull Stat Membru, b'kull wieħed jiffoka fuq il-ħilietu (“l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti”) fi ħdan l-Ewropa;

55.

Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni esterna tas-suq intern u, b'mod partikolari, il-kooperazzjoni regolatorja mas-sħab kummerċjali prinċipali kemm f'livelli bilaterali jew multilaterali bil-għan li jinġiebu “l quddiem il-konverġenza regolatorja, l-ekwivalenza tas-sistemi ta” pajjiżi terzi u l-adozzjoni usa' ta’ standards internazzjonali; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni teżamina l-ftehimiet eistenti ma’ partijiet terzi li jestendu l-elementi tas-suq intern lil hinn mill-fruntieri f'dak li jirrigwarda l-effikaċja tagħhom biex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-benefiċjarji potenzjali tiegħu;

Prijoritajiet Essenzjali

Il-ħolqien ta’ Privattiv tal-UE u sistema unifikata ta’ litigazzjoni

56.

Jenfasizza li l-ħolqien ta’ Privattiv tal-UE u sistema ta’ litigazzjoni unifikata, kif ukoll sistema mtejba għall-ġestjoni tad-dritt tal-awtur, huma indispensabbli biex jirfdu l-innovazzjoni u l-kreattività fi ħdan is-Suq Uniku (proposti 1 u 2 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

L-innovazzjoni fil-finanzjament

57.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu kif jixraq l-importanza tal-innovazzjoni għal tkabbir b'saħħtu u aktar sostenibbli kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi billi jiżguraw li l-innovazzjoni tkun iffinanzjata sewwa, b'mod partikoalri permezz tal-ħolqien ta’ bonds ta’ proġetti tal-UE, speċjalment fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, li jappoġġaw it-trasfromazzjoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna, kif ukoll permezz ta’ qafas leġiżlattiv biex jinkoraġġixxi li fondi ta’ kapital tar-riskju jinvestu b'mod effikaċi fl-UE kollha kemm hi; jenfasizza li għandhom jingħataw inċentivi għall-investiment fit-tul f'setturi innovattivi u li joħolqu l-impjiegi (proposti 15 u 16 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

Stimolu għall-kummerċ elettroniku

58.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli jtejbu l-fiduċja tan-negozji u tal-konsumaturi fil-tal-kummerċ elettroniku u jistimulaw l-iżvilupp tiegħu fis-Suq Uniku; jenfasizza li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll id-direttiva qafas dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur huma kruċjali biex dan l-objettiv jintlaħaq (proposti 2, 3 u 5 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

It-titjib tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku

59.

Jenfasizza li jeħtieġ tittieħed aktar azzjoni biex is-Suq Uniku jsir ambjent aħjar għall-SMEs; iqis li tali azzjoni għandha tinkludi t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-swieq tal-kapital, it-tneħħija tal-ostakoli amministrattivi u fiskali għal-attivitajiet transkonfinali tagħhom permezz tal-adozzjoni ta’ qafas aktar ċar tal-VAT u bażi komuni u konsolidata tat-taxxa korporattiva, kif ukoll ir-rieżami tal-qafas dwar l-akkwsit pubbliku, b'tali mod li l-proċeduri jsiru aktar flessibbli u anqas burokratiċi (proposti 12, 17, 19 u 20 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

Ir-Razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

60.

Jitlob lill-Kunsill jirrevedi l-leġislazzjoni relatata mal-akkwist pubbliku u ma’ sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat bil-għan li jitrawwem tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fi ħdan is-Suq Uniku u li jiġi stimulat l-akkwist pubbliku transkonfinali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas aktar ċar, li jipprovdi ċ-ċertezza legali sew għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għal-awtoritajiet kontraenti; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jużaw l-akkwist pubbliku prekummerċjali sabiex jistimolaw is-suq tat-teknoloġiji innovattivi u ekoloġiċi; jinsisti fuq il-ħtieġa li niżguraw ir-reċiproċità ma’ pajjiżi industrijalizzati u ma’ ekonomiji maġġuri emerġenti fil-qasam tal-akkwist pubbliku (proposti 17 u 24 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

*

* *

61.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0186.

(2)  http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/business-environment/files/smes_access_to_public_procurement_final_report_2010_en.pdf

(3)  ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0320.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0173.

(6)  ĠU C 349 E, 22.10.2010, p. 25.

(7)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 10.

(8)  ĠU C 316 E, 22.12.2006, p. 378.

(9)  ĠU C 146, 17.5.2001, p. 101.

(10)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 17.


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/81


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Baħrejn u fil-Jemen

P7_TA(2011)0148

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Baħrejn u fil-Jemen

2012/C 296 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja u l-Jemen,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2006 bir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehima ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja, min-naħa l-oħra (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta’ Marzu 2011 mill-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek dwar l-attakk mortali kontra d-dimostranti fis-Sirja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, li l-Baħrejn, is-Sirja u l-Jemen huma firmatarji tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1975, li l-Baħrejn, is-Sirja u l-Jemen huma firmatarji tiegħu,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Baħrejn u l-Jemen tal-21 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni dwar il-Baħrejn tal-10, tal-15 u tas-17 ta’ Marzu 2011, dwar is-Sirja tat-18, tat-22, tal-24 u tas-26 ta’ Marzu 2011 u dwar il-Jemen tal-10, tat-12 u tat-18 ta’ Marzu 2011 u tal-5 ta’ April 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tat-8 ta’ Marzu 2011 mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni dwar “Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran”,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE tal-2004 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem kif aġġornati fl-2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, wara żviluppi simili f’pajjiżi Għarab oħra, dimostranti fil-Baħrejn, fis-Sirja u fil-Jemen esprimew aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi u sejħa popolari qawwija għal riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali mmirati lejn il-kisba ta’ demokrazija ġenwina, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u n-nepotiżmu, l-iżgurar tar-rispett tal-istat ta’ dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali, u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali aħjar,

B.

billi l-gvernijiet rispettivi rreaġixxew billi żiedu r-repressjoni vjolenta, billi ddikjaraw stat ta’ emerġenza u billi applikaw liġijiet ta’ kontra t-terroriżmu biex jiġġustifikaw delitti serji, inklużi każijiet ta’ qtil extra-ġudizzjarju, ħtif u għajbien, arresti arbitrarji, tortura u proċessi mhux ġusti,

C.

billi l-użu eċċessiv tal-forza kontra d-dimostranti mill-forzi tas-sigurtà fil-Baħrejn, fis-Sirja u fil-Jemen wassal għal telf konsiderevoli ta’ ħajjiet, korrimenti u priġuneriji, u jikser il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li dawn il-pajjiżi huma firmatarji tiegħu,

D.

billi d-dimostrazzjonijiet fis-Sirja bdew fil-belt ta’ Deraa fin-Nofsinhar tal-pajjiż, qabel ma nfirxu fil-pajjiż kollu; billi l-awtoritajiet Sirjani rażżnu d-dimostrazzjonijiet bl-użu ta’ balal ta’ vera biex ixerrdu l-ġemgħa paċifika, arrestaw mijiet ta’ ċivili u mmobilizzaw dimostranti favur ir-reġim f'Damasku u fi bliet oħra; billi fid-29 ta’ Marzu 2011 il-gvern Sirjan irreżenja u s-Sur Adel Safar inħatar biex jifforma gvern ġdid; billi d-diskors li għamel il-President Bashar al-Assad fil-Parlament Sirjan fit-30 ta’ Marzu 2011 naqas milli jilħaq l-aspettattivi u jissodisfa t-tamiet għal riformi sinifikanti,

E.

billi s-Sirja ilha taħt Liġi ta’ Emerġenza mill-1963; billi l-liġi ta’ emerġenza qegħda effettivament tillimita liċ-ċittadini fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom filwaqt li tippermetti kontroll kontinwu lill-awtoritajiet Sirjani fuq is-sistema ġudizzjarja,

F.

billi l-gvern Sirjan għamel numru ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi fejn impenja ruħu favur il-libertà tal-espressjoni u l-parteċipazzjoni politika (it-tneħħija tal-liġi ta’ emerġenza, l-abolizzjoni tal-Artikolu 8 tal-Kostituzzjoni Sirjana, li jgħid li l-partit Ba'ath imexxi l-istat u s-soċjetà, is-soluzzjoni tal-problemi kkawżati miċ-ċensiment tal-1962 fil-gvernaturat ta’ al-Hasaka, li wassal sabiex mijiet ta’ eluf ta’ Kurdi ċċaħħdu mill-passaport tagħhom u ġew irreġistrati bħala barranin) iżda naqas milli jwettaq progress tanġibbli fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet; billi l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem u kritiku tal-gvern prominenti, Haitham al-Maleh, inħeles mill-ħabs f'Marzu 2011 u talab lill-komunità internazzjonali tagħmel pressjoni fuq ir-reġim Sirjan biex jirrispetta l-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem,

G.

billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja, min-naħa l-oħra, għad irid jiġi ffirmat; billi l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim ġie pospost fuq talba tas-Sirja minn Ottubru 2009; billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxi parti essenzjali ta’ dan il-Ftehim,

H.

billi d-dimostrazzjonijiet fil-Baħrejn bdew fl-14 ta’ Frar 2011, bid-dimostranti jitolbu riformi politiċi, bħal monarkija kostituzzjonali u gvern elett, kif ukoll it-tmiem tal-korruzzjoni u tal-marġinalizzazzjoni tax-Xiti, li jirrappreżentaw 'il fuq minn 60 % tal-popolazzjoni, billi s-sitwazzjoni fil-Baħrejn għadha kkaratterizzata minn tensjoni, u fil-ġimgħa li għaddiet bejn 50 ruħ u 100 ruħ ġew irrappurtati neqsin; billi, skont ir-rapporti, il-persunal mediku, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti politiċi ġew miżmuma fil-Baħrejn, u l-forzi tas-sigurtà ħadu kontroll tas-swali fl-isptarijiet,

I.

billi, wara t-talba li saret mill-Gvern tal-Baħrejn, il-forzi tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf, mill-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Kuwajt intbagħtu l-Baħrejn,

J.

billi miljuni ta’ ċittadini ilhom jipprotestaw fil-Jemen minn Jannar, fil-parti l-kbira b'mod paċifiku, u allegatament inqatlu madwar mitt persuna, primarjament mill-forzi tas-sigurtà bl-użu ta’ munizzjonijiet ta’ vera sparati fuq il-folol, filwaqt li mijiet ġew feruti; billi fil-Jemen l-ambulanzi li kienu qed iwasslu l-isptar lid-dimostranti li huma kontra l-gvern ġew ostakolati mill-forzi tas-sigurtà,

K.

billi l-President tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, li ilu jmexxi l-pajjiż għal 32 sena, wiegħed li jirreżenja; billi, madankollu, il-President s’issa ma ħa ebda passi serji biex iwettaq il-wegħdiet tiegħu ta’ tranżizzjoni demokratika u paċifika,

L.

billi l-membri tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf iddeċidew li jistiednu rappreżentanti tal-gvern Jemenit u tal-oppożizzjoni għal taħditiet f'Riyadh biex isolvu l-imblokk fir-rigward ta’ ċerti kwistjonijiet speċifiċi,

M.

billi l-Jemen hu l-aktar pajjiż fqir fil-Lvant Nofsani, b'malnutrizzjoni mifruxa, riżervi taż-żejt li qed jonqsu, popolazzjoni li qed tikber, gvern ċentrali dgħajjef, nuqqas ta’ ilma li dejjem jiżdied u ftit investiment fl-ekonomija tal-pajjiż; billi hemm tħassib serju dwar id-diżintegrazzjoni tal-istat Jemenit, bi tregwa fraġli li ilha fis-seħħ minn Frar mar-ribelli Xiti fit-Tramuntana, moviment seċessjonista fin-Nofsinhar u ħafna ġellieda ta’ Al Qaeda li huma rrappurtati li jużaw il-Jemen bħala bażi,

N.

billi dan l-aħħar ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza fil-Baħrejn u l-Jemen; billi d-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ emerġenza fi kwalunkwe pajjiż ma teżentax lill-gvern tan-nazzjon mill-obbligu essenzjali tiegħu li jiddefendi l-istat tad-dritt u l-impenji internazzjonali tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem,

1.

Jikkundanna bis-saħħa r-repressjoni vjolenta mill-forzi tas-sigurtà ta’ dimostranti paċifiċi fil-Baħrejn, fis-Sirja u fil-Jemen u jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-vittmi; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-popli f'dawk il-pajjiżi, ifaħħar il-qlubija u d-determinazzjoni tagħhom u jappoġġa bil-qawwa l-aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi tagħhom;

2.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Baħrejn, tas-Sirja u tal-Jemen biex iżommu lura mill-użu tal-vjolenza kontra d-dimostranti u jirrispettaw il-libertà ta’ għaqda u ta’ espressjoni tagħhom; jikkundanna l-indħil mill-awtoritajiet fil-Baħrejn u fil-Jemen fil-forniment ta’ trattamenti mediċi u ċ-ċaħda u l-limitazzjoni tal-aċċess għall-faċilitajiet ta’ saħħa; jenfasizza li dawk responsabbli għat-telf tal-ħajja u l-korrimenti kkawżati għandhom jinżammu responsabbli u jitressqu quddiem il-ġustizzja; jitlob lill-awtoritajiet biex immedjatament jeħilsu lill-priġunieri politiċi, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-ġurnalisti kollha u lil dawk kollha miżmuma b'rabta mal-attivitajiet paċifiċi tagħhom fil-kuntest tal-protesti;

3.

Jistqarr li l-użu ta’ vjolenza minn stat kontra l-popolazzjoni tiegħu stess għandu jkollu riperkussjonijiet diretti fuq ir-relazzjonijiet bilaterali tiegħu mal-Unjoni Ewropea; ifakkar lir-Rappreżentant Għoli tal-UE/Viċi President tal-Kummissjoni li l-UE tista' tuża numru kbir ta’ għodod biex tiskoraġġixxi azzjonijiet bħal dawn, bħal iffriżar tal-assi, projbizzjoni ta’ vjaġġar, eċċ.; ifakkar madankollu li l-popli b'mod ġenerali qatt ma għandhom ikunu affettwati minn rieżami bħal dan tar-relazzjonijiet bilaterali;

4.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex jikkunsidraw bis-sħiħ l-avvenimenti li seħħew dan l-aħħar u li għadhom għaddejjin kif ukoll żviluppi oħra fil-Baħrejn, fis-Sirja u fil-Jemen fir-relazzjonijiet bilaterali ma’ dawn il-pajjiżi, inkluża s-sospensjoni ta’ negozjati addizzjonali dwar l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li għadu pendenti bejn l-UE u s-Sirja; huwa tal-fehma li l-konklużjoni ta’ ftehim bħal dan għandu jiddependi mill-ħila tal-awtoritajiet Sirjani li jwettqu r-riformi demokratiċi mistennija f'forma tanġibbli;

5.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw it-talbiet biex jitwettqu investigazzjonijiet indipendenti dwar l-attakki fuq id-dimostranti f'dawk il-pajjiżi, b'attenzjoni speċjali għal investigazzjoni indipendenti li għandha titwettaq min-Nazzjonijiet Uniti (NU) jew mill-Qorti Kriminali Internazzjonali dwar l-attakk fuq id-dimostranti fit-18 ta’ Marzu 2011 f'Sana'a, il-Jemen, fejn inqatlu 54 persuna u ndarbu aktar minn 300; jistieden lill-UE tieħu r-riedni f'idejha minnufih u tlaqqa' Sessjoni Speċjali tal-HRC biex jiġu ttrattati l-abbużi li twettqu fil-Baħrejn, fis-Sirja u fil-Jemen matul it-trażżin tad-dimostrazzjonijiet u r-repressjoni tad-dissidenza;

6.

Jistieden lill-gvernijiet tal-Baħrejn, tas-Sirja u tal-Jemen biex jinvolvu ruħhom fi proċess u fi djalogu politiku miftuħ u sinifikanti mingħajr dewmien jew prekondizzjonijiet, bil-parteċipazzjoni tal-forżi politiċi demokratiċi kollha u tas-soċjetà ċivili, maħsuba biex titwitta t-triq għal demokrazija ġenwina, jitneħħa l-istat ta’ emerġenza u jkunu implimentati riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali konkreti, ambizzjużi u sinifikanti, li huma essenzjali għal stabilità u żvilupp fit-tul;

7.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Baħrejn, tas-Sirja u tal-Jemen biex jirrispettaw l-impenji internazzjonali tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet f'dawk il-pajjiżi biex ineħħu immedjatament l-istat ta’ emerġenza, jeħilsu immedjatament il-priġunieri politiċi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u d-dimostranti paċifiċi kollha, idaħħlu fil-liġi u fil-prattika l-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni, jintensifikaw il-miżuri biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, jiggarantixxu drittijiet ugwali għall-minoranzi, jiżguraw aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni, bħall-internet u t-telefonija mobbli, u jiżguraw l-aċċess għall-midja indipendenti;

8.

Jieħu nota tar-riżenja tal-Gvern Sirjan fid-29 ta’ Marzu 2011, iżda jemmen li dan mhux se jkun biżżejjed biex jikkontrobatti l-frustrazzjonijiet li qed jiżdiedu tal-poplu Sirjan; jistieden lill-President Bashar al-Assad itemm il-politika ta’ repressjoni tal-oppożizzjoni politika u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ineħħi realment l-istat ta’ emerġenza li ilu fis-seħħ mill-1963, jippromwovi l-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika fis-Sirja u jistabbilixxi aġenda konkreta għal riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali;

9.

Jistieden lill-Gvern tal-Baħrejn u lil partijiet oħra biex jinvolvu ruħhom fi djalogu sinifikanti u kostruttiv mingħajr dewmien jew prekondizzjonijiet, biex jitwettqu r-riformi; jilqa' l-aħbar mis-Segretarju Ġenerali tan-NU li n-NU hija lesta tipprovdi appoġġ għall-isforzi mmexxija nazzjonalment, jekk tkun mitluba li tagħmel dan;

10.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-preżenza ta’ truppi barranin taħt il-bandiera tal-GCC fil-Baħrejn; jistieden lill-GCC biex juża r-riżorsi tiegħu bħala parteċipant kollettiv reġjonali biex jaġixxi b'mod kostruttiv u jagħmilha ta’ medjatur fl-interess ta’ riformi paċifiċi fil-Baħrejn;

11.

Jitlob lill-President Saleh tal-Jemen jieħu passi konkreti favur l-implimentazzjoni tal-wegħda tiegħu li “jittrasferixxi l-poter b'mod paċifiku permezz ta’ istituzzjonijiet kostituzzjonali”; jitlob lill-partijiet kollha, inkluża l-oppożizzjoni, biex jaġixxu b'mod responsabbli, jinvolvu ruħhom fi djalogu miftuħ u kostruttiv mingħajr dewmien, sabiex tintlaħaq tranżizzjoni politika ordnata, u biex jinkludu f'dan id-djalogu l-partiti u l-movimenti kollha li jirrappreżentaw lill-poplu Jemenit;

12.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell tal-faqar u tal-qgħad u l-instabilità politika u ekonomika li qed tiżdied fil-Jemen; jinsisti li t-twettiq, fil-post, tal-wegħdiet li saru fil-konferenza tad-donaturi tal-2006 għandu jitħaffef; barra minn hekk jistieden lill-UE u lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf jagħmlu sforz partikolari biex jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku hekk kif il-President Saleh ikun lest li jċedi t-triq għal gvern stabbilit demokratikament;

13.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex jappoġġaw l-aspirazzjonijiet demokratiċi u paċifiċi tal-poplu tal-Baħrejn, tas-Sirja u tal-Jemen, jeżaminaw mill-ġdid il-politiki tagħhom rigward dawk il-pajjiżi, jirrispettaw il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi, u jkunu lesti jgħinu, f'każ ta’ impenn serju mill-awtoritajiet nazzjonali, fl-implimentazzjoni ta’ aġendi konkreti ta’ riforma politika, ekonomika u soċjali f’dawk il-pajjizi;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża b'mod sħiħ u effikaċi l-appoġġ eżisteni mogħti permezz tal-ENPI, l-EIDHR u l-IfS, u tfassal urġentement proposti konkreti dwar kif l-għajnuna finanzjarja futura tal-UE tista' tgħin aħjar lill-pajjiżi u lis-soċjetajiet ċivili fil-Lvant Nofsani u fil-Golf fit-tranżizzjoni tagħhom lejn id-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

15.

Jenfasizza l-impenji meħuda mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni Konġunta dwar Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran biex jiġu appoġġjati aktar il-bidla demokratika u s-soċjetà ċivili b'reazzjoni għall-iżviluppi storiċi attwali fir-reġjun; jitlob għajnuna tal-UE favur il-proċessi demokratiċi fir-reġjuni tal-Mediterran u tal-Golf biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa taċ-ċittadini kollha – partikolarment tan-nisa, li kellhom rwol kruċjali fit-talbiet favur il-bidla demokratika – fil-ħajja politika;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tar-Renju tal-Baħrejn, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Għarbija tas-Sirja, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Jemen.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0109.

(2)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 436.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/85


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Ir-Raba' Konferenza tan-Nazzjonijiet Unit dwar il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati

P7_TA(2011)0149

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2011 dwar ir-Raba' Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati

2012/C 296 E/12

Il-Parlament Ewropew,

billi fl-1971 in-NU għarfu l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs) bħala “l-iktar parti fqira u dgħajfa” tal-komunità internazzjonali,

wara li kkunsidra l-kriterji stabbiliti mill-Kumitat tan-NU għall-Politika tal-Iżvilupp (CDP) biex jidentifikaw l-LDCs,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati adottata f'Settembru 1990,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar “l-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni għal-LDCs għad-Deċennju 2001-2010” (A/65/80),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) f'Settembru 2010,

wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni ta' Brussell (BPoA) għal-LDCs adottat fit-Tielet Konferenza tan-NU dwar l-LDCs (LDC-III) fi Brussell, f’Mejju 2001,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni meħuda fl-2008 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU biex tlaqqa' r-Raba' Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-LDCs (LDC-IV),

billi LDC-IV se tivvaluta r-riżultati tal-BPoA hekk kif dan joqrob lejn tmiemu u tipproponi azzjonijiet ġodda (2011-2020) maħsuba biex jinkoraġġixxu l-iskambju tal-l-aħjar prattiki u tat-tagħlimiet meħuda u jidentifikaw deċiżjonijiet ta' politika u sfidi li l-LDCs se jħabbtu wiċċhom magħhom fid-deċennju li ġej u l-azzjonijiet meħtieġa,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tal-1986,

wara li kkunsidra l-MDG li l-faqar jitnaqqas b'nofs sal-2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi 48 pajjiż bħalissa huma kklassifikati bħala LDCs, 33 fl-Afrika, 14 fl-Ażja u 1 fl-Amerika Latina; billi 16 minnhom huma mdawrin b'pajjiżi oħra u 12 huma gżejjer żgħar,

B.

billi 75 % mit-800 miljun abitant tal-LDCs jgħixu b'inqas minn USD 2 kuljum, u billi l-għadd ta' Pajjiżi l-Anqas Żviluppati kiber minn 25 għal 48 mindu n-NU stabbiliet din il-kategorija fl-1971, u billi kienu biss il-Botswana fl-1994, il-Kap Verde fl-2007 u l-Madive f'Jannar 2011 li ħarġu mill-istatus ta' LDC,

C.

billi l-medja tal-Indiċi tal-Iżvilupp Uman għal-LDCs telgħet minn 0,34 għal biss 0,39 bejn l-2000 u l-2010; billi fil-medja l-LDCs mistennijin jilħqu biss tnejn minn seba' MDGs,

D.

billi mil-LDC-III 'l hawn u mill-adozzjoni tal-BPoA ittieħdu xi passi pożittivi, pereżempju l-inizjattiva 'Kollox Għajr l-Armi' (EBA) u ż-żidiet fl-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), li rduppjat bejn l-2000 u l-2008, u l-investiment dirett barrani li żdied minn USD 6 biljun għal USD 33 biljun, bir-riżultat li 19-il pajjiż laħquu rata ta' tkabbir ta' 3 %,

E.

billi r-rakkomandazzjoni tal-LDC-IV tista' tintlaħaq biss jekk jiġu indirizzati sewwa kwistjonijiet kruċjali li jaffettwaw lil-LDCs bħall-koerenza tal-politiki bejn il-kummerċ, l-iżvilupp, l-agrikolatura, is-sajd, l-investiment u t-tibdil fil-klima, u jekk jitqiegħdu fl-aġenda temi importanti, bħall-governanza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, partikolarment il-kunċett ta' “kuntratt ta' governanza” (li jinkorpora b'mod partikolari livell ta' limitu soċjali) bejn pajjiżi sħab u dawk donaturi, flimkien mal-bini ta' kapaċità umana,

F.

billi l-LDC-IV se terġa' tafferma l-impenn globali favur is-sħubija biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-LDCs; billi l-proċess li għaddej bħalissa ta' tħejjija għal-LDC-IV jinkludi konsultazzjonijiet nazzjonali, laqgħat reġjonali li jinvolvu firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, bħal parlamentari, is-soċjetà ċivili u s-settur privat,

G.

billi l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli jimplika appoġġ għas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li huma komponenti essenzjali tal-politika tal-iżvilupp tal-UE,

H.

billi l-qagħda fl-LDCs kompliet sejra għall-agħar minħabba l-kriżijiet dinjija reċenti tal-finanzi, tal-ikel, tat-tibdil fil-klima u tal-enerġija,

I.

billi, minkejja li l-agrikoltura tifforma l-bażi ta' bosta mill-ekonomiji tal-LDCs u tipprovdi sa 90 % tal-impjiegi, is-sigurtà tal-ikel hija mhedda,

J.

billi ma jista' jkun hemm l-ebda żvilupp sinifikanti mingħajr rwol sinifikanti tal-Istati abbażi ta' kapaċità mtejba għall-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien tal-għana u t-tqassim mill-ġdid tal-għana b'mod ġust, is-sħubijiet bejn il-privat u l-pubbliku u investimenti barrani ppjanat sewwa li jirrispetta għalkollox l-istandards tal-qofol tal-ILO dwar ix-xogħol u l-protezzjoni tal-ambjent; billi l-Istat jeħtieġlu jerfa' r-responsabbiltà li jipprovdi stabbiltà u qafas legali,

K.

billi kull LDC jeħtieġlu jidentifika prijoritajiet u soluzzjonijiet f'lokhom fil-kuntest nazzjonali tiegħu, abbażi tal-parteċipazzjoni demokratika tal-popolazzjoni fil-proċessi deċiżjonali,

L.

billi s-suċċess tal-konferenza ta' Istanbul jiddependi fuq riżultati konkreti (eż. kuntratt ta' governanza, livell ta' limitu soċjali, tnaqqis tad-dejn, għajnuna għall-iżvilupp, finanzjament innovattiv) u l-kwalità tal-kontributi mill-parteċipanti,

1.

Iqis li l-LDC-IV għandha tkun orjentata lejn ir-riżultati, abbażi ta' indikaturi ċari u bl-objettiv li l-LDCs jitnaqqsu bin-nofs sal-2020, flimkien ma' monitoraġġ effiċjenti u trasparenti u mekkaniżmi ta' segwitu;

2.

Jenfasizza li l-għajnuna tal-UE lil-LDCs għandha tkun orjentata primarjament lejn il-ħolqien tal-għana u l-żvilupp ta' ekonomija tas-suq, li huma prirekwiżiti bażiċi għall-eliminazzjoni tal-faqar;

3.

Jitlob li jingħata prijorità t-tkabbir ekonomiku bħala element ewlieni għall-iżvilupp u għat-tnaqqis ġenerali tal-faqar fl-LDCs;

4.

Jemmen li LDC-IV għandha tiffoka fuq il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp bħala fattur importanti fit-tibdil tal-politiki, fil-livell nazzjonali u f'dak internazzjonali; jitlob għalhekk li t-tfassil tal-politiki fl-oqsma kollha – bħall-kummerċ, is-sajd, l-ambjent, l-agrikoltrua, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-investiment u l-finanzi – isir b'tali mod li jirfdu l-ħtiġijiet tal-LDCs biex ikunu jistgħu jiġġieldu kontra l-faqar u jiggarantixxu dħul u għajxien deċenti;

5.

Iħeġġeġ lill-UE tirrispetta l-impenji tagħha f'dak li jirrigwarda l-aċċess għas-swieq u t-taffija tad-djun; jerġa’ jafferma l-importanza li tintlaħaq il-mira li l-ODA tikber għal 0.15 - 0.20 % sabiex l-LDCs jimmobilizzaw, għal dan il-għan, ir-riżorsi domestiċi u, bħala miżura komplementarja, mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi;

6.

Ifakkar fil-mira tal-ħruġ mill-kategorija ta’ LDC, u jiġbed l-attenzjoni għall-qafas stabbilit mil-Laqgħa Għolja tal-MDG f’Settembru 2010 bil-għan jħaffef l-eradikazzjoni tal-faqar, joħloq żvilupp ekonomiku sostenibbli li jkollu l-għan li jtejjeb il-livell tal-għajxien tal-popolazzjoni tal-LDCs, jistabbilixxi governanza tajba u jrawwem il-bini tal-kapaċitajiet;

7.

Jenfasizza l-bżonn ta’ miżuri ġodda biex jintegraw l-LDCs fl-ekonomija globali u jetjbulhom l-aċċess għas-swieq Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-għajnuna tagħha relatata mal-kummerċ sabiex tgħin il-pajjiżi l-aktar fqar jindirizzaw il-kompetizzjoni li tirriżulta mil-liberalizzazzjoni tas-suq;

8.

Ifakkar li l-paċi u s-sigurtà huma vitali għall-effikaċja ta’ politiki tal-iżvilupp u li l-UE għandha tikkoordina l-approċċ tagħha aħjar sabiex tindirizza kwistjonijiet ta’ stabbilità f'LDCs u tappoġġja sforzi sabiex jinkisbu l-kapaċitajiet għall-bini ta' stati paċifiċi, demokratici u inklussivi;

9.

Ifakkar fil-ħtieġa li jingħataw prijorità s-sigurtà tal-ikel, l-agrikultura, l-infrastrutturi, il-bini tal-kapaċità, it-tkabbir ekonomiku inklussiv, l-aċċess għat-teknoloġiji kif ukoll l-iżvilupp uman u soċjali fl-LDCs;

10.

Jitlob l-istabbiliment ta' regoli kummerċjali ġusti u ekwi u l-implimentazzjoni ta' politiki integrati f'firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali biex jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli;

11.

Ifakkar fil-ħtieġa li jittieħdu miżuri affikaċi dwar il-volatilità tal-prezzijiet, it-trasparenza. kif ukoll dwar swieq finanzjarji rregolati aħjar, għall-protezzjoni tal-LDCs għat-tnaqqis tal-vunerabbilta tagħhom;

12.

Ifakkar fil-ħtieġa li jingħata kontribut għall-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa u ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa, u jistieden lin-NU jistabbilixxu mekkaniżmi adegwati f'dan ir-rigward;

13.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jiddiskutu l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament tal-iżvilupp fl-LDC-IV bħalma hija taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji; jenfasizza li l-impenji tal-ODA u l-mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament iridu jiġu mifhuma bħala essenzjali u komplementari fil-ġlieda kontra l-faqar;

14.

Iħeġġeġ lin-NU u lill-UE jindirizzaw bis-serjetà l-impatti ħżiena tal-akkwist tal-artijiet agrikoli, bħalma huma l-esproprju tal-bdiewa ż-żgħar u użu mhux sostenibbli tal-art u tal-ilma;

15.

Ifakkar li l-għan fit-tul tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp għandu jkun li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp ekonmiku sostenibbli u għat-tqassim mill-ġdid tal-għana b'mod ġust; jenfasizza għalhekk il-bżonn tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-istrateġiji tal-LDCs, tad-diversifikazzjoni tal-kummerċ billi jissedqu prezzijiet ġusti għall-produzzjoni tal-LDCs u bit-trattament ta' fatturi min-naħa tal-provvista b'tali mod li jitqawwew il-kapaċità l-kapaċità tal-LDCs għall-kummerċ u dik li jattiraw l-investiment li jkun skont l-istandards tal-qofol tal-ILO dwar ix-xogħol u l-protezzjoni tal-ambjent;

16.

Jagħraf li l-EBA ma’ laħqitx għalkollox il-miri oriġinali tagħha u, għalhekk, il-kwalità u l-volum ta’ kummerċ minn LDCs għas-suq tal-UE baqa' ma laħaqx il-livell mistenni, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ infrastutturi adegwati portijiet f'konnessjoni mal-kummerċ; huwa favur l-iżvilupp ta’ tali infrastrutturi, li jibqa' l-muftieħ għat-tkattir tal-kapaċitajiet kummerċjali;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb l-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp, skont id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u l-Aġenda ta’ Accra;

18.

Jenfasizza r-rwol tal-Parlament Ewropew u r-rwol deċiżiv tiegħu fl-approvazzjoni tal-baġit tal-UE għall-iżvilupp; għalhekk huwa konvint li l-Parlament għandu jkun involut aktar mill-qrib fit-tħejjija tal-istrateġija tal-UE għall-iżvilupp; iqis li huwa essenzjali, barra minn hekk, li jkun implimentat mekkaniżmu ta' rappurtar;

19.

Iqis li l-adozzjoni tal-Liġi ġdida tal-Istati Uniti “Minerali ta' Kunflitt” hija pass enormi 'l quddiem fil-ġlieda kontra l-estrazzjoni u l-kummerċ illegali tal-minerali fl-Afrika, li jitma' l-gwerer ċivili u l-kunflitti; huwa tal-fehma li n-NU għandhom joħroġu bi proposta simili biex tiżgura t-traċċabbiltà tal-minerali importati fis-suq dinji;

20.

Jitlob li ssir valutazzjoni sistematika tar-riskju tat-tibdil fil-klima rigward l-aspetti rilevanti kollha tal-pjanifikazzjoni tal-politika tal-iżvilupp, inklużi l-kummerċ, l-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel, u jitlob li l-eżitu ta' din il-valutazzjoni jintuża għat-tfassil ta' linji gwida ċari għall-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp;

21.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibilità dejjem ikbar ta' diżastri ambjentali li jikkawżaw migrazzjonijiet tal-massa, li tagħmilha essenzjali li din il-kategorija l-ġdida ta' persuni spustati tingħata għajnuna ta' emerġenza;

22.

Jisħaq fuq l-importanza ta' kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali, u jitlob li jissaħħu l-oqfsa reġjonali li primarjament iħallu lill-pajjiżi ż-żgħar jiġbru riżorsi, għarfien u kompetenzi;

23.

Jenfasizza li n-nuqqas ta' progress fir-rigward tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi għadu jiskwalifika l-parti l-kbira ta' dawn il-pajjiżi milli jirċievu għajnuna baġitjarja, fattur essenzjali fil-proċess tal-bini tal-kapaċità ta' kull pajjiż;

24.

Jisħaq fuq l-importanza għal-LCDs li jiżviluppaw il-kooperazzjoni trilaterali, b'mod partikolari ma' pajjiżi emerġenti, bil-għan li jimxu fid-direzzjoni ta' kooperazzjoni komprensiva għall-ilħiq ta' benefiċċji reċiproċi u żvilupp komuni;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/89


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Ir-Rapport ta’ progress 2010 dwar l-Islanda

P7_TA(2011)0150

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-rapport ta’ progress 2010 dwar l-Islanda

2012/C 296 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2010 li jżid l-Islanda mal-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-għajnuna mill-UE ta’ qabel l-adeżjoni, maħsuba biex tgħin lill-pajjiżi applikanti jikkonformaw mal-korp tal-liġi Ewropea,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għas-sħubija mal-Unjoni Ewropea (SEC(2010)0153),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 biex jinbdew negozjati mal-Islanda dwar l-adeżjoni,

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Ġenerali tal-UE u l-Pożizzjoni Ġenerali tal-Gvern tal-Islanda adottati matul il-laqgħa ministerjali li tat bidu għall-Konferenza Intergovernattiva dwar l-Adeżjoni tal-Islanda mal-Unjoni Ewropea fis-27 ta’ Lulju 2010,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “L-Istrateġija ta’ Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2010-2011” (COM(2010)0660) u r-Rapport ta’ Progress 2010 dwar l-Islanda, adottat fid-9 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-istrateġija tat-tkabbir li tikkonċerna l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għas-sħubija mal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Islanda, adottati f'Ottubru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Islanda tissodisfa l-kriterji ta’ Kopenħagen, u n-negozjati tal-adeżjoni mal-Islanda bdew fis-27 ta’ Lulju 2010 wara l-approvazzjoni mill-Kunsill,

B.

billi l-proċess ta’ screening beda fil-15 ta’ Novembru 2010 u huwa ppjanat li jibqa' sejjer sas-17 ta’ Ġunju 2011,

C.

billi, hekk kif ġie enfasizzat fil-konsensus imġedded dwar it-tkabbir, il-progress ta’ kull pajjiż lejn is-sħubija mal-Unjoni Ewropea huwa bbażat fuq il-mertu,

D.

billi l-Islanda diġà qed tikkoopera mill-qrib mal-UE bħala membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-Ftehimiet ta’ Schengen u r-Regolament ta’ Dublin, u għaldaqstant diġà adottat parti sinifikanti mill-acquis,

E.

billi l-Islanda tikkontribwixxi għall-koeżjoni u s-solidarjetà Ewropea permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju fil-qafas taż-ŻEE u tikkoopera mal-UE għaż-żamma tal-paċi u l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet,

1.

Jilqa' t-tnedija tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Islanda f'Lulju 2010; iqis li huwa essenzjali li jinħolqu l-kundizzjonijiet sabiex jitlesta l-proċess ta’ adeżjoni mal-Islanda u biex jiġi żgurat li l-adeżjoni tagħha tkun ta’ suċċess;

Kriterji politiċi

2.

Jilqa' l-prospettiva li, bħala Stat Membru ġdid tal-UE, se jkollna pajjiż bi tradizzjoni demokratika u kultura ċivika b'saħħithom; jenfasizza li l-adeżjoni tal-Islanda mal-UE se tkompli ssaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni bħala promotur u difensur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali fid-dinja;

3.

Ifaħħar lill-Islanda għar-riżultati tajbin li kisbet biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bniedem u jiġi żgurat livell għoli ta’ kooperazzjoni mal-mekkaniżmi internazzjoanli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

4.

Jappoġġa l-ħidma li għaddejja attwalment biex jissaħħaħ l-ambjent leġiżlattiv fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u l-aċċess għall-informazzjoni; jilqa' f'dan ir-rigward, l-Inizjattiva Islandiża dwar il-Midja Moderna, li tippermetti kemm lill-Islanda, kif ukoll lill-UE jpoġġu rwieħhom f'qagħda b'saħħitha fir-rigward tal-protezzjoni legali tal-libertajiet ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni;

5.

Jilqa' t-twaqqif tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Islanda f'Ottubru 2010 u jinsab konvint li dan il-forum se jikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Althingi u l-Parlament Ewropew matul il-proċess ta’ adeżjoni;

6.

Iħeġġeġ bis-sħiħ lill-awtoritajiet Islandiżi biex jarmonizzaw id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE rigward id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali fl-Islanda;

7.

Jinnota l-progress tajjeb fit-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura u jilqa' l-miżuri meħudha mill-awtoritajiet Islandiżi f'Mejju 2010 sabiex tiġi indirizzata l-predominanza mogħtija lill-Ministru tal-Ġustizzja fil-ħatriet ġudizzjarji, kif ukoll l-emendi li saru fl-Att tal-Ġudikatura li jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa ta’ implimentazzjoni sħiħa ta’ dawn il-miżuri;

8.

Jilqa' l-ħidma li saret mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali, kif ukoll ir-rapport tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni Speċjali li twaqqfet f'Diċembru 2008 mill-Parlament Islandiż biex tinvestiga u tanalizza l-proċessi li wasslu għall-kollass tas-sistema bankarja, u l-progress li sar biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi politiċi, istituzzjonali u amministrattivi tal-kollass tas-sistema bankarja Islandiża, filwaqt li ġie nnotat li l-implimentazzoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha għadha qed issir u jeħtieġ li titwettaq permezz ta’ sforzi li ma jaqtgħu xejn;

Kriterji ekonomiċi

9.

Jilqa' l-livell ġeneralment sodisfaċenti li laħqet l-Islanda fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha fil-kuntest taż-ŻEE u fil-ħila tagħha li tirreżisti għall-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE;

10.

Jinnota, madankollu, li l-aħħar rapport tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles wera li d-defiċit ta’ traspożizzjoni tal-Islanda żdied ftit u li, billi laħaq 1,3 %, baqa' ogħla mill-mira interim ta’ 1 %, għalkemm id-dewmien fit-traspożizzjoni tnaqqas;

11.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernjiet tal-Islanda, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit dwar il-kwistjoni Icesave, partikularment biex jiġi ggarantit il-ħlas lura tal-ispejjeż li jkunu saru biex jitħallsu l-garanziji minimi lid-depożituri f'fergħat tal-Landsbanki Islands hf. fir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi; jilqa' l-approvazzjoni tal-ftehim b'maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-Parlament Islandiż fis-17 ta’ Frar 2011; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-President tal-Islanda li jirreferi l-abbozz ta’ liġi għal referendum u jittama li tintemm il-proċedura ta’ ksur li bdiet fis-26 ta’ Mejju 2010, li tressqet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Gvern tal-Islanda;

12.

Jilqa' l-fatt li n-nuqqasijiet istituzzjonali fis-settur finanzjarju ġew indirizzati u li sar progress biex jissaħħu l-prattiki regolatorji u superviżorji tal-banek, partikularment fir-rigward tal-poteri tal-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja;

13.

Jilqa' l-preżentazzjoni mill-Islanda lill-Kummissjoni Ewropea tal-ewwel Programm Ekonomiku ta’ Qabel l-Adeżjoni tagħha bħala pass importanti fil-fażi ta’ qabel l-adeżjoni u jittama li d-djalogu ekonomiku bilaterali annwali li tħabbar se jikkonsolida l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet;

14.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Islandiżi jkomplu fit-triq biex ifasslu strateġija għal-liberalizzazzjoni tal-kontrolli tal-kapital, li hi rekwiżit importanti għall-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE;

15.

Jilqa' r-raba' rieżami pożittiv riċenti tal-programm stand-by tal-Fond Monetarju Internazzjonali li jenfasizza l-iżviluppi importanti tal-konsolidazzjoni fiskali u ekonomika tal-Islanda, kif ukoll il-fatt li wara d-deterjorazzjoni għal seba' kwarti konsekuttivi, l-ekonomija tal-Islanda ħarġet mir-reċessjoni ekonomika, u l-prodott gross domestiku reali rreġistra tkabbir ta’ 1,2 % fil-perjodu bejn Lulju u Settembru 2010 meta mqabbel mal-kwart preċedenti;

16.

Jilqa' l-politiki biex tkompli tiġi ddiversifikata l-ekonomija tal-Islanda bħala pass meħtieġ għall-benessri ekonomiku tal-pajjiż fuq perjodu twil ta’ żmien; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Islandiżi jkomplu jiżviluppaw in-negozju tat-turiżmu li hu meqjus bħala settur ta’ tkabbir promettenti fuq perjodu itwal ta’ żmien u li globalment wera sehem dejjem jikber fil-produzzjoni u l-impjiegi;

17.

Jinnota l-pożizzjoni tal-Islanda dwar l-adeżjoni maż-żona tal-euro, ambizzjoni li tista' tinkiseb wara li ssir membru tal-UE u ladarba jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa;

18.

Huwa kkonċernat dwar il-livell għoli ta’ qgħad u partikularment qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Islanda, kif ukoll it-tnaqqis fl-investimenti u l-konsum intern b'segwitu għall-kriżi ekonomika u finanzjarja, minkejja li qed jinnota xi sinjali ta’ titjib f'xi wħud minn dawn l-oqsma; jinnota li l-enerġija ħadra b'kostijiet baxxi u t-teknoloġija tal-enerġija ħadra li tipproduċi l-Islanda jistgħu jkunu fattur importanti ħafna biex l-ekonomija tkun varata mill-ġdid;

19.

Ifaħħar lill-Islanda għar-rati għolja tagħha ta’ investiment fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-appoġġ u l-involviment tagħha fl-istrateġija ta’ Lisbona, inkluż l-adozzjoni ta’ strateġija tal-Islanda 2020 li tenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u tenfasizza miri li jistgħu jitkejlu;

Kapaċità li tadotta l-obbligi tas-sħubija

20.

Jinnota li l-Islanda, bħala membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, hija avvanzata sewwa fir-rekwiżiti ta’ 10 mill-kapitoli tan-negozjati u tissodisfa parzjalment il-ħtiġijiet ta’ 11-il kapitolu tan-negozjati; jenfasizza li t-twettiq tal-obbligi tal-Islanda skont il-Ftehim ŻEE huma rekwiżiti importanti fin-negozjati tal-adeżjoni;

21.

Jistieden lill-Islanda ttejjeb il-preparazzjonijiet għall-allinjament mal-acquis tal-UE, partikularment fl-oqsma li mhumiex koperti miż-ŻEE, u tiżgura l-implimentazzjoni u t-twettiq tiegħu sad-data tal-adeżjoni;

22.

Jistieden lill-Islanda tipprepara għall-parteċipazzjoni tagħha fil-politika tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali tal-UE, u partikularment biex ittejjeb l-isforzi tagħha għat-twaqqif tal-istrutturi amministrattivi meħtieġa biex jiġu implimentati dawn il-politiki sad-data tal-adeżjoni; jenfasizza, madankollu, il-partikolarità tal-ekosistema Islandiża u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Islandiżi biex jilħqu ftehim reċiprokament sodisfaċenti, li jqis il-karatteristiċi uniċi tal-ambjent tal-Islanda;

23.

Wara li kkunsidra l-fatt li l-politika komuni tas-sajd attwalment qed tiġi rriveduta, u li l-acquis jista' jiġi mmodifikat qabel l-adeżjoni tal-Islanda, jistieden lill-Islanda u lill-UE jittrattaw dan il-kapitolu tan-negozjati b'mod kostruttiv bil-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti reċiproka għall-ġestjoni sostenibbli u l-użu ta’ riżorsi tas-sajd;

24.

Jinnota r-rekord tajjeb tal-Islanda għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd tagħha b'mod sostenibbli u bbażat fuq valutazzjonijiet xjentifiċi;

25.

Jistieden lill-awtoritajiet Islandiżi jadattaw il-leġiżlazzjoni Islandiża skont l-acquis tas-suq intern rigward id-dritt ta’ stabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital fis-setturi tal-produzzjoni u l-ipproċessar tas-sajd;

26.

Jistieden lill-Islanda tkompli f'taħditiet kostruttivi mal-UE u man-Norveġja, bil-għan li tintlaħaq riżoluzzjoni tal-kontroversja dwar il-kavalli abbażi ta’ proposti realistiċi li jissalvagwardjaw il-ġejjieni tal-istokk, jipproteġu u jżommu l-impjiegi fis-sajd pelaġiku u jiżguraw sajd sostenibbli u fit-tul;

27.

Jinnota li l-Islanda tista' tagħti kontribut prezzjuż lill-politiki tal-UE minħabba l-esperjenza tagħha fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded, b'mod partikulari rigward l-użu tal-enerġija ġeotermika, il-ħarsien tal-ambjent u l-miżuri li jittrattaw it-tibdil fil-klima;

28.

Jinnota, madankollu, li għad fadal diverġenzi serji bejn l-UE u l-Islanda dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-ħajja fil-baħar, partikularment il-kaċċa tal-balieni; jirrimarka li l-projbizzjoni tal-kaċċa tal-balieni hi parti mill-acquis tal-UE u jitlob għal diskussjonijiet usa' dwar il-kwistjoni tal-qerda tal-kaċċa tal-balieni u l-kummerċ tal-prodotti tal-balieni;

29.

Jinnota l-fatt li l-Islanda hija stat li mhux militari u ma tipproduċix armi; jilqa' l-appoġġ kontinwu tal-Islanda għall-operazzjonijiet ċivili tal-PSDK u l-allinjament tagħha mal-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-PESK;

30.

Jilqa' l-fatt li t-tradizzjoni tal-politika barranija tal-Islanda għandha l-għeruq tagħha fid-dritt internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u li l-kunċett tal-politika ta’ sigurtà tagħha hu bbażat fuq valuri ċivili;

Kooperazzjoni reġjonali

31.

Iqis li l-adeżjoni tal-Islanda mal-UE ssaħħaħ il-prospetti tal-Unjoni li jkollha rwol aktar attiv u kostruttiv fl-Ewropa ta’ fuq u l-Artiku billi tikkontribwixxi għall-governanza multilaterali u s-soluzzjonijiet ta’ politika sostenibbli fir-reġjun; iqis pożittivament il-parteċipazzjoni tal-Islanda fil-Kunsill Nordiku, kif ukoll fil-Politika tal-UE fid-Dimensjoni tat-Tramuntana, fil-Kunsill Ewro-Artiku ta’ Barents u fil-Kunsill Artiku li hu l-forum multilaterali ewlieni għall-kooperazzjoni fl-Artiku; jemmen li l-adeżjoni tal-Islanda mal-UE tkompli titfa' għeruq sodi għall-preżenza Ewropea fil-Kunsill Artiku;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ politika tal-Unjoni Ewropea aktar effikaċi u kkoordinata dwar l-Artiku u jesprimi l-opinjoni li l-adeżjoni tal-Islanda fl-UE ssaħħaħ id-dimensjoni tat-Tramuntana tal-Atlantiku tal-politiki esterni tal-Unjoni;

Opinjoni pubblika u appoġġ għat-tkabbir

33.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Islandiżi jwessgħu d-dibattitu pubbliku dwar l-adeżjoni tal-UE, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ impenn sħiħ sabiex in-negozjati jkunu ta’ suċċess; ifaħħar lill-Islanda għat-twaqqif tas-sit pubbliku eu.mfa.is u jilqa' d-diskussjoni dejjem tikber u aktar ibbilanċjata fil-midja Islandiża dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sħubija fl-UE;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi materjal u appoġġ tekniku, jekk l-awtoritajiet Islandiżi jitolbuhomlha, sabiex tgħinhom itejbu t-trasparenza u r-responsabilità rigward il-proċess ta’ adeżjoni u tikkontribwixxi fl-organizzazzjoni ta’ kampanja ta’ informazzjoni ċara, bir-reqqa, ibbażata fuq il-fatti u estensiva mal-pajjiż kollu dwar l-implikazzjonijiet tal-adeżjoni mal-UE, sabiex iċ-ċittadini Islandiżi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata fir-referendum ġejjieni dwar l-adeżjoni;

35.

Jittama li, lil hinn minn opinjonijiet politiċi differenti, opinjoni pubblika infurmata tista' tinfluwenza b'mod pożittiv l-impenn tal-awtoritajiet Islandiżi għas-sħubija mal-UE;

36.

Huwa tal-fehma li hu kruċjali li ċ-ċittadini tal-UE jingħataw informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-implikazzjonijiet tal-adeżjoni tal-Islanda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforzi għal dan il-għan, u jikkunsidra li hu ugwalment importanti li l-preokkupazzjonijiet u l-mistoqsijiet taċ-ċittadini jinstemgħu u jiġu indirizzati kif ukoll li jitqiesu l-fehmiet u l-interessi tagħhom;

*

* *

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tal-Althingi u lill-Gvern tal-Islanda.


(1)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 47.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0278.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/94


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Ir-Rapport ta’ progress 2010 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

P7_TA(2011)0151

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-rapport ta’ progress 2010 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

2012/C 296 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2005 biex jagħti lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-istatus ta’ pajjiż kandidat għas-sħubija fl-UE u l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsilli Ewropej tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2006 u tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-KSNU 845 (1993) u 817 (1993), kif ukoll il-Ftehim Interim tal-1995 bejn ir-Repubblika Ellenika u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja,

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Progress tal-Kummissjoni 2010 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (SEC(2010)1332) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 bit-titolu “Strateġija ta’ Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2010-2011” (COM(2010)0660),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2010 dwar ir-rapport ta’ progress 2009 rigward dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Parlamentari Konġunt tal-UE u ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tat-30 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/212/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tat-13 u tal-14 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-proċess ta’ tkabbir tal-UE jagħti impetu kbir għall-paċi, l-istabbiltà u r-rikonċiljazzjoni fir-reġjun,

B.

billi fl-2005 l-Kunsill Ewropew ta l-istatus ta’ kandidat lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja imma minn dak inhar 'l hawn naqas li jistipula data għall-ftuħ tan-negozjati, minkejja l-progress sostanzjali li sar minn dan il-pajjiż fi triqtu lejn l-UE; billi kwistjonijiet bilaterali m'għandhomx jirrappreżentaw ostakolu u m'għandhomx jintużaw bħala tali fil-proċess ta’ adeżjoni, għalkemm għandhom jissolvew qabel is-sħubija; billi l-kontinwazzjoni tal-proċess ta’ adeżjoni tikkontribwixxi għall-istabbiltà ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u ssaħħaħ iktar id-djalogu interetniku,

C.

billi l-intensifkazzjoni tad-djalogu ekonomiku u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi kandidati għat-tkabbir jgħin lill-UE biex flimkien magħhom tikkonċentra sabiex tingħeleb il-kriżi ekonomika u tikkontribwixxi għall-kompetittività globali tal-Unjoni,

D.

billi l-istrateġija għat-tkabbir tal-2010 tenfasizza bħala prijoritajiet ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, kif ukoll id-djalogu bejn l-atturi politiċi,

E.

billi l-UE topera proċeduri komprensivi ta’ approvazzjoni li jiżguraw li l-membri l-ġodda jiddaħħlu biss meta jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha, u biss bil-kunsens tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE,

F.

billi l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja jibqgħu element ta’ tħassib fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li se jissieħbu mal-UE,

Żviluppi politiċi

1.

Jaqbel mal-evalwazzjoni tar-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni 2010 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma ħax deċiżjoni sabiex jinfetħu n-negozjati għall-adeżjoni kif irrakkomandat il-Kummissjoni għat-tieni sena konsekuttiva u bi qbil ma’ riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament; ifakkar ir-rakkomandazzjoni preċedenti tiegħu lill-Kunsill biex in-negozjati jibdew immedjatament;

2.

Jinnota l-iżviluppi politiċi reċenti li qed iwasslu għal elezzjonijiet bikrin; jitlob lill-partiti politiċi kollha biex ikollhom rwol attiv u kostruttiv fil-proċess tat-tħejjija għall-elezzjonijiet; jenfasizza li elezzjonijiet ħielsa u ġusti mmexxija fuq bażi ta’ trasparenza sħiħa u skont l-istandards internazzjonali huma element importanti għal demokrazija kkonsolidata; jitlob lill-partiti politiċi kollha biex jipparteċipaw attivament fl-elezzjonijiet; jinsab imħasseb bis-sitwazzjoni politika attwali u jappella lill-mexxejja politiċi kollha biex ifittxu l-kunsens fuq il-bażi ta’ istituzzjonijiet demokratiċi;

3.

Jirrimarka li kwistjonijiet bilaterali jeħtieġ li jiġu solvuti mill-partijiet konċernati fi spirtu ta’ relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien u billi jitqies l-interess ġenerali tal-UE; jappella sabiex l-atturi prinċipali u l-partijiet ikkonċernati kollha jżidu l-isforzi u juru s-sens ta’ responsabbiltà u d-determinazzjoni tagħhom sabiex jiġu solvuti l-kwistjonijiet pendenti kollha li qed ixekklu mhux biss il-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiż kandidat kif ukoll il-politika tal-UE stess fir-reġjun, iżda qed ikollhom ukoll riperkussjoniiet fuq ir-relazzjonijiet interetniċi, l-istabbiltà reġjunali u l-iżvilupp ekonomiku;

4.

Jikkongratula l-pajjiż għal Għaxar anniversarju tal-Ftehim ta’ Qafas Ohrid, li jibqa' s-sinsla tar-relazzjonijiet interetniċi fil-pajjiż, u jistieden lill-gvern u lill-istituzzjonijiet tal-istat kollha jużaw dan l-anniversarju memorabbli bħala mezz biex jitħeġġeġ it-trawwim kontinwu tal-kooperazzjoni u l-fiduċja interetnika; hu madanakollu mħasseb dwar iż-żieda fit-tensjonijiet interetniċi minħabba l-konstruzzjoni li qed ssir fuq is-sit tal-fortizza Kale fi Skopje; jappella lill-mexxejja politiċi u reliġjużi kollha biex jaġixxu b'mod responsabbli, u biex joqogħdu lura milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' żżid it-tensjonijiet interetniċi; jinnota bi tħassib ir-riskju ta’ mentalità ta’ iżolazzjoni li dejjem qed tikber, li tista' tiżviluppa f'politika sostituta fl-assenza ta’ perspettiva tanġibbli tal-UE;

5.

Jistieden lill-gvern biex irawwem djalogu komprensiv bejn il-komunitajiet etniċi, biex iqis is-sensitivitajiet tal-komunitajiet u l-minoritajiet kollha fid-deċiżjonijiet tiegħu, bħall-pjan urban għal “Skopje 2014”, u biex jevita atti u inizjattivi mmirati għat-tisħiħ tal-identità nazzjonali għad-dannu ta’ komunitajiet oħra; jiġbed l-attenzjoni li jeħtieġ li l-kumitat parlamentari dwar ir-relazzjonijiet interetniċi jiffunzjona b'mod effettiv fl-integrazzjoni tal-minoranzi fil-proċess leġiżlattiv u jenfasizza li jinħtieġu sforzi addizzjonali biex jitmexxa 'l quddiem il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni b'konformità mal-Ftehim Qafas ta’ Ohrid;

6.

Jiddispjaċih li l-isforzi ta’ medjazzjoni tan-NU biex jissolva t-tilwim dwar l-isem ma wasslux għal riżultati konkreti;

Id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem

7.

Ifakkar li kultura politika sana hija l-pedament tad-demokrazija; jistieden lill-partijiet tal-oppożizzjoni biex iwaqqfu l-bojkott tal-parlament nazzjonali u jerġgħu jibdew djalogu politiku fi ħdan l-istituzzjonijiet; jikkunsidra li l-gvern u l-oppożizzjoni huma responsabbli milli jiżguraw djalogu immedjat u miftuħ dwar l-isfidi eżistenti kollha li l-pajjiż qed jiffaċċja; jenfasizza li n-nuqqas ta’ stabbiltà politika jista' jaffettwa l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropew, li għandu jirrappreżenta prijorità komuni kondiviża għall-komponenti kollha tas-soċjetà; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-emendi għar-regoli ta’ proċedura tal-parlament li jippermettu impenn aqwa tal-oppożizzjoni fix-xogħol tagħha; hu madanakollu mħasseb li hemm djalogu insuffiċjenti bejn il-gvern u l-partijiet tal-opożizzjoni u li teżisti klima ġenerali ta’ sfiduċja u konfrontazzjoni; iħeġġeġ liż-żewġ naħat biex itejbu l-klima ta’ fiduċja u juru impenn qawwi biex jużaw regoli ta’ proċedura parlamentari ġodda biex kemm id-djalogu politiku kif ukoll il-kooperazzjoni kostruttiva jissaħħew fil-proċess leġiżlattiv u fl-iskrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-gvern;

8.

Jilqa' r-rieda politika li jitkompla t-tħabbir li ilu ħafna mistenni tal-ismijiet tal-aġenti affiljati mas-servizzi sigrieti ta’ dik li kienet il-Jugoslavja bħala pass maġġuri biex il-pajjiż finalment jinqata' mill-epoka tal-Komuniżmu; jinnota, madankollu, progress insuffiċjenti lejn l-infurzar sħiħ tal-liġijiet rilevanti; iħeġġeġ lill-gvern biex itemm mingħajr dewmien il-proċess ta’ tisfija billi jevita li jużah b'mod selettiv għal skopijiet politiċi, bħalma huma l-awtoleġittimizzazzjoni politika jew il-malafama tal-avversarji politiċi;

9.

Jagħti ġieħ lix-xogħol eċċellenti tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE/Kap tad-Delegazzjoni tal-UE; jikkundanna l-attakki mhux xierqa mill-politikanti tal-partit fil-gvern kontra r-rappreżentanti tal-UE u jiddispjaċih li l-gvern ma wriex b'mod ċar u fil-pubbliku li jiddissassoċja ruħu minn insulti bħal dawn; iqis dawn l-inċidenti bħala ta’ ħsara kbira għall-immaġni tal-pajjiż;

10.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tittejjeb il-leġiżlazzjoni elettorali sabiex din tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR u tal-Kummissjoni ta’ Venezja stipulati fir-rapport dwar l-elezzjonijiet presidenzjali u lokali tal-2009;

11.

Itenni li midja ħielsa u indipendenti hija prekundizzjoni neċessarja għall-iżvilupp ta’ demokrazija stabbli; jinnota l-eżistenza ta’ varjetà u taħlita wiesgħa ta’ stabbilimenti pubbliċi u privati tal-midja fil-pajjiż; jesprimi madankollu tħassib serju dwar il-politiċizzazzjoni tal-midja u l-indħil fil-ħidma tagħha; jinsab imħasseb dwar id-dipendenza ekonomika u l-konċentrazzjoni tal-poter politiku tal-midja, li ħafna drabi jirriżultaw f'nuqqas ta’ indipendenza editorjali u fi standards tal-ġurnaliżmu baxxi; jinsab imħasseb bid-deterjorazzjoni konsiderevoli tal-libertà tal-midja fil-pajjiż kif tidher minn kif il-pajjiż niżel fil-klassifika (mill-34 post għat-68 post) tal-istampa tar-“Reporters Without Borders” għall-2010; jieħu nota tal-fatt li l-Ministeru tal-Intern xandar fuq il-paġna ewlenija tal-internet tiegħu sejħa sabiex iċ-ċittadini jiddenunzjaw rapporti tal-istampa “mhux oġġettivi”, jistieden lill-ġurnalisti biex iżommu standards professjonali għoljin fix-xogħol tagħhom, iżommu d-distanza mill-influwenzi politiċi u jistabbilixxu assoċjazzjonijiet professjonali tal-ġurnalisti, filwaqt li fl-istess ħin iħeġġeġ l-awtoritajiet responsabbli biex isaħħu l-indipendenza u l-libertà tal-midja billi japplikaw standards ugwali għal kull wieħed minnhom u jtejbu t-trasparenza tas-sjieda tagħhom;

12.

Jilqa' l-liġijiet numerużi li ġew adottati għar-riforma ġudizzjarja u jitlob li jkun hemm iktar sforzi intensivi tal-ġudikatura sabiex ikunu żgurati l-professjonaliżmu u l-indipendenza tagħha minn pressjonijiet politiċi; għal dan il-fini, jenfasizza li l-qafas legali eżistenti jeħtieġ li jiġi implimentat malajr u b'mod effettiv; jinsab imħasseb bir-rwol kontinwu tal-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Kunsill Ġudizzjarju u bil-kritika tal-Qorti Kostituzzjonali mill-gvern u l-parlamentari, li joħolqu r-riskju li l-ġudikatura tkun suġġetta għall-indħil politiku; madanakollu, jieħu nota b'sodisfazzjon li, minkejja dan in-nuqqas ta’ qbil, is-sentenzi tal-qorti ġew implimentati kollha; jilqa' bi pjaċir l-isforzi sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema tal-qorti, b'mod partikolari bit-tnaqqis tal-każijiet li waqgħu lura fil-biċċa kbira tal-qrati; jilqa' wkoll id-dħul fis-seħħ tal-liġi rigward l-għajnuna legali;

13.

Jilqa' bi pjaċir it-tkomplija tal-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni murija fost affarijiet oħra permezz tal-implimentazzjoni tat-tieni ronda tar-rakkomandazzjonijiet GRECO u d-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Kodiċi Kriminali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex ikomplu jimplimentaw leġiżlazzjoni li tiġġieled il-korruzzjoni, kif ukoll li ttejjeb l-indipendenza, l-effiċjenza u r-riżorsi tal-ġudikatura; ifakkar madankollu li l-korruzzjoni għadha prevalenti u jitlob sabiex ikun hemm sforzi intensivi għall-eradikazzjoni tagħha; jenfasizza l-importanza tal-infurzar effettiv u imparzjali ta’ leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni, partikolarment rigward il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-konflitti ta’ interess; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jiġi żgurat li s-sistema tal-qorti tiffunzjona ħielsa minn kull interferenza politika; jilqa' l-isforzi biex jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema tal-qorti; jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm rekord tal-infurzar ta’ prosekuzzjonijiet u sentenzi li permezz tiegħu jista' jitkejjel il-progress li jsir; jitlob l-armonizzazzjoni tal-ġurisprudenza, biex tiġi żgurata sistema ġudizzjarja trasparenti u l-fiduċja taċ-ċittadini;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi, fir-Rapport ta’ Progress tagħha li jmiss, stima tal-impatt u r-riżultati miksuba permezz tal-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE fir-riforma tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq quddiem il-Kunsill u l-Parlament valutazzjoni aktar dettaljata tal-effiċjenza tal-miżuri kontra l-korruzzjoni meħuda minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam kemm tal-akkwist pubbliku kif ukoll tal-frodi, u biex tippreżentaha flimkien mar-Rapport ta’ Progress li jmiss.

15.

Jirrikonoxxi l-isforzi li saru fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika iżda jitlob għal sforzi ulterjuri fil-qasam, li għadu politiċizzat u nieqes mill-kapaċitajiet u l-professjonaliżmu; jappoġġa l-adozzjoni min-naħa tal-gvern tal-Istrateġija Nazzjonali għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-ħolqien tas-sottokumitat tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; jinsab imħasseb dwar il-proċess mhux trasparenti u ad hoc għall-konverżjoni ta’ postijiet temporanji f'postijiet permanenti, li jġib miegħu aktar politiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni; jitlob li tiġi żviluppata strateġija għar-riżorsi umana ċara li tiddefinixxi l-bżonnijiet tal-amministrazzjoni f'termini ta’ kapaċitajiet u kompetenzi u l-implimentazzjoni tagħha permezz ta’ reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu u l-iżvilupp ta’ karrieri; jilqa' bi pjaċir iż-żieda fir-reklutaġġ minn komunitajiet mhux maġġoritarji iżda jenfasizza li dan għandu jsir abbażi ta’ evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-kapaċitajiet ta’ impjegati ġodda jkunu jaqblu mar-rekwiżiti tal-impjiegi;

16.

Ifaħħar il-progress kontinwu fil-qasam tad-deċentralizzazzjoni; jinnota, madankollu, li baġits adegwati għandhom jakkumpanjaw it-trasferiment tar-responsabilitajiet għall-awtoritajiet iktar baxxi;

17.

Jilqa' l-progress li nkiseb fir-rigward tar-riforma tas-sistema tal-ħabs; jibqa', madankollu, imħasseb serjament dwar il-kundizzjonijiet li qed jiddegradaw f'xi ħabsijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta’ popolazzjoni iktar milli jifilħu l-ħabsijiet u sistema mhux adegwata ta’ kura tas-saħħa; jenfasizza l-bżonn li jiġi osservat il-prinċipju li l-persuni f'detenzjoni għandhom ikunu suġġetti għal trattament xieraq, skont il-prinċipji tan-NU;

18.

Jilqa' l-adozzjoni tal-liġi dwar iċ-ċens tal-popolazzjoni u l-unitajiet domestiċi tal-2011, u jenfasizza l-bżonn li jiġu żgurati l-preparazzjoni u l-organizzazzjoni operattiva adegwati sabiex jitwettaq ċens preċiż; jistieden lill-gvern biex jalloka fondi xierqa għall-organizzazzjoni tiegħu u jisħaq fuq l-importanza tad-depolitiċizzazzjoni tal-kwistjoni sabiex isir ċens mhux suġġettiv bl-usa' parteċipazzjoni possibbli;

19.

Jisħaq fuq kemm huwa tassew importanti li jiġi żgurat li s-sistema edukattiva tappoġġa l-integrazzjoni etnika; għal dan il-għan, jilqa' bi pjaċir l-istrateġija tal-edukazzjoni integrata u jitlob li din tiġi implimentata malajr billi fost affarijiet oħra titneħħa gradwalment is-segregazzjoni abbażi ta’ kunċetti etniċi u biż-żieda tat-tagħlim tal-lingwi uffiċjali kollha f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jistieden lill-gvern sabiex itejjeb il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-komunitajiet differenti u sabiex jikkoopera magħhom mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

20.

Jidentifika nuqqas ta’ progress fit-tfakkir konġunt ta’ ġrajjiet storiċi komuni ma’ Stati Membri ġirien tal-UE bl-għan tal-kontribut għall-fehim aħjar tal-istorja u għal rabtiet tajba bejn il-ġirien, kif enfasizzat mir-rapport preċedenti; iħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ kotba tal-iskola bla ħlas dwar l-interpretazzjonijiet ideoloġiċi tal-istorja;

21.

Huwa mħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni tal-komunitá tar-Roma, li għadha qed tiffaċċja kundizzjonijiet ta’ ħajja iebsa u diskriminazzjoni fl-aċċess għas-suq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali; jenfasizza partikolarment is-sitwazzjoni diffiċli tat-tfajliet u n-nisa Roma li qed ikomplu jkunu vittmi ta’ diskriminazzjoni doppja bbażata kemm fuq l-etniċità kif ukoll is-sess; jistieden lill-gvern sabiex jimpenja ruħu biex jimplimenta l-istrateġija għar-Roma u l-pjan ta’ azzjoni tad-Deċenju tar-Roma; f'dan ir-rigward, jilqa' l-attivitajiet tal-gvern immirati lejn l-integrazzjoni politika tar-Roma, inkluż li jkun hemm ministru għall-etniċità Roma inkarigat mill-kwistjonijiet relatati mal-komunità tar-Roma; ifaħħar lill-gvern għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa dwar is-suġġett tal-integrazzjoni tar-Roma filwaqt li kellu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa;

22.

Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-liġi kontra d-diskriminazzjoni bħala pass vitali fil-ġlieda kontra prattiki diskriminatorji, li għadhom mifruxa sew, u jappella biex din tiġi implimentata b'ħeffa u b'mod effikaċi; madankollu jiddispjaċih li, għall-kuntrarju tal-leġiżlazzjoni Ewropea, l-orjentazzjoni sesswali ma ġietx inkluża fil-liġi bħala bażi ta’ diskriminazzjoni; jitlob li jsir malajr allinjament tad-dispożizzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam mal-acquis u li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u jenfasizza li din hija kundizzjoni għall-adeżjoni; jinsab imħasseb dwar l-andament tal-proċedura tal-għażla għall-membri tal-Kummissjoni għall-ħarsien mid-diskriminazzjoni; jiddispjaċih li l-ebda rappreżentant tas-soċjetà ċivili ma ġie nnominat fil-Kummissjoni; jitlob li jsiru aktar sforzi rigward id-drittijiet tan-nisa, biex jiżdied is-sehem tagħhom fis-suq tax-xogħol u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u ta’ negozju, u sabiex in-nisa u t-tfal jitħarsu mill-vjolenza domestika;

23.

Jitlob għal iktar sforzi fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw bis-sħiħ il-Liġi dwar l-Opportunitajiet Indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u biex jiżguraw li l-pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi ikun iktar konsistenti; jilqa' l-adozzjoni tal-istrateġija fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika; jitlob għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ appoġġ għall-vittmi; iħeġġeġ lill-gvern u lis-settur nongovernattiv jippromwovu għarfien ikbar dwar dawn il-kwistjonijiet;

24.

Jikkundanna l-każijiet riċenti ta’ intimidazzjoni u l-attakki diretti fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-malafama personali tal-attivisti prominenti tagħhom; jilqa' l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili introdotti mill-gvern iżda jinsab imħasseb li m'hemm l-ebda mekkaniżmu sistematiku u trasparenti għall-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili dwar politiki nazzjonali ta’ żvilupp, ta’ leġiżlazzjoni, ta’ programmi jew dokumenti strateġiċi oħra; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b'mod mhux selettiv sabiex jiġi stimulat dibattitu pubbliku effikaċi u li jiġu inklużi dawk interessati fil-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiż; jenfasizza r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili fil-kontribuzzjoni tagħha għal kooperazzjoni reġjonali msaħħa fir-rigward tal-aspetti soċjali u politiċi; ifaħħar l-adozzjoni tal-Liġi ġdida dwar l-Assoċjazzjonijiet taċ-Ċittadin u jħeġġeġ lill-awtoritajiet sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw organizzazzjonijiet ta’ “benefiċċju pubbliku” billi jiżguraw skemi ta’ finanzjament kemm jista' jkun malajr;

25.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-għajnuna tal-IPA taħdem sew f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jinkuraġġixxi kemm lill-gvern tagħha kif ukoll lill-Kummissjoni biex jissimplifikaw il-proċedura ta’ amministrazzjoni tal-finanzjament mill-IPA, bil-għan li din issir aktar aċċessibbli għal organizzazzjonijiet ċivili iżgħar u mhux ċentralizzati, trejdjunjins u benefiċjarji oħra;

26.

Jenfasizza li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja rratifikat it-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li jikkonċernaw id-drittijiet tax-xogħol; jinsab imħasseb li sar biss progress dgħajjef fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol u tat-trejdjunjins; jistieden lill-awtoritajiet isaħħu aktar id-drittijiet tax-xogħol u tat-trejdjunjins u, f'dan ir-rigward jinkuraġġixxi wkoll lill-Gvern jiżgura biżżejjed kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-liġi tax-xogħol; jirrimarka dwar ir-rwol importanti tad-djalogu soċjali u jinkuraġġixxi lill-gvern isaħħaħ l-ambizzjonijiet tiegħu u jwaqqaf djalogu soċjali li jinkludi l-aspetti kollha mas-sħab relevanti;

27.

Jenfasizza l-importanza tal-ħarsien u ż-żamma tal-wirt kulturali, li huwa pilastru tal-valuri u l-prinċipji Ewropej; jinnota b'dispjaċir li għadd ta’ ċimiterji, affreski u artefatti li jagħmlu parti mill-wirt kulturali Bulgaru, ġew kompletament abbandunati u rvinati;

28.

Jilqa' l-progress tal-pajjiż lejn ekonomija tas-suq li taħdem u kunsens wiesa' dwar aspetti fundamentali tal-politika ekonomika tal-pajjiż; ifaħħar lill-gvern għaż-żamma tal-istabbiltà makroekonomika, minkejja l-impatt negattiv li kellha l-kriżi finanzjarja globali, u jinnota l-prospettivi tajbin għal tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin;

Żviluppi soċjoekonomiċi

29.

Huwa mħasseb dwar il-qgħad għoli ħafna u persistenti, partikolarment fost iż-żgħażagħ, li huwa problema komuni f'ħafna pajjiżi tar-reġjun; jistieden lill-gvern sabiex jimplimenta malajr miżuri aktar effiċjenti sabiex itejbu l-investimenti pubbliċi ffukati fuq il-politiki tal-impjiegi u t-tqegħid tal-forza tax-xogħol f'impjiegi ta’ kwalità għolja, stabbli u diċenti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-awtoritajiet b'aktar assistenza mill-IPA;

30.

Jinnota t-titjib li sar fil-klima tan-negozju li rriżulta minn riformi ekonomiċi li twettqu tul dawn l-aħħar snin u jenfasizza l-ħtieġa għal riforma strutturali kontinwa fil-pajjiż; jinnota fl-istess ħin li l-investiment barrani reġa' naqas minn livell li diġà kien baxx, u li s-sitwazzjoni marret għall-agħar minħabba l-kriżi finanzjarja globali; jitlob lill-aġenziji statali li huma responsabbli biex iħajru l-investiment dirett barrani, sabiex isaħħu l-isforzi tagħhom biex iħajru investituri barranin potenzjali;

31.

Jifraħ lill-gvern tal-implimentazzjoni effikaċi u bla xkiel tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-UE; għal dan il-għan, jilqa' d-deċiżjoni riċenti tal-gvern biex jabolixxi t-tariffi tad-dwana fuq aktar minn mitt prodott differenti bħala pass lejn il-liberalizzazzjoni kummerċjali sħiħa mal-UE; jittama li dawn il-bidliet iżidu l-kompetittività tal-produtturi domestiċi u b'hekk jistimulaw tkabbir ekonomiku usa'; iqis dan l-iżvilupp bħala stadju importanti li juri l-isforzi tal-pajjiż biex jiffaċċja l-kompetizzjoni li se tiżdied hekk kif isir membru tal-UE;

32.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu applikati prinċipji ta’ governanza tajba fl-infiq tal-baġit billi jittejjeb l-aċċess liberu għall-informazzjoni pubblika, isiru konsultazzjonijiet ma’ dawk interessati fil-proċedura baġitarja, u bit-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ rappurtaġġ li bih trid tittieħed responsabbilità għall-flus li jintnefqu; ifakkar li l-infiq tal-baġit mhux trasparenti jwassal għall-esklużjoni soċjali u l-kunflitti, u għandu dubji dwar il-leġittimità ta’ xi kampanji nazzjonali;

33.

Jilqa' l-adozzjoni riċenti tal-Att dwar l-Enerġija, bil-għan li jiġi liberalizzat is-suq tal-elettriku tal-pajjiż, li huwa konformi mad-direttivi relevanti Ewropej;

34.

Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata sistema effiċjenti u affidabbli tat-trasport pubbliku, kemm fil-pajjiż kif ukoll fil-livell reġjonali (inkluż il-kollegament ferrovjarju Sofija-Skopje-Tirana); għal dan il-għan, itenni l-appell tiegħu biex l-awtoritajiet jibdew jinvestu fil-manutenzjoni u t-tijib tan-netwerk ferrovjarju bħala alternattiva vijabbli għas-sistema tat-toroq; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-gvern li jnaqqas l-investiment fil-programm annwali tal-infrastrutturi ferrovjarji u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-assistenza teknika u finanzjarja meħtieġa fi ħdan il-qafas tal-IPA;

35.

Jistieden lill-awtoritajiet ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u tal-Bulgarija jerġgħu jiftħu l-linja transkonfinali għall-persuni li jimxu fit-triq u għaċ-ċiklisti bejn Staro Konjarevo u Gabrene bil-għan li titjieb il-medda tal-Mogħdija tal-Purtiera tal-Ħadid bejn Strumica u Petric;

36.

Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli, iżda jitlob li jkun hemm aktar sforzi sabiex tiġi implimentata leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ambjent u sabiex ikunu pprovduti finanzi adegwati għal dan il-għan; b'mod partikolari jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi fil-qasam tal-kwalità tal-ilma, il-ġestjoni tal-iskart u l-protezzjoni tan-natura; jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar kwistjonijiet ambjentali transkonfinali, ibbażata fuq standards tal-UE; f'dan ir-rigward, itenni l-istedina tiegħu għal monitoraġġ effikaċi tal-kwalità u l-livell tal-ilma fil-lagi Ohrid, Prespa u Dojran mal-fruntiera, kif ukoll fix-xmara Vardar; jilqa' l-inizjattiva tal-Ewroreġjun trilaterali tal-lag Prespa li jinvolvi lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, lill-Greċja u lill-Albanija; jistieden lill-gvern biex jestendi l-esperjenza b'suċċess tas-sistema ta’ ġbir tal-ilma mormi ta’ Ohrid u japplikaha għal-lagi l-oħra fir-reġjun; barra minn hekk, jilqa' l-progress li nkiseb fil-konstruzzjoni ta’ impjant għat-trattament tal-ilma mormi f'Gevgelia;

37.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-tniġġis tal-ħamrija fil-belt ta’ Veles li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjaratu bħal post perikoluż għall-ħajja tal-bniedem; jistieden lill-gvern sabiex jindirizza din il-kwistjoni u jieħu miżuri adegwati sabiex jipproteġi s-saħħa pubblika f'din iż-żona; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra jekk il-fondi tal-IPA jkunux jistgħu jintużaw għal dan il-każ partikolari;

Kwistjonijiet reġjonali

38.

Ifaħħar lill-pajjiż li qed ikompli jkollu rwol fl-istabbilità tar-reġjun; filwaqt li jenfasizza l-parteċipazzjoni tiegħu fil-missjonijiet ċivili u militari tal-UE, madankollu jfakkar lill-gvern fl-obbligu tiegħu li jaderixxi mal-Pożizzjonijiet Komuni tal-PESK, speċjalment dawk li jirreferu għal miżuri restrittivi, partikolarment rigward il-każ partikolari taż-Żimbabwe;

39.

Jilqa' d-deċiżjoni riċenti meħuda mill-awtoritajiet tas-Serbja u ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jabolixxu l-ħtieġa ta’ passaporti internazzjonali għaċ-ċittadini li jsiefru bejn iż-żewġ stati bil-għan li jiġi stabbilit kontroll konġunt tal-konfini komuni ta’ bejniethom;

40.

Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li t-tilwima dwar l-isem mal-Greċja qed tkompli timblokka t-triq tal-pajjiż lejn l-adeżjoni fl-UE, u jfakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill sabiex jibda n-negozjati għall-adeżjoni immedjatament; jenfasizza l-importanza ta’ relazzjonijiet tajbin mal-ġirien u tal-fehim tas-sensitivitajiet tal-pajjiżi ġirien f'dan il-proċess; jistieden lill-gvernijiet sabiex jevitaw ġesti, azzjonijiet u dikjarazzjonijiet kontroversjali li jista' jkollhom effetti negattivi u li jistgħu jżidu l-piż fuq ir-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien; jinnota b'sodisfazzjon id-djalogu intensifikat bejn iż-żewġ Prim Ministri u jħeġġiġhom juru għarfien politiku u r-rieda li jagħmlu kompromess u jsibu malajr formola sodisfaċenti għaż-żewġ partijiet;

41.

Ifakkar li, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2010, iż-żamma ta’ relazzjonijiet tajbin mal-ġirien, inkluża soluzzjoni negozjata u aċċettata miż-żewġ naħat rigward il-kwistjoni tal-isem, taħt l-awspiċi tan-NU, hija essenzjali;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jibdew jiżviluppaw mekkaniżmu ta’ arbitraġġ applikabbli b'mod ġenerali bil-għan li jsolvi kwistjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi tat-tkabbir, bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi tat-tkabbir, u bejn l-Istati Membri;

43.

Jinnota bi tħassib l-użu ta’ argumenti storiċi fid-dibattitu li jinsab għaddej, inkluż il-fenomenu tal-hekk imsejħa “antiquisation”, li thedded li tqawwi t-tensjonijiet mal-pajjiżi ġirien u toħloq qasmiet interni ġodda;

44.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissarju responsabbli għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat sabiex jiffaċilitaw ftehim dwar il-kwistjoni tal-isem u joffru gwida politika, b'rispett sħiħ għall-proċedura ta’ negozjati li għaddejja u għad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU; iqis li t-tfittxija għal soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ partijiet mill-aktar fis possibbli sservi bħala każ ta’ prova għall-politika barranija komuni ta’ wara Lisbona, kif ukoll għall-kapaċità tal-Unjoni li ssolvi kontroversji persistenti internazzjonali fuq il-fruntieri tagħha;

45.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jonoraw l-impenji tagħhom lejn pajjiżi terzi u jippremjaw il-progress u l-isforzi għal riforma tal-pajjiżi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Unjoni; jirrimarka li, inkella, ir-rieda ta’ dawk il-pajjiżi li jirriformaw tista' tiddgħajjef;

46.

Huwa tal-fehma li prolongazzjoni oħra tal-istatus quo dwar il-kwistjoni tal-isem u kwistjionijiet oħra pendenti ma’ pajjiżi ġirien jistgħu jkunu ta’ theddida mhux biss għall-istabbilità tal-pajjiż u tar-reġjun, iżda wkoll għall-kredibilità tal-politika għat-tkabbir, u għalhekk jistieden lill-partijiet kollha involuti sabiex juru r-rieda tajba tagħhom, solidarjetà u responsabilità sabiex isolvu l-kwistjonijiet pendenti; f'dan ir-rigward jistieden lill-awtoritajiet fil-pajjiż javvanzaw l-inizjattiva li jitwaqqfu kumitati ta’ esperti konġunti dwar l-istorja u l-edukazzjoni mal-Bulgarija u mal-Greċja;

*

* *

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.


(1)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 54.

(2)  ĠU L 80, 19.3.2008, p. 32.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/101


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Is-Sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

P7_TA(2011)0152

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

2012/C 296 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Côte d'Ivoire, b'mod partikolari dik tas-16 ta’ Diċembru 2010 (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Bamako tat-3 ta’ Novembru 2000 dwar id-Demokrazija, id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertà fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Côte d'Ivoire, b’mod partikulari r-Riżoluzzjonijiet 1946 u 1951 (2010) u 1967, 1968 u 1975 (2011),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-RGħ/VP il-Barunessa Catherine Ashton, dwar is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, b'mod partikolari dawk tat-3, l-10, it-12 u d-19 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar il-Côte d'Ivoire adottati mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fit-3065 laqgħa tiegħu fil-31 ta’ Jannar 2011,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE 2011/18/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 li jimponi l-iffriżar tal-assi u jaħtar persuni u entitajiet oħra soġġetti għal miżuri restrittivi fil-Côte d’Ivoire,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni adottata f'Addis Ababa fl-10 ta’ Marzu 2011 mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana (UA),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Côte d'Ivoire tat-3 u l-11 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE, tat-18 ta’ Marzu 2011, li tikkundanna l-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Côte d'Ivoire,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mill-President tiegħu, Jerzy Buzek, fit-18 ta’ Marzu 2011 li titlob waqfien għal kull vjolenza kontra n-nies ċivili fil-Côte d'Ivoire,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire adottata fil-25 ta’ Marzu 2011 f'Abuja mill-Awtorità tal-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern tal-ECOWAS,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Marzu 2011, li tistabbilixxi kummissjoni ta’ inkjesta internazzjonali sabiex tinvestiga l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Côte d'Ivoire mill-elezzjoni presidenzjali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, f'dawn l-aħħar erba' xhur, il-Côte d’Ivoire daħal fi kriżi politika qawwija li oriġinat mir-rifjut tal-president attwali Laurent Gbagbo li jagħti l-poter lill-president leġittimu Alassane Ouattara, minkejja l-fatt li dan tal-aħħar rebaħ l-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru 2010 u kien rikonoxxut bħala rebbieħ mill-komunità internazzjonali, wara l-validazzjoni tar-riżultati min-Nazzjonijiet Uniti,

B.

billi l-isforzi diplomatiċi kollha biex tinstab soluzzjoni paċifika għall-imblokk politiku postelettorali, inklużi dawk tal-UA, tal-ECOWAS u tal-President tal-Afrika t'Isfel, ma rnexxewx,

C.

billi minn nofs Frar il-ġlied intensifika kemm fil-belt kapitali kif ukoll fil-punent tal-pajjiż, b'rapporti allarmanti li jindikaw użu li dejjem qed jiżdied ta’ artillerija tqila kontra n-nies ċivili,

D.

billi f’dawn l-aħħar jiem, il-Forzi Repubblikani tal-President Ouattara niedu offensiva kbira intiża sabiex jistabbilixxu l-awtorità tiegħu, u ħadu kontroll ta’ diversi żoni importanti, inklużi l-belt kapitali politika,Yamoussoukro, u San Pedro, port prinċipali għall-esportazzjonijiet tal-kawkaw, billi l-forzi favur Ouattara issa daħlu f'Abidjan, li wassal għal ġlied qalil mal-forzi leali lejn l-ex-President,

E.

billi skont is-sorsi tan-NU mietu mijiet ta’ nies fil-Côte d'Ivoire minn Diċembru tal-2010; billi n-numru eżatt ta’ korruti huwa x'aktarx ħafna akbar, peress li l-vjolenza li qed isseħħ ġewwa l-pajjiż mhux dejjem tiġi rrapportata fl-istampa,

F.

billi l-attakki mmirati intenzjonalment kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi u l-istituzzjonijiet tan-NU jikkonstitwixxu delitti tal-gwerra; billi l-Missjoni tan-NU fil-Côte d'Ivoire (ONUCI) kienet il-mira għal theddid u attakki b'mod kostanti mill-forzi ta’ sigurtà li jappoġġaw lil Gbagbo, filwaqt li l-ex-President uża kliem retoriku xewwiexi li jinċita lin-nies għal vjolenza kontra l-forzi tan-NU u barranin li jinsabu fil-Côte d'Ivoire; billi diversi membri tal-forza taż-żamma tal-paċi tal-NU indarbu serjament jew saħansitra nqatlu,

G.

billi twettqu atroċitajiet fil-Côte d’Ivoire, inkluż każijiet ta’ vjolenza sesswali, għajbien sfurzat, eżekuzzjonijiet extra ġudizzjarji u l-użu eċċessiv u mingħajr distinzjoni ta’ forza kontra n-nies ċivili, li jammontaw għal delitti kontra l-umanità,

H.

billi fid-dikjarazzjoni mressqa mill-gvern tiegħu fit-18 ta’ April 2003 skont l-Artikolu 12(3) tal-Istatut ta’ Ruma, il-Côte d’Ivoire aċċettat il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) għal delitti mwettqa fit-territorju tagħha wara d-19 ta’ Settembru 2002; billi l-Côte d’Ivoire tibqa' taħt investigazzjoni preliminarja mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-QKI,

I.

billi r-rispett għall-istat tad-dritt kompla jiddeterjora fil-Côte d’Ivoire, filwaqt li żdiedu r-restrizzjonijiet li tpoġġew fuq il-libertà tal-kelma, tal-espressjoni u tal-midja,

J.

billi s-sitwazzjoni ekonomika fil-Côte d’Ivoire iddeterjorat sew f'dawn l-aħħar erba' xhur peress li Laurent Gbagbo wettaq nazzjonalizzazzjoni illegali fis-setturi tal-banek u tal-kawkaw u esproprjazzjonijiet arbitrarji ta’ flus u proprjetà privata; billi l-FMI riċentement wissa li se jkun hemm konsegwenzi ekonomiċi negattivi serji tas-sitwazzjoni attwali fil-Côte d'Ivoire għar-reġjun kollu tal-Afrika tal-Punent,

K.

billi minħabba l-klima ta’ terrur prevalenti fil-pajjiż, huwa stmat li hemm miljun persuna spostata, kemm ġewwa l-pajjiż kif ukoll f'pajjiżi ġirien bħal-Liberja, il-Gana, it-Togo, Mali u l-Ginea,

L.

billi fis-17 ta’ Marzu 2011 il-Kummissjoni żiedet l-għajnuna umanitarja tal-UE lejn il-Côte d'Ivoire b'ħames darbiet,

M.

billi r-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1975(2011), li ġiet adottata unanimament, tħeġġeġ lis-sur Gbagbo biex jirriżenja immedjatament u titlob il-waqfien immedjat tal-vjolenza kontra n-nies ċivili, filwaqt li timponi sanzjonijiet finanzjarji u relatati mal-ivvjaġġar immirati kontra s-sur Gbagbo, il-mara tiegħu u tliet assoċjati tiegħu,

1.

Jikkundanna t-tentattivi mill-ex President Gbagbo u s-sostenituri tiegħu biex jużurpa b'mod vjolenti r-rieda tal-poplu Ivorjan; itenni t-talba tiegħu biex is-Sur Gbagbo jirriżenja u jgħaddi immedjatament il-poter lil Alassane Ouattara; jilqa', f'dak ir-rigward, l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 1975(2011), li fiha l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ħareġ bl-aktar dikjarazzjoni qawwija tiegħu mill-bidu tal-kriżi ta’ wara l-elezzjoni fil-Côte d'Ivoire, fejn talab lis-sur Gbagbo jirriżenja immedjatament;

2.

Jiddeplora l-fatt li ma nstabet l-ebda soluzzjoni diplomatika, inklużi dawk appoġġjati mill-UA, u li l-vjolenza u l-konfrontazzjoni bl-armi kienu karatteristika tal-kriżi ta’ wara l-elezzjoni;

3.

Ifaħħar it-talba tan-nisa Afrikani tal-Punent għal sejba ta’ soluzzjoni paċifika għal kunflitt politiku fil-Côte d'Ivoire u biex dawk li wettqu vjolenza kontra ċittadini fil-pajjiż jitressqu quddiem il-qrati; jiddeplora l-fatt li ma sarux biżżejjed sforzi minn organizzazzjonijiet tan-nisa u minn mexxejja reliġjużi u komunitarji biex issir pressjoni interna u tkun promossa medjazzjoni għas-sejba ta’ soluzzjoni paċifika għall-istall politiku fil-pajjiż;

4.

Ifakkar li l-uniku sors ta’ leġittimità demokratika huwa l-vot universali u li l-elezzjoni ta’ Alassane Ouattara tirrifletti r-rieda sovrana tal-poplu Ivorjan; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ivorjani kollha, inkluzi l-forzi tad-Difiża u s-Sigurtà tal-Côte d'Ivoire (FDSCI), biex jissottomettu rwieħhom mingħajr dewmien għall-awtorità tal-President Ouattara li ġie demokratikament elett u għall-gvern tiegħu;

5.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi ż-żieda fil-vjolenza fil-Côte d'Ivoire, b'mod partikolari l-użu ta’ armi tqal kontra n-nies ċivili, u t-telf kunsiderevoli ta’ ħajjiet li rriżulta minn dan; jesprimi l-ikbar solidarjetà tiegħu għall-vittmi innoċenti kollha tal-inġustizzja u l-vjolenza fil-Côte d'Ivoire u mal-familji tagħhom; jenfasizza li l-vjolenza kontra n-nies ċivili, inklużi nisa, tfal u persuni spostati internazzjonalment, mhijiex se tkun ittollerata u għandha tieqaf immedjatament;

6.

Jikkundanna bil-qawwi l-każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali allegatament imwettqa kontra n-nies ċivili, inkluż il-qtil extraġudizzjarju u l-atti ta’ vjolenza sesswali; jinnota li skont il-KSNU dawn l-atti jistgħu jammontaw għal delitti kontra l-umanità; jesprimi l-oppożizzjoni qawwija tiegħu kontra kull użu tal-midja biex jinstiga l-mibegħda; jitlob it-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha fuq l-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà ta’ espressjoni; jikkundanna s-serq ta’ erba' persuni, inklużi żewġ ċittadini tal-UE, minn lukanda f'Abidjan li tinsab f'viċinat ikkontrollat mill-forzi li jappoġġaw lil Gbagbo, u jitlob il-ħelsien immedjat tagħhom;

7.

Jinsisti li ma jista' jkun hemm l-ebda impunità u li għandu jsir kull sforz sabiex dawk kollha responsabbli għad-delitti kontra l-popolazzjoni ċivili jiġu identifikati u jitressqu quddiem il-qrati, inkluż fil-livell internazzjonali; jilqa', f'dak ir-rigward, it-twaqqif ta’ kummissjoni ta’ inkjesta mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jinnota li l-KSNU indika li l-QKI se tiddeċiedi jekk għandhiex ġurisdizzjoni fuq is-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire; jitlob lill-atturi kollha fil-Côte d'Ivoire jikkooperaw ma’ dawn l-entitajiet sabiex issir il-ġustizzja; jitlob lill-UE tipprovdi l-appoġġ kollu neċessarju għal dawn l-inkjesti;

8.

Jikkundanna bil-qawwa l-atti ta’ intimidazzjoni u ta’ xkiel diretti kontra l-ONUCI u l-UE;

9.

Jilqa' s-sanzjonijiet immirati addizzjonali, li jinkludu l-projbizzjoni ta’ viża u l-iffriżar ta’ assi, imposti mill-KSNU, l-UA u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq il-persuni u l-entitajiet kollha li jopponu l-awtorità tal-President leġittimu, u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, li rrifjutaw li jittrattaw mal-gvern illeġittimu; jenfasizza li dawn is-sanzjonijiet għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm l-awtoritajiet leġittimi jerġgħu lura fil-poter;

10.

Jilqa' l-fatt li r-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1975(2011) fakkret fl-awtorizzazzjoni mogħtija lill-ONUCI biex tuża kull mezz neċessarju sabiex twettaq il-mandat tagħha li tipproteġi n-nies ċivili, inkluż sabiex jiġi evitat użu ulterjuri ta’ armi tqal, u esprima appoġġ sħiħ mill-KSNU għal azzjoni bħal din; jitlob, f'dak ir-rigward, tisħiħ rapidu u sinifikanti tal-kapaċitajiet tal-ONUCI sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effikaċi tan-nies ċivili fil-Côte d'Ivoire;

11.

Jinnota li, f'konformità mal-mandat tagħha, l-ONUCI diġà ħadet azzjoni f'Abidjan sabiex twaqqaf l-użu ta’ armi tqal u tipproteġi n-nies ċivili u l-persunal tan-NU, bl-assistenza tal-Forza Franċiża “Licorne”, fuq talba tas-Segretarju Ġenerali tan-NU;

12.

Ifaħħar u jsostni l-isforzi ta’ medjazzjoni taħt l-awspiċju tal-UA u l-ECOWAS bil-għan li tiġi evitata l-konfrontazzjoni, u jtenni t-talbiet tiegħu li l-forzi politiċi kollha fil-Côte d'Ivoire juru l-impenn tagħhom għal tranżizzjoni politika demokratika u paċifika u b'hekk jiġi evitat aktar tixrid ta’ demm; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-pjan tal-UA għal soluzzjoni globali paċifika għall-kriżi, u jenfasizza li l-pajjiżi Afrikani kollha jridu juru għaqda u jaġixxu flimkien bi ftehim, sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi fil-Côte d'Ivoire;

13.

Jitlob lill-President Ouattara jiffaċilita l-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali, filwaqt li jfakkar li m'hemm l-ebda statut ta’ limitazzjonijiet għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;

14.

Huwa mħasseb sew bid-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Côte d'Ivoire u l-pajjiżi ġirien, speċjalment il-Liberja; jitlob lill-parteċipanti kollha fil-Côte d'Ivoire jiżguraw aċċess sikur u bla ostakli fil-partijiet kollha tal-pajjiż għal organizzazzjonijiet umanitarji fil-post; jilqa' l-impenn tal-UE, kif esprimiet il-Kummissarju Georgieva, biex tgħin issolvi l-kriżi umanitarja;

15.

Jenfasizza l-bżonn ta’ azzjoni politika internazzjonali rapida sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja fil-Côte d’Ivoire u tiġi evitata kriżi ġdida ta’ migrazzjoni fir-reġjun, jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi tagħhom ma’ donaturi internazzjonali oħra; jitlob lill-komunità internazzjonali tonora l-impenji ta’ għajnuna umanitarja sabiex tirrispondi għall-bżonnijiet urġenti tal-popolazzjoni fil-Côte d’Ivoire u fil-pajjiżi ġirien tagħha;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-ONUCI, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECOWAS, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-President elett tal-Côte d’Ivoire, is-Sur Alassane Ouattara.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0492.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/105


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant

P7_TA(2011)0153

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant

2012/C 296 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Ministri Barranin dwar is-Sħubija tal-Lvant tat-13 ta' Diċembru 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (1), tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2), tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) (3), tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-orjentazzjonijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) (4), tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-Reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (5), tas-17 ta’ Jannar 2008 dwar Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed (6) u tal-20 ta’ Jannar 2011 dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-ħtieġa ta' strateġija Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar (8),

wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) mill-2004 'l hawn, u b'mod partikolari r-rapporti ta' progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari ma' dawn il-pajjiżi bl-eċċezzjoni tal-Bjelorussja,

wara li kkunsidra l-paragrafu 41 tar-Riżoluzzjoni ta’ hawn fuq tal-15 ta' Novembru 2007, li ssejjaħ għall-ħolqien ta’ Assemblea Parlamentari bejn l-UE u l-Viċinat tal-Lvant (EURONEST),

wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta’ Azzjoni adottati b’mod konġunt mal-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja u l-Moldova, u l-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni mal-Ukraina,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tas-26 ta' Lulju 2010 dwar il-PEV,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit dwar is-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2010 intitolata “Analiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat” (COM(2010)0207),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 dwar Is-Sħubija tal-Lvant (COM(2008)0823),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 intitolata “Politika Ewropea tal-Viċinat b'Saħħitha” (COM(2007)0774), tal-4 ta’ Diċembru 2006 intitolata “It-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2006)0726), tat-12 ta’ Mejju 2004 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dokument ta’ Strateġija (COM(2004)0373) u tal-11 ta' Marzu 2003 dwar Ewropa Usa’ - Viċinat: Qafas ġdid għar-Relazzjonijiet mal-Ġirien tagħna tal-Lvant u tan-Nofsinhar” (COM(2003)0104),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (9),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru. 13/2010 intitolat “L-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija l-Ġdid (ENPI) ġie varat b'suċċess u qiegħed jilħaq ir-riżultati fil-Kawkasu tan-Nofosinhar (l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja)?”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-Trattat ta’ Lisbona ħoloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-UE biex ittejjeb l-effettività u l-koerenza tar-relazzjonijiet tagħha mal-protagonisti u s-sieħba kollha, partikolarment mal-ġirien tagħha,

B.

billi, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tiżviluppa mal-ġirien tagħha relazzjonijiet privileġġjati, sabiex tistabbilixxi żona ta’ prosperità u ta’ viċinat tajjeb, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaraterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi bbażati fuq il-kooperazzjoni,

C.

billi sa mit-tnedija tagħha l-PEV wasslet għal tisħiħ tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi sħab u ġabet magħha xi benefiċċji tanġibbli; billi għad baqa’ sfidi u l-mira issa għandha tkun l-implimentazzjoni, bi prijoritajiet iddefiniti b’mod ċar għal azzjoni, l-iffissar ta’ standards ċari u differenzjazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni,

D.

billi s-Sħubija tal-Lvant (EaP) tikkostitwixxi qafas politiku sinifikanti għal r-relazzjonijiet aktar profondi mal-pajjiżi sħab u bejniethom, fuq bażi tal-prinċipji ta’ sjieda u responsabilità komuni, kif ukoll ta' kondizzjonalità; billi relazzjonijiet msaħħin jeħtieġu żieda fl-impenn konġunt u progress tanġibbli lejn governanza tajba u standards demokratiċi,

E.

billi l-EaP tiffoka fuq pjattaformi tematiċi ta’ kooperazzjoni, li huma: id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istabilità; l-integrazzjoni ekonomika u l-konverġenza mal-politiki tal-UE; l-ambjent, it-tibdil fil-klima u s-sigurtà tal-enerġija; u l-kuntati bejn il-persuni,

F.

billi l-kooperazzjoni fi ħdan il-qafas tal-Assemblea Parlamentari EURONEST tfittex li tikseb effetti pożittivi billi sservi ta' pjattaforma għall-iskambju ta' fehmiet, biex jinstabu pożizzjonijiet komuni dwar l-isfidi globali ta' żminijietna fir-rigward tad-demokrazija, il-politika, l-ekonomiji, is-sigurtà tal-enerġija u l-affarijiet soċjali, u biex jissaħħu r-rabtiet bejn il-pajjiżi tar-reġjun u l-UE, u wkoll fost il-pajjiżi tal-EaP innifishom,

G.

billi l-UE għandha tippromwovi u ssaħħaħ sostanzjalment approċċ minn isfel għal fuq, billi żżid l-appoġġ ekonomiku tagħha għas-soċjetà ċivili u tippromwovi l-libertà tal-istampa u l-libertà tal-għaqda biex tappoġġa l-proċessi ta’ demokratizzazzjoni, li huma prekundizzjoni għal stabilizzazzjoni fit-tul,

H.

billi l-kunflitti reġjonali fil-viċinat tal-UE li ma jiġux solvuti jimminaw l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u politiku sostenibbli tal-pajjiżi kkonċernati u joħolqu ostaklu serju għall-kooperazzjoni reġjonali, l-istabilità u s-sikurezza, billi huma wkoll impediment serju għall-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ u tal-prijoritajiet tal-PEV, billi dawn il-kunflitti jimminaw l-iżvilupp ta' dimensjoni ġenwina u multilaterali effettiva għall-PEV; billi r-rwol li jista' jkollha s-soċjetà ċivili fil-pajjiżi kkonċernati għadu qed ikun sottovalutat,

I.

billi d-dimostrazzjonijiet reċenti kontra r-reġimi repressivi fil-Bjeolrussja, it-Tuneżija u l-Eġittu diġà wrew biċ-ċar l-aspirazzjonijiet leġittimi tagħhom għad-demokrazija,

J.

billi l-politika tal-UE u tal-Istati Membri għall-appoġġ u l-kooperazzjoni ma' reġimi mhux demokratiċi fit-Tuneżija u l-Eġittu falliet u għandha sservi ta' lezzjoni importanti fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Bjelorussja, u billi ġeneralment il-politika tal-UE dwar il-PEV għandha tissejjes fuq il-valuri,

K.

billi l-ENPI għen biex ġie ssimplifikat il-finanzjament tal-PEV; billi l-proċess tat-tfassil tal-istrument li għandu joħodlu postu għandu jirrefletti l-konklużjonijiet tar-reviżjoni strateġika tal-PEV u għandu jinvolvi konsultazzjonijiet vasti,

Reviżjoni PEV – Ġenerali

1.

Jilqa' l-progress fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat fi ħdan il-PEV, u jafferma mill-ġdid il-valuri, il-prinċipji u l-impenji li fuqhom ġiet mibnija l-PEV, li jinkludu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-ekonomija tas-suq, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba; iqis li l-PEV għadha tikkostitwixxi qafas ta' importanzza strateġika biex jiġu approfonditi u msaħħa r-relazzjonijiet mas-sieħba l-aktar qrib tagħna, sabiex jiġu appoġġati r-riformi politiċi, soċjali u ekonomiċi tagħhom, u jenfasizza l-importanza taż-żamma tal-prinċipju ta’ sjieda konġunta fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ programmi u azzjonijiet;

2.

Jilqa' r-reviżjoni kontinwa tal-PEV u jenfasizza li dan il-proċess għandu jwassal għal tisħiħ ulterjuri tar-rabtiet tal-UE mal-pajjiżi tal-viċinat u jenfasizza li filwaqt li l-aspirazzjonijiet u l-miri ta’ dawn il-pajjiżi jistgħu jkunu differenti, kollha kemm huma għandhom il-potenzjal li jkunu l-eqreb fost l-alleati politiċi tal-UE;

3.

Jinnota li ż-żewġ dimensjonijiet (dik tan-Nofsinhar u dik tal-Lvant) tal-PEV għandhom jitqiesu bħala partijiet integrali tal-istess politika ta' prijorità; jenfasizza l-ħtieġa tal-flessibilità u ta' differenzjazzjoni tal-approċċ tagħna rigward sieħba individwali u nfiq aħjar;

4.

Jenfasizza li r-reviżjoni strateġika tal-PEV għandha tirrifletti impenn politiku miżjud mis-sħab kollha u ssaħħaħ id-differenzjazzjoni bbażata fuq ir-rendiment, fuq bażi ta’ limiti definiti b’mod ċar;

5.

Iqis li huwa partikolarment utli li jiġu valutati u evalwati kontinwament mhux biss ir-riżultati li nkisbu s'issa permezz tal-programmi implimentati, iżda wkoll l-adegwatezza tar-riżorsi użati fi ħdan il-qafas tas-sħubija; huwa tal-fehma li din il-proċedura għandha tagħti opportunità għall-korrezzjoni futura ta’ kull defiċjenza u għażliet magħmulin ħażin;

6.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi rikonoxxut it-tibdil li sar permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, b’mod partikolari r-rwol imsaħħaħ tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-ħolqien ta’ Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-ħatra tal-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika tal-Viċinat u l-poteri ġodda għall-Parlament Ewropew, biex tingħata iktar koerenza lill-politika barranija tal-UE u jiżdiedu l-effiċjenza u l-leġittimità tad-dimensjoni u l-azzjoni esterna tagħha; jistenna li l-Istati Membri ma jieħdux inizjattivi bilaterali fil-pajjiżi tal-PEV li jistgħu jimminaw l-effikaċja tal-azzjoni tal-UE;

7.

Jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja biex jikkontribwixxu bil-qawwa biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji politiċi jiġu integrati b'mod aktar qawwi fl-analiżi tas-sitwazzjoni politika f'pajjiżi terzi u biex dawn jiddaħħlu f'politiki ta' "trasformazzjoni" permezz ta' proġetti ta' għajnuna fejn possibbli;

PEV - Il-Lvant

8.

Jilqa’ t-tnedija tas-Sħubija tal-Lvant bħala qafas politiku biex isir progress fid-dimensjoni tal-Lvant tal-PEV, li tfittex li tapprofondixxi u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ġirien tagħha tal-Lvant, billi jitrawmu l-assoċjazzjoni politika, l-integrazzjoni ekonomika u l-approssimazzjoni leġiżlattiva, filwaqt li jingħata appoġġ lir-riformi politiċi u soċjoekonomiċi fil-pajjiżi sħab; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jfasslu standards ċari għall-monitoraġġ ta’ dawn ir-riformi, filwaqt li jinnota li dawn l-istandards għandhom iqisu l-karatteristiċi ta’ kull sieħeb, inklużi l-għanijiet speċifiċi u l-potenzjal tiegħu; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jinkludu l-Parlament fit-tfassil ta' dawn l-istandards; jenfasizza li r-riformi ekonomiċi għandhom jimxu id f’id mar-riformi politiċi u li l-governanza tajba tista' tinkiseb biss permezz ta' proċess ta' teħid ta' deċiżjoni miftuħ u trasparenti bbażat fuq istituzzjonijiet demokratiċi;

9.

Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ulterjuri tal-istabilità u l-bini ta' fiduċja multilaterali fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant kif maqbul fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit ta' Praga dwar is-Sħubija tal-Lvant;

10.

Jenfasizza li perspettiva Ewropea li tinkludi l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandha tikkostitwixxi impetu għar-riformi f’dawn il-pajjiżi u ssaħħaħ ulterjorment l-impenn tagħhom favur valuri u prinċipji komuni bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;

11.

Ifakkar li l-valuri fundamentali komuni, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-rispett tal-libertajiet tal-midja u l-promozzjoni tal-NGOs, li huma l-bażi li fuqha ġew imsejsa l-PEV u s-Sħubija tal-Lvant, għandhom jibqgħu jikkostitwixxu l-kejl ewlieni biex jiġi vvalutat ir-rendiment tal-pajjiżi sħabna; jistieden, għal dan il-għan, lis-sieħba kollha tal-PEV biex jieħdu azzjonijiet konkreti f'din id-direzzjoni; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jieħdu approċċ iktar ambizzjuż favur l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni annwali f’dan il-qasam;

12.

Jinnota li, sa mit-tnedija tal-PEV fl-2004, ġew irreġistrati riżultati mħallta, bi żviluppi pożittivi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni f’ċerti pajjiżi sħab u xi żviluppi negattivi f’oħrajn, partikolarment fil-Bjelorussja;

13.

Jinnota li l-Bjelorussja jibqa’ l-uniku pajjiż sieħeb tal-Lvant b’parteċipazzjoni limitata fir-rotta bilaterali tal-PEV u s-Sħubija tal-Lvantl-PEV u li l-impenn ulterjuri tiegħu f’dawn il-programmi se jiddependi minn kemm huwa lest li jżomm mal-valuri u mal-prinċipji bażiċi komuni; iqis li l-iżviluppi riċenti fil-Bjelorussja huma ta' offiża għall-viżjoni tal-UE tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; jilqa’ l-konlużjonijiet ta’ Kunsill għall-Affarijiet Barranin dwar il-Bjelorussja fil-31 ta’ Jannar 2011; jistieden lill-UE tieħu l-passi kollha meħteiġa biex timplimenta bis-sħiħ dawn il-konlużjonijiet, inkluż billi tipprova timpenja lill-Bjelorussi fl-idea ta’ riforma billi jinqatgħu l-burokrazija u l-ispejjeż żejda involuti għall-ksib ta’ viżi ta’ Schengen u billi jiġu ffaċilitati l-kuntatti bejn il-popli; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-flessibilità kollha fi ħdan il-kodiċi tal-viża tal-UE meta jinħarġu vużu ta’ Schengen; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lil donaturi oħra jappoġġaw l-iżvilupp ta' partiti politiċi b'orjentazzjoni demokratika fil-Bjelorussja, kif ukoll il-ħolqien ta' NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili akbar u l-inizjattivi ċiviċi fir-reġjuni tal-Bjelorussja;

14.

Jenfasizza li f'numru ta' pajjiżi l-qafas legali għall-elezzjonijiet u t-tmexxija tagħhom ma kinux konsistenti mal-istandards internazzjonali; jinsisti fuq l-importanza ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti b'konformità mal-istandards u l-impenji internazzjonali;

15.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari fil-ġudikatura u fil-pulizija, għandha tkun prijorità ewlenija għall-UE fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet tagħha mas-sħab tal-Lvant, u li dan għandu jkun rifless fil-bini komprensiv tal-istituzzjonijiet; jenfasizza wkoll l-importanza li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra n-netwerks internazzjonali tal-kriminalità organizzata u jitlob iktar kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija mal-Aġenziji tal-UE;

16.

Jenfasizza l-importanza li r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jiġu kkompletati b’dimensjoni multilaterali billi jiżdied l-ammont ta’ attivitajiet u ta’ inizjattivi inklużi fil-pjattaformi tematiċi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ ta' proġetti transkonfinali, iż-żieda ta' programmi min-nies għan-nies, l-iżvilupp ta' inċentivi għall-kooperazzjoni reġjonali u t-tisħiħ ulterjuri ta’ djalogu attiv mas-soċjetà ċivili sabiex issir promozzjoni tal-istabbiliment meħtieġ ta’ istituzzjonijiet mhux governattivi miftuħa u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali; jinnota, madankollu, li d-dimensjoni bilaterali għadha importanti, u jitlob li jkun hemm differenzjazzjoni u kundizzjonalità iktar ċari u rigorużi, fejn l-ambizzjonijiet u l-impenji jiġu segwiti minn implimentazzjoni u fejn il-progress reali jiġi segwit b’passi konkreti lejn perspettiva Ewropea; jinsab konvint li l-intensifikazzjoni tar-rabtiet mas-sħab bl-aħjar rendiment se jkollha impatt pożittiv fuq l-oħrajn u tista' ssaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali;

17.

Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni jiżguraw li l-offerta ta' liberalizzazzjoni tal-viża magħmula lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant hi, f'termini tal-iskeda ta’ żmien u l-kontenut, ġeneruża tal-anqas daqs dawk proposti lil pajjiżi oħra li magħhom jaqsmu fruntieri, sabiex jiġi evitat li jinħolqu inċentivi għall-għoti ta' passaporti barranin lil ċittadini ta' pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li, bħal fil-każ tal-Ġeorġja, l-Ukraina u l-Moldova, jista' jkollu l-effett li jidistabbilizza lil dawk il-pajjiżi, u għaldaqstant jista’ jmur kontra s-sigurtà u l-interessi tal-UE nnifisha;

18.

Jenfasizza l-importanza li tiġi inkoraġġuta aktar il-kooperazzjoni reġjonali fiż-żona tal-Baħar l-Iswed u jittejbu l-politiki tal-UE fir-rigward tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, partikolarment billi tiġi mnedija Strateġija kompluta tal-UE għall-Baħar l-Iswed u jiġi żgurat li jkun hemm ir-riżorsi finanzjarji u umani xierqa għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom; jenfasizza l-komplementarità bejn il-politiki tal-UE dwar il-Baħar l-Iswed u s-Sħubija tal-Lvant, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jagħmlu użu pożittiv mill-approċċi differenti taż-żewġ inizjattivi u jiċċaraw, fil-livelli kollha, kif dan il-grad sostanzjali ta' komplementarjetà għandu jiġi applikat pożittivament;

19.

Jinkoraġġixxi lill-pajjiżi tar-reġjun biex jikkooperaw iktar mill-qrib u biex jinvolvu ruħhom fi djalogu msaħħaħ u prolongat, fil-livelli rilevanti kollha, rigward oqsma bħal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u partikolarment dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, il-migrazzjoni u l-asil, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-persuni, l-immigrazzjoni illegali, it-terroriżmu, il-ħasil tal-flus u t-traffikar tad-drogi kif ukoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija; ifakkar li relazzjonijiet tajba ta' viċinat huma fost l-aktar prekundizzjonijiet importanti għall-progress mill-pajjiżi tal-PEV lejn sħubija fl-UE;

20.

Jenfasizza li għad fadal problemi serji f'diversi pajjiżi rigward il-libertà tal-espressjoni, speċjalment fil-midja, il-libertà tal-għaqda l-assoċjazzjoni, u li l-ispazju disponibbli għas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jibqa’ ristrett b'mod irraġonevoli;

21.

Jilqa' r-rwol attiv tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-valuri li hija bbażata fuqhom il-PEV, b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-midja u d-demokratizzazzjoni; jenfasizza li dan ir-rwol, flimkien mal-involviment fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ ta' proġetti taħt l-ENPI u l-Pjanijiet ta' Azzjoni PEV, jeħtieġ li jiġu appoġġati ulterjorment billi jiġi allokat appoġġ finanzjarju u istituzzjonali lilhom; jilqa’ l-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partikolarment ta’ dawk minn pajjiżi sħab, fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili; jinkoraġġixxi lill-Forum tas-Soċjetà Ċivili biex jinvolvi ruħu f’laqgħat ta’ pjattaforma uffiċjali u fil-gruppi ta' ħidma tematiċi tas-Sħubija tal-Lvant;

22.

Iqis li huwa neċessarju li ssir valutazzjoni dettaljata tal-kredibilità tal-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili li huma involuti f'dan il-proċess, biex jiġu żgurati l-leġittimità u l-effiċjenza tal-azzjonijiet tagħna;

23.

Jenfasizza l-importanza tal-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp demokratiku tal-pajjiżi sħab tagħna u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġahom b'mod attiv biex jissaħħu d-demokrazija lokali u l-governanza lokali; iħeġġeġ l-espansjoni ta’ programmi ta’ ġemellaġġ bejn awtoritajiet lokali tal-UE u pajjiżi sħab, kif ukoll it-twaqqif ta’ Assemblea Lokali u Reġjonali tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Kawkasu tan-Nofsinhar;

24.

Jenfasizza l-importanza tal-għaqdiet tal-ħaddiema u tad-djalogu soċjali bħala parti mill-iżvilupp demokratiku tas-sħab tal-Lvant; jenfasizza li d-drittijiet tal-għaqdiet tal-ħaddiema huma limitati u jistieden lis-sħab tal-Lvant isaħħu aktar id-drittijiet tax-xogħol u tal-għaqdiet tal-ħaddiema; jirrakkomanda t-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali;

25.

Jenfasizza l-importanza tal-libertà tal-espressjoni u tal-midja indipendenti, inkluż fl-Internet, għall-iżvilupp ta’ demokraziji u bħala mezz ta’ promozzjoni ta’ skambji u komunikazzjoni bejn soċjetajiet fir-reġjun u bejn dawn is-soċjetajiet u l-UE; iħeġġeġ lill-UE tkompli tiffinanzja lil Belsat, Radyo Racyja u lir-Radju Ewropew għall-Bjelorussja, kif ukoll tappoġġa l-ħolqien u l-konsolidazzjoni ta’ mezzi tal-midja oħra, anke permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, inter alia bħala mod ta’ promozzjoni ta’ rotot diretti ta’ komunikazzjoni bejn is-soċjetajiet; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi rtirata l-għajnuna li tingħata lil midja kkontrollata li tkun proprjetà tal-istat, bħal dak fil-Bjelorussja;

26.

Ifakkar fil-fehma tiegħu li l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni huma għodda importanti biex tiġi stimolata r-riforma u għandhom jinkludu kundizzjonijiet konkreti, skadenzi u standards ta’ rendiment u jkunu akkumpanjati minn proċess ta’ monitoraġġ regolari sabiex japprofondixxu r-relazzjoni bilaterali mal-UE b’mod ħolistiku u biex isaħħu l-koerenza bejn il-komponenti kollha ta’ atli ftehimiet, jiġifieri l-komponenti politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-Programmi għall-Bini Komprensiv tal-Istituzzjonijiet għandu jiġi mniedi malajr kemm jista’ jkun; jenfasizza li, filwaqt li titqies in-natura ambizzjuża tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u l-importanza kruċjali tagħhom għall-ġejjieni tas-Sħubija tal-Lvant, l-UE għandha tappoġġa lil dawn il-pajjiżi permezz ta’ għajnuna teknika u finanzjarja, sabiex tagħtihom il-poter biex jonoraw l-impenji dwar l-implimentazzjoni; ifakkar lill-Kummissjoni fir-responsabilità tagħha li żżomm lill-Parlament u lir-rapporteurs responsabbli infurmati kif jixraq dwar il-mandati tan-negozjati għall-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u dwar in-negozjati nfushom;

27.

Jilqa’ l-ħidma tal-Grupp Konsultattiv ta’ Livell Għoli tal-UE fl-Armenja u t-tnedija ta’ grupp simili fil-Moldova; jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni jiddiskuti l-possibilità li tingħata din l-għajnuna lil sħab oħra tal-Lvant;

28.

Iqis li integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib tista' tkun aġent qawwi għal bidla soċjali u politika; jenfasizza li ż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi (DCFTAs) mal-UE għandu jiġi implimentat biss ladarba jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa; jenfasizza li dawn jibqgħu waħda mill-inizjattivi ewlenin tas-Sħubija tal-Lvant għall-pajjiżi sħab u inċentiva b’saħħitha għar-riforma, sakemm l-impatt soċjali u ambjentali tagħhom jiġi vvalutat kompletament fi żmien dovut; jirrikonoxxi li, min-naħa tiegħu, il-kunċett tad-DCFTA għandu jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu tal-pajjiżi sħab tal-Lvant rispettivament;

29.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni ekonomika bilaterali u multilaterali miżjuda fost is-sħab tal-PEV, peress li dan jirriżulta f’benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini, itejjeb il-klima politika fir-reġjun u jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi sħab; jinkoraġġixxi, għalhekk, it-twaqqif ta' żoni ta' kummerċ ħieles fost il-pajjiżi sħab;

30.

Jinnota l-preżenza ekonomika li kulma jmur qed tikber taċ-Ċina fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

31.

Jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ lill-mobilità taċ-ċittadini u lill-ġestjoni tal-flussi migratorji, partikolarment permezz ta’ faċilitazzjoni tal-viżi u ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni bl-għan li wieħed jimxi gradwalment lejn liberalizzazzjoni tal-viża, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti; jistieden lill-UE biex tipprova b'mod attiv u malajr li jkollha negozjati għal dan l-iskop, filwaqt li sadanittant tiżgura implimentazzjoni aħjar tal-ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-viżi; jirrakkomanda li ftehimiet bilaterali għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-aġġornament ta' liġijiet nazzjonali dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-PEV; jinsisti li l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet u politiki bħal dawn, b’mod partikolari l-għoti tal-asil, għandha tkun konformi bis-sħiħ mal-obbligi u l-impenji internazzjonali u mal-istandards tal-UE, speċjalment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

32.

Jenfasizza ulterjorment il-fatt li l-liberalizzazzjoni tal-viżi tista' tintuża bħala inċentiv qawwi biex jiġu promossi r-riformi tad-demokratizzazzjoni u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab, kif ukoll bħala mezz kif jiġu rikonoxxuti passi konkreti lejn assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika mal-UE fil-qafas tal-PEV;

33.

Jipproponi li l-Kummissjoni tippubblika rapport annwali ta' valutazzjoni rigward il-ftehimiet ta' riammissjoni Ewropej;

34.

Jemmen li hija meħtieġa kooperazzjoni msaħħa bejn il-pajjiżi tal-PEV u l-FRONTEX;

35.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-mobilità tal-istudenti, tal-akkademiċi, tar-riċerkaturi u tal-kummerċjanti billi tiżgura li riżorsi suffiċjenti jkunu disponibbli u billi ssaħħaħ u twessa’ l-programmi ta’ għoti ta’ boroż tal-istudju eżistenti; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati, fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, proġetti ġodda li jiffokaw fuq kooperazzjoni aktar strutturata fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka li tippromwovi skambji unversitarji u sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tar-riċerka; jilqa’ t-twaqqif tas-sħubiji ta’ mobilità mal-Moldova u mal-Ġeorġja u jħeġġeġ il-konklużjoni ta’ dawn l-isħubiji ma’ sħab oħra tal-Lvant, bħala parti mill-Approċċ Globali tal-UE dwar il-Migrazzjoni; iqis, dan ir-rigward, li l-flessibilitajiet eżistenti fi ħdan il-Kodiċi tal-Viża ta' Schengen għandhom jintużaw u jiġi applikati aħjar biex tiġi ffaċilitata l-mobilità ta' dawn il-gruppi;

36.

Jerġa' jafferma l-appoġġ kbir tiegħu għall-proġett iffinanzjat mill-UE li jivolvu boroż ta' studju lil gradwati universitarji mill-PEV u mill-UE fil-Kulleġġ tal-Ewropa; jemmen li dan se jippermetti li interlokuturi futuri jiġu mħarrġa fl-UE u fil-pajjiżi ġirien, jiġifieri l-persunal għal impjiegi relatati mal-UE u l-PEV, li huwa familjara kompletament u professjonalment mas-sustanza u l-ispirtu tal-politiki, tal-liġijiet u tal-istituzzjonijiet tal-UE;

37.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni settorjali, meta jitqies il-livell ta’ interdipendenza dejjem jiżdied, partikolarment f’oqsma bħal ma huma s-sikurezza tal-enerġija, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-inklużjoni soċjali, l-impjiegi u l-ħolqien tagħhom u l-kooperazzjoni fis-settur tas-saħħa; jenfasizza li żieda fil-kooperazzjoni settorjali tista’ trawwem sinerġiji bejn politiki interni tal-UE u l-PEV; f’dan ir-rigward, iqis li għandu jkun hemm iktar pajjiżi sħab li jitħeġġu jikkonkludu protokolli mal-UE fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji Komunitarji; jilqa’, f'dan ir-rigward, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina mal-Komunità tal-Enerġija;

38.

Jikkunsidra li hu neċessarju li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli li se jkunu objettivi ċentrali tal-arranġamenti tal-kooperazzjoni mas-sħab tal-PEV; jenfasizza l-importanza strateġika tal-proġett Nabucco u l-implimentazzjoni rapida tiegħu, kif ukoll tat-trasport tal-gass naturali likwifikat (LNG) fi ħdan il-proġett AGRI;

39.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi pprovdut livell adegwat ta' finanzjament mill-UE għall-kooperazzjoni mal-viċinat u jtenni l-valur tal-ENPI bħala strument ta' finanzjament tal-PEV, li għandu jevolvi sabiex jirrispondi b'mod aktar flessibbli għall-bżonnijiet differenti tal-pajjiżi u r-reġjuni ġirien, jiżgura li jkun hemm rabta diretta bejn l-objettivi tal-politika tal-PEV u l-ipprogrammar tal-ENPI, kif ukoll jirrifletti l-karattru bbażat fuq ir-rendiment tal-PEV tal-futur; jenfasizza, madankollu, il-bżonn li jiġu żgurati flessibilità u kapaċità ta’ reazzjoni akbar għall-kriżijiet, kif ukoll assistenza mmirata aħjar, li tiffoka partikolarment fuq is-soċjetà ċivili u l-livelli lokali, filwaqt li jiġi żgurat approċċ minn isfel għal fuq u jiġi żgurat li l-għajnuna finanzjarja ma tkunu suġġetta għall-interferenza mhuz ġustifikata mill-istat; jenfasizza l-valur tal-monitoraġġ tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi varji fi ħdan l-ENPI u jissottolija l-fatt li kriterju fundamentali għall-iffinanzjar tal-proġetti għandu jkun il-valur miżjud tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku lokali, billi tiġi kkunsidrata l-ispiża vera ta’ kull proġett u l-kontribut reali li jagħti; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jagħmlu konsultazzjonijiet bikrin mal-Parlament u mal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili waqt it-tfassil li jmiss tal-istrument suċċessur;

40.

Jitlob li tiġi pprovduta żieda fil-finanzjament tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, u jsir użu aħjar minnu, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tas-soċjetà ċivili biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u r-riforma demokratika, kif ukoll tal-Istrument tal-Atturi mhux Statali li jappoġġa l-attivitajiet ta' żvilupp lokali fuq skala żgħira li għandhom jiġu implimentati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fil-Bjelorussja;

41.

Jenfasizza l-importanza li jinżammu livelli adegwati ta’ finanzjament u huwa inkuraġġit mill-koordinazzjoni mtejba tal-ħidma li saret mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħra biex jittejbu l-effiċjenza u jiġu ġenerati sinerġiji; jenfasizza li l-UE għandha wkoll tikkontribwixxi għal użu aħjar tar-riżorsi eżistenti mill-pajjiżi sħab billi titqiegħed enfasi ikbar fuq kooperazzjoni prattika biex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jimplimentaw ir-riformi u l-impenji dovuti għad-diversi ftehimiet konklużi mal-UE; jinnota li l-konnessjoni diretta bejn ir-rendiment u l-assistenza finanzjarja (p.e. il-Faċilità ta' Governanza fi ħdan l-ENPI) jeħtieġ li tiġi msaħħa, speċjalment fil-qasam tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

42.

Iqis li l-appoġġ baġitarju jista' jiġi diskuss bħala opzjoni utli li tista’ tipprovdi inċentivi reali fil-futur; jemmen, madankollu, li għandu jkunibbażat fuq il-prinċipju ta’ differenzjazzjoni u jkun soġġett għall-kundizzjonalità, inkluż l-aderenza tal-pajjiżi benefiċarji lejn valuri u prinċipji komuni, ġestjoni effettiva tal-baġit u proċeduri ta’ kontroll, livelli baxxi ta’ korruzzjoni, u l-kapaċità li dan l-appoġġ jintuża b’mod trasparenti, effettiv u responsabbli;

43.

Jinsisti li għandu jkun hemm żieda sostanzjali tal-limiti tal-Intestatura 4 fi ħdan il-baġit ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward tal-ENPI, peress li, minkejja li f'dawn l-aħħar snin sar xi progress fil-promozzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa u l-integrazzjoni ekonomika progressiva bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi sħab, jeħtieġ li jsir iktar hekk kif jitfaċċaw sfidi u oqsma għall-kooperazzjoni ġodda;

44.

Jitlob lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ finanzjarju, għalkemm mhux għad-detriment tal-iffinanzjar tal-Unjoni għall-Mediterran, għall-komponent tal-Lvant tal-PEV, sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-Sħubija tal-Lvant u tiġi assigurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha;

45.

Jinnota li għalkemm l-għajnuna tista' taġixxi bħala lieva għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi żvilupp sostenibbli u dejjiemi; għalhekk jistieden lill-pajjiżi tal-PEV biex isaħħu u jimmobilizzaw ir-riżorsi domestiċi tagħhom, jinvolvu b'mod attiv lis-settur privat, lill-gvernijiet lokali u lis-soċjetà ċivili fl-aġenda tal-PEV u biex japproprjaw ruħhom aktar mill-proġetti tal-PEV tagħhom;

46.

Jinnota li t-tisħiħ tad-dimensjoni taż-Żgħażagħ tas-Sħubija tal-Lvant jirrappreżenta investiment importanti fil-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Viċinat tal-Lvant b'potenzjal kbir għas-snin li ġejjin u fid-demokratizzazzjoni ta' dawk is-sħab u l-armonizzazzjoni tal-legiżlazzjoni tagħhom mal-istandards Ewropej; itenni li l-EUR 1 000 000 addizzjonali allokati għall-ENPI għall-2011 fi ħdan il-Baġit tal-UE għall-2011 għandhom jintefqu mill-Kummissjoni għat-tisħiħ tad-dimensjoni taż-Żgħażagħ tas-Sħubija tal-Lvant billi jipprovdu:

(a)

għotjiet żgħar li għandhom jiġu assenjati permezz ta' sejħiet għal proposti maħruġa mill-Kummissjoni jew minn delegazzjoni tal-UE u indirizzati lill-UE u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għal proġetti komuni,

(b)

boroż ta' studju għall-istudenti li ġejjin mill-pajjiżi tal-Lvant tal-PEV;

47.

Jilqa' r-riżultat tal-konferenza tad-donaturi organizzata fit-2 ta' Frar 2011 għall-Bjelorussja b'riżultat ta' madwar EUR 87 miljun li għandhom jintefqu għall-appoġġ tal-kelliema għad-drittijiet tal-bniedem, għat-tisħiħ tal-għaqdiet tal-ħaddiema, taċ-ċentri ta’ riċerka u tal-organizzazzjonijiet tal-istudenti;

48.

Jinnota l-impenn aktar qawwi tal-UE fi kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-Viċinat tal-Lvant, bit-twaqqif ta’ EUBAM fil-Moldova u ta’ EUMM fil-Ġeorġja; jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President u lill-SEAE jżidu l-involviment tagħhom fis-sejba ta’ soluzzjoni għal kunflitti li ilhom għaddejjin żmien fit-Tranżnistrija u fin-Nofsinhar tal-Kawkasu fuq il-bażi tal-prinċipji tal-liġi internazzjonali, partikolarment in-nuqqas ta’ użu tal-forza, l-awtodeterminazzjoni u l-integrità territorjali, permezz ta’ pożizzjonijiet ta’ politika aktar attivi, parteċipazzjoni iktar attiva u rwol prominenti fi strutturi ta’ soluzzjoni ta’ kunflitti permanenti jew ad hoc, inkluż il-formati ta' negozjar diġà eżistenti, partikolarment tal-OSKE;

49.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President u lis-SEAE jiżviluppaw aktar miżuri u programmi għall-bini ta' fiduċja, inkluża t-tnedija ta’ missjonijiet ġodda u strateġiji ta' komunikazzjoni pubblika u billi jqisu inizjattivi prammatiċi u approċċi innovattivi bħal pereżempju kuntatti informali u konsultazzjonijiet mas-soċjetajiet tat-territorji li jfittxu l-indipendenza, filwaqt li jikkonservaw il-politika ta’ nuqqasb ta’ rikonoxximent tal-UE, sabiex jiġu appoġġati l-kultura ċivika u d-djalogu komunitarju; jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ il-prinċipju tar-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien kif ukoll l-iżvilupp tal-kooperazzjoni reġjonali permezz tal-PEV, is-Sħubija tal-Lvant u n-negozjati ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni; iqis li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għad għandhom rwol sinifikanti, partikolarment meta l-mandat tagħhom ikollu dimensjoni reġjonali, bħal pereżempju fil-Kawkasu tan-Nofsinhar; jikkunsidra li aktar miżuri ta' kwalità aħjar għandhom ikunu implimentati bl-għan li jsolvu l-kunflitti li ilhom għaddejjin żmien fir-reġjun li qegħdin jostakolaw id-dimensjoni multilaterali;

50.

Jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-fatt li n-nuqqas ta' kwalunkwe progress dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti li għad ma ġewx solvuti fil-Kawkasu tan-Nofsinhar xekkel l-iżvilupp ta' kull tip ta' kooperazzjoni fir-reġjun, bl-eċċezzjoni taċ-Ċentru Reġjonali għall-Ambjent, u sussegwentament dgħajjef il-PEV; jikkunsidra li huwa tal-akbar importanza li jiġu identifikati oqsma ta' kooperazzjoni fejn ikunu involuti t-tliet pajjiżi, b'mod partikolari fir-rigward tad-djalogu bejn is-soċjetajiet ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-midja indipendenti kif ukoll l-interazzjoni ekonomika, u jistieden lis-SEAE biex jagħmel l-isforzi kollha sabiex jinvolvi wkoll il-Federazzjoni Russa u t-Turkija f'din l-inizjattiva;

51.

Jemmen li, sabiex jitnaqqas l-ammont ta' xogħol tad-delegazzjonijiet tal-UE għal dawn il-pajjiżi u biex jitjieb l-involviment tal-UE fis-soluzzjonijiet negozjati internazzjonalment tal-kunflitti li ilhom għaddejjin żmien, il-ħatra ta' Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (EUSRs) tista' tkun għodda utli, partikolarment fil-każ tar-reġjun tat-Transnistrija u l-Kawkasu tan-Nofsinhar; jenfasizza li x-xogħol tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (EUSR) jista' jkun ikoordinat mill-Rappreżentant Għoli/Viċi President;

52.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-persuni spustati bil-forza (kemm refuġjati u persuni spustati internament (IDPs)) għadhom qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jirritornaw lura, id-drittijiet għal proprjetà u d-dritt għas-sigurtà personali, bħala riżultat tal-ġlied bl-armi fit-territorji tal-pajjiżi sħab; jistieden lill-partijiet kollha biex jirrikonoxxu dawn id-drittijiet mingħajr ambigwità u mingħajr kundizzjonijiet, il-ħtieġa li dawn jitwettqu minnufih u l-ħtieġa li malajr kemm jista' jkun tinstab soluzzjoni għal din il-problema li tkun konformi mal-prinċipji tal-liġi internazzjonali; jistieden, f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu u jżidu l-provvista ta’ assistenza u appoġġ finanzjarju lill-pajjiżi rispettivi tas-Sħubija tal-Lvant fl-indirizzar ta' din is-sitwazzjoni, b'mod partikolari billi jgħinu sabiex jiġu rrinovati u mibnija l-binjiet u t-toroq meħtieġa, l-infrastruttura tal-provvista tal-ilma u tal-elettriku, l-isptarijiet u l-iskejjel;

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

53.

Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-Parlament Ewropew fit-trawwim ta’ dibattitu politiku u biex jiżdiedu l-libertà u d-demokrazija fil-pajjiżi msieħba ġirien inkluż l-missjonijiet parlamentari għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet; jenfasizza l-impenn tiegħu biex tiżdied il-koerenza tal-ħidma tiegħu fost il-korpi tiegħu, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tiegħu mas-soċjetà ċivili u l-effikaċja tax-xogħol tal-korpi tiegħu, inkluż permezz ta’ użu aħjar tad-delegazzjonijiet tiegħu għall-korpi interparlamentari;

54.

Jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Assemblea Parlamentari tal-EURONEST, filwaqt li jenfasizza li r-rwol tal-entità biex jissaħħu d-demokrazija u l-istituzzjonijiet demokratiċi u bħala d-dimensjoni parlamentari tas-Sħubija tal-Lvant; jikkunsidra li l-Assemblea għandha tagħti kontribut utli fl-implimentazzjoni tal-PEV msaħħa u tagħti valur miżjud lill-partijiet kollha interessati fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni, tas-solidarjetà u tal-fiduċja reċiproka; jiddikjara li l-parlamentari tal-Bjelorussja huma milqugħa biex jissieħbu mal-Assemblea Parlamentari tal-EURONEST, iżda biss meta l-parlament tal-Bjelorussja jiġi elett b'mod demokratiku u jiġi rikonoxxut bħala tali mill-UE;

55.

Jenfasizza r-rwol tal-Parlament Ewropew fil-fażijiet u l-oqsma kollha ta’ żvilupp tal-PEV, kemm fit-teħid tal-għażliet strateġiċi kif ukoll fl-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-PEV, u jtenni l-impenn tiegħu li jkompli jeżerċita d-dritt ta' skrutinju parlamentari fl-implimentazzjoni tal-PEV, inkluż billi jkollu dibattiti regolari mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-ENPI; jiddispjaċih madankollu, dwar il-konsultazzjoni u l-aċċess limitat għal dokumenti waqt it-tħejjija ta' abbozzi ta' dokumenti relevanti ta' pprogrammar; jitlob li l-Parlament jingħata aċċess għall-mandati tal-ftehimiet internazzjonali kollha fil-proċess ta’ negozjati mal-pajjiżi sħab tal-PEV, bi qbil mal-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li l-Parlament għandu jkun infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura;

56.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li jlaqqa' t-tieni Summit tas-Sħubija tal-Lvant fl-2011; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri biex jisfruttaw din l-opportunità sabiex janalizzaw il-progress li sar u biex ikomplu jirrevedu l-gwida strateġika għas-Sħubija tal-Lvant biex tkun tista' tkompli twassal riżultati sostanzjali fil-futur;

*

* *

57.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kommissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lis-SEAE, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali tal-Pajjiżi tal-PEV, lill-OSKE u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 312.

(2)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 443.

(3)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 760.

(4)  ĠU C 285 E, 26.11.2009, p. 11.

(5)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 83.

(6)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 64.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2011)0025.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2010)0193.

(9)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/114


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar

P7_TA(2011)0154

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar

2012/C 296 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) mill-2004 'l hawn, u b'mod partikolari r-rapporti ta’ progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha,

wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta’ Azzjoni adottati b'mod konġunt mal-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana u t-Tuneżija,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2003 dwar it-Tkabbir tal-Ewropa - Il-Viċinat: Qafas Ġdid għar-Relazzjonijiet mal-Ġirien tagħna tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COM(2003)0104), tat-12 ta’ Mejju 2004 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat - Dokument ta’ Strateġija (COM(2004)0373), tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar it-Tisħiħ tal-PEV (COM(2006)0726), tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar Politika Ewropea tal-Viċinat b'Saħħitha (COM(2007)0774), u tat-12 ta’ Mejju 2010 dwar Analiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (COM(2010)0207),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affariiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran tat-8 ta’ Marzu 2011 (COM(2011)0200),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar il-PEV tas-26 ta’ Lulju 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (1), tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) (2), tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (3), tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (4), tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (5), tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar l-Unjoni għall-Mediterran (6), u tad-9 ta’ Settembru 2010 dwar is-sitwazzjoni tax-Xmara Ġordan b'attenzjoni speċjali għall-inħawi tal-medda ta’ isfel tax-Xmara Ġordan (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-3 ta’ Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija (8), tas-17 ta’ Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (9) u tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar, u b'mod partikolari l-Libja, inklużi l-aspetti umanitarji (10),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk tat-13 ta’ Ottubru 2008, li taw l-istatus avvanzat lill-Marokk,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tas-26 ta’ Ottubru 2010, li taw l-istatus avvanzat lill-Ġordan,

wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran mill-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-13 u l-14 ta’ Marzu 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar ''Il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (UgħM)" (COM(2008)0319),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali maħruġa fil-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran li saret f' Marseille fit-3 u l-4 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit ta’ Pariġi għall-Mediterran, li sar f'Pariġi fit-13 ta’ Lulju 2008,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona li tistabbilixxi Sħubija Ewro-Mediterranja adottata waqt il-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li saret fis-27 u fit-28 ta’ Novembru 1995,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Bureau tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (AP-UgħM) waqt il-laqgħat tiegħu f'Pariġi (12 ta’ Lulju 2008), fil-Kajr (20 ta’ Novembru 2009), f'Rabat (22 ta’ Jannar 2010), f'Palermo (18 ta’ Ġunju 2010) u f'Ruma (12 ta’ Novembru 2010),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (APEM) adottata f'Amman fit-13 ta’ Ottubru 2008 u li tressqet għall-Ewwel Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitati tal-AP-UgħM adottati fis-sitt seduta plenarja tagħha li saret f'Amman fit-13 u fl-14 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa inawgurali tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) li saret f'Barċellona fil-21 ta’ Jannar 2010,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) (11),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar in-negozjati li għaddejjin bħalisas dwar il-Ftehim ta’ Qafas UE-Libja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi r-rispett u l-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u b'mod speċifiku d-drittijiet tan-nisa, l-istat tad-dritt, it-tisħiħ tas-sigurtà, l-istabilità demokratika, il-prosperità, id-distribuzzjoni ekwa tad-dħul, tal-ġid u tal-opportunitajiet fis-soċjetà u, għalhekk, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-governanza tajba, huma prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif ukoll għanijiet tagħha, u għandhom ikunu valuri komuni kondiviżi mal-pajjiżi sħab tal-PEV u għandhom isiru objettivi ewlenin tal-PEV,

B.

billi r-rieżami tal-PEV għandu jqis il-manifestazzjonijiet li qed jitolbu libertà, demokrazija u riformi f'bosta pajjiżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE, peress li wrew ix-xewqa kbira fost in-nies għal bidla ġenwina u kundizzjonijiet aħjar ta’ għajxien fir-reġjun,

C.

billi, immotivat fil-biċċa l-kbira tiegħu mid-distribuzzjoni inġusta tal-ġid u tat-tkabbir ekonomiku kif ukoll min-nuqqas ta’ libertajiet, it-taqlib ċivili, li ġej min-nuqqas ġenerali ta’ sodisfazzjon tal-popolazzjoni fir-rigward tar-reġimi fil-poter, infirxet fir-reġjun kollu,

D.

billi l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja żdiedu mal-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali li diġà hemm fil-pajjiżi msieħba, u b'mod partikolari ma’ dawk relatati mal-problema tal-qgħad u tal-prezzijiet li qegħdin jogħlew, u li dan wassal għal rewwixiti fir-reġjun,

E.

billi l-ġrajjiet li seħħew fit-Tuneżija, fl-Eġittu,fil-Libja, fis-Sirja, fl-Alġerija, fil-Marokk, fil-Ġordan, u f'pajjiżi oħra li qed jitolbu li jsiru riformi demokratiċi, jitolbu li l-UE tagħmel bidliet adegwati fil-PEV biex issostni b'mod effikaċi l-proċess tar-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali, filwaqt li tikkundanna b'mod ċar l-użu tal-forza fit-trażżin tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi,

F.

billi mit-tnedija tagħha fl-2004, il-PEV tat prova li hija ineffikaċi biex tissodisfa l-objettivi tagħha dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u ma rnexxilhiex twassal għar-riformi politiċi, soċjali u istituzzjonali meħtieġa; billi fir-relazzjonijiet tagħha mar-reġjun, l-UE ttraskurat id-djalogu mas-soċjetajiet ċivili u mal-forzi demokratiċi fix-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran; billi għad baqa' sfidi u nuqqasijiet, u l-iffukar issa għandu jkun fuq l-implimentazzjoni fi sforz biex tittieħed azzjoni kollettiva mas-sħab li tassew jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili u mal-istituzzjonijiet fundamentali li huma vitali għall-ħolqien tad-demokrazija, bi prijoritajiet għal azzjoni definiti b'mod ċar, punti ta’ riferiment ċari u differenzjazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni u l-kisbiet,

G.

billi hemm assimetriji sinifikanti ekonomiċi, soċjali u demografiċi bejn l-Istati Ewropej u l-Istati mill-PEV tan-Nofsinhar, li jesiġu azzjonijiet ta’ rispons fl-interessi komuni tal-imsieħba kollha,

H.

billi jeħtieġ li l-UE tiddefinixxi b'mod aktar preċiż l-għanijiet strateġiċi u l-prijoritajiet tagħha fis-sħubija tagħha mal-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħha u għandha tagħti l-importanza dovuta lill-punti relatati li jinsabu fl-aġenda politika tagħha u fl-ippjanar baġitarju tagħha,

I.

billi l-PEV għandha tinkludi strumenti aktar ambizzjużi u effiċjenti biex iħeġġu u jsostnu r-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-viċinat tal-UE,

J.

billi t-Trattat ta’ Lisbona ħoloq il-kundizzjonijiet għall-UE biex ittejjeb l-effiċjenza u l-koerenza tal-politiki u l-funzjonament tagħha, b'mod partikolari fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni bil-ħolqien tal-kariga tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u billi l-VP/RGħ għandha tiżgura li l-vuċi tal-UE tinstema' fix-xena internazzjonali,

K.

billi l-Artikoli 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiżviluppaw aktar l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni u jqiegħdu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod aktar speċifiku, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali, fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-Unjoni,

L.

billi, f'konformità mal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien, bl-għan li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi bbażati fuq il-kooperazzjoni,

M.

billi kunflitti mhux solvuti u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jirrappreżentaw xkiel għat-twettiq tal-PEV, billi jostakolaw l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u politiku kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali, l-istabilità u s-sigurtà,

N.

billi f'dawn l-aħħar snin, it-tiftix tal-istabilità fuq medda ta’ żmien qasira ħafna drabi ngħata preċedenza fuq il-valuri demokratiċi, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet tal-UE mal-ġirien tan-Nofsinhar,

O.

billi l-UE għandha ssegwi approċċ minn isfel għal fuq, li jżid l-appoġġ tagħha għall-bini tal-istituzzjonijiet, għas-soċjetà ċivili u għar-rieda li jinbdew proċessi ta’ demokratizzazzjoni, b'mod partikolari l-parteċipazzjoni tan-nisa, u żviluppi soċjoekonomiċi, li huma prekundizzjonijiet għall-istabbilizzazzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil,

P.

billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluża l-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament krudili, inuman u degradanti, kif ukoll l-oppożizzjoni kontra l-piena tal-mewt, huma prinċipji fundamentali tal-UE,

Q.

billi l-UgħM attwalment tinsab wieqfa, b'mod partikolari wara l-posponiment sine die tat-Tieni Samit tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern u tal-laqgħat ministerjali tagħha, kif ukoll wara r-riżenja tas-Segretarju Ġenerali tagħha; billi l-kuntest reġjonali li fih l-UgħM qed tieħu forma huwa wieħed ikkaratterizzat minn kunflitti territorjali, kriżijiet politiċi u żieda fit-tensjoni soċjali u ġie ssuperat minn rewwixti popolari fit-Tuneżija, fl-Eġittu u f'pajjiżi oħra Mediterranji u tal-Lvant Nofsani, li kollha qed ixekklu l-operat tal-istituzzjonijiet tal-UgħM kif ukoll il-bidu ta’ proġetti ta’ integazzjoni reġjonali ewlenin identifikati mill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern tal-UgħM waqt is-Samit ta’ Pariġi f'Lulju 2008 u mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UgħM waqt il-laqgħa tagħhom f'Marseille fit-3 u fl-4 ta’ Novembru 2008; billi l-UgħM, li kellha ttejjeb il-politika tal-UE fir-reġjun, ma kinitx effikaċi biex ittaffi n-nuqqas ta’ fiduċja li kien qed jiżdied u biex tissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tal-popolazzjonijiet ikkonċernati,

R.

wara li kkunsidra l-opportunità offruta mill-istabbiliment tal-UgħM biex tissaħħaħ il-kumplimentarjetà bejn il-politiki bilaterali, minn naħa, u l-politiki reġjonali, min-naħa l-oħra, biex jinkisbu b'mod aktar effikaċi l-għanijiet tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja,

S.

billi atturi oħra internazzjonali, u l-pajjiżi BRIC b'mod partikolari, qegħdin isaħħu aktar il-preżenza ekonomika tagħhom u l-influwenza politika li għandhom fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE,

T.

billi l-effetti tal-kriżi politika, ekonomika, soċjali u finanzjarja żiedu l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali eżistenti fil-pajjiżi tan-Nofsinhar sħab tal-PEV; billi l-ispiża tar-riformi relatati mal-konverġenza tal-acquis u l-adattament għaż-żieda progressiva ta’ relazzjonijiet soċjali u ekonomiċi tirrappreżenta sfida addizzjonali fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE; billi f'xi pajjiżi dawn il-fatturi kkontribwixxew ħafna għal rewixxta ċivili u għal talbiet għad-demokratizzazzjoni u r-riformi,

U.

billi l-kwestjoni tal-ġestjoni tal-ilma, u b'mod partikolari tad-distribuzzjoni ġusta tal-ilma bi qbil mal-bżonnijiet tan-nies kollha li qegħdin jgħixu fir-reġjun, hija ta’ importanza kbira għall-paċi li sservi u għall-istabbiltà fil-Lvant Nofsani,

V.

billi x-xejriet demografiċi juru li fl-għoxrin sena li ġejjin, il-popolazzjoni fl-Istati Membri tal-UE se tkun stabbli, imma b'popolazzjoni dejjem ixjeħ, il-pajjiżi tan-nofsinhar tal-PEV se jiffaċċjaw żieda fil-popolazzjonijiet tagħhom, u żieda partikolari fil-firxa tal-etajiet impjegabbli; billi l-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi f'dawn il-pajjiżi jafu ma jkunux kapaċi jlaħħqu maż-żieda prevista fil-popolazzjoni, speċjalment billi ċerti pajjiżi diġà qed jaffaċċjaw rati għoljin ħafna ta’ nuqqas ta’ impjieg u livelli ogħla ta’ nuqqas ta’ impjieg fost iż-żgħażagħ,

W.

billi l-koruzzjoni fil-pajjiżi tal-PEV tan-Nofsinhar tibqa' punt ta’ tħassib serju, li tinvolvi sezzjonijiet kbar tas-soċjetà, kif ukoll ististuzzjonijiet tal-istat,

X.

billi l-ENPI kkontribwixxa biex ġie ssimplifikat il-finanzjament tal-PEV; billi l-proċess tal-iżvilupp tal-istrument li għandu jeħodlu postu għandu jirrefletti l-iżviluppi li saru dan l-aħħar fir-reġjun u b'mod speċjali, l-aspirazzjonijiet demokratiċi u leġittimi tal-popolazzjoni, jirrefletti l-konklużjonijiet tar-Reviżjoni Strateġika tal-PEV u għandu jsir abbażi ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kollha u b'mod partikolari, l-atturi lokali,

Reviżjoni PEV – Ġenerali

1.

Jafferma mill-ġdid il-valuri, il-prinċipji u l-impenji li fuqhom ġiet mibnija l-PEV, li jinkludu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għad-drittijiet tan-nisa, il-governanza tajba, l-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp sostenibbli, u jtenni li l-PEV għandha tibqa' qafas validu għat-tfannid u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-aktar sħab qrib tagħna sabiex jiġu mħeġġa u appoġġati r-riformi politiċi, soċjali u ekonomiċi tagħhom imfassla biex jistabbilixxu u jikkonsolidaw id-demokrazija, il-progress u l-opportunitajiet soċjali u ekonomiċi għal kulħadd; jenfasizza l-importanza li jinżammew il-prinċipji ta’ responsabbiltà kondiviża u sjieda konġunta fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-PEV; jikkunsidra li mit-tnedija tagħha fl-2004 l-PEV, bħala qafas ta’ politika uniku u permezz tad-divrenzjar ibbażat fuq ir-rendiment u għajnuna personalizzata, ġabet benefiċċji tanġibbli kemm għas-sħab tal-PEV kif ukoll għall-UE;

2.

Ifakkar, fid-dawl tal-avvenimenti attwali fin-Nofsinhar tal-Mediterranju, partikolarment fit-Tuneżija,l-Eġittu, il-Libja, is-Sirja, l-Alġerija, il-Marokk, il-Ġordan, u pajjiżi oħra li qed jitolbu li jsiru riformi demokratiċi, fin-nuqqas tal-PEV li tippromwovi u tissalvagwardja d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-UE biex titgħallem minn dawk l-avvenimenti u biex tirrivedi l-politika għall-appoġġ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem sabiex toħloq mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni għall-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem inkluża fil-ftehimiet kollha mal-pajjiżi terzi; jinsisti li r-rieżami tal-PEV jeħtieġlu jipprijoritizza kriterji relatati mal-indipendenza tal-ġudikatura, ir-rispett għal-libertajiet fundamentali, il-pluraliżmu u l-libertà tal-istampa kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jitlob għal koordinazzjoni aħjar mal-politiki l-oħra tal-Unjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi;

3.

Jistieden lill-UE biex tagħti appoġġ kbir lill-proċess tar-riformi politiċi u ekonomiċi fir-reġjun, bl-użu tal-istrumenti kollha eżistenti fil-qafas tal-PEV u, fejn meħtieġ, bl-adozzjoni ta’ dawk ġodda sabiex jakkumpanjaw, b'mod l-aktar effikaċi, il-proċess tat-tranżizzjoni demokratika, b'enfasi fuq ir-rispett għal-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba, l-indipendenza tal-ġudizzjarju u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u b'hekk tagħti rispons għall-bżonnijiet u l-aspettativi tal-popolazzjoni tal-ġirien tan-Nofsinhar tagħna;

4.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-fondi allokati għall-PEV għal wara l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) tal-2013 fejn tingħata prijorità lid-dimensjoni tan-Nofsinhar tal-PEV fid-dawl tal-aħħar avvenimenti; iqis li l-MFF l-ġdid għandu jikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi u l-bżonnijiet ta’ kull pajjiż individwali;

5.

Jenfasizza li offerta konkreta ta’ sħubija politika aktar b'saħħitha u l-integrazzjoni ekonomika għandha tiġi ppreżentata lill-pajjiżi tal-viċinat tal-UE, skont il-prinċipji tat-trasparenza, sieda konġunta u l-kondizzjonalità; b'miżuri speċifiċi skont il-ħtiġijiet differenti ta’ pajjiżi u reġjuni partikolari sabiex l-iktar sħab avvanzati jgawdu minn triq imħaffa lejn in-normi u l-valuri tal-UE;

6.

Jitlob biex il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetajiet ċivili tingħata aktar attenzjoni, peress li dawn kienu l-mutur prinċipali wara r-rewwixiti fir-reġjun kollu;

7.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi pprovdut livell adegwat ta’ finanzjament mill-UE għall-kooperazzjoni mal-viċinat u jtenni l-valur tal-ENPI bħala l-istrument ewlieni ta’ finanzjament tal-PEV, li għandu jevolvi sabiex jirrispondi b'mod aktar flessibbli għall-bżonnijiet differenti tal-pajjiżi u r-reġjuni ġirien, jiggarantixxi r-rabta diretta bejn l-objettivi tal-politika tal-PEV u l-ipprogrammar tal-ENPI, kif ukoll jirrifletti l-karattru bbażat fuq ir-rendiment tal-PEV tal-futur; jenfasizza madankollu l-bżonn li tiġi pprovduta għajnuna mmirata aħjar, b'mod partikolari mmirata għas-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali, billi jiġi żgurat approċċ minn isfel għal fuq; jenfasizza l-valur tal-monitoraġġ tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni tad-diversi programmi taħt l-ENPI;

8.

Jenfasizza li l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi riżorsi finazjarji, umani u tekniċi adegwati, jeħtieġ li jkunu implimentati biex jiggarantixxu li l-UE tkun tista' tagħti risposta adegwata fil-każ li jseħħ kwalunkwe ċaqliq migratorju tal-massa, bi qbil mal-Artikolu 80 tat-TFUE;

9.

Jenfasizza li r-Reviżjoni Strateġika tal-PEV għandha tindirizza sew in-nuqqasijiet tal-politika u tkun favur impenn politiku miżjud mis-sħab kollha, filwaqt li ssaħħaħ id-differenzjazzjoni bbażata fuq ir-rendiment, fuq bażi ta’ limiti definiti b'mod ċar; jitlob li fir-rieżami tingħata attenzjoni partikolari wkoll lill-ħtieġa urġenti għall-iżvilupp tad-dimensjoni multilaterali, bi sforz għall-istabbiliment ta’ djalogu politiku msaħħaħ, kontinwu u sustanzjali mal-pajjiżi sħab;

10.

Iqis li huwa partikolarment importanti li jsiru valutazzjonijiet kontinwament mhux biss tar-riżultati li nkisbu s'issa permezz tal-programmi implimentati, iżda wkoll l-adegwatezza tar-riżorsi użati fi ħdan il-qafas tas-sħubija; huwa tal-opinjoni li din il-proċedura se tipprovdi opportunità biex fil-futur ikunu jistgħu jiġu kkoreġuti kwalunkwe nuqqas u għażla żbaljata;

11.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw mill-ġdid l-PEV għall-viċinat tan-Nofsinhar bl-għan li jipprovdu r-riżorsi u l-għajnuna għal transizzjoni demokratika ġenwina u jpoġġu l-pedamenti għal riformi politiċi, soċjali u istituzzjonali profondi; jinsisti li r-rieżami tal-politika tal-viċinat għandu jipprijoritizza kriterji relatati mal-indipendenza tal-ġudizzjarju, ir-rispett għall-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-istampa u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

12.

Jirrikonoxxi u jenfasizza d-differenza bejn “il-pajjiżi tal-viċinat Ewropej” - pajjiżi li jistgħu formalment jissieħbu mal-UE wara li jkunu ssodisfaw il-kriterji ta’ Copenhagen u “il-pajjiżi tal-viċinat tal-Ewropa” - stati li ma’ jistgħux jissieħbu mal-UE minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom;

13.

Huwa tal-fehma li għalhekk huwa importanti ħafna u ta’ urġenza kbira li l-Istrateġija tal-UE għall-Mediterran tkun maħsuba u mfassla mill-ġdid u li din l-istrateġija l-ġdida għandha ssaħħaħ d-djalogu politiku u tappoġġa l-forzi kollha soċjali u demokratiċi, inklużi l-atturi tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kunsill, b'rabta ma’ dan, jiddefinixxi ġabra ta’ kriterji politiċi li l-pajjiżi tal-PEV iridu jissodisfaw sabiex jingħataw 'status avvanzat';

14.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi rikonoxxut u sfruttat it-tibdil li sar permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, b'mod partikolari r-rwol imsaħħaħ tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, il-ħolqien ta’ Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-poteri ġodda tal-Parlament, sabiex tingħata iktar koerenza lill-politika barranija tal-UE u jiżdiedu l-effiċjenza u l-leġittimità tad-dimensjoni u l-azzjoni esterna tagħha; iqis li, sabiex l-UE tkun fil-pożizzjoni li tiżviluppa politika kredibbli u effikaċi fir-rigward tas-sħab tal-Mediterran, jeħtieġ li l-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu kapaċi jitgħallmu mill-esperjenza tal-avvenimenti li seħħew u li għadhom għaddejjin bħalissa u jagħmlu analiżi komprensiva tan-nuqqasijiet tal-PEV attwali;

15.

Jenfasizza l-importanza ta’ sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar u jenfasizza li din il-kooperazzjoni mill-qrib hija fl-interess taż-żewġ naħat;

16.

Jikkunsidra li l-UE għandha titgħallem mill-avvenimenti riċenti fil-Viċinat tan-Nofsinhar u li l-PEV għandha tiġi rieżaminata f'dan ir-rigward, bl-għan ta’ sħubija mas-soċjetajiet u mhux mal-Istati biss;

Dimensjoni tan-Nofsinhar

17.

Ifakkar fl-importanza li titwaqqaf task force, li tkun tinvolvi lill-Parlament, b'reazzjoni għat-talbiet ta’ monitoraġġ tal-proċessi ta’ tranżizzjoni demokratika li saru minn atturi għal bidliet demokratiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u l-bini ta’ istituzzjonijiet, inkluża l-ġudikatura indipendenti;

18.

Jappoġġa bil-qawwa, fid-dawl tal-iżviluppi riċenti fir-reġjun, l-aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi li esprimew in-nies f'diversi pajjiżi fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE u jitlob lill-awtoritajiet ta’ dawn il-pajjiżi jiżguraw kemm jista' jkun malajr tranżizzjoni paċifika għad-demokrazija ġenwina; jenfasizza li r-Rieżami Strateġiku tal-PEV għandu jqis b'mod sħiħ u jirrifletti dawn l-iżviluppi;

19.

Jitlob, f'dan il-kuntest, appoġġ sinifikanti tal-UE għat-trasformazzjoni demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar bi sħubija mas-soċjetajiet ikkonċernati billi jiġu mmobilizzati, rieżaminati u adattati l-istrumenti eżistenti li għandhom l-għan jassistu r-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqiegħdu mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju tranżitorji u fuq perjodu qasir ta’ żmien, inkluż self, għad-dispożizzjoni ta’ dawk il-pajjiżi li jesprimu l-ħtieġa għalihom bħala riżultat ta’ bidliet demokratiċi rapidi u ta’ tnaqqis straordinarju fil-likwidità; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tagħmel rieżami kemm jista' jkun malajr tal-Programmi Indikattivi Nazzjonali 2011-2013 tat-Tuneżija u l-Eġittu sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet urġenti l-ġodda ta’ dawk is-sħab f'termini ta’ bini tad-demokrazija;

20.

Jenfasizza l-importanza li jiżdied id-djalogu politiku mal-ġirien tan-Nofshinar tal-UE; jerġa' jenfasizza li t-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma elementi essenzjali ta’ dan id-djalogu; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tar-rispett tal-libertà tal-kuxjenza, ir-reliġjon u l-ħsieb, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-istampa u l-midja, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-protezzjoni tal-minoranzi, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali;

21.

Jinnota li l-istatus avvanzat diġà ngħata jew qiegħed attwalment jiġi nnegozjat ma’ ċerti pajjiżi sħab; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm approċċ aktar trasparenti u koerenti favur din id-differenzjazzjoni, sabiex jinħoloq proċess sustanzjali li jħalli l-frott, u biex jiġu stabbiliti limiti ċari biex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-istandards doppji rigward liema kriterji jridu jiġu ssodisfati sabiex jingħata l-istatus avvanzat;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adattati l-kriterji ta’ Kopenħagen għar-rekwiżiti marbuta mal-għoti tal-istatus avvanzat; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tagħti status avvanzat lill-pajjiżi terzi meta jissodisfaw dawk il-kriterji;

23.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari fil-ġudikatura, għandha tkun prijorità ewlenija għall-UE, fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet tagħha mas-sħab tan-Nofsinhar;

24.

Jinsisti li l-Parlament Ewropew ikun ikkonsultat fl-istadji kollha tal-proċess tal-għoti ta’ status avvanzat lill-pajjiżi sħab, u dwar l-elaborazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-PEV skont ir-rwol il-ġdid tiegħu taħt it-Trattat ta’ Lisbona; jitlob lill-Kunsill u s-SEAE biex jinvolvu lill-Parlament fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-istatus avvanzat, billi jiġi żviluppat mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni ċar li għandu jintuża fl-istadji kollha tan-negozjati, inklużi l-kriterji li jridu jiġu ssodisfati, kif ukoll fit-tfassil tal-prijoritajiet u l-linji gwida inklużi fil-Pjan ta’ Azzjoni;

25.

Jenfasizza li sħubija effikaċi bejn l-UE u l-ġirien tan-Nofsinhar tista' tkun ibbażata biss fuq sinerġija bejn id-dimensjonijiet bilaterali u multilaterali interkonnessi ta’ dan il-proċess ta’ kooperazzjoni, u għalhekk jiddeplora l-fatt li l-PEV ma tqisx biżżejjed il-ħtieġa għat-tisħiħ tad-dimensjoni multilaterali;

26.

Ifaħħar il-kuraġġ tan-nies fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fil-Libja li qamu jitolbu d-demokrazija u l-libertà, u jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE joffru l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika f'dawk il-pajjiżi;

27.

Jiddeplora t-telf ta’ ħajjiet matul ir-rewwixti paċifiċi fit-Tuneżija u fl-Eġittu u jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw l-inċidenti kkonċernati kif xieraq u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja;

28.

Jemmen li l-kunflitt ta’ bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani huwa fil-qalba tat-tensjonijiet politiċi fil-Lvant Nofshani u fir-reġjun tal-Mediterran b'mod ġenerali;

29.

Jitlob lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni taħdem b'mod attiv għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt u l-bini tal-kunfidenza fir-reġjun, filwaqt li tiżgura r-rwol attiv tal-UE bħala attur u mhux biex toħroġ il-flus biss, b'mod partikulari fir-rigward tal-proċess tal-paċi tal-Lvant Nofshani u anke fil-kunflitt tas-Saħara tal-Punent; jemmen li r-riżoluzzjoni tal-kunflitt hija kruċjali għall-iżviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali fir-reġjun, kif ukoll għall-progress tad-dimensjoni reġjonali tal-PEV u l-kooperazzjoni multilaterali tagħha bħal ma hija l-Unjoni għall-Mediterran; jinnota li l-ilħuq ta’ soluzzjoni komprensiva, b'konformità mal-liġi internazzjonali, għall-kunflitti varji, u b'mod partikolari għall-kunflitt bejn l-Għarab u l-Iżrael, fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE huwa kruċjali għas-suċċess sħiħ tal-PEV;

30.

Jemmen li d-djalogu interkulturali fi ħdan ir-reġjun tal-Mediterran huwa kruċjali biex jitjieb il-fehim reċiproku, is-solidarjetà, it-tolleranza u l-benessri tal-popolazzjonijiet tiegħu; jistenna li r-rieżami se jikkunsidra l-iżvilupp ta’ strumenti għal dan l-għan;

31.

Jinsab imħasseb sew dwar il-posponiment “sine die” kontinwu tat-tieni Samit tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern tal-UgħM, u tal-laqgħat ministerjali, li jagħti sinjal negattiv lill-poplu u l-istituzzjonijiet tar-reġjun; iqis li r-riżenja tas-Segretarju Ġenerali tenfasizza l-bżonn ta’ kjarifika tan-natura tal-proċeduri u l-istituzzjonijiet tal-UgħM; ifakkar li t-tensjonijiet politiċi u l-kunflitti reġjonali fir-reġjun tal-Mediterran m'għandhomx jostakolaw il-progress konkret favur il-kooperazzjoni settorjali u multilaterali, u li hija permezz tat-tlestija tal-proġetti ta’ integrazzjoni ewlenin u d-djalogu politiku miftuħ li l-UgħM tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ klima ta’ kunfidenza li tiffavorixxi l-ilħuq tal-objettivi komuni tal-ġustizzja u s-sigurtà fi spirtu ta’ solidarjetà u paċi;

32.

Jiddeplora n-nuqqas ta’ finanzjaemnt allokat għall-UgħM u l-impenn baxx ħafna tal-Istati Membri miż-żewġ naħat tal-Mediterran; jiddeplora l-approċċ mhux definit tal-UE għall-politika tal-Mediterran u jitlob lill-UE tiżviluppa viżjoni strateġika fit-tul għall-iżvilupp u l-istabilizzazzjoni tar-reġjun; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-proċess ta’ integrazzjoni Ewro-Mediterranja jsir prijorità politika tal-aġenda Ewropea;

33.

Huwa konvint li l-UgħM għandha tiġi mnedija mill-ġdid biex jitqiesu l-iżviluppi l-ġodda fir-reġjun; hu tal-opinjoni li din l-UgħM il-ġdida għandha tippromwovi żvilupp ekonomiku, soċjali u demokratiku sod u għandha toħloq bażi b'saħħitha u komuni għal relazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-ġirien tan-Nofsinhar tagħha; jemmen li din il-komunità l-ġdida toħloq ukoll prospettivi ġodda ta’ paċi sostenibbli fil-Lvant Nofsani, inkorporati fis-soċjetajiet differenti u li ma jiddependux biss fuq ir-rieda politika fraġli ta’ mexxejja awtoritarji tar-reġjun;

34.

Jinnota li r-rieżami għandu jindirizza n-nuqqas tal-UgħM li tilħaq l-aspettattivi u tivvaluta l-isfidi li għandha quddiema, kif ukoll li tikkunsidra mezzi ġodda biex issaħħaħ l-istrumenti bilaterali fi ħdan il-PEV; jemmen f'dan ir-rigward li għandhom jiġu ddedikati iktar riżorsi għall-oqsma fejn jista' jinkiseb progress tanġibbli;

35.

Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ progress fl-istabbiliment ta’ Żona ta’ Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja; jitlob għat-tfittxija konkreta tan-negozjati miftiehma għal Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi bl-għan li tinħoloq Żona ta’ Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja li tirrifletti r-realtajiet soċjo-ekonomiċi ta’ kull wieħed mill-pajjiżi sħab bil-kundizzjoni li l-impatt soċjali u ambjentali ta’ dawn il-ftehimiet jiġi vvalutat b'mod xieraq u fil-ħin dovut; jiddeplora l-fatt li ma sar l-ebda progress reali mill-atturi varji sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet necessari; iħeġġeġ, ukoll, l-iżvilupp tal-kooperazzjoni ekonomika bilaterali u multilaterali Nofsinhar-Nofsinhar li għandha ġġib benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-pajjiżi involuti u ttejjeb il-klima politika fir-reġjun;

36.

Jenfasizza n-neċessità li jiġu mmirati l-kwistjonijiet speċifiċi l-iktar importanti f'kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, iżda jtenni li s-sitwazzjoni soċjoekonomika, speċjalment tal-ġenerazzjoni iżgħar, għandha tingħata enfasi partikulari fil-PEV;

37.

Jemmen li kooperazzjoni subreġjonali msaħħa fost l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-PEV b'interessi, valuri u tħassib komuni speċifiċi tista' toħloq dinamika pożittiva għaż-żona kollha tal-Mediterran; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jesploraw il-potenzjal ta’ ġeometrija varjabbli bħala forma ta’ kooperazzjoni u jenfasizza li l-PEV futura għandha tiffaċilita u tħeġġeġ dan l-approċċ b'mod partikolari permezz tal-baġit għall-fondi reġjonali tagħha;

38.

Jemmen li fil-kuntest tal-Politika tal-Viċinat tan-Nofsinhar il-problema ta’ immigrazzjoni irregolari għandha tiġi affaċċata; jistiedn lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi ġirien kollha tan-Nofsinhar u ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri tal-UE u l-atturi reġjonali kollha fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni, u b'mod partikulari, ta’ riammissjoni;

39.

Jiddeplora l-approċċ asimetriku adottat mill-UE lejn il-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħha fl-oqsam tal-mobilità u tal-politika tal-viża; Jirrakkomanda, rigward il-mobilità, l-iffaċilitar tal-proċeduri tal-viżi għal pajjiżi tan-Nofsinhar tal-PEV - speċjalment għal studenti, riċerkaturi u nies tan-negozju - u l-adozzjoni ta’ Sħubija Ewro-Mediterranja għall-Mobilità; jenfasizza r-rwol importanti li jista' jkollhom ċerti pajjiżi tal-PEV fil-ġestjoni tal-flussi migratorji; jenfasizza li l-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-flussi migratorji għandha tkun konsistenti bis-sħiħ mal-valuri tal-UE u l-obbligi legali internazzjonali; jinsisti li ftehimiet ta’ ammissjoni mill-ġdid ma’ pajjiżi sħab għandhom jiġu previsti biss għal immigranti irregolari, billi għalhekk jiġu esklużi dawk li jiddikjaraw lilhom infushom bħala persuni li qed ifittxu l-ażil, refuġjati jew persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni, u jtenni li l-prinċipju tan-'non-refoulement' japplika għal kwalunkwe persuna li tkun f'riskju tal-piena tal-mewt, trattament mhux uman u tortura; jitlob kooperazzjoni eqreb biex jintemm it-traffikar tal-bnedmin u għat-titjib tal-kundizzjonijiet li jgħixu fihom il-ħaddiema migranti kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-PEV;

40.

Jitlob lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex ipoġġu fuq quddiem nett fl-aġenda tagħhom tad-diskorsi mal-pajjiżi tan-nofsinhar tal-PEV il-prijoritajiet politiċi tal-UE tat-tneħħija tal-piena tal-mewt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa, u r-rispett tal-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà tal-istampa u tal-midja, l-osservanza tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament krudili u mhux uman, il-ġlieda kontra l-impunità u r-ratifika ta’ bosta strumenti legali internazzjonali, fosthom l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tal-1951;

41.

Jitlob, fil-kuntest tar-rieżami tal-pajjiżi tan-nofsinhar tal-PEV, attenzjoni mġedda fir-rigward tar-rispett sħiħ tad-dritt għal-libertà tar-reliġjon, b'mod partikulari għall-minoritajiet reliġjużi kollha, fil-pajjiżi involuti; jenfasizza li d-dritt għal-libertà tar-reliġjon jinkludi l-libertà li persuna, waħidha jew f'komunità ma’ oħrajn, kemm f'postijiet pubbliċi kif ukoll privati, timmanifesta l-fidi tagħha f'qima, tagħlim, prattika u osservanza u li tali libertà trid tinkludi wkoll id-dritt li persuna tbiddel ir-reliġjon tagħha;

42.

Jenfasizza li r-relazzjonijiet kuntrattwali tal-UE mal-pajjiżi kollha tal-PEV għandhom jinkorporaw arranġamenti għal forum regolari li jindirizza l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, fil-forma ta’ sottokumitati għad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lis-SEAE biex jagħmel użu sħiħ minn dawn l-arranġamenti u biex jinvolvi s-sottokumitati eżistenti fi kwalunkwe negozjat, biex jinsisti li dawn ikunu iktar effettivi u orjentati lejn ir-riżultati, u biex jiżgura l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jirrakkomanda li l-istatus tal-grupp ta’ ħidma tal-UE u l-Iżrael dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġi promoss għal sottokumitat normali; jistieden lis-SEAE jipparteċipa wkoll f'kooperazzjoni strutturali bejn il-COHOM u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew;

43.

Jitlob lir-RGħ/VP tal-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jsegwu b'mod attiv il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tal-komunikazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni, inkluż fuq l-Internet;

44.

Jitlob lir-RGħ/VP, lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex isaħħu r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikulari tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tan-nisa, fl-immonitorjar tal-politiki u l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-għajnuna permezz ta’ faċilità ddedikata għall-bini tal-kapaċitajiet; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa li tingħata s-setgħa lin-nisa u jitlob lis-SEAE u lill-Kummissjoni janalizzaw sistematikament l-impatt fuq il-ġeneri tal-proġetti u l-programmi tagħhom u li jirrakkomandaw li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jitqiesu fir-riforma tal-kostituzzjonijiet, il-kodiċijiet penali, il-liġi tal-familja u liġijiet ċivili oħrajn, kif ukoll fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem li jsiru mal-pajjiżi sħab tal-PEV; jinsisti li r-RGħ/VP, is-SEAE u l-Kummissjoni m'għandhomx isaħħu r-relazzjonijiet bejn pajjiżi terzi u l-UE meta l-pajjiżi kkonċernati ma jinvolvux biżżejjed lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-politiki tagħhom; jinnota li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma l-alleati l-iktar fidili u b'saħħithom tal-UE fil-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab; jitlob involvement ikbar tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tal-organizzazzjonijiet professjonali u s-sħab soċjali fil-kooperazzjonijiet tal-UE mal-ġirien tan-Nofsinhar tagħha; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jkomplu jsaħħu u jagħmlu użu aktar effettiv tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem f'dan ir-rigward;

45.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi implimentata integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġu appoġġati azzjonijiet speċifiċi sabiex jinkiseb approċċ effettiv u sistematiku ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-pajjiżi tal-PEV; iħeġġeġ lill-gvernijiet u s-soċjetà ċivili jżidu l-inklużjoni soċjali tan-nisa, jiġġieldu l-illitteriżmu tan-nisa u jippromwovu l-impjieg tan-nisa biex tiġi żgurata preżenza sinifikanti tan-nisa fil-livelli kollha;

46.

Jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni strutturata fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla u r-riċerka biex jiġi promoss ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u s-sistemi edukattivi, sabiex b'mod partikolari tiżdied il-mobilità tal-istudenti, ir-riċerkaturi u l-għalliema, flimkien ma’ miżuri għall-ġlieda kontra l-ħarba tal-imħuħ; jilqa' f'dak ir-rigward l-għajnuna provduta mill-programm Tempus għal edukazzjoni ogħla u l-iskambji organizzati mill-Azzjoni ERASMUS Mundus 2, kif ukoll il-ħolqien tal-Università Ewro-Mediterranja (EMUNI), li hi stabbilita bħala netwerk Ewro-Mediterran għall-universitajiet taż-żewġt ixtut;

47.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp demokratiku tal-pajjiżi sħab tagħna u jħeġġeġ l-espansjoni ta’ programmi ta’ ġemellaġġ bejn l-awtoritajiet lokali tal-UE u l-pajjiżi Sħab;

48.

Jenfasizza l-importanza tat-trejdjunjins u d-djalogu soċjali bħala parti mill-iżvilupp demokratiku tas-sħab tan-Nofsinhar; iħeġġiġhom lil dawk il-pajjiżi jsaħħu d-drittijiet tax-xogħol u tal-unjonijiet sindikalisti; jinnota r-rwol importanti li d-djalogu soċjali jista' jkollu fl-indirizzat tal-isfidi soċjoekonomiċi fir-reġjun;

49.

Jisħaq fuq l-importanza li l-investiment, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni jersqu eqreb ta’ xulxin, b'attenzjoni speċjali mogħtija għal taħriġ imfassal skont il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi soċjo-ekonomiċi fir-reġjun; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lin-nisa u l-gruppi żvantaġġati, bħalma huma ż-żgħażagħ; jenfasizza, fl-istess ħin, l-importanza vitali li jiġu appoġġati iktar il-proġetti lokali ta’ żvilupp sabiex isir kontribut ħalli terġa' tingħata l-ħajja lill-bliet u r-reġjuni l-iktar vulnerabbli;

50.

Jenfasizza li transport multimodali li jiffunzjona kif xieraq u li joffri effiċenza, sikurezza u sigurtà huwa prekundizzjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp, billi jrawwem il-kummerċ u l-intergrazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u s-sħab Mediterranji tan-Nofsinhar tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasport Reġjonali (2007-2013) għall-Mediterran u tqis ir-riżultat fi kwalunkwe pjan ta’ azzjoni għat-trasport fil-ġejjieni;

51.

Jemmen li l-iżvilupp sostenibbli għandu jkun kriterju transversali tar-reviżjoni tal-PEV, billi l-enfasi titqiegħed fuq it-titjib tal-protezzjoni ambjentali, l-iżvilupp tal-potenzjal abbundanti tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun u l-promozzjoni tal-politiki u l-proġetti li jiffavorixxu użu aħjar tar-riżorsi tal-ilma skarsi;

52.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE biex iħeġġu u jappoġġaw pjan komprensiv biex titranġa d-devastazzjoni tax-Xmara Ġordan u biex ikomplu jagħtu sostenn finanzjarju u tekniku għar-riabilitazzjoni tax-Xmara Ġordan, u b'mod partikolari l-medda ta’ isfel tagħha, fl-ambitu wkoll tal-inizjattiva tal-UgħM;

53.

Jenfsaizza l-potenzjal għoli ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli bħal ma huma l-enerġija tar-riħ, solari u tal-mewġ; jappoġġa l-implimentazzjoni kkoordinata tal-Pjan Solari Mediterranju u l-inizjattivi industrijali, li għanu jkollhom l-għan li jissodisfaw il-bżonnijiet primarji tal-pajjiżi sħab, u l-adozzjoni tal-istrateġija tal-effiċjenza tal-enerġija Ewro-Mediterranja; jisħaq fuq l-importanza li jiġu mħeġġa l-interkonnessjonijiet Ewro-Mediterranji fis-setturi tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-istabbiliment ta’ sistema intelliġenti ta’ distribuzzjoni li tgħaqqad ir-reġjun Ewro-Mediterran kollu;

54.

Ifakkar fl-importanza tal-agrikoltura li tiffavorixxi lill-bdiewa lokali, l-iżvilupp rurali, is-sikurezza tal-ikel u s-sovrenità tal-ikel, l-adattament għall-bidla fil-klima, l-aċċess għall-ilma u l-użu razzjonali tiegħu, u tal-enerġija; jirrakkomanda li l-kooperazzjoni fl-agrikoltura ssir prijorità tal-PEV, bħala appoġġ għall-pjan direzzjonali Ewro-Mediterranju għall-agrikoltura u bħala mezz għal stabilità tal-prezzijiet tal-ikel fir-reġjuni nazzjonali, reġjonali u globali;

55.

Itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta’ Forza Ewro-Mediterranja għall-Protezzjoni Ċivili, billi ż-żieda fl-iskala u n-numru ta’ katastrofi naturali teħtieġ l-allokazzjoni tal-mezzi rilevanti u billi tali inizjattiva ssaħħaħ is-solidarjetà fost il-popli Ewro-Mediterranji;

56.

Jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni aktar b'saħħitha ma’ organizzazzjonijiet reġjonali multilaterali min-Nofsinhar, partikolarment mal-Lega Għarbija, kif ukoll mal-Unjoni Afrikana, bl-għan li jiġu affrontati b'suċċess l-isfidi fl-oqsma msemmija hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra djalogu strutturat ġdid ma’ dawn il-fora matul ir-rieżami tal-PEV;

57.

Itenni l-valur tal-ENPI bħala strument ta’ finanzjament tal-PEV; jenfasizza, madankollu, il-bżonn li tiġi pprovduta aktar flessibilità u tiġi żgurata għajnuna mmirata b'mod iktar effettiv, b'mod partikolari mmirata lejn is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali, billi jiġi żgurat approċċ minn isfel għal fuq; jitlob, barra minn hekk, li ssir analiżi komprensiva tal-effiċenza tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija bl-għan li jsir użu aħjar mill-istrumenti finanzjarji u l-fondi disponibbli fil-kuntest tal-relazzjonijiet tal-UE mal-ġirien tan-Nofsinhar u sabiex jiġi żgurat li l-assistenza u l-għajnuna għall-iżvilupp jintużaw b'mod xieraq fil-pajjiżi benefiċjarji; iqis li t-trasparenza tal-finanzjament u l-inklużjoni ta’ mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni fl-istrumenti finanzjarji huma ta’ importanza vitali; jenfasizza l-valur tal-monitoraġġ tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni tad-diversi programmi tal-ENPI; jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-proġetti transkonfinali, jiżdiedu l-programmi bejn il-persuni u jiġu żviluppati inċentivi għall-kooperazzjoni reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkonsultaw b'mod bikri mal-Parlament u mal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni li jmiss tal-istrument li jrid jieħu post l-ENPI;

58.

Jitlob lill-Kunsill biex jadotta l-proposta leġiżlattiva li temenda l-Artikolu 23 tar-regolament tal-ENPI mressqa mill-Kummissjoni f'Mejju 2008 u adottata mill-Parlament fit-8 ta’ Lulju 2008, li se tagħmilha possibbli li jsir investiment mill-ġdid ta’ fondi li jerġgħu jgħaddu minn operazzjonijiet passati u li għalhekk tipprovdi lill-UE b'għodda tant bżonnjuża biex tnaqqas l-impatt tal-kriżi finanzjarja kurrenti fuq l-ekonomija reali u l-impatt taż-żidiet sostanzjali fil-prezzijiet tal-ikel tar-reġjun tal-viċinat tan-Nofsinhar;

59.

Jenfasizza li l-ENPI mhuwiex l-uniku strument disponibbli għall-finanzjament tal-programmi u l-azzjonijiet fil-PEV, u jinsisti, konsegwentement, fuq il-bżonn ta’ approċċ koerenti bbażat fuq l-użu tal-istrumenti finanzjarji kollha; jistieden, għalhekk, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jipprovdu rendikont ċar tal-flus allokati skont kull pajjiż benefiċjarju u skont kull strument;

60.

Jenfasizza l-bżonn li jiżdiedu l-fondi allokati għad-dimensjoni tan-nofsinhar tal-PEV fil-perspettivi finanzjarji tal-UE li ġejjin għall-perjodu mill-2014 sal-2020 biex jiġi żgurat li l-iffinanzjar jaqbel mal-ambizzjoni politika u sabiex jiġi implimentat l-istatus avvanzat mingħajr ma jiġu affettwati l-prijoritajiet l-oħra tal-PEV; jinsisti fuq il-bżonn li jiġi rrispettat il-ftehim li ntlaħaq wara d-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni lill-COREPER fl-2006, li jipprevedi li żewġ terzi tal-fondi tal-ENPI jmorru għall-pajjiżi tan-Nofsinhar u terz għall-pajjiżi tal-Lvant skont il-ponderanza demografika;

61.

Jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe żieda fil-fondi allokati għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni bir-reqqa tal-bżonnijiet u konsistenti ma’ żieda fl-effettività tal-programmi implimentati, imfaslla u prijoritizzati skont ir-rekwiżiti ta’ kull pajjiż benefiċjarju;

62.

Jilqa' x-xogħol li sar mill-Faċilità Ewro-Mediterranja ta’ Investiment u Sħubija (FEMIP) tal-BEI u jenfasizza l-bżonn għal iktar sinerġiji ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li huma wkoll attivi fir-reġjun, jerġa' jissuġġerixxi li tiġi stabbilita istituzzjoni finanzjarja Ewro-Mediterranja għall-kożvilupp, li l-BEI jibqa' l-azzjonista prinċipali tagħha; jappoġġa l-idea taż-żieda tal-limitu tal-garanziji għall-BEI sabiex ikun jista' jżomm l-intensità tal-operazzjonijiet tiegħu fir-reġjun matul is-snin li ġejjin; jistieden lill-BERŻ biex ibiddel l-istatuti tiegħu sabiex jipparteċipa wkoll f'dan il-proċess ta’ għajnuna finanzjarja;

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

63.

Jenfasizza l-importanza prinċipali tal-Parlament Ewropew biex jiżgura li l-istabilità u l-prosperità tal-Ewropa jkunu marbuta mill-qrib mal-governanza demokratika u l-progress ekonomiku u soċjali fil-ġirien tan-Nofsinhar tal-PEV tagħha u fil-promozzjoni ta’ dibattitu politiku, il-libertà kollha, ir-riformi demokratiċi u l-istat tad-dritt fost il-ġirien Sħab tagħha, speċjalment permezz ta’ delegazzjonijiet interparlamentari u l-AP-UgħM;

64.

Itenni l-impenn tiegħu biex ikompli jeżerċita d-dritt tal-iskrutinju parlamentari fl-implimentazzjoni tal-PEV imma wkoll billi jkollu dibattiti regolari mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-ENPI; jilqa' l-konsultazzjoni wiesgħa mill-Kummissjoni u s-SEAE dwar ir-reviżjoni tal-PEV, u jittama li l-Kummissjoni u s-SEAE jiggarantixxu wkoll il-konsultazzjoni strutturali u sħiħa tal-Parlament fil-preparazzjoni tad-dokumenti relevanti bħal ma huma l-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-PEV; barra minn hekk jitlob li l-Parlament jingħata aċċess għall-mandati ta’ negozjati tal-ftehimiet internazzjonali kollha fil-proċess li jiġu konklużi mal-pajjiżi sħab tal-PEV, bi qbil mal-Artikolu 218(10) TFUE, li jgħid li l-Parlament għandu jkun infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura;

*

* *

65.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi tal-PEV u lis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran.


(1)  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 312.

(2)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 760.

(3)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 443.

(4)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 76.

(5)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 83.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0192.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0314.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0038.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2011)0064.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2011)0095.

(11)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/126


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
L-użu tal-vjolenza sesswali fil-kunflitti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani

P7_TA(2011)0155

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar l-użu tal-vjolenza sesswali fil-kunflitti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani

2012/C 296 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2008 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-istupru bħala reat tal-gwerra (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-10 Anniversarju tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar, u l-Libja b’mod partikolari (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, fil-25 ta’ Novembru 2010,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-VP/RGħ, Catherine Ashton, f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar il-Jum Internazzjonali tal-Mara, fit-8 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, kif ukoll ir-riżoluzzjoni 1888 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vjolenza sesswali kontra n-nisa u t-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati,

wara li kkunsidra l-ħatra ta’ Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti, kif ukoll l-entità ġdida tan-NU dwar il-Ġeneru (NU Nisa),

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet u l-linji gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-10 ta’ Diċembru 1984, u d-Dikjarazzjoni 3318 tal-Assemblea Ġenerali dwar il-Ħarsien tan-Nisa u t-Tfal waqt Emerġenzi u Kunflitti Armati tal-14 ta’ Diċembru 1974, b’mod partikolari l-paragrafu 4 li jitlob li jkun hemm miżuri effettivi kontra l-persekuzzjoni, it-tortura, il-vjolenza u t-trattament degradanti tan-nisa,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-NU fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nisa, bħalma huma l-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta’ Oħrajn, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u l-Konvenzjoni tal-1951 rigward l-Istatus tar-Refuġjati,

wara li kkunsidra strumenti oħra tan-NU dwar il-vjolenza kontra n-nisa, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna u l-Programm ta’ Azzjoni tal-25 ta’ Ġunju 1993 adottat mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (A/CONF. 157/23) u d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta’ Diċembru 1993 (A/RES/48/104),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-12 ta’ Diċembru 1997 bit-titolu “Il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-miżuri ta’ ġustizzja kriminali għall-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/52/86), tat-18 ta’ Diċembru 2002 bit-titolu “Ħidma lejn l-eliminazzjoni tad-delitti kontra n-nisa mwettqa f’isem l-unur”, (A/RES/57/179), u tat-22 ta’ Diċembru 2003 bit-titolu “L-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika kontra n-nisa” (A/RES/58/147),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing adottati mir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta’ Settembru 1995 u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tat-18 ta’ Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing (6), tal-10 ta’ Marzu 2005 dwar is-segwitu għar-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa - Pjattaforma ta’ Azzjoni (Beijing+10) (7) u tal-25 ta’ Frar 2010 dwar Beijing +15 – Pjattaforma ta’ Azzjoni tan-NU għall_ugwaljanza bejn is-Sessi (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta’ Diċembru 2006 bit-titolu “Intensifikazzjoni tal-isforzi għall-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/61/143), u r-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, adottat fl-1998, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tiegħu, li jiddefinixxu l-istupru, l-iskjavitù sesswali, il-prostituzzjoni sfurzata, it-tqala sfurzata u l-isterilizzazzjoni sfurzata jew kwalunkwe forma oħra ta’ vjolenza sesswali bħala reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra u jqisuhom bħala forma ta’ tortura u bħala reat serju tal-gwerra, kemm jekk dawn l-atti jitwettqu b’mod sistematiku kif ukoll jekk le waqt kunflitti internazzjonali jew interni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi n-nisa pparteċipaw attivament fl-irvellijiet għal iktar demokrazija, drittijiet u libertajiet fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani,

B.

billi r-reġimi stabbiliti fil-Libja u fl-Eġittu rrikorrew għal attakki sesswali bħala parti mill-kunflitt f’dawn ir-revoluzzjonijiet, billi ffukaw fuq in-nisa u, b’mod partikolari, għamluhom vulnerabbli,

C.

billi l-vjolenza sesswalli tidher li qed tintuża bħala mezz ta’’ intimidazzjoni u degradazzjoni tan-nisa, inkluż fil-kampijiet tar-rifuġjati, u billi l-vojt ta’ poter li rriżulta jista’ jwassal għal deterjorament tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet,

D.

billi mara Libaniża, Iman al-Obeidi, li qalet lil ġurnalisti f’lukanda fi Tripli li kienet sofriet stuprata u abbużata minn grupp ta’ suldati, fis-26 ta’ Marzu 2011 ġiet miżmuma f’post mhux magħruf u issa qed jittieħdu proċeduri kontriha minħabba malafama mill-irġiel li qed takkuża bi stupru,

E.

billi fl-Eġittu, demostranti nisa jaffermaw li ġew suġġetti għal “testijiet tal-verġinità” mis-suldati, wara li nġabru mill-Pjazza Tahrir fid-9 ta’ Marzu 2011 u suċċessivament ġew suġġetti għal tortura u stupru, filwaqt li t-“testijiet tal-verġinità” ġew esegwiti, u ttieħdu ritratti, fil-preżenza ta’ suldati rġiel; billi xi nisa Eġizzjani se jiġu pproċessati quddiem qrati militari talli m’għaddewx mit-“testijiet tal-verġinità”, u xi wħud sfaw mhedda li jħarrkuhom b’akkuża ta’ prostituzzjoni,

F.

billi l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tikkunsidra l-istupru u l-iskjavitù sesswali, meta dawn jiffurmaw parti minn prattika sistematika u ġenerali, bħala delitti kontra l-umanità u bħala delitti tal-gwerrali għandhom jittellgħu quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi l-istupru issa huwa rikonoxxut ukoll bħala element tad-delitt tal-ġenoċidju meta jitwettaq bil-ħsieb li jeqred, kompletament jew parzjalment, grupp partikulari fil-mira; billi l-UE għandha tappoġġa sforzi maħsuba biex tintemm l-impunità għal dawk li wettqu vjolenza sesswali fuq in-nisa u t-tfal,

G.

billi intwera bil-provi li l-kunflitti armati għandhom impatt sproporzjonat u uniku fuq in-nisa; billi r-rwol tan-nisa fil-bini tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti għandu jissaħħaħ, u n-nisa u t-tfal fir-reġjuni tal-gwerer u l-kunflitti għandhom jingħataw protezzjoni mtejba, permezz tal-parteċipazzjoni, il-prevenzjoni u l-protezzjoni,

H.

billi l-implimentazzjoni tal-impenji tar-Riżoluzzjonijiet 1820, 1888, 1889 u 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU hija kwistjoni komuni u hija responsabilità konġunta ta’ kull Stat Membru tan-NU, kemm jekk ikun milqut minn kunflitti, kif ukoll jekk ikun donatur jew xorta oħra; billi f’dan ir-rigward għandha tinġibed l-attenzjoni għall-adozzjoni f’Diċembru 2008 tal-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-linji gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, li hija sinjal politiku ċar li dawn huma prijoritajiet għall-Unjoni,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-gvernijiet tal-Istati Membri jopponu bil-qawwa l-użu ta’ attakki sesswali, intimidazzjoni u vittimizzazzjoni speċifika tan-nisa fil-Libja u l-Eġittu;

2.

Jikkundanna bl-aħrax it-’testijiet tal-verġinità’ furzati mill-armata Eġizzjana fuq nisa li pprotestaw u sfaw arrestati fi Pjazza Tahrir u dan l-għemil iqisu inaċċettabbli, minħabba li jikkostitwixxi forma ta’ tortura; jistieden lill-Kunsill Militari Suprem tal-Eġittu biex jieħu miżuri immedjati ħalli jtemm dan it-trattament degradanti u jiżgura li l-forzi kollha tas-sigurtà u l-armata jkunu mgħarrfa ċar u tond li t-tortura u kull trattament ħażin ieħor, inklużi t-’testijiet tal-verġinità’ furzati, ma jistgħux ikunu ttollerati u se jiġu investigati bis-sħiħ;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jieħdu passi urġenti ħalli jwaqqfu t-tortura, jinvestigaw il-każijiet kollha tal-abbuż kontra dawk li jiddimostraw fil-paċi, u jwaqqfu l-prosekuzzjonijiet ta’ persuni ċivili fi tribunali militari; huwa partikolarment imħasseb minħabba rapporti li waslu minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fejn jistqarru li minorenni sfaw arrestati u kkundannati minn tribunali militari;

4.

Jirrakkomanda li tiġi stabbilita inkjesta indipendenti biex min wettaq dawn l-atti jinżamm responsabbli, b’riferiment partikolari għal delitti, fit-tifsira tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, imwettqa minn Muammar Gaddafi; iqis li min jinsab responsabbli għal atti ta’ dan it-tip irid jittella’ quddiem il-ġustizzja u li jeħtieġ li n-nisa li jkunu rrappurtaw it-tali abbużi jitħarsu mir-rappreżalji;

5.

Jisħaq li kulħadd għandu jkun jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-futur demokratiku ta’ pajjiżu mingħajr ma jiġi arrestat, ittorturat jew sottopost għal trattamenti degradanti u diskriminatorji;

6.

Jemmen bis-sħiħ li t-tibdiliet li qed iseħħu fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani jeħtiġilhom jikkontribwixxu biex tintemm id-diskriminazzjoni tan-nisa u biex huma jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà b’ugwaljanza mal-irġiel u skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW);

7.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li d-drittijiet ġenerali tan-nisa jiġu żgurati fl-istrutturi demokratiċi u legali ġodda ta’ dawn is-soċjetajiet;

8.

Jenfasizza li r-rwol tan-nisa fir-rivoluzzjonijiet u fil-proċessi ta’ demokratizzazzjoni għandu jiġi rikonoxxut, filwaqt li jsir enfasi fuq it-theddidiet speċifiċi li jiffaċċaw u l-ħtieġ li drittijiethom ikunu appoġġati u difiżi;

9.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jippromwovu attivament, fit-tul, kemm politikament kif ukoll finanzjarjament, l-iimplimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-istabbiliment fil-livell Ewropew ta’ istituzzjonijiet u mekkaniżmi ta’ kontroll provduti hemmekk, u lin-Nazzjonijiet Uniti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni fil-livelli internazzjonali kollha;

10.

Jenfasizza li jeħtieġ li d-drittijiet tal-bniedem jiġu prijoritizzati f’miżuri tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) bħala parti integrali tal-proċess ta’ demokratizzazzjoni, jisħaq fuq il-ħtieġa li l-esperjenza tal-UE rigward il-politika dwar l-ugwaljanza u l-ġlieda kontra l-vjolenza tal-ġeneru;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi implimentat il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u li jiġu appoġġati azzjonijiet speċifiċi bil-għan li jintlaħaq approċċ effikaċi u sistematiku dwar l-ugwaljanza fil-pajjiżi tal-PEV; iħeġġeġ lill-gvernijiet u lis-soċjetà ċivili jqawwu l-inklużjoni soċjali tan-nisa, inklużi l-ġlieda kontra l-illitteriżmu u u l-promozzjoni tal-impjieg, u l-awtonomija finanzjarja tagħhom, biex jiżguraw preżenza sinifikanti tan-nisa fil-livelli kollha; jenfasizza li l-ugwaljanza trid issir parti integrali tal-proċess ta’ demokratizzazzjoni u li, barra minn hekk, l-edukazzjoni tan-nisa u l-bniet għandha tkun prijorità, u għandha tinkludi sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom;

12.

Jitlob lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex ipoġġu fuq quddiem nett fl-aġenda tagħhom għat-taħditiet mal-pajjiżi tal-PEV tan-Nofsinhar il-prijoritajiet politiċi tal-UE dwar it-tneħħija tal-piena tal-mewt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem – inklużi d-drittijiet tan-nisa – u l-libertajiet fundamentali, flimkien mar-ratifika ta’ għadd ta’ strumenti legali internazzjonali, fosthom l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.


(1)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 83.

(2)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0439.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0064.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0095.

(6)  ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.

(7)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.

(8)  ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 11.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/130


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Rapport annwali tal-BEI għall-2009

P7_TA(2011)0156

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2009 (2010/2248 (INI))

2012/C 296 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-BEI għall-2009 (Rapport dwar l-Attività u r-Responsabilità Korporattiva, Rapport Finanzjarju, Rapport Statistiku),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rapport annwali tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2008 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar ir-Rapporti Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0073/2011),

L-istatut il-ġdid tal-BEI

1.

Jilqa’ l-bidliet introdotti mit-Trattat ta’ Lisbona, li jippermettu iktar flessibilità fil-finanzjament mill-BEI, inkluż: parteċipazzjonijiet fl-ekwità bħala komplement għall-attivitajiet ordinarji tal-Bank; il-possibilità ta’ twaqqif ta’ sussidjarji u entitajiet oħra, għar-regolament tal-hekk imsejħa attivitajiet speċjali u biex jipprovdu servizzi ta’ assistenza teknika iktar wiesgħa; u t-tisħiħ tal-Kumitat tal-Verifika;

2.

Ifakkar fil-bidliet li saru bħala riżultat tat-Trattat ta’ Lisbona, li jiċċaraw l-objettivi tal-finanzjament mill-BEI f'pajjiżi terzi, li jridu jappoġġaw il-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-interazzjoni tal-UE mal-bqija tad-dinja kif iddikjarat fl-Artikolu 3(5) TUE u kif ukoll jiggarantixxu l-appoġġ għall-għanijiet tal-azzjonijiet esterni tal-UE stipulati fl-Artikolu 21 TUE;

3.

Huwa konxju tat-talba minn xi Stati Membri li l-BEI jieħu aktar riskju fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan m'għandux jipperikola l-klassifikazzjoni AAA tal-BEI, fattur ewlieni li jippermettilu jipprovdi s-self tiegħu bl-aħjar kundizzjonijiet;

4.

Ifakkar li l-għan tal-BEI huwa li jappoġġa għanijiet tal-politika tal-UE u li huwa responsabbli quddiem il-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF u l-Istati Membri tal-UE, kif ukoll, fuq bażi volontarja, quddiem il-Parlament Ewropew;

5.

Jirrakkomanda, madanakollu, li jitqies is-suġġeriment li għandha tiġi introdotta superviżjoni regolatorja prudenzjali dwar il-kwalità tal-qagħda finanzjarja tal-BEI, il-kejl preċiż tar-riżultati tiegħu u l-konformità li jżomm mar-regoli ta’ prattika kummerċjali tajba;

6.

Jipproponi li din is-superviżjoni regolatorja:

tkun eżerċitata mill-Bank Ċentrali Ewropew fuq il-bażi tal-Artikolu 127(6) TFUE;

jew, jekk dan ma jkunx possibbli u fuq il-bażi ta’ approċċ volontarju mill-BEI, issir mill-Awtorità Bankarja Ewropea bil-parteċipazzjoni jew mingħajrha ta’ regolatur nazzjonali jew iktar minn wieħed, jew minn awditur indipendenti;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament, sat-30 ta’ Novembru 2011, b'analiżi ġuridika dwar l-għażliet possibbli għal superviżjoni prudenzjali tal-BEI;

8.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-BEI (fid-dawl tal-kwalita tar-riżorsi umani tiegħu u tal-esperjenza tiegħu fil-finanzjament ta’ infrastrutturi kbar), tibda twettaq proċess ta’ analiżi strateġika tal-fondi tal-investimenti, li ma teskludi l-ebda ipoteżi possibbli, inklużi s-sussidji, il-liberazzjoni ta’ somom sottoskritti mill-Istati Membri għall-kapital tal-BEI, sottoskrizzjonijiet mill-UE għall-kapital, is-self, l-istrumenti innovattivi, l-inġinerija finanzjarja adattata għall-proġetti fit-tul li ma jħallux profitt immedjat, l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ garanzija, il-ħolqien ta’ sezzjoni ta’ investiment fi ħdan il-baġit tal-Unjoni, konsorzji finanzjarji bejn awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali u sħubijiet pubbliċi-privati tal-BEI;

9.

Ifakkar, madankollu, fit-twissjijiet u fit-tħassib tiegħu rigward il-fatt li parti mill-ġestjoni mill-BEI ta’ programmi u fondi Ewropej ġiet eskluża mill-proċedura tal-kwittanza, u dan joħloq rekwiżiti speċifiċi ta’ koordinament bejn il-Kummissjoni u l-BEI u minħabba f’hekk hu diffiċli li wieħed jikseb viżjoni kompleta tar-riżultati miksuba; jibqa' jinsisti fuq it-talba tiegħu li l-BEI jippreżenta informazzjoni sħiħa fuq ir-riżultati li jikseb: għanijiet stabbiliti u miksuba, raġunijiet għal nuqqas ta’ suċċess u riżultati tal-valutazzjonijiet magħmula; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri ta’ koordinament mal-BEI u l-effikaċja tagħhom;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni tikseb dikjarazzjoni mill-BEI dwar attivitajiet b'effett multiplikatur sinifikanti li huma ggarantiti mill-baġit tal-UE;

11.

Jisħaq fuq il-fatt li, fl-aħħar tal-2009, il-garanziji mill-baġit tal-UE għas-self mogħti mill-BEI ammontaw għal EUR 19,2 biljun; jenfasizza li dan huwa ammont sinifikanti għall-Baġit tal-UE, u jistenna spjegazzjoni dettaljata tar-riskji involuti; hu tal-fehma li l-BEI għandu jispjega wkoll kif jintużaw l-interessi fuq is-self iġġenerat permezz ta’ dawn il-garanziji sostanzjali;

12.

Jitlob spjegazzjoni ddettaljata tal-ispejjeż ta’ amministrazzjoni li l-BEI rċieva mill-baġit tal-UE;

13.

Itenni l-proposta tiegħu biex l-Unjoni Ewropea tkun tista' ssir membru tal-BEI;

Il-finazjament mill-BEI fl-UE

Il-kriżi finanzjarja globali u l-implikazzjonijiet tagħha għall-BEI

14.

Jilqa' l-enfasi tal-Bank fuq it-tliet oqsma fejn il-kriżi laqtet lill-Ewropa bl-agħar mod, jiġifieri l-intrapriżi żgħar u medji, ir-reġjuni ta’ konverġenza u l-azzjoni favur il-klima;

15.

Jirrikonoxxi r-rwol kritiku li għandu l-BEI fl-appoġġ għall-SMEs, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi finanzjarja u ta’ diffikultajiet ekonomiċi, u jistiednu jiffaċilita l-interazzjoni tal-iskema tas-self globali tiegħu mal-għotjiet tal-Fondi Strutturali;

16.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-SMEs fl-ekonomija Ewropea u għalhekk jilqa’ ż-żieda fil-finanzjament tal-BEI lill-SMEs tul l-2008 u l-2010, għal total ta’ EUR 30,8 biljun, u jirrikonoxxi li dan l-ammont jaqbeż l-ammont tal-mira annwali li hu ta’ EUR 7,5 biljun għal dan il-perjodu; jilqa’ t-twaqqif tal-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress f’Marzu 2010 b’finanzjament ta’ madwar EUR 200 miljun mill-Kummissjoni u mill-Bank; jenfasizza, madankollu, id-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-SMEs meta jippruvaw jiksbu l-kreditu u, f’dan ir-rigward, jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ it-trasparenza fis-self tiegħu permezz ta’ intermedjarji finanzjarji; għal dan il-għan, jitlob li jkunu stabbiliti kundizzjonijiet ċari għall-finanzjament u kriterji iktar stretti dwar l-effikaċja tas-self għall-intermedjarji finanzjarji tiegħu; jitlob li l-BEI jkun obbligat li jirrapporta kull sena dwar is-self tiegħu lill-SMEs, u jinkludi evalwazzjoni tal-aċċessibilità u l-effikaċja ta’ dan is-self u tal-miżuri diretti lejn l-ilħuq ta’ rata ta’ penetrazzjoni akbar;

17.

Jirrakkomanda li r-rwol tal-BEI fl-iżvilupp ikun aktar iffokat, selettiv u effikaċi, u orjentat lejn ir-riżultat; hu tal-fehma li biex jilħaq l-impriżi żgħar u medji, huwa għandu jissieħeb b'mod partikolari ma’ intermedjarji finanzjarji li jaġixxu b'mod trasparenti u responsabbli u li huma marbuta mal-ekonomija lokali; iqis li fir-rigward ta’ self lill-SMEs, il-BEI għandu jiżvela b'mod attiv l-informazzjoni fil-websajt tiegħu, b'mod partikolari l-ammont mogħti, in-numru ta’ allokazzjonijiet magħmula s'issa, u r-reġjuni u s-setturi tal-industrija li ngħataw fondi; huwa tal-opinjoni li għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li l-intermedjarju finanzjarju għandu jissodisfa;

18.

Jilqa’ l-fatt li kien miftiehem l-aċċess mill-BEI għal-likwidità tal-BĊE permezz tal-Bank Ċentrali tal-Lussemburgu bl-għan tal-faċilitazzjoni tal-programmi ta’ self u tal-ġestjoni tal-likwidità tal-BEI;

19.

Jinnota li l-objettiv tal-konverġenza tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE huwa għan ewlieni tal-BEI; jenfasizza l-valur miżjud tal-azzjonijiet konġunti bejn il-BEI u l-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna teknika (JASPERS), li jipprovdu appoġġ addizzjonali u jservu ta’ lieva għall-intervent tal-Fondi Strutturali;

20.

Iħeġġeġ lill-BEI biex ikompli jipprovdi lir-reġjuni koperti mill-Objettiv ta’ Konverġenza bl-assistenza teknika u l-kofinanzjament li jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jieħdu porzjon akbar mill-fondi li qiegħdin għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari għal proġetti fis-setturi ta’ prijorità, bħas-settur tal-infrastruttura għat-trasport, u proġetti oħra li jtejbu t-tkabbir u l-impjiegi u proġetti li jagħmlu parti mill-Istrateġija Ewropa 2020, skont standards soċjali, ta’ trasparenza u ambjentali għoljin;

21.

Jistieden lill-BEI jikkonforma l-operazzjonijiet tiegħu bis-sħiħ mal-għan tal-UE ta’ tranżizzjoni rapida lejn ekonomija b'użu baxx ta’ karbonju u jadotta pjan għat-tneħħija gradwali ta’ self għall-karburanti fossili, inkluż is-self tiegħu għall-impjanti mħaddma bil-faħam, u biex jirdoppja l-isforzi tiegħu biex iżid it-trasferiment ta’ teknoloġiji dwar l-enerġija rinnovabbli u l-enerġija effiċjenti;

22.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas persistenti ta’ trasparenza fil-mod kif is-“self globali” jiġi allokat u mmonitorjat f’termini ta’ goveranza tat-taxxa, u għalhekk iqis li hu neċessarju li jkun żgurat li min jirċievi s-self ma jużax rifuġji fiskali jew prattiki oħra ta’ evażjoni tat-taxxa;

23.

Jitlob għal koerenza akbar bejn l-attivitajiet tal-BEI u l-FEI, notevolment sabiex l-orjentazzjoni tal-FEI toqrob iktar lejn l-objettivi tal-Ewropa 2020, u jitlob, f'dan ir-rigward, għall-qsim tax-xogħol bejn l-entitajiet u l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-karti tal-bilanċi rispettivi tagħhom;

24.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Grupp tal-BEI biex jikkopera aktar mill-qrib mal-Kummissjoni fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni fir-rigward tat-tliet inizjattivi konġunti JESSICA, JEREMIE u JASMINE, li għandhom l-għan ta’ politika ta’ koeżjoni aktar effiċjenti u effikaċi kif ukoll it-tisħiħ tal-funzjoni ta’ lieva tal-Fondi Strutturali; jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni msemmija hawn fuq uriet li hi utli u ta’ benefiċċju, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi ekonomika;

Il-finanzjament tal-BEI wara l-2013

25.

Huwa tal-fehma li wasal iż-żmien li jiżdied sostanzjalment l-investiment strateġiku fit-tul fl-Ewropa, b'enfasi partikolari fuq oqsma ewlenin tal-infrastruttura u l-koeżjoni Ewropej; jitlob, f’dan ir-rigward, li:

l-attivitajiet tal-Bank ikunu iktar trasparenti fil-konfront tal-Parlament,

il-BEI jkun b’mod ċar responsabbli quddiem il-Parlament,

l-istrumenti finanzjarji jintużaw b’mod immirat;

26.

Jinkoraġixxi lill-BEI biex jiżviluppa l-Istrateġija Operattiva tiegħu post 2013 skont l-Istrateġija Ewropa 2020;

27.

Jemmen li l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha approċċ interessanti u pożittiv għall-istrumenti finanzjarji; sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tagħhom, jitlob lill-BEI u lill-Kummissjoni jżommu f'moħħhom l-objettivi li ġejjin: is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u l-massimizzazzjoni tal-fatturi multiplikaturi u tal-effett katalittiku tal-Grupp tal-BEI sabiex ikunu attirati investituri pubbliċi u mis-settur privat;

28.

Jistieden lill-BEI biex ikompli jagħti rwol ewlieni lill-inizjattivi konġunti mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-kollaborazzjoni tagħha mal-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni; jirrikonoxxi r-rwol li dawn l-inizjattivi għandhom bħala katalisti għall-iżvilupp ulterjuri, inter alia fir-rigward tal-preparazzjoni tal-perjodu ta’ programmar post 2013;

29.

Iħeġġeġ lill-BEI biex jiddikjara klassifika ta’ prijoritajiet fil-proġetti ta’ investiment tiegħu, bl-użu ta’ metodoloġiji bħall-analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża biex jintlaħaq l-ogħla effett possibbli ta’ multiplikazzjoni tal-PGD;

30.

Jappoġġja l-partijiet interessati f’investiment ta’ kwalità għolja bħall-BEI, partikolarment fid-dawl tal-għarfien espert tiegħu fl-użu ta’ strumenti innovattivi bħalma huma l-Faċilità ta’ Finanzjament Strutturat, il-Faċilità Finanzjarja b’Kondiviżjoni tar-Riskju (MFPR) u l-Faċilità Ewropea għal Trasport Nadif (ECTF);

31.

Jinkoraġġixxi l-estensjoni tal-prattika tat-taħlit tal-għotjiet tal-UE mas-self mill-BEI bħala mezz sabiex jiżdied l-effett ta’ lieva fuq ir-riżorsi disponibbli, dment li l-istrumenti finanzjarji l-ġodda jkunu intelliġenti, integrati u flessibbli;

32.

Iqis li l-esperjenza estensiva fil-ħolqien u l-użu ta’ strumenti finanzjarji matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali għandha tippermetti kemm lill-Kummissjoni u kemm lill-BEI li jmorru lil hinn mill-ambitu u l-użu attwali ta’ dawn l-istrumenti u biex ikunu innovattivi billi jestendu l-firxa ta’ prodotti offruti;

33.

Huwa tal-fehma li objettivi u oqfsa legali ċari u separati huma meħtieġa għal bonds maħruġa mill-BEI għall-finanzjament tiegħu stess, kif ukoll għal “bonds tal-proġetti” fil-futur;

34.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-BEI qed jiffinanzja lilu nnifsu b'suċċess billi joħroġ bonds komuni appoġġjati mill-Istati Membri tal-UE kollha;

35.

Jilqa’ l-idea ta’ “bonds għall-proġetti” bl-għan tat-tisħiħ tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ bonds maħruġa mill-kumpaniji nfushom fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li jintużaw biex jiffinanzjaw it-trasport, l-enerġija u l-infrastrutturi tal-IT Ewropej u biex ikollna ekonomija li tirrispetta iktar lill-ambjent; jemmen li tali ħruġ ta’ bonds għall-proġetti se jkollu impatt pożittiv fuq id-disponibilità tal-kapital għall-investiment sostenibbli għat-tkabbir u għat-titjib fil-qasam tal-impjiegi li jikkomplementaw l-investiment nazzjonali u tal-Fond ta’ Koeżjoni; iqis li dan l-istrument għandu jtejjeb il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ proġetti magħżula u jattira finanzjament privat biex jikkomplementa l-investiment nazzjonali u tal-Fond ta’ Koeżjoni;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni u għalhekk lill-BEI, biex jippreżentaw proposti konkreti biex joħolqu “bonds għall-proġetti”; jenfasizza li l-Parlament għandu jkun involut bis-sħiħ fit-twaqqif ta’ tali strumenti u jitlob li jitqies l-użu tal-baġit tal-UE fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss bħala l-ewwel strument ta’ koperatura tar-riskju b'limitu massimu, bil-BEI bħala finanzier subordinat;

37.

Jemmen li hemm ħtieġa ċara għall-appoġġ addizzjonali mill-BEI fl-oqsma li ġejjin: SMEs, kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u infrastruttura u proġetti oħra ta’ tkabbir u tat-titjib tal-impjiegi bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020;

38.

Iħeġġeġ lill-BEI biex jinvesti fit-trasport tal-merkanzija fis-settur ferrovjarju Ewropew kif ukoll f’Netwerks Trans-Ewropej oħra tat-trasport tal-merkanzija b'enfasi fuq il-portijiet tal-Mediterran, tal-Baħar l-Iswed u tal-Baħar Baltiku, sabiex jgħaqqadhom definittivament mas-swieq Ewropej;

39.

Iħeġġeġ lill-BEI biex jipprovdi aktar appoġġ għall-bini tan-netwerk TEN-T, bl-għan li jiġi ġġenerat effett ta’ lieva għal aktar investiment, kemm mis-settur pubbliku u kemm minn dak privat; iqis li, hawnhekk ukoll, il-“bonds għall-proġetti” jistgħu jaġixxu bħala strument ta’ investiment komplementari flimkien mal-baġit fil-fond tat-TEN-T; iħeġġeġ biex l-investiment futur ikun ikkonċentrat fuq sezzjonijiet transkonfinali tan-netwerk TEN-T biex jiġi ottimizzat il-valur miżjud Ewropew iġġenerat;

40.

Iħeġġeġ lill-BEI biex jinvesti fil-pajplajn tal-gass Nabucco u proġetti TEN-E importanti oħra li ser jippermettu li tkun issodisfata d-domanda futura għall-enerġija, li jkunu ddiversifikati l-pajjiżi fornituri tal-Ewropa, li tittejjeb it-taħlita tal-politiki tal-UE u li jkunu ssodisfati l-impenji ambjentali tal-Unjoni;

Il-finazjament mill-BEI barra l-UE

Ir-rwol tal-BEI fil-pajjiżi li se jissieħbu mal-UE

41.

Huwa tal-fehma li, bħala parti mill-attivitajiet tiegħu fil-pajjiżi ta’ adeżjoni, il-BEI għandu jiffoka iktar fuq miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura ambjentali, TENs u TEN-Es, u l-PPPs, skont standards soċjali, ta’ trasparenza u ambjentali għoljin, u li, skont l-objettivi tal-UE għall-klima, għandu jagħti prijorità lill-modi sostenibbli ta’ trasport, b'mod partikolari l-ferroviji;

42.

Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jipprovdi assistenza teknika lill-pajjiżi li se jissieħbu mal-UE, kif previst fl-Artikolu 18 il-ġdid tal-Istatut tal-Bank;

Ir-rwol tal-BEI fl-iżvilupp

43.

Jilqa' l-bidliet introdotti mit-Trattat ta’ Lisbona taħt l-Artikolu 209 KE (moqri flimkien mal-Artikolu 208 tal-imsemmi trattat), li jistipula li l-BEI għandu jikkontribwixxi, skont it-termini stipulati fl-Istatut tiegħu, għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Komunità;

44.

Ifakkar li l-istrateġija u t-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, hekk kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-TUE, għall-objettiv tal-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, għall-objettiv tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u għar-rispett tal-ftehimiet internazzjonali dwar l-ambjent li għalihom aderew l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha; ifakkar li l-BEI għandu jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, fl-istadji rilevanti kollha ta’ kull proġett;

45.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Persuni Għorrief (SCWP) li għandu jitqies l-iżvilupp ta’ “Pjattaform tal-UE għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Esterni”; madankollu, iħeġġeġ lill-BEI u lil istituzzjonijiet oħra Ewropej biex jindirizzaw bir-reqqa l-fattibilità ta’ dan l-approċċ il-ġdid u l-implikazzjonijiet tiegħu fit-tul għall-effettività globali tal-azzjoni esterni tal-UE biex ikun evitat li l-politiki ġenerali u l-għanijiet għall-iżvilupp jiddgħajfu bit-twaqqif ta’ strumenti li jsir bla ebda valutazzjoni preliminari tal-għanijiet u l-prijoritajiet li dawn se jservu;

46.

Jilqa’ d-deċiżjoni l-ġdida proposta għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-BEI ta’ appoġġ għall-għanijiet tal-iżvilupp tal-UE, għas-sostituzzjoni tal-għanijiet reġjonali bl-għanijiet orizzontali ta’ livell għoli u għall-iżvilupp ta’ linji gwida operazzjonali għal kull reġjun skont il-mandat estern; ifakkar fil-ħtieġa li jkunu stabbiliti prijoritajiet ċari, inkluża l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura urbana, l-iżvilupp tal-muniċipalitajiet, u l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma propjetà lokali;

47.

Jirrakkomanda l-passi li ġejjin għat-tisħiħ tar-rwol tal-BEI fl-iżvilupp:

l-allokazzjoni ta’ numru akbar ta’ persunal iddedikat u speċjalizzat b’għarfien espert fi kwistjonijiet ta’ żvilupp u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll żieda fil-preżenza lokali tal-persunal fil-pajjiżi terzi;

żieda fil-livell ta’ parteċipazzjoni tal-atturi lokali fil-proġetti,

kapital addizzjonali dedikat fil-qasam ta’ proġetti bl-għan tal-iżvilupp,

l-allokazzjoni ta’ iktar għotjiet,

l-esplorazzjoni tal-possibilità tar-raggruppar tal-attivitajiet tal-BEI f’pajjiżi terzi flimkien taħt entità waħda separata;

48.

Jirrakkomanda li l-BEI jiffoka fuq l-investiment fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'attenzjoni partikolari fuq l-Afrika sub-Saħarjana;

Il-kooperazzjoni bejn il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, reġjonali u nazzjonali

49.

Jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-banek multilaterali tal-iżvilupp, il-banek reġjonali tal-iżvilupp, l-aġenziji Ewropej tal-iżvilupp bilaterali u l-istituzzjonijiet pubbliċi u privati finanzjarji minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandha tiżdied b’appoġġ għall-politiki tal-UE;

50.

Jemmen li kooperazzjoni akbar taħt l-istess kondizzjonijiet u bbażata fuq ir-reċiproċità ma’ istituzzjonijiet finanzjarji reġjonali u nazzjonali hija meħtieġa sabiex ikun żgurat użu aktar effettiv tar-riżorsi u li jkunu fil-mira l-ħtiġijiet lokali speċifiċi;

51.

Jinkoraġġixxi l-iffirmar tal-Memorandum ta’ Ftehim li bħalissa qed jiġi nnegozjat bejn il-BEI, il-BERŻ u l-Kummissjoni bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-pajjiżi komuni kollha ta’ operazzjoni barra l-UE bl-għan doppju li s-self tagħhom ikun koerenti bejniethom u mal-għanijiet tal-politika tal-UE bħall-koeżjoni soċjali u l-protezzjoni ambjentali;

Ċentri finanzjarji offshore

52.

Jistieden lill-BEI jistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ finanzjament ċari għall-intermedjarji finanzjarji u jirrapporta dwar il-progress li seħħ fir-rigward tat-trasparenza u r-responsabilità miżjuda, b'mod partikolari fil-każ ta’ self permezz ta’ intermedjarji finanzjarji; iqis li l-BEI għandu jaġġorna u jagħmel aktar stretta l-politika tiegħu dwar iċ-ċentri finanzjarji offshore, u jmur lil hinn mill-parità tal-kundizzjonijiet attwali tal-listi tal-OKŻE u jqis il-ġurisdizzjonijiet kollha li jistgħu jippermettu l-iskansament u l-evażjoni fiskali;

53.

Huwa tal-fehma li mhux biżżejjed li wieħed joqgħod fuq il-lista tal-OKŻE ta’ ċentri finanzjarji offshore u li l-listi rikonoxxuti internazzjonalment għandhom japplikaw sakemm l-UE tkun stabbiliet il-lista tagħha stess; iqis, madankollu, li l-BEI għandu jagħmel hu stess l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ indipendenti ta’ ġurisdizzjonijiet rilevanti li ma jikkooperawx, u jippubblika regolarment ir-riżultati li jkollu, biex b’hekk jikkomplementa l-analiżi mil-Listi ta’ Referenza internazzjonali u tal-UE;

54.

Huwa tal-fehma li l-BEI ma jistax jieħu sehem f’operazzjonijiet implimentati permezz ta’ ġurisdizzjoni li ma tikkooperax, kif identifikata mill-OKŻE, il-FATF u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, kif ukoll mill-evalwazzjoni u l-monitoraġġ indipendenti tiegħu stess;

55.

Huwa tal-fehma li l-BEI għandu japplika l-politika aġġornata u ppubblikata tiegħu dwar il-pajjiżi u t-territorji li ma jikkoperawx u ċ-ċentri finanzjarji offshore biex jiżgura li l-operazzjonijiet tiegħu ma jikkontribwixxux għal xi forma ta’ evażjoni tat-taxxa jew ħasil tal-flus;

56.

Jitlob lill-BEI biex jinkludi fir-Rapport Annwali tiegħu lill-PE d-dettalji relatati mal-implimentazzjoni tal-politika tiegħu dwar iċ-ċentri finanzjarji offshore, b’mod partikolari billi jirrapporta n-numru ta’ applikazzjonijiet irrifjutati minħabba nuqqas ta’ konformità u n-numru ta’ rilokazzjonijiet li ġew mitluba u implimentati għal skopijiet ta’ konformità;

57.

Jistieden lill-BEI biex itejjeb aktar l-iżvelar proattiv u f'waqtu ta’ informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-evalwazzjonijiet tiegħu tal-impatti soċjali, ambjentali, fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq l-iżvilupp tal-proġett, rapporti ta’ monitoraġġ u rapporti ta’ evalwazzjoni ex-post;

*

* *

58.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-Grupp tal-Bank Dinji, lill-banek reġjonali tal-iżvilupp kollha, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 135.

(2)  ĠU C 117E, 6.5.2010, p. 147.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0223.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/137


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Il-każ ta’ Ai WeiWei fiċ-Ċina

P7_TA(2011)0157

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar Ai Weiwei

2012/C 296 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu fil-leġiżlatura attwali dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi mewġa ta’ sejħiet fuq l-internet għal “Rivoluzzjoni Jasmine” Ċiniża (ispirata minn żviluppi politiċi fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fil-Libja) irriżultat f'serje ta’ azzjonijiet u ta’ ripressjoni mifruxa min-naħa tal-awtoritajiet Ċiniżi, fuq attivisti u dissidenti tad-drittijiet tal-bniedem,

B.

billi l-artist u kritiku tar-reġim rinomat internazzjonalment, Ai Weiwei, qatt ma deher aktar minn meta ġie detenut waqt li kien qiegħed jgħaddi minn kontrolli ta’ sigurtà fl-ajruport ta’ Beijing, nhar il-Ħadd it-3 April 2011,

C.

billi, flimkien mad-detenzjoni tiegħu, kien hemm rapporti li sar rejd mill-pulizija fuq l-uffiċċju tiegħu, li matulu kkonfiskaw diversi oġġetti,

D.

billi Ai Weiwei dan l-aħħar ġie impedit milli jivvjaġġa lejn Oslo biex jattendi ċ-ċerimonja tal-Premju Nobel għall-Paċi u nżamm taħt arrest domiċiljari wara l-ftuħ tal-wirja tiegħu taż-żerriegħa tal-ġirasol fl-Londra, u wara li l-uffiċċju tiegħu ġie sakkeġġat f'Shanghai,

E.

billi Ai Weiwei huwa magħruf sew barra miċ-Ċina, iżda ġie impedit, bħala artist, li juri l-wirjiet tiegħu fiċ-Ċina, għalkemm ix-xogħol tiegħu sar magħruf minħabba d-disinn bi sħab tiegħu tal-istadju Olimpiku bl-isem “Bird's Nest”,

F.

billi Ai Weiwei kiseb prominenza nazzjonali u internazzjonali meta ppubblika l-ismijiet tal-vittmi tfal tat-terremot ta’ Sichuan u sussegwentement ġie msawwat minn persuni mhux magħrufa, bil-konsegwenza li kellu jiddaħħal l-isptar fil-Ġermanja,

G.

billi Ai Weiwei huwa wieħed mill-firmatarji l-aktar prominenti tal-Karta 08, petizzjoni li tħeġġeġ liċ-Ċina biex tkompli għaddejja fid-direzzjoni tar-riforma politika u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem,

1.

Jikkundanna d-detenzjoni inġustifikabbli u inaċċettabbli tal-kritiku tar-reġim u tal-artist rinomat internazzjonalment, Ai Weiwei;

2.

Jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Ai Weiwei u jesprimi s-solidarjetà tiegħu għall-azzjonijiet u l-inizjattivi paċifiċi tiegħu favur riformi demokratiċi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jenfasizza li l-pulizija irrifjutaw li jagħtu informazzjoni lil mara ta’ Ai Weiwei, dwar ir-raġuni wara d-detenzjoni tiegħu;

4.

Jenfasizza li d-detenzjoni ta’ Ai Weiwei hija karatteristika ta’ ripressjoni reċenti mifruxa fuq attivisti u dissidenti tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, fejn saru għadd kbir ta’ arresti, ingħataw sentenzi ta’ ħabs eċċessivi, u kien hemm żieda fis-sorveljanza personali u żieda fir-restrizzjonijiet ripressivi fuq ġurnalisti barranin;

5.

Jistieden lill-VP/HR, Catherine Ashton, biex tkompli tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fuq l-aktar livell għoli, waqt il-kuntatti tagħha mal-awtoritajiet Ċiniżi, - inkluż il-kundanna ta’ ħabs riċenti ta’ Liu Xianbin għal 10 snin u ta’ Liu Xiaobo għal 11-il sena kif ukoll, pereżempju, il-każijiet ta’ Liu Xia, Chen Guangcheng, Gao Zhisheng, Liu Xianbin, Hu Jia, Tang Jitian, Jiang Tianyong, Teng Biao, Liu Shihui, Tang jingling, Li Tiantian, Ran Yunfei, Ding Mao u Chen Wei, filwaqt li jinnota wkoll bi tħassib il-kundizzjonijiet ripressivi li taħthom qegħdin jgħixu n-nisa jew l-irġiel taghħom kif ukoll il-familji tagħhom - u biex tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew dwar dawk il-każijiet wara d-djalogu politiku ta’ livell għoli li ġej bejn l-UE u ċ-Ċina, li fih se jipparteċipa l-VP/RGħ;

6.

Jieħu nota li r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina għadu kwistjoni gravi; jenfasizza l-bżonn li ssir valutazzjoni komprensiva tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina, inkluż tas-seminar legali dwar drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina, sabiex tiġi ġudikata l-metodoloġija applikata u l-progress miksub s'issa;

7.

Jitlob lid-Delegazzjonijiet tiegħu għar-Relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex iqajmu u jindirizzaw sew il-kwistjoni ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward, b'mod partikolari, għall-każijiet elenkati f'din ir-riżoluzzjoni fil-laqgħa interparlamentari li jmiss;

8.

Jistieden lill-VP/RGħ biex tikkunsidra mill-ġdid dak id-djalogu sabiex isir effettiv u orjentat lejn il-ksib tar-riżultati, u biex tieħu l-passi kollha meħtieġa għall-organizzazzjoni rapida tad-djalogu li jmiss dwar id-drittijiet tal-bniedem, li matulu se jitqajmu dawk il-każijiet flimkien ma’ każijiet oħra ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, imsemmija fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew;

9.

Ifakkar li ċ-Ċina ilha taħt partit uniku mill-1949, u f'dan il-kuntest ta’ żvilupp politiku riċenti, u fid-dawl tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina li qed tiddeterjora, isostni li l-partijiet politiċi fl-UE għandhom jikkunsidraw mill-ġdid ir-relazzjonijiet tagħhom;

10.

Huwa tal-fehma li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina għandhom ikunu akkumpanjati mill-iżvilupp ta’ djalogu politiku, ġenwin, produttiv u effettiv u jitlob li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem għandu jagħmel parti integrali mill-ftehim ta’ qafas ġdid li issa qed jiġi nnegozjat maċ-Ċina;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-VP/RGħ tal-UE, lill-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni, u lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Assemblea Nazzjonali Popolari tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/138


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Projbizzjoni tal-elezzjoni tal-Gvern Tibetan eżiljat fin-Nepal

P7_TA(2011)0158

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar il-projbizzjoni tal-elezzjonijiet għall-gvern tat-Tibet eżiljat fin-Nepal

2012/C 296 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar in-Nepal (1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2006 dwar it-Tibet (2),

wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-29 ta’ Mejju 2010 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon dwar is-sitwazzjoni politika fin-Nepal,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-okkupazzjoni tat-Tibet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina tipprevjeni lit-Tibetani milli jeliġġu r-rappreżentanti tagħhom fit-territorju tat-Tibet b’mod demokratiku,

B.

billi ’l fuq minn 82 000 Tibetan eżiljat madwar id-dinja ġew mistiedna jivvutaw fl-20 ta’ Marzu 2011 biex jeliġġu l-Kalon Tripa (Prim Ministru) l-ġdid tal-gvern Tibetan eżiljat,

C.

billi eluf ta’ Tibetani fin-Nepal ma ngħatawx il-permess biex jivvutaw mill-awtoritajiet tan-Nepal f’Kathmandu, taħt pressjoni dejjem ikbar min-naħa tal-gvern Ċiniż,

D.

billi diġà matul rawnd preċedenti ta’ votazzjonijiet fin-Nepal fit-3 ta’ Ottubru 2010, il-pulizija ta’ Kathmandu kkonfiskat il-kaxxi tal-voti u għalqet is-siti ta’ votazzjoni tal-komunità Tibetana,

E.

billi fl-10 ta’ Marzu 2011, id-Dalai Lama ħabbar li kien se jabbanduna b’mod formali r-rwol tiegħu ta’ mexxej politiku fil-gvern Tibetan eżiljat, li huwa bbażat f’Dharamsala, fl-Indja, sabiex tissaħħaħ l-istruttura demokratika tal-moviment Tibetan lejliet l-elezzjonijiet biex tintgħażel ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja politiċi Tibetani,

F.

billi l-Gvern tan-Nepal iddikjara li protesti min-naħa tat-Tibetani jmorru kontra l-politika ta’ “Ċina Waħda”, tenna l-impenn tiegħu li ma jippermettix attivitajiet “kontra Pekin” fit-territorju tiegħu u b’hekk impona projbizzjoni ġenerali fuq il-moviment ta’ gruppi Tibetani bl-għan li jikkuntenta lill-awtoritajiet Ċiniżi,

G.

billi l-awtoritajiet Nepaliżi, partikolarment il-pulizija, bosta drabi ġew irrappurtati li kisru d-drittijiet tal-bniedem bħal-libertà tal-espressjoni, tal-assemblea u tal-assoċjazzjoni tat-Tibetani eżiljati fin-Nepal; billi dawn id-drittijiet huma garantiti għall-persuni kollha fin-Nepal minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li għalihom in-Nepal huwa pajjiż firmatarju, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

H.

billi s-sitwazzjoni ġenerali ta’ ħafna refuġjati fin-Nepal, b'mod partikolari t-Tibetani, hija kawża ta’ tħassib,

I.

billi l-UE tenniet l-impenn tagħha li tappoġġa governanza demokratika u parteċipattiva fir-relazzjonijiet esterni tal-UE permezz tal-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Appoġġ Demokratiku fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE tas-17 ta’ Novembru 2009,

1.

Jenfasizza d-dritt ta’ parteċipazzjoni f’elezzjonijiet demokratiċi bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini kollha, li għandu jinżamm, jiġi protett u garantit f’kull stat demokratiku;

2.

Jistieden lill-Gvern Nepaliż biex irawwem id-drittijiet demokratiċi tal-poplu Tibetan, li għaddej minn proċess uniku ta’ elezzjoni interna li ilu jeżisti mill-1960, biex jorganizzaw u jipparteċipaw f'elezzjonijiet demokratiċi;

3.

Jenfasizza l-importanza ta’ elezzjonijiet demokratiċi paċifiċi biex tissaħħaħ u tiġi ppreservata l-identità Tibetana kemm ġewwa kif ukoll barra t-territorju tat-Tibet;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Nepaliżi jirrispettaw id-drittijiet tat-Tibetani fin-Nepal għal-libertà tal-espressjoni, tal-assemblea u tal-assoċjazzjoni kif inhuma garantiti għall-persuni kollha fin-Nepal minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li għalihom in-Nepal huwa pajjiż firmatarju;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet biex ma jibqgħux jagħmlu arresti u restrizzjonijiet fuq il-protesti u fuq il-libertà tal-espressjoni, li jimpedixxu d-dritt għal espressjoni demokratika leġittima u assemblea matul l-attivitajiet kollha li jsiru fil-komunità Tibetana fil-pajjiż u jħeġġeġ lill-Gvern tan-Nepal jinkludi dawn id-drittijiet u jiżgura libertà reliġjuża fil-kostituzzjoni l-ġdida tan-Nepal, li għandha tiġi dekretata sat-28 ta’ Mejju 2011;

6.

Jitlob lill-awtoritajiet Nepaliżi jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġijiet interni tagħhom stess fil-mod kif jittrattaw il-komunità Tibetana, u jħeġġeġ lill-gvern jirreżisti l-pressjoni qawwija li qed issirlu mill-Gvern Ċiniż biex isikket lill-komunità Tibetana fin-Nepal permezz ta’ restrizzjonijiet li mhux biss mhumiex ġustifikati iżda huma wkoll illegali skont il-liġi interna u internazzjonali;

7.

Iqis li l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim Informali dwar ir-refuġjati Tibetani mill-awtoritajiet Nepaliżi hija essenzjali biex jinżamm il-kuntatt bejn il-UNHCR u l-komunitajiet Tibetani;

8.

Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex, permezz tad-delegazzjoni tiegħu f’Kathmandu, jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni politika fin-Nepal, speċjalment it-trattament tar-refuġjati Tibetani u r-rispett għall-kostituzzjonalità u d-drittijiet internazzjonali, u jħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli tal-UE tindirizza t-tħassib dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Gvern Nepaliż biex jimblokka l-elezzjonijiet Tibetani, mal-awtoritajiet Nepaliżi u Ċiniżi;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Gvern tan-Nepal u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0245.

(2)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 463.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/140


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
Iż-Żimbabwe

P7_TA(2011)0159

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar iż-Żimbabwe

2012/C 296 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-bosta riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe, li l-aktar waħda reċenti kienet dik tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar tkeċċijiet furzati fiż-Żimbabwe (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tal-15 ta’ Frar 2011 li ġġedded sal-20 ta’ Frar 2012 il-miżuri restrittivi imposti kontra ż-Żimbabwe skont il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (3), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2008 (4) tat-8 ta’ Diċembru 2008, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar iż-Żimbabwe li saret mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea fil-15 ta’ Frar 2011,

wara li kkunsidra l-Communiqué ta’ Livingstone tal-31 ta’ Marzu 2011 tas-Samit tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) Trojka ta’ Entitajiet dwar it-tliet suġġetti tal-Politika, id-Difiża u l-Kooperazzjoni għas-Sigurtà,

wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku Globali (FPG) li ħoloq il-Gvern ta’ Unità Nazzjonali taż-Żimbabwe (GUN) fi Frar 2009,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ż-Żimbabawe rratifika,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi fix-xhur li għaddew kien hemm żieda ġmielha fl-intimidazzjoni, l-arresti arbitrarji, u l-għajbien ta’ avversarji politiċi ta’ Zanu-BF, filwaqt li ġew attakkati ħafna membri tal-MDC, diversi Membri Parlamentari tal-MDC, u membri ewlnein tat-tmexxija tal-MDC, bħall-Ministru tal-Enerġija Elton Mangoma, il-Koministru tal-Affarijiet Barranin Theresa Makone u l-Ispiker imkeċċi tal-Parlament taż-Żimbabwe Lovemore Moyo,

B.

billi l-Prim Ministru taż-Żimbabwe, Morgan Tsvangirai, ikkonferma huwa stess li l-President Robert Mugabe u l-partit Zanu-PF naqsu milli jonoraw it-termini tal-FPG tal-2009 u li qed jintimidaw vjolentement lil membri tal-MDC-T u tal-MDC-M tal-GUN,

C.

billi fis-sentejn li għaddew il-GUN bata biex iġib l-istabbiltà fil-pajjiż u naqas milli jwitti t-triq għal tranżizzjoni demokratika permezz ta’ elezzjonijiet kredibbli, minħabba x-xkiel apposta min-naħa ta’ Zanu-PF; billi s-sitwazzjoni politika, ekonomika u umanitarja diġà tal-biża' fiż-Żimbabwe marret konsiderevolment għall-agħar minn Diċembru 2010,

D.

billi s-servizzi tas-sigurtà taż-Żimbabwe ddeċidew reċentement li jidħlu għalgħarrieda fl-uffiċċji ta’ diversi NGOs (Forum tal-NGOs għad-Drittijiet tal-Bniedem, Koalizzjoni tal-Kriżi fiż-Żimababwe) kif ukoll fil-kwartieri ġenerali tal-MDC, ikkonfiskaw dokumentazzjoni tal-NGOs u żammew arbitrarjament lil persunal tal-NGOs u tal-partit MDC għall-interrogazzjoni, biex imbagħad ħelsuhom bla akkuża,

E.

billi Jenni Williams u Magodonga Mahlangu, żewġ mexxejja tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili “Women of Zimbabwe Arise” (WOZA), kif ukoll Abel Chikomo, Direttur tal-Forum tal-NGOs għad-Drittijiet tal-Bniedem, u difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem, affaċċjaw fastidju sistematiku mill-pulizija,

F.

billi fid-19 ta’ Frar 2011, 46 attivist tas-soċjetà ċivili ġew arrestati mis-servizzi tas-sigurtà b'akkużi ta’ tradiment talli organizzaw wiri pubbliku ta’ vidjow li juri l-irvellijiet popolari reċenti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani; billi, waqt li kienu qed jinżammu taħt kustodja, uħud minn dawn l-attivisti ngħataw xebgħa, ġew ittorturati, u nżammu f'ċelel waħedhom,

G.

billi d-dritt tal-MDC li jorganizza dimostrazzjonijiet politiċi ġie llimitat mis-servizzi tas-sigurtà taż-Żimbabwe, filwaqt li Zanu-PF għadu liberu li jorganizza dimostrazzjonijiet politiċi, fatt li huwa ksur dirett tal-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

H.

billi attwalment Zanu-PF qed imexxi kampanja nazzjonali vjolenti biex iċ-ċittadini taż-Żimbabwe jiġu furzati jiffirmaw petizzjoni li titlob l-irtirar ta’ miżuri restrittivi internazzjonali li huma fis-seħħ kontra membri ewlenin tal-klikka ta’ Mugabe; jinnota li min irrifjuta li jiffirma l-petizzjoni ngħata xebgħa jew intefa' l-ħabs brutalment,

I.

billi l-“miżuri restrittivi” huma mmirati speċifikament kontra 163 membru ewlieni tar-reġim esplojtattiv ta’ Mugabe u kontra min għen biex jappoġġjah, u m'għandhomx impatt fuq il-poplu taż-Żimbabwe b'mod aktar ġenerali, jew fuq l-ekonomija taż-Żimbabwe,

J.

billi l-UE, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Awstralja u l-Kanada għadhom preokkupati dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-artijiet tad-djamanti ta’ Chiadzwa (Marange), b'mod partikolari b'rabta ma’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem minn membri tas-servizzi tas-sigurtà taż-Żimbabwe, u għaldaqstant huma riluttanti li jagħtu ċ-ċertifikazzjoni tal-Proċess ta’ Kimberley lid-djamanti li joriġinaw minn Chiadzwa,

K.

billi ż-Żimbabwe għadu fqir ħafna wara snin ta’ ġestjoni ekonomika ħażina mir-reġim ta’ Mugabe u għadu jirċievi għajnuna umanitarja kbira kif ukoll għajnuna oħra, kemm mill-UE kif ukoll mir-Renju Unit, l-Olanda, il-Ġermanja, Franza, u d-Danimarka, kif ukoll mill-Istati Uniti tal-Amerika, l-Awstralja u n-Norveġja, għajnuna li tipprovdi l-ħtiġijiet l-aktar bażiċi ta’ proporzjon kbir tal-popolazzjoni taż-Żimbabwe,

L.

billi l-Prim Ministru taż-Żimbabwe ħeġġeġ lill-UE ma taċċettax il-kredenzjali ta’ Margaret Muchada, l-Ambaxxatriċi nnominata taż-Żimbabwe għall-UE, billi n-nomina unilaterali tagħha mill-President Mugabe tikser il-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe u t-termini tal-FPG,

1.

Jitlob li jintemmu minnufih il-fastidju, il-vjolenza u l-arresti kollha mmotivati politikament min-naħa tas-servizzi tas-sigurtà statali u mill-milizzji taż-Żimabawe li jew huma kkontrollati direttament minn Mugabe u l-partit Zanu-PF, jew li huma leali lejhom; jenfasizza li min hu responsabbli għal tali abbużi u ksur irid jinżamm responsabbli;

2.

Jinsisti li l-poplu taż-Żimbabwe għandu jingħata l-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda, li kull intimidazzjoni ta’ politikanti u ta’ attivisti tas-soċjetà ċivili (b'mod partikolari ta’ attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem) għandha tieqaf, u li kull rappreżentant elett, irrispettivament mit-twemmin politiku, kif ukoll l-NGOs, l-attivisti politiċi, l-istampa u ċ-ċittadini ordinarji għandhom ikunu jistgħu jesprimu liberament l-opinjonijiet tagħhom mingħajr biża' ta’ persekuzzjoni vjolenti, priġunerija arbitrarja jew tortura;

3.

Jitlob il-ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet ta’ kull min ġie arrestat arbitrarjament, b'mod partikolari l-uffiċjali u l-partitarji tal-MDC; jikkundanna l-kundizzjonijiet kollha ta’ arrest u detenzjoni li jmorru kontra l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

4.

Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom attivament mal-UA u mas-SADC, u b'mod partikolari mal-Afrika t'Isfel, biex jiżguraw li ma jkunx hemm intimidazzjoni u vjolenza b'rabta mal-elezzjonijiet futuri fiż-Żimbabwe; madankollu, huwa tal-fehma li elezzjoni bikrija mhijiex se ssolvi kwistjonijiet pendenti rigward ir-riforma politika u ekonomika; iqis li kull elezzjoni għandha tkun ibbażata fuq normi internazzjonali, inklużi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni u tal-moviment, filwaqt li jintemmu minnufih il-fastidju u d-detenzjoni ta’ individwi minħabba l-fehmiet politiċi tagħhom;

5.

Jilqa' l-Communiqué ta’ Livingstone tal-31 ta’ Marzu 2011 tat-Trojka tal-SADC u jħeġġeġ lill-SADC tkun minn ta’ quddiem biex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-Communiqué jiġu implimentati bis-sħiħ mill-partiti kollha fiż-Żimbabwe, bl-għan li jsiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti fil-pajjiż;

6.

Jistieden lill-partiti politiċi taż-Żimbabwe jilħqu ftehim dwar pjan direzzjonali biex isiru elezzjonijiet ħielsa, ġusti u b'osservazzjoni internazzjonali fiż-Żimbabwe;

7.

Iħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha taż-Żimbabwe biex jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ fit-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta’ riforma kostituzzjonali, bl-għan li Kostituzzjoni ġdida għaż-Żimbabwe, li tkun aċċettabbli għall-poplu taż-Żimbabwe, tkun fis-seħħ qabel l-elezzjonijiet li jmiss;

8.

Jilqa' t-tiġdid reċenti (fi Frar 2011) tal-lista tal-UE ta’ individwi u entitajiet pprojbiti b'rabtiet mar-reġim ta’ Mugabe; jenfasizza li dawn il-miżuri restrittivi huma mmirati biss lejn il-kleptokrazija taż-Żimbabwe u mhuma se jkollhom impatt bl-ebda mod fuq il-poplu kollu taż-Żimbabwe;

9.

Iħeġġeġ lill-UE żżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi tagħha kontra individwi u entitajiet b'rabtiet mar-reġim ta’ Mugabe sakemm ikun hemm evidenza reali ta’ bidla għall-aħjar fiż-Żimbabwe; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu passi biex jispjegaw din ir-realtà fiż-Żimbabwe u internazzjonalment, u jkunu aktar attivi biex iżidu l-appoġġ favur bidla rapida lejn id-demokrazija reali u l-progress ekonomiku fil-pajjiż;

10.

Jistieden lill-UE tirrifjuta li taċċetta kull Ambaxxatur taż-Żimbabwe għall-UE li ma jkunx maħtur abbażi ta’ proċess kostituzzjonali xieraq u b'konformità mal-FPG;

11.

Jinsisti li l-awtoritajiet taż-Żimbabwe għandhom jonoraw l-obbligi tagħhom tal-Proċess ta’ Kimberley, jiddemilitarizzaw għalkollox l-artijiet tad-djamanti ta’ Marange, u jdaħħlu t-trasparenza rigward il-qligħ mill-produzzjoni tad-djamanti;

12.

Ifaħħar lill-UE u lil dawk l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għadhom jipprovdu finanzjament bħala appoġġ dirett lill-poplu taż-Żimbabwe; filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li tali appoġġ jibqa' jiġi trażmess permezz ta’ NGOs bona fide, li jkun immirat sew u li jingħata rendikont xieraq tiegħu, filwaqt li jiġu evitati l-aġenziji tal-gvern;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvernijiet tal-pajjiżi tal-G8, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti taż-Żimbabwe u l-Afrika t'Isfel, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Presidenti tal-Kummissjoni u l-Kunsill Eżekuttiv tal-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali u lill-Gvernijiet tal-SADC u l-Forum Parlamentari tal-SADC.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0388.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.

(3)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

(4)  ĠU L 331, 10.12.2008, p. 11.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 5 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/144


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Il-Polonja - Podkarpackie - Manifattura ta’ makkinarju

P7_TA(2011)0120

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/013 PL/makkinarju ta’ Podkarpackie mill-Polonja) (COM(2011)0062 – C7-0056/2011 – 2011/2045(BUD))

2012/C 296 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0062– C7-0056/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0059/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa’ temporanjament għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi l-Polonja talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 594 sensja (li 200 minnhom tqiegħdu fil-mira ta’ għajnuna) fi tliet intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 28, Reviżjoni 2 tan-NACE (manifattura ta’ makkinarju u tagħmir) fir-reġjun NUTS II ta’ Podkarpackie fil-Polonja,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li bdiet titħaddem mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament għar-rilaxx aċċellerat tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta’ applikazzjoni tal-FEAG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEAG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ġew issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol li jista' jwettaq il-FEAG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; jitlob, madankollu, li ssir evalwazzjoni dwar l-integrazzjoni fiż-żmien twil ta’ dawn il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol bħala riżultat dirett tal-miżuri ffinanzjati mill-FEAG;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li t-tagħrif pprovdut dwar il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG jinkludi tagħrif dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta valutazzjoni kumparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (ta' EUR 47 608 950) fil-linja baġitarja tal-FEAG 04 05 01; ifakkar li l-FEAG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fl-imgħoddi, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta’ ħsara għall-ilħuq tal-bosta objettivi tal-politika;

6.

Japprova d-deċiżjoni mehmuża ma’ din il-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/013 PL/Podkarpackie - manifattura ta’ makkinarju)

(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/249/UE.)


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/146


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Ir-Repubblika Ċeka - UNILEVER

P7_TA(2011)0124

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka) (COM(2011)0061 – C7-0055/2011 – 2011/2044(BUD))

2012/C 296 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0061 – C7-0055/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-Regolament FEAG) (2),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits(A7-0060/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEAG twessa’ temporanjament għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi r-Repubblika Ċeka talbet assistenza fir-rigward ta’ każi li jikkonċernaw 634 sensja (kollha immirati għall-assistenza) fl-intrapriża Unilever ČR, spol.sr.o li topera fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fir-reġjun ta’ NUTS II ta’ Střední Čechy,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba applikata mill-Kummissjoni, wara t-talba mill-Parlament sabiex jitħaffef ir-rilaxx ta’ għotjiet, immirata biex tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta’ applikazzjoni tal-FEAG flimkien mal-proposta li jiġi mobilizzat il-FEAG; jittama li jinkiseb iktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-reviżjonijiet li ġejjin tal-FEAG;

2.

Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien, immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ġew issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol li jista' jwettaq il-FEAG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; jitlob, madankollu, li ssir evalwazzjoni dwar l-integrazzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil ta’ dawn il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol bħala riżultat dirett tal-miżuri ffinanzjati mill-FEAG;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta’ ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jiddispjaċih li r-Regolament dwar il-FEAG fil-forma preżenti tiegħu ma jirrikjediex investigazzjoni tas-saħħa finanzjarja, il-possibbiltà ta’ evażjoni tat-taxxa jew is-sitwazzjoni rigward l-għajnuna mill-istat fir-rigward ta’ kumpaniji multinazzjonali li r-ristrutturar tagħhom jiġġustifika l-intervent tal-FEAG; jemmen li dan għandu jiġi indirizzat fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolament dwar il-FEAG, mingħajr ma’ jiġi kompromess l-aċċess tal-ħaddiema ssensjati għall-FEAG;

5.

Jinnota li t-tagħrif pprovdut fuq il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dawn id-data fir-rapporti annwali tagħha wkoll;

6.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet tal-ħlas ta’ EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEAG; ifakkar li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li, għalhekk, jixraqlu allokazzjoni dedikata, li tevita t-trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, ħaġa li tista' tkun ta’ detriment għall-ksib tal-bosta objettivi tad-politika;

7.

Japprova d-deċiżjoni mehmuża ma’ din il-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka)

(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/233/UE.)


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/148


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
Il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ***I

P7_TA(2011)0125

Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta’ April 2011 għall-p roposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD))

2012/C 296 E/25

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-proposta ġiet emendata kif ġej (1):

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament - att li jemenda

Titlu

Emenda 2

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 1

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta’ Ġunju 2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju jirrikjedi li l-oġġetti b'użu doppju (inkluż softwer u teknoloġiji) jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Komunità .

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta’ Ġunju 2000 , kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (2), jirrikjedi li l-oġġetti b'użu doppju (inkluż softwer u teknoloġiji) jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Unjoni jew ikunu fi transitu fiha, jew li huma kkonsenjati lil pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta’ senserija pprovduti minn sensar residenti jew stabbilit fl-Unjoni .

Emenda 3

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 2

(2)

Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti madwar il-Komunità sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi Komunitarji u tkun żgurata l-effiċjenza għall-kontrolli tas-sigurtà fil-Komunità .

(2)

Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti madwar l-Unjoni sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi tal-Unjoni , ikun armonizzat l-ambitu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-esportazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom u tkun żgurata l-effiċjenza għall-kontrolli tas-sigurtà fl-Unjoni .

Emenda 4

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 3

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni fi sforz biex tkun simplifikata s-sistema legali eżistenti, titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Komunità meta dawn jesportaw ċerti oġġetti lejn ċerti destinazzjonijiet .

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien ta’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni fi sforz biex tkun simplifikata s-sistema legali eżistenti, titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Unjoni meta dawn jesportaw ċerti oġġetti lejn ċerti pajjiżi ta’ destinazzjoni .

Emenda 5

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 3 a (ġdida)

 

(3a)

Fil-5 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 428/2009. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 tħassar b'effett mill-27 ta’ Awwissu 2009. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jibqgħu japplikaw biss għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni mressqa qabel is-27 ta’ Awwissu 2009.

Emenda 6

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 4

(4)

Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni għal ċerti oġġetti mhux sensittivi ta’ użu doppju lejn ċerti pajjiżi mhux sensittivi , id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandhom bżonn ikunu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda.

(4)

Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni ġdida għal ċerti oġġetti speċifiċi ta’ użu doppju lejn ċerti pajjiżi speċifiċi , id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jeħtieġ li jiġu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda.

Emenda 7

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 5

(5)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibilità li ma jħallux l-użu tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni msemmija f'dan ir-Regolament meta l-esportatur ikun sanzjonat minħabba offiża relatata mal-esportazzjoni li hija sanzjonabbli bl-irtirar tad-dritt tal-użu ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibilità li ma jħallux l-użu tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni msemmija f'dan ir-Regolament meta l-esportatur ikun sanzjonat minħabba offiża relatata mal-esportazzjoni li hija sanzjonabbli bl-irtirar tad-dritt tal-użu ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet.

Emenda 9

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 6

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

Emenda 10

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 428/2009

Artikolu 13 – paragrafu 6

 

(2a)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“6.   In-notifiki kollha meħtieġa taħt dan l-Artikolu ser isiru permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri inkluż permezz ta'[…] sistema sikura li għandha tiġi stabbilita b'konformità mal-Artikolu 19(4).”

Emenda 11

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1, punt 2 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 428/2009

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

(2b)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri u fejn adatt il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju stabbilit taħt l-Artikolu 23. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat dwar il-baġit, l-iżvilupp l-implimentazzjoni provviżorja u finali u l-funzjonament tas-sistema, u dwar l-ispejjeż tan-netwerk.”

Emenda 12

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 428/2009

Artikolu 23

 

(2c)

L-Artikolu 23, jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 2:

“2a.     Il-President tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew rapport annwali dwar l-attivitajiet, l-eżamijiet u l-konsultazzjonijiet tiegħu kif ukoll lista tal-esportaturi, is-sensara u l-persuni interessati li jkunu ġew ikkonsultati.”

Emenda 13

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1, punt 2 ċ (ġdid)

Regolament (KE) Nru 428/2009

Artikolu 25

 

(2d)

L-Artikolu 25 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 25

Reviżjoni u rappurtar

1.    Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati biex ikun implimentat dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 24. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

2.    Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u stima tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista' jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għall-preparazzjoni tar-rapport.

Sezzjonijiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:

(a)

il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju u jkopru l-attivitajiet, l-eżamijiet u l-konsultazzjonijiet tiegħu kif ukoll lista tal-esportaturi, is-sensara u l-persuni interessati li jkunu ġew ikkonsultati;

(b)

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 19(4), u għandhom jirrapportaw dwar l-istadju li jkun intlaħaq fl-implimentazzjoni tas-sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(c)

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1), li jipprovdi li l-Anness I jiġi aġġornat kont l-obbligi u l-impenji rilevanti, u kwalunkwe modifika tagħhom, li l-Istati Membri jkunu aċċċettaw bħala membri tas-sistemi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u tal-arranġamenti ta’ kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika ta’ trattati internazzjonali rilevanti, inklużi -Grupp tal-Awstralja, ir-Reġim tal-Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR), il-Grupp ta’ Fornituri Nukleari (NSG), l-Arranġament ta’ Wassenaar u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC);

(d)

l-implimetazzjoni tal-Artikolu 15(2), li jipprovdi biex l-Anness IV, bħala parti sekondarja għall-Anness I, ikun aġġornat fir-rigward tal-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-interessi tal-politika pubblika u tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri.

Sezzjoni speċjali oħra tar-rapport għandha tagħti evidenza komprensiva dwar il-penalitajiet, inklużi s-sanzjonijiet kriminali għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, bħalma huma l-esportazzjonijiet intenzjonali maħsuba għall-użu fi programm għall-iżvilupp jew għall-manufattura ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew ta’ missili li kapaċi jwassluhom mingħajr l-awtorizzazzjoni rekwiżita skont dan ir-Regolament, jew il-falsifikazzjoni jew ommissjoni ta’ informazzjoni bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni li għajr dan tkun ġiet irrifjutata.

4.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament jew tal-Kunsill sabiex tjippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

Emenda 14

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 428/2009

Artikolu 25 a (ġdid)

 

(2e)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

Il-kooperazzjoni internazzjonali

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar ftehimiet rigward l-għajnuna amministrattiva reċiproka jew protokolli f'dak li jirrigwarda ħwejjeġ doganali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' tinnegozja ma’ pajjiżi terzi ftehimiet li jipprovdu dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b'użu doppju koperti b'dan ir-Regolament u b'mod partikolari għall-eliminazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mill-ġdid fi ħdan it-territorju tal-Unjoni. Dawk in-negożjati għandhom jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont ma jkun f'loku.

Meta dan ikun xieraq u meta jkun hemm fin-nofs proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tista' tagħmel proposti skont l-oqfsa leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea jew fl-arranġamenti ma’ pajjiżi terzi, biexikun jista' jitwaqqaf kumitat ad hoc li jinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u biex ikollu d-dritt jiddeċiedi dwar l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dawn il-proġetti li jinvolvu oġġetti jew teknoloġiji b'użu doppju.”

Emenda 15

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIb - Parti 3 – paragrafu 5

5.

Għall-fini ta’ din l-awtorizzazzjoni, “merkanzija ta’ valur baxx” tfisser oġġetti li huma inklużi f'ordni ta’ esportazzjoni waħda jew li huma mibgħuta minn esportatur lil riċevitur imsemmi f'kunsinna waħda jew aktar li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 5 000 . Għal din ir-raġuni, “il-valur” jirreferi għall-prezz fatturat lir-riċevitur; jekk ma hemmx riċevitur jew prezz li jista' jkun determinat, dan ikun il-valur tal-istatistika.

5.

Għall-fini ta’ din l-awtorizzazzjoni, “merkanzija ta’ valur baxx” tfisser oġġetti li huma inklużi f'kuntratt ta’ esportazzjoni waħda u li huma mibgħuta minn esportatur lil riċevitur imsemmi f'kunsinna waħda jew aktar li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 3 000 . Jekk jirriżulta li tranżazzjoni jew att tkun/ikun parti minn operazzjoni ekonomika waħda, il-valur tal-operazzjoni kollha għandu jitqies għall-kalkolu tal-valur ta’ din l-awtorizzazzjoni. Għal din ir-raġuni, “il-valur” jirreferi għall-prezz fatturat lir-riċevitur; jekk ma hemmx riċevitur jew prezz li jista' jkun determinat, dan ikun il-valur tal-istatistika. Għall-kalkolu tal-valur statistiku,, l-Artikoli 28 sa 36 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom japplikaw. Jekk il-valur ma jistax jiġi ffissat, l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tingħata.

Kosta adizzjonali bħal dawk tal-pakkeġġar u tat-trasport jistgħu jitħallew barra mill-kalkolu tal-valur biss jekk:

(a)

ikunu rrapportati separatament fil-kont; u

(b)

ma jkun fihom l-ebda fattur addizzjonali li jinfluwenza l-valur tal-oġġett.

Emenda 16

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIb - Parti 3 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a

L-ammont f'euro kif stipulat fl-Artikolu 5 għandu jiġi rivedut annwalment mill-31 ta’ Ottubru 2012 'il quddiem, sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur tal-Istati Membri kollha kif ippubblikati mill-Kummissjoni wropea (Eurostat). Dak l-ammont għandu jiġi adattat awtomatikament, billi l-ammont ta’ bażi f'euro jiżdied bil-perċentwali tal-bidla f'dak l-indiċi tul il-perjodu bejn 31 ta’ Diċembru 2010 u d-data ta’ reviżjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill annwalment bir-reviżjoni u bl-ammont adattat imsemmi fil-paragrafu 1.

Emenda 17

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIc - Parti 1 – Oġġetti

1-1)

Din hija awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u tkopri l-oġġetti li ġejjin:

1-1)

Din hija awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni skont l-Artikolu 9(1) u tkopri l-oġġetti li ġejjin:

Il-prodotti kollha b'użu doppju speċifikati f'xi annotazzjoni fl-Anness I minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 1-2 ta’ hawn taħt:

Il-prodotti kollha b'użu doppju speċifikati f'xi annotazzjoni fl-Anness I minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 1-2 ta’ hawn taħt:

a.

fejn l-oġġetti huma importati minn territorju tal-Komunità Ewropea għall-fini ta’ manutenzjoni jew tiswija, u huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna mingħajr tibdil fil-karatteristiċi oriġinali tagħhom, jew

a.

fejn l-oġġetti huma importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew rimpjazzament , u huma esportati jew esportati mill-ġdid lejn il-pajjiż tal-kunsinna mingħajr tibdil fil-karatteristiċi oriġinali tagħhom f'perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali tal-esportazzjoni, jew

b.

fejn l-oġġetti huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna bi tpartit ma’ oġġetti tal-istess kwalità u tal-istess numru li kienu importati mill-ġdid fit-territorju tal-Komunità Ewropea għat-tiswija jew tibdil taħt il-garanzija .

b.

fejn l-oġġetti huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna bi tpartit ma’ oġġetti tal-istess kwalità u tal-istess numru li kienu importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-manutenzjoni, it-tiswija jew ir-rimpjazzament f'perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha ngħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali tal-esportazzjoni .

Emenda 18

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIc - Parti 2 – Il-Pajjiżi ta’ Destinazzjoni

L-Algerija, l-Andorra, l-Antigwa u l-Barbuda, l-Arġentina, Aruba, il-Baħamas, il-Baħrejn, il-Bangladexx, il-Barbados, il-Belize, il-Benin, il-Bhutan, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Gżejjer Virgin Britanniċi, il-Brunej, il-Kamerun, il-Kap Verde, iċ-Ċili, iċ-Ċina, il-Gżejjer Komoros, il-Kosta Rika, Ġibuti, Dominika, ir-Repubblika Domenikana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, il-Gineja Ekwatorjali, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, il-Fiġi, il-Gujana Franċiża, it-Territorji Barranin Franċiżi, il-Gabon, il-Gambja, Ġibiltà, Greenland, Grenada, Guadeloupe, Guam, il-Gwatemala, il-Gana, il-Ginea Bissaw, il-Gujana, il-Ħonduras, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Ħong Kong, l-Iżlanda, l-Indja, l-Indoneżja , l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lesoto, il-Liechtenstein, il-Makaw, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, Martinique, il-Mawrizju, il-Messiku, Monako, Montserrat, il-Marokk, in-Namibja, l-Antilli Olandiżi, il-Kaledonja l-Ġdida, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, l-Oman, il-Panama, il-Papwa Ginea l-Ġdida, il-Peru, il-Filippini, Puerto Rico, il-Qatar, ir-Russja, is-Samoa, San Marino, Sao Tome u Prinċipe, l-Għarabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Singapor, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel , Sri Lanka, St Helena, St Kitts u Nevis, St Vincent, is-Surinam, is-Sważiland, it-Tajwan, it-Tajlandja, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, il-Gżejjer Torka u Caicos, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, il-Gżejjer Verġni Amerikani, il-Vanwatu, il-Veneżwela .

L-Albanija, l-Arġentina, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Kroazja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Territorji Franċiżi extra-Ewropej, l-Islanda, l-Indja, l-Iżrael, il-Kazakistan,, il-Messiku, il-Montenegro, il-Marokk, ir-Russja, is-Serbja, Singapor, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina, l-Emirati Għarab Magħquda.

Emenda 19

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 1

1.

L-awtorizzazzjoni ġenerali tista' tintuża biss meta l-esportazzjoni inizjali tkun saret permezz tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ġenerali inizjali tkun ingħatat mill-awtoritajit kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur oriġinali kien irreġistrat għall-esportazzjoni tal-oġġetti li kienu sussegwentement importati mill-ġdid fit-territorju Doganali Komunitarju għall-fini ta’ tiswija jew tibdil taħt il-garanzija, kid definit hawn taħt .

1.

L-awtorizzazzjoni tista' tintuża biss meta l-esportazzjoni inizjali tkun saret permezz tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ġenerali inizjali tkun ingħatat mill-awtoritajit kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur oriġinali kien irreġistrat għall-esportazzjoni tal-oġġetti li kienu sussegwentement importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew tibdil . Din l-awtorizzazzjoni ġenerali hija valida biss għal esportazzjonijiet lill-utent aħħari oriġinali.

Emenda 20

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 2 – punt 4

(4)

għal transazzjoni kważi identika meta l-awtorizzazzjoni oriġinali kienet irrevokata.

(4)

meta l-awtorizzazzjoni oriġinali kienet annullata, sospiża, modifikata jew irrevokata.

Emenda 21

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid)

 

(4a)

meta l-użu aħħari tal-oġġetti inkwistjoni huwa differenti minn dak speċifikat fl-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni oriġinali.

Emenda 22

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 3 – punt 2

(2)

jipprovdu lill-uffiċjlai tad-dwana, jekk mitluba, evidenza permezz ta’ dokumenti dwar id-data tal-importazzjoni tal-oġġetti fil-Komunità Ewropea , ta’ kull tiswija lill-oġġetti li saret fil-Komunità Ewropea u tal-fatt li l-oġġetti qed ikunu ritornati lill-persuna u lill-pajjiż minn fejn dawn kienu importati fil-Komunità Ewropea .

(2)

jipprovdu lill-uffiċjlai tad-dwana, jekk mitluba, evidenza permezz ta’ dokumenti dwar id-data tal-importazzjoni tal-oġġetti fl-Unjoni , ta’ kull tiswija lill-oġġetti li saret fl-Unjoni u tal-fatt li l-oġġetti qed ikunu ritornati lill-utent aħħari u lill-pajjiż minn fejn dawn kienu importati fl-Unjoni .

Emenda 48

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 4

4.

Kull esportatur li juża awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mill-ewwel esportazzjoni.

4.

Kull esportatur li juża awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnatamill-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta’ din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni.

Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.

Emenda 24

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 2 – Il-Pajjiżi ta’ Destinazzjoni

L- Arġentina, il-Baħrejn, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina, l-Ekwador, l-Eġittu, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Ħong Kong, l-Iżlanda, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Malasja, il-Mawrizju, il-Messiku, il-Marokk , l-Oman, il-Filippini, il-Qatar, ir-Russja, l-Għarabja Sawdija, Singapor, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina.

L-Albanija, l-Arġentina, , il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Territorji Franċiżi extra-Ewropej, l-Islanda, l-Indja, l-Iżrael, il-Kazakistan, il-Messiku, il-Montenegro, il-Marokk, ir-Russja, is-Serbja, Singapor, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina , l-Emirati Għarab Magħquda .

Emenda 26

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 a (ġdid)

 

(4a)

meta r-ritorn tagħhom, fl-istat oriġinali tagħhom mingħajr it-tneħħija, l-ikkupjar jew id-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe komponent jew softwer, ma jkunx jista' jiġi ggarantit mill-esportatur, jew meta t-trasferiment tat-teknoloġija jkun marbut ma’ preżentazjoni;

Emenda 27

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 b (ġdid)

 

(4b)

meta l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu esportati għal preżentazzjoni privata jew dimostrazzjoni (pereżempju, f'showrooms tal-azjenda stess);

Emenda 28

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 c (ġdid)

 

(4c)

meta l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu amalgamati fi proċess ta’ produzzjoni;

Emenda 29

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 d (ġdid)

 

(4d)

meta l-oġġetti relevanti jkunu se jintużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom, minbarra sal-punt minimu meħtieġ għal dimostrazzjoni effettiva u mingħajr ma r-riżultati ta’ testijiet speċifiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ terzi persuni;

Emenda 30

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 e (ġdid)

 

(4e)

meta l-esportazzjoni tkun se ssir bħala riżlutat ta’ tranżazzjoni kummerċjali, b'mod partikolari rigward il-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni tal-oġġetti relevanti;

Emenda 31

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 f (ġdid)

 

(4f)

meta l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu maħżuna f'esibizzjoni jew fiera għall-iskop uniku ta’ bejgħ, kiri jew lokazzjoni mingħajr ma jiġu ppreżentati jew dimostrati;

Emenda 32

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 g (ġdid)

 

(4g)

meta l-esportatur jagħmel xi arranġamenti li jżommuh milli jkollu l-oġġetti relevanti taħt il-kontroll tiegħu tul il-perjodu kollu ta’ esportazzjoni temporanja.

Emenda 25

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali tawtorizza l-esportazzjoni ta’ oġġetti elenkati fil-Parti 1 bil-kundizzjoni li l-esportazzjoni tikkonċerna esportazzjoni temporanja għall-esibizzjoni jew għal fiera u li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid f'perjodu ta’ 120 ġurnata wara l-esportazzjoni inizjali, sħaħ u mingħajr modifiki, fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Emenda 49

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 3

3.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni ġenerali għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni.

3.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni. jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta’ din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni.

Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.

Emenda 34

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IId - Parti 3 – paragrafu 4

4.

Għall-fini ta’ din l-awtorizzazzjoni, “esebizzjoni” tfisser kull esibizzjoni kummerċjali jew industrijali, fiera jew kull tip ta’ wirja jew mostra pubblika simili li mhijiex organizzata għal skopijiet privati fi ħwienet jew postijiet kummerċjali bl-iskop li jinbiegħu prodotti barranin, u waqt liema l-prodotti jibqgħu taħt il-kontroll doganali .

4.

Għall-fini ta’ din l-awtorizzazzjoni, “esebizzjoni jew fiera ” tfisser avvenimenti kummerċjali ta’ tul ta’ żmien speċifiku li matulu diversi esebituri jagħmlu wirja tal-prodotti tagħhom għal min imur il-fiera jew għall-pubbliku b'mod ġenerali .

Emenda 35

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009 Anness IIe -

ANNESS IIe

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI KOMUNITARJA GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE005

Kompjuters u apparat relatat

Awtorità Emittenti: Il-Komunità Ewropea

Parti 1

Din l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni hija skont l-Artikolu 6(1) u tkopri l-oġġetti li ġejjin fl-Anness I:

1.

Kompjuters diġitali speċifikati fl-annotazzjoni 4A003a jew 4A003b, meta l-kompjuters ma jaqbżux il-“Prestazzjoni Massima Aġġustata” (“APP”, Adjusted Peak Perfomance) ta’ aktar minn 0.8 TeraFLOPS Mwieżna (WT)

2.

Muntaturi elettroniċi speċifikati fl-annotazzjoni 4A003c, disinjati speċifikament jew modifikati biex itejbu l-prestazzjoni permezz tal-aggregazzjoni ta’ proċessuri biex il-“Prestazzjoni Massima Aġġustata” (“APP”, Adjusted Peak Perfomance) tal-aggregazzjoni ta’ 0.8 TeraFLOPS Mwieżna (WT) ma tkunx maqbuża.

3.

Partijiet ta’ skambju, inkluż mikro-proċessuri għall-apparat msemmi aktar 'il fuq, meta huma speċifikat b'mod esklussiv fl-annotazzjonijiet 4A003a, 4A003b jew 4A003c u ma jtejbux il-prestazzjoni tal-apparat għal “Prestazzjoni Massima Aġġustata” (“APP”) għal aktar minn 0.8 TeraFLOPS Mwieżna (WT).

4.

L-oġġetti deskritti fl-annotazzjonijiet 3A001.a.5, 4A003.e, 4A003.g.

Parti 2 –     Il-Pajjiżi ta’ Destinazzjoni

L-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni hija valida f'kull parti tal-Komunità għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

L-Algerija, l-Andorra, l-Antigwa u l-Barbuda, l-Arġentina, Aruba, il-Baħamas, il-Baħrejn, il-Barbados, il-Beliże, il-Benin, il-Bhutan, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Gżejjer Verġni Britanniċi, il-Brunej, il-Kamerun, il-Kap Verde, iċ-Ċili, il-Gżejjer Komoros, il-Kosta Rika, il-Kroazja, Ġibuti, Dominika, ir-Repubblika Domenikana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, il-Gineja Ekwatorjali, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, il-Fiġi, il-Gujana Franċiża, it-Territorji Barranin Franċiżi, il-Gabon, il-Gambja, Ġibiltà, Greenland, Grenada, Guadeloupe, Guam, il-Gwatemala, il-Gana, il-Ginea Bissaw, il-Gujana, il-Ħonduras, ir-Reġjun Amministrattivi Speċjali tal-Ħong Kong, l-Iżlanda, l-Indja, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lesoto, il-Liechtenstein, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, Martinique, il-Mawrizju, il-Messiku, il-Moldova, Monako, il-Mongolja, Montserrat, il-Marokk, in-Namibja, l-Antilli Olandiżi, il-Kaledonja l-Ġdida, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, l-Oman, il-Panama, il-Papwa Ginea l-Ġdida, il-Peru, il-Filippini, Puerto Rico, il-Qatar, ir-Russja, is-Samoa, San Marino, Sao Tome u Prinċipe, l-Għarabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Singapor, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, Sri Lanka, St Helena, St Kitts u Nevis, St Vincent, is-Surinam, is-Sważiland, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, il-Gżejjer Torka u Caicos, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Ukraina, l-Urugwaj, il-Gżejjer Verġni Amerikani, il-Vanwatu.

Parti 3 –     Il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet għall-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni

1.

Din l-awtorizzazzjoni ma tistax tintuża:

(1)

meta l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat li l-oġġetti involuti huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment,

(a)

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jkunu parti minn armi simili,

(b)

għal użu finali militari meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa suġġett għal embargo tal-armi stipulat minn Pożizzjoni Komuni jew Azzjoni Konġunta adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew deċiżjoni tal-OSCE jew imposta minn riżoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew

(c)

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esporati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(2)

meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2);

(3)

meta l-oġġetti relevanti huma esportati lejn żona bla dazju jew maħżen ħieles li qiegħed f'destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

2.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu:

(1)

jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data tal-ewwel esportazzjoni;

(2)

jinforma lix-xerrej barrani, qabel l-esportazzjoni, li l-oġġetti li għandu l-intenzjoni li jesporta skont din l-awtorizzazzjoni ma jistgħux ikunu esportati mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra f'pajjiż li ma huwiex Stat Membru tal-Komunità Ewropea jew territorju barrani Franċiż u li ma huwiex imsemmi fil-Parti 2 ta’ din l-awtorizzazzjoni.

imħassar

Emenda 36

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness II f – Parti 1 – paragrafi 3 u 4

3.

Oġġetti, inkluż komponenti ddisinjati jew żviluppati speċifikament u aċċessorji msemmija fil-Kategorija 5 Parti 2 A sa D (Sigurtà tal-Informazzjoni), kif ġej:

(a)

oġġetti speċifikati fl-annotazzjonijiet li ġejjin sakemm il-funzjonijiet ta’ kodifikazzjoni tagħhom kienu ddisinjati għal-użu minn utenti li jaħdmu mal-gvern fil-Komunità Ewropea:

5A002a1;

softwer fl-annotazzjoni 5D002c1 li għandu l-karatteristiċi, jew li jagħmel jew jissimula l-funzjonijiet, tat-tagħmir speċifikat fl-annotazzjoni 5A002a1.

(b)

tagħmir speċifikat fl-annotazzjoni 5B002 għal oġġetti msemmija taħt a);

(c)

softwer bħala parti minn tagħmir liema karatteristiċi u funzjonijiet huma speċifikati taħt b).

4.

Teknoloġija għall-użu ta’ oġġetti speċifikati fil-punti 3a) sa 3c)

imħassar

Emenda 37

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIf - Parti 2 – Il-Pajjiżi ta’ Destinazzjoni

l-Arġentina, il-Kroazja, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.

L-Arġentina, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Kroazja, l-Islanda, l-Indja, l-Iżrael, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.

Emenda 39

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIf - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c b (ġdid)

 

(cb)

għall-użu f'konnessjoni ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi jew tal-libertà tal-espressjoni kif definiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li għaliha jirreferi l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, billi jużaw teknoloġiji ta’ interċezzjoni u tagħmir diġitali tat-trasferiment tad-data għall-monitoraġġ tat-telefonija mobbli u tal-messaġġi testwali u s-sorveljanza mmirata tal-użu tal-internet (eż. permezz ta’ Ċentri ta’ Monitoraġġ u Lawful Interception Gateways);

Emenda 40

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIf - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2

(2)

meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2) .

(2)

meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-subparagrafu 1 ;

Emenda 41

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIf - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)

 

(2a)

meta l-esportatur ikun jaf li l-oġġetti jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe pajjiż ta’ destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta’ din l-awtorizzazzjoni, dawk elenkati fil-Parti 2 tal-awtorizzazzjoni UE 001 CGEA jew lejn l-Istati Membri.

Emenda 50

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

AnnessIIf - Parti 3 – paragrafu 3 – punt 1

(1)

jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data tal-ewwel esportazzjoni;

(1)

jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data meta ssir l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta’ din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri. Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni. Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.

Emenda 43

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness II g – Parti 2 – Pajjiżi ta’ destinazzjoni

l-Arġentina; il-Bangladexx, il-Beliże, il-Benin, il-Bolivja, il-Brażil; il-Kamerun, iċ-Ċili; il-Gżira Cook, il-Kosta Rika; Dominika, l-Ekwador, El Salvador, il-Fiġi, il-Ġorġja, il-Gujana, l-Indja, il-Lesoto, il-Maldivi, il-Mawrizju, il-Messiku, in-Namibja, in-Nikaragwa, l-Oman, il-Panama, il-Paragwaj, ir-Russja, St Lucia, is-Seychelles, il-Peru, Sri Lanka, l-Afrika t'Isfel; is-Sważiland, it-Turkija; l-Urugwaj, l-Ukraina; ir-Repubblika tal-Korea .

L-Arġentina

Il-Kroazja

L-Islanda

Il-Korea t'Isfel

It-Turkija

Ukraine.

Emenda 44

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness II g – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2

(2)

meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2).

(2)

meta l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2);

Emenda 45

Proposta għal regolament - att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIg - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)

 

(2a)

meta l-esportatur ikun jaf li l-oġġetti jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe pajjiż ta’ destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta’ din l-awtorizzazzjoni, dawk elenkati fil-Parti 2 tal-awtorizzazzjoni UE 001 CGEA jew lejn l-Istati Membri.

Emenda 51

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness

Regolament (KE) Nru 428/2009

Anness IIg - Parti 3 – paragrafu 4 – punt 1

(1)

jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data tal-ewwel esportazzjoni ;

(1)

jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data meta ssir l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta’ din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri. Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni. Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.

(1)  Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0028/2011).

(2)   ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/165


It-Tlieta 5 ta’ April 2011
Krediti ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ***I

P7_TA(2011)0126

Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta’ April 2011 għall-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali (COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD))

2012/C 296 E/26

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-proposta ġiet emendata kif ġej  (1):

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a)

L-Arranġament ikkontribwixxa sabiex jittaffa l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi billi jiġi appoġġjat il-kummerċ u l-investiment ta’ kumpaniji li, mingħajr l-arranġament, ma kinux jingħataw kreditu fis-settur privat.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2 b (ġdida)

 

(2b)

L-aġenziji tal-krediti tal- esportazzjoni għandhom jikkunsidraw u jirrispettaw l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni. Meta jappoġġjaw il-kumpaniji tal-Unjoni, dawn l-aġenziji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni u jipprowovuhom f'tali oqsma bħalma huma l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l- koerenza tal-politika biex iseħħ l-iżvilup.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2 c (ġdida)

 

(2c)

Madankollu, l-aġenziji tal- krediti tal-esportazzjoni tal-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet li jaslulhom filwaqt li jikkunsidraw li l-appoġġ uffiċjali mogħti bħala kreditu tal-esportazzjoni jista' potenzjalement, fiż-żmien medju u fit-tul, jikkontribwixxi għad-defiċit pubbliku tal-Istat Membru tagħhom, partikularment meta jiġi kkunsidrat ir-riskju miżjud li ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 2 d (ġdida)

 

(2d)

L-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet li jaslulhom sabiex jiżdiedu bl-aktar mod possibbli l-benefiċċji tal-appoġġ uffiċjali pprovdut filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li kreditu tal-esportazzjoni mmirat tajjeb jikkontribwixxi għal opportunitajiet ġodda ta’ aċċess għas-swieq għall-kumpaniji tal-Unjoni, speċjalment l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), filwaqt li jiġi mrawwem kummerċ miftuħ u ġust u tkabbir li jkun ta’ benefiċċju reċiproku fis-sitwazzjoni li rriżultat mill-kriżi.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 2 e (ġdida)

 

(2e)

L-OECD teħtieġ l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-krediti tal-esportazzjoni mill-Membri tagħha bil-għan li tipprevenihom minn imġiba li tkun protezzjonista jew li jgħawweġ is-suq. Fi ħdan l-Unjoni, it-trasparenza għandha tiġi żgurata sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet indaqs għall-Istati Membri.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 2 f (ġdida)

 

(2f)

L-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni (ECAs) saru l-akbar għajn ta’ finanzjament uffiċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk, id-dejn relatat mal-krediti tal-esportazzjoni huwa l-akbar komponent tad-dejn uffiċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Proporzjon sinifikanti mill-finanzjament ta’ proġetti permezz tal-krediti tal-esportazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa kkonċentrat f'setturi bħat-trasport, iż-żejt, il-gass u l-minjieri u l-infrastruttura fuq skala kbira, bħalma huma d-digi kbar.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 2 g (ġdida)

 

(2 g)

Il-Parteċipanti fl-Arranġament huma involuti fi proċess kontinwu li l-għan tiegħu huwa li jnaqqas kemm jista' jkun it-tagħwiġ tas-suq kif ukoll li jistabbilixxi kundizzjonijiet indaqs li fihom il-primjums iċċarġjati mill-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati tal-Membri tal-OECD ikunu bbażati fuq ir-riskji u jkopru l-ispejjeż operattivi u t-telf tagħhhom għal perjodu fit-tul. Biex dan il-għan jintlaħaq, huma meħtieġa t-trasparenza u r-rappurtar min-naħa tal-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 2 h (ġdida)

 

(2h)

B'appoġġ għall-proċess kontinwu fi ħdan l-OECD lejn standards ogħla ta’ trasparenza u rappurtar għall-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati tal-Membri tal-OECD u aktar minn hekk, l-Unjoni għandha tapplika miżuri addizzjonali ta’ trasparenza u rappurtar għall-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li huma bbażati fl-Unjoni kif stipulat fl-Anness 1a ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 2 i (ġdida)

 

(2i)

L-isviluppar u l-ikkonsolidar tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u kif imsemmi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-prinċipji ambjentali u l-prinċipji ġenerali tar-Responsabilità Soċjali Korporattiva (RSK), issupplementati minn eżempji oħra ta’ prattika tajba internazzjonali, għandhom jiġu utilizzati bħala gwida għall-proġetti kollha ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati bbażati fl-Unjoni, u jinkludu valutazzjoni tal-impatt soċjali u ambjentali, li tkun tinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards inkorporati fil-ġabra tal-leġiżlazzjoni ambjentali u soċjali tal-Unjoni relevanti għas-setturi u l-proġetti ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni. L-“Approċċi Komuni” tal-OECD fl-ifformular preżenti tal-kliem tagħhom diġà fihom għażla espliċita li jintużaw l-istandards tal-Komunità Ewropea fuq it-tixħim, is-self sostenibbli u l-ambjent bħala punti ta’ referenza fit-twettiq tal-eżminar mill-ġdid tal-proġetti. L-użu ta’ din id-dispożizzjoni għandu jkompli jiġi inkoraġġit aktar, filwaqt li jitqies li l-isponsers tal-proġetti, l-esportaturi, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom rwoli, responsabilitajiet u saħħa differenti fir-rigward ta’ proġetti li jibbenefikaw minn appoġġ uffiċjali.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 2 j (ġdida)

 

(2j)

L-objettivi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-klima f'dawk li huma l-impenji tagħhom fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali, għandhom jiggwidaw il-proġetti kollha ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati bbażati fl-Unjoni. Dawn jinkludu: id-dikjarazzjoni finali tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fis-Samit tal-G20 ta’ Pittsburgh fl-24 u l-25 ta’ Settembru 2009 biex is-sussidji għall-fjuwils fossili jitneħħew gradwalment; l-objettivi tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha talgassijiet b'effett ta’ serra bi 30 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, li żżid l-effiċjenza enerġetika b'20 % u li 20 % tal-konsum enerġetiku tagħha jiġi minn sorsi rinnovabbli sal-2020; kif ukoll l-għan tal-Unjoni li sal-2050 tnaqqas l-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet b'effett ta’ serra bi 80 sa 95 %. It-tneħħija tas-sussidji għall-fjuwilsfossili għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li jiżguraw li l-istandards tal-għajxien tal-ħaddiema u tal-fqar ma jintlaqtux ħażin.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 2 k (ġdida)

 

(2k)

Il-prinċipji li jirfdu r-RSK, li huma rikonoxxuti għalkollox fil-livell internazzjonali, kemm jekk mill-OECD, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jew min-Nazzjonijiet Uniti, jikkonċernaw l-imġiba responsabbli mistennija mill-impriżi, u jippresupponu, l-ewwel u qabel kollox, il-konformità mal-leġiżlazzonijiet fis-seħħ, partikolarment fil-qasam tal-impjiegi, ir-relazzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, l-interessi tal-konsumaturi u t-trasparenza fir-rigward tagħhom, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tassazzjoni. Barra minn hekk għandhom jitqiesu s-sitwazzjoni speċifika u l-kapaċitajiet tal-SMEs.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 2 l (ġdida)

 

(2l)

Minħabba s-sitwazzjoni kompetittiva intensifikata fis-swieq dinjija u sabiex jiġu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-kumpaniji tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-isforzi tal-OECD biex jintlaħqu dawk li mhumiex jipparteċipaw fil-Arranġament u għandhom jużaw negozjati bilaterali u multilaterali bil-għan li jiġu stabbiliti standards globali għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati. L-istandards globali f'dan il-qasam huma prerekwiżit biex ikun hemm kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ dinji.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 2 m (ġdida)

 

(2 m)

Għalkemm il-pajjiżi tal-OECD huma ggwidati mill-Arranġament, il-pajjiżi li mhumiex fl-OECD, u b'mod partikolari l-pajjiżi li qed jitfaċċaw, ma jeħdux sehem fl-Arranġament bir-riżultat li dan jista' jwassal għal vantaġġ inġust għall-esportaturi ta’ dawn il-pajjiżi. Dawn il-pajjiżi għandhom għalhekk jiġu inkoraġġiti jingħaqdu mal-OECD u jipparteċipaw fl-Arranġament.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 2 n (ġdida)

 

(2n)

Minħabba l-politika tal-UE ta’ Regolamentazzjoni Aħjar li għandha l-għan li r-regolamentazzjoni eżistenti tiġi ssimplifikata u mtejba l-Kummissjoni u l-Istati Membri, fir-rieżamijiet futuri tal-Arranġament, għandhom jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi minn fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, inklużi l-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 2 o (ġdida)

 

(2o)

It-titjibiet fl-Arranġament għandhom jiżguraw koerenza sħiħa mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), biex jingħata kontribut għar-realizzazzjoni tal-objettiv ġenerali li jiġu żviluppati u kkonsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Għandhom għalhekk jiġu applikati miżuri addizzjonali fl-Unjoni meta l-Arranġament tal-OECD jkun qed jiġi traspost għal ġod-dritt tal-Unjoni bil-għan li tiġi ggarantita l-kompatibilità bejn l-Arranġament tal-OECD u d-dritt tal-Unjoni.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 2 p (ġdida)

 

(2p)

Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali li tiżgura konformità mar-rekwiżiti tal-krediti tal-esportazzjoni għandha tkun konsistenti għalkollox mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta’ Cotonou u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u għandha tirrifletti l-impenn u l-obbligi tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) kif ukoll l-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-NU (MDGs) u l-istandards soċjali, tax-xogħol u tal-ambjent kif inkorporati fil-ftehimiet internazzjonali.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 4

(4)

Id-Deċiżjoni 2001/76/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata u flokha tidħol din id-Deċiżjoni bit-test ikkonsolidat u mmodifikat tal-Ftehim mehmuż magħha bħala Anness u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata.

(4)

Id-Deċiżjoni 2001/76/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata u flokha jidħol dan ir-regolament bit-test ikkonsolidat u rrivedut tal-Arranġament mehmuż magħha bħala l-Anness 1, u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - subparagrafu 1

Il-linjigwida li jinsabu fil-Ftehim dwar Il-Linjigwida dwar Krediti ta’ Esportazzjoni b'Sussidju Uffiċjali għandhom japplikaw fil-Komunità .

Il-linjigwida li jinsabu fl-Arranġament dwar Il-Linjigwida għal Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati għandhom japplikaw fl-Unjoni .

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 a (ġdid)

 

Artikolu 1a

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal regolament ġdid sabiex tirrevoka u tissostitwixxi dan ir-regolament mill-aktar fis possibbli ladarba tiġi miftiehma verżjoni ġdida tal-Arranġament fost il-Parteċipanti tal-OECD u sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 b (ġdid)

 

Artikolu 1b

Il-miżuri addizzjonali dwar it-trasparenza u r-rappurtar li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni huma spjegati fl-Anness 1a ta’ dan ir-regolament.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Article 1 c (ġdid)

 

Artikolu 1c

Il-Kunsill għandu jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni, min-naħa ta’ kull Stat Membru, tal-Arranġament dwar il-Linjigwida għal Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Article 1 d (ġdid)

 

Artikolu 1d

Il-karta tal-bilanċ tal-aġenzija tal-krediti tal-esportazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru għandha tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-assi u tal-passiv tal-aġenzija. L-użu ta’ vetturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandu jsir trasparenti għalkollox.

Il-kumpaniji, minbarra l-SMEs, li jibbenefikaw minn krediti tal- esportazzjoni għandhom jippubblikaw kontijiet finanzjarji annwali skont kull pajjiż għalih.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Anness I a (ġdid)

 

Anness Ia

1)

Mingħajr ħsara għall-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw is-superviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-krediti tal-esportazzjoni, kull Stat Membru għandu jipprovdi Rapport tal-Attività Annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

Dan ir-Rapport tal-Attività Annwali għandu jkun fih it-tagħrif li ġej:

Verifika tal-istrumenti u l-programmi nazzjonali kollha li għalihom huwa applikabbli l-Arranġament u tal-konformità tagħhom mal-Arranġament, b'mod partikolari r-rekwiżit tiegħu li l-primjums ikunu bbażati fuq ir-rikji u jkopru l-ispejjeż operattivi li jsiru fuq żmien twil;

Ħarsa ġenerali tal-iżviluppi operazzjonali maġġuri li jkunu seħħew waqt il-perjodu tar-rappurtar u l-konformità tagħhom mal-Arranġament (jiġu elenkati l-impenji ġodda, l-espożizzjoni, il-ħlasijiet mitluba tal-primjums, il-pretensjonijiet imħallsa u l-irkupri, u l-mekkaniżmi għall-ikkostjar tar-riskju ambjentali);

Preżentazzjoni tal-politiki li għandu l-Istat Membru biex jiżgura li l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni rigward l-iżvilupp jiggwidaw l-attivitajiet fl-oqsma tal-krediti tal-esportazzjoni relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali u soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, is-self sostenibbli u l-miżuri ta’ kontra t-tixħim.

2)

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-analiżi tagħha tar-Rapport tal-Attività Annwali, filwaqt li tivvaluta l-koerenza tal-Istati Membri mal-politiki tal-Unjoni rigward l-iżvilupp, u tikkummenta fuq l-iżviluppi ġenerali fil-qasam tal-politiki lill-Parlament Ewropew.

3)

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew rapport annwali fuq l-isforzi li jkunu saru fid-diversi fora ta’ kooperazzjoni internazzjonali, inklużi l-OECD u l-G20, u fil-laqgħat bilaterali ma’ pajjiżi terzi, inklużi Samits u negozjati dwar Ftehimiet ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles, biex pajjiżi terzi, speċjalment l-ekonomiji li qed jitfaċċaw, jitħeġġu jdaħħlu linjigwida rigward it-trasparenza tal-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni tagħhom f'livell li tal-anqas ikun jaqbel mal-Approċċi Komuni tal-OECD.

(1)  Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0364/2010).


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/172


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 - Taqsima III – Il-Kummissjoni

P7_TA(2011)0128

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07704/2011 – C7-0072/2011 – 2011/2022(BUD))

2012/C 296 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-14 ta’ Jannar 2011 (COM(2011)0009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011, li l-Kunsill stabilixxa fil-15 ta' Marzu, 2011 (07704/2011 – C7-0072/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0115/2011),

A.

billi l-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 għall-baġit ġenerali tal-2010 għandu l-għan li jimmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 182,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u ħlasijiet sabiex jitnaqqas l-effett tal-għarar kkawżat minn xita qawwija fil-Polonja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Kroazja u r-Rumanija,

B.

billi l-iskop tal-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2011,

C.

billi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa mal-Baġit għas-sena Finanzjarja 2011 ipprevediet it-tressiq ta’ baġit ta' emenda “jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2011 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa”,

D.

billi l-Kunsill iddeċieda li jistabbilixxi “riżerva negattiva” kif previst fl-Artikolu 44 tar-Regolament Finanzjarju,

E.

billi din id-deċiżjoni tal-Kunsill hija sempliċement pragmatika, ma tipprovdix soluzzjoni soda sostenibbli u finanzjarja għal bżonnijiet potenzjali mhux previsti fil-ġejjieni, u għalhekk għandha titiqies bħala għażla ta’ darba,

F.

billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tressaq “kemm jista’ jkun malajr” proposta għat-fassil ta’ riżerva negattiva,

G.

billi l-Abbozz ta’ baġit eta' emenda li jmiss dwar l-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli għas-sena finanzjarja 2010 se jipprovdi opportunità xierqa u f'waqtha għat-tfassil ta' riżerva negattiva,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011;

2.

Huwa tal-fehma li l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għandu jiġi mobilizzat kemm jista' jkun malajr wara diżastru naturali, u li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja, l-evalwazzjoni u l-abbozzar tal-proposti, kif ukoll l-adozzjoni ta’ atti baġitarji u leġiżlattivi rilevanti għandhom jiġu indirizzati b’mod effikaċi u mgħaġġel;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni, bla ħsara għad-dritt ta’ inizjattiva tagħha, li tirrikorri għall-Abbozz ta’ baġit ta' emenda dwar l-ibbaġittjar tas-surplus għas-sena finanzjarja 2010, kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju, għat-tfassil ta' riżerva negattiva;

4.

Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit Ta' emenda Nru 1/2011 ġie adottat b'mod definittiv u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/173


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija

P7_TA(2011)0129

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))

2012/C 296 E/28

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0010 – C7-0023/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn il quddiem “ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006”), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0114/2011),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm skop għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tkun qed tagħmel il-proposta meħtieġa;

3.

Jinnota li l-Kummissjoni, bil-fatt li qed titlob għal impenji u ħlasijiet addizzjonali biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f’dan l-istadju bikri tas-sena, ma sabet l-ebda possibilità la għar-ridistribuzzjoni u l-anqas għar-riallokazzjoni fi ħdan u bejn l-intestaturi kkonċernati;

4.

Jinsab lest li jikkunsidra s-sitwazzjoni ġenerali tal-ħlasijiet fil-kuntest tar-riżultat tal-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-2010;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/286/UE.)


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/174


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Komoros ***

P7_TA(2011)0130

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Komoros (15572/2010 – C7-0020/2011 – 2010/0287(NLE))

2012/C 296 E/29

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (15572/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (15571/2010),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0020/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0056/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibgħatlu l-konklużjonijiet tal-laqgħat u l-proċedimenti tal-Kumitat Konġunt li jistipula l-Artikolu 9 tal- Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (1), il-programm multiannwali settorjali msemmi fl-Artikolu 7(2) tal-Protokoll u dak li jirriżulta mill-evalwazzjonijiet annwali; jitlob li r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, li jaġixxu bħala osservaturi, jingħataw l-opportunità li jattendu għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-Kumitat Konġunt kif jistipula l-Artikolu 9 tal-Ftehim; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim lill-Parlament u lill-Kunsill fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll qabel ma jinbdew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Komoros.


(1)  Approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1563/2006 tas-5 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 290, 20.10.2006, p. 6).


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/175


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan ***

P7_TA(2011)0131

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13758/2010 – C7-0057/2011 – 2010/0173(NLE))

2012/C 296 E/30

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (13758/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13974/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0057/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0067/2011),

1.

Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/176


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Ftehim UE/Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim ***

P7_TA(2011)0132

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li tistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (13754/2010 – C7-0431/2010 – 2010/0181(NLE))

2012/C 296 E/31

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (13754/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (13973/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0431/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0066/2011),

1.

Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/176


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Eġittu ***

P7_TA(2011)0133

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (13762/2010 – C7-0372/2010 – 2010/0229(NLE))

2012/C 296 E/32

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (13762/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (13975/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0372/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0068/2011),

1.

Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/177


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Il-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni ***

P7_TA(2011)0134

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (13604/2010 – C7-0401/2010 – 2010/0218(NLE))

2012/C 296 E/33

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (13604/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, konkluż fl-14 ta’ Ġunju 1994 (1), fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (13962/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 114, 168, 169, 172, 173(3), 188 u 192 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0401/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0063/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.


(1)  ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/178


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
L-importazzjonijiet mill-Groenlandja ta’ prodotti tas-sajd, molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ***I

P7_TA(2011)0135

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja ta’ prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi u tal-prodotti sekondarji tagħhom (COM(2010)0176 – C7-0136/2010 – 2010/0097(COD))

2012/C 296 E/34

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0176),

wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0136/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 204 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu Waħdani tal-Protokoll (Nru 34) dwar Arranġamenti Speċjali għall-Groenlandja, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat Taljan, li tafferma li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0057/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2010)0097

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja ta’ prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi u tal-prodotti sekondarji tagħhom [Em. 1]

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 204 tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidra l-Artikolu Waħdani tal-Protokoll (Nru 34) dwar Arranġamenti Speċjali għall-Groenlandja, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [Em. 3]

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja  (2), [Em. 2]

Billi

(1)

Il-Groenlandja qegħda fil-lista ta’ pajjiżi u territorji barranin stipulati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Skont l-Artikolu 198 tat-TFUE, l-għan tal-assoċjazzjoni huwa li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tat-terrirorji u l-pajjiżi lil hinn mix-xtut u jiġu stabbiliti relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Komunità bħala unità.

(2)

Id-Danimarka u l-Groenlandja talbu li l-kummerċ bejn l-Unjoni u l-Groenlandja tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi, tal-ekinodermi, tat-tunikati, tal-gasteropodi marini u tal-prodotti sekondarji tagħhom li joriġinaw mill-Groenlandja bi qbil mal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ewropea (3) ikun permess skont ir-regoli intra-UE tan-negozju.

(3)

Huwa xieraq li dan il-kummerċ isir b'konformità għar-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel stipulati fl-atti legali tal-Unjoni, kif ukoll ir-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd.

(4)

Għaldaqstant, id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jaċċertaw li l-konsenji tal-prodotti mibgħutin mill-Groenlandja għall-Unjoni Ewropea jikkonformaw mar-regoli rilevanti tal-Unjoni rigward is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd. L-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel li huma eliġibbli jridu jiġu reġistrati u elenkati skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (4).

(5)

L-awtorità kompetenti tal-Groenlandja pprovdiet l-assigurazzjonijiet uffiċjali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-infurzar tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti kkonċernati. Dawn l-assigurazzjonijiet ikopru, b'mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (5), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (7), u jinkludu impenn għal konformità kontinwa mar-regoli dwar il-kummerċ fl-Unjoni.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (8) titlob it-twaqqif ta’ pjanijiet nazzjonali għas-sorveljanza tal-annimali tal-akkwakultura. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-Groenlandja.

(7)

Sabiex tkun tista' ssir l-importazzjoni ta’ prodotti fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja skont ir-regoli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċ fl-Unjoni, id-Danimarka u l-Groenlandja iridu jikkommettu ruħhom li jittrasponu u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Groenlandja qabel id-data ta’ adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 1] Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-prodotti kkonċernati fil-Groenlandja jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel. Il-kontrolli veterinarji fil-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri għandhom isiru skont id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (9). Il-kontrolli veterinarji fil-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri jiġu mwettqin b'kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċjali tad-dwana. Sabiex jiġi ssimplifikat dan il-kompitu jkun xieraq li l-awtoritajiet jingħataw għad-dispożizzjoni tagħhom ir-referenzi rilevanti għan-Nomenklatura Magħquda (NM) mniżżla fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (10).

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (11) tipprevedi l-introduzzjoni ta’ sistema komputerizzata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji bil-ħsieb partikolari li tiffaċilita l-ħeffa tat-tpartit tal-informazzjoni marbuta mas-saħħa u l-kura tal-annimali bejn l-awtoritajiet kompetenti (Traces). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces (12) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jużaw it-Traces mill-1 ta’ April 2004. It-Traces hija ta’ ħtieġa essenzjali għas-sorveljanza effettiva tal-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti oriġinati mill-annimali, u għaldaqstant għandha tkun użata għat-trażmissjoni tad-dejta dwar il-movimenti u l-kummerċ ta’ dawn il-prodotti fil-Groenlandja.

(9)

It-tfaqqigħ tal-mard tal-annimali elenkat fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (13), għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali (ADNS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE tal-1 ta’ Marzu 2005 li tistipula l-formola kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (14). Għall-prodotti kkonċernati, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-Groenlandja wkoll.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (15), iwaqqaf sistema rapida ta’ twissija għan-notifika tar-riskji, diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem li jkunu ġejjin minn xi ikel jew għalf (RASFF). Għall-prodotti kkonċernati, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-Groenlandja wkoll.

(11)

Qabel ma tkun tista' l-Groenlandja twettaq il-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jiddaħħlu fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi, għandha ssir spezzjoni fil-Groenlandja mill-UE biex din tivverifika li l-post(ijiet) ta’ spezzjoni fil-fruntiera(i) tal-Groenlandja jissodisfa(w) il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 97/78/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (16) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ postijiet ta’ spezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta’ prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (17).

(12)

Wara li ssir l-ispezzjoni msemmija b'riżultat pożittiv, il-postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera fil-Groenlandja għandhom jiġu elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (18). Biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-prodotti tas-sajd li jiddaħħlu fil-Groenlandja u fl-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li dan ir-Regolament [Em. 1] japplika mill-mument li l-postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntierai fil-Groenlandja jiġu elenkati fid-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(13)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament [Em. 1] għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (19),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT [Em. 1]:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament [Em. 1] japplika għall-prodotti tas-sajd, għall-molluski bivalvi, għall-ekinodermi, għat-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar u għall-prodotti sekondarji meħudin minn dawn is-sorsi (“il-prodotti”), li joriġinaw fil-Groenlandja jew jiddaħħlu fil-Groenlandja u mbagħad jiġu importati fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament [Em. 1], għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“molluski bivalvi ħajjin” tfisser molluski kif definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b)

“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti kif definiti fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c)

“prodotti sekondarji” tfisser prodotti sekondarji kif definiti fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li jitnisslu mill-prodotti tas-sajd, mill-molluski bivalvi, mill-ekinodermi, mit-tunikati jew mill-gastropodi tal-baħar;

(d)

“prodotti li joriġinaw fil-Groenlandja” tfisser prodotti kif definiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Direttiva 2001/822/KE.

Artikolu 3

Ir-regoli ġenerali li jirrigwardaw il-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Groenlandha ta’ prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi tal-baħar u l-prodotti sekondarji tagħhom

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-prodotti mill-Groenlandja b'konformità mal-atti legali tal-Unjoni dwar il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.

2.   L-importazzjoni tal-prodotti fl-Unjoni għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-traspożizzjoni effettiva u l-implimentazzjoni fil-Groenlandja tar-regoli applikabbli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd li jikkonċernaw il-prodotti;

(b)

il-kumpilazzjoni u l-aġġornament skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 mill-awtorita' kompetenti fid-Danimarka u fil-Groenlandja ta’ lista aġġornata ta’ operaturi ta’ negozji tal-għalf u tal-ikel li ġew irreġistrati;

(c)

il-konformità ta’ konsenji ta’ prodotti mibgħuta lejn l-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja mar-regoli applikabbli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd;

(d)

l-applikazzjoni korretta tar-regoli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd stipulati, għall-importazzjonijiet tal-prodotti fil- Groenlandja.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ sorveljanza tal-annimali mrobbija fl-ilma

Id-Danimarka u Groenlandja għandhom iressqu għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni l-pjanijiet ta’ sorveljanza għall-preżenza ta’ reżidwi u sostanzi fl-annimali mrobbija fl-ilma b'konformità mad-Direttiva 96/23/KE.

Artikolu 5

Kontrolli fuq prodotti li jiġu importati fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi

1.   Għandhom isiru t-testijiet veterinarji fuq konsenji tal-prodotti mdaħħlin fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi b'konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva 97/78/KE.

Biex jiġu ffaċilitati dawn il-kontrolli veterinarji, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka u tal-Groenlandja bir-referenzi għall-Kodiċijiet CN elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE fir-rigward tal-prodotti.

2.   Il-proposti għall-postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera fil-Groenlandjagħandhom jiġu mressqa lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/78/KE.

Il-lista ta’ postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera fil-Groenlandja li jiġu approvati se jiddaħħlu fil-lista ta’ postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera tal-Istati Membri, approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.

Artikolu 6

Sistemi ta’ informazzjoni

1.   Id-dejta dwar il-movimenti u l-kummerċ tal-prodotti kkonċernati fil-Groenlandja għandha tkun trażmessa bil-lingwa Daniża permezz ta’ Traces skont id-Deċiżjoni 2004/292/KE.

2.   In-notifika ta’ mard tal-annimali tal-ilma fir-rigward tal-prodotti fil-Groenlandja għandha tkun trażmessa permezz ta’ ADNS, b'konformità mad-Direttiva 82/894/KEE u d-Deċiżjoni 2005/176/KE.

3.   In-notifika tar-riskji diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem ġejjin mill-prodotti fil-Groenlandja għandhom ikunu trażmessi permezz ta’ RASFF imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 7

Marka ta’ identifikazzjoni

Il-konsenji tal-prodotti mibgħuta lejn l-Unjoni Ewropea mill-Groenlandjagħandhom ikunu mmarkati bis-sinjal ta’ identifikazzjoni tal-Groenlandja, “GL”, b'konformità mar-regoli stipulati fit-Taqsima I(B) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 8

Il-Konferma tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f' dan ir-Regolament [Em. 1]

Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jipprovdu, qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament [Em. 1] msemmija fl-Artikolu 11, konferma bil-miktub li ttieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament [Em. 1].

Artikolu 9

Miżuri implimentattivi

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament [Em. 1] għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) 182/2011.

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.

Dan ir-Regolament [Em. 1] se jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha [Em. 1].

Għandha tibda tapplika mid-data ta’ meta jiġu elenkati fid-Deċiżjoni 2009/821/KE l-ewwel postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera tal-Groenlandja.

Magħmul fi

Għall-Parlament

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU …

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011.

(3)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(7)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(8)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(9)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(10)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(11)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(12)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

(13)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(14)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.

(15)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(16)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

(17)  ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28.

(18)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

(19)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/184


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ***I

P7_TA(2011)0136

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) (COM(2009)0554 – C7-0248/2009 – 2009/0165(COD))

2012/C 296 E/35

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0554),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 63, l-ewwel inċiż, punti 1(d) u 2(a), tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0248/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta’ April 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar il-futur tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil (3),

wara li kkunsidra l-ittra tat-2 ta’ Frar 2010 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont it-termini tal-Artikolu 87(3) tar-Regola ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2011),

A.

billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta’ sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 18, 19.1.2011, p. 85.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 10.


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2009)0165

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Għandhom isiru numru ta’ bidliet sostantivi lid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (3). Din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Politika komuni dwar l-ażil, li tinkludi Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, hija parti kostitwenti mill-għan tal-Unjoni Ewropea li tiġi stabbilita progressivament żona ta’ libertà, ta’ sigurtà, u ta’ ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla miċ-ċirkostanzi, ifittxu leġittimament protezzjoni fl-Unjoni.

(3)

Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, qabel li jaħdem sabiex tiġi stabbilita Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-istatus ta’ rifuġjati, kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 (“Konvenzjoni ta’ Ġinevra”), u b'hekk ikun affermat il-prinċipju ta’ non-refoulement u jkun żgurat li ħadd ma jintbagħat lura għall-persekuzzjoni.

(4)

Il-Konklużjonijiet ta’ Tampere jipprovdu li Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil għandha tinkludi, fi żmien qasir, standards komuni għal proċeduri ġusti u effiċjenti tal-ażil fl-Istati Membri u, fi żmien twil, regoli Komunitarji li jwasslu għal proċedura komuni tal-ażil fil-Komunità Ewropea.

(5)

Id-Direttiva 2005/85/KE kienet miżura inizjali dwar proċeduri tal-ażil.

(6)

L-ewwel fażi tal-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil issa nkisbet. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2004 adotta l-Programm tal-Aja, li jistabbilixxi l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja matul il-perjodu 2005-2010. F'dan ir-rigward il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi tal-istrumenti legali u biex tippreżenta proposti għall-miżuri u strumenti tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom qabel it-tmiem tal-2010. Skont il-Programm tal-Aja, l-għan li għandu jintlaħaq għall-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil huwa l-istabbiliment ta’ proċedura komuni ta’ ażil u status uniformi validu madwar l-Unjoni.

(7)

Fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, adottat fis-16 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill Ewropew innota li għad hemm diverġenzi konsiderevoli bejn Stat Membru u ieħor dwar l-għoti tal-protezzjoni u sejjaħ għall-inizjattivi ġodda, inkluż proposta għall-istabbiliment ta’ proċedura unika ta’ ażil li tinkludi garanziji komuni, sabiex jitlesta l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, prevista fil-Programm tal-Aja.

(8)

Jeħtieġ li r-riżorsi tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil jiġu mobilizzati , inter alia, sabiex jipprovdu appoġġ adegwat lill-isforzi tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti fit-tieni fażi tas-Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari u sproporzjonati fuq is-sistemi ta’ ażil tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Jeħtieġ ukoll li fl-Istati Membri li jirċievu għadd sproporzjonatament kbir ta’ applikazzjonijiet għall-ażil meta mqabbel mal-kobor tal-popolazzjoni tagħhom, l-appoġġ finanzjarju u l-appoġġ amministrattiv/tekniku jiġu mobilizzati minnufih skont il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil rispettivament sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. [Em. 1]

(9)

Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni komprensiva u effiċjenti tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjoni tal-applikanti skont it-tifsira tad-Direttiva […/…/UE] [dwar Standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (Id-Direttiva dwar il-Kwalifika] il-qafas tal-Unjoni dwar il-proċeduri għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-kunċett ta’ proċedura unika ta’ ażil.

(10)

L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva hu li li jiġu żviluppati iktar standards minimi għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali bl-għan li tiġi stabbilita proċedura komuni ta’ ażil fl-Unjoni.

(11)

L-approssimazzjoni tar-regoli dwar il-proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha tgħin biex tillimita l-movimenti sekondarji tal-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri, fejn tali moviment ikun ikkawżat mid-differenzi fl-oqsfa legali, u joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni ta’ Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fl-Istati Membri.

(12)

In-natura stess tal-istandards minimi teħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar favorevoli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li jitolbu protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, fejn tali talba tkun ikkunsidrata bħala bbażata fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fis-sens ta’ Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

(13)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 18, 19, 21, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata kif xieraq. [Em. 2]

(14)

Fir-rigward tat-trattament ta’ persuni li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li għalihom huma parti.

(15)

L-Istati Membri huma obbligati jirrispettaw għalkollox il-prinċipju ta’ non-refoulement u tad-dritt għall-ażil, li jinkludi l-aċċess għal proċedura ta’ ażil għal kwalunkwe persuna li trid titlob l-ażil u li tkun fil-ġurisdizzjoni tagħhom, fosthom dawk taħt il-kontroll effettiv ta’ korp tal-Unjoni jew ta’ korp ta’ Stat Membru. [Em. 3]

(16)

Huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall- protezzjoni internazzjonali jittieħdu abbażi tal-fatti u, fl-istadju ta’ prim'istanza, minn awtoritajiet li l-persunal tagħhom ikollu l-informazzjoni adegwata u jirċievi t-taħriġ meħtieġ fil-qasam ta’ kwistjonijiet ta’ ażil u ta’ rifuġjati. [Em. 4]

(17)

Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali li jiġu deċiżi kemm jista' jkun malajr l-applikazzjonijiet għall-. protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-eżaminazzjoni xierqa u kompluta.

(18)

Il-kunċett ta’ ordni pubbliku jista' inter alia jkopri sentenza ta’ kundanna għat-twettiq ta’ delitt gravi.

(19)

Fl-interess li jiġu rikonoxxuti korrettament dawk il-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew bħala persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja, kull applikant għandu jkollu aċċess effettiv għall-proċeduri, għall-opportunità li jikkopera u jikkomunika sewwa mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jippreżenta l-fatti relevanti tal-każ tiegħu u għal garanziji proċedurali effikaċi sabiex isegwi l-każ tiegħu matul l-istadji kollha tal-proċedura. Barra minn hekk, il-proċedura li fiha tiġi eżaminata applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali għandha normalment tagħti lil applikant għall-inqas id-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sa meta tittieħed deċiżjoni finali mill-awtorità determinanti u, f'każ ta’ deċiżjoni negattiva, iż-żmien meħtieġ biex jintalab rimedju ġudizzjarju, u għat-tul ta’ żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan, aċċess għas-servizzi ta’ interpretu sabiex ikun jista' jippreżenta l-każ tiegħu jekk jiġi intervistat mill-awtoritajiet, l-opportunità li jikkomunika ma’ rappreżentant tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u ma’ organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, id-dritt ta’ notifika adegwata ta’ deċiżjoni, il-motivazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fil-fatt jew fid-dritt, l-opportunità li jikkonsulta ma’ konsulent legali jew konsulent ieħor, u d-dritt li jiġi nfurmat dwar il-pożizzjoni legali tiegħu f'mumenti deċiżivi matul il-proċedura, f'ilsien li jifhem jew li jista' raġonevolment ikun mistenni jifhem u, fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, id-dritt għall-soluzzjoni effettiva quddiem qorti jew tribunal. [Em. 5]

(20)

Bl-għan li jiżguraw aċċesss effettiv għall-proċedura ta’ eżami, l-uffiċjali li jkollhom l-ewwel kuntatt ma’ persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jwettqu sorveljanza tal-fruntieri tal-art jew tal-baħar jew li jwettqu kontrolli fil-fruntieri, għandhom jirċievu istruzzjonijiet u t-taħriġ meħtieġa dwar kif jirrikonoxxu , jirreġistraw u jressqu lill-awtorità determinanti kompetenti talbiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom ikunu kapaċi jipprovdu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li huma preżenti fit-territorju, inkluż fil-fruntieri, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta’ tranżitu tal-Istati Membri, u li jixtiequ jitolbu protezzjoni internazzjonali, bl-informazzjoni kollha relevanti dwar fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu ppreżentati. Fejn dawk il-persuni jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont din id-Direttiva. [Em. 6]

(21)

Barra minn hekk, garanziji proċedurali speċjali għall-applikanti vulnerabbli, bħal pereżempju minuri, minuri mhux akkumpanjati, nisa tqal, persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew atti serji oħra ta’ vjolenza , bħall-vjolenza abbażi tas-sess u prassi tradizzjonali ta’ ħsara, jew persuni b'diżabbiltà, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u jkunu ppreżentati l-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 7]

(22)

Il-miżuri nazzjonali li jittrattaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi u sinjali ta’ tortura jew atti serji oħra ta’ vjolenza fiżika jew mentali, inkluż atti ta’ vjolenza sesswali, fil-proċeduri koperti minn din id-direttiva għandhom inter alia jkunu bbażati fuq il-Manual on Effective Investigation and Documentation of Torture and Other Cruel, Inhuman or Degrading Treatment or Punishment (Protokoll ta’ Istanbul).

(23)

Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sustantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri tal-eżami għandhom ikunu skont is-sess. B'mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmilha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq is-sess ma’ intervistatur tal-istess sess jekk jintalab hekk, li jkollu taħriġ speċjali dwar il-kwistjoni ta’ intervisti rigward persekuzzjoni bbażata fuq is-sess . Il-kumplessità tat-talbiet relatati mas-sess għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta’ oriġini bla periklu jew il-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti. [Em. 8]

(24)

L-“aħjar interessi tat-tfal”, għandu jkun kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, skont il-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-drittijiet tat-tfal.

(25)

Il-proċeduri għall-eżami tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet determinanti sabiex iwettqu eżami bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 9]

(26)

Fejn sussegwentement applikant jagħmel applikazzjoni mingħajr ma jippreżenta provi jew argumenti ġodda, ikun sproporzjonat li l-Istati Membri jkunu obbligati jwettqu mill-ġdid proċedura sħiħa ta’ eżaminazzjoni. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirrifjutaw applikazzjoni bħala inamissibbli skont il-prinċipju res judicata.

(27)

Ħafna applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali isiru mal-fruntiera jew f'żona ta’ tranżitu ta’ Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu għall-ammissibbiltà u/jew proċeduri ta’ eżaminazzjoni sustantivi li jagħmluha possibbli li jkunu deċiżi applikazzjonijiet magħmula fil-fruntieri jew f'żoni ta’ tranżitu f'dawn il-postijiet.

(28)

Konsiderazzjoni ċentrali ta’ bażi tajba għall-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Fejn pajjiż terz ikun jista' jiġi meqjus bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikklassifikawh bħala bla periklu u jassumu s-sigurtà tiegħu għal applikant partikolari, sakemm huwa ma jippreżentax kontraindikazzjonijiet.

(29)

Minħabba l-livell ta’ armonizzazzjoni milħuq dwar il-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi bħala rifuġjati, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni sabiex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu.

(30)

L-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet ta’ din id-Direttiva ma tistax tistabbilixxi garanzija ta’ sigurtà assoluta għaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista' tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ċivili, legali u politiċi ġenerali f'dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta’ trattament jew kastig inuman jew degradanti humiex suġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli fil-pajjiż konċernat. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li, fejn l-applikant juri li jkun hemm raġunijiet validi sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih.

(31)

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha abbażi tas-sustanza, jiġifieri jivvalutaw jekk l-applikant ikkonċernat jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] ħlief fejn din id-Direttiva tkun tipprovdi mod ieħor, partikolarment meta wieħed ikun jista' jiżgura li pajjiż ieħor ikun sejjer jagħmel l-eżami jew jipprovdi protezzjoni effikaċi . B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jivvalutaw is-sustanza ta’ applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali fejn pajjiż ta’ ażil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta’ rifuġjat jew inkella protezzjoni aċċessibbli u effikaċi u l-applikant jiġi ammess mill-ġdid f'dan il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jimxu b'dan il-mod biss f'każijiet meta l-applikant inkwistjoni ma jkunx fil-periklu fil-pajjiż terz konċernat. [Em. 10]

(32)

L-Istati Membri m'għandhomx ukoll ikunu obbligati li jivvalutaw is-sustanza ta’ applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali fejn l-applikant, minħabba konnessjoni suffiċjenti ma’ pajjiż terz kif definit mil-liġi nazzjonali, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż terz, u jkun hemm bażijiet għall-kunsiderazzjoni li applikant se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jipproċedu biss fuq din il-bażi meta dan l-applikant partikolari jkun protett fil-pajjiż terz konċernat. Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji ta’ applikanti, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji komuni għall-konsiderazzjoni jew indikazzjoni mill-Istati Membri ta’ pajjiżi terzi bħala bla periklu.

[Em. 11]

(33)

Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jibbenefikaw mill- protezzjoni internazzjonali jkunu debitament informati dwar il-possibbiltà ta’ rikonsiderazzjoni tal-istatus tagħhom u jkollhom l-opportunità sabiex jagħtu l-fehma tagħhom qabel mal-awtoritajiet ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni motivata dwar l-irtirar tal-istatus tagħhom.

(34)

Ikun jirrifletti prinċipju bażiku tal-liġi tal-Unjoni li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali u fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja ikunu suġġetti għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal.

(35)

Skont l-Artikolu 72 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma tolqotx l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u tas-salvagwardja tas-sigurtà interna.

(36)

Din id-Direttiva ma tittrattax dwar dawk il-proċeduri bejn l-Istati Membri li huma regolati mir- Regolament (UE) Nru […/… ][li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali depożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (Ir-Regolament ta’ Dublin)].

(37)

L-applikanti li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru […/…] [ir-Regolament ta’ Dublin] għandhom igawdu minn aċċess għall-prinċipji u garanziji prinċipali stabbiliti f'din id-Direttiva u għall-garanziji speċjali skont dak ir-Regolament.

(38)

L-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi valutata f'intervalli regolari.

(39)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(40)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(41)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2005/85/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva 2005/85/KE.

(42)

Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu stabbiliti standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva …/…/UE [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra” tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 li għandha x'taqsam mal-istatus tar-rifuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967;

(b)

“applikazzjoni” jew “applikazzjoni" għal protezzjoni internazzjonali” tfisser talba magħmula minn ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat għal protezzjoni minn Stat Membru, li tista' tinftiehem li tfittex stat ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, u li ma titlobx espliċitament tip ieħor ta’ protezzjoni, barra mill-iskop tad-Direttiva […/…/EU] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], li tista' ssir applikazzjoni separata għaliha;

(c)

“applikant” jew “applikant għall- protezzjoni internazzjonali” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li għamel applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tagħha deċizjoni finali tkun għadha ma tteħditx;

(d)

“applikant bi bżonnijiet speċjali” tfisser applikant li minħabba età, sess, orjentament sesswali, identità sesswali, diżabbiltà, mard fiżiku jew mentali jew konsegwenzi ta’ tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali għandu bżonn garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u jirrispetta l-obbligi skont din id-Direttiva; [Em. 13]

(e)

“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni dwar jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jingħatawx status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/EU] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] u li ma jkunx soġġett aktar għal rimedju fil-qafas tal-Kapitolu V ta’ din id-Direttiva irrispettivament jekk tali rimedju għandux l-effett li jippermetti applikanti jibqgħu fl-Istati Membri konċernati sal-eżitu tagħha;

(f)

“awtorità determinanti” tfisser kwalunkwe korp semi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu, fl-istadju ta’ prim'istanza, deċiżjonjiet f'tali każijiet, suġġett għall-Anness I;

(g)

“rifuġjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2 (d) of KEDirettiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

(h)

“persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 (f) tad-Direttiva […/…/UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

(i)

“protezzjoni internazzjonali” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala refuġjat jew bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja;

(j)

“status ta’ rifuġjat” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala rifuġjat;

(k)

“status ta’ protezzjoni sussidjarja” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja;

(l)

“minuri” ifisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt l-età ta’ 18-il sena;

(m)

“minuri mhux akkumpanjat” ifisser minuri kif definit fl-Artikolu 2 (l) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

(n)

“rappreżentant” tfisser persuna maħtura mill-awtoritajiet kompetenti biex taġixxi bħala tutur legali sabiex tgħin u tirrappreżenta minuri mhux akkumpanjat bil-għan li tiżgura l-aħjar interessi tat-tfal u teżerċita kapaċità legali għall-minuri fejn ikun meħtieġ;

(o)

“irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali” tfisser id-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja ta’ persuna skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

(p)

“tibqa' fl-Istat Membru” tfisser li tibqa' fit-territorju, inklużi l-fruntiera jew iż-żoni ta’ transitu tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali jew li fih tkun saret jew qiegħda tiġi eżaminata tali applikazzjoni.

(q)

“fatti u ċirkustanzi ġodda” tfisser fatti li jappoġġjaw is-sustanza tat-talba, li jistgħu jikkontribwixxu għar-rieżami ta’ deċiżjoni preċedenti. [Em. 15]

Artikolu 3

Ambitu ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha għall- protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta’ transitu, tal-Istati Membri u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika f'każijiet ta’ rikjesti għall-ażil diplomatiku jew territorjali preżentati quddiem ir-rappreżentanzi ta’ Stati Membri.

3.   , l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva fi proċeduri sabiex jiġu deċiżi applikazzjonijiet għal kull tip ta’ protezzjoni internazzjonali li jaqgħu barra l-ambitu tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

Artikolu 4

Awtoritajiet responsabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw, għall-proċeduri kollha, awtorità determinanti li tkun responsabbli li tagħmel eżaminazzjoni adegwata tal-applikazzjonijiet skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-awtorità għandha numri biżżejjed ta’ persunal kompetenti u speċjalizzati għad-dispożizzjonijiet tagħha għat-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan il-limiti ta’ żmien preskritti. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal taħriġ inizjali u ta’ segwitu għall-applikazzjonijiet ta’ eżaminazzjoni tal-persunal u jieħdu deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni internazzjonali.

2.   It-taħriġ imsemmi fil-paragrafu 1 jikkonċerna, b'mod speċjali:

(a)

ir-regoli sustantivi u proċedurali dwar il-protezzjoni internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem stipulati fl-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż il-prinċipji tan-non-refoulement u tan-non-diskriminazzjoni;

(b)

l-applikanti bi bżonnijiet speċjali, kif definiti fl-Artikolu 2(d); [Em. 16]

(c)

sess, orjentament sesswali, trawma u sensibilizzazzjoni dwar l-età , filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-minuri mhux akkumpanjati ; [Em. 17]

(d)

l-użu tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini;

(e)

tekniki dwar l-intervisti, inkluż il-komunikazzjoni bejn kulturi differenti;

(f)

identifikazzjoni u dokumentazzjoni ta’ sinjali u sintomi ta’ tortura;

(g)

valutazzjoni tal-evidenza, inkluż il-prinċipju tal-benefiċju tad-dubju;

(h)

kwistjonijiet ta’ każistiki relevanti mal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

3.   Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li awtorità oħra tkun responsabbli għall-finijiet li ġejjin l-ipproċessar ta’ każijiet skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].

4.   Fejn awtorità tiġi nominati skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta’ dik l-awtorità ikollu l-għarfien adegwat u jirċievi t-taħriġ meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu meta jimplementa din id-Direttiva. [Em. 18]

5.   L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fi Stat Membru lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor li jwettqu kontrolli tal-fruntiera jew tal-immigrazzjoni għandhom ikunu trattati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun saret l-applikazzjoni.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet iktar favorevoli

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu fis-seħħ standards aktar favorevoli għal proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali, sa fejn dawk l-istandards ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI U GARANZIJI BAŻIĊI

Artikolu 6

Aċċess għall-proċedura

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-irċevuta u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5,6,7 u 8, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru personalment u/jew f'post indikat.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li tixtieq tapplika għall-protezzjoni internazzjonali għandha opportunità effettiva biex tippreżenta applikazzjoni ma’ awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun. Meta l-applikanti ma jkunux jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom personalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant legali jkun jista' jippreżenta l-applikazzjoni tagħhom f'isimhom. [Em. 19]

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull adult li jkollu kapaċità legali jkollu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali f'ismu stess.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li applikazzjoni tkun tista' ssir minn applikant f'isem id-dipendenti tiegħu. F'dawn il-każijiet l-Istati Membri għandhom jiżguraw li adulti dipendenti jagħtu l-kunsens tagħhom għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni f'isimhom, u fin-nuqqas ta’ dan għandhom ikollhom l-opportunità li jagħmlu applikazzjoni f'isimhom stess.

Il-kunsens għandu jkun mitlub fiż-żmien li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni jew, mhux aktar tard minn meta titwettaq intervista personali mal-adult dipendenti. Qabel ma jkun mitlub kunsens, kull adult fost dawn il-persuni għandu jkun informat fil-privat dwar il-konsegwenzi proċedurali rilevanti u dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni separata għall-protezzjoni internazzjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minur għandu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew f'ismu – jekk skont il-liġi nazzjonali jitqies bħala kapaċi li jressaq proċedimenti – jew permezz tar-rappreżentant legali tiegħu jew ta’ rappreżentant awtorizzat ta’ dan tal-aħħar . Fil-każijiet l-oħra kollha għandu japplika l-paragrafu 6. [Em. 20]

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet xierqa referuti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (4) għandhom id-dritt li jippreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem il-minuri mhux akkumpanjat jekk, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, dawn l-entitajiet huma tal-opinjoni li l-minuri jista' jkollu ħtiġijiet ta’ protezzjoni skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

7.   L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu fil-liġi nazzjonali

(a)

il-każijiet li fihom minuri jista' jagħmel applikazzjoni f'ismu stess;

(b)

il-każijiet li fihom l-applikazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjat ikollha tiġi preżentata minn rappreżentant kif previst fl-Artikolu 21 (1)(a).

[Em. 21]

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera, puliżija u awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u persunal ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni jkollhom istruzzjonijiet u jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex jirrikonoxxu, jirreġistraw u jressqu l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali Jekk dawn l-awtoritajiet huma nnominati bħala awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1, l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni. F'każijiet oħra, l-istruzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l-applikazzjoni tintbagħat lill-awtorità kompetenti għal din ir-reġistrazzjoni flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti. [Em. 22]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li x'aktarx ikunu indirizzati minn persuna li tixtieq tagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jkunu kapaċi li jagħtu parir lil dik il-persuna dwar kif u fejn hija tkun tista' tagħmel tali applikazzjoni u/jew jistgħu jesiġu li dawn l-awtoritajiet jgħaddu l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti.

9.   Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun irreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan 72 siegħa mill-mument li persuna tkun esprimit x-xewqa tagħha li tapplika għall-protezzjoni internazzjonali skont is-subparagrafu 1 tal-paragrafu 8.

Artikolu 7

Informazzjonu u konsulenza f'punti ta’ qsim bejn il-fruntieri u faċilitajiet ta’ detenzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-proċeduri li jridu jkunu segwiti sabiex issir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun disponibbli f':

(a)

punti ta’ qsim bejn il-fruntieri, inkluż żoni ta’ transitu, fi fruntieri esterni; u

(b)

faċilitajiet ta’ detenzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiprovdu għall-arranġamenti ta’ interpretazzjoni sabiex jiżguraw komunikazzjoni bejn persuni li jixtiequ japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali u l-gwardji tal-fruntieri jew persunal tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza u/jew rappreżentanza legali lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jkollhom aċċess malajr għall-punti ta’ qsim bejn il-fruntieri, inklużi ż-żoni ta’ transitu, u faċilitajiet ta’ detenzjoni ▐. [Em. 23]

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli li jkopru l-preżenza ta’ dawn l-organizzazzjonijiet f'oqsma li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu , sakemm ma jillimitawx l-aċċess tal-applikanti għall-pariri u l-konsulenza . [Em. 24]

Artikolu 8

Id-dritt tal-applikant li jibqa' fl-Istat Membru matul iż-żmien li fih tiġi eżaminata l-applikazzjoni

1.   L-applikanti għandhom jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet id-deċiżjoni finali, anke f'każijiet meta applikant jappella, u għall-perjodu ta’ żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan . Dan id-dritt li jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru m'għandux jikkostitwixxi intitolament għall-permess ta’ residenza. [Em. 25]

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss fejn, persuna tagħmel applikazzjoni sussegwenti kif deskritt fl-Artikolu 34 (7) jew fejn dawn iċedu jew jestradixxu, skont il-każ, persuna lejn Stat Membru ieħor konformament ma’ obbligi f'konformita' mad-Deċiżjoni kwadru 2002/584/ĠAI tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (5) jew diversament, jew lejn pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant ikkonċernat, jew lejn qrati jew tribunali kriminali internazzjonali.

3.   Stat Membru jista' jestradixxi applikant f'pajjiż terz skont il-paragrafu 2 biss meta ▐ deċiżjoni ta’ estradizzjoni mhux se tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi vjolazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Membru jew ma tesponix lill-applikant għal trattament inuman jew degradanti meta jasal fil-pajjiż terz . [Em. 26]

Artikolu 9

Rekwiżiti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet

1.   l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali la jiġu miċħuda u lanqas esklużi milli jiġu eżaminati għar-raġuni biss li ma kinux saru malajr kemm jista' jkun.

2.   L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali l-ewwel għandhom ikunu eżaminati biex jiġi ddeterminat jekk l-applikanti jikkwalifikawx bħala rifuġjati. Jekk le, dawn għandhom ikunu eżaminati biex jiġi ddeterminat jekk humiex applikanti eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti dwar applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali jiġu meħuda wara eżami adegwat. Għal dik il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li

(a)

l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati u d-deċiżjonijiet jiġu meħuda individwalment, oġġettivament u imparzjalment;

(b)

tiġi miksuba informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħall-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), ▐ l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil , u organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li teżisti fil-pajjiżi ta’ origini tal-applikanti u, fejn meħtieġ, f'pajjiżi li għaddew minnhom, u li tali informazzjoni ssir disponibbli għall-persunal responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet u mit-teħid ta’ deċiżjonijiet u, fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra din l-informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni, lill-applikant u lill-konsulent legali tiegħu; [Em. 27]

(c)

il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet ikollu l-konoxxenza tal-istandards relevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u dwar ir-rifuġjati kif ukoll tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkun lesta l-programmi ta’ taħriġ inizjali u ta’ segwitu msemmija fl-Artikolu 4(1) ; [Em. 28]

(d)

il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet jingħata istruzzjonijiet u jkollu l-possibbiltà li jitlob parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi, dwar it-tfal , is-sess jew l-orjentament sesswali . [Em. 29]

(e)

l-applikant u l-konsulent legali tiegħu jkollhom aċċess għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fil-punt (d). [Em. 30]

4.   L-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V għandhom, permezz tal-awtorità determinanti jew tal-applikant jew diversament, ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b), li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw it-traduzzjoni ta’ dokumenti relevanti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet.

Artikolu 10

Rekwiżiti għal deċiżjoni mill-awtorità determinanti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali jingħataw bil-miktub.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fejn applikazzjoni tiġi miċħuda jew aċċettata , fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat u/jew tal-protezzjoni sussidjarja, ir-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt jiġu ddikjarati b'mod ċar fid-deċiżjoni u tiġi mogħtija bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva meta tinħareġ id-deċiżjoni u ffirmata mir-riċevitur kif jirċeviha . [Em. 31]

[Em. 32]

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 6(3)(4),u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni waħda, li tkopri d-dipendenti kollha.

4.   Il-paragrafu 3 m'għandux japplika għall-każijiet fejn l-iżvelar ta’ ċirkustanzi partikolari ta’ persuna lill-membri tal-familja tagħha tistà tipperikola l-interessi ta’ dik il-persuna, inklużi każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq sess , orjentament sesswali, identità sesswali u/jew età. F'każijiet bħal dawn, deċiżjoni separata għandha tinħareġ lill-persuna kkonċernata. [Em. 33]

Artikolu 11

Garanziji għall-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali

1.   Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l l-applikanti kollha għall-protezzjoni internazzjonali igawdu l-garanziji li gejjin:

(a)

għandhom jiġu informati f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu bil-proċedura li jkollha tiġi segwita u bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura u l-konsegwenzi eventwali f'każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tagħhom u ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet. Għandhom jiġu informati dwar il-perjodu ta’ żmien, kif ukoll dwar il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex jissodisfaw l-obbligu tal-preżentazzjoni tal-elementi msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva […/…/KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika ]. Din l-informazzjoni għandha tingħatalhom fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'din id-Direttiva u jikkonformaw mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 12; [Em. 34]

(b)

għandhom jirċievu s-servizzi ta’ interpretu sabiex jippreżentaw il-każ tagħhom quddiem l-awtoritajiet kompetenti meta dan ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bħala meħtieġ l-għoti ta’ dawn is-servizzi għall-inqas meta l-awtorità determinanti ssejjaħ lill-applikant sabiex jiġi intervistat kif imsemmi fl-Artikoli 13, 14, 15, 16 u 31 u meta ma tkunx tista' tiġi żgurata komunikazzjoni adegwata mingħajr dawn is-servizzi. F'dan il-każ u f'każijiet oħra fejn l-awtoritajiet kompetenti jsejħu lill-applikant, dawn is-servizzi għandhom jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi;

(c)

ma għandhiex tiġi miċħuda lilhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-UNHCR jew ma’ kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi parir jew konsulenza legali lill-persuni li jfittxu ażil skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dak l-Istat Membru;

(d)

għandhom jingħataw notifika fi żmien raġonevoli tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għall- protezzjoni internazzjonali. Jekk l-applikant ikun qiegħed jiġi rappreżentat legalment minn konsulent legali jew konsulent ieħor, l-Istati Membri jistgħu jagħzlu li jinnotifikaw lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant għall- proċedura internazzjonali;

(e)

għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultat tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu meta ma jkunux assistiti jew rappreżentati minn konsulent legali jew konsulent ieħor. L-informazzjoni provduta għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2). [Em. 35]

2.   Fir-rigward tal-proċeduri previsti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha igawdu garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Obbligi tal-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali

1.   L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu meħtieġa jgħinu, sal-punt li jistgħu meta jitqiesu l-kapaċitajiet fiżiċi u psikoloġiċi tagħhom, fil-kjarifika tas-sitwazzjoni u jiżvelaw lill-awtoritajiet kompetenti l-identità u n-nazzjonalità tagħhom u elementi oħra li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Jekk ma jkollhomx passaport validu jew dokument minflok il-passaport, l-applikanti għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw biex jinkiseb dokument tal-identità. Sakemm l-applikanti jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru taħt protezzjoni internazzjonali matul il-kunsiderazzjoni tal-applikazzjoni, m'għandhomx ikunu meħtieġa jkollhom kuntatt mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom jekk ikun hemm raġuni għalfejn wieħed jibża' li tkun se sseħħ persekuzzjoni minn dak l-Istat. L-Istati Membri jistgħu jimponu lill-applikant obbligi oħra biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn dawn l-obbligi huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. [Em. 36]

2.   B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li

(a)

l-applikanti ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti jew jidhru personalment quddiemhom mill-iktar fis possibbli jew fi żmien partikolari;

(b)

l-applikanti ikollhom jagħtu dokumenti fil-pussess tagħhom li jkunu relevanti għall-eżami tal-applikazzjoni, bħall-passaporti tagħhom;

(c)

l-applikanti jkunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post tar-residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom u b'kull tibdil ta’ dan mill-aktar fis possibbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fil-post ta’ residenza jew fl-indirizz l-aktar reċenti li huwa kien indika għal dan il-għan;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfittxu l-applikant u l-affarijiet li jġorr miegħu, sakemm it-tfittxija titwettaq minn persuna tal-istess sess li tkun sensittiva għall-età u għall-kultura tal-applikant u tkun tirrispetta għalkollox il-prinċipju tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u mentali ; [Em. 37]

(e)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu ritratt tal-applikant; u

(f)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreġistraw l-istqarrijiet orali tal-applikant, sakemm dan ikun preċedentement ġie informat b'dan.

Artikolu 13

Intervista personali

1.   Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali b'lingwa li jifhem ma’ persuna li tkun, taħt il-liġi nazzjonali, kompetenti sabiex tmexxi tali intervista. L-intervisti dwar l-ammissibilità ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u dwar is-sustanza tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu mill-persunal tal-awtorità determinanti. [Em. 38]

Fejn persuna tkun għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem id-dipendenti tagħha, kull adult li l-applikant jirrilata miegħu għandu jingħata l-opportunità biex jesprimi l-opinjoni tiegħu fil-privat u li jkun intervistat dwar l-applikazzjoni tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali dawk il-każijiet li fihom minuri għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista personali , filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi u l-bżonnijiet speċjali tat-tifel jew tifla . [Em. 39]

2.   L-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tista' titneħħa meta:

(a)

l-awtorità determinanti tkun kapaċi li tieħu deċiżjoni pożittiva fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat abbażi tal-prova disponibbli; jew

(b)

l-awtorità determinanti tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minnħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. F'dubju, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta espert mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni hijiex temporanja jew permanenti. [Em. 40]

Fejn l-awtorità determinanti ma tipprovdix l-opportunità għal intervista personali lill-applikant skont il-punt (b), jew fejn applikabbli, lid-dipendenti, l-awtorità determinanti għandha tippermetti lill-applikant jew id-dipendenti jitolbu data ġdida għall-intervista personali u jippreżentaw aktar informazzjoni.[Em. 41]

[Em. 42]

3.   In-nuqqas ta’ intervista personali skont il-paragrafu 2(b) ma għandhiex tinċidi negattivament fuq id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.

4.   Irrispettivament mill-Artikolu 25(1), l-Istati Membri, meta jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali, jistgħu jieħdu kont tal-fatt li l-applikant naqas milli jidher għall-intervista personali sakemm huwa ma kellux raġunijiet tajbin għan-nuqqas li jidher.

Artikolu 14

Rekwiżiti għal intervista personali

1.   Intervista personali għandha normalment issir mingħajr il-preżenza ta’ membri tal-familja sakemm l-awtorità determinanti ma tikkunsidrax bħala meħtieġ, sabiex isir eżami adegwat, li jkun hemm membri oħra tal-familja preżenti.

2.   Intervista personali għandha ssir taħt kondizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità adegwata.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-intervisti personali jitmexxew taħt kondizzjonijiet li jippermettu li l-applikanti jippreżentaw ir-raġunijiet għall-applikazzjonijiet tagħhom b'mod komprensiv. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista tkun kwalifikata, imħarrġa u kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, sess , orjentament sesswali, identità sesswali jew il-vulnerabbiltà tal-applikant; [Em. 43]

(b)

kull meta jkun possibbli, jipprovdu li l-intervista mal-applikant tkun imwettqa minn persuna tal-istess sess jekk l-applikant ikkonċernat jitlob dan;

(c)

jagħżlu interpretu kompetenti li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista u li jkun marbut b'kodiċi ta’ kondotta li jiddefinixxi d-drittijiet u d-dmirijiet tal-interpretu . Mhuwiex meħtieġ li l-komunikazzjoni ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar. Kull meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu interpretu tal-istess sess jekk l-applikant jitlob dan; [Em. 44]

(d)

jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista dwar is-sustanza ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ma tilbisx uniformi;

(e)

jiżguraw li l-intervisti mal-minuri jsiru b'mod li jifhmuhom it-tfal u minn persuna bl-għarfien neċessarju tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet tal-minuri . [Em. 45]

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-preżenza, waqt intervista personali, ta’ terzi persuni.

Artikolu 15

Il-kontenut ta’ intervista personali

Meta ssir intervista personali dwar is-sustanza ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikant għandu opportunità adegwata biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissustanzja l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 4 (1) u (2) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-mistoqsijiet indirizzati lill-applikant huma relevanti għall-valutazzjoni ta’ jekk l-applikant għandux bżonn protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

(b)

l-applikant għandu opportunità adegwata biex jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa biex jissustanzja l-applikazzjoni li jistgħu jkunu nieqsa u/jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tiegħu.

Artikolu 16

Traskrizzjoni u rapport tal-intervisti personali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir traskrizzjoni ta’ kull intervista personali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-approvazzjoni tal-applikant dwar il-kontenut tat-traskrizzjoni fl-aħħar tal-intervista personali. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant ikollu l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifi dwar kull traduzzjoni mhux korretta jew kunċetti żbaljati li jidhru fit-traskrizzjoni.

3.   Fejn applikant jirrifjuta li japprova l-kontenut tar-rapport, ir-raġunijiet ta’ dan ir-rifjut għandhom jitniżżlu fil-file tal-applikant.

Ir-rifjut ta’ applikant li japprova l-kontenut tar-rapport ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li jsir rapport bil-miktub ta’ intervista personali, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni essenzjali dwar l-applikazzjoni, kif ippreżentat mill-applikant. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-traskrizzjoni tal-intervista personali hija annessa mar-rapport.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess f'waqtu għat-traskrizzjoni u, fejn applikabbli, għar-rapport tal-intervista personali qabel ma l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni.

Artikolu 17

Rapporti mediċi-legali

1.   L-Istati Membri għandhom jippermetti lill-applikanti, fuq talba, li jkollhom eżaminazzjoni medika mwettqa sabiex jappoġġja stqarrijiet fir-rigward tal-persekuzzjoni jew dannu serju tal-passat. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-applikanti perjodu raġonevoli biex jissottomettu ċetifikat mediku lill-awtorità determinanti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, f'każijiet fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kkunsidrat li l-applikant isoffri minn diżordni ta’ stress post-trawmatiku, l-awtorità determinanti, soġġetta għall-kunsens tal-applikant, għandha tiżgura li titwettaq eżaminazzjoni medika.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-arranġamenti relevanti sabiex jiżguraw li l-kompetenza medika imparzjali u kkwalifikata ssir disponibbli għall-għan tal-eżami mediku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 2 u li jintgħażel l-inqas eżami mediku invażiv meta l-applikant ikun minuri . [Em. 46]

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu regoli u arranġamenti addizjonali għall-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi ta’ tortura u forom oħra ta’ vjolenza fiżika, sesswali jew psikoloġika, relevanti għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jintervistaw l-applikanti skont din id-Direttiva jircievu t-taħriġ skont l-identifikazzjoni tas-sintomi tat-tortura.

6.   Ir-riżultati tal-eżaminazzjonijiet mediċi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità determinanti flimkien ma’ elementi oħra tal-applikazzjoni. B'mod partikolari, dawn għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun stabbilit jekk l-istqarrijiet tal-applikant humiex kredibbli u suffiċjenti.

Artikolu 18

Dritt għal konsulenza dwar l-aspetti proċedurali u legali u għal għajnuna u rappreżentanza legali [Em. 47]

1.   L-applikanti għall-proċedura internazzjonali għandhom jingħataw l-opportunità biex jikkonsultaw b'mod effettiv konsulent legali jew ieħor, ammessi jew permessi taħt liġi nazzjonali, dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet għall- għall-protezzjoni internazzjonali, fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż wara d-deċiżjoni negattiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħataw għajnuna legali bla ħlas meta dawn jiġu mitluba, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jipprovdu konsulenza bla ħlas dwar aspetti proċedurali u legali fil-proċeduri skont il-Kapitolu III. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, l-għoti tal-informazzjoni dwar il-proċedura lill-applikant fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu , il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, inkluż waqt l-intervista personali, u l-ispjegazzjonijiet tar-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva. Din il-konsulenza tista' tingħata minn entità mhux governattiva jew minn professjonisti kwalifikati. [Em. 48]

(b)

jipprovdu assistenza legali u rappreżentanza bla ħlas fil-proċeduri skont il-Kapitolu V. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-seduta quddiem qorti jew tribunal tal-prim istanza f'isem l-applikant. [Em. ma tikkonċernax il-lingwi kollha]

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-liġi nazzjonali tagħhom li l-għajnuna legali u/jew ir-rappreżentanza bla ħlas tkun mogħtija:

(a)

biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew

(b)

biss għas-servizzi pprovduti minn konsulenti legali jew konsulenti oħra speċifikament nominati mil-liġi nazzjonali sabiex jgħinu u/jew jirrappreżentaw applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 50]

Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu disponibbli bla ħlas biss l-assistenza legali lill-applikanti sakemm assistenza bħal din tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza legali mogħtija skont dan il-paragrafu ma tkunx arbitrarjament ristretta. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu assistenza u/jew rappreżentanza legali bħal din biss jekk ikun hemm prospettiva suffiċjenti ta’ suċċess skont kif ivvalutata mill-qorti. [Em. 51]

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-modalitajiet għall-preżentazzjoni u għall-ipproċessar tat-talbiet għall-għajnuna legali.

5.   L-Istati Membri għandhom jippermettu u jiffaċilitaw organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jipprovdu assistenza legali u/jew rappreżentanza bla ħlas għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fi proċeduri pprovduti fil-Kapitolu III u/jew Kapitolu V. [Em. 52]

6.   L-Istati Membri jistgħu wkoll:

(a)

jimponu limiti ta’ flus u/jew ta’ żmien fuq l-għoti ta’ għajnuna legal u/jew rappreżentanza bla ħlas sakemm dawn il-limiti ma jirrestrinġux arbitrarjament l-aċċess għall-għajnuna legali u/jew għar-rappreżentanza;

(b)

jiddisponu li, fir-rigward ta’ ħlasijiet u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti ma jkunx aktar favorevoli mit-trattament li jkun ġeneralment mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji ta’ għajnuna legali.

7.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li jiġu rimborsati b'mod sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż mogħtija jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun konsiderevolment tjiebet jew jekk id-deċiżjoni tal-għoti ta’ dawn il-beneficcji kienet meħuda abbażi ta’ informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

Artikolu 19

L-ambitu tal-għajnuna u r-rappreżentanza legali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali, u li jgħin jew jirrappreżenta applikant għall-protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali, għandu jgawdi aċċess għal l-informazzjoni li tinsab fil-file tal-applikant li fuqu hemm jew se jkun hemm deċiżjoni.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni jew ta’ sorsi jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali, għas-sigurtà tal-organizzazzjonijiet jew tal-persuna jew persuni li jipprovdu l-informazzjoni jew għas-sigurtà tal-persuna jew persuni li għalihom tirriferi l-informazzjoni jew fejn l-interessi investigattivi relattivi għall-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri jkunu kompromessi. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jagħtu aċċess għall-informazzjoni jew sorsi kkonċernati mill-inqas lill-konsulent legali jew konsulent li għadda minn kontroll ta’ sigurtà, sakemm l-informazzjoni tkun relevanti għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni jew t-teħid ta’ deċiżjoni biex tkun irtirata l-protezzjoni internazzjonali;

(b)

jagħmlu aċċess għall-informazzjoni jew għas-sorsi kkunċernati disponibbli għall-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor li jgħin jew jirrappreżenta applikant għall-protezzjoni internazzjonali ikollu aċċess għal postijiet magħluqa, bħal faċilitajiet ta’ detenzjoni u żoni ta’ transitu, sabiex jikkonsulta ma’ dak l-applikant.

L-Istati Membri jistgħu biss jillimitaw il-possibilità ta’ żjarat lill-applikanti f'żoni magħluqa fejn tali limitazzjoni tkun, skont il-liġi nazzjonali, oġġettivament meħtieġa għas-sigurtà, għall-ordni pubbliku jew għat-tmexxija amministrattiva taż-żona jew sabiex jiġi żgurat eżami effikaċi tal-applikazzjoni, sakemm l-aċċess għall-konsulent legali jew konsulent ieħor ma jkunx, bħala riżultat ta’ dan, serjament limitat jew magħmul impossibbli.

3.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali , jew professjonist ikkwalifikat . [Em. 53]

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jkopru l-preżenza ta’ konsulenti legali jew ta’ konsulenti oħra waqt l-intervisti kollha fil-proċedura, mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 21(1)(b).

L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-preżenza tal-applikant fl-intervista personali anke jekk huwa jkun rappreżentat skont il-liġi nazzjonali minn tali konsulent legali jew konsulent ieħor u jistgħu jesiġu li l-applikant jirrispondi personalment għall-mistoqsijiet li jsiru.

L-assenza ta’ konsulent legali jew konsulent ieħor ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità determinanti milli tintervista personalment lill-applikant, mingħajr ħsara lill-Artikolu 21 1(b).

Artikolu 20

Applikanti bi bżonnijiet speċjali

1.     Bi qbil mal-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/UE] [li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil] (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza), l-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom proċeduri li jippermettu li jiġi vverifikat, minn meta tiġi ddepożitata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandux bżonnijiet partikolari, kif ukoll li tiġi indikata n-natura ta’ dawn il-bżonnijiet. [Em. 54]

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-applikanti bi bżonnijiet speċjali huma mogħtija l-opportunità biex jippreżentaw l-elementi ta’ applikazzjoni sħiħa kemm jista' jkun u bl-evidenza kollha disponibbli. Fejn meħtieġ, għandhom jingħatawlhom estensjonijiet ta’ żmien li jippermettilhom biex jissottomettu l-evidenza jew jieħdu passi oħra meħtieġa fil-proċedura.

3.   F'każijiet fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra li applikant kien soġġett għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali kif deskritt fl-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/UE] [Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza], l-applikant għandu jingħata biżżejjed żmien u appoġġ relevanti biex jipprepara għall-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-applikanti li ma semmewx mill-ewwel l-orjentament sesswali tagħhom. [Em. 55]

4.   L-Artikoli 28 (6) u (7) m’għandhomx ikunu applikabbli għall-applikanti imsemmija f’paragrafu 3ta' dan l-Artikolu.

5.     Bi qbil mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, l-applikanti li jkollhom bżonnijiet speċjali għandhom jingħataw assistenza legali bla ħlas fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva. [Em. 56]

Artikolu 21

Garanziji għal minuri mhux akkumpanjati

1.   Fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13, 14 u 15, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jieħdu mizuri immedjatament sabiex jiżguraw li l-minuri mhux akkumpanjat ikun rappreżentat u assistit minn rappreżentant fir-rigward tal-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun imparzjali u jkollu l-kompetenza meħtieġa fil-qasam tal-kura tat-tfal. Dan ir-rappreżentant jista' jkun ukoll ir-rappreżentant li ssir referenza għalih id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza]; [Em. ma tikkonċernax il-lingwi kollha]

(b)

jiżguraw li r-rappreżentant jingħata l-opportunità li jinforma lill-minuri mhux akkumpanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tal-intervista personali u, fejn ikun kunsiljabbli, kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant u/jew konsulent legali jew konsulent ieħor ammess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali jew professjonist ikkwalifikat ikunu preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista. [Em. 58]

L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-preżenza tal-minuri mhux akkumpanjat fl-intervista personali, anke jekk ir-rappreżentant ikun preżenti.

[Em. 59]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li

(a)

jekk minuri mhux akkumpanjat ikollu intervista personali rigward l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 13, 14 u 15 dik l-intervista personali titmexxa minn persuna li jkollha l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta’ persuni minuri; [Em. 60]

(b)

ikun uffiċjal li jkollu l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta’ persuni minuri li jipprepara d-deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-applikazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjat. [Em. 61]

3.   Soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, il-minuri mhux akkumpanjati flimkien mar-rappreżentant maħtur tagħhom, fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva, għandhom jingħataw konsulenza legali bla ħlas fir-rigward tal-aspetti proċedurali u legali u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas . [Em. 62]

4.   L-Istati Membri jistgħu jużaw eżamijiet mediċi biex jiddeterminaw l-età tal-minuri mhux akkumpanjati fi ħdan il-qafas tal-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, fejn wara l-istqarrijiet ġenerali tiegħu jew evidenza relevanti oħra, l-Istati Membri għad għandhom dubji dwar l-età tiegħu. F'każ li jippersistu dubji wara l-eżami mediku, kull deċiżjoni għandha dejjem tittieħed għall-ġid tal-minuri mhux akkumpanjat. [Em. 63]

Kull eżami mediku għandu jitwettaq fir-rispett sħiħ tad-dinjità tal-individwu, b'għażla tal-eżamijiet l-aktar affidabbli u l-inqas invażivi u jsir minn esperti mediċi kwalifikati u imparzjali . [Em. 65]

F'każijiet fejn jiġu użati eżamijiet mediċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-minuri mhux akkumpanjati jiġu informati qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu, bil-possibbiltà li l-età tagħhom tiġi determinata permezz ta’ eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll dwar il-konsegwenzi ta’ rifjut min-naħa tal-minuri mhux akkumpanjat milli joqgħod għal eżami mediku; [Em. 66]

(b)

il-minuri mhux akkumpanjati u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex isir eżami li jiddetermina l-età tal-minuri konċernati; u

(c)

id-deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minuri mhux akkumpanjat li jkun irrifjuta li joqgħod għal eżami mediku ma għandhiex tkun ibbażata ▐ fuq dak ir-rifjut. [Em. 67]

Il-fatt li minuri mhux akkumpanjat ikun irrifjuta li joqgħod għal tali eżami mediku ma għandhux iżomm lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali.

5.   L-Artikolu 28 (6) u (7), l-Artikolu 30 (2) (c) u l-Artikolu 36 m'għandhomx japplikaw għall-minuri mhux akkumpanjati.

6.   L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu ta’ importanza primarja għall-Istati Membri meta jimplementaw dan l-Artikolu.

Artikolu 22

Detenzjoni

1.   L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għar-raġuni biss li huwa jkun applikant għall- protezzjoni internazzjonali. Ir-raġunijiet u l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni kif ukoll il-garanziji disponibbli għall-applikanti detenuti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom huma konformi mad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza].

2.   Fejn applikant għall- protezzjoni internazzjonali jinżamm f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm possibbiltà ta’ reviżjoni ġudizzjarja mgħaġġla skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza].

Artikolu 23

Detenzjoni ta’ minuri

Id-detenzjoni ta’ minuri għandha tkun strettament projbita fiċ-ċirkostanzi kollha. [Em. 68]

Artikolu 24

Proċedura f'każ ta’ rtirar tal-applikazzjoni

1.   Safejn l-Istati Membri jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, meta applikant b'mod espliċitu jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li ▐ twaqqaf l-eżami u tispjega lill-applikant il-konsegwenzi tal-irtirar . [Em. 69]

2.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li twaqqaf l-eżami mingħajr ma tadotta deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti għandha tinserixxi nota fil-file tal-applikant.

Artikolu 25

Proċedura f'każ ta’ rtirar impliċitu jew ta’ abbandun tal-applikazzjoni

1.   Meta jkun raġonevolment ġustifikabbli li jiġi kkunsidrat li applikant għall-protezzjoni internazzjonali b'mod impliċitu rtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li jew twaqqaf l-eżami jew tirrifjuta l-applikazzjoni abbażi tal-fatt li l-applikant ma stabbilixxiex dritt għall-istatus ta’ rifuġjat skont id-Direttiva[…/…/UE ] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], jekk hu/hi flimkien mar-raġunijiet imsemmija hawn fuq:

irrifjuta li jikkoopera, jew

ħarab illegalment, jew

probabbilment m'għandux dritt għal protezzjoni internazzjonali, jew

huwa ta’ oriġini minn jew għamel tranżitu minn pajjiż terz sikur skont l-Artikolu 37. [Em. 103]

L-Istati Membri jistgħu jassumu li l-applikant ikun impliċitament irtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu għall- protezzjoni internazzjonali partikolarment meta jiġi aċċertat li:

(a)

huwa naqas milli jirrispondi għal talbiet sabiex jipprovdi informazzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva […/…/UE][id-Direttiva dwar il-Kwalifika] jew ma deherx għal intervista personali kif previst fl-Artikoli 13, 14, 15 u 16, sakemm l-applikant ma jġibx prova fi zmien raġonevoli li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li fuqhom huwa ma kellux kontroll;

(b)

hu jkun ħarab jew telaq mingħajr awtorizzazzjoni mill-post fejn hu kien jgħix jew fejn kien miżmum, mingħajr ma kkuntattja l-awtorità kompetenti fi żmien raġonevoli, jew hu ma kkonformax fi żmien raġonevoli mal-obbligi ta’ rappurtar jew obbligi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

Għall-finijiet tal-implementazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ żmien jew linji ta’ gwida.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant li jerġa' jirrapporta lill-awtorità kompetenti wara li tittieħed deċiżjoni ta’ twaqqif kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikollu d-dritt li jitlob li jerġa' jinfetaħ il-każ tiegħu. Matul proċedura tal-ażil tista' tiġi ppreżentata talba waħda biss biex jerġa' jinfetaħ il-każ. [Em. 70]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali persuna ma tiġix espulsa kuntrarjament għall-prinċipju tan-non-refoulement.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-awtorità determinanti terġa' taqbad u tkompli l-eżami mill-istadju fejn kien twaqqaf.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].

Artikolu 26

L-irwol tal-UNHCR

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-UNHCR:

(a)

jkollha aċċess għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, inklużi dawk miżmuma f'detenzjoni u f'żoni ta’ ajruporti jew ta’ transitu f'portijiet;

(b)

jkollha aċċess għal informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali dwar il-kors tal-proċedura u dwar id-deċiżjonijiet meħuda, sakemm l-applikant jaqbel li dan isir;

(c)

tippreżenta l-fehmiet tagħha, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha taħt l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, lil kull awtorità kompetenti dwar applikazzjonijiet individwali għall- protezzjoni internazzjonali f'kull stadju tal-proċedura.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal organizzazzjoni li taħdem fit-territorju tal-Istat Membru konċernat f'isem l-UNHCR skont ftehim ma’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 27

Ġbir ta’ informazzjoni dwar każijiet individwali

Għall-finijiet tal-eżami ta’ każijiet individwali, l-Istati Membri ma għandhomx:

(a)

jiżvelaw informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall- protezzjoni internazzjonali, jew il-fatt li tkun saret applikazzjoni, lill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju;

(b)

jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati ▐ bil-fatt li saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jhedded l-integrità fiżika tal-applikant u tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini. [Em. 71]

KAPITOLU III

PROĊEDURI TA' PRIM'ISTANZA

TAQSIMA I

Artikolu 28

Proċedura ta’ eżaminazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijet għall- protezzjoni internazzjonali permezz ta’ proċedura ta’ eżaminazzjoni skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali proċedura tkun konkluża mill-aktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedura tkun konkluża fi żmien 6 xhur wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu ta’ żmien għall-perjodu li ma jeċċediex 6 xhur oħra f'każijiet individwali li jinvolvu kwistjonijiet kkumplikati ta’ fatt u ta’ dritt.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn deċiżjoni ma tistax tittieħed fil-perjodu ta’ żmien li ssir referenza għalih fis-subparagrafu 1 tal-paragrfau 3, l-applikant ikkonċernat għandu:

(a)

jiġi informat bid-dewmien; u

(b)

jirċievi, fuq talba tiegħu, informazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u l-medda ta’ żmien li fih tkun mistennija li tingħata d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.

Il-konsegwenzi tan-nuqqas li tiġi adottata deċiżjoni fil-limiti ta’ żmien provduti fil-paragrafu 3 għandha tkun iddeterminata skont il-liġi nazzjonali.

5.    L-awtoritajiet determinanti jistgħu jipprijoritizzaw eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II: [Em. 73]

(a)

fejn l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata;

(b)

fejn l-applikant ikollu bżonnijiet speċjali , partikolarment minuri mhux akkumpanjati ; [Em. 74]

(c)

f'każijiet oħra bl-eċċezzjoni tal-applikazzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 6.

6.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li tiġi mgħaġġla proċedura ta’ eżaminazzjoni konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II jekk:

(a)

l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu u fil-preżentazzjoni tal-fatti, qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex relevanti għall-eżami dwar jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala rifuġjat jew bħala persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/UE] [Id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; jew

(b)

l-applikant ma jikkwalifikax, b'mod ċar, bħala rifuġjat jew għall-istatus ta’ rifuġjat fi Stat Membru taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; jew [Em. 105]

(c)

l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini bla periklu fis-sens ta din id-Direttiva, jew

(d)

l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti relevanti fir-rigward tal-identità u/jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; jew

(e)

probabbilment b'malafede iddistruġġa jew iddispona minn dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar li seta' għen sabiex tiġi stabbilita l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu; jew

(f)

l-applikant għamel b’mod ċar sottomissjonijiet inkonsistenti, kontradittorji, improbabbli, insuffiċjenti jew rappreżentanzi foloz li jrendu t-talba tiegħu mhux konvinċenti b’mod ċar fir-rigward tal-fatti kien suġġett għall-persekuzzjoni kif imsemmi fid-Direttiva …/…/UE] (id-Direttiva dwar il-Kwalifika); jew [Em. 75]

(g)

l-applikant issottometta applikazzjoni sussegwenti li b’mod ċar ma tqajjem l-ebda element ġdid relevanti fir-rigward taċ-ċirkustanzi tiegħu jew tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu; jew [Em. 107]

(h)

l-applikant naqas milli jagħmel applikazzjoni tiegħu qabel mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, meta kellu l-opportunità li jagħmel dan; jew [Em. 108]

[Em. 76]

(i)

l-applikant ikun qiegħed jippreżenta applikazzjoni biss sabiex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fl-espulsjoni tiegħu.

(j)

l-applikant naqas, mingħajr raġuni tajba, milli jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jikkoopera fl-eżami tal-fatti tal-każ tiegħu u fl-iffissar tal-identità tiegħu kif riferut fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Diretiiva dwar il-Kwalifiki] jew l-Artikolu 12(1) u (2)(a), (b) u (c) u l-Artikolu 25(1) ta’ din id-Direttiva; jew [Em. 109]

(k)

l-applikant daħal fit-territorju tal-Istat Membru b’mod illegali jew tawwal b’mod illegali ż-żjara tiegħu, u mingħajr raġuni tajba, jew ma ppreżentax ruħu lill-awtoritajiet u/jew ma ssottomettiex applikazzjoni għall-ażil kemm jista’ jkun malajr, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tad-dħul tiegħu; jew [Em. 110]

(l)

għal raġunijiet serji l-applikant jista’ jitqies bħala ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun ġie mkeċċi bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika u tal-ordni pubblika skont il-liġi nazzjonali. [Em. 77]

7.   F'każijiet ta’ applikazzjonijiet mhux iġġustifikati, kif issir referenza għalihom fl-Artikolu 29, fejn kull ċirkustanza mniżżla fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu tapplika, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni bħala bla bażi b'mod ċar wara eżaminazzjoni adegwata u kompluta.

8.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni fil-proċedura ta’ prim'istanza skont il-paragrafu 6.

9.   Il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet sottomessa wara dħul irregolari fit-territorju jew fil-fruntiera, inklużi ż-żoni ta’ tranżitu, kif ukoll in-nuqqas ta’ dokumenti mad-dħul jew l-użu ta’ dokumenti falsifikati, m'għandhux per se jimplika rikors awtomatiku għall-proċedura ta’ eżami mgħaġġel. [Em. 78]

Artikolu 29

Applikazzjonijiet bla bażi

▐ L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw biss applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala bla bażi biss jekk l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. [Em. 79]

TAQSIMA II

Artikolu 30

Applikazzjonijet inammissibbli

1.   Apparti l-każijiet fejn applikazzjoni ma tkunx eżaminata skont ir-Regolament (UE) [Nru …/…] [ir-Regolament ta’ Dublin], l-Istati Membri mhumiex meħtieġa li jeżaminaw jekk l-applikant jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont id- Direttiva …/…/UE [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fejn applikazzjoni hi kkunsidrata inammissibbli skont dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli biss jekk:

(a)

l-istatus ta’ rifuġjat ikun ġie mogħti minn Stat Membru ieħor;

(b)

pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta’ ażil għall-applikant, skont l-Artikolu 32;

(c)

pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu għall-applikant, skont l-Artikolu 37;

(d)

l-applikant ippreżenta applikazzjoni identika wara li tkun ingħatat deċiżjoni finali;

(e)

dipendent tal-applikant jippreżenta applikazzjoni, wara li huwa kien ta l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 6(4) sabiex il-każ tiegħu jkun parti minn applikazzjoni mressqa f'ismu, u ma jkunx hemm fatti relatati mas-sitwazzjoni tad-dipendenti li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.

Artikolu 31

Regoli speċjali dwar l-intervista tal-ammissibbiltà

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tar-raġunijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 30 fiċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni li tikkunsidra applikazzjoni inammissibbli. Għal dak l-għan, l-awtorità determinanti għandha twettaq intervista personali dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss skont l-Artikolu 35 f'każijiet ta’ applikazzjonijiet sussegwenti. [Em. 80]

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].

3.     l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjal tal-persunal tal-awtorità determinanti li jmexxi l-intervista dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni ma jkunx liebes uniformi. [Em. 81]

Artikolu 32

Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil

Pajjiż jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta’ ażil għal applikant partikolari għall- protezzjoni internazzjonali jekk:

(a)

huwa kien ġie rikonoxxut f'dak il-pajjiż bħala rifuġjat u huwa għadu jista' jirrikorri għal dik il-protezzjoni; jew

(b)

huwa jgawdi, diversament, protezzjoni effettiva f'dak il-pajjiż, inkluż il-benefiċċju mill-prinċipju tan-non-refoulement; [Em. 82]

sakemm huwa jerġa' jitħalla jidħol f'dak il-pajjiż.

Fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil għaċ-ċirkostanzi partikolari ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Artikolu 37 (1).

L-applikant huwa awtorizzat jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil minħabba li l-imsemmi l-ewwel pajjiż ta’ ażil ma jkunx sikur fis-sitwazzjoni partikolari tiegħu. [Em. 83]

[Em. 84]

TAQSIMA III

[Em. 85]

Artikolu 33

Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu

1.   Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ din id-Direttiva jista', wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:

(a)

l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta’ dak il-pajjiż; jew

(b)

l-applikant ikun persuna apolida u kien, preċedentement, abitwalment residenti f'dak il-pajjiż;

(c)

u ma ppreżenta l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fis-sens tal-kwalifikazzjoni tiegħu bħala rifuġjat jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja skont id-[Direttiva …/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu.

TAQSIMA IV

Artikolu 34

Applikazzjoni sussegwenti

1.   Fejn persuna li applikat għall- protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru tagħmel sottomissjonijiet ulterjuri jew applikazzjoni sussegwenti fl-istess Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jeżamina dawn is-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-elementi tal-applikazzjoni sussegwenti fil-kuntest tal-eżami tal-applikazzjoni preċedenti jew fil-kuntest tal-eżami tad-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi riveduta jew appellata safejn l-awtorità determinanti tista’ tieħu kont ta’ u tikkunsidra l-elementi kollha li fuqhom ikunu bażati s-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-applikazzjoni sussegwenti f'dan il-kuntest. [Em. 87]

2.   Għall-għan li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 30 (2) (d) l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-proċedura speċifika kif issir referenza għaliha fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn persuna tagħmel applikazzjoni sussegwenti għall- protezzjoni internazzjonali:

(a)

wara li l-applikazzjoni preċedenti tiegħu kienet ġiet irtirata taħt l-Artikolu 24;

(b)

wara li ttieħdet deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni preċedenti.

3.   Applikazzjoni sussegwenti għall- protezzjoni internazzjonali għandha tkun suġġetta l-ewwel għal eżami preliminari dwar jekk, wara li l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata jew wara li tkun intlaħqet id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) dwar din l-applikazzjoni, tfaċċawx jew ġewx preżentati mill-applikant elementi jew konklużjonijiet ġodda relatati mal-eżami jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala rifuġjat jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

4.   Jekk, wara l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 3, jitfaċċaw jew jiġu preżentati mill-applikant elementi jew konklużjonijiet ġodda li jżidu sostanzjalment il-probabbiltà li l-applikant jikkwalifika bħala rifuġjat jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], l-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata ulterjorment skont il-Kapitolu II.

5.   L-Istati Membri jistgħu, konformement mal-liġi nazzjonali, jeżaminaw ulterjorament applikazzjoni sussegwenti fejn ikun hemm raġunijiet oħra li jindikaw għaliex proċedura għandha tiġi istitwita mill-ġdid.

[Em. 88]

6.   Il-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu tista' tkun applikabbli wkoll fil-każ ta’ dipendenti li jippreżenta applikazzjoni, wara li huwa kien ta l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 6(4), li l-każ tiegħu ikun parti minn applikazzjoni magħmula f'ismu. F'dan il-każ l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jikkonsisti fl-eżami jekk hemmx xi fatti relatati mas-sitwazzjoni tad-dipendenti li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.

7.   Jekk wara l-proċedura rigward l-applikazzjoni inizjali tkun intemmet skont il-paragrafu 2 , il-persuna kkonċernata tippreżenta applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali fl-istess Stat Membru qabel ma tkun rinforzata deċiżjoni ta’ ritorn, u dik l-applikazzjoni l-ġdida ma twassalx għal eżaminazzjoni ulterjuri skont dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista': [Em. 113]

(a)

jagħmel eċċezzjoni lid-dritt li jibqa' fit-territorju, sakemm l-awtorità determinanti hija sodisfatta li deċiżjoni ta’ ritorn mhux se twassal għall-refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi internazzjonali u Komunitarji ta’ dak l-Istat Membru; u/jew

(b)

jipprovdi li l-applikazzjoni hi soġġetta għall-proċeura ta’ inamissibbiltà skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 30; u/jew

(c)

jipprovdu li proċedura ta’ eżaminazzjoni tkun mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6) (i).

Fil-każijiet li ssir referenza għalihom fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mil-limiti taż-żmien ġeneralment applikabbli fil-proċeduri ta'ammissibbiltà u/jew mgħaġġla, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

8.   Fejn persuna li fir-rigward tagħha trid tiġi nfurzata deċiżjoni ta’ trasferiment skont ir-Regolament (UE) [Nru …/…] [ir-Regolament ta’ Dublin] tagħmel rappreżentazzjonijiet addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti fl-Istat Membru li jitrasferixxi, dawk ir-rappreżentazzjonijiet jew applikazzjonijiet sussegwenti għandhom ikunu eżaminati mill-Istat Membru responsabli, kif definit f'dak ir-Regolament, skont din id-Direttiva.

Artikolu 35

Regoli proċedurali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appikanti għall-protezzjoni internazzjonali li l-applikazzjoni tagħhom tkun suġġetta għal eżami preliminari skont l-Artikolu 34 igawdu l-garanziji previsti fl-Artikolu 11 (1).

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli fil-liġi nazzjonali dwar l-eżami preliminari skont l-Artikolu 34. Dawk ir-regoli jistgħu, inter alia:

(a)

jobbligaw lill-applikant konċernat sabiex jindika l-fatti u jissostanzja l-prova li jiġġustifikaw proċedura ġdida;

(b)

jippermettu li titwettaq eżaminazzjoni preliminari fuq il-bażi unika ta’ sottomissjonijiet miktuba mingħajr intervista personali, bl-eċċezzjoni tal-każijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 34 (6).

Il-kondizzjonijiet ma għandhomx jagħmlu impossibbli l-aċċess, fir-rigward tal-applikanti, għal proċedura ġdida u ma għandhomx jirriżultaw fit-tneħħija effettiva jew f'limitazzjoni serja ta’ dan l-aċċess.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-applikant jiġi informat b'mod adegwat bl-eżitu tal-eżami preliminari u, f'każ li l-applikazzjoni ma tkunx sejra tiġi eżaminata ulterjorment, bir-raġunijiet u bil-possibbiltajiet ta’ rikors għal appell jew għal reviżjoni tad-deċiżjoni;

(b)

fil-każ li tkun tapplika waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 34(3) l-awtorità determinanti għandha teżamina ulterjorment l-applikazzjoni sussegwenti konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II mill-aktar fis possibbli.

TAQSIMA V

Artikolu 36

Proċeduri fuq il-fruntiera

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri, konformement mal-prinċipji u mal-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, fuq il-fruntiera jew f'żoni ta’ tranżitu tal-Istat Membru dwar:

(a)

l-ammissibbiltà ta’ applikazzjoni , skont l-Artikolu 30, magħmula f'postijiet bħal dawn; u/jew [Em. 89]

(b)

is-sustanza ta’ applikazzjoni fi proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċeduri previsti fil-paragrafu 1 tittieħed fi żmien raġonevoli. Meta deċiżjoni ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat, l-applikant għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata konformement mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva. Il-fatt li l-applikanti jinżammu mal-fruntiera tal-Istati Membri jew fiż-żoni ta’ tranżitu ta’ dawn tal-aħħar huwa ekwivalenti għal detenzjoni skont l-Artikolu 22. [Em. 90]

3.   Fil-każijiet ta’ wasliet li jinvolvu numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi li jippreżentaw applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta’ tranżitu, li jagħmluha prattikament impossibbli li jiġu applikati hemmhekk dawk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dawk il-proċeduri jistgħu jiġu wkoll applikati fejn u sa meta dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jkunu normalment akkommodati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta’ tranżitu.

TAQSIMA VI

Artikolu 37

Il-kunċett ta’ pajjiżi terzibla periklu

1.    Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu biss ▐ fejn persuna li tkun qed tfittex il-protezzjoni internazzjonali tiġi trattata bi qbil mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet li ġejjin fil-pajjiż terz ikkonċernat :

(a)

il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali jew l-opinjoni politika;

(b)

m'hemmx riskju ta’ dannu serju kif definit fid-[Direttiva …/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];

(c)

jiġi rispettat il-prinċipju tan-non-refoulement skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra;

(d)

tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta’ persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman jew degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali;

(e)

teżisti l-possibilità li jintalab l-istatus ta’ refuġjat jew forma kumplimentari oħra tal-protezzjoni komparabbli għal dik mogħtija skont [Direttiva …/… UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika] u, jekk jingħata tali status jew protezzjoni, biex tingħata protezzjoni komparabbli ma’ dik mogħtija skont dik id-Direttiva;

(f)

ikun irratifika u josserva d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra mingħajr limitazzjonijiet ġeografiċi;

(g)

għandu stabbilita proċedura ta’ ażil preskritta mil-liġi; u

(h)

ikun ġie indikat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont il-paragrafu 2.

2.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jadottaw jew jemendaw lista komuni ta’ pajjiżi terzi li għandhom ikunu kkunsidrati bħala pajjiżi terzi bla periklu gall-finijiet tal-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-modalitajiet għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u r-regoli li jeħtieġu:

(a)

konnessjoni bejn il-persuna li tfittex protezzjoni internazzjonali u l-pajjiż terz ikkonċernat li abbażi tagħha jkun raġonevoli li dik il-persuna tmur f'dak il-pajjiż;

(b)

regoli dwar il-metodoloġija li biha l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ruħhom li l-kunċett tal-pajjiz terz bla periklu jista' jiġi applikat għal xi pajjiż partikolari jew għal xi applikant partikolari. Tali metodoloġija għandha tinkludi l-konsiderazzjoni, każ b'każ, tas-sikurezza tal-pajjiż għal applikant partikolari;

(c)

regoli konformi mad-dritt internazzjonali, li jippermettu eżami individwali li jiddetermina jekk pajjiż terz konċernat huwiex bla periklu għal applikant partikolari u li, bħala minimu, għandu jippermetti lill-applikant jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu fuq il-bażi li l-pajjiż terz huwa ta’ periklu għaċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu. L-applikant għandu jkun permess li jikkontesta l-eżistenza ta’ konnessjoni bejnu u l-pajjiż terz skont il-punt (a) ;

4.   Meta jimplementaw deċiżjoni bażata ▐ fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri konċernati għandhom ▐ jinformaw lill-applikant dwar dan ▐.

5.   Fejn il-pajjiż terz bla periklu ma jippermettix id-dħul mill-ġdid tal-applikant għall-ażil, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.

6.     L-Istati Membri m’għandhomx jaħtru listi nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u lanqas listi nazzjonali ta’ pajjiżi terzi bla periklu. [Em. 91]

KAPITOLU IV

PROĊEDURI GĦALL-IRTIRAR TAL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 38

Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun jista' jinbeda eżami sabiex tiġi irtirata l-protezzjoni internazzjonali ta’ persuna partikolari meta jitfaċċaw elementi jew konklużjonijiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet għar-rikonsiderazzjoni tal-validità tal-istatus tiegħu ta’ protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 39

Regoli proċedurali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra li tirtira l-protezzjoni internazzjonali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolida skont l-Artikolu 14 jew Artikolu 19 tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], il-persuna konċernata għandha tgawdi mill-garanziji li ġejjin:

(a)

li tkun informata bil-miktub li l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra mill-ġdid il-kwalifikazzjoni tagħha għall- protezzjoni internazzjonali u r-raġunijiet għal tali rikonsiderazzjoni; u

(b)

li tingħata l-opportunità sabiex tippreżenta, f'intervista personali skont l-Artikolu 11 (1) (b) u l-Artikoli 1314 u 15 jew f'dikjarazzjoni bil-miktub, raġunijiet għaliex ma għandhiex tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali.

Addizzjonalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-kuntest ta’ tali proċedura:

(a)

l-awtorità kompetenti tkun tista' tikseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħal, skont il-każ, mill-UNHCR u l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li tkun attwalment teżisti fil-pajjiżi tal-oriġini tal-persuni konċernati; u

(b)

fejn tiġi miġbura informazzjoni dwar każ individwali għall-finijiet tar-rikonsiderazzjoni tal-protezzjoni internazzjonali, din ma tiġix ottenuta mill-awtur jew awturi ta’ persekuzzjoni jew periklu serju b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati direttament bil-fatt li l-persuna konċernata tkun benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li jkollu l-istatus tiegħu qiegħed jiġi kunsidrat mill-ġdid, jew li jipperikola l-integrità fiżika tal-persuna u tad-dipendenti tagħha, jew il-libertà u sigurtà tal-membri tal-familja tagħha li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali tiġi mogħtija bil-miktub. Ir-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.

3.   Ladarba l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni sabiex tirtira l-protezzjoni internazzjonali, l-Artikolu 18, paragrafu 2, l-Artikolu 19, paragrafu 1 u l-Artikolu 26 għandhom ikunu ugwalment applikabbli.

4.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-protezzjoni internazzjonali tintemm bil-liġi jekk il-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali irrinunzja b'mod inekwivoku r-rikonoxximent tiegħu bħala benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali.

KAPITOLU V

PROĊEDURI TA' APPELL

Artikolu 40

Id-dritt għal rimedju effettiv

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:

(a)

deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom għall- protezzjoni internazzjonali, inkluża deċiżjoni:

(i)

li tkun ikkunsidrata applikazzjoni bla bażi fir-rigward ta’ status ta’ rifuġjat u/jew status ta’ protezzjoni sussidjarja,

(ii)

li permezz tagħha applikazzjoni tiġi kunsidrata bħala inammissibbli skont l-Artikolu 30,

(iii)

meħuda fuq il-fruntiera jew fiż-żoni ta’ tranżitu ta’ Stat Membru kif deskritt fl-Artikolu 36 (1),

(iv)

li ma jsirx eżami skont l-Artikolu 37;

(b)

rifjut li jinfetaħ mill-ġdid l-eżami ta’ applikazzjoni wara li tkun ġiet rinunzjata skont l-Artikoli 24 u 25;

(c)

deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 39.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rikonoxxuti mill-awtorità determinanti bħala eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja jkollhom id-dritt għall-soluzzjoni effettiva kif issir referenza għaliha fil-paragrafu 1 kontra deċiżjoni li tiġi kkunsidrata applikazzjoni bla bażi fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat. Il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għad-drittijiet u l-benefiċċji garantiti lill-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fl-istennija tar-riżultat tal-proċeduri ta’ appell.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rimedju effettiv li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 jipprovdi eżaminazzjoni sħiħa ta’ kemm il-fatt kif ukoll tal-punti tad-dritt, inkluż eżaminazzjoni ex nunc tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […/…/KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], ta’ mill-inqas fi proċeduri ta’ appell quddiem qorti jew tribunal tal-prim'istanza.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta’ żmien minimi u regoli meħtieġa oħra għall-applikant sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. [Em. 92]

L-Istati Membri għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien minimu ta’ ħamsa u erbgħin jum ta’ xogħol li matulhom l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv. Għall-applikanti suġġetti għall-proċedura mgħaġġla msemmija fl-Artikolu 28(6), l-Istati Membri għandhom jipprevedu limitu ta’ żmien minimu ta’ tletin jum ta’ xogħol. Il-limiti ta’ żmien m'għandhomx jagħmlu l-aċċess impossibbli jew eċċessivament diffiċli tal-applikanti għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 36. [Em. 93]

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, ir-rimedju provdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollu l-effett li jħalli l-applikanti jibqgħu fl-Istat Membru kkonċernat fl-istennija tar-riżultat.

6.   Fil-każ ta’ deċiżjoni meħuda fil-proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6) u ta’ deċiżjoni li applikazzjoni tkun ikkunsidrata inammissibbli skont l-Artikolu 30 (2) (d), u jekk, f’tali każijiet, id-dritt li tibqa' fl-Istat Membru fl-istennija tar-riżultat tar-rimedju mhuwiex previst taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa biex jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat jew billi jaġixxi minn jeddu. [Em. 94]

Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 36.

7.   L-Istati Membri għandhom iħallu lill-applikant jibqa' fit-territorju fl-istennija tar-riżultat tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 6. Tista' ssir eċċezzjoni għal applikazzjonijiet sussegwenti li ma jwasslux għal eżami ulterjuri skont l-Artikoli 34 u 35, jekk tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ ritorn skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/115/KE, u għal deċiżjonijiet fil-proċedura skont l-Artikolu 37 jekk dan ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. [Em. 117]

8.   Il-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].

9.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta’ żmien għall-qorti jew tribunal skont il-paragrafu 1 sabiex tiġi eżaminata d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.

10.   Fejn applikant ikun ġie mogħti status li joffri l-istess drittijiet u benefiċċji taħt il-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni bħall-istatus ta’ rifuġjat taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], l-applikant jista' jkun kunsidrat li jkollu rimedju effettiv fejn qorti jew tribunal jiddeċiedi li r-rimedju skont il-paragrafu 1 ikun inammissibbli jew mingħajr il-probabbiltà li jirnexxi minħabba n-nuqqas ta’ interess min-naħa tal-applikant li jkomplew l-proċedimenti.

11.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-kondizzjonijiet li taħthom jista' jiġi assunt li l-applikant impliċitament irrinunzja jew abbanduna r-rimedju tiegħu skont il-paragrafu 1, flimkien mar-regoli dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 41

Kontestazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi

Din id-Direttiva ma tolqotx il-possibbiltà, għall-awtoritajiet pubbliċi, li jikkontestaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji kif previst fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 42

Il-kunfidenzjalità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jimplementaw din id-Direttiva jkunu marbuta bil-prinċipju tal-kunfidenzjalità, kif definit fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li jottjenu fil-kors tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 43

Kooperazzjoni

L-Istati Membru għandhom kull wieħed minnhom jaħtru punt ta’ kuntatt nazzjonali u jikkomunikaw l-indirizz tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazjoni lill-Istati Membri l-oħra kollha.

L-Istati Membri għandhom, f'għaqda mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 44

Rapport

Mhux aktar tard mill- […], il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-ispiża finanzjarja ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kull emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha u d-data finanzjarja meħtieġa sabiex jitfassal dan ir-rapport. Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri mill-anqas kull sentejn . [Em. 95]

Artikolu 45

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli sa mhux iktar tard minn […]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 28 (3) sa (6) []. Minn hemm ’il quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. [Em. 96]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha tiġi magħmula u kif tali dikjarazzjoni għandha tiġi mfassla.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali kopert minn din id-Direttiva u tabella li tindika l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-Istati Membi għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fis-subparagrafu 1 tal-Artikolu 45 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall- proċedura internazzjonali wara l- […] u fir-rigward tal-proċeduri għall-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali li jkunu mibdija wara l- […]. L-applikazzjonijiet ppreżentati qabel […] u l-proċeduri għall-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat mibdija qabel […] għandhom ikunu governati mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont id-Direttiva 2005/85/KE.

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fis-subparagrafu 2 tal-Artikolu 45 dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati wara […]. L-applikazzjonijiet ippreżentati qabel […].għandhom ikunu governati mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont id-Direttiva 2005/85/KE.

Artikolu 47

Revoka

Id-Direttiva 2005/85/KE hi mħassra bis-seħħ minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45 ta’ din id-Direttiva], mingħajr preġudizzju tal-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward għall-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal- pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli […] għandhom japplikaw minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45].

Artikolu 49

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi […]

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 18, 19.1.2011, p. 85.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011.

(3)  ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.

(4)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

(5)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(6)   Sentejn mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS I

Definizzjoni tal-“awtorità determinanti”

Meta timplementa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Irlanda tista', safejn ikunu għadhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Refugee Act 1996 (kif emendat), tikkonsidra li:

“l-awtorità determinanti” prevista fl-Artikolu 2 (f) ta’ din id-Direttiva, safejn ikun konċernat l-eżami dwar jekk l-applikant għandu jew, skont il-każ, ma għandux jiġi dikjarat bħala rifuġjat, għandha tfisser l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet ta’ Rifuġjati; u

“deċiżjonijiet fl-istadju ta’ prim'istanza” previsti fl-Artikolu 2 (f) ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu rakkommandazzjonijiet tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet ta’ Rifuġjati dwar jekk applikant għandu jew, skont il-każ, ma għandux jiġi dikjarat bħala rifuġjat.

L-Irlanda tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda li ssir lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Refugee Act 1996 (kif emendat).

▐ [Em. 85]

L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS II

Parti A

Direttiva Mħassra

(imsemmija fl-Artikolu 47)

Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE

(ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13)

Parti B

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 48)

Direttiva

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni

2005/85/KE

L-ewwel data tal-għeluq l-1 ta’ Diċembru 2007

It-tieni data tal-għeluq l-1 ta’ Diċembru 2008

L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI (1)

Direttiva 2005/85/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2 (a)

Artikolu 2 (a)

Artikolu 2 (b)

Artikolu 2 (b)

Artikolu 2 (c)

Artikolu 2 (c)

Artikolu 2 (d)

Artikolu 2 (d)

Artikolu 2 (e)

Artikolu 2 (e)

Artikolu 2 (f)

Artikolu 2 (f)

Artikolu 2 (g)

Artikolu 2 (h)

Artikolu 2 (i)

Artikolu 2 (g)

Artikolu 2 (j)

Artikolu 2 (k)

Artikolu 2 (l)

Artikolu 2 (h)

Artikolu 2 (m)

Artikolu 2 (i)

Artikolu 2 (n)

Artikolu 2 (j)

Artikolu 2 (o)

Artikolu 2 (k)

Artikolu 2 (p)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (2)

Artikolu 3 (2)

Artikolu 3 (3)

Artikolu 3 (4)

Artikolu 3 (3)

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4 (2)

Artikolu 4 (2)

Artikolu 4 (3)

Artikolu 4 (3)

Artikolu 4 (4)

Artikolu 4 (5)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6 (1)

Artikolu 6 (1)

Artikolu 6 (2)

Artikolu 6 (2)

Artikolu 6 (3)

Artikolu 6 (3)

Artikolu 6 (4)

Artikolu 6 (5)

Artikolu 6 (6)

Artikolu 6 (4)

Artikolu 6 (7)

Artikolu 6 (5)

Artikolu 6 (8)

Artikolu 6 (9)

Artikolu 7 (1) sa (3)

Artikolu 7 (1)

Artikolu 8 (1)

Artikolu 7 (2)

Artikolu 8 (2)

Artikolu 8 (3)

Artikolu 8 (1)

Artikolu 9 (1)

Artikolu 9 (2)

Artikolu 8 (2) (a)

Artikolu 9 (3) (a)

Artikolu 8 (2) (b)

Artikolu 9 (3) (b)

Artikolu 8 (2) (c)

Artikolu 9 (3) (c)

Artikolu 9 (3) (d)

Artikolu 8 (3)

Artikolu 9 (4)

Artikolu 8 (5)

Artikolu 9 (5)

Artikolu 9 (1)

Artikolu 10 (1)

Artikolu 9 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9 (2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9 (3)

Artikolu 10 (3)

Artikolu 10 (4)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12 (1)

Artikolu 13 (1)

Artikolu 12 (2) (a)

Artikolu13 (2) (a)

Artikolu 12 (2) (b)

Artikolu 12 (2) (c)

Artikolu 12 (3)

Artikolu 13 (2) (b)

Artikolu 12 (4) sa (6)

Artikolu 13 (3) sa (5)

Artikolu 13 (1) u (2)

Artikolu 14 (1) u (2)

Artikolu 13 (3) (a)

Artikolu 14 (3) (a)

Artikolu 14 (3) (b)

Artikolu 13 (3) (b)

Artikolu 14 (3) (c)

Artikolu 14 (3) (d)

Artikolu 14 (3) (e)

Artikolu 13 (4)

Artikolu 14 (4)

Artikolu 13 (5)

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 15 (1), (2) u (3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18 (1), (2) u (3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15 (3) (a)

Artikolu 15 (3) (b)

Artikolu 18 (3) (a)

Artikolu 15 (3) (c)

Artikolu 18 (3) (b)

Artikolu 15 (3) (d)

Artikolu 15 (3) it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 18 (3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15 (4)

Artikolu 18 (4)

Artikolu 18 (5)

Artikolu 15 (5)

Artikolu 18 (6)

Artikolu 15 (6)

Artikolu 18 (7)

 

Artikolu 18 (8)

Artikolu 16 (1)

Artikolu 19 (1)

Artikolu 16 (2)

Artikolu 19 (2)

Artikolu 19 (3)

Artikolu 16 (3)

Artikolu 19 (4)

Artikolu 16 (4)

Artikolu 19 (4)

Artikolu 20 (1) sa (3)

Artikolu 17 (1)

Artikolu 21 (1)

Artikolu 17 (2) (a)

Artikolu 21 (2) (a)

Artikolu 17 (2) (b)

Artikolu 17 (2) (c)

Artikolu 21 (2) (b)

Artikolu 17 (3)

Artikolu 17 (4)

Artikolu 21 (3)

Artikolu 21 (4)

Artikolu 17 (5)

Artikolu 21 (5)

Artikolu 21 (6)

Artikolu 17 (6)

Artikolu 21 (7)

Artikolu 18

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 24

Artikolu 20 (1) (a) u (b)

Artikolu 24 (1) (a) u (b)

Artikolu 20 (2)

Artikolu 24 (2)

Artikolu 24 (3)

Artikolu 21

Artikolu 25

Artikolu 22

Artikolu 26

Artikolu 23

Artikolu 27

Artikolu 23 (1)

Artikolu 27 (1)

Artikolu 23 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 27 (2)

Artikolu 23 (2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 27 (3)

Artikolu 27 (4)

Artikolu 23 (3)

Artikolu 27 (5)

Artikolu 23 (4)

Artikolu 27 (6)

Artikolu 23 (4) (a)

Artikolu 27 (6) (a)

Artikolu 23 (4) (b)

Artikolu 23 (4) (c) (i)

Artikolu 27 (6) (b)

Artikolu 23 (4) (c) (ii)

Artikolu 23 (4) (d)

Artikolu 27 (6) (c)

Artikolu 23 (4) (e)

Artikolu 23 (4) (f)

Artikolu 27 (6) (d)

Artikolu 23 (4) (g)

Artikolu 23 (4) (h)

Artikolu 23 (4) (i)

Artikolu 23 (4) (j)

Artikolu 27 (6) (f)

Artikolu 23 (4) (k) sa (n)

Artikolu 23 (4) (o)

Artikolu 27 (6) (e)

Artikolu 27 (7)

Artikolu 27 (8)

Artikolu 27 (9)

Artikolu 28

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 29

Artikolu 25 (1)

Artikolu 29 (1)

Artikolu 25 (2) (a) sa (c)

Artikolu 29 (2) (a) sa (c)

Artikolu 25 (2) (d) u (e)

Artikolu 25 (2) (f) u (g)

Artikolu 29 (2) (d) u (e)

Artikolu 30

Artikolu 26

Artikolu 31

Artikolu 27

Artikolu 32

Artikolu 27 (1) (a)

Artikolu 32 (1) (a)

Artikolu 32 (1) (b)

Artikolu 27 (1) (b) sa (d)

Artikolu 32 (1) (c) sa (e)

Artikolu 27 (2) sa (5)

Artikolu 32 (2) sa (5)

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 33

Artikolu 30 (2) sa (4)

Artikolu 33 (2)

Artikolu 30 (5)

Artikolu 33 (3)

Artikolu 30 (6)

Artikolu 33 (4)

Artikolu 31

Artikolu 34

Artikolu 31 (2)

Artikolu 31 (3)

Artikolu 34 (2)

Artikolu 32 (1) sa (7)

Artikolu 35 (1) sa (7)

Artikolu 35 (8) u (9)

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 36

Artikolu 34 (1) u (2) (a)

Artikolu 36 (1) u (2) (a)

Artikolu 34 (2) (b)

Artikolu 34 (2) (c)

Artikolu 36 (2) (b)

Artikolu 34 (3) (a) u (b)

Artikolu 36 (3) (a) u (b)

Artikolu 35 (1)

Artikolu 37 (1) (a)

Artikolu 37 (1) (b)

Artikolu 35 (2) u (3) (a) sa (f)

Artikolu 35 (4)

Artikolu 37 (2)

Artikolu 35 (5)

Artikolu 37 (3)

Artikolu 36(1) sa (2)(c)

Artikolu 38(l) sa 2(c)

Artikolu 36(2)(d)

Artikolu 36(3)

Artikolu 36(4)

Artikolu 38(3)

Artikolu 36(5)

Artikolu 38(4)

Artikolu 36(6)

Artikolu 38(5)

Artikolu 36(7)

Artikolu 37

Artikolu 39

Artikolu 38

Artikolu 40

Artikolu 39

Artikolu 41

Artikolu 39 (1) (a)

Artikolu 41 (1) (a)

Artikolu 41 (1) (a) (i)

Artikolu 39 (1) (a) (i)

Artikolu 41 (1) (a) (ii)

Artikolu 39 (1) (a) (ii)

Artikolu 41 (1) (a) (iii)

Artikolu 39 (1) (a) (iii)

Artikolu 39 (1) (b)

Artikolu 41 (1) (b)

Artikolu 39 (1) (c) u (d)

Artikolu 39 (1) (e)

Artikolu 41 (1) (c)

Artikolu 41 (2) u (3)

Artikolu 39 (2)

Artikolu 41 (4)

Artikolu 39 (3)

Artikolu 41 (5) sa (8)

Artikolu 39 (4)

Artikolu 41 (9)

Artikolu 39 (5)

Artikolu 41 (10)

Artikolu 39 (6)

Artikolu 41 (11)

Artikolu 40

Artikolu 42

Artikolu 41

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 42

Artikolu 45

Artikolu 43

Artikolu 46

Artikolu 44

Artikolu 47

Artikolu 48

Artikolu 45

Artikolu 49

Artikolu 46

Artikolu 50

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV


(1)  It-Tabella ta’ Korrelazzjoni ma ġietx aġġornata.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/223


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
L-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu ***I

P7_TA(2011)0137

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistiċi Ewropej dwar it-turiżmu (COM(2010)0117 – C7-0085/2010 – 2010/0063(COD))

2012/C 296 E/36

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0117),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0085/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-kontributi mill-Assemblea tar-Repubblika tal-Portugall u mis-Senat Taljan dwar l-abbozz ta’ att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0329/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2010)0063

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 692/2011.)


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/224


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar ***I

P7_TA(2011)0138

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (COM(2010)0145 – C7-0107/2010 – 2010/0080(COD))

2012/C 296 E/37

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0145),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0107/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-kontributi li tressqu mill-Assemblea tar-Repubblika tal-Protugall u mis-Senat Taljan dwar l-abbozz ta’ att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Lulju 2010 (1),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-11 ta’ Marzu 2011 li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0017/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Isejjaħ lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew tibdilha b'test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 44, 11.2.2011, p. 171.


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2010)0080

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 693/2011.)


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/225


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Sajd - Miżuri tekniċi tranżitorji ***I

P7_TA(2011)0139

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (COM(2010)0488 – C7-0282/2010 – 2010/0255(COD))

2012/C 296 E/38

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0488),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0282/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-9 ta’ Marzu 2011 li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0024/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 84, 17.3.2011, p. 47.


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2010)0255

Posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 579/2011.)


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/226


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-2012 - Taqsima I - Il-Parlament

P7_TA(2011)0140

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2011/2018(BUD))

2012/C 296 E/39

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2012 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X (3),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-23 ta’ Marzu 2011 skont l-Artikoli 23(7) u 79(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 79(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati (A7-0087/2011),

A.

billi s-sitwazzjoni finanzjarja, ekonomika u soċjali attwali tal-Unjoni tobbliga lill-istituzzjonijiet jirreaġixxu bil-kwalità u bl-effiċjenza meħtieġa u li jimpjegaw proċeduri ta’ ġestjoni stretti sabiex jiġi żgurat li jinkiseb l-iffrankar; iqis li dan l-iffrankar għandu jinvolvi linji baġitarji relatati mal-Membri tal-Parlament Ewropew,

B.

billi l-istituzzjonijiet għandhom ikunu pprovduti b’riżorsi biżżejjed, għalkemm fil-kuntest ekonomiku attwali dawn ir-riżorsi għandhom jiġu ġestiti b’rigorożità u b’effiċjenza,

C.

billi huwa partikolarment mixtieq li l-Kumitat għall-Baġits u l-Bureau jkomplu bil-kooperazzjoni msaħħa tul il-proċedura baġitarja annwali skont l-Artikoli 23 u 79 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, li jipprevedu li l-Bureau ikun responsabbli biex jieħu deċiżjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Parlament kif ukoll biex ifassal l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament u li l-Kumitat għall-Baġits huwa responsabbli għar-rapport lill-plenarja dwar l-estimi baġitarji tal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali,

D.

billi l-prerogattivi tal-plenarja biex jiġu adottati l-estimi u l-baġit finali se jinżammu għal kollox skont it-Trattat u r-Regoli ta’ Proċedura,

E.

billi laqgħa ta’ prekonċiljazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits seħħet fil-15 u fit-22 ta’ Marzu 2011;

F.

billi f'ittra riċenti, il-Kummissarju responsabbli għall-baġit stieden lill-istituzzjonijiet kollha jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex tiġi limitata n-nefqa fit-tħejjija tal-estimi tagħhom tan-nefqa għall-Abbozz ta’ Baġit 2012;

Il-qafas ġenerali u l-baġit globali

1.

Jilqa' l-kooperazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, li s'issa kienet tajba, matul il-proċedura baġitarja attwali u l-ftehim bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits waqt il-prekonċiljazzjoni tiegħu fit-22 ta’ Marzu 2011;

2.

Jinnota li l-livell tal-Abbozz Preliminari tal-Estimi għall-baġit 2012, kif issuġġerit mis-Segretarju Ġenerali lill-Bureau, jammonta għal EUR 1 773 560 543, li jirrappreżenta 20,26 % tal-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF); jinnota li r-rata taż-żieda ssuġġerita hija 5,20 % aktar mill-baġit 2011;

3.

Jilqa' l-fatt li l-Bureau kiseb iffrankar fl-Abbozz Preliminari tal-Estimi tiegħu għall-Baġit 2012, kif adottat fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2011 wara l-prekonċiljazzjoni tiegħu mal-Kumitat għall-Baġits, meta mqabbel mal-Abbozz Preliminari tal-Estimi kif propost oriġinarjament; jikkonferma l-proposta tal-Bureau u jistabbilixxi l-livell globali tal-Abbozz tal-Estimi għall-2012 fil-livell ta’ EUR 1 724 575 043, li jirrappreżenta 19,70 % tal-intestatura 5 tal-MFF; jinnota li r-rata taż-żieda ssuġġerita hija 2,30 % aktar mill-baġit 2011;

4.

Jitlob li jsir rieżami fit-tul tal-baġit tal-Parlament; jitlob li jiġi identifikat iffrankar potenzjali ġejjieni biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jinħolqu riżorsi għat-tħaddim fuq perjodu twil ta’ żmien tal-Parlament bħala parti mill-awtorità leġiżlattiva;

5.

Jerġa' jafferma li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji diffiċli fl-Istati Membri, il-Parlament għandu juri r-responsabilità baġitarja u l-awtokontroll tiegħu billi jibqa' taħt ir-rata ta’ inflazzjoni attwali (4); skont l-orjentament interistituzzjonali, il-ħtiġijiet relatati mat-tkabbir għandhom jiġu integrati permezz ta’ ittra ta’ emenda jew ta’ baġit emendatorju; anke l-ħtiġijiet għat-18-il MPE ġdid b'segwitu għat-Trattat ta’ Lisbona se jiġu intergrati permezz ta’ ittra ta’ emenda jew ta’ baġit emendatorju;

6.

Barra minn hekk iħeġġeġ lill-amministrazzjoni biex tippreżenta valutazzjoni oġġettiva tal-baġit tal-Parlament bl-għan li jiġi identifikat l-iffrankar kollu possibbli u biex tippreżenta din il-valutazzjoni lill-Kumitat għall-Baġits biżżejjed qabel it-tmiem tal-proċedura baġitarja;

7.

Ifakkar li l-limitu massimu għall-intestatura 5 tal-MFF għall-baġit tal-UE fl-2012 huwa EUR 8 754 miljun;

8.

Huwa tal-fehma li l-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom juru responsabilità baġitarja u awtokontroll fil-kuntest ta’ kriżi ekonomika u tal-piż tqil tad-dejn pubbliku, kif ukoll trażżin fi żminijiet ta’ sforzi ta’ konsolidazzjoni baġitarja nazzjonali li għadhom għaddejjin, mingħajr ma jdgħajfu l-għan tal-eċċellenza leġiżlattiva;

Kwistjonijiet speċifiċi

9.

Iħeġġeġ lill-Bureau japplika approċċ strett rigward il-ġestjoni tar-riżorsi umani qabel l-istabbiliment ta’ karigi ġodda fil-Parlament;

10.

Jikkunsidra li l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu mmodernizzati u rrazzjonalizzati l-amministrazzjoni u l-proposti għall-2012 għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-forniment ta’ servizzi esterni u jistenna li hawn isir iffrankar sinifikanti sabiex jinkiseb livell ta’ nfiq komparabbli mill-inqas għal dak tal-2010;

11.

Jilqa' l-proposta tas-Segretarju Ġenerali li titkompla l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-Parlament, li tinbeda kampanja ta’ informazzjoni, li jingħata appoġġ għall-istrateġija multiannwali tal-ICT u li tkompli tiġi mmodernizzata u rrazzjonalizzata l-amministrazzjoni;

12.

L-isforzi biex tiġi mmodernizzata u rrazzjonalizzata l-amministrazzjoni għandhom jinkludu wkoll is-sigurtà tal-Parlament; jitlob riżerva ta’ EUR 3 miljun, li tiġi rilaxxata fuq preżentazzjoni ta’ kunċett vijabbli għal titjib u pjani tal-ispejjeż; ifakkar mir-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija tad-9 ta’ Marzu 2011, li għandu jiġi implimentat rieżami bir-reqqa dwar jekk id-dritt għal libertà ta’ aċċess għaċ-ċittadini Ewropej biex jiltaqgħu mar-rappreżentanti Ewropej tagħhom jistax jitqabbel b'mod aktar effikaċi mal-ħtieġa urġenti li tiġi provduta sigurtà għal dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport ta’ dan it-tip sat-30 ta’ Ġunju 2011;

13.

Ifakkar fl-importanza tal-punti kollha msemmija fil-linji gwida għall-baġit 2012 bħall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-applikazzjonijiet tas-softwer inklużi l-istrateġija diġitali b'rabta mal-għodda Web 2.0 u n-netwerks soċjali, is-sistema tal-“cloud computing” u l-Wifi, il-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-sistema tal-ġestjoni tal-għarfien, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, il-politika ambjentali u l-EMAS u politika attiva ta’ kontra d-diskriminazzjoni;

14.

Iqis li fl-implimentazzjoni tal-baġit 2012 għandu jintlaħaq aktar iffrankar billi jitnaqqas il-konsum, b'mod partikolari tal-ilma, tal-elettriku u tal-karti u li għandu jsir sforz biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport relatati mal-missjonijiet u mal-ivvjaġġar uffiċjali;

15.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ tagħrif kostanti u mqassam b'mod indaqs liċ-ċittadini Ewropej u jitlob l-amministrazzjoni tiegħu tissorvelja b'mod kostanti l-postijiet eżistenti u potenzjali għall-uffiċċji ta’ informazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fejn l-akkomodazzjoni tiġi offruta mingħajr ħlas;

16.

Jirrikjedi li jitwettaq rieżami metikoluż tar-rabtiet attwali bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li jinkixef kif jistgħu jitjiebu l-kuntatti settorjali bejn il-kumitati parlamentari fil-Parlament Ewropew u l-Istati Membri biex jinħoloq djalogu aktar sostantiv u sodisfaċenti;

Bini li qed jinbena

17.

Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu, espressa fir-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija tad-9 ta’ Marzu 2011; iqis li ħlas bikri, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ finanzjament, jibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-ġejjieni; jitlob f'dan il-kuntest li jsir l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi baġitarji, mill-iżvilupp ta’ strateġija fuq perjodu medju u twil ta’ żmien li tfittex li ssib l-aħjar soluzzjoni kif ukoll jitqies il-bżonn li jkunu valutati possibilitajiet diversi u possibilitajiet ta’ finanzjament alternattivi filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tat-trasparenza u tal-ġestjoni finanzjarja soda;

18.

Ifakkar li l-Parlament Ewropew se jikkunsidra finanzjament addizzjonali biss fuq il-bażi ta’ tagħrif meħtieġ marbut ma’ (1) l-ammont u s-sorsi tal-mezzi mistennija ta’ finanzjament, (2) it-tagħrif addizzjonali dwar l-implikazzjonijiet legali, u sakemm (3) id-deċiżjonijiet kollha marbuta mal-proġett ikunu soġġetti għal proċedura ta’ teħid tad-deċiżjonijiet xierqa li tiżgura dibattitu miftuħ u trasparenti; jieħu nota tal-istima tal-ispiża totali għat-twaqqif tad-Dar tal-Istorja Ewropea, l-istima tal-ispejjeż kurrenti u l-ħtiġijiet ta’ persunal; jitlob lill-Bureau jnaqqas l-istima tal-ispejjeż kurrenti; jitlob - sabiex jinżamm djalogu trasparenti u li jħalli l-frott mal-partijiet involuti - li jiġi ppreżentat bi pjan kummerċjali li jispjega l-istrateġija kummerċjali fit-tul tad-Dar tal-Istorja Ewropea u jitlob li jiġi mgħarraf malajr kemm jista' jkun dwar il-proġett tal-bini skont l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju; jipproponi riżerva ta’ EUR 2 miljun sakemm jirċievi dak il-pjan kummerċjali;

19.

Ma jappoġġax il-ħolqien ta’ linja baġitarja ġdida f'dan l-istadju speċifikament għad-Dar tal-Istorja Ewropea; jitlob għalhekk li l-EUR 1 miljun li diġà ġie allokat għall-partita l-ġdida “3247” (Dar tal-Istorja Ewropea) jiġi ttrasferit fil-kapitolu 101 (riżerva ta’ kontinġenza); iqis madankollu li kwalunkwe ħolqien ta’ tali linja għandu jkun parti minn proċedura trasparenti u għandu jkun approvat mill-awtorità tal-baġit;

Kunsiderazzjonijiet aħħarin

20.

Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2012 u jfakkar li l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz tal-Baġit, kif modifikat mill-Kunsill, se sseħħ f’Ottubru 2011, skont il-proċedura stipulata fit-Trattat;

*

* *

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0088.

(4)  Stqarrija għall-istampa tal-Eurostat 41/2011, 16 ta’ Marzu 2011.


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/230


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
It-tilqima kontra l-bluetongue ***I

P7_TA(2011)0147

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (COM(2010)0666 – 05499/2011 – C7-0032/2011 – 2010/0326(COD))

2012/C 296 E/40

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0666),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill fid-data 26 ta’ Jannar 2011, li fiha l-Kunsill iqis li l-bażi ġuridika għandha tiġi modifikata u jitlob lill-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (05499/2011 - C7-0032/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-modifika mitluba tal-bażi ġuridika,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0121/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Ħamis 7 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2010)0326

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (3) tistipula regoli u miżuri ta’ kontroll biex jiġġieldu u jeradikaw il-bluetongue, inklużi regoli dwar l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue.

(2)

Fil-passat, ġew irreġistrati biss inkursjonijiet sporadiċi ta’ ċerti stereotipi tal-virus tal-bluetongue fl-Unjoni. Dawk l-inkursjonijiet ġew irrappurtati prinċipalment fil-partijiet tan-Nofsinhar tal-Unjoni. Madankollu, mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/75/KE, u partikolarment mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-istereotipi 1 u 8 tal-virus tal-bluetongue fis-snin 2006 u 2007, il-virus tal-bluetongue infirex iktar mal-Unjoni, bir-riskju li jsir endemija f'ċerti żoni. Għalhekk, sar iktar diffiċli biex tiġi kkontrollata l-firxa tal-virus.

(3)

Ir-regoli dwar it-tilqim kontra l-bluetongue stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE huma bbażati fuq l-esperjenza tal-użu tal-hekk imsejħa “vaċċini ħajjin immodifikati”, jew “vaċċini ħajjin immoderati”, li kienu l-uniċi vaċċini disponibbli meta d-Direttiva ġiet adottata. L-użu ta’ dawk il-vaċċini jista' jwassal għal ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-virus tal-vaċċin anke f'annimali li ma jingħatawx it-tilqima.

(4)

Reċentement, bħala riżultat ta’ teknoloġija ġdida, “vaċċini inattivati” kontra l-bluetongue saru disponibbli, li ma jippreżentawx riskju għal annimali li ma jkunux ingħataw it-tilqima. L-użu estensiv ta’ tali vaċċini waqt il-kampanja ta’ tilqim fis-snin 2008 u 2009 wassal għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-marda. Attwalment jeżisti qbil ġenerali li t-tilqim b'vaċċini inattivati huwa l-għodda preferuta għall-kontroll tal-bluetongue u għall-prevenzjoni ta’ mard kliniku fl-Unjoni.

(5)

Biex jiġi żgurat kontroll aħjar tal-firxa tal-virus tal-bluetongue u biex jitħaffef il-piż fuq is-settur agrikolu ppreżentat minn dik il-marda, huwa xieraq li r-regoli eżistenti dwar it-tilqim stipulati fid-Direttiva 2000/75/KE jiġu emendati sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi fil-produzzjoni tal-vaċċini.

(6)

Sabiex tippermetti liż-żmien tat-tilqim fl-2011 jibbenefika mir-regoli l-ġodda, id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-emendi stipulati f'din id-Direttiva għandhom jagħmlu r-regoli dwar it-tilqim iktar flessibbli u jieħdu inkonsiderazzjoni wkoll il-fatt li vaċċini inattivati, li jistgħu jintużaw b'suċċess ukoll barra miż-żoni suġġetti għar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-annimali, issa huma disponibbli.

(8)

Barra minn hekk, u sakemm jittieħdu l-miżuri prekawzjonarji adegwati, l-użu ta’ vaċċini ħajjin immoderati ma għandux jiġi eskluż, billi l-użu tagħhom xorta waħda jista' jkun neċessarju taħt ċerti kundizzjonijiet, bħal pereżempju wara l-introduzzjoni ta’ stereotip ta’ virus ġdid tal-bluetongue li jista' jkun li ma jkunx hemm disponibbli vaċċini inattivati kontrih.

(9)

Għalhekk, id-Direttiva 2000/75/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2000/75/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

“(j)

vaċċini ħajjin immoderati’: vaċċini li huma mmanifatturati bl-adattament ta’ varjetajiet puri tal-virus tal-bluetongue minn każ ta’ studju partikolari permezz ta’ serje ta’ passaġġi fit-trobbija tat-tessut jew fil-bajd tat-tiġieġ b'embriju.”.

(2)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 5

1.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tiddeċiedi li tippermetti l-użu ta’ vaċċini kontra l-bluetongue jekk:

(a)

tali deċiżjoni tkun ibbażata fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju speċifika mwettqa mill-awtorità kompetenti;

(b)

il-Kummissjoni tiġi infurmata qabel tingħata tali tilqima.

2.   Kull meta jintużaw vaċċini ħajjin immoderati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tiddemarka:

(a)

żona ta’ protezzjoni, li tikkonsisti minn tal-inqas żona waħda ta’ tilqim;

(b)

żona ta’ sorveljanza, li tikkonsisti minn parti mit-territorju tal-Unjoni b'fond ta’ tal-inqas 50 kilometru li testendi lil hinn mil-limiti taż-żona ta’ protezzjoni.”.

(3)

Fl-Artikolu 6(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

jiġu implimentati l-miżuri adattati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2), b'mod partikolari fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ kull programm ta’ tilqim jew ta’ xi miżuri alternattivi oħra;”.

(4)

Fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Iż-żona ta’ sorveljanza għandha tikkonsisti minn parti mit-territorju tal-Unjoni b'fond ta’ tal-inqas 50 kilometru u li testendi lil hinn mil-limiti taż-żona ta’ protezzjoni u li fiha ma jkun sar l-ebda tilqim kontra l-bluetongue b'vaċċini ħajjin immoderati matul it-12-il xahar ta’ qabel.”.

(5)

Fl-Artikolu 10, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.

kull tilqim kontra l-bluetongue bl-użu ta’ vaċċini ħajjin immoderati huwa pprojbit fiż-żona ta’ sorveljanza.”.

Artikolu 2

(1)   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2011 .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

(2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi,

Għall-Parlament

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tal-15.3.2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2011.

(3)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.