ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.225.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 225

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
27 ta' Lulju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Il-95 sessjoni plenarja fit-3 u l-4 ta' Mejju 2012

2012/C 225/01

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-istrateġija għat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2011-2012

1

2012/C 225/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Green Paper dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja

7

2012/C 225/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ir-reviżjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u l-emissjonijiet

11

2012/C 225/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposti leġiżlattivi għar-riforma tal-politika komuni tas-sajd

20

2012/C 225/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Tixjiħ attiv: innovazzjoni — saħħa intelliġenti — ħajja aħjar

46

2012/C 225/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Effiċjenza fl-enerġija fil-bliet u r-reġjuni — enfasi fuq id-differenzi bejn id-distretti rurali u l-bliet

52

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-95 sessjoni plenarja fit-3 u l-4 ta' Mejju 2012

2012/C 225/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposta għal regolament ġenerali dwar il-fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni

58

2012/C 225/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposta għal regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

114

2012/C 225/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposta għal regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew

127

2012/C 225/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposta għal regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni

143

2012/C 225/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ir-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tat-TEN-T

150

2012/C 225/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2014-2020

159

2012/C 225/13

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-bidla u l-innovazzjoni soċjali

167

2012/C 225/14

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Proposti leġiżlattivi dwar ir-riforma tal-politika agrikola komuni u l-iżvilupp rurali wara l-2013

174

2012/C 225/15

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Erasmus għal Kulħadd

200

2012/C 225/16

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej

211

2012/C 225/17

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Programm tal-konsumaturi 2014-2020

217

2012/C 225/18

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Is-saħħa għat-tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE għall-perjodu 2014-2020

223

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-95 sessjoni plenarja fit-3 u l-4 ta' Mejju 2012

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/1


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-istrateġija għat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2011-2012”

2012/C 225/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

josserva li l-pajjiżi kollha (1) koperti mill-istrateġija għat-tkabbir irratifikaw formalment il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, u jħeġġiġhom jissodisfaw u jimplimentaw dawn l-impenji;

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza kruċjali tat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ sistema ta’ governanza f’diversi livelli, mezzi tax-xandir indipendenti u soċjetà ċivili fil-pajjiżi kandidati filwaqt li jħeġġeġ lil dawn tal-aħħar biex jappoġġjaw ir-rispett għal-libertajiet ċivili u l-proċeduri demokratiċi fil-ħajja politika;

jenfasizza l-importanza ta’ proċedura formali ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’kull stadju tal-proċess tat-tkabbir tal-UE, għaliex dan iżid il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u jgħin fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u fit-tqarrib taċ-ċittadini. Dan jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u jwassal għal użu iżjed effettiv tal-IPA ġaladarba r-rappreżentanti lokali u reġjonali jkunu infurmati tajjeb dwar il-proċess tal-integrazzjoni;

jappella għall-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ organizzazzjonijiet li jgħaqdu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-kooperazzjoni mal-ekwivalenti tagħhom fl-Istati Membri tal-UE, li jista’ jikkontribwixxi għall-iskambju tal-esperjenza u jappoġġja l-proċess ta’ integrazzjoni;

għandu fehma pożittiva tal-proċess ta’ integrazzjoni li għaddej fil-pajjiżi kandidati, u għandu fl-istess ħin jitqies bħala element wieħed fi proċess ta’ deċentralizzazzjoni msejjes fuq implimentazzjoni trasparenti;

jenfasizza l-importanza kruċjali tar-rispett tal-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajba mal-ġirien fost l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati u pajjiżi oħra, u jenfasizza wkoll ir-rwol u l-importanza tal-iżvilupp tal-kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali bejn dawn il-pajjiżi.

Relatur

is-Sur SZWABSKI (AE/PL), President tal-muniċipalità ta’ Gdynia

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: L-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2011-2012

COM(2011) 666

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

josserva li l-għan tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea huwa l-espansjoni taż-żona ta’ żvilupp paċifiku u kooperazzjoni fl-Ewropa. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea hija miftuħa għal kull pajjiż li jixtieq jissieħeb magħha, li jirrispetta l-valuri demokratiċi u hu impenjat favurihom, u li jissodisfa l-kriterji tas-sħubija; jinnota li kwalunkwe tkabbir huwa possibbli biss meta tiġi żgurata l-integrazzjoni b’suċċess tal-pajjiż ta’ adeżjoni fl-Unjoni Ewropea;

2.

josserva li l-pajjiżi kollha (2) koperti mill-istrateġija għat-tkabbir irratifikaw formalment il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, u jħeġġiġhom jissodisfaw u jimplimentaw dawn l-impenji;

3.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li jsir użu ikbar tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) biex jitħeġġeġ u jitħaffef il-pass tal-ħidma fil-qasam tar-riformi msejsa fuq ir-riżultati. Permezz tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn dan ikun rilevanti, tista’ titħeġġeġ il-kapaċità ta’ assorbiment tal-pajjiżi benefiċjarji u, b’hekk, l-IPA jibda jintuża b’mod iżjed effettiv;

4.

jenfasizza li l-proċess tat-tkabbir huwa mfassal biex jiżgura l-istabbiltà u għal iżjed prosperità għaċ-ċittadini tal-UE u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll biex jiżgura r-responsabbiltà konġunta rigward l-iżvilupp ta’ spazju dejjem akbar ta’ paċi, libertà, sigurtà u ġustizzja b’suq intern, filwaqt li jsir sforz biex jinkisbu l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

5.

josserva li ħidma li tirnexxi u dejjiema fil-qasam tar-riformi għandha tħaddan il-livelli kollha tas-soċjetà. Governanza tajba, inkluż l-immodernizzar tas-settur pubbliku kkoordinat fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, toħloq kundizzjonijiet aħjar għal demokrazija kumplessiva u iżjed profonda, livell ogħla ta’ trasparenza u sistemi li huma mxekklin inqas mill-korruzzjoni u n-nepotiżmu. Sistema deċentralizzata tagħmilha possibbli li ċ-ċittadini jerfgħu r-responsabbiltà u jkun iżjed faċli għalihom li jinvolvu lilhom infushom fil-proċessi marbuta mat-teħid tad-deċiżjonijiet;

6.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza kruċjali tat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ sistema ta’ governanza f’diversi livelli, mezzi tax-xandir indipendenti u soċjetà ċivili fil-pajjiżi kandidati filwaqt li jħeġġeġ lil dawn tal-aħħar biex jappoġġjaw ir-rispett għal-libertajiet ċivili u l-proċeduri demokratiċi fil-ħajja politika;

7.

jenfasizza l-importanza ta’ proċedura formali ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’kull stadju tal-proċess tat-tkabbir tal-UE, għaliex dan iżid il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u jgħin fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u fit-tqarrib taċ-ċittadini. Dan jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u jwassal għal użu iżjed effettiv tal-IPA ġaladarba r-rappreżentanti lokali u reġjonali jkunu infurmati tajjeb dwar il-proċess tal-integrazzjoni;

8.

jappella għall-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ organizzazzjonijiet li jgħaqdu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-kooperazzjoni mal-ekwivalenti tagħhom fl-Istati Membri tal-UE, li jista’ jikkontribwixxi għall-iskambju tal-esperjenza u jappoġġja l-proċess ta’ integrazzjoni;

9.

għandu fehma pożittiva tal-proċess ta’ integrazzjoni li għaddej fil-pajjiżi kandidati, u li għandu fl-istess ħin jiġi sfruttat bħala element wieħed fi proċess ta’ deċentralizzazzjoni msejjes fuq implimentazzjoni trasparenti;

10.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-progress u s-suċċess tal-proċess tat-tkabbir jiddependi l-iktar mill-progress li fil-fatt ikun sar mill-pajjiżi kandidati fl-implimentazzjoni tar-riformi biex jintlaħqu l-kriterji ta’ Kopenħagen;

11.

jenfasizza l-opportunità li l-proċess ta’ approvazzjoni tal-istrateġija makroreġjonali Adrijatika-Jonika jsir iktar rapidu min-naħa tal-Kunsill Ewropew, li għandu bħala valur miżjud is-semplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-proċessi ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-pajjiżi kandidati jew tal-kandidati potenzjali taż-żona ŻEE, u jippreżenta wkoll l-opportunità li tiġi promossa l-konsolidazzjoni tal-proċessi demokratiċi fit-territorji li jagħmlu parti miż-żona vasta tal-Mediterran;

12.

jenfasizza l-importanza kruċjali tar-rispett tal-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajba mal-ġirien fost l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati u pajjiżi oħra, u jenfasizza wkoll ir-rwol u l-importanza tal-iżvilupp tal-kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali bejn dawn il-pajjiżi;

13.

jitlob li l-awtoritajiet tal-pajjiżi li japplikaw għas-sħubija mal-UE jistabbilixxu regolamenti u strateġiji nazzjonali konsistenti bil-kooperazzjoni tal-korpi amministrattivi fil-livell lokali u reġjonali, u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu l-istrateġiji ta’ integrazzjoni ta’ gruppi marġinalizzati;

14.

jenfasizza l-bżonn ta’ informazzjoni komprensiva u bilanċjata fil-pajjiżi kandidati dwar l-UE, l-istituzzjonijiet tagħha, il-proċess tal-integrazzjoni kif ukoll dwar il-bidliet li dan il-proċess joħloq fil-pajjiżi individwali u l-isfidi u l-opportunitajiet għaċ-ċittadini. Din l-informazzjoni, li ħafna minnha trid tingħata mill-awtoritajiet tal-pajjiżi aderenti, hija essenzjali sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fl-integrazzjoni ta’ pajjiżhom fl-UE u biex jagħrfu l-benefiċċji tas-sħubija potenzjali;

15.

jappella biex il-pajjiżi kandidati kollha jagħtu sehemhom fl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-UE u tal-istituzzjonijiet Komunitarji skont il-possibbiltajiet formali tagħhom;

16.

jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn u l-importanza ta’ konferma ċara u mingħajr ambigwità mill-Unjoni Ewropea dwar l-impenn tagħha fil-proċess tat-tkabbir biex tinkludi lill-pajjiżi kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-sħubija;

IL-KROAZJA

Progress miksub mill-Kroazja fil-proċess tal-adeżjoni

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Kroazja, li hu mument importanti għall-integrazzjoni Ewropea. Sakemm il-proċeduri ta’ ratifika jiġu konklużi b’suċċess, il-Kumitat tar-Reġjuni jistenna bil-ħerqa li jilqa’ lill-Kroazja bħala membru ġdid mill-1 ta’ Lulju 2013;

18.

bi pjaċir jinnota l-progress li għamlet il-Kroazja biex tissodisfa l-kriterji tas-sħubija mal-Unjoni Ewropea mit-tressiq tal-applikazzjoni fl-2003 sal-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati f’Ġunju 2011 u l-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni dwar l-adeżjoni tal-Kroazja fl-UE f’Ottubru 2011;

19.

jilqa’ l-fatt li s-Slovenja u l-Kroazja qablu li jressqu l-kwistjoni tal-fruntiera miftuħa quddiem it-Tribunal tal-Arbitraġġ, u jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-Ftehim bilaterali ta’ Arbitraġġ dwar il-Fruntiera;

20.

jissottolinja l-livell għoli ta’ tħejjija tal-Kroazja għas-sħubija, filwaqt li jitlob lill-Kroazja tkompli tikkonsolida u timplimenta bis-sħiħ l-acquis tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-ġudikatura, l-indirizzar tal-korruzzjoni, l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, il-politika tal-kompetizzjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir;

21.

jilqa’ r-riżultat pożittiv tar-referendum dwar l-adeżjoni tal-Kroazja fl-UE, li sar f’Jannar 2012;

L-ISLANDA

Progress mill-pajjiż kandidat

22.

jilqa’ l-progress li sar fin-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Islanda. Jenfasizza l-kooperazzjoni kostruttiva ħafna bejn l-Islanda u l-UE fil-qafas taż-Żona Ekonomika Ewropea u ż-żona Schengen;

23.

jemmen li l-Islanda tista’ tingħaqad mal-UE f’qasir żmien skont il-prinċipju tal-merti proprji, u jinkoraġġixxi li l-allinjament fl-oqsma ta’ politika li fadal ikompli jsir fil-ħin;

24.

ifaħħar lill-Islanda talli sa ċertu punt irnexxielha tegħleb id-diffikultajiet ekonomiċi tagħha u ssoktat bl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa;

25.

huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta’ appoġġ qawwi min-naħa tal-pubbliku għall-proċess ta’ integrazzjoni;

DIK LI QABEL KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

Progress li sar mill-pajjiż kandidat tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent

26.

jesprimi l-fehma pożittiva tiegħu rigward l-isforzi ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-proċess ta’ adeżjoni;

27.

jilqa’ l-miżuri li ħa l-gvern ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex jippromovi s-sħubija tal-pajjiż mal-UE, iżda huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta’ azzjoni effettiva biex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għall-kwistjoni formali ta’ isem il-pajjiż; hija essenzjali li jinżammu relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, li jinkludu n-negozjati sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat dwar il-kwistjoni ta’ isem il-pajjiż, taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti;

28.

jilqa’ b’mod pożittiv il-passi kontinwi li ttieħdu biex is-sistemi legali nazzjonali jiġu adattati għal-leġislazzjoni tal-UE. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta’ riforma kontinwa fl-oqsma tal-ġustizzja, id-drittijiet fundamentali tan-nisa u l-minoranzi kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika;

29.

jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li tiġi indirizzata l-korruzzjoni u tiġi garantita l-libertà ta’ espressjoni tal-mezzi tax-xandir;

30.

jirrikonoxxi l-progress li sar fil-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-gvern, id-diversi livelli ta’ gvern lokali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi;

31.

jilqa’ l-progress fl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-lingwi, id-deċentralizzazzjoni u r-rappreżentazzjoni ekwa, u jinkoraġġixxi li jitkomplew l-isforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi kontinwi bħall-edukazzjoni u r-relazzjonijiet armonjużi bejn il-komunitajiet kollha;

IL-MONTENEGRO

Progress li sar mill-pajjiż kandidat tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent

32.

fid-dawl tal-fatt li l-Kunsill beħsiebu jiftaħ in-negozjati dwar l-adeżjoni f’Ġunju 2012, jilqa’ l-miżuri li ttieħdu biex tinbidel u tiġi adattata l-leġislazzjoni tal-Montenegro b’rabta mar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-ġbir tal-istatistika nazzjonali, il-libertà tal-mezzi tax-xandir, kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Saru wkoll xi avvanzi f’dak li hu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi;

33.

jilqa’ l-inizjattivi biex jonqos il-livell tal-korruzzjoni u jirrakkomanda li jittieħdu aktar miżuri biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni, speċjalment fl-oqsma tal-privatizzazzjoni, l-ippjanar territorjali, l-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa kif ukoll fl-awtoritajiet lokali u reġjonali;

34.

ifaħħar ħafna l-progress li sar fil-ħarsien tad-drittijiet tal-popolazzjoni minoritarja u fir-rappreżentazzjoni tagħha fil-korpi statutorji u dawk indipendenti;

35.

jilqa’ d-deċiżjoni li jitwaqqaf Kumitat Konsultattiv Konġunt bħala forum għad-djalogu bejn il-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE u l-awtoritajiet lokali tal-Montenegro;

IT-TURKIJA

Progress mill-pajjiż kandidat

36.

jilqa’ l-bidliet li jwasslu biex il-ħajja politika u s-soċjetà fit-Turkija jsiru aktar demokratiċi. Jinnota l-obbligu tat-Turkija li żżomm relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u jistidinha tevita kwalunkwe tip ta’ azzjoni kontra l-Istati Membri jew id-drittijiet sovrani tagħhom, kif definiti mill-kriterji ta’ Kopenħagen u l-Qafas ta’ Negozjar bejn l-UE u t-Turkija tat-3 ta’ Ottubru 2005. Jesprimi d-diżappunt tiegħu fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tat-Turkija fejn tisqarr l-intenzjoni li tiffriża r-relazzjonijiet tagħha mal-Presidenza tal-UE matul it-tieni nofs tal-2012 u jispera li jara l-iżvilupp tal-kooperazzjoni reġjonali;

37.

jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-fatt li t-Turkija għadha mhux qed iżżomm l-impenji tagħha b’konformità mal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija u jappella lit-Turkija li tagħmel progress lejn l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu;

38.

bi tħassib jinnota li t-Turkija għandha livell baxx ta’ infurzar tal-leġislazzjoni li ġiet adottata b’konformità mal-kriterji ta’ Kopenħagen. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress ċar fl-iżvilupp tal-governanza lokali u s-soċjetà ċivili. Madankollu, jittama li l-proċess attwali ta’ riforma kostituzzjonali ser jiżgura avvanzi sinifikanti. Jikkonferma li l-implimentazzjoni tal-kumitat konsultattiv konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Torok għandha tkun tista’ tiżgura l-kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti Ewropej fil-kwistjoni tad-deċentralizzazzjoni;

39.

huwa mħasseb dwar il-progress inadegwat fil-qasam tal-libertà ta’ espressjoni, il-libertà tal-mezzi tax-xandir, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa u r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi u n-nuqqas ta’ progress biex tinsab soluzzjoni sodisfaċenti dwar il-kwistjoni ta’ Ċipru. Iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jappoġġja b’mod attiv in-negozjati li għaddejjin li jieħu azzjoni mmirata biex il-kwistjoni ta’ Ċipru tissolva b’mod sħiħ;

40.

huwa mħasseb ħafna dwar il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali fil-liġi u fil-prattika u jistieden lit-Turkija tosservahom aktar. Ir-restrizzjonijiet fil-prattika fuq il-libertà tal-mezzi tax-xandir, il-każijiet legali miftuħa kontra kittieba, ġurnalisti, akkademiċi, rappreżentanti eletti demokratikament, u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-projbizzjonijiet frekwenti ta’ siti elettroniċi lkoll iqajmu tħassib serju li għandu jiġi indirizzat mill-Gvern Tork;

41.

iħeġġeġ lit-Turkija ssaħħaħ ir-riforma amministrattiva lokali bil-għan li jkun hemm żieda fid-deċentralizzazzjoni u użu iżjed effettiv tal-livelli lokali u reġjonali ta’ gvern. L-elementi importanti jinkludu użu ikbar u ġust tal-finanzjament tas-settur lokali, sistemi għal konsultazzjoni bejn il-livelli differenti b’konformità mal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli, u appoġġ akbar għall-integrazzjoni tas-settur lokali fl-UE;

42.

huwa mħasseb dwar it-tnaqqis li f’daqqa waħda kien hemm fl-interess u l-kredibbiltà min-naħa tal-pubbliku u l-mezzi tax-xandir fl-adeżjoni tat-Turkija mal-UE. Għalhekk jitlob lill-Unjoni Ewropea ssegwi l-proċess ta’ negozjar l-iktar permezz ta’ “aġenda pożittiva” li tidħol fix-xena hekk kif it-Turkija tirrispetta l-kriterji tal-adeżjoni;

43.

jesprimi l-fehma pożittiva tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex tikber il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri tal-UE u dawk fit-Turkija;

44.

jenfasizza li l-KtR hu interessat juża l-mekkaniżmi eżistenti għall-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, il-programmi transkonfinali, il-kooperazzjoni reġjonali u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-gvern lokali, bil-għan li jiġi żviluppat gvern lokali u jikber il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-demokratizzazzjoni;

L-ALBANIJA

Progress mill-pajjiż kandidat potenzjali

45.

jitlob lill-awtoritajiet Albaniżi jkomplu bir-riformi, billi dawk li saru s’issa qed iqarrbu lill-pajjiż biss parzjalment biex jissodisfa l-kriterji ta’ Kopenħagen;

46.

jenfasizza li għall-proċess tal-integrazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali li jiġi implimentat il-prinċipju tar-relazzjonijiet tajba mal-ġirien u l-kooperazzjoni reġjonali, u li jiġu żviluppati proċeduri demokratiċi, gvern lokali u soċjetà ċivili;

47.

iħeġġeġ lill-Gvern u lill-oppożizzjoni Albaniżi jerġgħu jġeddu u jżommu miftuħ djalogu politiku kostruttiv biex jissaħħu l-funzjonament tajjeb u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet demokratiċi fundamentali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jintensifikaw l-isforzi tagħhom għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi neċessarji għall-proċess tal-preadeżjoni, b’mod speċjali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-protezzjoni tal-minoranzi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata kif ukoll fl-isforzi għal politika kostruttiva tal-emigrazzjoni;

48.

jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ azzjoni deċiżiva biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni f’numru ta’ oqsma tal-ħajja pubblika; fil-futur din il-korruzzjoni tista’ tkun problema serja għall-iżvilupp tal-pajjiż;

49.

iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jaħdem b’mod attiv mal-partijiet interessati rilevanti biex jippromovi d-deċentralizzazzjoni u l-integrazzjoni fl-UE;

IL-BOSNJA-ĦERZEGOVINA

Progress mill-pajjiż kandidat potenzjali

50.

jilqa’ r-riformi li qed iwettqu l-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina. Iżda jiġbed l-attenzjoni għall-possibbiltà li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-livelli kollha tal-awtoritajiet, inklużi dawk tal-Federazzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u dawk tar-Republika Srpska;

51.

jemmen li l-awtoritajiet tal-Federazzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina jridu jżidu l-isforzi tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-implimentazzjoni tar-riformi b’konformità mal-kriterji ta’ Kopenħagen f’perjodu medju ta’ żmien huwa possibbli biss jekk ikun hemm parteċipazzjoni sinifikanti mill-awtoritajiet, filwaqt li r-riformi ambjentali ser ikunu possibbli f’perjodu twil;

52.

huwa inkwetat li l-politika fil-pajjiż hi staġnata u ma tistax tegħleb l-interessi speċjali tal-gruppi politiċi individwali. Dan qed iwassal biex jiddewwem il-proċess ta’ deżjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina. Permezz ta’ parteċipazzjoni iżjed wiesgħa u profonda min-naħa tal-atturi kkonċernati, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-IPA jista’ jintuża b’mod iżjed effettiv u, b’hekk ukoll, iċ-ċittadini jibbenefikaw minnu b’mod iżjed ċar. Dan jiċċara wkoll il-vantaġġi ta’ rabtiet iżjed mill-qrib mal-UE għall-individwi;

53.

jaqbel mal-analiżi tas-sitwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar il-kunflitti, il-fallimenti u l-paraliżi politika fil-Bosnja-Ħerzegovina u għalhekk jixtieq jenfasizza l-kummenti li għamel fl-2010 (3). Bħala pajjiż maqsum, il-Bosnja għandha bżonn tmexxija li tkun kapaċi ssib soluzzjoni għall-kunflitti u tibda t-tfittxija ta’ soluzzjonijiet kollettivi. L-UE għandha tagħmilha ċara li l-unika għażla reali hija politika li tiftaħ lill-pajjiż għall-erba’ libertajiet tas-suq intern;

54.

jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn id-diversi livelli amministrattivi tal-pajjiż hija dgħajfa, u dan għandu jitranġa permezz ta’ appoġġ ċar tal-forzi politiċi kollha fil-pajjiż;

55.

josserva li, sabiex ikun hemm klima ta’ kooperazzjoni kostruttiva fil-pajjiż, tinħtieġ struttura amministrattiva li taħdem tajjeb, u li l-livelli politiċi differenti tagħha jikkomplementaw lil xulxin u jirrikonċiljaw il-kunflitti ta’ bejniethom. Il-KtR itenni mill-ġdid li l-gvern nazzjonali tal-Bosnja-Ħerzegovina għandu jissaħħaħ f’għadd ta’ oqsma. Għandhom jiġu appoġġjati l-mezzi li jappoġġjaw il-forzi tar-riforma li jippromovu kemm Stat aktar b’saħħtu kif ukoll proċess tad-deċentralizzazzjoni b’awtoritajiet lokali msaħħa;

56.

hu konvint li hemm bżonn tiżdied il-kooperazzjoni transkonfinali prattika kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u dawk ċentrali;

IL-KOSOVO  (4)

Progress mill-pajjiż kandidat potenzjali

57.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kosovo fit-triq lejn l-Ewropa, fil-kuntest tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea;

58.

jittama li n-nuqqas ta’ kunsens wiesa’ dwar l-istatus formali tal-Kosovo fost l-Istati Membri tal-UE mhux ser jostakola l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet f’forma ta’ ftehimiet bejn l-UE u l-Kosovo, u jemmen li bħalissa, jistgħu jinstabu u jiġu promossi soluzzjonijiet prattiċi, ad hoc, fuq il-bażi ta’ approċċ newtrali fir-rigward tal-istatus tal-Kosovo;

59.

jenfasizza li l-UE, b’konformità mal-prinċipji li adottat, impenjat ruħha mingħajr ambigwità favur perspettiva Ewropea għall-Balkani tal-Punent, inkluż il-Kosovo;

IS-SERBJA

Progress tal-pajjiż kandidat

60.

jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li s-Serbja tingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat tal-UE;

61.

jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jagħti lis-Serbja l-istatus ta’ kandidat għall-UE u jħeġġeġ lis-Serbja tkompli r-riformi sistemiċi u strutturali tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu passi biex ir-relazzjonijiet mal-Kosovo jiġu għan-normal b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-proċess ta’ stabilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni, billi jiġu rispettati bis-sħiħ il-prinċipji tal-kooperazzjoni reġjonali bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha; fl-istess ħin jittama li ma jittieħed l-ebda pass li jista’ jhedded il-perspettiva Ewropea tagħhom;

62.

jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Serbi jkomplu bil-passi kostruttivi li ħadu għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-istabbiltà fir-reġjun;

63.

ifaħħar il-progress li sar mis-Serbja fil-proċess tal-preadeżjoni, li jinkludi bidliet f’sensiela sħiħa ta’ oqsma mid-drittijiet tal-bniedem, is-sistema ġudizzjarja u l-libertà tal-mezzi tax-xandir sal-kriterji ta’ Ħelsinki;

64.

jenfasizza li għall-proċess ta’ integrazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali li jiġu implimentati l-prinċipju tar-relazzjonijiet tajba mal-ġirien u l-kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll li jiġu żviluppati proċeduri demokratiċi, id-drittijiet tal-minoranzi u tal-gvern lokali, u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili;

65.

jesprimi l-fehma pożittiva tiegħu dwar il-protezzjoni tad-drittijiet lingwistiċi tal-popolazzjoni minoritarja tradizzjonali, l-approvazzjoni tal-liġi dwar il-proprjetà pubblika f’Settembru 2011 u t-trasferiment ta’ xi setgħat lill-provinċja ta’ Vojvodina u lill-awtoritajiet lokali.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Bl-eċċezzjoni tal-Kosovo, b’konformità mar-Riżoluzzjoni 1244/1999 tan-NU.

(2)  Bl-eċċezzjoni tal-Kosovo, b’konformità mar-Riżoluzzjoni 1244/1999 tan-NU.

(3)  CdR 345/2009.

(4)  Skont l-UNSCR 1244/1999.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/7


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Green Paper dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja”

2012/C 225/02

Il-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza li r-referenzi għal Aġenda Ewropea Mġedda għall-integrazzjoni (CdR 199/2011), kif ukoll għal kultura Ewropea ta’ governanza f'diversi livelli (CdR 273/2011) li b'mod partikolari tappella biex jieħu azzjoni l-Kumitat tar-Reġjuni, it-tnejn li huma għandhom bżonn jindirizzaw ir-riunifikazzjoni tal-familja;

jinnota li l-Green Paper tindika li l-applikazzjoni tad-Direttiva f'ċerti każijiet tintuża bħala deterrent u f'dan il-kuntest jenfasizza li l-arranġamenti għar-riunifikazzjoni tal-familja m'għandhomx jinftiehmu bħala strument li jikkontrolla l-flussi migratorji; l-għanijiet speċifiċi tar-riunifikazzjoni qegħdin hemm biex jgħinu lill-migranti legali jintegraw bl-aħjar mod, u huma konformi mad-drittijiet li wieħed ikollu familja;

jenfasizza li d-dritt tal-individwi għal ħajja komuni fi ħdan il-familja u d-dritt, iżda anke l-obbligu, tas-sostenn, it-trobbija u l-edukazzjoni tal-ulied, u għalhekk li jinżammu fil-qrib, huma drittijiet u obbligi fundamentali, irrispettivament miċ-ċittadinanza, u jfakkar li dan diġà ġie kkonfermat minn bosta stqarrijiet nazzjonali u internazzjonali dwar din it-tema konverġenti;

ifakkar li l-azzjoni prattika mill-Istati Membri għandha tittieħed fil-qafas tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà, kemm biex l-inizjattiva tar-reġjuni u l-komunitajiet lokali titqiegħed b'mod iktar konkret fl-implimentazzjoni prattika tal-integrazzjoni, kif ukoll biex jingħataw qafas ta’ referenza stabbli u fuq livell legali sod;

il-Kumitat jappella għal rwol iktar b'saħħtu għal-livell lokali fil-qafas ta’ governanza f'diversi livelli, kundizzjoni essenzjali għal politika ta’ immigrazzjoni koerenti, li tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif ukoll adatta biex tippromovi l-benesseri tal-komunitajiet destinatarji u tal-immigranti.

Relatur

Is-Sur Sergio SOAVE (IT/PSE), Sindku ta’ Savigliano (CN)

Dokument ta’ referenza

Green Paper dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fl-Unjoni Ewropea (Direttiva 2003/86/KE)

COM (2011) 735 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Qafas ta’ referenza

1.

bi pjaċir jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiftaħ dibattitu dwar it-tema tar-riunifikazzjoni tal-familja, li kien diġà ġie trattat fid-Direttiva 2003/86/KE, sabiex jiġu valutati xi punti ta’ kritika li ħarġu mill-implimentazzjoni tal-istess Direttiva u biex tidħol iktar fid-dettall dwar l-allegazzjonijiet li saru minn diversi partijiet interessati (NGOs, il-komunitajiet lokali, id-dinja akkademika);

2.

japprova d-deċiżjoni li l-Green Paper tintuża bħala bażi għad-dibattitu, billi, kif juru xi aspetti essenzjali tad-Direttiva, din tqajjem sensiela ta’ mistoqsijiet. Bi pjaċir jinnota li, wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar iddeċidiet dwar il-miżuri konkreti li għandhom jiġu adottati;

3.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali fil-ġestjoni tal-politiki ta’ integrazzjoni u koeżjoni soċjali u f'dan is-sens għandhom jiġu involuti bis-sħiħ fid-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istandards dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja sabiex jiġu ffaċilitati kemm l-integrazzjoni sħiħa tal-immigranti fil-pajjiżi destinatarji, kif ukoll riforma eventwali tad-Direttiva;

4.

jenfasizza li t-tali inizjattiva hija konformi mal-programm ta’ Stokkolma ta’ Diċembru 2009, u anke l-Patt Ewropew dwar l-immigrazzjoni u l-asil ta’ Settembru 2008;

5.

jenfasizza li r-referenzi għal Aġenda Ewropea Mġedda għall-integrazzjoni (CdR 199/2011), kif ukoll għal kultura Ewropea ta’ governanza f'diversi livelli (CdR 273/2011) li b'mod partikolari tappella biex jieħu azzjoni l-Kumitat tar-Reġjuni, it-tnejn li huma għandhom bżonn jindirizzaw ir-riunifikazzjoni tal-familja;

Il-kuntest politiku tal-opinjoni

6.

iqis li l-kriżi ekonomika li ħakmet l-Ewropa b'daqshekk qawwa tista' jkollha effett ta’ distorsjoni fuq kif titqies id-Direttiva. Dan huwa parzjalment ir-riżultat tal-massa ta’ nies li qed jaslu l-Ewropa, uħud minnhom li qed jaħarbu mill-effetti tal-moviment politiku pożittiv magħruf bħala r-Rebbiegħa Għarbija li laqtet ħafna pajjiżi fin-naħa t'Isfel tal-Mediterran;

Prinċipji u valutazzjoni

7.

jinnota li l-Green Paper tindika li l-applikazzjoni tad-Direttiva f'ċerti każijiet tintuża bħala deterrent u f'dan il-kuntest jenfasizza li l-arranġamenti għar-riunifikazzjoni tal-familja m'għandhomx jinftiehmu bħala strument li jikkontrolla l-flussi migratorji, problema li għandha tiġi indirizzata fl-oriġini tagħha u b'modi oħra. L-għanijiet speċifiċi tar-riunifikazzjoni qegħdin hemm biex jgħinu lill-migranti legali jintegraw bl-aħjar mod, u huma konformi mad-drittijiet li wieħed ikollu familja, prinċipju li jinsab f' kull Karta dwar id-drittijiet;

8.

jenfasizza li d-dritt tal-individwi għal ħajja komuni fi ħdan il-familja u d-dritt, iżda anke l-obbligu, tas-sostenn, it-trobbija u l-edukazzjoni tal-ulied, u għalhekk li jinżammu fil-qrib, huma drittijiet u obbligi fundamentali, irrispettivament miċ-ċittadinanza, u jfakkar li dan diġà ġie kkonfermat minn bosta stqarrijiet nazzjonali u internazzjonali dwar din it-tema konverġenti. B'mod partikolari, l-Artikolu 16 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-drittijiet tal-bniedem tal-1948 iqis il-familja bħala n-nukleu naturali u fundamentali tas-soċjetà u tagħtiha d-dritt li tiġi protetta mis-soċjetà u mill-Istat; u l-Artikolu 9 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tinkludi d-dritt li wieħed jibni familja fost id-drittijiet fundamentali tal-bniedem;

9.

jawgura li l-politiki tal-ġestjoni tal-immigrazzjoni jirrispettaw bis-sħiħ dawn id-drittijiet fundamentali b'konformità mal-istqarrijiet tal-Qorti ta’ Strasburgu u tal-Lussemburgu li saħqu fuq dan il-punt b'mod ċar u iktar minn darba;

10.

barra minn hekk, fil-livell prattiku, jappella biex jiġu valutati l-effetti tar-riunifikazzjoni tal-familja. Id-Direttiva tikkonferma li dawn jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ stabbiltà soċjokulturali li tiffaċilita l-integrazzjoni, li twassal għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, għall-vantaġġ sħiħ tal-entitajiet lokali ospitanti; għandu jiġi rikonoxxut ukoll li l-applikazjoni tad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja tirrappreżenta qabża fil-kwalità tal-politiki dwar il-migrazzjoni, li juru li huma iktar maturi fl-attenzjoni mogħtija għall-istabilizzazzjoni tal-migrazzjoni attwali bħala strument indispensabbli għal integrazzjoni soċjoekonomika effettiva fil-pajjiż ospitanti; dan jidher ukoll li huwa pass importanti – għall-finijiet prattiċi – li jikkontribwixxi għat-trażżin tal-immigrazzjoni klandestina u biex jitnaqqsu t-tipi perikolużi tal-esklużjoni soċjali;

11.

jenfasizza li, fil-liġijiet kostituzzjonali kollha Ewropej, il-qasam tal-familja huwa meqjus bħala sors ta’ doveri speċifiċi ta’ solidarjetà ekonomika u soċjali; it-tisħiħ tat-tali qasam fir-rigward tal-familji immigranti, għal rikonoxximent iktar sod tad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja għalhekk jidher li huwa strument speċifiku biex tiġi promossa din l-idea, mil-lat tal-barranin, li ħafna obbligi imposti fuqhom (amministrattivi u organizzattivi) mhumiex biss ir-riżultat ta’ politiki ta’ ripressjoni jew strumenti ta’ pulizija, iżda parti minn proġett usa' intiż għall-iżvilupp komprensiv tas-soċjetà li fiha huma mitluba b'mod attiv li jieħdu sehem, mhux biss billi jitolbu d-drittijiet iżda wkoll billi jirrikonoxxu d-dmirijiet li jsaħħu l-prinċipji ta’ lealtà ċivika u tar-responsabbiltà għall-persuni l-oħra;

12.

f'dan ir-rigward, jittama li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-hekk imsejħa “familja nukleari”, li diġà tingħata l-ikbar attenzjoni mid-Direttiva, u fil-qafas ta’ referenza, lid-dritt tar-riunifikazzjoni tat-tfal minorenni, li jistħoqqilhom ħarsien speċifiku u iktar protezzjoni; fir-rigward ta’ forom oħra ta’ familji, anke b'rabta mar-regoli u d-drawwiet tal-pajjiż minn fejn ikun ġej il-migrant, iqis li l-valutazzjoni tal-persuni waħidhom jew każijiet ġenerali jitħallew f'idejn l-Istati Membri; jekk, madankollu, b'riżultat tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi li jkun hemm bżonn li tiġi adottata definizzjoni komuni ta’ “familja” fil-livell Ewropew, din id-definizzjoni trid tkun konsistenti mad-definizzjonijiet li diġà jidhru fi strumenti oħra tal-UE;

13.

meta titqies l-importanza ta’ tali prinċipji ġenerali u tali valutazzjonijiet, il-Kumitat ma jaħsibx li hemm lok li ssir limitazzjoni sostanzjali tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri individwali rikonoxxuti mid-Direttiva u konfermati mit-Trattat ta’ Lisbona. Fl-istess ħin ifakkar li l-azzjoni prattika mill-Istati Membri għandha tittieħed fil-qafas tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà, kemm biex l-inizjattiva tar-reġjuni u l-komunitajiet lokali titqiegħed b'mod iktar konkret fl-implimentazzjoni prattika tal-integrazzjoni, kif ukoll biex jingħataw qafas ta’ referenza stabbli u fuq livell legali sod;

II.   KWISTJONIJIET IMQAJMA MILL-GREEN PAPER

IL-KUMITAT

Il-kunċett tal-familja u r-rekwiżiti tar-rabtiet tal-familja

14.

iqis li għalkemm kull ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jgħix fiż-żona tal-UE b'mod legali għandu d-dritt tar-riunifikazzjoni mal-familja tiegħu, huwa raġonevoli li dan id-dritt ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, sakemm jiġi rispettat l-ispirtu tad-Direttiva li hija intiża biex tiffaċilita l-integrazzjoni u l-istabilizzazzjoni;

15.

iqis li kif qiegħda formulata bħalissa d-Direttiva tista' tinħoloq ċerta inċertezza mil-lat legali u fl-interpretazzjoni u jitlob li tiġi valutata l-possibbiltà li fil-livell Ewropew jiġi stabbilit perjodu minimu ta’ residenza li jibbilanċja r-rekwiżit tal-istabbiltà mar-rispett għad-dritt tal-ħajja tal-familja u bl-użu ta’ mudelli simili għal dawk użati fil-migrazzjoni ċirkolari meta jintużaw il-programm ta’ ritorn volontarju;

16.

jipproponi li l-età minima prevista għar-riunifikazzjoni tal-miżżewġin għandha tikkoinċidi mal-età tal-miżżewweġ, kif inhu stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ospitanti, sakemm id-derogi għal età iżgħar jitqiesu bħala eċċezzjoni. Bis-saħħa t'hekk tiġi żgurata l-ikbar armonizzazzjoni possibbli u tiġi evitata d-diskriminazzjoni tal-età;

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ż-żewġ derogi prevvisti għad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja għat-tfal minorenni (Artikolu 4(1), l-aħħar inċiż u l-paragrafu 6) peress li kienu ftit li xejn utli fil-prattika, jistgħu jitneħħew. Fi kwalunkwe każ jirrakkomanda li d-deċiżjonijiet f'dan ir-rigward jittieħdu dejjem fid-dawl tal-interess tat-tfal u tat-tisħiħ tal-ħarsien tad-dritti tal-minorenni; barra minn hekk jirrakkomanda li, għall-istess raġunijiet, id-dritt tar-riunifikazzjoni tat-tfal minorenni tiġi garantita anke fin-nuqqas ta’ rabta ta’ żwieġ bejn il-ġenituri, anki sabiex tiġi eskluża kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni bejn it-tfal leġittimi u naturali;

18.

fir-rigward tal-klawżola fakultattiva relatata ma’ familjari oħra, apparti mill-miżżewġin jew koppji reġistrati u t-tfal, l-Istati Membri individwali għandhom jingħataw marġni ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni tal-kriterji tal-awtorizzazzjoni; iqis li d-Direttiva attwali ma tiċċarax – u dan għandha tagħmlu – il-konsegwenzi għall-familjari fil-każ ta’ mewt tal-persuna residenti, ta’ żwieġ annullat, ta’ divorzju jew jekk il-persuna residenti titlaq mill-Istat Membru jew fil-każ li tintrebaħ kontestazzjoni ta’ paternità;

Miżuri ta’ integrazzjoni

19.

jirrakkomanda li jsir monitoraġġ preventiv dwar l-effikaċja tad-diversi esperjenzi preċedenti (miżuri ta’ qabel it-tluq u miżuri applikati fil-pajjiżi ospitanti). Fuq il-bażi ta’ dan l-iskrining inizjali, jirrakkomanda madankollu li jiġu evitati l-miżuri ta’ qabel it-tluq li ma jiġux implimentati mill-familjari tal-persuni residenti minħabba analfabetiżmu, spejjeż materjali, distanzi twal miċ-ċentri urbani u raġunijiet oħrajn li jistgħu jfissru, fil-prattika, esklużjoni mid-dritt ta’ riunifikazzjoni. Barra minn hekk, iqis li jekk tiġi meħtieġa l-attendenza għall-korsijiet tal-lingwa u/jew l-edukazzjoni ċivika u/jew l-għarfien dwar l-istorja u l-kultura tas-soċjetà ospitanti, wara l-wasla fil-pajjiż ospitanti, dawn il-korsijiet għandhom jingħataw b'xejn biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni fuq id-dħul u għandhom jitwettqu wkoll fuq il-bażi tal-Moduli Ewropew tal-Integrazzjoni (European Integration Modules);

Perjodu ta’ stennija u kapaċità ta’ akkoljenza

20.

fil-valutazzjoni ta’ kundizzjonijiet oħra importanti imposti fuq ir-residenti mill-Istat Membru (disponibbiltà ta’ akkomodazzjoni, assigurazzjoni tas-saħħa, riżorsi stabbli suffiċjenti), jirrakkomanda li dawn ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u li ma jispiċċawx f'restrizzjonijiet arbitrarji, b'mod partikolari jittama li, fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri jadottaw sistema bbażata fejn ir-rispett ta’ dawn il-kundizzjonijiet jiġi aċċertat fuq kriterji oġġettivi u verifikabbli u mhux fuq klawżoli ġeneriċi u suxxettibbli għal interpretazzjoni restrittiva b'mod arbitrarju;

21.

jissuġġerixxi li jitneħħa l-kriterju tal-“kapaċità ta’ akkoljenza” tal-Istat Membru bħala element ta’ valutazzjoni għall-għoti tar-riunifikazzjoni, billi dan tfassal bħala strument ta’ kontroll addizzjonali għall-flussi migratorji, għall-kuntrarju tal-prinċipji tal-liġi tal-Unjoni Ewropea;

22.

iqis li l-perjodu tal-permess għar-residenza tal-familjarji tar-resident għandu jkun armonizzat ma’ dak tar-resident innifsu, u għandha titqies il-possibbiltà li jiġu adottati soluzzjonijiet b'konformità mal-mudelli tal-migrazzjoni ċirkolari fil-każ li jintużaw il-programmi ta’ ritorn volontarju;

Kwistjonijiet rigward l-asil

23.

fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familja taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn tipi ta’ protezzjoni partikolari (asil, status ta’ rifuġjat, protezzjoni sussidjarja) iqis li b'konformità mal-programm ta’ Stokkolma, id-diversi status għandhom jiġu trattati permezz ta’ standards speċifiċi u awtonomi li jikkunsidraw is-sitwazzjoni partikolari (anki mil-lat tad-diffikultajiet prattiċi biex jimtlew it-talbiet għall-informazzjoni u t-tressiq tad-dokumenti) li fiha jinsabu l-persuni li jkollhom tali protezzjoni. Għalhekk, id-Direttiva dwar is-sistema ġenerali ta’ riunifikazzjoni m'għandhiex tapplika għall-familjari ta’ barranin li jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ protezzjoni, filwaqt li r-riunifikazzjoni familjari ta’ dawn tal-aħħar għandha ssir skont sistema awtonoma, anki b'referenza għar-rabtiet familjari li jinħolqu wara d-dħul fit-territorju tal-Istat ospitanti;

Frodi, abbuż u kwistjonijiet ta’ proċedura

24.

iqis li d-deċiżjoni ta’ xi Stati Membri li jintroduċu l-provi tad-DNA għall-identifikazzjoni tat-tfal, jekk ma tiġix applikata bħala miżura estrema, tista' tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minbarra ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rispett tal-ħajja privata u familjari (Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem);

25.

rigward il-frodi li jista' jsir minħabba ż-żwiġijiet ta’ konvenjenza, jitlob lill-Kummissjoni u/jew lill-Istati Membri jqassmu informazzjoni dwar ir-realtà ta’ dan il-fenomenu. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika, iqis li għandu jitwettaq stħarriġ immirat fl-Istati Membri kollha biex tiġi identifikata b'mod aktar preċiż ir-realtà tal-fenomenu, u jiġu promossi l-prattiki tajba fir-rigward tal-ġlieda kontra dawn il-problemi;

26.

fir-rigward tal-ispejjeż tar-riunifikazzjoni familjari imposti fuq l-applikant, iqis li żieda artifiċjali fl-ispejjeż tista' tintuża minn ċerti Stati Membri għal finijiet ta’ restrizzjoni arbitrarja, b'kuntrast mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jirrikjedi l-adegwetezza tal-mezzi għall-finijiet li għalihom jintużaw: il-fini hija li jiġi favorit, mhux imfixkel, l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt; għalhekk iqis li l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jistabbilixxu l-ispejjeż b'tali mod li l-applikazzjoni konkreta tad-Direttiva ma tiġix imfixkla;

27.

huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jiġu rrakkomandati jirrispettaw l-iskadenza prevista mid-Direttiva, li fiha għandha tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għar-riunifikazzjoni; kull proċedura ta’ deroga stabbilita mill-Istat intiża biex testendi kull raġjuni raġonevoli titqies bħala ostaklu għall-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva;

Ir-rispett tal-klawżoli orizzontali

28.

fir-rigward tad-diffikultajiet identifikati fir-rigward taż-żewġ klawżoli orizzontali obbligatorji previsti mid-Direttiva, jittama li l-Kummissjoni Ewropea tadotta l-istrumenti u l-miżuri kollha previsti mit-Trattati intiżi biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tal-liġi Komunitarja min-naħa tal-Istati Membri.

III.   KUMMENTI FINALI

29.

Il-Kumitat jappella għal rwol iktar b'saħħtu għal-livell lokali fil-qafas ta’ governanza f'diversi livelli, kundizzjoni essenzjali għal politika ta’ immigrazzjoni koerenti, li tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif ukoll adatta biex tippromovi l-benesseri tal-komunitajiet destinatarji u tal-immigranti. Insibu bosta eżempji eżemplari ta’ integrazzjoni f'bosta reġjuni u komunitajiet tal-Ewropa u bosta ambigwitajiet fil-leġislazzjoni nazzjonali dwar l-interpretazzjoni konkreta tad-Direttiva ġew solvuti b'mod pożittiv, eżattament minħabba l-esperjenza prattika tal-istituzzjonijiet lokali. Il-KtR jenfasizza l-bżonn li jinkiseb l-ikbar ammont ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett u joffri l-kooperazzjoni sħiħa tiegħu lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet l-oħra Ewropej fil-ġbir u t-tqassim tal-informazzjoni u l-prattika tajba fejn din l-informazzjoni tinsab disponibbli fil-livell lokali u reġjonali.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/11


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-reviżjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u l-emissjonijiet”

2012/C 225/03

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

josserva li, sa ċertu punt, it-tnaqqis fit-titjib tal-kwalità tal-arja, huwa kkawżat minn nuqqas ta’ ambizzjoni fil-politika tal-UE dwar it-tnaqqis mis-sors u nuqqas ta’ miżuri nazzjonali. Ħafna mill-piż u r-responsabbiltà għas-soluzzjoni tal-problemi tqiegħdu fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali; hemm bżonn approċċ f’diversi livelli fejn kull livell (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali) jassumi r-responsabbiltà tiegħu u jadotta l-miżuri li jistgħu u għandhom jiġu adottati fil-livell tiegħu;

jinsisti li l-politiki tal-UE dwar l-immissjonijiet u l-emissjonijiet irid ikollhom rabta bejniethom. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu żviluppati livelli indaqs ta’ ambizzjoni u perjodi ta’ żmien sinkronizzati għall-politiki tal-UE bbażati fuq it-tnaqqis mis-sors u l-immissjonijiet matul il-fażi tal-iżvilupp tal-politika;

jirrakkomanda li tissaħħaħ il-politika tal-emissjonijiet tal-UE b’mod parikolari billi r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-NEC tkun ambizzjuża biżżejjed biex tnaqqas il-konċentrazzjonijiet fl-isfond; billi l-istandards Euro għall-vetturi jsiru iktar stretti fir-rigward tal-NO2/NOx u l-materja partikulata u l-emissjonijiet għal sorsi mobbli oħra; billi jingħalqu l-lakuni bejn l-istandards tal-emissjonijiet tal-vetturi tal-UE u emissjonijiet tal-vetturi tad-“dinja reali”; billi jiġu indirizzati l-emissjonijiet mit-traffiku bil-baħar, bl-ajru, l-emissjonijiet tal-ammonja mill-agrikoltura;

jirrakkomanda li r-reviżjoni tad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja (2008/50/KE u 2004/107/KE) b’mod partikolari tnaqqas in-numru ta’ sustanżi u n-numru tal-miri u l-valuri ta’ limitu billi tiffoka fuq is-sustanzi li jniġġsu l-iktar u l-indikaturi li jirriflettu l-iktar l-aspetti tas-saħħa; jinvestiga jekk il-konċentrazzjoni tal-partikoli u l-karbonju iswed humiex indikaturi iktar adatti u liema forma tista’ tiġi introdotta fid-direttva; jeżamina l-użu tal-medja annwali tal-valur tal-limitu għall-PM10 fuq il-bażi ta’ konċentrazzjonijiet medji multiannwali; jestendi l-possibbiltà ta’ derogi addizzjonali għat-tnaqqis tal-livelli tal-NO2 taħt ċirkustanzi speċifiċi u jimponi regoli iktar speċifiċi dwar it-tqegħid tal-istazzjonijiet għall-kejl tal-arja sabiex tiġi garantita l-komparabbiltà.

Relatur

Relatur: is-Sur LAMERS (NL/PPE), Sindku ta’ Houten

Dokument ta’ referenza

Ittra mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2011

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kummenti ġenerali

1.

jinsab konxju tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li fl-2013 tressaq reviżjoni komprensiva tal-politika Ewropea dwar il-kwalità tal-arja, b’għanijiet ġodda fit-tul għall-perjodu wara l-2020. Din ir-reviżjoni ser tkun mifruxa sew u ser tinkludi:

reviżjoni tal-istrateġija tematika dwar it-tniġġis tal-arja (COM(2005) 446 final);

politika tal-UE iktar stretta għat-tnaqqis tat-tniġġis mis-sors;

l-amalgamazzjoni tad-direttivi li ġejjin f’direttiva unika:

il-verżjoni riveduta tad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2008/50/KE u 2004/107/KE);

il-verżjoni riveduta tad-direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali tal-emissjonijiet (Direttiva 2001/81/KE);

2.

japprezza t-talba tal-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni ta’ prospettiva mill-Kumitat dwar il-futur tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja;

3.

jinnota li l-opinjoni (1), bħala opinjoni ta’ prospettiva li nħarġet matul l-istadju tal-grupp ta’ esperti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, tistabbilixxi kemm l-aspetti amministrattivi/ta’ politika kif ukoll dawk tekniċi (leġislazzjoni rakkomandata u proċessi suġġeriti);

4.

jinnota li l-kwalità tal-arja taffettwa l-ħajja ta’ kuljum u s-saħħa tan-nies, kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f’dawk rurali. Is-saħħa pubblika u l-ambjent għandhom ikunu fil-qalba tat-tentattivi biex tittejjeb il-kwalità tal-arja iżda fl-istess ħin għandu jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja. It-titjib fl-ambjent u s-saħħa pubblika jista’ wkoll jistimola l-ekonomija u jnaqqas l-ispejjeż ekonomiċi tal-fatturi li jheddu u jagħmlu ħsara lis-saħħa;

5.

jilqa’ t-titjib konsiderevoli fil-kwalità tal-arja fl-Ewropa li rriżulta minn taħlita ta’ politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u politika u azzjoni fl-Istati Membri (fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali). Is-sitwazzjoni ilha sejra għall-aħjar għal dawn l-aħħar għoxrin sena, iżda l-Kumitat huwa mħasseb li din it-tendenza pożittiva waqfet dan l-aħħar;

6.

josserva li t-tniġġis fl-arja joħloq l-agħar problemi u l-punti problematiċi fil-konurbazzjonijiet. Minkejja l-miżuri kollha li ttieħdu fil-livell lokali u reġjonali, ħafna bliet Ewropej mhux ser ikunu jistgħu jilħqu l-istandards għall-materja partikulata (PM10 u PM2,5) u NO2 fil-ħin, u b’hekk proporzjon kbir ta’ Ewropej qed jgħixu f’żoni b’konċentrazzjonijiet ta’ tniġġis tal-arja li huma ta’ ħsara għal saħħithom;

7.

barra minn hekk, jinnota li ż-żoni rurali u periurbani qed jintlaqtu wkoll mit-tniġġis tal-arja, b’impatt mhux żgħir fuq l-ambjent, l-uċuħ tar-raba’ u l-ħabitats naturali;

8.

jinnota li t-tniġġis tal-arja jrid jitnaqqas, iżda fl-istess ħin il-bliet tagħna jridu jkomplu jiffunzjonaw sew mil-lat soċjali u ekonomiku. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri, it-trasport motorizzat tal-passiġġieri u l-prodotti (li juża l-iktar id-diżil u l-petrol) huwa wieħed mis-sorsi diretti sostanzjali ta’ punti ta’ tniġġis qawwi tal-arja tal-NO2. Qed jiġi propost li jittieħed approċċ iktar effettiv mil-lum, f’termini kemm ta’ standards kif ukoll tat-trażżin tat-traffiku;

9.

jaħseb li l-kwistjoni ewlenija fir-reviżjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja għandha tkun kif il-leġislazzjoni tal-UE tista’ twettaq it-titjib fil-kwalità tal-arja (jiġifieri b’liema tip ta’ leġislazzjoni u liema miżuri). Talinqas, l-aspetti li ġejjin huma importanti: il-governanza f’diversi livelli, approċċ integrat u l-implimentazzjoni prattika tal-leġislazzjoni tal-UE fil-bliet tal-Ewropa. Għalhekk għandha tingħata prijorità lill-applikabbiltà tad-direttiva Ewropea u l-problemi tal-implimentazzjoni li jiffaċċjaw il-bliet u r-reġjuni;

10.

jinnota li l-governanza trid tkun element importanti fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni l-ġdida tal-UE dwar il-kwalità tal-arja. It-tniġġis tal-arja għandu dimensjonijiet transkonfinali u nazzjonali, u għalhekk jeħtieġ azzjoni f’kull livell ta’ gvern (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali). Il-Kumitat jirrakkomanda li jittieħed approċċ f’diversi livelli, fejn kull livell ta’ gvern jieħu r-responsabbiltà tiegħu u jieħu dawk l-azzjonijiet li għandhom jew jistgħu jittieħdu l-aħjar f’dak il-livell;

11.

jenfasizza l-importanza ta’ approċċ integrat għall-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida tal-UE. It-tniġġis għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun. Huwa kruċjali li jiġu identifikati l-kawżi tat-tniġġis u li l-emissjonijiet jiġu indirizzati mis-sors bl-iktar mod effettiv possibbli mil-lat ekonomiku u kemm jista’ jkun bl-iktar mod favur l-ambjent;

12.

jinnota li t-titjib fis-saħħa pubblika ser jeħtieġ politika tal-UE ambizzjuża dwar il-kwalità tal-arja, iżda huwa impossibbli li tiġi segwita politika tal-immissjonijiet b’livelli limiti tal-UE għas-sustanzi li jniġġsu mingħajr politika effettiva dwar l-emissjonijiet b’miżuri tal-UE biex jiġi indirizzat it-tniġġis mis-sors. Il-livell ta’ ambizzjoni tad-direttiva riveduta għalhekk għandu jkun allinjat mill-qrib ma’ dak tad-direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali tal-emissjonijiet u l-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet (politika għat-tnaqqis mis-sors). B’rabta ma’ dan, il-Kumitat iħoss li l-amalgamazzjoni tad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja (2008/50/KE u 2004/107/KE) mal-verżjoni riveduta tad-direttiva dwar il-livelli limiti massimi (2001/81/KE) tgħin biex jiġu armonizzati l-livelli differenti ta’ ambizzjoni;

B.    L-istrateġija tematika tat-tniġġis tal-arja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri

L-istrateġija tematika

13.

jaħseb li l-istrateġija tematika tat-tniġġis tal-arja kkontribwiet għat-tnaqqis tal-esponiment tan-nies għat-tniġġis tal-arja u biex jittejjeb l-ambjent;

14.

huwa diżappuntat li mhux il-miżuri kollha bbażati fuq it-tnaqqis mis-sors imsemmija fl-istrateġija tematika ġew implimentati fil-prattika, l-iktar:

l-iżvilupp ta’ approċċ integrat fiċ-ċiklu tan-nitroġenu;

ir-reviżjoni tad-direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali tal-emissjonijiet (Direttiva NEC, 2001/81/KE) li hija importanti biex jiġu indirizzati l-konċentrazzjonijiet fl-isfond iżda li b’xorti ħażina ġiet diferita;

Implimentazzjoni fil-livell lokali u reġjonali

15.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jagħmlu ħilithom biex itejbu l-kwalità tal-arja, pereżempju billi:

jippromovu tipi ta’ trasport iktar sostenibbli, bħal trasport pubbliku iktar effiċjenti u attraenti, ir-rotot għaċ-ċiklisti, ir-restrizzjonijiet tal-aċċess (f’żoni ambjentali) għall-vetturi u/jew il-karozzi (li jniġġsu l-iktar) u l-promozzjoni ta’ vetturi (iktar) nodfa, pereżempju, billi jingħataw aċċess preferenzjali u/jew politika tal-parking;

itejbu l-ġestjoni tat-trasport, u jtejbu l-ġestjoni tal-flussi tat-traffiku permezz ta’ restrizzjonijiet tal-veloċità u permezz tal-iżvilupp ta’ kunċetti ta’ loġistika innovattivi għat-twassil tal-oġġetti ġewwa l-bliet;

iżommu t-trab milli jinġabar fit-toroq permezz ta’ kisi aħjar tat-toroq u l-projbizzjoni tal-użu ta’ tajers bl-istuds fit-toroq ġewwa l-bliet;

itejbu l-infrastruttura u l-bini pereżempju permezz ta’ regolamenti lokali dwar it-tisħin (fejn il-liġi nazzjonali tippermetti), it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tat-tisħin tal-ispazji, il-promozzjoni tat-tisħin distrettwali, il-modernizzazzjoni tal-installazzjonijiet għat-tisħin, il-ħolqien ta’ iktar spazju bejn it-toroq u d-djar, u ż-żieda fil-volum tal-ispazji ekoloġiċi. F’dan l-aħħar punt, għandu jiġi nnotat li l-ispazji ekoloġiċi mat-toroq u l-bankini fit-toroq (iżolament “ekoloġiku”) għandhom ftit li xejn impatt. Huma biss is-superfiċji ekoloġiċi kbar, bħall-parks u l-boskijiet, li għandhom valur viżibbli;

16.

jinnota li l-politika Ewropea fil-livelli kollha għandha ssir iktar stretta, b’mod speċjali fir-rigward tat-tnaqqis kwantitattiv u l-bidla fl-użu tal-ispazju u s-setturi mit-trasport privat u kummerċjali bit-triq. Iżda għandu jiġi osservat li l-konformità mal-istandards għall-PM10, PM2,5 and NO2 ma jistgħux jiġu żgurati b’dawn il-miżuri biss. Ir-raġunijiet prinċipali għal dan jistgħu jinqasmu fi tliet tipi ta’ ostakli: influwenza limitata, għażliet limitati u libertà limitata fit-tfassil tal-politika (ara l-punti 17, 19 u 22);

17.

huwa tal-fehma li l-gvernijiet lokali u reġjonali individwali għandhom biss influwenza limitata fl-użu tal-ispazju fir-rigward tat-titjib tal-kwalità tal-arja lokali (l-ewwel tip ta’ ostaklu). Il-politika lokali u reġjonali tiffoka fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-sorsi lokali, filwaqt li biċċa kbira mill-konċentrazzjonijiet tal-materja partikulata PM10 u PM2,5 u l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu lokali fil-fatt hija kkawżata mill-emissjonijiet transkonfinali u/jew transreġjonali;

18.

josserva li l-konċentrazzjonijiet għoljin fl-isfond tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u t-traspożizzjoni u r-reviżjoni ħafna drabi inadegwati tad-direttiva dwar il-limiti nazzjonali massimi (2001/81/KE) jistgħu jxekklu l-prospetti ta’ suċċess tal-miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jintlaħqu l-istandards tal-UE għall-kwalità tal-arja. L-akkumulazzjoni tal-emissjonijiet (fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali) tirriżulta f’“konċentrazzjonijiet tal-isfond”, li jistgħu jkunu tant għoljin li anke ammont żgħir ħafna ta’ tniġġis fil-livell lokali jwasslu biex il-valuri limiti jintlaħqu jew jinqabżu. F’dawn il-każijiet, naturalment, l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati ftit li xejn jista’ jkollhom influwenza;

19.

jikkonkludi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għażliet limitati fir-rigward ta’ liema azzjonijiet jistgħu jieħdu (it-tieni tip ta’ ostaklu). Il-politika urbana tiffoka fuq il-mobbiltà u l-ippjanar tal-użu tal-ispazju u fuq azzjonijiet speċifiċi biex jiġu indirizzati l-punti problematiċi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jistgħu jieħdu kważi l-ebda miżura effettiva abbażi tal-karatteristiċi tas-sors;

20.

jenfasizza li, huma u jfasslu l-politiki dwar il-kwalità tal-arja, l-awtoritajiet lokali u reġjonali antiċipaw il-benefiċċji li jirriżultaw mill-introduzzjoni ta’ miżuri pan-Ewropej għat-tnaqqis mis-sors. Meta nħarsu lura, jidher ċar li politika li ma tkunx ambizzjuża biżżejjed biex tindirizza t-tnaqqis mis-sors, minbarra li mhux dejjem ikollha l-effett mixtieq fuq it-toroq Ewropej (ara t-taqsima D), hija fattur ewlieni fin-nuqqas ta’ konformità mal-valuri limiti fil-livell lokali u reġjonali;

21.

josserva li l-isforzi biex ikomplu jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet lokali bl-użu biss ta’ miżuri lokali jista’ jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-ħajja ta’ kuljum u jfissru spejjeż konsiderevoli. Dan ser jeħtieġ riżorsi finanzjarji li sempliċiment ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali ma jkollhomx, u setgħat li m’għandhomx uffiċjalment f’kull Stat Membru. Barra minn hekk, politika għat-tnaqqis mis-sors fil-livell internazzjonali u Ewropew hija ħafna iktar kosteffettiva;

22.

jikkonkludi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom setgħat limitati (it-tielet tip ta’ ostaklu). B’xorti ħażina, fil-livell nazzjonali f’ħafna Stati Membri, ma ttieħdet l-ebda miżura komplementari jew meta ttieħdet ma kinitx suffiċjenti - ħaġa li ddgħajjef iktar lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Pereżempju, mhux kull Stat Membru żviluppa pjan nazzjonali għall-kwalità tal-arja, u l-biċċa l-kbira għażlu li ma jiħdux approċċ integrat lejn il-kwalità tal-arja li jkun vinkolanti f’kull livell ta’ gvern. Hemm ukoll każijiet fejn il-gvern nazzjonali skoraġġixxa, jew saħansitra żamm lill-awtoritajiet lokali u reġjonali milli jieħdu miżuri addizzjonali jew iktar stretti: pereżempju, f’għadd ta’ Stati Membri ż-żoni b’emissjonijiet baxxi ma jistgħux jiġu introdotti mill-awtoritajiet lokali, iżda biss mill-gvern nazzjonali. Ir-regoli tal-UE tas-suq intern ukoll inaqqsu l-għażliet ta’ politika fil-livell lokali u reġjonali. Il-moviment ħieles tal-oġġetti u l-persuni wara kollox jixxekkel mill-introduzzjoni ta’ żoni ambjentali kbar (pereżempju żoni reġjonali) u mill-għeluq ta’ toroq u pontijiet. Bl-istess mod, il-projbizzjonijiet nazzjonali fuq il-vetturi li jniġġsu mhumiex fattibbli għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq;

23.

jinnota li diversi Stati Membri qed ifasslu leġislazzjoni biex il-multi li jirriżultaw mill-ittri ta’ notifika formali mill-UE jitgħaddew lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma meħtieġa jilħqu l-valuri limiti bl-għażliet u r-riżorsi limitati għad-dispożizzjoni tagħhom filwaqt li l-livell Ewropew u l-livell nazzjonali tal-gvern għandhom għażliet u riżorsi ħafna iktar effettivi. Għalhekk, fejn ma jiġux rispettati l-valuri limiti, ir-responsabbiltà għall-ħlas tal-multi għandha tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Il-Kumitat iqis li t-“trasferiment” tal-multi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali mhuwiex ġustifikat, u huwa kontra kull pass ta’ dan it-tip;

Approċċ ta’ governanza f’diversi livelli

24.

josserva li, sa ċertu punt, it-tnaqqis fit-titjib tal-kwalità tal-arja, huwa kkawżat minn nuqqas ta’ ambizzjoni fil-politika tal-UE dwar it-tnaqqis mis-sors u nuqqas ta’ miżuri nazzjonali. Ħafna mill-piż u r-responsabbiltà għas-soluzzjoni tal-problemi tqiegħdu fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

jinnota wkoll li m’hemmx biżżejjed koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja. Għalhekk, il-valuri limiti għall-informazzjoni u t-twissija mhumiex l-istess f’pajjiżi ġirien, l-iskambju tal-informazzjoni f’ ħin reali bejn l-Istati Membri matul episodji ta’ tniġġis mhuwiex organizzat u l-pjani ta’ azzjoni mhumiex koordinati fiż-żoni importanti ta’ tniġġis komuni għal bosta Stati Membri;

26.

jenfasizza li l-problema tat-tniġġis tal-arja hija problema li la tista’ tissolva u li lanqas ikollha implimentazzjoni ta’ politika tal-UE minn livell ta’ gvern wieħed biss. Hemm bżonn approċċ f’diversi livelli fejn kull livell (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali) jassumi r-responsabbiltà tiegħu u jadotta l-miżuri li jistgħu u għandhom jiġu adottati fil-livell tiegħu;

27.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma parzjalment dipendenti mill-miżuri bbażati fuq it-tnaqqis mis-sors fil-livell nazzjonali u internazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u b’hekk jgħinu b’mod sostanzjali biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet fl-isfond. Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiżviluppaw il-politika tagħhom stess fuq din il-bażi, pereżempju billi jagħmlu r-regoli għall-aċċess għaż-żoni ambjentali iktar stretti;

28.

jemmen li l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-kwalità tal-arja mhijiex sempliċiment kwistjoni ta’ implimentazzjoni legali (traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali). Jekk l-organizzazzjoni interna ta’ Stat Membru partikolari tippermetti, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu żviluppati pjani għall-kwalità tal-arja u/jew programmi ta’ tnaqqis nazzjonali u/jew federali, li jieħdu approċċ integrat u koordinat u li jqisu l-aspetti transnazzjonali tal-problema. Il-Kumitat jirrakkomanda approċċ f’diversi livelli u jenfasizza t-twaqqif ta’ timijiet intergovernattivi fl-Istati Membri fejn esperti mid-diversi livelli ta’ gvern jaħdmu flimkien biex ifasslu pjani u programmi nazzjonali (2). Dan jixpruna s-sinerġija u l-konsistenza bejn il-miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali;

29.

japprezza l-isforz mill-Kummissjoni Ewropea biex tiġbed l-attenzjoni għall-eżempji tal-aħjar prattika mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jappella biex din il-politika titkompla;

30.

jinnota li huwa importanti li jkun hemm l-għan tal-konsistenza u s-sinerġija fl-iżviluppi fil-livell internazzjonali, u jiġbed l-attenzjoni li l-valuri limiti fil-Protokoll rivedut ta’ Gothenburg għandhom jagħmlu parti essenzjali mir-reviżjoni tad-direttiva tal-UE dwar il-limiti massimi nazzjonali (2001/81/KE);

C.    Konsistenza u sinerġija bejn il-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet u l-politika tal-UE dwar l-immissjonijiet

Approċċ integrat  (3)

31.

jemmen li hija ħaġa importanti li jinkisbu l-konsistenza u s-sinerġija bejn l-azzjoni li tittieħed biex jiġu indirizzati d-diversi sustanzi li jniġġsu. Għal dan il-għan, huwa kruċjali li jittieħed approċċ li jintegra l-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja ma’ oqsma oħra ta’ politika, b’mod partikolari l-klima, l-industrija, it-trasport, id-djar u l-enerġija. It-titjib tal-politika dwar is-sostenibbiltà tat-trasport u l-introduzzjoni ta’ tipi sostenibbli ta’ produzzjoni u konsum tal-enerġija jistgħu jnaqqsu t-tniġġis tal-arja b’mod konsiderevoli;

32.

jiddispjaċih li ħafna drabi hemm nuqqas ta’ sinerġija bejn il-miżuri. Il-miżuri li jkollhom impatt pożittiv fuq qasam wieħed jista’ jkollhom effett negattiv fuq qasam ieħor. Pereżempju, iż-żieda fl-użu tal-bijomassa – bħall-impjanti tal-bijodiżil fuq skala żgħira – tista’ żżid l-emissjonijiet tal-karbonju iswed, ħaġa li twassal għal riskji għall-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika. Żieda fil-vetturi li jużaw id-diżil taf tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, iżda jista’ jkollha effett negattiv fuq l-emissjonijiet ta’ materja partikulata. It-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-materja partikulata, min-naħa tagħhom jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-emissjonijiet tal-NO2 mill-vetturi li jużaw id-diżil, ħaġa li ddewwem it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-NO2. Integrazzjoni iktar qawwija tal-politika għandha żżomm tali konsegwenzi negattivi kemm jista’ jkun, u tkun ħaġa rakkomandabbli li nimmiraw lejn sitwazzjoni rebbieħa għal kull qasam ta’ politika jew għall-inqas li jiġu stabbiliti kriterji dwar meta għandha tingħata prijorità lil objettiv jew ieħor;

33.

jinnota li huwa xieraq li l-politika għat-titjib tal-kwalità tal-arja tiġi assoċjata mal-politika għall-promozzjoni tal-użu ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija. L-użu ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija (pereżempju t-tagħmir għall-użu tal-enerġija ġeotermali, il-pannelli solari, eċċ.) jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib tal-kwalità tal-arja;

34.

jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ integrazzjoni bejn il-politiki biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u l-politiki dwar il-kwalità tal-arja. Il-politika dwar il-kwalità tal-arja ġeneralment għandha impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima, iżda l-politika tal-klima għandha biss impatt limitat fuq it-tniġġis tal-arja, billi ssegwi dinamika differenti u skala ta’ żmien differenti. Il-politika dwar il-klima tiffoka iktar fuq perjodu twil, għall-kuntrarju tal-politika dwar il-kwalità tal-arja, li tiffoka fuq perjodu qasir jew medju;

35.

jemmen li hemm potenzjal konsiderevoli għas-sinerġiji bejn il-kwalità tal-arja u l-politika dwar l-istorbju ambjentali, speċjalment jekk it-traffiku jista’ jitnaqqas, u anke li għandu jsir sforz għal sitwazzjoni fejn jirbaħ kulħadd f’dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika (4);

36.

jappella biex jiġu reġistrati iktar l-emissjonijiet u l-immissjonijiet permezz ta’ skema ta’ “monitoraġġ integrat” li tinkludi l-ġbir u l-valutazzjoni koordinati tal-emissjonijiet, estensjoni tal-firxa ta’ materjali, bil-kundizzjoni li jintwera b’mod adegwat li verament jaffettwaw saħħet in-nies jew l-ambjent jew inkella, f’każ ta’ valutazzjoni, għandu jkun hemm restrizzjoni għall-monitoraġġ permezz tal-immudellar, il-ħolqien ta’ mudelli ta’ propogazzjoni u l-kejl tal-esponiment u l-effett tul l-ispazju u ż-żmien, bil-kundizzjoni ċara li dan ma jwassalx għal żieda eċċessiva fil-piż amministrattiv;

Ir-rabta bejn il-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet u l-politika tal-UE dwar l-immissjonijiet

37.

jenfasizza l-importanza tal-konsistenza u s-sinerġija bejn il-politika tal-immissjonijiet (valuri limiti u l-politika dwar l-emissjonijiet (miżuri tal-UE li jindirizzaw it-tniġġis mis-sors): l-immissjonijiet huma r-riżultat tal-livelli ta’ emissjoni, il-post tal-emissjonijiet u l-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni u/jew it-tixrid. Barra minn hekk, l-iktar mod effettiv biex jinkiseb it-tnaqqis fl-immissjonijiet (livelli ta’ konċentrazzjoni) huwa permezz ta’ politika ambizzjuża dwar l-emissjonijiet;

38.

jikkonkludi li l-politika ambizzjuża tal-UE dwar l-immissjonijiet ma wasslitx awtomatikament għal politika ambizzjuża tal-UE dwar l-emissjonijiet, u dan wassal għal żbilanċ bejn iż-żewġ politiki; konsegwentement, il-problemi ta’ implimentazzjoni li qed jiffaċċjaw ħafna bliet Ewropej (ara t-taqsima B) u t-tnaqqis fir-rata ta’ titjib tal-kwalità tal-arja b’mod ġenerali jista’ jiġi attribwit lin-nuqqas ta’ koerenza bejn il-politika tal-immissjonijiet u l-politika tal-emissjonijiet tal-UE li għalhekk irid jiġi indirizzat fi kwalunkwe żvilupp futur ta’ politiki u miżuri f’dan il-qasam bil-għan li jiġu bilanċjati:

a)

il-livell ta’ ambizzjoni fid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja s’issa ma jikkorrispondix ma’ dak tal-miżuri għat-tnaqqis mis-sors, jew għar-riżultat prattiku tagħhom (ara t-Taqsima D) u għalhekk dawn iż-żewġ objettivi jridu jiġu allinjati;

b)

il-perjodi ta’ żmien għall-politika tal-immissjonijiet u l-politika tal-emissjonijiet tal-UE mhumiex sinkronizzati – l-Istati Membri jridu jilħqu l-istandards tal-kwalità tal-arja qabel, pereżempju, ma jinkisbu l-istandards Euro fil-prattika fit-toroq tal-Ewropa. L-impatt tal-istandards Euro (livelli ta’ emissjoni) ma joħroġx fid-dieher u ma jkunx jista’ jitkejjel sakemm ikunu għaddew xi snin wara l-implimentazzjoni, billi, fihom infushom, huma applikabbli biss għal proporzjon żgħir tal-flotta tal-vetturi, jiġifieri l-vetturi l-ġodda; l-istandards il-ġodda għall-emissjonijiet mhux ser ikollhom effett sakemm il-vetturi iktar antiki jiġu sostitwiti, u dan it-tiġdid tal-flotta ta’ vetturi (u b’hekk l-impatt ta’ standards ġodda) jieħu għadd ta’ snin (titjib fid-dinja reali);

c)

il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex fl-Istrateġija Tematika riveduta tistabbilixxi l-perjodu taċ-ċiklu ta’ tiġdid li jeħtieġu l-miżuri mħabbra bbażati fuq it-tnaqqis mis-sors, jiġifieri li tistabbilixxi l-perjodu wara l-implimentazzjoni li fih jistgħu jiġu rispettati l-valuri limiti ta’ dawn il-miżuri taħt kundizzjonijiet fid-dinja reali. Huwa importanti wkoll li ssir stima tal-perjodu meħtieġ qabel mal-flotta tal-vetturi tiġi sostitwita b’vetturi iktar nodfa. Il-bidliet fil-politika tal-immissjoni għandhom jiġu adatti għaċ-ċiklu tat-tiġdid;

39.

jenfasizza li l-ambizzjonijiet il-ġodda f’termini ta’ kwalità tal-arja (valuri limiti iktar stretti) iridu jkunu iktar realistiċi u fattibbli, u għalhekk għandhom jimxu id f’id mal-miżuri (għat-tnaqqis mis-sors) biex l-emissjonijiet fil-fatt jitnaqqsu fl-Ewropa kollha. Il-politiki tal-UE dwar l-immissjonijiet u l-emissjonijiet irid ikollhom rabta bejniethom. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu żviluppati livelli indaqs ta’ ambizzjoni u perjodi ta’ żmien sinkronizzati għall-politiki tal-UE bbażati fuq it-tnaqqis mis-sors u l-immissjonijiet (ara l-punt preċedenti) matul il-fażi tal-iżvilupp tal-politika. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fażi tal-implimentazzjoni, fejn tista’ tinħoloq sitwazzjoni fejn: ċerti miżuri bbażati fuq it-tnaqqis mis-sors, li ssemmew fl-istrateġija tematika riveduta ma jittiħdux, jew li fil-prattika ma jirriżultawx fit-tnaqqis mixtieq fl-emissjonijiet (kif ġie speċifikat fil-politika tal-emissjonijiet). Il-Kumitat jipproponi li f’tali sitwazzjoni l-Kummissjoni Ewropea tadotta miżuri ta’ kumpens. Bis-saħħa t’hekk jista’ jiġi evitat li jerġa’ jitfaċċja n-nuqqas ta’ qbil li hemm bħalissa bejn il-politika tal-emissjonijiet u l-politika tal-immissjonijiet, li mill-ġdid ifisser kompitu impossibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

40.

fid-dawl ta’ din ix-xewqa għall-konsistenza bejn il-politika tal-immissjonijiet u l-politika tal-emissjonijiet, jipproponi l-perjodu ta’ żmien li ġej biex tiġi żviluppata politika futura tal-UE dwar il-kwalità tal-arja:

a)

preżentazzjoni tal-istrateġija tematika dwar it-tniġġis tal-arja fil-bidu tal-2013 – imbagħad l-istrateġija tista’ tgħaddi mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-2013;

b)

preżentazzjoni tad-Direttiva riveduta dwar il-kwalità tal-arja u l-miżuri ta’ tnaqqis mis-sors fl-aħħar tal-2013;

c)

valutazzjoni intermedja u opportunitajiet għall-emendi fl-2017, b’rabta mal-indikaturi l-ġodda (ara t-Taqsima E);

D.    Politika tal-emissjonijiet

Politika tal-UE dwar it-tnaqqis mis-sors

41.

jiġbed l-attenzjoni li t-tniġġis tal-arja huwa kkawżat primarjament mit-trasport bit-triq u bl-ajru, it-tbaħħir, it-tisħin, id-djar, l-industrija u l-biedja industrijalizzata. Għaldaqstant, hemm bżonn politika ambizzjuża dwar it-tnaqqis mis-sors (5). F’dan il-kuntest għandu jitqies il-fatt li t-traffiku tal-vetturi li jaħdmu b’mutur huwa bil-wisq l-iktar kontributur importanti għall-punti problematiċi tat-tniġġis tal-arja fiż-żoni urbani;

42.

mil-lat tal-kwalità tal-arja jilqa’ n-natura ambizzjuża tal-White Paper Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti (COM(2011) 144 final). Madankollu, sabiex jintlaħaq il-livell neċessarju ta’ ambizzjoni għall-kwalità tal-arja, il-Kumitat jappella biex jitfassal pjan ta’ azzjoni Ewropew, li jinkludi miri intermedji, miżuri speċifiċi (pereżempju miżuri għat-tnaqqis mis-sors) u valutazzjonijiet skedati (6);

43.

jappella lill-UE biex minbarra t-tnaqqis tal-emissjonijiet minn kull sors mobbli jew wieqaf, tagħti attenzjoni iktar sistematika minn qabel biex jitnaqqas l-ammont globali mis-sorsi individwali. Tali miżuri kwantitattivi s’issa tħallew ftit jew wisq f’idejn il-muniċipalitajiet u r-reġjuni. Inizjalment, il-kontribuzzjoni tal-UE tista’ tkopri l-azzjonijiet li ġejjin:

l-għoti ta’ preferenza lit-trasport kollettiv minflok lit-trasport individwali fl-ippjanar u l-promozzjoni tal-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej;

l-estensjoni tal-ambitu tal-kwalità tal-prodotti tal-UE, li s’issa ffoka fuq l-impatt fuq is-saħħa u l-ambjent (ekodisinn) tal-prodotti biex isir element fit-tnaqqis tal-użu tal-materjal u l-enerġija;

44.

huwa tal-fehma li l-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet għandha tkun ibbażata fuq l-istandards (u politika bbażata fuq il-miri meħtieġa) sabiex l-innovazzjonijiet fit-teknoloġiji iktar avvanzati ma jinżammux lura;

45.

jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ ħtieġa ta’ prevenzjoni simili għal-leġislazzjoni qafas dwar l-iskart li tagħmilha possibbli li r-riżorsi eżistenti jiġu ġestiti kif meħtieġ;

46.

jinnota li ħafna drabi l-qbiż mifrux tal-valuri ta’ limitu fil-każ tal-NO2 jirriżulta mill-introduzzjoni inadegwata jew tard ta’ limiti tal-emissjonijiet (għall-muturi) min-naħa tal-UE, u għalhekk jirrakkomanda b’mod urġenti li l-istandards Euro għall-vetturi jsiru iktar stretti fir-rigward tal-NO2/NOx u l-materja partikulata. Huwa importanti li l-iskeda taż-żmien tiġi rispettata sew għall-introduzzjoni tal-istandards Euro 6;

47.

jirrakkomanda li l-ħtiġijiet tal-emissjonijiet għal sorsi mobbli oħra jsiru iktar stretti wkoll, bħal pereżempju t-tagħmir off-road, l-installazzjoni ta’ filtri f’vetturi li diġà qegħdin fit-triq (retrofit) jew l-aġġornament tal-liġijiet Ewropej għall-muturi, fost oħrajn;

48.

jenfasizza d-distakk bejn il-leġislazzjoni tal-UE u l-emissjonijiet li fil-fatt jiġu rilaxxati mill-vetturi fit-triq. L-istandards Euro 5 kienu (u għadhom) ambizzjużi, iżda minkejja dan din l-ambizzjoni ma wasslitx għal tnaqqis qawwi fit-tniġġis tal-arja. L-iktar raġuni importanti għal dan hija li hemm distakk bejn ir-realtà ġuridika tal-leġislazzjoni tal-UE u l-emissjonijiet li fil-fatt jiġu rilaxxati mill-vetturi fit-triq. Ħaġa li ħarġet ċar meta ddaħħlu l-vetturi tat-trasport tal-oġġetti Euro 3, kienet li l-emissjonijiet taħt il-kundizzjonijiet tas-sewqan fid-dinja reali kienu ogħla milli mistenni u ma rriżultax it-tnaqqis mistenni fl-emissjonijiet. L-istess problema ġiet osservata bl-introduzzjoni tal-Euro 4 u Euro 5 għall-vetturi tal-passiġġieri u tal-merkanzija li jaħdmu bid-diżil. Sabiex l-ambizzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE ssir realtà, l-istandards tal-Euro 6 għall-emissjonijiet tal-vetturi fil-fażi tat-test iridu jikkorrispondu mal-emissjonijiet li fil-fatt jiġu rilaxxati fis-sewqan normali f’belt;

49.

il-Kumitat jisħaq ukoll fuq il-fatt li l-vetturi l-ġodda mwassla fil-prattika jiġu aġġustati teknikament b’mod regolari. B’hekk fiċ-ċirkostanzi tad-dinja reali l-emissjonijiet ta’ ossidji tan-nitroġenu u trab fin ikunu ogħla milli fuq il-bażi tat-test tal-approvazzjoni tat-tip. Bl-introduzzjoni tal-vetturi Euro 6 din il-prattika għandha tiġi evitata kemm jista’ jkun u penalizzata. Sabiex tiġi indirizzata din il-problema l-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex isaħħu l-leġislazzjoni, l-approvazzjoni tal-vetturi u l-ispezzjonijiet f’dan il-kamp. Għandu jiġi studjat ukoll jekk fil-futur metodi ta’ aġġustament simili jistgħux isiru impossibbli fil-livell tekniku;

50.

jappella biex tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-vetturi t-tqal (il-karozzi tal-linja u t-trakkijiet) li ġeneralment iniġġsu l-iktar. Il-vetturi medji (inklużi l-vannijiet) ukoll jiġġeneraw sostanzjalment iżjed NOx mill-karozzi medji, u għalhekk il-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet għandha tagħti attenzjoni speċjali lit-tisħiħ tal-istandards tal-emissjonijiet mit-tali vetturi kif ukoll l-emissjonijiet mill-karozzi bil-magni diesel u tabbinahom ma’ miżuri u inċentivi adatti tal-ġestjoni tal-loġistika flimkien ma’ titjib fit-trasport pubbliku lokali;

51.

jinnota li meta jitgħerrew il-brejkijiet, it-tajers kif ukoll meta titgħerra s-superfiċje tat-toroq u meta jerġgħu jiġu sospiżi l-partikoli fit-toroq fejn jgħaddi t-traffiku dan jikkontribwixxi għal konċentrazzjonijiet għoljin ta’ materja partikulata, u jirrakkomanda li ssir riċerka taħt il-programm qafas Ewropew ta’ riċerka dwar modi kif dawn l-emissjonijiet jistgħu jitnaqqsu. Il-Kumitat jipproponi wkoll li tiġi stabbilita gwida tal-prattika tajba, fejn jiġu rakkomandati sistemi għaż-żamma tal-partikoli li jniġġsu biex jinżammu milli jerġgħu jiġu rilaxxati fl-arja;

52.

jinnota li l-industrija għadha qed tikkontribwixxi bil-kbir għall-emissjonijiet globali fl-Ewropa, u li l-isforzi biex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet huma regolati fid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/EU, IED). Id-dokumenti ta’ referenza tekniċi (BREFs) u li huma ambizzjużi, flimkien mal-konklużjonijiet li jinsiltu minnhom huma strumenti kruċjali biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-isfond. Sabiex jiġi żgurat li l-aħjar tekniki disponibbli (Best Available Techniques – BAT) ikunu jistgħu jkomplu jintużaw fil-futur, il-BREF flimkien mal-konklużjonijiet tagħhom iridu jiġu riveduti fuq bażi regolari, u għandhom ikunu ambizzjużi biżżejjed biex inaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-isfond fl-Ewropa kollha, u l-użu tal-eżenzjonijiet għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun (7);

53.

iqis li l-kumpaniji agrikoli jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja. Il-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet tal-ammonja tikkontribwixxi sew għall-aċidifikazzjoni u l-ewtrofikazzjoni. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet relatati man-natura, fost oħrajn il-protezzjoni taż-żoni ta’ Natura 2000, hemm bżonn li l-NH3 jitnaqqas iżjed. It-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet huwa regolat mid-direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali (2010/75/UE, IED). Anke għall-kumpaniji agrikoli l-kbar bi produzzjoni industrijali huwa importanti li fil-futur ikunu jistgħu jaħdmu bl-aħjar metodi disponibbli (BATs) u għalhekk jeħtieġ li d-dokumenti ta’ referenza tekniċi tal-BATs (BREFs) jiġu riveduti b’mod regolari;

54.

jinnota li l-emissjonijiet mit-trasport bl-ilma jista’ jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fil-bliet tal-port u ż-żoni tal-port u tul il-passaġġi fuq l-ilma intern li jintużaw ħafna, u anke fil-bliet u r-reġjuni kostali. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fl-ilmiet kostali kollha tal-Ewropa. Għall-bastimenti li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma intern għandu jkun hemm ukoll miżuri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet sew għall-emissjonijiet tal-partikoli u sew għal dawk tal-NOx;

55.

jinnota li l-emissjonijiet tat-trasport bl-ajru għandhom impatt kbir fuq il-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali biex jieħdu l-miżuri neċessarji u jagħmlu l-obbligi dwar l-emissjonijiet tal-ajruplani aktar rigorużi;

Ir-reviżjoni tad-direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali tal-emissjonijiet (Direttiva 2001/81/KE)

56.

jiġbed l-attenzjoni li d-direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali tal-emissjonijiet (NEC) hija bil-wisq l-aħjar strument għat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet fl-isfond. It-tniġġis tal-arja transkonfinali jifforma parti kbira mill-konċentrazzjonijiet fl-isfond f’ħafna Stati Membri, li jammonta għal iżjed minn 50 % (medja tal-pajjiż kollu) għal ċerti sustanzi li jniġġsu. Il-Kumitat iħoss li huwa ferm importanti għar-reviżjoni tad-Direttiva li tkun ambizzjuża biżżejjed biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet fl-isfond fl-Ewropa kollha, billi dan iwassal biex il-politika lokali u reġjonali dwar il-kwalità tal-arja tkun realistika u fattibbli;

57.

jinnota li d-direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali tal-emissjonijiet hija għodda ewlenija biex l-Istati Membri jinġagħlu jieħdu miżuri bbażati fuq it-tnaqqis mis-sors. Madankollu, sabiex dan isir, id-Direttiva NEC riveduta u l-politika tal-UE dwar il-miżuri għat-tnaqqis mis-sors iridu jkunu ambizzjużi daqs id-direttivi dwar il-kwalità tal-arja (2008/50/KE u 2004/107/KE). Il-miri ambizzjużi tad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja jistgħu jinkisbu biss jekk dawn l-elementi partikolari jkunu ambizzjużi. B’rabta ma’ dan, il-Kumitat jemmen li l-amalgamazzjoni tad-Direttiva NEC mad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja tħeġġeġ l-armonizzazzjoni tal-livelli differenti ta’ ambizzjoni;

58.

jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ ambizzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tar-reviżjoni pendenti tal-Protokoll ta’ Gothenburg (li jistabbilixxi l-ftehimiet internazzjonali għall-valuri limiti tal-emissjonijiet). Din ir-reviżjoni tolqot ir-reviżjoni tad-Direttiva NEC, u għalhekk tinfluwenza wkoll il-livell ta’ ambizzjoni li ntweriet fil-leġislazzjoni l-ġdida tal-UE dwar il-kwalità tal-arja. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati Membri jkunu iżjed ambizzjużi dwar ir-reviżjoni pendenti tal-Protokoll ta’ Gothenburg;

59.

jappella biex talinqas titfassal lista ta’ emissjonijiet tal-elementi jew il-karbonju iswed u biex jitwaqqaf proċess ta’ monitoraġġ bil-għan li jiġu identifikati sustanzi atmosferiċi ġodda li jniġġsu li fil-ġejjieni jistgħu jiddaħħlu f’dan il-protokoll;

E.    Politika tal-immissjonijiet: ir-reviżjoni tad-direttivi dwar il-kwalità tal-arja (2008/50/KE u 2004/107/KE)

Kummenti ġenerali dwar ir-reviżjoni tad-direttivi

60.

jinnota li d-direttivi dwar il-kwalità tal-arja (2008/50/KE u 2004/107/KE) huma strumenti importanti ħafna għat-tnaqqis tal-esponiment tan-nies u l-ambjent għat-tniġġis fl-arja. It-twaqqif ta’ livelli minimi ta’ protezzjoni wassal biex tittieħed azzjoni fil-pajjiżi kollha tal-UE bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet u li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet fil-punti problematiċi. Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ pajjiż partikolari fl-istess ħin jirriżulta fi tnaqqis fit-tniġġis tal-arja transkonfinali, li jfisser li l-pajjiżi ġirien qed jgħinu lil xulxin jilħqu l-valuri limiti;

61.

jemmen li l-ħarsien tas-saħħa pubblika u l-ambjent għandu jkun il-punt tat-tluq għar-reviżjoni tad-direttivi tal-kwalità tal-arja. It-titjib tas-saħħa pubblika ser jeħtieġ livell ta’ ambizzjoni ogħla. Madankollu, il-Kumitat jinsisti f’dan ir-rigward li l-livell ta’ ambizzjoni tad-direttiva riveduta għandu jkun allinjat bir-reqqa ma’ dak tad-direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali tal-emissjonijiet u l-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet (politika bbażata fis-sors) kif diġà ssemma qabel (punt 57);

62.

jiġbed l-attenzjoni li d-direttivi dwar il-kwalità tal-arja bħalissa jinkludu 27 valur limitu u valur mira; jinnota wkoll li xi wħud mill-valuri limiti huma mtennija (pereżempju l-valuri limiti għal kuljum u għal kull sena għall-PM10 u l-valuri limiti annwali tal-PM10 u l-PM2,5) ilhom is-snin ma jinqabżu f’partijiet kbar tal-UE. Għalhekk, il-Kumitat jissuġġerixxi li jiġi eżaminat jekk il-kunċett ta’ livell ta’ mira fil-fatt għandux valur miżjud għas-sustanzi li għalihom id-direttiva diġà tipprovdi valuri limiti;

63.

jinnota li l-ħtiġijiet fid-direttiva biex jiġu rappurtati l-konċentrazzjonijiet identifikati u dwar it-twaqqif u l-istatus tal-pjani tal-kwalità tal-arja jieħdu ħafna żmien u jimponu piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

64.

iħoss li, mil-lat tas-saħħa pubblika u r-riċerka xjentifika, u t-tfassil aħjar tal-liġijiet u t-tnaqqis tal-burokrazija u l-iffaċiltar tal-komunikazzjoni mal-pubbliku, l-għadd ta’ sustanzi u l-għadd ta’ livelli ta’ mira u valuri limiti jista’ jitnaqqas. Dan jista’ jinkiseb billi ssir enfasi fuq l-iktar sustanzi li jniġġsu u fuq dawk l-indikaturi li jirriflettu l-aħjar l-aspetti tas-saħħa;

Karbonju elementali/karbonju iswed

65.

jirrakkomanda li l-indikaturi li jintużaw għat-tniġġis relatat mat-traffiku għandhom ikunu dawk li jirriflettu l-aħjar l-aspetti tas-saħħa. Id-direttiva attwali tipprovdi standards għall-PM10, il-PM2,5 u l-NO2 iżda xi studji jindikaw li l-karbonju elementali (KE/karbonju iswed) u l-konċentrazzjoni tal-partikoli (kombustjoni relatata mal-aerosol) jidhru li huma indikaturi aħjar għall-elementi tat-tniġġis tal-arja marbut mat-traffiku tal-vetturi bil-mutur li għandhom impatt fuq is-saħħa pubblika. Il-karbonju iswed huwa l-frazzjoni rilaxxata mill-kombustjoni tal-karburanti kollha b’bażi tal-karbonju (inkluż id-diżil u l-petrol), pereżempju fil-muturi tal-vetturi u tad-dgħajjes. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi investigat jekk jistax jiddaħħal standard għall-konċentrazzjoni tal-partikoli u l-karbonju iswed;

66.

jiġbed l-attenzjoni li enfasi ikbar fuq il-karbonju iswed tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Programm Ambjentali tan-NU (UNEP) u l-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila (CLRTAP);

67.

jipproponi li d-direttiva tinkludi l-possibbiltà ta’ emenda f’nofs it-term (permezz tal-proċedura tar-riformulazzjoni). Jekk ir-riċerka (ara l-punt 65) u l-esperjenza prattika pożittiva juru li l-istandard tal-karbonju iswed huwa iktar adatt biex jintuża bħala indikatur, għandu jiġi kkunsidrat taħt liema forma jista’ jiddaħħal fid-direttiva;

Tniġġis tal-partikoli fl-arja

68.

jenfasizza li d-direttiva tipprevedi tliet valuri limiti għall-partikoli fini u objettiv wieħed għat-tnaqqis tal-materja partikulata (PM10 u PM2,5), kif ukoll diversi valuri, medji annwali u valuri ta’ 24 siegħa. Dan ifisser li hija kumplikata biex tiġi implimentata fil-prattika, u timponi piż amministrattiv mhux neċessarju. Il-Kumitat huwa konxju li qed isiru diskussjonijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi semplifikata billi jitneħħa wieħed mill-istandards għall-materja partikulata (PM10 jew PM2,5) bil-kundizzjoni li dan ikun ġustifikat b’mod adegwat permezz ta’ studji tal-effetti fuq is-saħħa u l-ambjent; ma jixtieqx jieħu pożizzjoni dwar dan;

69.

jiġbed l-attenzjoni li l-valuri limiti għall-PM10 huma diffiċli ħafna li jiġu rispettati f’ċerti inħawi. Dan jista’ jkun minħabba ċ-ċirkustanzi lokali, is-sorsi lokali, ċerti kundizzjonijiet meterjoloġiċi speċifiċi u/jew perjodi ta’ tniġġis tal-arja fuq skala kbira. It-trasport tal-oġġetti fuq distanzi twal jista’ anki jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għall-piż globali. Sabiex tiżdied il-flessibbiltà mixtieqa, il-Kumitat jissuġġerixxi li jiġi eżaminat jekk il-valur limitu medju annwali jistax jintuża għall-monitoraġġ fuq il-bażi ta’ konċentrazzjonijiet medji multiannwali;

70.

jinnota li l-introduzzjoni tal-PM2,5 intlaqgħet b’mod favorevoli, billi dan l-element probabbilment għandu korrelazzjoni eqreb mill-PM10 b’effetti fuq is-saħħa. Madankollu, hemm għadd ta’ valuri differenti għall-PM2,5, inkluż l-esponiment ġenerali u l-persentaġġ ta’ tnaqqis, li jagħmilha diffiċli biex l-awtoritajiet jikkonformaw mal-aspetti kollha ta’ dawn il-valuri. Għadu mhuwiex ċar jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali humiex ser ikunu jistgħu jirrispettaw il-valur limitu tal-PM2,5 u l-persentaġġ tat-tnaqqis, billi għad m’hemmx informazzjoni biżżejjed disponibbli u l-impatt tal-miżuri għadu ma jistax jiġu kwantifikat. Il-Kumitat jirrakkomanda li dan in-nuqqas ta’ data jiġi kkunsidrat meta jiġu valutati l-istandards tal-PM2,5, u li jiġi kkunsidrat ukoll għandhomx jingħataw iktar żmien biex l-istandards jiġu rispettati f’ċerti każijiet;

NOx/NO2

71.

jipproponi li, sakemm issir riċerka f’metodu ieħor għat-tfassil ta’ dan l-istandard, il-Kummissjoni Ewropea tqis mill-ġdid jekk il-konċentrazzjoni medja fis-siegħa għall-NO2 hijiex verament neċessarja, billi l-valur limitu jidher li huwa iżjed strett u huwa impossibbli li jittieħdu miżuri fil-livell lokali għat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet medji fis-siegħa tan-NO2;

72.

jipproponi li d-direttiva tiddefinixxi d-dritt taċ-ċittadin li jara t-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni meta jinqabżu l-valuri limiti tat-tniġġis;

73.

jemmen li, fid-dawl tal-kwistjonijiet speċifiċi relatati mat-tnaqqis tal-livelli tal-NO2 fl-arja, il-possibbiltà tal-estensjonijiet (deroga addizzjonali) għandha tiġi estiża, sakemm l-Istat Membru konċernat ikun jista’ juri li ttieħdet kull miżura raġonevoli, anke sabiex jiġu limitati d-distanzi vvjaġġati mill-vetturi; madankollu, il-valur limitu tal-UE għadu ma ntlaħaqx għax il-muturi tal-vetturi fit-triq għadhom ma laħqux il-livelli ta’ emissjonijiet stabbiliti mill-istandards tal-Euro (fi kliem ieħor minħabba politika tal-UE dwar is-sors inadegwata);

L-ożonu

74.

jinnota li l-ożonu (O3) jifforma mid-dawl tax-xemx permezz tar-reazzjoni tal-hekk imsejħa “sustanzi prekursuri”: l-ossidi tan-nitroġenu, il-monossidu tal-karbonju, il-metan u elementi oħra organiċi fl-arja. Il-konċentrazzjonijiet għoljin fl-ożonu jidhru l-iktar fil-bliet tal-Ewropa t’Isfel. Madankollu, l-awtoritajiet lokali ftit għandhom possibbiltajiet biex jinfluwenzaw il-konċentrazzjonijiet tal-ożonu fil-belt tagħhom stess, iżda permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-traffiku jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet fi bnadi oħra. Il-Kumitat jirrakkomanda li t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet għoljin tal-ożonu fiż-żoni urbani jkun prijorità għall-politika dwar il-kwalità tal-arja fil-livell nazzjonali u Ewropew. Il-politika dwar l-emissjonijiet għas-sustanzi organiċi fl-arja hija meqjusa bħala l-iktar miżura effettiva;

75.

jiġbed l-attenzjoni għal analiżi li saret mill-Istitut Nazzjonali Olandiż għas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent (RIVM) (8) li turi li l-Istati Membri, ftit li xejn jistgħu jinfluwenzaw il-konċentrazzjonijiet medji annwali u m’għandhom kważi l-ebda influwenza fuq il-konċentrazzjonijiet massimi tal-O3 fit-territorju tagħhom. Fl-istess ħin jidher li l-konċentrazzjonijiet fl-isfond tal-ożonu jidhru li qed jiżdiedu. Fil-fehma tal-Kumitat, dan irid jitiqes meta jiġu valutati l-valuri miri għall-ożonu (miri għat-tul) u fl-impatt assoċjat fuq l-iżviluppi fil-politika u r-rappurtar. B’mod speċjali għall-pajjiżi tan-Nofsinhar, li jkollhom aktar sigħat ta’ xemx (aktar radjazzjoni solari) u temperatura mejda ogħla – li huma fenomeni li jiffavorixxu l-ħolqien ta’ ożonu troposferiku – huwa aktar diffiċli li jikkonformaw mal-valuri miri fit-tul għall-ożonu. Il-KtR jirrakkomanda li jiġi studjat jekk dan il-fenomenu jistax jiddaħħal fil-kategorija ta’ tniġġis “naturali” tal-arja, sabiex jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-melħ tal-baħar u r-ramel tas-Saħara;

76.

jirrakkomanda li l-isforzi għat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet fl-ożonu għandhom jiffukaw b’mod partikolari fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet prekursuri tal-ożonu, billi tiġi riveduta d-Direttiva dwar il-limiti massimi nazzjonali (2001/81/KE) u billi l-leġislazzjoni settorjali għas-sorsi ewlenin issir iktar stretta;

Flessibbiltà

77.

jenfasizza l-fatt li l-kundizzjonijiet tat-temp jista’ jkollhom effett negattiv konsiderevoli fuq il-livelli tat-tniġġis tal-arja. Pereżempju, il-bidu estremament niexef tal-2011 f’biċċiet kbar tal-Ewropa tal-Punent wassal għal konċentrazzjonijiet għoljin tal-PM10. Ma kienx possibbli li dan l-effett jiġi kumpensat b’miżuri lokali jew reġjonali, u l-leġislazzjoni Ewropea għandha tqis dan billi taħseb għas-snin li jkollhom kundizzjonijiet meterjoloġiċi estremi, pereżempju billi tintroduċi medja multiannwali;

78.

b’rabta ma’ dan, jiġbed l-attenzjoni għar-relazzjoni bejn it-tendenzi ekonomiċi u t-tniġġis tal-arja, ħaġa li għandha titqies meta jiġu żviluppati politiki futuri. Il-kriżi ekonomika attwali qed tirriżulta f’inqas attività ekonomika (mobbiltà, industrija u trasport bl-ilma), u b’hekk f’emissjonijiet iktar baxxi. Fl-istess ħin, hemm ukoll bil-wisq inqas riżorsi finanzjarji disponibbli għall-innovazzjoni kemm fil-livell privat (bħat-tiġdid tas-sistemi tat-tisħin jew tal-vetturi), kif ukoll fil-livell industrijali. Ladarba l-ekonomija terġa’ tirranka dawn it-tendenzi jafu jerġgħu jinqalbu;

Monitoraġġ (kejl) u mudellar (kalkolu)

79.

jinnota li l-mod kif jitqiegħdu l-istazzjonijiet għall-kejl tal-arja jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor: Billi l-kundizzjonijiet ġeografiċi jvarjaw minn post għal ieħor u dan jista’ jinfluwenza l-valuri tal-kwalità tal-arja, il-Kumitat jirrakkomanda li l-monitoraġġ (kejl) jibqa’ obbligatorju, iżda li dan jittejjeb b’regoli speċifiċi fir-rigward tat-tqegħid tal-istazzjonijiet għall-kejl tal-arja sabiex tiġi garantita l-komparabbiltà tal-valuri mkejla;

80.

f’dan il-kuntest, jissuġġerixxi li titwaqqaf pjattaforma ta’ informazzjoni u skambju f’ħin reali b’rabta mal-livell ta’ tniġġis tal-arja kif ukoll li jiġu armonizzati l-limiti tal-informazzjoni u tat-twissija sabiex ikunu jistgħu jiġu kkoordinati b’mod iktar effettiv il-miżuri adottati mill-Istati Membri f’sitwazzjonijiet serji ta’ livelli għoljin ta’ tniġġis tal-arja.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Il-KtR kien wettaq konsultazzjoni tan-Netwerk tal-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà b’rabta ma’ din l-opinjoni. Ir-rapport dwar il-konsultazzjoni ġie ppubblikat f’Diċembru 2011.

(2)  Il-Kumitat kien irrakkomanda t-twaqqif ta’ timijiet ta’ dan it-tip fid-dokument CdR 164/2010 fin.

(3)  Il-Kumitat kemm-il darba għamel tali rakkomandazzjonijiet: CdR 164/2010 fin u CdR 140/2011 fin.

(4)  Din ir-rakkomandazzjoni saret ukoll fl-opinjoni tal-KtR dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika ambjentali tal-ġejjieni”, (CdR 190/2011 riv. 2).

(5)  Il-Kumitat ilu jappella għal politika ta’ dan it-tip: CdR 190/2011 riv. 2, CdR 140/2011 fin, CdR 101/2011 fin, CdR 164/2010 fin, CdR 159/2008 fin.

(6)  Din ir-rakkomandazzjoni saret ukoll fl-Opinjoni CdR 101/2011 fin.

(7)  Din ir-rakkomandazzjoni saret ukoll fl-Opinjoni tal-KtR dwar l-emissjonijiet industrijali (CdR 159/2008 fin).

(8)  RIVM, “Dossier Ozon 2011: een overzicht van de huidige stand van kennis over ozon op leefniveau in Nederland” (Dossier Ożonu 2011: ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-għarfien dwar l-ożonu fil-livell ambjentali fil-Pajjiżi l-Baxxi), Ġunju 2011.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/20


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposti leġiżlattivi għar-riforma tal-politika komuni tas-sajd”

2012/C 225/04

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappoġġja l-miżuri tal-Kummissjoni Ewropea, li għandhom l-għan li jillimitaw it-tnaqqis kontinwu tal-ħafna stokkijiet u jiżguraw l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f’livelli li jagħmluha possibbli li sal-2015 jinkiseb l-ogħla rendiment sostenibbli kemm jista’ jkun;

iqis li fejn huwa possibbli, għandha tiddaħħal b’mod gradwali l-possibbiltà ta’ projbizzjoni fuq l-iskart, l-iżjed fir-rigward tal-ispeċijiet industrijali iżda għandu jkun awtorizzat ir-rimi tal-organiżmi tal-baħar li jistgħu jgħixu ladarba jerġgħu jintefgħu fil-baħar;

jiġbed l-attenzjoni għar-riskji potenzjali u l-effetti negattivi ta’ introduzzjoni obbligatorja ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli u jirrakkomanda li dawn is-sistemi jkunu volontarji u skont il-kompetenza ta’ kull Stat Membru;

jagħraf li l-importanza ekonomika u strateġika tal-akkwakultura tiġġustifika t-teħid ta’ miżuri li jħeġġuha permezz ta’ regolament indipendenti;

jappella għal iktar reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd; jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni ta’ proċess li jqis l-ispeċifiċitajiet u l-bżonnijiet tar-reġjuni, inkluża l-kooperazzjoni mal-kunsilli konsultattivi reġjonali, sabiex ikunu kapaċi jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex il-politika tkun tista’ tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ setturi tas-sajd individwali, inklużi l-problemi transkonfinali;

jilqa’ l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) ser ikun parti mill-Qafas Strateġiku Komuni ġdid u ser ikun allinjat ma’ fondi reġjonali u rurali; madankollu, jitlob li jkun hemm garanziji għall-finanzjamenti li ser ikunu ta’ benefiċċju għas-sajd u l-akkwakultura, u li r-reġjuni jieħdu sehem fl-implimentazzjoni strateġika tagħhom.

Relatur

Is-Sur Struk (PL/PPE), Marixxall tar-Reġjun tal-Pomeranja

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fil-Prodotti tas-Sajd u l-Akkwakultura

COM(2011) 416 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd

COM(2011) 417 final

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Obbligi tar-Rappurtar skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd

COM(2011) 418 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd

COM(2011) 424 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

COM(2011) 425 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Ġestjoni għat-tul

1.

jemmen li l-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk, hija għandha tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ogħla għas-settur tas-sajd u għal swieq stabbli, u tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli;

2.

jappoġġja l-miżuri tal-Kummissjoni Ewropea li rriżultaw mid-dikjarazzjoni tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002, li għandhom l-għan li jillimitaw it-tnaqqis kontinwu ta’ ħafna stokkijiet u jiżguraw l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f’livelli li jagħmluha possibbli li sal-2015 jinkiseb l-ogħla rendiment sostenibbli kemm jista’ jkun;

3.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, għal ċerti stokkijiet, l-isforzi biex dan l-għan jintlaħaq huma urġenti iżda din l-urġenza jista’ jkollha effetti soċjoekonomiċi negattivi. Huwa urġenti li id f’id mal-miżuri ta’ restrizzjoni u ta’ ħarsien issir ħidma attiva marbuta mar-ristrutturar, pereżempju l-iżvilupp tan-negozju, l-edukazzjoni u kundizzjonijiet siguri tal-pensjonijiet. Il-finanzjament ta’ din il-ħidma għandu jiġi kemm mil-livell nazzjonali u reġjonali, skont il-possibbiltajiet u l-kompetenzi tal-livell ikkonċernat, kif ukoll minn dak tal-UE;

4.

jaqbel li l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ prekawzjonarju u tal-ekosistema bil-għan li jillimita l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, u biex jitnaqqsu u b’mod gradwali jiġu eliminati l-qabdiet mhux mixtieqa;

5.

iħeġġeġ li l-għan tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi jintlaħaq permezz ta’ approċċ multiannwali għall-ġestjoni tas-sajd, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta’ setturi differenti tas-sajd u li jinkludi mekkaniżmi li jiżguraw il-possibbiltà li d-deċiżjonijiet neċessarji jkunu jistgħu jittieħdu fil-każ ta’ avvenimenti mhux previsti;

6.

jemmen li, bħala parti mill-approċċ imsejjes fuq l-ekosistema, il-pjanijiet multiannwali, fejn ikun possibbli, għandhom ikopru diversi stokkijiet meta dawk l-istokkijiet jiġu sfruttati flimkien. Għal stokkijiet li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda pjan multiannwali, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi ta’ sfruttar li jiddeterminaw l-ogħla rendiment sostenibbli billi jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforzi għall-qabdiet u/jew is-sajd;

a.

jirrimarka li pjanijiet multiannwali għandhom jistabbilixxu objettivi ċari, perjodi ta’ żmien biex dawn jintlaħqu u kontrolli perjodiċi. Kemm il-perjodu ta’ żmien kif ukoll ir-ritmu għandhom ikunu adattati għall-ispeċijiet inkwistjoni.

b.

jaħseb li fl-applikazzjoni u fit-tfassil tal-pjanijiet għandhom jiġu proposti miżuri li għandhom ikunu bbażati fuq il-prudenza ekonomika billi titqies il-ħtieġa li gradwalment isiru l-adattamenti adegwati u billi tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ skadenzi qosra ż-żejjed meta ma jkunx hemm ħtieġa ta’ azzjoni urġenti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu msejsa fuq raġunamenti oġġettivi u jridu jkunu sostenibbli mil-lat soċjoekonomiku. B’mod parallel ser jitfassal studju tal-impatt soċjoekonomiku li jrid ikun miftuħ għall-kontributi tal-partijiet ikkonċernati jew ir-rappreżentanti tagħhom rikonoxxuti legalment;

7.

jagħraf li l-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, u li tqis l-għarfien ekoloġiku tradizzjonali li jakkwistaw is-sajjieda minn ġenerazzjoni għal oħra, titlob settijiet ta’ data armonizzati, affidabbli u preċiżi u jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta’ kooperazzjoni mas-settur tas-sajd fir-rigward tal-ġbir tad-data. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jallokaw riżorsi għar-riċerka u għat-twettiq ta’ stimi esperti; jenfasizza r-rwol tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), bħala korp xjentifiku li jista’ jappoġġja l-azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-promozzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tas-sajd;

8.

fid-dawl tal-fatt li l-ġbir tad-data huwa meħtieġ għall-valutazzjoni ekonomika u soċjoekonomika tal-partijiet interessati fis-settur tas-sajd, fl-akkwakultura u fl-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u tax-xejriet tal-impjieg f’dawn l-industriji, l-UE għandha talloka riżorsi adatti lill-korpi nazzjonali u reġjonali biex jiġbru din id-data;

Aċċess għall-ilmijiet kostali

9.

bi pjaċir jilqa’ l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li r-regoli fis-seħħ li jillimitaw l-aċċess għar-riżorsi fi ħdan iż-żoni ta’ 12-il mil nawtiku tal-Istati Membri ħadmu b’mod sodisfaċenti u kienu ta’ benefiċċju għall-konservazzjoni billi llimitaw l-isforz tas-sajd fl-iżjed parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li dawn ir-regoli għandhom ikomplu japplikaw;

10.

iħeġġeġ ukoll li r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar ir-reġjuni l-iktar imbiegħda jkomplu jiġu protetti b’mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali tagħhom, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom;

11.

jiġbed l-attenzjoni għall-prinċipju tal-Istat ta’ oriġini stabbilit fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tiegħu fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom, sabiex iħarsu l-vijabbiltà tal-istokkijiet mhedda ta’ ħut selvaġġ li jirriproduċu fix-xmajjar (anadromi);

12.

jemmen ukoll li fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku tagħhom, fid-dawl tal-implikazzjonijiet ambjentali u soċjoekonomiċi li hemm fil-livell tas-Sottożona Ġeografika (GSA) jew f’livell aktar baxx, l-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni applikabbli għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li, fejn tali miżuri japplikaw għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni minn Stati Membri oħra, il-miżuri adottati ma jkunux diskriminatorji, tkun saret konsultazzjoni qabel ma’ Stati Membri oħra interessati u jkunu ġew infurmati dwarhom b’mod adegwat, u li l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw speċifikament il-konservazzjoni u l-ġestjoni fi ħdan dik iż-żona ta’ 12-il mil nawtiku;

It-tnaqqis tal-iskart

13.

jaqbel li hemm bżonn riżorsi biex jitnaqqsu u, jekk possibbli, jiġu eliminati l-livelli għoljin attwali ta’ qabdiet u skart mhux mixtieqa, li jikkostitwixxu ħela sostanzjali u jaffettwaw b’mod negattiv l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. F’dan il-kuntest, jemmen li għandha titħeġġeġ aktar is-selettività tat-tagħmir tas-sajd u t-titjib ta’ tekniki tas-sajd biex l-iskart jonqos kemm jista’ jkun. Fejn huwa possibbli, għandha tiddaħħal b’mod gradwali l-possibbiltà ta’ projbizzjoni fuq l-iskart, l-iżjed fir-rigward tal-ispeċijiet industrijali iżda għandu jkun awtorizzat ir-rimi tal-organiżmi tal-baħar li jistgħu jgħixu ladarba jerġgħu jintefgħu fil-baħar;

14.

iqis li l-ħatt l-art ta’ qabdiet mhux mixtieqa ma għandux jirriżulta f’vantaġġi ekonomiċi sħaħ għall-operatur u li l-ipproċessar tagħhom fl-għalf għall-annimali huwa risposta ħażina għall-objettivi ambjentali tal-Kummissjoni;

15.

barra minn hekk, jinnota li r-Regolament ta’ bażi ma jidhirx li hu l-post adatt għal lista ddettaljata tal-ispeċi li għalihom jeżisti l-obbligu li jitniżżlu fuq l-art, dan l-obbligu jista’ jsib postu aħjar fil-pjanijiet ta’ ġestjoni individwali għall-ispeċi (stokk wieħed jew diversi);

Aċċess għar-riżorsi

16.

iqis li r-regolament attwali diġà jippermetti lill-Istati Membri li jixtiequ dan, li jintroduċu kwoti individwali trasferibbli għall-flotta tagħhom b’konsegwenzi magħrufa kemm f’termini ta’ spekulazzjoni kif ukoll ta’ konċentrazzjoni tas-sistemi. Fir-rigward ta’ dawn l-elementi, dawn m’għandhomx jimponu li kull Stat Membru jistabbilixxi konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jew li jistgħu jinkrew;

17.

barra minn hekk, jemmen li t-tul ta’ żmien ta’ kwalunkwe sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri;

18.

jiġbed l-attenzjoni għar-riskji potenzjali u l-effetti negattivi ta’ introduzzjoni obbligatorja ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli u jirrakkomanda li dawn is-sistemi jkunu volontarji u skont il-kompetenza ta’ kull Stat Membru;

19.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, qabel ma tiddaħħal sistema volontarja ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, jaġġustaw ir-regoli tagħhom biex jiżguraw protezzjoni adatta tal-interessi tas-sajd kostali u biex iħarsu kontra l-effetti negattivi tal-introduzzjoni tas-sistema, pereżempju l-konċentrazzjoni eċċessiva jew l-ispekulazzjoni;

20.

ifakkar, rigward l-eliminazzjoni tal-kapaċità żejda, fl-esperjenza pożittiva ta’ għajnuna għad-demolizzjoni;

21.

iqis li l-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika tas-settur tas-sajd f’bosta Stati Membri u l-prijoritajiet tal-politiki soċjoekonomiċi li jvarjaw bejn l-Istati Membri b’rabta mas-sajd ifissru li sistema obbligatorja ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli mhijiex adatta u li l-metodu tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u li kwalunkwe regola għat-trasferiment tagħhom għandhom ikomplu jiġu deċiżi fil-livell tal-Istati Membri;

22.

iħeġġeġ ukoll li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni l-iktar imbiegħda meta jiġu stabbiliti l-livelli limitu għall-kapaċità tas-sajd ta’ flotot ta’ daqs żgħir, billi jinżammu l-livelli ta’ referenza attwali;

Id-dimensjoni esterna

23.

jitlob lill-Unjoni Ewropea tippromovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb ir-riżultati tal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromovi t-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza u t-titjib fil-konformità, iż-żieda fit-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod speċjali s-sajjieda, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux rappurtati u mhux regolati (IUU – illegal, unreported and unregulated);

24.

jaqbel li l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi dwar il-ġestjoni sostenibbli tas-sajd għandhom jipprovdu għal drittijiet ta’ aċċess bħala bdil ma’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza ta’ kwalità għolja f’dawn il-pajjiżi biex jiżguraw miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd; jemmen ukoll li l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi għandhom jipprovdu lill-flotta tas-sajd tal-UE, li tiddependi minn dawn il-ftehimiet, bi stabbiltà, vijabbiltà u qligħ sabiex jiġi garantit il-futur tagħha;

25.

jinsisti li l-ftehimiet ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar is-sajd għandhom jistabbilixxu qafas legali, ekonomiku u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tal-UE jew għall-investimenti minn operaturi tal-UE fil-qasam tas-sajd b’konformità mal-miżuri rilevanti adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Fost affarijiet oħra, il-ftehimiet dwar is-sajd ser ikollhom l-għan li jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd fil-pajjiżi terzi isiru taħt kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà u skont arranġamenti li jkunu sodisfaċenti b’mod reċiproku;

L-akkwakultura

26.

jagħraf li l-importanza ekonomika u strateġika tal-akkwakultura tiġġustifika t-teħid ta’ miżuri li jħeġġuha permezz ta’ regolament indipendenti dwar linji gwida tal-UE b’mod li l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali jtejbu l-kompetittività tal-industrija tal-akkwakultura, permezz tal-appoġġ lill-iżvilupp u l-innovazzjoni favur sostenibbiltà ekoloġika, ekonomika u soċjali fil-katina ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni kollha kemm hi, u t-tħeġġiġ tal-ipproċessar u d-diversifikazzjoni, u b’hekk jiġi inkoraġġit ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u rurali, kif ukoll il-bżonn li jitfasslu mekkaniżmi għall-iskambju bejn l-Istati Membri ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika permezz ta’ metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar is-sigurtà tan-negozju, l-aċċess għall-ilmijiet u t-territorju tal-Unjoni, b’attenzjoni partikolari għall-kompatibbiltà tal-konservazzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp tal-attività f’żoni kklassifikati fin-netwerk Natura 2000, u s-semplifikazzjoni amministrattiva tal-liċenzjar u l-permessi;

27.

jagħraf il-bżonn li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv għall-akkwakultura li verament ikun jista’ jirrappreżenta s-settur u li jlaqqa’ fi ħdanu rappreżentanti mill-qasam produttiv (assoċjazzjonijiet professjonali, organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew il-kmamar tal-kummerċ);

Is-suq tas-sajd

28.

jaqbel li d-diffikultà biex jiġu previsti l-attivitajiet tas-sajd teżiġi li jitwaqqaf mekkaniżmu għall-ħżin ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem bil-għan li titrawwem stabbiltà akbar tas-suq u jiżdied ir-redditu fuq il-prodotti, partikolarment billi jinħoloq valur miżjud. Dan il-mekkaniżmu jrid jiġi estiż ukoll għall-prodotti tal-akkwakultura;

29.

jagħraf li l-applikazzjoni ta’ standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tippermetti li s-suq ikun fornut bi prodotti sostenibbli, li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-suq intern tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ fuq bażi ta’ kompetizzjoni ġusta, u b’hekk tgħin biex tintlaħaq il-profitabbiltà tal-produzzjoni;

30.

jemmen li minħabba l-varjetà dejjem ikbar tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jeħtieġ li l-konsumaturi jingħataw ammont minimu ta’ informazzjoni obbligatorja, b’mod ċar, intelliġibbli, u faċli li jinftiehem, dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti;

31.

jitlob li l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tiġi implimentata f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, mingħajr ħsara għall-introduzzjoni tal-uniformità u l-omologazzjoni ta’ miżuri relatati mas-saħħa u l-iġjene għall-prodotti minn pajjiżi terzi u għall-iżvilupp ta’ prattika kummerċjali marittima u tas-sajd li tinkoraġġixxi t-tneħħija tas-sajd IUU;

32.

jitlob li, fejn ikun possibbli, tiġi introdotta sistema ta’ ċertifikazzjoni pubblika tal-prodotti tas-sajd tal-UE biex jiġi żgurat li dawn il-prodotti jkunu frott sajd ġestit b’mod adatt;

Ir-reġjonalizzazzjoni

33.

jappella għal iktar reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, sabiex l-għarfien u l-esperjenza tal-atturi kollha, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ikunu jistgħu jintużaw fil-Politika Komuni tas-Sajd u jenfasizza l-importanza tal-istrateġiji makroekonomiċi;

34.

jenfasizza l-interazzjoni dejjem ikbar bejn is-sajd rikreattiv, is-sajjieda professjonali u l-komunitajiet li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd;

35.

jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni ta’ proċess li jqis l-ispeċifiċitajiet u l-bżonnijiet tar-reġjuni, inkluża l-kooperazzjoni mal-kunsilli konsultattivi reġjonali, sabiex ikunu kapaċi jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex il-politika tkun tista’ tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ setturi tas-sajd individwali, inklużi l-problemi transkonfinali;

36.

barra minn hekk, jemmen li r-RACs jew strutturi simili oħra ta’ sħubija għandhom jissaħħu biex jiġi żgurat li l-komunitajiet lokali mhux biss jiġu kkonsultati iżda anke jieħdu sehem fil-ġestjoni tar-riżorsi lokali tagħhom tas-sajd;

37.

jitlob li l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tqis l-interazzjonijiet ma’ kwistjonijiet marittimi oħra, billi tirrikonoxxi li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-oċeani u l-ibħra Ewropej huma interkonnessi, inkluża l-ġestjoni tat-territorju marittimu, u b’hekk tissaħħaħ il-Politika Marittima Integrata;

38.

jenfasizza li fl-applikazzjoni tal-PKS, wieħed ma jistax jinjora l-protezzjoni tal-ekosistemi akwatiċi fil-kumplessità u l-interazzjoni tagħhom, filwaqt li titqies il-fraġilità tal-ilmijiet ta’ tranżizzjoni u l-kurituri ekoloġiċi tax-xmajjar u l-lagi, kif ukoll tal-popolazzjoni ta’ ħut tagħhom, b’attenzjoni partikolari għaż-żamma u t-tisħiħ tal-ispeċijiet li huma fil-periklu li jsiru estinti, u b’referenza speċifika għall-ispeċijiet anadromiċi u katadromiċi;

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u għas-Sajd

39.

huwa konxju li, mingħajr l-appoġġ finanzjarju adatt, l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-iżvilupp tal-industrija tas-sajd u l-ġestjoni tagħha, u l-limiti fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri;

40.

għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, jitlob li tingħata għajnuna finanzjarja multiannwali tal-UE adatta, li tkun iffukata fuq il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, bil-għan li tikkontribwixxi għall-ksib ta’ dawn l-għanijiet, b’mod partikolari billi tittejjeb l-effikaċja ekonomika tas-settur, b’mod partikolari tal-flotta tas-sajd, billi jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda u bl-introduzzjoni tal-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ bastimenti siguri u sostenibbli;

41.

jitlob li tiġi introdotta mill-ġdid l-għajnuna finanzjarja għat-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-flotot tas-sajd tar-reġjuni ultraperiferiċi għall-perjodu 2014-2020;

42.

jemmen li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata biss jekk l-Istati Membri u l-operaturi jikkonformaw mal-Politika Komuni tas-Sajd. Għaldaqstant, tali għajnuna finanzjarja għandha tiġi interrotta, sospiża jew emendata f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri u ksur serju ripetut ta’ dawk ir-regoli mill-operaturi;

43.

jilqa’ l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) ser ikun parti mill-Qafas Strateġiku Komuni ġdid u ser ikun allinjat ma’ fondi reġjonali u rurali oħra biex ikun hemm oqfsa integrati għall-iżvilupp lokali u biex tittejjeb is-semplifikazzjoni tal-aċċess għall-fondi fil-livell lokali u reġjonali. Iżda, madankollu, jitlob li jkun hemm garanziji għall-finanzjamenti li ser ikunu ta’ benefiċċju għas-sajd u l-akkwakultura, u li r-reġjuni jieħdu sehem fl-implimentazzjoni strateġika tagħhom;

44.

jirrikonoxxi l-valur bijoloġiku, produttiv u storiku tal-istokkijiet tal-ħut u tal-ħabitats tal-għadajjar u x-xmajjar, u għaldaqstant, iqis li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tagħti assistenza finanzjarja lil dan is-settur, anke bil-għan li jitnaqqsu l-qabdiet marittimi, jitnaqqsu l-importazzjonijiet u tissaħħaħ il-kompetittività territorjali;

Is-setgħat tal-Kummissjoni

45.

jagħraf li, għall-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tikkompleta jew temenda elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv bażiku; madankollu, jirrakkomanda li l-użu daqstant mifrux tal-atti delegati mill-Kummissjoni jiġi studjat b’attenzjoni u fil-fond mill-aspett legali u politiku, filwaqt li jiġi żgurat li din is-setgħa tkun definita b’mod ċar fir-rigward tal-objettivi, tal-kontenut, tal-ambitu u tal-perjodu tad-delega tas-setgħa;

46.

jitlob lill-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti hija u tħejji għall-adozzjoni tal-atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti u tal-awtoritajiet reġjonali;

47.

jemmen li l-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

48.

jappoġġja u jħeġġeġ bis-sħiħ l-użu ta’ “żvilupp lokali mmexxi mill-komunità”, kif stabbilit fir-Regolament Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Strateġiku Komuni, sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jiksbu r-riżorsi mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) (u l-fondi strutturali għall-iżvilupp rurali). Il-koordinazzjoni tal-fondi għandha ssir f’qafas flessibbli u tippermetti l-possibbiltajiet ta’ intervent ta’ dawn il-fondi. L-awtoritajiet għandhom ikunu parteċipanti fit-tħejjija tal-qafas strateġiku u l-programmi operattivi;

49.

jenfasizza li s-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd jirrikjedi sistema effettiva ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar, inkluża l-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU. L-użu ta’ teknoloġiji moderni għandu jiġi promoss fil-qafas tas-sistema ta’ kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jwettqu proġetti pilota dwar teknoloġiji ta’ kontroll u sistemi ta’ ġestjoni tad-data ġodda;

50.

huwa tal-fehma li għandha ssir analiżi tal-konformità mar-regolament tal-UE kull ħames snin.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

COM(2011) 425 final

Emenda 1

Premessa (5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta’ bosta stokkijiet ta’ ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta’ prijorità, il-livelli ta’ sfruttar tal-istokkijiet ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jitreġġgħu lura u jinżammu f’livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli mill-popolazzjonijiet tal-istokkijiet maqbuda sal-2015. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, dan jista’ jitlob li jiġu applikati alternattivi għar-rendiment massimu sostenibbli.

Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta’ bosta stokkijiet ta’ ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta’ prijorità, il-livelli ta’ sfruttar tal-istokkijiet ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jitreġġgħu lura u jinżammu f’livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli mill-popolazzjonijiet tal-istokkijiet maqbuda sal-2015. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, dan jista’ jitlob li jiġu applikati alternattivi għar-rendiment massimu sostenibbli.

Raġuni

Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha.

Emenda 2

Premessa (6)

Test tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

Raġuni

Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha.

Emenda 3

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar l-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji għandhom ikomplu jiġu protetti b’mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta’ dawn il-gżejjer, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika ta’ dawk il-gżejjer. Għalhekk għandha tinżamm il-limitazzjoni ta’ ċerti attivitajiet tas-sajd f’dawk l-ilma għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji.

Ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar għandhom ikomplu jiġu protetti b’mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta’ dawn il-gżejjer, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika ta’ dawk il-gżejjer. Għalhekk għandha tinżamm il-limitazzjoni ta’ ċerti attivitajiet tas-sajd f’dawk l-ilma għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet .

Raġuni

Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda qed jiffaċċjaw il-problemi u kollha għandhom jitqiesu, ħalli l-iżvilupp tagħhom jiġi appoġġjat aħjar. Dan jiddependi ħafna mill-fatt li r-riżorsi tal-ilma u l-ambjent tal-ilma b’mod ġenerali jkunu jinsabu fi stat tajjeb. Għalhekk, l-għan tal-emenda huwa li jitqiesu r-reġjuni l-iktar imbiegħda kollha tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 4

Premessa (18)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Hemm bżonn ta’ miżuri sabiex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-livelli għolja preżenti ta’ qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut. Fil-fatt, il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali u jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. Għandu jiġi stabbilit u gradwalment implimentat obbligu ta’ ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet immaniġġjati waqt l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

Hemm bżonn ta’ miżuri sabiex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-livelli għolja preżenti ta’ qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut. Fil-fatt, il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali u jistgħu jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. ħandu jiġi stabbilit u gradwalment implimentat obbligu ta’ ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal- maqbuda fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

Emenda 5

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għall-bastimenti kollha b’tul ta’ 12-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra kollha li jistadu b’irkaptu rmunkat. L-Istati Membri jistgħu jeskludu bastimenti ta’ sa 12-il metru tul minbarra l-bastimenti li jużaw irkaptu rmunkat mill-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti.

Sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd tiġi implimentata għall-bastimenti kollha b’tul ta’ 12-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra li jistadu . Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti.

Raġuni

L-introduzzjoni tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tkun kompetenza tal-Istati Membri u mhux xi ħaġa obbligatorja.

Emenda 6

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta’ xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw il-limitazzjoni tas-sistema obbligatorja tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti kbar. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom.

Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta’ xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw as-sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti kbar. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom.

Raġuni

Din il-premessa ġiet emendata biex tkun konformi mal-Artikolu 27(1) u biex tiġi konfermata n-natura volontarja tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.

Emenda 7

Artikolu 2(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għanijiet ġenerali

1.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-provvisti tal-ikel.

2.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li l-isfruttar ta’ riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa’ lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

3.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

4.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tintegra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

Għanijiet ġenerali

1.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-provvisti tal-ikel.

2.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li l-isfruttar ta’ riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa’ lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

3.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

4.   Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tintegra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

Raġuni

Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha.

Emenda 8

Artikolu 2(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

Raġuni

Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet tal-ħut jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex tiġi kkunsidrata din il-possibbiltà.

Emenda 9

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b’mod partikolari:

a)

telimina l-qbid mhux mixtieq ta’ stokkijiet kummerċjali u gradwalment tiżgura li l-qbid kollu ta’ dawn l-istokkijiet jinħatt l-art;

(b)

tipprovdi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva;

(c)

tippromwovi l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura fl-Unjoni biex tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u l-impjiegi f’żoni kostali u rurali;

(d)

tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd;

(e)

tqis l-interessi tal-konsumaturi;

(f)

tiżgura ġbir u ġestjoni sistematiċi u armonizzati tad-dejta.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b’mod partikolari:

a)

telimina l-qbid mhux mixtieq ta’ kummerċjali u tiżgura li , il-qbid kollu ta’ dawn jinħatt l-art;

(b)

tipprovdi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva;

(c)

tippromwovi l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura fl-Unjoni biex tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u l-impjiegi f’żoni kostali u rurali;

(d)

f

tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd;

()

tqis l-interessi tal-konsumaturi;

()

tiżgura ġbir u ġestjoni sistematiċi u armonizzati tad-dejta

Emenda 10

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Prinċipji ta’ governanza tajba

Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun immexxija mill-prinċipji ta’ governanza tajba li ġejjin:

(a)

id-definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali;

(b)

l-istabbiliment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(c)

perspettiva fit-tul;

(d)

involviment wiesa’ tal-partijiet interessati fl-istadji kollha mill-konċepiment sal-implimentazzjoni tal-miżuri;

(e)

ir-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera;

(f)

konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

Prinċipji ta’ governanza tajba

Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun immexxija mill-prinċipji ta’ governanza tajba li ġejjin:

(a)

id-definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali;

(b)

l-istabbiliment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli ;

perspettiva fit-tul;

involviment wiesa’ tal-partijiet interessati fl-istadji kollha mill-konċepiment sal-implimentazzjoni tal-miżuri;

ir-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera;

konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

Raġuni

Aħna nemmnu li d-diskrezzjoni politika tal-Kunsill u l-Parlament fl-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prinċipji għandha tiġi rispettata meta jittieħdu d-deċiżjonijiet f’dan il-qasam, sabiex tiġi żgurata gvernanza tajba.

Żid punt c) ġdid mal-prinċipji tal-governanza tajba tal-Politika Komuni tas-Sajd. Huwa kruċjali li l-Politika Komuni tas-Sajd tiġi applikata kull fejn hemm bżonn b’mod gradwali u transizzjonali.

Għandha tiġi enfasizzata l-importanza tar-reġjonalizzazzjoni fil-PSK billi jingħata rwol ikbar lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

Il-paragrafu (g) huwa sors ta’ konfużjoni għalina, billi jqiegħed lill-Politika Marittima Integrata (PMI) fuq l-istess livell mal-PSK bħal politiki oħra tal-Unjoni. Aħna nemmnu li l-PSK hija parti integrali tal-PMI u l-iktar ħaġa importanti hija l-konsistenza interna taħt l-istess politika bl-istess nies inkarigati.

Emenda 11

Artikolu 5

Abbozz ta’ opinjoni

Emenda

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“ilmijiet tal-Unjoni” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuris dizzjoni tal-Istati Membri ħlief l-ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

“riżorsi bijoloġiċi tal-baħar” tfisser speċijiet akkwatiċi tal-baħar disponibbli u aċċessibbli, inklużi speċijiet anadromi u katadromi matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

“riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu” tfisser speċijiet akkwatiċi ħajjin tal-ilma ħelu li huma disponibbli u aċċessibbli;

“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għas-sajd kummerċjali ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

“rendiment massimu sostenibbli” tfisser il-qabda massima li tista’ tittieħed minn stokk ta’ ħut b’mod indefinit;

“approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd” tfisser approċċ li skontu n-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata m’għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri amministrattivi sabiex jiġu kkonservati speċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

“approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema” tfisser approċċ li jiżgura li l-benefiċċji mir-riżorsi akkwatiċi ħajjin ikunu għoljin filwaqt li l-impatti diretti u indiretti tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar ikunu baxxi u mhux detrimentali għall-funzjonament, id-diversità u l-integrità futuri ta’ dawk l-ekosistemi;

“rata ta’ mortalità mis-sajd” tfisser il-qbid ta’ stokk matul perjodu partikolari bħala proporzjon tal-istokk medju disponibbli għas-sajd f’dak il-perjodu;

“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li jkollha karatteristiċi distinti u li sseħħ f’żona ta’ ġestjoni partikolari;

“limitu ta’ qbid” tfisser limitu kwantitattiv fuq il-ħatt l-art ta’ stokk ta’ ħut jew ta’ grupp ta’ stokkijiet ta’ ħut matul perjodu partikolari;

“punt ta’ referenza dwar konservazzjoni” tfisser il-valuri ta’ parametri tal-popolazzjoni ta’ stokk ta’ ħut (bħall-bijomassa jew ir-rata ta’ mortalità mis-sajd) użati fil-ġestjoni tas-sajd, pereżempju fir-rigward ta’ livell aċċettabbli ta’ riskju bijoloġiku jew livell mixtieq ta’ rendiment;

“salvagwardja” tfisser miżura prekawzjonarja maħsuba biex tipproteġi jew timpedixxi milli sseħħ xi ħaġa mhux mixtieqa;

“miżuri tekniċi” tfisser il-miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-qabdiet u l-impatti fuq komponenti tal-ekosistemi li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kundizzjonament tal-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd u r-restrizzjoni tal-aċċess għal żoni tas-sajd;

“opportunità tas-sajd” tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, espress f’termini ta’ qabdiet u/jew sforz tas-sajd u l-kundizzjonijiet marbuta funzjonalment magħhom li jkunu neċessarji sabiex jiġu kkwantifikati f’ċertu livell;

“sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta’ bastiment tas-sajd; għal grupp ta’ bastimenti tas-sajd ikun it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp;

“konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli” tfisser id-drittijiet revokabbli tal-utenti għal parti speċifika tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lil Stat Membru jew stabbiliti f’pjanijiet ta’ ġestjoni adottati minn Stat Membru skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (1), li d-detentur jista’ jittrasferixxi lil detenturi oħra eliġibbli ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli bħal dawn;

“opportunitajiet individwali tas-sajd” tfisser opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil detenturi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fi Stat Membru fuq il-bażi tal-proporzjon tal-opportunitajiet tas-sajd li jappartjenu lil dak l-Istat Membru;

“kapaċità għas-sajd” tfisser it-tunnellaġġ ta’ bastiment f’TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f’kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 (2);

“akkwakultura” tfisser it-tkabbir u l-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki mfassla biex tiżdied il-produzzjoni tal-organiżmi inkwistjoni lil hinn mill-kapaċità naturali tal-ambjent, fejn l-organiżmi jibqgħu l-proprjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika matul l-istadju tat-tkabbir u tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ħsad;

“liċenzja tas-sajd” tfisser liċenzja kif imsemmija fl-Artikolu 4(9) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4(10) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

“sajd” tfisser il-ġbir jew il-qabda ta’ organiżmi akkwatiċi li jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom, jew l-użu intenzjonat ta’ kwalunkwe mezz li jippermetti ġbir jew qbid bħal dan;

“prodotti tas-sajd” tfisser l-organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd;

“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, il-ktajjen ta’ distribuzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

“ksur serju” tfisser ksur kif definit fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;

“utent finali ta’ dejta xjentifika” tfisser korp b’interess ta’ riċerka jew ġestjoni fl-analiżi xjentifika ta’ dejta fis-settur tas-sajd;

“eċċess tal-qabda permissibbli” tfisser dik il-parti tal-qabda permissibbli li Stat kostali ma jkollux il-kapaċità li jaħsad;

“prodotti tal-akkwakultura” tfisser l-organiżmi akkwatiċi fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura;

“bijomassa ta” stokk riproduttiv tfisser stima tal-massa tal-ħut ta’ riżorsa partikolari li jirriproduċi f’ħin definit, li tinkludi ħut kemm irġiel kif ukoll nisa u ħut li jirriproduċi bit-tifriħ;

“sajd imħallat” tfisser sajd fejn tkun preżenti iżjed minn speċi waħda fiż-żona fejn ikun qiegħed isir is-sajd u jkunu vulnerabbli li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd;

“ftehimiet dwar sajd sostenibbli” tfisser ftehimiet internazzjonali konklużi ma’ stat ieħor għall-fini li jinkiseb aċċess għar-riżorsi jew l-ilmijiet fi skambju ma’ kumpens finanzjarju mill-Unjoni;

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“ilmijiet tal-Unjoni” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuris dizzjoni tal-Istati Membri ħlief l-ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

“riżorsi bijoloġiċi tal-baħar” tfisser speċijiet akkwatiċi tal-baħar disponibbli u aċċessibbli, inklużi speċijiet anadromi u katadromi matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

“riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu” tfisser speċijiet akkwatiċi ħajjin tal-ilma ħelu li huma disponibbli u aċċessibbli;

“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għas-sajd kummerċjali ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

“rendiment massimu sostenibbli” tfisser il-qabda massima li tista’ tittieħed minn stokk ta’ ħut b’mod ;

“approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd” tfisser approċċ li skontu n-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata m’għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri amministrattivi sabiex jiġu kkonservati speċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

“approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema” tfisser approċċ li jiżgura li l-benefiċċji mir-riżorsi akkwatiċi ħajjin ikunu għoljin filwaqt li l-impatti diretti u indiretti tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar ikunu baxxi u mhux detrimentali għall-funzjonament, id-diversità u l-integrità futuri ta’ dawk l-ekosistemi;

“rata ta’ mortalità mis-sajd” tfisser ;

“stokk” tfisser ;

“limitu ta’ qbid” tfisser limitu kwantitattiv fuq il-ħatt l-art ta’ stokk ta’ ħut jew ta’ grupp ta’ stokkijiet ta’ ħut matul perjodu partikolari;

“punt ta’ referenza dwar konservazzjoni” tfisser il-valuri ta’ parametri tal-popolazzjoni ta’ stokk ta’ ħut (bħall-bijomassa jew ir-rata ta’ mortalità mis-sajd) użati fil-ġestjoni tas-sajd, pereżempju fir-rigward ta’ livell aċċettabbli ta’ riskju bijoloġiku jew livell mixtieq ta’ rendiment;

“salvagwardja” tfisser miżura prekawzjonarja maħsuba biex tipproteġi jew timpedixxi milli sseħħ xi ħaġa mhux mixtieqa;

“miżuri tekniċi” tfisser il-miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-qabdiet u l-impatti fuq komponenti tal-ekosistemi li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kundizzjonament tal-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd u r-restrizzjoni tal-aċċess għal żoni tas-sajd;

“opportunità tas-sajd” tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, espress f’termini ta’ qabdiet u/jew sforz tas-sajd u l-kundizzjonijiet marbuta funzjonalment magħhom li jkunu neċessarji sabiex jiġu kkwantifikati f’ċertu livell;

“sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta’ bastiment tas-sajd; għal grupp ta’ bastimenti tas-sajd ikun it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp;

“konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli” tfisser id-drittijiet revokabbli tal-utenti għal parti speċifika tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lil Stat Membru jew stabbiliti f’pjanijiet ta’ ġestjoni adottati minn Stat Membru skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (1) li d-detentur jista’ jittrasferixxi lil detenturi oħra eliġibbli ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli bħal dawn;

“opportunitajiet individwali tas-sajd” tfisser opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil detenturi ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli tat Membru fuq il-bażi tal-proporzjon tal-opportunitajiet tas-sajd li jappartjenu lil dak l-Istat Membr;

“kapaċità għas-sajd” tfisser it-tunnellaġġ ta’ bastiment f’TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f’kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 (2)

“akkwakultura” tfisser it-tkabbir u l-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki mfassla biex tiżdied il-produzzjoni tal-organiżmi inkwistjoni lil hinn mill-kapaċità naturali tal-ambjent, fejn l-organiżmi jibqgħu l-proprjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika matul l-istadju tat-tkabbir u tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ħsad;

“liċenzja tas-sajd” tfisser liċenzja kif imsemmija fl-Artikolu 4(9) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4(10) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

“sajd” tfisser il-ġbir jew il-qabda ta’ organiżmi akkwatiċi li jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom, jew l-użu intenzjonat ta’ kwalunkwe mezz li jippermetti ġbir jew qbid bħal dan;

“prodotti tas-sajd” tfisser l-organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd;

“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, il-ktajjen ta’ distribuzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

“ksur serju” tfisser ksur kif definit fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;

“utent finali ta’ dejta xjentifika” tfisser korp b’interess ta’ riċerka jew ġestjoni fl-analiżi xjentifika ta’ dejta fis-settur tas-sajd;

“eċċess tal-qabda permissibbli” tfisser dik il-parti tal-qabda permissibbli li Stat kostali ma jkollux il-kapaċità li jaħsad;

“prodotti tal-akkwakultura” tfisser l-organiżmi akkwatiċi fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura;

“bijomassa ta” stokk riproduttiv tfisser stima tal-massa tal-ħut ta’ riżorsa partikolari li jirriproduċi f’ħin definit, li tinkludi ħut kemm irġiel kif ukoll nisa u ħut li jirriproduċi bit-tifriħ;

“sajd imħallat” tfisser sajd fejn tkun preżenti iżjed minn speċi waħda fiż-żona fejn ikun qiegħed isir is-sajd u jkunu vulnerabbli li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd;

“ftehimiet dwar sajd sostenibbli” tfisser ftehimiet internazzjonali konklużi ma’ stat ieħor għall-fini li jinkiseb aċċess għar-riżorsi jew l-ilmijiet fi skambju ma’ kumpens finanzjarju mill-Unjoni;

Raġuni

Is-settur tas-sajd espanda biex iħaddan tipi differenti ta’ operat. M’għadux jagħmel sens li l-operaturi jkunu limitati għal persuni legali jew fiżiċi jew għal sjieda ta’ intrapriża. Jeżistu wkoll għaqdiet u intrapriżi oħra. F’xi partijiet tal-Ewropa, pereżempju, is-sajd rikreattiv huwa ta’ importanza kbira għall-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut. B’riżultat tal-urbanizzazzjoni, is-sajd rikreattiv jinsab f’qagħda tajba biex isaħħaħ kif in-nies kullimkien jifhmu n-natura. Barra minn hekk, dan it-tip ta’ sajd jiġbed lin-nies lejn in-natura u jħeġġiġhom jieħdu ħsieb aħjar tal-irkupru fiżiku u mentali u l-benesseri tagħhom stess. Il-volum u l-importanza ekonomika ta’ sajd bi gwida u t-turiżmu tas-sajd b’mod ġenerali qed jikbru. Is-sajd jaqdi wkoll rwol importanti fl-iżvilupp tal-industriji tat-turiżmu u għaldaqstant jgħin isostni l-vitalità tal-komunitajiet tal-kosta u tax-xmajjar. Għalhekk, it-terminu “operatur” għandu jitwessa’. Dan huwa appoġġjat mill-fatt li s-sajd rikreattiv, pereżempju, diġà jagħmel parti mill-Politika Komuni tas-Sajd bis-saħħa tar-Regolament tal-Kontroll u l-pjanijiet il-ġodda għall-użu u ż-żamma għall-ispeċijiet tal-ħut.

Għandna bżonn definizzjoni Ewropea ta’ “sajd kostali fuq skala żgħira” li tkun flessibbli biżżejjed li tħalli lok għad-diversità u l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fil-ħafna reġjuni tal-Ewropa.

L-attivitajiet relatati mal-ħut qed jibdew jaqdu rwol fundamentali fiż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut ta’ valur għoli permezz tar-ripopolazzjoni, li b’hekk jinkludu speċijiet barranin li jgħixu f’ħabitats speċjali (niche habitats) importanti.

Emenda 12

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali dwar l-aċċess għall-ilmijiet

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III.

2.   Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

3.   Fl-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi tal-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta’ dawk il-gżejjer. Tali restrizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal bastimenti tal-Unjoni li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet, sakemm dawk il-bastimenti ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

4.   Id-dispożizzjonijiet li se jsegwu l-arranġamenti stipulati fil-paragrafu 2 u 3 għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Regoli ġenerali dwar l-aċċess għall-ilmijiet

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III.

2.   Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

3.   Fl-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi , l-Istati Membri kkonċernati jistgħu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta’ dawk il-gżejjer. Tali restrizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal bastimenti tal-Unjoni li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet, sakemm dawk il-bastimenti ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

4.   Id-dispożizzjonijiet li se jsegwu l-arranġamenti stipulati fil-paragrafu 2 u 3 għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Raġuni

Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda qed jiffaċċjaw il-problemi u kollha għandhom jitqiesu, ħalli l-iżvilupp tagħhom jiġi appoġġjat aħjar. Dan jiddependi ħafna mill-fatt li r-riżorsi tal-ilma u l-ambjent tal-ilma b’mod ġenerali jkunu jinsabu fi stat tajjeb. Għalhekk, l-għan tal-emenda huwa li jitqiesu r-reġjuni l-iktar imbiegħda kollha tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 13

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

i)

modifiki jew apparat addizzjonali sabiex itejbu s-selettività jew inaqqsu l-impatt fuq iż-żona bentika;

Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

i)

modifiki jew apparat addizzjonali sabiex itejbu s-selettività jew inaqqsu l-impatt;

Raġuni

L-ewwel parti tal-emenda ma tapplikax għall-verżjoni Maltija billi l-għan huwa li t-terminu Pollakk għal “iżidu” jiġi sostitwit bil-kelma Pollakka għal “itejbu” li ntużat fil-verżjoni Maltija. L-Artikolu 8 mhuwiex limitat biss għaż-żona bentika iżda jinkludi wkoll iż-żona pelaġika u t-tagħmir tas-sajd li jintuża f’din iż-żona.

Emenda 14

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Pjan multiannwali

1.   Għandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta’ konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

2.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal:

(a)

il-bażi sabiex jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut ikkonċernati fuq il-bażi ta’ punti ta’ referenza definiti minn qabel dwar il-konservazzjoni; u

(b)

miżuri li kapaċi jimpedixxu b’mod effettiv il-ksur tal-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni.

3.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom, fejn possibbli, ikopru jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta’ ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta’ stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u s-sajd.

4.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta’ valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b’mod xjentifikament validu.

Pjan multiannwali

1.   ħandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta’ konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli, li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

2.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal:

(a)

il-bażi sabiex jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut ikkonċernati fuq il-bażi ta’ punti ta’ referenza definiti minn qabel dwar il-konservazzjoni; u

(b)

miżuri li kapaċi jimpedixxu b’mod effettiv il-ksur tal-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni;

;

3.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom, fejn possibbli, ikopru jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta’ ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta’ stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u s-sajd .

4.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta’ valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b’mod xjentifikament validu.

Raġuni

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ġew introdotti mill-Unjoni Ewropea fl-2004 biex jagħtu parir rilevanti fil-kuntest ta’ approċċ reġjonalizzat fil-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom ikunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jintalbu l-opinjoni tagħhom dwar il-pjanijiet multiannwali. Hekk il-pjanijiet ikunu aċċettati iktar malajr mill-professjonisti u b’hekk jiġu implimentati b’mod iktar faċli.

Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha. Il-pjanijiet multiannwali jistabbilixxu miri għat-tnaqqis gradwali tar-rimi, billi jużaw miżuri adottati fil-livell reġjonali. Dawn il-miżuri għat-tnaqqis għandhom ikunu bbażati fuq varjetà ta’ għodod li jistgħu jitressqu mill-partijiet interessati involuti: is-selettività, il-ġestjoni tal-ispazju u ż-żmien, l-introduzzjoni ta’ kwoti tal-qabdiet għal ċerti speċijiet vulnerabbli f’ċerti żoni. Dawn il-partijiet interessati għandhom jaqdu rwol importanti f’dan il-qasam, permezz tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali msaħħa. Il-pjanijiet multiannwali għandhom iqisu b’mod formali l-kwistjonijiet marbuta maż-żoni tal-baħar protetti billi f’uħud minnhom isiru attivitajiet tas-sajd fuq skala kbira. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jinkludu wkoll dimensjoni ta’ ekosistema bħala garanzija taż-żamma tal-ħut.

Huwa importanti li nindikaw li l-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri li jirrestawraw stat ambjentali tajjeb, inkella dan jista’ saħansitra jmur lura, bi ħsara għall-kapaċitajiet naturali tal-produzzjoni tal-ekosistemi tal-baħar.

Il-ġestjoni tajba taż-żoni tal-baħar protetti hija waħda mill-objettivi tal-konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika. Għalhekk hija ħaġa naturali li tiġi kkunsidrata fil-politika komuni tas-sajd.

Emenda 15

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal addattamenti tar-rata ta’ mortalità mis-sajd, li tirriżulta f’rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm il-livelli tal-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

2.   F’każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm l-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta’ konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

1.   Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal addattamenti tar-rata ta’ mortalità mis-sajd, li tirriżulta f’rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm il-livelli tal-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015

2.   F’każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm l-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta’ konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

Emenda 16

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kontenut tal-pjanijiet multiannwali

Pjan multiannwali għandu jinkludi:

l-ambitu, f’termini tal-istokkijiet, is-sajd u l-ekosistema tal-baħar li għalihom għandu jiġi applikat il-pjan multiannwali;

għanijiet li huma konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

miri kwantifikabbli espressi f’termini ta’:

i)

ir-rati ta’ mortalità mis-sajd, u/jew

ii)

il-bijomassa ta' stokk riproduttiv, u

ii)

l-istabbiltà tal-qabdiet.

skedi ta’ żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

miżuri tekniċi fosthom miżuri rigward l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa;

indikaturi kwantifikabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi tal-progress fir-rigward tal-kisba tal-miri tal-pjan multiannwali;

miżuri u għanijiet speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ speċijiet anadromi u katadromi;

tnaqqis tal-impatti tas-sajd fuq l-ekosistema;

salvagwardji u kriterji li jattivaw dawk is-salvagwardji;

kull miżura oħra xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet multiannwali.

Kontenut tal-pjanijiet multiannwali

Pjan multiannwali għandu jinkludi:

l-ambitu, f’termini tal-istokkijiet, is-sajd u l-ekosistema tal-baħar li għalihom għandu jiġi applikat il-pjan multiannwali;

għanijiet li huma konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

miri kwantifikabbli espressi f’termini ta’:

i)

ir-rati ta’ mortalità mis-sajd, u/jew

ii)

il-bijomassa ta’ stokk riproduttiv, u

ii)

l-istabbiltà tal-qabdiet;

skedi ta’ żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

miżuri tekniċi fosthom miżuri rigward l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa;

indikaturi kwantifikabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi tal-progress fir-rigward tal-kisba tal-miri tal-pjan multiannwali;

miżuri u għanijiet speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ speċijiet anadromi u katadromi

;

()

naqqis tal-impatti tas-sajd fuq l-ekosistema;

()

alvagwardji u kriterji li jattivaw dawk is-salvagwardji;

()

ull miżura oħra xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet multiannwali;

Raġuni

Il-miżuri mmirati lejn l-istokkijiet ta’ ħut migratorju huma meħtieġa biex jiġu ggarantiti d-diversità naturali u s-sajd sostenibbli. Il-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE għandha tagħmel distinzjoni bejn stokkijiet ta’ ħut anadromu, li jemigraw lejn in-naħa ta’ fuq ta’ xmara biex ibidu, u tipi oħra ta’ stokkijiet ta’ ħut. Il-prinċipji li fuqhom hija bbażata r-regolazzjoni tas-sajd ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju għandhom jiġu implimentati b’konformità mal-Artikolu 66, Taqsima V, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li tirregola l-ġestjoni ta’ stokkijiet tal-ħut anadromu separatament mill-istokkijiet oħra ta’ ħut.

Il-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin hija proċess dinamiku u kultant meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni ta’ malajr, li minħabba n-natura ferm burokratika u r-ritmu bil-mod tal-proċess ta’ kodeċiżjoni, jista’ jkun partikolarment diffiċli, kif rajna fil-passat fil-każ tal-pjanijiet multiannwali tal-Baltiku jew tal-Baħar tat-Tramuntana. Il-pjanijiet multiannwali jinkludu klawżola li tgħid li l-pjan għandu jiġi evalwat wara li jkunu għaddew bejn tlieta u ħames snin. Madankollu, ma tfassal l-ebda mekkaniżmu ta’ rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet mhux previsti li jeħtieġu intervent mgħaġġel. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu meta u liema azzjoni għandha tittieħed f’tali sitwazzjonijiet.

Emenda 17

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha

1.   Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut li ġejjin suġġetti għal limiti ta’ qbid, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jiġu rreġistrati u jinħattu l-art, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a)

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014:

kavall, aringa, sawrell, stokkafixx, pixxitrumbetta, inċova, arġentin, sardinella, capelin;

tonn, pixxispad, alonga, tonn għajnu kbira, kastardell ieħor.

(b)

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015: merluzz, marlozz, lingwata;

(c)

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016: haddock, merlangu, megrim, petriċi, barbun tat-tbajja’, mova, pollakju (saithe), pollakkju, lemon sole, barbun imperjali, barbun lixx, linarda, ċinturin iswed, roundnose grenadier, orange roughy, ħalibatt tal-Groenlandja, tusk, redfish u stokkijiet demersali tal-Mediterran.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta’ referenza minimi għall-konservazzjoni li jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet tal-ħut stipulati fil-paragrafu 1. Il-bejgħ ta' tali stokkijiet ta’ ħut taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat għal tnaqqis għall-ikel tal-ħut jew ikel tal-annimali domestiċi biss.

3.   L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 27 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-obbligu ta’ ħatt l-art tal-qabdiet kollha.

5.   Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi internazzjonali.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika l-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 bl-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

1.   l-qabdiet kollha tal- tal-ħut li ġejjin suġġetti għal limiti ta’ qbid, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni:

(a)

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014:

kavall, aringa, sawrell, stokkafixx, pixxitrumbetta, inċova, arġentin, sardinella, capelin;

tonn, pixxispad, alonga, tonn għajnu kbira, kastardell ieħor.

(b)

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015: merluzz, marlozz, lingwata;

(c)

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016: haddock, merlangu, megrim, petriċi, barbun tat-tbajja’, mova, pollakju (saithe), pollakkju, lemon sole, barbun imperjali, barbun lixx, linarda, ċinturin iswed, roundnose grenadier, orange roughy, ħalibatt tal-Groenlandja, tusk, redfish u stokkijiet demersali tal-Mediterran.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta’ referenza minimi għall-konservazzjoni li jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet tal-ħut stipulati fil-paragrafu 1. Il-bejgħ ta’ tali stokkijiet ta’ ħut taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat għal tnaqqis għall-ikel tal-ħut jew ikel tal-annimali domestiċi biss.

3.   L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 27 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-.

5.   Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi internazzjonali.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika l-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 bl-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

   

   

Raġuni

L-emenda tipproponi li jitfasslu pjanijiet multiannwali għat-tnaqqis tal-iskart, iżda d-dokumenti li qed jiġu diskussi ma jinkludu l-ebda proposta bħal din. Il-Kummissjoni tipproponi deċiżjoni li tirrikjedi l-ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta’ speċi kummerċjali minn data mogħtija. L-azzjoni għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titfassal mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jew l-Istati Membri, skont is-sitwazzjoni. Għalhekk, forsi mhuwiex adatt li jissemmew il-pjanijiet multiannwali, billi tali pjanijiet ikollhom ikunu iktar għat-tul.

Ir-rimi tal-ħut lura fil-baħar huwa komuni għal għadd ta’ raġunijiet. Iżda, bl-iżvilupp ta’ prattiki tas-sajd u l-applikazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi biex l-għodda ssir iżjed selettiva, l-ammont ta’ qabdiet mhux mixtieqa jista’ jitnaqqas. Is-suġġett ta’ din l-emenda huwa inkluż fir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika fil-bidu ta’ din l-opinjoni, li tirrappreżenta l-fehma tal-KtR, u għaldaqstant għandha tiżdied ukoll mal-bqija tal-emendi.

Emenda 18

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Opportunitajiet tas-sajd

1.   L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull Stat Membru stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk ta’ ħut jew sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda.

2.   L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd.

3.   L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom ikunu konformi mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h).

4.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta’ sajd allokati lilhom.

Opportunitajiet tas-sajd

1.   L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull Stat Membru stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk ta’ ħut jew sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda.

2.   L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd.

3.   L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom ikunu konformi mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h).

4.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta’ sajd allokati lilhom.

   

Raġuni

Iż-żieda ta’ dan il-paragrafu ġdid tirrifletti r-Regolament attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għandha tibqa’ xi ħaġa li tiġi deċiża mill-Istati Membri billi din hija l-iktar strument kruċjali disponibbli biex jiġu influwenzati l-istruttura u l-prestazzjoni tas-settur tas-sajd. Dawn huma preferenzi li huma rilevanti għal deċiżjoni fil-livell tal-Istati Membri b’konformità mal-prijoritajiet soċjoekonomiċi tagħhom.

Emenda 19

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-pjanijiet multiannwali

1.   Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta’ konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-paragrafu 1:

a)

huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

b)

huma kompatibbli mal-ambitu u l-għanijiet tal-pjan multiannwali;

c)

jilħqu b’mod effettiv l-għanijiet u l-miri kwantifikabbli stabbiliti fi pjan multiannwali; u

d)

mhumiex inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-pjanijiet multiannwali

1.   

   Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta’ konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd.

   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-paragrafu :

a)

huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

b)

huma kompatibbli mal-ambitu u l-għanijiet tal-pjan multiannwali;

c)

jilħqu b’mod effettiv l-għanijiet u l-miri kwantifikabbli stabbiliti fi pjan multiannwali; u

d)

mhumiex inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Raġuni

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ġew introdotti mill-Unjoni Ewropea fl-2004 biex jagħtu parir rilevanti fil-kuntest ta’ approċċ reġjonalizzat fil-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom ikunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jintalbu l-opinjoni tagħhom dwar il-pjanijiet multiannwali. Hekk il-pjanijiet ikunu aċċettati iktar malajr mill-professjonisti u b’hekk jiġu implimentati b’mod iktar faċli.

Emenda 20

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Miżuri tekniċi

F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

a)

huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

b)

huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti f’miżuri adottati skont l-Artikolu 14;

c)

jilħqu b’mod effettiv l-għanijiet stipulati f’miżuri adottati skont l-Artikolu 14; u

d)

mhumiex inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Miżuri tekniċi

F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

a)

huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

b)

huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti f’miżuri adottati skont l-Artikolu 14;

c)

jilħqu b’mod effettiv l-għanijiet stipulati f’miżuri adottati skont l-Artikolu 14; u

d)

mhumiex inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Raġuni

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ġew introdotti mill-Unjoni Ewropea fl-2004 biex jagħtu parir rilevanti fil-kuntest ta’ approċċ reġjonalizzat fil-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom ikunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jintalbu l-opinjoni tagħhom dwar il-pjanijiet multiannwali. Hekk il-pjanijiet ikunu aċċettati iktar malajr mill-professjonisti u b’hekk jiġu implimentati b’mod iktar faċli.

Emenda 21

Artikolu 27(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għal

(a)

il-bastimenti kollha tas-sajd b’tul globali ta’ 12-il metru jew aktar; u

(b)

il-bastimenti kollha tas-sajd b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru b’irkaptu rmunkat.

1.   Kull Stat Membru jistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal

(a)

il-bastimenti kollha tas-sajd b’tul globali ta’ 12-il metru jew aktar; u

(b)

il-bastimenti kollha tas-sajd b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru .

Raġuni

L-introduzzjoni tal-Konċessjonijiet tas-Sajd Trasferibbli (KST) għandha tiġi mħeġġa, iżda għandha tkun kompetenza tal-Istati Membri u skont ir-ritmu tagħhom. It-tali KST ikunu jinvolvu stokkijiet regolati u huwa rikonoxxut li fi bnadi oħra d-daqs ta’ bastiment m’għandux effett fuq ir-rata ta’ esplojtazzjoni tat-tali stokkijiet.

Emenda 22

Artikolu 27(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jestendu s-sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li jużaw tipi oħra ta’ rkaptu rmunkat u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri jistgħu jestendu s-sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li jużaw tipi oħra ta’ rkaptu rmunkat u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Raġuni

Din l-emenda ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda 23

Artikolu 28(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli

1.   Konċessjoni tas-sajd trasferibbli għandha tistabbilixxi dritt għall-użu tal-opportunitajiet individwali tas-sajd allokati skont l-Artikolu 29(1).

Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli

1.   onċessjoni tas-sajd trasferibbli għandha tistabbilixxi dritt għall-użu tal-opportunitajiet individwali tas-sajd allokati skont l-Artikolu 29(1).

Raġuni

L-adozzjoni ta’ sistema ta’ Konċessjonijiet tas-Sajd Trasferibbli għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri. Jekk jintlaħaq ftehim dwar dan tkun ħaġa adatta li t-test jiġi emendat biex jirrifletti li l-qafas għall-ġestjoni tal-Konċessjonijiet hija biss applikabbli meta tintgħażel l-opzjoni.

Emenda 24

Artikolu 28(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta’ stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba taħt ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli.

Membru għandu jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta’ stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba taħt ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli.

Emenda 25

Artikolu 28(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli

5.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijet tas-sajd trasferibbli għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il sena, għall-fini tal-allokazzjoni mill-ġdid ta’ konċessjonijiet bħal dawn. Fejn l-Istati Membri ma llimitawx il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, huma jistgħu isejħu lura konċessjonijiet bħal dawn b’notifika ta’ mill-inqas 15-il sena.

Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli

5.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijet tas-sajd trasferibbli.

Raġuni

Kull Stat Memru għandu jkun responsabbli għal kif jiġu trasferiti l-konċessjonijiet tas-sajd. Il-Latvja u bosta Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea diġà għandhom leġislazzjoni effettiva għar-regolazzjoni tal-konċessjonijiet tas-sajd. Il-ħolqien ta’ sistema ġdida jżid iktar burokrazija u jeħtieġ iżjed fondi filwaqt li ma jipprovdi l-ebda garanzija li s-sistema żgur tkun iktar effettiva mill-mekkaniżmu attwali.

Emenda 26

Artikolu 28(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli b’avviż iqsar f’każ ta’ ksur serju stabbilit li jkun twettaq mid-detentur tal-konċessjonijiet. Sejħiet lura bħal dawn jistgħu jitħaddmu b’mod li jagħti l-effett sħiħ lill-Politika Komuni tas-Sajd, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u, fejn hu meħtieġ, b’effett immedjat.

L-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli b’avviż iqsar f’każ ta’ ksur serju stabbilit li jkun twettaq mid-detentur tal-konċessjonijiet. Sejħiet lura bħal dawn jistgħu jitħaddmu b’mod li jagħti l-effett sħiħ lill-Politika Komuni tas-Sajd, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u, fejn hu meħtieġ, b’effett immedjat.

Emenda 27

Artikolu 28(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

7.   Minkejja l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijet tas-sajd trasferibbli li ma jkunux intużaw fuq bastiment tas-sajd għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi.

7.   Minkejja l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijet tas-sajd trasferibbli li ma jkunux intużaw fuq bastiment tas-sajd għal perjodu ta’ konsekuttivi, .

Raġuni

Il-perjodu propost ta’ tliet snin huwa twil wisq u diġà qed isir element ta’ spekulazzjoni, iżda l-iskadenza għandha tkun flessibbli sabiex ma jiġux mhedda l-intrapriżi għaddejjin minn sitwazzjonijiet partikolari.

Emenda 28

Artikolu 28(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Jiddaħħal punt ġdid:

   

Emenda 29

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Allokazzjoni ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd

1.   L-Istati Membri għandhom jallokaw opportunitajiet individwali tas-sajd lil detentur ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 28, fuq il-bażi tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri, jew stabbiliti fil-pjanijiet ta’ ġestjoni adottait mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu opportunitajiet tas-sajd li, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, jistgħu jiġu allokati lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom għal speċijiet li għalihom il-Kunsill ma jkunx stabbilixxa opportunitajiet tas-sajd.

3.   Il-bastimenti tas-sajd għandhom iwettqu attivitajiet tas-sajd biss meta jkollhom opportunitajiet individwali ta’ sajd suffiċjenti sabiex ikopru l-qabda potenzjali kollha tagħhom.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirriservaw sa 5% tal-opportunitajiet tas-sajd. Huma għandhom jistabbilixxu għanijiet u kriterji trasparenti għall-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd riservati. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu allokati biss lil detenturi eliġibbli ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli kif stipulat fl-Artikolu 28(4).

5.   Meta jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli skont l-Artikolu 28 u meta jalloka opportunitajiet tas-sajd skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’ jipprovdi inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv li jelimina l-qbid aċċidentali mhux mixtieq fi ħdan l-opportunitajiet ta’ sajd assenjati lil dak l-Istat Membru.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiffissaw tariffi għall-użu ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż relatati mal-ġestjoni tas-sajd.

Allokazzjoni ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd

   

   

   

   

   Meta jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli skont l-Artikolu 28 u meta jalloka opportunitajiet tas-sajd skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’ jipprovdi inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv li jelimina l-qbid aċċidentali mhux mixtieq fi ħdan l-opportunitajiet ta’ sajd assenjati lil dak l-Istat Membru.

   L-Istati Membri jistgħu jiffissaw tariffi għall-użu ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż relatati mal-ġestjoni tas-sajd.

Raġuni

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għandha tibqa’ tiġi deċiża mill-Istati Membri.

Emenda 30

Artikolu 31(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli

1.   Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jiġu trasferiti kollha jew parzjalment ġewwa Stat Membru bejn detenturi eliġibbli ta’ konċessjonijiet bħal dawn.

2.   Stat Membru jista’ jawtorizza t-trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli lejn u mingħand Stati Membri oħra

3.   L-Istati Membri jistgħu jirregolaw it-trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli billi jipprovdu għall-kundizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi.

Trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli

    jistgħu jiġu trasferiti kollha jew parzjalment ġewwa Stat Membru bejn detenturi eliġibbli ta’ konċessjonijiet bħal dawn.

   

   L-Istati Membri jistgħu jirregolaw it-trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli billi jipprovdu għall-kundizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi.

Raġuni

L-adozzjoni ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri. Il-qafas tal-ġestjoni tal-konċessjonijiet hija biss applikabbli meta tintgħażel din il-possibbiltà.

Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jiġu trasferiti fi ħdan Stat Membru sabiex tinżamm l-istabbiltà relattiva msemmija fl-Artikolu 16(1). Ma tidhirx li hija ħaġa adatta li jiġu permessi t-trasferimenti tal-konċessjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-prinċipju ġenerali aċċettat tal-istabbiltà relattiva.

Emenda 31

Artikolu 32(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kiri ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd

1.   L-opportunitajiet individwali tas-sajd jistgħu jiġu mikrija b’mod sħiħ jew parzjali ġewwa Stat Membru.

2.   Stat Membru jista’ jawtorizza l-kiri ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd lejn u mingħand Stati Membri oħra.

Kiri ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd

1.   L-opportunitajiet individwali tas-sajd jistgħu jiġu mikrija b’mod sħiħ jew parzjali ġewwa Stat Membru.

   

Raġuni

Il-konċessjonijiet tas-sajd tasferibbli jistgħu jinkrew fi Stat Membru sabiex tinżamm l-istabbiltà relattiva msemmija fl-Artikolu 16(1). Ma tidhirx li hija ħaġa adatta li jiġu permessi t-trasferimenti tal-konċessjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-prinċipju ġenerali aċċettat tal-istabbiltà relattiva.

Emenda 32

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni teskludi bastimenti tas-sajd suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli stabbilita skont l-Artikolu 27 mil-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd stabbiliti skont il-paragrafu 1. F’dak il-każ il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid biex jitqiesu l-bastimenti tas-sajd li mhumiex suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

1.   Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni teskludi bastimenti tas-sajd suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli stabbilita skont l-Artikolu 27 mil-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd stabbiliti skont il-paragrafu 1. F’dak il-każ il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid biex jitqiesu l-bastimenti tas-sajd li mhumiex suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

Raġuni

Il-karatteristiċi essenzjali tal-flotta tar-reġjuni l-iktar imbiegħda jinkludu bastimenti ta’ skala żgħira użati għas-sajd kostali, natura ta’ intrapriża mhux industrijali u nuqqas ta’ ċertezza ta’ dħul. Il-livelli ta’ referenza l-ġodda, stabbiliti fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tal-flotta fil-31 ta’ Diċembru 2010, ser ikollhom effett katastrofiku fuq il-vijabbiltà tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda 33

Artikolu 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kompiti tal-Kunsilli Konsultattivi

1.   Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu:

a)

jissottomettu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd u l-akkwakultura lill-Kummissjoni jew lill-Istat Membru kkonċernat;

b)

jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar problemi relatati mal-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom;

c)

jikkontribwixxu, f’kooperazzjoni mill-qrib max-xjenzati, għall-ġbir, il-forniment u l-analiżi tad-dejta neċessarja għall-iżvilupp ta’ miżuri ta’ konservazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli ta’ żmien għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuti skont il-paragrafu 1.

Kompiti tal-Kunsilli Konsultattivi

1.   Il-Kunsilli Konsultattivi :

a)

jissottomettu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd u l-akkwakultura lill-Kummissjoni jew lill-Istat Membru kkonċernat;

)

jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar problemi relatati mal-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom;

)

jikkontribwixxu, f’kooperazzjoni mill-qrib max-xjenzati, għall-ġbir, il-forniment u l-analiżi tad-dejta neċessarja għall-iżvilupp ta’ miżuri ta’ konservazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli ta’ żmien għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuti skont il-paragrafu 1.

Raġuni

L-istabbiliment ta’ governanza deċentralizzata għandu jiġi mħeġġeġ fit-tfassil tar-regolamenti tal-politika komuni tas-sajd billi tissaħħaħ id-dimensjoni reġjonali kemm fit-tfassil tar-regoli u, prinċipalment, fl-istadju tal-implimentazzjoni. Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jaqdu rwol ċentrali f’din il-governanza deċentralizzata (setgħat miżjuda biex jitressqu l-proposti u biex jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet tagħhom), li jfisser ukoll involviment iktar mill-qrib mill-Istati Membri u d-diversi partijiet interessati fil-ħidma tagħhom. Bit-tisħiħ tal-leġittimità tagħhom, dawn il-Kunsilli ser jipprovdu qafas adatt biex isiru diskussjonijiet b’approċċ skont l-attività tas-sajd u jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ xjentifiku b’konformità mas-sitwazzjoni reġjonali. Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jiġu appoġġjati mill-għajnuna finanzjarja provduta taħt ir-regolament tal-EMFF u l-kompożizzjoni ta’ dawn il-Kunsilli ser tiġi estiża għall-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi rilevanti. Taħt dan l-arranġament il-ġdid, opinjoni minn tali Kunsill “estiż” għall-Istati Memri u l-partijiet interessati kollha tiġi adottata b’kunsens. Imbagħad, fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida lil-leġislatur li tqis l-opinjonijiet li jkunu tressqu. Fejn ikun rilevanti, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ser ikunu jistgħu anke jipproponu regolamentazzjoni lill-Kummissjoni.

Emenda 34

Artikolu 54

Abbozz ta’ opinjoni

Emenda tal-KtR

Kompożizzjoni, funzjonament u ffinanzjar tal-Kunsilli Konsultattivi

1.   Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta’ interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Kull Kunsill Konsultattiv għandu jkun magħmul minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv u għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-organizzazzjoni tiegħu u biex jiżgura t-trasparenza u r-rispett tal-opinjonijiet kollha espressi.

3.   Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala korpi li qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali.

4.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.

Kompożizzjoni, funzjonament u ffinanzjar tal-Kunsilli Konsultattivi

1.   Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta’ interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Kull Kunsill Konsultattiv għandu jkun magħmul minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv u għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-organizzazzjoni tiegħu u biex jiżgura t-trasparenza u r-rispett tal-opinjonijiet kollha espressi.

3.   Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala korpi li qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali.

4.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.

Raġuni

Sabiex tiżdied l-effikaċja u l-leġittimità tagħhom, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jiġu estiżi biex iħaddnu l-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi rilevanti, sabiex id-diskussjonijiet tagħhom iħallu iktar frott u jkunu iktar rilevanti għall-kwistjonijiet tas-sajd reġjonali.

COM(2011) 416 final

Emenda 35

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

b)

jagħmlu l-aħjar użu ta’ qabdiet ta’ stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom billi:

jiddisponu minn prodotti li jkunu nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi oħrajn għajr konsum mill-bniedem;

jqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu nħattu l-art li huma konformi mad-daqsijiet minimi ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a);

jiddistribwixxu mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli.

b)

jagħmlu l-aħjar użu ta’ qabdiet ta’ stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom billi:

jiddisponu minn prodotti li jkunu nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi oħrajn għajr konsum mill-bniedem;

jqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu nħattu l-art li huma konformi mad-daqsijiet minimi ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a);

mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli.

Raġuni

Hemm differenza fundamentali bejn id-distribuzzjoni b’xejn (fejn l-ispejjeż jinġarrbu mill-produttur) u l-aċċess b’xejn (fejn l-ispejjeż jistgħu jinġarrbu mill-produttur jew mir-riċevitur).

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.

(2)  ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/46


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Tixjiħ attiv: innovazzjoni — saħħa intelliġenti — ħajja aħjar”

2012/C 225/05

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tniedi Patt Ewropew tas-Sindki dwar il-Bidla Demografika bħala l-wirt tas-Sena Ewropea 2012 li jlaqqa’ fi ħdanu l-awtoritajiet lokali u reġjonali interessati li jippromovu l-innovazzjoni, is-saħħa intelliġenti u soluzzjonijiet għal ħajja aħjar bħala appoġġ għal tixjiħ attiv u b’saħħtu u jipprovdu appoġġ amministrattiv u finanzjarju lill-Patt;

jaqsam l-istess viżjoni tal-koalizzjoni tal-partijiet interessati tas-Sena Ewropea 2012 ta’ soċjetà għall-etajiet kollha fejn kulħadd jista’ jaqdi rwol attiv u jgawdi minn drittijiet u opportunitajiet ugwali fl-istadji kollha tal-ħajja irrispettivament mill-età, is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-istat soċjali jew ekonomiku, l-orjentazzjoni sesswali, il-kundizzjoni fiżika jew mentali jew il-bżonn tal-kura;

jenfasizza l-importanza li jiġu kkonsultati u involuti l-anzjani u min jieħu ħsiebhom b’mod attiv huma u jiġu identifikati l-bżonnijiet tagħhom, jiġu żviluppati s-soluzzjonijiet u tiġi evalwata l-prestazzjoni tagħhom. Approċċ parteċipattiv bħal dan jappoġġja l-inklużjoni soċjali u jiżgura li s-servizzi li jingħataw jikkonformaw kemm jista’ jkun possibbli mal-bżonnijiet reali tal-benefiċjarji;

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod iktar attiv fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-UE tal-impatt soċjali tad-diversi inizjattivi implimentati sabiex jappoġġjaw it-tixjiħ attiv u b’saħħtu sabiex jiġi żgurat li l-impatt fuq nisa u rġiel imdaħħlin fl-età fil-livell lokali jiġi evalwat b’mod adegwat.

Relatur Ġenerali

Is-Sur ABRAMAVICIUS (LT/PPE), Sindku tal-Muniċipalità Distrettwali ta’ Zarasai u Membru tal-Kunsill Muniċipali

Dokument ta’ referenza

/

I.   INTRODUZZJONI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Presidenza Daniża li tintegra l-awtoritajiet sottonazzjonali fid-djalogu li jsir fil-livell tal-UE dwar kif għandna niffaċċjaw l-isfida demografika u nisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ. Kif intqal fl-opinjoni tal-KtR dwar “It-trattament tal-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE” (1) u fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar is-Sena Ewropea 2012 (2), l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta’ bosta Stati Membri għandhom kompetenzi prinċipali fit-tliet oqsma li fuqhom hija bbażata s-Sena Ewropea tat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet: l-impjieg, il-parteċipazzjoni fis-soċjetà u l-għajxien indipendenti;

2.

jenfasizza li wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 huwa li tindirizza l-isfidi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni. Peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu quddiem nett f’dak li jirrigwarda l-bżonnijiet taċ-ċittadini u huma responsabbli wkoll għall-provvista tal-maġġoranza tas-servizzi li għandhom bżonn l-anzjani sabiex ikunu jistgħu jgħixu b’dinjità, l-involviment dirett tagħhom fid-dibattiti kollha tal-UE dwar it-tixjiħ huwa kruċjali sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020 u ser jgħin sabiex tiżdied il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali;

3.

jilqa’ s-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu li għandha l-għan li timmobilizza firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex ittejjeb b’sentejn in-numru ta’ snin li wieħed jista’ jgħix b’saħħtu (Indikatur tas-Snin ta’ Ħajja b’Saħħitha) u jfakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi fit-tliet pilastri tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu;

4.

jaqsam l-istess viżjoni tal-koalizzjoni tal-partijiet interessati tas-Sena Ewropea 2012 ta’ soċjetà għall-etajiet kollha fejn kulħadd jista’ jaqdi rwol attiv u jgawdi minn drittijiet u opportunitajiet ugwali fl-istadji kollha tal-ħajja irrispettivament mill-età, is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-istat soċjali jew ekonomiku, l-orjentazzjoni sesswali, il-kundizzjoni fiżika jew mentali jew il-bżonn tal-kura;

5.

jirrakkomanda approċċ pożittiv lejn it-tixjiħ u jaqsam il-viżjoni li l-innovazzjoni tista’ tagħti kontribut sabiex ikun hemm servizzi aħjar għal popolazzjoni li qed tixjieħ. Madanakollu jeħtieġ li nenfasizzaw li l-iskop tal-innovazzjoni m’għandux ikun il-bidla iżda li jittejbu l-kwalità u l-kosteffiċjenża tar-rispons li jingħata għall-bżonnijiet li qed jiżdiedu u jevolvu fi żmien ta’ restrizzjonijiet finanzjarji;

6.

huwa tal-fehma li b’riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, huwa urġenti iżjed minn qatt qabel li jiġi kkunsidrat mill-ġdid il-mod ta’ kif taħdem is-soċjetà tagħna u li jsir sforz kbir sabiex kull ċittadin, kemm jekk żagħżugħ kif ukoll jekk imdaħħal fl-età, ikun jista’ jikkontribwixxi b’mod attiv fis-suq tax-xogħol u fil-komunità u jkun jista’ jgħix b’mod indipendenti għall-itwal perjodu ta’ żmien possibbli. L-aqwa approċċ lejn it-tixjiħ demografiku huwa l-promozzjoni ta’ komunitajiet li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ kull età, fejn l-ispazju pubbliku, it-trasport, id-djar u s-servizzi lokali jitfasslu abbażi tal-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet kollha u fejn hija appoġġjata s-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet. Komunitajiet bħal dawn ġeneralment huma iktar ekoloġiċi u jiffavorixxu iktar il-koeżjoni soċjali u l-parteċipazzjoni soċjali ta’ gruppi vulnerabbli oħra;

7.

jenfasizza l-importanza li jiġu kkonsultati u involuti l-anzjani u min jieħu ħsiebhom b’mod attiv huma u jiġu identifikati l-bżonnijiet tagħhom, jiġu żviluppati s-soluzzjonijiet u tiġi evalwata l-prestazzjoni tagħhom. Approċċ parteċipattiv bħal dan jappoġġja l-inklużjoni soċjali u jiżgura li s-servizzi li jingħataw jikkonformaw kemm jista’ jkun possibbli mal-bżonnijiet reali tal-benefiċjarji;

8.

jinnota li matul l-għaxar snin li għaddew, il-kunċett tal-ekonomija tal-fidda (silver economy) ħareġ f’diversi partijiet tal-Ewropa u jfittex li jiżviluppa firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi għan-numru li qed jiżdied ta’ anzjani bi bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa, mobbiltà mnaqqsa u limitazzjonijiet fl-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom. L-ekonomija tal-fidda nfirxet f’partijiet oħra tas-suq bħall-benesseri, is-saħħa fiżika, ir-rikreazzjoni, l-ivvjaġġar, il-kultura, il-komunikazzjoni, id-divertiment u l-aċċess għat-teknoloġiji l-ġodda. Ħafna SMEs u clusters tan-negozju f’diversi Stati Membri jispeċjalizzaw ukoll fit-teknoloġija innovattiva għall-anzjani, bħal fil-qasam tal-awtomazzjoni tad-dar, li jippreżenta opportunitajiet kbar tat-tkabbir. Madanakollu jeħtieġ ninnutaw ukoll li filwaqt li nirrikonoxxu l-bżonn ta’ prodotti u servizzi speċjalizzati għall-persuni bi bżonnijiet speċifiċi, ħafna mill-anzjani jippreferu jkunu kapaċi jużaw l-oġġetti u s-servizzi ordinarji. Għalhekk għandu jiġi promoss approċċ iktar mifrux ibbażat fuq il-kunċett ta’ disinn għal kulħadd fejn il-bżonnijiet u l-istennijiet tal-anzjani u l-persuni b’diżabilità jiġu integrati u dan flimkien mal-iżvilupp ta’ prodotti speċjalizzati għal bżonnijiet speċifiċi ħafna;

9.

jirreferi għat-tendenza li qed ikompli jiżdied in-numru tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jfittxxu innovazzjoni soċjali u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT sabiex itejbu l-kwalità u l-kosteffiċjenza tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura fit-tul kemm fiż-żoni urbani kif ukoll rurali fejn soluzzjonijiet bħal dawn jistgħu jagħtu kontribut biex ikunu jistgħu jingħataw servizzi kruċjali lill-anzjani għal prezz li huwa iktar sostenibbli għall-but pubbliku u privat. Madanakollu inizjattivi bħal dawn jitolbu ċertu ammont ta’ investiment u azzjonijiet li jridu jiġu implimentati f’livelli oħra ta’ governanza sabiex ikun hemm progress minn proġetti pilota għal mudelli fuq skala kbira li jistgħu jintużaw fil-livell nazzjonali jew kwalunkwe parti oħra tal-UE. Dan huwa qasam li fih l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom bżonn l-ikbar ammont ta’ appoġġ possibbli kemm mill-gvern nazzjonali tagħhom kif ukoll mill-UE;

10.

jenfasizza li, filwaqt li jeżistu bosta eżempji ta’ miżuri innovattivi li jappoġġaw it-tixjiħ attiv u b’saħħtu fil-livell lokali u li l-inkubaturi soċjali huma ħafna drabi inizjattivi lokali li huma qrib tal-bżonnijiet li jfittxu li jindirizzaw, approċċ ibbażat fuq il-proġetti mhuwiex dejjem effettiv sabiex jinkisbu l-massa kritika u s-sostenibbiltà fuq perjodu twil. Hemm bżonn ta’ viżjoni strateġika globali li tiġbor fiha kwistjonijiet mill-oqsma kollha sabiex tikseb ambjenti inklużivi u kapaċi jipprovdu appoġġ. Eżempju ċar huwa l-innovazzjoni soċjali mnedija mill-Muniċipalità ta’ Fredericia (DK) li tfittex li permezz tal-prevenzjoni, ir-riabilitazzjoni, it-teknoloġija u n-netwerking soċjali, iżżomm jew tirkupra l-idea ta’ għajnuna awtonoma fost l-anzjani li għandhom bżonn assistenza fl-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq bidla fil-perċezzjoni tal-anzjani – minn pazjenti li ma jistgħux jgħinu ruħhom għal ċittadini mimlija riżorsi. Din l-inizjattiva kienet appoġġjata bħala proġett pilota mill-Ministru Daniż tal-Finanzi u issa ser issir mudell għal muniċipalitajiet Daniżi oħra.

11.

jenfasizza li l-isfidi ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ għandhom dimensjoni influwenzata mill-ġeneru li titlob li tingħata attenzjoni speċifika lill-impatt tar-riformi tal-protezzjoni soċjali attwali u tat-tnaqqis fis-servizzi soċjali (b’mod partikolari fil-kura tat-tfal u l-anzjani) fuq l-impjegabbiltà tan-nisa, id-differenzi bejn il-pagi tan-nisa u l-irġiel, peress li l-piż tal-kura tal-qraba dipendenti ser jiżdied fuq dawk li jipprovdu kura b’mod informali (carers) – li ħafna minnhom huma nisa – u b’hekk fil-futur dawn jiffaċċjaw riskju ikbar ta’ faqar u esklużjoni soċjali jekk ma jsir xejn biex jiġu indirizzati inugwaljanzi bħal dawn. Il-problemi relatati mal-istress u x-xogħol żejjed fis-settur tas-saħħa u l-kura tas-saħħa, li hu ddominat min-nisa, jistgħu wkoll fil-futur joħolqu problemi ġodda għan-nisa iżjed imdaħħlin fl-età.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KTR LILL-KUNSILL U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

12.

iħoss li hemm bżonn li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-livelli differenti involuti fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għal tixjiħ attiv u b’saħħtu u jenfasizza wkoll il-bżonn ta’ iktar governanza f’diversi livelli f’dan il-qasam. L-awtoritajiet lokali u reġjonali m’għandhomx jitqiesu biss bħala aġenti responsabbli għall-implimentazzjoni iżda għandhom jiġu involuti fil-proċess sħiħ tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tal-evalwazzjoni;

13.

jemmen li jkun hemm valur miżjud ġenwin jekk l-UE toħloq qafas li jippermetti li l-awtoritajiet pubbliċi u l-atturi fil-livelli kollha jibbenefikaw mill-esperjenzi ta’ bejniethom, li jiġbru l-informazzjoni dwar inizjattivi li kienu ta’ suċċess u li jitgħallmu mill-fallimenti peress li dan jippermettilhom ma jirrepetux l-istess żbalji u li jgħinhom jinvestu r-riżorsi limitati tagħhom f’soluzzjonijiet innovattivi li kienu effettivi;

14.

jirrakkomanda li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi mistieden jingħaqad mal-Grupp tat-Tmexxija tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni adegwata tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istess inizjattivi u b’hekk il-KtR ikun jista’ jaġixxi ta’ multiplikatur li jimmobilizza firxa wiesgħa ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinvolvu ruħhom fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi billi għandhom kompetenzi fis-sitt oqsma ta’ azzjoni kollha;

15.

jappoġġja l-proposta li saret fil-qafas tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu li jitwaqqaf Netwerk Ewropew għal Ambjent li Jinkoraġġixxi t-Tixjiħ Attiv u jilqa’ l-isforzi tal-Pjattaforma Ewropea AGE u d-WHO sabiex iniedu netwerk bħal dan. Il-KtR jirrakkomanda li l-fondi tal-UE jiġu allokati għal żvilupp adegwat ta’ netwerk fil-livell tal-UE bħal dan bil-kooperazzjoni mill-qrib tad-WHO;

16.

huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiffoka fuq ir-riċerka dwar il-persuni mdaħħlin ħafna fl-età – dan huwa grupp li huwa parzjalment ġdid u għadd ta’ partijiet interessati jeħtieġu iżjed informazzjoni dwaru. Ir-riċerka hija meħtieġa biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tal-miżuri għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, u b’mod partikolari matul l-aħħar fażi tal-ħajja. Hemm bżonn ukoll ta’ riċerka iżjed fil-fond ta’ kif il-persuni mdaħħlin fl-età, li huma inqas aċċessibbli, jistgħu jiġu inkoraġġuti jibdlu l-attitudni tagħhom u l-istil ta’ ħajja tagħhom. Jeħtieġ li dawk imdaħħlin ħafna fl-età jiġu inklużi fl-istatistika u r-riċerka, u l-persuni li jaħdmu magħhom għandhom ikunu mgħarrfa bir-riżultati ta’ din ix-xorta ta’ riċerka;

17.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tniedi Patt Ewropew tas-Sindki dwar il-Bidla Demografika bħala l-wirt tas-Sena Ewropea 2012 li jlaqqa’fi ħdanu l-awtoritajiet lokali u reġjonali interessati li jippromovu l-innovazzjoni, is-saħħa intelliġenti u soluzzjonijiet għal ħajja aħjar bħala appoġġ għal tixjiħ attiv u b’saħħtu u jipprovdu appoġġ amministrattiv u finanzjarju lill-Patt;

18.

jinnota li filwaqt li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom għandhom il-kompetenzi primarji fil-qasam tat-tixjiħ attiv, l-Unjoni Ewropea tista’ tilleġisla dwar kwistjonijiet li jolqtu t-tħaddim tas-suq intern sabiex jitneħħew l-ostakli għall-moviment ħieles tal-persuni, titħeġġeġ il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi u tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-konsumaturi. Ir-ratifika tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità mill-UE toħloq obbligi legali ġodda għall-UE li jiżguraw li l-persuni b’diżabilità u l-anzjani b’limiti spefiċi jkunu jistgħu jgawdu d-dritt tagħhom tal-libertà tal-moviment u jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-komunitajiet tagħhom bħal kwalunkwe ċittadin ieħor. Dan jitlob azzjoni tal-UE li tiżgura rispons koordinat fil-livell tal-UE, nazzjonali, lokali u reġjonali. Barra minn hekk, l-UE tista’ tiffaċilita skambju transnazzjonali tal-esperjenza u tippromovi miżuri flessibbli bħal kodiċi ta’ prattika tajba li jappoġġjaw implimentazzjoni tajba tal-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattati tal-UE;

19.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li tressaq proposta għal Att dwar l-Aċċessibbiltà u jenfasizza li hemm bżonn qafas legali tal-UE li jsaħħaħ l-aċċessibbiltà fl-UE għall-oġġetti u s-servizzi essenzjali kollha u li joħloq kundizzjonijiet ugwali għall-industrija kollha, inklużi l-SMEs. Madankollu, dan għandu jkun proporzjonat u ma joħloqx burokrazija addizzjonali għall-SMEs. L-adozzjoni ta’ standards mifruxa fl-UE kollha tkun utli wkoll sabiex tappoġġja l-industrija u toħloq suq uniku effiċjenti tal-oġġetti u s-servizzi disinjati għal kulħadd. Għandha titwaqqaf sistema ta’ sorveljanza li tiżgura l-infurzar tal-leġislazzjoni u li tkun akkumpanjata minn pjani ta’ azzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll minn appoġġ għall-atturi lokali u l-SMEs;

20.

ifakkar li qafas legali adegwat tal-akkwist pubbliku fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali huwa kruċjali sabiex jiżgura li l-investiment pubbliku jippromovi l-aċċessibbiltà għal kulħadd. L-aċċessibbiltà għandha ssir prerekwiżit essenzjali sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-fondi mill-UE (strutturali, għall-proġetti jew għar-riċerka) u hemm bżonn ta’ appoġġ sabiex ir-reġjuni inqas żviluppati jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġislazzjoni u l-istandards tal-UE. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll inċentivi finanzjarji li jżidu l-aċċessibbiltà, b’mod partikolari bil-għan li l-awtoritajiet pubbliċi jimmodernizzaw il-bini u d-djar kif ukoll bħala appoġġ għall-investiment f’soluzzjonijiet innovattivi.

21.

jenfasizza li hemm bżonn ta’ sensibilizzazzjoni li takkumpanja l-miżuri legali prinċipali u li tħaddimhom bħala miżuri li jindirizzaw is-sitwazzjoni reali. Din għandha sseħħ fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-produtturi, il-fornituri, il-provvedituri tas-servizzi u ċ-ċittadini b’mod ġenerali. Il-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma importanti sabiex isaħħu u jappoġġjaw l-aċċessibbiltà: rekwiżit prinċipali huwa li jiġi żgurat li l-inġinieri, l-periti, id-disinjaturi tas-siti tal-internet, il-bennejja, dawk responsabbli għall-ippjanar tal-bliet (eċċ) ikunu mħarrġa tajjeb sabiex jintegraw il-kwistjonijiet tal-aċċessibbiltà u japplikaw id-disinn universali;

22.

ifakkar li t-tagħlim tul il-ħajja u l-volontarjat huma żewġ elementi importanti ħafna li minnhom jiddependi t-tixjiħ attiv u b’saħħtu. L-edukazzjoni tal-adulti u l-volontarjat ta’ età kbira għandhom jiġu appoġġjati fil-livell tal-UE, u dak nazzjonali u lokali sabiex tkompli tiġi estiża l-ħajja tax-xogħol, jiġi promoss l-irtirar attiv u jiġi appoġġjat l-għajxien indipendenti;

23.

jirrakkomanda għalhekk li l-għanijiet tas-Sena Ewropea tat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet u s-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu jiġu integrati fl-istrumenti tal-finanzjament futuri kollha tal-UE inklużi l-Fondi Strutturali u li l-proċeduri li japplikaw jiġu semplifikati għall-atturi lokali u reġjonali; jilqa’ l-Jum Ewropew tas-Solidarjetà Interġenerazzjonali matul is-Sena Ewropea 2012, li huwa inizjattiva sinifikanti li tippromovi l-proġetti interġenerazzjonali bejn l-istudenti u l-anzjani u, b’hekk, tagħti kontribut importanti għad-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet;

24.

jilqa’ t-tnedija tal-Komunità ta’ Għarfien u Innovazzjoni dwar l-innovazzjoni għal ħajja b’saħħitha u t-tixjiħ attiv fl-2014 u jirrakkomanda li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jagħmel l-aħjar li jista’ sabiex jinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-atturi lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta’ din il-Komunità;

25.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod iktar attiv fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-UE tal-impatt soċjali tad-diversi inizjattivi implimentati sabiex jappoġġjaw it-tixjiħ attiv u b’saħħtu sabiex jiġi żgurat li l-impatt fuq nisa u rġiel imdaħħlin fl-età tal-lokal jiġi evalwat b’mod adegwat;

26.

ifakkar li t-tixjiħ attiv u b’saħħtu huwa għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 u huwa appoġġjat minn bosta inizjattivi prinċipali (Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda, Pjattaforma kontra l-Faqar, l-Aġenda Diġitali) u firxa wiesgħa ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonal hekk kif deskritt fil-ktejjeb maħruġ mill-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kummissjoni Ewropea u l-Pjattaforma AGE tal-Ewropa dwar “How to promote active ageing in Europe – EU support to local and regional actors” (“Il-promozzjoni tat-tixjiħ attiv fl-Ewropea – l-appoġġ tal-UE għall-atturi lokali u reġjonali”) ppubblikat f’Settembru 2011 bħala kontribut għas-Sena Ewropea 2012 (3);

27.

jikkonkludi għalhekk li ma jidher li ma hemm l-ebda problema fir-rigward tal-konformità tal-inizjattivi proposti mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità hekk kif definiti fit-Trattati tal-UE.

III.   SFIDI

28.

ifakkar li sal-2060 qed jitbassar li l-popolazzjoni taż-żgħażagħ fl-UE-27 tonqos b’9 % (4) u li l-popolazzjoni tal-ħaddiema (15-64) tonqos bi 15 %. Barra minn hekk, in-numru tal-anzjani mistenni jiżdied bi 79 %. Dawn il-bidliet demografiċi ġejjin minn bosta fenomeni bħal livelli iktar baxxi ta’ fertilità, iż-żieda fl-istennija tal-għomor, il-migrazzjoni totali netta, u t-tixjiħ ta’ dawk li twieldu fil-“baby boom” wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa ċar li dawn it-tendenzi demografiċi ser ikollhom impatt sinifikanti ekonomiku, soċjali u baġitarju fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. L-istudju tal-KtR dwar “Active Ageing: local and regional solutions” (“It-tixjiħ attiv: soluzzjonijiet lokali u reġjonali”) (5) jispjega r-riperkussjonijiet tajjeb meta jgħid li l-provvista tax-xogħol u l-impjieg ser jonqsu u jkunu ta’ sfida għat-tkabbir ekonomiku filwaqt li d-domanda għas-servizzi mill-popolazzjoni li qed tixjieħ ser tiżdied. Barra minn hekk l-infiq pubbliku mistenni jiżdied sabiex ikunu jistgħu jingħataw servizzi ta’ kwalità lill-popolazzjoni li qed tixjieħ filwaqt li jiġu finanzjati l-kura tas-saħħa u l-pensjonijiet għal numru dejjem jikber ta’ anzjani. Madanakollu, il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet lokali u reġjonali raw tnaqqis baġitarju drastiku li diġà qed jagħmilha ferm iktar diffiċli għalihom li jipprovdu servizzi soċjali dinamiċi u moderni ta’ standard adegwat;

29.

jenfasizza li hemm disparitajiet kbar bejn il-pajjiżi u r-reġjuni f’termini ta’ stennija tal-għomor tan-nisa u l-irġiel, indikaturi tas-snin ta’ ħajja b’saħħitha, etajiet medji u l-proporzjonijiet ta’ dipendenza. It-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa mbassar fi kważi kull 281 reġjun tal-UE27 b’seba’ reġjuni biss li huma mistennija li ma jarawx l-età medja tagħhom tiżdied sal-2030: Vjenna fl-Awstrija, Hamburg u Trier fil-Ġermanja, Sterea Ellada u Peloponnisos fil-Greċja u l-West Midlands u l-Grigal tal-Iskozja fir-Renju Unit (6). Fl-2008, żdiedu għal kważi tliet darbiet bejn ir-reġjuni (9,1 % għal 26,8 %). Fl-2030, iż-żieda ser tkun għal kważi erba’ darbiet bejn ir-reġjuni (10,4 % għal 37,3 %) (7). Dan ifisser li r-reġjuni ma jinstabux fuq l-istess livell fejn jidħol tixjiħ demografiku u dan flimkien mal-kriżi ekonomika attwali jolqot uħud mill-awtoritajiet lokali u reġjonali iktar minn oħrajn;

30.

jenfasizza wkoll li jeżistu disparitajiet kbar bejn il-pajjiżi u r-reġjuni f’termini ta’ dejn sovran u li wħud minnhom qed jiffaċċjaw tnaqqis kbir ħafna fil-baġits tagħhom li jista’ jfixkel il-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw minn finanzjament tal-UE permezz tal-Fondi Strutturali jew Programmi Konġunti oħra relatati mat-Tixjiħ;

31.

ifakkar li kif qal fl-opinjoni tiegħu “Lejn sistemi ta’ pensjonijiet Ewropej adegwati, sostenibbli u siguri” (8), l-awtoritajiet lokali u reġjonali jibqgħu l-ikbar entità li tħaddem fis-settur pubbliku u konsegwentement il-pensjonijiet pubbliċi ser ikomplu jkunu fundamentali biex jiżguraw is-sistemi tal-pensjonijiet. Dawn il-pensjonijiet madanakollu ser ikomplu jintlaqtu minn miżuri u riformi baġitarji. Għalhekk l-abbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jikkumpensaw għal dan l-effett għandha tiġi kkunsidrata sabiex l-anzjani nisa u rġiel kollha jkun jista’ jingħatalhom dħul adegwat, inklużi servizzi ta’ għajnuna u kura li ma jkunux finanzjarji. Il-Kumitat tar-Reġjuni ppropona dimensjoni soċjali għas-sorveljanza makroekonomika sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati dawn l-effetti;

32.

Hekk kif qal fl-opinjoni tiegħu “Xjuħija Tajba fis-Soċjetà tal-Informazzjoni” (9) is-soluzzjonijiet tal-ICT jistgħu jtejbu l-produttività tas-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa jekk jiġu adattati tajjeb għall-bżonnijiet tal-anzjani u jfakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandom ikunu involuti fir-riċerka nazzjonali u tal-UE dwar is-soluzzjonijiet tal-ICT għat-tixjiħ għax huma spiss ser ikunu l-utenti primarji tar-riżultati;

33.

ifakkar, madanakollu, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jistgħux jappoġġjaw it-tixjiħ attiv u b’saħħtu waħedhom. Sabiex jirnexxu għandhom bżonn ta’ ambjent ta’ appoġġ legali, finanzjarju u strutturali li jirrikjedi li tittieħed azzjoni fil-livell nazzjonali u dak tal-UE. Pereżempju, biex jintużaw inizjattivi tal-ICT bħala appoġġ għall-innovazzjoni, is-saħħa intelliġenti u ħajjiet aħjar fost ir-reġjuni kollha, hemm bżonn ta’ investiment strutturali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali sabiex jiġi estiż l-aċċess għall-broadband u hemm bżonn ta’ leġislazzjoni tal-UE li tarmonizza l-kriterji tal-aċċessibbiltà u l-istandards tal-interoperabbiltà;

34.

jenfasizza li n-numru li qed jiżdied ta’ kundizzjonijiet minn qabel u ta’ proċeduri relatati mal-kontabilità, il-finanzi u l-awditjar meħtieġa għal aċċess għas-sussidji tal-fondi strutturali wassal għal numru ikbar ta’ proġetti li jiffukaw fuq riżultati li jistgħu jitkejlu iktar milli proġetti iktar innovattivi u orjentati fuq ir-riskju li fil-fatt jieħdu iktar żmien biex iwasslu għal riżultat pożittiv u iktar diffiċli jitkejlu. Fil-prattika, l-innovazzjoni soċjali attwalment qed tiffaċċja ostakli li ħafna drabi huma marbuta ma’ kulturi regolatorji jew dawk relatati mal-awditjar li huma inkompatibbli. Fil-fatt, din il-kwistjoni mhix relatata biss mal-użu tal-fondi strutturali iżda hija problematika f’ħafna iżjed strumenti ta’ finanzjament fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali;

35.

jagħraf madanakollu li hemm bżonn ta’ modifiki fil-mod ta’ kif inhuma implimentati l-fondi strutturali sabiex dawn jinkludu kundizzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza sabiex ma jiddgħajfux l-isforzi li jsiru sabiex jiżdiedu l-valur miżjud u l-effiċjenza tal-fondi tal-UE fil-qasam. Id-Danimarka u l-Isvezja għandhom proċeduri bbażati fuq l-evidenza sabiex isegwu l-prestazzjoni abbażi ta’ indikaturi stabbiliti u jpoġġu l-informazzjoni lura fis-sistema ta’ monitoraġġ sabiex ikomplu jtejbu l-kwalità u l-kosteffiċjenża tas-servizzi li jipprovdu u jiffinanzjaw. Il-Gvern tar-Renju Unit reċentement stabbilixxa l-bond tal-impatt soċjali li timmira li tiġbed investiment ġdid madwar kuntratti bbażati fuq ir-riżultat li jibbenefikaw l-individwi u l-komunitajiet. Permezz ta’ Bond tal-Impatt Soċjali, jintuża l-investiment privat sabiex jitħallsu l-interventi li jiġu provduti minn provvedituri tas-servizzi li għandhom esperjenza stabbilita. Il-qligħ finanzjarju tal-investituri jsir mis-settur pubbliku abbażi ta’ riżultati soċjali mtejba. Jekk ir-riżultati ma jitjibux, l-investituri ma jirkuprawx l-investiment tagħhom (10).

IV.   OPPORTUNITAJIET

36.

jinnota li l-pajjiżi bi standards għolja ta’ aċċessibbiltà fl-ambjent mibni, it-trasport u l-ICT huma pajjiżi fejn hemm l-ogħla livelli ta’ impjieg tal-anzjani u huma l-pajjiżi li jmorru l-aħjar fl-indikaturi tas-snin ta’ ħajja b’saħħitha. Huwa wkoll f’dawn il-pajjiżi li r-rati tal-impjieg tan-nisa u l-persuni b’diżabilità huma l-ogħla u fejn l-indikaturi tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma l-aħjar (differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, differenza fil-pensjoni tal-anzjani nisa u rġiel eċċ.). Dan juri li l-promozzjoni ta’ ambjent lokali li jinkoraġġixxi t-tixjiħ attiv b’mod proattiv ma jfixkilx l-ekonomija iżda għall-kuntrarju huwa ta’ benefiċċju għas-soċjetà u l-ekonomija b’mod ġenerali. Ambjent bħal dan jista’ jiffaċilita l-ħajja ta’ kulħadd u jappoġġja l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa, ħaddiema iktar kbar u persuni b’diżabilità u l-parteċipazzjoni attiva u produttiva tal-persuni rtirati fil-komunitajiet tagħhom. Dawn jappoġġjaw ukoll nies li jipprovdu l-kura b’mod informali u jippermettulhom li jirrikonċiljaw iktar faċilment ix-xogħol u d-dmirijiet ta’ kura;

37.

jilqa’ l-fatt li diġà hemm mijiet ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali involuti fil-programm Bliet li Jinkoraġġixxu t-Tixjiħ Attiv (AFC) tad-WHO fl-UE u xi Stati Membri nedew programmi nazzjonali sabiex jappoġġjaw l-awtoritajiet lokali u nazzjonali li jixtiequ jingħaqdu man-netwerk tad-WHO AFC;

38.

fid-dawl taż-żieda fin-numru ta’ anzjani li jbatu mill-Alzheimer u forom oħra ta’ dimenzja, jilqa’ l-inizjattiva meħuda minn xi awtoritajiet lokali u reġjonali li joħolqu ambjenti li jieħdu ħsieb tajjeb dawk milquta mill-Alzheimer li jippromovu inklużjoni aħjar tal-anzjani bid-dimenzja u dawk li jieħdu ħsiebhom b’mod informali fil-komunità;

39.

jenfasizza li l-ħolqien ta’ ambjenti disinjati għal kulħadd u li jappoġġjaw l-għajxien indipendenti tal-anzjani u l-persuni b’diżabilità jew b’limitazzjonijiet partikolari taw xhieda li kienu kosteffiċjenti. L-esperjenza Svediża turi li d-domanda li qed tonqos għall-għajnuna fl-Isvezja matul dawn l-aħħar 15-il sena ma tistax tiġi spjegata minn titjib fis-saħħa billi ma hemmx evidenza ta’ titjib bħal dan fost l-anzjani matul dan il-perjodu fl-Isvezja. L-iktar spjegazzjoni li tagħmel sens għal dan in-nuqqas ta’ bżonn ta’ kura tal-anzjani hija relatata ma’ standards ta’ aċċessibbiltà mtejba fid-djar u t-trasport, u aċċess aħjar għat-teknoloġija ta’ għajnuna li jagħmluha iktar faċli għall-anzjani li jgħaddu mingħajr għajnuna. Ta’ min jinnota li l-Isvezja għandha l-aqwa rati ta’ impjieg għall-ħaddiema mdaħħlin fl-età inġenerali u l-impjegati nisa b’mod partikolari fl-Istati Membri kollha tal-UE;

40.

jenfasizza madanakollu li filwaqt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti bħala xerrejja tal-oġġetti u s-servizzi permezz tal-akkwist pubbliku li b’hekk jistgħu jaġixxu ta’ mexxejja politiċi li jippromovu approċċ pożittiv għat-tixjiħ, il-frammentazzjoni tas-swieq eżistenti u emerġenti għal soluzzjonijiet innovattivi li jappoġġjaw it-tixjiħ attiv u b’saħħtu jeħtieġ li tiġi indirizzata sabiex jinħoloq suq uniku reali għall-ekonomija tal-fidda u jkunu possibbli ekonomiji ta’ skala għal offerenti pubbliċi u l-konsumaturi. L-Att dwar l-Aċċessibbiltà futur ser ifittex li jindirizza l-ostakli li jtellfu l-ħolqien ta’ suq tal-UE fejn soluzzjonijiet innovattivi lokali u reġjonali jistgħu jitfasslu b’mod iżjed faċli u jintużaw fuq skala ikbar f’reġjuni oħra tal-UE. L-SMEs ta’ spiss jinsabu fuq quddiem tal-innovazzjoni u qrib tas-swieq lokali. Ħafna drabi jipprovdu servizz personalizzat u jadattaw għall-bżonnijiet tal-konsumaturi tagħhom. L-SMEs jistgħu jibbenefikaw minn regoli ċari u standards li jiżguraw aċċess għal suq fil-livell tal-UE u jiffaċilitaw l-interoperabbiltà ma’ oġġetti u servizzi oħra għall-aħjar riżultat possibbli.

V.   KONKLUŻJONIJIET

41.

jikkonkludi li l-iżvilupp ta’ ambjent lokali aċċessibbli u ta’ appoġġ ser jgħin lill-ħaddiema mdaħħlin fl-età u lin-nisa li jibqgħu impjegati fit-tul u ser inaqqas id-domanda tal-kura u tal-għajnuna għan-numru ta’ anzjani li qed jiżdied b’mod rapidu. Il-KtR huwa fiduċjuż li l-azzjoni tal-UE li tappoġġja tixjiħ attiv u b’saħħtu u solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet ser tagħti spinta lill-innnovazzjoni u lill-potenzjal tat-tkabbir fl-UE u ser ikollha benefiċċji ekonomiċi għall-atturi pubbliċi u privati fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE;

42.

Jaqbel mal-approċċ tal-Presidenza Daniża lejn it-tixjiħ u jenfasizza li sabiex l-innovazzjoni soċjali tintuża bħala risposta għas-soċjetà li qed tixjieħ, huwa importanti ħafna li l-UE toħloq qafas komuni li jippermetti li l-potenzjal tal-innovazzjoni soċjali jiġi sfruttat kollu fil-futur. Qafas komuni tal-UE li jappoġġja l-innovazzjoni soċjali ser jagħmilha iktar faċli għall-innovaturi soċjali fl-Ewropa li jaġixxu, jiksbu l-fondi, li jidħlu f’netwerk u li jkabbru l-attività tagħhom.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 212/2009.

(2)  Kastler, P7_TA(2011) 0332.

(3)  http://bibli.reseauope.net/opac_css/index.php?lvl=author_see&id=264 (mhux disponibbli bil-Malti)

(4)  Sors: Statistika tal-Eurostat dwar l-istruttura tal-popolazzjoni u t-tixjiħ

(5)  www.cor.europa.eu/COR_cms/ui/ViewDocument.aspx?siteid=default&contentID=a18962c0-1f8f-44e9-9f3d-bfa7955830db (mhux disponibbli bil-Malti)

(6)  Eurostat, EUROPOP 2008 reġjonali

(7)  ibid.

(8)  CdR 319/2010.

(9)  CdR 84/2007.

(10)  http://www.socialfinance.org.uk/work/sibs


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/52


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Effiċjenza fl-enerġija fil-bliet u r-reġjuni — enfasi fuq id-differenzi bejn id-distretti rurali u l-bliet”

2012/C 225/06

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jinsisti li l-effiċjenza fl-enerġija trid tkun element ċentrali u integrali tal-politiki tal-enerġija u għandha tkun prijorità suffiċjenti fil-ġerarkija tal-politika tal-enerġija;

jappoġġja titjib fil-ġbir ta’ miżuri ta’ appoġġ finanzjarju għall-effiċjenza fl-enerġija u l-konservazzjoni enerġetika fi programmi futuri tal-finanzjament tal-UE;

jappella għal miżuri iktar b'saħħithom biex tiġi influwenzata l-imġieba tan-nies u t-tendenzi ta’ konsum tal-enerġija u jissuġġerixxi li dan jesiġi taħlita ta’ miżuri ta’ inċentivi u sanzjonijiet, li juru l-każ ekonomiku iżda wkoll enfasi ikbar fuq rekwiżiti obbligatorji, meta dan huwa neċessarju;

jirrikonoxxi li l-enfasi attwali ta’ politika hija fuq il-bliet biex jilħqu l-objettivi ta’ politika attwali, iżda jenfasizza l-ħtieġa biex jiġu indirizzati wkoll b'mod iżjed komprensiv u koordinat l-isfidi u l-opportunitajiet li ż-żoni rurali jiffaċċjaw fir-rigward tal-użu u l-produzzjoni tal-enerġija;

jitlob lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jaqsmu l-aħjar prattiki fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u l-konservazzjoni u jsaħħu r-reżiljenza enerġetika billi jippjanaw u jmexxu l-għoti tas-servizzi tagħhom b'użu minimu tal-enerġija.

Relatur

Brian MEANEY (IE/AE), Kunsill tal-Kontea ta’ Clare u l-Awtorità Reġjonali tal-Punent Nofsani

Dokument ta’ referenza

Konsultazzjoni mill-Presidenza Daniża tat-12 ta’ Jannar 2012

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Introduzzjoni

1.   jisħaq li l-Istrateġija Ewropa 2020 bir-raġun tqiegħed l-użu effiċjenti tal-enerġija fil-qalba tal-kisba tal-għanijiet tagħha għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li jeħtieġ it-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti. L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ma tfissirx li jitnaqqas dak li jinkiseb minn din l-enerġija jew li tonqos l-attività ekonomika, iżda li jintlaħqu l-istess riżultati b'konsum aktar baxx tal-enerġija għal kull unità ta’ produzzjoni. Dan jissarraf fl-identifikar u t-tneħħija ta’ użi mhux neċessarji tal-enerġija kif ukoll metodi aktar effiċjenti ta’ produzzjoni;

2.   jinnota bi tħassib li l-UE qed tippjana li tilħaq biss nofs l-20 % li kienet ipproponiet f'iffrankar ta’ konsum ta’ enerġija primarja sal-2020. Il-kisba tal-miri tal-2020 jeħtieġu sforz koordinat fil-livelli kollha - tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. L-effiċjenza fl-enerġija hija prijorità ewlenija u teħtieġ politiki msaħħa fil-livelli kollha;

3.   itenni li biex l-UE tilħaq l-għanijiet tagħha ta’ provvista tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva u sigura, trid tieħu azzjoni b'mod kollettiv fi spirtu ta’ solidarjetà u effiċjenza, biex tidentifika u tuża żviluppi teknoloġiċi eżistenti u li qed jiżviluppaw, u tinfluwenza bidliet fl-imġiba li jiffaċilitaw u jtejbu l-effiċjenza enerġetika. F'dan il-kuntest, l-UE għandha tagħti prijorità lill-introduzzjoni tal-aktar teknoloġiji effiċjenti u li jkunu aktar kompetittivi mil-lat kummerċjali fil-perjodu l-medju u dak qasir;

4.   jenfasizza l-fatt li mhux l-anqas pemezz tal-korpi tal-enerġija lokali u reġjonali, il-bliet, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali għandhom rwol ċentrali x'jaqdu biex jiffaċilitaw, irawwmu u jfasslu regoli favur użu aktar effiċjenti tal-enerġija fl-operati u l-infrastruttura tagħhom stess, iżda wkoll fost il-konsumaturi u l-produtturi. Biex titwettaq din il-ħidma, il-KtR jemmen li l-awtoritajiet għandhom jingħataw il-mezzi f'dawk li huma fondi u appoġġ biex ikunu jistgħu jagħtu sehemhom fit-twassil u fit-tisħiħ tal-miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija;

5.   jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali bħala korpi li jagħtu l-eżempju, li jiġbdu l-investiment u li jiġġeneraw l-impjiegi u jappella lill-UE ħalli tippromovi t-tħejjija ta’ pjani reġjonali u lokali għall-effiċjenza enerġetika li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-enerġija nazzjonali u Ewropej kif ukoll biex ittejjeb is-sistemi tagħha tal-informazzjoni dwar l-enerġija, kif ukoll billi tintroduċi mekkaniżmi li jappoġġjaw dawn l-attivitajiet;

6.   jappoġġja l-inizjattiva tan-Nazzjonijiet Uniti, is-“Sena Internazzjonali għall-Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd”, billi din tirrappreżenta opportunità prezzjuża biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza li jittejbu l-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli fil-livelli lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali. In-nuqqas ta’ aċċess għal enerġija nadifa, affordabbli u affidabbli jxekkel l-iżvilupp uman, soċjali u ekonomiku, u huwa ostaklu kbir għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. It-tranżizzjoni lejn konverżjoni sħiħa għall-enerġiji rinnovabbli trid timxi id f'id ma’ sforzi akbar biex jonqos il-konsum tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda tal-enerġija, li tfisser ukoll tnaqqis tad-dipendenza fuq il-karburanti fossili importati;

7.   jinnota wkoll li peress li l-ekonomiji tal-Indja u ċ-Ċina għadhom qed jirrankaw, huwa previst li d-domanda tal-enerġija taċ-Ċina titla' sa 75 % sal-2035 (1); iż-żieda fil-kompetizzjoni għall-enerġija li bħalissa tiġi importata mill-UE li jirriżulta minn dan tista' tikkawża sfidi għall-provvista, id-distribuzzjoni u l-ispejjeż li jista' jkollhom implikazzjonijiet serji u f'diversi livelli fuq l-ekonomija u s-soċjetà. Jeħtieġ li jiġu żviluppati pjani ta’ azzjoni konkreti u fattibbli bħala rispons għal dawn l-iżviluppi bil-għan li jintlaqgħu l-bżonnijiet kemm jista' jkun malajr mis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli disponibbli lokalment. L-awtoritajiet tal-bliet, tar-reġjuni u dawk lokali għandhom ikunu parti integrali mill-iżvilupp ta’ dawn il-pjani;

8.   jinnota li hemm gwadann għas-soċjetà li għadu ma ġiex sfruttat mit-tnedija ta’ proġetti ta’ konverżjoni ekoloġika fil-muniċipji u r-reġjuni u f'dan ir-rigward jenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali għandhom jallokaw ammont sostanzjali ta’ fondi biex il-bini pubbliku jsir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

9.   jieħu nota tad-dibattitu li għaddej bħalissa dwar id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u jitlob li jiġi adottat test b'saħħtu u ambizzjuż. Il-bliet u r-reġjuni għandhom biss x'jirbħu mill-fatt li jużaw l-enerġija b'mod aktar effiċjenti u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom: permezz ta’ dan huma jistgħu jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwil importat, jipprovdu sa 2 miljun impjieg lokali f'xogħlijiet ta’ bini jew adattament (2) u jipprovdu lid-djar b'iffrankar konsiderevoli fuq il-kontijiet tal-enerġija tagħhom. Barra minn hekk, l-UE tkun tista' tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra tagħha u tistabbilixxi miri aktar ambizzjużi f'dan il-qasam. Għaldaqstant, din il-proposta hija l-ewwel pass ġenwin biex tibda tonqos il-kriżi attwali. Madankollu, meta jitqies kollox, mhijiex biżżejjed għax primarjament timmira għal objettivi ekonomiċi, jiġifieri t-tnaqqis tal-importazzjonijiet taż-żejt u l-gass minn barra u li l-miljuni ta’ euro ffrankati jmorru lura fl-ekonomiji tal-UE, mingħajr ma fl-istess waqt tiżviluppa ideat konkreti rigward l-espansjoni massiva tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li hija meħtieġa. Mod ewlieni kif dan jintlaħaq huwa li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jieħdu azzjoni fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tagħhom, biex jiġu żviluppati l-aktar miżuri effettivi għal kull pajjiż;

10.   f'dan il-kuntest jiddispjaċih b'mod speċifiku bl-assenza ta’ viżjoni koerenti fuq tul ta’ żmien għar-rinnovazzjoni tal-bini abitabbli li jeħtieġ rinnovazzjoni u l-assenza ta’ impenji ta’ assistenza finanzjarja espliċiti u speċifiċi għall-promozzjoni ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. B'rabta ma’ dan tajjeb li tingħata attenzjoni lid-differenza bejn l-għanijiet soċjali u dawk ta’ negozju. Ir-rinnovazzjoni ta’ kwalunke bini għandha tiddependi minn x'inhuwa ekonomikament fattibbli għall-intrapriża, filwaqt li l-komunità għandha tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet soċjali;

11.   jirrakkomanda li l-UE ttejjeb is-sistemi ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika, inkluż l-informazzjoni dwar il-politiki tal-effiċjenza enerġetika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak reġjonali; is-sistemi għall-valutazzjoni tal-proċeduri għall-monitoraġġ tal-iffrankar tal-enerġija fil-livell reġjonali; l-indikaturi tal-effiċjenza enerġetika; il-bażijiet tad-data tal-istandards għall-miżuri applikabbli għall-iffrankar tal-enerġija, il-gwidi tal-aħjar prattiki, l-istandards ta’ implimentazzjoni eċċ.; jaqbel mal-assoċjazzjoni Ewropea ta’ awtoritajiet lokali “Energy Cities” dwar il-fatt li l-fondi huma “kruċjali” biex il-miżuri proposti jitwettqu. Barra minn hekk, il-KtR huwa mħasseb dwar il-fatt li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika ma tinkludix miri vinkolanti, ma tipprevedi l-ebda tip ta’ proċess ta’ valutazzjoni u fiha opt-outs faċli. Il-KtR għalhekk jilqa' l-isforzi tal-Presidenza Pollakka u l-Presidenza Daniża biex jiġu inklużi l-miżuri ta’ finanzjament meħtieġa u fatturi oħrajn li għadhom neqsin mill-proposta. Il-KtR jappoġġja l-ħidma tal-Presidenza Daniża għas-sejba ta’ kompromess politiku li jiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jimxu 'l quddiem bil-ħidma tagħhom biex il-bini jsir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali fl-Istati Membri. Il-Kumitat jilqa' bi pjaċir partikolari l-obbligu propost li l-kumpaniji tal-enerġija jiffrankaw medja ta’ 1,5 % tal-enerġija fis-sena;

12.   jenfasizza li effiċjenza enerġetika akbar ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ oqsma riġidi ta’ azzjoni stabbiliti mill-gvern ċentrali li ma jqisux iċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali fl-Istati Membri u għalhekk jappella li tingħata l-possibbiltà li jiġu implimentati approċċi alternattivi biex jinkisbu l-miri tat-tnaqqis fl-użu tal-enerġija, sakemm jintlaħaq l-istess livell ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u biex il-muniċipalitajiet u r-reġjuni jkunu jistgħu jipproponu strateġiji biex jiffrankaw l-enerġija;

13.   jinnota l-frammentazzjoni preżenti b'mod mifrux fl-UE fil-politika u l-mod kif naħsbu dwar l-enerġija. Teżisti qasma skont is-setturi (it-trasport, il-bini, eċċ.) għad-detriment tal-kunsiderazzjoni tal-inugwaljanzi u l-potenzjal taż-żoni u t-territorji li jridu jiġu indirizzati jekk l-Unjoni kollha trid tagħmel progress;

14.   jitlob li flimkien mal-effiċjenza enerġetika jiġu żviluppati wkoll miżuri adegwati għall-ġestjoni/konservazzjoni tal-enerġija u jappella għall-iżvilupp ta’ objettivi ta’ ġestjoni/konservazzjoni tal-enerġija li jistgħu jgħinu u jaqbżu l-miri għat-tnaqqis fl-enerġija billi jtejbu l-effiċjenza enerġetika;

15.   jitlob li l-Presidenza Daniża tal-UE tirrikonoxxi r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kisba tal-miri dwar l-effiċjenza enerġetika tal-Ewropa 2020. Tista' tgħid li m'hemm l-ebda referenza għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-abbozz tad-dokument tan-negozjati attwali tal-Kunsill dwar id-Direttiva tal-Effiċjenza Enerġetika u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050. Barra minn hekk, iqis li l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma riveduti u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż għandhom bżonn jirriflettu aktar bil-qawwi l-impenji li ttieħdu dwar l-effiċjenza enerġetika.

16.   jilqa' bi pjaċir l-inizjattiva għall-finanzjament Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE) u jilqa' l-isforzi li tagħmel biex tegħleb l-ostakli tas-suq. Il-programm tal-IEE għandu jikkonċentra fuq il-promozzjoni ta’ azzjonijiet marbutin ma’ bidliet fl-imġiba. Madankollu, il-Kumitat isejjaħ biex ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-proġetti tal-IEE jinxterdu b'mod aħjar (informazzjoni, leġislazzjoni, eċċ.) madwar l-UE, u b'mod simili, li tiġi żgurata s-sostituzzjoni tal-finanzjament għall-programm jew il-programmi tal-IEE għall-perjodu 2014-2020;

17.   Fir-rigward tal-dimensjoni territorjali partikolari tal-problema, il-KtR jirrimarka li:

iż-żoni rurali tal-UE jużaw sorsi tal-enerġija li jniġġsu aktar minn dawk użati f'żoni urbani, għaldaqstant għandha tiġi appoġġjata b'mod partikolari s-sostituzzjoni ta’ karburanti fossili li jniġġsu ħafna ma’ karburanti fossili li jniġġsu inqas bħala soluzzjoni tranżizzjonali u fuq kollox imbagħad ma’ enerġiji rinnovabbli;

minkejja li qed jirkupraw, il-livell tal-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali għadu inqas mill-medja tal-UE, partikolarment meta mqabbel ma’ żoni urbani. Din id-differenza bejn iż-żoni rurali u urbani toħroġ b'mod estrem fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u hija aktar inkwetanti minħabba li bejn is-sena 2000 u l-2007 żdiedet minħabba li l-bliet il-kbar u l-bliet kapitali espandew malajr ħafna;

B.   Awtoritajiet reġjonali, lokali u tal-bliet

18.   itenni l-appell tiegħu għal bilanċ urban-rurali aħjar fil-politiki tal-enerġija sostenibbli mal-UE kollha u jisħaq fuq il-bżonn li jintuża l-potenzjal taż-żoni rurali biex jinkisbu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Ewropa 2020. Jeżisti potenzjal konsiderevoli tassew fiż-żoni rurali kemm għall-produzzjoni tal-enerġija kif ukoll għat-tnaqqis fil-konsum - pereżempju, artijiet kbar għall-parks eoliċi (wind farms) jew impjanti għall-enerġija solari huma disponibbli biss fil-kampanja. Fl-istess waqt, il-biedja moderna teħtieġ ammonti konsiderevoli ta’ enerġija biex topera. Madankollu, il-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija u għall-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ enerġija qed jiġi injorat;

19.   jenfasizza li jeżistu differenzi sostanzjali bejn iż-żoni urbani u rurali. L-effiċjenza enerġetika fiż-żoni rurali tinsab fi stat kritiku u hemm bżonn tiġi indirizzata b'mod urġenti. Id-djar rurali u n-negozji ż-żgħar qed jiffaċċjaw diversi żvantaġġi rigward l-użu tal-enerġija tagħhom, partikolarment minħabba n-natura tad-djar u l-kwalità tal-bini tagħhom. Il-bini rurali huwa ħafna aktar antik u r-rinnovazzjoni tiegħu tiswa aktar flus għas-sidien u sikwit ma tkunx affordabbli. Waħda mir-raġunijiet għal dan hija d-densità tal-popolazzjoni: l-iżolazzjoni ta’ djar rurali individwali ma tistax tgawdi mill-istess ekonomiji ta’ skala bħad-djar urbani li jkollhom aktar minn sid wieħed. Din is-sitwazzjoni, li tapplika għall-Istati Membri kollha f'livelli differenti, twassal għal spejjeż għall-enerġija proporzjonalment ogħla fiż-żoni rurali fejn id-dħul għal kull abitant huwa bejn 21 % u 62 % inqas fiż-żoni rurali (3);

20.   jenfasizza li fejn tidħol l-enerġija, il-politika tal-enerġija tal-UE ġiet deteminata mill-bżonnijiet tal-bliet il-kbar. L-investituri għadhom qed jiffukaw l-attenzjoni tagħhom kważi esklużivament fuq infrastruttura mfassla biex isservi lil żoni urbani;

21.   jisħaq li l-aċċess għall-enerġija ġeneralment jiswa aktar fiż-żoni rurali u fir-reġjuni remoti. Minbarra dan, l-effiċjenza enerġetika hija inqas minħabba li t-teknoloġiji nodfa ma tantx infirxu u m'hemmx iżolazzjoni effettiva, u jappella għal soluzzjonijiet adegwati ta’ governanza u fondi sabiex iż-żoni rurali madwar l-UE jilħqu ż-żoni urbani f'dan ir-rigward, b'mod partikolari l-potenzjal li jippreżenta l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-approċċ LEADER tiegħu. Fil-fatt, diversi prattiki tajbin u proġetti pilota li saru mal-UE kollha diġà wrew li ż-żoni rurali għandhom il-potenzjal li jipprovdu l-bżonnijiet tal-enerġija tagħhom stess minn sorsi differenti bħal sorsi ta’ enerġija newtrali fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ karbonjuu li huma wkoll mingħajr emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra, il-bijomassa, iċ-ċelloli tal-fjuwil, eċċ.

22.   iqis li l-appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew għall-bini tal-kapaċità, speċjalment fit-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, li jista' jkopri wkoll l-użu ta’ tekniki tradizzjonali li jużaw materjali tipiċi tar-reġjun, għandu jagħraf u jqis il-ħtiġijiet differenti taż-żoni urbani u rurali sabiex il-ħaddiema rurali ma jitħallewx l-art. Inkella dan jikkawża lakuna fil-ħiliet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji adegwati għaż-żoni rurali u jkompli jżid il-qasma enerġetika bejn dawn iż-żewġ żoni;

23.   jenfasizza li l-politika tal-edukazzjoni tista' taqdi rwol sinifikanti biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-effiċjenza enerġetika u biex tinfluwenza t-tibdil fl-imġieba tan-nies; jissuġġerixxi li jiġi stabbilit punt ta’ referenza għal inizjattivi edukattivi attwali sabiex tiġi identifikata l-aħjar prattika u jiġu żviluppati kurrikuli li jistgħu jinkorporaw studji ta’ sostenibbilità fl-istadji l-iktar bikrin tal-proċess tat-tagħlim formali; barra minn hekk, jitlob biex il-programm li jmiss ta’ “Erasmus għal Kulħadd” jiżviluppa alleanzi tal-għarfien, bejn is-settur universitarju u n-negozji ekoloġiċi sabiex jiġu żviluppati kurrikuli ġodda li jindirizzaw il-qasma fl-innovazzjoni u l-ħiliet fis-settur tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-konservazzjoni;

24.   jisħaq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-kisba ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika billi jinkludu fatturi ambjentali fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Huwa jilqa' l-proposta għal Direttiva dwar regoli ġodda għall-akkwist pubbliku adottata mill-Kummissjoni (4). Din il-proposta tgħid li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jqisu fatturi ambjentali, inkluża l-effiċjenza enerġetika, fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Għandha titħeġġeġ il-valutazzjoni tal-offerti permezz ta’ MEAT (Most Economical Advantageous Tender) mill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jitqies l-iffrankar tal-enerġija tul il-ħajja ta’ proposta ta’ offerta;

C.   Konsumaturi

25.   jenfasizza li hemm ukoll dimensjoni soċjali fejn il-faqar fil-fjuwil jista' jagħfas partikolarment ħażin fuq gruppi bi dħul aktar baxx. Fejn jidħlu r-raġunijiet u l-konsegwenzi tal-faqar enerġetiku, jeżistu differenzi importanti bejn iż-żoni urbani u rurali li jridu jiġu kkunsidrati sabiex tittieħed azzjoni adegwata u li mhumiex neċessarjament korelatati mal-effiċjenza enerġetika globali ta’ ċerti pajjiżi jew reġjuni;

26.   jitlob miżuri li jpoġġu lill-konsumaturi li jkunu qed jittrattaw mal-produtturi/provvedituri f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jinnegozjaw benefiċċji fi skambju ma’ bidliet fil-mudelli tal-użu, pereżempju fejn massa ta’ individwi jibdlu l-użu għal ħinijiet fejn il-maġġoranza ma tkunx qed tuża l-enerġija (off-peak), għandhom jiġu appoġġjati sabiex jiksbu tnaqqis fil-prezzijiet adegwati għal xerrejja tal-massa. B'mod simili, l-użu tat-teknoloġija avvanzata ta’ netwerk intelliġenti għall-kejl tal-konsum u tal-kontijiet għandu jingħata appoġġ bħala xi ħaġa ta’ ġid pubbliku biex b'hekk ikun possibbli li jiżdiedu l-livelli ta’ effiċjenza enerġetika tal-provvedituri (permezz ta’ ġestjoni effiċjenti tan-netwerk, manutenzjoni aħjar tan-netwerks u t-tagħmir eċċ.) u l-konsumaturi (permezz ta’ għarfien aħjar dwar l-arloġġi tal-konsum, il-kontijiet, is-servizzi b'kuntratt, is-servizzi bin-netwerk, il-konsum interattiv intelliġenti, eċċ. Barra minn hekk, u m'għandha tiġi tollerata l-ebda xorta ta’ reżistenza kummerċjali għal dan u l-introduzzjoni ġeneralizzata tiegħu għandha sseħħ qabel l-iskadenza. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-installazzjoni ta’ tagħmir tal-kejl avvanzat ma jwassalx għal spejjeż kbar għall-konsumaturi;

27.   jilqa' b'sodisfazzjon it-tiġdid u l-kontinwazzjoni tal-programm ta’ tikkettar “Energy Star” assoċjat mal-proposta għal programm ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju u jinnota li l-proposta għal Regolament COM (2012) 109 final tipprovdi għat-tiġdid tal-ftehim “Energy Star” b'rabta mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi tat-tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċji (COM (2012) 108 final). L-użu tat-tikketta “Energy Star” għandu jiġi mħeġġeġ. Qed jiġi nnotat li spejjeż tal-enerġija għoljin jinkoraġġixxu l-bejgħ ta’ tagħmir b'effiċjenza enerġetika għolja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta’ tikketta li turi l-ammont ta’ enerġija li intużat fil-proċess tal-manifattura;

D.   Finanzjament

28.   filwaqt li jfakkar fl-opinjoni dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Baġit Futur tal-UE (5), il-Kumitat għadu mħasseb dwar l-enfasi li għadha qed tingħata lill-miżuri ta’ awsterità li qed jieħdu l-attenzjoni mill-kwistjonijiet tal-ekonomija reali fil-kuntest tal-baġit futur tal-UE għall-2014-2020, speċjalment iż-żieda meħtieġa urġentement fil-baġit tal-UE disponibbli għall-investiment fl-enerġija sostenibbli fil-livell lokali u reġjonali, urban u rurali kif mitlub f'opinjonijiet preċedenti tal-KtR. Madankollu, jilqa' l-inklużjoni ta’ “transizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju” fis-setturi kollha bħala prijorità għall-investiment taħt il-Qafas Strateġiku Komuni (6) iżda jenfasizza li filwaqt li l-Fondi taħt il-QSK għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-isfidi reġjonali, għandu wkoll ikun hemm bilanċ bejn il-produzzjoni sostenibbli u l-effiċjenza enerġetika;

29.   jiddispjaċih li l-identifikazzjoni ta’ fondi, bħal fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, ma ġewx ikkunsidrati mill-Kunsill bħala dispożizzjoni li għandha tiġi inkluża fit-test tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika; jenfasizza l-bżonn li r-rwol tal-Bank Ewropew tal-Investiment jiġi promoss ħafna permezz tal-aġenziji tal-kreditu nazzjonali u lokali biex jiġu finanzjati l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika;

30.   jitlob li l-Presidenza Daniża tiżgura li l-għajnuna futura f'għotjiet għall-promozzjoni ta’ miżuri għall-effiċjenza tat-tisħin u t-tkessiħ tal-ispazju jkunu marbutin ma’ ffrankar imkejjel li jkun inkiseb fil-konsum tal-enerġija għal kull faċilità individwali;

31.   jitlob li fil-baġit tal-UE li jmiss, il-Kummissjoni Ewropea tagħmel provvediment għad-Direttiva tal-Effiċjenza Enerġetika proposta u tiżgura li jingħataw biżżejjed fondi għall-effiċjenza enerġetika fid-djar soċjali;

32.   jenfasizza l-fatt li problema kbira għaż-żoni rurali hija l-kapaċità tal-livelli lokali u reġjonali li jaċċessaw fondi li jeżistu diġà:

Mekkaniżmi finanzjarji (ELENA, eċċ.) u fondi ddedikati għall-effiċjenza enerġetika (Fond Ewropew għall-Effiċjenza tal-Enerġija (EEEF), eċċ.);

L-esperjenza tal-perjodu ta’ finanzjament attwali turi li għal numru ta’ raġunijiet differenti l-fondi mwarrba mill-Fondi Strutturali għall-effiċjenza enerġetika ma jistgħux jiġu sfruttati bis-sħiħ. Għalhekk fil-qafas finanzjarju 2014-2020, li jagħmel dispożizzjoni għal perċentaġġ ikbar minn qabel ta’ fondi għall-effiċjenza enerġetika, jeħtieġ li tingħata attenzjoni li jiġi faċilitat l-aċċess tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għal dawn il-fondi;

33.   jisħaq li jeżistu għodod finanzjarji oħra, bħall-kuntratti ta’ prestazzjoni enerġetika, is-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u l-fondi għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali u reġjonali li jippromovu ħidma favur l-effiċjenza enerġetika f'perjodu fejn il-fondi pubbliċi qed jonqsu. Ċertament li fis-sitwazzjoni attwali ta’ riżorsi pubbliċi limitati u ta’ diffikultajiet li qed jiffaċċjaw ħafna intrapriżi żgħar u medji, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li jinstab l-aħjar bilanċ possibbli fl-infiq tal-UE bejn, minn naħa infrastuttura fuq skala kbira, u min-naħa l-oħra produzzjoni tal-enerġija deċentralizzata li hija l-essenza nnifisha tal-enerġija rurali; fl-istess ħin jitlob li l-UE, fil-livell Ewropew, tippromovi u tirregola l-intrapriżi tas-servizzi tal-enerġija bħala korpi li jiffinanzjaw l-investiment fl-effiċjenza, u li b'hekk ikunu jistgħu jaċċessaw il-fondi speċjali Ewropej;

34.   jemmen li sabiex jittejjeb l-aċċess għall-fondi, hemm bżonn ta’ strumenti biex jgħinu lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi jilħqu r-rekwiżiti tal-kofinanzjament kif ukoll ifasslu pjani innovattivi li jattiraw l-għoti ta’ kreditu;

35.   ifakkar li l-istħarriġ tal-KtR dwar l-Ewropa 2020 li sar fil-bidu tal-2010 dwar “Politiki tal-Enerġija Sostenibbli” wera li l-inizjattivi lokali u reġjonali normalment ikunu azzjonijiet multi-settorjali u integrati li fl-istess ħin jikkontribwixxu għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi. Għaldaqstant huwa importanti li din ir-realtà tiġi riflessa b'mod adegwat fit-tfassil futur tal-baġit tal-UE;

36.   jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw il-kapaċità li jinkludu l-effiċjenza enerġetika fir-rekwiżiti tal-ippjanar rurali u urban tagħhom;

E.   Loġistika

37.   jixtieq jenfasizza t-tifsira tal-iżvilupp ta’ sistemi loġistiċi mal-UE kollha li jwasslu għal aktar effiċjenza enerġetika fit-trasport tal-merkanzija bħas-“CELS - Central European Logistics System (Sistema Ċentrali Ewropea tal-Loġistika)”. Dan ikun ifisser sistema unika ta’ mapep li tintegra l-modi kollha tat-trasport Ewropej f'rappreżentazzjoni magħquda - il-ferroviji, it-toroq, l-ajru, il-baħar u l-mogħdijiet tal-ilma interni;

38.   iqis li s-CELS tista' tipprovdi mapep viżwali u għajnuna għall-analiżi tal-ispejjeż biex tiġi promossa l-konnessjoni ekoloġika, ekonomika u effiċjenti tat-trasport intermodali. Din tkun direttorju onlajn tat-trasport tal-merkanzija li fih ikunu jistgħu jirreġistraw l-operaturi tat-toroq, tal-ferroviji, tal-ajru u tal-mogħdijiet tal-ilma u tal-baħar, biex b'hekk isir l-aktar direttorju komprensiv tal-operaturi tal-merkanzija kollha. Għandu wkoll il-potenzjal li jidentifika liema rotot huma adatti għal trasport ikkombinat biex ikunu jistgħu jittieħdu l-iqsar rotot possibbli bit-triq;

39.   jisħaq fuq il-valur ta’ politiki tal-enerġija transsettorjali, integrati u sostenibbli għaż-żoni rurali, li jkunu jinkludu kemm l-effiċjenza enerġetika fil-bini, it-trasport, eċċ. kif ukoll il-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli;

E.   Konklużjonijiet

40.   f'dan il-kuntest, jemmen li l-Politika ta’ Koeżjoni tista' tipprovdi qafas għal approċċ ikkoordinat għal din l-isfida kumplessa. L-interkonnessjonijiet bejn l-għanijiet tal-Ewropa 2020 jirrikjedu li dawk li jfasslu l-politika jkunu jafu b'mod ċar li jista' jintlaħaq titjib fl-oqsma kollha tal-Istrateġija Ewropa 2020 jekk il-miżuri li jżidu l-użu tal-effiċjenza fl-enerġija jiġu implimentati b'mod mifrux fl-UE kollha;

41.   jinnota l-bżonn ta’ bilanċ aħjar bejn id-dimensjonijiet interni/esterni tal-UE fil-provvista tal-enerġija, il-promozzjoni tar-riċerka u l-implimentazzjoni tal-effiċjenza enerġetika mill-inqas daqs l-investiment f'pajpijiet ġodda għall-karburanti fossili minn pajjiżi terzi, u jfakkar lill-Kummissjoni Ewropea li l-effiċjenza enerġetika għadha teħtieġ biljuni ta’ euro f'investiment fis-setturi tad-djar u tat-trasport. Il-ġestjoni/konservazzjoni tal-enerġija jistgħu jiġu rikonoxxuti wkoll bħala bżonn kontinwu u b'hekk jiġu indirizzati bħala tali;

42.   itenni li l-Istati Membri għandhom joħolqu proċessi ta’ konsultazzjoni li jinvolvu lill-atturi reġjonali u lokali meta jitħejjew il-pjani nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika (approċċ minn isfel għal fuq), u jiżguraw li l-pjani nazzjonali jkunu konsistenti mal-objettivi u l-mezzi reġjonali u lokali; fl-istess ħin, jitlob li l-atturi reġjonali u lokali jiġu involuti fil-fażi tas-segwitu, bħala l-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni;

43.   jerġa' jqiegħed enfasi fuq l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki bħala prova tanġibbli tal-impenn tal-gvernijiet lokali biex jippromovu l-effiċjenza enerġetika u jindirizzaw l-isfida tat-tibdil fil-klima iżda josserva li m'hemmx metodoloġija komuni għall-firmatarji tal-Patt tas-Sindki dwar ir-rappurtar. Il-Patt tas-Sindki huwa inizjattiva li tirrikjedi lir-reġjuni li jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tagħhom permezz ta’ kriterji komuni stretti (7);

44.   iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta miżuri mingħajr dewmien biex twettaq il-kunċett ta’ netwerks interkonnessi fil-livell tal-UE għad-distribuzzjoni tal-enerġija. B'dan il-mod, l-UE tista' tiżgura provvista affidabbli tal-enerġija għaċ-ċittadini kollha tagħha. Dan huwa importanti wkoll minn perspettiva ta’ sigurtà u ta’ politika sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa mill-karburanti fossili minn reġimi awtoritarji;

45.   Messaġġi Ewlenin – Punti ta’ Azzjoni

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

a)

jinsisti li l-effiċjenza fl-enerġija trid tkun element ċentrali u integrali tal-politiki tal-enerġija u għandha tkun prijorità suffiċjenti fil-ġerarkija tal-politika tal-enerġija;

(b)

jappoġġja titjib fil-ġbir ta’ miżuri ta’ appoġġ finanzjarju għall-effiċjenza fl-enerġija u l-konservazzjoni enerġetika fi programmi futuri tal-finanzjament tal-UE;

(c)

jappella għal miżuri iktar b'saħħithom biex tiġi influwenzata l-imġieba tan-nies u t-tendenzi ta’ konsum tal-enerġija u jissuġġerixxi li dan jesiġi taħlita ta’ miżuri ta’ inċentivi u sanzjonijiet, li juru l-każ ekonomiku iżda wkoll enfasi ikbar fuq rekwiżiti obbligatorji, meta dan huwa neċessarju;

(d)

jirrikonoxxi li l-enfasi attwali ta’ politika hija fuq il-bliet biex jilħqu l-objettivi ta’ politika attwali, iżda jenfasizza l-ħtieġa biex jiġu indirizzati wkoll b'mod iżjed komprensiv u koordinat l-isfidi u l-opportunitajiet li żoni rurali jiffaċċjaw fir-rigward tal-użu u l-produzzjoni tal-enerġija;

(e)

jitlob lill-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali biex jaqsmu l-aħjar prattiki fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u l-konservazzjoni u jsaħħu r-reżiljenza enerġetika billi jippjanaw u jmexxu l-għoti tas-servizzi tagħhom b'użu minimu tal-enerġija.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija dwar l-Enerġija Globali 2011.

(2)  Kummissjoni tal-UE.

(3)  Eurostat.

(4)  COM(2011) 896 final.

(5)  Opinjoni ta’ prospettiva dwar “Il-baġit futur tal-UE u l-integrazzjoni tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-politiki ġenerali” (CdR 104/2011).

(6)  Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni (COM(2011) 615 final).

(7)  http://ec.europa.eu/energy/publications/doc/2012_thinkbooklet.pdf


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-95 sessjoni plenarja fit-3 u l-4 ta' Mejju 2012

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/58


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament ġenerali dwar il-fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni”

2012/C 225/07

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappella għal baġit ambizzjuż għall-politika futura ta’ koeżjoni (2014-2020) sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tat-Trattat u tal-Istrateġija Ewropea 2020; jappella wkoll sabiex jitqiesu kriterji oħra għajr il-PDG fil-valutazzjoni tal-livelli ta’ żvilupp u d-distribuzzjoni tar-riżorsi;

jappoġġja l-istruttura proposta mill-Kummissjoni, fi kliem ieħor li jiġu identifikati żewġ għanijiet prinċipali (“investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” u “kooperazzjoni territorjali”), li l-FSE jinżamm fil-qalba tal-politika ta’ koeżjoni u li tinħoloq kategorija ġdida ta’ “reġjuni ta’ tranżizzjoni” li tipprovdi x-xibka ta’ sigurtà għar-reġjuni li m'għadhomx eliġibbli għall-appoġġ sħiħ taħt l-objettiv ta’ konverġenza;

isejjaħ għal aktar flessibbilta fid-distribuzzjoni tal-Fondi Strutturali, abbażi ta’ adattament aktar realistiku għall-bżonnijiet tat-territorji, permezz tal-involviment dirett tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; din il-flessibbiltà għandha tapplika għad-distribuzzjoni bejn il-FEŻR u l-FSE u l-konċentrazzjoni tematika tal-Fondi dwar ċerti għanijiet tal-Ewropa 2020; f'dan ir-rigward, jappella li jintaqqas il-limitu minimu stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi jew li dan isir aktar flessibbli;

jappoġġja l-approċċ strateġiku tal-Qafas Strateġiku Komuni, li jintegra l-fondi kollha intiżi għall-skopijiet reġjonali, li għandu jfisser koordinazzjoni aħjar mal-FAEŻR u l-FEMS; jixtieq ukoll li jitqies aktar il-prinċipju ta’ koeżjoni territorjali permezz tal-azzjonijiet urbani, l-azzjonijiet ta’ żvilupp lokali, l-investimenti territorjali integrati u l-Pjani ta’ Azzjoni Konġunta, iżda jixteq li tingħata aktar attenzjoni lir-reġjuni li għaddejjin minn konverżjoni industrijali jew li jsofru minn żvantaġġi demografiċi;

jappella sabiex il-possibbiltà ta’ programmi b'ħafna fondi (il-FEŻR, il-FSE, il-Fondi ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS) titħeġġeġ u li l-Kummissjoni Ewropea tadotta kwalunkwe miżura sabiex dawn il-programmi jitħejjew u jiġu implimentati b'rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità;

jirrifjuta l-kondizzjonalità makroekonomika kif ukoll ir-riżerva għall-prestazzjoni, filwaqt li jqishom li jmorru kontra l-għan primarju tal-politika ta’ koeżjoni; min-naħa l-oħra, jappoġġja l-ħolqien ta’ riżerva ta’ flessibbiltà, magħmula mir-riżorsi tad-diżimpenn awtomatiku u l-finanzjament tal-inizjattivi sperimentali; jappoġġja wkoll il-prinċipju tal-kondizzjonalità ex ante, li hija li hija ssemplifikata u preventiva aktar milli ripressiva;

jinsisti li jkun hemm semplifikazzjoni ġenwina tar-regoli ta’ ġestjoni, partikolarment fir-rigward tal-awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ verifika, il-proġetti li jiġġeneraw id-dħul u l-ispejjeż b'rata fissa.

Is-Sinjura Marini (IT/PSE), President tar-Reġjun tal-Umbria

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006

COM (2011) 615 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

A.    Baġit komunitarju u tqassim tal-fondi

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Għal baġit Komunitarju adatt u bilanċjat

1.

ifakkar li l-Unjoni Ewropea teħtieġ li jkollha baġit b'volum li jkun jista' jiggarantixxi l-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni u jilħaq l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

2.

jitlob li, għal kull kategorija ta’ reġjun, jinżammu għallinqas l-istess livelli ta’ kontributi komunitarji previsti mill-perjodu attwali ta’ programmazzjoni;

3.

jiġbed l-attenzjoni għall-mod li bih is-sitwazzjoni attwali ta’ kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali serja, qed twassal biex jiġi stabbilit ekwilibriju perikoluż ta’ sottoimpjieg (underemployment) fil-livell Ewropew, b'impatt qawwi, anke jekk differenti, fir-reġjuni kollha Ewropej. F'dan il-kuntest, il-fondi strutturali huma sors finanzjarju indispensabbli biex tirreżisti l-kriżi u tappoġġja l-iżvilupp fir-reġjuni Ewropej.

Nillimitaw id-diffikultajiet ta’ assorbiment

4.

jappella lill-Kummissjoni biex tniedi inizjattivi validi bil-għan li jittaffu d-diffikultajiet ta’ assorbiment li jiffaċċjaw xi Stati Membri, b'ġestjoni mtejba tal-fondi Komunitarji, b'mod partikolari fir-rigward tas-semplifikazzjoni u l-innovazzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll, b'mod li tinċentiva l-orjentazzjoni lejn riżultati tajbin;

Lejn kriterji ta’ allokazzjoni aktar ġusti u bilanċjati

5.

jemmen li l-kriżi ekonomika u finanzjarja tkompli ssaħħaħ il-bżonn li jintużaw, ċifri ta’ PDG li jkunu komparabbli u disponibbli fi żmien opportun kif ukoll indikaturi oħra, sabiex il-livell reali ta’ żvilupp tar-reġjuni Ewropej jiġi vvalutat b'aktar korrettezza, (1) mingħajr preġudizzju għal konċentrazzjoni adegwata ta’ riżorsi favur ir-reġjuni li għadhom qed jiżviluppaw;

6.

iqis li għall-iskopijiet tal-qsim tar-riżorsi, hemm bżonn li titqies b'mod adegwat il-partikolarità tal-Istati Membri li għandhom sitwazzjoni ta’ disparità ekonomika interna qawwija. B'mod partikolari, huwa mħasseb dwar il-kriterju tal-qsim tar-riżorsi għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) – ara l-proposta tal-qafas finanzjarju multiannwali – peress li ma jiġux kkunsidrati biżżejjed id-differenzi soċjali, ekonomiċi u strutturali;

B.    Struttura tal-politika ta' koeżjoni

Struttura semplifikata

7.

jappoġġja l-identifikazzjoni ta’ żewġ għanijiet prinċipali:“investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” u “kooperazzjoni territorjali” li jikkontribwixxu sabiex tiġi semplifikata l-istruttura tal-politika ta’ koeżjoni;

8.

japprova l-ħolqien ta’ kategorija ta’ reġjuni ta’ tranżizzjoni li huma ffinanzjati b'mod partikolari mir-riżorsi li jiġu mir-reġjuni u mill-pajjiżi li jkunu ħarġu mill-Politika ta’ Konverġenza u mill-Fond tal-Koeżjoni, b'hekk mingħajr ma titnaqqas l-intensità tal-appoġġ għaż-żewġ kategoriji l-oħra tar-reġjuni. Jilqa' wkoll ix-xibka ta’ sigurtà proposta għar-reġjuni li m'għadhomx eliġibbli għall-appoġġ taħt l-objettiv ta’ konverġenza. Fil-fatt, il-kategorija l-ġdida ser tippermetti li jiġi pprovdut appoġġ aħjar lir-reġjuni li ħerġin mill-objettiv ta’ konverġenza, l-istess bħar-reġjuni l-oħra li għandhom PDG għal kull abitant bejn 75 % u 90 % tal-medja tal-UE; barra minn hekk, din il-kategorija ġdida ser tippermetti li jiġi aġġustat l-appoġġ tal-UE skont id-diversità tal-livelli ta’ żvilupp u li jittaffew l-effetti tal-livell limitu osservati fil-perjodu attwali ta’ programmar. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-fondi kollha tal-QSK;

9.

josserva li d-dispożizzjonijiet tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu 2014-2020 għandhom jirrispettaw l-istruttura tal-politika futura ta’ koeżjoni u li huma u jiġu stabbiliti ż-żoni eliġibbli għall-għajnuna. m'għandux ikun hemm kontradizzjonijiet bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-liġi dwar il-kompetizzjoni;

Lejn rwol adegwat tal-Fond Soċjali Ewropew fil-politika ta’ koeżjoni

10.

huwa sodisfatt li l-FSE ser jinżamm fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni bħala strument fundamentali għall-impjiegi, it-titjib tal-kompetenzi individwali u l-inklużjoni soċjali;

11.

madankollu jistenna li l-għażla tal-prijoritajiet ta’ investment u l-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali bejn il-FEŻR u l-FSE ssir mill-awtoritajiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali kompetenti, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

C.    Prinċipji komuni għall-fondi kollha

Għal sħubija u governanza f'diversi livelli aktar b'saħħithom

12.

jistenna li, b'konformità mal-prinċipju ta’ governanza f'diversi livelli u abbażi tat-tqassim intern tal-kompetenzi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali f'kull Stat Membru jipparteċipaw bi sħiħ fit-tfassil, in-negozjar u l-implimentazzjoni tad-diversi dokumenti strateġiċi, jiġifieri l-Qafas Strateġiku Komuni, u b'mod partikolari il-Kuntratt ta’ Sħubija; il-Patti Territorjali bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom wkoll ikunu għażla possibbli sabiex jiġu fformalizzati arranġamenti ta’ sħubija b'mod konġunt mal-gvernijiet nazzjonali;

13.

iqis inġust li fil-kuntest ta’ sħubija, l-awtoritajiet reġjonali u lokali jiġu trattati l-istess bħall-imsieħba ekonomiċi u soċjali, meta dawn, bħala rappreżentanti tal-interess ġenerali taċ-ċittadini, jamministraw f'kollaborazzjoni – waqt li jikkunsidraw il-qafas istituzzjonali tal-Istati Membri – u jikkofinanzjaw proġetti relatati mal-politika ta’ koeżjoni;

Għal rata ta’ kofinanzjament adegwata għal-livell ta’ żvilupp tar-reġjuni

14.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-prinċipju ta’ kofinanzjament Ewropew li jiggarantixxi l-awtonomija tal-atturi reġjonali;

15.

iqis li l-VAT għandha tkun eliġibbli, jekk ma tkunx tista' tiġi rkuprata;

16.

jemmen li għandha ssir distinzjoni bejn il-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba li jirrappreżentaw lis-settur pubbliku. L-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jiffurmaw parti integrali mill-proċess ta’ negozjar għat-tħejjija ta’ kuntratt jew Ftehim ta’ Sħubija fil-livell tal-Istati Membri u mhux biss fil-livell reġjonali;

D.    Rabta bejn il-politika ta' koeżjoni u l-istrateġija ewropa 2020

Għal konċentrazzjoni tematika armonjuża u flessibli

17.

jieħu nota tal-prinċipju ta’ konċentrazzjoni tematika għall-għanijiet prinċipali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-għanijiet definiti fl-Artikolu 174 tat-TFUE, stabbiliti f'tabbella ta’ oqsma ta’ interess tal-UE, iżda jesprimi tħassib għan-nuqqas ta’ flessibbiltà fl-għażla tal-għanijiet tematiċi li għandhom jiġu determinati abbażi ta’ analiżi territorjali;

18.

jappella għalhekk għal flessibbiltà fil-fondi kollha tal-Qafas Strateġiku Konġunt (QSK) sabiex kull awtorità ta’ ġestjoni jkollha l-akbar marġini possibbli biex tidentifika l-għanijiet tematiċi li fuqhom tikkonċentra l-fondi, u jappella wkoll li b'mod ġenerali l-livelli minimi stabbiliti fir-regolamenti speċifiċi jitbaxxew b'mod sinifikanti jew isiru aktar flessibbli;

E.    Approċċ strateġiku u governanza tal-politika ta' koeżjoni

Qafas Strateġiku Komuni: lejn integrazzjoni aħjar tal-fondi għal użu territorjali

19.

jappoġġja integrazzjoni aħjar tal-fondi u japprova l-inklużjoni tal-FEAŻR u l-EMFF, fis-Qafas Strateġiku Konġunt filwaqt li tinżamm l-identità ta’ kull fond;

20.

iqis ġust li l-Qafas Strateġiku Konġunt jiġi approvat mill-Parlament u mill-Kunsill Ewropew, peress li jaħseb li dan id-dokument għandu jkun approvat b'parteċipazzjoni kemm jista' jkun kbira mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jappoġġja l-inklużjoni tal-Qafas Strateġiku Konġunt bħala anness għar-Regolament Ġenerali;

21.

iqis neċessarju li l-mekkaniżmi stabbiliti fil-Qafas Strateġiku Konġunt ikunu flessibbli biżżejjed sabiex jippermettu integrazzjoni ġenwina mal-politiki reġjonali u dawk tal-iżvilupp lokali;

22.

iqis li l-QSK għandu jiffaċilita primarjament approċċ territorjali minn isfel għal fuq u l-integrazzjoni tal-finanzjament. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-QSK m'għandhomx ikunu preskrittivi żżejjed, sabiex iħallu biżżejjed flessibbiltà fl-għażla tal-mezzi li bihom ikunu jistgħu jinkisbu l-objettivi tematiċi u l-prijoritajiet ta’ investiment kif definit fir-regolamenti dwar il-Fond Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni;

23.

jenfasizza li l-QSK għandu jorbot b'mod adatt l-objettivi tematiċi tal-Artikolu 9 tar-Regolament Ġenerali mal-prijoritajiet ta’ investiment elenkati fir-regolamenti dwar il-FEŻR, il-FSE, il-Fondi ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS, u jipprovdi ċertezza legali dwar jekk il-prijoritajiet humiex kompatibbli, filwaqt li jiġu evitati lakuni u rduppjar bejniethom sabiex il-proġetti prijoritarji b'diversi fondi, iżda wkoll dawk b'diversi temi, ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod integrat u uniformi;

Kuntratt ta’ sħubija: aktar kuntratt milli sħubija

24.

jappella sabiex b'mod koerenti mas-sistemi istituzzjonali kkonċernati, l-awtoritajiet reġjonali u dawk lokali li huma kompetenti, bħala korpi li jiffinanzjaw u jiġġestixxu l-politika ta’ koeżjoni, ikunu firmatarji diretti ta’ dawn il-kuntratti ta’ sħubija u jipparteċipaw bi sħiħ fit-tfassil, in-negozjar, l-implimentazzjoni u l-emendar tagħhom (Artikolu 13(2));

25.

jitlob b'mod partikolari u b'mod koerenti mal-entitajiet istituzzjonali, li, fir-rigward tal-Kuntratt, l-awtoritajiet reġjonali jkunu involuti direttament fid-definizzjoni tal-kondizzjonalitajiet interni u tal-pieni li jirriżultaw minnhom (Artikolu 14);

26.

jinsab imħasseb għad-dewmien possibbli minħabba l-fatt li kemm il-Kuntratt ta’ Sħubija kif ukoll il-programmi operattivi jridu jiġu ppreżentanti fl-istess ħin u għalhekk jitlob li l-programmi jitressqu sitt xhur wara l-preżentazzjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija;

Programmi operattivi: għal ġestjoni reġjonalizzata u integrata

27.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali – b'mod koerenti mal-entitajiet istituzzjonali kkonċernati – ikunu involuti b'mod intensiv fl-amministrazzjoni tal-fondi Ewropej u jħeġġeġ bis-sħiħ l-użu tal-programmi b'diversi fondi;

28.

josserva li armonizzazzjoni aħjar tad-dispożizzjonijiet komuni relatati mal-implimentazzjoni tal-fondi differenti tiffavorixxi l-integrazzjoni tagħhom u żżid l-effikaċja u l-impatt tal-azzjoni tagħhom, kif ukoll tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarju finali;

29.

jitlob li l-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni tat-tħaddim, l-effetti u l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali attwalment fis-seħħ;

F.    Pjanar orjentat lejn ir-riżultati u l-valutazzjoni

Kondizzjonalità makroekonomika: sanzjonijiet doppji għall-Istati Membri

30.

jirrifjuta bil-qawwa l-proposti li għandhom l-għan li jġibu l-politika ta’ koeżjoni konformi mal-Patt ta’ Stabbiltà (kondizzjonalità makroekonomika); fil-fatt il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li l-kondizzjonalità makroekonomika tirrispondi għal għanijiet li huma differenti minn dawk tal-politika ta’ koeżjoni;

31.

iqis għalhekk li l-awtoritajiet territorjali ma jistgħux jiġu penalizzati minħabba li xi Stati Membri ma jirrispettawx l-impenji tagħhom b'mod partikolari fir-rigward tad-defiċit pubbliku nazzjonali (Artikolu 21);

Għal kondizzjonalità ex ante semplifikata li hija preventiva aktar milli ripressiva

32.

jappoġġja l-prinċipju tal-kondizzjonalità ex ante , li għandu jinftiehem bħala l-preżenza ta’ prerekwiżiti fundamentali neċessarji għat-twettiq effikaċi tal-investimenti, abbażi tal-valutazzjoni tal-esperjenzi preċedenti, waqt li għandu jiġi evitat li l-politika ta’ koeżjoni tittaqqal b'responsabbiltajiet li mhumiex tagħha kif ukoll li jiżdied il-piż amministrattiv;

33.

madankollu huwa mħasseb li l-kondizzjonalità, li r-responsabbiltà tagħha taqa' fuq parti terza (pereżempju n-nuqqas li jiġu trasposti d-direttivi tal-UE), tista' tfixkel it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi u proġetti fil-livell reġjonali u lokali. Għalhekk, il-KtR huwa tal-fehma li l-kondizzjonalità ex ante għandha tkun limitata għall-elementi li jikkonċernaw direttament l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni;

34.

jappella wkoll lill-Kummissjoni li din il-kondizzjonalità ex ante m'għandha twassal għall-ebda sospensjoni tal-pagamenti jew korrezzjonijiet finanzjarji ħlief għal dawk il-kondizzjonalitajiet li l-Istat Membru impenja ruħu li jikkonforma magħhom;

Riżerva għall-prestazzjoni

35.

huwa mħasseb dwar il-ħolqien ta’ riżerva għall-prestazzjoni minħabba li l-Kumitat jibża' li dan il-mekkaniżmu jista' jwassal biex jiġu stabbiliti miri baxxi ħafna għar-riżultati li għalhekk ikunu faċli li jintlaħqu, bil-għan li jkun jista' jittieħed il-finanzjament addizzjonali, u b'hekk jiġu promossi proġetti li mhumiex ambizzjużi ħafna u tiġi skoraġġuta l-innovazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-opinjoni 7/2011 tal-Qorti tal-Awdituri li osservat li “[f]l-2000-06 kienet teżisti riżerva ta’ prestazzjoni (…) b'suċċess limitat minħabba l-ammont limitat ħafna tan-nefqa li kien spiċċa fil-ħin għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u n-nuqqas ta’ metodoloġija xierqa għall-progress ta’ valutazzjoni miksub mill-programmi”.

36.

minflok jappoġġa l-ħolqien ta’ riżerva ta’ flessibbiltà magħmula mir-riżorsi tad-diżimpenn awtomatiku sabiex jiġu ffinanzjati inizjattivi sperimentali fil-qasam tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli jew inklużiv jew għall-interventi f'każ ta’ kriżi;

Il-qafas ta’ prestazzjoni bħala mekkaniżmu ta’ tmexxija

37.

jindika li l-qafas ta’ verifika tar-riżultati jinkludi li jiġu stabbiliti l-għanijiet għal kull stadju u għal kull prijorità għas-snin 2016 u 2018. Fil-fehma tal-Kumitat, dan għandu jkun mekkaniżmu ta’ tmexxija u kontroll tal-għanijiet segwiti matul il-perjodu kollu ta’ programmazzjoni, mingħajr ma dan jagħti lok li jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-assi prijoritarji kkonċernati fil-każ li ma jinkisbux l-għanijiet stabbiliti abbażi tar-rapport finali dwar il-progress, għax dawn jistgħu ma jinkisbux minħabba ċirkostanzi soċjoekonomiċi u t-tibdil fil-politiki li jirriżulta li jsir mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali;

38.

iqis li din id-dispożizzjoni l-ġdida ser tiżdied bla bżonn mal-ħafna kondizzjonalitajiet (makroekonomika, ex ante u ex post) proposti mill-Kummissjoni u mas-sistema ta’ verifika ex ante, in itinere u ex post; kif ukoll id-definizzjoni ta’ miri kwantifikati u indikaturi tar-riżultati. Il-Kumitat jappella wkoll għal rabta iktar b'saħħitha mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni, deskritti fl-Artikoli 48-49-50;

Għal żieda fil-pagamenti bil-quddiem

39.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li għandha l-għan li tesiġi li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jħallsu lill-benefiċjarji qabel ma jitolbu r-rimborż mill-Kummissjoni, bil-għan li jkun hemm flessibbiltà akbar fis-sistema tal-pagamenti bil-quddiem u b'hekk titjieb il-likwidità tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni;

Pieni u korrezzjonijiet finanzjarji: lejn approċċ aktar preventiv milli ripressiv

40.

jitlob li fil-każ li Stat Membru fi kriżi finanzjarja profonda jirċievi għajnuna mill-Unjoni, il-Kummissjoni tista' temenda l-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi operattivi fil-kuntest ta’ djalogu kostruttiv mal-Istat Membru u l-awtoritajiet territorjali kkonċernati. Il-Kumitat għalhekk jispera li l-esperti tal-Kummissjoni jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom li jiġġestixxu b'mod effikaċi l-fondi Ewropej;

G.    It-tisħiħ tal-prinċipju tal-koeżjoni

Promozzjoni tal-azzjonijiet tal-iżvilupp urban u tal-investiment territorjali integrat

41.

jaqbel ħafna mal-attenzjoni li tingħata lit-tema tal-iżvilupp urban integrat u, b'mod aktar speċjali jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni relatata mal-azzjonijiet ta’ żvilupp lokali u mal-investiment territorjali integrat li għandhom ikunu strumenti ta’ implimentazzjoni ċentrali għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Jitlob aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda;

42.

jittama li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati b'attenzjoni partikolari biex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni effiċjenti tal-iżvilupp territorjali integrat, bħal pereżempju l-koordinazzjoni tal-fondi differenti – b'mod partikolari l-FEŻR u l-FAEŻR fit-territorji periurbani u funzjonali – l-integrazzjoni tagħhom, l-identifikazzjoni ta’ territorji tal-proġett, it-tfassil ta’ strateġija koerenti, eċċ;

43.

jilqa' b'sodisfazzjon l-inċentivi tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità li jipprovdu rata ta’ kofinanzjament addizzjonali ta’ 10 % u jitlob li tiġi estiża għall-investimenti territorjali integrati, u jqis li l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom jiġu miftiehma bejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-imsieħba lokali fil-livell nazzjonali;

44.

jitlob li r-regola li tgħid li l-awtoritajiet pubbliċi ma jistax ikollhom aktar minn 49 % tad-drittijiet ta’ vot tiġi riveduta għal dawk il-każijiet fejn is-sħubijiet istituzzjonalizzati ta’ żvilupp lokali jkunu jeżistu diġà;

45.

jenfasizza l-ħtieġa li l-iżvilupp lokali jitqies bħala kunċett olistiku fejn jitwettqu investimenti territorjali integrati, azzjonijiet urbani u Pjani ta’ Azzjoni Konġunta;

Għal intervent adegwat favur ir-reġjuni b'karatteristiċi ġeografiċi u demografiċi speċifiċi

46.

iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni li għaddejjin minn tranżizzjoni industrijali u lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti u li b'hekk jaqgħu lura f'termini ta’ koeżjoni territorjali meta jitqabblu ma’ żoni oħra, kif ukoll għar-reġjuni ultraperiferiċi (Artikoli 174 u 349 TFUE);

Nissoktaw bl-appoġġ għan-netwerking tat-territorji permezz tal-finanzjament tal-infrastutturi

47.

huwa mħasseb dwar il-fatt li għar-reġjuni żviluppati ma ġiex ikkunsidrat il-finanzjament tal-infrastrutturi speċjalment dak tan-netwerks tal-ICT b'velocità għolja;

H.    Semplifikazzjoni tar-regoli ta' ġestjoni, kontroll u verifika

Għal aktar semplifikazzjoni tal-ġestjoni u responsabbiltà kondiviża tal-kontrolli

48.

jesiġi semplifikazzjoni ġenwina tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-fondi għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni, ta’ kontroll u ta’ verifika, li fl-istess ħin tippermetti li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament mill-benefiċjarji;

49.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-appoġġ għall-kapaċità amministrattiva, fil-każ tal-FSE, huwa limitat għal Stati Membri li għandhom reġjuni anqas żviluppati jew li huma eliġibbli għall-Fond ta’ Koeżjoni, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għall-FEŻR, għalkemm is-sistemi nazzjonali għaż-żewġ Fondi huma soġġetti għal rekwiżiti simili;

50.

jispera li approċċ orjentat aktar lejn ir-riżultati jwassal għal attenzjoni akbar fuq il-prestazzjoni, il-kwalità u l-effikaċja fl-użu tal-fondi, aktar milli fuq ir-rispett formali tar-regoli u l-volum tal-ispiża;

51.

jemmen li r-rikors eċċessiv għall-atti delegati (hemm xi 50 referenza fir-Regolament) mill-Kummissjoni jista' jwassal għal dewmien fl-użu tal-fondi u għalhekk jirrakkomanda li jiġi previst regolament ta’ applikazzjoni mill-Kummissjoni li jistabbilixxi fil-bidu r-regoli kollha ta’ implimentazzjoni;

Għal kontrolli aktar ikkoordinati u proporozjonati

52.

jesprimi dubji fir-rigward tal-ħatra ta’ awtorità ta’ akkreditazzjoni fil-livell ministerjali, li tikkostitwixxi livell ġdid bla bżonn ta’ kontroll, li tkun responsabbli milli takkredita l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ ċertifikazzjoni abbażi ta’ kontroll preliminari, peress li jħoss li l-akkreditazzjoni għandha tiffoka aktar fuq is-sistemi milli fuq l-awtoritajiet ta’ ġestjoni;

53.

ifakkar ir-riskju li applikazzjoni ħażina tal-prinċipju tal-proporzjonalità tista' tipprovoka trattament mhux ekwu tal-Istati Membri. Hemm ir-riskju li l-kontrolli u l-verifiki jkunu ta’ piż kbir fuq l-Istati Membri li għandhom jirċievu l-aktar finanzjament; barra minn hekk, il-livell tal-kontroll imqabbel mal-ammont finanzjarju tal-programmi jista' jiskoraġġixxi l-użu ta’ programmi b'diversi fondi;

54.

jemmen li l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet proposta għandha tkun fakultattiva biex ikunu jistgħu japplikawha biss dawk l-awtoritajiet ta’ ġestjoni li jkunu jixtiequ jissemplifikaw il-proċedura tal-għeluq fl-aħħar tal-perjodu u jnaqqsu t-tul ta’ żmien li fih iridu jibqgħu jżommu d-dokumenti tal-verifika (Artikoli 67, 76, 77, 131);

55.

jikkritika l-multiplikazzjoni tal-kontroll min-naħa tal-awtoritajiet ta’ verifika nazzjonali jew reġjonali, mill-Kummissjoni, mill-Qorti tal-Awdituri jew mill-operaturi nnifishom, u jipproponi li l-missjonijiet ta’ verifika lokali konġunti jiġu organizzati sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni u tiġi promossa analiżi konġunta (Artikolu 65(2));

Għal inġinerija finanzjarja tassew semplifikata u orjentata lejn l-imprenditorija

56.

iqis li jeħtieġ aktar kjarifiki b'rabta mal-użu tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-kontabbiltà tagħhom fl-użu tal-fondi tal-UE, is-superviżjoni tagħhom u s-sjieda tagħhom. Madankollu, jappoġġja l-użu ta’ strumenti ta’ inġenerija finanzjarja bl-iskop li jiżdied l-effett ta’ lieva tal-fondi sakemm dawn isaħħu u mhux jieħdu post l-element tal-konċessjonijiet fil-politika ta’ koeżjoni u sakemm dan l-appoġġ ikun limitat għal forom konvenzjonali ta’ strumenti finanzjarji (sehem fl-ekwitajiet, self, garanziji) u ma jkunx ikopri strumenti finanzjarji opaki bħad-derivattivi u l-istrumenti finanzjarji strutturati;

57.

iqis li r-rekwiżit li l-istrumenti finanzjarji jridu jintużaw fi żmien sentejn mill-attivazzjoni tagħhom skont l-għanijiet tal-programm u għal perjodu ta’ mill-inqas għaxar snin wara l-għeluq tal-programm jillimita wisq;

Pjan ta’ azzjoni konġunt: innovazzjoni li trid tiġi ppruvata

58.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li jitfasslu pjani ta’ azzjoni konġunti, li jkun fihom grupp ta’ proġetti li jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarju fil-kuntest ta’ programm operattiv wieħed jew diversi, biex jiksbu tnaqqis konsiderevoli tar-regoli relatati mal-ġestjoni u l-kontroll. Madankollu jiddispjaċih li l-proġetti ta’ infrastruttura huma esklużi;

59.

jitlob li l-pjan ta’ azzjoni konġunta jiġi deċiż mal-Kummissjoni, l-Istat Membru u l-awtoritajiet territorjali assoċjati mal-programm, fid-dawl tal-livell tar-riżorsi (u jitlob li l-livell limitu jitbaxxa għal EUR 5 miljun) involuti;

Proġetti li jiġġeneraw id-dħul: bżonn ta’ aktar flessibbiltà

60.

jitlob li jerġgħu jiddaħħlu r-regoli użati matul l-2000 u l-2006 li jistabbilixxu l-applikazzjoni ta’ rata ta’ intervent speċifika (mnaqqsa) u unika għall-proġetti li jiġġeneraw id-dħul;

Spejjeż b'rata fissa: semplifikazzjoni li għada ma waslitx

61.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-diversi forom tal-għotjiet semplifikati u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u lill-benefiċjarji sabiex jużaw iktar l-iskali standard ta’ spejjeż għal kull unità, l-ammonti b'rata fissa u l-finanzjament abbażi ta’ rata fissa;

62.

jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex kemm jista' jkun malajr jadottaw metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli u metodi u skali ta’ spejjeż għal kull unità sabiex l-operaturi ta’ proġetti jkunu jistgħu jużawhom meta jibda l-ippjanar filwaqt li jqisu tajjeb l-esperjenzi li żviluppaw tul il-perjodu attwali ta’ programmazzjoni.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Permezz ta’ att delegat il-Kummissjoni għandha tadotta Qafas Strateġiku Komuni li jittraduċi l-objettivi tal-Unjoni f'azzjonijiet ewlenin għall-Fondi tal-QSK, sabiex tingħata direzzjoni strateġika aktar ċara għall-proċess ta’ pprogrammar fil-livell tal-Istati Membri u tar-reġjuni. Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni settorjali u territorjali tal-intervent tal-Unjoni taħt il-Fondi tal-QSK u ma’ politiki u strumenti oħrajn tal-Unjoni.

il-Kummissjoni Qafas Strateġiku Komuni li jittraduċi l-objettivi tal-Unjoni f'azzjonijiet ewlenin għall-Fondi tal-QSK, sabiex tingħata direzzjoni strateġika aktar ċara għall-proċess ta’ pprogrammar fil-livell tal-Istati Membri u tar-reġjuni. Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni settorjali u territorjali tal-intervent tal-Unjoni taħt il-Fondi tal-QSK u ma’ politiki u strumenti oħrajn tal-Unjoni.

Raġuni

L-atti delegati jippermettu lil-leġislatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġislattiv. F'dak li jirrigwarda l-Qafas Strateġiku Komuni, dan għandu l-għan li jagħti direzzjoni u regoli komuni lill-fondi kollha b'amministrazzjoni komuni, u għalhekk fih elementi essenzjali li jridu jiġu eżaminati mill-istituzzjonijiet kollha komunitarji u jinbidlu f'każ ta’ bżonn.

Emenda 2

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Abbażi tal-Qafas Strateġiku Komuni adottat mill-Kummissjoni, kull Stat Membru għandu jħejji, f'kooperazzjoni mal-imsieħba tiegħu u fi djalogu mal-Kummissjoni, Kuntratt ta’ Sħubija. Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jittraduċi l-elementi stabbiliti fil-Qafas Strateġiku Komuni fil-kuntest nazzjonali u jistabbilixxi impenji sodi għall-ksib tal-objettivi tal-Unjoni permezz tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK.

Abbażi tal-Qafas Strateġiku Komuni adottat mill-Kummissjoni, kull Stat Membru għandu jħejji, f'kooperazzjoni mal-imsieħba tiegħu u fi djalogu mal-Kummissjoni, Kuntratt ta’ Sħubija. Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jittraduċi l-elementi stabbiliti fil-Qafas Strateġiku Komuni fil-kuntest nazzjonali u jistabbilixxi impenji għall-ksib tal-objettivi tal-Unjoni permezz tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK.

Raġuni

Iqis li l-awtoritajiet reġjonali u lokali, bħala korpi li jiffinanzjaw u jimplimentaw il-politika ta’ koeżjoni, għandhom jipparteċipaw bi sħiħ fit-tfassil, in-negozjar, l-implimentazzjoni u l-emendar tiegħu.

Emenda 3

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għandu jiġi definit qafas ta’ prestazzjoni għal kull programm bil-għan li jsir monitoraġġ tal-progress li jsir fil-ksib tal-objettivi u l-miri stabbiliti għal kull programm matul il-perjodu ta’ pprogrammar. Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-prestazzjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri bejn l-2017 u l-2019. Għanda tiġi prevista riżerva għall-prestazzjoni li tiġi allokata fl-2019 kulfejn jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni. Minħabba d-diversità u n-natura transnazzjonali tagħhom, ma għandu jkun hemm ebda riżerva għall-prestazzjoni għal programmi ta’ “Kooperazzjoni Territorjali Ewropea”. F'każi fejn l-għanijiet u l-miri ma jinkisbux b'mod sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissospendi l-pagamenti lill-programm jew, fi tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar, tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, sabiex tizgura li l-baġit tal-Unjoni ma jintużax b'ħela u ineffiċjenza.

Għandu jiġi definit qafas ta’ prestazzjoni għal kull programm bil-għan li jsir monitoraġġ tal-progress li jsir fil-ksib tal-objettivi u l-miri stabbiliti għal kull programm matul il-perjodu ta’ pprogrammar. Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-prestazzjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri bejn l-2017 u l-2019. Għanda tiġi prevista riżerva ta’ ;

Raġuni

L-emenda tirrifletti r-reżistenza għall-ħolqien ta’ riżerva għall-prestazzjoni fil-livell nazzjonali, minħabba li hemm biża' li dan il-mekkaniżmu jista' jwassal biex jiġu stabbiliti miri baxxi ħafna għar-riżultati li għalhekk ikunu faċli li jintlaħqu, bil-għan li jkun jista' jittieħed il-finanzjament addizzjonali, u b'hekk jiġu promossi proġetti li mhumiex ambizzjużi ħafna u tiġi skoraġġuta l-innovazzjoni.

Minflok il-Kumitat jappoġġa l-ħolqien ta’ riżerva ta’ flessibbiltà magħmula mir-riżorsi tad-diżimpenn awtomatiku sabiex jiġu ffinanzjati inizjattivi sperimentali fil-qasam tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli jew inklużiv jew għall-interventi f'każ ta’ kriżi.

Emenda 4

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-fatt li tiġi stabbilita rabta bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-governanza ekonomika tal-Unjoni jiżgura li l-effikaċja tan-nefqa taħt il-Fondi tal-QSK tintrifed minn politiki ekonomiċi sodi u l-fondi tal-QSK jkunu jistgħu, jekk meħtieġ, jintużaw b'mod ieħor li jindirizza l-problemi ekonomiċi li l-pajjiż ikun qiegħed iħabbat wiċċu magħhom. Dan il-proċess għandu jkun wieħed gradwali, u jibda b'emendi għall-Kuntratt ta’ Sħubija u għall-programmi li jappoġġjaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-indirzzar ta’ żbilanċi makroekonomiċi u diffikultajiet ekonomiċi. Fejn, minkejja l-użu mtejjeb tal-fondi tal-QSK, Stat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess ta’ governanza ekonomika, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tissospendi l-pagament u l-impenji kollha jew parti minnhom. Id-deċiżjonijiet dwar is-sospensjonijiet għandhom ikunu proporzjonali u effettivi, u jqisu l-impatt tal-programmi individiwali għall-indirizzar tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru relevanti u emendi preċedenti għall-Kuntratt ta’ Sħubija. Fid-deċiżjoni tagħha dwar is-sospensjonijiet, il-Kummissjoni għandha tirrispetta wkoll it-trattament ugwali bejn l-Istati Membri, u tqis b'mod partikolari l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Is-sospensjonijiet għandhom jitneħħew u l-fondi jerġgħu jsiru disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat minnufih hekk kif l-Istat Membru jieħu l-azzjoni meħteġa.

Il-fatt li tiġi stabbilita rabta bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-governanza ekonomika tal-Unjoni jiżgura li l-effikaċja tan-nefqa taħt il-Fondi tal-QSK tintrifed minn politiki ekonomiċi sodi u l-fondi tal-QSK jkunu jistgħu, jekk meħtieġ, jintużaw b'mod ieħor li jindirizza l-problemi ekonomiċi li l-pajjiż ikun qiegħed iħabbat wiċċu magħhom. Dan il-proċess għandu jkun wieħed gradwali, u jibda b'emendi għall-Kuntratt ta’ Sħubija u għall-programmi li jappoġġjaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-indirzzar ta’ żbilanċi makroekonomiċi u diffikultajiet ekonomiċi.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jopponi bil-qawwa d-dispożizzjonijiet marbuta mal-kondizjonalità makroekonomika. Fil-fatt l-impożizzjoni ta’ pieni jew ta’ inċentivi finanzjarji marbutin mal-Patt ta’ Stabbiltà u mat-tkabbir bil-ħsieb li jiġi ggarantit ir-rispett tal-kondizzjonijiet makroekonomiċi jista' jikkastiga lill-awtoritajiet reġjonali u lokali li mhumiex responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi mill-Istati Membri.

Emenda 5

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-allinjament tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u rappurtar tal-Fondi tal-QSK huwa meħtieġ biex jissimplifika l-arranġamenti ta’ ġestjoni fil-livelli kollha. Huwa importanti li jiġu żgurati rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonali iżda wkoll id-disponibbiltà ta’ informazzjoni komprensiva dwar il-progress li jsir fuq punti ta’ analiżi ewlenin. Għaldaqstant huwa meħtieġ li r-rekwiżiti ta’ rappurtar jirreflettu l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni fi snin partikolari u jkunu allinjati maż-żmien meta jkunu ser isiru l-analiżijiet tal-prestazzjoni.

L-allinjament tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u rappurtar tal-Fondi tal-QSK huwa meħtieġ biex jissimplifika l-arranġamenti ta’ ġestjoni fil-livelli kollha. Huwa importanti li jiġu żgurati rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonali iżda wkoll id-disponibbiltà ta’ informazzjoni komprensiva dwar il-progress li jsir fuq punti ta’ analiżi ewlenin. Għaldaqstant huwa meħtieġ li r-rekwiżiti ta’ rappurtar jirreflettu l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni fi snin partikolari .

Raġuni

Dwar il-qafas ta’ kontroll tar-riżultati, il-Kumitat iqis li għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ tmexxija u ta’ kontroll tal-għanijiet li jiġu segwiti tul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Emenda 6

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Skont il-prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà ewlenija, permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom, għall-implementazzjoni u l-kontroll tal-operazzjonijiet tal-programmi. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontroll fuq l-għażla u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet u l-iffunzjonar tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, għandhom jiġu speċifikati l-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni.

Skont il-prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà ewlenija, permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom, għall-implementazzjoni u l-kontroll tal-operazzjonijiet tal-programmi. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontroll fuq l-għażla u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet u l-iffunzjonar tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, għandhom jiġu speċifikati l-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni

Raġuni

Il-fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni jaqgħu taħt l-ambitu tal-politika reġjonali; konsegwentement, kwalunkwe referenza għall-awtoritajiet parteċipanti skont ir-regolament li jiggverna l-fondi ma tistax toqgħod lura milli tinkludi dawk li huma prinċipalment involuti: l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 7

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tkun żgurata assigurazzjoni ex ante fuq it-twaqqif u d-disinn tas-sistemi ewlenin tal-ġestjoni u l-kontroll, l-Istati Membri għandhom jaħtru korp ta’ akkreditazzjoni li jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ġestjoni u kontroll.

Raġuni

L-għan hu li tiġi evitata ż-żjieda ta’ korpi u atturi li jirrendu s-sistema ta’ tmexxija u ta’ kontroll aktar ikkumplikata.

Emenda 8

Premessa ġdida wara Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Minkejja li huwa mixteq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għad-diversi fondi, s'issa, din it-talba ma ġietx implimentata fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji u tal-parteċipazzjoni assoċjata tal-UE (rati ta’ kofinanzjament). Filwaqt li qegħdin jiġu introdotti dispożizzjonijiet tranżitorji għall-FEŻR u l-FSE (inkluża xibka ta’ sigurtà), m'hemm xejn ta’ dan it-tip għall-FAEŻR. L-implimentazzjoni tal-fondi għalhekk ser issir f'kondizzjonijiet ta’ finanzjament differenti ħafna, u dan imur kontra l-armonizzazzjoni li qiegħda tiġi mfittxa. Għalhekk huwa essenzjali li dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji japplikaw ukoll għall-FAEŻR.

Emenda 9

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tissaħħaħ l-enfasi fuq ir-riżultati u l-ksib tal-objettivi u l-miri tal-Ewropa 2020, ħamsa fil-mija tar-riżorsi għall-mira ta’ ‘Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi’ għandhom jitwarrbu bħala riżerva għall- prestazzjoni għal kull Fond, u kategorija ta’ reġjun f'kull Stat Membru.

Raġuni

L-emenda tirrifletti l-oppożizzjoni għall-ħolqien ta’ riżerva għall-prestazzjoni fil-livell nazzjonali, minħabba li hemm biża' li dan il-mekkaniżmu jista' jwassal li jiġu stabbiliti miri baxxi ħafna għar-riżultati, li minħabba f'hekk ikunu faċli li jintlaħqu, biex ikun jista' jittieħed il-finanzjament addizzjonali, u bħala riżultat jiġu promossi proġetti li mhumiex ambizzjużi ħafna u tiġi skoraġġuta l-innovazzjoni;

Minflok il-Kumitat jappoġġa l-ħolqien ta’ riżerva ta’ flessibbiltà magħmula mir-riżorsi tad-diżimpenn awtomatiku sabiex jiġu ffinanzjati inizjattivi sperimentali fil-qasam tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli jew inklużiv jew għall-interventi f'każ ta’ kriżi; din ir-riżerva tkun marbuta mal-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u mal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 10

Premessa 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-proċess tal-approvazzjoni annwali tal-kontijiet għandu jsir flimkien ma’ għeluq annwali ta’ operazzjonijiet ikkompletati (għall-FEŻR u l-FK) jew ta’ nefqa kkompletata (għall-FSE). Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż assoċjati mal-għeluq finali tal-programmi operazzjonali, jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u tingħata ċertezza legali, l-għeluq annwali għandu jkun obbligatorju biex b'hekk jiġi limitat il-perjodu li matulu għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ appoġġ u li matulu tista' ssir verifika tal-operazzjonijiet u jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji.

Il-proċess tal-approvazzjoni annwali tal-kontijiet jsir flimkien ma’ għeluq annwali ta’ operazzjonijiet ikkompletati (għall-FEŻR u l-FK) jew ta’ nefqa kkompletata (għall-FSE). Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż assoċjati mal-għeluq finali tal-programmi operazzjonali, jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u tingħata ċertezza legali, l-għeluq annwali biex b'hekk jiġi limitat il-perjodu li matulu għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ appoġġ u li matulu tista' ssir verifika tal-operazzjonijiet u jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji.

Raġuni

Huwa meqjus li l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet li qed tiġi proposta fil-verità qiegħda tintroduċi l-għeluq annwali li ser iżid il-piż amministrattiv, jintroduċi korrezzjonijiet finanzjarji mandatorji għall-irregolaritajiet li jinstabu mill-Kummissjoni Ewropea u/jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u jnaqqas il-flessibbiltà offruta mis-sistema li tiġi ddikjarata u sostituta n-nefqa “f'riżerva eċċessiva” li attwalment teżisti għall-perjodu 2007-2013

Emenda 11

Premessa 87

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-frekwenza tal-awditjar ta’ operazzjonijiet għandha tkun proporzjonali skont id-daqs tal-appoġġ tal-Unjoni mill-Fondi. B'mod partikolari, l-għadd ta’ verifiki mwettqa għandu jitnaqqas fejn it-total tan-nefqa eliġibbli għal operazzjoni ma tkunx taqbeż il-EUR 100 000. Madankollu, għandu jkun possibbli li jitwettqu verifiki fi kwalunkwe ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew frodi, jew, wara l-għeluq ta’ operazzjoni kompluta, bħala parti minn kampjun ta’ awditjar. Sabiex il-livell tal-awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonali għar-riskju, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tnaqqas il-ħidma ta’ awditjar fir-rigward tal-programmi operazzjonali fejn ma jkun hemm l-ebda nuqqas sinfikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tkun affidabbli.

Il-frekwenza tal-awditjar ta’ operazzjonijiet għandha tkun proporzjonali skont id-daqs tal-appoġġ tal-Unjoni mill-Fondi. B'mod partikolari, fejn it-total tan-nefqa eliġibbli għal operazzjoni ma tkunx taqbeż il-EUR 250 000. Madankollu, għandu jkun possibbli li jitwettqu verifiki fi kwalunkwe ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew frodi, jew, wara l-għeluq ta’ operazzjoni kompluta, bħala parti minn kampjun ta’ awditjar. Sabiex il-livell tal-awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonali għar-riskju, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tnaqqas il-ħidma ta’ awditjar fir-rigward tal-programmi operazzjonali fejn ma jkun hemm l-ebda nuqqas sinfikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tkun affidabbli.

Raġuni

Biex tiġi żgurata proporzjonalità ġenwina fil-qasam tal-kontroll tal-programmi operattivi, il-Kumitat qed jipproponi li l-interventi bi spiża totali eliġibbli li ma taqbiżx l-EUR 250 000 ma jkollhomx aktar minn verifika waħda.

Emenda 12

Premessa 88

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġu supplimentati u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kodiċi tal-kondotta fuq l-objettivi u l-kriterji li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tas-sħubija, l-adozzjoni ta’ Qafas Strateġiku Komuni, regoli addizzjonali dwar l-allokazzjoni tar-riżerva ta’ tkabbir u kompetittività, id-definizzjoni taż-żona u l-popolazzjoni koperti mill-istrateġiji tal-iżvilupp lokali, ir-regoli dettaljati dwar l-istrumenti finanzjarji (valutazzjoni ex ante, l-eliġibbiltà tal-ispejjeż, it-tipi ta’ attivitajiet mhux appoġġjati, il-kombinazzjoni tal-appoġġ, it-trasferiment u l-ġestjoni tal-assi, it-talbiet għall-ħlasijiet, u l-kapitalizzazzjoni ta’ pagamenti akkont annwali), id-definizzjoni tar-rata fissa għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-proċedura għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet u l-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-assigurazzjoni fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, il-kondizzjonijiet tal-verifiki nazzjonali, il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ trasportaturi tad-dejta aċċettati b'mod komuni, il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandu jiġi applikat, l-emendar tal-annessi u l-miżuri speċifiċi meħtieġa għall-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mir-Regolament (KE) Nru. 1083/2006. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Annessi I u IV sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ adattament fil-ġejjieni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert.

Sabiex jiġu supplimentati u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kodiċi tal-kondotta fuq l-objettivi u l-kriterji li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tas-sħubija, ir-regoli dettaljati dwar l-istrumenti finanzjarji (valutazzjoni ex ante, l-eliġibbiltà tal-ispejjeż, it-tipi ta’ attivitajiet mhux appoġġjati, il-kombinazzjoni tal-appoġġ, it-trasferiment u l-ġestjoni tal-assi, it-talbiet għall-ħlasijiet, u l-kapitalizzazzjoni ta’ pagamenti akkont annwali), id-definizzjoni tar-rata fissa għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-proċedura għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet u l-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-assigurazzjoni fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, il-kondizzjonijiet tal-verifiki nazzjonali, il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ trasportaturi tad-dejta aċċettati b'mod komuni, il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandu jiġi applikat, l-emendar tal-annessi u l-miżuri speċifiċi meħtieġa għall-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mir-Regolament (KE) Nru. 1083/2006. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Annessi I u IV sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ adattament fil-ġejjieni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert.

Raġuni

Bl-atti delegati l-leġislatur jiddelega lill-Kummissjoni Ewropea s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi ta’ att leġislattiv. It-tħassir propost fil-Premessa huwa konsistenti mal-pożizzjoni li ttieħdet fl-opinjoni b'mod partikolari dwar Artikolu 12 li jirrigwarda il-Qafas Strateġiku Komuni, l-Artikolu 18 dwar ir-riżerva għall-prestazzjoni u l-Artikolu 29 dwar l-istrateġija ta’ żvilupp lokali.

Emenda 13

Premessa 90

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fir-rigward tal-Fondi kollha tal-QSK, deċiżjoni li japprovaw il-Kuntratti ta’ Sħubija, deċiżjonijiet li jallokaw ir-riżerva għall-prestazzjoni u deċiżjonijiet li jissospendu l-ħlasijiet marbuta mal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri; u b'rabta mal-Fondi, deċiżjoni li jadottaw deċiżjonijiet ta’ programmi operazzjonali li japprovaw proġetti maġġuri, deċiżjonijiet li jissospendu ħlasijiet u deċiżjoni dwar korrezzjonijiet finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fir-rigward tal-Fondi kollha tal-QSK, deċiżjoni li japprovaw il-Kuntratti ta’ Sħubija, deċiżjoni li jadottaw deċiżjonijiet ta’ programmi operazzjonali li japprovaw proġetti maġġuri, deċiżjonijiet li jissospendu ħlasijiet u deċiżjoni dwar korrezzjonijiet finanzjarji.

Raġuni

L-emenda tirrifletti l-oppożizzjoni għall-ħolqien ta’ riżerva għall-prestazzjoni fil-livell nazzjonali, minħabba li hemm biża' li dan il-mekkaniżmu jista' jwassal biex jiġu stabbiliti miri baxxi ħafna għar-riżultati li għalhekk ikunu faċli li jintlaħqu, bil-għan li jkun jista' jittieħed il-finanzjament addizzjonali, u b'hekk jiġu promossi proġetti li mhumiex ambizzjużi ħafna u tiġi skoraġġuta l-innovazzjoni.

Emenda 14

Artikolu 5 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sħubija u governanza f'diversi livelli

1.   Għall-Kuntratt tas-Sħubija u kull programm ieħor rispettivament, Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-imsieħba li ġejjin:

a)

l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;

b)

imsieħba ekonomiċi u soċjali; kif ukoll

c)

korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inkluż l-imsieħba ambjentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi responsabbli għall-promozzjoni ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni.

Sħubija u governanza f'diversi livelli

1.   Għall-Kuntratt tas-Sħubija u kull programm ieħor rispettivament, tat Membr għand jorganizza sħubija mal-imsieħba li ġejjin:

a)

lawtoritajiet pubbliċi oħra;

b)

imsieħba ekonomiċi u soċjali; kif ukoll

c)

korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inkluż l-imsieħba ambjentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi responsabbli għall-promozzjoni ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni.

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li tisħaq li b'konformità mal-prinċipju ta’ governanza f'diversi livelli l-awtoritajiet reġjonali u lokali f'kull Stat Membru jipparteċipaw bi sħiħ fit-tfassil, in-negozjar u l-implimentazzjoni tad-diversi dokumenti strateġiċi, jiġifieri il-Qafas Strateġiku Komuni, il-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi operattivi; iqis li huwa inġust li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jiġu assimilati mal-imsieħba ekonomiċi u soċjali fir-rigward tas-sħubija, meta dawn (l-awtoritajiet reġjonali), bħala rappreżentanti tal-interessi ġenerali taċ-ċittadini u t-territorji li jamministraw, huma koamministraturi u kofinanzjaturi tal-fondi strutturali.

Emenda 15

Artikolu 9(6) u (11)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Objettivi tematiċi

6)

il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi;

[…]

11)

it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti

Objettivi tematiċi

6)

il-protezzjoni tal-ambjent, u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi;

[…]

11)

it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti .

Raġuni

Rigward il-paragrafu 6:

Huwa importanti ferm li l-ħarsien tal-wirt kulturali jiddaħħal fost l-għanijiet tematiċi tal-fondi tal-QSK, barra minn hekk din il-proposta qed issir b'koerenza ma dak li ġie previst fl-Artikolu 5(6)(c) tal-proposta ta’ Regolament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Rigward il-paragrafu 11:

L-assistenza teknika għandha tiffaċilita wkoll l-intervenzjoni strateġika mill-aktar livell baxx 'il fuq. L-Aġenda Territorjali 2020 adottata mill-Istati Membri fl-2011 tipprovdi rakkomandazzjonijiet utli ħafna fir-rigward tal-iżvilupp territorjali fl-UE.

Emenda 16

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu jistabbilixxi:

a)

għal kull objettiv tematiku, l-azzjonijiet prinċipali li jridu jiġu sostnuti minn kull Fond tal-QSK;

b)

l-isfidi territorjali ewlenin għal żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd, kif ukoll għal żoni b'karatteristiċi territorjali partikolari msemmija fl-Artikolu 174 u 349 tat-Trattat, li jridu jiġu indirizzati mill-Fondi tal-QSK;

c)

il-prinċipji orizzontali u l-objettivi ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK;

d)

l-oqsma prijoritarji għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni territorjali għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK, fejn xieraq, filwaqt li jitqiesu strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri;

e)

il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fost il-Fondi tal-QSK, u ma’ politiki u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni, inklużi strumenti esterni għall-kooperazzjoni;

f)

il-mekkaniżmi għall-iżgurar ta’ koerenza u konsistenza tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat.

Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu jistabbilixxi:

a)

għal kull objettiv tematiku, l-azzjonijiet prinċipali li jridu jiġu sostnuti minn kull Fond tal-QSK;

)

il-prinċipji orizzontali u l-objettivi ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK;

)

il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fost il-Fondi tal-QSK, u ma’ politiki u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni, inklużi strumenti esterni għall-kooperazzjoni;

)

il-mekkaniżmi għall-iżgurar ta’ koerenza u konsistenza tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat.

Raġuni

Iqis li l-azzjonijiet prinċipali proposti mill-Kummissjoni fil-Qafas Strateġiku Komuni, huma forma ġdida ta’ konċentrazzjoni. Barra minn hekk iqis li l-karatteristiċi territorjali jridu jiġu trattati fil-qafas ta’ programmi operattivi. L-istess jgħodd għall-interazzjoni li jista' jkun hemm bejn l-istrateġiji reġjonali fil-programmi u l-istrateġiji makroreġjonali fejn dawn jeżistu.

Emenda 17

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att ta’ delega skont l-Artikolu 142 dwar il-Qafas Strateġiku Komuni fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Fejn ikun hemm tibdil maġġuri fl-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir imtelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u, fejn xieraq, tadotta Qafas Strateġiku Komuni rivedut, b'att iddelegat skont l-Artikolu 142.

Fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ Qafas Strateġiku Komuni, l-Istati Membri għandhom jipproponu emendi, fejn meħtieġ, għall-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mal-Qafas Strateġiku Komuni rivedut.

-Kummissjoni se Qafas Strateġiku Komuni .

Fejn ikun hemm tibdil maġġuri fl-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir imtelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u, fejn xieraq, tadotta Qafas Strateġiku Komuni rivedut, b'att iddelegat skont l-Artikolu 142.

Fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ Qafas Strateġiku Komuni, l-Istati Membri għandhom jipproponu emendi, fejn meħtieġ, għall-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mal-Qafas Strateġiku Komuni rivedut.

Raġuni

L-atti delegati jippermettu lil-leġislatur li jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi ta’ applikazzjoni ġenerali li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġislattiv. F'dak li jirrigwarda l-Qafas Strateġiku Komuni, dan għandu l-għan li jagħti direzzjoni u regoli komuni lill-fondi kollha b'amministrazzjoni komuni, u għalhekk fih elementi essenzjali li jridu jiġu eżaminati mill-istituzzjonijiet kollha komunitarji u jinbidlu f'każ ta’ bżonn.

Emenda 18

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Tħejjija tal-Kuntratt ta’ Sħubija

1.   Kull Stat Membru għandu jħejji Kuntratt ta’ Sħubija għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.   Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jitfassal mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-imsieħba li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5. Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jiġi preparat bi djalogu mal-Kummissjoni.

3.   Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jkopri s-sostenn kollu mill-Fondi tal-QSK fl-Istat Membru kkonċernat.

4.   Kull Stat Membru għandu jittrażmetti l-Kuntratt ta’ Sħubija tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni.

Tħejjija tal-Kuntratt ta’ Sħubija

1.   Kull Stat Membru għandu jħejji Kuntratt ta’ Sħubija għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

.   

   Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jitfassal mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-imsieħba li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5. Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jiġi preparat bi djalogu mal-Kummissjoni.

   Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jkopri s-sostenn kollu mill-Fondi tal-QSK fl-Istat Membru kkonċernat.

.   Kull Stat Membru għandu jittrażmetti l-Kuntratt ta’ Sħubija tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien xhur mill-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni.

Raġuni

Iqis li l-awtoritajiet reġjonali u lokali, bħala korpi li jiffinanzjaw u jimplimentaw il-politika ta’ koeżjoni, għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ fit-tfassil, in-negozjar, l-implimentazzjoni u l-emendar tiegħu. Huwa meqjus li hemm bżonn ta’ perjodu itwal ta’ żmien fid-dawl tal-kwantità u d-dettall tal-informazzjoni mitluba u l-fatt li l-programmi jridu jiġu ppreżentati flimkien mal-kuntratt (kif inhu previst f'Artikolu 23(3)) barra mill-ħtieġa li jiġi assigurat li s-sħubija taħdem b'mod effikaċi.

Emenda 19

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kontenut tal-Kuntratt ta’ Sħubija

Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi:

a)

arranġamenti sabiex jiġi żgurat allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż:

i)

analiżi tad-diverġenzi u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp b'referenza għall-objettivi tematiċi u l-azzjonijiet prinċipali definiti fil-Qafas Strateġiku Komuni u l-miri stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati taħt l-Artikoli 148(4) tat-Trattat;

ii)

analiżi fil-qosor tal-evalwazzjonijiet ex-ante tal-programmi li jiġġustifikaw l-għażla tal-objettivi tematiċi u l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Fondi tal-QSK;

iii)

għal kull objettiv tematiku, sommarju tar-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK;

iv)

allokazzjoni indikattiva għall-appoġġ mill-Unjoni permezz ta’ objettivi tematiċi fil-livell nazzjonali għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK, kif ukoll l-ammont indikattiv totali tal-appoġġ previst għal objettivi tat-tibdil fil-klima;

v)

l-oqsma prijoritarji ewlenin għall-kooperazzjoni, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli l-istrateġiji makro-reġjonali u tal-baċir tal-baħar;

vi)

il-prinċipji orizzontali u l-objettivi ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK;

vii)

il-lista tal-programmi taħt l-FEŻR, il-FSE u l-FK, għajr dawk taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u tal-programmi tal-FAEŻR u l-EMFF bl-allokazzjonijiet indikattivi rispettivi mill-Fond tal-QSK u skont is-sena;

(b)

approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali sostnut mill-Fondi tal-QSK li jistabbilixxi:

(i)

il-mekkaniżmi f 'livell nazzjonali u reġjonali li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u strumenti ta ' finanzjament oħra tal-Unjoni u nazzjonali u mal-BEI;

(ii)

l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat approċċ integrat għall-użu tal-Fondi tal-QSK għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd u żoni b'karatteristiċi territorjali partikolari, b'mod partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u 29 u 99; akkompanjati, fejn xieraq, b'lista tal-ibliet li se jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-iżvilupp urban imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEŻR;

[…]

e)

arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi tal-QSK inkluż:

i)

valutazzjoni ta’ jekk hemmx ħtieġa li tiġi rinfurzata l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet u, fejn xieraq, il-benefiċjarji, u azzjonijiet li jridu jittieħdu għal dan l-iskop;

ii)

sommarju tal-azzjonijiet ippjanati u l-miri korrispondenti fil-programmi sabiex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-benefiċjarji;

iii)

valutazzjoni tas-sistemi eżistenti għall-iskambju tad-dejta elettronika, u l-azzjonijiet ippjanati sabiex ikunu jistgħu jsiru li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn benefiċjarji u awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ programmi li għandhom jitwettqu biss permezz ta’ skambju ta’ dejta elettronika.

Kontenut tal-Kuntratt ta’ Sħubija

Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi:

a)

arranġamenti sabiex jiġi żgurat allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż:

i)

analiżi tad-diverġenzi u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp b'referenza għall-objettivi tematiċi u l-azzjonijiet prinċipali definiti fil-Qafas Strateġiku Komuni u l-miri stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati taħt l-Artikoli 148(4) tat-Trattat;

ii)

għal kull objettiv tematiku, sommarju tar-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK;

)

il-prinċipji orizzontali u l-objettivi ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK;

)

il-lista tal-programmi taħt l-FEŻR, il-FSE u l-FK, għajr dawk taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u tal-programmi tal-FAEŻR u l-EMFF bl-allokazzjonijiet indikattivi rispettivi mill-Fond tal-QSK u skont is-sena;

(b)

approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali sostnut mill-Fondi tal-QSK li jistabbilixxi:

(i)

il-mekkaniżmi f 'livell nazzjonali u reġjonali li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u strumenti ta ' finanzjament oħra tal-Unjoni u nazzjonali u mal-BEI;

(ii)

l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat approċċ integrat għall-użu tal-Fondi tal-QSK għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd u żoni b'karatteristiċi territorjali partikolari, b'mod partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u 29 u 99; akkompanjati, fejn xieraq, b'lista tal-ibliet li se jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-iżvilupp urban imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEŻR;

[…]

e)

arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi tal-QSK inkluż:

i)

sommarju tal-azzjonijiet ippjanati u l-miri korrispondenti fil-programmi sabiex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-benefiċjarji;

ii)

valutazzjoni tas-sistemi eżistenti għall-iskambju tad-dejta elettronika, u l-azzjonijiet ippjanati sabiex ikunu jistgħu jsiru li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn benefiċjarji u awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ programmi li għandhom jitwettqu biss permezz ta’ skambju ta’ dejta elettronika.

Raġuni

Iqis li mhemmx bżonn li l-kuntratt tas-sħubija jkun fih informazzjoni li diġà tkun ingħatat u ġiet negozjata fi ħdan il-programmi operattivi, filfatt, dawn id-dispożizzjonijiet jidhru żejda u ma jgħinux lis-semplifikazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri ma jistgħux jieħdu impenji li diġà jkunu saru fil-livell reġjonali u lokali.

Fir-rigward tal-appproċċ integrat għall-użu tal-Fondi tal-QSK, dan huwa importanti wkoll għaż-żoni periurbani, inkella jkun hemm ir-riskju li dawn tal-aħħar jiċċaħdu mhux biss mill-fondi ddedikati għaż-żoni rurali, iżda wkoll mill-fondi allokati għall-bliet, hekk kif l-għadd ta’ żoni periurbani fl-UE qiegħed jiżdied.

Minħabba n-natura multilaterali tagħha, il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea ma tistax tiġi kkontrollata permezz tal-istrument tal-Kuntratt ta’ Sħubija. Għalhekk għandha titħalla barra b'mod espliċitu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kuntratt.

Emenda 20

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Konċentrazzjoni tematika

L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw is-sostenn, skont ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond, fuq azzjonijiet li jġibu l-akbar valur miżjud fir-rigward tal-istrateġija tal-Unjoni tgħal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, u li jqisu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali.

Konċentrazzjoni tematika

L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw is-sostenn, skont ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond, fuq azzjonijiet li jġibu l-akbar valur miżjud fir-rigward tal-istrateġija tal-Unjoni tgħal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, u li jqisu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali.

Raġuni

Il-Kumitat jaqbel mal-prinċipju li l-parti l-kbira tar-riżorsi jiġu kkonċentrati fuq għadd limitat ta’ għanijiet tematiċi jew prijoritajiet ta’ investiment iżda jqis li l-għażla tal-għanijiet u tal-prijoritajiet għandha titħalla f'idejn l-awtoritajiet tal-ġestjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet lokali tal-għanijiet għall-Ewropa 2020 u l-Qafas Strateġiku Komuni.

Emenda 21

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kondizzjonalitajiet ex ante

1.   Kondizzjonalitajiet ex ante għandhom ikunu definiti għal kull Fond tal-QSK fir-regoli speċifiċi għall-Fond.

2.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk il-kundizzjonalitajiet ex ante humiex sodisfatti.

3.   Fejn il-kondizzjonalitajiet ex ante ma jiġux sodisfatti fid-data tat-trażmissjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-Kuntratt ta’ Sħubija sommarju tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali jew reġjonali u l-iskeda għall-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jiżguraw li jiġu sodisfatti mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tas-Sħubija ta’ Kuntratt jew sal-31 ta’ Diċembru 2016, liema waħda tiġi l-ewwel.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-azzjonijiet dettaljati relatati mas-sodisfazzjoni tal-kondizzjonalitajiet ex ante, inkluż l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, fil-programmi rilevanti

5.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni provduta dwar is-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex ante fil-qafas tal-valutazzjoni tagħha tal-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi. Tista' tiddeċiedi, meta tadotta programm, li tissospendi l-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom għal programm sat-tlestija sodisfaċenti tal-azzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta kondizzjonalità ex ante. In-nuqqas li jitlestew l-azzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta kondizzjonalità ex ante sad-data tal-iskadenza stabbilita fil-programm għandu jikkostitwixxi bażi għas-sospensjoni tal-ħlasijiet mill-Kummissjoni.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea.

Kondizzjonalitajiet ex ante

1.   Kondizzjonalitajiet ex ante għandhom ikunu definiti għal kull Fond tal-QSK fir-regoli speċifiċi għall-Fond.

2.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk il-kundizzjonalitajiet ex ante humiex sodisfatti .

3.   Fejn il-kondizzjonalitajiet ex ante ma jiġux sodisfatti fid-data tat-trażmissjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-Kuntratt ta’ Sħubija sommarju tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali jew reġjonali u l-iskeda għall-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jiżguraw li jiġu sodisfatti mhux aktar tard minn wara l-adozzjoni tas-Sħubija ta’ Kuntratt jew sal-31 ta’ Diċembru 2016, liema waħda tiġi l-ewwel.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-azzjonijiet relatati mas-sodisfazzjoni tal-kondizzjonalitajiet ex ante, inkluż l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, fil-programmi rilevanti

5.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni provduta dwar is-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex ante fil-qafas tal-valutazzjoni tagħha tal-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi. In-nuqqas li jitlestew l-azzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta kondizzjonalità ex ante sad-data tal-iskadenza stabbilita fil-programm jikkostitwixxi bażi għas-sospensjoni tal-ħlasijiet mill-Kummissjoni.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea.

Raġuni

Iqis li din il-kondizzjonalità ex ante m'għandha twassal għall-ebda sospensjoni tal-pagamenti jew korrezzjonijiet finanzjarji ħlief għal dawk il-kondizzjonalitajiet li l-Istat Membru impenja ruħu li jikkonforma magħhom. Filfatt f'każ li l-kondizzjonalitajiet ex ante ma jiġux irrispettati fil-bidu tal-perjodu tal-programmazzjoni, l-investiment marbut magħhom ma jkunx jista' jiġi programmat, għaldaqstant m'hemmx raġuni li jiġu imposti sanzjonijiet wara. Barra minn hekk huwa essenzjali li l-Kummissjoni tagħti każ tal-kuntest istituzzjonali ta’ kull Stat Membru u t-tqassim tal-kompetenzi fi ħdanhom. Filfatt huwa inkonċepibbli li Stat Membru jieħu impenji dwar kompetenzi li huma tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali u bil-maqlub.

Emenda 22

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Riżerva għall-prestazzjoni

5 % tar-riżorsi allokati għal kull Fond tal-QSK u Stat Membru, bl-eċċezzjoni tar-riżorsi allokati għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għat-Titolu V tar-Regolament tal-EMFF, għandhom jikkostitwixxu riżerva għall-prestazzjoni li għandha tiġi allokata skont l-Artikolu 20.

Riżerva għall-

Raġuni

L-emenda tirrifletti r-reżistenza għall-ħolqien ta’ riżerva għall-prestazzjoni fil-livell nazzjonali, minħabba li hemm biża' li dan il-mekkaniżmu jista' jwassal biex jiġu stabbiliti miri baxxi ħafna għar-riżultati li għalhekk ikunu faċli li jintlaħqu, bil-għan li jkun jista' jittieħed il-finanzjament addizzjonali, u b'hekk jiġu promossi proġetti li mhumiex ambizzjużi ħafna u tiġi skoraġġuta l-innovazzjoni;

Minflok il-Kumitat jappoġġa l-ħolqien ta’ riżerva ta’ flessibbiltà magħmula mir-riżorsi tad-diżimpenn awtomatiku sabiex jiġu ffinanzjati inizjattivi sperimentali fil-qasam tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli jew inklużiv jew għall-interventi f'każ ta’ kriżi, waqt li tibqa' fil-kuntest tal-approprjazzjonijiet allokati għal kull Stat Membru.

Emenda 23

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Analiżi tal-prestazzjoni

1.   Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq analiżi tal-prestazzjoni tal-programmi f'kull Stat Membru fl-2017 u fl-2019, b'referenza għall-qafas tal-prestazzjoni stabbilit fil-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi rispettivi. Il-metodu biex jiġi stabbilit qafas ta’ prestazzjoni huwa spjegat fl-Anness I.

2.   L-analiżi għandha teżamina l-ksib tal-għanijiet tal-programmi fil-livell ta’ prijoritajiet, abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet ippreżentati fir-rapporti dwar il-progress ippreżentati mill-Istati Membri fis-snin 2017 u 2019.

Analiżi tal-prestazzjoni

1.   Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq analiżi tal-prestazzjoni tal-programmi f'kull Stat Membru fl-2017 u fl-2019, b'referenza għall-qafas tal-prestazzjoni stabbilit fil-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi rispettivi. Il-metodu biex jiġi stabbilit qafas ta’ prestazzjoni huwa spjegat fl-Anness I.

2.   L-analiżi għandha teżamina l-ksib tal-għanijiet tal-programmi fil-livell ta’ prijoritajiet, abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet ippreżentati fir-rapporti dwar il-progress ippreżentati mill-Istati Membri fis-snin 2017 u 2019.

   

Raġuni

L-emenda tirrifletti r-reżistenza għall-ħolqien ta’ riżerva għall-prestazzjoni fil-livell nazzjonali, minħabba li hemm biża' li dan il-mekkaniżmu jista' jwassal biex jiġu stabbiliti miri baxxi ħafna għar-riżultati li għalhekk ikunu faċli li jintlaħqu, bil-għan li jkun jista' jittieħed il-finanzjament addizzjonali, u b'hekk jiġu promossi proġetti li mhumiex ambizzjużi ħafna u tiġi skoraġġuta l-innovazzjoni;

Dwar il-qafas ta’ kontroll tar-riżultati, il-Kumitat iqis li għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ tmexxija u ta’ kontroll tal-għanijiet li jiġu segwiti tul il-perjodu ta’ programmazzjoni bil-għan li, fil-każ li ma jintlaħqux l-għanijiet stabbiliti, mhux jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji, iżda li jingħata appoġġ tekniku minn naħa tal-kummissjoni.

Emenda 24

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Allokazzjoni ta’ riżerva għall-prestazzjoni

1.   Fejn l-analiżi tal-prestazzjoni mwettqa fl-2017 tiżvela li prijorità fi ħdan programm ma tkunx kisbet l-għanijiet tiegħu stabbiliti għas-sena 2016, il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat.

2.   Abbażi tal-analiżi li ssir fl-2019, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, biex tiddetermina l-programmi u l-prijoritajiet li jkunu kisbu l-miri tagħhom għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK u għal kull Stat Membru. L-Istat Membru għandu jipproponi l-allokazzjoni tar-riżerva għall-prestazzjoni għall-programmi u l-prijoritajiet stabbiliti f'dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda għall-programmi kkonċernati skont l-Artikolu 26. Fejn Stat Membru ma jissottomettix l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 46(2) u (3), ir-riżerva għall-prestazzjoni għall-programmi jew il-prijoritajiet ikkonċernati, jew il-prijorità kkonċernat ma għandhiex tiġi allokata.

3.   Fejn ikun hemm evidenza li tirriżulta minn reviżjoni tal-prestazzjoni li prijorità tkun naqset milli tikseb l-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlas interim kollu jew parti minnu ta’ prijorità ta’ programm f'konformità mal-proċedura stabbilita mar-regoli speċifiċi għall-Fond.

4.   Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-eżami tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali tal-programm, tistabbilixxi nuqqas serju sabiex jinkisbu l-miri stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni, tista' tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-prijoritajiet ikkonċernati skont ir-regoli speċifiċi għall-Fond. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li jistabbilixxi l-kriterji u l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata.

5.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal programmi taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għat-Titolu V tar-Regolament tal-EMFF.

   

   

   

   

   

Raġuni

L-emenda tirrifletti r-reżistenza għall-ħolqien ta’ riżerva għall-prestazzjoni fil-livell nazzjonali, minħabba li hemm biża' li dan il-mekkaniżmu jista' jwassal biex jiġu stabbiliti miri baxxi ħafna għar-riżultati li għalhekk ikunu faċli li jintlaħqu, bil-għan li jkun jista' jittieħed il-finanzjament addizzjonali, u b'hekk jiġu promossi proġetti li mhumiex ambizzjużi ħafna u tiġi skoraġġuta l-innovazzjoni.

Emenda 25

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kondizzjonalità marbuta mal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri

 

   […]

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, fejn l-assistenza finanzjarja tingħata lil Stat Membru skont il-paragrafu 1(d) u tkun marbuta ma’ programm ta’ aġġustament, il-Kummissjoni tista', mingħajr ebda propsota mill-Istat Membru, temenda l-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi bil-għan tal-immassimizzar tal-impatt tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi tal-QSK disponibbli. Biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi relevanti, il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha fil-ġestjoni kif inhu spjegat fil-programm ta’ aġġustament jew fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni ffirmat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   Fejn l-Istat Membru jonqos milli jwieġeb għat-talba tal-Kummissjoni li hija msemmija fil-paragrafu 1, jew ma jweġibx b'mod xieraq fi żmien xahar għall-kummenti tal-Kummissjoni li huma msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur minn meta tagħmel il-kummenti, tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tissospendi parti mill-ammont jew l-ammont kollu tal-ħlasijiet għall-programmi kkonċernati.

6.   Il-Kummissjoni għandha tissospendi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, parti mill-ammont jew l-ammont kollu tal-ħlasijiet u l-impenji għall-programmi kkonċernati fejn:

a)

il-Kunsill jiddeċiedi li l-Istat Membru ma jikkonformax ma’ miżuri speċifiċi stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 136(1) tat-Trattat;

b)

il-Kunsill jiddeċiedi, skont l-Artikolu 126(8) jew l-Artikolu 126(11) tat-Trattat, li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jirranġa d-defiċit eċċessiv tiegħu;

c)

il-Kunsill jikkonkludi, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2011 [dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi] li, f'żewġ ċirkostanzi suċċessivi, l-Istat Membru ma jkunx ressaq pjan ta’ azzjoni korrettiva suffiċjenti jew il-Kunsill jadotta deċiżjoni fejn jiddikjara nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 10(4) ta’ dak ir-Regolament;

d)

il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru ma jkunx ħa miżuri biex jimplimenta l-programm ta’ aġġustament imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta’ dan tiddeċiedi li ma tawtorizzax il-ħlas tal-assistenza finanzjarja lil dan l-Istat Membru;

e)

il-Bord tad-Diretturi tal-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà jikkonkludi li l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza finanzjarja tal-MES fis-sura ta’ għoti b'self mill-MES lill-Istat Membru kkonċernat ma tkunx ġiet issodisfatta u b'konsegwenza ta’ dan jiddeċiedi li ma jħallasx l-appoġġ ta’ stabbiltà li jkun ġie allokat.

7.   Fid-deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ parti mill-ammont jew tal-ammont kollu tal-ħlasijiet jew impenji skont il-paragrafu 5 u 6 rispettivament, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sospensjoni tkun proporzjonali u effettiva, b'kunsiderazzjoni għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, partikolarment fir-rigward tal-ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istati Membri, u partikolarment fir-rigward tal-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat.

8.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tneħħi s-sospensjoni fuq il-pagamenti u l-impenji meta Stat Membru jipproponi emendi għall-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi relevanti kif jintalab mill-Kummissjoni, li tkun approvathom u, fejn applikabbli:

a)

il-Kunsill ikun iddeċieda li l-Istat Membru jikkonforma ma’ miżuri speċifiċi stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 136(1) tat-Trattat;

b)

il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tinżamm pendenti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 jew il-Kunsill jiddeċiedi li, skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat li jabroga d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv;

c)

il-Kunsill ikun approva pjan ta’ azzjoni korrettiva mressaq mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru […] [ir-Regolament tal-EIP] jew il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv tiġi sospiża skont l-Artikolu 10(5) ta’ dak ir-Regolament jew il-Kunsill ikun għalaq il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament;

d)

il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-Istat Membru ma jkunx ħa miżuri biex jimplimenta l-programm ta’ aġġustament imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta’ dan tiddeċiedi li tawtorizza l-ħlas tal-assistenza finanzjarja lil dan l-Istat Membru;

e)

il-Bord tad-Diretturi tal-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà jkun ikkonkluda li l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza finanzjarja tal-MES fis-sura ta’ għoti b'self mill-MES lill-Istat Membru kkonċernat ma tkun ġiet issodisfatta u b'konsegwenza ta’ dan jiddeċiedi li jħallas l-appoġġ ta’ stabbiltà li jkun ġie allokat.

Fl-istess ħin, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kummissjoni, li jerġa' jipprovdi l-baġit tal-impenji sospiżi skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru […] li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014 sa 2020.

Kondizzjonalità marbuta mal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri

 

   […]

   

   

   

   

   

Raġuni

Jirrifjuta bil-qawwa l-proposti li għandhom l-għan li jorbtu l-politika ta’ koeżjoni mal-konformità tal-Patt ta’ Stabbiltà (kondizzjonalità makroekonomika); fil-fatt il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li l-kondizzjonalità makroekonomika tirrispondi għal għanijiet li huma differenti minn dawk tal-politika ta’ koeżjoni; għalhekk iqis li l-awtoritajiet territorjali ma jistgħux jiġu ppenalizzati minħabba nuqqas ta’ konformità mal-impenji speċjalment rigward id-defiċit pubbliku nazzjonali minn naħa ta’ xi Stati Membri. Huwa jagħraf il-ħtieġa li jsiru xi tibdiliet lill-kuntratt u lill-programmi operattivi filwaqt li jirrifjuta l-idea li l-pagamenti jiġu sospiżi parzjalment jew totalment.

Emenda 26

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-tħejjija tal-programmi

1.   Il-Fondi CSF għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi skont il-Kuntratt ta’ Sħubija. Kull programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.   Il-programmi għandhom jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom, b'kooperazzjoni mal-imsieħba.

3.   Il-Programmi għandhom jitressqu mill-Istati Membri fl-istess ħin mal-Kuntratt ta’ Sħubija, bl-eċċezzjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropej, li se jitressqu fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni. Il-programmi kollha għandhom ikunu akkumpanjati mill-valutazzjoni ex ante kif stabbilit fl-Artikolu 48.

It-tħejjija tal-programmi

1.   Il-Fondi CSF għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi skont il-Kuntratt ta’ Sħubija. Kull programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.   Il-programmi għandhom jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom, b'kooperazzjoni mal-imsieħba.

   

   Il-Programmi għandhom jitressqu mill-Istati Membri l-Kuntratt ta’ Sħubija, bl-eċċezzjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropej, li se jitressqu fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni. Il-programmi kollha għandhom ikunu akkumpanjati mill-valutazzjoni ex ante kif stabbilit fl-Artikolu 48.

Raġuni

Il-Kumitat iqis li d-deċiżjoni eventwali li jitħejjew programmi bbażżati fuq diversi fondi (deċiżjoni li l-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ) għandha tiġi mħeġġa u appoġġjata b'mod konkret mill-atturi kollha (il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali) u li għandu jitneħħa kwalunkwe ostaklu proċedurali u jiġu evitati kontrolli oħra li abbażi tal-prinċipju tal-proporzjonalità jistgħu jiġu mill-fatt li programm ibbażat fuq diversi fondi huwa ikbar f'termini finanzjarji. Il-Kumitat jinsab imħasseb ukoll fir-rigward tal-fatt li r-rekwiżit li l-Kuntratt jitressaq fl-istess żmien tal-programmi jista' jittardja t-tnedija tal-operazzjonijiet u għalhekk jipproponi limitu ta’ sitt xhur.

Emenda 27

Artikolu 25(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-proċedura għall-adozzjoni tal-programmi

1.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-konsistenza tal-programmi ma’ dan ir-Regolament, ir-regoli speċifiċi għall-Fond, il-kontribuzzjoni effettiva għall-għanijiet tematiċi u l-prijoritajiet tal-Unjoni speċifiċi għal kull Fond CSF, il-Qafas Strateġiku Komuni, il-Kuntratt ta’ Sħubija, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, billi tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni ex ante. L-analiżi għandha tindirizza, b'mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-programm, l-għanijiet korrispondenti, l-indikaturi, il-miri u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji.

Il-proċedura għall-adozzjoni tal-programmi

1.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-konsistenza tal-programmi ma’ dan ir-Regolament, ir-regoli speċifiċi għall-Fond, il-kontribuzzjoni effettiva għall-għanijiet tematiċi u l-prijoritajiet tal-Unjoni speċifiċi għal kull Fond CSF, il-Qafas Strateġiku Komuni, il-Kuntratt ta’ Sħubija, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, billi tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni ex ante. L-analiżi għandha tindirizza, b'mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-programm, l-għanijiet korrispondenti, l-indikaturi, il-miri u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji.

Raġuni

Huwa importanti ħafna li jiġi enfasizzat il-fatt li l-valutazzjoni tiffoka wkoll fuq li turi li l-istrateġija tista' tiġi implimentata u li hija adegwata.

Emenda 28

Artikolu 28(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

1.   L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, li huwa magħżul bħala żvilupp lokali LEADER fir-rigward tal-FAEŻR, għandu:

(a)

jiffoka fuq territorji speċifiċi subreġjonali;

(b)

jkun immexxi mill-komunità, minn gruppi ta’ azzjoni lokali komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, fejn fil-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet la s-settur pubbliku u lanqas kwalunkwe grupp ta’ interess uniku ma għandu jirrappreżenta aktar minn 49 % tad-drittijiet tal-votazzjoni;

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

1.   L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, li huwa magħżul bħala żvilupp lokali LEADER fir-rigward tal-FAEŻR, għandu:

(a)

jiffoka fuq territorji speċifiċi subreġjonali;

(b)

jkun immexxi mill-komunità, minn gruppi ta’ azzjoni lokali komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, fejn fil-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet la s-settur pubbliku u lanqas kwalunkwe grupp ta’ interess uniku ma għandu jirrappreżenta aktar minn 49 % tad-drittijiet tal-votazzjoni ;

Raġuni

Meta jkun hemm diġà msieħba lokali, dawn m'għandhomx jiġu penalizzati b'mod inġust jekk il-modalitajiet tal-votazzjoni interna tagħhom ma jikkorrispondux eżatt mal-ħtiġijiet tal-proposta għal direttiva. Ir-regolament għandu jipprevedi flessibbiltà biżżejjed biex l-imsieħba jkunu jistgħu jiddefinixxu soluzzjoni prattikabbli meta jkun qed jitħejja l-kuntratt ta’ sħubija.

Emenda 29

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Strateġiji ta’ żvilupp lokali

1.   Strateġija għall-iżvilupp lokali għandha tinkludi bħala minimu l-elementi li ġejjin:

a)

id-definizzjoni taż-żona u tal-popolazzjoni koperti mill-istrateġija;

b)

analiżi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u l-potenzjal taż-żona li tinkludi analiżi tal-punti pożittivi, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid;

c)

deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħha, deskrizzjoni tal-karattru integrat u innovattiv tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri ċari u miżurabbli għall-produzzjoni jew għar-riżultati. L-istrateġija għandha tkun koerenti mal-programmi relevanti tal-Fondi CSF kollha involuti;

d)

deskrizzjoni tal-proċess tal-involviment komunitarju fl-iżvilupp tal-istrateġija;

e)

pjan ta’ azzjoni li juri kif il-prijoritajiet jiġu tradotti f'azzjonijiet;

f)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ tal-istrateġija li turi l-kapaċità tal-grupp ta’ azzjoni lokali biex jimplimenta l-istrateġija u deskrizzjoni tal-arranġamenti speċifiċi għall-valutazzjoni;

g)

il-pjan finanzjarju tal-istrateġija, inkluża l-allokazzjoni ppjanata ta’ kull wieħed mill-Fondi CSF.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-għażla tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali. Ir-regoli speċifiċi għall-Fond jistgħu jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla.

[…]

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142 li jikkonċerna d-definizzjoni taż-żona u tal-popolazzjoni koperti mill-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1(a).

Strateġiji ta’ żvilupp lokali

1.   Strateġija għall-iżvilupp lokali għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

a)

id-definizzjoni taż-żona u tal-popolazzjoni koperti mill-istrateġija;

b)

analiżi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u l-potenzjal taż-żona li tinkludi analiżi tal-punti pożittivi, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid;

c)

deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħha ;

)

pjan ta’ azzjoni li juri kif il-prijoritajiet jiġu tradotti f'azzjonijiet;

)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ tal-istrateġija li turi l-kapaċità tal-grupp ta’ azzjoni lokali biex jimplimenta l-istrateġija u deskrizzjoni tal-arranġamenti speċifiċi għall-valutazzjoni;

)

il-pjan finanzjarju tal-istrateġija, inkluża l-allokazzjoni ppjanata ta’ kull wieħed mill-Fondi CSF .

2.   L-Istati Membri, , għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-għażla tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali. Ir-regoli speċifiċi għall-Fond jistgħu jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla.

[…]

   

Raġuni

Il-Kumitat jilqa' b'mod pożittiv il-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ żvilupp lokali u l-investimenti territorjali integrati iżda jitlob għal iktar semplifikazzjoni tal-arranġamenti u l-proċeduri relatati mal-implimentazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet il-ġodda sabiex l-atturi lokali ma jaqtgħux qalbhom milli jużawhom. Għalhekk jaħseb li huwa eċċessiv li jiġi prevedut att delegat anki għad-definizzjoni taż-żona u l-popolazzjoni koperti mill-istrateġija tal-iżvilupp lokali, fid-dawl tal-fatt li din hija kompetenza tipika tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li tirrikjedi għarfien speċifiku tad-dinamika u l-problemi tat-territorju kkonċernat. Barra minn hekk għandu jkun għal kollox possibbli li l-istrateġiji tal-iżvilupp jiġu abbinati mal-implimentazzjoni ta’ investimenti territorjali integrati u l-pjani ta’ azzjoni komuni.

Barra minn hekk, huwa importanti li l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali li ser jiġu implimentati jkunu jistgħu jippromovu r-relazzjonijiet urbani-rurali u li l-atturi lokali fiż-żoni periurbani jkunu jistgħu jkunu involuti b'mod sħiħ f'dawn l-istarteġiji ta’ żvilupp lokali.

Emenda 30

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Talbiet għall-ħlas inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji

2.   Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 33(1)(b) implimentati skont l-Artikolu 33 (4)(a) u (b), in-nefqa totali eliġibbli ppreżentata fit-talba għall-ħlas għandha tinkludi u turi separatament, l-ammont totali tas-sostenn imħallas jew mistenni li jitħallas lill-istrument finanzjarju għall-investimenti f'benefiċjarji finali li jridu jsiru fuq perjodu definit minn qabel ta’ massimu ta’ sentejn, inkluż l-ispejjeż jew it-tariffi ta’ ġestjoni.

3.   L-ammont stabbilit skont il-paragrafu 2 għandu jiġi aġġustat f'talbiet għal ħlas sussegwenti, sabiex titqies id-differenza bejn l-ammont ta’ sostenn imħallas minn qabel lill-istrument finanzjarju kkonċernat, u l-ammonti effettivament investiti f'benefiċjarji finali, flimkien mal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mħallsa. Dawn l-ammonti għandhom jiġu murija separatament fit-talba għall-ħlas.

[…]

Talbiet għall-ħlas inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji

2.   Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 33(1)(b) implimentati skont l-Artikolu 33 (4)(a) u (b), in-nefqa totali eliġibbli ppreżentata fit-talba għall-ħlas għandha tinkludi u turi separatament, l-ammont totali tas-sostenn imħallas jew mistenni li jitħallas lill-istrument finanzjarju l-investimenti benefiċjarji finali li jridu jsiru fuq perjodu definit minn qabel ta’ massimu ta’ sentejn, inkluż l-ispejjeż jew it-tariffi ta’ ġestjoni.

3.   

[…]

Raġuni

It-test tal-proposta għal Regolament iħeġġeġ rikors għall-istrumenti standard tal-Kummissjoni bil-għan, li naqblu miegħu, li tevita użu eċċess tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja bil-għan uniku li tiċċertifika l-ispiża. L-emendi li qed jipproponi l-Kumitat jimmiraw li jerġgħu joħolqu bilanċ permezz ta’ diversifikazzjoni kbira tat-termini u l-kondizzjonijiet u bl-introduzzjoni ta’ marġni ta’ tolleranza fir-rigward tal-kapaċità li jiġu rispettati l-previżjonijiet.

Emenda 31

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Użu ta’ riżorsi legati wara għeluq il-programm

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-riżorsi u l-qligħ kapitali u dħul jew rendimenti oħra li jistgħu jiġu attribwiti lis-sostenn mill-Fondi CSF lil strumenti finanzjarji jintużaw skont l-għanijiet tal-programm għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-għeluq tal-programm.

Użu ta’ riżorsi legati wara għeluq il-programm

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-riżorsi u l-qligħ kapitali u dħul jew rendimenti oħra li jistgħu jiġu attribwiti lis-sostenn mill-Fondi CSF lil strumenti finanzjarji jintużaw skont l-għanijiet tal-programm għal perjodu ta’ mill-inqas snin wara l-għeluq tal-programm.

Raġuni

Iqis li m'għandux ikun daqshekk twil il-perjodu li fih ikun obbligatorju l-użu tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u tar-riżorsi ġejjin minnhom. Fil-fatt perjodu ta’ 10 snin mill-għeluq ta’ programm joħloq inċertezza legali fuq perjodu twil.

Emenda 32

Artikolu 40(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, għal kull strument finanzjarju, l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-identifikazzjoni tal-programm u tal-prijorità li minnhom jiġi pprovdut is-sostenn mill-Fondi CSF;

[…]

e)

l-ammont totali ta’ sostenn imħallas jew impenjat f'kuntratti ta’ garanzija mill-istrument finanzjarju għall-benefiċjarji finali skont il-programm u l-prijorità jew il-miżura inkluża fit-talbiet għall-ħlas imressqa lill-Kummissjoni;

f)

id-dħul tal-istrument finanzjarju u l-ħlasijiet mill-ġdid lilu;

g)

l-effett multiplikatur ta’ investimenti magħmula mill-istrument finanzjarju u l-valur tal-investimenti u l-parteċipazzjonijiet;

h)

il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-kisba tal-indikaturi tal-programm u tal-prijorità kkonċernati.

[…]

Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, għal kull strument finanzjarju, l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-identifikazzjoni tal-programm u tal-prijorità li minnhom jiġi pprovdut is-sostenn mill-Fondi CSF;

[…]

e)

l-ammont totali ta’ sostenn imħallas jew impenjat f'kuntratti ta’ garanzija mill-istrument finanzjarju għall-benefiċjarji finali skont il-programm u l-prijorità jew il-miżura inkluża fit-talbiet għall-ħlas imressqa lill-Kummissjoni;

)

l-effett multiplikatur ta’ investimenti magħmula mill-istrument finanzjarju u l-valur tal-investimenti u l-parteċipazzjonijiet;

[…]

Raġuni

L-għan hawnhekk huwa li jiġu semplifikati l-obbligi annwali ta’ rappurtaġġ tad-data mitluba mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji.

Emenda 33

Artikolu 42(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kompożizzjoni tal-kumitat tas-sorveljanza

1.   Il-kumitat tas-sorveljanza għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtorità ta’ ġestjoni, minn korpi intermedji u minn rappreżentati tal-imsieba. Kull membru tal-Kumitat tas-sorveljanza għandu jkollu d-dritt li jivvota.

Il-kumitat tas-sorveljanza ta’ programm fi ħdan l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għandu jinkludi wkoll rappreżentanti minn kull pajjiż terz li jipparteċipa f'dak il-programm.

Kompożizzjoni tal-kumitat tas-sorveljanza

1.   Il-kumitat tas-sorveljanza għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtorità ta’ ġestjoni, minn korpi intermedji u minn rappreżentati tal-imsieba. Kull membru tal-Kumitat tas-sorveljanza għandu jkollu d-dritt li jivvota.

Il-kumitat tas-sorveljanza ta’ programm fi ħdan l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għandu jinkludi wkoll rappreżentanti minn kull pajjiż terz li jipparteċipa f'dak il-programm.

Raġuni

Mhuwiex ċar kif l-involviment tal-pajjiżi terzi u t-territorji ġirien tar-reġjuni l-aktar imbiegħda ser jidħol fil-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Fil-każ tal-programmi implimentati bil-fondi tal-ENP u l-IPA, kif ukoll tal-FEŻR, li jissemmew fl-Artikolu 28 tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni Territorjali, jeħtieġ li jiġu involuti l-pajjiżi terzi. Madankollu, fil-każ tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-pajjiżi terzi u r-reġjuni ġirien (bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Kanarji u l-Marokk) mhumiex inklużi la fl-ENP u lanqas fl-IPA. Dawn il-pajjiżi jirċievu l-fondi mill-FEŻ u ma jagħtu l-ebda kontribut addizzjonali għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea. Għalkemm għandu jkun hemm kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, il-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda jinkludu biss allokazzjonijiet mill-FEŻR, u għalkemm 30 % ta’ dawn il-fondi jistgħu jintużaw barra t-territorju tal-UE, dawn il-pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu membri tal-kumitati għall-monitoraġġ.

Emenda 34

Artikolu 43(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Funzjonijiet tal-kumitat għall-monitoraġġ

1.   Il-kumitat tas-sorveljanza għandu jiltaqa' mill-inqas darba f'sena u għandu jirrevedi l-implimentazzjoni tal-programm u l-progress lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu. B'hekk, għandu jqis id-dejta finanzjarja, l-indikaturi komuni u speċifiċi għall-programm inklużi t-tibdiliet fl-indikaturi tar-riżultati u l-progress lejn valuri fil-mira kwantifikati, u l-għanijiet definiti fil-qafas tal-prestazzjoni.

Funzjonijiet tal-kumitat għall-monitoraġġ

1.   Il-kumitat tas-sorveljanza għandu jiltaqa' mill-inqas darba f'sena u għandu jirrevedi l-implimentazzjoni tal-programm u l-progress lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu. B'hekk, għandu jqis id-dejta finanzjarja, l-indikaturi komuni u speċifiċi għall-programm inklużi t-tibdiliet fl-indikaturi tar-riżultati u l-progress lejn valuri fil-mira kwantifikati, u l-għanijiet definiti fil-qafas tal-prestazzjoni.

Raġuni

Sabiex tiġi evalwata l-implimentazzjoni tal-programm hemm bżonn li jitqiesu wkoll l-eżerċizzji ta’ valutazzjoni in itinere previsti fl-Artikolu 49.

Emenda 35

Artikolu 47, paragrafu ġdid (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Għandhom jitwettqu l-valutazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-forma u l-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom. L-impatt tal-programmi għandu jiġi vvalutat, skont il-missjoni tal-Fondi tal-QSK rispettivi fir-rigward tal-miri għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll fir-rigward tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) u l-qgħad, fejn dan huwa rilevanti (2).

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-produzzjoni u l-ġbir tad-dejta meħtieġa għall-valutazzjonijiet, inkluża d-dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u fejn applikabbli, indikaturi speċifiċi għall-programmi.

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Għandhom jitwettqu l-valutazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-forma u l-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom. L-impatt tal-programmi għandu jiġi vvalutat, skont il-missjoni tal-Fondi tal-QSK rispettivi fir-rigward tal-miri għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll fir-rigward tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) u l-qgħad, fejn dan huwa rilevanti (2).

   

   L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-produzzjoni u l-ġbir tad-dejta meħtieġa għall-valutazzjonijiet, inkluża d-dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u fejn applikabbli, indikaturi speċifiċi għall-programmi.

Raġuni

Huwa importanti li l-valutazzjonijiet tal-impatt ikunu jistgħu jesploraw aspetti li wkoll huma importanti billi jintuża l-approċċ “lil hinn mill-PDG” deskritt fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni “Inkejlu l-progress lil hinn mill-PDG” (ara CoR 163/2010 fin).

Emenda 36

Artikolu 48(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Il-valutazzjonijiet ex ante għandhom jivvalutaw:

[…]

g)

jekk il-valuri fil-mira kwantifikati għall-indikaturi humiex realistiċi, filwaqt li jitqies is-sostenn previst mill-Fondi tal-QSK;

h)

ir-raġunament għall-forma ta’ sostenn proposta;

i)

l-adegwatezza tar-riżorsi umani u l-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni tal-programm;

j)

kemm huma addattati l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-programm u għall-ġbir tad-dejta meħtieġa biex jitwettqu l-valutazzjonijiet;

k)

kemm huma addattati l-għanijiet magħżula għall-qafas tal-prestazzjoni;

l)

l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati biex jiġu promossi l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel u tiġi evitata d-diskriminazzjoni;

m)

l-adegwatezza ta’ miżuri ppjanati biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli.

3.   Il-valutazzjonijiet ex ante għandhom jivvalutaw:

[…]

g)

jekk il-valuri fil-mira kwantifikati għall-indikaturi humiex realistiċi, filwaqt li jitqies is-sostenn previst mill-Fondi tal-QSK;

h)

ir-raġunament għall-forma ta’ sostenn proposta;

i)

l-adegwatezza tar-riżorsi umani u l-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni tal-programm;

)

l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati biex jiġu promossi l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel u tiġi evitata d-diskriminazzjoni;

)

l-adegwatezza ta’ miżuri ppjanati biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli.

Raġuni

Il-Kumitat iqis li l-evalwazzjoni ex ante m'għandhiex tiġbor fiha aspetti li ma jistgħux jiġu kwantifikati b'mod adegwat qabel ma jitnieda programm, jew li diġà jissemmew f'dokumenti oħra (eż. is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll; il-kuntratt ta’ sħubija), għalhekk qed jipproponi li din l-informazzjoni titħassar.

Emenda 37

Artikolu 49, paragrafu ġdid (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Valutazzjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni

1.   Għandu jitfassal pjan ta’ valutazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kull programm u dan għandu jiġi ppreżentat skont ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli kapaċità xierqa ta’ valutazzjoni.

3.   Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet, inklużi l-valutazzjonijiet biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-impatt, għal kull programm abbażi tal-pjan ta’ valutazzjoni. Mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, għandha ssir valutazzjoni biex tagħmel stima ta’ kif is-sostenn mill-Fondi tal-QSK ikun ikkontribbwixxa għall-għanijiet ta’ kull prijorità. Il-valutazzjonijiet kollha għandhom jiġu eżaminati mill-kumitat għas-sorveljanza u jintbagħtu lill-Kummissjoni.

4.   Fuq l-inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni tista' twettaq il-valutazzjonijiet tal-programmi.

Valutazzjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni

1.   Għandu jitfassal pjan ta’ valutazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kull programm u dan għandu jiġi ppreżentat skont ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli kapaċità xierqa ta’ valutazzjoni.

3.   Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet, inklużi l-valutazzjonijiet biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-impatt, għal kull programm abbażi tal-pjan ta’ valutazzjoni. Mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, għandha ssir valutazzjoni biex tagħmel stima ta’ kif is-sostenn mill-Fondi tal-QSK ikun ikkontribbwixxa għall-għanijiet ta’ kull prijorità. Il-valutazzjonijiet kollha għandhom jiġu eżaminati mill-kumitat għas-sorveljanza u jintbagħtu lill-Kummissjoni.

   

.   Fuq l-inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni tista' twettaq il-valutazzjonijiet tal-programmi.

Raġuni

Sabiex jiġi żgurat approċċ iktar ibbażat fuq ir-riżultat, l-indikazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjonijiet għandhom jintużaw sabiex itejbu l-effikaċja tal-programmi.

Emenda 38

Artikolu 54(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul

1.   Dħul nett iġġenerat wara t-tlestija ta’ operazzjoni matul perjodu speċifiku ta’ referenza għandu jiġi determinat bil-quddiem permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

a)

l-applikazzjoni ta’ perċentwal ta’ dħul b'rata fissa għat-tip ta’ operazzjoni kkonċernata;

b)

il-kalkolu tal-valur attwali tad-dħul net tal-operazzjoni, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas u, jekk xieraq, konsiderazzjoni et tal-ekwità marbuta mal-prosperità relattiva tal-Istat Membru kkonċernat.

In-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni li trid tiġi kofinanzjata ma għandhiex taqbeż il-valur attwali tal-ispiża tal-investiment tal-operazzjoni nieqes il-valur attwali tad-dħul nett, iddeterminat skont wieħed minn dawn il-metodi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa msemmija fil-punt (a) hawn fuq.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-metodoloġija taħt il-punt (b) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 143(3).

Operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul

1.   Dħul nett iġġenerat wara t-tlestija ta’ operazzjoni matul perjodu speċifiku ta’ referenza għandu jiġi determinat bil-quddiem permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

a)

l-applikazzjoni ta’ perċentwal ta’ dħul b'rata fissa għat-tip ta’ operazzjoni kkonċernata;

b)

il-kalkolu tal-valur attwali tad-dħul net tal-operazzjoni, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas u, jekk xieraq, konsiderazzjoni et tal-ekwità marbuta mal-prosperità relattiva tal-Istat Membru kkonċernat.

In-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni li trid tiġi kofinanzjata ma għandhiex taqbeż il-valur attwali tal-ispiża tal-investiment tal-operazzjoni nieqes il-valur attwali tad-dħul nett, iddeterminat skont wieħed minn dawn il-metodi.

li jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa msemmija fil-punt (a) hawn fuq

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-metodoloġija taħt il-punt (b) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 143(3).

Raġuni

Jitlob li jerġgħu jiddaħħlu r-regoli użati matul l-2000 u l-2006 li jistabbilixxu l-applikazzjoni ta’ rata ta’ intervent speċifika (mnaqqsa) u unika għall-proġetti li jiġġeneraw id-dħul sabiex dawk li jippromovu l-proġetti ma jiġux skoraġġuti.

Emenda 39

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Eligibbiltà

1.   L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-regoli nazzjonali, ħlief fejn ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi f'dan ir-Regolament jew abbażi tiegħu jew tar-regoli speċifiċi għall-Fondi.

[…]

6.   Id-dħul nett iġġenerat direttament minn operazzjoni matul l-implimentazzjoni tagħha li ma jkunx tqies fil-ħin tal-approvazzjoni tal-operazzjoni, għandu jitnaqqas min-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni fit-talba tal-ħlas finali mressqa mill-benefiċjarju. Din ir-regola ma għandhiex tapplika għall-istrumenti finanzjarji u l-premji.

[…]

Eligibbiltà

1.   L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-regoli nazzjonali, ħlief fejn ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi f'dan ir-Regolament jew abbażi tiegħu jew tar-regoli speċifiċi għall-Fondi.

   

[…]

   

Raġuni

Paragrafu 6 għandu jitħassar sabiex jiġi semplifikat il-proċess ta’ reviżjoni matul l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Għandu jiddaħħal paragrafu ġdid (9) peress li l-kooperazzjoni territorjali jistħoqqilha reġim speċifiku minħabba li l-applikazzjoni jew l-allinjament ta’ regoli nazzjonali differenti jistgħu jirrappreżentaw ostaklu amministrattiv għoli għall-implimentazzjoni adatta tal-proġetti.

Emenda 40

Artikolu 59(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli tal-eliġibbiltà speċifiċi għall-għotjiet

L-infiq li ġej ma għandux ikun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK:

a)

l-imgħax fuq id-dejn;

b)

ix-xiri ta’ art mhux mibnija u ta’ art mibnija f'ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-operazzjoni kkonċernata. F'każi eċċezzjonali u ġġustifikati kif meħtieġ, jista' jkun permess perċentwal ogħla għall-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali;

c)

it-taxxa fuq il-valur miżjud. Iżda l-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn ma jkunux jistgħu jintroddu lura skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali u jkunu tħallsu minn benefiċjarju li mhuwiex persuna mhux taxxabbli kif iddefinit fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, sakemm dawn l-ammonti ta’ VAT ma jkunux inġarrbu b'rabta mal-provvista tal-infrastruttura.

Regoli tal-eliġibbiltà speċifiċi għall-għotjiet

L-infiq li ġej ma għandux ikun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK:

a)

l-imgħax fuq id-dejn;

b)

ix-xiri ta’ art mhux mibnija u ta’ art mibnija f'ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-operazzjoni kkonċernata. F'każi eċċezzjonali u ġġustifikati kif meħtieġ, jista' jkun permess perċentwal ogħla għall-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali;

c)

it-taxxa fuq il-valur miżjud . .

Raġuni

Il-Kumitat iqis li l-VAT rekuperabbli biss m'għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-Fondi rilevanti tas-CSF. Fil-fatt, li kieku l-VAT mhux rekuperabbli titqies bħala spiża mhux eliġibbli fil-proġetti kollha implimentati mill-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku, il-parti tal-kofinanzjament tal-Istati Membri tiżdied b'mod sostanzjali, u tiġi mfixkla l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jispiċċaw dawn il-proġetti. Barra minn hekk, il-KtR jqis li r-regola dwar il-VAT ineliġibbli fir-rigward tal-forniment tal-infrastruttura lill-benefiċjarji tiddiskrimina kontra tipi ta’ operazzjonijiet oħra.

Emenda 41

Artikolu 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Akkreditazzjoni u koordinazzjoni

 

   […]

3.   L-akkreditazzjoni għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta’ korp ta’ awditjar indipendenti li janalizza l-konformità tal-korp mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni. Il-korp tal-awditjar indipendenti għandu jwettaq il-ħidma tiegħu skont l-istandards tal-awditjar li huma aċċettati fuq livell internazzjonali.

[…]

5.   L-Istat Membru jista' jaħtar korp ta’ koordinazzjoni li r-responsabbiltà tiegħu tkun li jikkomunika mal-Kummissjoni u jipprovdilha l-informazzjoni, jippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni, jistabbilixxi rapport sintesi li jipprovdi ħarsa ġenerali f'livell nazzjonali tad-dikjarazzjonijiet tal-korp ġestjonarju u l-opinjonijiet dwar l-awditjar u jikkoordina l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ rimedju rigward defiċjenzi komuni.

Akkreditazzjoni u koordinazzjoni

 

   […]

   

[…]

   

Raġuni

L-għan hu li tiġi evitata ż-żjieda ta’ korpi u atturi li jirrendu s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll aktar ikkumplikata.

Emenda 42

Artikolu 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli komuni għall-pagamenti

1.   Il-ħlasijiet mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-Fondi CSF għal kull programm għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u soġġett għall-finanzjament disponibbli. Kull ħlas għandu jkun assenjat lill-impenn tal-baġit miftuħ tal-Fond ikkonċernat li jmur l-aktar lura fiż-żmien.

2.   Il-ħlasijiet għandhom jieħdu l-forma ta’ prefinanzjament, ta’ ħlasijiet interim u ta’ ħlas tal-bilanċ annwali, fejn applikabbli, u tal-bilanċ finali.

3.   Għal forom ta’ appoġġ skont l-Artikolu 57(1)(b), (c) u (d), l-ammonti mħallsa lill-benefiċjarju għandhom jitqiesu bħala nfiq eleġibbli.

Regoli komuni għall-pagamenti

1.   Il-ħlasijiet mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-Fondi CSF għal kull programm għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u soġġett għall-finanzjament disponibbli. Kull ħlas għandu jkun assenjat lill-impenn tal-baġit miftuħ tal-Fond ikkonċernat li jmur l-aktar lura fiż-żmien.

2.   Il-ħlasijiet għandhom jieħdu l-forma ta’ prefinanzjament, ta’ ħlasijiet interim u tal-bilanċ finali.

3.   Għal forom ta’ appoġġ skont l-Artikolu 57(1)(b), (c) u (d), l-ammonti mħallsa lill-benefiċjarju għandhom jitqiesu bħala nfiq eleġibbli.

Raġuni

Aħna kontra r-referenza għall-“bilanċ annwali” billi tintroduċi l-prinċipju tal-għeluq annwali tal-kontijiet. Huwa meqjus li l-għeluq annwali propost tal-kontijiet, fir-realtà jfisser li jiġi introdott għeluq annwali li jżid il-piż amministrattiv, idaħħal korrezzjonijiet finanzjarji obbligatorji għall-irregolaritajiet identifikati mill-Kummissjoni Ewropea u/jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u jnaqqas il-flessibbiltà li jiġi dikjarat jew sostitwit l-ibbukkjar eċċessiv (“overbooking”) tal-infiq li jeżisti bħalissa fil-perjodu 2007-2013.

Emenda 43

Artikolu 75(1)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

1.   Sal-1 ta’ Frar tas-sena ta’ wara t-tmiem tal-perjodu kontabilistiku, l-Istat Membru għandu jissottometti d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni skont [l-Artikolu 56] tar-Regolament Finanzjarju:

a)

il-kontijiet annwali ċertifikati tal-korpi relevanti akkreditati skont l-Artikolu 64;

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

1.   Sal-1 ta’ Frar tas-sena ta’ wara t-tmiem tal-perjodu kontabilistiku, l-Istat Membru għandu jissottometti d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni skont [l-Artikolu 56] tar-Regolament Finanzjarju:

a)

il-kontijiet annwali ċertifikati tal-korpi relevanti akkreditati skont l-Artikolu 64;

Raġuni

Ikun utli jekk, bħal fil-każ tal-perjodu attwali ta’ programmar, is-saldu annwali tal-kontijiet jibqa' għażla fakultattiva li tittieħed mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni nnifisha. Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Arttikolu 75 mhux faċli li jintlaħaq peress li huwa qasir wisq.

Emenda 44

Artikolu 82(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

2.   Riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tal-livell 2 NUTS li ġejjin:

(a)

reġjuni anqas żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

(b)

reġjuni ta’ tranżizzjoni, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa bejn 75 % u 90 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(c)

reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa aktar minn 90 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

It-tliet kategoriji ta’ reġjuni jiġu determinati abbażi ta’ kif il-PDG minn ras għal ras tagħhom, imkejjel f'paritajiet ta’ poter ta’ akkwist u kkalkolat abbażi tal-figuri tal-Unjoni għall-perjodu 2006 – 2008, jirrelata mal-medja tal-PDG tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza.

Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

2.   Riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tal-livell 2 NUTS li ġejjin:

(a)

reġjuni anqas żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

(b)

reġjuni ta’ tranżizzjoni, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa bejn 75 % u 90 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(c)

reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa aktar minn 90 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

It-tliet kategoriji ta’ reġjuni jiġu determinati abbażi ta’ kif il-PDG minn ras għal ras tagħhom, imkejjel f'paritajiet ta’ poter ta’ akkwist u kkalkolat abbażi tal-figuri tal-Unjoni għall-perjodu , jirrelata mal-medja tal-PDG tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza.

Raġuni

Biex niċċaraw li biex tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ reġjun għandhom jintużaw l-aħħar ċifri disponibbli u mhux iċ-ċifri ta’ qabel il-kriżi mill-2006-2008.

Emenda 45

Artikolu 83(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Riżorsi globali

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru, mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 84(7).

Riżorsi globali

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru , mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 84(7).

Raġuni

Il-KtR jixtieq jassigura li r-riżorsi allokati għall-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali jingħataw mill-Kummissjoni skont il-qasam ta’ kooperazzjoni u mhux skont l-Istat Membru.

Emenda 46

Artikolu 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Riżorsi għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea

2.   Il-kriterji li ġejjin għandhom jintużaw għat-tqassim skont l-Istat Membru:

a)

il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, il-prosperità nazzjonali u r-rata ta’ qgħad għar-reġjuni anqas żviluppati u r-reġjuni ta’ tranżizzjoni;

b)

il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, ir-rata ta’ qgħad, il-livell tal-edukazzjoni u d-densità tal-popolazzjoni għar-reġjuni aktar żviluppati;

c)

il-popolazzjoni, il-prosperità nazzjonali u ż-żona tal-wiċċ għall-Fond ta’ Koeżjoni.

3.   Mill-inqas 25 % tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali għal reġjuni anqas żviluppati, 40 % għal reġjuni ta’ tranżizzjoni u 52 % għal reġjuni aktar żviluppati f'kull Stat Membru għandhom jiġu allokati lill-FSE. Għall-fini ta’ din id-dispożizzjoni, l-appoġġ lil Stat Membru permezz tal-[Istrument ‘Ikel għal persuni fil-bżonn’] għandu jitqies bħala parti mis-sehem ta’ Fondi Strutturali allokat lill-FSE

[…]

5.   Is-sostenn mill-Fondi Strutturali għal [ikel lil persuni fil-bżonn] skont l-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għandu jkun EUR 2 500 000 000.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni billi timplimenta att li jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali ta’ kull Stat Membru, għall-perjodu sħiħ f'kull Stat Membru. L-allokazzjoni tal-Fond Strutturali ta’ kull Stat Membru għandha titnaqqas kif meħtieġ.

L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu għas-sostenn mill-Fondi Strutturali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti tal-[istrument ‘ikel għal persuni fil-bżonn’] mal-eżerċizzju tal-baġit tal-2014.

6.   5 % tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jikkostitwixxu r-riżerva tal-prestazzjoni li trid tiġi allokata skont l-Artikolu 19.

[…]

8.   Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal 3,48 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2014 sa 2020 (jiġifieri total ta’ EUR 11 700 000 004).

Riżorsi għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea

2.   Il-kriterji li ġejjin għandhom jintużaw għat-tqassim skont l-Istat Membru:

a)

il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, il-prosperità nazzjonali, u r-rata ta’ qgħad għar-reġjuni anqas żviluppati u r-reġjuni ta’ tranżizzjoni;

b)

il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, ir-rata ta’ qgħad, il-livell tal-edukazzjoni u d-densità , tal-popolazzjoni għar-reġjuni aktar żviluppati;

c)

il-popolazzjoni, il-prosperità nazzjonali u ż-żona tal-wiċċ għall-Fond ta’ Koeżjoni.

3.   Mill-inqas 2 % tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali għal reġjuni anqas żviluppati,  % għal reġjuni ta’ tranżizzjoni u % għal reġjuni aktar żviluppati f'kull Stat Membru għandhom jiġu allokati lill-FSE.

[…]

5.   Is-sostenn għal [ikel lil persuni fil-bżonn] għandu jkun EUR 2 500 000 000.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni billi timplimenta att li jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi trasferit .

   

[…]

8.   Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal 3,48 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2014 sa 2020 (jiġifieri total ta’ EUR 11 700 000 004).

Raġuni

Minbarra l-kriterji li jintużaw meta tiġi allokata l-għajnuna lill-Istati Membri, il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob li jiġu kkunsidrati l-kriterji bħall-iżvantaġġi naturali jew demografiċi reġjonali severi u permanenti, kif hemm stabbilit fl-Artikolu 174 tat-TFUE. Fost il-kriterji demografiċi l-oħra li għandhom jitqiesu hemm it-tixrid tal-popolazzjoni, in-nuqqas ta’ popolazzjoni f'ċerti partijiet tar-reġjuni, pereżempju ż-żoni rurali u ħdejn il-fruntiera, u anke t-tixjiħ demografiku, li jista' jkollu impatt serju fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-ispiża tas-servizzi pubbliċi.

Barra minn hekk, il-Kumitat iqis li l-persentaġġ minimu propost għall-allokazzjoni lill-FSE huwa għoli wisq. Għalhekk, jitlob li l-livell limitu jitnaqqas għal kull kategorija ta’ reġjun. Il-Kumitat iqis li huwa importanti li r-reġjuni jkunu jistgħu jinvestu fis-setturi dinamiċi li joħolqu l-impjieg, filwaqt li jiġi żgurat ukoll livell ambizzjuż ta’ finanzjament fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali.

Il-qafas regolatorju tal-Fondi Strutturali jista' jikkostitwixxi bażi legali ġdida għall-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel għall-persuni l-iktar fil-bżonn, iżda f'termini finanzjarji qatt ma tista' tissostitwixxi l-programm tal-għajnuna tal-ikel li l-għanijiet tiegħu huma stabbiliti mill-Politika Agrikola Komuni.

Fl-aħħar, il-KtR jixtieq jassigura li r-riżorsi allokati għall-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali jingħataw mill-Kummissjoni Ewropea skont il-qasam ta’ kooperazzjoni.

Emenda 47

Artikolu 86(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Addizzjonalità

4.   Verifika ta’ jekk il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi jkunx inżamm għall-perjodu għandha sseħħ biss f'dawk l-Istati Membri li fihom, ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas 15 % tal-popolazzjoni totali.

F'dawk l-Istati Membri li fihom, ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas 70 % tal-popolazzjoni, il-verifika għandha sseħħ fuq livell nazzjonali.

F'dawk l-Istati Membri, li fihom ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru aktar minn 15 % u inqas minn 70 % tal-popolazzjoni, il-verifika għandha sseħħ fuq livell nazzjonali u reġjonali. Għal dik il-fini, dawk l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar in-nefqa fir-reġjuni anqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni f'kull stadju tal-proċess tal-verifika.

Addizzjonalità

4.   Verifika ta’ jekk il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi jkunx inżamm għall-perjodu għandha sseħħ biss f'dawk l-Istati Membri li fihom, ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas % tal-popolazzjoni totali.

F'dawk l-Istati Membri, li fihom ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru aktar minn % u inqas minn 70 % tal-popolazzjoni, il-verifika għandha sseħħ fuq livell nazzjonali u reġjonali. Għal dik il-fini, dawk l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar in-nefqa fir-reġjuni anqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni f'kull stadju tal-proċess tal-verifika.

Raġuni

Verifika abbażi tad-daqs tal-popolazzjoni ma sservi l-ebda għan u tkun żejda għax huwa f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu kif ser jikkonformaw ma’ dan il-prinċipju. Aħna nilqgħu l-fatt li l-verifika tal-prinċipju tal-addizzjonalità ser titneħħa fl-Istati Membri fejn hemm biss persentaġġ żgħir tal-popolazzjoni li jgħixu fir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u għal raġunijiet ta’ semplifikazzjoni amministattiva, il-livell limitu għandu jiżdied għal 20 %.

Emenda 48

Artikolu 87(2)(c) u (h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kontenut u adozzjoni tal-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

2.   Programm operazzjonali għandu jistabbilixxi:

[…]

c)

il-kontribut għall-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali stabbilit fil-Kuntratt ta’ Sħubija inkluż:

i)

il-mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni bejn il-Fondi, l-FAEŻR, l-EMFF u strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni u nazzjonali oħra u mal-BEI;

ii)

fejn xieraq, approċċ integrat ippjanat għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd u żoni b'karatteristiċi territorjali partikolari, b'mod partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u 29;

iii)

il-lista ta’ bliet fejn se jkunu implimentati azzjonijiet integrati ta’ żvilupp urban sostenibbli, l-allokazzjoni annwali indikattiva tas-sostenn tal-FEŻR għal dawn l-azzjonijiet, inkluż ir-riżorsi ddelegati lill-ibliet għall-ġestjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE); [FEŻR] u l-allokazzjoni annwali indikattiva ta’ sostenn tal-FSE għal azzjonijiet integrati;

iv)

l-identifikazzjoni taż-żoni li fihom l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità se jiġi implimentat;

v)

l-arranġamenti għal azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu mill-inqas fi Stat Membru wieħed ieħor;

vi)

fejn xieraq, il-kontribuzzjoni tal-inverventi ppjanati lejn strateġiji makroreġjonali u strateġiji dwar qiegħ il-baħar;

d)

il-kontribuzzjoni għall-approċċ integrat stabbilita fil-Kuntratt ta’ Sħubija sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni, b'kunsiderazzjoni speċjali għal komunitajiet marġinalizzati, u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva.

[…]

h)

id-disposizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-programm operazzjonali li jkun fihom:

i)

identifikazzjoni tal-korp ta’ akkreditazzjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità li tiċċertifika fejn applikabbli u l-awtorità ta’ verifika tal-kontijiet;

ii)

identifikazzjoni tal-korp li għandhom isirulu l-ħlasijiet mill-Kummissjoni;

Kontenut u adozzjoni tal-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

2.   Programm operazzjonali għandu jistabbilixxi:

[…]

c)

il-kontribut għall-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali stabbilit fil-Kuntratt ta’ Sħubija inkluż:

i)

il-mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni bejn il-Fondi, l-FAEŻR, l-EMFF u strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni u nazzjonali oħra u mal-BEI;

ii)

fejn xieraq, approċċ integrat ippjanat għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd u żoni b'karatteristiċi territorjali partikolari, b'mod partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u 29;

iii)

lista ta’ bliet fejn se jkunu implimentati azzjonijiet integrati ta’ żvilupp urban sostenibbli. l-allokazzjoni annwali indikattiva tas-sostenn tal-FEŻR għal dawn l-azzjonijiet, inkluż ir-riżorsi ddelegati lill-ibliet għall-ġestjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE); [FEŻR] u l-allokazzjoni annwali indikattiva ta’ sostenn tal-FSE għal azzjonijiet integrati;

iv)

l-identifikazzjoni taż-żoni li fihom l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità se jiġi implimentat;

v)

l-arranġamenti għal azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu mill-inqas fi Stat Membru wieħed ieħor;

vi)

fejn xieraq, il-kontribuzzjoni tal-inverventi ppjanati lejn strateġiji makroreġjonali u strateġiji dwar qiegħ il-baħar ;

vii)

il-kontribuzzjoni għall-approċċ integrat stabbilita fil-Kuntratt ta’ Sħubija sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni, b'kunsiderazzjoni speċjali għal komunitajiet marġinalizzati, u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva;

[…]

)

id-disposizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-programm operazzjonali li jkun fihom:

i)

identifikazzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità li tiċċertifika fejn applikabbli u l-awtorità ta’ verifika tal-kontijiet;

ii)

identifikazzjoni tal-korp li għandhom isirulu l-ħlasijiet mill-Kummissjoni.

Raġuni

Il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu identifikati għadd ta’ bliet hija wisq restrittiva. Għalhekk huwa propost li din il-lista tkun indikattiva. Barra minn hekk, din il-lista ta’ bliet għandha tiġi determinata flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Qed nipproponu li punt d) jiġi inkorporat f'punt c (viii) li jipprovdi dettalji komprensivi dwar l-approċċ integrat; b'konformità mal-emenda tal-Artikolu 64(3) nipproponu li titħassar ir-referenza għall-korp ta’ akkreditazzjoni estern.

Emenda 49

Artikolu 91(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni

2.   Proġetti kbar sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni jridu jiġu inklużi fil-lista ta’ proġetti kbar fi programm operazzjonali. Il-lista għandha tiġi riveduta mill-Istat Membru jew mill-awtorità ta’ ġestjoni sentejn wara l-adozzjoni ta’ programm operazzjonali u tista' fuq talba tal-Istat Membru tiġi aġġustata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2), partikolarment sabiex tinkludi proġetti kbar li huma mistennija li jitlestew sal-aħħar tal-2022.

Informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni

2.   Proġetti kbar sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni jridu jiġu inklużi, fil-lista ta’ proġetti kbar fi programm operazzjonali. roġetti kbar jitlestew sal-aħħar tal-2022.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq li l-proġetti kbar ippreżentati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jkunu jistgħu jibdew mingħajr ma jiġu sottomessi għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni bħalma huwa propost għall-perjodu attwali ta’ programmazzjoni. Il-Kumitat jitlob mill-ġdid li n-nefqa tiġi dikjarata qabel ma jiġi approvat il-proġett mill-Kummissjoni sabiex jiġi evitat iktar dewmien fil-bidu tal-operazzjonijiet.

Emenda 50

Artikolu 93(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Pjan ta’ azzjoni konġunta huwa operazzjoni definita u ġestita fir-rigward tal-eżiti u r-riżultati li se jikseb. Jikkonsisti fi grupp ta’ proġetti li ma jikkonsistux fil-forniment ta’ infrastruttura mwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarju, bħala parti mill-programm operazzjonali jew programmioperazzjonali. Il-produzzjoni u r-riżultati ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu mifthiehna bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni u għandhom jikkontribbwixxu għal objettivi speċifiċi tal-programmi operazzjonali u jiffurmaw il-bażi ta’ sostenn mill-Fondi. Ir-riżultati għandhom jirreferu għall-effetti diretti tal-pjan ta’ azzjoni konġunta. Il-benefiċjarju għandu jkun korp tal-liġi pubblika. Pjani ta’ azzjoni konġunta m'għandhomx jitqiesu bħala proġetti maġġuri.

1.   Pjan ta’ azzjoni konġunta huwa operazzjoni definita u ġestita fir-rigward tal-eżiti u r-riżultati li se jikseb. Jikkonsisti fi grupp ta’ proġetti mwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarju, bħala parti mill-programm operazzjonali jew programmi operazzjonali. Il-produzzjoni u r-riżultati ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu mifthiehna bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni u għandhom jikkontribbwixxu għal objettivi speċifiċi tal-programmi operazzjonali u jiffurmaw il-bażi ta’ sostenn mill-Fondi. Ir-riżultati għandhom jirreferu għall-effetti diretti tal-pjan ta’ azzjoni konġunta. Il-benefiċjarju għandu jkun korp tal-liġi pubblika. Pjani ta’ azzjoni konġunta m'għandhomx jitqiesu bħala proġetti maġġuri.

Raġuni

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għal-fatt li l-pjan ta’ azzjoni konġunta jiffaċilita l-ewwel u qabel kollox l-implimentazzjoni tal-FSE fil-kuntest ta’ azzjonijiet speċifiċi fissi iżda jiddispjaċih li dan il-mekkaniżmu diffiċli jintuża għall-FEŻR minħabba l-esklużjoni tal-proġetti ta’ infrastruttura.

Emenda 51

Artikolu 93(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kamp ta’ Applikazzjoni

2.   Is-sostenn pubbliku allokat għal pjan ta’ azzjoni konġunta għandu jkun minimu ta’ EUR 10 000 000 jew 20 % tas-sostenn pubbliku tal-programm operazzjonali jew programmi operazzjonali, liema minnhom ikun l-anqas.

Kamp ta’ Applikazzjoni

2.   Is-sostenn pubbliku allokat għal pjan ta’ azzjoni konġunta għandu jkun minimu ta’ EUR 000000 jew % tas-sostenn pubbliku tal-programm operazzjonali jew programmi operazzjonali, liema minnhom ikun l-anqas.

Raġuni

Livell limitu iktar baxx huwa ġeneralment meqjus bħala iktar rilevanti biex jiġi żgurat li dan l-istrument ikun jaqbel mal-massa kritika. Madankollu, għandu jiġi notat li dan huwa l-minimu legali u li, f'bosta pajjiżi, il-livell li jrid jiġi miftiehem fil-proċess ta’ negozjar ser ikun ogħla sew.

Emenda 52

Artikolu 102(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Trażmissjoni ta’ dejta finanzjarja

1.   Sal-31 ta’ Jannar, it-30 ta’ April, il-31 ta’ Lulju u l-31 ta’ Ottubru, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrasmetti b'mod elettroniku lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ, għal kull programm operazzjonali u skont l-ass prijoritarju:

a)

l-ispiża eliġibbli totali u pubblika tal-operazzjonijiet u n-numru ta’ operazzjonijiet magħżula għas-sostenn;

b)

l-ispiża eliġibbli totali u pubblika ta’ kuntratti jew impenji legali oħra li jkunu daħlu għalihom il-benefiċjarji fl-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet magħżula għas-sostenn;

c)

l-ispiża eliġibbli totali ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni.

Trażmissjoni ta’ dejta finanzjarja

1.   Sal-31 ta’ Jannar , l-31 ta’ Lulju , l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrasmetti b'mod elettroniku lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ, għal kull programm operazzjonali u skont l-ass prijoritarju:

a)

l-ispiża eliġibbli totali u pubblika tal-operazzjonijiet u n-numru ta’ operazzjonijiet magħżula għas-sostenn;

b)

l-ispiża eliġibbli totali u pubblika ta’ kuntratti jew impenji legali oħra li jkunu daħlu għalihom l-benefiċjarji ;

c)

l-ispiża eliġibbli totali ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni.

Raġuni

Il-Kumitat jixtieq jissemplifika t-trażmissjoni tad-data finanzjarja billi jnaqqas ir-rekwiżit minn erba' darbiet għal darbtejn fis-sena. Dan japplika wkoll għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar operazzjonijiet magħżula: l-ispiżi eliġibbli totali u pubbliċi, il-kuntratti u impenji legali oħra bejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji.

Emenda 53

Artikolu 105(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Tagħrif u pubbliċità

1.   L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà għal:

(a)

li jkun hemm websajt unika jew portal ta’ websajts uniku li jipprovdi informazzjoni dwar u aċċess għall-programmi operazzjonali kollha f'dak l-Istat Membru;

(b)

li jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi operazzjonali;

(c)

li jippubbliċizzaw għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni l-irwol u l-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni u tal-Fondi permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-Kuntratti ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom, sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-sostenn tal-Fondi, iżommu lista tal-operazzjonijiet skont il-programmi operazzjonali u skont il-Fond f'format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz tal-websajt unika jew tal-portal tal-websajts uniku u jipprovdu lista u sommarju tal-programmi operazzjonali kollha f'dak l-Istat Membru.

Il-lista tal-operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull tliet xhur.

L-informazzjoni minima li trid tiġi stabbilita fil-lista tal-operazzjonijiet hija stabbilita fl-Anness V.

Tagħrif u pubbliċità

1.   L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà għal:

(a)

li jkun hemm websajt unika jew portal ta’ websajts uniku li jipprovdi informazzjoni dwar u aċċess għall-programmi operazzjonali kollha f'dak l-Istat Membru;

(b)

li jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi operazzjonali;

(c)

li jippubbliċizzaw għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni l-irwol u l-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni u tal-Fondi permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-Kuntratti ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet.

2.   

.   L-Istati Membri għandhom, sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-sostenn tal-Fondi, iżommu lista tal-operazzjonijiet skont il-programmi operazzjonali u skont il-Fond f'format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz tal-websajt unika jew tal-portal tal-websajts uniku u jipprovdu lista u sommarju tal-programmi operazzjonali kollha f'dak l-Istat Membru.

Il-lista tal-operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull xhur.

L-informazzjoni minima li trid tiġi stabbilita fil-lista tal-operazzjonijiet hija stabbilita fl-Anness V.

Raġuni

Ir-Regolamenti għandhom jippermettu l-azzjonijiet konġunti ta’ sensibilizzazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u reġjonali meta dawn jispjegaw kif taħdem il-politika ta’ koeżjoni: qabel, matul u wara l-implimentazzjoni tagħha. Il-KtR għandu jkollu l-possibbiltà li jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma l-benefiċjarji tal-fondi ta’ koeżjoni u li jintalbu jikkonkretizzaw fil-livell lokali. Il-KtR għandu jkollu wkoll il-mezzi biex jispjega liċ-ċitadini l-mod kif il-Fondi Strutturali kienu implimentati u r-rwol tal-Unjoni Ewropea f'dan il-proċess.

Barra minn hekk, il-Kumitat jixtieq jissemplifka l-proċeduri ta’ informazzjoni u pubbliċità u konsegwentement huwa biżżejjed li l-lista tal-operazzjonijiet tiġi aġġornata darbtejn fis-sena.

Emenda 54

Artikolu 110(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

3.   Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali fil-mira għal Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

85 % għall-Fond ta’ Koeżjoni:

(b)

85 % għar-reġjuni l-anqas żviluppati ta’ dawk l-Istati Membri li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu 2007 sa 2009 kien anqas minn 85 % tal-medja tal-UE-27 matul l-istess perjodu u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(c)

80 % għar-reġjuni l-anqas żviluppati ta’ Stati Membri barra dawk imsemmija fil-punt (b) eliġibbli għar-reġim tranżitorju tal-Fond ta’ Koezjoni fl-1 ta’ Jannar 2014;

(d)

75 % għar-reġjuni l-anqas żvilppati ta’ Stati Mambri barra dawk imsemmija fil-punti (b) u (c), u għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu 2007-2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza li iżda l-PDG tagħhom ikun ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(e)

60 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (d);

(f)

50 % għar-reġjuni l-aktar żviluppati barra dawk imsemmija fil-punt (d);

Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali taħt il-kooperazzjoni territorjali Ewropea m'għandhiex tkun ogħla minn 75 %.

Determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

3.   Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali fil-mira għal Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

85 % għall-Fond ta’ Koeżjoni:

(b)

85 % għar-reġjuni l-anqas żviluppati ta’ dawk l-Istati Membri li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu 2007 sa 2009 kien anqas minn 85 % tal-medja tal-UE-27 matul l-istess perjodu u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(c)

80 % għar-reġjuni l-anqas żviluppati ta’ Stati Membri barra dawk imsemmija fil-punt (b) eliġibbli għar-reġim tranżitorju tal-Fond ta’ Koezjoni fl-1 ta’ Jannar 2014;

(d)

75 % għar-reġjuni l-anqas żvilppati ta’ Stati Mambri barra dawk imsemmija fil-punti (b) u (c), u għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu 2007-2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza li iżda l-PDG tagħhom ikun ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(e)

60 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (d);

(f)

50 % għar-reġjuni l-aktar żviluppati barra dawk imsemmija fil-punt (d);

Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-programmi operazzjonali taħt il-kooperazzjoni territorjali Ewropea m'għandhiex tkun ogħla minn %.

Raġuni

Ir-rata ta’ kofinanzjament proposta ta’ 75 % għall-programmi operattivi fil-għan ta’ kooperazzjoni reġjonali Ewropej hija iktar baxxa minn dik għar-reġjuni inqas żviluppati taħt l-għan għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-livell ta’ finanzjament iktar baxx iwassal biex il-programmi tal-ETC ma jkunux attraenti f'dawn ir-reġjuni. Għalhekk, il-Kumitat tar-Reġjuni ma jaqbilx li l-programmi tal-ETC jiġu kofinanzjati b'inqas minn 75 %. Il-Kumitat huwa tal-fehma li m'hemm l-ebda raġuni għal tali distinzjoni u jitlob li l-livell ta’ kofinanzjament għaż-żewġ għanijiet ikun ta’ 85 %. Sabiex tinżamm il-kwalità tal-operazzjonijiet, il-kundizzjonijiet attwali stabbiliti mill-Artikolu 53(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 għandhom jinżammu kif ġej:

“3.   Għal programmi operattivi taħt l-objettiv Koperazzjoni Territorjali Ewropea li fih mill-inqas parteċipant wieħed jappartjeni lil Stat Membru li l-PGD medju tiegħu per capita, għall-perjodu 2001-2003 kien anqas minn 85 % tal-medja tal-UE 25 matul l-istess perjodu, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR m'għandhiex tkun aktar minn 85 % tan-nefqa eliġibbli. Għall-programmi operattivi l-oħra kollha, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR m'għandhiex tkun ogħla minn 75 % tan-nefqa eliġibbli kofinanzjata mill-FEŻR.

4.   Il-kontribuzzjoni mill-Fondi fil-livell ta’ assi prijoritarju m'għandhiex tkun suġġetta għal-livelli stabbiliti fil-paragrafu 3 u fl-Anness III. Madankollu, hija għandha tkun iffissata sabiex tiżgura l-konformità mal-ammont massimu ta’ kontribuzzjoni mill-Fondi u r-rata ta’ kontribuzzjoni massima għal kull Fond ffissat fil-livell tal-programm operattiv.”

Fl-istess ħin, il-Kumitat tar-Reġjuni ma jqisx li huwa adatt li r-rata massima ta’ kofinanzjament tiġi stabbilita fil-livell ta’ kull ass prijoritarju. Dan jagħmilha impossibbli li jkun hemm differenza bejn il-livelli ta’ kofinanzjament fi ħdan l-assi prijoritarji individwali sabiex id-destinatarji jsiru motivati biex iwettqu ċerti prijoritajiet strateġiċi.

Emenda 55

Artikolu 111(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Modulazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

(4)   il-kopertura ta’ żoni bi żvantaġġi naturali u demografiċi gravi u permanenti definiti kif ġej:

(a)

Stati Membri gżejjer eliġibbli taħt il-Fond ta’ Koeżjoni, u gżejjer oħra ħlief dawk fejn tkun tinsab il-belt kapitali ta’ Stat Membru jew li jkollhom kollegament fiss mal-kontinent.

(b)

żoni muntanjużi kif definiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(c)

żoni b'densità ta’ popolazzjoni baxxa (inqas minn 50 abitant kull kilometru kwadru) u baxxa ħafna (inqas minn 8 abitanti kull kilometru kwadru);

Modulazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

(4)   il-kopertura ta’ żoni bi żvantaġġi naturali u demografiċi gravi u permanenti definiti kif ġej:

(a)

Stati Membri gżejjer eliġibbli taħt il-Fond ta’ Koeżjoni, u gżejjer oħra ħlief dawk fejn tkun tinsab il-belt kapitali ta’ Stat Membru jew li jkollhom kollegament fiss mal-kontinent.

(b)

żoni muntanjużi kif definiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(c)

żoni b'densità ta’ popolazzjoni baxxa (inqas minn 50 abitant kull kilometru kwadru) u baxxa ħafna (inqas minn 8 abitanti kull kilometru kwadru);

Emenda 56

Artikolu 112(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu l-irregolaritajiet u għandhom jirkupraw l-ammonti li tħallsu indebitament, flimkien mal-imgħax fuq ħlasijiet li saru tard. Huma għandhom jgħarrfu b'dawn l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni, u għandhom iżommu lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress ta’ proċeduri amministrattivi u legali.

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu l-irregolaritajiet u għandhom jirkupraw l-ammonti li tħallsu indebitament, flimkien mal-imgħax fuq ħlasijiet li saru tard. Huma għandhom jgħarrfu b'dawn l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni, u għandhom iżommu lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress ta’ proċeduri amministrattivi u legali.

Raġuni

Ir-relatur jilqa' d-dettall addizzjonali fit-test tal-Kummissjoni, iżda ma jqisx li l-adozzjoni tal-mekkaniżmi tal-iskambju elettroniku tal-informazzjoni għandha tkun limitata għall-benefiċjarji pubbliċi.

Emenda 57

Artikolu 113

Test propost tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

   […]

5.   Għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, sakemm jiġi rispettat il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u l-awtorità ta’ verifika jistgħu jkunu parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku. Madankollu, għal dawk il-programmi operazzjonali li għalihom l-ammont totali ta’ sostenn mill-Fondi jaqbeż EUR 250 000 000, l-awtorità ta’ verifika ma tistax tkun parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku bħall-awtorità ta’ ġestjoni.

[…]

7.   L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni tista' tafda l-ġestjoni ta’ parti minn programm lil korp intermedju permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-korp intermedju u l-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni (“għotja globali”). Il-korp intermedju għandu jipprovdi garanziji tas-solvenza u l-kompetenza tiegħu fid-dominju kkonċernat kif ukoll il-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tiegħu.

 

   […]

5.   Għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, sakemm jiġi rispettat il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u l-awtorità ta’ verifika jistgħu jkunu parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku.

[…]

7.   L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni tista' tafda l-ġestjoni ta’ parti minn programm lil korp intermedju permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-korp intermedju u l-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni (“għotja globali”). Il-korp intermedju għandu jipprovdi garanziji tas-solvenza u l-kompetenza tiegħu fid-dominju kkonċernat kif ukoll il-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tiegħu.

Raġuni

Il-KtR iqis li jkun aktar mixtieq li tinżamm is-sistema attwali li skontha, anke għall-programmi ta’ aktar minn EUR 250 miljun, l-awtorità ta’ verifika tista' tkun tappartjeni għall-istess korp pubbliku bħall-awtorità ta’ ġestjoni.

Il-KtR iqis ukoll li l-garanziji meħtieġa m;għandhomx japplikaw għall-korpi intermedji li jkunu entitatjiet pubbliċi.

Emenda 58

Artikolu 114(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni

2.   Fir-rigward tal-ġestjoni tal-programm tal-programm, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:

a)

ssostni l-ħidma tal-kumitat għall-monitoraġġ u tipprovdih bl-informazzjoni li jeħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, b'mod partikolari dejta relatata mal-progress tal-programm operazzjonali fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu, dejta finanzjarja u dejta relatata ma’ indikaturi u għanijiet;

b)

tfassal u, wara approvazzjoni mill-kumitat għall-monitoraġġ, tissottometti lill-Kummissjoni rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali;

c)

tagħmel disponibbli lill-korpi intermedji u lill-benefiċjarji informazzjoni li hija rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet rispettivament;

d)

tistabbilixxi sistema sabiex tirreġistra u taħżen f'forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-verifika, inkluż dejta dwar parteċipanti individwali fl-operazzjonijiet fejn applikabbli;

e)

tiżgura li d-dejta msemmija fil-punt (d) tinġabar, tiġi rreġistrata u maħżuna fis-sistema, u li d-dejta fuq l-indikaturi titqassam skont is-sess fejn meħtieġ bl-Anness I tar-Regolament tal-FSE.

Il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni

2.   Fir-rigward tal-ġestjoni tal-programm tal-programm, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:

a)

ssostni l-ħidma tal-kumitat għall-monitoraġġ u tipprovdih bl-informazzjoni li jeħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, b'mod partikolari dejta relatata mal-progress tal-programm operazzjonali fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu, dejta finanzjarja u dejta relatata ma’ indikaturi u għanijiet;

b)

tfassal u, wara approvazzjoni mill-kumitat għall-monitoraġġ, tissottometti lill-Kummissjoni rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali;

c)

tagħmel disponibbli lill-korpi intermedji u lill-benefiċjarji informazzjoni li hija rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet rispettivament;

d)

tistabbilixxi sistema sabiex tirreġistra u taħżen f'forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-verifika;

e)

tiżgura li d-dejta msemmija fil-punt (d) tinġabar, tiġi rreġistrata u maħżuna fis-sistema, u li d-dejta fuq l-indikaturi titqassam skont is-sess fejn meħtieġ bl-Anness I tar-Regolament tal-FSE.

Raġuni

Fil-fehma tagħna huwa importanti li tinżamm l-informazzjoni rilevanti dwar l-operazzjonijiet li tista' tkun utli għal diversi raġunijiet, pereżempju relatata mal-litigazzjoni.

Emenda 59

Artikolu 117

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Akkreditazzjoni u rtirar tal-akkreditazzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

1.   Il-korp ta’ akkreditazzjoni għandu jadotta deċiżjoni formali sabiex jakkredita dawk l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 142.

2.   Id-deċiżjoni formali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi bbażata fuq rapport u opinjoni ta’ korp ta’ verifika indipendenti li jivvaluta s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, inkluż ir-rwol ta’ korpi intermedji fiha, u l-konformità tagħha mal-Artikoli 62, 63, 114 u 115. Il-korp ta’ akkreditazzjoni għandu jqis jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-programm humiex simili għal dawk fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, kif ukoll kwalunkwe evidenza tal-funzjonament effettiv tagħhom.

3.   L-Istat Membru għandu jissottometti d-deċiżjoni formali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni li tadotta l-programm.

4.   Fejn l-ammont totali ta’ sostenn mill-Fondi għal programm jaqbeż EUR 250 000 000 il-Kummissjoni tista' titlob, fi żmien xahrejn mill-wasla tad-deċiżjoni formali msemmija fil-paragrafu 1, ir-rapport u l-opinjoni tal-korp indipendenti tal-verifika u d-deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ dawn id-dokumenti.

Fid-deċiżjoni tagħha dwar jekk titlobx dawk id-dokumenti, il-Kummissjoni għandha tqis jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-programm humiex simili għal dawk fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, jekk l-awtorità ta’ ġestjoni twettaqx ukoll il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, u kwalunkwe evidenza tal-funzjonament effettiv tagħhom.

   

   

   

   

Raġuni

L-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ġestjoni u verifika prevista mill-Proposta ġiet irrifjutata. L-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni mill-Istati Membri hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-UE. F’ċerti Stati Membri, l-akkreditazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat minn awtoritajiet oħra tal-Istat m'għandhiex bażi fil-liġi amministrattiva u taffettwa s-sovranità organizzattiva tal-Istati Membri.

Emenda 60

Artikolu 118, paragrafu ġdid 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ verifika

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ verifika

   

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jipproponi li jerġa' jiddaħħal l-Artikolu preċedenti Artikolu 74(1) tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għall-finijiet ta’ semplifikazzjoni fil-qasam tal-proporzjonalità tal-kontrolli.

Emenda 61

Artikolu 121(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-applikazzjonijiet għall-ħlas

1.   L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jinkludu, għal kull assi prijoritarju:

a)

l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji f'operazzjonijiet implimentattivi, kif irreġistrati fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni;

b)

l-ammont totali ta’ sostenn pubbliku mħallas f'operazzjonijiet implimentattivi, kif irreġistrati fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni;

c)

is-sostenn pubbliku eliġibbli korrispondenti li ġie mħallas lill-benefiċjarju, kif irreġistrat fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.

L-applikazzjonijiet għall-ħlas

1.   L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jinkludu, għal kull assi prijoritarju:

a)

l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji f'operazzjonijiet implimentattivi, kif irreġistrati fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni;

b)

l-ammont totali ta’ sostenn pubbliku mħallas f'operazzjonijiet implimentattivi, kif irreġistrati fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni;

Raġuni

Il-KtR iqis li d-data dwar l-ammont ta’ appoġġ pubbliku mħallas lill-benefiċjarji m'għandhiex tiġi inkluża fit-talba għall-ħlasijiet lill-Kummissjoni. Il-Kumitat jipproponi għalhekk semplifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

Emenda 62

Artikolu 124(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ħlas ta’ prefinanzjament

1.   L-ammont ta’ prefinanzjament għandu jitħallas fi ħlasijiet parzjali kif ġej:

a)

fl-2014: 2 % tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali;

b)

fl-2015: 1 % tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali;

c)

fl-2016: 1 % tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali.

Jekk programm operazzjonali jiġi adottat fl-2015 jew aktar tard, il-ħlasijiet preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni.

Ħlas ta’ prefinanzjament

1.   L-ammont ta’ prefinanzjament għandu jitħallas fi ħlasijiet parzjali kif ġej:

a)

fl-2014: 2 % tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali;

b)

fl-2015:  % tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali;

c)

fl-2016:  % tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali.

Jekk programm operazzjonali jiġi adottat fl-2015 jew aktar tard, il-ħlasijiet preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni.

Raġuni

Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jiġu mitluba jħallsu lill-benefiċjarji qabel ma jitolbu r-rimborż mill-Kummissjoni. Din id-dispożizzjoni tirrikjedi madanakollu flessibbiltà kbira fis-sistema tal-pagamenti biex l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkollhom riżorsi biżżejjed biex jipprovdu s-somom li jitolbu l-benefiċjarji. Il-Kumitat jitlob għalhekk żieda fir-riżorsi proposti mill-Kummissjoni li tista' tnaqqas id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ċerti Stati Membri matul il-kriżijiet f'termini ta’ kontropartijiet pubbliċi nazzjonali.

Emenda 63

Artikolu 128(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-kontijiet annwali ċertifikati għal kull programm għandhom ikopru s-sena ta’ kontabbiltà u għandhom jinkludu fil-livell ta’ kull assi prijoritarju:

(a)

l-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli rreġistrat fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni bħala mħallsa mill-benefiċjarji fl-operazzjonijiet implimentattivi u s-sostenn pubbliku eliġibbli korrispondenti li jkun tħallas u l-ammont totali ta’ sostenn pubbliku mħallas f'operazzjonijiet implimentattivi;

(b)

l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena fiskali, l-ammonti rkuprati skont l-Artikolu 61 u l-ammonti irrekuperabbli;

(c)

għal kull assi prijoritarju, il-lista ta’ operazzjonijiet li jkunu tlestew matul is-sena ta’ kontabbiltà li ġew sostnuti mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni;

(d)

għal kull assi prijoritarju, rikonċiljazzjoni bejn in-nefqa ddikjarata skont il-punt (a) u n-nefqa ddikjarata fir-rigward tal-istess sena ta’ kontabbiltà f'applikazzjonijiet għall-ħlas, akkompanjati minn spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenza.

    Il-kontijiet annwali ċertifikati għal kull programm għandhom ikopru s-sena ta’ kontabbiltà u għandhom jinkludu fil-livell ta’ kull assi prijoritarju:

(a)

l-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli rreġistrat fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni bħala mħallsa mill-benefiċjarji fl-operazzjonijiet implimentattivi u s-sostenn pubbliku eliġibbli korrispondenti li jkun tħallas u l-ammont totali ta’ sostenn pubbliku mħallas f'operazzjonijiet implimentattivi;

(b)

l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena fiskali, l-ammonti rkuprati skont l-Artikolu 61 u l-ammonti irrekuperabbli;

(c)

għal kull assi prijoritarju, il-lista ta’ operazzjonijiet li jkunu tlestew matul is-sena ta’ kontabbiltà li ġew sostnuti mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni;

(d)

għal kull assi prijoritarju, rikonċiljazzjoni bejn in-nefqa ddikjarata skont il-punt (a) u n-nefqa ddikjarata fir-rigward tal-istess sena ta’ kontabbiltà f'applikazzjonijiet għall-ħlas, akkompanjati minn spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenza.

Raġuni

Ikun utli jekk, bħal fil-każ tal-perjodu attwali ta’ programmar, is-saldu annwali tal-kontijiet jibqa' għażla fakultattiva li tittieħed mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni nnifisha. Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 75 mhux faċli li jintlaħaq peress li huwa qasir wisq.

Emenda 64

Artikolu 134

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sospensjoni tal-pagamenti

1.   Il-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom fil-livell ta’ assi prijoritarji jew ta’ programmi operazzjonali jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni meta:

a)

ikun hemm nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali li fir-rigward tiegħu ma jkunux ittieħdu miżuri ta’ korrezzjoni;

b)

in-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa tkun marbuta ma’ irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun ġiet ikkoreġuta;

c)

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jirrimedja s-sitwazzjoni u b'hekk ħoloq interruzzjoni taħt l-Artikolu 74;

d)

ikun hemm nuqqas serju fil-kwalità u fl-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ jew tad-dejta dwar l-indikaturi komuni u speċifiċi;

e)

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjonijiet stipulati fil-programm operazzjonali fir-rigward tas-sodisfazzjoni tal-kundizzjonijiet ex ante;

f)

minn reviżjoni ta’ prestazzjoni jirriżultaw provi li f'xi assi ta’ prijorità ma ntlaħqux l-istadji importanti stipulati fil-qafas ta’ prestazzjoni;

g)

l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi jew ma jirrispondix b'mod sodisfaċenti skont l-Artikolu 20(5);

h)

ikun japplika wieħed mill-każijiet stipulati fl-Artikolu 21(6)(a) to (e).

2.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta’ atti implimentattivi, li tissospendi l-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom, wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet interim kollha jew ta’ parti minnhom meta l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa li jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni.

Sospensjoni tal-pagamenti

1.   Il-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom fil-livell ta’ assi prijoritarji jew ta’ programmi operazzjonali jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni meta:

a)

ikun hemm nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali li fir-rigward tiegħu ma jkunux ittieħdu miżuri ta’ korrezzjoni;

b)

in-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa tkun marbuta ma’ irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun ġiet ikkoreġuta;

c)

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jirrimedja s-sitwazzjoni u b'hekk ħoloq interruzzjoni taħt l-Artikolu 74;

d)

ikun hemm nuqqas serju fil-kwalità u fl-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ;

   

   

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li l-prinċipju tas-suspensjoni tal-ħlasijiet interim jew parti minnhom min-naħa tal-Kummissjoni huwa ġustifikat biss f'każijiet gravi ta’ nuqqas ta’ konformità mas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll.

Emenda 65

Artikolu 140(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kontroll proporzjonali tal-programmi operazzjonali

1.   L-operazzjonijiet li fir-rigward tagħhom in-nefqa totali eliġibbli ma taqbiżx EUR 100 000 m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn verifika waħda mill-awtorità ta’ verifika jew mill-Kummissjoni qabel l-għeluq tan-nefqa kollha kkonċernata skont l-Artikolu 131. Operazzjonijiet oħra m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn verifika waħda f'kull sena ta’ kontabilità, mill-awtorità ta’ verifika u mill-Kummissjoni qabel l-għeluq tan-nefqa kollha kkonċernata skont l-Artikolu 131. Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

Kontroll proporzjonali tal-programmi operazzjonali

1.   L-operazzjonijiet li fir-rigward tagħhom in-nefqa totali eliġibbli ma taqbiżx EUR 0000 m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn verifika waħda qabel l-għeluq tan-nefqa kollha kkonċernata skont l-Artikolu 131. Operazzjonijiet oħra m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn verifika waħda f'kull sena ta’ kontabilità , qabel l-għeluq tan-nefqa kollha kkonċernata skont l-Artikolu 131. Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

Raġuni

Biex tiġi żgurata proporzjonalità ġenwina fil-qasam tal-kontroll tal-programmi operattivi, il-Kumitat qed jipproponi li l-interventi li għalihom l-ispiża totali eliġibbli ma taqbiżx l-EUR 250 000 ma jiġux soġġetti għal aktar minn verifika waħda.

Emenda 66

ANNESS IV

Kondizzjonalità – Kundizzjonijiet ex ante

Kundizzjonijiet ex ante tematiċi punti 1, 2, 3, 6, 7, 8, 9, 10, 11

Objettivi tematiċi

Kondizzjonalità ex ante

Il-kriterji għall-adempjiment

1.

It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni ( l-għan għar-R&Ż )

(imsemmija fl-Artikolu 9(1))

1.1.

Riċerka u innovazzjoni: L-eżistenza ta’ nazzjonali jew reġjonali r-riċerka u l-innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti b'konformità mal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali, biex tiġi sfruttata n-nefqa privata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, li tikkonforma mal-karatteristiċi ta’ sistemi ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali bi prestazzjoni tajba (3).

Ikun hemm ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti li:

tkun imsejsa fuq analiżi SWOT biex jiġu kkonċentrati r-riżorsi fuq sett limitat ta’ prijoritajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ;

tagħti deskrizzjoni ġenerali ta’ miżuri għall-istimulazzjoni tal-investiment RTD;

tinkludi sistema ta’ monitoraġġ u reviżjoni.

Stat Membru adotta qafas li jiddeskrivi b'mod ġenerali r-riżorsi tal-baġit disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni;

2.

It-titjib tal-aċċessibbiltà għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-użu u l-kwalità tagħhom ( L-għan tal-Broadband )

(imsemmija fl-Artikolu 9(2))

2.1.

Tkabbir digitali: L-eżistenza fi ħdan l-innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti takapitolu espliċitu għat-tkabbir diġitali biex tiġi stimulata d-domanda għal servizzi privati u pubbliki li jintlaħqu mill-but ta’ kulħadd, ta’ kwalità tajba u interoperabbli, megħjuna mill-ICT u biex ikun hemm żieda fl-għażla tagħhom miċ-ċittadini, inklużi gruppi vulnerabbli, negozji u amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll inizjattivi transkonfinali.

Ikun hemm kapitolu dwar it-tkabbir diġitali fi ħdan ta’ innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti li jkun fih:

l-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta’ azzjonjiet permezz ta’ analiżi SWOT imwettqa b'allinjament mat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (4);analiżi tal-appoġġ għall-ibbilanċjar fir-rigward tad-domanda u l-provvista ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) li kellhom jitwettqu;

evalwazzjoni tal-ħtiġijiet biex jissaħħaħ il-bini tal-kapaċità tal-ICT.

2.2.

Infrastrutturi ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA): L-eżistenza ta’ Pjanijiet nazzjonali ta’ NGA (“Next Generation Access”) li jqisu l-azzjonijiet reġjonali sabiex jilħqu l-miri tal-UE għal aċċess għall-Internet veloċi ħafna (5), b'konformità mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, u biex jipprovdu servizzi aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli.

Ikun hemm pjan NGA nazzjonali jkun fih:

pjan ta’ investimenti ta’ infrastruttura permezz tal-aggregazzjoni tad-domanda u kartografija tal-infrastruttura u s-servizzi, li jiġi aġġornat regolarment;

mudelli ta’ investiment sostenibbli li jsaħħu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal infrastrutturi u servizzi miftuħa, li jilħqu l-but ta’ kulħadd, ta’ kwalità u li jkunu validi anke fil-ġejjieni;

miżuri biex jiġi stimulat l-investiment privat.

3.

It-tisħiħ tal-kompetittività ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

(imsemmija fl-Artikolu 9(3))

3.1.

Twettqu azzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) u għar-Reviżjoni tiegħu tat-23 ta’ Frar 2011 (6) inkluż il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”.

Dawn l-azzjonijiet speċifiċi jinkludu:

mekkaniżmu ta’ monitoraġġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-SBA inkluż korp inkarigat mill-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet tal-SMEs fil-livelli amministrattivi differenti (“Rappreżentant tal-SMEs”);

miżuri biex iż-żmien biex jiġu stabbiliti negozji jitnaqqas għal 3 ijiem tax-xogħol u l-ispiża titnaqqas sa EUR 100;

miżuri biex iż-żmien meħtieġ biex jiġu akkwistati liċenzji u permessi biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ impriża jitnaqqas għal 3 xhur;

mekkaniżmu għall-valutazzjoni sistematika tal-impatt tal-leġiżlazzjoni fuq l-SMEs .

3.2.

Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva (2011/7/UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (7).

Traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (sas-16 ta’ Marzu 2013).

6.

Il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi

(imsemmijin fl-Artikolu 9(6))

6.1.

Is-settur tal-ilma: L-eżistenza ta’ a) politika tal-ipprezzar tal-ilma li tiżgura inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi tal-ilma b'mod effiċjenti u b) kontribuzzjoni adegwata tal-użu differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (8).

Stat Membru żgura li jkun hemm kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma biex jirkupra l-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma skont is-settur skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE .

L-adozzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara għad-distrett tal-baċir tax-xmara fejn se jseħħu l-investimenti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (9).

6.2.

Is-settur tal-iskart: Implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (10), b'mod partikolari l-iżvilupp ta’ pjanijiet tal-ġestjoni tal-iskart skont id-Direttiva u skont il-klassifikazzjoni tal-iskart.

Stat Membru ħejja rapport għall-Kummissjoni dwar il-progress li qed isir lejn l-għanijiet tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE, ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet u l-azzjonijiet li hemm il-ħsieb li jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet;

Stat Membru żgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jistabbilixxu, skont l-Artikoli 1, 4, 13 u 16 tad-Direttiva 2008/98/KE, pjan wieħed jew aktar għall-ġestjoni tal-iskart kif meħtieġ mill-Artikolu 28 tad-Direttiva;

Mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2013, Stat Membru stabbilixxa, skont l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart, kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tad-Direttiva;

Stat Membru ħa l-miżuri meħtieġa biex jikseb l-għan tal-2020 dwar l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE.

7.

Il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ toroq li jidjiequ f'netwerks infrastrutturali prinċipali:

(imsemmija fl-Artikolu 9(7))

7.1.

Triq:prijoritizzazzjoni xierqa ta’ investimenti fil-qalba tan-Netwerk Ewropew tal-Infrastruttura tat-Trasport (TEN-T), fin-netwerk komprensiv (investimenti oħra għajr it-TEN-T ewlieni) u fil-konnettività sekondarja (inkluż it-trasport pubbliku fil-livell reġjonali u lokali).

Ikun hemm pjan tat-trasport komprensiv li jinkludi:

prijoritizzazzjoni ta’ investimenti fin-netwerk TEN-T ewlieni, fin-netwerk komprensiv u fil-konnettività sekondarja. Il-prijoritizzazzjoni għandha tqis il-kontribuzzjoni tal-investimenti fil-mobilità, fis-sostenibbiltà, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra u l-kontribut għaż-żona tat-trasport Unika Ewropea;

sensiela ta’ proġetti realistiċi (inklużi skeda ta’ tqassim biż-żmien, il-qafas tal-baġit);

evalwazzjoni ambjentali strateġika li tissodisfa r-rekwiżiti legali għall-pjan tat-trasport;

miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta’ benefiċjarji li jwettqu sensiela ta’ proġetti.

7.2.

Ferrovija: kif xieraq l-investimenti fil-qalba tan-netwerk tan-Netwerk Trans Ewropew tal-Infrasruttura tat-Trasport (TEN-T), fin-netwerk komprensiv (investimenti oħra barra minn dawk fil-qalba tat-TEN-T) u fil-konnettività sekondarja tas-sistema tal-ferrovija skont il-kontributi fil-mobilità, fis-sostenibilità, fl-effetti wiesa' tan-netwerk nazzjonali u Ewropew. L-investimenti jkopru assi mobbli u l-interoperabilità u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

Ikun hemm kapitolu dwar l-iżvilupp tal-ferroviji li jinkludi:

1.

sensiela ta’ proġetti realistiċi (inkluż skeda ta’ tqassim skont iż-żmien, qafas tal-baġit);

2.

evalwazzjoni ambjentali strateġika li tissodisfa r-rekwiżiti legali għall-pjan tat-trasport;

3.

miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta’ benefiċjarji li jwettqu sensiela ta’ proġetti.

8.

Il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall- mobiltà fix-xogħol

(L-għan tal-impjieg)

(imsemmi fl-Artikolu 9(8))

8.1.

Aċċess għax-xogħol għal dawk li jfittxuh u għal persuni bla xogħol, inklużi inizjattivi lokali dwar l-impjegar u appoġġ għall-mobilità fix-xogħol. Jitfasslu u jitwettqu politiki ta’ suq tax-xogħol attiv skont il-linji gwida dwar l-Impjegar u l-Linji gwida Ġenerali dwar il-politika fil-qasam tal-ekonomija tal-Istati Membri tal-Unjoni (11) fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jippermettu li jinħoloq ix-xogħol;

Is-servizzi tal-impjieg ikollhom il-kapaċità li jwettqu u jwasslu:

servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol;

informazzjoni trasparenti u sistematika dwar postijiet tax-xogħol battala.

Is-servizzi tal-impjieg stabbilixxew netwerks ma’ min iħaddem u mal-istituzzjonijiet edukattivi.

8.2.

Impjieg indipendenti, intraprenditorija u ħolqien tan-negozju: li jkun hemm strateġija komprensiva għal għajnuna komprensiva biex wieħed jibda negozju skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (12) u b'koerenza mal-linjigwida dwar l-Impjiegi u l-Linji Gwida Ġenerali' dwar il-politika fil-qasam tal-ekonomija tal-Istati Membri tal-Unjoni (13) fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jippermettu li jinħoloq ix-xogħol.

Ikun hemm strateġija komprensiva u inklużiva fis-seħħ li tinkludi:

miżuri biex iż-żmien biex jiġu stabbiliti negozji jitnaqqas sa tliet ijiem tax-xogħol u l-ispiża titnaqqas sa EUR 100;

miżuri biex iż-żmien meħtieġ biex jiġu akkwistati liċenzji u permessi biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ impriża jitnaqqas għal tliet xhur;

azzjonjiet marbuta ma’ servizzi adattati tal-iżvilupp tan-negozju u servizzi finanzjarji (aċċess għall-kapital) inkluż l-involviment ta’ gruppi u żoni żvantaġġjati.

8.3.

Modernizzazzjoni u tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-swieq tax-xogħol, inklużi l-azzjonijiet biex tittejjeb il-mobilità transnazzjonali tax-xogħol  (14) .

Labour market institutions are modernised and strengthened in accordance with the Employment Guidelines;

Reforms of labour market institutions will be preceded by a clear strategy and ex ante assessment including the gender dimension

Azzjonijiet biex jiġu rriformati s-servizzi tal-impjieg, bil-għan li tingħatalhom il-kapaċità li jwasslu (15):

servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol;

informazzjoni trasparenti u sistematika dwar opportunitajiet ġodda tax-xogħol aċċessibbli fil-livell tal-Unjoni.

Ir-riforma tas-servizzi tal-impjieg se tinkludi l-ħolqien ta’ netwerks ma min iħaddem u mal-istituzzjonijiet edukattivi.

8.4.

Xjuħija attiva u b'saħħitha: Politiki għal xjuħija attiva jiġu mfassla u mwassla skont il-Linji Gwida tal-Impjiegi (16)

Azzjonijiet biex jinkisbu riżultati fl-isfidi ta’ xjuħija attiva u b'saħħitha (17):

Il-partijiet interessati kollha rilevanti huma involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki dwar xjuħija attiva;

8.5.

Adattamet ta’ ħaddiema, impriżi u intraprendituri għall-bidla: L-eżistenza ta’ politiki bil-għan li jiffavorixxu l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tajba tal-bidla u r-ristrutturar fil-livelli rilevanti kollha (nazzjonali, reġjonali, lokali u settorjali) (18).

Ikun hemm fis-seħħ strumenti effettivi li jappoġġjaw lill-imsieħba soċjali u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu żviluppati metodi proattivi lejn il-bidla u r-ristrutturar.

9.

L-investiment fil-ħiliet, fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja (L-għan tal-edukazzjoni)

(imsemmi fl-Artikolu 9(10)

9.1.

Tluq bikri mill-iskola: L-eżistenza ta’ strateġija komprensiva biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola (ESL) skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar politika biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (19).

Ikun hemm sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni dwar l-ESL f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali li:

tipprovdi bażi ta’ evidenza suffiċjenti biex jiġu żviluppati politiki ffukati;

tintuża sistematikament biex isir monitoraġġ tal-iżviluppi fil-livell rispettiv.

Ikun hemm strateġija dwar l-ESL hija li:

tkun imsejsa fuq l-evidenza;

prevenzjoni, ta’ intervent u ta’ ;

tistabbilixxi objettivi li jkunu konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar politiki sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola;

tolqot is-setturi kollha, u tinvolvi u tikkordina s-setturi tal-politika u l-partijiet interessati kollha li huma rilevanti biex jindirizzaw l-ESL.

9.2.

L-edukazzjoni għolja: L-eżistenza ta’ nazzjonali jew reġjonali biex jiżdiedu l-kisbiet, il-kwalità u l-effiċjenza fl-edukazzjoni terzjarja skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2006 dwar il-kisba ta’ riżultati tal-aġenda ta’ modernizzazzjoni għall-universitajiet: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni (20).

Ikun hemm nazzjonali jew reġjonali għall-edukazzjoni terzjarja hija li tinkludi :

miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-kisba li:

ittejjeb il-gwida pprovduta lil studenti prospettivi;

iżżid il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja fost il-gruppi bi dħul baxx u gruppi oħra li mhumiex rappreżentati biżżejjed.

iżżid il-parteċipazzjoni ta’ studenti adulti;

(fejn meħtieġ) tnaqqas ir-rati tat-tluq mill-iskola/ittejjeb ir-rati ta’ studenti li jibqgħu sal-aħħar u jispiċċaw l-iskola;

miżuri biex tiżdied il-kwalità li:

tinkoraġġixxi kontenut u tfassil ta’ programmi innovattivi;

tippromwovi standards għoljin ta’ kwalità fit-tagħlim;

miżuri biex tiżdied l-impjegabiltà u l-intraprenditorija li:

jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ “ħiliet trasversali”, inkluż l-intraprenditorija fil-programmi kollha ta’ edukazzjoni ogħla;

inaqqsu d-differenzi bejn is-sessi f'termini ta’ għażliet akkademiċi u vokazzjonali u jinkoraġġixu lill-istudenti sabiex jagħżlu karrieri f'setturi fejn mhumiex rappreżentati biżżejjed sabiex titnaqqas is-segregazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol.

jiżguraw tagħlim infurmat permezz ta’ għarfien minn riċerka u żviluppi fil-prattiki tan-negozju.

9.3.

It-tagħlim tul il- ħajja: L-eżistenza ta’ qafas ta’ politika nazzjonali u/jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja f'konformità mal-gwida tal-politika fuq livell tal-UE (21).

Ikun hemm qafas ta’ politika nazzjonali jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja li jinkludi:

miżuri għall-appoġġ tal-implimentazzjoni u t-titjib tal-ħiliet għat-tagħlim tul il-ħajja (LLL) u l-involviment ta', u s-sħubija ma’ partijiet interessati, inklużi l-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

miżuri biex jitwasslu b'effettività l-iżvilupp ta’ ħiliet għal żgħażagħ f'taħriġ vokazzjonali, adulti, nisa li jirritornaw fis-suq tax-xogħol, ħaddiema bi ftit kwalifiki u ħaddiema ikbar fl-età, u gruppi oħra żvantaġġjati;

miżuri biex iwessgħu l-aċċess għal-LLL (“Life-Long Learning”) anki permezz tal-implimentazzjoni effettiva tal-għodod ta’ trasparenza (Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki, Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, Assigurazzjoni Ewropea tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali) u l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-servizzi ta’ tagħlim tul il-ħajja (gwida għall-edukazzjoni u t-taħriġ, validazzjoni);

miżuri biex tittejjeb ir-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ u biex tiġi adattata għall-ħtiġijiet ta’ gruppi identifikati.

10.

Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar ( l-għan dwar il-faqar )

(imsemmi fl-Artikolu 9(9))

10.1.

Inklużjoni attiva

Integrazzjoni ta’ komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma:

L-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ strateġija għat-tnaqqis tal-faqar

Ikun hemm strateġija għat-tnaqqis tal-faqar li:

tkun imsejsa fuq l-evidenza. Din teħtieġ sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni li tipprovdi prova biżżejjed sabiex jiġu żviluppati politiki għat-tnaqqis tal-faqar. Din is-sistema tintuża sabiex tissorvelja l-iżviluppi;

tkun konformi mal-għan tal-esklużjoni nazzjonali tal-faqar u soċjali (kif definit fl-NRP), li jinkludi l-estensjoni tal-opportunitajiet ta’ impjiegi għal gruppi żvantaġġjati;

turi li l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati rilevanti huma involuti fit-tfassil tal-inklużjoni attiva;

tindika b'mod ċar il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha.

Hemm fis-seħħ strateġija nazzjonali għall-inklużjoni tar-Roma skont il-Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma (23).

Ikun hemm strateġija tal-inklużjoni tar-Roma li:

tistabbilixxi objettivi għall-integrazzjoni tar-Roma biex titnaqqas id-diskrepanza bejn ir-Roma u l-popolazzjoni ġenerali. Bħala minimu, dawn l-objettivi għandhom jindirizzaw għanijiet tal-UE għall-integrazzjoni tar-Roma marbuta mal-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni.

tkun koerenti mal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma;

tidentifika, fejn ikun , dawk żvantaġġjati jew iż-żoni residenzjali ssegregati, fejn il-komunitajiet huma l-iktar imċaħħda, bl-użu ta’ indikaturi soċjoekonomiċi u territorjali diġà disponibbli (jiġifieri livell baxx ħafna ta’ edukazzjoni, qgħad persistenti, etc.)

tinkludi metodi stretti ta’ monitoraġġ li jevlawaw l-impatt tal-azzjonijiet għall-integrazzjoni tar-Roma u mekkaniżmu ta’ reviżjoni għall-adattazzjoni tal-istrateġija.

tkun imfassla, implimentata u sorveljata b'kooperazzjoni mill-qrib u bi djalogu kontinwu mas-soċjetà ċivili tar-Roma, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali.

Il-partijiet interessati rilevanti jiġu pprovduti bl-appoġġ għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ proġetti u għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti magħżula

Il-provvista ta’ appoġġ għal partijiet interessati rilevanti fl-aċċess għall-Fondi.

 

10.2.

Is-saħħa: L-eżistenza ta’ nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li tiżgura aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità u s-sostenibbiltà ekonomika.

Ikun hemm strateġija nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li:

Ikun ifha miżuri koordinati biex jitjieb l-aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità;

ikun fiha miżuri biex tiġi stimulata l-effiċjenza fis-settur tas-saħħa, inkluż permezz tal-użu innovattiv ta': teknoloġiji, mudelli għat-għoti ta’ servizzi u l-infrastruttura;

tinkludi sistema ta’ monitoraġġ u reviżjoni.

Stat Membru jew reġjun adotta qafas li jiddeskrivi riżorsi baġitarji disponibbli għall-kura tas-saħħa.

11.

It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti

(imsemmi fl-Artikolu 9(11))

L-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri:

L-eżistenza ta’ strateġija għar-rinfurzar tal-effiċjenza amministrattiva tal-Istat Membru inkluż ir-riforma amministrattiva pubblika (24)

Ikun hemm strateġija għar-rinfurzar tal-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri u fil-proċess tal-implimentazzjoni tagħha (25) l-istrateġija tkun tinkludi:

analiżi u ppjanar strateġiku ta’ azzjonijiet ta’ riforma legali, organizzattivi u/jew proċedurali;

l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ġestjoni ta’ kwalità;

azzjonijiet integrati għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi;

l-żvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u politiki fil-qasam tar-risorsi umani fir-rigward tat-tisħiħ tal-kompetenzi u tar-risorsi; (ma ġietx tradotta fid-dokument tal-Kummissjoni);

the development of skills at all levels; (ma ġietx tradotta fid-dokument tal-Kummissjoni);

the development of procedures and tools for monitoring and evaluation. (ma ġietx tradotta fid-dokument tal-Kummissjoni)


Kondizzjonalità – Kundizzjonijiet ex ante

Kundizzjonijiet ex ante tematiċi punti 2 u 5

Objettivi tematiċi

Kondizzjonalità ex ante

Il-kriterji għall-adempjiment

2.

L-ugwaljanza bejn is-sessi

L-eżistenza ta’ strateġija għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħha.

L-implimentazzjoni effettiva u l-applikazzjoni ta’ strateġija għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun żgurata permezz ta':

sistema għall-ġbir u l-analiżi ta’ dejta u indikaturi maqsuma skont is-sess u biex tiżviluppa politiki dwar is-sess ibbażati fuq il-provi;

pjan u kriterji ex-ante għall-integrazzjoni tal-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi ;

Mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni inkluż l-involviment ta’ korp dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kompetenzi rilevanti biex jiġu abbozzati, immonitorjati u evalwati l-interventi.

5.

Għajnuna mill-Istat

L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat

L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu żgurati permezz ta':

arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat;

miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

Raġuni

L-għan tal-emendi proposti huwa li t-test jitqassar għax il-proposta tal-Kummissjoni tidher wisq tqila u dettaljata, b'mod partikolari fil-parti dwar il-kriterji għall-adempjiment.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Opinioni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Inkejlu l-progress lil hinn mill-PDG” (CdR 163/2010 fin).

(2)  Ref. Miri ewlenin tal-UE2020.

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni (COM(2010) 546 finali tas-6.10.2010). L-impenji 24/25 u l-Anness I “Għodda għall-awtoevalwazzjoni: Karatteristiċi ta’ sistemi ta’ innovazzjoni u ta’ riċerka nazzjonali u reġjonali bi prestazzjoni tajba”. Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività: Konklużjonijiet dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni għall-Ewropa (doc. 17165/10 tas-26.11.2010).

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010) 245 final/2 tas-26.8.2010); Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Scoreboard tal-Aġenda Diġitali (SEC(2011) 708 tal-31.5.2011). Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (doc. 10130/10 tas-26 ta’ Mejju 2010)

(5)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010) 245 finali/2 tas-26.8.2010); Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali (SEC(2011) 708 tal-31.5.2011).

(6)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir - Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa– COM(2008) 394 tat-23.6.2008); Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività: Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir - Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa (dok. 16788/08, 1.12.2008); Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Reviżjoni tal- “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa(COM(2008) 78 final, 23.2.2011); Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività: Konklużjonijiet dwar ir-Reviżjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (doc. 10975/11 tat-30.5.2011).

(7)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.

(8)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(10)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(11)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2010/410/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, ĠU L 191, tat-23.07.2010, p. 28).

(12)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir - Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa– COM(2008) 394 tat-23.6.2008); Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività: Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir - Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa (dok. 16788/08, 1.12.2008); Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Reviżjoni tal- “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa(COM(2008) 78 finali, 23.2.2011); Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività: Konklużjonijiet dwar ir-Reviżjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (doc. 10975/11 tat-30.5.2011).

(13)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2010/410/UE) tat-13 ta’ Lulju 2010, ĠU L 191, 23.07.2010. p. 28

(14)  Jekk tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’ kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta’ kemm ġiet onorata tqis l-ewvalwazzjoni tal-progress magħmul fl-onorar tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż.

(15)  L-iskadenzi biex ikun hemm riżultati fl-elementi kollha mniżżla hawn jistgħu jiġu stabbiliti matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm.

(16)  Jekk tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’ kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta’ kemm qed tiġi onorata tagħha se tqis l-evalwazzjoni tal-progress magħmul fl-oneru tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż.

(17)  L-iskadenzi biex ikun hemm riżultati fl-elementi kollha f'dik is-sezzjoni jistgħu jiġu stabbiliti matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm.

(18)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Impenn kondiviż favur l-impjegar COM(2009)257 finali.

(19)  ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1.

(20)  COM (2006) 208 finali [(Li għandha tiġi sostitwita bil-Komunikazzjoni li ġejja sat-tmiem ta’ Settembru 2011)]

(21)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (2009/C 119/02)

(22)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol (ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11).

(23)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020. COM (2011) 173.

(24)  Jekk tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’ kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta’ kemm qed tiġi onorata tqis l-evalwazzjoni tal-progress magħmul fl-onorar tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż.

(25)  L-iskadenzi għall-kisba tal-elementi kollha f'dik is-sezzjoni jistgħu jiskadu matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/114


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”

2012/C 225/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

juri li l-konċentrazzjoni tematika eċċessiva tillimita l-għażliet strateġiċi u jitlob li jkun hemm flessibbiltà akbar biex tkompli tissaħħaħ il-kompetittività reġjonali;

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-kontenut u l-ambitu tal-prijoritajiet ta’ investiment individwali aktar flessibbli fil-kuntest ta’ djalogu mal-Istati Membri u r-reġjuni fuq il-bażi ta’ każ b’każ;

jilqa’ l-indikaturi komuni iżda jara li għad hemm bżonn ta’ titjib;

huwa tal-fehma li r-riżorsi tal-FEŻR għandhom ikunu flessibbli u jintużaw mingħajr ma jkun hemm preferenzi jew diskriminazzjoni rigward tipi partikolari ta’ żoni, filwaqt li jitqiesu t-tipi kollha ta’ żoni urbani, rurali u funzjonali;

jissuġġerixxi li tiġi żgurata rabta aħjar bejn l-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali billi jkun hemm interfaċċji u punti ta’ konnessjoni fiż-żewġ programmi;

jenfasizza li l-lista ta’ bliet fejn għandhom jiġu implimentati azzjonijiet għal żvilupp urban sostenibbli għandha tkun indikattiva u għandha tinħadem fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq il-bażi ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet. Ir-reġjuni għandhom ikunu jistgħu jadottaw b’mod flessibbli miżuri ta’ appoġġ skont il-ħtieġa reġjonali u lokali;

jinnota li l-parti mill-fondi tal-FEŻR allokata għall-appoġġ tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-iżvilupp lokali b’mod ġenerali għandha tirriżulta mill-ippjanar tal-programmi operazzjonali;

jenfasizza l-ħidma tal-programm URBACT u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiġġustifika l-valur miżjud tal-pjattaforma għall-iżvilupp urban proposta;

joffri li jikkollabora mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun żgurat djalogu politiku aktar b’saħħtu dwar il-pjani ta’ żvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni bejn it-territorji urbani u rurali fl-Ewropa;

jitlob li fil-programmi operazzjonali l-isfidi tal-bidla demografika jitqiesu aktar milli hu previst fl-Artikolu 111 tal-abbozz tar-Regolament Ġenerali.

Relatur

Is-Sur Michael SCHNEIDER (DE/PPE), Segretarju tal-Istat, Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-Land ta’ Sachsen-Anhalt fi ħdan l-Istat Federali tal-Ġermanja

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

COM(2011) 614 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Evalwazzjoni ġenerali

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni bħala bażi tajba biex jissoktaw in-negozjati dwar kif ser ikun l-apoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fil-futur fl-Ewropa;

2.

jemmen li għad hemm bżonn isir xi tibdil sabiex jiġu indirizzati, b’mod partikolari, il-preokkupazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

3.

b’rabta ma’ dan, jagħmel referenza għall-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-regolament qafas (1) kif ukoll għall-opinjonijiet preċedenti dwar x’forma ser tieħu l-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 (2);

Dispożizzjonijiet komuni (Artikoli 1-5)

4.

jenfasizza l- kompiti tal-FEŻR kif definiti fl-, li jgħid li l-FEŻR għandu jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jwitti l-iżbilanċi reġjonali, u jinnota li fil-futur l-appoġġ mill-FEŻR għandu jkompli jiffoka fuq dan l-objettiv. Madankollu, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont l-Artikolu 174 b’rabta mal-Artikolu 176 tat-TFUE, il-FEŻR għandu wkoll il-kompitu li jnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti. Fost ir-reġjuni konċernati, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal pereżempju r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi;

5.

jenfasizza wkoll li l-pirjoritajiet ta’ appoġġ tal-FEŻR għandhom jaqdu l-għan tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni partikolari u unika tar-reġjuni ultraperiferiċi rrikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

6.

huwa tal-fehma li l- ambitu tal-għajnuna mill-FEŻR imfassal fl- hu, fil-prinċipju, adatt biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, biex iwitti l-iżbilanċi reġjonali u fl-istess ħin biex jipprova jikseb l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Però jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, minħabba d-diverġenzi interni bejn il-livelli ta’ żvilupp, anke fir-reġjuni aktar żviluppati jista’ jkun hemm bżonn ta’ investimenti f’infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini fl-oqsma tal-ambjent, it-trasport u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT);

7.

għalhekk, indipedentement mill-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (“Connecting Europe Facility”), jitlob li l-esklużjoni tal-infrastruttura mill-għajnuna tiġi ċċarata u ssir aktar flessibbli, u dan għandu jsir fi djalogu mal-Istati Membri u r-reġjuni. F’dan ir-rigward, huwa importanti li tiġi kkunsidrata l-istruttura produttiva ta’ kull reġjun;

8.

jilqa’ l-fatt li l-kompetittività tal-SMEs hija fost il-prijoritajiet ta’ investiment (Artikolu 5 tal-abbozz ta’ Regolament dwar il-FEŻR), u jenfasizza li din il-kwistjoni hija importanti fi żminijiet ta’ kriżi meta l-SMEs jiffaċċjaw diffikultajiet partikolari b’rabta mal-aċċess għall-finanzjament u l-investiment filwaqt li r-rwol tagħhom fl-impjieg u l-innovazzjoni huwa assolutament essenzjali għall-koeżjoni u l-irkupru. Mill-banda l-oħra, jenfasizza li l-għajnuna għall-investiment għall-intrapriżi l-kbar għandha tkun possibbli fil-futur ukoll. Dawn l-intrapriżi jaqdu rwol importanti fil-politika strutturali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva ewlenija “Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni”, pereżempju bħala msieħba fl-iżvilupp ta’ clusters industrijali, u b’mod partikolari bħala entitajiet kontraenti għall-SMEs;

9.

jemmen li hemm bżonn fundamentali li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-ambitu tal-għajnuna stabbilit fl-Artikolu 3 u l-prijoritajiet ta’ investiment imniżżlin fl-Artikolu 5, u jitlob li jingħataw aktar dettalji dwar dan il-punt;

10.

huwa tal-fehma li, billi l-baġits pubbliċi huma limitati, fil-futur l-inizjattivi ekonomiċi privati jistgħu jsiru aktar importanti u għalhekk l-ambitu tal-għajnuna mill-FEŻR għandu jippermetti l-għajnuna lir-riċerka pubblika u privata u lill-entitajiet innovattivi. Jenfasizza l-importanza li tkompli tiġi promossa r-riċerka fil-livell tal-UE li ssir b’mod konġunt mill-kumpaniji privati, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka;

11.

huwa tal-fehma li n-netwerking, il-kooperazzjoni u l-qsim ta’ esperjenzi bejn ir-reġjuni, il-bliet u l-atturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali rilevanti, kif previst fl-Artikolu 3(1)(d)(iv), għandhom jinvolvu wkoll lill-atturi interessati mill-qasam tax-xjenza u r-riċerka, u li hemm bżonn ta’ kjarifika dwar dan;

12.

jappoġġja, fil-prinċipju, il-konċentrazzjoni tar-riżorsi fuq objettivi tematiċi ċari. Madankollu, il-programmi operazzjonali reġjonali huma l-livell adatt fejn għandha ssir din il-konċentrazzjoni, u għalhekk huwa kontra l-allokazzjoni ċentrali tal-kwoti u r-riżorsi għal fondi jew prijoritajiet ta’ investiment individwali. B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il- konċentrazzjoni tematika prevista fl- għandha ssir fil-qafas tas-sħubija. Il-Kuntratt ta’ Sħubija bejn l-Istati Membru u l-Kummissjoni Ewropea għandu jkun ibbażat fuq il-ftehimiet bejn l-Istat Membru u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri u r-reġjuni kif ukoll l-awtoritajiet lokali għandu jkollhom, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, il-possibbiltà li matul il-proċess ta’ programmazzjoni jfasslu b’mod indipendenti l-istrateġiji ta’ żvilupp territorjali tagħhom u li jistabbilixxu u jiġġustifikaw il-prijoritajiet individwali tagħhom kemm rigward l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll rigward il-ħtiġijiet speċifiċi b’rabta mal-politika reġjonali tagħhom;

13.

għalhekk, huwa kontra li l-konċentrazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻR tkun ristretta għal dawn l-objettivi tematiċi: “it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni”, “it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs” u “l-appoġġ lil ekonomija li għandha emissjonijiet ta’ karbonju baxxi fis-setturi kollha”, speċjalment fil-każ ta’ dawk ir-reġjuni li l-PDG għal kull abitant tagħhom matul il-perjodu 2007-2013 kien inqas minn 75 % tal-PDG medju fl-UE-25 matul il-perjodu ta’ referenza;

14.

jinnota li l-konċentrazzjoni fuq dawn it-tliet objettivi biss tillimita l-possibbiltajiet tal-FEŻR li jappoġġja b’mod komprensiv it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jnaqqas id-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali fl-Unjoni. Huwa tajjeb li jiġi mfakkar li, b’konformità mal-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-għan tal-FEŻR huwa li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iżbilanċi reġjonali prinċipali fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, minkejja li huwa adatt li l-FEŻR jintuża sabiex tissaħħaħ l-Istrateġija Ewropa 2020, dan m’għandux iwassal għal tnaqqis fl-għan prinċipali tat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali. Il-konċentrazzjoni fuq dawn it-tliet objettivi tagħmilha wkoll diffiċli għall-Istati Membri u r-reġjuni li jissodisfaw bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-Artikolu 7 (il-promozzjoni tal-ugwaljanza) u l-Artikolu 8 (l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima) minħabba li l-objettivi tematiċi limitati mhumiex tajbin biżżejjed sabiex dawn jiġu indirizzati. Il-konċentrazzjoni eċċessiva tillimita wkoll l-għażliet strateġiċi li huma soġġetti għall-valutazzjoni ex-ante u tiżvaluta l-proċess ta’ valutazzjoni ex-ante. L-implimentazzjoni ta’ programmi kumplessi li jappoġġjaw żvilupp ekonomiku reġjonali li jkun sostenibbli u inklużiv tirrikjedi aktar flessibbiltà fuq il-post u hija indispensabbli sabiex tkompli tissaħħaħ il-kompetittività tar-reġjuni;

15.

itenni li hu kontra l-istabbiliment ta’ kwoti rigward l-ispejjeż għal objettivi tematiċi individwali jew miġbura flimkien. Id-differenzi konsiderevoli fil-potenzjal u fil-ħtiġijiet li jeżistu bejn ir-reġjuni kif ukoll fi ħdan il-kategoriji ta’ reġjuni stess imorru kontra l-ponderazzjoni mhux differenzjata tal-objettivi tematiċi. Il-valur miżjud tal-politika ta’ koeżjoni, li jinsab fit-tfassil tal-istrateġiji tal-iżvilupp reġjonali u territorjali speċifiċi, ser jispiċċa fix-xejn minħabba d-definizzjoni tal-kwoti tal-ispejjeż f’livell ċentrali;

16.

jinnota li l- prijoritajiet ta’ investiment proposti fl-Artikolu 5, li l-FEŻR għandu jappoġġja fil-qafas tal-objettivi tematiċi individwali, ikopru oqsma importanti mill-possibbiltajiet ta’ appoġġ tal-Fond. Madankollu, mhux ċar għaliex f’dawn il-prijoritajiet ta’ investiment il-Kummissjoni Ewropea ma tinkludix ċerti investimenti li jidher ċar li jappoġġjaw l-Istrateġija Ewropa 2020, bħal ngħidu aħna t-trasferiment tal-flussi tat-trasport;

17.

jilqa’ l-fatt li tingħata prijorità lill-investiment fil-bidla lejn “ekonomija li għandha emissjonijiet ta’ karbonju baxxi”, u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan huwa importanti għall-ġejjieni tal-Ewropa. Madankollu, il-Kumitat iħoss li l-perċentwal tal-fondi tal-FEŻR li għandhom jiġu ddedikati għal dan il-għan, kif propost mill-Kummissjoni, għandu jiġi stabbilit fil-kuntratt ta’ sħubija ffirmat bejn il-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għax permezz ta’ dan, il-perċentwal tal-fondi tal-FEŻR allokat ikun jista’ jiġi adattat b’mod adegwat għal Stati Membri u reġjuni differenti;

18.

f’dan ir-rigward jinnota li hemm bżonn isir xi ħaġa rigward il-prijoritajiet ta’ investiment taħt l-objettiv tematiku “it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs”. Fid-dawl tal-importanza ta’ dan l-objettiv għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa u minħabba l-firxa wiesgħa ta’ possibbiltajiet promettenti ta’ appoġġ, hawnhekk jeħtieġ li l-prijoritajiet ta’ investiment jiġu estiżi b’mod sostanzjali. Fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, għandha tingħata importanza kbira lill-promozzjoni ta’ investimenti produttivi li jikkontribwixxu, b’rabta mal-istabbiliment, l-estensjoni jew id-diversifikazzjoni tal-kumpaniji jew mal-bidla fundamentali fil-proċessi tat-tħejjija ta’ prodotti jew servizzi, biex jinħolqu u jinżammu impjiegi fit-tul. Dawn l-investimenti fl-intrapriżi huma meħtieġa sabiex tkun tista’ tirnexxi l-bidla strutturali fl-Ewropa u sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-tkabbir u l-impjiegi. Jekk fil-każ tal-investimenti fil-kumpaniji l-għajnuna mill-FEŻR tiġi limitata għall-investimenti marbutin mat-twaqqif ta’ kumpaniji ġodda, kif jidher li l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tagħmel, dan ma jissodisfax il-ħtiġijiet ta’ żvilupp fir-reġjuni u fl-Ewropa;

19.

jitlob ukoll li l-promozzjoni tal-investimenti fl-infrastruttura ekonomika, fl-iżvilupp tal-infrastruttura turistika, fl-iżvilupp tal-infrastruttura għat-taħriġ vokazzjonali u t-taħriġ avvanzat u fl-inkubaturi tan-negozju fir-reġjuni kollha għandha tkun waħda mill-prijoritajiet ta’ investiment tal-FEŻR li jistgħu jingħataw attenzjoni speċjali fil-konċentrazzjoni tematika li ser issir matul it-tfassil tal-programmi operazzjonali;

20.

għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-kontenut u l-ambitu tal-prijoritajiet ta’ investiment individwali aktar flessibbli fil-kuntest ta’ djalogu mal-Istati Membri u r-reġjuni fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Mill-banda l-oħra, ma jridx ikun hemm prijoritajiet singoli tal-FEŻR għal kull Stat Membru iżda kull programm operazzjonali għandu jkun kapaċi jagħti prijorità lil dawk rilevanti;

Indikaturi għall-appoġġ mill-FEŻR fir-rigward tal-objettiv “Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi” (Artikolu 6)

21.

jilqa’ l- indikaturi komuni ppreżentati fl- sabiex jitkejlu r-riżultati tal-appoġġ mill-FEŻR fir-rigward tal-objettiv “Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi”. Però f’każijiet partikolari għad hemm bżonn ta’ titjib. Pereżempju, huwa diffiċli li jingħadd in-numru ta’ prodotti ġodda li jitpoġġew fis-suq b’riżultat tal-proġetti ta’ riċerka u żvilupp, u dan jieħu ħafna żmien biex isir. Barra minn hekk, dan l-indikatur, bħall-indikatur tat-“tnaqqis fit-tnixxija stmat min-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-ilma”, ftit li xejn hu adatt biex tiġi evalwata l-prestazzjoni madwar l-Ewropa kollha;

22.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ diskussjoni fi sħubija mal-Istati Membri u r-reġjuni biex terġa’ teżamina u, jekk ikun hemm bżonn, tissemplifika t-43 indikatur komuni fid-dawl tal-validità, iċ-ċarezza u fuq kollox il-fattibbiltà tagħhom. Kull programm operazzjonali għandu jkun kapaċi jagħżel dawk l-indikaturi li huma xierqa għall-prijoritajiet tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-insuffiċjenza tar-riżultati li għalihom mhumiex direttament responsabbli;

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trattament ta’ karatteristiċi territorjali partikolari (Artikoli 7-11)

23.

jilqa’ l-fatt li l-FEŻR għandu jkun jista’ jappoġġja wkoll, fost affarijiet oħra, miżuri komprensivi ta’ żvilupp urban sostenibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi u soċjali fiż-żoni urbani. Jinnota li fil-perjodu attwali ta’ finanzjament, il-FEŻR diġà jappoġġja d-dimensjoni urbana b’mod wiesa’, u għalhekk jappoġġja wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ssaħħaħ id-dimensjoni urbana fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss;

24.

madankollu, huwa tal-fehma li r-riżorsi tal-FEŻR għandhom ikunu jistgħu jintużaw b’mod fundamentalment flessibbli u mingħajr ma jkun hemm preferenzi jew diskriminazzjonijiet rigward tipi partikolari ta’ żoni, biex jiġi evitat r-riskju li ż-żoni rurali jew periurbani u funzjonali jiġu esklużi milli jibbenefikaw mill-FEŻR. Id-deċiżjoni dwar fuq liema tipi differenti ta’ żoni ser jiġu ffokati r-riżorsi tal-FEŻR għandha tittieħed fil-qafas tal-proċess ta’ programmazzjoni li għandu jitwettaq fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

jissuġġerixxi li tiġi żgurata rabta aħjar bejn l-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali billi jkun hemm interfaċċji u punti ta’ konnessjoni fiż-żewġ programmi. S’issa mhux possibbli li l-proġetti integrati jiġu appoġġjati mill-Programm Ewropew ta’ Riċerka u l-fondi strutturali. Jekk iż-żewġ programmi jintrabtu aktar mill-qrib, dan iżid is-sinerġija u jagħti kontribut għat-tisħiħ tal-bażi ta’ għarfien fir-reġjuni kollha, u għalhekk il-komplementarjetà tal-Orizzont 2020 u l-fondi strutturali għandha tiġi riflessa b’mod adegwat ukoll fil-programmi operazzjonali u fl-istrateġiji ta’ riċerka, innovazzjoni u speċjalizzazzjoni intelliġenti;

26.

rigward l-obbligu previst fl- li l-Istati Membri jridu jippreżentaw minn qabel lista ta’ bliet fejn għandhom jiġu implimentati azzjonijiet għal żvilupp urban sostenibbli , jinnota li din il-lista għandha tkun biss ta’ natura indikattiva. Din il-lista tista’ tkun ir-riżultat ta’ diskussjoni fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti abbażi ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet miftuħa għall-bliet kollha f’kull Stat Membru. Fil-prinċipju, l-iżvilupp urban sostenibbli għandu jkun miftuħ għall-bliet kollha, inklużi dawk żgħar u medji, fil-kuntest tal-programm fiż-żona rispettiva tagħhom. Ir-reġjuni għandhom ikunu jistgħu jappoġġjaw b’mod flessibbli l-ħtieġa reġjonali u lokali abbażi tal-programmi operazzjonali u l-qafas finanzjarju tagħhom;

27.

jinnota li l-parti mir-riżorsi tal-FEŻR allokata għall-appoġġ tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-iżvilupp lokali b’mod ġenerali fi Stat Membru għandha tirriżulta mill-ippjanar tal-programmi operazzjonali. Però, fl-istess ħin josserva li kull Stat Membru jista’ jibqa’ jżomm il-kapaċità li, jekk ikun hemm bżonn, iżid din il-kwota sabiex jibqa’ possibbli wkoll li fil-programmi operazzjonali tintuża firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp urban sostenibbli. Meta jidher li jkun meħtieġ fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet ġeografiċi lokali, dan għandu jkun jista’ jintrabat mal-ħolqien ta’ sħubija mat-territorji periurbani, rurali u funzjonali ġirien kif ukoll, jekk jagħti l-każ, mal-ippjanar strateġiku integrat lil hinn mil-livell komunali. L-Istati Membri u r-reġjuni jeħtieġu l-flessibbiltà neċessarja sabiex matul il-perjodu ta’ finanzjament jimplimentaw dawn il-miżuri skont il-ħtiġijiet reġjonali u tal-politika strutturali tagħhom u biex jagħżlu l-proġetti abbażi tal-kwalità tagħhom;

28.

jenfasizza li d-delegazzjoni tal-kompiti lill-bliet fil-qafas tal-istrument “Investimenti Territorjali Integrati” kif definit fl-Artikolu 99 tar-Regolament Ġenerali għandha tiġi proposta bħala għażla fakultattiva. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet istituzzjonali u tekniċi tagħhom, għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu huma stess jekk jassumux il-kompiti u sa liema punt;

29.

rigward il- Pjattaforma għall-iżvilupp urban proposta fl-, jenfasizza l-ħidma li saret s’issa bil-programm URBACT li jiffoka b’mod partikolari fuq l-iskambju tal-esperjenzi marbutin mal-kunċetti ta’ żvilupp urban fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiġġustifika l-valur miżjud ta’ pjattaforma ġdida bil-mod li qed tipproponi l-Kummissjoni, tevita x-xogħol doppju bejn il-pjattaforma u l-URBACT, u tkun aktar speċifika dwar il-futur tal-programm URBACT fil-perjodu ġdid ta’ programmazzjoni;

30.

joffri li jikkollabora u jwettaq azzjonijiet konġunti (konferenzi konġunti annwali) mal-Kummissjoni Ewropea sabiex isir djalogu politiku aktar b’saħħtu dwar il-kunċetti ta’ żvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni bejn it-territorji urbani u rurali fl-Ewropa, għaliex jemmen li l-Kumitat tar-Reġjuni stess għandu kompitu importanti f’dan il-kuntest;

31.

jilqa’ l-appoġġ propost fl- tal-proposta għal Regolament li għandu jingħata għall- Azzjonijiet Innovattivi fil-qasam tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli , u jqis li din hi opportunità biex jiġu appoġġjati l-proġetti innovattivi mingħajr ma jinħoloq piż amministrattiv minħabba dan l-appoġġ speċjali fuq ir-reġjuni responsabbli għall-appoġġ regolari. Jilqa’ wkoll il-fatt li l-kunċett tal-innovazzjoni mhux limitat għat-teknoloġija biss iżda jinkludi l-innovazzjoni soċjali. Barra minn hekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jappella biex ir-reġjuni wkoll jingħataw l-għażla li jipprovaw approċċi innovattivi ta’ appoġġ, anke fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, fi ħdan il-programmi operazzjonali;

32.

rigward dak li jintqal fl- tal-proposta għal Regolament dwar iż- żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi , jitlob li fil-programmi operazzjonali l-isfidi tal-bidla demografika jitqiesu aktar milli hu previst fl-Artikolu 111 tal-abbozz tar-Regolament Ġenerali b’rabta mal-adattament tar-rati ta’ kofinanzjament. Minħabba t-tnaqqis fil-popolazzjoni, l-emigrazzjoni taż-żgħażagħ bi kwalifiki għoljin u t-tixjiħ dejjem jiżdied tal-popolazzjoni, l-iżvilupp demografiku jirrappreżenta żvantaġġ gravi u permanenti li, skont l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jingħata attenzjoni partikolari fil-politika ta’ koeżjoni. Dan għandu jiġi kkunsidrat fl-użi possibbli tal-FEŻR. Il-konċentrazzjoni tematika u l-prijoritajiet ta’ investiment għandhom iħallu biżżejjed flessibbiltà biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati u applikati approċċi innovattivi;

33.

jappoġġja l-proposti li jsiru fl- għar- reġjuni l-aktar imbiegħda u jemmen li huma bażi tajba sabiex jiġu appoġġjati aktar dawn ir-reġjuni; huwa tal-fehma li għandu jiġi garantit livell adegwat ta’ finanzjamenti allokati lir-reġjuni ultraperiferiċi u li għandu jkun hemm aktar flessibbiltà fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika;

Dispożizzjonijiet finali (Artikoli 12-17)

34.

rigward l- eżerċitar tad-delega hekk kif previst fl- tal-proposta għal Regolament, ifakkar fit-tħassib fundamentali rigward l-użu tal-atti delegati. B’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, id-delega għandha ssir biss għal ċerti elementi mhux essenzjali, u l-objettivi, il-kontenut, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata tad-delega għandhom jiġu definiti espressament;

Evalwazzjoni fid-dawl tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

35.

huwa tal-fehma li l-abbozz ta’ Regolament imfassal mill-Kummissjoni Ewropea jirrestrinġi wisq l-ambitu tal-appoġġ li jista’ jingħata mill-FEŻR, u lill-Istati Membri u r-reġjuni ma jagħtihomx il-flessibbiltà meħtieġa mil-lat reġjonali u strutturali sabiex jissodisfaw l-għanijiet tat-Trattat u l-Istrateġija Ewropa 2020 permezz ta’ azzjonijiet territorjali adatti. B’hekk jiġu limitati l-possibbiltajiet li l-appoġġ mill-FEŻR jintuża biex jitnedew strateġiji ta’ żvilupp territorjali integrati, li jqisu l-punti qawwijin u l-ħtiġijiet territorjali u b’hekk jagħtu kontribut essenzjali sabiex jiżdiedu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi;

36.

huwa tal-fehma li n-negozjati attwali għandhom jikkunsidraw aktar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità sabiex l-appoġġ mill-FEŻR ma jkunx ċentralizzat, regolat iżżejjed u ċarament aktar burokratiku. Jekk jiġri hekk, dan ikun ta’ ħsara għall-aċċettazzjoni u l-immaġni tal-politika ta’ koeżjoni Ewropea fost iċ-ċittadini u l-intrapriżi fir-reġjuni;

37.

għalhekk jemmen li hemm bżonn ta’ titjib konsiderevoli f’dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tirrivedi l-abbozz ta’ Regolament fid-dawl ta’ dan;

38.

joffri lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkompli jipprovdi l-għarfien espert tal-awtoritajiet lokali u reġjonali matul dan il-proċess ta’ negozjati.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2

Żid il-paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ara punt 4.

Meta ssir referenza għal artikolu tat-Trattat, għandu jiġi kkwotat l-artikolu kollu u mhux partijiet minnu biss.

Emenda 2

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’reġjuni aktar żviluppati l-FEŻR m’għandux jgħin investimenti f’infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini fl-oqsma tal-ambjent, it-trasport u l-ICT.

’reġjuni aktar żviluppati investimenti f’infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini fl-oqsma tal-ambjent, it-trasport u l-ICT.

Raġuni

Ara punt 6.

Emenda 3

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

l-investiment produttiv li jikkontribwixxi għall-ħolqien u s-salvagwardja ta’ impjiegi sostenibbli, permezz ta’ għajnuna diretta għall-investiment f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);

(a)

l-investiment produttiv li jikkontribwixxi għall-ħolqien u s-salvagwardja ta’ impjiegi sostenibbli, permezz ta’ għajnuna diretta għall-investiment f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);

Raġuni

Ara punt 8.

Emenda 4

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

l-investimenti fl-infrastruttura soċjali tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

(c)

l-investimenti fl-infrastruttura soċjali tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

Emenda 5

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(d) (i)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

d)

l-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu billi jkun megħjun l-iżvilupp reġjonali u lokali, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

i)

investiment fiss f’tagħmir u infrastruttura fuq skala żgħira;

d)

l-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu billi jkun megħjun l-iżvilupp reġjonali u lokali, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

i)

investiment fiss f’tagħmir u infrastruttura ;

Raġuni

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9 tal-opinjoni. Il-limitazzjoni tal-appoġġ possibbli tal-FEŻR għall-investiment f’tagħmir u infrastruttura għal investimenti “fuq skala żgħira” mhijiex konsistenti mal-ħtiġijiet ta’ żvilupp tar-reġjuni f’oqsma differenti. Eżempju ta’ dan huwa l-kuntradizzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a), dwar iż-żieda fl-infrastruttura tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tiġi żviluppata l-eċċellenza tar-R&I.

Emenda 6

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

iii)

għajnuna lir-riċerka pubblika u entitajiet innovattivi, u investiment fit-teknoloġija u r-riċerka applikata fl-impriżi;

iii)

għajnuna lir-riċerka u entitajiet innovattivi, u investiment fit-teknoloġija u r-riċerka applikata fl-impriżi kif ukoll operazzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa minn korpi tar-riċerka pubbliċi fi sħubija ma’ impriżi privati;

Raġuni

Ara punt 10.

Emenda 7

Artikolu 3

Ibdel it-test tal-paragrafu 1(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

iv)

netwerking, kooperazzjoni u qsim ta’ esperjenzi bejn reġjuni, bliet, u l-protagonisti soċjali, ekonomiċi u ambjentali relevanti;

iv)

netwerking, kooperazzjoni u qsim ta’ esperjenzi bejn reġjuni, bliet, u l-protagonisti soċjali, ekonomiċi u ambjentali relevanti ;

Raġuni

Ara punt 11.

Emenda 8

Artikolu 4

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] u prijoritajiet korrispondenti għall-investiment stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, għal liema l-FEŻR jista’ jikkontribwixxi għandhom ikunu miġbura hekk:

(a)

F’reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta’ tranżizzjoni:

i)

mill-inqas 80 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]; kif ukoll

ii)

mill-inqas 20 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR];

(b)

f’reġjuni anqas żviluppati:

i)

mill-inqas 50 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR];

ii)

mill-inqas 6 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

B’deroga minn punt (a) (i), f’dawk ir-reġjuni li l-PGD per capita tagħhom għall-perjodu 2007-13 kien ta’ anqas minn 75 % tal-PGD medju tal-UE-25 fil-perjodu ta’ referenza, imma li huma eliġibbli taħt il-kategorija ta’ tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati kif definit fl-Artikolu 82(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] fil-perjodu 2014-2020, mill-inqas 60 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom ikunu allokati għal kull objettiv tematiku stabbilit f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

L-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] u prijoritajiet korrispondenti għall-investiment stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, għal liema l-FEŻR jista’ jikkontribwixxi għandhom ikunu miġbura hekk:

(a)

F’reġjuni aktar żviluppati :

i)

mill-inqas mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]; kif ukoll

ii)

mill-inqas mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

(b)

f’reġjuni anqas żviluppati :

i)

mill-inqas 50 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettivi tematiċi stabbiliti f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR];

ii)

mill-inqas 6 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-objettiv tematiku stabbilit f’punt 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

B’deroga minn punt (a) (i), f’dawk ir-reġjuni li l-PGD per capita tagħhom għall-perjodu 2007-13 kien ta’ anqas minn 75 % tal-PGD medju tal-UE-25 fil-perjodu ta’ referenza, imma li huma eliġibbli taħt il-kategorija ta’ tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati kif definit fl-Artikolu 82(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] fil-perjodu 2014-2020, mill-inqas mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali għandhom ikunu allokati għal kull objettiv tematiku stabbilit f’punti 1, 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

Raġuni

Ara punti 12-15.

Emenda 9

Artikolu 5

Żid il-paragrafu 4(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

c)

Raġuni

Ara punt 18.

Emenda 10

Artikolu 5(3) u 5(4)

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5(3)

it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs:

5(4)

b) (b)

il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-SMEs;

5(3)

it-titjib tal-kompetittività tal-SMEs:

5(4)

b)

il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-SMEs;

Raġuni

Artikolu 5(3): fil-kuntest tal-politika reġjonali, l-enfasi tal-isforzi biex tittejjeb il-kompetittività ekonomika titpoġġa fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. Madankollu, kumpaniji akbar jaqdu rwol strutturali importanti, pereżempju bħala msieħba fl-iżvilupp ta’ clusters industrijali. B’konformità mal-inizjattiva ewlenija “Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni”, fil-prinċipju l-possibbiltà li jiġu appoġġjati kumpaniji akbar għandha tinżamm, iżda l-enfasi għandha tkompli titpoġġa fuq l-SMEs.

Artikolu 5(3)(d): il-proġetti tal-infrastruttura ekonomika huma attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku reġjonali li huma marbutin b’mod dirett mal-ħolqien u l-iżvilupp tan-negozji. L-infrastruttura moderna tappoġġja l-prestazzjoni tan-negozju u hija fattur importanti li jaffettwa kemm lokazzjoni tkun attraenti mil-lat ekonomiku.

Artikolu 5(4)(b): ir-Regolament dwar il-FEŻR għandu jipprovdi prospetti realistiċi għall-miżuri ta’ promozzjoni tal-klima u l-protezzjoni ambjentali fl-interess tal-iżvilupp sostenibbli. Jidher li l-enfasi oriġinali esklużivament fuq l-SMEs hija dejqa wisq sabiex jintlaħaq bis-sħiħ dan l-objettiv.

Emenda 11

Artikolu 6

Ibdel it-test tal-paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Indikaturi komuni kif stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw fejn relevanti u skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Għall-indikaturi komuni, il-linji ta’ bażi għandhom jibdew minn żero u l-miri kumulattivi għandhom jintlaħqu fl-2022.

1.   Indikaturi komuni kif fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw fejn relevanti u skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Għall-indikaturi komuni, il-linji ta’ bażi għandhom jibdew minn żero u l-miri kumulattivi għandhom jintlaħqu fl-2022.

Raġuni

Ara punti 21-22.

Ir-reġjuni jaqdu rwol importanti fid-definizzjoni tal-indikaturi, kif inhu enfasizzat f’punt 22 tal-opinjoni. Għalhekk, aħna nħossu li Emenda 11 għandha tinkludi referenza għar-reġjuni.

Emenda 12

Artikolu 7

Ibdel it-test tal-paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Kuntratt ta’ Sħubija lista ta’ bliet fejn għandhom ikunu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-allokazzjoni annwali indikattiva għal dawn l-azzjonijiet fuq livell nazzjonali.

Mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fuq livell nazzjonali għandhom ikunu attribwiti għal azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli, delegati lill-bliet biex ikunu ġestiti permezz ta’ Investimenti Territorjali Integrati, kif imsemmi fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

2.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Kuntratt ta’ Sħubija lista ta’ bliet fejn għandhom ikunu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-allokazzjoni annwali indikattiva għal dawn l-azzjonijiet fuq livell nazzjonali.

Raġuni

Ara punti 26-28.

L-emenda takkomoda l-proposta tal-Kummissjoni li mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fuq livell nazzjonali għandhom ikunu attribwiti għall-iżvilupp urban sostenibbli, mingħajr ma jiġi determinat minn qabel liema strument għandu jintuża għal dan.

Emenda 13

Artikolu 8

Ibdel it-test tal-paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-iżvilupp urban sabiex tippromwovi l-bini ta’ kapaċità u netwerking bejn l-ibliet, kif ukoll il-qsim tal-esperjenza dwar il-politika urbana fuq livell ta’ Unjoni f’żoni relatati mal-prijoritajiet ta’ investiment tal-FEŻR, u għall-izvilupp urban sostenibbli.

2.   Il-Kummissjoni, għandha tadotta lista ta’ bliet li għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma fuq il-bażi ta’ listi stabbiliti fil-Kuntratti ta’ Sħubija permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni referita fl-Artikolu 14(2).

Il-lista għandu jkollha numru massimu ta’ 300 belt, bin-numru massimu ta’ 20 għal kull Stat Membru. Il-bliet għandhom ikunu magħżula fuq dawn il-kriterji:

a.

il-popolazzjoni, għandha tittieħed inkonsiderazzjoni l-ispeċifiċità tas-sistemi urbani nazzjonali;

b.

l-eżistenza ta’ strateġija għal azzjonijiet integrati li jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani.

3.   Il-pjattaforma għandha wkoll issostni netwerking bejn il-bliet kollha li jieħdu azzjonijiet innovattivi fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

1.   Il-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandha pjattaforma għall-iżvilupp urban sabiex tippromwovi l-bini ta’ kapaċità u netwerkingl-qsim tal-esperjenza dwar il-politika urbana fuq livell ta’ Unjoni f’żoni relatati mal-prijoritajiet ta’ investiment tal-FEŻR, u għall-izvilupp urban sostenibbli.

   

3.   Il-pjattaforma għandha wkoll issostni netwerking bejn il-bliet kollha li jieħdu azzjonijiet innovattivi fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

Raġuni

Ara punti 29 u 30.

Tibdil fl-emenda proposta: m’hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jiġi limitat l-kamp ta’ applikazzjoni tan-netwerks u l-qsim tal-esperjenza bejn il-bliet. Il-programm URBACT ser jibqa’ importanti ħafna għall-bliet li mhumiex involuti fil-pjattaforma, iżda jista’ jsir ukoll programm għall-espansjoni tal-kooperazzjoni bejn il-bliet kemm fi ħdan il-pjattaforma kif ukoll lil hinn minnha.

Emenda 14

Artikolu 9

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Azzjonijiet Innovattivi fil-qasam tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni l-FEŻR jista’ jappoġġja azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, suġġetti għall-massimu ta’ 0,2 % mit-total annwali tal-allokazzjoni tal-FEŻR. Dawn jistgħu jinkludu studji u proġetti pilota sabiex jidentifikaw jew jittestjaw soluzzjonijiet ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, li huma ta’ relevanza fuq livell ta’ Unjoni.

Azzjonijiet Innovattivi fil-qasam tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni l-FEŻR jista’ jappoġġja azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, suġġetti għall-massimu ta’ 0,2 % mit-total annwali tal-allokazzjoni tal-FEŻR. Dawn jistgħu jinkludu studji u proġetti pilota sabiex jidentifikaw jew jittestjaw soluzzjonijiet ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, li huma ta’ relevanza fuq livell ta’ Unjoni.

Raġuni

L-iżvilupp urban sostenibbli jista’ jinkiseb biss fil-qafas ta’ sħubijiet qawwijin bejn il-bliet u ż-żoni rurali u periurbani ġirien. Huwa importanti li l-azzjonijiet innovattivi implimentati jkunu kapaċi jippromovu r-relazzjonijiet bejn il-bliet u l-kampanja u jinkorporaw lill-partijiet interessati lokali f’żoni periurbani bħala msieħba.

Emenda 15

Artikolu 9

Żid punt 4 ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

2.   

Raġuni

Ara punt 31.

Għandhom jiġu kkunsidrati l-oqfsa istituzzjonali differenti tal-Istati Membri. Għandu jiġi nnotat li xi Stati Membri għandhom sistema muniċipali b’livell wieħed.

Emenda 16

Artikolu 10

Ibdel it-test

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-programmi operazzjonali kkofinanzjati mill-FEŻR li jkopru nħawi bi żvantaġġi ħorox u permanenti, naturali jew demografiċi, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 111(4) b) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex ikunu indirizzati d-diffikultajiet speċifiċi ta’ dawn l-inħawi.

Il-programmi operazzjonali kkofinanzjati mill-FEŻR li jkopru nħawi bi żvantaġġi ħorox u permanenti, naturali jew demografiċi, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 111(4) b) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR] għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex ikunu indirizzati d-diffikultajiet speċifiċi ta’ dawn l-inħawi.

Raġuni

Ara punt 32.

Emenda 17

Artikolu 13

Żid it-test tal-paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Raġuni

Ara punt 34.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 4/2012.

(2)  CdR 210/2009 fin (EN) SD/HB/as.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/127


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew”

2012/C 225/09

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

huwa sodisfatt li l-FSE ser iżomm il-karatteristika partikolari tiegħu ta’ fond strutturali, u li ser jibqa' element, stabbilit fis-sod, tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, pjuttost milli jinbidel f'politika Ewropea settorjali;

għad għandu xi dubji, madankollu, dwar kemm iż-żieda modesta fir-riżorsi disponibbli għall-FSE ser tkun biżżejjed biex tappoġġja l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti għalih;

jitlob li tinstab minnufih bażi legali iktar adatta barra l-FSE biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-għajnuna f'ikel għall-persuni l-aktar fi bżonn;

jinsab imħasseb li l-“allinjament komplet” tal-FSE mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 jista' jikkostrinġi l-missjoni li għandu jaqdi fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, kif previst fit-Trattat (cf. reġjuni rurali, dawk għaddejjin minn tibdil industrijali, reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi);

jiddispjaċih li l-proposta ma tagħmilx referenza għall-promozzjoni tal-flessigurtà fis-suq tax-xogħol, u josserva li l-flessigurtà hija koperta minn wieħed mil-linji gwida integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (linja gwida 7);

japprova l-allokazzjoni tal-inqas 20 % tar-riżorsi kollha tal-FSE f'kull Stat Membru sabiex jintlaħaq l-għan tematiku tal-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar”;

filwaqt li japprova l-konċentrazzjoni tematika, ma jaqbilx mal-mod ta’ ħidma u l-proċedura li għażlet il-Kummissjoni biex jintlaħaq dan l-għan, u jirrakkomanda, minflok, iżjed flessibilità;

huwa diżappuntant li l-Artikolu 6 tal-Proposta għal Regolament dwar “L-involviment tal-imsieħba”, kif ukoll il-premessa (9), ma jagħmlu l-ebda referenza għall-awtoritajiet lokali; jirreferu biss għall-imsieħba soċjali u l-NGOs;

huwa mistagħġeb kif il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix kooperazzjoni transkonfinali u interrreġjonali flimkien mal-kooperazzjoni transnazzjonali;

jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza għall-bżonn ta’ “mobilizzazzjoni tal-partijiet interessati reġjonali u lokali” biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020, u l-possibbiltà li jintużaw il-patti territorjali biex jintlaħaq dan l-għan, iżda jkun favur l-espansjoni tal-użu tagħha għal fondi oħrajn;

Relatur

Konstantinos SIMITSIS (EL/PSE), Sindku tal-Belt ta’ Kavala

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006

COM(2011) 607 final – 2011/0268 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.

huwa sodisfatt li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li huwa strument indispensabbli biex jappoġġja l-impjieg, jippromovi l-inklużjoni soċjali u jiġġieled il-faqar, ser iżomm il-karatteristika partikolari tiegħu ta’ fond strutturali, u li ser jibqa' element, stabbilit fis-sod, tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, pjuttost milli jinbidel f'politika Ewropea settorjali, saħansitra wara l-2013;

2.

japprova ż-żamma, ir-riorganizzazzjoni u t-tisħiħ tal-għanijiet tematiċi fundamentali tal-operazzjonijiet fil-qafas tal-FSE, li jinqasmu bejn erba' kategoriji, kull waħda minnhom b'numru ta’ prijoritajiet ta’ investiment;

3.

jilqa' b'sodisfazzjon partikolari l-fatt li nxteħet dawl fuq “l-inklużjoni u l-ġlieda kontra l-faqar”, billi din il-kwistjoni saret għan tematiku fundamentali tal-azzjoni tal-FSE, fid-dawl tal-fatt li l-protezzjoni soċjali issa hija kkunsidrata bħala assolutament kruċjali f'sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomika severa li tolqot għadd kbir ta’ ċittadini Ewropej;

4.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li s-somma allokata għall-FSE tiżdied b'mod modest, li b'hekk tilħaq l-EUR 84 biljun u tiġi tirrappreżenta 25 % tal-baġit globali tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, meta mqabbel ma’ madwar EUR 75 biljun u 23 % għall-perjodu attwali ta’ programmazzjoni;

5.

għad għandu xi dubji, madankollu, dwar kemm din iż-żieda modesta fir-riżorsi disponibbli għall-FSE ser tkun biżżejjed biex tappoġġja l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti għalih, peress li, fil-fatt, din iż-żieda hija inqas milli tidher peress li l-ammont minimu tar-riżorsi tal-fond jinkludi wkoll EUR 2,5 biljun li jgħaddu mill-baġit tal-politika agrikola komuni għall-għajnuna għall-ikel għall-persuni l-iżjed żvantaġġati;

6.

jesprimi dubju dwar jekk l-għajnuna għall-ikel għall-persuni l-iżjed żvantaġġati, li fil-prinċipju l-KtR qed jappoġġja bil-qawwa, hijiex koperta mill-għanijiet definiti fl-artikolu rilevanti fit-TFUE, jiġifieri l-Artikolu 162. Barra minn hekk, josserva li l-għajnuna għall-ikel għall-iżjed persuni żvantaġġati ma tissemmiex fit-test tal-abbozz ta’ regolament tal-FSE u l-oqsma ta’ intervent (b'mod partikolari, l-Artikolu 3 dwar l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-għajnuna). Għalhekk, jitlob li tinstab minnufih bażi legali aktar adatta barra l-FSE biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-għajnuna f'ikel għall-persuni l-aktar fi bżonn;

7.

jistaqsi lilu nnifsu jekk ikunx utli li jiġu stabbiliti għanijiet iżjed ambizzjużi għar-riżorsi allokati lill-politika ta’ koeżjoni inġenerali u lill-FSE b'mod partikolari, f'dawn iż-żminijiet ta’ kriżi ekonomika severa fl-Ewropa, li qed ikollha riperkussjonijiet soċjali drammatiċi;

8.

jiddispjaċih li għal darb'oħra l-Kummissjoni naqasha l-kuraġġ tadotta l-pożizzjonijiet tal-Kumitat dwar il-valutazzjoni tal-progress miksub, permezz tal-użu ta’ kriterji lil hinn mill-PDG li jkopru parametri ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

9.

jitlob lill-Kummissjoni u lill-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea kompetenti fil-qasam biex jaċċelleraw l-isforzi tagħhom biex tkun tista' tintuza l-iżjed data statistika reċenti għall-perjodu 2009-2011 fil-każ tal-Istati Membri, u tal-2008-2010 fil-każ tar-reġjuni (pjuttost milli dik għall-2007-2009 u 2006-2008, rispettivament), b'mod li tingħata stampa preċiża kemm jista' jkun tas-sitwazzjoni ekonomika estremament negattiva, u li l-FSE jkun jista' jindirizza ż-żieda fil-bżonnijiet li din is-sitwazzjoni ħolqot. Għall-finijiet ta’ ekwità, il-KtR jitlob li l-metodu għall-allokazzjoni tar-riżorsi jiżgura li, fi kwalunkwe każ, anke jekk ir-reġjuni għadhom koperti mill-għanijiet tal-konverġenza, dawn xorta jingħataw iżjed fondi mir-reġjuni tranżitorji;

10.

jopponi kull idea li jiġu stabbiliti klawżoli makroekonomiċi ta’ kundizzjonalità, l-iżjed għall-FSE, għax dan “jippenalizza” l-awtoritajiet reġjonali u, fl-aħħar mill-aħħar, il-benefiċjarji tal-Fond – li skont l-Artikolu 2(3) tal-Proposta għal Regolament huma “nies, inklużi l-gruppi żvantaġġjati bħal pereżempju n-nies li jkunu qiegħda fit-tul, in-nies b'diżabbiltajiet, il-migranti, il-minoritajiet etniċi, il-komunitajiet marġinalizzati u n-nies li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali”, kif ukoll intrapriżi – minħabba d-dewmien li jista' jkun hemm min-naħa tal-gvernijiet ċentrali biex jippromovu r-riformi li impenjaw ruħhom li jagħmlu fil-qafas tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma;

11.

jinsab imħasseb dwar problemi relatati mal-ksur tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità li jistgħu jqumu minħabba ċerti punti tal-proposta tal-Kummissjoni, bħal dawk li pereżempju jirrigwardaw il-konċentrazzjoni tematika, li jillimitaw il-possibbiltajiet li l-operazzjonijiet tal-FSE jiġu adattati għall-bżonnijiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ reġjuni individwali;

12.

ifakkar li skont it-Trattati, il-Kummissjoni tintrabat li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, li huwa ta’ interess partikolari għall-Kumitat, peress li l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji ta’ Sussidjarjetà u Proporzjonalità jistipula li l-konsultazzjonijiet li jsiru matul il-proċedura għall-adozzjoni ta’ att leġislattiv għandhom “fejn ikun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali tal-azzjoni maħsuba”. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tal-istess protokoll jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-Kummissjoni biex tiġġustifika b'mod adegwat il-proposta tagħha. Peress li din il-proposta tappella biss, bil-mod ġenerali u vag tas-soltu, għall-ħtieġa li l-azzjonijiet tal-FSE jkunu effettivi, bilkemm jista' jingħad li tilħaq dawn l-ispeċifikazzjonijiet;

13.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dispożizzjonijiet previsti, li huma obbligatorji u jikkonċernaw il-persentaġġi minimi, ir-rati tal-għoti u r-restrizzjonijiet fuq il-konċentrazzjoni tematika u l-kooperazzjoni transnazzjonali joħolqu l-periklu li l-Kummissjoni tittrasforma r-rwol tagħha ta’ msieħba strateġika u konsulent għal dak ta’ kontrollur, f'liema rwol tintalab biss li tivverifika u tiċċertifika li l-programmi tal-Istati Membri u r-reġjuni jikkonformaw mal-kriterji definiti fil-livell Ewropew li jistgħu jkunu inadegwati ferm għall-ħtiġijiet tagħhom;

14.

jaqbel li għandha tinħoloq il-kategorija ġdida tar-reġjuni ta’ tranżizzjoni li l-PDG tagħhom huwa bejn il-75 % u d-90 % tal-medja tal-UE, iżda huwa tal-fehma wkoll li d-dritt li r-reġjuni kollha jgawdu mid-dritt li jibbenefikaw mill-operazzjonijiet tal-FSE, inklużi dawk li, għalkemm mhumiex lura mil-lat tal-medja statistika, xorta waħda sikwit jiffaċċjaw problemi ta’ koeżjoni soċjali minħabba żoni ta’ faqar u sottożvilupp fit-territorju tagħhom;

15.

f'kull każ, huwa tal-fehma li l-metodu l-ġdid għall-klassifikazzjoni tar-reġjuni ma għandux iwassal għal tnaqqis estremament brutali fl-ammont li jirċievu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, u jitlob li tiġi prevista salvagwardja biex jiġi żgurat li r-reġjuni ma jirċevux għajnuna matul il-perjodu 20014-2020 li tkun inqas minn zewġ terzi tal-għajnuna li jkunu rċevew fil-perjodu 2007-2013;

16.

jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva li l-ishma fl-FSE jingħataw prijorità, iżda jitlob li jiġu stabbiliti persentaġġi iżjed baxxi b'mod li jkunu iktar proporzjonati u biex l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw il-flessibbiltà li jeħtieġu fl-ippjanar, li għandu jsir l-eqreb possibbli tal-postijiet fejn hemm l-opportunitajiet u l-problemi lokali;

17.

huwa tal-fehma li l-persentaġġi minimi tal-ishma fl-FSE skont il-kategoriji reġjonali għandhom ikunu ta’ natura indikattiva, għax b'hekk jistgħu jkunu adattati għal kull reġjun individwali matul in-negozjati tal-kuntratt ta’ sħubija;

18.

jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-UE li tkompli tħabrek biex it-tħaddim tal-fondi strutturali differenti tagħha jkun ikkoordinat u koerenti u, b'mod partikolari, il-komplementarjetà bejn l-operazzjonijiet tal-FEŻR u l-FSE fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni u l-Istrateġija Ewropa 2020, peress li dan l-approċċ jista' jiġġenera sinerġiji sostanzjali;

19.

japprova, minn naħa, l-isforz magħmul biex jiġi promoss is-sehem tal-imsieħba soċjali u tal-NGOs fil-proċeduri relatati mat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-FSE;

20.

min-naħa l-oħra, josserva – u jiddispjaċih – li teżisti sfiduċja ġenerali min-naħa tal-Kummissjoni fil-konfront tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma, u għandhom jibqgħu, l-atturi prinċipali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi;

B.   Missjoni u kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ li jipprovdi l-FSE

21.

japprova l-prinċipju gwida fundamentali li l-kompiti u l-azzjoni tal-FSE jintrabtu mal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

22.

jinsab imħasseb madankollu li l-“allinjament komplet” tal-FSE mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 jista' jikkostrinġi l-missjoni li għandu jaqdi fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, kif previst fit-Trattat u, b'mod partikolari, il-kompitu li jappoġġja l-iżjed approċċi ta’ programmar komprensivi u integrati possibbli, filwaqt li jagħti l-attenzjoni meħtieġa lid-dimensjoni territorjali;

23.

huwa tal-fehma li fil-kuntest ta’ allinjament tal-FSE mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-missjoni prinċipali tiegħu hija li jnaqqas id-diskrepanza fl-iżvilupp tar-reġjuni l-iżjed żvantaġġati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (reġjuni rurali, dawk għaddejjin minn tibdil industrijali, dawk l-iżjed fit-Tramuntana, reġjuni b'densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi). Il-KtR itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju li l-FSE, minn lieva importanti tal-politika ta’ koeżjoni jinbidel fi strument li jaqdi biss l-Istrateġija Ewropa 2020;

24.

barra minn hekk, jiddispjaċih li fl-allinjament tal-FSE mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, is-sitwazzjoni speċifika u unika tar-reġjuni ultraperiferiċi, rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-TFUE, ma ġietx ikkunsidrata biżżejjed;

25.

jilqa' b'sodisfazzjon u japprova l-approċċ komprensiv u koerenti tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kif strutturat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-FSE, li huwa mitlub jappoġġja b'mod dirett erba' għanijiet tematiċi u jappoġġja b'mod indirett erba' oħra, minn fost il-ħdax li huma definiti mill-Artikolu 9 tar-regolament ġenerali dwar il-fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dawn l-għanijiet tematiċi, min-naħa tagħhom, jinqasmu fi 18-il prijorità ta’ investiment;

26.

jenfasizza li b'dan il-mod, l-FSE ser ikompli jaqdi l-missjoni bażika tiegħu b'konformità mat-Trattat, li hija li “jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg għall-ħaddiema”, filwaqt li jissodisfa wkoll il-ħtiġijiet soċjali iġġenerati minn sitwazzjoni ekonomika estremament ħażina, permezz tal-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u tal-ġlieda kontra l-faqar”, liema ħidma ngħatat klassifikazzjoni ogħla – dik ta’ għan tematiku minflok prijorità ta’ investiment;

27.

jiddispjaċih li l-proposta ma tagħmilx referenza għall-promozzjoni tal-flessigurtà fis-suq tax-xogħol, u josserva li l-flessigurtà hija koperta minn wieħed mil-linji gwida integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (linja gwida 7);

28.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fi żmien fejn l-investimenti pubbliċi f'dawn is-setturi qed jonqsu, l-FSE jagħti appoġġ speċifiku lill-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u huwa favur li l-FSE jinfetaħ għall-investimenti fil-kapital fiżiku li huma marbuta mal-għanijiet tal-FSE pereżempju l-għan tal-infrastruttura edukattiva;

29.

jitlob li ssir referenza fir-regolament dwar l-FSE għal żoni bi żvantaġġi naturali u demografiċi, li tixbah lir-referenza prevista fl-Artikolu 10 tal-abbozz ta’ regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali;

30.

minħabba t-tibdil demografiku kbir f'ħafna Stati Membri li jirrikjedi tibdil komprensiv fl-istrutturi edukattivi, iqis li hemm bżonn li din il-kwistjoni tiġi kkunsidrata meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-investiment. Jemmen li, fil-kuntest ta’ tibdil bħal dan, jistgħu jiġu promossi wkoll, skont l-Artikolu 3(1)(b)(iii), investimenti li jiggarantixxu strutturi edukattivi sostenibbli, inklużi d-domanda tagħhom għal ħaddiema kwalifikati;

31.

josserva b'sodisfazzjon partikolari li għadd ta’ oqsma ta’ azzjoni li jikkostitwixxu prijoritajiet ta’ investiment għandhom rabta diretta mal-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u għalhekk jgħinuhom jaqdu l-missjoni tagħhom. Iżda, fl-istess ħin, din is-sitwazzjoni toħloq urġenza biex dawk l-awtoritajiet jiġu involuti b'mod deċiżiv fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi rilevanti;

32.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-pass biex jiġi ċċarat il-kontenut ta’ ċerti prijoritajiet ta’ investiment li mhumiex ċari fejn jidħol il-fond, filwaqt li oħrajn għandhom jiġu enfasizzati, u jinħolqu prijoritajiet ġodda f'każ ta’ bżonn, pereżempju fil-każ tal-promozzjoni tad-dimensjoni territorjali tal-azzjoni tal-FSE;

C.   Koerenza u konċentrazzjoni tematika

33.

jilqa' b'sodisfazzjon l-obbligu li l-Istati Membri jassiguraw koerenza fl-istrateġija u l-azzjonijiet tagħhom, kif definiti fil-programmi operattivi tagħhom, huma u jindirizzaw l-isfidi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, bil-għan li b'hekk jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet prinċipali tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjieg, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar, peress li ambjent makroekonomiku b'saħħtu huwa indispensabbli biex il-politika ta’ koeżjoni tagħti l-aqwa riżultati possibbli;

34.

jerġa' josserva li l-formulazzjoni magħżula (“jiżguraw li l-istrateġija u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Programmi Operattivi huma konsistenti u jiffokaw fuq l-indirizzar tal-isfidi identifikati fil-Programmi tar-Riforma Nazzonali”, filwaqt li fir-Regolament fis-seħħ tintuża l-frażi “jikkontribwixxu għal”), tikkonferma r-riskju li l-FSE ma jibqax lieva importanti tal-politika ta’ koeżjoni u minflok jibda jaqdi rwol ta’ għodda għall-użu esklużiv tal-Istrateġija Ewropa 2020 (ara l-punti 21 sa 24 hawn fuq);

35.

jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni li fil-kuntest tal-ħidma maħsuba biex jiġi kkonċentrat il-finanzjament, tistipula li jiġu allokati tal-inqas 20 % tar-riżorsi kollha tal-FSE f'kull Stat Membru sabiex jintlaħaq l-għan tematiku tal-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar”;

36.

jistaqsi jekk ir-rata minima ta’ 20 % prevista għal dan l-għan – li għalih ġew allokati EUR 16,8 biljun għall-perjodu kollu – hix ser tkun effettiva, fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni, fil-proposta tagħha tirrikonoxxi li l-faqar u l-esklużjoni soċjali jheddu madwar wieħed minn kull erba' ċittadini Ewropej, jiġifieri iżjed minn 113-il miljun persuna;

37.

filwaqt li japprova l-konċentrazzjoni tematika, ma jaqbilx mal-mod ta’ ħidma u l-proċedura li għażlet il-Kummissjoni biex jintlaħaq dan l-għan, kif previst fl-Artikolu 4(3) tal-Proposta għal Regolament dwar l-FSE. Meta tistabbilixxi obbligu li r-riżorsi disponibbli jiġu kkonċentrati f'kull programm operattiv għal mhux iżjed minn erbgħa minn fost it-18-il prijorità globalment possibbli; barra minn hekk, tiffissa persentaġġi partikolarment għoljin għal din il-konċentrazzjoni, li jvarjaw minn 80 sa 60 % skont il-kategorija tar-reġjuni kkonċernati, hija qiegħda tmur kontra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, għax dan il-metodu jista' ma jkunx kapaċi jkopri l-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta’ kull reġjun;

38.

jirrakkomanda, minflok, proċedura għall-konċentrazzjoni tal-finanzjament b'persentaġġi iżjed baxxi minn dawk proposti mill-Kummissjoni għal din il-konċentrazzjoni tal-ammonti disponibbli f'kull programm operattiv u li jingħata biss valur indikattiv lill-erba' prijoritajiet ta’ investiment; dan jirrappreżenta referenza tal-UE u jista' jiżdied għal sitt prijoritajiet meta jiġu nnegozjati l-programmi operattivi, b'mod li din il-konċentrazzjoni taqdi b'mod adegwat il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet ta’ kull reġjun;

D.   Sistema għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

39.

fil-prinċipju jaqbel mal-prinċipju dwar l-adozzjoni ta’ sistema ta’ indikaturi komuni tal-produzzjoni u r-riżultati tal-programmi. It-tnedija ta’ din il-ħidma, li diġà ttardjat ħafna, għall-armonizzazzjoni fil-livell Ewropew tar-regoli għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-azzjoni tal-FSE ser tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għat-titjib tal-affidabbiltà, il-kwalità u l-viżibbiltà tal-proċeduri ta’ monitoraġġ;

40.

jinsab konvint, madankollu, li fid-dawl tal-fatt li l-armonizzazzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-programmi għadha f'fażi bikrija u li l-indikaturi komuni li tippreferi l-Kummissjoni għadhom ma ġewx ittestjati, u peress li ċertament huwa iżjed diffiċli li jitkejjel l-impatt ta’ miżuri ffinanzjati permezz tal-FSE minn tipi oħra ta’ azzjoni, dawn l-indikaturi għandhom ikunu indikattivi pjuttost milli obbligatorji, u li fuq kollox m'għandhomx ikunu assoċjati mal-“kundizzjonalità tas-sussidji”.

41.

għall-kuntrarju, huwa tal-fehma li l-bżonn li jittejbu l-affidabbiltà, il-kwalità u l-viżibbiltà tal-proċeduri ta’ monitoraġġ jista' jiġi ssodisfat permezz ta’ “indikaturi interni speċifiċi tar-riżultati skont il-programmi” li jiġu nnegozjati bejn l-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali, u li għandhom jissejsu, kompletament jew parzjalment, fuq l-indikaturi komuni tal-produzzjoni u tar-riżultati proposti mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun hemm il-flessibbiltà meħtieġa meta dawn jiġu adottati;

Ε.   Il-parteċipazzjoni tal-imsieħba

42.

huwa diżappuntant li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Proposta għal Regolament dwar “L-involviment tal-imsieħba”, kif ukoll il-premessa (9), ma jagħmlu l-ebda referenza għall-awtoritajiet lokali; jirreferu biss għall-imsieħba soċjali u l-NGOs, li jagħti xhieda wkoll tal-isfiduċja fil-konfront tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li ssemmiet hawn fuq;

43.

huwa tal-fehma li huwa inġust li, f'dak li jirrigwarda s-sħubija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu assimilati mal-imsieħba soċjoekonomiċi, peress li bħala rappreżentanti tal-interessi ġenerali tal-komunitajiet li jirrappreżentaw, meta jitqies il-qafas istituzzjonali tal-Istat Membru, huma responsabbli għall-ġestjoni konġunta u l-kofinanzjament tal-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni;

44.

jiddispjaċih li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tirreferix b'mod espliċitu għall-imsieħba kollha elenkati fl-Artikolu 5 tal-Proposta għal Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Strutturali. Fil-fatt, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti bħala msieħba ewlenin tal-awtoritajiet nazzjonali biex jimplimentaw il-programmi tal-Fondi Strutturali tal-UE, fosthom l-FSE, flimkien mal-imsieħba soċjali u l-NGOs. Għalhekk, in-nuqqas ta’ din ir-referenza għandu jissewwa;

45.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-regolament li qed jiġi analizzat hawnhekk iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u l-NGOs, billi jiżgura li jingħatalhom ammont adegwat ta’ fondi tal-FSE għall-attivitajiet tagħhom biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-qasam tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi;

46.

madankollu, jaqbel li, min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet lokali ż-żgħar, bħall-muniċipalitajiet rurali ż-żgħar, jitħeġġew jieħdu sehem fi u jfittxu miżuri appoġġjati mill-FSE, permezz ta’ attivitajiet adatti għall-iżvilupp tal-kapaċità tagħhom; huwa favur ukoll li l-FSE jagħti appoġġ lill-attivitajiet ta’ netwerking, bil-għan li l-awtoritajiet loklai jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-livell tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni, pereżempju l-qgħad fost iż-żgħażagħ, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-integrazzjoni tar-Roma, eċċ.;

F.   Promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni

47.

japprova d-dispożizzjonijiet tal-Proposta għal Regolament dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, inkluża l-aċċessibbiltà gall-persuni b'diżabbiltà, permezz tal-istandardizzazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, peress li juru li kien hemm żieda fl-isforzi biex tiġi eliminata kull xorta ta’ diskriminazzjoni, kif previst fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Aspett partikolarment pożittiv u indikattiv f'dan ir-rigward huwa l-ħtieġa li l-Istati Membri mhux biss jiżguraw li l-programmi operattivi tagħhom jinkludu “deskrizzjoni dwar kif l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs huma promossi”, b'konformità mar-Regolament fis-seħħ, imma li l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs jiġu integrati wkoll fl-atti leġislattivi;

G.   Innovazzjoni soċjali u kooperazzjoni transnazzjonali

48.

jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-appoġġ għall-“innovazzjoni soċjali”, peress li diġà żviluppa inizjattivi importanti fil-qasam tal-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali, bħall-Forum dwar l-Innovazzjoni Soċjali f'Mejju 2011, iżda jirrakkomanda li hawnhekk ikun tajjeb li jissemmew b'mod speċifiku l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw, bi sħab mal-Istati Membri, biex jidentifikaw temi għall-innovazzjoni soċjali;

49.

jaqbel li l-kooperazzjoni transnazzjonali għandha titkompla u tissaħħaħ, bil-għan li jiġi promoss it-tagħlim reċiproku u b'hekk tissaħħaħ l-effikaċja tal-politiki appoġġjati mill-FSE;

50.

huwa mistagħġeb kif il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix kooperazzjoni interrreġjonali flimkien mal-kooperazzjoni transnazzjonali, kif jagħmel ir-Regolament fis-seħħ, b'mod partikolari meta wieħed iqis il-fatt li wara li tneħħiet l-inizjattiva EQUAL (2000-2006), il-kooperazzjoni transnazzjonali naqset u f'ċerti Stati Membri għabet għalkollox;

51.

jirrifjuta, peress li hija eċċessiva, id-dispożizzjoni restrittiva li skontha l-Istati Membri jistgħu jagħżlu temi għall-kooperazzjoni transnazzjonali minn lista proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kumitat tal-FSE, u jitlob għalhekk li titħassar;

H.   Dispożizzjonijiet speċifiċi fuq it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali

52.

japprezza b'mod partikolari l-appoġġ li hu previst li jingħata lill-istrateġiji ta’ żvilupp immexxija minn atturi lokali, lill-patti territorjali, lill-inizjattivi lokali għall-impjieg, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali u lill-Investimenti Territorjali Integrati (ITI), li huma mezzi importanti biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tat-territorji, u jitlob li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-Fondi Strutturali u l-oqsma ta’ azzjoni l-oħra;

53.

jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza għall-bżonn ta’ “mobilizzazzjoni tal-partijiet interessati reġjonali u lokali” biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020, u l-possibbiltà li jintużaw il-patti territorjali biex jintlaħaq dan l-għan;

54.

ifakkar hawnhekk fil-fehmiet preċedenti tiegħu favur iż-żieda fl-użu tal-patti territorjali biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020, u fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, peress li dawn joffru l-possibbiltà li ssir “għażla (…) biex jiġu formalizzati l-arranġamenti ta’ sħubija f'livell ‘taħt’ il-kuntratti ta’ sħubija”;

55.

japprova b'entużjażmu r-referenza għall-komplementarjetà indispensabbli li għandha teżisti mal-interventi tal-FEŻR meta l-FSE jappoġġja strateġiji ta’ żvilupp urban sostenibbli. Għal ħafna awtoritajiet lokali, ta’ spiss kien diffiċli, tista' tgħid impossibbli, li jiffinanzjaw azzjonijiet integrati ta’ żvilupp urban permezz ta’ taħlita ta’ dawn il-fondi peress li japplikaw regoli amministrattivi differenti ħafna, b'korpi ta’ ġestjoni differenti u bi skadenzi mhux armonizzati;

56.

madankollu, jitlob li din il-miżura tiġi wkoll estiża għall-istrateġiji għall-iżvilupp integrat tar-reġjuni rurali. Fil-fatt, ikun utli ħafna li l-fondi tal-FSE u l-FEŻR jingħaqdu flimkien biex jiġu indirizzati problemi ta’ faqar estrem, fiż-żoni rurali, pereżempju fil-kampijiet tar-Roma fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

I.   Miżuri ta’ semplifikazzjoni u strumenti finanzjarji innovattivi

57.

jilqa' b'sodisfazzjoni il-miżuri ta’ semplifikazzjoni proposti mill-Kummissjoni u, b'mod iżjed speċifiku, ir-restrizzjoni dwar in-numru ta’ regoli ta’ eleġibbiltà, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-benefiċjarji u l-operazzjonijiet fuq skala żgħira għall-fondi tal-FSE, il-possibbiltà li l-kontributi mhux finanzjarji jkunu eleġibbli, użu iżjed wiesa' tas-sussidji globali, għażliet semplifikati rigward l-ispejjeż u l-ammonti b'rata fissa, inkluża l-introduzzjoni tal-obbligu li jiġu użati għall-inizjattivi fuq skala iżjed żgħira, sa EUR 50 000. Dawn il-miżuri, flimkien ma’ dawk proposti fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, ser inaqqsu tassew il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, u huma partikolarment milqugħin tajjeb fid-dawl tal-bosta operazzjonijiet żgħar ħafna fis-setturi tal-impjieg u tal-affarijiet soċjali, li jirrappreżentaw investimenti mhux tanġibbli pjuttost milli dawk tanġibbli. Attwalment, il-piż amministrattiv b'riżultat ta’ dawn l-interventi jista' jkun tant sproporzjonat li jġib fix-xejn il-benefiċċji potenzjali għall-awtoritajiet lokali u jiskoraġġixxihom milli jressqu talbiet għal proġetti fil-qafas tal-FSE;

58.

jinsab konvint, madankollu, li hemm iżjed lok għas-semplifikazzjoni jekk jiġu adottati miżuri oħrajn, bħal dawk rakkomandati mill-grupp ad hoc tal-Kumitat tal-FSE dwar il-ġejjieni tal-Fond Soċjali Ewropew. Fost affarijiet oħra, nistgħu nsemmu l-proposta li jiġu adattati r-regoli ta’ finanzjament għal ċerti assijiet prijoritarji, b'mod partikolari l-proġetti iżjed żgħar, u sistema iżjed effettiva għall-ħlas tal-fondi, b'użu iżjed sistematiku tal-prefinanzjament;

59.

huwa favur l-istrumenti finanzjarji innovattivi proposti għall-appoġġ ta’ proġetti mill-FSE, bħall-mekkaniżmi għall-iskambju tar-riskji, l-ekwità u d-dejn, il-fondi ta’ garanzija, fondi ta’ investiment u ta’ self, u jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza speċifika għal “garanziji bbażati fuq il-politiki”, bil-għan li jtejbu l-aċċess tal-korpi pubbliċi u privati għas-swieq tal-kapitali fil-livell nazzjonali u reġjonali;

60.

jitlob lill-Kummissjoni li żżid ma’ din il-firxa ta’ fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw (revolving funds) għall-operazzjonijiet ta’ mikrokreditu, il-“bonds soċjali”, miżura innovattiva li kienet diskussa fil-forum tal-KtR dwar l-innovazzjoni soċjali, kif ukoll il-“bonds taċ-ċittadini”, proposta li saret meta kienu qed jitfasslu l-opinjonijiet tiegħu dwar ir-reviżjoni tal-baġit tal-UE u l-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid għal wara l-2013.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa (9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(9)

L-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE tiddipendi fuq it-tmexxija tajba u s-sħubija bejn l-atturi territorjali u soċjoekonomiċi relevanti kollha, l-aktar l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Għalhekk huwa neċessarju li l-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-implimentazzjoni tal-FSE.

(9)

L-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE tiddipendi fuq it-tmexxija tajba u s-sħubija bejn l-atturi territorjali u soċjoekonomiċi relevanti kollha, l-aktar l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Għalhekk huwa neċessarju li l-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-implimentazzjoni tal-FSE.

Raġuni

Ara l-punti 42 u 43 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 2

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-missjoni tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna tiegħu, id-dispożizzjonijiet speċifiċi u t-tipi ta’ nefqa eliġibbli għall-għajnuna.

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l- tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna tiegħu, id-dispożizzjonijiet speċifiċi u t-tipi ta’ nefqa eliġibbli għall-għajnuna.

Raġuni

Il-missjoni tal-FSE hija mniżżla fit-Trattati (Artikoli 162 u 174-5 tat-TFUE). Għalhekk il-Kumitat qed jipproponi li jinbidlu l-kliem għal dawk li hemm fir-Regolament attwali (Nru. 1081/2006), li jirreferi għal “kompiti” aktar minn “missjoni”. Permezz ta’ din l-emenda, il-formulazzjoni tal-Proposta għal Regolament tiġi tikkonforma bis-sħiħ ma’ dik tat-Trattati: fil-fatt, l-Artikolu 177 tat-TFUE jipprevedi li: “il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolament skont il-proċedura leġislattiva ordinarja kif ukoll wara li jkunu kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jagħtu definizzjoni tal-kompiti, tal-għanijiet prioritarji u tal-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali (…)”.

Emenda 3

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

Missjoni

1.   L-FSE għandu jippromwovi livelli għoljin ta’ kwalità ta’ impjiegi u xogħol, jappoġġa l-mobbiltà ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema, jiffaċilita l-adattament tagħhom għall-bidla, iħeġġeġ livell għoli ta’ edukazzjoni u taħriġ, jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, isaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jiġġieled kontra l-faqar, u b'hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

2.   Għandu jagħmel dan billi jappoġġa l-Istati Membri fil-ħidma għall-kisba tal-prijoritajiet u l-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-FSE għandu jappoġġa t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet, filwaqt li jqis il-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Istati Membri u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi tar-Riforma Nazzjonali.

3.   L-FSE għandu jkun ta’ benefiċċju għan-nies, inklużi l-gruppi żvantaġġjati bħal pereżempju n-nies li jkunu qiegħda fit-tul, in-nies b'diżabbiltajiet, il-migranti, il-minoritajiet etniċi, il-komunitajiet marġinalizzati u n-nies li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali. L-FSE għandu wkoll jipprovdi appoġġ lill-impriżi, is-sistemi u l-istrutturi bl-għan li jiffaċilita l-adattament tagħhom għal sfidi ġodda u biex jippromwovi tmexxija tajba u l-implimentazzjoni tar-riformi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-politiki soċjali.

Artikolu 2

1.   L-FSE għandu jippromwovi livelli għoljin ta’ kwalità ta’ impjiegi u xogħol, jappoġġa l-mobbiltà ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema, jiffaċilita l-adattament tagħhom għall-bidla, iħeġġeġ livell għoli ta’ edukazzjoni u taħriġ, jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, isaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jiġġieled kontra l-faqar, u b'hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

2.   Għandu jagħmel dan billi jappoġġa l-Istati Membri fil-ħidma għall-kisba tal-prijoritajiet u l-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-FSE għandu jappoġġa t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet, filwaqt li jqis l-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Istati Membri u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi tar-Riforma Nazzjonali.

3.   L-FSE għandu jkun ta’ benefiċċju għan-nies, inklużi l-gruppi żvantaġġjati bħal pereżempju n-nies li jkunu qiegħda fit-tul, in-nies b'diżabbiltajiet, il-migranti, il-minoritajiet , il-komunitajiet marġinalizzati u n-nies li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali. L-FSE għandu wkoll jipprovdi appoġġ lill-impriżi, is-sistemi u l-istrutturi bl-għan li jiffaċilita l-adattament tagħhom għal sfidi ġodda u biex jippromwovi tmexxija tajba u l-implimentazzjoni tar-riformi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-politiki soċjali.

Raġuni

1.

Ara l-kumment rigward l-Artikolu 1 dwar it-titlu tal-artikolu.

2.

Sabiex tiġi enfasizzata d-dimensjoni territorjali inerenti għall-politika ta’ koeżjoni, u sabiex tiġi aġġustata l-korrelazzjoni bejn il-problemi u d-disparitajiet reġjonali u l-Istrateġija Ewropa 2020, qed jiġi propost li tiżdied il-kelma “anke” biex jittaffa l-impatt tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-Programmi Operattivi tal-FSE.

3.

Tidher ħaġa stramba li jiġu inklużi l-“minoritajiet etniċi” fost il-gruppi benefiċjarji. Il-fatt li l-minoritajiet etniċi jiġu identifikati bħala kategorija separata jista' jqajjem kwistjonijiet serji ta’ liġi internazzjonali u nazzjonali f'bosta Stati Membri.

Emenda 4

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna

1.   Skont l-għanijiet tematiċi elenkati hawn taħt, u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE għandu jappoġġa l-prijoritajiet ta’ investiment li ġejjin:

(a)

Il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol permezz ta':

i)

L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies li mhumiex attivi, inkluzi inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol;

ii)

L-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ li mhumiex qegħdin f'impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ għas-suq tax-xogħol;

iii)

L-impjiegi indipendenti, l-intraprenditorija u l-ħolqien ta’ negozji;

iv)

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

v)

L-adattament tal-ħaddiema, l-impriżi u l-intraprendituri għall-bidla;

vi)

It-tixjiħ attiv u fi stat tajjeb ta’ saħħa;

vii)

Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-mobbiltà transnazzjonali tax-xogħol;

(b)

L-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta':

i)

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja;

ii)

It-titjib tal-kwalità, l-effiċjenza u l-ftuħ tal-edukazzjoni terzjarja u ekwivalenti bl-għan li jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni u ta’ kisba;

iii)

It-tisħiħ tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol u ż-żieda tar-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(c)

Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar permezz ta':

i)

L-inklużjoni attiva;

ii)

L-integrazzjoni tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma;

iii)

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

iv)

It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista' jintlaħaq, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, inkluża l-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali;

v)

Il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali u l-impriżi soċjali;

vi)

Strateġiji lokali għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

(d)

It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta':

i)

L-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi bl-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u tmexxija tajba;

Din il-prijorità ta’ investiment tapplika biss madwar it-territorju tal-Istati Membri li għandhom mill-inqas reġjun wieħed NUTS tal-livell 2 kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fl-Istati Membri li huma eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni.

ii)

Il-bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati li joħorġu politiki dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni u soċjali u patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riforma f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

2.   Permezz tal-prijoritajiet ta’ investiment elenkati fil-paragrafu 1, l-FSE għandu wkoll jikkontribwixxi għall-għanijiet tematiċi l-oħra elenkati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-aktar billi:

(a)

Jappoġġa l-bidla lejn ekonomija baxxa fil-karbonju, reżistenti għat-tibdil fil-klima, li tagħmel użu effiċjenti tar-riżorsi u ambjentalment sostenibbli, permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjieb tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent u l-enerġija;

(b)

It-titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, permezz tal-iżvilupp tal-kompetenza diġitali, l-investiment fl-inklużjoni diġitali, il-ħiliet diġitali u l-ħiliet intraprenditorjali relatati;

(c)

It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoliġiċi, permezz tal-iżvilupp tal-istudji post universitarji, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta’ netwerking u l-isħubiji bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, iċ-ċentri tar-riċerka u teknoloġiċi u l-intrapriżi;

(d)

It-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u medji, permezz tal-promozzjoni tal-adattabbiltà tal-impriżi u l-ħaddiema u aktar investiment fil-kapital uman.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna

1.   Skont l-għanijiet tematiċi elenkati hawn taħt, u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE għandu jappoġġa l-prijoritajiet ta’ investiment li ġejjin:

(a)

Il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol permezz ta':

i)

L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies li mhumiex attivi, inkluzi inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol;

ii)

L-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ li mhumiex qegħdin f'impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ għas-suq tax-xogħol;

iii)

L-impjiegi indipendenti, l-intraprenditorija u l-ħolqien ta’ negozji;

iv)

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

v)

L-adattament tal-ħaddiema, l-impriżi u l-intraprendituri għall-bidla, ;

vi)

It-tixjiħ attiv u fi stat tajjeb ta’ saħħa;

vii)

Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-mobbiltà transnazzjonali tax-xogħol;

(b)

L-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta':

i)

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja;

ii)

It-titjib tal-kwalità, l-effiċjenza u l-ftuħ tal-edukazzjoni terzjarja u ekwivalenti bl-għan li jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni u ta’ kisba;

iii)

It-tisħiħ tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol u ż-żieda tar-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(c)

Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar permezz ta':

i)

L-inklużjoni attiva ;

ii)

L-integrazzjoni tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma;

iii)

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

iv)

It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista' jintlaħaq, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, inkluża l-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali;

v)

Il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali u l-impriżi soċjali;

vi)

Strateġiji lokali għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

(d)

It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta':

i)

L-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi bl-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u tmexxija tajba;

Din il-prijorità ta’ investiment tapplika biss madwar it-territorju tal-Istati Membri li għandhom mill-inqas reġjun wieħed NUTS tal-livell 2 kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fl-Istati Membri li huma eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni.

ii)

Il-bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati li joħorġu politiki dwar l-impjiegi l-edukazzjoni u soċjali

2   Permezz tal-prijoritajiet ta’ investiment elenkati fil-paragrafu 1, l-FSE għandu wkoll jikkontribwixxi għall-għanijiet tematiċi l-oħra elenkati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-aktar billi:

(a)

Jappoġġa l-bidla lejn ekonomija baxxa fil-karbonju, reżistenti għat-tibdil fil-klima, li tagħmel użu effiċjenti tar-riżorsi u ambjentalment sostenibbli, permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjieb tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent u l-enerġija;

(b)

It-titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, permezz tal-iżvilupp tal-kompetenza diġitali, l-investiment fl-inklużjoni diġitali, il-ħiliet diġitali u l-ħiliet intraprenditorjali relatati;

(c)

It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoliġiċi, permezz tal-iżvilupp tal-istudji post universitarji, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta’ netwerking u l-isħubiji bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, iċ-ċentri tar-riċerka u teknoloġiċi u l-intrapriżi;

(d)

It-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u medji, permezz tal-promozzjoni tal-adattabbiltà tal-impriżi u l-ħaddiema u aktar investiment fil-kapital uman.

Raġuni

Dawn l-emendi jirrigwardaw ir-reġjuni msemmija fl-Artikoli 174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandhom l-għan ukoll li, minn naħa, jiċċaraw u jtejbu dispożizzjoni li fuq kollox kienet suċċess, u min-naħa l-oħra, li l-patti territorjali jsiru magħrufa aktar u jissaħħu.

Emenda 5

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Programmi Operattivi huma konsistenti u jiffokaw fuq l-indirizzar tal-isfidi identifikati fil-Programmi tar-Riforma Nazzonali u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti li saru skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar.

2.   Mill-inqas 20 % tar-riżorsi totali tal-FSE f'kull Stat Membru għandu jiġi allokat lill-għan tematiku “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar” stabbilit fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (UE) Nru […].

3.   L-Istati Membri għandhom ikomplu jwettqu l-konċentrazzjoni tematika skont il-modalitajiet li ġejjin:

(a)

Għar-reġjuni aktar żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw 80 % tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(b)

Għar-reġjuni tranżitorji, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw 70 % tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(c)

Għar-reġjuni inqas żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw 60 % tal-allokazzjoni lil kull programm operattiv fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 4

Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Programmi Operattivi huma konsistenti l-isfidi identifikati fil-Programmi tar-Riforma Nazzonali u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti li saru skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar.

2.   Mill-inqas 20 % tar-riżorsi totali tal-FSE f'kull Stat Membru għandu jiġi allokat lill-għan tematiku “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar” stabbilit fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (UE) Nru […].

3.   L-Istati Membri għandhom ikomplu jwettqu l-konċentrazzjoni tematika skont il-modalitajiet li ġejjin:

(a)

Għar-reġjuni aktar żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(b)

Għar-reġjuni tranżitorji, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(c)

Għar-reġjuni inqas żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw tal-allokazzjoni lil kull programm operattiv fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Raġuni

Ara l-punti 37 u 38 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 6

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 5

Indikaturi

1.   Għandhom jintużaw indikaturi komuni kif stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u indikaturi speċfiċi għal kull programm skont l-Artikolu 24(3) u 87(2)(b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru […]. L-indikaturi kollha għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.

L-indikaturi tal-produzzjoni komuni u dawk speċifiċi għal kull programm jirrigwardaw l-operazzjonijiet implimentati parzjalment jew bis-sħiħ. Fejn ikunu rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, il-valuri ta’ mira kwantifikati kumulattivi għandhom jiġu stabbiliti għall-2022. L-indikaturi ta’ referenza għandhom jiġu ffissati għal żero.

L-indikaturi tar-riżultati komuni u dawk speċifiċi għal kull programm jirrigwardaw l-assi prijoritarju jew is-subprijoritajiet stabbiliti skont assi prijoritarju. L-indikaturi ta’ referenza għandhom jużaw id-dejta l-aktar reċenti disponibbli. Il-valuri ta’ mira kwantifikati kumulattivi għandhom jiġu stabbiliti għall-2022.

2.   Fl-istess żmien tar-rapporti tal-implimentazzjoni annwali, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha titrażmetti dejta strutturata b'mod elettroniku għal kull prijorità ta’ investiment. Id-dejta għandha tkopri l-kategorizzazzjoni u l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati.

Artikolu 5

Indikaturi

   

   

   

   

   

Raġuni

Qed jiġi propost li l-Artikolu 5 jsirulu tibdiliet kbar fid-dawl tal-aspetti żviluppati f'punti 39 sa 41 fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 7

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

Involviment tal-imsieħba

1.   L-involviment tal-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, fl-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru […], jista' jieħu l-forma ta’ għotjiet globali kif definit fl-Artikolu 112(7) tar-Regolament (UE) Nru […]. F'tali każ, il-progamm operativ għandu jidentifika l-parti tal-programm ikkonċernat mill-għotja globali, inkluża allokazzjoni finanzjarja indikattiva minn kull assi prijoritarju lilu.

2.   Sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni xierqa tal-imsieħba soċjali f'azzjonijiet appoġġati mill-FSE, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv f'reġjun kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fi Stati Membri li huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jiżguraw li ammont xieraq tar-riżorsi tal-FSE jiġi allokat għall-attivitajiet tal-bini tal-kapaċitajiet, fil-forma ta’ taħriġ, miżuri ta’ netwerking, u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali, u lil attivitajiet li jitwettqu b'mod konġunt mill-imsieħba soċjali.

3.   Sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni xierqa u l-aċċess mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi għal azzjonijiet appoġġati mill-FSE, l-aktar fl-oqsma tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv f'reġjun kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fi Stati Membri li huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jiżguraw li ammont xieraq tar-riżorsi tal-FSE jiġi allokat għall-bini tal-kapaċitajiet għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Artikolu 6

Involviment tal-imsieħba

1.   L-involviment tal-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, fl-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru […], jista' jieħu l-forma ta’ għotjiet globali kif definit fl-Artikolu 112(7) tar-Regolament (UE) Nru […]. F'tali każ, il-progamm operativ għandu jidentifika l-parti tal-programm ikkonċernat mill-għotja globali, inkluża allokazzjoni finanzjarja indikattiva minn kull assi prijoritarju lilu.

2.   Sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni xierqa tal-imsieħba soċjali f'azzjonijiet appoġġati mill-FSE, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv f'reġjun kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fi Stati Membri li huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jiżguraw li ammont xieraq tar-riżorsi tal-FSE jiġi allokat għall-attivitajiet tal-bini tal-kapaċitajiet, fil-forma ta’ taħriġ, miżuri ta’ netwerking, u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali, u lil attivitajiet li jitwettqu b'mod konġunt mill-imsieħba soċjali.

3.   Sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni xierqa u l-aċċess mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi għal azzjonijiet appoġġati mill-FSE, l-aktar fl-oqsma tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv f'reġjun kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fi Stati Membri li huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jiżguraw li ammont xieraq tar-riżorsi tal-FSE jiġi allokat għall-bini tal-kapaċitajiet għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

   

Raġuni

Ara l-punti 42 sa 46 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 8

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 9

Innovazzjoni soċjali

1.   L-FSE għandu jippromwovi l-innovazzjoni soċjali fi ħdan l-oqsma kollha li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE, kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari bl-għan li jiġu ttestjati u mtejba s-soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet soċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw temi għall-innovazzjoni soċjali, li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom fil-programmi operattivi tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-bini tal-kapaċitajiet għall-innovazzjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ tat-tagħlim reċiproku, l-istabbiliment ta’ netwerks, u t-tixrid tal-prassi tajba u tal-metodoloġiji.

Artikolu 9

Innovazzjoni soċjali

1.   L-FSE għandu jippromwovi l-innovazzjoni soċjali fi ħdan l-oqsma kollha li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE, kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari bl-għan li jiġu ttestjati u mtejba s-soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet soċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw temi għall-innovazzjoni soċjali, .

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-bini tal-kapaċitajiet għall-innovazzjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ tat-tagħlim reċiproku, l-istabbiliment ta’ netwerks, u t-tixrid tal-prassi tajba u tal-metodoloġiji

Raġuni

1.

Ara l-punt 48 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

2.

Din hija referenza inkroċjata għall-Artikolu 8 tal-Proposta għal Regolament dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali, li hija s-suġġett ta’ opinjoni oħra tal-KtR (CdR 335/2011, relatur: is-Sur Enrico Rossi, (IT/PSE)), adottata fit-3 ta’ Mejju 2012.

Emenda 9

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 10

Koperazzjoni transnazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali bl-għan li jippromwovu t-tagħlim reċiproku u b'hekk iżidu l-effettività tal-politiki appoġġati mill-FSE. Il-kooperazzjoni transnazzjonali għandha tinvolvi l-imsieħba minn mill-inqas żewġ Stati Membri.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu temi għall-kooperazzjoni transnazzjonali minn lista proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kumitat tal-FSE.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni transnazzjonali fit-temi msemmija fil-paragrafu 2 permezz tat-tagħlim reċiproku u l-azzjoni koordinata jew konġunta. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tħaddem pjattaforma fuq livell tal-UE biex tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza, il-bini tal-kapaċitajiet u n-netwerking kif ukoll it-tixrid tar-riżultati rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas ta’ implimentazzjoni koordinat, inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà komuni, tipi u għażla ta’ żmien tal-azzjonijiet, u approċċi metodoloġiċi komuni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, bl-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transnazzjonali.

Artikolu 10

Koperazzjoni transnazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali bl-għan li jippromwovu t-tagħlim reċiproku u b'hekk iżidu l-effettività tal-politiki appoġġati mill-FSE.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu temi għall-kooperazzjoni transnazzjonali minn lista proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kumitat tal-FSE.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni transnazzjonali permezz tat-tagħlim reċiproku u l-azzjoni koordinata jew konġunta. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tħaddem pjattaforma fuq livell tal-UE biex tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza, il-bini tal-kapaċitajiet u n-netwerking kif ukoll it-tixrid tar-riżultati rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas ta’ implimentazzjoni koordinat, inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà komuni u approċċi metodoloġiċi komuni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, bl-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transnazzjonali

Raġuni

1.

Ara l-punti 49 sa 51 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

2.

Il-formulazzjoni oriġinali ma kenitx tiżgura l-konformità tal-kooperazzjoni transnazzjonali stabbilita fl-FSE u fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea.

3.

Hemm tliet dimensjonijiet distinti tal-kooperazzjoni territorjali: kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali.

Emenda 10

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 12

Disposizzjonijiet speċifiċi fuq it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali

1.   L-FSE jista' jappoġġa strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru […], patti territorajli u inizjattivi lokali għall-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, kif ukoll Investimenti Territorjali Integrati (ITI) kif imsemmi fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru […].

2.   Bħala għajnuna għall-interventi tal-FEŻR kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru [FEŻR], l-FSE jista' jappoġġa l-iżvilupp urban sostenibbli permezz ta’ strateġiji li jistabbilixxu azzjonijiet integrati sabiex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani tal-ibliet li huma elenkati fil-kuntratt ta’ sħubija.

Artikolu 12

Disposizzjonijiet speċifiċi fuq it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali

1.   L-FSE jista' jappoġġa strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru […], patti territorajli u inizjattivi lokali għall-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, kif ukoll Investimenti Territorjali Integrati (ITI) kif imsemmi fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru […].

2.   Bħala għajnuna għall-interventi tal-FEŻR kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru [FEŻR], l-FSE jista' jappoġġa l-iżvilupp urban sostenibbli permezz ta’ strateġiji li jistabbilixxu azzjonijiet integrati sabiex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani tal-ibliet li huma elenkati fil-kuntratt ta’ sħubija.

   

   

Raġuni

Ara l-punti 29 u 56 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 11

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 14

Għażliet tal-kosti simplifikati

1.   Minbarra l-metodi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru […], il-Kummissjoni tista' tħallas lura n-nefqa mħallsa mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa definiti mill-Kummissjoni. L-ammonti kkalkulati fuq din il-bażi għandhom jitqiesu bħala appoġġ pubbliku mħallas lill-benefiċjarji u bħala nefqa eliġibbli għall-iskop li jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru […].

Għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 dwar it-tip ta’ operazzjonijiet koperti, id-definizzjonijiet tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa u l-ammonti massimi tagħhom, li jistgħu jiġu aġġustati skont il-metodi normalment miftiehma applikabbli.

L-awditjar finanzjarju għandu jimmira esklussivament li jivverifika li l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa jkunu ġew ssodisfati.

Meta jintużaw dawn il-forom ta’ finanzjament, l-Istat Membru jista' japplika l-prattiki tal-kontabbiltà tiegħu għall-appoġġ tal-operazzjonijiet. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […] dawn il-prattiki tal-kontabbiltà u l-ammonti li jirriżultaw ma għandhomx ikunu soġġetti għall-awditjar mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni.

2.   Skont l-Artikolu 57(1)(d) u (4)(d) tar-Regolament (UE) Nru […], tista' tintuża rata fissa sa 40 % tal-kosti tal-persunal diretti eliġibbli sabiex tkopri l-kosti eliġibbli ta’ operazzjoni li jifdal.

3.   L-għotjiet li jitħallsu lura fuq il-bażi tal-kost eliġibbli tal-operazzjonijiet, determinati permezz ta’ finanzjament b'rata fissa, skali standard ta’ kosti unitarji u somom f'daqqa kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru […] jistgħu jiġu kkalkulati fuq bażi ta’ kull każ b'referenza għal abbozz ta’ baġit miftiehem ex ante mill-Awtorità ta’ Tmexxija, fejn l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 100 000.

4.   L-għotjiet li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 50 000 għandhom jieħdu l-forma ta’ somom f'daqqa jew skali standard ta’ kosti unitarji, għajr għall-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fi ħdan il-qafas ta’ skema ta’ għajnuna mill-istat.

Artikolu 14

Għażliet tal-kosti simplifikati

1.   Minbarra l-metodi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru […], il-Kummissjoni tista' tħallas lura n-nefqa mħallsa mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa definiti mill-Kummissjoni. L-ammonti kkalkulati fuq din il-bażi għandhom jitqiesu bħala appoġġ pubbliku mħallas lill-benefiċjarji u bħala nefqa eliġibbli għall-iskop li jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru […].

Għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 dwar it-tip ta’ operazzjonijiet koperti, id-definizzjonijiet tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa u l-ammonti massimi tagħhom, li jistgħu jiġu aġġustati skont il-metodi normalment miftiehma applikabbli.

L-awditjar finanzjarju għandu jimmira esklussivament li jivverifika li l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa jkunu ġew ssodisfati.

Meta jintużaw dawn il-forom ta’ finanzjament, l-Istat Membru jista' japplika l-prattiki tal-kontabbiltà tiegħu għall-appoġġ tal-operazzjonijiet. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […] dawn il-prattiki tal-kontabbiltà u l-ammonti li jirriżultaw ma għandhomx ikunu soġġetti għall-awditjar mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni.

2.   Skont l-Artikolu 57(1)(d) u (4)(d) tar-Regolament (UE) Nru […], tista' tintuża rata fissa sa 40 % tal-kosti tal-persunal diretti eliġibbli sabiex tkopri l-kosti eliġibbli ta’ operazzjoni li jifdal.

3.   L-għotjiet li jitħallsu lura fuq il-bażi tal-kost eliġibbli tal-operazzjonijiet, determinati permezz ta’ finanzjament b'rata fissa, skali standard ta’ kosti unitarji u somom f'daqqa kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru […] jistgħu jiġu kkalkulati fuq bażi ta’ kull każ b'referenza għal abbozz ta’ baġit miftiehem ex ante mill-Awtorità ta’ Tmexxija, fejn l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 100 000.

4.   L-għotjiet li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 50 000 jieħdu l-forma ta’ somom f'daqqa jew skali standard ta’ kosti unitarji, għajr għall-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fi ħdan il-qafas ta’ skema ta’ għajnuna mill-istat.

   

Raġuni

1.

Ara l-punt 57 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

2.

Il-formulazzjoni l-ġdida għandha l-għan li tiżgura li l-fondi tal-FSE jitqassmu b'mod flessibbli.

Emenda 12

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 15

Strumenti finanzjarji

1   Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE jista' jappoġġa azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu permezz ta’ strumenti finanzjarji, bħall-iskemi tal-qsim tar-riskju, l-ekwità u d-dejn, fondi ta’ garanzija, fondi ta’ investiment u fondi ta’ self.

2.   L-FSE jista' jintuża għat-tisħiħ tal-aċċess għas-swieq tal-kapital għal korpi pubbliċi u privati fuq livelli nazzjonali u reġjonali li jimplimentaw azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE u l-programm operattiv permezz ta’ “garanziji tal-FSE bbażati fuq il-politiki” sakemm il-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex tiddefinixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjonijiet tal-Istati Membri, inklużi l-limiti, għall-garanziji bbażati fuq il-politiki, filwaqt li tiżgura b'mod partikolari li l-użu tagħhom ma jwassalx għal livelli eċċessivi ta’ dejn tal-korpi pubbliċi.

Kull applikazzjoni għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tapprova kull “garanzija tal-FSE bbażata fuq il-politiki” sakemm din taqa' fil-qasam ta’ attività tal-Programm Operattiv imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru […] u sakemm tkun konformi mar-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti.

Artikolu 15

Strumenti finanzjarji

1   .Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE jista' jappoġġa azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu permezz ta’ strumenti finanzjarji, bħall-iskemi tal-qsim tar-riskju, l-ekwità u d-dejn, fondi ta’ garanzija, fondi ta’ investiment u fondi ta’ self, .

2.   L-FSE jista' jintuża għat-tisħiħ tal-aċċess għas-swieq tal-kapital għal korpi pubbliċi u privati fuq livelli nazzjonali u reġjonali li jimplimentaw azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE u l-programm operattiv permezz ta’ “garanziji tal-FSE bbażati fuq il-politiki” sakemm il-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex tiddefinixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjonijiet tal-Istati Membri, inklużi l-limiti, għall-garanziji bbażati fuq il-politiki, filwaqt li tiżgura b'mod partikolari li l-użu tagħhom ma jwassalx għal livelli eċċessivi ta’ dejn tal-korpi pubbliċi.

Kull applikazzjoni għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tapprova kull “garanzija tal-FSE bbażata fuq il-politiki” sakemm din taqa' fil-qasam ta’ attività tal-Programm Operattiv imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru […] u sakemm tkun konformi mar-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti.

Raġuni

Ara l-punt 60 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/143


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni”

2012/C 225/10

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

josserva li l-valur miżjud Ewropew tal-investimenti fl-infrastruttura li saru fis-snin li għaddew permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni huwa għoli. Permezz ta’ dawn l-investimenti l-UE tipprovdi lill-Ewropej b’livell ta’ ħajja ogħla u toffri lill-intrapriżi opportunitajiet għall-iżvilupp;

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għall-perjodu 2014-2020 jinżamm baġit sostanzjali għall-Fond ta’ Koeżjoni b’mod li l-għanijiet politiċi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija jkunu jistgħu jiġu appoġġjati mill-baġit tal-UE;

jqis li l-politika ta’ koeżjoni hija u għandha tibqa’ espressjoni ta’ solidarjetà fi ħdan l-UE u strument effikaċi li jaqdi l-ksib tas-suq uniku Ewropew;

jitlob approċċ ibbażat ħafna fuq ir-riżultati u identifikazzjoni aħjar tal-prijoritajiet ta’ investiment fil-livell lokali u nazzjonali;

jikkunsidra li l-Fond ta’ Koeżjoni għandu jiffinanzja proġetti integrati dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u d-djar;

iqis li hemm bżonn li jsir investiment intelliġenti fl-iżvilupp tal-infrastruttura fil-livell Ewropew:

jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali wkoll huma responsabbli li jwettqu investimenti fl-infrastruttura tat-trasport u li joħolqu konnessjonijiet sekondarji u terzjarji fil-qafas tan-netwerk trans-Ewropej. Dawn jistgħu jiġu involuti mill-qrib fid-deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-proġetti prijoritarji ta’ interess komuni sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-investimenti pubbliċi u privati f’kull livell;

ser jopponi kwalunkwe inizjattiva li tista’ tnaqqas il-baġit allokat lill-politika ta’ koeżjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-EUR 10 biljun mill-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li ġej direttament mill-Fond ta’ Koeżjoni.

Relatur

Is-Sur STAVARACHE (RO/ALDE), Sindku tal-muniċipalità ta’ Bacău, il-kontea ta’ Bacău

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

COM(2011) 612 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol politiku, regolatorju u amministrattiv importanti u ħafna drabi jkollhom kompetenzi ċari fil-livell nazzjonali fil-qasam tal-ippjanar tal-investimenti u l-implimentazzjoni tal-politiki fil-qasam tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija u fuq kollox fejn jidħol żvilupp tal-infrastruttura fit-territorji tagħhom;

2.

jinsisti fuq il-bżonn li titqiegħed fil-prattika l-governanza f’diversi livelli sabiex ikun jista’ jiġi garantit żvilupp territorjali bilanċjat u konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu assoċjati bħala msieħba fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-investiment fil-livell nazzjonali u Ewropew li ser jibbeneifikaw minn finanzjament fil-qafas tal-Fond ta’ Koeżjoni;

3.

jilqa’ l-impenn li ħadet il-Kummissjoni Ewropea li permezz tal-baġit Ewropew tappoġġja l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija li mingħajrhom l-iżvilupp ekonomiku ma jkunx possibbli u fuq kollox jilqa’ l-fatt li l-proposta dwar il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 tqis id-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE b’enfasi partikolari fuq ir-reġjuni inqas żviluppati;

4.

iqis li t-twaqqif tal-prijoritajiet fil-qasam tal-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji Ewropej kollha joħloq il-kundizzjonijiet preliminari neċessarji sabiex l-Unjoni tkun tista’ taħdem tajjeb bħala żona ekonomika komuni u sabiex jinkiseb il-proġett sħiħ tas-suq Ewropew uniku u fl-istess waqt huwa simbolu ta’ solidarjetà mal-Istati Membri inqas żviluppati;

5.

josserva li l-valur miżjud Ewropew tal-investimenti fl-infrastruttura li saru fis-snin li għaddew permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni huwa għoli. Mingħajr l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea dawn l-investimenti ma kinux jistgħu jsiru fl-Istati Membri fejn il-PDG per capita huwa inqas għoli. Permezz ta’ dawn l-investimenti l-UE ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tagħha u toffri possibbiltajiet ta’ żvilupp lill-intrapriżi;

6.

ifakkar li, hekk kif jipprevedi l-Protokoll nru 28 tat-TFUE, il-Fond ta’ Koeżjoni ser jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għal proġetti ambjentali u relatati man-netwerks trans-Ewropej fl-Istati Membri fejn il-PDG per capita huwa inqas minn 90 % tal-medja fl-Unjoni;

7.

japprezza b’mod partikolari s-solidarjetà Ewropea bejn l-Istati Membri. Il-Fond ta’ Koeżjoni jindirizza l-bżonnijiet finanzjarji tal-investimenti interreġjonali u urbani fl-infrastruttura tat-trasport u ambjentali tal-pajjiżi inqas żviluppati;

8.

ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-KtR dwar il-qafas multiannwali l-ġdid għal wara l-2013 u jilqa’ bis-sħiħ il-proposti dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-kundizzjonalità (1);

9.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għall-perjodu 2014-2020 jinżamm baġit sostanzjali għall-Fond ta’ Koeżjoni b’mod li l-għanijiet politiċi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport, l-ambjent u l-enerġija jkunu jistgħu jiġu appoġġjati mill-baġit tal-UE. Il-Kumitat japprova wkoll il-proposta li t-total tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni jinżamm għal terz tal-baġit sħiħ tal-politika ta’ koeżjoni fil-livell nazzjonali, fl-Istati Membri eliġibbli.

10.

huwa kompletamet konxju tal-bżonn li jiġu adottati miżuri ta’ dixxiplina ekonomika u baġitarja fil-livell tal-UE, iżda l-Kumitat huwa tal-fehma li l-politika ta’ koeżjoni ma tistax tintuża bħala strument ta’ sanzjoni li jimponi dixxiplina finanzjarja stretta fl-Unjoni. Il-Fondi strutturali u ta’ koeżjoni għandhom jirrispondu għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 171, 174, 177 u 192 tat-TFUE. Il-Kumitat iqis li jekk jiġu adottati kundizzjonijiet makroekonomiċi, dawn għandhom japplikaw għall-intestaturi baġitarji kollha u mhux għal dawk tal-koeżjoni biss;

Pjanar strateġiku aħjar u iktar effikaċja fl-użu tal-fondi

11.

iqis li l-politika ta’ koeżjoni hija u għandha tibqa’ espressjoni ta’ solidarjetà fi ħdan l-UE u strument effikaċi li jaqdi l-ksib tas-suq uniku Ewropew. L-effikaċja tal-politika ta’ koeżjoni ser tiġi kkonfermata permezz tal-għażliet ta’ investiment favur tkabbir intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u bilanċjat fil-livell tal-UE li jiġi implimentat fl-amministrazzjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali u li ser jieħdu l-forma ta’ programmi ta’ investiment finanzjati mill-Fond Strutturali fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid;

12.

ifakkar li l-għan prinċipali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss huwa li jtejbu l-kwalità tal-interventi finanzjati mit-taxxi taċ-ċittadini u li jiksbu l-aħjar riżultati possibbli u li jistgħu jitkejlu mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali;

13.

jilqa’ l-proposti l-ġodda li saru fil-qafas tal-pakkett leġislattiv dwar il-ġejjieni tal-politika Ewropea ta’ koeżjoni li jimmiraw li jsaħħu l-effikaċja fl-użu tal-fondi u jsaħħu r-rabta bejn l-għanijiet politiċi u l-baġit Ewropew b’enfasi partikolari fuq il-prijoritajiet u billi tiġi żgurata massa kritika ta’ investimenti billi l-istrumenti ta’ programmazzjoni finanzjarja jsiru iktar flessibbli u billi jiġu semplifikati l-proċeduri ta’ aċċess għall-fondi;

14.

jenfasizza li l-programmazzjoni strateġika tal-użu tal-fondi ma tistax issir konkreta mingħajr l-involviment tal-benefiċjarji u fuq kollox tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li l-aħjar li jafu r-realtajiet u l-possibbiltajiet tat-territorji tagħhom. Dan jippermetti koerenza mal-investimenti finazjarji li jsiru mill-pubbliku fil-livell territorjali. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġi promoss approċċ minn isfel għal fuq sabiex ir-reġjuni u l-bliet kollha jkunu kapaċi jagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal tagħhom billi jibbenefikaw mill-mezzi l-iktar adegwati sabiex jikkontribwixxu għall-Istrateġija Ewropa 2020 u jkollhom aċċess għall-fondi Ewropej;

15.

jenfasizza li l-investimenti fl-infrastruttura jikkontribwixxu b’mod sinifikanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-bliet u r-reġjuni dejjem jekk dawn ikunu pjanati u mmexxija fi sħubija, jekk l-impatt territorjali sħiħ tagħhom ikun ġustifikat u jekk l-investiment ikun sar mill-atturi lokali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

16.

l-ippjanar strateġiku tal-investimenti fin-netwerk trans-Ewopej tat-trasport, fil-qasam tal-enerġija u tal-komunikazzjonijiet għandu jsir bl-iktar mod trasparenti possibbli u bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jiġu armonizzati l-pjani integrati ta’ żvilupp territorjali;

17.

jappoġġja l-programmazzjoni fi sħubija. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-politika ta’ koeżjoni wara l-2013, l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti fil-livelli kollha ser jobbligaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-livelli kollha sabiex jiffukaw iktar mill-qrib fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni l-ġdid u fil-fażijiet kollha tal-proċess ta’ pjanar. B’mod partikolari, ser jinħolqu indikaturi ġodda li jippermettu evalwazzjoni tal-kwalità tas-sħubija fl-Istati Membri;

18.

jinsisti fuq il-bżonn ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riżultati. Dan jirrikjedi l-introduzzjoni ta’ strumenti strateġiċi ta’ programmazzjoni li jistgħu jużaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali għal evalwazzjoni bejn il-pari tal-istrateġiji tagħhom. Din issir abbażi ta’ sett ta’ indikaturi komuni u adegwati li kapaċi jkejlu l-kwalità u l-effett ta’ lieva tal-investimenti;

19.

jirrakkomanda li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, issir iktar enfasi fuq id-definizzjoni tal-prijoritajiet ta’ investiment fil-livell lokali u reġjonali permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-Qafas Strateġiku Komuni sabiex jiġu evitati l-finanzjamenti doppji jew l-ippjanar doppju ta’ investimenti kbar li mhumiex koperti;

20.

jinsisti fuq il-bżonn li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jużaw l-għajnuna teknika bir-reqqa sabiex din ittejjeb il-kwalità tal-programmi strateġiċi, issaħħaħ l-iżvilupp ta’ portafolli ta’ proġetti kbar fil-livelli lokali u reġjonali u sabiex iżżid l-għajnuna li tingħata lil min jippromovi l-proġetti u l-benefiċjajri u mhux għal finijiet oħra. Jeħtieġ li l-proġetti ta’ għajnuna teknika jiġu koordinati aħjar fil-livelli Ewropej u nazzjonali sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-għajnuna;

21.

huwa favur l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja li jistgħu jikkomplementaw il-Fond ta’ Koeżjoni u jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ finanzjament tal-proġetti ta’ infrastruttura fl-UE;

22.

jappoġġja l-għan li ħabbret il-Kummissjoni fil-White Paper dwar it-trasport li tnaqqas il-livell tal-emissjonijiet mis-settur tat-trasport b’60 % minn issa sal-2050. L-investimenti finanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni ser jiġu analizzati iktar bir-reqqa għas-sostenibbiltà, fejn jidħol l-ambjent u l-potenzjal ta’ qligħ tagħhom fuq perjodu twil.

23.

jisħaq fuq l-importanza ta’ koordinazzjoni mtejba bejn il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u ta’ sinerġiji bejn il-bosta programmi u strumenti ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali sabiex tonqos il-burokrazija;

Investimenti fl-infrastruttura bażika

24.

ifakkar li l-Fond ta’ Koeżjoni huwa strument indispensabbli sabiex ikunu jistgħu jsiru investimenti fl-infrastruttura bażika u dan il-Fond ta prova tal-utilità u l-effiċjenza tiegħu biex jgħin lill-pajjiżi inqas żviluppati jiffinanzjaw proġetti ta’ interess komuni Ewropew;

25.

jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni dwar l-iskop u l-oqsma ta’ azzjoni ta’ intervent iżda jqis li l-Fond ta’ Koeżjoni jista’ jiffinanzja wkoll proġetti integrati fil-qasam tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini;

26.

jilqa’ ż-żieda tad-dimensjoni urbana fost il-prijoritajiet ta’ investiment tal-Fond ta’ Koeżjoni għax dan jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali tal-bliet fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE;

27.

jenfasizza l-bżonn li tingħata iktar attenzjoni lil-linji gwida stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet TEN-T u li jiġu rispettati l-acquis u l-leġislazzjonijiet nazzjonali. F’dan ir-rigward il-verifiki ex-ante jistgħu jippermettu li jiġu antiċipati ċertu problemi li ħafna drabi jikkawżaw dewmien konsiderevoli fi proġetti tal-infrastruttura. Bħala eżempji nistgħu nsemmu r-reġistri tal-art, il-proċeduri ta’ esproprjazzjoni, l-għoti ta’ permessi, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, is-sistemi ta’ rikors eċċ.;

28.

iqis li l-prijoritajiet ta’ investimenti tal-Fond ta’ Koeżjoni stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jikkonformaw mal-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-Ewropa 2020 u l-prijoritajiet tematiċi tal-qafas strateġiku komuni iżda anki mar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenda territorjali 2020 li ġiet approvata mill-ministri tal-ippjanar spazjali u l-iżvilupp territorjali fl-2011 (2);

Netwerks tat-trasport

29.

jinsisti mill-ġdid fuq id-differenzi konsiderevoli li jeżistu bejn ir-reġjuni tal-punent u tal-lvant tal-UE fir-rigward tal-kwalità u l-aċċess tan-netwerks tat-trasport, u l-fatt li d-domanda tal-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport hija ikbar fir-reġjuni ħafna inqas żviluppati;

30.

huwa tal-fehma li l-Fond ta’ Koeżjoni huwa strument effikaċi sabiex ikunu jistgħu jitwettqu n-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T), nazzjonali u intrareġjonali li għandhom importanza strateġika għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-Unjoni. Il-valur miżjud Ewropew tal-Fond ta’ Koeżjoni għalhekk ma jistax jiġi dubitat;

31.

iqis li hemm bżonn li jsir investiment intelliġenti fl-iżvilupp tal-infrastruttura fil-livell Ewropew: l-estensjoni u ż-żamma tan-netwerks ta’ trasport, l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi għat-titjib tal-ġestjoni tat-traffiku, l-implimentazzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati kif ukoll soluzzjonijiet effikaċi tat-trasport intermodali, eċċ. Il-kompetittività tas-sistema tat-trasport Ewropew ma tiddependix biss mill-kapaċità tal-UE li tiżviluppa netwerks tat-trasport Ewropej iżda anki mill-kapaċità tagħha li tmexxi kull parti tal-katina loġistika. Jekk jitnaqqas ukoll id-dewmien li jikkawża t-traffiku ser tittejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-trasport;

32.

jenfasizza li l-awtoritajiet reġjonali u lokali wkoll huma responsabbli li jwettqu investimenti kbar fl-infrastruttura tat-trasport u li joħolqu konnessjonijiet sekondarji u terzjarji fil-qafas tan-netwerks trans-Ewropej. Għalhekk dawn jistgħu jiġu involuti mill-qrib fid-deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-proġetti prijoritarji ta’ interess komuni sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-investimenti pubbliċi u privati f’kull livell - Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, hekk kif inhu previst fid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-izvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;

33.

bi pjaċir jinnota li l-prijoritajiet ta’ investiment tal-Fond ta’ Koeżjoni ser ikopru wkoll il-proġetti prinċipali li għandhom l-għan li jtejbu l-mobbiltà fiż-żoni urbani u jippromovu soluzzjonijiet tat-trasport li jirrispettaw l-ambjent kif ukoll investimenti oħra bil-għan li jiżviluppaw sistemi tat-trasport intelliġenti u sostenibbli fil-livell reġjonali u lokali;

34.

jappoġġja l-introduzzjoni ta’ indikaturi li jippermettu użu iktar effikaċi tar-riżorsi fil-qasam tat-trasport biex b’hekk il-Fond ta’ Koeżjoni jsir strument utli biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

35.

iqis li l-linji gwida l-ġodda dwar l-iżvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport ser jipprovdu qafas strateġiku għall-iżvilupp tal-infrastruttura li ser issaħħaħ b’mod konsiderevoli l-aċċessibbiltà fl-UE peress li l-miżuri ser ikunu klassifikati aħjar skont ordni ta’ prijorità; ser jinqasmu f’żewġ livelli jiġifieri bejn in-netwerk globali (netwerk komprensiv) u n-netwerk ċentrali (in-netwerk prinċipali) u ser isiru iktar effikaċi permezz ta’ miżuri ġodda ta’ implimentazzjoni. L-enfasi ser tkun fuq il-konnessjonijiet transkonfinali bejn il-modi differenti ta’ trasport u bejn in-nodi urbani prinċipali;

36.

jiġbed l-attenzjoni għall-problemi marbuta mal-koordinazzjoni tal-investimenti minn sorsi differenti ta’ finanzjament u l-ippjanar ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti. Dawn tal-aħħar għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sigurtà, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali kif ukoll għal ġestjoni aħjar tat-traffiku permezz ta’ servizzi integrati ta’ reservazzjoni, biljetti, informazzjoni multimodali eċċ;

Infrastrutturi tal-ambjent u netwerks tal-enerġija

37.

jappoġġja bis-sħiħ il-bżonn ta’ investimenti fl-infrastrutturi sabiex jinħoloq netwerk Ewropew tal-enerġija integrat; il-prezz tan-nuqqas ta’ investiment kien ikun wisq għoli fil-perjodu għat-tul u kien jhedded il-kompetittività tal-UE;

38.

iqis li l-Fond ta’ Koeżjoni huwa strument effikaċi li jippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-enerġija (3) – il-kompetittività, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista – u li jippermetti lill-Unjoni li tirrispondi għall-isfidi tal-iżvlupp ekonomiku, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva emblematika intitolata “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenża”. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet hemm bżonn ta’ bidla fl-ippjanar, fil-mod kif nibnu u fil-mod kif nużaw in-netwerks tal-enerġija;

39.

jisħaq mill-ġdid li l-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija għandhom jippermettu liċ-ċittadini u lill-intrapriżi tar-reġjuni kollha tal-UE li jkollhom aċċess mhux frammentat għall-enerġija u prezzijet affordabbli billi jiġu eliminati l-monopolji u l-ostakli kollha għall-kompetizzjoni, kull reġjun għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel bejn mill-inqas żewġ fornituri;

40.

iqis li l-metodu li jintuża sabiex issir mappa tal-infrastruttra u l-proġetti ta’ interess Ewropew u sabiex issir l-għażla ta’ dawn, għandu jkun trasparenti u li dan il-metodu għandu jqis is-sitwazzjoni tar-reġjuni l-inqas vantaġġati u l-iktar esposti għal riskji fejn tidħol is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

41.

bi pjaċir jinnota li l-Fond ta’ Koeżjoni jippermetti appoġġ sostnut tal-proġetti ambjentali tal-enerġija bħall-investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli. Il-KtR jfakkar li dawn ma jistgħux iseħħu mingħajr sħubija mal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali li fil-fatt għandhom il-kapaċità li jsaħħu l-potenzjal lokali li jeżisti;

42.

jenfasizza li huma prinċipalment ir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet tal-UE jew l-imsieħba tagħhom li jinvestu l-iktar fis-sistemi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, ta’ prevenzjoni tar-riskji naturali, tal-kostruzzjoni ta’ kanali għad-drenaġġ, tal-ġestjoni tal-iskart, tal-ħarsien tal-bijodiversità, tal-ħarsien tal-ħamrija u tal-ekosistemi u tat-titjib tal-kwalità tal-ambjent;

43.

bi pjaċir jinnota li l-investimenti li jsiru sabiex jimmodernizzaw in-netwerks tat-tisħin ċentrali u tat-tkessiħ fil-bini urban u sabiex ma jkunx hemm ħela matul il-konverżjoni, jistgħu jiġu finanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-UE għaliex dawn għandhom valur miżjud kbir;

Il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa

44.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet reġjonali u lokali ser jibqgħu viġilanti u ser jopponu kwalunkwe inizjattivi li jistgħu jnaqqsu l-baġit allokat lill-politika ta’ koeżjoni: 20 % tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ġejjin mill-Fond ta’ Koeżjoni, total ta’ EUR 10 biljun li ser jintużaw sabiex jiffinanzjaw il-proġetti ta’ trasport transnazzjonali bi prijorità għall-infrastruttura ferrovjarja;

45.

juri l-interess tiegħu fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li tista’ tkun ta’ valur miżjud konsiderevoli għall-Ewropa u li permezz tagħha l-Kummissjoni qed timmira li tikkoreġi l-problemi fis-suq billi toħloq il-konnessjonijiet li għadhom nieqsa, telimina l-ingroppi u tiżgura konnessjonijiet transfkonfinali adegwati;

46.

jinsab imħasseb fir-rigward tal-fatt li ma teżistix formola ċara li tiddetermina l-baġit nazzjonali għall-Faċilità Nikkolegaw l-Ewroppa u jirrakkomanda li l-kontributi jkunu proporzjonali għall-valur stimat tal-proġetti li jiġu finanzjati fl-Istati Membri;

47.

jisħaq mill-ġdid li fost il-problemi li jiltaqgħu magħhom dawk li jippromovu l-proġetti ta’ natura transkonfinali, hemm ukoll il-kapaċità limitata tagħhom li jfasslu proġetti li huma verament fattibbli u li huma ta’ natura partikolarment kumplessa. Din hija raġuni għalfejn il-fondi previsti fil-bidu għal proġetti transkonfinali jgħaddu għand proġetti oħra iktar avvanzati;

48.

jinsab imħasseb li s-sistema ċentralizzata ta’ ġestjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mhux ser tkun tista’ ssolvi l-problemi marbuta mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tat-tfassil tal-proġetti transkonfinali u għalhekk tista’ żżid ir-riskju li l-baġit allokat għall-Faċilità ma jkunx jista’ jintuża biex jiffinanzja proġetti identifikati minn qabel mill-Kummissjoni;

49.

għandu r-riservi tiegħu ukoll fir-rigward tal-mod kif ser jipparteċipaw l-awtoritajiet reġjonali u lokali, tan-nuqqas ta’ flessibbiltà u tal-burokrazija li tista’ tiġġenera l-faċilità kif ukoll fir-rigward tar-rabta mal-strumenti l-oħra ta’ finanzjament tal-Kummissjoni;

50.

jinsisti li għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-proġetti finanzjati mill-Faċilità u dawk finanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni jew mill-FEŻR, fil-qafas tal-kuntratti ta’ sħubija. B’dan il-mod, permezz tal-evalwazzjoni ex ante tal-kapaċità istituzzjonali, ikun possibbli li jiġi stabbilit x’hemm bżonn f’termini ta’ assistenza obbligatorja għat-tħejjija tal-programm JASPERS jew programmi oħra ta’ assistenza teknika. L-ammont li jkun hemm bżonn ser jitqies bħala spiża eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

L-ambitu tas-sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni.

1.   Il-Fond ta’ Koeżjoni waqt li jiżgura bilanċ xieraq u skont l-investiment u l-bżonnijiet infrastrutturali speċifiċi għal kull Stat Membru, għandu jappoġġja:

(a)

l-investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

(b)

in-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport f'konformità mal-linji gwida adottati mid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE;

(c)

assistenza teknika.

2.   Il-Fond ta’ Koeżjoni m’għandux jappoġġja:

(a)

id-diżattivazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra f’installazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 2003/87/KE;

(c)

akkomodazzjoni.

Artikolu 2

L-ambitu tas-sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni.

1.   Il-Fond ta’ Koeżjoni waqt li jiżgura bilanċ xieraq u skont l-investiment u l-bżonnijiet infrastrutturali speċifiċi għal kull Stat Membru, għandu jappoġġja:

(a)

l-investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

(b)

in-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport f'konformità mal-linji gwida adottati mid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE;

(c)

assistenza teknika.

2.   Il-Fond ta’ Koeżjoni m’għandux jappoġġja:

(a)

id-diżattivazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra f’installazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 2003/87/KE;

Raġuni

Din l-emenda tikkorrispondi għar-rakkomandazzjonijiet formulati f’punt 25 ta’ din l-opinjoni.

Emenda 2

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Prijoritajiet ta’ investiment

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR], il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġja dawn il-prijoritajiet ta’ investiment taħt l-objettivi tematiċi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]:

(a)

l-appoġġ lil bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju:

i)

il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

ii)

il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'impriżi ta’ daqs żgħir u medju;

iii)

appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi;

iv)

l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni b’livell ta’ vultaġġ baxx;

v)

il-promozzjoni ta’ strateġiji ta’ użu baxx ta’ karbonju;

(b)

il-promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju minn:

i)

appoġġ lill-investiment iddedikat lill-adattament għat-tibdil fil-klima;

ii)

il-promozzjoni ta’ investiment li jindirizza riskji speċifiċi, jiżgura reżiljenza kontra d-diżastri u jiżviluppa sistemi ta’ ġestjoni tad-diżastri;

(c)

il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi:

i)

l-indirizz tal-ħtiġijiet sinifikanti għall-investiment fis-settur tal-iskart biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni;

ii)

l-indirizzar tal-bżonn sinifikanti ta’ investiment fis-settur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni;

iii)

il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità anki permezz ta’ infrastrutturi ambjentali;

iv)

it-titjib tal-ambjent urban, inkluża r-riġenerazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites), u t-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja.

(d)

il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura billi:

i)

tiġi sostnuta Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta’ investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport;

ii)

jiġu żviluppati sistemi tat-trasport b’kuxjenza ambjentali u b’livell ta’ karbonju baxx, kif ukoll il-promozzjoni ta’ mobilità urbana sostennibbli;

iii)

jiġu żviluppati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta’ kwalità għolja u interoperabbli;

(e)

it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u ta’ amministrazzjoni pubblika effiċenti permezz ta’ tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni.

Artikolu 3

Prijoritajiet ta’ investiment

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR], il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġja dawn il-prijoritajiet ta’ investiment taħt l-objettivi tematiċi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]:

(a)

l-appoġġ lil bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju:

i)

il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

ii)

il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'impriżi ta’ daqs żgħir u medju;

iii)

appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f’infrastrutturi pubbliċi kif ukoll fis-settur tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini;

iv)

l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni b’livell ta’ vultaġġ baxx;

v)

il-promozzjoni ta’ strateġiji ta’ użu baxx ta’ karbonju;

(b)

il-promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju minn:

i)

appoġġ lill-investiment iddedikat lill-adattament għat-tibdil fil-klima;

ii)

il-promozzjoni ta’ investiment li jindirizza riskji speċifiċi, jiżgura reżiljenza kontra d-diżastri u jiżviluppa sistemi ta’ ġestjoni tad-diżastri;

(c)

il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi:

i)

l-indirizz tal-ħtiġijiet sinifikanti għall-investiment fis-settur tal-iskart biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni;

ii)

l-indirizzar tal-bżonn sinifikanti ta’ investiment fis-settur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni;

iii)

il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità anki permezz ta’ infrastrutturi ambjentali;

iv)

it-titjib tal-ambjent urban, inkluża r-riġenerazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites), u t-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja.

(d)

il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura billi:

i)

tiġi sostnuta Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta’ investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport;

ii)

jiġu żviluppati sistemi tat-trasport b’kuxjenza ambjentali u b’livell ta’ karbonju baxx, kif ukoll il-promozzjoni ta’ mobilità urbana sostennibbli;

iii)

jiġu żviluppati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta’ kwalità għolja u interoperabbli;

(e)

it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u ta’ amministrazzjoni pubblika effiċenti permezz ta’ tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni.

Raġuni

Din l-emenda tikkorrispondi għar-rakkomandazzjonijiet formulati f’punt 25 ta’ din l-opinjoni.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-qafas finanzjarju multiannwali ġdid għal wara l-2013, relatur: is-Sinjura Flo Clucas (UK/ALDE), membru tal-Kunsill muniċipali ta’ Liverpool

(2)  http://www.eu-territorial-agenda.eu/.

(3)  COM(2010) 677 final.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/150


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tat-TEN-T”

2012/C 225/11

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

ifakkar li l-politika Ewropea tat-trasport għandha tippromovi l-aċċessibbiltà għas-suq intern u l-iżvilupp sostenibbli għar-reġjuni kollha tal-UE, kif ukoll il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-kontinent Ewropew;

japprova l-approċċ regolamentarju propost mill-Kummissjoni Ewropea għal netwerk doppju ta’ trasport, organizzat madwar 10 kurituri u 30 proġett prijoritarju;

jappoġġja l-prijorità li ngħatat lill-interoperabbiltà u l-intermodalità, kif ukoll lill-konnessjonijiet nieqsa u l-punti ta’ konġestjoni;

huwa favur il-fatt li jiżdiedu l-isforzi biex issir bidla modali lejn it-trasport bil-ferroviji, il-mogħdijiet tal-ilma interni u dak marittimu, u favur ġestjoni intelliġenti tat-traffiku;

jenfasizza li Kummissjoni Ewropea għandu jkollha responsabbiltajiet wesgħin f’dawk li huma ġestjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet fil-proġetti TEN-T, u jitlob li jiżdiedu s-setgħat tal-“Koordinatur Ewropew”;

jinsisti fuq ir-responsabbiltajiet tal-livelli lokali u reġjonali f’termini ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, ippjanar u finanzjament;

jitlob li l-preżenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ssir obbligatorja fil-pjattaformi tal-kuritur u jappella biex jiġu ffirmati “kuntratti ta’ programm” bejn l-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru u r-reġjuni kkonċernati;

jappoġġja l-prinċipju tal-finanzjament tan-netwerk ewlieni mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u jappella bil-qawwa għall-ħolqien ta’ sorsi ġodda ta’ finanzjament Ewropew bħall-bonds Ewropej;

jixtieq jara l-introduzzjoni ta’ taxxa Ewropea fuq it-trasport ibbażata fuq il-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-modi tat-trasport li jniġġsu l-aktar.

Relatur

Is-Sur Bernard SOULAGE (FR/PSE), Viċi President tal-Kunsill Reġjonali tar-Rhône-Alpes

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew

COM(2011) 650 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ bi pjaċir ir-rieda tal-Kummissjoni Ewropea li taċċellera l-użu tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), li wara li ilu jeżisti 20 sena jidher li l-kisbiet tiegħu mhumiex ċari fir-rigward tal-objettivi ambizzjużi u essenzjali li kien ingħata;

2.

jaqbel mal-objettivi tal-politika Ewropea tat-trasport u l-importanza li ngħatat lit-TEN-T, li b’mod partikolari għandhom iħeġġu:

it-titjib fil-kompetittività u fil-prestazzjoni ekonomika tal-bliet u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea;

l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha tal-UE għas-suq intern;

il-promozzjoni tal-kunċetti teknoloġiċi u tal-operat l-iżjed avvanzati (Artikolu 4(1)(c));

il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-kontinent Ewropew (Artikolu 4(1)(d));

l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra (Artikolu 4.1(b));

l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni kollha tal-UE, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda (Artikolu 4(2)(j));

3.

jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni Ewropea li tinnota li, minkejja li sar progress sinifikanti fil-bini ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport, l-infrastrutturi attwali għadhom frammentati wisq, kemm ġeografikament kif ukoll bejn il-modi differenti ta’ trasport; din hija problema li tolqot b’mod iżjed gravi lit-territorji bi żvantaġġi naturali bħall-gżejjer, iż-żoni muntanjużi jew il-periferiji;

4.

jemmen li l-politika tat-trasport proposta għandha tintegra b’mod aktar espliċitu l-objettivi aktar ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tippromovi t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea kollha;

5.

jaqbel mal-approċċ proattiv, multimodali u prammatiku li adottat il-Kummissjoni Ewropea li huwa bbażat fuq ippjanar tal-investimenti li jirriflettu żewġ netwerks tat-trasport:

netwerk komprensiv li għandu jiġi stabbilit sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2050,

netwerk ewlieni li jinkludi r-rotot l-aktar strateġiċi u li joffru l-ogħla valur miżjud Ewropew, li għandu jiġi stabbilit qabel il-31 ta’ Diċembru 2030;

6.

jixtieq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fil-qafas tal-ipproggrammar tat-TEN-T;

7.

jistaqsi x’livell ta’ finanzjament ser jiġi mobilizzat effettivament għat-twettiq tal-investimenti magħżula meta jitqiesu r-restrizzjonijiet baġitarji qawwijin li qed jiffaċċjaw bħalissa l-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali b’tali mod li jissaħħu l-koeżjoni u l-iżvilupp tat-territorju Ewropew kollu;

Il-qafas regolatorju

8.

jifraħ li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet regolament li jista’ jiġi applikat direttament. Din l-għażla tidher li hi:

l-unika waħda li tista’ tikkoordina l-parteċipazzjoni ta’ għadd kbir ta’ atturi ta’ kull tip biex in-netwerk TEN-T jaħdem sew, jiġifieri l-“Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra” (Artikolu 5),

l-aktar waħda adegwata biex tiġi rispettata l-iskeda ambizzjuża li ġiet adottata;

rilevanti biex l-Istati jimpenjaw lilhom infushom f’termini ta’ skeda u finanzjamenti;

9.

japprova l-prijorità li ngħatat lill-interoperabilità fil-qafas regolatorju l-ġdid. Din ser tkun tassew possibbiltà biex ikun hemm integrazzjoni tas-sistema ta’ trasport Ewropew, billi tiġi promossa l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u standards komuni għall-atturi Ewropej kollha. Barra minn hekk, il-fatt li tingħata kunsiderazzjoni ċentrali lill-intermodalità fit-twettiq ta’ kull infrastruttura ta’ trasport kemm tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri (Artikolu 34) sabiex tiġi faċilitata kemm jista’ jkun il-kontinwità tal-flussi u l-konkretizzazzjoni tal-kunċett ta’ katina ta’ trasport. Jista’ jsir ħafna titjib, speċjalment għall-passiġġieri f’termini ta’ sistemi ta’ xiri ta’ biljetti integrati, ħinijiet aktar ċari u sinkronizzazzjoni tal-konnessjonijiet u għat-traffiku tal-merkanzija, f’termini ta’ affidabbiltà u kwalità tas-servizz;

Prinċipji u arkitettura tan-netwerk TEN-T

Il-prinċipji tan-netwerk TEN-T

10.

jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fl-għażla u r-rieda li twettaq in-netwerk TEN-T u fl-istess ħin tiżgura li jintlaħqu l-prijoritajiet attwali: 30 proġett prijoritarju u l-prijoritajiet orizzontali li għandhom l-għan li jiżviluppaw għodod ta’ ġestjoni tat-traffiku favur l-interoperabilità; għall-proġetti li preċedentement ġew iddikjarati bħala prijoritarji, jitlob ukoll lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tqis tajjeb il-ħidma li diġà twettqet fil-livell lokali sabiex tiġi assigurata l-kontinwità tal-intervent Ewropew;

11.

huwa sodisfatt li l-proġetti ta’ infrastruttura huma bbażati fuq in-netwerks eżistenti iżda li fl-istess waqt qed jippruvaw itejbuhom u joħolqu interkonnessjoni bejniethom (Artikolu 7). B’hekk, il-proġetti magħżula jistgħu joħolqu infrastrutturi ta’ trasport ġodda, iżda wkoll iżommu, jirriabilitaw u jġeddu l-infrastrutturi ta’ trasport eżistenti u jippromovu l-aktar użu razzjonali possibbli tar-riżorsi;

12.

huwa sodisfatt li l-proġetti magħżula fi ħdan it-TEN-T abbażi tal-prinċipju tal-interess komuni (Artikolu 7):

huma suġġetti għal analiżi soċjoekonomika tal-benefiċċji u l-ispejjeż li rriżultat f’valur nett attwali pożittiv;

juru valur miżjud Ewropew ċar,

huma konformi mal-prinċipji li jiggvernaw in-netwerk komprensiv jew ewlieni;

13.

jilqa’ bi pjaċir il-miżuri trasversali favur ġestjoni intelliġenti tat-traffiku permezz tal-promozzjoni tas-sistemi ERTMS għat-trasport ferrovjarju, is-SESAR għat-trasport bl-ajru, l-IFS għan-navigazzjoni fl-ilmijiet, l-ITS għat-trasport bit-triq u s-sistema Ewropea ta’ pożizzjonar u ta’ navigazzjoni Galileo, sabiex titħeġġeġ l-interoperabilità, li hi kundizzjoni essenzjali għat-twettiq ta’ suq uniku vast ta’ trasport Ewropew;

14.

għadu favur l-idea ta’ “ċinturin blu” u għandu d-dubji tiegħu dwar l-importanza effettiva li l-Kummissjoni tagħti lill-prinċipju ta’ awtostradi tal-baħar (Artikolu 25) minħabba r-rwol dgħajjef li għandhom fl-għaxar kurituri u jqis li t-trasport bl-ilma ma jitqiesx biżżejjed fil-proġetti ta’ orjentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea;

15.

jistaqsi dwar ir-rieda reali tal-Kummissjoni u tal-Istati li jwettqu bidla fid-domanda għall-mobbiltà minflok ma jakkumpanjaw mingħajr waqfien iż-żieda fid-domanda għall-mobbiltà;

In-netwerk komprensiv

16.

jappoġġja l-prinċipju li jgħid li dan in-netwerk għandu jsir “sistema ċirkolatorja” tas-suq uniku, li permezz tiegħu l-persuni u l-merkanzija jkunu jistgħu jiċċaqalqu mingħajr xkiel mal-Unjoni kollha, bl-għan li l-biċċa l-kbira tal-intrapriżi u taċ-ċittadini ma jkunux aktar minn nofs siegħa bogħod min-netwerk komprensiv fl-2050;

17.

iħeġġeġ l-isforzi li jsiru favur it-trasport ferrovjarju; hemm għadd kbir ta’ argumenti ekonomiċi, finanzjarji u ekoloġiċi favur din il-prijorità;

18.

jistaqsi dwar l-effettività tal-kopertura tat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, fir-rispett tal-prinċipju tal-koeżjoni territorjali, u dwar il-possibbiltà li nfetħet mit-twettiq tan-netwerk komprensiv li jsir strument ta’ referenza għall-ġestjoni tat-territorju fil-livell Ewropew;

19.

ifakkar kemm iż-żamma tan-netwerk komprensiv hija l-unika possibbiltà biex ir-reġjuni l-aktar imbiegħda mingħajr proġetti prijoritarji jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi tal-infrastrutturi tat-trasport finanzjati mill-Unjoni Ewropea, u b’hekk tiggarantixxi l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha;

20.

jissuġġerixxi li jsiru sforzi biex jittejbu l-konnessjonijiet tat-trasport lejn u fir-reġjuni insulari, l-aktar imbiegħda u muntanjużi;

In-netwerk ewlieni

21.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li fil-ġejjieni qrib (sa mhux aktar tard mill-2030) tistabbilixxi netwerk strateġiku b’valur miżjud għoli Ewropew speċjalment fir-rigward tal-objettivi ta’ tkabbir u tal-impjieg previsti fl-Istrateġija Ewropa 2020: għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

22.

jilqa’ bi pjaċir l-importanza li ngħatat lill-kunċett ta’ “kurituri multimodali” bħala strument biex l-implimentazzjoni kkoordinata tan-netwerk ewlieni tiġi ffaċilitata permezz tal-prinċipji tal-integrazzjoni modali, l-interoperabilità u l-ġestjoni kkoordinata u effikaċi tar-riżorsi (Artikolu 48); jiddispjaċih għar-rwol limitat riżervat għall-awtostradi tal-baħar fil-qafas tal-kurituri proposti;

23.

jaqbel mal-għażla tal-Kummissjoni ta’ għaxar kurituri li jimmarkaw ir-rotot prijoritarji tan-netwerk ewlieni, kif ukoll il-metodoloġija magħżula biex jiġi definit in-netwerk ewlieni u jappoġġja l-għażla tal-Kummissjoni li l-fondi jiġu kkonċentrati fuq il-proġetti transkonfinali li jippreżentaw valur miżjud Ewropew qawwi, almenu għall-perjodu 2014-2020;

24.

japprova l-prinċipju li r-responsabbiltà għal kull kuritur tingħata lil “Koordinatur Ewropew” (Artikolu 51) li jaġixxi f’isem u għall-Kummissjoni bil-għan li jitħares l-interess tal-Unjoni billi jmexxi l-miżuri ppjanati fil-limiti tal-iskadenzi u l-finanzjamenti stabbiliti u billi jirrapporta dwar il-progress miksub u d-diffikultajiet li eventwalment jistgħu jinqalgħu, billi jaħdem fi spirtu ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha;

25.

jilqa’ bi pjaċir l-importanza li ngħatat lin-“nodi tan-netwerk ewlieni” (Artikolu 47) sabiex tinkiseb l-intermodalità, iżda jissuġġerixxi li jingħataw aktar dettalji u li tingħata definizzjoni aktar wiesgħa tal-kunċett ta’ “nodu urban” biex jiġu integrati ż-żoni loġistiċi u portwarji rilevanti (Artikolu 3(o));

26.

madankollu, iqis li n-netwerk ewlieni mhux biss għandu jintegra aħjar il-portijiet li huma importanti għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-Istati Membri imma li jinsabu barra l-kurituri, iżda għandu jiżviluppa wkoll l-infrastrutturi li jaqdu l-konnessjonijiet mal-pajjiżi terzi – b’mod partikolari l-pajjiżi aderenti – billi jtejbu s-sinerġiji fuq l-art mal-awtostradi tal-baħar;

Trasport nadif, sostenibbli u intelliġenti

27.

huwa favur il-fatt li jiżdiedu l-isforzi biex issir bidla modali lejn it-trasport bil-ferroviji, minn mogħdijiet tal-ilma interni u dak marittimu;

28.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, flimkien mal-Unjoni Ewropea, għandhom jappoġġjaw il-modi ta’ trasport kollettiv b’mod ġenerali u t-trasport pubbliku b’mod partikolari, u jimplimentaw pjani ta’ mobbiltà urbana ġenwini sabiex tinqered il-konġestjoni fiċ-ċentri tal-bliet;

29.

iqis ukoll li ġestjoni separata tat-traport tal-passiġġieri u tat-trasport tal-merkanzija, li għandhom ħtiġijiet differenti, għandha tippermetti li l-funzjonament ta’ dawn iż-żewġ modi tat-trasport isir aktar effikaċi;

30.

jilqa’ bi pjaċir il-miżuri favur ġestjoni intelliġenti tat-traffiku (ERTMS, SESAR, IFS, SafeSeaNet, ITS) li huma essenzjali biex naslu għal sistema ta’ trasport Ewropew integrata;

Is-sistema ta’ governanza

31.

jenfasizza li Kummissjoni Ewropea għandu jkollha responsabbiltajiet wesgħin f’dawk li huma ġestjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet fil-proġetti TEN-T, għax hija biss tista’, flimkien mal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej l-oħra, tiggarantixxi l-valur miżjud Ewropew u l-koerenza bejn il-proġetti kollha fil-kontinent Ewropew kollu sabiex jinħoloq netwerk verament Ewropew li jmur lil hinn mis-sempliċi interkonnessjoni tal-infrastrutturi nazzjonali;

32.

josserva li r-Regolament huwa konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u jagħti lill-Unjoni l-possibbiltà li tieħu miżuri adegwati sabiex twettaq dak li ma jistax isir b’mod sodisfaċenti fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali;

33.

japprova l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-miżuri li jieħu kull Stat rigward in-netwerk TEN-T biex il-Kummissjoni tkun mgħarrfa b’mod kontinwu mill-Istati Membri dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni u tal-investimenti approvati għal dan il-għan u l-prinċipju li kull sentejn il-Kummissjoni tippubblika rapport ta’ progress li jitressaq quddiem il-korpi rilevanti kollha tal-Unjoni. Huwa japprova wkoll il-possibbiltà li ngħatat lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex jitqies it-tibdil possibbli li jirriżulta mil-limiti kwantitattivi stabbiliti (Artikolu 54);

34.

jara bħala progress pożittiv il-prinċipju tal-governanza tal-kurituri (Artikolu 52) li jagħti r-responsabbiltà lil “Koordinatur Ewropew”, il-mod kif jintgħażel (Artikolu 51(2)), il-lista tar-responsabbiltajiet tiegħu (Artikolu 51(5)), kif ukoll il-possibbiltà mogħtija lill-Kummissjoni li tadotta deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-kurituri tan-netwerk ewlieni (Artikolu 53(3));

35.

madankollu, bil-għan li l-proġetti inklużi fil-kuritur jiżviluppaw tajjeb, jitlob li jiżdiedu s-setgħat tal-“Koordinatur Ewropew”, li jrid ikun jista’ mhux biss iservi ta’ medjatur f’każ ta’ kunflitt, iżda wkoll javża lill-Kummissjoni u l-Parlament jekk jara li hemm ostaklu biex il-proġett jimxi ’l quddiem (Artikolu 51(5)(b));

36.

jilqa’ b’mod pożittiv il-ħolqien ta’ pjattaformi tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali, it-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri relatati mal-użu tal-kuritur (Artikolu 52), iżda huwa sorpriż bl-assenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza tal-kurituri tan-netwerk ewlieni (Artikolu 52) u jappella biex il-preżenza tagħhom issir obbligatorja fil-pjattaformi tal-kuritur. Ir-raġuni għal din il-proposta hija r-responsabbiltajiet mifruxin li ngħataw lill-pjattaforma tal-kuritur kif ukoll ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala atturi essenzjali tal-politika tat-trasport, bħala kofinanzjaturi sikwit sinifikanti u bħala aġenti ta’ leġittimità demokratika li huma kapaċi jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li l-proġetti jsiru;

37.

jinsisti fuq il-bżonn li l-bliet u r-reġjuni u l-prijoritajiet tagħhom jiġu inklużi fid-definizzjoni tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport b’mod li titqies is-sitwazzjoni partikolari ta’ kull reġjun; barra minn hekk, jenfasizza kemm il-livelli lokali u reġjonali għandhom jikkontribwixxu għall-inizjattivi maħsuba għat-trasport f’termini ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, ippjanar u finanzjament, b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-pjani ta’ ġestjoni lokali u reġjonali;

38.

huwa mħasseb dwar l-importanza li ngħatat lill-kooperazzjoni mar-reġjuni kkonċernati fid-definizzjoni tal-proġetti tal-kurituri u jirrakkomanda li l-kooperazzjoni mal-partijiet interessati reġjonali tkun parti mill-kompiti tal-pjattaformi tal-kurituri u tkun ibbażata b’mod wiesgħa fuq l-għarfien tal-awtoritajiet reġjonali f’dawn l-oqsma. Għaldaqstant, l-iskadenza ta’ 6 xhur biex jiġu stabbiliti pjani ta’ żvilupp tal-kurituri ma tidhirx li hija koerenti mat-twettiq ta’ proċess ġenwin ta’ konsultazzjoni (Artikolu 53);

39.

jappella bil-qawwa għall-iffirmar ta’ “kuntratti ta’ programm” bejn l-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru u r-reġjuni kkonċernati, b’mod simili għall-“patti territorjali”, li jiddefinixxu l-impenji reċiproċi tagħhom fil-qasam tal-finanzjament u l-iskeda għat-twettiq; dawn il-kuntratti ta’ programm m’għandhomx ikopru l-infrastrutturi li jagħmlu parti min-netwerk TEN-T biss, iżda wkoll l-infrastrutturi sekondarji li l-Istati Membri (jew ir-reġjuni) ser jimpenjaw ruħhom li jibnu sabiex in-netwerks prinċipali jkunu jistgħu jaħdmu tajjeb;

L-istrumenti finanzjarji

Il-prinċipji tal-finanzjament tan-netwerk TEN-T

40.

huwa konxju tal-importanza strateġika tan-netwerk TEN-T għall-vitalità tal-Unjoni u tal-isforz finanzjarju konsiderevoli li jimplika t-twettiq tiegħu; għalhekk, jitlob li jkun hemm rikors għal self Ewropew li jmur lil hinn bil-bosta mill-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li toħloq “bonds tal-proġetti” għall-finanzjament tal-infrastrutturi tat-trasport tal-UE, u li jagħmilha possibbli li jsir investiment massiv f’sistema Ewropea tat-trasport, indispensabbli għall-kompetittività tal-kontinent, għat-twettiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 (speċjalment dawk ambjentali) u għar-rilanċ tal-ekonomija Ewropea f’dan il-perjodu ta’ kriżi;

41.

huwa inkwetat dwar il-livell ta’ finanzjament li fl-aħħar mill-aħħar ser jiġi adottat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew fil-qafas finanzjarju multiannwali tal-Unjoni li jmiss. Id-diffikultajiet baġitarji attwali m’għandhomx ifissru li l-UE taqta’ qalbha milli tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha dwar dawn il-proġetti li ser jiddefinixxu l-ġejjieni għax dan ikun ta’ ħsara;

42.

ifakkar kemm dawn l-investimenti massivi fit-TEN-T jeħtieġu rieda politika qawwija u kostanti fl-ogħla livell;

43.

jinsisti fuq il-ħtieġa li l-prijorità finanzjarja titqiegħed fuq il-konnessjonijiet nieqsa (speċjalment dawk transkonfinali) u l-punti ta’ konġestjoni;

44.

jilqa’ bi pjaċir il-livell ta’ kofinanzjament Ewropew li normalment ikun ta’ mhux aktar minn 20 % għat-twettiq tax-xogħlijiet fuq in-netwerk ewlieni, 40 % għall-proġetti transkonfinali marbutin mal-ferroviji u l-mogħdijiet tal-ilma interni, 50 % għall-ispejjeż tal-istudji u sa 50 % għas-sistemi ta’ trasport intelliġenti u għall-Istati Membri li jinsabu f’fażi ta’ tranżizzjoni;

45.

ifakkar fil-kontribut sinifikanti ta’ għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali għall-finanzjament tat-TEN-T, apparti dak tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea, li jiġġustifika kompletament is-sehem attiv tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ infrastruttura;

46.

iqis li biex ikunu jistgħu jitwettqu l-proġetti l-kbar hemm bżonn li l-kontribut Ewropew isir f’kuntratti fil-qafas ta’ pjanijiet ta’ finanzjament globali, li bħalissa ma jippermettux li jiġu allokati sussidji Ewropej li huma limitati għal perjodu baġitarju ta’ seba’ snin (li huwa inqas miż-żmien meħtieġ biex jitlestew proġetti kbar);

47.

jappoġġja l-prinċipju tal-finanzjament tan-netwerk ewlieni minn fond għall-infrastruttura u n-netwerk komprensiv minn riżorsi nazzjonali u reġjonali oħra, inkluż il-FEŻR; madankollu, ifakkar li l-politika ta’ koeżjoni trid tilħaq l-objettivi speċifiċi tagħha u li l-finanzjament tan-netwerk komprensiv fil-qafas tal-istrateġiji integrati ta’ żvilupp definiti fil-livell reġjonali bl-ebda mod ma jwassal biex il-politika ta’ koeżjoni tiġi implimentata fuq bażi settorjali;

48.

jistaqsi x’jista’ jkun l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment dwar il-fondi li dawn qed jallokaw għall-kofinanzjament tal-infrastrutturi tat-TEN-T. Dan l-impatt irid jiġi kkonfermat u vvalutat każ b’każ;

L-istrumenti ġodda ta’ finanzjament tan-netwerk TEN-T

49.

jappoġġja l-prinċipju li jkun hemm rikors għal sorsi ġodda ta’ finanzjament sabiex it-twettiq tal-miżuri favur it-TEN-T isir b’pass aktar mgħaġġel, biex ir-riskji jiġu ddiversifikati u biex l-investimenti privati jiġu involuti aktar, iżda jfakkar li dawn is-sorsi ġodda ta’ finanzjament potenzjali bl-ebda mod m’għandhom jieħdu post il-finanzjamenti tradizzjonali tal-Unjoni, iżda jikkompletawhom;

50.

huwa favur, sa ċertu punt, mal-iżvilupp ta’ sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) sakemm dawn jgħinu t-trasparenza tal-finanzjament u jgħinu lill-partijiet involuti jżommu mal-iskadenzi għat-twettiq tal-infrastrutturi; madankollu, ifakkar li l-PPPs mhumiex is-soluzzjoni għall-problemi kollha u jinsisti fuq il-ħtieġa li tingħata attenzjoni lill-kwistjoni tas-sjieda tal-infrastrutturi f’każ li dawn isiru f’qafas ta’ PPP;

51.

jappella biex tiġi introdotta, bla dewmien u fil-livell tal-Unjoni, taxxa fuq it-trasport ibbażata fuq il-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-modi tat-trasport li jniġġsu l-aktar, permezz ta’ tassazzjoni armonizzata li d-dħul minnha mbagħad jintuża għall-ħolqien ta’ infrastrutturi tat-trasport aktar sostenibbli (b’mod partikolari l-Eurovignette);

52.

jappella biex ma jingħatax il-ġenb lir-rwol tal-Bank Ewropew għall-Investiment li kull sena jiffinanzja madwar EUR 10 biljun għal proġetti marbutin mat-trasport u jibqa’ sors ta’ investiment sod għall-aktar proġetti kumplessi;

53.

jappoġġja l-istrument ta’ finanzjament il-ġdid tal-Unjoni msejjaħ “Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” maħsub għall-finanzjament ta’ infrastrutturi Ewropej prijoritarji, u b’mod partikolari l-infrastrutturi tat-trasport, tal-enerġija u tat-teknoloġija diġitali broadband u jilqa’ l-effett ta’ lieva qawwi ta’ dan l-istrument;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 3(o)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(o)

“nodu urban” tfisser żona urbana fejn l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew hija konnessa ma’ partijiet oħra ta’ dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali;

(o)

“nodu urban” tfisser żona urbana l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk trans-Ewropew hija konnessa ma’ partijiet oħra ta’ dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali;

Raġuni

Huwa importanti li l-iżvilupp tan-netwerk ewlieni jintegra l-faċilitajiet loġistiċi lokali marbutin miegħu (portijiet, ajruporti, pjattaformi loġistiċi, terminals tal-merkanzija, eċċ.). Din il-proposta għat-tibdil fis-sentenza għandha l-għan li twassal din il-konnessjoni naturali.

Emenda 2

Artikolu 4(2)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Għanijiet tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew

2.   Fl-iżvilupp tal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin:

(j)

infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u tipprovdi għal kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u oħra periferiċi;

Artikolu 4

Għanijiet tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew

2.   Fl-iżvilupp tal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin:

(j)

infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u tipprovdi għal kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u oħra periferiċi;

Raġuni

Minħabba l-problemi ta’ aċċessibbiltà li jolqtu liż-żoni muntanjużi, it-TEN-T għandu jqis dawn iż-żoni bl-istess mod li jqis żoni vulnerabbli oħra, bħaż-żoni periferiċi u dawk l-aktar imbiegħda.

Emenda 3

Artikolu 9(3)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk komprensiv jitlesta u jkun jikkonforma kompletament mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Kapitolu mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2050.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk komprensiv jitlesta u jkun jikkonforma kompletament mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Kapitolu mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2050.

Raġuni

Ta’ sikwit l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom id-dritt iżda mhux l-għodod meħtieġa biex jikkonfrontaw lill-Istati li jirrifjutaw li jżommu mal-obbligi li jkunu ntrabtu bihom. Ir-relatur jissuġġerixxi li jitfasslu “kuntratti ta’ programm” fuq linji simili għall-patti territorjali.

Emenda 4

Artikolu 45(1)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 45

Rekwiżiti

1.   In-netwerk ewlieni għandu jirrifletti d-domanda tat-traffiku li tkun qiegħda tevolvi u l-ħtieġa għal trasport multimodali. Għandhom jiġu kkunsidrati teknoloġiji avvanzati u miżuri regolatorji u ta’ governanza għall-ġestjoni tal-użu tal-infrastruttura sabiex jiġi garantit użu b’effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura tat-trasport u ssir provvista għal kapaċità suffiċjenti.

Artikolu 45

Rekwiżiti

1.   In-netwerk ewlieni għandu jirrifletti d-domanda tat-traffiku li tkun qiegħda tevolvi u l-ħtieġa għal trasport multimodali. Għandhom jiġu kkunsidrati teknoloġiji avvanzati u miżuri regolatorji u ta’ governanza għall-ġestjoni tal-użu tal-infrastruttura sabiex jiġi garantit użu b’effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura tat-trasport u ssir provvista għal kapaċità suffiċjenti

Raġuni

It-trasport tal-merkanzija għandu jkollu infrastruttura li tippermettilu jkun effikaċi, b’kapaċità suffiċjenti u prijorità fuq it-trasport tal-passiġġieri.

Emenda 5

Artikolu 46(3)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 47(2) u (3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk ewlieni jitlesta u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2030.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 47(2) u (3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk ewlieni jitlesta u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2030.

Raġuni

Ta’ sikwit l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom id-dritt iżda mhux l-għodod meħtieġa biex jikkonfrontaw lill-Istati li jirrifjutaw li jżommu mal-obbligi li jkunu ntrabtu bihom. Ir-relatur jissuġġerixxi li jitfasslu “kuntratti ta’ programm” fuq linji simili għall-patti territorjali.

Emenda 6

Artikolu 47

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 47

Nodi tan-netwerk ewlieni

1.   In-nodi tan-netwerk ewlieni huma stabbiliti fl-Anness II u jinkludu:

nodi urbani, inklużi l-portijiet u l-ajruporti tagħhom;

il-portijiet marittimi;

il-punti ta’ qsim minn konfini għall-ieħor f’pajjiżi tal-viċinat.

Artikolu 47

Nodi tan-netwerk ewlieni

1.   In-nodi tan-netwerk ewlieni huma stabbiliti fl-Anness II u jinkludu:

nodi urbani, inklużi l-portijiet, l-ajruporti;

il-portijiet marittimi;

il-punti ta’ qsim minn konfini għall-ieħor f’pajjiżi tal-viċinat.

Raġuni

Sabiex jiġi assigurat trasport effikaċi tal-passiġġieri u tal-merkanzija, huwa essenzjali li, b’konformità mad-definizzjoni proposta mir-relatur (Emenda 1 tal-abbozz ta’ opinjoni, fir-rigward tal-Artikolu 3 tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li tiddefinixxi t-terminu “nodu urban”), in-nodi urbani tan-netwerk prinċipali jkunu jinkludu l-faċilitajiet loġistiċi lokali kollha (portijiet, ajruporti, pjattaformi loġistiċi, terminals tal-merkanzija, eċċ.).

Emenda 7

Artikolu 51(5)(b)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   Il-Koordinatur Ewropew għandu: […]

(b)

jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, skont kif xieraq, lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa;

5.   Il-Koordinatur Ewropew għandu: […]

(b)

jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, skont kif xieraq, lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa ;

Raġuni

Sabiex jiġi żgurat li l-proġetti inklużi fil-kurituri jimxu tajjeb, ir-relatur jissuġġerixxi li jiżdiedu (jew jiġu ċċarati) is-setgħat mogħtija lill-Koordinatur Ewropew. F’każ li jkun hemm dewmien, il-Koordinatur jista’ javża lill-Kummissjoni biex din titlob lill-Istati kkonċernati jagħtu r-raġunijiet għal dan id-dewmien u jadottaw miżuri adegwati fir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda 8

Artikolu 52(1)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)   Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjattaforma tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni u għat-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1).

(1)   Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjattaforma tal-kuritur għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni għat-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1).

Raġuni

Fid-dawl tal-pjani sabiex jinħatar Koordinatur Ewropew b’setgħat imsaħħa, huwa opportun li dan jingħata r-responsabbiltà li jistabbilixxi l-pjattaforma tal-kuritur; fil-fatt, b’hekk jiġi evitat il-bżonn ta’ negozjati li jieħdu l-ħin bejn l-Istati Membri.

Emenda 9

Artikolu 52(2)

Ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (1) għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur.

2.   Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (1) għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur.

Raġuni

Bħala kofinanzjaturi importanti tan-netwerks tat-trasport, ir-reġjuni għandhom jiġu involuti awtomatikament fil-pjattaformi li jamministraw il-kurituri tan-netwerk ewlieni.

Emenda 10

Artikolu 53(1)

Ibdel kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati, b’kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur, għandhom ifasslu u jinnotifikaw b’mod konġunt lill-Kummissjoni pjan ta’ żvilupp tal-kuritur fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati, b’kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur, għandhom ifasslu u jinnotifikaw b’mod konġunt lill-Kummissjoni pjan ta’ żvilupp tal-kuritur fi żmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Raġuni

L-iskadenza ta’ 6 xhur biex jiġu stabbiliti pjani ta’ żvilupp tal-kurituri ma tidhirx koerenti mat-twettiq ta’ proċess ġenwin ta’ konsultazzjoni (Artikolu 53(1)). Il-liġi f’diversi pajjiżi tal-Unjoni tippermetti li n-nies jiġu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet marbutin mal-infrastrutturi pubbliċi. Dawn il-fażijiet ta’ konsultazzjoni huma twal u normalment idumu aktar minn 6 xhur. Huwa importanti li t-test propost itawwal l-iskadenzi biex ikunu kompatibbli mal-organizzazzjoni tal-fażijiet ta’ konsultazzjoni previsti mil-leġislazzjonijiet nazzjonali.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/159


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2014-2020”

2012/C 225/12

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex il-FEG ikompli għall-perjodu wara l-2013 u jappoġġja, b'mod partikolari, iż-żamma ta’ aspetti tal-kamp ta’ applikazzjoni rivedut u l-kriterji ta’ intervent li ġew introdotti fl-2009;

jiddispjaċih mid-deċiżjoni tal-Kunsill biex ma jitkomplewx il-miżuri ta’ deroga tal-kriżi wara l-31 ta’ Diċembru 2011;

jirrakkomanda li l-appoġġ taħt il-pilastru tal-intrapriża tal-FEG għandu jibbenefika minn rati ogħla ta’ kofinanzjament minn pilastri oħrajn sabiex jitħeġġu l-ħolqien tal-intrapriża u l-intraprenditorija;

hu kontra l-estensjoni tal-FEG biex jinkludi l-bdiewa, kif propost, u jenfasizza li n-negozjar tal-ftehimiet kummerċjali jrid jiżgura l-koerenza mal-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni;

jenfasizza li r-Regolament attwali jippermetti li l-Istati Membri jaħtru reġjuni biex japplikaw direttament għal appoġġ mill-FEG; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jeżerċitaw din l-opzjoni b'mod aktar regolari;

jaħseb li l-proposta għandha tibbenefika minn aktar referenzi espliċiti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari fl-Artikolu 8.2 fejn l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu tagħrif dwar il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali/reġjonali u anke jidentifikaw l-aġenziji li qed jimplimentaw il-pakkett ta’ miżuri, u fl-Artikolu 11.4 dwar il-provvista ta’ gwida lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-użu tal-FEG.

Relatur

Is-Sur Gerry BREEN (IE/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Dublin u tal-Awtorità Reġjonali ta’ Dublin

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020)

COM(2011) 608/3 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jaħseb li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huwa għodda importanti sabiex isiru interventi f'każi ta’ telfien sinifikanti ta’ impjiegi biex b'hekk jiġi evitat il-qgħad fuq perjodu fit-tul fi żmien ta’ kundizzjonijiet diffiċli fis-suq tax-xogħol, u huwa wkoll mekkaniżmu importanti tal-Unjoni Ewropea li juri solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom;

2.

jirrikonoxxi li l-FEG kien kapaċi jappoġġja madwar 10 % tal-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom fl-UE fl-2009-2010 u li 40 % tal-ħaddiema li kienu fil-mira tal-Fond ġew integrati mill-ġdid b'suċċess fis-suq tax-xogħol (1); iżda jtenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra fl-implimentazzjoni tal-FEG;

3.

japprova l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) bħala appoġġ għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol għall-perjodu fit-tul u biex jgħin fil-prevenzjoni tal-qgħad u għal interventi bikrija, iżda jaħseb li hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ intervent rapidu, bħall-FEG biex jgħin fi żminijiet ta’ kriżi ta’ qgħad;

4.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex il-FEG ikompli għall-perjodu wara l-2013 u jappoġġja, b'mod partikolari, iż-żamma ta’ aspetti tal-kamp ta’ applikazzjoni rivedut u l-kriterji ta’ intervent li ġew introdotti fl-2009. Jinnota li l-għadd dejjem jiżdied ta’ applikazzjonijiet minn dak iż-żmien 'l hawn juri li hemm domanda ċara għal interventi abbażi tal-avvenimenti ta’ 500 impjieg mitlufa jew inqas, iżda jaċċetta li l-użu tal-FEG sal-lum kien ferm inqas mil-limitu massimu baġitarju indikattiv;

5.

jappoġġja l-isforzi biex il-proċess tal-FEG jitjieb u jiġi semplifikat iżda jissuġġerixxi li l-isfidi ewlenin ta’ hawn taħt jibqgħu għall-ġejjieni tal-FEG:

iżjed effiċjenti u li jirrispondi aħjar – mekkaniżmu ta’ intervent li huwa tabilħaqq rapidu;

għażla adatta u attraenti għall-Istati Membri meta jiffaċċjaw inċidenti ta’ telfien ta’ ħafna impjiegi, u dan jimplika l-bżonn għal proċeduri simili, rati ogħla ta’ kofinanzjar, u iktar flessibilità fl-applikazzjoni tiegħu; u

jipprovdi addizzjonalità – li mmorru lil hinn minn, u nikkomplimentaw, dak li jipprovdu l-fondi l-oħra tal-UE – u jkun ta’ żieda għall-miżuri meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali jew komunitarja jew il-ftehimiet kollettivi;

6.

jemmen li l-estensjoni proposta tal-FEG għall-bdiewa affettwati mill-ftehimiet kummerċjali turi inkonsistenza fundamentali bejn il-politika kummerċjali tal-UE u l-politika agrikola tagħhom;

7.

iqis li l-estensjoni tal-FEG għas-settur agrikolu hija bidla radikali ħafna fin-natura tal-FEG u jinsab imħasseb li din il-proposta toħloq fil-fatt żewġ tipi ta’ FEG, wieħed għall-ħaddiema fis-settur agrikolu u ieħor għal ħaddiema oħra, bi kriterji, proċeduri ta’ applikazzjoni u arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll finanzjarju differenti;

8.

jifhem il-loġika iżda jesprimi d-dubji tiegħu dwar kemm il-FEG u l-mekkaniżmi ta’ kriżi oħrajn proposti għandhom ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali;

9.

jiddispjaċih mid-deċiżjoni tal-Kunsill biex ma jitkomplewx il-miżuri ta’ deroga tal-kriżi wara l-31 ta’ Diċembru 2011 (2), b'mod speċjali fi żmien meta għadd ta’ ekonomiji qed jitħabtu biex jiġġieldu l-impatti tal-“kriżi tad-dejn sovran” li għadha għaddejja u l-pressjoni li tirriżulta minn din fuq l-impjieg u l-kundizzjonijiet soċjali li qed jiddeterjoraw. Barra minn hekk, jiddispjaċih li din id-deċiżjoni ttieħdet fi żmien meta għadd ta’ applikazzjonijiet tal-FEG żdiedu b'mod sinifikanti, bħala riżultat tad-derogi introdotti fl-2009, u issa li l-Fond qed irendi riżultati pożittivi;

10.

jenfasizza li d-deċiżjoni tal-Kunsill m'għandhiex tkun ta’ ħsara għan-negozjati dwar il-FEG proposti għall-2014-2020;

Ambitu tal-FEG

11.

jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-FEG għal maniġers-sidien ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, iżda jissuġġerixxi li jista' jagħti l-każ li jenħtieġu iktar kjarifiki dwar l-applikazzjoni tal-FEG għal dawk li jaħdmu għal rashom, meta wieħed iqis kemm ivarja minn Stat Membru għal ieħor l-istatus bħala nies qiegħda ta’ dawn in-nies;

12.

jilqa' b'sodisfazzjon il-flessibilità biex jiġi applikat il-FEG fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, iżda jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi iktar gwida dwar il-kriterji li ser jiġu applikati f'dawn iċ-ċirkonstanzi; jenfasizza li għandha titqies il-firxa tal-impatt tas-sensji f'lokalità jew reġjun, u mhux biss l-għadd assolut tas-sensji;

13.

jappoġġja l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni finanzjarja għall-investiment f'assi fiżiċi għal start-ups ta’ impjieg indipendenti u tal-intrapriżi peress li din ser issaħħaħ il-pakkett ta’ servizzi li l-FEG jista' jappoġġja; u jirrakkomanda li l-appoġġ taħt il-pilastru tal-intrapriża tal-FEG għandu jibbenefika minn rati ogħla ta’ kofinanzjament minn pilastri oħrajn sabiex jitħeġġu l-ħolqien tal-intrapriża u l-intraprenditorija;

14.

jenfasizza li l-aċċess għal intervent ta’ edukazzjoni tat-tielet livell huwa attwalment limitat miċ-ċiklu akkademiku, peress li ż-żmien tal-għoti tas-sensji jillimita l-kapaċità tal-FEG biex jappoġġja l-ħaddiema affettwati għal sentejn sħaħ ta’ tagħlim; u jipproponi li l-ħaddiem li ngħataw is-sensja li huma taħt il-FEG għandhom jibbenefikaw minn tal-anqas sentejn sħaħ ta’ tagħlim u r-restrizzjonijiet attwali għandhom jiġu llaxkati ftit, jew inkella jingħataw fondi bil-quddiem sabiex jippermetti dan;

15.

jenfasizza li l-FEG irid jappoġġja biss miżuri addizzjonali u m'għandux jieħu post azzjonijiet meħtieġa mil-liġi nazzjonali jew komunitarja jew minn ftehimiet kollettivi; jenfasizza li kien hemm kunflitti bejn il-miri tal-FEG u n-natura inflessibbli ta’ wħud mill-oqfsa ta’ politika nazzjonali, li jistgħu jfixklu l-effettività tal-FEG; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iqisu lill-FEG bħala opportunità sabiex jiġu żviluppati approċċi ġodda u dinamiċi li jappoġġjaw lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

16.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta biex l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jibdlu l-pakkett ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema, billi jżidu azzjonijiet eliġibbli oħrajn; jitlob li jiġi stabbilit perjodu massimu (ngħidu aħna ta’ xahar) li fih il-Kummissjoni Ewropea taqbel ma’ dawn il-bidliet;

Il-Proċess ta’ Applikazzjoni – Interventi iktar mgħaġġla u proċeduri iżjed sempliċi

17.

japprezza x-xewqa tal-istituzzjonijiet tal-UE biex iħaffu l-proċeduri ta’ applikazzjoni u ta’ approvazzjoni iżda jiddispjaċih li l-proposta hija pjuttost inadegwata għall-mobilizzar tal-FEG bħala mekkaniżmu ta’ intervent tabilħaqq rapidu;

18.

jaħseb li wħud mill-miżuri maħsuba biex itejbu l-effikaċja tal-FEG jistgħu fil-fatt iwasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ikbar għall-awtoritajiet li jridu jimplimentawhom; jenfasizza li rekwiżiti ta’ kontroll u rapportaġġ li joħolqu iżjed piżijiet jista' jkollhom l-effett li l-FEG isir għażla inqas attraenti għall-Istati Membri biex jimplimentaw fi żminijiet ta’ kriżi tal-qgħad;

19.

jemmen li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet nazzonali dwar is-sensji, il-proċess ta’ applikazzjoni jibbenefika minn involviment dirett u bikri ta’ ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom u jissuġġerixxi li jeħtieġ li l-awtoritajiet jagħtu inċentiv lill-involviment tal-ħaddiema fil-proċess billi juru li dawn ser jingħataw appoġġi addizzjonali (lil hinn mill-appoġġi satutorji) permezz tal-FEG;

20.

jipproponi wkoll li l-Artikolu 8.2 jipprovdi biex l-applikazzjonijiet jinkludu profil tal-ħaddiema żejda u valutazzjoni inizjali tal-bżonnijiet tagħhom rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ, u dwar l-ambizzjonijiet tagħhom biex joħolqu intrapriża, sabiex jitfassal pakkett adegwat ta’ appoġġi personalizzati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-aspettattivi tal-ħaddiema mill-Fond;

21.

jipproponi li barra mill-imsieħba soċjali, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti matul il-proċess ta’ applikazzjoni, u l-applikazzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ implimentazzjoni ċari, inklużi l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji, il-proċeduri għall-komunikazzjoni mal-ħaddiema u biex jiġu infurmati dwar l-appoġġi disponibbli u l-proċeduri għall-applikazzjoni;

22.

jissuġġerixxi li l-gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjoni jkollha wkoll referenza għall-intelliġenza dwar is-suq tax-xogħol u b'mod partikolari l-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE (3) sabiex il-miżuri finanzjati taħt il-FEG ikunu jaqblu aħjar mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol tal-UE, u jikkunsidra wkoll li l-indennizz għal mobbiltà pprovduta mir-Regolament tal-FEG jista' jintuża biex jappoġġja lill-ħaddiema biex jimlew il-vojt fil-ħiliet tas-suq tax-xogħol li jkun hemm f'partijiet oħra tal-Unjoni;

23.

jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi biex tiġi semplifikata l-eliġibbiltà tal-ispejjeż – madankollu, l-esperjenza uriet li l-Istati Membri mhumiex lesti jidħlu fi spejjeż sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni dwar applikazzjoni tal-FEG; juri li dan qed iwassal f'dewmien inutli, joħloq diżillużjoni għall-ħaddiema u jdgħajjef l-effettività u l-kredibbiltà tal-FEG, u jissuġġerixxi li tinħtieġ ċertezza akbar jekk il-ħaddiema ser jiġu appoġġjati malajr;

24.

jissuġġerixxi li l-Ftehim Interistituzzjonali li jmiss jgħaġġel il-proċess ta’ approvazzjoni; jekk dan ma jseħħx jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi pagament interim lill-Istati Membri, wara li din tagħmel valutazzjoni u verifika inizjali ta’ applikazzjoni, bil-għan li tipprovdi aktar ċertezza, tindirizza n-natura kritika fir-rigward ta’ ħin tas-sensji, u tnaqqas id-dewmien fil-provvediment ta’ appoġġi finanzjati mill-FEG lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja;

25.

jittama li l-kwalità tal-applikazzjonijiet titjieb hekk kif tiżviluppa l-familjarità mal-FEG u f'dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżommu għarfien kollettiv dwar il-Fond u l-implimentazzjoni tiegħu; jissuġġerixxi wkoll li l-Kummissjoni Ewropea tidentifika esperti b'esperjenza tal-proċess ta’ applikazzjoni tal-FEG li jistgħu jitqabbdu biex jipprovdu parir ta’ qabel l-applikazzjoni u jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma’ applikanti ġodda potenzjali;

Rati ta’ kofinanzjament

26.

filwaqt li jżomm f'moħħu d-deċiżjoni tal-Kunsill sabiex terġa' tiddaħħal ir-rata ta’ 50 % (mill-1 ta’ Jannar 2012), huwa xorta jappoġġja d-dispożizzjoni ta’ rata ogħla ta’ kofinanzjament għall-FEG minn dik proposta, sabiex jingħeleb in-nuqqas tar-riżorsi ta’ kofinanzjament u biex il-FEG isir iżjed attraenti;

27.

jaħseb li l-mudell propost għall-modulazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament (ta' 50 – 65 %) mhuwiex adatt;

28.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li saru dispożizzjonijiet biex jiġu koperti l-ispejjeż assoċjati ma’ attivitajiet preparatorji, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rappurtaġġ tal-awtoritajiet li jimplimentaw applikazzjoni tal-FEG (Art. 7.3) u jissuġġerixxi li dan m'għandux ikun iktar minn 5 % tal-ispejjeż totali;

L-estensjoni tal-FEG biex jinkludi s-settur tal-agrikoltura

29.

hu kontra l-estensjoni tal-FEG biex jinkludi l-bdiewa, kif propost, u jenfasizza li n-negozjar tal-ftehimiet kummerċjali jrid jiżgura l-koerenza mal-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni;

30.

jikkunsidra li l-estensjoni għas-settur agrikolu, billi l-bdiewa jiġu permessi jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom fi ħdan u/jew barra mill-agrikoltura, hija parzjalment inkonsistenti mal-objettivi dikjarati tal-Politika Agrikola Komuni li l-agrikoltura tinżamm fit-territorji kollha u max-xewqa li tiġi protetta d-diversità tas-settur fil-livell Ewropew;

31.

jistaqsi, fil-kuntest tat-tnaqqis tal-limitu massimu baġitarju, tat-twessigħ tal-ambitu ta’ benefiċjarji u tal-isforzi biex il-FEG ikun iżjed aċċessibbli/attraenti, jekk il-bilanċ fl-allokazzjoni baġitarja proposta huwiex adatt għall-objettiv tal-Fond, b'massimu ta’ EUR 2,5 biljun (minn baġit totali ta’ EUR 3 biljuni) riżervat għas-settur agrikolu; jissuġġerixxi li dan jista' jitqies għoli wisq għall-FEG bħala strument ta’ intervent rapidu u wisq baxx biex jikkumpensa għat-telf reali mbassar tas-setturi tal-biedja u tal-ikel jekk jitlestew ċerti ftehimiet kummerċjali bilaterali;

32.

filwaqt li jżomm f'moħħu dawn ir-riżervi fundamentali, li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni għas-settur agrikolu, il-Kumitat għandu għadd ta’ kummenti oħra dwar dan l-aspett tal-proposta:

iqis li l-proposta hija vaga dwar meta l-FEG ser japplika għal bdiewa individwali, b'mod partikolari, u mhuwiex ċar x'ser jiġi aċċettat bħala “aġġustamenti” għall-attività tal-irziezet bħala reazzjoni għaċ-ċirkostanzi tas-suq;

barra minn hekk iħoss li l-proċeduri proposti għall-ksib tal-appoġġ tal-FEG għas-settur agrikolu jeħtieġu l-adozzjoni ta’ għadd ta’ atti delegati mill-Kummissjoni Ewropea, li tkun teħtieġ aktar kunsiderazzjoni;

iqis li l-għoti ta’ appoġġ għal perjodu ta’ tliet snin wara l-implimentazzjoni ta’ ftehim kulturali mhuwiex biżżejjed minħabba li l-impatt ta’ dawn il-ftehimiet fuq l-attività agrikolu jista' ma jkunx immedjat;

jissuġġerixxi li l-użu tal-FEG għas-settur agrikolu m'għandux ikun ristrett għal bdiewa u ħaddiema fuq l-irziezet, iżda għandu jinkludi l-forniment ta’ appoġġ personalizzat lill-ħaddiema u lill-fornituri f'attivitajiet relatati aktar 'l isfel fil-katina li wkoll ikunu milquta minn ftehimiet kummerċjali, bħall-ipproċessar tal-ikel;

33.

jirrikonoxxi li l-Fond m'għandux jintuża biex jipprovdi appoġġ għad-dħul lill-bdiewa milquta negattivament minn ftehim kummerċjali; jaħseb li r-rabtiet mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) mhumiex żviluppati biżżejjed fil-proposta u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi iżjed dettalji dwar dan.

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

34.

jenfasizza li l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma ġiex sfruttat bis-sħiħ mill-Istati Membri fl-użu tal-FEG u jinvoka l-prinċipju ta’ sħubija u l-governanza f'diversi livelli (4) fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-FEG u fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-effettività tal-Fond;

35.

fuq il-bażi tal-esperjenzi s'issa, jissuġġerixxi li l-FEG ikun aktar effettiv meta jkun hemm approċċ lokali koordinat bejn l-aġenziji fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pakkett ikkoordinat ta’ miżuri għall-ħaddiema u meta jkun hemm punti ta’ kuntatt lokali biex jipprovdu parir u gwida ċari u konsistenti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

36.

jenfasizza li r-Regolament attwali jippermetti li l-Istati Membri jaħtru reġjuni biex japplikaw direttament għal appoġġ mill-FEG; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jeżerċitaw din l-opzjoni b'mod aktar regolari, b'mod speċjali fejn ir-reġjuni għandhom il-kompetenza għal taħriġ, edukazzjoni u/jew rwol fl-appoġġ u l-iżvilupp ta’ intrapriżi; iqis li dan ser jegħleb id-dewmien tal-applikazzjoni u l-kwistjonijiet ta’ kapaċità fil-livell nazzjonali, fejn il-ministeri nazzjonali ta’ spiss ma jkollhomx il-kapaċità meħtieġa u lanqas ir-riżorsi biex ifasslu u jimplimentaw servizzi ta’ appoġġ lokali/reġjonali;

37.

jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tiġbor bażi tad-data tal-aqwa prattika dwar l-implimentazzjoni u li l-gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjoni (hemm referenza għal dan fl-Art. 12.2) tinkludi kriterji dwar sħubijiet fuq diversi livelli;

38.

jemmen li, waqt il-kriżi li għaddejja tad-dejn sovran u l-pressjoni li qed tirriżulta fuq il-baġits pubbliċi, tista' tingħata kunsiderazzjoni lill-estensjoni tal-FEG għal każijiet fejn is-settur pubbliku qed jirrilaxxa għadd sinifikanti ta’ impjegati u fejn dan qed ikollu effett negattiv fuq is-suq tax-xogħol f'ċerti ekonomiji lokali/reġjonali;

39.

jaħseb li l-proposta għandha tibbenefika minn aktar referenzi espliċiti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari fl-Artikolu 8.2 fejn l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu tagħrif dwar il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali/reġjonali u anke jidentifikaw l-aġenziji li qed jimplimentaw il-pakkett ta’ miżuri, u fl-Artikolu 11.4 dwar il-provvista ta’ gwida lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-użu tal-FEG;

40.

iqis li l-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom jitjiebu permezz ta': (a) linji ta’ komunikazzjoni aktar ċari bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-FEG, mill-Kummissjoni Ewropea lill-korpi nazzjonali u lokali/reġjonali; u (b) komunikazzjoni personalizzata aktar effettiva ma’ ħaddiema benefiċjarji; u jipproponi f'dan ir-rigward li l-applikazzjonijiet ikollhom sit elettroniku b'tagħrif ġenerali u sit elettroniku bħala portal li jippermetti l-iskambji kunfidenzjali ta’ informazzjoni personali bejn il-ħaddiema li jingħataw is-sensja u l-aġenziji ta’ appoġġ;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-EMENDI

Emenda 1

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta’ mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta’ mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-.

Raġuni

Huma meħtieġa bejn 12 u 17 il-xhar mill-applikazzjoni sal-approvazzjoni tal-fondi. Bosta Stati Membri u awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex f'pożizzjoni li matul dan il-perjodu jagħmlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji. Ir-rekwiżit li tal-inqas 50 % mill-ħaddiema jkunu ġew impjegati mill-ġdid f'temp ta’ 12-il xhar mid-data tal-applikazzjoni f'xi każijiet se jwassal biex ma titressaq l-ebda applikazzjoni għall-appoġġ finanzjarju.

Emenda 2

Artikolu 4(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Il-kriterji ta’ intervent

2.   Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

Artikolu 4

Il-kriterji ta’ intervent

2.   Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

Raġuni

Il-Premessa 6 tal-proposta tkopri din il-possibbilità, u għaldaqstant, sabiex ikun hemm iżjed ċertezza legali, għandha tiġi inkluża wkoll fl-artikoli tagħha. Billi l-proposta għal Direttiva FEG issemmi b'mod espliċitu “reġjuni rimoti”, il-KtR jaħseb li huwa kruċjali li, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, jiġi mifhum li r-reġjuni rimoti huma r-reġjuni l-aktar imbiegħda. Dan sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jgawdu mis-sensiela ta’ derogi li jistgħu jippermettulhom jibbenefikaw bis-sħiħ mill-Fond. Wieħed għandu jqis ukoll li r-reġjuni l-aktar imbiegħda jinkludu r-reġjuni bl-ogħla rati ta’ qgħad fl-Ewropa, u d-daqs żgħir tal-ekonomiji tagħhom iwaqqafhom milli jibnu negozji bl-ammont ta’ impjegati meħtieġ sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FEG, u għaldaqstant isibu ruħhom bi żvantaġġ ċar.

Emenda 3

Artikolu 8.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-applikazzjoni għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

(b)

valutazzjoni tal-għadd ta’ sensji skont l-Artikolu 5, u spjegazzjoni tal-avvenimenti li wasslu għal dawk is-sensji;

(c)

l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira;

(d)

l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(e)

il-baġit stmat għal kull komponent tal-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati b'appoġġ għall-ħaddiema fil-mira;

(f)

id-dati li fihom inbdew jew huwa ppjanat li jinbdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema milquta u l-attivitajiet biex ikun implimentat il-FEG, kif stipulat fl-Artikolu 7(1) u 3 rispettivament;

(g)

il-proċeduri li ttieħdu għall-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali jew organizzazzjonijiet rilevanti kif applikabbli;

(h)

stqarrija ta’ konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li s-servizzi personalizzati ma jieħdux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(i)

is-sorsi ta’ kofinanzjament nazzjonali;

(j)

jekk applikabbli, kwalunkwe rekwiżiti oħra li jistgħu jkunu stabbiliti fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

L-applikazzjoni għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

(b)

valutazzjoni tal-għadd ta’ sensji skont l-Artikolu 5, u spjegazzjoni tal-avvenimenti li wasslu għal dawk is-sensji;

(c)

l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira;

(d)

l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

()

il-baġit stmat għal kull komponent tal-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati b'appoġġ għall-ħaddiema fil-mira;

()

id-dati li fihom inbdew jew huwa ppjanat li jinbdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema milquta u l-attivitajiet biex ikun implimentat il-FEG, kif stipulat fl-Artikolu 7(1) u 3 rispettivament;

()

il-proċeduri li ttieħdu għall-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali jew organizzazzjonijiet rilevanti kif applikabbli;

()

stqarrija ta’ konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li s-servizzi personalizzati ma jieħdux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

()

is-sorsi ta’ kofinanzjament nazzjonali;

()

jekk applikabbli, kwalunkwe rekwiżiti oħra li jistgħu jkunu stabbiliti fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

Raġuni

Dawn iż-żidiet ġew inklużi sabiex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet għal assistenza tal-FEG jissodisfaw aħjar il-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-ħaddiema li jingħataw is-sensja, u li l-miżuri finanzjati jkunu jikkomplementaw bis-sħiħ l-oqfsa ta’ politika tal-UE u dawk nazzjonali.

Emenda 4

Artikolu 11.4

Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi wkoll tagħrif dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali.

L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali .

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Artikolu 13.1

Id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b'mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista' jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammontma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta’ dawn l-ispejjeż f'każ ta’ applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta’ “Konverġenza” tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta’ 65 % huwiex ġustifikat.

Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b'mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista' jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammontma għandux jaqbeż  % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il- % ta’ dawn l-ispejjeż f'każ ta’ applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa tal-Fondi Strutturali . F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta’  % huwiex ġustifikat.

Raġuni

Il-proposta min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea hija nieqsa minn ċarezza, ċerteżża u ekwità. Fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Impjiegi tal-1 ta’ Diċembru 2011, biex il-kofinanzjament jitreġġa' lura għal 50 %, l-emenda tipproponi rata bażika ogħla ta’ kofinanzjament u rata ogħla għall-Istati Membri li qed iħossu l-agħar effetti tal-kriżi tad-dejn sovran attwali, li għandhom jgħinu biex jingħeleb in-nuqqas tar-riżorsi ta’ kofinanzjament u jipprovdu aktar ċertezza lill-Istati Membri meta dawn jiġu biex japplikaw.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  COM(2011) 0500 final.

(2)  Kunsill tal-Impjiegi, Diċembru 2011.

(3)  Hekk kif spjegata fl-inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020, Aġenda għall-Ħiliet ġodda u l-Impjiegi

(4)  Sħubija u Governanza f'Diversi Livelli, hekk kif stabbiliti fir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Strutturali u fondi oħra tal-UE (COM(2011) 615finali).


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/167


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Programm tal-Unjoni Ewropea għall-bidla u l-innovazzjoni soċjali”

2012/C 225/13

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

itenni l-ħtieġa li l-azzjoni stabbilita fil-programm tiġi ffokata l-iżjed fuq iż-żgħażagħ, li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi: fid-dawl tal-fatt li aktar minn 20 % taż-żgħażagħ jinsabu qiegħda, għandhom ikunu l-prijorità. Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni kbira lill-grupp ta’ persuni li ilhom qiegħda għal ħafna żmien, li bħalissa jirrappreżenta medja ta’ 3,8 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-età tax-xogħol;

itenni l-fehma tiegħu li l-proġett, fil-parti relatata mal-innovazzjoni soċjali, irid jalloka sehem akbar tal-fondi milli dak speċifikat mill-Kummissjoni għal esperimentazzjoni fil-prattika, b'mod partikolari fir-rigward ta’ proġetti li jikkonċernaw il-prijoritajiet politiċi u, speċjalment, l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ;

itenni l-importanza tal-appoġġ għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema fil-livell Ewropew u jaħseb li l-EURES se jkun strument dejjem iżjed utli biss jekk jorbot b'suċċess id-domanda mal-provvista tal-forza tax-xogħol, u jekk ir-riżultati tiegħu jistgħu jiġu vvalutati b'mod effettiv. Il-Kumitat jenfasizza l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu f'dan is-settur;

minkejja dan għandu dubji dwar id-deċiżjoni li jitneħħew mill-programm tal-innovazzjoni soċjali r-referenzi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-indirizzar tal-problema tad-diskriminazzjoni.

Relatur

Is-Sur ROSSI (IT/PSE), President tar-Reġjun tat-Toskana

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali

COM(2011) 609 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tippreżenta, għall-perjodu 2014-2020, ir-regolamenti l-ġodda “Progress”, u dawk dwar il-Mikrofinanzjament u dwar l-EURES, li laqqgħethom flimkien fil-Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali;

2.

jenfasizza l-importanza li jitlaħħam il-kunċett tal-innovazzjoni soċjali, li huwa jqis strument ewlieni għall-indirizzar tar-riskji tal-esklużjoni soċjali u l-ġlieda kontriha fejn diġà teżisti, b'mod speċjali fi żmien ta’ kriżi li qed jhedded li jpoġġi fil-periklu l-koeżjoni tal-Ewropa u l-mudell soċjali tagħha;

3.

minkejja dan għandu dubji dwar id-deċiżjoni li jitneħħew mill-programm tal-innovazzjoni soċjali r-referenzi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-indirizzar tal-problema tad-diskriminazzjoni;

4.

itenni l-ħtieġa li l-azzjoni stabbilita fil-programm tiġi ffokata l-iżjed fuq iż-żgħażagħ, li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi: fid-dawl tal-fatt li aktar minn 20 % taż-żgħażagħ jinsabu qiegħda, għandhom ikunu l-prijorità. Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni kbira lill-grupp ta’ persuni li ilhom qiegħda għal ħafna żmien, li bħalissa jirrappreżenta medja ta’ 3,8 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-età tax-xogħol;

5.

jenfasizza wkoll il-bżonn li tingħata definizzjoni aktar ċara ta’ “ekonomija soċjali” u f'dan ir-rigward jirreferi b'mod partikolari għar-rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-Ekonomija Soċjali  (1);

6.

itenni l-importanza tal-konsistenza fl-użu tal-fondi allokati għal dan il-programm u dawk tal-Fond Soċjali Ewropew. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa għal impenn mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet reġjonali nnifishom sabiex jiżguraw din il-konsistenza permezz tal-miżuri identifikati mill-Kummissjoni. Dan jista' jiġi rifless meta jitfasslu l-linji gwida dwar kuntratti pubbliċi u l-proċeduri għall-analiżi tal-proġetti;

7.

itenni l-fehma tiegħu li l-proġett, fil-parti relatata mal-innovazzjoni soċjali, irid jalloka sehem akbar tal-fondi milli dak speċifikat mill-Kummissjoni għal esperimentazzjoni fil-prattika, b'mod partikolari fir-rigward ta’ proġetti li jikkonċernaw il-prijoritajiet politiċi u, speċjalment, l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ;

8.

jikkonferma l-importanza tal-mikrokreditu fil-klima politika u ekonomika attwali. Dan għandu jgħin liċ-ċittadini (b'mod speċjali ż-żgħażagħ u n-nisa) biex jibdew in-negozji tagħhom, jespandu l-attività intraprenditorjali tagħhom jew itejbu l-ħiliet professjonali tagħhom;

9.

itenni li, f'dan is-settur ukoll, l-enfasi ewlenija għandha tkun fuq is-sezzjonijiet dgħajfa u vulnerabbli tal-popolazzjoni jew fuq l-intrapriżi soċjali; ifakkar fl-effiċjenza li s'issa taw xhieda tagħha l-esperimenti fil-mikrofinanzjament, kemm fir-rigward tas-suċċess tal-investimenti kif ukoll fir-rigward tar-rata baxxa ta’ self li ma jitħallasx;

10.

itenni l-importanza tal-appoġġ għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema fil-livell Ewropew u jaħseb li l-EURES se jkun strument dejjem iżjed utli biss jekk jorbot b'suċċess id-domanda mal-provvista tal-forza tax-xogħol, u jekk ir-riżultati tiegħu jistgħu jiġu vvalutati b'mod effettiv. Il-Kumitat jenfasizza l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu f'dan is-settur;

11.

ifakkar li, minkejja l-impenn tal-istituzzjonijiet, għad hemm ostakli prattiċi sinifikanti għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema fi ħdan l-UE, speċjalment għal dawk li jgħixu fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-kontinent jew fir-reġjuni ultraperiferiċi;

12.

isejjaħ għat-titjib tal-proċeduri ta’ valutazzjoni sabiex l-impatt tal-programm kollu kemm hu jkun jista' jiġi mifhum, u jitlob lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha biex tagħmel segwitu mgħaġġel għall-valutazzjonijiet finali preċedenti ta’ programmi ekwivalenti li għaddejjin bħalissa, billi tagħmel aġġustamenti għall-programmi l-ġodda fejn ikun meħtieġ.

13.

jenfasizza li l-innovazzjoni soċjali tippermetti li jiġu indirizzati r-riskji tal-esklużjoni soċjali u l-ġlieda kontriha fejn diġà teżisti, b'mod speċjali fi żmien ta’ kriżi li qed jhedded li jpoġġi fil-periklu l-koeżjoni tal-Ewropa u l-mudell soċjali tagħha; ifakkar li ninsabu fil-periklu reali ta’ “kriżi ġenerazzjonali” b'konsegwenzi inkalkulabbli għall-mudell soċjetali tagħna u għas-sistema demokratika nnifisha; għaldaqstant jitlob li l-Ewropa terfa' r-responsabbiltà tagħha u tippromovi l-esperimentazzjoni soċjali u xxerred il-prattika tajba li jirriżultaw minnha, sabiex jiġu żviluppati mudelli effettivi għall-intervent li jistgħu jiġu applikati madwar l-Unjoni;

14.

ifakkar fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2009 dwar l-istrument tal-mikrofinanzjament  (2) u fl-importanza li jista' jkollha l-faċilità mikrofinanzjarja fil-ġlieda kontra l-esklużjoni. Il-kummenti tal-Kumitat dwar id-definizzjoni tal-kategoriji mmirati minn dan l-istrument, u l-istqarrija li mhuwiex strument għall-finanzjament tal-konsum iżda minflok ta’ start-ups jew għall-konsolidazzjoni ta’ negozji żgħar innovattivi jew soċjali, li jkollhom problemi jiksbu fondi minn sorsi tradizzjonali, jistgħu jgħinu biex jiċċaraw l-għan tiegħu. Jenfasizza li l-azzjoni Ewropea tibqa' sekondarja, jiġifieri rwol ta’ appoġġ għall-atturi nazzjonali, reġjonali jew lokali li jipprovdu l-mikrokreditu. Barra minn hekk, jenfasizza li l-istrument huwa importanti għaliex joħloq mekkaniżmu virtwuż u li jreġġi lilu nnifsu għall-intrapriżi benefiċjarji li jiġġenera mill-ġdid il-fondi disponibbli minħabba r-rata għolja ta’ rimborż. Għaldaqstant, jitlob li tiġi stabbilita regolamentazzjoni Ewropea tajba li tiddefinixxi fatturi komuni fil-livell Ewropew, sabiex jiġu armonizzati jew standardizzati l-prattiki relatati mal-mikrokreditu. Il-Kumitat jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-eżempji pożittivi ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li diġà qed jagħmlu ħidma eċċellenti biex jipprovdu l-mikrokreditu. Sabiex jibqa' jsir dan, huwa importanti li l-UE ma tiżviluppax sistema parallela f'dan il-qasam, iżda minflok għandha tappoġġja l-isforzi li qed isiru diġà;

15.

fir-rigward tal-EURES, jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li dan l-istrument isir iżjed effettiv billi l-provvista tiġi allinjata mad-domanda, u billi jsir użu mis-servizzi ta’ impjieg fil-livell nazzjonali u reġjonali; jitlob li l-EURES jagħmel iżjed biex jindirizza l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li qed ifittxu l-ewwel impjieg tagħhom, billi jappoġġja l-mobilità tan-nies li m'għandhomx esperjenza ta’ xogħol, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li hemm ukoll domanda għal ħaddiema żgħażagħ ikkwalifikati f'ħafna bliet u żoni rurali iżgħar. Jenfasizza wkoll il-bżonn li jiġi adottat approċċ ambizzjuż għall-ħafna ostakli għall-moviment ħieles tal-ħaddiema, fosthom id-distanza mill-kontinent; l-istrument għandu jindirizzahom u mhux jillimita ruħu biss għal attivitajiet ta’ tqabbil ta’ dawk li qed ifittxu impjieg ma’ offerti ta’ xogħol;

Kwistjonijiet speċifiċi

16.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li fis-settur tal-innovazzjoni soċjali, meta mqabbel mal-programm attwali “Progress”, tneħħiet ir-referenza għall-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni minħabba li jeżistu żewġ riskji ewlenin: il-bidla fl-enfasi mill-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli soċjali li jxekklu l-ugwaljanza għar-rikonoxximent sempliċi u tradizzjonali tad-drittijiet u r-riskju tal-frammentazzjoni ta’ skemi innovattivi fil-qasam soċjali;

17.

jikkonferma li l-baġit tal-programm għadu iktar baxx mill-ammont meħtieġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-esperimentazzjoni soċjali, għalkemm il-Kummissjoni tipproponi li 17 % tal-baġit jintużaw għal dan il-għan;

18.

fir-rigward tal-aspett tal-mikrofinanzjament, jaħseb li huwa neċessarju li ntennu dak li ntqal fl-opinjoni tal-Kumitat fl-2009, mhux l-inqas meta wieħed jikkunsidra li l-programm ikkofinanzjat mill-BEI u l-FEI ilu jiġi implimentat ftit iktar minn sena. Josserva li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil azzjonijiet speċifiċi biex jiġu appoġġati l-operaturi tal-mikrokreditu sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi ta’ bilanċ u sostenibbiltà u jfakkar li l-effikaċja tal-miżuri tal-mikrofinanzjament hija relatata mill-qrib mad-daqs tal-operaturi u l-kwalità tas-servizzi ta’ mikrofinanzjament li huma jipprovdu. Għaldaqstant hemm bżonn li jitħeġġu u jiġu appoġġati netwerks nazzjonali u/jew reġjonali ta’ mikrofinanzjament li jaħdmu bħala strutturi ta’ appoġġ tat-tieni livell għal operaturi lokali individwali;

19.

jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm azzjoni Ewropea koerenti meta jkun hemm diversi programmi fil-qasam tal-innovazzjoni u tal-mikrofinanzjament; jitlob li tiġi garantita koerenza akbar bejn il-Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali u l-FSE, fid-dawl tad-diversità strutturali tal-entitajiet ta’ ġestjoni – il-Kummissjoni għal dan il-programm u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali għall-Fond Soċjali. F'dan ir-rigward, iressaq tliet proposti: impenn mir-reġjuni li jużaw il-Fond Soċjali jew fondi oħrajn biex japplikaw prattiki tajbin diġà stabbiliti; il-possibbilità li l-Kumitat tar-Reġjuni jressaq linji gwida dwar il-kwistjoni ta’ konsistenza meta jasal iż-żmien għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti; fejn ikun jixraq għad-dimensjoni territorjali tal-proġetti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti għandhom joħorġu opinjoni dwar kull proġett ippreżentat sabiex jiżguraw sinerġija u koordinazzjoni mal-użu tal-FSE;

20.

fl-aħħar nett, josserva li hemm il-problema, fir-rigward tat-tliet assi tal-programm, li jitwettqu valutazzjonijiet iktar preċiżi tal-effikaċja, b'mod partikolari fir-rigward tal-mikrofinanzjament u l-EURES, bil-għan li wieħed isir jaf in-numru ta’ persuni li jkunu sabu xogħol bis-saħħa tal-programm. Iqis li l-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tippreżenta iktar malajr ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ta’ programmi li għaddejjin bħalissa, li għandhom jiġu ppubblikati biss wara li l-programmi l-ġodda jidħlu fis-seħħ, u, jekk ikun adatt, tipproponi bidliet jew żidiet ghal dawn tal-aħħar.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Billi (19)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

(19)

Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat, il-Programm għandu jiżgura li r-rekwiżiti konnessi mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni.

(19)

Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat , il-Programm għandu jiżgura li r-rekwiżiti konnessi mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni.

Raġuni

Huwa neċessarju li jiġi enfasizzat il-bżonn għal koerenza tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm mal-Istrateġija UE 2020.

Emenda 2

Artikolu 4(1) inċiż ġdid (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 4

Objettivi ġenerali tal-Programm

1.   Il-Programm għandu jipprova jilħaq l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)

(b)

Jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali u swieq tax-xogħol adegwati, aċċessibbli u effiċjenti u jiffaċilita r-riforma tal-politika, billi ssir promozzjoni tal-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali;

(c)

(d)

Jippromwovi l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol billi jiżviluppa s-swieq tax-xogħol tal-Unjoni li huma miftuħin u aċċessibbli għal kulħadd;

(e)

Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli u mikrointrapriżi, u billi jagħti aċċess akbar għall-iffinanzjar għall-intrapriżi soċjali.

Artikolu 4

Objettivi ġenerali tal-Programm

1.   Il-Programm għandu jipprova jilħaq l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)

Isaħħaħ ir-responsabbiltà tal-objettivi tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjegi, soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fost il-persuni ewlenin li jfasslu l-politika tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll partijiet interessati oħra sabiex jiġu implimentati azzjonijiet konkreti u koordinati kemm fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

(b)

Jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali u swieq tax-xogħol adegwati, aċċessibbli u effiċjenti u jiffaċilita r-riforma tal-politika, billi ssir promozzjoni tal-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali;

(c)

Jimmodernizza l-liġi tal-Unjoni b'mod konformi mal-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti u jiżgura li l-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tiġi applikata b'mod effettiv;

(d)

Jippromwovi l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol billi jiżviluppa s-swieq tax-xogħol tal-Unjoni li huma miftuħin u aċċessibbli għal kulħadd;

(e)

Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli u mikrointrapriżi, u billi jagħti aċċess akbar għall-iffinanzjar għall-intrapriżi soċjali

Raġuni

Fir-rigward tal-punt b: huwa neċessarju li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ħarsien soċjali. Fir-rigward tal-punt d: il-mikrofinanzjament jista' jkun l-uniku mod kif iż-żgħażagħ jistabbilixxu jew jiżviluppaw intrapriża. Fir-rigward tal-punt f: il-parteċipazzjoni attiva tal-atturi rilevanti kollha hija kundizzjoni ta’ dan il-programm.

Emenda 3

Artikolu 5(2)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.   Il-persentaġġi indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3 (1):

(a)

60 % għall-assi Progress, li minnhom mill-inqas 17 % għandhom jiġu allokati għall-promozzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-ħsieb li jiżdiedu proporzjonalment;

(b)

15 % għall-assi EURES;

(c)

20 % għall-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali.

2.   Il-persentaġġi indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3 (1):

(a)

60 % għall-assi Progress, li minnhom mill-inqas għandhom jiġu allokati għall-promozzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-ħsieb li jiżdiedu proporzjonalment ;

(b)

15 % għall-assi EURES;

(c)

20 % għall-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali.

Raġuni

Huwa importanti ħafna li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċjali lil esperimentazzjoni konkreta u lill-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod speċjali fid-dawl tal-istatistika riċenti.

Emenda 4

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Konsistenza u kumplimentarjetà

1.   Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f'dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali.

Konsistenza u kumplimentarjetà

1.   Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f'dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali.

Raġuni

Meta wieħed iqis l-iskarsezza relattiva tal-fondi pubbliċi Ewropej u nazzjonali, hija ta’ importanza fundamentali li jiġu żgurati l-konsistenza u s-sinerġija fl-infiq. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kontinwità operattiva bejn l-azzjonijiet esperimentali u d-definizzjoni ta’ prattika tajba u azzjonijiet tal-fondi operattivi bħall-FEŻR u, b'mod partikolari, il-FSE. F'ħafna sitwazzjonijiet, huwa importanti li wieħed jikkontrolla l-konsistenza bejn nefqa esperimentali u n-nefqa operattiva li tiġi wara, fuq il-bażi tal-linji gwida stabbiliti mill-awtoritajiet reġjonali kompetenti, mingħajr ma ssir ħsara lill-indipendenza tal-Kummissjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ proġetti f'konformità mar-regoli rilevanti.

Emenda 5

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Monitoraġġ

Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu.

Monitoraġġ

Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropewl-Kunsill . Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu.

Raġuni

Ħafna mill-azzjonijiet li hemm dispożizzjoi għalihom fil-Programm għandhom effetti sinifikanti fuq l-azzjoni reġjonali, jew huma mmexxija minnha. Għaldaqstant, il-KtR irid ikun jista' joħroġ opinjoni sabiex jipproponi linji gwida lill-Kummissjoni li huma konsistenti mal-politika reġjonali.

Emenda 6

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 22

Objettivi speċifiċi

1.

3.

Appoġġ għall-iżvilupp ta’ intrapriżi soċjali, b'mod partikolari billi jiġi faċilitat l-aċċess għal finanzi.

Artikolu 22

Objettivi speċifiċi

1.

;

2.

3.

4.

Appoġġ għall-iżvilupp ta’ intrapriżi soċjali, b'mod partikolari billi jiġi faċilitat l-aċċess għal finanzi.

Raġuni

L-emenda għall-ewwel paragrafu hija neċessarja sabiex jiġu speċifikati l-kategoriji tal-benefiċjarji aħħarija tal-mikrokreditu għall-finijiet tal-produzzjoni jew l-iżvilupp professjonali. It-tieni emenda tixħet dawl fuq kwistjoni li diġà tqajmet mill-Kummissjoni Ewropea nnifisha u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma involuti fil-qasam tal-mikrokreditu, b'mod partikolari fi żmien meta l-intraprenditorija, inklużi n-negozji ż-żgħar, trid tiġi stimolata u mħeġġa.

Emenda 7

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Parteċipazzjoni

1.   Il-parteċipazzjoni taħt l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandha tkun miftuħa għall-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 16(1) u li jipprovdu f'dawk il-pajjiżi:

(a)

mikrofinanzjament għal persuni u mikrointrapriżi;

(b)

finanzjament għal intrapriżi soċjali.

2.   Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, kompetittivi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b'mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali.

3.   Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b'konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv.

Parteċipazzjoni

1.   Il-parteċipazzjoni taħt l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandha tkun miftuħa għall-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 16(1) u li jipprovdu f'dawk il-pajjiżi:

(a)

mikrofinanzjament għal persuni u mikrointrapriżi;

(b)

finanzjament għal intrapriżi soċjali.

2.   Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, kompetittivi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b'mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali.

3.   Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b'konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu persuni u impriżi dejn eċċessiv.

Brussell, it-3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  Rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-Ekonomija Soċjali (2008/2250(INI).

(2)  Il-Faċilità Mikrofinanzjarja “PROGRESS”, CdR 224/2009.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/174


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposti leġiżlattivi dwar ir-riforma tal-politika agrikola komuni u l-iżvilupp rurali wara l-2013”

2012/C 225/14

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iqis li l-proposti tal-Kummissjoni għadhom wisq ’il bogħod minn riforma fil-fond tal-Politika Agrikola Komuni li hija indispensabbli għall-preżervazzjoni tal-agrikoltura Ewropea u t-territorji rurali;

iqis li l-Kummissjoni qed tagħmel żball strateġiku billi tiffoka fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet a posteriori għad-detriment ta’ regolazzjoni tas-swieq li tibda mill-aktar livell baxx;

jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tikkunsidra t-tneħħija tas-sistemi differenti ta’ kwoti;

iqis li hu essenzjali li jerġa’ jiġi bbilanċjat il-poter fi ħdan il-katina alimentari favur il-produtturi;

iqis li huwa vitali li ssir reviżjoni tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għas-settur agrikolu;

iqis essenzjali l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-għajnuniet iżda jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni mhijiex biżżejjed għat-trasferiment tal-kompetittività lejn l-irziezet żgħar u ta’ daqs medju;

jitlob li l-Kummissjoni tnaqqas il-limiti għad-degressività għal EUR 100 000 f’għajnuna, b’limitu massimu ta’ EUR 200 000 kull razzett;

jitlob li titwaqqaf skeda provviżorja għall-konverġenza totali fil-livell Ewropew;

jitlob li l-istrument favur żoni li qegħdin jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali u speċifiċi jkun jista’ jintuża mill-Istati Membri sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali;

iqis li huwa kruċjali li jiġu riservati biżżejjed fondi tal-FAEŻR għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi lokali fiż-żoni rurali, u li l-awtoritajiet rurali jiġu garantiti aċċess għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni taħt il-FEŻR, fil-qafas tal-politika globali tal-iżvilupp rurali;

jirrakkomanda li tiġi applikata aktar sussidjarjetà fil-qafas tar-riforma biex tiġi garantita aktar flessibbiltà lill-Istati Membri u lir-reġjuni;

jixtieq li l-possibbiltà li jiġi introdott il-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent twassal għall-implimentazzjoni ta’ kuntratti territorjali ffirmati b’mod konġunt bejn l-awtoritajiet reġjonali u l-gruppi tal-bdiewa;

jitlob li r-rappreżentanti tat-territorji rurali jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil tal-kuntratti ta’ sħubija

Relatur

Is-Sur René SOUCHON (FR/PSE), President tal-Kunsill Reġjonali tal-Auvergne

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni - COM(2011) 625 final/2

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) - COM(2011) 626 final/2

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżżvilupp Rurali (FAEŻR) – COM(2011) 627 final/2

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni - COM(2011) 628 final/2

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużżjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

COM(2011) 629 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tas-sena 2013 - COM(2011) 630 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta’ pagament uniku u ta’ appoġġ għal min ikabbar id-dwieli - COM(2013) 631 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Prijoritajiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK)

1.

japprova l-għanijiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea għall-Politika Agrikola Komuni tal-futur fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżżorsi naturali, is-sigurtà tal-ikel, il-preżżenza tal-agrikoltura fit-territorji Ewropej kollha, l-iżżvilupp reġjonali bbilanċjat, il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea kollha u s-semplifikazzjoni tal-PAK;

2.

madankollu jqis li l-proposti tal-Kummissjoni jinsabu wisq ’il bogħod minn riforma fil-fond tal-Politika Agrikola Komuni li hija assolutament indispensabbli għall-preżżervazzjoni tal-agrikoltura Ewropea u t-territorji rurali, liema riforma għandha tqis il-ħtiġijiet tal-intrapriżżi agrikoli Ewropej bħalma jipprevedi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) filwaqt li tiggarantixxi trattament ġust għall-bdiewa Ewropej kollha;

3.

iqis li l-Politika Agrikola Komuni, kif prevista fit-TFUE, għandha tippermetti lill-popolazzjoni rurali tgawdi mill-istess kwalità ta’ ħajja bħall-bqija tas-soċjetà. Dan l-għan għandu jkun akkumpanjat minn miżżuri li jistabbilizzaw is-suq, sabiex jiġi assigurat prezz regolari għall-produtturi, filwaqt li fl-istess ħin jiġu assigurati prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi;

4.

iqis essenzjali l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-għajnuniet iżżda jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni mhijiex biżżejjed għat-trasferiment tal-kompetittività lejn l-irziezet żgħar u ta’ daqs medju, iż-żoni li jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali u r-reġjuni insulari kif ukoll lejn ċerti setturi fraġli, u jixtieq li jitqiesu kriterji oħra biex jiġi żgurat dan l-ibbilanċjar mill-ġdid, b’mod partikolari l-impjieg;

5.

jirrakkomanda li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi applikat aktar fil-qafas tar-riforma biex tiġi garantita aktar flessibbiltà għall-Istati Membri jew għar-reġjuni;

6.

b’mod partikolari jqis li huwa importanti li, għall-bdiewa, jiġu ssemplifikati r-regoli amministrattivi tal-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni, iżda jemmen li din is-semplifikazzjoni m’għandhiex tiġi tradotta f’uniformità qawwija fil-kriterji li jridu jitqiesu, peress li dan imur kontra l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali;

7.

iqis essenzjali li l-Politika Agrikola Komuni tkun tista’ tippromovi iktar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, b’mod partikolari dawk li jiġu prodotti b’tikketta uffiċjali ta’ kwalità. Għalhekk jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tassigura rabtiet aħjar bejn il-Politika Agrikola Komuni u l-politika dwar il-kwalità;

Regolazzjoni tas-swieq

8.

iqis li l-miżuri dwar ir-regolazzjoni tas-swieq proposti mill-Kummissjoni huma diżappuntanti u bla dubju jirrappreżentaw pass lura għall-iżvilupp tal-Politika Agrikola Komuni. Filwaqt li l-istabbilizzazzjoni tas-swieq ġiet imniżżla fit-Trattat ta’ Lisbona, il-Kummissjoni ma tipproponi l-ebda mekkaniżmu effikaċi għall-kontroll pubbliku tal-produzzjoni;

9.

iqis li l-Kummissjoni qed tagħmel żball strateġiku billi tiffoka fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet wara li jseħħu għad-detriment ta’ regolament li jaħdem fuq dak li jiġri qabel biex il-volatilità tal-prezzijiet tiġi miġġielda b’mod effikaċi u bl-inqas spejjeż;

10.

jitlob lill-Kummissjoni biex, wara li joħorġu r-riżultati tal-istudji ġodda tal-impatt, terġa’ tikkunsidra li tneħħi d-diversi sistemi ta’ kwoti u tad-drittijiet għall-produzzjoni (zokkor, ħalib u drittijiet għat-tħawwil tad-dwieli), l-iktar fil-każ taż-żoni żvantaġġati u b’mod partikolari ż-żoni muntanjużi;

11.

jitlob li l-Kummissjoni tissalvagwardja l-mekkaniżmi ta’ preferenza Komunitarja (1) u tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet ta’ intervent u ħżin (pubbliku u privat);

12.

iqis li sabiex jinkiseb l-għan tas-sigurtà alimentari stabbilit mill-Kummissjoni għall-Politika Agrikola Komuni tal-futur, huwa essenzjali li jerġa’ jiġi bbilanċjat il-poter fi ħdan il-katina alimentari favur il-produtturi;

13.

iqis li r-reviżjoni tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea hija essenzjali għas-settur agrikolu, li m’għandux jintuża bħala munita ta’ skambju li minnha jiggwadanja biss l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi fis-setturi tal-industrija u s-servizzi;

14.

iqis li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jikkonsisti f’EUR 2,5 biljun, mhuwiex adegwat sabiex jindirizza l-konsegwenzi li jġibu magħhom il-ftehimiet kummerċjali dwar is-settur agrikolu. B’mod partikolari, m’għandux l-għan li jtaffi l-impatt prevedibbli tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali li qed jiġu negozjati bħalissa;

Konverġenza

15.

iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jirrispettaw il-qafas istituzzjonali ta’ kull Stat Membru, għandhom kull dritt li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-PAK taħt l-ewwel pilastru, peress li l-involviment tal-livell reġjonali jagħmilha possibbli li l-appoġġ jiġi allokat b’mod aktar effettiv, b’konformità mal-ispeċifiċitajiet soċjali, ambjentali, agronomiċi u territorjali tal-agrikoltura, u b’hekk jiġi assigurat użu aktar effiċjenti tal-fondi;

16.

jilqa’ b’sodisfazzjon li l-proposti tal-Kummissjoni jabbandunaw ir-referenzi storiċi li kienu jirrappreżentaw sistema inugwali u inġusta ta’ tqassim tal-appoġġ fost il-bdiewa;

17.

iqis madankollu li t-tqassim tal-għajnuniet propost mill-Kummissjoni xorta għadu inugwali wisq fir-rigward tal-Istati Membri l-ġodda u speċjalment fir-rigward tal-Istati Baltiċi li jirċievu l-aktar pagamenti diretti baxxi fl-Unjoni Ewropea, u jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tispeċifikax l-iskadenzi għall-konverġenza bejn l-Istati Membri. Il-kundizzjonijiet u l-iskadenza għandhom iqisu l-ispejjeż tal-produzzjoni f’kull Stat Membru;

18.

jixtieq li l-konverġenza tal-pagamenti bażiċi fi ħdan kull Stat Membru titwettaq b’mod progressiv iżda fi żmien raġonevoli li jikkunsidra wkoll is-sitwazzjonijiet inizjali differenti fl-Istati Membri, u li l-konverġenza totali fil-livell Ewropew tkun koperta minn skeda provviżorja;

Degressività u limiti massimi

19.

jitlob li l-Kummissjoni tnaqqas il-limiti għad-degressività għal EUR 100 000 f’għajnuna, b’limitu massimu ta’ EUR 200 000 għal kull razzett, billi jitnaqqsu s-salarji effettivament imħallsin u ddikjarati, inkluża r-rimunerazzjoni għax-xogħol tal-intraprenditur;

20.

jitlob lill-Kummissjoni li l-fondi li jirriżultaw minn dan it-tnaqqis progressiv ikunu jistgħu jiġu ddedikati għall-miżuri u l-azzjonijiet li jiddeċiedi l-Istat Membru għat-territorju tiegħu;

Akkoppjar

21.

iqis li huwa vitali li jinżamm l-akkoppjar tal-għajnuna għal ċerti produzzjonijiet jew għal għadd ta’ reġjuni fraġli biex jinżamm livell sodisfaċenti ta’ produzzjoni u ta’ ħolqien ta’ valur;

22.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa filwaqt li jiddeterminaw huma stess liema huma s-setturi agrikoli li qed jiffaċċjaw id-diffikultajiet u li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali; jisteden ukoll lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar l-akkoppjar fiż-żoni li qegħdin jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali fiż-żoni insulari u fiż-żoni ultraperiferiċi, waqt li jitqiesu, apparti l-produzzjonijiet diġà msemmija fl-abbozz għal Regolament, il-produzzjonijiet agrikoli li jintużaw f’fergħat relatati mat-tikketti uffiċjali ta’ kwalità, fosthom l-agrikoltura organika;

23.

huwa tal-fehma li biex l-istrateġiji Ewropej għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq agrikoli jiksbu sustanza mingħajr ma jinħolqu sistemi artifiċjali ta’ appoġġ fl-ambitu tat-tieni pilastru, ikun tajjeb li jitnedew miżuri għall-ġestjoni tar-riskji li jridu jiġu eliminati mill-iżvilupp rurali;

Prattiki agrikoli li jibbenefikaw il-klima u l-ambjent

24.

iqis neċessarja l-bidla fil-mudell agrikolu Ewropew mixtieqa mill-Kummissjoni bħala parti minn approċċ aktar ekoloġiku, iżda l-għadd ta’ miżuri għal approċċ iktar ekoloġiku huwa riġidu wisq biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet adatti għall-bżonnijiet reġjonali/lokali u b’hekk isir kontribut bl-aħjar mod possibbli għall-ksib tal-għanijiet tal-UE2020;

25.

iqis li l-progress lejn modi sostenibbli ta’ produzzjoni għall-agrikoltura Ewropea kif ukoll l-adattament tagħha għat-tibdil fil-klima għandhom jiġu akkumpanjati minn appoġġ akbar favur l-innovazzjoni agronomika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet innovattivi. L-isforz tal-Unjoni Ewropea għal ekonomija sostenibbli innovattiva jeħtieġ sinerġija ikbar bejn il-politika tal-agrikoltura u s-sajd, il-politika tal-klima u l-enerġija, il-politika reġjonali u l-politika dwar ir-riċerka. F’dan il-kuntest, il-KtR jenfasizza l-bżonn ta’ riċerka dwar l-ikel u l-potenzjal ta’ applikazzjonijiet innovattivi fis-settur tal-prodotti ta’ oriġini organika;

26.

iqis li l-miżuri proposti mill-Kummissjoni mhumiex adatti għax huma wisq ġeneralizzati u għalhekk jappella għal aktar sussidjarjetà sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati kemm jista’ jkun qrib tar-realtajiet agronomiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi lokali, billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu fdati bit-tnedija u l-ġestjoni tal-miżuri agroambjentali mmirati, u billi jingħataw il-possibbiltà li jimplimentaw kuntratti territorjali ffirmati b’mod konġunt mal-bdiewa jew ir-rappreżentanti tagħhom. Barra minn hekk, iqis li hemm bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-irziezet kollha, permezz ta’ reviżjoni wiesgħa tat-tipi ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu;

27.

iqis li l-bdiewa li kisbu ċertifikazzjoni agroambjentali rikonoxxuta mill-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw totalment mill-appoġġ fil-kuntest ta’ approċċ aktar ekoloġiku, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti relatati ma’ dawn il-proċessi jkunu rigorużi u jkunu soġġetti għal rikonoxximent uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiġi assigurata bażi ta’ rekwiżiti minimi ekwivalenti fl-Istati Membri kollha;

28.

iqis li l-limitu ta’ 7 % għall-art agrikola li trid tinbidel f’art b’interess ekoloġiku, u b’hekk issir art li ma tkunx produttiva, jista’ jidher għoli wisq f’għadd ta’ sitwazzjonijiet partikolari; jitlob lill-Kummissjoni biex tkun aktar flessibbli u li r-reġjuni jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu din ir-rata abbażi tal-ispeċifiċitajiet lokali tagħhom, fost l-oħrajn il-possibbiltà li jinkludu żoni permanenti għar-ragħa;

29.

jitlob li l-Kummissjoni tipproponi, permezz ta’ strumenti adatti, l-implimentazzjoni ta’ “pjan dwar il-proteini” fil-livell Ewropew biex tippromovi l-iżvilupp tal-uċuħ tar-raba’ biż-żerriegħa taż-żejt u bil-legumi, sabiex tiġi assigurata l-awtonomija fil-proteini għall-irziezet, jitnaqqas l-użu ta’ fertilizzanti nitroġeni u titjieb il-fertilità tal-ħamrija;

30.

jitlob lill-Kummissjoni tibdel id-definizzjoni ta’ “bwar permanenti” li tidher fil-proposta, u li din id-definizzjoni tinżamm kif inhi bħalissa mingħajr ma ssir referenza għall-predominanza tal-ħxejjex;

Żoni b’limitazzjonijiet naturali

31.

jitlob li jkun obbligatorju għall-Istati Membri kollha l-mekkaniżmu favur iż-żoni maħkuma minn limitazzjonijiet naturali u speċifiċi. Dan il-mekkaniżmu b’hekk ikun jifforma t-tielet livell ta’ għajnuna separat, komplementari għall-pagament bażiku u għall-għajnuna għal approċċ aktar ekoloġiku;

32.

jitlob biex il-mekkaniżmu favur iż-żoni maħkuma minn limitazzjonijiet naturali u speċifiċi jkun jista’ jintuża mill-Istati Membri ’l fuq minn 10 % tal-limitu nazzjonali annwali;

33.

jitlob li d-definizzjoni taż-żoni b’limitazzjonijiet naturali u speċifiċi tkun estiża biex tinkludi kriterji ta’ koeżjoni territorjali u ta’ ppjanar tat-territorju sabiex jitqiesu fatturi bħall-għeluq jew l-aċċess għall-infrastrutturi, il-fraġilità tal-ekosistemi, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet preċedenti li saru mill-Kumitat tar-Reġjuni (2);

Attività agrikola ġdida

34.

iqis li l-proposta tal-Kummissjoni għal għajnuna speċifika komplementari għall-pagamenti bażiċi, maħsuba għall-bdiewa żgħażagħ, tmur fid-direzzjoni t-tajba iżda mhijiex biżżejjed u għandha tiġi żviluppata bħala miżura fakultattiva;

35.

jappella lill-Kummissjoni sabiex tintroduċi aktar il-volontarjat, sabiex tiġi promossa l-attività agrikola ġdida;

36.

iqis li l-problema ta’ attività agrikola ġdida hija fuq kollox marbuta mad-diffikultajiet ta’ aċċess għall-art jew għal self mill-bank, u għalhekk jitlob li l-Istati Membri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jitħeġġu sabiex jimplimentaw miżuri ta’ garanzija għall-art u għall-banek;

Bdiewa attivi u bdiewa żgħar

37.

jitlob li l-Kummissjoni tiddefinixxi b’aktar preċiżjoni l-kunċett ta’ bidwi attiv sabiex il-pagamenti diretti ma jingħatawx lill-persuni naturali jew legali li ma jipparteċipawx fil-ġestjoni u l-ħidma ta’ razzett;

38.

iqis pertinenti l-proposta tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi l-istatus speċifiku ta’ bidwi żgħir peress li l-agrikoltura tirrappreżenta parti sinifikanti ħafna tal-impjieg rurali f’diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u jqis li din l-iskema tgħin fis-semplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni, iżda jixtieq li l-livell minimu ta’ appoġġ jitla’ għal EUR 1 000;

Żvilupp Rurali

39.

jilqa’ l-proposta għal Qafas Strateġiku Komuni għall-Fondi Strutturali kollha, inkluż il-FAEŻR;

40.

iqis li l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni tista’ tirrappreżenta opportunità sabiex it-tqassim f’żoni applikat fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni jiġi estiż għall-politika tal-iżvilupp rurali. Din l-estensjoni tmur fid-direzzjoni ta’ armonizzazzjoni aħjar tal-livelli ta’ kofinanzjament. Għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-konsegwenzi ta’ din l-estensjoni;

41.

iqis li r-rieda tal-Kummissjoni li tintegra l-iżvilupp rurali fl-Istrateġija Ewropa 2020, u li tintegraha bħala parti mill-Qafas Strateġiku Komuni ġdid flimkien mal-FEŻR, l-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-EMFF, tirrappreżenta opportunità għal żvilupp armonjuż u integrat taż-żoni rurali. F’għadd ta’ Stati Membri tal-UE, iż-żoni rurali ma jfissrux biss agrikoltura, iżda huma wkoll żoni ta’ negozji żgħar u djar;

42.

għalhekk jemmen li huwa essenzjali li, minn naħa, jiġu riservati l-fondi adegwati fil-FAEŻR għall-iżvilupp tal-infrastrutturi lokali fiż-żoni rurali, u min-naħa l-oħra, li jiġi garantit li l-awtoritajiet rurali jkollhom aċċess għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, fi ħdan il-FEŻR, fil-qafas ta’ politika globali tal-iżvilupp rurali;

43.

huwa tal-fehma li d-definizzjoni ta’ żoni żvantaġġati għandha tissejjes fuq kriterji oġġettivi komuni u komparabbli implimentati fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Jemmen li għal dan il-għan, għandha tintuża d-definizzjoni l-ġdida taż-żoni żvantaġġati li, madankollu, għandha tiġi estiża għal kriterji oħra biex twieġeb għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet taż-żoni rurali fil-livell Ewropew;

44.

jinnota li ftit li xejn hemm sinerġija bejn is-sitt prijoritajiet stabbiliti u bejnhom u l-ħdax-il objettiv tematiku tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni, u li din l-istruttura l-ġdida la taqbel mar-Regolament attwali, li għandu struttura bbażata fuq erba’ assi, u lanqas ma tiffaċilita approċċ integrat mal-fondi l-oħra taħt Qafas Strateġiku Komuni;

45.

jitlob għalhekk li l-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija Ewropea għall-iżvilupp reġjonali, li tista’ tiġi adattata għal kull Stat Membru fil-qafas ta’ kuntratti ta’ sħubija fil-livelli reġjonali;

46.

jappoġġja l-possibbiltà ta’ trasferiment sa 10 % tal-Fondi mill-ewwel pilastru għat-tieni pilastru;

47.

jilqa’ b’sodifazzjon il-fatt li r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni l-ġdid jipprovdi regoli komuni applikabbli għall-FAEŻR u l-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-EMFF, u huwa tal-fehma li dan huwa pass ’il quddiem kruċjali sabiex jiġu żgurati approċċi territorjali integrati mwettqa b’mod konġunt bejn dawn il-fondi kollha;

48.

iqis essenzjali li r-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali jipparteċipa billi jintroduċi aktar dinamiżmu fl-impjiegi mhux agrikoli fiż-żoni rurali, iżda jqis essenzjali wkoll li jitqiesu l-problemi rurali mill-Fondi Strutturali kollha, u jitħasseb bl-iżviluppi relatati mal-appoġġ li l-Unjoni Ewropea rriżervat għaż-żoni rurali, li mhumiex imniżżlin fir-Regolament FAEŻR il-ġdid;

49.

iħoss li mhuwiex għaqli li jiġi inkluż mekkaniżmu ta’ ġestjoni tar-riskji fl-iżvilupp rurali u jitlob għalhekk li l-Kummissjoni tirtira din il-miżura mir-Regolament billi minflok tiffavorixxi miżuri ta’ regolazzjoni fl-ewwel pilastru;

50.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-LEADER issa twessgħu biex ikopru wkoll il-fondi l-oħra permezz ta’ approċċ ġdid ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-atturi lokali li ser jiżgura twettiq integrat tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u jiġi appoġġjat mill-aktar fondi adatti;

51.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol partikolari li jaqdu l-bdiewa u ż-żoni rurali f’żoni ’l bogħod mill-bliet fil-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet li jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jqis li ż-żoni agrikoli ’l bogħod mill-bliet għandhom vantaġġi u limitazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw l-implimentazzjoni tas-sottoprogrammi tematiċi fil-kuntest tat-tieni pilastru;

Governanza

52.

iqis li huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala kofinanzjaturi, jingħataw ir-rwol ċentrali ta’ msieħba mal-awtoritajiet ġestjonali fl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali, meta jitqies li approċċ ibbażat fuq proġetti lokali u reġjonali huwa aktar effikaċi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fondi Ewropej;

53.

iqis li l-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ governanza f’diversi livelli – Ewropew, nazzjonali u reġjonali – hija kundizzjoni indispensabbli għar-riformulazzjoni b’suċċess tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013;

54.

jitlob li r-rappreżentanti tat-territorji rurali jiġu involuti bis-sħiħ fit-tħejjija tal-kuntratti ta’ sħubija;

55.

iqis li l-possibbiltà li jiġu implimentati sottoprogrammi għal żoni speċifiċi bħaż-żoni muntanjużi u r-reġjuni insulari, jew għal setturi speċifiċi, hija proposta interessanti iżda tista’ toffri valur miżjud ġenwin biss jekk is-sottoprogrammi jiġu previsti flimkien fir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali sabiex il-firxa ta’ miżuri tal-iżvilupp reġjonali testendi għall-istrumenti kollha ta’ finanzjament tal-UE u jekk dawn is-sottoprogrammi jiġu akkumpanjati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

56.

jitlob li rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun jagħmel parti mill-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali li ser jassisti lill-Kummissjoni fl-adozzjoni tal-atti delegati. B’mod aktar ġenerali, jitlob reviżjoni tal-għamla tal-gruppi konsultattivi tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, sabiex ikun assigurat li dawn il-gruppi jkunu aktar rappreżentattivi tad-dinja rurali;

Baġit

57.

iqis li għall-perjodu 2014-2020, il-baġit ta’ EUR 435,6 biljun previst fil-qafas finanzjarju multiannwali għall-PAK, bħala politika integrata, għandu jiġi kkonfermat f’termini reali, kemm jekk ikun fl-ewwel pilastru jew fit-tieni pilastru fid-dawl tal-isfidi sinifikanti li ser jiffaċċja s-settur agroalimentari fis-snin li ġejjin;

58.

madankollu jitħasseb dwar il-kuntest tal-kriżi tad-dejn pubbliku fil-livell Ewropew u dwar it-theddida li tista’ tirriżulta għall-baġit tal-Politika Agrikola Komuni tal-futur u jqis li huwa aktar u aktar meħtieġ li jinżamm finanzjament ambizzjuż għall-PAK futura.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

COM(2011) 626 final/2

Emenda 1

Tibdil tal-Artikolu 21(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Meta jkunu qed ifasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, u tal-banana li għandhom ikunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom. Madankollu, din il-lista m’għandhiex tinkludi prodotti esklużi minn miżuri adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2)(a). L-Istati Membri għandhom jagħżżlu l-prodotti tagħhom abbażżi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu l-istaġjonalità, id-disponibbiltà tal-prodott jew l-aspetti ta’ tħassib dwar l-ambjent. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil prodotti li joriġinaw fl-Unjoni.

3.   Meta jkunu qed ifasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, u tal-banana li għandhom ikunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom. Madankollu, din il-lista m’għandhiex tinkludi prodotti esklużżi minn miżżuri adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2)(a). L-Istati Membri għandhom jagħżżlu l-prodotti tagħhom abbażżi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu l-istaġjonalità, id-disponibbiltà tal-prodott jew l-aspetti ta’ tħassib dwar l-ambjent. F’dan ir-rigward, .

Raġuni

Trid tiġi applikata s-sistema ta’ preferenza Komunitarja biex jiġu promossi l-produzzjonijiet Ewropej minflok dawk minn pajjiżżi terzi.

Emenda 2

Punt ġdid qabel l-Artikolu 101

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Raġuni

Ħafna studji għandhom tendenza juru li l-abbandun tad-drittijiet tat-tħawwil (“Studju dwar l-impatti soċjoekonomiċi u territorjali tal-liberalizzazzjoni tad-drittijiet tat-tħawwil tal-vinji”. Studju AREV-MOISA, Marzu 2012) u tal-kwoti jfisser li jkun hemm aktar tħawwil f’ċerti territorji, b’numru ta’ konsegwenzi ekonomiċi, territorjali u ambjentali li mhumiex evalwati tajjeb mill-Kummissjoni.

Emenda 3

Tibdil tal-Artikolu 108(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

1   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali fi kwalunkwe settur minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

(a)

ikunu kostitwiti minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni, il-kummerċ u/jew l-ipproċessar ta’ prodotti f’settur wieħed jew aktar;

(b)

ikunu fformati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(c)

isegwu għan speċifiku, li jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i)

li jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ dejta ta’ statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali u nazzjonali;

(ii)

l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

(iii)

it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iv)

l-isfruttar b’mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti;

(v)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tiġi rrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi partikolari ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

(vi)

ir-riċerka ta’ metodi kif jista’ jiġi ristrett l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti u prodotti oħra u li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma;

(vii)

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(viii)

l-isfruttar tal-potenzjal tal-biedja organika u li tingħata protezzjoni u promozzjoni lil din it-tip ta’ biedja, kif ukoll lil denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ix)

il-promozzjoni ta’ produzzjoni sostenibbli u integrata u ta’ metodi ta’ produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

(x)

li jiġi mħeġġeġ il-konsum tal-prodotti tajbin għas-saħħa u li tingħata informazzjoni dwar il-ħsara relatata ma’ tendenzi ta’ konsum perikolużi;

(xi)

it-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni, l-aktar f’pajjiżi terzi.

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali fi kwalunkwe settur minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

(a)

ikunu kostitwiti minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni, il-kummerċ u/jew l-ipproċessar ta’ prodotti f’settur wieħed jew aktar;

(b)

ikunu fformati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(c)

isegwu għan speċifiku, li jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i)

li jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ dejta ta’ statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali u nazzjonali;

(ii)

l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

(iii)

it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iv)

l-isfruttar b’mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti;

(v)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tiġi rrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi partikolari ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

(vi)

ir-riċerka ta’ metodi kif jista’ jiġi ristrett l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti u prodotti oħra u li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma;

(vii)

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(viii)

l-isfruttar tal-potenzjal tal-biedja organika u li tingħata protezzjoni u promozzjoni lil din it-tip ta’ biedja, kif ukoll lil denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ix)

il-promozzjoni ta’ produzzjoni sostenibbli u integrata u ta’ metodi ta’ produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

(x)

li jiġi mħeġġeġ il-konsum tal-prodotti tajbin għas-saħħa u li tingħata informazzjoni dwar il-ħsara relatata ma’ tendenzi ta’ konsum perikolużi;

(xi)

it-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni.

Raġuni

Huwa indispensabbli li s-suq ikollu referenza rigward il-prezzijiet, billi jiġu integrati diversi fatturi, anke jekk, ovvjament, din ir-referenza m’għandhiex għalfejn tiġi applikata b’mod vinkolanti. Il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli li jiġu mill-UE m’għandhiex issir b’mod prijoritarju fil-pajjiżi terzi; huwa essenzjali li ssir ukoll fis-suq intern, appuntu fejn il-prodotti importati minn pajjiżi terzi jpoġġu l-pressjoni fuq l-offerta.

Emenda 4

Tibdil tal-Artikolu 112

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Miżżuri biex jitħaffef l-aġġustament ta’ provvista għall-esiġenzi tas-suq

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106 sa 108 biex jitħaffef l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward tas-setturi tal-pjanti ħajjin, laħam taċ-ċanga u vitella, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħożż, bajd u laħam tat-tjur dwar miżżuri:

(a)

biex titjieb il-kwalità;

(b)

biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c)

biex titħaffef ir-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(d)

biex ikun jista’ jsir tbassir għal żżmien qasir u fit-tul abbażżi tal-mezzi tal-produzzjoni użżati.

Miżżuri biex jitħaffef l-aġġustament ta’ provvista għall-esiġenzi tas-suq

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106 sa 108 biex jitħaffef l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward tas-setturi dwar miżuri:

(a)

biex titjieb il-kwalità;

(b)

biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c)

biex titħaffef ir-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(d)

biex ikun jista’ jsir tbassir għal żmien qasir u fit-tul abbażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati.

Raġuni

Hemm bżonn li l-leġislazzjoni Ewropea tippermetti l-istrumenti kollha possibbli biex dawn il-miżuri jkunu jistgħu japplikaw għas-setturi kollha, peress li dawn il-kwistjonijiet jolqtu lis-setturi kollha u mhux biss lil parti minnhom, u li huma parti essenzjali mill-funzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali f’kull settur.

Emenda 5

Tibdil tal-Artikolu 117

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regoli ġenerali

1.   Bla preġudizzju għall-każijiet fejn liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni tkun meħtieġa skont dan ir-Regolament, l-importazzjoni għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott agrikolu wieħed jew aktar lejn l-Unjoni jew ’il barra minnha jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja, filwaq li titqies il-ħtieġa għal liċenzji għall-immaniġġjar tas-swieq konċernati u, b’mod partikolari, għall-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prodotti konċernati.

2.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post tagħhom fejn ikunu stabbiliti fl-Unjoni, sa kemm xi att adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat ma jipprovdix mod ieħor, u bla preġudizzju għal miżuri adottati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha.

Regoli ġenerali

1.   Bla preġudizzju għall-każijiet fejn liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni tkun meħtieġa skont dan ir-Regolament, l-importazzjoni għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott agrikolu wieħed jew aktar lejn l-Unjoni jew ’il barra minnha jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja, filwaq li titqies il-ħtieġa għal liċenzji għall-immaniġġjar tas-swieq konċernati u, b’mod partikolari, għall-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prodotti konċernati.

2.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post tagħhom fejn ikunu stabbiliti fl-Unjoni, sa kemm xi att adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat ma jipprovdix mod ieħor, u bla preġudizzju għal miżuri adottati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha.

   

Raġuni

Il-prodotti Ewropej destinati għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ standards ta’ kwalità, u għaldaqstant għandhom jirrispettaw kundizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, tat-traċċabbiltà, dawk marbutin ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa, saħħa tal-pjanti, ambjent u benesseri tal-annimali li huma obbligatorji għall-produtturi tal-Unjoni. Dawn l-istandards għandhom japplikaw għar-relazzjonijiet esterni in ġenerali, speċjalment fil-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi.

Emenda 6

Tibdil tal-Artikolu 131

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Il-miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, suġġetti għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (3) u (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (4).

2.   Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor skont kwalunkwe att ieħor tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kwalukwe att ieħor tal-Kunsill, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni pprovduti fi ftehimiet internazzjonali u konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Fejn il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċeviet it-talba. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Għal raġunijiet ta’ urġenza ġustifikati b’mod xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(3).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrevoka jew temenda miżuri ta’ salvagwardja tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Il-miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, suġġetti għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (3) u (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (4).

2.   Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor skont kwalunkwe att ieħor tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kwalukwe att ieħor tal-Kunsill, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni pprovduti fi ftehimiet internazzjonali u konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Fejn il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċeviet it-talba. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Għal raġunijiet ta’ urġenza ġustifikati b’mod xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(3).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrevoka jew temenda miżuri ta’ salvagwardja tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

5.   Għandhom jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja, b’mod partikolari, meta l-prodotti agrikoli importati minn pajjiżi terzi ma jiggarantixxux is-sigurtà tal-ikel u t-traċċabbiltà u ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet kollha tas-saħħa, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali stabbiliti għas-suq intern, meta jkun hemm sitwazzjonijiet ta’ kriżi fis-swieq jew meta jiġu identifikati każijiet fejn ma jkunux rispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liċenzji ta’ importazzjoni fir-rigward tal-prezz, il-kwantità jew l-iskeda. Dan il-kontroll tal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli għandu jsir permezz ta’ sistema integrata ta’ kontroll f’ħin reali fuq l-importazzjonijiet tal-UE.

Raġuni

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri flessibbli ta’ kontroll fil-fruntieri tal-Unjoni sabiex f’każijiet urġenti jkun hemm prevenzjoni u l-qbid ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li jistgħu jwasslu għal kompetizzjoni inġusta mal-prodotti tal-UE jew għal żbilanċi fis-suq intern.

Emenda 7

Tibdil tal-Artikolu 144

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki msemmija fl-Artikolu 143ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

B’mod partikolari, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bħal dawn, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, trattament jew ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, u li bihom ma jkunx hemm obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, sa kemm minħabba f’hekk ma tiġix eskluża l-kompetizzjoni jew ikun hemm periklu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

2.   Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tisma’ lill-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal- impriżi kkonċernati u kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali li hi tqis xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa unika, soġġett għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, biex tiddetermina, billi tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, Deċiżjoni li għandha tkun ippubblikata, liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabbilixxi dan jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi interessati.

3.   Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tagħti l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni. Hija għandha tikkonsidra l-interessi leġittimi tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki msemmija fl-Artikolu 143ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

B’mod partikolari, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika

għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bħal dawn, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, trattament jew ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, u li bihom ma jkunx hemm obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, sa kemm minħabba f’hekk ma tiġix eskluża l-kompetizzjoni jew ikun hemm periklu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat

.

2.   Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tisma’ lill-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal- impriżi kkonċernati u kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali li hi tqis xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa unika, soġġett għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, biex tiddetermina, billi tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, Deċiżjoni li għandha tkun ippubblikata, liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabbilixxi dan jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi interessati.

3.   Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tagħti l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni. Hija għandha tikkonsidra l-interessi leġittimi tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

Raġuni

Ir-relazzjonijiet u n-negozjati kuntrattwali li jsiru fl-ewwel fażi tal-katina tal-provvista agroalimentari għandhom ikunu eżentati mir-regoli tal-kompetizzjoni. Dan jikseb importanza saħansitra akbar fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-frott u l-ħaxix (dan tal-aħħar wara l-Emendi għall-Artikoli 105(2) u 105(3) tad-dokument COM 626) li huma regolati mill-istess OKS uniku. Aħna nemmnu li din l-eċċezzjoni hija kompatibbli perfettament meta jitqiesu l-possibbiltajiet ta’ eżenzjoni mniżżla fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat u tal-garanziji previsti fl-Artikolu 144(b) u 144(c) kif emendati. Min-naħa l-oħra hemm bżonn li jkun permess li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun possibbli li jiġu stabbiliti livelli ta’ referenza għall-prezzijiet tas-suq li jridu jitqiesu matul il-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni. Iridu jitqiesu l-ispejjeż ta’ produzzjoni, l-offerta, id-domanda, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet, u fatturi oħra storiċi, strutturali jew ċikliċi li jaffettwaw il-prezzijiet. L-għan li jiġu stabbiliti livelli ta’ prezzijiet mhuwiex li jiġu imposti kundizzjonijiet obbligatorji, iżda li l-operaturi jqisuhom meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar ix-xiri u l-bejgħ.

Emenda 8

Tibdil tal-Artikolu 155(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri msemmija paragrafu 1.

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta’ tali nfiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

5.   L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri msemmija paragrafu 1.

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta’ tali nfiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Raġuni

Aħna nqisu li hemm bżonn li l-programmi għall-ġlieda, il-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali, inkluż fil-programmi approvati ta’ kull Stat Membru, għandhom jaqgħu taħt l-istess sistema tal-miżuri kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li għandhom jirċievu 60 % f’termini ta’ fondi mill-Unjoni.

COM(2011) 625 final/2

Emenda 9

Tibdil tal-Artikolu 9(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ma għandu jingħata ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn japplika wieħed minn dawk li ġejjin:

a)

l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa inqas minn 5 % tal-irċevuti totali li nkisbu minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar riċenti; jew

b)

iż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u ma jwettqux l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c) f’dawk iż-żoni.

Ma għandu jingħata ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn japplika wieħed minn dawk li ġejjin:

a)

b)

iż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u ma jwettqux l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c) f'dawk iż-żoni.

Emenda 10

Emenda tal-Artikolu 11(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-ammont ta’ pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi skont dan ir-Regolament f’sena kalendarja partikolari għandu jitnaqqas kif ġej:

L-ammont ta’ pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi skont dan ir-Regolament f’sena kalendarja partikolari għandu jitnaqqas kif ġej:

Raġuni

Peress li l-pagamenti għall-appoġġ ta’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent huma marbuta mal-att ta’ produzzjoni, il-fatt li jitqiesu fil-miżuri ta’ digressjoni u ta’ limitu huwa ġġustifikat anke mill-bżonn li l-għajnuna titqassam b’mod aktar ekwu.

Emenda 11

Tibdil tal-Artikolu 14(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Flessibbiltà bejn il-pilastri

1.   Qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru […] [RDR], sa 10 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwali nnotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Flessibbiltà bejn il-pilastri

1.   Qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru […] [RDR], sa 10 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Raġuni

Meta jiġu allokati riżorsi għall-iżvilupp rurali, jagħmel sens li dawn jitqassmu skont il-kriterji ta’ distribuzzjoni stabbiliti taħt it-tieni pilastru. Din is-sistema għandha tkun flessibbli. Pereżempju, jekk jiġi stabbilit “reġjun tal-pjanuri tal-Lombardija” b’livell massimu nazzjonali, jista’ jkun interessanti li r-reġjuni koperti jallokaw parti mir-riżorsi għall-programmi ta’ żvilupp rurali rispettivi tagħhom, sabiex iwettqu l-politiki settorjali tagħhom.

Emenda 12

Tibdil tal-Artikolu 22(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta’ Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data.

3.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta’ Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data.

Raġuni

L-emenda tintroduċi bidla fl-Artikolu 22(3). Meta jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet għall-2014, ser ikun hemm mekkaniżmi għat-trasferiment ta’ allokazzjonijiet minn bdiewa mhux attivi għal dawk attivi. Id-data tal-31 ta’ Diċembru tista’ twassal għal frodi. Jaqbel li l-allokazzjonijiet jiġu stabbiliti fuq il-bażi tas-sett ta’ allokazzjonijiet użati għall-pagament tat-talba unika tal-2013.

Emenda 13

Tibdil tal-Artikolu 22(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun, għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.

Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun, għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.

Raġuni

Il-Kummissjoni tipproponi li jkun hemm konverġenza fi ħdan l-Istati Membri, iżda ma tippreċiża l-ebda skadenza jew mod għal konverġenza bejn l-Istati Membri.

Emenda 14

Punt ġdid qabel l-Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Emenda 15

Punt ġdid qabel l-Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Emenda 16

Tibdil tal-Artikolu 29(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   Il-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 għandhom jirrispettaw għall-ettari eliġibbli tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 25(2) il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent li ġejjin:

(a)

li jkollhom tliet uċuħ tar-raba’ differenti fir-raba’ li jinħarat tagħhom meta r-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena;

(b)

li jżommu l-bwar permanenti eżistenti fl-impriża tagħhom; u

(c)

li jkollhom erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom.

Regoli ġenerali

1.   Il-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 għandhom jirrispettaw għall-ettari eliġibbli tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 25(2) il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent li ġejjin:

(a)

li jkollhom tliet uċuħ tar-raba’ differenti fir-raba’ li jinħarat tagħhom meta r-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena;

(b)

li jżommu l-bwar permanenti eżistenti fl-impriża tagħhom; u u

(c)

li jkollhom erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom.

   B’deroga għall-punt 1, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu adattati għall-bdiewa f’kuntratt territorjali hekk kif previst fl-Artikolu 29, li jagħmel possibbli t-tnaqqis tal-użu ta’ inputs (fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti, eċċ.) u tal-kwantitajiet ta’ ilma għall-irrigazzjoni, sabiex jitjieb il-ħżin tal-karbonju fl-artijiet u jitnaqqsu r-riskji ta’ erożjoni u ta’ salinizzazzjoni.

Emenda 17

Tibdil tal-Artikolu 29(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Il-bdiewa li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ biedja organika għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta’ impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

4.   Il-bdiewa li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ biedja organika għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta’ impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Emenda 18

Tibdil tal-Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

1.   Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri anqas minn 5 % tar-raba’ li jinħarat u dak ewlieni ma għandux ikopri aktar minn 70 % tar-raba’ li jinħarat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta’ “uċuħ tar-raba’” u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba’ differenti.

Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

1.   Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri anqas minn 5 % tar-raba’ li jinħarat u dak ewlieni ma għandux ikopri aktar minn 70 % tar-raba’ li jinħarat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta’ “uċuħ tar-raba’” u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba’ differenti.

   

Emenda 19

Tibdil tal-Artikolu 32(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-bdiewa għandhom jiżguraw li tal-anqas 7 % tal-ettari eleġibbli tagħhom kif definiti fl-Artikolu 25(2), esklużi żoni ta’ bwar permanenti, huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, strixex ta’ lqugħ u żoni afforestati kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(b)(ii).

Il-bdiewa għandhom jiżguraw li tal-anqas 7 % tal-ettari eleġibbli tagħhom huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, strixex ta’ lqugħ, u żoni afforestati.

Raġuni

Mil-lat agronomiku u ambjentali, id-daqs tal-intrapriżi mhuwiex livell pertinenti sabiex tiġi stabbilita r-rata ta’ erja b’attenzjoni ekoloġika u huwa vinkolanti għall-bdiewa. Din ir-rata trid tiġi stabbilita fuq skala ta’ grupp ta’ intrapriżi jew fuq skala ta’ reġjuni agrikoli żgħar, permezz ta’ strument li jgħaqqad flimkien u li jippermetti li tintlaħaq rata globali medja.

Emenda 20

Tibdil tal-Artikolu 33(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jużaw 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jużaw 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II.

   

Raġuni

Il-fatt li jiġu previsti livelli differenti ta’ fondi għal approċċi aktar ekoloġiċi għandu jiżgura flessibbiltà u sussidjarjetà akbar fl-implimentazzjoni.

Emenda 21

Tibdil tal-Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kapitolu 1 u li l-impriżi tagħhom ikunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f’żoni b’restrizzonijiet naturali denominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR].

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 liż-żoni kollha li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu jew, alternattivament, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jillimitaw il-pagament għal xi wħud miż-żoni msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR].

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis progressiv u l-limiti massimi, it-tnaqqis lineari kif imsemmi fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eleġibbli li jinsab fiż-żoni li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandu jingħata mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fuq dawk l-ettari fil-pussess tal-bidwi kkonċernat.

4.   Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu f’livell reġjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal dawk tal-karatteristiċi ta’ restrizzjonijiet naturali tagħhom u kundizzjonijiet agronomiċi.

Stat Membru għandu jaqsam il-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 35(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Il-pagament f’livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali kkalkulat skont it-tielet subparagrafu jkun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kapitolu 1 u li l-impriżi tagħhom ikunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f’żoni b’restrizzonijiet naturali denominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR].

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 liż-żoni kollha li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu jew, alternattivament, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jillimitaw il-pagament għal xi wħud miż-żoni msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR].

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis progressiv u l-limiti massimi, it-tnaqqis lineari kif imsemmi fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eleġibbli li jinsab fiż-żoni li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandu jingħata mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fuq dawk l-ettari fil-pussess tal-bidwi kkonċernat.

4.   Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   -Istati Membri jistgħu japplikaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu f’livell reġjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal dawk tal-karatteristiċi ta’ restrizzjonijiet naturali tagħhom u kundizzjonijiet agronomiċi.

Stat Membru għandu jaqsam il-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 35(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Il-pagament f’livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali kkalkulat skont it-tielet subparagrafu jkun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Permezz tal-emenda, tkun tista’ ssir applikazzjoni fuq bażi reġjonali taħt l-Artikolu 20.

Emenda 22

Tibdil tal-Artikolu 35(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 34.

Sal-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa  % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 34.

Raġuni

Għall-perjodu 2007-2013, l-appoġġ għaż-żoni żvantaġġati huwa ta’ EUR 12,6 biljun. Jekk l-ammont propost jiġi rduppjat, sa 10 % tal-pakketti nazzjonali, jiġifieri EUR 31,7 biljun, dan ikun ifisser ibbilanċjar mill-ġdid sinifikanti favur iż-żoni żvantaġġati jew iż-żoni b’limitazzjonijiet naturali.

Emenda 23

Tibdil tal-Artikolu 36(1) u (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “bdiewa żgħażagħ”, għandha tfisser:

a)

persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu impriża agrikola għall-ewwel darba bħala kap tal-impriża, jew li jkunu diġà stabbilixxew lilhom infushom fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR], u

b)

ikollhom inqas minn 40 sena fl-età fil-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “”, għandha tfisser

persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu impriża agrikola għall-ewwel darba bħala kap tal-impriża, jew li jkunu diġà stabbilixxew lilhom infushom fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR]

.

Emenda 24

Tibdil tal-Artikolu 38(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1) L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu. L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

(…)

(1) L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira, .

Raġuni

L-akkoppjar tal-għajnuna huwa neċessarju mil-lat ekonomiku u territorjali sabiex jiġu ggarantiti l-livelli ta’ produzzjoni tal-industriji kkonċernati.

Emenda 25

Tibdil tal-Artikolu 38(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

Raġuni

L-akkoppjar tal-għajnuna huwa neċessarju mil-lat ekonomiku u territorjali sabiex jiġu ggarantiti l-livelli ta’ produzzjoni taż-żoni kkonċernati.

Emenda 26

Tibdil tal-Artikolu 38(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu.

L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

2.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss lil setturi jew lil reġjuni ta’ Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jgħaddu minn ċerti diffikultajiet u jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi u/jew soċjali u/jew ambjentali.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u li ma jkollhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

5.   L-appoġġ akkoppjat għandu jieħu l-għamla ta’ pagament annwali u għandu jingħata f’limiti kwantitattivi definiti u jkun ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq għadd fiss ta’ annimali.

6.   Kull appoġġ akkoppjat mogħti skont dan l-Artikolu għandu jkun konsistenti ma’ miżuri u politiki oħra tal-Unjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 rigward:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan Kapitolu,

(b)

regoli dwar konsistenza ma’ miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu.

L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

2.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss lil setturi jew lil reġjuni ta’ Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jgħaddu minn ċerti diffikultajiet u jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi u/jew soċjali u/jew ambjentali.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u li ma jkollhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

5.   

   L-appoġġ akkoppjat għandu jieħu l-għamla ta’ pagament annwali u għandu jingħata f’limiti kwantitattivi definiti u jkun ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq għadd fiss ta’ annimali.

.   Kull appoġġ akkoppjat mogħti skont dan l-Artikolu għandu jkun konsistenti ma’ miżuri u politiki oħra tal-Unjoni.

.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 rigward:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan Kapitolu,

(b)

regoli dwar konsistenza ma’ miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

Raġuni

Permezz tal-emenda, tkun tista’ ssir applikazzjoni fuq bażi reġjonali taħt l-Artikolu 20.

Emenda 27

Tibdil tal-Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   Il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fi skema simplifikata taħt kundizzjonajiet stipulati f’dan it-Titolu, minn issa 'l quddiem imsejħa “skema għall-bdiewa żgħar”.

2.   Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.

3.   Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan.

Regoli ġenerali

1.   Il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fi skema simplifikata taħt kundizzjonajiet stipulati f’dan it-Titolu, minn issa 'l quddiem imsejħa “skema għall-bdiewa żgħar”.

2.   Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.

3.   Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan.

   

Raġuni

Permezz tal-emenda, tkun tista’ ssir applikazzjoni fuq bażi reġjonali taħt l-Artikolu 20.

Emenda 28

Tibdil tal-Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2014.

Il-bdiewa li ma japplikawx għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar sal-15 ta’ Ottubru 2014 jew li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f'dik l-iskema.

Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2014.

Il-bdiewa li ma japplikawx għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar sal-15 ta’ Ottubru 2014 jew li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f’dik l-iskema.

COM(2011) 627 final/2

Emenda 29

Tibdil tal-Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 billi jippromwovi l-iżvilupp rurali sostenibbli fl-Unjoni b’mod kumplimentari mal-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni (iktar ’il quddiem “PAK”), mal-politika ta’ koeżjoni u mal-politika komuni tas-sajd. Huwa għandu jikkontribwixxi għal settur agrikolu tal-Unjoni li jkun innovattiv, iżjed bilanċjat fil-livell territorjali u ambjentali, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u li jkun reżistenti.

Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 billi jippromwovi l-iżvilupp rurali sostenibbli fl-Unjoni b’mod kumplimentari mal-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni (iktar ’il quddiem “PAK”), mal-politika ta’ koeżjoni u mal-politika komuni tas-sajd. Huwa għandu jikkontribwixxi għal settur agrikolu tal-Unjoni li jkun innovattiv, iżjed bilanċjat fil-livell territorjali u ambjentali, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u li jkun reżistenti.

Raġuni

Fil-livell tal-Unjoni Ewropea hemm bżonn ta’ strateġija ta’ żvilupp rurali. Din l-istrateġija hija nieqsa mill-proposti tal-Kummissjoni. Din għandha tiġi implimentata minn kull Stat Membru fil-kuntest tal-kuntratti ta’ sħubija u bbażata fuq il-ħtieġa għal żvilupp territorjali bbilanċjat.

Emenda 30

Tibdil tal-Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)   it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

it-trawwim tal-innovazzjoni u l-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;

(b)

it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni;

(c)

it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija.

(1)   it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

it-trawwim tal-innovazzjoni u l-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;

(b)

it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni;

(c)

it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija.

Raġuni

Dan l-isforz favur ir-riċerka fl-agrikoltura huwa intiż biex tittejjeb il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea fuq żmien twil, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll dak ekoloġiku. Dan l-isforz huwa r-rispons qawwi min-naħa tal-agrikolturi u taċ-ċittadini Ewropej li qed jitolbu ikel tajjeb għas-saħħa u ta’ kwalità u li jixtiequ l-preservazzjoni tal-ambjent. Sabiex jitqiesu aħjar ir-riżorsi naturali u t-tibdil fil-klima, l-allokazzjoni ta’ 10 % għall-innovazzjoni tirrappreżenta EUR 1,45 biljun fis-sena fil-livell tal-UE. Għal finijiet ta’ tqabbil, it-30 % allokati għall-approċċi aktar ekoloġiċi taħt l-ewwel pilastru jirrappreżenta EUR 13,6 biljun. Ir-rispons għall-isfida li jirrappreżenta l-ambjent jeħtieġ aktar riċerka fl-innovazzjoni agrikola. Dan l-isforz addizzjonali huwa partikolarment meħtieġ biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tibdil fil-klima, li l-konsegwenzi tagħha ser iwasslu għal ċaqliq taż-żoni ta’ produzzjoni tradizzjonali.

Emenda 31

Tibdil tal-Artikolu 5(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(2)   it-titjib tal-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura u t-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iffaċilitar tar-ristrutturar tal-azjendi agrikoli li jiffaċċjaw problemi strutturali ewlenin, speċjalment azjendi agrikoli b’livell baxx ta’ parteċipazzjoni fis-suq, azjendi agrikoli orjentati lejn is-suq f’setturi partikolari u azjendi agrikoli li jeħtieġu diversifikazzjoni agrikola;

(b)

l-iffaċilitar tat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu.

(2)   it-titjib tal-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura u t-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iffaċilitar tar-ristrutturar u azjendi agrikoli;

(b)

l-iffaċilitar tat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu;

Emenda 32

Tibdil tal-Artikolu 5(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(6)   il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien ta’ intrapriżi żgħar ġodda u l-ħolqien tal-impjiegi;

(b)

it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;

(c)

it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), fl-użu u l-kwalità tagħhom fiż-żoni rurali.

(6)   il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda u tal-impjiegi;

(b)

it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;

(c)

it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, fl-użu u l-kwalità tagħhom

.

Emenda 33

Tibdil tal-Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Programmi ta’ Żvilupp Rurali

1.   l-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta’ programmi ta’ żvilupp rurali. Dawn il-programmi għandhom jimplimentaw strateġija għall-iżvilupp rurali li tilħaq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali permezz ta’ sett ta’ miżuri definiti fit-Titolu III, li biex jitwettqu, se tintalab l-għajnuna tal-FAEŻR.

2.   Stat Membru jista’ jissottometti progamm wieħed għat-territorju kollu tiegħu jew inkella sett ta’ programmi reġjonali.

3.   L-Istati Membri li jkollhom programmi reġjonali jistgħu jissottomettu wkoll qafas nazzjonali għall-approvazzjoni li jkun fih elementi komuni għal dawn il-programmi mingħajr allokazzjoni baġitarja separata.

Programmi ta’ Żvilupp Rurali

1.   l-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta’ programmi ta’ żvilupp rurali. Dawn il-programmi għandhom jimplimentaw strateġija għall-iżvilupp rurali li tilħaq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali permezz ta’ sett ta’ miżuri definiti fit-Titolu III, li biex jitwettqu, se tintalab l-għajnuna tal-FAEŻR.

2.   Stat Membru jista’ jissottometti progamm wieħed għat-territorju kollu tiegħu jew inkella sett ta’ programmi reġjonali.

3.   L-Istati Membri li jkollhom programmi reġjonali jistgħu jissottomettu wkoll qafas nazzjonali għall-approvazzjoni li jkun fih elementi komuni għal dawn il-programmi mingħajr allokazzjoni baġitarja separata.

Raġuni

Permezz ta’ din l-emenda, tinżamm il-programmazzjoni reġjonali diretta għall-iżvilupp rurali, fl-istess waqt li ċerti miżuri jkomplu jiġu applikati fil-livell nazzjonali (pereżempju dawk previsti għall-pakkett tal-ġestjoni tar-riskju (Artikolu 37)), sabiex jiġi garantit li l-implimentazzjoni tagħhom tkun aktar effikaċi, minħabba l-ħtieġa għal riżorsi kbar biżżejjed u proċeduri ta’ implimentazzjoni uniformi li ma jfixklux il-kompetizzjoni. Permezz tal-esklużjoni reċiproka bejn il-miżuri implimentati permezz tal-programmi nazzjonali u dawk reġjonali, il-Kummissjoni tkun tista’ tiżgura li l-miżuri u l-fondi ma jirkbux fuq xulxin.

Emenda 34

Tibdil tal-Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri jistgħu jinkludu sottoprogrammi tematiċi fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, indirizzati biex jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi identifikati, b’mod partikolari b’rabta ma’:

(a)

bdiewa żgħażagħ;

(b)

azjendi agrikoli żgħar kif imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(2);

(c)

żoni bil-muntanji kif imsemmija fl-Artikolu 33(2);

(d)

ktajjen tal-provvista qosra.

Lista indikattiva ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-Anness III.

1.   L-Istati Membri jistgħu jinkludu sottoprogrammi tematiċi fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, indirizzati biex jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi identifikati, b’mod partikolari b’rabta ma’:

(a)

bdiewa żgħażagħ;

(b)

azjendi agrikoli żgħar kif imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(2);

(c)

żoni bil-muntanji kif imsemmija fl-Artikolu 33(2);

(d)

ktajjen tal-provvista qosra;

;

Lista indikattiva ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-Anness III.

Emenda 35

Tibdil tal-Artikolu 21(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-investimenti taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta l-operazzjonijiet rilevanti jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, fejn jeżistu tali pjanijiet, u għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe strateġija ta’ żvilupp lokali jekk tkun teżisti.

L-investimenti taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta l-operazzjonijiet rilevanti jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, konsistenti ma’ kwalunkwe strateġija ta’ żvilupp lokali.

Raġuni

Fi kwalunkwe każ, dawn l-investimenti għandhom ikunu konformi mal-pjani relatati mal-iżvilupp tal-muniċipalitajiet rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, b’mod li jiġi ggarantit l-użu effikaċi tal-investimenti u l-integrazzjoni tagħhom fl-iżvilupp tal-muniċipalitajiet.

Emenda 36

Tibdil tal-Artikolu 29(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-pagamenti agroambjentali u tal-klima għandhom jingħataw lil bdiewa, gruppi ta’ bdiewa u partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjoni li tikkonsisti f’impenji agroambjentali klimatiċi wieħed jew aktar fuq l-art agrikola. Meta jkun debitament ġustifikat biex jintlaħqu objettivi ambjentali, il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jistgħu jingħataw lil partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art jew gruppi ta’ partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art.

Il-pagamenti agroambjentali u tal-klima għandhom jingħataw lil bdiewa, gruppi ta’ bdiewa u partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjoni li impenji agroambjentali klimatiċi wieħed jew aktar. Meta jkun debitament ġustifikat biex jintlaħqu objettivi ambjentali, il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jistgħu jingħataw lil partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art jew gruppi ta’ partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art.

Raġuni

Ir-restrizzjoni għal miżuri “fuq l-art agrikola” għandha titneħħa, għax tipperikola b’mod serju għanijiet ambjentali u klimatiċi essenzjali. Din tkun partikolarment problematika pereżempju f’każ ta’ żoni għar-ragħa li ma jitqiesux bħala art agrikola, u l-applikazzjoni ta’ miżuri agroambjentali fuq għadajjar, torbieri jew żoni fil-qrib.

Emenda 37

Tibdil tal-Artikolu 46(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

In-nefqa eliġibbli għandha tkun limitata għal:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur fis-suq tal-ass;

(c)

l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, studji tal-fattibbiltà, l-akkwist ta’ privattivi jew liċenzji.

In-nefqa eliġibbli għandha tkun limitata għal:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur fis-suq tal-ass;

(c)

()

l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, studji tal-fattibbiltà, l-akkwist ta’ privattivi jew liċenzji.

Emenda 38

Tibdil tal-Artikolu 64(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tagħmel tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 u b’kunsiderazzjoni għat-trasferiment tal-fondi msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012. Meta tkun qed tagħmel it-tqassim annwali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a)

Kriterji oġġettivi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4; u

(b)

il-prestazzjoni tal-passat.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tagħmel tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 u b’kunsiderazzjoni għat-trasferiment tal-fondi msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012. Meta tkun qed tagħmel it-tqassim annwali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a)

Kriterji oġġettivi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4;

(b)

il-prestazzjoni tal-passat

Emenda 39

Tibdil tal-Artikolu 64(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riserva ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012], id-dħul assenjat disponibbli miġbur skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru HR/2012 tal-FAEŻR, għandu jiżdied mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012]. Huwa għandu jkun allokat lill-Istati Membri b’mod proporzjonat għas-sehem tal-ammont totali tal-appoġġ mill-FAEŻR.

COM(2011) 628 final

Emenda 40

Tibdil tal-Artikolu 34(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni għandu jitħallas lill-Kummissjoni. Dan għandu jirrappreżenta 4 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR lill-programm konċernat. Dan jista’ jinqasam fuq massimu ta’ tliet pagamenti skont id-disponibbiltà baġitarja. L-ewwel pagament għandu jirrappreżenta 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lill-programm ikkonċernat.

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni għandu jitħallas lill-Kummissjoni. Dan għandu jirrappreżenta  % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR lill-programm konċernat. Dan jista’ jinqasam fuq massimu ta’ tliet pagamenti skont id-disponibbiltà baġitarja. L-ewwel pagament għandu jirrappreżenta 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lill-programm ikkonċernat.

Raġuni

Meta titqies l-importanza u l-effikaċja kbira tal-miżuri fiż-żoni rurali (FAEŻR), l-ammont tal-prefinanzjament għall-parteċipazzjoni tal-FAEŻR fil-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat għandu jinżamm fil-livell attwali ta’ 7 %. L-Artikolu 34(1) tal-prosposta għal regolament finanzjarju jipprevedi biss prefinanzjament ta’ 4 %. Dan it-tnaqqis daqstant ovvju tal-likwidità fil-livell tal-programm iwassal għal dewmien mhux mixtieq fl-implimentazzjoni tal-programmi favur iż-żoni rurali u żieda konsiderevoli fil-burokrazija marbuta mal-prefinanzjament.

Emenda 41

Tibdil tal-Artikolu 43(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tnaqqis u sospensjonijiet fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17, 20 u 21 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx.

Is-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 17 u 20 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx għandhom jiġu applikati wara l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Tnaqqis u sospensjonijiet fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikun mingħajr preġudizzju għall-Artikol 17 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx.

Is-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikol 17 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx għandhom jiġu applikati wara l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Rigward il-miżuri tal-FAEŻR, il-Qafas Strateġiku Komuni għall-Fondi Strutturali, inklużi l-FAEŻR u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, jipprevedi l-possibbiltà ta’ tnaqqis jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet ex-ante (Artikolu 17), kif ukoll li jintrefa’ 5 % ta’ riserva ta’ prestazzjoni, li l-allokazzjoni tagħha hija soġġetta għat-twettiq tal-għanijiet stabbiliti (Artikoli 18, 20 u 21). Dawn ir-regoli għandhom jitneħħew għax iżidu bil-wisq il-piż burokratiku mingħajr ma jwasslu għal progress. Ir-rifjut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jaqbel ukoll mal-pożizzjoni espressa mill-KtR dwar l-abbozz ta’ opinjoni tiegħu dwar il-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-Fondi Strutturali.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  “Il-ġejjieni tal-PAK wara l-2013”, Kumitat tar-Reġjuni, René Souchon, 2010. CdR 127/2010 fin.

(2)  “Għajnuna lill-bdiewa f’żoni bi żvantaġġi naturali”, Kumitat tar-Reġjuni, Luis Durnwalder, 2010. CdR 314/2009 fin.

(3)  ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/200


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Erasmus għal Kulħadd”

2012/C 225/15

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappoġġja bis-sħiħ iż-żieda baġitarja proposta għall-programm. It-tqassim tal-fondi fost is-setturi differenti tal-edukazzjoni u l-qasam taż-żgħażagħ għandu jsir b’mod li l-oqsma kollha jibbenefikaw miż-żidiet baġitarji;

jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u għalhekk jisħaq li l-programm għandu jappoġġja bl-istess mod lill-gruppi ta’ età kollha u t-tipi ta’ tagħlim kollha;

huwa tal-fehma li l-għajnuna għandha tkun iżjed sostanzjali fejn l-iżjed hemm bżonnijiet u possibbiltajiet ta’ suċċess; min-naħa tiegħu, dan għandu jwassal biex il-fondi jiġu allokati b’mod li jibbenefikaw biċ-ċar lill-persuni li għandhom biss probabbiltà żgħira li jkollhom aċċess għall-programmi, jiġifieri l-iskejjel, iż-żgħażagħ mhux involuti fl-edukazzjoni formali u l-adulti li qed jitgħallmu jew qed jikkompletaw l-edukazzjoni tagħhom;

huwa tal-fehma li jekk jirnexxilna negħlbu l-isfidi l-kbar fil-livell lokali u reġjonali, l-individwi jkunu lesti għal ġejjieni kkaratterizzat minn tibdil kostanti. Huma jkollhom l-għodod meħtieġa għat-tagħlim tul il-ħajja, u jkun hemm għadd ikbar ta’ persuni li jispiċċaw l-istudji li jkunu bdew, ikomplu bl-edukazzjoni għolja u jikkunsidraw il-possibbiltà li jwettqu parti mill-edukazzjoni tagħhom fi nħawi differenti tal-Ewropa u wkoll jikkunsidraw l-Ewropa kollha bħala suq tax-xogħol potenzjali;

jista’ jara l-vantaġġi tal-kooperazzjoni istituzzjonali, anke fir-rigward tal-proġetti tal-mobbiltà. Meta l-mobbiltà sseħħ fi ħdan qafas istituzzjonali, jista’ jkun hemm kundizzjonijiet aħjar għal kwalità tajba u impatt iżjed sostnut u strateġiku;

għandu esperjenzi tajbin ta’ wħud mill-programmi preċedenti, bħall-Comenius Regio, li jagħmlu possibbli l-parteċipazzjoni ta’ stabbilimenti oħra minbarra dawk edukattivi li jaħdmu biex iħeġġu l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni fil-livell lokali u reġjonali.

Relatur

is-Sur RENSTRÖM (SE/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Ovanåker

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus għal Kulħadd” – Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport

COM(2011) 788 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-isfidi prinċipali

1.

josserva li l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi iżjed serji wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika. Il-problemi strutturali ħarġu ferm iżjed fid-dieher. Dan jikkonċerna tkabbir baxx fil-produttività, gruppi kbar ta’ persuni li qegħdin barra s-suq tax-xogħol, żieda fid-domanda għas-servizzi soċjali minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni u defiċits fil-finanzi pubbliċi;

2.

josserva li problema bażika li kulma jmur qiegħda ssir dejjem iżjed kritika hija d-disparitajiet ekonomiċi dejjem jikbru, li huma sfida għad-demokrazija. Għadd dejjem ikbar ta’ żgħażagħ qed jitilqu l-iskola mingħajr il-ħiliet meħtieġa biex jipparteċipaw f’soċjetà demokratika u jiksbu ħajja tajba ta’ xogħol ikkaratterizzata mill-varjetà. Il-possibbiltà li kulħadd igawdi mit-tagħlim tul il-ħajja hija prerekwiżit għal demokrazija b’saħħitha u tkabbir futur. Sabiex neħilsu mill-qgħad u l-esklużjoni neħtieġu wkoll neħilsu minn suq tax-xogħol imsejjes fuq is-segregazzjoni tal-ġeneri;

3.

huwa tal-fehma li l-edukazzjoni hija għodda ewlenija biex l-UE tkun tista’ tiffaċċja l-isfidi prinċipali u tiżgura li s-soċjetà tal-għarfien tħaddan lil kulħadd. Huwa ħa nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal programm ġdid li jissostitwixxi u jiġbor flimkien il-programmi attwali fl-oqsma tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ. Il-programm għandu jsaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-UE billi jenfasizza d-dimensjoni Ewropea u jippromovi wkoll il-koeżjoni soċjali billi jagħmilha possibbli li għadd ikbar ta’ persuni jkollhom aċċess għal taħriġ ta’ kwalità għolja tul ħajjithom kollha. Huwa importanti li l-gruppi mmirati kollha li bbenefikaw mill-programm preċedenti jingħataw biżżejjed opportunitajiet biex ikomplu jirċievu l-appoġġ tal-UE;

4.

jappoġġja bis-sħiħ iż-żewġ miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 li huma l-iżjed rilevanti għall-programm ta’ taħriġ propost: 1) li r-rata tal-istudenti li jitilqu mill-iskola qabel il-waqt tinżel taħt l-10 % u 2) li tal-inqas 40 % tal-persuni li għandhom bejn 30 u 34 sena jkunu lestew l-edukazzjoni għolja. Biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, jeħtieġ li t-tagħlim jiġi organizzat u pprovdut b’mod differenti minn qabel meta għadd żgħir biss kellhom aċċess għalih. Hemm bżonn ta’ modi ġodda kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaħdmu biex iżidu l-kwalità u l-aċċessibbiltà sabiex ikun jista’ jintlaħaq kulħadd;

5.

huwa tal-fehma li l-isfida prinċipali – li hija riflessa wkoll fid-dokument tal-Kummissjoni – hija li biex jintlaħaq kulħadd, jeħtieġ li l-iskejjel jibdew jaħdmu b’mod ġdid. Permezz ta’ edukazzjoni ta’ kwalità tajba li tibda minn sistema edukattiva għal qabel l-età tal-iskola li tkun żviluppata tajjeb, minn età żgħira ħafna l-kurżità u l-kilba tat-tfal għat-tagħlim jistgħu joħorġu fid-dieher u jissaħħu. Għall-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, hemm bżonn iżjed minn sempliċement opportunitajiet ta’ edukazzjoni, edukazzjoni kontinwa u l-possibbiltà li wieħed ikun jista’ jibdel il-karriera tiegħu tul ħajtu kollha; hemm bżonn ukoll li t-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom attitudni pożittiva għat-tagħlim, li tirrappreżenta l-ewwel pass lejn it-tagħlim tul il-ħajja;

6.

huwa tal-fehma li l-aċċess għall-università għandu jsir iżjed demokratiku, b’mod li l-universitajiet ikunu aċċessibbli għall-ikbar numru ta’ individwi possibbli. Barra minn hekk, is-suq futur tax-xogħol ser ikollu esiġenzi ġodda, li jfisser li għandhom jitkomplew u jissaħħu l-isforzi bil-għan li jkun hemm rabta aktar b’saħħitha bejn il-ħiliet u l-impjiegi disponibbli, fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri u l-livell lokali u reġjonali. Għalhekk, huwa importanti li jingħaqdu flimkien l-inizjattivi differenti meħudin fil-qafas tal-Istrateġija 2020 u li jkun ċar li l-prijoritajiet tal-programm ta’ taħriġ jappoġġjaw l-inizjattivi rilevanti kollha (1);

7.

huwa tal-fehma li tinħtieġ firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ biex ikun jista’ jintlaħaq kulħadd. Insemmu bħala eżempju l-użu sħiħ tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), l-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja li jistgħu jilħqu gruppi mmirati fuq skala wiesgħa, il-promozzjoni tal-edukazzjoni informali u mhux formali għaż-żgħażagħ u l-adulti bil-għan li jiġi ffaċilitat id-dħul mill-ġdid tagħhom fit-tagħlim, eċċ. filwaqt li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa li jiżguraw li l-edukazzjoni tintemm u t-tagħlim tul il-ħajja jiġi faċilitat;

Ir-responsabbiltà lokali u reġjonali

8.

josserva li l-livell lokali u reġjonali għandu rwol ewlieni x’jaqdi fl-implimentazzjoni kemm tal-programmi ta’ edukazzjoni tal-UE kif ukoll ta’ inizjattivi Ewropej relatati. Fil-fatt, f’bosta pajjiżi Ewropej, huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom ir-responsabbiltà għall-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali fil-livell primarju u sekondarju u t-tagħlim tal-adulti;

9.

josserva li l-livell lokali u reġjonali jaqdi rwol ta’ koordinatur għall-iżvilupp u t-tkabbir fil-livell lokali u reġjonali, u għalhekk hemm l-interess li jiżviluppa wkoll il-ħiliet tal-forza tax-xogħol. Huwa fil-livell lokali u reġjonali li naraw bl-iżjed mod bikri u ċar il-ħtiġijiet ġodda marbuta mal-ħiliet fis-suq tax-xogħol u fejn nistgħu nimplimentaw proċedura ta’ “tqabbil” li tinvolvi t-tagħlim kontinwu tal-individwu;

10.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, illum il-ġurnata, f’bosta postijiet jeżistu sħubijiet lokali u reġjonali għall-innovazzjoni u l-għarfien fejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-intrapriżi lokali, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja u entitajiet oħra li jipprovdu t-tagħlim jiżviluppaw tipi differenti ta’ kooperazzjoni. Sħubijiet ta’ din ix-xorta jistgħu jikkontribwixxu b’mod li l-programmi edukattivi jirriflettu l-ħtiġijiet tas-soċjetà u d-dinja tax-xogħol kif ukoll il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi simili. Għalhekk, l-aġenziji nazzjonali għandhom iħabirku biex jikkooperaw ma’ dawn is-sħubijiet għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ edukazzjoni tal-UE minħabba li tali sħubijiet huma ta’ importanza strateġika peress li jinkoraġġixxu kooperazzjoni transkonfinali u t-trasferiment tal-għarfien bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

11.

josserva li raġuni oħra għalfejn għandha tiġi żgurata l-parteċipazzjoni lokali u reġjonali fil-programmi tal-edukazzjoni hija li jeżisti aspett demokratiku importanti, jiġifieri l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni, tkabbir u l-opportunità ta’ appartenenza fis-soċjetà demokratika;

12.

jinnota li l-livell lokali u reġjonali huwa wkoll il-livell li għandu l-iżjed impatt fuq il-barranin li għadhom jaslu u li jappoġġja l-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiż ospitanti. F’dan ir-rigward, it-tagħlim jaqdi rwol deċiżiv, kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Is-sitwazzjoni tista’ tvarja bil-bosta fi ħdan l-istess pajjiż;

Kummenti ġenerali dwar il-programm propost

13.

josserva li l-programm tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ – Erasmus għal kulħadd – għandu l-għan li, permezz tal-internazzjonalizzazzjoni, itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni u t-tagħlim, filwaqt li fl-istess ħin jippromovi d-dimensjoni Ewropea. Il-Kumitat tar-Reġjuni japprova dan l-għan globali u huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni għandha bażi tajba biex tkun tista’ twettaq bidliet konkreti. Żieda fl-iskambji twassal għal aktar tixrid tal-ideat siewja u l-prattiki tajbin u ssaħħaħ ir-riformi meħtieġa għal sistemi edukattivi moderni;

14.

huwa tal-fehma li l-programm jista’ jikkontribwixxi b’mod sostanzjali ħafna fil-qafas tal-isforzi li jittieħdu bil-għan li jiġu mobilizzati l-atturi involuti bil-għan li jitħaffef il-pass tat-tibdil fis-sistema edukattiva u l-mod ta’ ħidma maż-żgħażagħ, bil-għan li jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet tal-ekonomija l-ġdida tal-għarfien u għall-ambizzjonijiet tal-Unjoni biex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u r-responsabbiltà tal-individwi fis-soċjetà;

15.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-perjodi ta’ edukazzjoni ġenerali, taħriġ vokazzjonali u esperjenzi prattiċi barra mill-pajjiż huma metodi partikolarment effettivi li jagħmluha possibbli li l-individwi jiżviluppaw u huma sors ta’ esperjenzi siewja għat-tkomplija tal-edukazzjoni u l-ħajja tax-xogħol. Permezz tal-użu tal-ħiliet tagħhom f’ambjent ġdid, jiġu żviluppati wkoll fl-istess ħin il-ħiliet speċifiċi u ġenerali tagħhom u l-awtonomija u l-kapaċità ta’ komunikazzjoni tagħhom;

16.

huwa konvint li, f’dawn iż-żminijiet meta l-globalizzazzjoni qed tavvanza b’mod dejjem aktar rapidu u l-oqsma kollha tal-ħajja u x-xogħol qed jintrabtu dejjem aktar flimkien fil-livell transkonfinali, il-ħiliet interkulturali, l-għarfien tal-lingwi u l-għarfien internazzjonali qed isiru dejjem aktar importanti;

17.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-mobbiltà għal finijiet edukattivi u l-proġetti internazzjonali jgħinu liż-żgħażagħ jiksbu fehim aktar fil-fond tal-identità Ewropea u taċ-ċittadinanza Ewropea u jgħinu fil-ġlieda kontra l-ksenofobija;

18.

itenni t-twemmin tiegħu li jridu jittieħdu miżuri speċifiċi biex jiġi assigurat aċċess ugwali għall-mobbiltà għall-gruppi mmirati kollha indirizzati mill-programm, irrispettivament minn fejn jinsab ir-reġjun li jiġu minnu (2), u mhux l-anqas għal dawk li jgħixu f’żoni b’popolazzjoni baxxa, fil-gżejjer, fir-reġjuni muntanjużi u fir-reġjuni ultraperiferiċi;

19.

huwa tal-fehma li jekk jirnexxilna negħlbu l-isfidi l-kbar fil-livell lokali u reġjonali, l-individwi jkunu lesti għal ġejjieni kkaratterizzat minn tibdil kostanti. Ikollhom l-għodod meħtieġa għat-tagħlim tul il-ħajja, u jkun hemm għadd ikbar ta’ persuni li jispiċċaw l-istudji li jkunu bdew, ikomplu bl-edukazzjoni għolja u jikkunsidraw il-possibbiltà li jwettqu parti mill-edukazzjoni tagħhom fi nħawi differenti tal-Ewropa u wkoll jikkunsidraw l-Ewropa kollha bħala suq tax-xogħol potenzjali;

L-għanijiet differenti u r-rwol importanti tal-edukazzjoni

20.

japprova bis-sħiħ l-għan li jittejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenzi tal-individwi bil-għan li jkollhom aċċess iżjed faċli għas-suq tax-xogħol u jżidu l-impjegabbiltà tagħhom. Fl-istess ħin, il-Kumitat josserva li l-għan tal-edukazzjoni mhuwiex biss li ttejjeb l-impjegabbiltà; l-għan prinċipali tagħha għandu jkun li tiżviluppa l-personalità sħiħa tal-individwu. Jenfasizza wkoll l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u għalhekk jisħaq li l-programm għandu jappoġġja bl-istess mod lill-gruppi ta’ età kollha u t-tipi ta’ tagħlim kollha;

21.

jenfasizza wkoll li l-edukazzjoni għandha tistimola l-kreattività u l-potenzjal għall-innovazzjoni tal-individwi, u ssaħħaħhom kemm intellettwalment kif ukoll soċjalment. Huwa faċli li, fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika u livell għoli ta’ qgħad, issir enfasi iżjed bil-qawwa fuq ir-rwol tal-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-impjegabbiltà. Huwa jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, anke fi żminijiet ta’ kriżi, hemm bżonn li jiġi garantit żvilupp tajjeb fit-tul għal Ewropa tal-ġejjieni iżjed b’saħħitha. Għalhekk, jeħtieġ li nippromovu edukazzjoni inklużiva li jkollha l-għan li tqis l-individwu kollu kemm hu u tiżviluppa sistemi ta’ tagħlim tul il-ħajja;

22.

jisħaq fuq l-importanza li t-taħriġ vokazzjonali jiġi kkunsidrat b’mod ċar bħala parti mit-tagħlim tul il-ħajja. Għalhekk, il-kunċetti ta’ għarfien u edukazzjoni jsiru elementi importanti u, dan ifisser li fil-ħajja tax-xogħol tal-lum hemm esiġenzi ikbar, pereżempju l-għarfien tal-lingwi. Huwa importanti nfakkru li l-qasam tat-taħriġ vokazzjonali huwa wiesa’ ħafna u li jaqdi rwol ewlieni kemm rigward l-integrazzjoni tal-persuni f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni u għall-eċċellenza fi ħdan l-oqsma professjonali differenti;

23.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li wieħed mill-kompiti essenzjali tal-atturi lokali u reġjonali huwa l-promozzjoni tal-kreattività taż-żgħażagħ u l-potenzjal tagħhom għall-innovazzjoni u li jingħataw l-opportunità li jiżviluppaw intellettwalment u soċjalment. Dan huwa fattur importanti ħafna għall-emanċipazzjoni individwali u l-integrazzjoni soċjali taż-żgħażagħ. Dan jitlob ukoll miżuri li jagħmluha possibbli li ż-żgħażagħ isibu bilanċ bejn it-tagħlim, l-impjieg u l-familja;

24.

josserva li l-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja mhumiex biss organizzazzjonijiet għat-tagħlim iżda wkoll jagħmlu parti importanti mill-iżvilupp reġjonali u huma xprun essenzjali tal-innovazzjonijiet futuri. Dan jitlob li tiġi modernizzata l-edukazzjoni għolja. Il-fehma tal-Kumitat dwar it-tibdil fil-qasam tal-edukazzjoni għolja tressqu quddiem il-Kummissjoni fi Frar 2012 (3). Huwa importanti li jkun hemm rabta ċara bejn it-tliet aspetti tat-trijangolu tal-għarfien: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Rabta ta’ din ix-xorta mhux biss issaħħaħ il-livell reġjonali iżda min-naħa tagħha tissaħħaħ ukoll minnu. Dan jitlob kooperazzjoni bejn il-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak tal-UE, mhux l-anqas permezz tas-sħubijiet lokali u reġjonali;

25.

huwa tal-fehma li l-edukazzjoni tal-adulti tagħti lill-individwi l-possibbiltà li jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom tul ħajjithom kollha, tappoġġja direzzjoni ġdida fil-ħajja professjonali minħabba suq tax-xogħol iżjed u iżjed flessibbli u suxxettibli għat-tibdil, u barra minn hekk tipprovdi valur miżjud sostanzjali għall-ħajja soċjali, professjonali, ċivili, kulturali u ekonomika tal-parteċipanti. Programmi tat-tagħlim għall-adulti, ibbażati fuq proċessi ta’ sħubija huma wieħed mill-iżjed mezzi importanti għaż-żieda fil-poter individwali u tal-komunitajiet lokali. Għalhekk, huwa partikolarment importanti li l-programm Ewropew tal-edukazzjoni jkun jista’ jappoġġja l-iżvilupp tal-edukazzjoni tal-adulti fl-Istati Membri u r-reġjuni;

Kummenti speċifiċi dwar il-proposta

Bażi fit-trattat u s-sussidjarjetà

26.

jaqbel mal-Kummissjoni meta tgħid li l-programm propost huwa bbażat fuq l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 165 u 166 tat-TFUE u li għandu jiġi implimentat b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għalhekk, huwa tal-ikbar importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet jipparteċipaw fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-miżuri mressqa. B’konformità mal-Artikolu 174 dwar il-koeżjoni territorjali, jisħaq fuq il-ħtieġa li jitqiesu bis-sħiħ id-differenzi reġjonali fl-Unjoni u l-fatt li l-kundizzjonijiet biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 huma differenti minn reġjun għal ieħor;

Struttura tal-programm

27.

jenfasizza li l-attivitajiet individwali inklużi fit-tliet inizjattivi ewlenin (mobbiltà, kooperazzjoni istituzzjonali u żvilupp tal-politiki) għandhom jiġu organizzati b’mod li jinħolqu opportunitajiet tajbin għall-parteċipazzjoni tal-gruppi mmirati kollha biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm. L-istruttura proposta għandha timmira li tiffaċilita kooperazzjoni transsettorjali iktar mill-qrib u li jkun hemm żieda fit-tixrid tal-prattiki u r-riżultati tajbin b’mod iżjed adegwat milli sar fil-programm preċedenti, li kien iffokat fuq il-gruppi mmirati. Madankollu, il-Kumitat jinnota li l-ispeċifiċitajiet tat-tagħlim extrakurrikulari u t-tagħlim informali għaż-żgħażagħ għandhom bżonn jitqiesu aktar, u għaldaqstant jipproponi ż-żieda ta’ kapitolu separat għaż-Żgħażagħ, kif inhu l-każ għall-Isport;

28.

jinnota li huwa importanti immens li fil-programm il-ġdid jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet ta’ appoġġ għall-gruppi mmirati differenti, bil-għan li dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw. Programm koerenti jkun iżjed faċli u trasparenti għall-applikanti. Madankollu, huwa importanti li l-attivitajiet jiġu organizzati b’mod li jkunu jistgħu jiġu implimentati bl-iżjed mod rilevanti għal kull grupp immirati. Japplikaw kundizzjonijiet differenti għall-parteċipazzjoni fil-mobbiltà u l-proġetti kollaborattivi, skont liema forma ta’ tagħlim jew ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ ikunu qed jieħdu sehem fiha l-parteċipanti. Għandhom jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet ta’ dawn il-gruppi mmirati differenti rigward l-informazzjoni, il-proċeduri relatati mal-applikazzjoni, ir-regoli baġitarji u l-kriterji tal-attivitajiet, pereżempju billi tiġi allokata parti mill-fondi għall-parteċipazzjoni tal-gruppi mmirati differenti, jinħolqu strutturi speċjali għall-gruppi mmirati differenti, jiġu introdotti attivitajiet li huma partikolarment rilevanti għal ċerti gruppi mmirati, eċċ. Huwa importanti wkoll li jkunu jistgħu jipparteċipaw organizzazzjonijiet żgħar. Dawn jinvolvu l-iżjed l-iskejjel, il-qasam taż-żgħażagħ u t-tagħlim tal-adulti. Il-Kumitat jappoġġja b’mod partikolari miżuri li jippromovu l-parteċipazzjoni ta’ persuni żvantaġġati;

29.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-għan espliċitu li l-programm ikun iżjed effettiv u faċli, b’mod partikolari għall-utenti. Huwa tal-ikbar importanza li s-semplifikazzjonijiet amministrattivi jibbenefikaw lill-utenti;

30.

jista’ jara l-vantaġġi tal-kooperazzjoni istituzzjonali, anke fir-rigward tal-proġetti tal-mobbiltà. Meta l-mobbiltà sseħħ fi ħdan qafas istituzzjonali, jista’ jkun hemm kundizzjonijiet aħjar għal kwalità tajba u impatt iżjed sostnut u strateġiku. Dan jista’ jagħmilha wkoll iżjed faċli għall-individwi, pereżempju permezz tas-semplifikazzjoni tal-akkreditazzjoni. Madankollu, huwa importanti li t-tfassil ta’ dan il-qafas istituzzjonali jqis it-tipi kollha tal-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-programm;

31.

huwa tal-fehma li hemm bżonn li, bl-iżjed mod wiesa’ possibbli, fil-ħidma marbuta mal-proġetti fil-qasam tal-mobbiltà il-qagħda tal-preparattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tagħmilha possibbli li tappoġġja l-kontinwazzjoni tal-mobbiltà anke wara li jitlesta l-proġett, b’mod li l-istrutturi u l-kuntatti li nbdew mill-proġett jinżammu. Il-proġetti għandhom jikkontribwixxu għat-tneħħija tal-ostakli u jistimulaw skambju permanenti, sabiex il-mobbiltà ssir parti mill-attivitajiet regolari wara li jintemm il-proġett;

32.

jemmen li huwa importanti li l-forom ta’ finanzjament tal-istudji eżistenti fil-pajjiżi jagħmluha possibbli li parti mill-edukazzjoni ssir fi Stati Membri oħra;

33.

ħa nota tal-proposta tal-Kummissjoni li, bil-kooperazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tinħoloq sistema Ewropea ta’ self għall-istudenti, li tikkomplementa s-sistemi eżistenti fl-Istati Membri; jisħaq li dan is-self ma għandux iwassal għall-kummerċjalizzazzjoni tal-mobbiltà u jistaqsi jekk huwiex għaqli li l-programm jappoġġja l-iżjed dan il-grupp, fid-dawl tal-fatt li l-ispejjeż tal-garanzija huma konsiderevoli u l-bżonnijiet ivarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor;

34.

jenfasizza, fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-qasam tat-tfassil tal-politiki, il-bżonn ta’ pjattaformi għad-djalogu, flimkien ma’ partijiet interessati importanti kemm fi ħdan il-qasam tal-edukazzjoni kif ukoll fis-settur tan-negozju, u l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm;

Edukazzjoni informali u mhux formali – iż-Żgħażagħ u l-isport

35.

huwa tal-fehma li huwa importanti li l-mobbiltà tkun possibbli fis-sitwazzjonijiet kollha ta’ tagħlim. Dan l-approċċ ser jiġi implimentat, fost l-oħrajn, billi tiġi enfasizzata l-importanza tal-forom kollha ta’ tagħlim, inkluż dak formali, informali u mhux formali. Il-Kumitat jieħu nota tal-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi l-forom kollha ta’ tagħlim fi ħdan l-istess programm. Madankollu jenfasizza li, minħabba li l-organizzazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali barra mill-istituzzjonijiet edukattivi għandu rekwiżiti totalment differenti, dan għandu jiġi rifless b’mod adegwat fl-istruttura tal-programm. F’dan il-kuntest, jenfasizza l-importanza tal-miżuri li jispiraw u jinkoraġġixxu s-sens ta’ inizjattiva fost iż-żgħażagħ;

36.

huwa favur b’mod partikolari miżuri li jippromovu l-parteċipazzjoni ta’ persuni żvantaġġati; sabiex jippromovi l-inklużjoni soċjali, sports għad-dilettanti, volontarjat, opportunitajiet indaqs u attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz taż-żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport, b’enfasi fuq gruppi żvantaġġati bħal persuni bi bżonnijiet speċjali intellettwali jew fiżiċi;

37.

huwa tal-fehma li l-istruttura tal-programm tista’ tkun utli għat-tipi kollha ta’ tagħlim. Huwa jenfasizza l-importanza li jkun possibbli li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw fit-tfassil tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġett sabiex il-partijiet li huma problematiċi fil-kuntest lokali jkunu jistgħu jinbidlu bl-aħjar mod possibbli;

38.

huwa tal-fehma li l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni permezz ta’ organizzazzjonijiet iżgħar u kooperazzjoni fuq skala iżgħar hija eżempju ta’ qasam li għandu bżonn jinbidel u jiġi ċċarat, u dan huwa rilevanti l-iżjed għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-istabbilimenti tal-edukazzjoni tal-adulti, iżda wkoll, f’għadd ta’ każijiet, għall-iskejjel u l-kindergartens;

39.

jiġbed l-attenzjoni għall-firxa wiesgħa ta’ tagħlim informali u mhux formali li jsir fl-isport. Hemm ukoll kwistjonijiet speċifiċi għall-isport, u li huma partikolarment riflessi fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika, bħall-ġlieda kontra d-doping, il-vjolenza u r-razziżmu, kif ukoll appoġġ lill-organizzazzjonijiet sportivi li jaħdmu tajjeb.

40.

jagħraf ir-riżultati pożittivi ħafna tal-miżuri ta’ appoġġ għall-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-programm attwali “Żgħażagħ fl-Azzjoni” b’mod partikolari d-djalogu strutturat u s-seminars taż-żgħażagħ dwar il-kwistjonijiet soċjali, kulturali u politiċi li jolqtu liż-żgħażagħ; jenfasizza kemm huma importanti u jitlob li dawn ikomplu għaddejjin u jiġu żviluppati aktar fil-qafas tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-programm;

41.

għalhekk, huwa tal-fehma li bħala parti mill-edukazzjoni informali u mhux formali, il-programm għandu jippromovi bil-bosta l-mobbiltà għall-mexxejja u l-edukaturi fuq il-bażi ta’ standards li dwarhom intlaħaq ftehim komuni u abbażi ta’ rikonoxximent reċiproku bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri;

42.

jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-appoġġ għal proġetti ta’ kollaborazzjoni transnazzjonali f’termini ta’ miri għall-isport u jqis li l-opportunità għal proġetti transkonfinali fl-oqsma kollha koperti mill-programm hija element essenzjali mill-valur miżjud Ewropew tiegħu;

43.

jilqa’ b’sodisfazzjon is-semplifikazzjoni introdotta anke rigward id-dimensjoni internazzjonali; jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa għal appoġġ fil-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi terzi, inklużi pajjiżi tat-tkabbir; madankollu, jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji tal-UE maħsuba għall-kooperazzjoni esterna jridu jintużaw b’mod sħiħ;

Kwistjonijiet baġitarji

44.

jappoġġja bis-sħiħ iż-żieda baġitarja proposta għall-programm. L-iskala tal-baġit ser tagħti xhieda tal-importanza li l-Kummissjoni tagħti liż-żieda fil-kwalità tal-edukazzjoni, li hija fattur deċiżiv fir-rigward ta’ kemm l-UE tista’ tilħaq l-għanijiet orizzontali tagħha b’mod tajjeb. It-tqassim tal-fondi fost is-setturi differenti tal-edukazzjoni u l-qasam taż-żgħażagħ għandu jsir b’mod li l-oqsma kollha jibbenefikaw miż-żidiet baġitarji;

45.

jemmen li l-fondi tal-UE għandhom jintużaw b’mod effiċjenti, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-programm. Huwa tal-fehma li hemm bżonn ta’ opportunitajiet biex il-fondi jiġu allokati f’oqsma fejn l-iżjed huma utli u jintużaw bl-aqwa mod possibbli, fuq il-bażi ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi trasparenti. Għaldaqstant jenfasizza li l-monitoraġġ regolari tal-programm fil-livelli kollha huwa meħtieġ biex jiġi deċiż kif għandu jsir it-tqassim tal-fondi. Barra minn hekk, huwa importanti li titqies il-perspettiva lokali u reġjonali tat-tqassim mill-ġdid, sabiex jiġi kkunsidrat it-tqassim mill-ġdid fi ħdan pajjiż partikolari. Huwa importanti wkoll li jkun hemm opportunitajiet għat-tqassim mill-ġdid tal-fondi fi ħdan Stat Membru, sabiex ikunu jistgħu jintużaw bl-iżjed mod effettiv possibbli skont iċ-ċirkustanzi lokali u reġjonali;

46.

huwa tal-fehma li l-istruttura tal-agenziji nazzjonali għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri, peress li l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet deċentralizzati tal-programm fil-livell nazzjonali hija l-kompetenza tal-Istati Membri;

47.

f’dan il-kuntest, huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tispjega kif beħsiebha tkejjel l-effettività tiegħu u liema indikaturi ser jintużaw għal dan l-iskop f’biżżejjed żmien qabel ma jiġi introdott il-programm. L-indikaturi u l-kriterji relatati għandhom jiġu ċċarati bil-quddiem sabiex l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-parteċipanti jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa. Fil-fehma tal-Kumitat, dawn l-indikaturi għandhom jinvolvu elementi kwantitattivi u kwalitattivi;

48.

jieħu nota tal-fehma tal-Kummissjoni li wħud minn dawn l-attivitajiet li qabel kienu jagħmlu parti mill-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja għandhom fil-ġejjieni jiġu pprovduti permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Sabiex dan jirnexxi, huwa importanti li r-regoli tal-FSE jippermettu dan, u li l-Istati Membri u r-rappreżentanti lokali u reġjonali jkunu konxji ta’ dan it-tibdil u japprovawh;

49.

huwa tal-fehma li l-obbligi amministrattivi u ta’ kontabilità għandhom ikunu proporzjonali għad-daqs tal-konċessjoni. Il-proġetti fuq skala iżjed żgħira ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli eżawrjenti u li jinvolvu ħafna ħidma bħalma jitolbu proġetti ikbar;

50.

josserva fl-istess ħin li l-kundizzjonijiet u l-kapaċità relatati mal-parteċipazzjoni fil-programm ivarjaw, u dan jista’ jkollu impatt fuq l-ispejjeż. Dan jista’ jintrabat, pereżempju, ma’ nuqqas ta’ familjarità mal-istudji, id-diżabbiltà, il-possibbiltà li jiġu koperti l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u dawk tas-sussistenza jew kundizzjonijiet reġjonali varji;

Kompetenzi ewlenin bħala bażi

51.

huwa tal-fehma li, sabiex titkompla l-ħidma, huwa importanti ħafna li l-proposta tal-Kummissjoni jkollha t-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd fil-qalba tagħha, u jenfasizza l-importanza li kulħadd jingħata ċ-ċans jikseb il-ħiliet bażiċi deskritti fir-rakkomandazzjoni dwar il-kompetenzi ewlenin (4);

52.

Il-punt tat-tluq tal-programm għandu jkun li jiġu appoġġjati l-isforzi ta’ kulħadd biex jiksbu dawn il-kompetenzi ewlenin. Dan ifisser li t-tfal u l-għalliema fl-iskejjel, iż-żgħażagħ li mhumiex involuti fl-edukazzjoni formali, u l-adulti li jixtiequ tagħlim addizzjonali jew kontinwu huma lkoll gruppi mmirati;

Konklużjonijiet

Żieda fl-isforzi favur intervent bikri u t-tixrid tal-informazzjoni

53.

ifakkar f’opinjoni preċedenti tal-KtR (5) li fiha enfasizza li r-rieda li wieħed isiefer għal skopijiet edukattivi għandha titħeġġeġ minn stadju bikri. It-tfal u ż-żgħażagħ għandhom jiġu motivati minn età żgħira biex jieħdu interess f’kulturi oħra, u jingħataw l-opportunità jaraw il-vantaġġi li jitgħallmu minn xulxin. Meta jkun hemm kuntatt bikri mal-programmi Ewropej, jiġu ffaċilitati r-rieda u l-abbiltà li dak li jkun jistudja u jaħdem barra minn pajjiżu, u dan il-fatt jippromovi suq tax-xogħol komuni, tkabbir u ċittadinanza Ewropea. Josserva li t-tfal iż-żgħar jitgħallmu l-lingwi barranin b’mod iżjed faċli u effettiv;

54.

fil-fehma tal-Kumitat, waħda mill-kwistjonijiet prijoritarji marbuta mal-iżvilupp – u qasam li fih il-programm jista’ jkollu importanza primordjali – hija l-integrazzjoni soċjali. Il-persuni kkonċernati jirrappreżentaw gruppi kbar u eteroġeni ta’ studenti li għandhom bżonn tipi differenti ta’ appoġġ minħabba diffikultajiet marbutin mat-tagħlim, vulnerabbiltà soċjali u esklużjoni u studenti li jaslu f’pajjiżi u kulturi li huma ġodda għalihom. Illum, grupp kbir ta’ żgħażagħ qed iwaqqfu jew jabbandunaw l-edukazzjoni obbligatorja b’nuqqasijiet fil-ħiliet bażiċi. Għandu jkun possibbli li jiġu sostnuti l-iżvilupp metodoloġiku u t-trasferiment tal-kapaċitajiet bil-għan li jiġu appoġġjati dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali f’dan il-qasam;

55.

jenfasizza li, f’dan il-kuntest, li jintlaħqu l-gruppi tal-popolazzjoni li mhumiex imdorrijin bl-istudju u għandhom diffikultajiet ekonomiċi hija sfida enormi, li tenfasizza l-importanza li l-proġetti Ewropej jiġu implimentati fl-iskejjel tal-primarja u l-kindergartens. B’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu t-tfal tal-iskola kollha u l-programm ikun jista’ jaqdi l-funzjoni ta’ kumpens tiegħu u jsaħħaħ id-dimensjoni Ewropea;

56.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza li jiġu involuti persuni bi rwol strateġiku u persuni li huma f’pożizzjoni li jxerrdu l-informazzjoni u l-prattiki tajbin. Dawn jistgħu jkunu għalliema, edukaturi, animaturi tal-gruppi taż-żgħażagħ, konsulenti rigward karriera, persuni li ħadu sehem f’attivitajiet ta’ mobbiltà, kapijiet ta’ skejjel u dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn jaqdu lkoll rwol deċiżiv biex iħeġġu l-mobbiltà, u għalhekk il-Kumitat huwa tal-fehma li għandhom jissemmew b’mod ċar;

57.

għandu esperjenzi tajbin ta’ wħud mill-programmi preċedenti, bħall-Comenius Regio, li jagħmlu possibbli l-parteċipazzjoni ta’ stabbilimenti oħra minbarra dawk edukattivi li jaħdmu biex iħeġġu l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni fil-livell lokali u reġjonali. Il-parteċipanti msieħba jistgħu jikkooperaw fi kwistjonijiet ta’ interess komuni, jaqsmu l-esperjenzi u jiżviluppaw strutturi ta’ kooperazzjoni;

Gruppi mmirati u orjentazzjonijiet prijoritarji

58.

huwa tal-fehma li għandu jsir monitoraġġ regolari tal-programm fil-livelli kollha, biex jiġi żgurat li jkun qed jappoġġja l-għanijiet ġenerali. Fl-istess ħin, fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-programmi għandu jkun possibbli wkoll li jiġu appoġġjati miżuri li diffiċilment titkejjel l-effettività tagħhom jew li jistgħu jitkejlu biss fuq perjodu ta’ żmien li hu itwal mill-iskadenza tal-programm, iżda li għalihom jeżistu indikaturi oħra tal-valur tagħhom. Pereżempju, permezz tar-riċerka nafu tajjeb l-importanza li l-implimentazzjoni ssir fi żmien bikri, u fil-fehma tagħna dan jista’ jiġi applikat ukoll għall-promozzjoni tad-dimensjoni Ewropea;

59.

għandu ċerti riżervi fil-konfront tal-baġit attwali, li huwa ffukat iżżejjed fuq il-proġetti tal-mobbiltà, li huwa rifless ukoll f’isem il-programm. Huwa tal-fehma li huma l-proġetti ta’ kooperazzjoni u l-kooperazzjoni istituzzjonali li l-iżjed jappoġġjaw b’mod ċar it-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni u jagħtu l-ikbar valur miżjud Ewropew, u dan għandu jiġi rifless fil-baġit b’mod iżjed ċar. B’hekk, ikun possibbli li jiġu appoġġjati proġetti ta’ kooperazzjoni fuq skala iżgħar, li huma iżjed adatti għal ċerti gruppi mmirati jew li jistgħu jikkostitwixxu l-ewwel pass lejn proġett ta’ kooperazzjoni fuq skala ikbar;

60.

huwa tal-fehma li l-isfidi deskritti fl-introduzzjoni huma riflessi tajjeb fil-viżjoni ppreżentata mill-Kummissjoni fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tagħha, iżda fit-tqassim propost tal-baġit mhumiex riflessi bl-istess ċarezza. Għall-kuntrarju, hemm enfasi partikolari fuq finanzjament sostanzjali tal-proġetti u l-mobbiltà fi ħdan l-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja. Il-programmi Ewropej għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp mixtieq u livell ogħla ta’ kwalità, li jfisser li l-għajnuna għandha tkun iżjed sostanzjali fejn l-iżjed hemm bżonnijiet u possibbiltajiet ta’ suċċess; min-naħa tiegħu, dan għandu jwassal li l-fondi jiġu allokati b’mod li jibbenefikaw biċ-ċar lill-persuni li għandhom biss probabbiltà żgħira li jkollhom aċċess għall-programmi, jiġifieri l-iskejjel, iż-żgħażagħ mhux involuti fl-edukazzjoni formali u l-adulti li qed jitgħallmu jew qed jikkompletaw l-edukazzjoni tagħhom;

61.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni li jkomplu jiġu promossi l-attivitajiet ta’ Jean Monnet fil-qasam tat-tagħlim u r-riċerka akkademika dwar l-integrazzjoni Ewropea anki fil-futur. Madanakollu huwa tal-fehma li dan l-appoġġ speċifiku m’għandux ikun limitat biss għaż-żewġ istituzzjonijiet imsemmija fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kumitat jenfasizza l-fatt li hemm bżonn li jkomplu jiġu kkunsidrati iktar is-sitt istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri li huma appoġġjati mill-Programm Jean Monnet 2007-2013, jiġifieri l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, il-Kulleġġ tal-Ewropa, l-Istitut Universitarju Ewropew, iċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni dwar il-Ħtiġijiet Speċjali sabiex jittejbu t-tqassim ġeografiku u d-diversità kulturali ta’ dawn iċ-ċentri ta’ eċċellenza li huma ta’ interess Ewropew;

62.

jixtieq jenfasizza r-rabta stretta bejn il-prestazzjoni dgħajfa fl-iskola u l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi żvantaġġużi, li huma elementi determinanti ewlenin għal dawk iż-żgħażagħ li la huma impjegati u lanqas ma qed jirċievu tagħlim. Li dan iċ-ċiklu jispiċċa huwa sfida għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ewropa kollha u għandu jitqies bħala wieħed mill-prijoritajiet tal-programm, li parzjalment jissodisfa l-għan edukattiv u parzjalment l-għan tal-impjieg, u li huwa wkoll appoġġjat minn għadd ta’ inizjattivi ewlenin. Il-Kumitat jixtieq li din il-perspettiva jkollha iżjed piż fit-tqassim tal-baġit;

63.

jappoġġja bis-sħiħ l-ambizzjoni tal-Kummissjoni kif indikata fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni dwar programm ġdid għall-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, fi kliem ieħor ir-rieda li jiġu inklużi bosta gruppi ta’ persuni li, f’perjodi differenti ta’ ħajjithom, jistgħu jiżviluppaw bħala individwi u jkollhom il-possibbiltà jibbenefikaw minn tagħlim ta’ kwalità għolja. Għalhekk, huwa importanti li l-komunikazzjoni dwar l-għanijiet tal-programm tkun ċara sabiex il-gruppi mmirati kollha jħossuhom involuti. Iżda, l-isem tal-programm – Erasmus għal kulħadd – jagħti l-impressjoni li l-enfasi hija prinċipalment fuq l-edukazzjoni għolja. Peress li dan ma jikkonformax mal-ambizzjoni wiesgħa espressa u bil-għan li jkunu jistgħu jintlaħqu bl-aqwa mod possibbli l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda aġġustament fil-baġit u f’isem il-programm.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi “ERASMUS GĦAL ”

Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi “”

Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport

Raġuni

Il-konnotazzjonijiet tal-programm Erasmus attwali joħolqu rabta mill-qrib mal-edukazzjoni għolja u l-mobbiltà. Il-Programm il-ġdid tal-UE għandu ambitu ħafna aktar mifrux u t-titolu “Erasmus għal Kulħadd” jista’ joħloq impressjoni żbaljata.

Emenda 2

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.

Ir-rikonoxximent mifrux fost il-pubbliku ġenerali fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti tal-marka kummerċjali “Erasmus” bħala sinonimu tal-mobilità ta’ dawk li qed jitgħallmu fl-Unjoni jitlob għal użu aktar estensiv ta’ din il-marka mis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm.

Raġuni

Konsistenti mat-talba li jinbidel isem il-Programm.

Emenda 3

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

27.

Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ta’ eżekuzzjoni li fuqhom l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fir-Regolament.

27.

Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ta’ eżekuzzjoni li fuqhom l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fir-Regolament.

Raġuni

Id-diverġenzi reġjonali jista’ jkollhom impatt kbir fuq il-prestazzjoni u b’hekk jiddeterminaw l-allokazzjoni baġitarja.

Emenda 4

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

30.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ Sigurtà, fil-Komunikazzjoni konġunta tagħhom dwar reazzjoni ġdida għall-Viċinat (6) li qed jinbidel iddeskrivew, b’mod partikolari, il-mira li jiffaċilitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Viċinat fil-mobilità tal-Unjoni u fl-azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja u l-ftuħ fil-ġejjieni tal-programm ta’ edukazzjoni għall-pajjiżi tal-Viċinat.

30.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ Sigurtà, fil-Komunikazzjoni konġunta tagħhom dwar reazzjoni ġdida għall-Viċinat (6) li qed jinbidel iddeskrivew, b’mod partikolari, il-mira li jiffaċilitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Viċinat fil-mobilità tal-Unjoni u fl-azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja u l-ftuħ fil-ġejjieni tal-programm ta’ edukazzjoni għall-pajjiżi tal-Viċinat.

Raġuni

Il-Komunikazzjoni konġunta tipprevedi b’mod espliċitu għall-kooperazzjoni bejn l-iskejjel permezz tal-programm eTwinning.

Emenda 5

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

33.

Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ta’ malajr għall-ħtiġijiet li jinbidlu matul il-Programm kollu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikoluo290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet mal-kriterji tar-rendiment u mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

33.

Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ta’ malajr għall-ħtiġijiet li jinbidlu matul il-Programm kollu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikoluo290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet mal-kriterji tar-rendiment u mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jipparteċipa wkoll fil-proċess ta’ konsultazzjonijiet, b’konformità mal-Artikolu 307 tat-TFUE.

Emenda 6

Artikolu 1.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport li jismu “Erasmus għal kulħadd” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Programm”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport li jismu (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”).

Raġuni

Konsistenti mat-talba li jinbidel isem il-Programm.

Emenda 7

Artikolu 5c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ politika ta’ kooperezzjoni mkabbra, użu aħjar ta’ għodod ta’ rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta’ prattiki tajbin;

Indikatur relatat: Għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni fl-iżviluppi politiċi nazzjonali tagħhom

Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ politika ta’ kooperezzjoni mkabbra, użu aħjar ta’ għodod ta’ rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta’ prattiki tajbin;

Indikatur relatat: Għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni fl-iżviluppi politiċi nazzjonali tagħhom

Raġuni

Din hija konsistenti mad-definizzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja (Artikolu 2.1).

Emenda 8

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, il-Programm se jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:

(a)

Mobilità tat-tagħlim tal-individwi,

(b)

Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin,

(c)

Appoġġ għar-riforma politika.

Fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, il-Programm se jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:

(a)

Mobilità tat-tagħlim tal-individwi

(b)

Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin,

(c)

Appoġġ għar-riforma politika.

Raġuni

L-UE għandha tiggarantixxi l-aċċess għall-azzjonijiet ta’ mobbiltà għaċ-ċittadini b’termini indaqs, irrispettivament mill-pajjiż ta’ oriġini. Id-distanza enormi mill-pajjiż tillimita l-opportunitajiet għall-mobbiltà tal-istudenti mir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-UE. Għalhekk, hemm bżonn li jinħolqu miżuri abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE biex titħeġġeġ il-mobbiltà sabiex iż-żgħażagħ kollha jkunu jistgħu jaċċessaw dawn l-azzjonijiet, li ser jirċievu 63 % tal-fondi b’termini indaqs irrispettivament minn fejn jgħixu. B’konformità mar-rapport dwar l-iktar reġjuni mbiegħda tal-Ewropa u s-suq intern: l-influwenza tal-UE fid-dinja, li nħareġ fuq talba tal-Kummissarju Barnier mis-Sur Solbes, li qabel kien il-Ministru Spanjol għall-Agrikoltura u l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi u li kien ukoll Kummissarju, qed nagħmlu appell għar-rinfurzar tal-politiki għall-mobbiltà taż-żgħażagħ u l-istudenti universitarji billi jiġu supplementati l-fondi tal-programm Erasmus sabiex jiġu koperti l-ispejjeż addizzjonali tal-ivvjaġġar tal-istudenti mir-reġjuni l-iktar imbiegħda lejn il-belt kapitali tal-Istat Membru tagħhom u, għall-istudenti minn Stati Membri oħra li jixtiequ jmorru fuq scholarship ta’ Erasmus f’wieħed mill-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja tar-reġjuni l-iktar imbiegħda, bejn il-belt kapitali tal-Istat Membri konċernat u r-reġjuni l-iktar imbiegħda sabiex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-proġetti ta’ mobbiltà għall-istudenti mir-reġjuni l-iktar imbiegħda fi stadji iktar avvanzati ta’ taħriġ u biex fil-livell nazzjonali jiġi mħeġġeġ it-tagħlim tal-lingwi u l-iskambji f’etajiet iżgħar.

Emenda 9

Artikolu 10c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

c)

jappoġġaw l-istituzzjonijiet akkademiċi Ewropej li ġejjin, li jsegwu l-mira ta’ interess Ewropew:

(i)

l-Istitut Universitarju Ewropew ta’ Firenze;

(ii)

il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta’ Bruges u dak ta’ Natolin);

c)

jappoġġaw l-istituzzjonijiet akkademiċi Ewropej li ġejjin, li jsegwu l-mira ta’ interess Ewropew:

(i)

l-Istitut Universitarju Ewropew ta’ Firenze;

(ii)

il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta’ Bruges u dak ta’ Natolin);

Raġuni

Is-sitt istituzzjonijiet Ewropej ta’ edukazzjoni għolja appoġġjati mill-Programm Jean Monnet 2007-2013 għandhom jibqgħu jipparteċipaw sabiex tittejjeb id-distribuzzjoni ġeografika u d-diversità kulturali ta’ dawn iċ-ċentri ta’ eċċellenza Ewropej.

Emenda 10

Artikolu 16.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-korpi pubbliċi u privati fis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali “Erasmus” għall-fini ta’ komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni marbuta mal-programm; il-marka kummerċjali għandha tkun assoċjata mas-setturi prinċipali tal-edukazzjoni li ġejjin:

“Edukazzjoni għolja Erasmus”, assoċjata ma’ kull tip ta’ edukazzjoni għolja fl-Ewropa u internazzjonalment

“Taħriġ Erasmus”, assoċjat mal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti

“Skejjel Erasmus”, assoċjati mal-edukazzjoni fl-iskola

“Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ Erasmus”, assoċjata mat-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ.

Il-korpi pubbliċi u privati fis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali “Erasmus” għall-fini ta’ komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni marbuta mal-programm; il-marka kummerċjali għandha tkun assoċjata mas-setturi prinċipali tal-edukazzjoni li ġejjin:

“Edukazzjoni għolja ”, assoċjata ma’ kull tip ta’ edukazzjoni għolja fl-Ewropa u internazzjonalment

“Taħriġ ”, assoċjat mal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti

“kejjel ”, assoċjati mal-edukazzjoni fl-iskola

“Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ ”, assoċjata mat-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ.

Raġuni

Konsistenti mat-talba li jinbidel isem il-Programm.

Emenda 11

Artikolu 18.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Programm għandu jappoġġa l-kooperazzjoni mal-imsieħba minn pajjiżi terzi, notevolment imsieħba minn pajiiżi tal-viċinat, f’azzjonijiet u attivitajiet kif imsemmija fl-Artikolio6 u 10.

Il-Programm għandu jappoġġa l-kooperazzjoni mal-imsieħba minn pajjiżi terzi, notevolment imsieħba minn pajiiżi tal-viċinat, f’azzjonijiet u attivitajiet kif imsemmija fl-Artikolio6 10 .

Raġuni

Biex ikun possibbli li msieħba minn pajjiżi ġirien jipparteċipaw fl-attivitajiet sportivi.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  F’dan il-kuntest, l-iżjed inizjattivi ewlenin rilevanti fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 huma: “Żgħażagħ attivi”, “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi”, “Unjoni għall-innovazzjoni” u “Strateġija diġitali għall-Ewropa”.

(2)  CdR 290/2011 fin.

(3)  CdR 290/2011.

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2006/962/KE).

(5)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Green Paper dwar il-promozzjoni tal-mobilità taż-żgħażagħ għal finijiet edukattivi”, CdR 246/2009 fin.

(6)  COM(2011) 303 final, 25.5.2011.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/211


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej”

2012/C 225/16

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tfassal Proposta għal Regolament dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej;

jenfasizza li l-prijoritajiet stabbiliti f’dan id-dokument – netwerks ta’ veloċità għolja, servizzi pubbliċi transkonfinali, aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku (ISP) u għas-servizzi multilingwi, sikurezza u sigurtà u servizzi intelliġenti ta’ enerġija – huma kollha oqsma li fihom il-bliet u r-reġjuni huma fl-istess waqt atturi, provvedituri u benefiċjarji;

jagħraf l-importanza tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej għall-kompetittività internazzjonali u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE u jenfasizza li l-iskambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u reġjuni oħrajn għandu jiġi intensifikat;

jinnota l-potenzjal tal-qafas il-ġdid għall-finanzjament li jagħti kontribut kbir sabiex tingħeleb il-firda diġitali u jitwettqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jiġu sodisfatti wħud mill-bżonnijiet ewlenin taċ-ċittadini Ewropej fil-qasam soċjali, kulturali u ekonomiku;

jenfasizza li konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni veloċi u affidabbli mil-lat operattiv, flimkien ma’ servizzi mobbli effiċjenti mingħajr fili, jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-kompetittività reġjonali, l-aċċessibbiltà u l-ugwaljanza bejn in-nies u jfakkar li infrastruttura effettiva tas-soċjetà tal-informazzjoni għandha tiġi ggarantita lill-membri kollha tal-popolazzjoni irrispettivament minn fejn jgħixu.

Relatur

Alin-Adrian NICA (RO/ALDE), Sindku ta’ Dudeștii Noi

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

COM(2011) 657 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tfassal Proposta għal Regolament dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej;

2.

jenfasizza li l-prijoritajiet stabbiliti f’dan id-dokument – netwerks ta’ veloċità għolja, servizzi pubbliċi transkonfinali, aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku (ISP) u għas-servizzi multilingwi, sikurezza u sigurtà u servizzi intelliġenti ta’ enerġija – huma kollha oqsma li fihom il-bliet u r-reġjuni huma fl-istess waqt atturi, provvedituri u benefiċjarji;

3.

jinnota r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni ta’ djalogu infurmat mal-pubbliku ġenerali, fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ tħassib pubbliku li jikkonċernaw mill-qrib liċ-ċittadini, u fl-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-utenti u l-produtturi tal-innovazzjonijiet tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) f’oqsma differenti ta’ gvern u amministrazzjoni;

4.

jisħaq fuq l-importanza tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej għal skopijiet kemm kummerċjali u kemm mhux kummerċjali, u tal-investiment fir-riċerka għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet futuri sabiex jiżdied il-valur tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet;

5.

jagħraf l-importanza tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej għall-kompetittività internazzjonali u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE u jenfasizza li l-iskambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u reġjuni oħrajn għandu jiġi intensifikat;

6.

jindika r-rwol tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġi pproċessat l-ammont kbir ta’ data li ser jintuża min-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet u jappella sabiex l-investimenti pubbliċi u privati għaż-żoni rurali, b’densità baxxa ta’ popolazzjoni u r-reġjuni periferiċi jingħataw spinta ’l quddiem;

7.

iqis li għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ sigurtà f’kull livell sabiex jiġu żgurati l-aħjar livelli ta’ privatezza u protezzjoni tad-data personali u sabiex jiġi evitat kull tip ta’ traċċar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni u profiling, inklużi l-preferenzi tax-xiri, is-sitwazzjoni medika, ir-rekords tas-saħħa, eċċ.;

8.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea tal-Kummissjoni Ewropea li tesplora mudell ġdid ta’ pprezzar, li jkun jista’ jbaxxi l-prezzijiet ta’ aċċess għar-ram sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni min-netwerks tar-ram għal netwerks tal-fibra, filwaqt li jinnota li huwa importanti li n-netwerks ikunu miftuħa għal operaturi differenti;

9.

jinnota l-potenzjal tal-qafas il-ġdid għall-finanzjament li jagħti kontribut kbir sabiex tingħeleb il-firda diġitali u jitwettqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jiġu sodisfatti wħud mill-bżonnijiet ewlenin taċ-ċittadini Ewropej fil-qasam soċjali, kulturali u ekonomiku;

10.

itenni l-importanza ta’ sinerġiji bejn il-programm qafas, il-Fondi Stutturali u l-politiki nazzjonali b’relazzjoni mal-objettivi usa’ tal-UE fir-rigward tal-kompetittività u l-koeżjoni;

11.

iqis li huwa essenzjali li jiġu identifikati soluzzjonijiet leġislattivi u proċedurali għall-miżuri ekonomiċi u finanzjarji sabiex jistimulaw l-użu dejjem ikbar tal-infrastruttura eżistenti li tista’ tintegra n-netwerks bil-broadband sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

12.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf grupp ta’ esperti ta’ livell għoli li jkollu r-responsabbiltà li jiżviluppa strateġija għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej, u jitlob lill-Kummissjoni żżomm lilha nnifisha infurmata sa minn stadju bikri dwar l-iżviluppi li jsiru f’dan il-grupp, inklużi l-analiżijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tiegħu;

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni

13.

jirrikonoxxi li l-ICT, li jiffurmaw is-sisien ta’ soċjetà ta’ informazzjoni miftuħa għal kulħadd, għandhom jinkludu l-bżonnijiet tal-membri kollha tas-soċjetà, inklużi dawk li jinsabu f’periklu ta’ esklużjoni soċjali;

14.

itenni li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessariji biex jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni ta’ inizjattivi relatati mal-ICT (1);

15.

jipproponi li l-potenzjal sħiħ tal-Ewropa għall-iżvilupp tas-servizzi tal-ICT fis-setturi pubbliċi u privati għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ, u li l-ICT għandhom jintużaw bħala mezz biex jittejbu s-servizzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’oqsma bħalma huma l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-akkwist pubbliku, is-sigurtà u s-servizzi soċjali;

16.

jipproponi l-ħolqien ta’ Osservatorju għall-implimentazzjoni u t-tixrid ta’ netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss fit-territorju Ewropew li jiżviluppa funzjonijiet ta’ analiżi u ġbir ta’ informazzjoni u data statistika dwar xogħlijiet pubbliċi li jistgħu jintużaw parzjalment jew kompletament għall-implimentazzjoni tan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGN – Next Generation Networks); il-ġestjoni ta’ bażi tad-data għall-monitoraġġ ta’ dawn ix-xogħlijiet pubbliċi u għall-implimentazzjoni ta’ reġistru Ewropew tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni; il-promozzjoni tal-attivitajiet tekniċi u ta’ regolazzjoni; it-twettiq ta’ studji u riċerka u l-akkwist u t-tixrid ta’ dokumentazzjoni teknika u ta’ data;

17.

ifakkar li s-sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) appoġġjati mill-UE bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-SMEs li jiżviluppaw l-ICT fil-qasam tas-servizzi pubbliċi tal-ICT jistgħu jservu ta’ bażi eċċellenti għall-bini ta’ kompetenzi u għarfien fil-livell lokali fl-UE kollha (2);

18.

jipproponi li jintużaw il-PPPs għall-provvista ta’ servizzi ta’ broadband, speċjalment fiż-żoni rurali, u b’hekk jiġi evitat li jintilfu ħafna investimenti privati;

19.

ifakkar li huwa kruċjali li l-istituzzjonijiet pubbliċi fil-livell reġjonali u lokali jkollhom kapaċità interna adegwata u riżorsi finanzjarji sostenibbli għad-diġitalizzazzjoni. Il-PPPs u l-iżvilupp ta’ swieq tat-tagħlim elettroniku (e-learning) jipprovdu tassew alternattivi li jiffinanzjaw id-diġitalizzazzjoni tal-kontenut. L-informazzjoni tas-settur pubbliku tista’ toħloq flussi ta’ dħul li jsostnu lilhom infushom u li jgħinu fl-isforzi għall-ħolqien tad-data u d-diġitalizzazzjoni. Barra minn hekk, in-netwerks u l-komunitajiet interattivi huma importanti wkoll minħabba li jippermettu tnaqqis fl-ispejjeż, bħal fil-każ tal-iżvilupp ta’ software miftuħ (3);

20.

jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali għall-iżvilupp ta’ politika ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ġlieda kontra l-firda bejn l-operaturi diġà stabbiliti u l-kompetituri ġodda tagħhom, speċjalment fil-kuntest ta’ sforz immirat lejn titjib fin-negozju tal-broadband b’veloċità għolja fl-Ewropa;

21.

jindika li l-implimentazzjoni tal-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” m’għandhiex issir għad-detriment tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni, li t-tqegħid fil-prattika tal-miżuri proposti m’għandu jwassal għall-ebda żieda fil-burokrazija u fil-piż amministrattiv u li għandhom jiġu pprovduti aktar tagħrif u aktar kjarifiki dwar l-użu tal-istrumenti finanzjarji l-ġodda u l-effett ta’ lieva tagħhom u għandha tiġi eżaminata l-effettività tagħhom. L-obbligu tad-dixxiplina baġitarja, il-projbizzjoni tad-dejn u ċ-ċarezza baġitarja m’għandhomx jiġu evitati. Ir-responsabbiltà tal-Unjoni għandha tibqa’ limitata għall-kontribut oriġinali. M’għandha tinħoloq l-ebda obbligazzjoni kontinġenti;

22.

iħeġġeġ li, meta r-reġjuni jużaw il-Fondi Strutturali, ikun hemm bidla sinifikanti bil-għan li tiġi stimulata d-domanda għar-riċerka u l-innovazzjoni b’mod partikolari, u li titrawwem innovazzjoni miftuħa mmexxija mill-utenti stess bħala potenzjal reġjonali (4);

23.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu billi jikkontribwixxu sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali u bi prezz aċċessibbli għall-broadband f’oqsma fejn is-suq ma jkunx biżżejjed, billi jmexxu proġetti pilota bil-għan li tingħeleb il-firda fl-aċċessibbiltà elettronika, u billi jiżviluppaw approċċi ġodda lejn servizzi elettroniċi pubbliċi ċċentrati fuq in-nies (5);

24.

itenni li l-fondi u miżuri oħra ta’ appoġġ għandhom jiffavorixxu l-implimentazzjoni ta’ netwerks tal-broadband b’aċċess miftuħ ibbażati fuq struttura ta’ netwerk bi strati orizzontali u jenfasizza l-ħtieġa ta’ mudell ta’ negozju li jissepara l-aċċess fiżiku għan-netwerk mill-provvista tas-servizzi (6);

25.

jenfasizza li konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni veloċi u affidabbli mil-lat operattiv, flimkien ma’ servizzi mobbli effiċjenti mingħajr fili, jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-kompetittività reġjonali, l-aċċessibbiltà u l-ugwaljanza bejn in-nies u jfakkar li infrastruttura effettiva tas-soċjetà tal-informazzjoni għandha tiġi ggarantita lill-membri kollha tal-popolazzjoni irrispettivament minn fejn jgħixu (7);

26.

jitlob li ssir enfasi akbar fuq is-sensibilizzazzjoni fil-livell reġjonali u lokali u fuq it-tħeġġiġ tal-modernizzazzjoni tal-infrastruttura, bħala elementi neċessarji għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej;

27.

jisħaq fuq il-bżonn li jkun hemm investimenti pubbliċi għal infrastrutturi ta’ backhaul, li jipprovdu konnessjonijiet bejn il-modi tan-netwerks fi bliet ta’ daqs medju u rħula żgħar jew muniċipalitajiet rurali u jservu ta’ katalizzatur għall-investiment sabiex in-netwerk ta’ aċċess jiġi modernizzat;

28.

jinnota li l-aċċess għal servizzi tal-broadband ta’ kwalità għolja u bi prezzijiet raġonevoli jista’ jżid l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti (8);

29.

ifakkar fis-sinifikat u l-ħtieġa ta’ regoli u prattiki komuni li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-isfruttar tal-informazzjoni tas-settur pubbliku sabiex jiġi żgurat li l-istess kundizzjonijiet bażiċi jkunu applikati lill-atturi kollha fis-suq Ewropew tal-informazzjoni, li l-kundizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni bħal din ikunu aktar trasparenti, u li jiġu eliminati d-distorsjonijiet fis-suq intern (9);

30.

jenfasizza li l-potenzjal sħiħ tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku jista’ jintlaħaq billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti aktar mill-qrib, peress li dawn jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikattiv għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku sabiex tiżdied il-kompetittività u jinħolqu l-impjiegi (10);

31.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jieħdu sehem f’kooperazzjoni wiesgħa sabiex itejbu l-interoperabbiltà tal-amministrazzjoni pubblika u l-effettività tal-provvista tas-servizzi pubbliċi (11);

32.

jindika li, fil-qafas tal-kooperazzjoni internazzjonali, l-importanza tar-reġjuni toħroġ fid-dieher permezz tal-ipprogrammar ta’ sostenn, kif ukoll permezz tal-kundizzjonijiet tal-qafas strutturali u leġislattiv fil-kuntest tal-politiki tagħhom dwar ir-riċerka;

33.

iqis li l-azzjonijiet ippjanati fil-Proposta għal Regolament, kif inhuma bħalissa, ma jidhrux li qed iqajmu xi kwistjoni dwar il-konformità tagħhom mal-prinċipji kemm tas-sussidjarjetà kif ukoll tal-proporzjonalità.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(21)

Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

(21)

Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti . L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

Raġuni

Tkun ħaga tassew utli li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni peress li dawn jikkontribwixxu għall-proċess ta’ governanza u jservu ta’ pont bejn l-amministrazzjoni pubblika ċentrali, iċ-ċittadini u l-kumpaniji privati.

Emenda 2

Artikolu 4(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

l-użu ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

(a)

l-użu ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

Raġuni

L-investiment f’netwerks ta’ broadband ultraveloċi huwa qasam riskjuż ħafna. L-istatistika turi li l-użu tal-internet b’veloċità għolja għadu sostanzjalment lura meta mqabbel mal-kopertura attwali tal-broadband. Għalhekk, l-għażla tat-teknoloġija u tal-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati għandha tikkunsidra d-domanda attwali għall-aċċess għall-broadband.

Emenda 3

Artikolu 4(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

(b)

l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

Raġuni

L-istess raġuni bħal ta’ hawn fuq.

Emenda 4

Artikolu 5(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(3)   L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

(3)   L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

Raġuni

Ikun utli li jissemmew l-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-istess raġuni msemmija hawn fuq.

Emenda 5

Artikolu 5(8c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(8c)

jesebixxi valur miżjud Ewropew.

(8c)

jesebixxi valur miżjud Ewropew.

Raġuni

Valutazzjoni tal-fattibbiltà tkun l-aħjar għodda biex turi l-valur miżjud.

Emenda 6

Artikolu 7(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti. Għal proġetti kbar, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi s-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti. Għal proġetti kbar, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

   

Raġuni

L-istess raġuni bħal ta’ hawn fuq.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


(1)  CdR 283/2008 fin.

(2)  CdR 156/2009 fin.

(3)  CdR 247/2009 fin.

(4)  CdR 263/2007 fin.

(5)  CdR 5/2008 fin.

(6)  CdR 104/2010 fin.

(7)  CdR 104/2010 fin.

(8)  CdR 252/2005 fin.

(9)  CdR 247/2009 fin.

(10)  CdR 247/2009 fin.

(11)  CdR 10/2009 fin.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/217


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Programm tal-konsumaturi 2014-2020”

2012/C 225/17

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappoġġja l-objettiv li jitkomplew it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-protezzjoni tal-konsumaturi fi ħdan l-UE, li hija kundizzjoni essenzjali għall-funzjonament tas-suq uniku;

huwa tal-fehma minħabba r-riskji marbuta mal-globalizzazzjoni tal-katina tal-produttività jeħtieġu kollaborazzjoni aktar effikaċi bejn l-awtoritajiet bil-għan li tiġi evitata l-wasla ta’ prodotti perikolużi fis-suq uniku u li jittieħdu l-miżuri li jiġu imposti kull meta jseħħ dan;

huwa tal-fehma li l-baġit allokat għall-programm tal-protezzjoni tal-konsumaturi mhuwiex biżżejjed. Fil-fatt, għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-programm jingħata EUR 197 miljun, ammont tant baxx li huwa ekwivalenti għal inqas minn 5 ċenteżmi euro għal kull konsumatur Ewropew;

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom rwol ċentrali f’dan il-qasam peress li dawn huma l-aktar viċin tal-konsumaturi. Minħabba l-possibbiltajiet imnaqqsa li joffri l-baġit limitat attwali, l-appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali għandu jingħata aktar attenzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha rwol aktar attiv sabiex tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ netwerk li jippermetti lill-organizzazzjonijiet lokali li jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom aktar faċilment;

iqis ukoll bħala essenzjali li fil-livell Ewropew ukoll jiġu kkontrollati l-aspetti loġistiċi tal-edukazzjoni li tippromovi s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi b’rispett tas-sistema ta’ tqassim tal-kompetenzi. Il-programmi ta’ studji fis-sistemi differenti tal-iskejjel huma diversi ħafna, kemm mil-lat ta’ kontenut kif ukoll mil-lat ta’ metodi. Jista’ jitħejja u jiġi rrakkomandat kontenut ta’ tagħlim armonizzat dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, li jkun jinkludi għarfien adatt għal kull livell edukattiv;

jemmen li huwa essenzjali li jissaħħaħ l-appoġġ għall-assoċjazzjonijiet li jiddefendu l-konsumaturi;

josserva bi tħassib li minkejja li l-Kummissjoni Ewropea kienet diġà ħabbret fil-programm tagħha tal-konsumaturi 2007-2013 li kienet qed tippjana li tieħu miżuri li jikkonċernaw il-mekkaniżmi ta’ rikors kollettiv li jistgħu jintużaw mill-konsumaturi fil-każ ta’ ksur tar-regolamenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, s’issa għadha ma ġiet formulata l-ebda proposta leġislattiva;

Relatur

Is-Sur SÉRTŐ-RADICS (HU/ALDE), Sindku ta’ Uszka

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020

COM(2011) 707 final

I.   KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jappoġġja l-objettiv politiku li titkompla l-armonizzazzjoni tas-suq intern u li jitjieb il-funzjonament tiegħu għall-konsumaturi u l-intrapriżi, u b’mod partikolari għall-SMEs, peress li dawn jikkostitwixxu l-maġġoranza kbira tal-intrapriżi Ewropej (aktar minn 90 %). Il-KtR madankollu jkompli jiddefendi l-objettiv li jitkomplew it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-protezzjoni tal-konsumaturi fi ħdan l-UE, li hija kundizzjoni essenzjali għall-funzjonament tas-suq uniku;

2.

f’dan ir-rigward jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw post ċentrali fis-suq intern bħala konsumaturi infurmati. Skont il-Kumitat din ser tippermetti li jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq uniku. L-objettivi prinċipali tal-programm huma l-garanzija tas-sigurtà tal-popolazzjoni Ewropea u d-difiża tal-interessi ekonomiċi tagħha. Il-politika tal-konsumaturi tal-UE tappoġġja u tikkompleta dawk tal-Istati Membri. L-ingranaġġ tal-forza ekonomika vasta tal-infiq tal-konsumatur (li jirrappreżenta 56 % tal-PGD tal-UE) għandu jagħti kontribut importanti lis-sodisfazzjon tal-objettiv tal-UE tat-trawwim mill-ġdid tat-tkabbir;

3.

jinsisti dwar il-ħtieġa li tiġi garantita ċerta kontinwità bejn il-programmi attwali u dawk tal-ġejjieni, b’konformità mal-konklużjonijiet tar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-istrateġija u tal-programm fil-qasam tal-konsumaturi, li jenfasizzaw in-natura relattivament reċenti ta’ din il-politika fil-livell Ewropew u l-importanza kruċjali tal-kontinwità sabiex tiġi assigurata l-effikaċja sħiħa tagħha;

4.

huwa tal-fehma li l-baġit allokat għall-programm tal-protezzjoni tal-konsumaturi mhuwiex biżżejjed. Fil-fatt, għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-programm jingħata EUR 197 miljun, ammont tant baxx li huwa ekwivalenti għal inqas minn 5 ċenteżmi euro għal kull konsumatur Ewropew;

5.

huwa tal-fehma li għandu jiġi żgurat li l-Istati Membri individwali jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jipproteġu l-karatteristiċi nazzjonali tagħhom fl-attivitajiet pubbliċi ffinanzjati mill-Istat, perżempju fl-oqsma tas-servizzi tas-saħħa, tal-mediċina u tal-edukazzjoni;

II.   KUMMENTI PARTIKOLARI

Sigurtà

6.

huwa tal-fehma li d-differenzi fil-mod kif l-Istati Membri jiżguraw ir-rispett għal-leġislazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti, kif ukoll tal-presenza ta’ prodotti perikolużi fi ħdan is-suq uniku u r-riskji marbuta mal-globalizzazzjoni tal-katina tal-produttività jeħtieġu kollaborazzjoni aktar effikaċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li tiġi evitata l-wasla ta’ prodotti perikolużi fis-suq uniku u li jittieħdu l-miżuri li jiġu imposti kull meta jseħħ dan;

7.

huwa tal-fehma li l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq, bħalma hija r-RAPEX, jattiraw b’mod effikaċi l-attenzjoni għal-lista ta’ prodotti perikolużi, iżda dawn il-prodotti ma jiġux irtirati mis-suq bl-istess effikaċja fil-pajjiżi membri differenti. Jeħtieġ, minn naħa, li tiġi appoġġjata finanzjarjament il-ġestjoni u t-tħaddim tajjeb tan-netwerk tar-RAPEX, tan-netwerk ta’ kooperazzjoni fil-Ħarsien tal-Konsumaturi, u bażijiet tad-data tal-kożmetiċi, iżda wkoll li fil-livell Ewropew jiġu armonizzati s-sistemi differenti ta’ sorveljanza peress li f’dan il-qasam dejjem qed jiġi rreġistrat livell baxx ta’ progress;

8.

jiddeplora l-fatt li minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà, il-kummerċ transkonfinali dejjem ikun inferjuri għal-livell mixtieq. Fl-2010, il-fiduċja fit-transazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri l-perċentwal tal-konsumaturi li għandhom fiduċja fil-bejjiegħa onlajn stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, kien ta’ 37 %. Fis-sitwazzjoni ekonomika attwali, l-isfruttament massimu tal-potenzjal tas-suq uniku huwa ta’ importanza kbira u jeħtieġ għaldaqstant li l-perċentwal hawn fuq imsemmi jilħaq il-50 % tul is-seba’ snin li ġejjin;

9.

jemmen li l-azzjonijiet fil-livell tal-UE u l-kooperazzjoni permezz tan-netwerk tad-Direttiva dwar is-sigurtà tal-prodotti jagħtu riżultati aħjar minn serje ta’ azzjonijiet individwali mill-Istati Membri għaliex dawn isolvu n-nuqqasijiet fl-informazzjoni, inkluż l-użu ta’ informazzjoni miġbura minn pajjiżi oħra (pereżempju ċ-Ċina), u jevitaw id-differenzi fis-suq uniku. Għaldaqstant il-KtR iqis li huwa essenzjali li tiġi attirata l-attenzjoni fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fis-sistema Ewropea tas-sorveljanza tas-suq. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti perikolużi u ta’ kwalità medjokri li wieħed jista’ jsib fis-suq ġejjin minn dawn il-pajjiżi, u huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti sabiex tiġi assigurata l-prevenzjoni;

Informazzjoni u edukazzjoni

10.

juri wkoll li d-data komparabbli tista’ biss tinġabar u tiġi analizzata fil-livell tal-Unjoni jekk irridu nippruvaw inwettqu analiżi globali tal-funzjonament tas-suq uniku u nistabbilixxu punti ta’ referenza. Id-data trid tkun ta’ min joqgħod fuqha u rappreżentattiva sabiex tiġi sfruttata mhux biss fil-livell tal-UE iżda wkoll f’dak nazzjonali. L-istudji ta’ mġiba marbuta mal-politiki u t-testijiet adegwati huma wkoll għodda prattiċi li jippermettu l-iżvilupp ta’ regolamentazzjoni akar intelliġenti;

11.

jemmen li huwa essenzjali li jissaħħaħ l-appoġġ għall-assoċjazzjonijiet li jiddefendu l-konsumaturi. Fil-fatt il-KtR iqis li dawn l-assoċjazzjonijiet huma l-uniċi organizzazzjonijiet kapaċi jassiguraw rappreżentanza b’saħħitha u magħquda tal-konsumaturi fil-livell Ewropew u jipprovdu data armonizzata dwar il-konsumaturi meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni Ewropea mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fid-djalogu fil-livell tal-UE;

12.

iqis ukoll bħala essenzjali li fil-livell Ewropew ukoll tiġi enfasizzata l-importanza tar-rwol tal-edukazzjoni, anke f’termini loġistiċi, li tippromovi s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi b’rispett tas-sistema ta’ tqassim tal-kompetenzi. Il-programmi ta’ studji fis-sistemi differenti tal-iskejjel huma diversi ħafna, kemm mil-lat ta’ kontenut kif ukoll mil-lat ta’ metodi. Jista’ jitħejja u jiġi rrakkomandat kontenut ta’ tagħlim armonizzat dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, li jkun jinkludi għarfien adatt għal kull livell edukattiv. It-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumaturi immexxi fil-livell Ewropew iwassal sabiex jingħelbu l-inkoerenzi f’dan il-qasam; iqis ukoll bħala importanti li l-edukazzjoni tal-konsumaturi ssir, b’mod li jkun adatt għal-livelli differenti ta’ edukazzjoni, parti integrali mill-materjal ta’ tagħlim, tkun xi tkun is-sistema skolastika. Dan il-kompitu, fid-dawl tat-tqassim tal-kompetenzi fl-UE, huwa f’idejn l-Istati Membri. L-edukazzjoni tal-konsumaturi tkun tista’ tiġi ttrattata b’mod suffiċjenti fil-klassi, jekk l-importanza tagħha tiġi rikonoxxuta fuq skala Ewropea;

13.

barra minn hekk jemmen fl-importanza kbira tat-taħriġ kontinwu tal-kollaboraturi tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi peress li dawn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jassumu b’mod effettiv il-kompiti li jinfurmaw lill-konsumaturi b’mod ġenerali, l-aktar fil-każijiet ta’ kuntratti kumplessi mal-fornituri tas-servizzi. F’dan il-qasam, huwa diffiċli ħafna li l-kompiti jiġu ċċentralizzati fil-livell Ewropew. Fil-livell Ewropew dawn jistgħu jiġu allokati lill-organizzazzjonijiet lokali jew reġjonali li jistgħu jkunu responsabbli mill-implimentazzjoni tagħhom waqt li jqisu r-regolamenti legali lokali;

14.

jemmen ukoll li m’għandhiex tintesa l-importanza li jitħarrġu l-uffiċjali li jaħdmu fid-dipartimenti amministrattivi pubbliċi u muniċipali responsabbli mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Għal dan il-għan, ikun għaqli li jiġu promossi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, għall-applikazzjoni tal-istandards u għall-valutazzjoni tar-riskji billi jiġi appoġġat taħriġ fil-livell Ewropew;

Drittijiet u rimedji

15.

jiddispjaċih għalhekk li minkejja li dawn il-kompiti li jirriżultaw minn dan l-objettiv huma prattikament identiċi għall-awtoritajiet kollha involuti fil-protezzjoni tal-konsumaturi, ta’ spiss jitwettqu separament b’mod parallel mill-kategoriji differenti ta’ organizzazzjonijiet (organizzazzjonijiet ċivili, korpi pubbliċi jew muniċipali, uffiċċji ta’ informazzjoni u ta’ assistenza) b’mod ġenerali kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali u bi grad limitat ta’ effettività;

16.

huwa tal-fehma li l-problemi huma marbutin mill-qrib mal-ġestjoni tal-ilmenti min-naħa tal-konsumaturi peress li l-maġġoranza tal-każijiet li jidhru quddiem il-korpi tal-protezzjoni tal-konsumaturi huma fil-forma ta’ lmenti. Peress li ma kienx possibbli li titjieb l-effiċjenza f’dan il-qasam, l-iskuntentizza tal-konsumaturi tkompli tikber;

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 8 % biss tal-baġit allokat għall-programm ser ikun iddedikat għat-tħejjija ta’ regoli ġodda;

18.

jemmen li huwa importanti li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li jiġu eżaminati l-limitazzjonijiet fi ħdan il-leġislazzjoni. Paradossalment, l-inklużjoni ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi fil-leġislazzjoni nazzjonali naqqset b’mod radikali l-faċilità li biha l-organizzazzjonijiet li jiddefendu l-konsumaturi jittrattaw ilmenti rigward il-kwalità. Dan qed jiġri minħabba li m’għandhomx kompetenza f’dan ir-rigward. Fil-fatt, il-ġurisdizzjoni kompetenti saret l-ewwel korp ta’ rikors;

19.

josserva bi tħassib li minkejja li l-Kummissjoni Ewropea kienet diġà ħabbret fil-programm tagħha tal-konsumaturi 2007-2013 li kienet qed tippjana li tieħu miżuri li jikkonċernaw il-mekkaniżmi ta’ rikors kollettiv li jistgħu jintużaw mill-konsumaturi fil-każ ta’ ksur tar-regolamenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, s’issa għadha ma ġiet formulata l-ebda proposta leġislattiva;

20.

f’dan ir-rigward jixtieq jenfasizza li r-rikors kollettiv ġudizjarju, li attwalment qed iseħħ fil-livell nazzjonali f’14-il Stat Membru tal-UE, jippermetti biex il-vittmi faċilment jiġu rimburżati fil-każ ta’ danni kollettivi, bħal pereżempju fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjiriet tal-ajru, prodotti difettużi u pariri finanzjarji irresponsabbli. Jidher li tinħtieġ l-estensjoni ta’ dan il-mekkaniżmu sabiex jinkludi pajjiżi oħra tal-UE, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ dan għal disputi transkonfinali. Huwa stmat diġà li d-danni mhux kopruti li jirriżultaw mill-ksur tal-leġislazzjoni Ewropea fil-qasam ta’ mġiba antikompetittiva jitilgħu għal aktar minn EUR 20 biljun fis-sena. Madankollu għandhom jiġu esklużi l-azzjonijiet kollettivi tan-nonparteċipazzjoni (“opt-out”), li jsegwu l-mudell tal-“class action” tal-Istati Uniti. Il-konsumaturi għandhom jiddeċiedu b’mod attiv jekk humiex ser jinfurzaw id-drittijiet individwali tagħhom jew le permezz ta’ rikors legali (“opt-in”);

21.

jenfasizza li l-proposti tal-Kummissjoni m’għandhomx imorru lil hinn minn twaqqif ta’ qafas legali. Bħal fil-każ tad-Direttiva 98/27/KE dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, dawn għandhom jinkludu mhux iktar minn rekwiżiti dwar l-istandards minimi nazzjonali li jridu jintlaħqu filwaqt li jitħalla f’idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar id-dettalji ta’ kif għandhom jiġu trasposti l-mekkaniżmi kollettivi ta’ rimedju, filwaqt li jiġu rispettati t-tradizzjonijiet legali nazzjonali rispettivi. Fil-każ li l-UE tesiġi kompetenza għal aktar mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv, dawn għandhom jiġu adattati għal-liġijiet u s-sistemi legali ta’ rimedju tal-Istati Membri rispettivi;

22.

madankollu jemmen li huwa essenzjali li tiġi stabbilita interface onlajn għas-soluzzjoni tat-tilwim. Ovvjament, dan il-mekkaniżmu jista’ jservi b’mod effikaċi l-interessi tal-konsumaturi biss jekk dan ikun jista’ jintuża faċilment u fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri. Il-vantaġġ ta’ sistema onlajn ġej mill-fatt li l-użu ta’ din mhux ser jiġi affettwat mill-ostakli li jirriżultaw mid-differenzi fir-regolamentazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha f’kull Stat Membru;

23.

jenfasizza li l-aċċessibbiltà internazzjonali tal-korpi alternattivi u l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet onlajn huma bżonnijiet li ma jistgħux jiġu evitati. Għalhekk hemm bżonn li jiġu analizzati l-possibbiltà u l-mod kif id-deċiżjonijiet maħruġa minn dawn il-korpi jkunu aktar aċċettabbli għall-partijiet interessati. Jagħmel ukoll sens li l-konsumatur ikun awtorizzat jagħżel l-organizzazzjoni, minn fost l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi differenti, li tagħtih l-aktar drittijiet;

24.

iqis neċessarju li għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-protezzjoni tal-konsumaturi jiġu implimentati mezzi speċifiċi ta’ appoġġ fir-rigward tar-rwol tagħhom sabiex jipprovdu rappreżentanza legali u pariri legali għall-konsumaturi. Il-fatt li l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet ċivili b’responsabbiltajiet fil-livell tal-Unjoni u li jibbenefikaw mill-għajnuna tal-UE jippermetti li tissaħħaħ b’mod konsiderevoli l-bażi ta’ dawn l-istess organizzazzjonijiet kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi li jappartjenu għalihom. L-intrapriżi aktar isegwu d-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tal-kwistjoni tagħhom jekk dawn ikunu jistgħu jibbażaw fuq rappreżentanza legali effettiva fi stadju bikri kif ukoll jantiċipaw ir-riżultat ta’ proċedura legali eventwali;

Traspożizzjoni

25.

jenfasizza l-importanza li r-regolament dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi jipprovdi wkoll għall-proġetti konġunti, il-miżuri konġunti ta’ implimentazzjoni u l-iskambju tal-uffiċjali. F’dan ir-rigward wieħed jinnota li l-azzjonijiet koordinati li jinkludu bosta Stati Membri (kofinanzjati mill-programm u mill-Istati Membri konċernati), bħalma huma s-“sweeps”, huma mod effiċjenti ħafna;

26.

minħabba dan, iqis importanti li jiġi ppreċiżat li l-ilmenti transkonfinali jistgħu jiġu ttrattati b’mod effikaċi biss permezz tal-kooperazzjoni. L-inizjattivi mnedija dwar l-ipproċessar tal-ilmenti, u b’mod partikolari t-tnedija ta’ bażi ta’ data komuni fil-livell Ewropew, huma importanti ħafna. Madankollu, bħalma huwa l-każ għas-sistemi kbar Ewropej l-oħra (RAPEX), jeħtieġ li tiġi żviluppata l-applikabbiltà prattika, ġustament sabiex jiġi intensifikat l-użu fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti;

27.

iqis li n-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, iffinanzjat mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, huwa strument meħtieġ u partikolarment utli. Dan huwa netwerk Ewropew li jipprovdi informazzjoni u appoġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur li jistgħu jirrikorru għalih il-konsumaturi f’każ ta’ azzjoni kontra operatur tas-suq stabbilit fi Stat Membru ieħor meta jinqalgħu problemi fil-kuntest ta’ xiri transkonfinali;

28.

jinnota b’dispjaċir li f’għadd ta’ każijiet, iċ-ċentri Ewropej tal-konsumaturi mhumiex dejjem intrinsikament marbuta mal-istrutturi implikati fir-regolament tal-ilmenti u d-disputi minħabba nuqqas ta’ kompetenza fil-qasam ta’ soluzzjonijiet konkreti. Fejn ma jkunux disponibbli strumenti legali li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri effikaċi, li sussegwentement ma jkunux konformi mal-prinċipji leġislattivi tal-Unjoni, huwa probabbli li ser jiżdied il-livell ta’ skuntentizza.

III.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

29.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom rwol ċentrali f’dan il-qasam peress li dawn huma l-aktar viċin tal-konsumaturi. Minħabba l-possibbiltajiet imnaqqsa li joffri l-baġit limitat attwali, l-appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali għandu jingħata aktar attenzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha rwol aktar attiv sabiex tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ netwerk li jippermetti lill-organizzazzjonijiet lokali li jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom aktar faċilment;

30.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tinħtieġ difiża tal-interessi tal-konsumaturi simultanjament fil-livell lokali u f’dak tal-Istati Membri. Sabiex tkun żgurata relazzjoni aħjar bejn l-ispiża u l-effikaċja, jeħtieġ li jitħejja taħriġ fil-qasam tad-difiża tal-konsumaturi fil-livell lokali u reġjonali. Madankollu jeħtieġ li l-ilmenti tal-konsumaturi jiġu ttrattati fuq bażi ta’ approċċ gradwali. F’perjodu ta’ kriżi ekonomika, il-livell ta’ attività tal-konsumaturi għandu importanza ħafna akbar;

31.

jemmen li tinħtieġ l-integrazzjoni tal-korpi reġjonali fin-netwerk tal-organizzazzjonijiet Ewropej sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn finanzjamenti tal-Kummissjoni. Dan ser jippermetti li tiġi garantita għall-konsumaturi l-possibbiltà li jressqu l-problemi tagħhom fil-post l-aktar viċin ġeografikament. L-ippjanar tal-attivitajiet permezz tal-organizzazzjonijiet lokali ikun ħafna aktar effikaċi;

32.

huwa tal-fehma li ser ikun possibbli li jissaħħu l-kompetenzi tar-reġjuni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi billi jiġu appoġġjati ċ-ċentri universitarji reġjonali li jwettqu riċerka f’dan il-qasam. Dawn iċ-ċentri għaldaqstant ser ikunu kapaċi joħolqu bażi ta’ għarfien meħtieġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex tiġi implimentata b’mod effikaċi l-politika reġjonali tal-protezzjoni tal-konsumaturi.

IV.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 5(1)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

huma nongovernattivi, mingħajr skop ta’ qligħ, indipendenti mill-interess tal-industrija, kummerċjali u tan-negozju jew interessi konfliġġenti oħra, u għandhom bħala objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi fl-Unjoni;

huma nongovernattivi, mingħajr skop ta’ qligħ, indipendenti mill-interess tal-industrija, kummerċjali u tan-negozju jew interessi konfliġġenti oħra, u għandhom bħala objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi fl-Unjoni;

Emenda 2

Artikolu 5(2)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

huma nongovernattivi, mingħajr skop ta’ qligħ, indipendenti mill-interessi tan-negozju jew interessi konfliġġenti oħra, u għandhom bħala objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi;

huma nongovernattivi, mingħajr skop ta’ qligħ, indipendenti mill-interessi tan-negozju jew interessi konfliġġenti oħra, u għandhom bħala objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi;

Emenda 3

Artikolu 5(2)(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

iwettqu l-attivitajiet kollha li ġejjin: jipprovdu mekkaniżmu formali għar-rappreżentanti tal-konsumatur mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi biex jikkontribwixxu fid-diskussjonijiet politiċi u fil-politiki, jorganizzaw laqgħat mal-uffiċjali tal-politika u mar-regolaturi biex jippromvovu u jiddefendu l-interessi tal-konsumatur mal-awtoritajiet pubbliċi, jidentifikaw kwistjonijiet u sfidi komuni b'rabta mal-konsumatur, jippromwovu l-perspettivi tal-konsumaturi fil-kuntest tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, jikkontribwixxu għall-iskambju u t-tixrid tal-għarfien espert u tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-konsumatur fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, u jipproduċu rakkomandazzjonijiet għall-politika.

iwettqu l-attivitajiet kollha li ġejjin: jipprovdu mekkaniżmu formali għar-rappreżentanti tal-konsumatur mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi biex jikkontribwixxu fid-diskussjonijiet politiċi u fil-politiki, jorganizzaw laqgħat mal-uffiċjali tal-politika u mar-regolaturi biex jippromvovu u jiddefendu l-interessi tal-konsumatur mal-awtoritajiet pubbliċi , jidentifikaw kwistjonijiet u sfidi komuni b'rabta mal-konsumatur, jippromwovu l-perspettivi tal-konsumaturi fil-kuntest tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, jikkontribwixxu għall-iskambju u t-tixrid tal-għarfien espert u tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-konsumatur fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, u jipproduċu rakkomandazzjonijiet għall-politika.

Raġuni

Hemm lok fejn il-kamp ta’ attività tal-benefiċjarji eliġibbli jitwessa’ wkoll biex jinkludi l-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex fihom jiġu organizzati laqgħat mal-uffiċjali attivi fil-qasam tad-difiża tal-konsumaturi.

Emenda 4

Artikolu 5(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp mingħajr skop ta’ qligħ magħżul permezz ta’ proċedura trasparenti u maħtur minn Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Il-korp maħtur għandu jkun parti minn netwerk tal-Unjoni li jipprovdi informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni ta’ tilwim xierqa (In-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur).

Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp mingħajr skop ta’ qligħ magħżul permezz ta’ proċedura trasparenti u maħtur minn Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Il-korp maħtur għandu jkun parti minn netwerk tal-Unjoni li jipprovdi informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni ta’ tilwim xierqa (In-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur).

Raġuni

Il-korpi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jissemmew ukoll fost il-benefiċjarji eliġibbli.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/223


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Is-saħħa għat-tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE għall-perjodu 2014-2020”

2012/C 225/18

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jinnota bi tħassib li l-isem magħżul għall-programm, jiġifieri “Is-Saħħa għat-Tkabbir”, inaqqas il-qasam tas-saħħa għall-utilità purament ekonomika tiegħu mingħajr ma jpoġġi lin-nies fil-qalba tal-programm;

jilqa' l-objettivi ġenerali tal-programm;

jiddubita kemm l-ammont totali ta’ EUR 446 miljun allokat għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 huwa biżżejjed, minkejja li żdied meta mqabbel mal-programmi preċedenti. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni m'għażlitx li talloka baġit akbar fid-dawl tal-vantaġġi ekonomiċi ġġenerati mit-tnaqqis tal-ispejjeż tas-saħħa u tal-assenzi mix-xogħol għal raġunijiet ta’ mard;

jilqa' d-dispożizzjoni li tgħid li l-għotjiet finanzjarji jingħataw biss meta jkun hemm valur miżjud ċar għall-UE, iżda jfakkar li dan il-valur miżjud innovattiv għandu jiġi definit fid-dawl tal-benefiċċju tal-pazjenti u mhux għal għanijiet kummerċjali jew biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa biss;

huwa tal-fehma li l-konfinanzjament tal-azzjonijiet għandu jkun regolat b'konformità mal-prinċipji tal-Fondi Strutturali sabiex ir-reġjuni li jinsabu lura f'termini ta’ żvilupp jibbenefikaw mill-appoġġ adegwat;

jistenna li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-NGOs jiġu involuti wkoll fit-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-programm, tal-proġetti individwali u tal-istudji.

Relatur

Is-Sur TÖGEL (DE/PSE), Membru tal-Parlament tal-Landtag ta’ Sachsen-Anhalt

Dokument ta’ referenza

Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014-2020

COM(2011) 709 final

1.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jappoġġja l-isforzi u l-inizjattivi maħsubin biex jiżguraw li n-nies fl-Ewropa jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa pubblika li tkun ibbażata fuq l-aħħar għarfien xjentifiku dwar il-benesseri tal-bniedem. Dan għandu jkun l-għan tal-atturi kollha tal-politika u s-sistema tas-saħħa fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali;

2.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza f'dan ir-rigward li politika tas-saħħa sostenibbli għandha dejjem tikkunsidra l-fatturi l-oħra relatati mal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, bħal pereżempju l-kundizzjonijiet soċjali, l-istil ta’ ħajja, il-kultura, l-edukazzjoni, l-aspetti relatati mal-ambjent u l-istrutturi soċjali. Hemm bżonn ta’ netwerk ta’ innovazzjonijiet f'kull qasam soċjalment rilevanti sabiex jiġu identifikati kemm jista' jkun malajr il-fatturi ta’ riskju u jkunu jistgħu jiġu miġġielda f'qasir żmien il-konsegwenzi negattivi tagħhom;

3.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jinnota li fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programm hemm ir-riskju li l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa jiġu ridotti għall-inugwaljanza fl-aċċess għal ċerti tipi ta’ trattamenti. B'hekk jitwarrbu fil-ġenb l-isforzi biex jitneħħew id-differenzi soċjali li joħolqu dawn l-inugwaljanzi;

4.

Fit-titolu tiegħu, il-programm jagħmel referenza għall-kunċett tat-tkabbir li ma jiġi definit imkien. Peress li ma ssir l-ebda riflessjoni dwar dan il-kunċett, l-użu tiegħu bħala l-għan tal-programm huwa dubjuż. Anke jekk il-programm jippromovi b'mod prijoritarju l-innovazzjonijiet fil-mekkaniżmi tal-komunikazzjoni bejn l-atturi differenti fil-qasam tas-saħħa, in-nies u saħħithom għandhom jibqgħu fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Huwa minnu li r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-investimenti fis-settur tas-saħħa għandha tiġi enfasizzata bis-sħiħ, però fil-proposta dan isir b'mod eċċessiv. Dan joħloq ir-riskju li l-investimenti fis-saħħa jiġu kkunsidrati biss minn lenti ekonomika, u għaldaqstant jimplika li l-livell Ewropew jaħdem biss b'nofs qalb għall-promozzjoni tal-benesseri fiżiku u mentali;

5.

F'dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni jtenni l-preokkupazzjoni tiegħu li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni tas-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri ħafna drabi jkunu ta’ ħsara għall-investimenti fis-sistemi tas-saħħa. Għalhekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li l-prijorità għandha tkun li jiġi garantit l-aċċess għall-kura tas-saħħa. Huwa jassumi li f'dan il-programm jistgħu jiġu implimentati wkoll sinerġiji, bħal dawk li jistgħu jinħolqu permezz tas-sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex is-sistemi tas-saħħa jkunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi futuri;

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti preliminari ġenerali

6.

jirrikonoxxi u jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex jitkomplew il-programmi tas-saħħa b'konformità mal-objettivi strateġiċi tal-“Aġenda Ewropa 2020” u l-programm ta’ azzjoni attwali tagħha “Is-Saħħa għat-Tkabbir”. Jilqa' b'mod partikolari l-enfasi fuq is-sistemi innovattivi u sostenibbli tas-saħħa, fuq l-użu aħjar tar-riżorsi, fuq il-miżuri fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa, fuq il-prevenzjoni tal-mard, u fuq in-netwerking transkonfinali biex jiġi evitat u miġġieled it-theddid għas-saħħa;

7.

jinnota bi tħassib li l-isem magħżul għall-programm, jiġifieri “Is-Saħħa għat-Tkabbir”, inaqqas il-qasam tas-saħħa għall-utilità purament ekonomika tiegħu mingħajr ma jpoġġi lin-nies fil-qalba tal-programm. B'hekk, dan l-isem ma jirriflettix l-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4, pereżempju ż-“Żieda fl-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini” fl-Artikolu 4(2) u “Il-ħarsien taċ-ċittadini minn theddid għas-saħħa ta’ natura transkonfinali” fl-Artikolu 4(4);

8.

jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li l-isem magħżul għall-programm jista' jkun diskriminatorju għall-persuni morda u b'diżabbiltà, għaliex jissuġġerixxi li l-persuni f'saħħithom biss jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għalhekk huma mixtieqa mil-lat ekonomiku. Dan l-isem ma jirriflettix li anke n-nies morda u b'diżabbiltà jistgħu jipparteċipaw fil-ħajja tax-xogħol bħan-nies l-oħra u, b'hekk, jistgħu jagħtu kontribut siewi fil-livell ekonomiku, dejjem jekk jiġu appoġġjati permezz tal-miżuri meħtieġa;

9.

f'dan il-kuntest, jinnota li huwa diffiċli tingħaraf ir-rabta bejn il-kontenut tal-programm u dak tal-istrateġija tal-WHO “Is-Saħħa 21 – Is-Saħħa għal Kulħadd fis-Seklu 21”, u li l-programm mhux iffokat fuq għanijiet komparabbli. Il-WHO tenfasizza li l-għan ta’ strateġija tas-saħħa hija l-ħtieġa urġenti li jitneħħew l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi sabiex tittejjeb is-saħħa tal-popolazzjoni kollha. Titlob ukoll li jittieħdu għadd ta’ miżuri b'mod speċjali għall-persuni fil-bżonn u dawk li mhumiex f'saħħithom, li jitneħħew l-ostakli għall-kura tas-saħħa kif ukoll li jiġu indirizzati l-iżvantaġġi soċjali u dawk relatati mas-saħħa (Punt II tal-Preambolu tad-Dikjarazzjoni tal-WHO “Saħħa 21” tal-51 assemblea tal-WHO). Dawn l-aspetti ma jinsabux fil-programm, li jenfasizza biss l-opportunitajiet mogħtija għall-iżvilupp ekonomiku. Il-KtR jistenna li l-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-kumitat reġjonali tal-WHO għat-tħejjija tal-politika Ewropea futura fil-qasam tas-saħħa “Saħħa 2020”;

Kapitolu I, Dispożizzjonijiet Ġenerali

10.

jilqa' l-fatt li l-programm propost għandu jkompli jibni fuq it-tieni programm ta’ azzjoni, li jintemm fl-2013, u l-ewwel programm ta’ azzjoni (2003-2007);

11.

f'dan ir-rigward, jikkritika l-fatt li ma saritx evalwazzjoni ta’ dawn il-programmi u jinnota li s-“Sommarju tal-evalwazzjoni ex post tal-Programm tas-Saħħa Pubblika għall-2003-2007 u l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm tas-Saħħa għall-2008-2013” li jinsab fil-punt 6.5.3 tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja mhux biżżejjed biex jiġu valutati r-rakkomandazzjonjiet tal-Qorti tal-Awdituri u l-implimentazzjoni tagħhom f'dan il-programm;

12.

jilqa' l-objettivi ġenerali tal-programm definiti fl-Artikolu 2, jiġifieri:

il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex tinħoloq sistema effettiva tat-trasferiment tal-innovazzjonijiet fil-qasam tas-saħħa,

għat-tisħiħ tal-vijabbiltà finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri individwali fid-dawl tal-pressjonijiet demografiċi u finanzjarji, u

għall-protezzjoni mit-theddid transkonfinali għas-saħħa, u

u b'hekk għat-titjib kontinwu ta’ saħħet iċ-ċittadini;

13.

jinnota bi tħassib in-nuqqas tal-involviment meħtieġ tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li huma ġeneralment responsabbli li joħolqu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ saħħa tajba u jiggarantixxu kura tas-saħħa adegwata u li jorganizzaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa, u n-nuqqas ta’ konsultazzjoni preliminari mal-partijiet interessati;

14.

għalhekk, jistenna li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-NGOs jiġu involuti wkoll fit-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-programm, tal-proġetti individwali u tal-istudji;

15.

jinnota b'għajn kritika li l-abbozz ta’ Regolament idaħħal xi kunċetti u għodod ġodda li l-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom ma jiġux indikati b'mod sħiħ. Għalhekk mhux ċar għalkollox liema “għodod u mekkaniżmi komuni fil-livell tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ riżorsi, kemm umani u kemm finanzjarji, u biex jiffaċilitaw l-użu tal-innovazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa […]” imsemmijin fl-ewwel objettiv għandhom jiġu żviluppati. L-għodod ġodda m'għandhomx joħolqu strutturi u spejjeż doppji jew iwasslu għal piż amministrattiv jew finanzjarju akbar;

Kapitolu II, Objettivi u azzjonijiet

16.

jappoġġja l-intenzjoni tal-programm li jinkoraġġixxi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u l-professjonisti tas-saħħa u l-istabbilimenti tas-saħħa biex jadottaw il-prodotti u s-servizzi innovattivi u siewja li jirriżultaw mill-għodod, il-mekkaniżmi u l-linji gwida żviluppati fil-qasam tas-saħħa. B'hekk għandhom jiġu ffrankati l-flus fuq perjodu twil ta’ żmien u fl-istess ħin jiżdiedu l-effiċjenza u l-vijabbiltà tas-sistemi tas-saħħa, u jappella biex f'perjodu medju ta’ żmien tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ inċentivi komplementari u ta’ akkumpanjament li tappoġġja dawn l-effetti;

17.

jilqa' l-objettiv li jittejjeb l-aċċess għall-għarfien espert fil-qasam mediku u l-informazzjoni dwar mard speċifiku lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-objettiv li jiġu żviluppati soluzzjonijiet u linji gwida komuni sabiex tittejjeb il-kwalità tal-kura tas-saħħa u tas-sikurezza tal-pazjenti. L-atturi u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiki fil-qasam tas-saħħa u l-professjonisti tas-saħħa għandhom jiġu mħeġġa jużaw l-għarfien espert ċentralizzat fin-netwerks ta’ referenza Ewropej u japplikaw il-linji gwida li jitfasslu. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll programmi ta’ skambju għal kategoriji differenti tal-persunal fil-qasam tas-saħħa, bħat-tobba, l-infermiera, l-infermiera awżiljari u l-ispeċjalisti fil-qasam tas-saħħa;

18.

jaqbel mal-ħtieġa li, għal dan il-għan, tiġi promossa l-kooperazzjoni fil-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jiġi studjat il-potenzjal tas-servizzi elettroniċi tas-saħħa, u jesiġi li l-kooperazzjoni fuq ir-reġistri elettroniċi tal-pazjenti tirrispetta l-istandards u l-esiġenzi marbutin mal-protezzjoni tad-data, is-sigriet mediku u l-awtonomija tal-pazjent;

19.

jemmen li l-enfasi fuq l-identifikazzjoni, it-tixrid u l-promozzjoni tal-applikazzjoni tal-miżuri u l-proġetti li taw prova li huma tajbin fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard ikkawżat, fost affarijiet oħra, mit-tipjip, dieta ħażina, nuqqas ta’ eżerċizzju, l-abbuż mill-alkoħol u s-sess mhux protett, huwa l-approċċ it-tajjeb. Barra minn hekk, jistenna li jiġu indirizzati wkoll ir-reżistenza dejjem tikber għall-antibijotiċi u r-rabta mal-użu tal-antibijotiċi għat-trobbija tal-annimali, speċjalment it-trobbija tal-annimali industrijali (factory farming) u l-bżonn ta’ prevenzjoni kontra l-mard permezz tat-tilqim. Il-programm għandu jikkunsidra wkoll il-kwistjonijiet tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, is-saħħa mentali, il-fatturi soċjali u l-benesseri fid-dawl tar-rabta mal-kriżi ekonomika u finanzjarja persistenti, liema kwistjonijiet mhumiex ikkunsidrati bħalissa;

20.

jappoġġja l-azzjonijiet eliġibbli definiti fl-Artikolu 4(1), b'mod partikolari l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u ż-żieda fl-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet tas-servizzi elettroniċi tas-saħħa sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-pazjenti;

21.

barra mill-kooperazzjoni fil-qasam tal-valutazzjoni tat-teknoloġija, huwa jitlob ukoll li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-saħħa, b'mod partikolari fil-kuntest tal-istrateġiji, pjani u programmi attwali jew li għadhom iridu jiġu implimentati fi ħdan is-settur tas-saħħa u lil hinn minnu;

22.

jitlob li jiġi analizzat jekk, fil-qafas tal-iżvilupp ta’ azzjonijiet koordinati fil-livell tal-UE bil-għan li l-pazjenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kura tas-saħħa transkonfinali, is-self-help groups jistgħux jiġu inklużi f'din il-kooperazzjoni flimkien mal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-partijiet interessati;

23.

jappoġġja l-fatt li l-programm jippromovi b'mod partikolari d-“disponibbiltà tal-għarfien”, u jinnota li f'dan ir-rigward l-għan essenzjali għandu jkun li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-istituzzjonijiet responsabbli għad-deċiżjonijiet ikollhom il-kapaċitajiet metodoloġiċi meħtieġa biex jiżviluppaw approċċi mmirati fil-livell nazzjonali u reġjonali li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet fil-qafas tal-istrutturi u s-sistemi speċifiċi tal-pajjiżi, li l-evoluzzjoni tagħhom hija marbuta mill-qrib mal-istorja;

24.

jilqa' l-enfasi fuq azzjonijiet kontra n-nuqqas ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa, u jassumi li l-azzjonijiet meħuda biex jappoġġjaw is-sostenibbiltà tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa ma jispiċċawx fix-xejn biex jinġibdu l-ħaddiema minn Stati Membri oħrajn;

25.

f'dan ir-rigward jinnota li fil-futur, it-taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u l-kura għandu jiġi allinjat mal-bżonnijiet tas-seklu 21, hekk kif jistqarr ir-rapport Lancet “Inizjattiva globali ġdida għar-riforma tat-taħriġ tal-professjonisti fis-settur tas-saħħa”. Barra minn hekk jitlob li jitkompla d-djalogu dwar l-orjentazzjoni ġdida tal-professjonisti fis-settur tas-saħħa fil-korpi responsabbli tal-UE;

26.

jilqa' l-azzjonijiet kollha definiti fl-Artikolu 4(2) u (3) sabiex jiżdied l-aċċess taċ-ċittadini għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sigura u biex tittejjeb il-prevenzjoni tal-mard, u jistenna li flimkien mal-ħolqien ta’ netwerks u ċentri ta’ referenza, b'mod partikolari għall-istudju u r-riċerka, dijanjosi u trattament ta’ mard bi prevalenza u inċidenza baxxa fl-Ewropa, it-trasferiment tan-know-how u sistema ta’ għarfien dwar is-saħħa, jiġu żviluppati wkoll linji gwida dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi kif ukoll miżuri relatati li ġeneralment jippromovu l-użu prudenti tal-mediċini, b'mod partikolari dawk li għalihom m'hemmx bżonn preskrizzjoni tat-tabib;

27.

jirrikonoxxi l-għan li ċ-ċittadini jiġu protetti mit-theddid transkonfinali għas-saħħa bl-iżvilupp ta’ approċċi komuni għat-tisħiħ tal-preparazzjoni u l-koordinazzjoni f'każ ta’ kriżi tas-saħħa; fl-iżvilupp ta’ dawn l-approċċi għandhom jitħarsu l-awtonomiji nazzjonali u reġjonali u għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi għal kooperazzjoni transkonifali b'konformità ma’ dawn ir-responsabbiltajiet;

28.

f'dan ir-rigward, jenfasizza b'mod ċar ix-xewqa tiegħu li minħabba r-responsabbiltà tagħhom f'dak li hu protezzjoni tas-saħħa u protezzjoni ċivili fl-Istati Membri, il-livell reġjonali u lokali għandhom bilfors jiġu involuti fit-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-analiżi ta’ dawn l-azzjonijiet;

29.

jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom għalhekk jankraw il-promozzjoni tas-saħħa fl-ambjent ekonomiku u tax-xogħol fil-politika tas-saħħa tagħhom;

Kapitolu III, Dispożizzjonijiet finanzjarji

Kapitolu IV, Implimentazzjoni

30.

jiddubita kemm l-ammont totali ta’ EUR 446 miljun allokat għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 huwa biżżejjed, minkejja li żdied meta mqabbel mal-programmi preċedenti. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni m'għażlitx li talloka baġit akbar fid-dawl tal-vantaġġi ekonomiċi ġġenerati mit-tnaqqis tal-ispejjeż tas-saħħa u tal-assenzi mix-xogħol għal raġunijiet ta’ mard;

31.

jistenna li l-fondi, li fil-fatt mhumiex suffiċjenti, jitqassmu b'mod trasparenti u bilanċjat, u li l-Kumitat jiġi involut fil-ħin fit-tfassil tal-kriterji tat-tqassim, partikolarment fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma stabbiliti fl-Artikolu 11(1);

32.

jitlob li l-parti tal-baġit allokata għall-kuntratti ta’ servizz tiġi definita b'mod ċar, u li r-riżultati miksubin minn dawn il-kuntratti jkunu aċċessibbli għall-Istati Membri, ir-reġjuni u partijiet interessati oħrajn;

33.

jilqa' l-fatt li l-programm huwa miftuħ għal pajjiżi terzi, għaliex kwistjonijiet bħall-kura tas-saħħa transkonfinali, is-soluzzjonijiet għan-nuqqas ta’ ħaddiema u l-protezzjoni ċivili għandhom jiġu kkunsidrati f'perspettiva “transkonfinali”;

34.

jiġbed l-attenzjoni għar-rabta mar-raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) u s-siwi tal-effetti u l-possibbiltajiet pożittivi tiegħu, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Istati Membri;

35.

fil-prinċipju, jilqa' l-fatt li skont l-Artikolu 7(2) l-għotjiet finanzjarji jingħataw biss meta jkun hemm valur miżjud ċar għall-UE, iżda jfakkar li dan il-valur miżjud innovattiv għandu jiġi definit fid-dawl tal-benefiċċju tal-pazjenti u mhux għal għanijiet kummerċjali jew biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa biss;

36.

madankollu, jiddispjaċih li dan il-valur miżjud jidher biss fil-punt 6.5.2 tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja, li titkellem dwar il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni, kontroll u promozzjoni fil-livell Ewropew sabiex jintlaħqu l-proposti tal-programm. Però dawn diġà huma prerekwiżit sabiex tiġi ġġustifikata l-azzjoni Ewropea, jiġifieri sopranazzjonali, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-Artikolu 168;

37.

jinnota li l-aspetti li għandhom valur miżjud imsemmijin f'punt 6.5.2 tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja, bħall-“azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sistema ta’ valutazzjoni komparattiva; it-titjib tal-ekonomiji ta’ skala billi tiġi evitata l-ħela minħabba xogħol doppju u jsir l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji”, għandhom bżonn ta’ bażi li tista' tiġi vverifikata sabiex joħolqu dan il-valur miżjud;

38.

huwa tal-fehma li l-konfinanzjament tal-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(3) għandu jkun regolat b'konformità mal-prinċipji tal-Fondi Strutturali sabiex ir-reġjuni li jinsabu lura f'termini ta’ żvilupp jibbenefikaw mill-appoġġ adegwat;

39.

jilqa' l-intenzjoni li tiġi ssemplifikata l-proċedura tal-applikazzjoni u tal-amministrazzjoni tal-azzjonijiet u jenfasizza l-fatt li l-piż amministrattiv marbut mal-programm attwali (2007-2013) diġà naqqas l-użu tiegħu.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(14)

Il-Programm għandu jiffoka l-aktar fuq il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali kompetenti u jipprovdi inċentivi għal parteċipazzjoni wiesgħa mill-Istati Membri kollha. B'mod partikolari, għandha tkun inkoraġġita b'mod attiv il-parteċipazzjoni mill-Istati Membri b'Introjtu Nazzjonali Gross (ING) inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni.

(14)

Il-Programm għandu jiffoka l-aktar fuq il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti u jipprovdi inċentivi għal parteċipazzjoni wiesgħa l-Istati Membri . B'mod partikolari, għandha tkun inkoraġġita b'mod attiv il-parteċipazzjoni mill-Istati Membri inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni.

Raġuni

Fl-Istati Membri, ir-responsabbiltajiet fil-qasam tas-saħħa ħafna drabi jinsabu f'idejn il-livell reġjonali jew lokali. Għalhekk, mhux xieraq li titpoġġa enfasi esklużiva fuq l-Istati Membri li jibbenefikaw mill-Fond ta’ Koeżjoni. Il-programm għandu jkun iffokat fuq il-parteċipazzjoni tar-reġjuni li jinsabu lura f'termini ta’ żvilupp. Il-kwistjoni tal-attenzjoni li għandhom jingħataw dawn ir-reġjuni hija indirizzata fid-dettall fir-rakkomandazzjoni għal emenda fuq Artikolu 7(3)(c).

Emenda 2

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(16)

Il-Programm għandu jippromwovi sinerġiji filwaqt li jevita x-xogħol doppju b'rabta ma’ programmi u azzjonijiet tal-Unjoni relatati. Għandu jsir użu xieraq minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-programmi ta’ qafas tal-preżent u tal-ġejjieni tal-Unjoni għar-riċerka u r-riżultati tagħhom, il-Fondi Strutturali, il-Programm għall-bidla soċjali u l-innovazzjoni, il-Fond ta’ Solidarjetà Ewropew, l-istrateġija Ewropea għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, il-Programm tal-Innovazzjoni u l-Kompetittività, il-Programm ta’ Qafas għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (LIFE), il-Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2014-2020), il-programm tal-Ġustizzja (2014-2020), il-Programm konġunt għall-Assistenza fil-Ħajja d-Dar, (il-Programm Ewropew għall-Edukazzjoni) u l-Programm Statistiku tal-Unjoni fl-attivitajiet rispettivi tagħhom.

(16)

Il-Programm għandu jippromwovi sinerġiji filwaqt li jevita x-xogħol doppju b'rabta ma’ programmi u azzjonijiet tal-Unjoni relatati. Għandu jsir użu xieraq minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-programmi ta’ qafas tal-preżent u tal-ġejjieni tal-Unjoni għar-riċerka u r-riżultati tagħhom, il-Fondi Strutturali, il-Programm għall-bidla soċjali u l-innovazzjoni, il-Fond ta’ Solidarjetà Ewropew, l-istrateġija Ewropea għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, il-Programm tal-Innovazzjoni u l-Kompetittività, il-Programm ta’ Qafas għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (LIFE), il-Programm ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2014-2020), il-programm tal-Ġustizzja (2014-2020), il-Programm konġunt għall-Assistenza fil-Ħajja d-Dar, (il-Programm Ewropew għall-Edukazzjoni) u l-Programm Statistiku tal-Unjoni fl-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Raġuni

Ara l-punt 34 tal-opinjoni.

Emenda 3

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Is-Saħħa għat-Tkabbir

Emenda 4

Artikolu 7(3)(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

60 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 minbarra għall-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross għal kull abitant tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni, li jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja ta’ massimu ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet ta’ utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tista' tkun sa massimu ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli għal awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi kollha li jipparteċipaw fil-Programm.

60 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 minbarra għall-Istati Membri li għal kull abitant tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni, li jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja ta’ massimu ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet ta’ utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni finanzjarja għal azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tista' tkun sa massimu ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli għal awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi kollha li jipparteċipaw fil-Programm.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO