ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.184.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 184E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
8 ta' Lulju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2009-2010
Dati tas-seduti: 22-24 April 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 252 E, 22.10.2009.
It-testi adottati tat-23 t'April 2009 rigward il-kwittanzi għall-baġit tas-2007 ġew ippublikati fil-ĠU L 255, 26.9.2009.
TESTI ADOTTATI

 

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009

2010/C 184E/01

Kontroll tal-Implimentazzjoni Baġitarja tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-Kontroll tal-Implimentazzjoni Baġitarja tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IPA) fl-2007 (2008/2206(INI))

1

2010/C 184E/02

Infurzar effettiv tas-sentenzi fl-UE: It-trasparenza tal-assi tad-debituri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri (2008/2233(INI))

7

2010/C 184E/03

Rapport annwali dwar il-Ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonjiet għall-2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2008 (2008/2301(INI))

12

2010/C 184E/04

Approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-appoġġ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet (2008/2245(INI))

18

2010/C 184E/05

Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan

20

2010/C 184E/06

Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, Azzjonijiet u Għodod (2008/2331(INI))

23

2010/C 184E/07

Green Paper dwar il-ġejjieni tal-politika TEN-T
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-Green Paper dwar il-ġejjieni tal-politika TEN-T (2008/2218(INI))

35

 

Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009

2010/C 184E/08

Deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar li nindirizzaw l-isfidi tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex niġġieldu t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità

41

2010/C 184E/09

Il-pjan ta' azzjoni għall-Mobilità Urbana
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar pjan ta' azzjoni għall-mobilità fl-ibliet (2008/2217(INI))

43

2010/C 184E/10

Pjan ta' Azzjoni tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (2008/2216(INI))

50

 

Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009

2010/C 184E/11

Id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan

57

2010/C 184E/12

L-appoġġ għall-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-appoġġ għall-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone

60

2010/C 184E/13

Is-sitwazzjoni umanitarja tal-persuni residenti fil-Kamp Ashraf
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar is-sitwazzjoni umanitarja tal-persuni residenti fil-Kamp Ashraf

62

2010/C 184E/14

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi - Rapport annwali 2007
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2007 (2008/2242(INI))

63

2010/C 184E/15

L-immunità parlamentari fil-Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-immunità parlamentari fil-Polonja (2008/2232(INI))

72

2010/C 184E/16

Il-Governanza fil-PKS: il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u atturi oħra
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-Governanza fil-Politika Komuni dwar is-Sajd: il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u atturi oħra (2008/2223(INI))

75

2010/C 184E/17

L-istabbiliment ta' faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment ta' faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri

79

2010/C 184E/18

Aspetti Regolatorji tan-Nanomaterjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-Aspetti Regolatorji tan-Nanomaterjali (2008/2208(INI))

82

2010/C 184E/19

Dibattitu annwali dwar il-progress li sar fl-2008 fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (AFSJ)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar id-dibattitu annwali dwar il-progress li sar fl-2008 fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (AFSJ) (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE)

90

2010/C 184E/20

Konklużjonijiet tas-Samit tal-G20
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar is-Samit tal-G20 ta’ Londra tat-2 ta’ April 2009

94

2010/C 184E/21

Il-konsolidazzjoni tal-istabilità u l-prosperità fil-Balkani tal-Punent
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-konsolidazzjoni tal-istabilità u l-prosperità fil-Balkani tal-Punent (2008/2200(INI))

100

2010/C 184E/22

Il-Bożnja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-qagħda fil-Bożnja u l-Ħerzegovina

107

2010/C 184E/23

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u tal-Protokoll mhux Obligatorju marbut magħha
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar il-konklużjoni, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u tal-Protokoll mhux Obligatorju marbut magħha

111

2010/C 184E/24

Il-25 rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (2007)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-25 rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (2007) (2008/2337(INI))

114

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

2010/C 184E/25

Il-problema tat-tfassil tal-profil, b'mod partikulari fuq bażi ta' etniċità u razza, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fl-infurzar tal-liġi, l-immigrazzjoni u l-kontroll tad-dwana u tal-fruntieri
Rakkomondazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 lill-Kunsill dwar il-problema tat-tfassil tal-profil, b'mod partikulari fuq bażi ta' etniċità u razza, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fl-infurzar tal-liġi, l-immigrazzjoni u l-kontroll tad-dwana u tal-fruntieri (2008/2020(INI))

119

2010/C 184E/26

Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-ġejjieni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT)
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 lill-Kunsill dwar in-nonproliferazzjoni u l-futur tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) (2008/2324(INI))

127

 

OPINJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009

2010/C 184E/27

Il-Ġlieda kontra il-Vjolenza kontra n-Nisa
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kampanja dwar LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa

131

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009

2010/C 184E/28

Talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello (2008/2323(IMM))

134

2010/C 184E/29

Talba għad-difiża ta' l-immunità tal-Onorevoli Renato Brunetta
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta (2008/2147(IMM))

135

2010/C 184E/30

Talba għar-revoka tal-immunità tas-Sur Antonio Di Pietro
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità u privileġġi ta' Antonio Di Pietro (2008/2146(IMM))

136

2010/C 184E/31

Talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Hannes Swoboda
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda (2009/2014(IMM))

137

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 22 ta' April 2009

2010/C 184E/32

Ftehim bejn il-KE u l-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0081 – C6-0080/2009 – 2008/0036(CNS))

138

2010/C 184E/33

L-adeżjoni tal-KE fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament tal-Ewropa Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali fir-rigward ta' oġġetti ħerġin 'il barra quddiem il-pannell ta' wara tal-kabina (COM(2008)0675 – 7240/2009 - C6-0119/2009 – 2008/0205(AVC))

139

2010/C 184E/34

Kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0715 – C6-0479/2008 – 2008/0219(CNS))

140

2010/C 184E/35

Arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' skambji applikabbli għal ċerti oġġetti kummerċjali li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0796 – C6-0018/2009 – 2008/0226(CNS))

141

2010/C 184E/36

Il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (14518/1/2008 – C6-0003/2009 – 2006/0008(COD))

142

P6_TC2-COD(2006)0008Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu

142

2010/C 184E/37

Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali: Regolament ta' Implimentazzjoni ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għall- implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (14516/4/2008 – C6-0006/2009 – 2006/0006(COD))

143

P6_TC2-COD(2006)0006Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali

143

2010/C 184E/38

Programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija mwettaq minn diversi Stati Membri (COM(2008)0814 – C6-0468/2008 – 2008/0230(COD))

144

P6_TC1-COD(2008)0230Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta" riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi Stati Membri

144

2010/C 184E/39

L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq l-injam u prodotti tal-injam ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (COM(2008)0644 – C6-0373/2008 – 2008/0198(COD))

145

P6_TC1-COD(2008)0198Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE)Nru…/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam

145

ANNESS

161

2010/C 184E/40

Ħażniet minimi ta' żejt mhux raffinat u/jew ta' prodotti petroliferi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta' ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta' prodotti tal-petroleum (COM(2008)0775 – C6-0511/2008 – 2008/0220(CNS))

162

2010/C 184E/41

Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) (COM(2008)0676 – C6-0399/2008 – 2008/0200(CNS))

174

2010/C 184E/42

Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/956/JHA li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi (16437/2008 – C6-0029/2009 – 2009/0801(CNS))

181

2010/C 184E/43

Programmi ta’ ristrutturazzjoni fis-settur tal-qoton *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta’ ristrutturar] għas-settur tal-qoton (COM(2009)0037 – C6-0063/2009 – 2009/0008(CNS))

182

2010/C 184E/44

L-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) (COM(2008)0895 – C6-0073/2009 – 2008/0262(CNS))

183

2010/C 184E/45

Abbozz ta’ Baġit ta’ emenda 2/2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 2/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (6953/2009 – C6-0077/2009 – 2009/2010(BUD))

184

2010/C 184E/46

Baġit ta’ emenda Nru 3/2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (8153/2009 – C6-0118/2009 – 2009/2017(BUD))

185

2010/C 184E/47

Is-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (14539/2/2008 – C6-0024/2009 – 2007/0195(COD))

186

P6_TC2-COD(2007)0195Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE

186

2010/C 184E/48

Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (14541/1/2008 – C6-0020/2009 – 2007/0197(COD))

187

P6_TC2-COD(2007)0197Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

187

2010/C 184E/49

Networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (14546/2/2008 – C6-0022/2009 – 2007/0198(COD))

188

P6_TC2-COD(2007)0198Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003

188

2010/C 184E/50

Suq intern tal-gass naturali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (14540/2/2008 – C6-0021/2009 – 2007/0196(COD))

189

P6_TC2-COD(2007)0196Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE

189

2010/C 184E/51

Il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (14548/2/2008 – C6-0023/2009 – 2007/0199(COD))

190

P6_TC2-COD(2007)0199Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005

190

2010/C 184E/52

Amministrazzjoni pubblika Ewropea: soluzzjonijiet ta' interoperabbilta' ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (COM(2008)0583 – C6-0337/2008 – 2008/0185(COD))

191

P6_TC1-COD(2008)0185Pożizzjoni tal-Parlament Eewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

191

2010/C 184E/53

Magni għall-applikazzjoni ta' pestiċidi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju (COM(2008)0535 – C6-0307/2008 – 2008/0172(COD))

192

P6_TC1-COD(2008)0172Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta' makkinarju għall-applikazzoni tal-pestiċidi

192

ANNESS

193

2010/C 184E/54

Effiċjenza tal-użu tal-fjuwil: It-tikkettar tat-tajers ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (COM(2008)0779 – C6-0411/2008 – 2008/0221(COD))

193

P6_TC1-COD(2008)0221Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva /…/KE dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

194

ANNESS I

204

ANNESS II

206

ANNESS III

211

ANNESS IV

211

2010/C 184E/55

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 717/2007(telefonija mobbli) u tad-Direttiva 2002/21/KE (komunikazzjonijiet elettroniċi) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (COM(2008)0580 – C6-0333/2008 – 2008/0187(COD))

212

P6_TC1-COD(2008)0187Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

212

2010/C 184E/56

Rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-amalgazzjoni u d-diviżjoni ta' kumpaniji ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward ta' rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ ta' amalgamazzjoni u diviżjonijiet (COM(2008)0576 – C6-0330/2008 – 2008/0182(COD))

213

P6_TC1-COD(2008)0182Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta’ kumpaniji

213

2010/C 184E/57

Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0119 – C6-0231/2007 – 2007/0143(COD))

214

P6_TC1-COD(2007)0143Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

215

2010/C 184E/58

Ftehim Interim mat-Turkmenistan *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u it-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra (5144/1999 COM(1998)0617 – C5-0338/1999 – 1998/0304(CNS))

215

2010/C 184E/59

Qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill (Euratom) li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari (COM(2008)0790 – C6-0026/2009 – 2008/0231(CNS))

216

2010/C 184E/60

Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2008)0721 – C6-0510/2008 – 2008/0216(CNS))

232

2010/C 184E/61

Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi (COM(2008)0324 – C6-0282/2008 – 2008/0112(CNS))

253

 

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009

2010/C 184E/62

Aċċess għas-suq internazzjonali tal-kowċ u x-xarabank ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (11786/1/2008 – C6-0016/2009 – 2007/0097(COD))

260

P6_TC2-COD(2007)0097Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006

260

2010/C 184E/63

Kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (11783/1/2008 – C6-0015/2009 – 2007/0098(COD))

261

P6_TC2-COD(2007)0098Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE

261

2010/C 184E/64

Aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (11788/1/2008 – C6-0014/2009 – 2007/0099(COD))

262

P6_TC2-COD(2007)0099Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport stradali tal-merkanzija

262

2010/C 184E/65

Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (COM(2008)0780 – C6-0413/2008 – 2008/0223(COD))

263

P6_TC1-COD(2008)0223Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini

264

ANNESS I

286

ANNESS II

288

ANNESS III

289

ANNESS IV

289

ANNESS V

290

ANNESS VI

290

2010/C 184E/66

Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2008)0704 – C6-0397/2008 – 2008/0217(COD))

292

P6_TC1-COD(2008)0217Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji li jiggradaw il-Kreditu

292

2010/C 184E/67

Drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2008)0816 – C6-0476/2008 – 2008/0246(COD))

293

P6_TC1-COD(2008)0246Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

294

ANNESS I

309

ANNESS II

309

ANNESS III

310

ANNESS IV

311

2010/C 184E/68

Passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2008)0817 – C6-0469/2008 – 2008/0237(COD))

312

P6_TC1-COD(2008)0237Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

313

ANNESS I

329

ANNESS II

330

2010/C 184E/69

It-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (COM(2008)0464 – C6-0281/2008 – 2008/0157(COD))

331

P6_TC1-COD(2008)0157Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati

332

2010/C 184E/70

Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (COM(2008)0887 – C6-0512/2008 – 2008/0263(COD))

338

P6_TC1-COD(2008)0263Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

339

ANNESS I

348

ANNESS II

349

ANNESS III

352

2010/C 184E/71

It-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II) (COM(2008)0847 – C6-0482/2008 – 2008/0239(COD))

353

P6_TC1-COD(2008)0239Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II)

353

2010/C 184E/72

Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv (COM(2008)0852 – C6-0509/2008 – 2008/0247(COD))

354

P6_TC1-COD(2008)0247Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv

354

ANNESS

367

2010/C 184E/73

Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD))

368

P6_TC1-COD(2008)0142Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

369

2010/C 184E/74

Is-Sikurezza tal-pazjent *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (COM(2008)0837 – C6-0032/2009 – 2009/0003(CNS))

395

2010/C 184E/75

Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari (COM(2008)0726 – C6-0455/2008 – 2008/0218(CNS))

404

 

Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009

2010/C 184E/76

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (COM(2008)0530 – C6-0116/2009 – 2008/0170(CNS))

413

2010/C 184E/77

Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (COM(2008)0530 – C6-0117/2009 – 2008/0171(CNS))

414

2010/C 184E/78

Statistika dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti (11120/2/2008 – C6-0004/2009 – 2006/0258(COD))

415

P6_TC2-COD(2006)0258Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti

415

ANNESS I

422

ANNESS II

423

ANNESS III

425

2010/C 184E/79

Rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati ma' l-enerġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (COM(2008)0399 – C6-0277/2008 – 2008/0151(COD))

439

P6_TC1-COD(2008)0151Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija

440

ANNESS

440

2010/C 184E/80

Kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni (COM(2008)0311 – C6-0203/2008 – 2008/0098(COD))

441

P6_TC1-COD(2008)0098Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-ikkumerċjalizzar tal-prodotti għall-kostruzzjoni

441

ANNESS I

472

ANNESS II

474

ANNESS III

476

ANNESS IV

477

ANNESS V

478

ANNESS VI

481

2010/C 184E/81

Ħlasijiet transkonfinali fil-Komunità ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pagamenti transkonfinali fil-Komunità (COM(2008)0640 – C6-0352/2008 – 2008/0194(COD))

483

P6_TC1-COD(2008)0194Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001

483

2010/C 184E/82

In-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (COM(2008)0627 – C6-0350/2008 – 2008/0190(COD))

484

P6_TC1-COD(2008)0190Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE

484

2010/C 184E/83

Regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (COM(2008)0345 – C6-0220/2008 – 2008/0110(COD))

485

P6_TC1-COD(2008)0110Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

485

2010/C 184E/84

Faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (COM(2009)0169 – C6-0134/2009 – 2009/0053(CNS))

486

2010/C 184E/85

It-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (COM(2008)0727 – C6-0464/2008 – 2008/0215(CNS))

488

2010/C 184E/86

Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni u ma' transazzjonijiet oħra transkonfinali *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni u ma' transazzjonijiet oħra transkonfinali (COM(2008)0805 – C6-0039/2009 – 2008/0228(CNS))

519

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2009-2010 Dati tas-seduti: 22-24 April 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 252 E, 22.10.2009. It-testi adottati tat-23 t'April 2009 rigward il-kwittanzi għall-baġit tas-2007 ġew ippublikati fil-ĠU L 255, 26.9.2009. TESTI ADOTTATI

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/1


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Kontroll tal-Implimentazzjoni Baġitarja tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni

P6_TA(2009)0237

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-Kontroll tal-Implimentazzjoni Baġitarja tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IPA) fl-2007 (2008/2206(INI))

2010/C 184 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2006 dwar Strument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IPA) Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali għall-2008-2010 (COM(2006)0672),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2007 dwar Strument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IPA) Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali għall-2009-2010 (COM(2007)0689),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-IPA għall-2007 mill-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2008 (COM(2008)0850 u SEC(2008)3026),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2008 dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2008-2009 u r-Rapporti dwar il-Progress tal-Pajjiżi 2008 mehmużin magħha (COM(2008)0674 flimkien ma' SEC(2008)2692 sa SEC(2008)2699),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2008 bit-titlu “Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2007” (COM(2008)0475 inkluż l-anness SEC(2008)2300),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2008 dwar l-Istrument ta' Politika Strutturali Għal Qabel l-Adeżjoni (ISPA) 2007 (COM(2008)0671 u SEC(2008)2681),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni 2007 tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-PHARE, l-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni tat-Turkija, il-Programm CARDS u l-Faċilità ta' Tranżizzjoni (COM(2008)0880 u SEC(2008)3075),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 5/2007 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-ġestjoni mill-Kummissjoni tal-programm CARDS, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (4),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2007 dwar l-Attività tad-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni għat-Tkabbir (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-tkabbir u, b'mod partikulari, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2008 dwar id-dokument ta' strateġija dwar it-tkabbir 2007 tal-Kummissjoni (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar ir-Rapport ta' Progress 2007 dwar il-Kroazja (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2008 dwar ir-Rapport ta' Progress 2007 dwar l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (8),

? wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ir-Rapport ta' Progress 2007 dwar it-Turkija (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar ir-relazzjonijiet Kummerċjali u Ekonomiċi mal-Balkani tal-Punent (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fil-Pajjiżi tal-Balkani (11),

wara li kkunsidra ż-żjara tad-delegazzjoni investigattiva tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu fil-Kosovo (12) mit-22 sal-25 ta' Ġunju 2008, u r-rapport relevanti dwar il-missjoni (13),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (14), u b'mod partikulari l-Artikolu 53 tiegħu, u wara li kkunsidra r-regoli implimentattivi tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin (A6-0181/2009),

A.

billi l-IPA huwa l-istrument finanzjarju l-ġdid li jieħu post l-istrumenti u l-programmi għall-pajjiżi kandidati u dawk potenzjali, fosthom il-Phare, is-SAPARD, l-ISPA, l-assistenza finanzjarja għat-Turkija qabel l-adeżjoni, u l-programm CARDS, kif ukoll għandu l-għan li jorganizza l-fondi tal-UE b'mod flessibbli sabiex jitfasslu għall-kapaċità ġestjonali u għall-bżonnijiet speċifiċi ta' dawn il-pajjiżi,

B.

billi l-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni jikkonsisti fil-ħames komponenti li ġejjin li jkopru l-prijoritajiet iddefiniti skont il-bżonnijiet tal-pajjiżi benefiċjarji, fosthom:

I.

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet,

II.

Il-Koperazzjoni Transkonfinali (CBC),

III.

L-Iżvilupp Reġjonali,

IV.

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani,

V.

L-Iżvilupp Rurali,

C.

billi l-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni huwa fattur prinċipal għat-titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, l-istandards soċjali, il-koperazzjoni reġjonali u ta' bejn il-fruntieri, kif ukoll għall-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali,

D.

billi l-iskop tal-kontroll parlamentari fuq l-implimentazzjoni tal-baġit fil-qasam tal-politika għat-tkabbir mhuwiex biss li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE ntużaw skont id-dispożizzjonijiet regolatorji u l-politiki tal-UE, iżda huwa wkoll li jevalwa kemm jekk dawn ġewx allokati b'mod effikaċi għal dawk il-prijoritajiet identifikati fir-rapporti ta' strateġija u progress għall-pajjiżi benefiċjarji kif ukoll jekk ikunux laħqu r-riżultati mixtieqa bl-iskop tal-interessi komuni tal-UE,

E.

billi huwa importanti ħafna li l-implimentazzjoni tal-IPA tiġi eżaminata bir-reqqa u fi stadju bikri sabiex jiġu evitati l-problemi li jkunu ġew identifikati tard fl-implimentazzjoni tal-istrumenti preċedenti għall-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-irregolaritajiet li ma jkunux ġew ikkunsidrati fiż-żmien stipulat se jimmultiplikaw u li se jkun diffiċli ħafna li dawn jiġu indirizzati iktar tard minħabba li jieħdu l-forma ta' prattiki ħżiena permanenti,

F.

billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-riformi settorjali (tal-ġudikatura, tal-pulizija u tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika) għandhom piż mhux biss fuq il-governanza tajba u l-istat tad-dritt iżda wkoll fuq l-ambjent ġenerali tan-negozju,

G.

billi l-IPA, b'mod partikulari permezz tal-analiżi tad-Dokumenti tal-Ippjanar Indikattiv Pluriennali (MIPDs), joffri flessibilità konsiderevoli li tippermetti l-adattament għall-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet u tal-kapaċità ta' ġestjoni tal-pajjiżi benefiċjarji,

H.

billi, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (ir-Regolament tal-IPA), il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta' Diċembru 2010, rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-IPA, u jekk ikun il-każ, flimkien ma' proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament,

I.

billi, bħala segwitu għat-talba tal-Parlament, il-Kummissjoni ntrabtet li sa mill-2009 tagħmel reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-pakkett ta' strumenti ta' għajnuna esterna li jinkludi l-Istrument għal Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni,

J.

billi l-Parlament għandu, minn issa 'l quddiem, jikkomunika mal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-IPA,

Rimarki Ġenerali

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-djalogu strutturat stabbilit mal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-IPA u jfakkar il-pożizzjoni tiegħu f'dan ir-rigward, speċjalment il-bżonn li jingħata aċċess ekwu lill-pajjiżi benefiċjarji kollha għall-firxa sħiħa ta' għodod ta' politika disponibbli taħt l-istrument, biex tingħata prijorità xierqa lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u biex tingħata dejjem aktar attenzjoni lill-bini tal-kapaċità istituzzjonali, b'mod partikulari fil-livell parlamentari, lill-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-miżuri għall-promozzjoni tal-prinċipju ta' tolleranza u nondiskriminazzjoni, lill-iżvilupp uman u lill-kooperazzjoni reġjonali fl-oqsma ta' politika prinċipali;

2.

Jinnota b'sodisfazzjoni ir-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-impenji tal-IPA fl-2007; jiddispjaċih, madankollu, li l-ewwel programmi tal-IPA ġew adottati biss fl-aħħar tal-2007 filwaqt li l-implimentazzjoni propja bdiet biss fl-2008, minħabba l-adozzjoni tard tal-istrument il-ġdid minn naħa u d-dewmien tal-pajjiżi benefiċjarji biex iwaqqfu l-istrutturi u s-sistemi ta' mmaniġġjar neċessarji min-naħa l-oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli għaddejja bl-implimentazzjoni tal-proġetti u tissorvelja l-allokazzjoni tal-fondi u r-riżultati miksuba sabiex jiġi żgurat li l-IPA ikollu impatt viżibbli fil-pajjiżi kkonċernati;

3.

Jinnota li, minħabba l-adozzjoni tard tar-Regolament dwar l-IPA u tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 (Regolament għall-implimentazzjoni tal-IPA), u sussegwentement tal-ewwel Qafas Finanzjarju Indikattiv Pluriennali u l-MIPDs, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar tal-programmi u l-proġetti 2007 tal-IPA kienu limitati u għadhom ma tawx riżultati; jenfasizza li t-tranżizzjoni bla xkiel mill-istrumenti preċedenti ta' qabel l-adeżjoni għall-IPA teħtieġ kontinwità fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni xierqa tal-proġetti u l-ħlas tal-pagamenti;

4.

Iqis li kien hemm koerenza sodisfaċenti bejn il-Programmi nazzjonali tal-IPA 2007 u l-politika ta' qabel l-adeżjoni tal-UE, minħabba li ħafna mill-objettivi stabbiliti fil-Programmi kienu konformi mal-prijoritajiet identifikati fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-Progress rispettivi;

5.

Jinnota li l-pajjiżi kandidati primarjament jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-istandards Ewropej, jiġifieri l-istandards statistiċi, ambjentali u fiskali, u dan huwa konsistenti mal-politika tal-UE għat-tkabbir; madankollu, jinnota li l-importanza tal-kriterji politiċi, jiġifieri l-governanza demokratika, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa u tal-minoranzi, u l-istat tad-dritt m'għandhiex tiddgħajjef minħabba li jekk dawn ma jiġux issodisfati jistgħu jinħolqu komplikazzjonijiet u dewmien fin-negozjati; iqis li għandu jkun hemm bilanċ aħjar bejn il-proġetti maħsuba biex jintlaħqu l-kriterji politiċi u l-proġetti maħsuba għall-implimentazzjoni tal-acquis;

6.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-leġittimità u l-kapaċità tal-Unjoni li tippromwovi r-riformi jistgħu jikbru sew jekk l-IPA jiddirezzjona l-għajnuna tiegħu lejn oqsma ta' benefiċċju dirett għaċ-ċittadini tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi kandidati potenzjali, b'mod partikulari fid-dawl tal-ħtiġijiet u l-isfidi ġġenerati mill-kriżi finanzjarja globali;

7.

Għalhekk, huwa tal-opinjoni li l-IPA għandu jappoġġja l-isforzi mwettqa mill-pajjiżi benefiċjarji biex jilħqu r-rekwiżiti stipulati fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, sabiex iċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent finalment ikunu jistgħu jgawdu l-libertà tal-moviment u jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-programmi u l-iskemi tal-UE; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżid aktar l-allokazzjoni tal-fondi tal-IPA lejn il-programmi Tempus, Erasmus Mundus u Youth in Action;

8.

Jinnota l-fatt li l-Kummissjoni kienet f'pożizzjoni li tagħti akkreditazzjoni għall-ġestjoni diċentralizzata lill-Kroazja għall-Komponenti I sa IV u lit-Turkija għall-Komponenti I u II lejn l-aħħar tal-2008; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem b'mod intensiv mal-pajjiżi kandidati u dawk potenzjali sabiex fil-futur qrib dawn il-pajjiżi jkunu kapaċi jimmaniġġjaw il-fondi b'mod deċentralizzat u b'hekk jiksbu aċċess totali għall-komponenti kollha tal-IPA; madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-setgħat ġestjonali jingħataw bil-kundizzjoni u skont l-effikaċja tagħhom;

9.

Jenfasizza li l-użu tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni huwa responsabililtà komuni bejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tagħha u l-awtoritajiet rispettivi, biex tistabbilixxi kontroll permanenti fuq il-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-proġetti u biex taħdem għal miżuri komuni għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi benefiċjarji;

10.

Jenfasizza l-bżonn ta' ġestjoni u kontroll trasparenti u effettiv tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni, filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tal-verifiki interni u s-sistemi ta' kontroll ta' kull pajjiż kif ukoll l-aħjar prattiki fil-proċeduri ta' qabel l-adeżjoni tal-pajjiżi li qabel kienu pajjiżi kandidati;

11.

Jistenna li kull sena l-Kummissjoni tgħaddi rapport lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-pagamenti u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni, kif ukoll dwar il-fondi li fadal mill-Istrument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument għal Assistenza Qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali u l-Programm Speċjali ta' Adeżjoni għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali, filwaqt li jingħataw dettalji għal kull pajjiż reċipjent u eżempji tal-aħjar prattika, u tirraporta dwar il-problemi kollha jew l-irregolaritajiet li wieħed iltaqa' magħhom;

12.

Jinnota li l-kwistjonijiet orizzontali, bħal ma huma l-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, il-governanza tajba, l-involviment tas-soċjetà ċivili, l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni mhumiex preżenti u viżibbli biżżejjed fil-proġetti tal-IPA għall-2007; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, b'mod partikulari, programmi reġjonali jew orizzontali li jgawdi minnhom kulħadd, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, id-djalogu interkulturali u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

13.

Jinnota li ġew allokati fondi limitati għal żoni ġeografiċi kbar jew żoni ta' politika komprensiva u li dawn il-fondi huma maqsuma f'ħafna proġetti żgħar aktar milli kkonċentrati fuq anqas proġetti li jkunu aktar viżibbli; jinnota li l-programmi nazzjonali annwali għandhom jilħqu bilanċ bejn il-provvediment ta' reazzjoni adegwata għall-prijoritajiet prinċipali identifikati fir-rapporti ta' progress u l-evitar tal-frammentazzjoni żejda tal-fondi;

Osservazzjonijiet dwar il-politika u l-ispeċifiċitajiet tal-pajjiżi

14.

Jenfasizza l-bżonn, bħala kwistjoni ta' importanza u urġenza kbira, li l-IPA jintuża biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-pajjiżi benefiċjarji kollha, b'attenzjoni speċjali fuq il-ħasil tal-flus, il-migrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin; jinnota li, minkejja li r-rapporti ta' progress kollha tal-2008 identifikaw il-korruzzjoni bħala problema serja u bħala prijorità ewlenija, mhux il-programmi tal-IPA għall-2007 kollha jqisu l-korruzzjoni b'mod suffiċjenti; jissuġġerixxi li għandhom jiġu allokati fondi għal dan il-għan, bħal fil-każijiet tal-Kroazja (15) u l-Montenegro (16) u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija aktar koerenti f'dan il-kuntest, li tibni fuq dak li ħareġ fl-aħħar rawnds tat-tkabbir;

15.

Jinnota li fil-pajjiżi benefiċjarji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) għandhom jinvolvu ruħhom b'mod aktar attiv fl-iżvilupp u t-tnedija tal-proġetti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-programmi IPA tal-ġejjieni għandhom jindirizzaw id-dipendenza sistematika tad-donaturi min-naħa tas-CSOs, sabiex tiġi evitata l-eżistenza ta' CSOs “fuq talba”, u għandhom jindirizzaw ukoll l-iżvilupp ta' wħud mis-CSOs skont il-linji tal-konflitt etniku u politiku, b'mod speċjali fil-Bożnja u l-Ħerzegovina, u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fil-Kosovo (17); jistenna li l-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili l-ġdida tindirizza ħafna mill-problemi fir-rigward tad-diversità, il-kumplessità, u l-frammentazzjoni tal-programmi tal-UE;

16.

Jinsisti li appoġġ kostanti għall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili f'pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali huwa bżonjuż sabiex jinħoloq ambjent kompetittiv fosthom u biex tiġi żgurata s-sostenibilità fil-ħidma tagħhom lejn il-kisba tar-riżultati fl-implimentazzjoni tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni u aktar parteċipazzjoni fil-proġetti ta' ġestjoni;

17.

Jinnota li l-proġetti u l-attivitajiet iffinanzjati mill-IPA fir-realtà ma tantx huma ta' suċċess f'termini ta' viżibilità tal-UE u ma ġġenerawx leġittimità “minn isfel għal fuq” biex ikomplu jitjiebu r-relazzjonijiet mal-UE;

18.

Iqis li l-edukazzjoni u l-impjieg taż-żgħażagħ huma prekundizzjonijiet għall-istabilità u l-iżvilupp fit-tul li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod adegwat; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-qgħad, b'mod speċjali l-qgħad fit-tul fost is-żgħażagħ, bħala kwistjoni ta' importanza kbira li tmiss is-setturi kollha; f'dan ir-rigward jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tagħmel aktar użu mill-flessibilità mogħtija fl-IPA sabiex tippermetti aktar finanzjament, fejn ikun xieraq, tal-miżuri relatati mal-komponenti III-V permezz tal-ewwel żewġ komponenti;

19.

Jinnota li l-appoġġ finanzjarju reġjonali mill-IPA huwa relattivament żgħir (madwar 10 % tal-IPA totali), meta wieħed iqis b'mod partikulari li dan ikopri ħdax-il qasam ta' intervent f'sitt pajjiżi, mill-edukazzjoni u ż-żgħażagħ sas-sikurezza nukleari;

20.

Huwa mħasseb minħabba li l-allokazzjonijiet totali tal-IPA 2007 għall-Komponent II kienu biss EUR 38 800 000 minn IPA totali ta' EUR 497 200 000 (jiġifieri anqas minn 8 %); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan jikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-koperazzjoni transkonfinali tgħin ir-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u dan huwa relevanti b'mod partikulari f'reġjun bi storja reċenti ta' kunflitti; jiddispjaċih li kienet diffiċli li tiġi stabbilita koperazzjoni effetiva, fil-prattika, minħabba diversi raġunijiet, fosthom in-nuqqas ta' qbil fl-istrutturi u l-proċeduri bejn xi msieħba, kif ukoll diffikultajiet politiċi; jistieden lill-pajjiżi benefiċjarji u lill-Kummissjoni sabiex, skont dan il-komponent, jippromwovu l-koperazzoni eżistenti u jiżviluppaw koperazzjoni ġdida, b'konformità mal-objettivi li jitrawmu relazzjonijiet tajba bejn il-viċinat u tiġi promossa l-integrazzjoni ekonomika, b'mod speċjali fl-oqsma tal-ambjent, tal-wirt naturali u kulturali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

21.

Huwa mħasseb ukoll minħabba li l-ebda programm tal-IPA 2007 ppreżentat mill-pajjiżi benefiċjarji ma jindirizza direttament id-drittijiet tan-nisa jew l-ugwaljanza bejn is-sessi, minkejja li l-kwistjonijiet dwar is-sessi ġew identifikati bħala sfida ewlenija kemm fir-rapporti ta' progress kif ukoll fl-MIPDs; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi fondi qabel l-adeżjoni għat-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisa fil-Pajjiżi tal-Balkani, b'mod partikulari permezz tal-NGOs u tal-organizzazzjonijiet favur in-nisa; jerġa' jistieden lill-Kummissjoni biex talloka l-fondi tal-IPA kif jixraq, sabiex jiġi mħeġġeġ l-ibbaġitjar skont is-sessi fil-politika ta' qabel l-adeżjoni u biex tħeġġeġ lill-pajjiżi benefiċjarji jressqu proposti għal proġetti relevanti;

22.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu involuti dejjem aktar l-organizzazzjonijiet nongovernattivi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-IPA sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tal-IPA tirrifletti l-bżonnijiet u l-aspettattivi reali, biex ikun hemm viżibilità akbar tal-proġetti tal-IPA u biex jiġi promoss l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili mimlija ħajja u proattiva fil-pajjiżi benefiċjarji;

23.

Jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni speċjali ta' nofs it-terminu sa tmiem l-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-IPA;

*

* *

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll lill-gvernijiet, lill-parlamenti u lill-istituzzjonijiet ta' verifika nazzjonali tal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-IPA.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p.82.

(2)  ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.

(3)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 42.

(4)  ĠU C 285, 27.11.2007, p. 1.

(5)  31.3.2008, http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/doc/elarg_aar.pdf.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2008)0363.

(7)  Testi adottati, P6_TA(2008)0120.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2008)0172.

(9)  Testi adottati, P6_TA(2008)0224.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2009)0005.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2008)0582.

(12)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti 1244(1999).

(13)  http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/publicationsCom.do?language=EN &body=CONT.

(14)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(15)  Proġett 2007/019-247: It-Titjib tal-Koperazzjoni bejn l-Aġenziji kontra l-korruzzjoni, proġett ta' EUR 2 500 000 għat-tisħiħ tal-korp ta' koordinazzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja inkarigat mill-istrateġija ta' kontra l-korruzzjoni u tat-tqajjim tal-kuxjenza dwar kwistjonijiet tal-korruzzjoni.

(16)  Proġett 2007/19300: Il-ġlieda kontra l-krimini organizzat u l-korruzzjoni. Dan il-proġett jimmia biex jiġġieled kontra l-krimini organizzat u l-korruzzjoni billi jtejjeb il-prestazzjoni u l-koperazzjoni tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi varji involuti. Hu marbut ma Strateġija tal-Gvern Kontra l-Korruzzjoni usa mal-Pjan ta' Azzjoni. EUR 3 000 000 ġew impenjati għal dan il-proġett.

(17)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU 1244(1999).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/7


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Infurzar effettiv tas-sentenzi fl-UE: It-trasparenza tal-assi tad-debituri

P6_TA(2009)0238

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri (2008/2233(INI))

2010/C 184 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 2008 dwar l-infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri (COM(2008)0128),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar it-titjib fl-effiċjenza fl-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru tal-kontijiet bankarji (COM(2006)0618) u r-riżoluzzjoni tial-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar dan (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Ġustizzja elettronika (e-Justice) (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-3 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-22 ta' Settembru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0252/2009),

A.

billi, skont il-prinċipji tas- sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, l-adozzjoni ta“ strument Komunitarju fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fis-suġġetti ċivili li għandhom effetti transkonfinali tista” titqies biss f'każ li jintwera li fil-livell nazzjonali jkun impossibbli li jitneħħa l-ostaklu li jimpedixxi t-tisjis jew il-funzjonament tas-Suq Intern,

B.

billi l-ħlas tard u l-ħlasijiet mhux onorati jipperikolaw l-interessi tan-negozji u tal-konsumaturi, l-aktar meta l-kreditur u l-awtoritajiet tal-infurzar ma jkollhom ebda tagħrif dwar fejn ikun jinsab id-debitur jew dwar l-assi tiegħu jew tagħha; billi dan huwa aggravat aktar minħabba l-klima ekonomika attwali, li fiha l-likwidità hija ferm importanti għas-sopravivenza tan-negozji,

C.

billi l-problemi tal-irkupru transkonfinali tad-djun jistgħu jkunu xkiel serju għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ordnijiet għal ħlas fl-UE u jistgħu jxekklu l-aċċess għall-ġustizzja; billi, barra minn hekk, jekk id-deċiżjonijiet tal-qorti ma jkunux jistgħu jiġu infurzati, il-ġustizzja tiddgħajjef flimkien mal-istandards tal-moralità kummerċjali,

D.

billi, b'mod ġenerali, l-irkupru tad-dejn huwa problema kbira ferm, ħaġa li hija aggravata meta t-talbiet huma ta' natura transkonfinali, l-aktar għan-negozji żgħar li ma jkollhomx għad-dispożizzjoni tagħhom avukati speċjalizzati jew dipartimenti ddedikati għall-ġbir tal-ħlasijiet, u li spiss jispiċċaw f'pożizzjoni xejn sabiħa li fiha jkollhom jiddedikaw ħaddiema, riżorsi finanzjarji limitati u, fuq kollox, ħin għal din il-problema minflok għal attivitajiet aktar produttivi,

E.

billi hemm indikazzjonijiet li d-Direttiva dwar Ħlasijiet Tardivi (3) mhijiex irrispettata jew magħrufa biżżejjed; billi kieku dik id-Direttiva kellha tiġi aġġornata u implimentata kif imiss jista' jkollha impatt konsiderevoli fit-tnaqqis ta' pagamenti tardivi jew nuqqas ta' pagament,

F.

billi hemm diverġenzi enormi skont is-sistemi differenti tal-liġijiet nazzjonali tal-kuntratti u tal-insolvenza dwar kif il-kredituri jistgħu jiggarantixxu l-ħlas tad-dejn tagħhom fl-istadju tal-kuntratt, b'mod partikulari bl-użu ta' klawżoli ta' riżerva tat-titlu jew ta' mekkaniżmi simili oħra li kultant dak li jkun isib mezz kif jaħrab minnhom minħabba dawn id-diverġenzi,

G.

billi l-adozzjoni ta' liġi Komunitarja dwar l-eżekuzzjoni b'mod effikaċi tas-sentenzi ġudizzjarji għandha tapplika għad-debituri kollha, mingħajr ebda distinzjoni minn qabel bejn id-debituri bona fide u dawk li mhumiex,

H.

billi l-evażjoni, id-dewmien fil-ħlas u n-nuqqas ta' ħlas tad-djun spiss huwa aggravat min-nuqqas ta' attenzjoni mill-partijiet fl-innegozjar prekuntrattwali u kuntrattwali tagħhom; billi jeħtieġ ikun hemm aktar enfasi fuq l-għarfien kummerċjali u possibbilment l-użu ta' klawżoli fakultattivi ta' “stil Ewropew” skont il-Qafas Komuni ta' Referenza (QKR) li jiżguraw li l-partijiet iqisu sewwa dawn il-kwistjonijiet fil-bidu tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom,

I.

billi l-Parlament ġie mgħarraf li jista' jkun hemm problema serja f'każijiet transkonfinali li jkunu jinvolvu debituri li jirrifjutaw li jobdu ordnijiet, jiġifieri persuni li jkunu jistgħu jħallsu djunhom jew li jkunu jistgħu jħallsu l-passiv tagħhom imma li ma jagħmlux hekk jew persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm ir-riskju li mhux se jħallsu dak li għandhom jagħtu anke jekk tkun inqatgħet is-sentenza kontrihom; billi jidher li dawn il-persuni spiss ikollhom assi sostanzjali f'diversi entitajiet, organi ta' rappreżentanza (nominees) u fondi fiduċjarji (trusts) u billi ma jistax jinkiseb infurzar effettiv mingħajr l-informazzjoni meħtieġa; billi spiss jinħtieġ li din l-informazzjoni tinkiseb mingħajr ma jiġi mwissi d-debitur li jinsisti li ma jobdix – li spiss ikun f'qagħda li jkun jista' jċaqlaq dawn l-assi lejn xi ġurisdizzjoni oħra f'qasir żmien,

J.

billi wkoll il-Parlament ġie mgħarraf li ċerti Stati sovrani ma jonorawx id-deċiżjonijiet jew is-sentenzi ta' arbitraġġ mogħtija mill-qrati ta' Stat ieħor, bir-riżultat li nibtu “fondi opportunistiċi” (vulture funds) li jakkwistaw dan id-dejn sovran b'rati sostanzjalment imnaqqsa u mbaghad ifittxu li jagħmlu l-profitt permezz tal-infurzar; billi jista jkun diskutibilment aħjar u aktar ġust li l-kredituri oriġinali jingħataw il-mezzi biex jiksbu rimedju huma stess,

K.

billi huwa argumentat li hemm ftit Stati li m'għandhom l-ebda assi ta' xejn lil hinn mill-fruntieri tagħhom u li, jekk il-kreditur ma jkollux prospetti li se jakkwista l-infurzar fl-Istat Membru tiegħu jew tagħha (biss) jew fl-Istat ikkonċernat, mela l-unika riparazzjoni effettiva sseħħ permezz ta' qrati barra l-pajjiż, b'mod partikulari fi Stati Membri oħra tal-UE,

L.

billi skont ir-Regolament I ta' Brussell (4) kull Stat Membru għandu l-miżuri proviżorji tiegħu proprji msawra u rregolati mil-liġi nazzjonali tiegħu u l-ordnijiet ex parte mhumiex is-suġġett ta' rikonoxximent u infurzar reċiproku skont dak ir-Regolament; billi l-ordnijiet inter partes jiġu esegwiti mit-tribunal kompetenti permezz tal-miżura ta' kumpens l-aktar approssimattiva li dan it-tribunal ikun jista' jagħti,

M.

billi l-miżuri proviżorji jinkludu: (i) ordnijiet għall-iżvelar ta' informazzjoni dwar assi li jistgħu jsiru s-suġġett ta' miżuri ta' esekuzzjoni ta' sentenza u (ii) ordnijiet li jħarsu l-assi sakemm ikun hemm infurzar, u (iii) jistgħu jkunu wkoll f'forma ta' ordni proviżorju ta' pagament, li jippermetti li l-kreditur jitħallas immedjat sakemm tiġi solvuta t-tilwima kkonċernata,

N.

billi l-għoti ta' miżuri proviżorji għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet simili għal dawk applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri l-kreditur ikollu jipperswadi l-qorti li għandu talba ġustifikabbli fuq il-merti (dritt li jista' jiġi infurzat fis-sura ta' ordni tal-qorti jew sturmenti awtentiċi jew evidenza tat-talba li toħloq każ prima facie – fumus boni juris), u juri urġenza (riskju ġenwin li l-infurzar tat-talba jista' jiġi sfrattat jekk il-miżura ma tingħatax (periculum in mora)), u billi l-għoti ta' miżuri bħal dawn jista' jsir suġġett għat-tressiq ta' sigurtà,

O.

billi f'każijiet ta' skala żgħira, l-aktar meta l-ispejjeż legali jkunu għolja ferm, id-dewmien tal-ġustizzja jissarraf f'inġustizzja u billi, f'każijiet ta' skala akbar, jista' jkun in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-assi li jkun l-akbar ostakolu; billi, għaldaqstant, ir-rikors għal ordnijiet ta' miżuri proviżorji jista' jkun li verament jipprovdi soluzzjoni sempliċi u intelliġenti fiż-żewġ tipi ta' każijiet,

P.

billi, barra dan, kwalunkwe azzjoni Komunitarja maħsuba biex informazzjoni ssir disponibbli jeħtieġ li titqies ukoll fil-kuntest ta' dawn it-tipi ta' każijiet, li fihom in-nuqqas ta' informazzjoni tikkawża inġustizzja serja; billi, jekk ma jkunx hemm informazzjoni disponibbli għall-kreditur dwar l-assi ta' debitur (u a fortioridebitur li jinsisti li jonqos li jonora l-obbligi tiegħu) li jistgħu jiġu ssekwestrati biex tkun infurzata sentenza, il-kreditur ma jkunx jista' jinfurzaha,

Q.

billi, fil-prattika, din il-problema mhix limitata biss għall-każijiet fejn diġà tkun ingħatat sentenza li, madankollu, ma tkunx ġiet onorata: din il-problema tista' tqum ukoll qabel il-persuni jressqu t-talbiet tagħhom,

R.

billi, madankollu, huwa assolutament meħtieġ li kwalunkwe miżuri li jiġu proposti jkunu proporzjonati; billi, barra minn hekk, m'għandhomx sempliċement jirrepetu dak li diġà jista' jinkiseb permezz tal-miżuri nazzjonali eżistenti u għandhom ikunu limitati għal talbiet transkonfinali, u għandha tkun evitata l-armonizzazzjoni li mhix xierqa u li mhix meħtieġa,

S.

billi intwera xi tħassib li uħud mill-ideat dwar l-eżekuzzjoni b'mod effikaċi ta' sentenzi fl-Unjoni Ewropea permezz tat-trasparenza tal-assi tad-debituri, jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza (ħarsien tad-data), idgħajfu s-salvagwardji proċedurali u jmorru kontra t-tradizzjonijiet kostituzzjonali ta' ħafna Stati Membri,

T.

billi kull proposta mressqa għandha tkun effettiva f'sens ta' nefqa u integrata f'oqsma oħra tal-politika Komunitarja sabiex jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni bla bżonn tal-isforzi,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Green Paper tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tas-6 ta' Marzu 2008, għax tikkontribwixxi għall-Istrateġija ta' Liżbona;

2.

Jiddikjara li n-nuqqas ta' ċarezza tal-informazzjoni meħtieġa biex wieħed jisforza lid-debitur li jwettaq l-obbligi tiegħu jmur kontra l-prinċipji komuni ta' rieda tajba u ta' responsabilità tal-flus; isostni li n-nuqqas ta' għarfien dwar il-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-mezzi tal-infurzar jew tan-nuqqas ta' effikaċità tagħhom fih innifsu jimpedixxi r-realizzazzjoni ta' suq intern magħqud u jwassal għal spejjeż mhux ġustifikati;

3.

Jinnota li ħlas li jsir tard, l-ebda ħlas u l-problema tal-irkuprar tad-dejn jagħmlu ħsara lill-interessi tal-intrapriżi u tal-konsumaturi kredituri, inaqqsu l-fiduċja fis-suq intern u jdgħajfu l-azzjoni ġuridika;

4.

Jappoġġja strateġija integrata u effikaċji bbażata fuq il-prinċipji ta' “leġiżlar aħjar” u jqis li l-objettiv tal-irkupru tad-dejn għandu jintlaħaq filwaqt li jkunu żgurati n-nuqqas ta' diskriminazzjoni, il-protezzjoni ta' data sensittiva u l-garanziji ġudizzjarji permezz tar-rikors għal miżuri proporzjonati li jiżguraw it-trasparenza meħtieġa u jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-informazzjoni u tal-ġestjoni;

5.

Jinsisti li, minbarra l-informazzjoni disponibbli pubblikament, il-kreditur għandu jkollu aċċess għad-data meħtieġa, taħt is-superviżjoni jew bl-assistenza tal-awtorità kompetenti, biex ikun jista' jibda l-proċedura tal-infurzar u jikseb ir-rimbors tal-kreditu tiegħu, skont modalitajiet sempliċi biex jiġu implimentati fis-suq intern kollu;

6.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-irkupru transkonfinali tad-dejn permezz tal-infurzar tas-sentenzi ġudizzjarji hija problema mill-akbar tas-suq intern, imma jqis li s-soluzzjonijiet imressqa għad-diskussjoni mill-Kummissjoni jeħtieġu aktar xogħol sabiex jindirizzaw b'mod adegwat il-problema l-aktar diffiċli, dik tad-debituri li jirrifjutaw li jobdu ordnijiet;

Il-proposta sabiex jitfassal manwal ta' liġijiet u prattiki nazzjonali tal-infurzar

7.

Josserva li dan il-manwal jista' jkun li jkun diffiċli u jieħu fit-tul u jiswa' ħafna flus biex jiġi prodott u aġġornat, li, għall-individwi li jkunu qed ifittxu rimedju, jista' jkun aktar faċli li jkun hemm reġim wieħed applikabbli, u li fil-maġġoranza tal-każijiet il-kredituri jkollhom jieħdu parir mingħand avukati fil-ġuriżdizzjoni barranija rilevanti; iqis, madankollu, li verżjoni simplifikata tista' tkun utli fin-nuqqas ta' reġim transkonfinali funzjonabbli;

8.

Jemmen bis-sħiħ li l-pubblikazzjoni ta' direttorji nazzjonali ta' avukati barranin li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern skont id-Direttivi 77/249/KEE (5) u 98/5/KE (6) ikunu utli; jinnota li dawn id-direttorji nazzjonali jistgħu jkunu marbuta ma' website tal-Kummissjoni u jistgħu jkunu kumlementari għall-manwal;

Żieda fl-informazzjoni disponibbli fir-reġistri pubbliċi u t-titjib fl-aċċess għalihom

9.

Jinsab kontra l-għoti ta' aċċess mhux ġustifikat, indiskriminat u arbitrarju għal kull xorta ta' data miżmuma dwar popolazzjoni, sigurtà soċjali u reġistri tat-taxxa, u huwa favur qafas adegwat u proporzjonat maħsub biex jiġi żgurat l-infurzar effikaċi tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea;

10.

Jargumenta li aċċess xieraq għar-reġistri tal-popolazzjoni (fejn ikunu jeżistu) jista' jkun utli biex jinstabu individwi privati b'xortihom ħażina li jonqsu li jħallsu l-pagamenti tal-manteniment jew ta' self privati, u biex jiġu evitati l-abbużi;

11.

Iqis li, filwaqt li l-aċċess imtejjeb għas-sigurtà soċjali u għar-reġistri tat-taxxa kien innovazzjoni ta' suċċess f'ċerti ġurisdizzjonijiet, jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u dwar il-kunfidenzjalità; jirrimarka li din hija materja sensittiva għall-pubbliku; jinnota, barra dan, li jista' jkun hemm tassew problemi legali bl-użu ta' informazzjoni għal skop li jkun differenti minn dak li għalih tkun inġabret;

12.

Josserva, barra minn hekk, li d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u r-rekords tas-sigurtà soċjali huma kunfidenzjali f'ħafna Stati Membri u li l-idea ta' reġistru, bir-riskji kollha li jista' jġib miegħu fejn jistgħu jintilfu xi rekords, mhix sejra tintlaqa' tajjeb f'dawk il-pajjiżi u tkun titqies bħala abbuż tas-setgħa eżekuttiva;

13.

Isostni li, li kieku l-proposta kienet sproporzjonata għall-għan imfittex, hija tista' tkun miftuħa għall-abbuż u tista' tikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-privatezza;

L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar

14.

Iqis li ta' min tkun studjata aktar l-idea ta' koperazzjoni mtejba bejn il-korpi tal-infurzar pubbliku, iżda jirrimarka li korpi bħal dawn ma jeżistux fl-Istati Membri kollha;

Id-dikjarazzjoni tad-debitur

15.

Huwa tal-fehma li jista' jkun utli li dikjarazzjoni tad-debitur tkun tagħmel parti mill-proċedura tal-infurzar ta' sentenza, fejn hija tista' tiġi ssostanzjata minn sanzjonijiet skont il-liġi nazzjonali;

16.

Iqis li m'hemm l-ebda ħtieġa ta' azzjoni Komunitarja f'dan il-qasam, sakemm ma jiġix ippruvat li l-istrumenti eżistenti tal-Istati Membri mhumiex effiċjenti;

Miżuri oħra

17.

Jissuġġerixxi li tista' tiġi kkunsidrata l-idea li tiġi introdotta forma ta' miżura Komunitarja proviżorja apparti dawk tal-qrati nazzjonali; iqis li din tista' tieħu s-sura ta' proċedura sempliċi u flessibbli li tkun tista' titħaddem madwar l-UE kollha, u b'hekk jiġi evitat dewmien u spejjeż bla bżonn; huwa tal-fehma li din tkun effettiva u ġusta wkoll għal dawk il-partijiet li mhumiex implikati;

18.

Jipproponi li din il-miżura tista' tapplika għat-talbiet ta' arbitraġġ ukoll u tista' wkoll titqies fil-kuntest tar-reviżjoni li ġejja dalwaqt tar-Regolament I ta' Brussell;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tittratta din il-kwistjoni bħala prijorità u biex twettaq (a) valutazzjoni dettaljata tal-problema, (b) studju tal-fattibilità ta' strumenti Komunitarji possibbli u (c) evalwazzjoni tal-impatt ta' rimedji possibbli tal-liġi Komunitarja ristretti għall-aspetti transkonfinali; iqis li l-istħarriġ tal-Kummissjoni għandu jidentifika wkoll u jiġġustifika kif jixraq il-bażi legali xierqa għal kwalunkwe strument Komunitarju li jiġi propost, li għandu jkun ristretta għal każijiet transkonfinali u jkun kumplementari għall-applikazzjoni ta' rimedji purament nazzjonali f'dan il-qasam u mhux ixekkluha;

20.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis bir-reqqa l-miżuri prekuntrattwali u kuntrattwali li jista' jkollhom rabta mal-iżvilupp tal-Qafas Komuni ta' Referenza u kull strument fakultattiv li joriġina minnu, biex jiġi żgurat li l-partijiet li għandhom sehem f'kuntratti transkonfinali Ewropej jikkunsidraw kwistjonijiet ta' pagamenti tardivi u nuqqas ta' pagament fl-att tal-kuntratt;

21.

Jistenna bil-ħerqa l-eżami tad-Direttiva dwar Ħlasijiet Tardivi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproċedi dwar dan malajr kemm jista' jkun, minħabba l-klima ekonomika ta' bħalissa;

22.

Jissuġġerixxi li jsir studju dwar il-metodi legali nazzjonali diverġenti għar- riżerva tat-titlu u mekkaniżmi oħra simili, bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tagħhom;

23.

Jissuġġerixxi li parti li tkun akkwistat drittijiet tal-proprjetà rikonoxxuti f'deċiżjoni ġudizzjarja għandha tkun tista' tinforza dawk id-drittijiet bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-parti li tkun tat l-informazzjoni;

*

* *

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 655.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0637.

(3)  Id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, 8.8.2000, p. 35).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien tal-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta' Marzu 1977 biex taġevola lill-avukati biex jeżerċitaw b'mod effettiv il-libertà li jipprovdu servizzi (ĠU L 78, 26.3.1977, p.17).

(6)  Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 biex tiġi ffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta' avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-kwalifika tkun inkisbet (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/12


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Rapport annwali dwar il-Ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonjiet għall-2008

P6_TA(2009)0239

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2008 (2008/2301(INI))

2010/C 184 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-missjonijiet ta' ġbir tal-fatti magħmula mill-Kumitat fl-2008 li saru fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fi Franza u r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti approvati mill-Kumitat,

wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 194 tat-Trattat KE, li jikkonferixxu fuq iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE d-dritt li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 192(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0232/2009),

A.

filwaqt li jagħraf l-importanza tal-proċess tal-petizzjonijiet u l-attributi speċifiċi tiegħu, li jippermettu lill-kumitat responsabbli jfittex soluzzjonijiet u spjegazzjonijiet għaċ-ċittadini tal-UE li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament,

B.

wara li kkunsidra l-għadd dejjem jikber ta' ċittadini tal-UE li jressqu petizzjonijiet quddiem il-Parlament, flimkien mal-isforzi mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex ikompli jħaffef il-proċeduri tiegħu sabiex jiġi pprovdut servizz aħjar liċ-ċittadini li qed ifittxu l-assistenza tiegħu,

C.

billi diversi rakkomandazzjonijiet minn dawk li ġew adottati fir-Rapport Annwali tal-2007 għadhom iridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet tal-Parlament, bħat-talba għal titjib urġenti tar-riżorsi amministrattivi, inklużi riżorsi fl-għarfien espert lingwistiku u legali, tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet sabiex tiżdied il-kapaċità tal-Parlament biex imexxi investigazzjonijiet indipendenti tal-petizzjonijiet indirizzati lilu, u, pereżempju li jikkopera aktar mill-qrib ma' SOLVIT fil-qasam tal-petizzjonijiet u l-ilmenti rigward is-suq intern, kif ukoll il-ħolqien ta' portal komuni tal-UE għaċ-ċittadini Ewropej,

D.

filwaqt li huwa konxju mill-fatt li, minkejja l-progress konsiderevoli fl-iżvilupp tal-istrutturi u l-politiki tal-Unjoni waqt dan il-perjodu, iċ-ċittadini jibqgħu konxji b'mod dirett ta' ħafna nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni peress li jaffettwawhom b'mod dirett u billi dawn spiss huma s-suġġett tal-petizzjonijiet li jaslu,

E.

billi l-istituzzjoni tal-“Inizjattivi taċ-Ċittadini” skont it-Trattat ta' Liżbona se tirriżulta f'parteċipazzjoni pubblika akbar fl-attivitajiet u fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea,

F.

billi, konsegwentement, il-Parlament għandu responsabilità li jiżgura applikazzjoni aħjar tal-liġi Komunitarja mill-Istati Membri individwali fl-interessi taċ-ċittadini u r-reisidenti tal-UE, u b'hekk li jaħdem id f'id mal-Istati Membri biex jintlaħaq dan l-objettiv,

G.

billi, madankollu, ħafna Stati Membri jibqgħu jsibuha bi tqila li jikkoperaw b'mod attiv mal-kumitat responsabbli, b'mod partikulari billi jonqsu milli jattendu laqgħat tal-kumitat, u peress li dan juri nuqqas ta' koperazzjoni leali mal-istituzzjoni,

H.

billi n-nuqqas ta' koperazzjoni attiva u f'waqtha mal-ħidma tal-kumitat responsabbli fl-interess tal-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja tqajjem dubji dwar ix-xewqa u l-intenzjoni tal-Istat Membru kkonċernat li japplika korrettament il-politiki u l-objettivi tal-UE u għalhekk jesponi lill-awtoritajiet għal miżuri fis-sura ta' sanzjonijiet u pieni li huma disponibbli skont it-termini tat-Trattati kif ukoll għall-kritika pubblika,

I.

filwaqt li jagħraf, madankollu, li ħafna Stati Membri juru livell tajjeb ta' koperazzjoni u ħidma mal-Parlament fi sforz biex iwieġbu għall-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini kif inhuma espressi permezz tal-proċess tal-petizzjonijiet,

J.

filwaqt li jagħraf il-kontribut kostruttiv li jsir lill-proċess tal-petizzjonijiet mis-servizzi tal-Kummissjoni, li b'mod regolari jipprovdu, fuq it-talba tal-kumitat responsabbli, evalwazzjonijiet preliminari ta' ħafna petizzjonijiet li jaslu,

K.

billi koperazzjoni bħal din tista' u għandha tkompli tissaħħaħ aktar, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-proċeduri skont l-Artikoli 226 u 228 tat-Trattat KE f'każijiet li jkunu ġġustifikati kif jixraq,

L.

billi l-Parlament iqis li hu leġittimu li jagħmel użu mis-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 230 tat-Trattat KE, jekk dan ikun meħtieġ sabiex jintemm ksur serju tal-liġi Komunitarja li jkun ġie żvelat fil-kors tal-eżami ta' petizzjoni u meta tippersisti differenza sinifikanti fl-interpretazzjoni, minkejja sforzi biex din tiġi riżolta, bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, rigward l-azzjoni meħtieġa skont il-liġi Komunitarja għall-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-każ konċernat,

M.

billi l-proċedura ta' ksur ma tipprovdix rimedju għall-petizzjonanti anke meta Stat Membru jkun obbligat mill-Qorti tal-Ġustizzja li jimmodifika l-leġiżlazzjoni tiegħu sabiex iġibha konformi mal-atti leġiżlattivi tal-UE,

N.

billi l-inabilità li jkun ipprovdut rimedju mhux ġudizzjarju direttament liċ-ċittadini tal-UE li kienu jew li saru vittmi tan-nuqqas ta' applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE tikkostitwixxi inġustizzja bażika li jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE, u b'mod partikulari mill-Parlament,

O.

billi, skont l-Artikolu 230 tat-Trattat KE, il-Parlament għandu d-dritt li jressaq azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bl-istess kundizzjonijiet bħall-Kunsill u l-Kummissjoni u billi, skont l-Artikolu 201 tat-Trattat KE, il-Parlament għandu s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq l-attivitajiet tal-Kummissjoni u b'hekk għandu disponibbli kemm l-istrumenti legali kif ukoll dawk politiċi biex jirreaġixxi b'mod iktar effettiv għat-tħassib leġittimu taċ-ċittadini,

P.

billi l-Parlament għandu jeżamina mill-ġdid il-proċeduri tiegħu stess sabiex jiffaċilita l-azzjonijiet, partikolarment skont l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta d-drittijiet tal-petizzjonanti jkunu f'riskju,

Q.

billi għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 6 tat-Trattat UE, l-Unjoni hija msejsa fuq il-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u tal-istat tad-dritt, prinċipji li huma wkoll element bażiku tal-kriterji ta' Kopenħagen għall-adeżjoni fl-UE, u billi l-Artikolu 7 tat-Trattat UE jistipula proċeduri speċifiċi li jistgħu jinbdew f'każ ta' ksur serju u konsistenti tal-prinċipji msemmija, jew riskju ċar ta' dan,

R.

filwaqt li huwa konxju mill-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet imressqa f'seduti plenarji fl-2008 u adottati mill-maġġoranza l-kbira tal-Membri, skont l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li waslu rigward l-impatt tal-pipeline tal-gass tan-Nord Stream taħt il-Baħar Baltiku u rigward kumpaniji tad-direttorju qarrieqa,

S.

billi ż-żieda fit-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija rriżultat fi proġetti għal pipelines għall-gass naturali u għall-gass naturali likwefatt li, speċjalment meta jsiru bl-għaġla mingħajr evalwazzjoni xierqa tar-riskji u tal-alternattivi, iqajmu t-tħassib tal-petizzjonanti dwar in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni li tingħata lir-riskji potenzjalment serji għall-ambjent u għas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem partikolarment fir-rigward ta' proġetti fil-Baħar Baltiku, Wales u l-Irlanda,

T.

billi huwa evidenti mill-eżami tal-petizzjonijiet li l-listi tal-proġetti msemmija fl-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), kif emendata, ma jkoprux numru ta' stallazzjonijiet u attivitajiet importanti li tfaċċaw wara l-aħħar emendi għal dawk l-Annessi, bħall-impjanti ta' rigassifikazzjoni u l-impjanti tal-bijodiżil,

U.

billi l-bosta petizzjonijiet imressqa dwar in-netwerk Natura 2000 komplew juru li l-waqfien tat-telf tal-bijodiversità hu sfida kbira għall-Unjoni u li d-Direttiva dwar il-Ħabitats (2) u d-Direttiva dwar l-Għasafar (3) jikkostitwixxu għodda bażika u indispensabbli sabiex ikun onorat l-impenn tal-UE li ttemm it-telf tal-bijodiversità sal-2010,

V.

billi l-eżami tal-petizzjonijiet wera wkoll li n-nuqqas ta' sorsi biżżejjed ta' ilma ħelu spiss huwa aggravat minn fatturi oħra bħad-domanda li qed tiżdied għall-ilma minħabba l-urbanizzazzjoni eċċessiva u l-proġetti għall-ħin ħieles, il-manutenzjoni inadegwata tal-infrastruttura u tal-prevenzjoni tat-tnixxijiet, l-użu intensiv tal-ilma mill-agrikoltura industrijali u politika tal-prezzijiet li ma tinkoraġġixxix l-użu sostenibbli tal-ilma,

W.

filwaqt li huwa konxju mir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet wara ż-żjarat f'Fos-sur-Mer, Franza, f'Ċipru u fir-Rumanija,

X.

filwaqt li jżomm f'moħħu t-tħassib li ġie espress mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rigward ta' ċerti proġetti ta' infrastruttura fil-Muntanji Rila fil-Bulgarija, li kienu osservati waqt żjara għall-ġbir tal-fatti fl-2008,

Y.

billi minkejja li Ann Abraham, l-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa tar-Renju Unit, indirizzat il-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'Diċembru tal-2008 u ppreżentatlu r-riżultati tal-investigazzjoni tagħha, investigazzjoni li damet sejra erba' snin, ir-reazzjoni sussegwenti mill-Gvern tar-Renju Unit f'Jannar tal-2009, li kienet tinkludi ħlasijiet ex gratia lil kull min intlaqat b'mod sproporzjonat, ma tistax titqies bħala rimedju xieraq għall-ħafna vittmi tal-falliment,

Z.

filwaqt li jagħraf il-koperazzjoni pożittiva u kostruttiva mal-Ombudsman Ewropew fl-2008, l-appoġġ ipprovdut mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet għar-rakkomandazzjonijiet miġbura fir-Rapport Annwali tiegħu tal-2007 u fir-Rapporti Speċjali tiegħu dwar l-ilmenti 1487/2005/ u 3453/2005 rigward l-użu tal-lingwi fl-applikazzjoni tal-proċedura ta' ksur mill-Kunsill u mill-Kummissjoni rispettivament, u filwaqt li jilqa' b'sodisfazzjon il-modifiki għall-Istatut tiegħu approvati mill-Parlament,

AA.

billi fl-2008 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva 1 886 petizzjoni, li minnhom 1 065 kienu ddikjarati ammissibbli u 821 kienu ddikjarati inammissibbli; billi l-għadd ta' petizzjonijiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura żdied b'mod sinifikanti mill-bidu tal-2007,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-involviment u l-kontribut tal-petizzjonanti f'kull laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jippermetti djalogu dirett u miftuħ mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u jkompli jagħmel kuraġġ liċ-ċittadini individwali u lill-assoċjazzjonijiet komunitarji tal-UE biex iressqu kwistjonijiet li jikkonċernaw il-qasam ta' attività tal-Unjoni Ewropea u li jaffettwawhom b'mod dirett, filwaqt li jemmen li dan il-proċess jippermetti lill-Parlament bħala istituzzjoni li jkollu rwol sinifikanti fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri u li jiddefendi aħjar u jippromwovi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha tal-UE kif definiti fit-Trattat tal-UE;

2.

Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali, bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE, biex jibqgħu għassa fir-rigward tal-mod li bih l-Istati Membri japplikaw it-Trattati u l-atti leġiżlattivi tal-UE, b'mod partikulari fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-ambjent, mad-drittijiet soċjali u tal-impjieg, mal-moviment ħieles tal-persuni, oġġetti u servizzi, mas-servizzi finanzjarji, mad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini inkluż id-dritt tagħhom għal proprjetà li tkun akkwistata b'mod leġittimu, mal-għarfien tal-kwalifiki tagħhom u ma' kull sura ta' diskriminazzjoni, u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jikkomunikaw b'mod effettiv maċ-ċittadini sabiex dawn ikunu konxji tad-drittijiet tagħhom u tad-dmirijiet tal-istituzzjonijiet nazzjonali u lokali;

3.

Jenfasizza li, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Parlament ma jistax iqis bħala ammissibbli petizzjonijiet li jappellaw kontra deċiżjonijiet ta' awtoritajiet kompetenti jew ta' korpi ġudizzjarji tal-Istati Membri u li informazzjoni f'dak ir-rigward trid tiġi kkomunikata b'mod ċar u li jiftiehem lill-petizzjonanti; jenfasizza, barra minn hekk, li l-ilmenti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament qabel ma jkunu jistgħu jiġu ddikjarati ammissibbli;

4.

Jitlob li dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ġew adottati fir-Rapport Annwali tal-2007 li għadhom iridu jiġu implimentati, jiġu implimentati f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom, flimkien mar-Rappreżentanti Permanenti tagħhom, biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew meta jkunu qed jiġu investigati allegazzjonijiet jew proposti li jkunu jinsabu fil-petizzjonijiet, fuq bażi leali u kostruttiva, bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet li jitqajmu permezz tal-proċess tal-petizzjonijiet;

6.

Jitlob li l-korpi responsabbli fil-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill imexxu eżami mill-ġdid sħiħ tal-proċeduri possibbli biex tkun żgurata azzjoni ta' rimedju għaċ-ċittadini tal-UE u li tkun innegozjata ftehima interistituzzjonali ġdida li tkun tinkorpora setgħat imsaħħa għall-kumitati ta' inkjesta, sabiex ikomplu jiġu msaħħa d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE;

7.

Jemmen li eżami mill-ġdid bħal dan jikkumplementa kull implimentazzjoni eventwali li tista' ssir tat-Trattat ta' Liżbona billi jipprovdi salvagwardji bbażati fuq id-drittijiet u l-obbligi ddikjarati taċ-ċittadini tal-UE u tal-istituzzjonijiet tal-UE;

8.

Ifakkar li, kif il-Parlament enfasizza fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2004 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (4), ir-rispett lejn il-valuri, u l-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u d-difiża tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma responsabilità partikolari għall-Parlament bħala r-rappreżentant elett direttament taċ-ċittadini Ewropej, u jfakkar ukoll li l-Parlament fisser il-fehma f'dik ir-riżoluzzjoni li “l-injorar tal-ħtieġa possibbli għal penali joħloq l-impressjoni li l-Unjoni mhix imħejjija jew mhijiex f'pożizzjoni li tuża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiddefendi l-valuri tagħha”;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni, għal darba oħra, biex tiżgura li jingħata aktar għarfien lill-proċess tal-petizzjonijiet u li titqiegħed aktar enfasi fuqu, b'mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta' ksur u r-rekwiżit li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun mgħarraf b'mod dirett u b'mod uffiċjali meta jittieħdu deċiżjonijiet biex jingħata bidu għal proċeduri skont l-Artikolu 226 u/jew l-Artikolu 228 li huma relatati mal-kwistjonijiet li jitqajmu f'petizzjonijiet individwali;

10.

Ifakkar li l-Parlament ikkunsidra li l-allegazzjonijiet ta' ksur serju tal-liġi Komunitarja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet qies li kellhom bażi soda fid-dawl tal-eżami tal-petizzjonijiet iżda li l-Istat Membru kkonċernat jirrifjuta li jammetti, u li x'aktarx se joħolqu preċedent fil-livell nazzjonali, finalment għandhom jiġu eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tkun żgurata l-konsistenza u l-koerenza tal-liġi Komunitarja u r-realtà tas-suq intern (5);

11.

Jirrikonoxxi li l-proċeduri ta' ksur, anki meta jirnexxu, jistgħu ma jirriżultawx f'rimedju immedjat għat-tħassib speċifiku mqajjem minn petizzjonanti individwali, u li dan spiss idgħajjef il-kunfidenza pubblika fil-ħila tal-istituzzjonijiet tal-UE li jilħqu l-aspettattivi tagħhom;

12.

Huwa tal-fehma li, peress li hemm indikazzjonijiet ċari li l-objettiv li jintemm it-telf tal-bijodiversità fl-UE sal-2010 ma jistax jintlaħaq, trid tittieħed azzjoni urġenti sabiex l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u tad-Direttiva dwar l-Għasafar tkun aktar effettiva, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li dawk id-direttivi jiġu applikati mill-Istati Membri b'mod li huwa konsistenti ma' dan l-objettiv;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, b'koperazzjoni mal-Parlament, tippromwovi mal-Istati Membri l-importanza li wieħed jaħseb fit-tul – speċjalment fil-qasam tal-approvazzjonijiet tal-ippjanar – bħala għajnuna biex jiġi evitat ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja li ġew adottati iżda li għadhom mhumiex fis-seħħ;

14.

Jagħraf li, xi drabi, ikun impossibbli li jinstabu soluzzjonijiet għall-ilmenti li jkunu tqajmu mill-petizzjonanti, minħabba nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli nnifsha;

15.

Huwa preokkupat dwar l-għadd kbir ta' petizzjonijiet li jirċievi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jitolbu d-drittijiet tal-vot għal residenti “mhux” ċittadini tal-Latvja fl-elezzjonijiet lokali; ifakkar li l-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kumitat tan-NU dwar il-Qerda tad-Diskriminazzjoni Razzjali, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza kif ukoll l-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa rrakkomandaw li min mhuwiex ċittadin għandu jitħalla jipparteċipa fl-elezzjonijiet lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex timmonitorja mill-qrib u tinkoraġġixxi r-regolarizzazzjoni tal-istatus ta' persuni li “mhumiex” ċittadini fil-Latvja, li ħafna minnhom twieldu fil-Latvja;

16.

Jinnota li ħafna mill-petizzjonijiet li jirċievi l-Parlament minn individwi u assoċjazzjonijiet jikkonċernaw kwistjonijiet li ma jikkostitwixxux ksur tal-liġi Komunitarja u li għalhekk għandha tinstabilhom soluzzjoni billi jintużaw il-proċeduri legali kollha ta' rimedju li jkunu disponibbli fl-Istati Membri konċernati; jinnota wkoll li, ladarba jkunu ttieħdu l-miżuri kollha f'livell nazzjonali, il-korp ta' appell xieraq huwa l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

17.

Jinnota li l-“petizzjoni sede waħda” ffirmata minn 1 500 000 ruħ, li l-għan tagħha huwa li l-Parlament jiltaqa' f'sede waħda biss, għadha ma ġietx indirizzata bis-sħiħ; jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jittratta din il-kwistjoni bħala prijorità fil-mandat parlamentari li jmiss;

18.

Għalhekk jistieden lill-kumitati leġiżlattivi responsabbli biex iżommu f'moħħhom proposti jew suġġerimenti li jistgħu jsiru minn żmien għal żmien mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni speċifika tal-UE min-naħa tal-Istati Membri, bil-għan li possibilment issir reviżjoni jew li ssir aktar investigazzjoni;

19.

Ifakkar fit-talba tal-Parlament lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (6) fir-rigward tal-kumpaniji tad-direttorji kummerċjali qarrieqa kif ukoll biex tagħti rapport lill-Parlament dwar il-fattibilità u l-konsegwenzi possibbli tal-estensjoni tal-qasam ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (7), speċifikament billi l-kelma “konsumatur” tinbidel bil-kliem “mira tal-prattika”;

20.

Japprova t-talba tal-Ombudsman lill-Kunsill li jżid l-għażliet tal-lingwa tal-websajts tal-Presidenzi tiegħu sabiex jinkludu l-lingwi l-aktar mitkellma tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li jkun żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess dirett għall-attivitajiet tal-Presidenzi tal-Kunsill; jirreferi f'dan ir-rigward għall-Presidenza Franċiża tal-Kunsill, li ppubblikat il-websajt uffiċjali tagħha b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;

21.

Japprova s-sejħa tal-Ombudsman lill-Kummissjoni, b'referenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol (8), biex l-ilmenti taċ-ċittadini jiġu ttrattati b'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba fil-qasam tal-poteri ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni rigward il-bidu ta' proċeduri ta' ksur;

22.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni kostruttiva bejn l-Ombudsman u l-UE fi ħdan il-qafas istituzzjonali xieraq; japprova t-talbiet ripetuti tal-Ombudsman għall-adozzjoni ta' Kodiċi ta' Imġiba Amministrattiva Tajba, komuni għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, kif approvat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja dwar l-eżistenza u l-aċċessibilità pubblika, fl-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji differenti, ta' Kodiċi ta' Imġiba Amministrattiva Tajba (9); huwa tal-fehma li l-Ombudsman, il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jiżviluppaw portal komuni tal-UE sabiex ikunu ttrattati l-ilmenti li jitressqu quddiem l-istituzzjonijiet tal-UE;

23.

Iħeġġeġ l-implimentazzjoni mill-firmatarji kollha tar-Riżoluzzjoni 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-kwistjoni ta' Ċipru, li twassal sabiex il-proprjetà tintradd b'mod sħiħ lis-sidien leġittimi tagħha f'Varosha; jissuġġerixxi li, f'każ li ma jkunx hemm riżultati ċari sa tmiem l-2009, il-kumitat responsabbli jista' jikkunsidra li jressaq il-kwistjoni tal-petizzjonanti ta' Famagusta quddiem il-plenarja;

24.

Jistieden lill-awtoritajiet Rumeni biex jadottaw miżuri għall-ħarsien tal-wirt arkitettoniku u storiku tar-Rumanija, skont l-Artikolu 151 tat-Trattat KE, kif mitlub mid-Dikjarazzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-ħtieġa ta' miżuri biex jitħares il-Katidral Kattoliku Ruman ta' San Ġużepp f'Bukarest ir-Rumanija, monument storiku u arkitettoniku mhedded (10); b'referenza għall-problemi rigward ir-radd tal-proprjetà kkonfiskata fi żmien ir-reġim Komunista, jiġbed l-attenzjoni li, skont l-Artikolu 295 tat-Trattat KE, is-sjieda tal-proprjetà hija kwistjoni ta' kompetenza nazzjonali;

25.

Jitlob lill-awtoritajiet Franċiżi jħejju evalwazzjoni epidemjoloġika sabiex ikun iddeterminat l-impatt fuq iz-zona qrib Fos-Berre, fil-viċinanzi tal-impjant ta' inċinerazzjoni li qed jinbena f'Fos-sur-Mer; jirrikonoxxi li d-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' April 1999 dwar il-valuri ta' limitu tad-diossidu tal-kubrit, tad-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f'partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (11) ma tipprojbixxix il-kostruzzjoni ta' inċineratur f'zona diġà affettwata mit-tniġġis tal-arja, iżda jiġbed l-attenzjoni li, skont id-Direttiva 1999/30/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġjar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti (12), għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards Ewropej dwar it-tniġġis tal-arja;

26.

Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet miġbura fir-Rapport Annwali tal-2007 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bil-għan li jkunu analizzati mill-ġdid il-proċeduri amministrattivi għat-trattament tal-petizzjonijiet, bħal, pereżempju, it-trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-petizzjonijiet lis-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-koperazzjoni mill-qrib ma' SOLVIT, it-titjib ulterjuri tal-bażi ta' data tal-petizzjonijiet, l-iżvilupp ta' portal tal-UE għaċ-ċittadini Ewropej, eċċ; jilqa' b'sodisfazzjon l-abbozzar minn Membri ta' Kodiċi ta' Prattika Tajba għat-trattament tal-petizzjonijiet, li jidħol fis-seħħ fil-bidu tal-mandat parlamentari li jmiss;

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.


(1)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1).

(4)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 408.

(5)  Riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2005 dwar id-dibattiti tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena parlamentari 2003-2004 (ĠU C 320 E, 15.12.2005, p.161).

(6)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(7)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE tat-23 ta' Novembru 1993 dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 307, 13.12.1993, p. 18).

(9)  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 331.

(10)  ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 162.

(11)  ĠU L 163, 29.6.1999, p. 41.

(12)  ĠU L 296, 21.11.1996, p. 55.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/18


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet

P6_TA(2009)0240

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-appoġġ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet (2008/2245(INI))

2010/C 184 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(2), 13 u 141(4) tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-ħidma tad-Direttorat Ġenerali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Affarijiet Legali tal-Kunsill tal-Ewropa, u b'mod partikolari tal-Kumitat ta' tmexxija tiegħu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003 dwar approċċ integrat għall-ugwaljanza tan-nisa u l-irġiel (integrazzjoni sistematika) fil-Parlament Ewropew (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta'Jannar 2007 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tal-Kumitati (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0198/2009),

A.

billi t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju u li skont l-Artikolu 2 tat-Trattat, dan jagħmel parti mill-missjonijiet tal-Komunità,

B.

billi l-Artikolu 3(2) tat-Trattat jistabbilixxi l-prinċipju tal-approċċ integrat għat-trattament indaqs filwaqt li jistipula, li fl-azzjonijiet kollha tagħha, il-Komunità tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa,

C.

billi l-perċentwal ta' Membri nisa fil-Parlament żdied b'mod kostanti minn 17,5 % fl-1979 għal 31,8 % fl-2009,

D.

billi hemm numru żgħir ta' Membri li għandhom karigi għolja fl-organi tal-Parlament (Presidenza jew membri tal-kumitati jew ta' delegazzjonijiet, pereżempju),

E.

billi fid-Direttorati Ġenerali tal-politiki interni u tal-politiki esterni tal-Parlament, in-nisa għandhom rappreżentanza għolja u jiffurmaw rispettivament is-66,5 % u s-66 % tal-persunal, filwaqt li jinnota l-progress konsiderevoli miksub dan l-aħħar fid-Direttorat Ġenerali tal-politiki interni, li wassal għall-għoti tal-“prempju għall-ugwaljanza 2007 – l-aħjar prassi” kemm għall-ħolqien ta' ambjent ta' xogħol favur l-ugwaljanza u għall-approċċ integrat tal-ugwaljanza kif ukoll għaż-żieda konsiderevoli tan-numru ta' nisa li jokkupaw karigi għolja ta' tmexxija ( in-numru ta' nisa li huma kapijiet ta' unità pereżempju, żdied minn 5 % għal 30 % wara l-2005),

F.

billi l-maġġoranza tal-Kumitati parlamentari b'mod ġenerali tagħti ċerta importanza għall-approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel (pereżempju fil-qafas tal-ħidmiet leġiżlattivi tagħhom, tar-relazzjonijiet uffiċjali mal-kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jew l-iżvilupp ta' pjan ta' Azzjoni għall-Ugwaljanza) filwaqt li minoranza tal-Kumitati dan jinteressahom rarament jew qatt,

G.

Jenfasizza l-fatt li l-użu ta' netwerk inkarigat mill-approċċ integrat tal-ugwaljanza fil-kumitati u li jkun magħmul minn Membri u minn membri tal-persunal tas-segretarjat, sa issa għadu ma ħalliex riżultati,

H.

Jenfasizza l-fatt li l-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità ppropona l-ħolqien ta' netwerk simili ta' delegazzjonijiet interparlamentari bil-għan li l-kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jkunu integrati fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea,

1.

Jenfasizza li t-talba għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel għandha tissarraf f'approċċ prattiku li ma jpoġġix lin-nisa kontra l-irġiel;

2.

Jenfasizza li l-approċċ integrat għat-trattament ugwali jikkostitwixxi żvilupp pożittiv għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;

3.

Jenfasizza li l-approċċ integrat għat-trattament ugwali jipprevedi r-riorganizzazzjoni, it-titjib, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni tal-politiki biex fil-livelli u l-istadji kollha, l-atturi li normalment ikunu marbuta mad-deċiżjonijiet politiċi jinkludu l-perspettiva tat-trattament ugwali fil-politiki kollha;

4.

Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi adottata u applikata strateġija adegwata b'miri konkreti għal approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki tal-Komunità rigward il-kumitati u d-delegazzjonijiet parlamentari;

5.

Jenfasizza l-importanza tal-mandat tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità u jistiednu biex ikompli jħeġġeġ u jippromwovi dan il-proċess fil-Parlament kollu, kif ukoll fir-relazzjonijiet u l-kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-istituzzjonijiet l-oħra;

6.

Jifraħ lill-kumitati parlamentari li fil-ħidma tagħhom l-approċċ integrat tat-trattament ugwali għamluh operattiv, u jitlob lill-kumitati l-oħra u lid-delegazzjonijiet biex jagħmlu l-istess;

7.

Jitlob li r-rikors għal netwerk inkarigat mill-approċċ integrat tal-ugwaljanza jkun imsaħħaħ f'dak li jirrigwarda d-delegazzjonijiet interparlamentari u l-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet;

8.

Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali biex jagħti prijorità lit-taħriġ għall-approċċ integrat għat-trattament ugwali tal-uffiċjali fil-livelli kollha tal-kumitati u d-delegazzjonijiet parlamentari; itenni t-talba tiegħu biex jingħata taħriġ dwar it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa lill-Membri kollha tal-Parlament, u dan sa mill-bidu tal-leġiżlatura li jmiss;

9.

Jissokta jħeġġeġ in-netwerking tal-uffiċjali tas-Segretarjati tal-kumitati tal-Parlament u tad-delegazzjonijiet interparlamentari tad-Direttorati Ġenerali tal-politiki interni u l-politiki esterni mħarrġa b'mod speċjali dwar l-approċċ integrat tal-ugwaljanza tal-ġeneri sabiex ikun hemm skambju regolari ta' prattiki tajba;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa li, fil-kumitati u d-delegazzjonijiet tal-Parlament, jkun hemm disponibbli l-għodod adegwati għall-għarfien tajjeb tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali, bħalma huma indikaturi, data u statistika maqsuma skont il-ġeneru, kif ukoll it-taqsim tar-riżorsi tal-baġit mill-aspett tat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel;

11.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali għandu jikkunsidra l-ispeċifiċità ta' kull kumitat jew delegazzjoni tal-Parlament; jitlob li l-kumitati u d-delegazzjonjiet jipparteċipaw b'mod attiv fl-evalwazzjonijiet li regolarment jitwettqu taħt il-patroċinju tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, fuq il-bażi tal-kwestjonarju li jitressaq lill-Presidenti u lill-Viċi Presidenti responsabbli tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, filwaqt li jiġu inklużi n-nuqqasijiet f'dan il-kuntest fil-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet kif ukoll il-progress tal-istabbiliment tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali f'kull Kumitat;

12.

Jenfasizza l-importanza għall-kumitati u d-delegazzjonijiet tal-Parlament li l-irwol u r-responsabbiltajiet tagħhom fil-qasam tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn ġeneri jkunu speċifikati tajjeb;

13.

Jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni effikaċi u koordinata bejn il-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità u n-netwerk inkarigat mill-approċċ integrat tal-ugwaljanza fil-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet interparlamentari kif ukoll mal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

14.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex isegwi l-implimentazzjoni tal-istrateġija integrata li għandha l-għan li tikkonċilja l-ħajja familjali mal-ħajja professjonali u li tiffaċilita l-iżvilupp tal-karriera tal-uffiċjali nisa;

15.

Jistieden lill-gruppi politiċi biex jikkunsidraw l-objettiv ta' parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa meta jinħatru l-persuni f'karigi għoljin u ta' responsabilità;

16.

Jistieden lill-Bureau tal-Parlament biex jenfasizza, fil-kuntatti tiegħu mal-Parlamenti tal-Istati Membri, l-esperjenza pożittiva tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15.

(2)  ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 384.

(3)  ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 225.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/20


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan

P6_TA(2009)0252

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan

2010/C 184 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(1998)0617),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interim dwar il-kummerċ u l-aspetti relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (5144/1999),

wara li kkunsidra l-Artikoli 133 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C5-0338/1999),

wara li kkunsidara r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta msemmija hawn fuq (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-relazzjonijiet bejn il-Komunitajiet Ewropej u t-Turkmenistan bħalissa huma mmexxija mill-Ftehima dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalistif'Diċembru1989; billi din il-ftehima ma fihiex klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem,

B.

billi l-Ftehima Interim tat-2 ta' Diċembru 1998 dwar il-Kummerċ u dwar Kwistjonijiet marbuta mal-Kummerċ, iffirmata bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, bħalissa qed tiġi approvata fil-Kunsill,

C.

billi f'Mejju 1997 beda l-proċess lejn Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni (PCA) mat-Turkmenistan, li ġiet iffirmata fl-1998; billi minn dak iż-żmien, 11-il Stat Membru rratifikaw il-PCA - Franza, l-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Greċja għad iridu jagħmlu dan - u t-12-il Stat Membru ġdid se jirratifikawha permezz ta' protokoll wieħed; billi t-Turkmenistan irratifika l-PCA fl-2004,

D.

billi l-PCA, ladarba tiġi ratifikata b'mod sħiħ, se tiġi ffirmata għal perijodu inizjali ta' 10 snin, imbagħad tiġġedded kull sena, sakemm ebda mill-partijiet ma titterminaha; billi l-partijiet jistgħu jespandu jew jemendaw il-PCA jew ikomplu jelaborawha, sabiex iqisu żviluppi ġodda,

E.

billi t-Turkmenistan għandu rwol importanti fir-reġjun tal-Ażja Ċentrali, u b'hekk il-koperazzjoni mill-qrib bejnu u bejn l-Unjoni Ewropea hija mixtieqa,

F.

billi s-sitwazzjoni fit-Turkmenistan tjiebet minn wara l-bidla tal-president; billi l-gvern wera r-rieda tiegħu biex iwettaq riformi ewlenin; billi għad hemm bżonn ta' progress sostanzjali f'bosta oqsma ewlenin, bħad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-libertajiet individwali,

G.

billi l-Ftehima Kummerċjali Interim (ITA) proposta bejn il-Komunitajiet Ewropej u t-Turkmenistan tistipula r-rispett tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bħala kundizzjoni għall-koperazzjoni,

H.

billi l-ITA għalhekk ikollha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-riformi demokratiċi li qed iseħħu fit-Turkmenistan,

I.

billi l-ITA tinkludi mekkaniżmu li jagħti ċ-ċans lil kwalunkwe parti sabiex titterminaha billi tavża lill-parti l-oħra,

1.

Jinnota li wara l-bidla tal-president fit-Turkmenistan, jidher li hemm rieda li jitwettqu riformi f'oqsma ewlenin; jilqa' b'mod partikulari l-ħolqien ta' Istitut Nazzjonali għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota l-proċess ta' reviżjoni tal-Kostituzzjoni, li għandu l-għan li jsaħħaħ id-demokrazija, il-libertajiet individwali u l-istat tad-dritt; jinnota, barra minn hekk, ir-reviżjoni tal-liġi elettorali; jilqa' l-adeżjoni tat-Turkmenistan għall-konvenzjonijiet internazzjonali bħat-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jimmira biex jabolixxi l-piena tal-mewt u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet Politiċi tan-Nisa; jilqa' r-riformi tas-sistema edukattiva, bil-għan li titjieb il-kwalità u tiżdied l-ugwaljanza għall-istudenti;

2.

Jitlob lill-Gvern tat-Turkmenistan biex jimxi malajr lejn id-demokrazija u r-rispett tal-istat tad-dritt; jitlob, b'mod partikulari, li jsiru elezzjonijiet miftuħa u demokratiċi, li tingħata l-libertà tar-reliġjon, li jseħħ l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ġenwina, il-ħelsien tal-priġunieri politiċi u l-priġunieri ta' kuxjenza kollha, it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, u l-aċċess għal osservaturi indipendenti;

3.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tkompli tħeġġeġ dawn l-iżviluppi; jenfasizza li l-attivitajiet tal-Gvern tat-Turkmenistan iridu jinflew bir-reqqa u b'mod regolari;

4.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżommuh informat, b'mod regolari u sostantiv, dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkmenistan;

5.

Jiddeplora l-fatt li, f'bosta oqsma, b'mod partikulari d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, il-qagħda għadha mhix soddisfaċenti; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikulari għall-ħtieġa li l-priġunieri politiċi kollha jinħelsu bla kundizzjonijiet; jenfasizza l-importanza tat-tneħħija tal-ostakoli għall-ivvjaġġar ħieles u għall-aċċess ħieles għall-osservaturi indipendenti, fosthom is-Salib l-Aħmar Internazzjonali; jitlob għal aktar titjib fil-libertajiet ċivili, inklużi għall-NGOs; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati riformi fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha tal-amministrazzjoni;

6.

Jisħaq fuq l-importanza tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali għall-ftuħ tas-soċjetà Turkmena u t-titjib tal-qagħda demokratika, ekonomika u soċjali taċ-ċittadini Turkmeni;

7.

Iqis li l-ITA, filwaqt li tistipula regoli dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi, tista' tkun pass lejn relazzjonijiet sodi u sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkmenistan u lieva potenzjali għat-tisħiħ tal-proċess ta' riforma fit-Turkmenistan;

8.

Jenfasizza li l-ITA mhuwiex karta bajda għat-Turkmenistan; jitlob, għalhekk, li jkun hemm monitoraġġ strett u evalwazzjonijiet regolari tal-iżviluppi fl-oqsma ewlenja fit-Turkmenistan u, jekk xieraq, li jiġi sospiż il-ftehim jekk ikun hemm provi li l-kundizzjonijiet mhux qed jiġu sodisfatti; jitlob li jsir aġġornament regolari dwar il-monitoraġġ mill-Kummissjoni u mill-Kunsill;

9.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu klawżola ċara sospensiva dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-PCA; jenfasizza li d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għandha tiġi rrispettata; jitlob lill-Kunsill sabiex jaċċetta kwalunkwe talba mill-Parlament biex jisspospendi l-ftehima;

10.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu wkoll klawżola ta' reviżjoni fil-PCA; jitlob li jiġi kkonsultat fuq kwalunkwe reviżjoni tal-PCA;

11.

Jirrimarka li l-PCA tirrekjedi l-kunsens tal-Parlament sabiex tidħol fis-seħħ; filwaqt li l-ITA sfortunatament ma tirrikjedix il-kunsens tiegħu, jitlob li l-punti msemmija f'din ir-riżoluzzjoni jitqiesu bis-sħiħ, minħabba li, jekk dan ma jsirx, il-kunsens tiegħu għall-PCA jista' jiġi mxekkel; bl-istess mod, għandu l-ħsieb jibbaża l-opinjoni tiegħu dwar l-ITA fuq it-tweġibiet mogħtija mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-istqarrijiet tagħhom;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-Gvern u l-Parlament tat-Turkmenistan.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0059.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0253.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/23


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa

P6_TA(2009)0257

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, Azzjonijiet u Għodod (2008/2331(INI))

2010/C 184 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2008 intitolata “Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, azzjonijiet u strumenti” (COM(2008)0359),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa tas-26 ta' Novembru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-15 u l-16 ta' Ottubru 2008 (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta' Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri (4),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (riformolata) (COM(2008)0820),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 intitolata “Sena wara Liżbona: Il-partenarjat bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni” (COM(2008)0617),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 intitolata “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea” (COM(2008)0069);

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan tal-UE dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-prevenzjoni tiegħu” (COM(2008)0657),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE u l-Ewwel Pjan ta' Azzjoni (2008-2010) - l-Isħubija Strateġika – tagħha, miftiehem fis-Samit ta' bejn l-Afrika u l-UE li seħħ bejn it-8 u d-9 ta' Diċembru 2007 f'Liżbona (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2006 bit-titolu “L-Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni sena wara: Lejn politika Ewropea komprensiva dwar il-migrazzjoni” (COM(2006)0735),

wara li kkunsidra l-“Programm ta' the Hague dwar it-Tisħiħ tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea”, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-4 u l-5 ta' Novembru 2004,

wara li kkunsidra l-Programm ta' Tampere adottat mill-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 li stabilixxa approċċ koerenti fil-qasam tal-imigrazzjoni u l-ażil,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar “Il-Futur tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil” (6),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għal dispożizzjonijiet kontra min iħaddem illegalment iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar l-implimentazzjoni fl-Unjoni Ewropea tad-Direttiva 2003/9/KE dwar il-kundizzjonijiet biex jintlaqgħu r-refuġati u dawk li jitolbu ażil: żjarat tal-Kumitat għal-LIBE mill-2005 sal-2008 (8),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) (9),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin (10),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru (11),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-2 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin (12),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE għall-estensjoni tal-kamp tal- applikazzjoni tagħha għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali (13),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-programm ta' azzjoni fuq il-Migrazzjoni Legali (14),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-prijoritajiet tal-politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (15),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar strateġiji u mezzi għall-integrazzjoni ta' immigranti fl-Unjoni Ewropea (16),

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Amsterdam, li jagħti lill-Komunità setgħat u responsabilitajiet fl-oqsma tal-immigrazzjoni u tal-ażil, u l-Artikolu 63 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0251/2009),

A.

billi l-migrazzjoni lejn l-Ewropa ser tkun dejjem parti mir-realtà sakemm ikun hemm differenzi kunsiderevoli fil-ġid u l-kwalità tal-ħajja bejn l-Ewropa u reġjuni oħra tad-dinja,

B.

billi huwa essenzjali li tintuża strateġija komuni dwar l-immigrazzjoni fl-UE, l-aktar f'żona komuni mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, fejn l-azzjoni jew in-nuqqas ta' azzjoni ta' Stat Membru għandha impatt dirett fuq stati oħra u fuq l-UE kollha,

C.

billi l-migrazzjoni mmaniġġjata b'mod dgħajjef tista' tisfratta l-koeżjoni soċjali tal-pajjiżi destinatarji u tista' tkun ukoll detrimentali għall-pajjiżi ta' oriġini kif ukoll għall-migranti stess,

D.

billi l-migrazzjoni regolari tippreżenta opportunità li minnha jgawdu il-migranti, il-pajjiż ta' oriġini tagħhom (li jgawdu mill-flus li jibagħtu lejn arthom il-migranti) kif ukoll l-Istati Membri; billi, madankollu, il-progress fil-qasam tal-migrazzjoni regolari jrid jimxi id f'id ma’ azzjoni effettiva biex tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari, ifakkar b'mod partikolari li tali immigrazzjoni tinkoraġġixxi l-eżistenza ta' ċrieki kriminali tat-traffikar tal-bnedmin,

E.

billi politika ġenwina komuni tal-migrazzjoni għall-Komunità għandha tkun ibbażata mhux biss fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari iżda wkoll fuq il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ pajjiżi ta' tranżitu u fuq politika adegwata għall-integrazzjoni tal-migranti,

F.

billi l-politiki ta' migrazzjoni Ewropej iridu jirrispettaw ir-regoli tal-liġi internazzjonali, l-aktar dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-ażil,

G.

billi l-Unjoni Ewropea hija u għandha tkompli tkun ambjent li jilqa' lil dawk li jkunu ngħataw id-dritt li jibqgħu, sew jekk ikunu immigranti li jfittxu x-xogħol, membri tal-familja, studenti jew persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali,

H.

billi l-migranti kellhom rwol essenzjali fl-iżvilupp tal-UE u tal-proġett Ewropew f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, u hu essenzjali li jiġu rikonoxxuti kemm l-importanza tagħhom u kemm il-fatt li l-Unjoni se tkompli jkollha bżonn ix-xogħol tal-migranti,

I.

billi, skont il-Eurostat, l-avvanz fl-età tal-popolazzjoni tal-UE se tkun realtà fuq medda ta' żmien medju, it-tnaqqis ta' kważi 50 miljun tal-popolazzjoni attiva li hija prevista sal-2060; billi l-immigrazzjoni jista' jkollha l-irwol ta' katalista biex ittejjeb ir-riżultati ekonomiċi tal-UE,

J.

billi l-aspetti tat-tkabbir u l-impjiegi tal-Istrateġija ta' Liżbona, jistgħu jkunu mfixkla min-nuqqas ta' ħaddiema, li jista' jwassal biex ma jinkisbux l-objettivi tagħha, u billi l-qgħad bħalissa qiegħed jiżdied; billi dan in-nuqqas jista' jiġi indirizzat fuq medda qasira ta' żmien permezz ta' amministrazzjoni adegwata u strutturata tal-immigrazzjoni ekonomika,

K.

billi l-migranti ħafna drabi jkunu esposti għal impjieg f'xogħol każwali, impjiegi ta' kwalità baxxa, jew impjiegi ta' taħt il-livell tagħhom ta' kwalifiki,

L.

billi l-UE għandha żżid ukoll l-isforzi tagħha sabiex tindirizza problemi ta' nuqqas ta' ħaddiema u ta' ħiliet internament, billi ddur għal setturi ta' persuni f'xogħol mhux adegwat għalihom, bħal nies b'diżabilitajiet u bi żvantaġġ edukattiv jew dawk ir-residenti li qed ifittxu l-ażil li ilhom qiegħda għal żmien twil,

M.

billi n-numru ta' immigranti nisa qiegħed jiżdied b'mod kostanti fl-UE, u jkopri bejn wieħed u ieħor 54 % tan-numru totali tal-immigranti,

N.

billi l-parti l-kbira tal-immigranti nisa jsibu problemi sinifikanti biex jintegraw u biex ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol minħabba l-livell baxx ta' edukazzjoni tagħhom u l-isterjotipi u prattiki negattivi li nġiebu mill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, kif ukoll tal-isterjotipi negattivi u d-diskriminazzjoni li jeżistu fl-Istati Membri; billi, madankollu, ħafna nisa żgħażagħ b'livell għoli ta' edukazzjoni jaslu fl-UE biex jieħdu xogħlijiet li relattivament ma jirrikjedux kwalifiki,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jappoġġja bis-sħiħ it-twaqqif ta' politika komuni Ewropea għall-immigrazzjoni msejsa fuq livell għoli ta' solidarjetà politika u operazzjonali, fiduċja reċiproka, trasparenza, sħubija, responsabilità maqsuma u sforzi konġunti permezz ta' prinċipji komuni u azzjonijiet konkreti, kif ukoll il-valuri minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

2.

Itenni li l-immaniġġjar tal-flussi ta' migrazzjoni għandu jkun ibbażat fuq approċċ koordinat waqt li titqies is-sitwazzjoni demografika u ekonomika tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;

3.

Jikkunsidra li l-iżvilupp ta' politika komuni dwar l-immigrazzjoni jista' jibbenefika sostanzjalment minn konsultazzoni ikbar u regolari ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, bħalma huma organizzazjonijiet li jaħdmu għall-komunitajiet tal-migranti jew li jaħdmu magħhom;

4.

Jiddispjaċih li, sa issa, sar ftit wisq biex tiġi stabbilita politika komuni tal-immigrazzjoni legali u jilqa’ b'sodisfazzjon l-istrumenti leġiżlattivi ġodda adottati fi ħdan il-qafas tal-politika komuni Ewropea għall-immigrazzjoni legali;

5.

Jenfasizza li politika Ewropea komuni dwar l-immigrazzjoni li tkun koerenti u bbilanċjata żżid fil-kredibilità tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi;

6.

Itenni li l-immaniġġjar effettiv tal-migrazzjoni jeħtieġ l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u sħubija u koperazzjoni ġenwina mal-pajjiżi terzi ta' oriġini u ta' tranżitu, li spiss jieħdu l-impressjoni li xi deċiżjonijiet jiġu imposti fuqhom b'mod unilaterali; jenfasizza li tali koperazzjoni tista' tinkiseb biss meta l-pajjiż terz jirrispetta l-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni, u jkun firmatarju tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tal-1951;

7.

Iqis li l-immigrazzjoni lejn l-UE mhix is-soluzzjoni biex jingħelbu l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li politika komuni dwar l-immigrazzjoni għandha topera id f'id ma’ politika effettiva għall-iżvlupp tal-pajjiżi tal-oriġini;

8.

Jilqa’ b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil imsemmi hawn fuq u l-azzjonijiet, għodod u proposti mressqa mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq dwar Politika Komuni Ewropea dwar l-Immigrazzjoni: Prinċipji, Azzjonijiet u Għodod; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex mingħajr dewmien jimxu għall-fażi ta' implimentazzjoni ta' dawn l-impenji;

9.

Jilqa’ b'sodisfazzjon l-implikazzjonijiet istituzzjonali tat-Trattat ta' Liżbona, b'mod partikulari l-estensjoni ta' kodeċiżjoni u l-votazzjoni b'maġġoranza kkwalifikata għall-politiki kollha tal-immigrazzjoni, il-kjarifika tal-kompetenza tal-UE dwar il-viżi u l-kontrolli fuq il-fruntieri, l-estensjoni tal-kompetenza tal-UE dwar l-ażil, kif ukoll dwar l-immigrazzjoni legali u irregolari;

10.

Iqis li politika komuni għall-immigrazzjoni teħtieġ ukoll it-twaqqif ta' politika komuni għall-ażil u jfakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar il-ġejjieni ta' Sistema Komuni Ewropea għall-Ażil (CEAS) u l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil;

Prosperità u Immigrazzjoni

Migrazzjoni Legali

11.

Jikkunsidra li l-migrazzjoni legali tibqa’ meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet demografiċi, il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet ta' kompetenzi tal-Ewropa minħabba l-effett li għandhom fuq l-ekonomija t-tnaqqis demografiku u l-fatt li l-popolazzjoni tixjieħ; hija tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta' pajjiżi terzi permezz taċ-ċiklu ta' skambju ta' għarfien u know how u permezz tat-trasferiment tal-flus li jintbagħtu lura lejn art l-immigranti; jitlob għall-implimentazzjoni ta' sistemi sikuri li jiffaċilitaw dawn it-trasferimenti finanzjarji lejn pajjiżi terzi;

12.

Iqis li l-migrazzjoni regolari għandha tkun l-alternattiva għall-immigrazzjoni irregolari peress li din toffri dħul legali, sikur u organizzat għall-Unjoni Ewropea;

13.

Ifakkar li l-projezzjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni jistmaw il-ħtieġa ta' 60 miljun ħaddiem migrant sal-2050 u dan jeħtieġ il-ftuħ ta' kanali għall-migrazzjoni legali;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' evalwazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet ta' kompetenzi u tal-ħtiġijiet tas-suq tal-UE; iqis, madankollu, li kull Stat Membru għandu jibqagħlu l-kontroll fuq in-numru ta' persuni meħtieġa għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol tiegħu u jqis il-prinċipju ta' Preferenza Komunitarja sakemm il-miżuri tranżitorji japplikaw;

15.

Jappoġġja l-iżilupp ta' “Profili tal-Immigrazzjoni” nazzjonali bl-iskop li jagħti stampa integrata tas-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fi ħdan kull Stat Membru f'kull ħin, u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol għandhom ikunu l-aspett ċentrali ta' dawn il-profili;

16.

Itenni l-ħtieġa li l-UE ssir aktar attraenti għall-ħaddiema bi kwalifiki għolja, anki permezz tad-disponibilità ta' informazzjoni dwar id-destinazzjoni u s-swieq tax-xogħol ospitanti, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet li dan jista' jkollu fuq it-tluq tal-aħjar imħuħ mill-pajjiżi ta' oriġini; iqis li t-telf tal-aħjar imħuħ jista' jittaffa permezz ta' migrazzjoni temporanja jew ċirkolari, billi jiġi pprovdut taħriġ fil-pajjiżi ta' oriġini sabiex jiġu ppreservati postijiet tax-xogħol f'setturi ewlenin, b'mod partikolari l-edukazzjoni u s-saħħa, u billi jiġu ffirmati ftehimiet ta' koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini; jitlob lill-Istati Membri biex ma jagħmlux reklutaġġ attiv tal-persunal f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li jsofru min-nuqqas ta' riżorsi umani fis-setturi fundamentali bħal dak tas-saħħa u l-edukazzjoni;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw mekkaniżmi, linji gwida u strumenti oħra li jiffaċilitaw il-migrazzjoni ċirkolari u temporanja kif ukoll miżuri, b'koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini, biex jikkumpensaw għat-telfien tar-riżorsi umani, filwaqt li joffru appoġġ konkret għat-taħriġ ta' professjonisti f'setturi fundamentali li jonqsu minħabba dan it-telf ta' kapaċitajiet;

18.

Jilqa’ b'sodisfazzjon l-approċċ imniedi mid-dokument dwar il-“karta blu” għal Politika Komuni għall-Immigrazzjoni legali, iżda jitlob lill-Istati Membri biex jersqu iktar lejn regoli komuni għal politika tal-immigrazzjoni li ma tillimitax ruħha għal ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati biss;

19.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-adozzjoni tal-karta blu dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għolja u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta inizjattivi għall-kategoriji oħra tal-impjieg kemm jista' jkun malajr, anki bil-għan li ssir reazzjoni kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-isfruttament tal-immigranti mhux reġistrati;

20.

Jitlob għal miżuri ġodda biex jiffaċilitaw aktar l-akkoljenza ta' studenti u riċerkaturi u l-moviment tagħhom fl-UE;

21.

Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tar-rikonoxximent tal-kompetenzi tal-immigranti, b'mod partikolari billi tingħata attenzjoni partikulari għall-kwalifiki formali, mhux formali u informali miksuba fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom; iqis li dan ir-rikonoxximent se jeħodha kontra l-ħela tal-ħiliet li ta' sikwit qed jidher fost l-immigranti, primarjament in-nisa, li jispiċċaw f'impjiegi li għalihom huma kkwalifikati żżejjed;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis, fid-dokumenti futuri dwar is-suġġett, il-kwistjoni tar-rikonoxximent tal-kompetenzi, kif ukoll l-inċentiv għat-tagħlim tul il-ħajja, filwaqt li tiżgura wkoll li l-Istati Membri jipprovdu lill-immigranti b'opportunitajiet biex jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż biex tkun żgurata l-integrazzjoni soċjali, professjonali u kulturali tagħhom fl-Unjoni Ewropea u jagħtuhom kompetenza aħjar sabiex jgħinu fl-iżvilupp tat-tfal tagħhom; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tagħmel użu mir-riżultati tad-deliberazzjonijiet dwar l-edukazzjoni lingwistika ta' tfal immigranti u t-tagħlim fl-Istat Membru ta' residenza tal-lingwa u l-kultura tal-pajjiż ta' oriġini u jitlob li l-qafas li se jkun propost jirrispetta l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

23.

Jirrijafferma li n-netwerk EURES huwa wieħed mill-istrumenti adegwati biex ilaqqa’ l-provvista u d-domanda tas-suq tax-xogħol b'mod trasparenti, responsabbli u effiċjenti; għaldaqstant jirrakkomanda l-firxa tal-kunċett tan-netwerk EURES sabiex jiffaċilita l-kuntatt bejn l-Ewropej li jimpjegaw li jfittxu ħaddiema bi kwalifiki preċiżi u kandidati għall-impjieg li ġejjin minn pajjiżi terzi; jipproponi li Ċentri Speċjali (li jeżistu jew li jridu jitwaqqfu) jew ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi jintużaw bħala pjattaforma ta' dan it-tixrid tan-netwerk EURES, u li tkun żgurata l-kontinwità u t-tixrid tiegħu fir-rigward tal-istrumenti u tal-appoġġ għal min jaħdem għal rasu jew għall-użu tal-mikrokreditu; jenfasizza li l-bżonn tal-Ewropa għal ħaddiema speċjalizzati m'għandux iwassal għat-telf tal-aħjar imħuħ (“brain drain”) ta' pajjiżi terzi, b'konsegwenza ta' danni lill-ekonomiji emerġenti u lill-infrastruttura soċjali tagħhom;

24.

Huwa tal-opinjoni li immigranti mill-hekk imsejħa pajjiżi terzi għandhom ikunu mogħtija d-dritt għal mobiltà fl-UE, sabiex – bħala residenti legali fi Stat Membru – ikunu jistgħu jaħdmu bħala ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkunu meħtieġa li japplikaw għal permess tax-xogħol, u li dawn l-immigranti għandhom ikunu mogħtija moviment ħieles u totali bħala ħaddiema wara perjodu ta' ħames snin ta' residenza legali fi Stat Membru;

25.

Jenfasizza l-importanza tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom responsabilità partikolari għat-taħriġ, u l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol, b'konformità mal-prinċipju tal-preferenza tal-Komunità; jenfasizza li koperazzjoni bħal din hija fundamentali għall-implimentazzjoni effettiva ta' politika dwar l-immigrazzjoni li tista' ttaffi n-nuqqas tal-ħaddiema li nstab f'ċerti setturi u fl-Istati Membri, u għall-integrazzjoni effiċjenti u adegwata tal-immigranti;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tpoġġi għad-dispożizzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini tagħrif dwar il-possibiliatjiet tal-migrazzjoni legali kif ukoll dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-migranti ġaladarba jkunu waslu fl-UE;

27.

Jitlob lill-Istati Membri biex jużaw b'mod sodisfaċenti l-mekkaniżmi ta' finanzjament tal-Komunità li jirrigwardaw il-politika tal-immigrazzjoni sabiex joħolqu iktar impjiegi u impjiegi aħjar għall-immigranti;

Integrazzjoni

28.

Jenfasizza li l-integrazzjoni tkattar id-diversità kulturali fl-UE u għandha tkun ibbażata fuq l-inklużjoni soċjali, l-anti-diskriminazzjoni u l-opprtunitajiet ugwali, bil-possibilità ta' aċċess għas-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ fil-lingwa u l-impjieg; iqis li l-politiki ta' integrazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq programmi innovattivi u jirrikonoxxi s-sehem ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-għaqdiet tal-ħaddiema, l-organizzazzjonijiet tal-immigranti, il-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet professjonali fl-integrazzjoni tal-immigranti;

29.

Jappoġġja l-isforzi ta' integrazzjoni magħmula mill-Istati Membri, kif ukoll mill-migranti regolari u dawk li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-identità u l-valuri tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-istat tad-dritt, għad-demokrazija, għat-tolleranza u għall-ugwaljanza, għal-libertà ta'opinjoni u l-iskola obbligatorja għat-tfal; ifakkar li l-integrazzjoni hija proċess minn żewġ naħat li jinvolvi aġġustamenti kemm min-naħa tal-immigranti kif ukoll mill-popolazzjoni ospitanti kif stabbilit mill-prinċipji bażiċi komuni (CBPs) adottati mill-Kunsill, u tista' tibbenefika mill-iskambju tal-aħjar prattiki; jagħraf li l-integrazzjoni hija aktar diffiċli li tintlaħaq fl-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjonijiet sostanzjali ta' migrazzjoni minħabba s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tagħhom, iżda li m'għandhomx, madankollu, jiġi abbandunati bħala għan; jistieden lil Stati Membri oħra jikkontribwixxu biex jittaffew pressjonijiet bħal dawn fi spirtu ta' solidarjetà, billi tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li huma fi ħdan l-Istati Membri tal-UE, b'mod parallel mal-promozzjoni tal-migrazzjoni legali;

30.

Jenfasizza li proċess tajjeb ta' integrazzjoni huwa l-aqwa għodda biex jelimina n-nuqqas ta' fiduċja u s-suspett bejn iċ-ċittadini nattivi u l-migranti u huwa fundamentali biex jitneħħew l-ideat u l-azzjonijiet ksenofobiċi kollha;

31.

Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-Istati Membri sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi ospitanti li jimmaniġġjaw id-diversità li dejjem qed tikber u anke sistema ta' indikaturi komuni u kapaċità statistika adattata biex tiġi użata mill-Istati Membri biex jevalwaw ir-riżultati tal-politika dwar l-immigrazzjoni;

32.

Ifakkar li l-parteċipazzjoni politika u ċivika tal-migranti għandha tkun imtejba bħala parti mill-proċess tal-integrazzjoni, notament billi tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni politika u ċivika, u l-parteċipazzjoni u rappreżentazzjoni tal-immigranti fl-oqsma kollha tat-tmexxija, soċjeta ċivili u t-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' tfassil tal-politika;

33.

Jilqa’ b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li tissaħħaħ il-koerenza tal-politiki ta' integrazzjoni bl-implimentazzjoni tal-Forum Ewropew ta' Integrazzjoni li għandu l-parteċipzzjoni u l-involviment tal-organizzazzjonijiet soċjali u tal-assoċjazzjonijiet tal-immigranti u li għandu bħala għan l-iskambju tal-esperjenzi u t-tfassil ta' rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fl-integrazzjoni bl-iskambju tal-aqwa prattiki li jinsabu fil-pjanijiet nazzjonali ta' integrazzjoni tagħhom;

34.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti appoġġ finanzjarju li jkun xieraq skont l-integrazzjoni strutturali u kulturali tal-immigranti ukoll permezz ta' programmi tal-Unjoni Ewropea, pereżempju t-“Tagħlim Tul il-ħajja”, iċ-“Ċittadini għall-Ewropa”, iż-“Żgħażagħ Attivi” u l-“Kultura 2007-2013”; jinnota li bosta drabi l-għalliema qajla huma mħejjija għal għadd kbir ta' tfal immigranti fil-klassijiet u jitlob li jkun hemm taħriġ aħjar għall-għalliema u sostenn finanzjarju xieraq;

35.

Jinnota li l-programmi skolastiċi u ta' tagħlim tul il-ħajja għandhom rwol essenzjali fil-proċess ta' integrazzjoni fl-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikulari dawk lingwistiċi; iqis ukoll li l-parteċipazzjoni mingħajr xkiel f'dawn il-programmi ta' taħriġ u ta' tagħlim tul il-ħajja għandhom ikunu jedd u opportunità għall-immigranti li jkunu għadhom kemm waslu;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikomplu jippromovu politiki kontra d-diskriminazzjoni, inkluż dawk implimentati mill-awtoritajiet pubbliċi;

37.

Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw u jappoġġjaw id-direttivi relevanti: id-Direttivi tal-Kunsill 2000/78/KE (17), 2000/43/KE (18) u 2004/113/KE (19), fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

38.

Jistieden lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 1990 (20);

39.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiġbor data relatata mas-sessi rigward l-immigrazzjoni fl-UE, u sabiex tħejji għall-analiżi ta' din id-data mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi sabiex jiġu enfasizzati aktar il-ħtiġijiet u l-problemi partikolari tal-immigranti nisa u l-miżuri l-aktar xierqa biex dawn jiġu integrati fis-soċjetajiet tal-pajjiżi li qed jospitawhom;

40.

Jistieden l-Istati Membri biex iqisu b'mod korrett, fid-definizzjoni tal-politiki tagħhom dwar l-integrazzjoni, id-dimensjoni tas-sessi u dwar is-sitwazzjoni speċifika u l-bżonnijiet tan-nisa migranti;

41.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet fundamentali tan-nisa immigranti, irrispettivament minn jekk ikollhomx status legali;

42.

Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġjaw kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn nisa migranti, maħsubin biex jinformawhom dwar id-drittijiet tagħhom, il-possibilitajiet għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-lingwi, it-taħriġ professjonali u l-aċċess għall-impjiegi, u biex jipprevjenu ż-żwiġijiet irranġati, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u forom oħra ta' sfurzar mentali jew fiżiku;

Sigurtà u Immigrazzjoni

Immaniġġjar Integrat tal-Fruntieri

43.

Jenfasizza l-bżonn ta' pjan komprensiv (master plan) li jistabbilixxi l-objettivi ġenerali u l-arkitettura tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-fruntieri tal-UE, inklużi d-dettalji li juru kif il-programmi u l-iskemi kollha relatati f'dan il-qasam jistgħu jiġu ottimizzati aħjar; huwa tal-fehma li, meta titqies l-arkitettura tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-fruntieri tal-UE, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-ewwel l-effikaċja tas-sistemi tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-Istati Membri li diġà jeżistu, sabiex jinkisbu s-sinerġiji ottimali bejniethom u biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-effettività tas-sistemi ġodda proposti meta mqabbla mal-ispiża: Dħul/Ħruġ, Sistema ta' Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġjar, Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri u Programm tal-Vjaġġatur Reġistrat, fi ħdan il-qafas tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri tal-UE;

44.

Jenfasizza li l-immaniġġjar integrat tal-fruntieri jeħtieġ li jilħaq bilanċ tajjeb bejn l-assigurazzjoni tal-moviment ħieles tul il-fruntieri ta' numru ta' nies li dejjem jiżdied u l-assigurazzjoni ta' sigurtà ikbar għaċ-ċittadini tal-UE; ma jiċhadx li l-użu tad-dejta joffri vantaġġi ċari; fl-istess ħin, huwa tal-opinjoni li l-fiduċja pubblika fl-azzjoni tal-gvern tista' tinżamm biss jekk jiġu pprovduti ħarsien suffiċjenti tal-protezzjoni tad-dejta, superviżjoni u mekaniżmi ta' rimedju;

45.

Jitlob għal evalwazzjoni tal-vijabilità ta' approċċ integrat b'erba’ livelli, fejn il-kontrolli jistgħu jsiru b'mod sistematiku f'kull stadju li fih l-immigranti jkunu qed jivvjaġġjaw fl-Unjoni;

46.

Jenfasizza l-fatt li l-istrateġija tal-fruntieri tal-UE għandha tkun kumplimentata wkoll b'miżuri konkreti mmirati għat-tisħiħ tal-fruntieri tal-pajjiżi terzi fi ħdan il-qafas tas-Sħubija Afrika-UE u l-Politika Ewropea tal-Viċinat (Is-Sħubija tal-Lvant, EUROMED);

47.

Jitlob sabiex il-viżi ta' Schengen nazzjonali attwali jinbidlu b'viżi ta' Schengen Ewropej li jkunu uniformi, sabiex jitħalla li jkun hemm trattament ugwali ta' dawk kollha li japplikaw għall-viża; jixtieq li jiġi infurmat dwar l-iskeda preċiża u d-dettalji kemm tal-istudju dwar il-politika kif ukoll l-istudju tekniku tal-Kummissjoni li se janalizza l-vijabilità, l-implikazzjonijiet prattiki u l-impatt ta' sistema li tirrikjedi li ċittadini ta' pajjiżi terzi jiksbu awtorizzazzjoni elettronika għas-safar qabel ma jsiefru lejn territorju tal-UE (Sistema ta' Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġjar, ESTA); jappella għat-titjib tal-koperazzjoni bejn il-konsulati tal-Istati Membri u servizzi konsulari konġunti għall-viżi jiġu stabbiliti gradwalment;

48.

Jitlob lill-Kunsill biex jadotta mekkaniżmi bbażati fuq s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'tali mod li jiġu allokati l-obbligi li ġejjin mill-kontroll tal-fruntieri u biex jikkoordina l-politiki nazzjonali tal-istess Stati Membri;

Migrazzjoni irregolari

49.

Jikkunsidra l-ġlieda effikaċi kontra l-immigrazzjoni irregolari bħala parti kruċjali mill-politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni, u għaldaqstant jiddispjaċih li t-teħid effettiv tad-deċiżjonijiet f'dan il-qasam huwa limitat minħabba l-kapaċità insuffiċjenti tal-Istati Membri li jaħdmu tassew flimkien fl-interessi reċiproċi tagħhom;

50.

Jesprimi x-xokk tiegħu dwar it-traġedja umana li hija kkawżata mir-rotot illegali migratorji bil-baħar, l-aktar fil-fruntieri tal-baħar tan-nofsinhar tal-Unjoni, li jsegwu dawk li jitilqu mix-xtut Afrikani u jwettqu qasma perikoluża bil-baħar lejn l-Ewropa; jappella bil-qawwa għal azzjoni urġenti sabiex tintemm darba għal dejjem din it-traġedja umana u biex jissaħħu d-djalogu u l-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini;

51.

Ifakkar li l-immigrazzjoni irregolari ħafna drabi hija organizzata minn netwerks kriminali, li s'issa wrew li kienu aktar effettivi mill-azzjoni komuni Ewropea; jinsab konvint li tali netwerks huma responsabbli għall-mewt ta' mijiet ta' persuni li jitilfu ħajjithom fil-baħar kull sena; ifakkar li l-Istati Membri, f'konformità mal-obbligazzjonijiet internazzjonali, għandhom responsabilità komuni fis-salvataġġ tal-ħajjiet fil-baħar; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirdoppjaw l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin u l-kontrabandu li jseħħu f'partijiet varji tal-UE, u b'mod partikolari biex jippruvaw iżarmaw in-netwerks, billi jitrattaw mhux biss il-kuntrabandisti tal-bnedmini, li mhumiex għajr il-pern viżibbli, iżda għal dawk li, fil-quċċata tal-iskala, jagħmlu l-aktar profitt minn dawn l-attivitajiet kriminali;

52.

Jitlob lill-Kummissjoni tintensifika l-programmi ta' kuxjenza f'pajjiżi ta' tranżitu u ta' oriġini dwar il-perikli tal-immigrazzjoni irregolari;

53.

Jilqa’ b'sodisfazzjon l-adozzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar is-sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali u jqis li din hi għodda effettiva li tikkontrolla l-isfruttament ta' ħaddiema migranti u li tnaqqas l-attrazzjoni ta' wieħed mill-fatturi ewlenin li jimmotiva l-immigrazzjoni irregolari;

54.

Iħeġġeġ l-Istati Membri biex ma jdewmux it-traspożizzjoni tad-Direttiva l-ġdida li tipprevedi sanzjonijiet għal min iħaddem lill-immigranti li jinsabu f'sitwazzjoni illegali;

55.

Jemmen li huwa essenzjali li jiġu msaħħa l-mezzi ta' djalogu mal-pajjiżi ta' oriġini u li jiġu stabbiliti ftehimiet dwar il-koperazzjoni ma’ dawn il-pajjiżi, bil-għan li l-fenomenu inuman u katastrofiku tal-migrazzjoni irregolari jiġi eliminat;

56.

Iqis li minkejja ż-żidiet kontinwi fil-mezzi finanzjarji li dwarhom insista l-Parlament, l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għadha mhix kapaċi tipprovdi koordinazzjoni suffiċjenti tal-isforzi għall-kontroll fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni, minħabba l-mandat limitat tagħha u minħabba nuqqas ta' sforz fl-involviment ta' pajjiżi terzi speċjalment fejn jikkonċerna operazzjonijiet marittimi;

57.

Jilqa’ b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal proposta biex issir reviżjoni tal-mandat tal-FRONTEX u jqis li hemm ħtieġa urġenti li din tissaħħaħ, l-aktar billi tiżdied il-kapaċità ta' koordinazzjoni tagħha u l-kapaċità tagħha li tikkoordina missjonijiet permanenti f'żoni li jħabbtu wiċċhom ma’ pressjonijiet migratorji kbar fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati u l-kapaċità tagħha li tinvolvi pajjiżi terzi; jemmen li għandu jkun hemm enfażi fuq iż-żieda tal-analiżi ta' riskju tal-FRONTEX u l-kapaċità ta' ġbir ta' informazzjoni;

58.

Iqis li, sabiex tissodisfa l-mandat tagħha b'mod effikaċi, il-FRONTEX teħtieġ riżorsi adegwati, u mhux biss finanzjarji, u jħajjar l-użu ta' teknoloġiji ġodda għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari, lill-Istati Membri sabiex jaqsmu aktar il-mezzi tekniċi, u lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi sabiex tistabbilixxi solidarjetà obligatorja għall-Inventarju Ċentralizzat tat-Tagħmir Tekniku Disponibbli (CRATE) fuq l-istess bażi ta' dak maħsub għat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABITs);

59.

Jistieden lill-FRONTEX u lill-Kummissjoni sabiex iwettqu studju, li jkun jinkludi stimi, dwar il-possibilità li l-FRONTEX ikollha t-tagħmir tagħha u dwar ir-rekwiżiti għall-possibilità li l-FRONTEX minn operazzjonijiet fil-baħar issir gwardja tax-xtut tal-UE mingħajr ma jitnaqqar il-kontroll tal-Istati Membri fuq il-fruntieri tagħhom;

60.

Iqis li l-FRONTEX tista' tkun biss effettiva bis-sħiħ jekk jiżdiedu l-isforzi dwar l-azzjonijiet kumplimentari, bħall-ammissjoni mill-ġdid u l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-FRONTEX f'dan ir-rigward;

61.

jjappoġġja l-ħolqien ta' uffiċċji speċjalizzati tal-FRONTEX biex dawn iqisu u jevalwaw aħjar is-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-fruntieri ta' sensittività partikulari, speċjalment għall-fruntieri tal-art fil-Lvant u fruntieri tal-baħar fin-Nofsinhar;

62.

Jinnota li differenzi fl-interpretazzjoni ta' termini legali, fl-interpretazzjoni tal-liġijiet internazzjonali tal-baħar u differenzi fil-leġiżlazzjoni u fil-proċeduri nazzjonali, kollha kemm huma fixklu l-operazzjonijiet tal-FRONTEX; jitlob li jsiru studji komprensivi biex jinstab approċċ komuni u jiġu solvuti d-differenzi konfliġġenti bejn il-leġiżlazzjonijiet u l-proċeduri nazzjonali;

63.

Jitlob għal aktar koperazzjoni u koperazzjoni kostanti bejn il-FRONTEX u l-korpi u l-aġenziji nazzjonali;

64.

Jitlob għal aktar żviluppi tal-kunċett ta' EUROSUR kif ukoll billi tiġi mtejba l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri;

65.

Jinnota li s-sajjieda, il-bastimenti privati u l-ħaddiema privati ta' fuq il-baħar ħafna drabi jħabbtu wiċċhom ma’ immigranti illegali quddiem il-forzi navali tal-pajjiż; jenfasizza l-bżonn li tali partijiet jiġu infurmati b'mod aktar ċar dwar l-obbligi tagħhom fir rigward tal-liġi internazzjonali biex jiġu megħjuna l-immigranti meta jkunu fil-periklu u jitlob għal mekkaniżmu ta' kumpens għall-ħin ta' xogħol mitluf minħabba l-operazzjonijiet ta' salvataġġ;

66.

Jenfasizza l-fatt li hemm ħtieġa ċara għal statistika affidabbli sabiex jiġu stabbiliti għodod konkreti għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari fil-livell ta' UE u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipprovdi dik l-istatistika;

Ritorn

67.

Iqis li l-migranti li mhumiex intitolati għal protezzjoni internazzjoanli jew li qed joqogħdu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri jeħtieġ li jħallu t-territorju tal-Unjoni Ewropea; jinnota, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni ta' Direttiva għar-Ritorn u jitlob sabiex l-Istati Membri, fil-qafas tat-traspożizzjoni tagħha, jiżguraw li jżommu d-dispożizzjonijiet l-aktar vantaġġużi diġà previsti fil-liġi nazzjonali tagħhom; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li r-ritorn jitwettaq b'rispett tal-liġi u d-dinjità tal-persuni involuti, filwaqt li tingħata preferenza għar-ritorn volontarju;

68.

Jitlob li tiġi mwaqqfa sistema ta' Servizzi ta' Pariri dwar ir-Ritorn f'ċentri ta' akkomodazzjoni magħluqin u miftħin, li jservu ta' punt ta' kuntatt għall-persuni li għandhom ix-xewqa jitgħallmu aktar dwar l-assistenza għar-ritorn;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi monitoraġġ u appoġġ għall-mekkaniżmi ta' integrazzjoni soċjali u professjonali mill-ġdid fil-pajjiżi ta' oriġini għall-migranti li ġew irritornati f'pajjiżhom;

70.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-allinjament tal-politika tagħhom ta' ammissjoni mill-ġdid fil-qafas ta' politika komuni aktar milli ta' ftehimiet bilaterali;

71.

Jitlob, fir-rigward tal-ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kumitati kompetenti tiegħu jkunu infurmati b'mod regolari, matul id-diskussjonijiet mal-pajjiżi terzi, dwar il-progress u kwalunkwe ostakolu li sabu n-negozjaturi;

72.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biss ftehimiet bilaterali ta' ammissjoni mill-ġdid ma’ pajjiżi terzi li jipprovdu garanzija totali li se jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' dawk il-persuni li jkunu qed jgħaddu minn ammissjoni mill-ġdid u li ffirmaw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;

73.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex taħdem għall-infurzar effettiv tal-obbligu tal-pajjiżi terzi li jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom li jkunu qegħdin fit-territorju tal-UE b'mod irregolari, kif maħsub fl-Artikolu 13 tal-Ftehima ta' Cotonou tat-23 ta' Ġunju 2000; Jitlob għat-tisħiħ ta' dawn id-dispożizzjonijiet waqt in-negozjati dwar il-Ftehima l-ġdida tal-ACP (Afrika, Karibew u l-Istati tal-Paċifiku);

74.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' dimensjoni Ewropea ġenwina dwar il-politika tar-ritorn permezz tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta' ritorn; Iħeġġeġ sabiex ikun hemm aktar koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-proċessi ta' ritorn, kif ukoll it-tisħiħ tal-irwol tal-FRONTEX f'operazzjonijiet konġunti ta' ritorn;

75.

Jitlob sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni, inkluż permezz ta' koperazzjoni bejn il-konsulati, mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu sabiex jitħaffu l-proċeduri ta' ammissjoni mill-ġdid, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-ftehimiet eżistenti ta' ammissjoni mill-ġdid bil-għan li l-implimentazzjoni tagħhom titħaffef u sabiex iservu ta' lezzjoni għall-ftehimiet fil-ġejjieni;

76.

Jistieden lill-Kunsill biex iqis il-promulgazzjoni ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi bil-għan li jitwaqqaf “Laissez Passer” Ewropew li jingħata lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali bil-għan li titħaffef l-ammissjoni mill-ġdid tagħhom f'pajjiżi terzi. għandha tittieħed azzjoni biex tinkorpora l-“Laissez Passer” Ewropew fil-Ftehimiet ta' Ammissjoni mill-Ġdid tal-Unjoni sabiex issir vinkolanti fil-Pajjiżi Terzi konċernati;

Solidarjetà u Immigrazzjoni

Koordinazzjoni bejn l-Istati Membri

77.

Jiddispjaċih ferm li l-Istati Membri m'urewx biżżejjed solidarjetà meta ffaċċjati bl-isfida dejjem tikber tal-immigrazzjoni; jitlob għal reviżjoni urġenti tal-Programm ta' Qafas fuq is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni għall-perjodu 2007-2013 (21) u tal-erba' strumenti finanzjarji tiegħu sabiex ikunu jistgħu jirriflettu realtajiet ġodda li jinħolqu mill-pressjonijiet dejjem jikbru tal-migrazzjoni u sabiex jintużaw biex jindirizzaw ħtiġijiet urġenti, bħal fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' flussi kbar ta' immigranti;

78.

Jinnota l-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil imsemmi hawn fuq, fir-rigward tal-ħtieġa għas-solidarjetà; jilqa’, b'mod partikulari, l-inklużjoni ta' mekkaniżmu volontarju ta' qsim tal-piż li jippermetti r-rilokazzjoni fl-UE ta' dawk li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali, minn Stati Membri li jħabbtu wiċċhom ma’ pressjonijiet speċifiċi u disproporzjonati fuq is-sistemi nazzjonali tal-ażil tagħhom, partikolarment minħabba l-qagħda ġeografika u demografika tagħhom, lejn Stati Membri oħra, u jappella lill-Istati Membri biex jimplimentaw dawn l-impenji; jilqa’ b'sodisfazzjon ukoll l-allokazzjoni ta' 5 miljun Euro għal dan il-għan fil-baġit tal-UE għall-2009 taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati; jinsisti, madankollu, dwar l-introduzzjoni ta' strumenti vinkolanti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta dan il-mekkaniżmu minnufih u sabiex tipproponi bla dewmien inizjattiva leġiżlattiva sabiex tistabbilixxi dan il-mekkaniżmu fuq livell Ewropew fuq bażi permanenti;

79.

Jilqa’ b'sodisfazzjon it-tfassil mill-ġdid tar-regolament ta' Dublin u d-dispożizzjonijiet proposti għal mekkaniżmu li jissospendi t-trasferimenti ta' Dublin jekk ikun hemm dubji dwar il-fatt li t-trasferimenti ta' Dublin jistgħu jwasslu għall-fatt li l-applikanti ma jgawdux minn standards adegwati ta' protezzjoni fl-Istati Membri responsabbli, b'mod partikolari, f'termini ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza u ta' aċċess għall-proċedura tal-ażil, kif ukoll f'każijiet fejn dawn it-trasferimenti ta' Dublin iżidu mal-piż ta' dawk l-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati minħabba, b'mod partikolari, il-qagħda ġeografika u demografika tagħhom; jenfasizza, madankollu, li dawn id-dispożizzjonijiet se jispiċċaw ikunu dikjarazzjoni politika minflok strument effikaċi li jappoġġja b'mod serju lil Stat Membru mingħajr l-introduzzjoni ta' strument vinkolanti minn żewġ naħat għall-Istati Membri kollha;

80.

Jilqa’ b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament imfassal mill-ġdid dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba u jfakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom li jimmarkaw is-swaba u li jibagħtu d-dejta skont ir-regolament attwali tal-Eurodac; hu tal-opinjoni li d-dejta bijometrika, bħall-marki tas-swaba, għandha tiġi sfruttata sabiex itejbu l-effikaċja ta' operazzjonijiet ta' kontroll tal-fruntieri;

Koperazzjoni ma' pajjiżi terzi

81.

Jiddispjaċih li l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ma tatx biżżejjed riżultati, ħlief għall-koperazzjoni eċċezzjonali ta' Spanja ma’ pajjiżi terzi, bħas-Senegal u pajjiżi oħra tal-Afrika Sub-Saħarjana u tal-Afrika ta' Fuq; jitlob għal appoġġ immirat għall-pajjiżi terzi ta' tranżitu u ta' oriġini sabiex jingħataw għajnuna biex iwaqqfu kapaċitajiet ta' mmaniġġjar effettiv tal-fruntieri, li jinvolvu lill-FRONTEX f'missjonijiet ta' għajnuna fuq il-fruntieri f'dawk il-pajjiżi;

82.

Ifakkar lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri li jeħtieġ li jitkompla d-djalogu stabbilit mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu bi qbil mal-Konferenzi tal-Ministri UE-Afrika dwar l-immigrazzjoni u l-iżvilupp li saru fi Tripli, Rabat u Liżbona ;

83.

Jitlob għall-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' politika żviluppati fil-qafas tal-“Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni” (22) kif ukoll fil-“Proċess ta' Rabat” tal-2006 dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u fis-Sħubija bejn l-UE u l-Afrika dwar il-Migrazzjoni, il-Mobilità u l-Impjiegi li sar ftehim fuqu f'Liżbona f'Diċembru 2007;

84.

Jenfasizza l-importanza ta' politika ta' żvilupp fil-pajjiżi terzi ta' oriġini jew ta' tranżitu bħala mezz kif tiġi indirizzata f'ras il-għajn l-isfida tal-immigrazzjoni; jitlob li ikun hemm koordinazzjoni mtejba tal-politiki tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni u l-iżvilupp, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-objettivi strateġiċi bħall-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp;

85.

Josserva, madankollu, li l-politika ta' żvilupp ma tistax tkun l-unika alternattiva għall-migrazzjoni għaliex ma jistax ikun hemm żvilupp sod mingħajr mobilità permanenti;

86.

Jitlob li jsir tisħiħ tal-koperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Emigrazzjoni (IOM) u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fit-twaqqif ta' uffiċċji reġjonali ġodda f'żoni sensittivi fejn hi meħtieġa għajnuna prattika dwar, inter alia, il-migrazzjoni legali jew ir-ritorn volontarju tal-immigranti;

87.

Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti Ċentri għall-Informazzjoni u l-Immaniġġjar tal-Migrazzjoni, bħal dak inawgurat fil-Mali f'Ottubru 2008; jemmen li ċentri bħal dawn għandhom ikunu kapaċi jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv biex jiġu trattati problemi ta' migrazzjoni billi jiġu indirizzati l-problemi ta' migranti potenzjali, migranti li jirritornaw lura u migranti li jgħixu fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni neċessarja dwar il-proġetti ta' twaqqif ta' ċentri oħrajn fil-qafas tas-Sħubija UE-Afrika u jitlob lill-Kummissjoni tqis il-possibiltà li jitwaqqfu ċentri bħal dawn f'pajjiżi ġirien tal-Lvant;

88.

Jenfasizza li l-ftehimiet kollha ma’ pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu għandhom jinkludu kapitli dwar il-koperazzjoni fl-immigrazzjoni u jappella biex ikun hemm politika ambizzjuża ma’ pajjiżi terzi dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija biex jiġu miġġielda l-organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali li jwettqu traffikar tal-bnedmin u sabiex il-persuni kkonċernati jittellgħu l-qorti, bl-involviment tal-Europol u tal-Eurojust; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tintensifika l-appoġġ tagħha, inkluża għajnuna finanzjarja u teknika, favur il-pajjiżi terzi biex jinħolqu kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jiskoraġġixxu lmigrazzjoni irregolari, l-attivitajiet tad-droga u l-kriminalità organizzata;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi n-negozjati ta' ftehimiet dinjin Ewropej bħal dawk iffirmati mal-Kap Verde, biex tagħmel progress fin-negozjati dinjin li għandha mal-Marokk, is-Senegal u l-Libja u biex tippromwovi l-konklużjoni ta' ftehimiet mal-pajjiżi ta' oriġini ewlenin tal-immigrazzjoni;

90.

Jitlob biex ikun hemm appoġġ għall-pajjiżi terzi biex jiżviluppaw il-qafas nazzjonali leġiżlattiv tagħhom u biex iwaqqfu sistemi ta' immigrazzjoni u ta' ażil li jkunu konformi bis-sħiħ mal-liġi internazzjonali u jappella wkoll lill-pajjiżi terzi ta' tranżitu biex jiffirmaw u biex jonoraw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;

91.

Jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-kwistjoni ta' “refuġjati ambjentali”, migranti li sal-lum ma jistgħux jitqiesu bħala migranti ekonomiċi, u li mhuma lanqas rikonoxxuti bħala refuġjati kif imsemmi fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

*

* *

92.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 76, 31.3.2009, p. 34.

(2)  Dokument tal-Kunsill 13440/08.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

(4)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30.

(5)  Dok. tal-Kunsill 7204/08.

(6)  Test adottati, P6_TA(2009)0087.

(7)  Test adottati, P6_TA(2009)0069.

(8)  Test adottati, P6_TA(2009)0047.

(9)  Test adottati, P6_TA(2008)0633.

(10)  Test adottati, P6_TA(2008)0557.

(11)  Test adottati, P6_TA(2008)0558.

(12)  Test adottati, P6_TA(2008)0385.

(13)  Testi adottati, P6_TA(2008)0168.

(14)  ĠU C 219E, 28.8.2008, p. 215.

(15)  ĠU C 219E, 28.8.2008, p. 223.

(16)  ĠU C 303E, 13.12.2006, p. 845.

(17)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(18)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(19)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(20)  A/RES/45/158.

(21)  COM(2005)0123.

(22)  COM(2006)0735.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/35


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Green Paper dwar il-ġejjieni tal-politika TEN-T

P6_TA(2009)0258

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-Green Paper dwar il-ġejjieni tal-politika TEN-T (2008/2218(INI))

2010/C 184 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2009 bl-isem “Green Paper: TEN-T: Eżami tal-politika” (COM(2009)0044),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 bl-isem “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Trasport favur l-Ambjent kif adottati mill-Kunsill għat-Trasport, Telekomunikazzjonijiet u Enerġija fis-sessjoni tiegħu tat-8 u d-9 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2006 bl-isem “Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna – Reviżjoni f'nofs il-perjodu tal-White Paper tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trasport” (COM(2006)0314),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008 bl-isem “20 20 sal-2020 - L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa” (COM(2008)0030),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2007 bl-isem “Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija” (COM(2007)0607),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji tal-politika ta' koeżjoni għal perjodu ta' programmar 2007-2013 (COM(2008)0301),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-20 ta' Jannar 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew 2004-2005 (COM(2009)0005),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istrateġija ta' Liżbona (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa – il-muftieħ għal mobilità sostenibbli (2),

wara li ikkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0224/2009),

A.

billi d-definizzjoni politika tal-politika TEN-T kif deskritta fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida għall-iżvilupp tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew (3) u d-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li emendat id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida tal-Komunità dwar l-iżvilupp tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew (4) wasslet għal sensiela ta' “xewqat” ta' 30 proġett prijoritarju mnebbħin prinċipalment mill-interessi nazzjonali,

B.

billi l-kompetittività esterna tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u bil-baħar meta mqabbel mat-trasport bl-art għandha tittejjeb biex ikun żgurat li jsir użu bilanċjat tal-awtostradi, ir-rotot marittimi u l-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija,

C.

billi t-30 proġett prijoritarju wasslu għal proposta tal-Kummissjoni maħsuba biex tipprovdi madwar EUR 20 000 000 000 ta' fondi tal-UE fil-Qafas Finanzjarju 2007-2013 lin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kollu kemm hu, li wara tnaqqsu għal madwar EUR 8 000 000 000, li minnhom EUR 5 300 000 000 biss għat-30 proġett prijoritarju, fuq insistenza tal-Kunsill,

D.

wara li kkunsidra n-nuqqas ta' ħila magħrufa tal-Unjoni Ewropea li tkun konformi mar-regoli tal-finanzjament tat-TEN-Ts stipulati fir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistipula regoli ġenerali biex tingħata għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tat-trasport trans-Ewropew u netwerks ta' enerġija (5), li toħloq inċertezza fl-ippjanar tal-finanzjament tal-proġetti,

E.

billi huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-ħila tal-Kummissjoni li tkompli bil-proġetti kbar transkonfinali, b'mod speċjali fis-settur tal-ferroviji, li jeħtieġu koperazzjoni mill-qrib li ma taqtax bejn l-Istati Membri involuti u finanzjament fuq medda ta' ħafna snin, li jestendi lil hinn mill-qafas taż-żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali,

F.

billi l-annessi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 msemmija hawn fuq juru li madwar 49 % tal-approprijazzjonijiet għall-proġetti tat-trasport jintnefqu fuq toroq, madwar 31 % fuq linji tal-ferroviji u madwar 9 % fuq trasport urban, imma mhuwiex preċiżament ċar liema proġetti speċifiċi huma kofinanzjati,

1.

Jagħraf li l-ewwel tentattivi biex tiġi żviluppata l-politika ta' infrastruttura ta' trasport tal-UE, imnebbħa mill-“ħoloq neqsin” tal-Mejda t-Tonda Ewropea tal-Industrijalisti (ERT), ingħataw spinta mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 1992 bit-titolu “L-iżvilupp ġejjjieni tal-politika tat-trasport komuni”, bil-ġustifkazzjoni li għandu “jinkiseb it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-impjiegi” u ġew iddirezzjonati tajjeb mill-ex-Kummissarju għat-Trasport Karel Van Miert; jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta' Settembru 1995 li jippreskrivi r-regoli għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (6) u d-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE ippruvaw ikunu orjentati lejn l-objettivi msemmijin aktar ’il fuq; u jiġbed l-attenzjoni għall-istimolu mogħti lil din il-politika mill-Kummissarju responsabbli għall-affarijiet ta' enerġija u trasport, il-Viċi-President Loyola de Palacio;

2.

Jikkunsidra r-rapporti tal-Koordinaturi TEN-T bħala eżempji interessanti għal aktar koordinament u integrazzjoni f'għażla limitata ta' proġetti importanti; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu bl-isforzi mmirati lejn it-titjib tal-proġetti ta' prijorità eżistenti; iqis li l-investiment fuq żmien medju u fit-tul għandu jitkompla b'koerenza mal-objettiv li jitkomplew in-netwerks kollha;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni bikrija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2009, bil-għan li jikkunsidra fundamentalment il-politika tal-infrastruttura tat-trasport tal-UE u t-TEN-T, skont l-isfidi marbuta mat-trasport ta' bħalissa u tal-ġejjieni, il-mobilità transkonfinali u l-isfidi finanzjarji, ekonomiċi, reġjonali (inklużi reġjuni żvantaġġati b'mod permanenti), soċjali, ta' sikurezza u ambjentali;

4.

F'dan ir-rigward, ma jarax il-bażi loġika għall-introduzzjoni ta' kunċett vag tal-pilastru konċettwali, li jgħabbi żżejjed il-lista ta' prijoritajiet; jemmen li bil-kuntrarju tal-għan iddikjarat mill-Kummissjoni, pilastru muri b'mod espress bħala konċettwali ma jtejjibx il-kredibilità tal-politika tat-TEN-T, li pjuttost tista' tittejjeb bl-iżvilupp ta' proġetti konkreti;

5.

Jaqbel għalhekk li jiġi żviluppat approċċ għal netwerk aktar koerenti u integrat li jirrifletti l-ħtiġiet tal-konnessjoni intermodali għaċ-ċittadini u l-merkanzija; jenfasizza għalhekk li l-prijorità għandha tingħata lill-ferroviji, lill-portijiet, lil mogħdijiet tal-ilma marittimi u interni sostenibbli u lill-konnessjoni tagħhom aktar ’il ġewwa jew il-perni intermodali tagħhom fil-ħoloq infrastrutturali mal-Istati Membri l-ġodda jew ġo fihom, u kif ukoll lil ħoloq aħjar mal-ajruporti u l-portijiet tal-baħar fin-netwerks trans Ewropej; jisħaq li għandha tingħata attenzjoni għall-bżonnijiet differenti imma kumplimentarji kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija; jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali itejbu l-istazzjonijiet intermedjarji u l-interkonnessjonijiet lokali bħala ħoloq mat-TEN-T sabiex l-ispejjeż marbuta malli wieħed ikun f'sitwazzjoni periferali jitnaqqsu kemm jistgħu;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ partikolari għall-proġetti ta' prijorità b'ħoloq intermodali u interoperabilità konsistenti li jgħaddu minn numru ta' Stati Membri; jinnota li l-konnessjoni ta' oqsma ekonomiċi matul dawn il-proġetti ta' prijorità huma dmirijiet nazzjonali;

7.

Jinnota b'approvazzjoni li forom ta' trasport tajbin għall-ambjent jirċievu sehem disproporzjonalment kbar ta' konsiderazzjoni fil-lista ta' proġetti ta' prijorità; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tiżgura li dawk il-proporzjonijiet ikunu ppreservati fil-ġejjieni meta jiġu implimentati l-proġetti;

8.

Jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġu integrati l-ħarsien tal-klima u l-iżvilupp sostenibbli għall modi kollha ta' trasport fil-politika Ewropea tal-infrastruttura sabiex ikun hemm konformità mal-miri tal-UE għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintegraw l-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-ippjanar tal-proġetti TEN-T, bħalma huma d-Direttivi Natura 2000, SEA, EIA, dwar il-Kwalità tal-Arja, dwar il-Kwalità tal-Ilma, dwar l-Abitat, u dwar l-Għasafar kif ukoll ir-rapporti dwar il-Mekkaniżmu ta' Rappurtaġġ tat-Trasport u Ambjentali (TERM) dwar l-indikaturi għat-trasport u l-ambjent mill-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timminimizza dispożizzjonijiet vagi u kuntradittorji relatati ma’ dikjarazzjonijiet ta' interess komuni u l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni ambjentali; jemmen, barra minn hekk, li ladarba jingħata status TEN-T lill-proġetti, l-Istati Membri m'għandhomx jabbużaw mil-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija taħt il-paragrafu 9, sabiex jimblukkaw l-implimentazzjoni tal-proġetti TEN-T;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-iżviluppi l-ġodda, bħalma huma l-kriżi finanzjarja globali, il-bidla demografika, it-tkabbir, il-pajjiżi ġirien il-ġodda, u r-rabtiet intensifikati ma' pajjiżi tal-Lvant u Mediterranji bħala fatturi relevanti għall-politika Ewropea għall-infrastruttura tat-trasport;

12.

Jenfasizza li, speċjalment fil-kuntest preżenti tal-kriżi ekonomika, l-iżvilupp tat-TEN-T u l-integrazzjoni tat-trasport fl-Unjoni ma' dak tal-pajjiżi ġirien huwa l-aktar mezz ta' min jorbot fuqu li jiżgura kemm is-sostenibilità fuq terminu ta' żmien twil tas-suq intern kif ukoll il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha biex tiżgura koordinament Ewropew aħjar tal-iżvilupp territorjali (l-Aġenda Territorjali għall-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju tal-Koeżjoni Territorjali) u l-ippjanar tat-trasport billi titqies l-aċċessibilità reġjonali permezz ta' netwerks imsaħħa bejn ir-reġjuni; jinnota li għandhom jitqiesu d-differenzi kbar li hemm bejn żoni muntanjużi, żoni ta' max-xtajta jew gżejjer, żoni ċentrali, żoni periferali jew żoni transkonfinali, kif ukoll il-ħtieġa għall-integrazzjoni aħjar ta' sisemi ta' mobilità urbana fit-TEN-T;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità partikolari għall-proġetti ewlenin relatati mar-rotot ewlenin sew ferrovjarji, sew bit-triq u sew fuq mogħdijiet tal-ilma interni sabiex jiġu żgurati ħoloq transkonfinali mal-Istati Membri l-ġodda u ma' pajjiżi terzi;

15.

Jissuġġerixxi f'dan ir-rigward li l-Perspettiva Ewropea tal-Iżvilupp tal-Ispazji (ESDP) ghandha tkun inkluża bħala l-bażi għall-ippjanar u li l-istudji disponibbli tal-ESPON għandhom jiġu inklużi bħala informazzjoni xjentifika tal-isfond u orjentata lejn l-ippjanar dwar l-iżvilupp tat-trasport;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inkorporati kemm l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona u dawk tal-Pjan ta' Rkupru fl-iżvilupp tal-politika tat-TEN-T, meta wieħed iqis l-importanza ewlenija tal-mobilità, l-aċċessibilità u l-loġistika tagħhom għall-kompetittività tal-UE, u għat-titjib tal-koeżjoni territorjali;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jintegraw kurituri ħodor, netwerks ta' ferroviji tal-merkanzija, kurituri tas-Sistema tal-Immaniġġjar tat-Traffiku tal-Ferroviji Ewropej (ERTMS), rotot ewlenin marittimi, bħal ma huma t-trasport marittimu fil-qrib, mogħdijiet tal-ilma intereni b'kapaċità limitata jew kanali magħluqin (locks) b'kapaċità mhux suffiċjenti, portijiet niexfa, pjattaformi tal-loġistika, u perni ta' mobilità urbana, kif ukoll l-estensjoni pproġettata tat-TEN-T għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Maġar u għall-pajjiżi tal-Lvant u tal-Mediterran f'kunċett intermodali tat-TEN-T, imsejjes fuq l-azzjonijiet ippjanati favur modalitajiet aktar favur l-ambjent, aktar żguri u li jikkunsmaw anqas żejt, biex jiġi żgurat użu ottimali tat-tipi kollha ta' trasport u titħeġġeġ il-kompatibilità tal-konnessjonijiet bejn it-tipi varji ta' trasport, b'mod partikolari r-rabtiet ferrovjarji fil-portijiet; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm konsistenza bejn il-qafas attwali u ġejjieni tat-TEN-T u l-leġiżlazzjoni proposta dwar il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija;

18.

Jinnota li sa reċentament 1 % biss tal-fondi Infrastrutturali Ewropej kienu użati għall-mogħdijiet tal-ilma interni skont l-aħħar riċerka; jikkunsidra li hemm bżonn appoġġ Ewropew suffiċjenti biex tiġi żviluppata l-infrastruttura tal-mogħdijiet tal-ilma interni fl-Ewropa, sabiex jintuża l-potenzjal kollu tal- mogħdijiet tal-ilma interni bħala mod ta' trasport sostenibbli u ta' min joqgħod fuqu;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tara li jkun żgurat li l-espansjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija jkun intensifikat bil-ħsieb li jkun hemm effiċjenza ogħla tan-netwerk u trasport aktar mgħaġġel;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna netwerk Ewropew tal-ferrovija għall-merkanzija kompetittiva (COM(2008)0852) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tat-18 ta' Ottubru 2007;

21.

Jisħaq dwar l-importanza li tkun permessa l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fit-trasport intermodali, sabiex tiġi promossa u sostnuta l-interazzjoni bejn l-infrastruttura tas-software u tal-hardware (is-sistemi ta' informazzjoni bħalma huma ERTMS/RIS/ITS/SESAR/Galileo) u sabiex jittejjbu l-interoperabilità, il-vetturi kollha li jimxu fuq il-linji tal-ferrovija (it-tagħmir hardware u software ERTMS fil-ferroviji u t-tnaqqis tal-istorbju fil-vaguni tal-merkanzija), il-loġistika ambjentali, il-konnessjonijiet u l-perni intermodali, is-servizzi deċentralizzati tal-katina ta' provvista bieb-bieb u l-ġestjoni tal-mobilità;

22.

Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti standardizzati u armonizzati għat-TEN-T sabiex ikun hemm ġestjoni tat-trasport aktar effiċjenti, li tmexxi, aktar sigura u favorevoli għall-ambjent;

23.

Jirrakkomanda li l-implimentazzjoni tat-TEN-T tittejjeb billi jkun provdut aċċess aħjar għall-informazzjoni permezz ta' sistemi bħal ma hi s-Sistema ta' Informazzjoni TENtec billi jiġi stabbilit metodu miftuħ ta' koordinament li jinvolvi l-istabbiliment tal-limiti u l-iskambju ta l-aħjar prattika;

24.

Jiffoka fuq il-ħtieġa li tingħata spinta lill-effiċjenza tal-infrastruttura eżistenti fi ħdan il-proġetti TEN-T fit-terminu l-qasir, b'mod partikolari fejn l-implimentazzjoni ta' proġetti bħal dawn tkun diġà bdiet, sabiex il-kurituri jsiru aktar vijabbli u effiċjenti mingħajr ma jkun hemm sempliċi stennija għat-twettiq fit-terminu t-twil ta' proġetti kbar ħafna f'dawn l-istess kurituri;

25.

Jappoġġja l-“għażla strutturali 3 għat-tiswir tat-TEN-T” tal-Green Paper, jiġifieri li jkun hemm żewġ saffi konsistenti f'netwerk komprensiv, imsejsa fuq il-mapep TEN-T ta' bħalissa, u “core network” intermodali, li għad irid jiġi definit bil-ferroviji, kanali sostenibbli u portijiet u l-konnessjoni tagħhom ma ċentri loġistiċi bħala prijoritajiet;

26.

Jappoġġja l-kunċett ta' ‧netwerk prinċipali‧ li jikkonsisti f‧pilastru ġeografiku‧ u ‧pilastru konċettwali‧ li bihom il-‧pilastru konċettwali‧ fih kriterji u objettivi li jippermettu proġetti, kurituri u partijiet tan-netwerk li jkunu identifikati b'mod flessibbli biż-żmien milli pjuttost b'mod riġidu fil-bidu tal-perjodu tal-baġit għall-perjodu kollu kemm hu; huwa tal-fehma li għandu jkun possibbli li tiġi estiża l-flessibilità tat-TEN-T matul il-perjodu tal-baġit sabiex ikun hemm adattament mal-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu;

27.

Jirrikonoxxi l-irwol kruċjali tal-Istati Membri, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, partijiet interessati tas-soċjetà ċivili u l-popolazzjonijiet lokali, fid-deċiżjoni, l-ippjanar u l-iffinanzjar tal-infrastruttura tat-trasport, inkluż il-koordinament u kooperazzjoni Ewoprej transkonfinali; jistenna aktar koerenza mill-Kunsill Ewropew bejn talbiet għal proġetti TEN-T u deċiżjonijet dwar baġits TEN-T; minħabba r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju tal-UE kif wkoll fir-rigward tad-diskussjoni attwali dwar il-Pjan ta' Rkupru tal-UE, jitlob lill-Istati Membri biex jikkunsidraw b'mod xieraq il-kwistjoni tal-għajnuna finanzjarja neċessarja għall-infrastrutturi tat-trasport li jagħmlu parti min-netwerk tat-TEN-T bħala prijorità skont il-politika tal-UE stabbilita sa issa;

28.

Jaqbel kompletament mal-għan tal-Komunità li jitnaqqas il-piż amministrattiv u għalhekk jinkoraġġixxi b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-oqfsa finanzjarji għall-proġetti ta' prijorità TEN-T bil-ħsieb li tkompli tinqata' l-burokrazija;

29.

Jitlob lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jirrinforzaw il-koordinament tal-politiki segwiti fil-livell nazzjonali sabiex tiġi stabbilita l-konsistenza fil-ko-finanzjament u r-realizzazzjoni tal-programm TEN-T b'konformità mal-Artikoli 154 u 155 tat-Trattat KE;

30.

Jisħaq, f'dan ir-rigward, li l-kriżi finanzjarja tqiegħed pressjoni akbar fuq l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u r-reġjuni biex isejsu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport fuq valutazzjonijiet magħmulin sodi bbażati fuq ir-rabta bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji, is-sostenibilità u l-valur Ewropew miżjud transkonfinalment;

31.

Jinnota, madankollu, li l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport huwa mod wieħed ewlieni kif jingħelbu l-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef il-proġetti infrastrutturali marbuta mat-TEN-T u ffinanzjati taħt il-fondi Strutturali u/jew ta' Koeżjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jerġgħu jivvalutaw il-prijoritajiet ta' investiment tagħhom billi jikkunsidraw dan l-approċċ, sabiex iħaffu l-proġetti tat-TEN-T taħt ir-responsabilità tagħhom, b'mod partikolari f'sezzjonijiet transkonfinali;

32.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-kofinanzjament tal-UE għall-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport mit-TEN-T, fondi ta' koeżjoni u reġjonali u l-EIB għandhom jikkorrespondu mal-kriterji li ġejjin: fattibilità ekonomika, kompetittività msaħħa, il-promozzjoni tas-suq uniku, sostenibilità ambjentali, trasparenza għat-taxpayers u l-involviment taċ-ċittadin (il-prinċipju tas-sħubija); f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tas-sħubijiet pubbliċi-privati biex ikunu ffinanzjati l-proġetti tat-TEN-T u l-bżonn li jinstabu soluzzjonijiet flessibbli għall-problemi li jqumu f'xogħlijiet ta' dan il-kalibru (diffikultajiet ġeografiċi u tekniċi, oppożizzjoni pubblika, eċċ.);

33.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura f'dan is-sens li proġetti valutati taħt il-programmi ta' finanzjament tal-UE jikkunsidraw l-impatt possibbli tagħhom fuq il-finanzjament nazzjonali għal investimenti neċessarji oħra li mhumiex megħjuna minn fondi tal-UE; huwa tal-fehma, b'mod partikolari, li l-approprjazzjonijiet użati mill-Istati Membri biex jissupplimentaw proġetti ffinanzjati mill-UE m'għandhomx ikunu allokati għad-detriment taż-żamma jew l-investiment fil-linji sekondarji; huwa tal-fehma, pjuttost, li l-proġetti għandhom għalhekk jitfasslu u jiġu vvalutati mill-inqas parzjalment fuq il-bażi tal-potenzjal tagħhom biex jintegraw (u mhux jabbandunaw) l-iżvilupp u ż-żamma tal-infrastruttura sekondarja supplimentari neċessarja;

34.

Jenfasizza il-ħtiġijiet ta' investiment, li qed jikbru b'mod mgħaġġel, tas-suq tat-trasport tal-ajru Ewropew taħt il-pakkett tas-Sema Waħdani Ewropew II kif ukoll l-“approċċ tas-sistema tal-avjazzjoni totali” propost; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra tgħolli s-sehem tal-finanzjament disponibbli għall-ajruporti u l-ATM/ANS meta tirrevedi l-qafas baġitarju tat-TEN-T;

35.

Jinnota li huma meħtieġa aktar riċerka u żvilupp dwar l-aħjar prattiki u l-aktar effiċjenti fil-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport u l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-kompetittività u l-impjiegi kwantitattivi u kwalitattivi, inklużi l-esperjenzi ta' sħubijiet pubbliċi-privati f'dan ir-rigward, li diġa beda jsir fl-istudji tal-Kummissjoni li għaddejjin bħalissa;

36.

Jenfasizza l-bżonn li jitwaqqaf grupp ta' ħidma fl-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T sabiex jiżdied l-użu tas-sħubija pubblika-privata biex jiġi ffinanzjat xi proġett jew sezzjonijiet ta' prijorità, u jkun hemm it-tixrid tas-soluzzjonijiet bħala l-aħjar prattika;

37.

Jisħaq li dipendenza miżjuda fuq l-isħubijiet pubbliċi-privati u l-Bank Ewropew tal-Investiment mhux se tkun sostitut għal porzjon sinifikanti tal-iffinanzjar baġitarju għal proġetti fuq skala kbira b'perjodu ta' ħlas lura interġenerazzjonali;

38.

Jiffavorixxi konsiderazzjoni mill-ġdid tal-baġit tat-TEN-Ts mill-Istati Membri fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-perspettivi finanzjarji 2009-2010, b'ħarsa lejn it-treġġigħ lura tal-qtugħ drastiku ta' proġetti oħrajn u l-ambizzjonijiet biex jiġu żviluppati ferroviji u mogħdijiet tal-ilma li jmorru id f'id magħhom;

39.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi allokat persentaġġ mit-taxxi għall-użu tat-triq fl-infrastruttura tat-toroq għall-finanzjament tal-proġetti TEN-T biex tiżdied l-influenza pożittiva fuq is-self;

40.

Jitlob lill-Kummissjoni telenka numru ta' eżempji ta' konnessjonijiet bil-ferrovija reġjonali transkonfinali, li ġew żarmati jew abbandunati, filwaqt li tiffavorixxi speċjalment dawk li jistgħu jiġu interkonnessi mat-TEN-T;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-Eurovelo-Network u il-Mogħdija tal-Purtiera tal-Ħadid bħala opportunità għall-promozzjoni tan-netwerks ta' infrastruttura ċiklika transkonfinali, li jappoġġjaw il-mobilità mingħajr karozzi (magħrufa bħala soft mobility) u t-turiżmu sostenibbli;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni, sabiex tqajjem il-kompetittività tan-netwerk kollu tal-ferrovija TEN, u tipproponi - sal-aħħar tal-mandat tagħha - inizjattiva leġiżlattiva li tikkonċerna l-ftuħ tas-swieq domestiċi tal-passiġġieri tal-ferrovija mill-1 ta' Jannar 2012;

43.

Jiddispjaċih li l-pass bil-mod tal-implimentazzjoni ta' proġetti ta' prijorità f'żoni konfinali partikolarment dawk fil-Pirinej li huma vitali għall-Peniżola tal-Iberja u Franza;

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament u lill-Kunsill Ewropew imdaħħlin fil-proposti u l-għażliet (multi)annwali tagħha dwar il-kofinanzjament tal-proġetti TEN-T;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għal kull proġett prijoritarju, b'mod regolari u għall-inqas darba fis-sena, dwar is-sitwazzjoni ta' kull proġett, dwar kemm wieħed jista' joqgħod fuq l-ispejjeż tal-proġett, dwar il-fattibilità ta' kull proġett u dwar iż-żmien tal-implimentazzjoni tal-proġett;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-BIE biex jissottomettu lista annwali ta' proġetti speċifiċi ko-finanzjati lill-Parlament u l-Kunsill fil-każ ta' proġetti reġjonali, ta' koeżjoni u l-ko-finanzjament tal-proġetti TEN-T mill-BIE kif diġà huwa l-każ tal-ko-finanzjament tat-TEN-T;

47.

Isostni li, mil-lat ekoloġiku u ekonomiku, is-sistemi ta' trasport multimodali, li jippermettu l-użu ta' mezzi ta' trasport differenti fuq l-istess rotta, f'ħafna każijiet huma l-unika għażla viabbli u sostenibbli għall-futur;

48.

Jisħaq li, fiż-żona Schengen li tkabbret reċentement, l-infrastruttura tat-trasport bejn l-Ewropa tal-Punent u dik tal-Lvant hija ta' sinifikanza enormi minħabba l-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku, partikolarment fl-Istati Membri l-ġodda, li huma marbutin magħha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jħeġġu l-kollegamenti transnazzjonali bit-triq u bil-ferrovija bejn l-Ewropa tal-Lvant u dik tal-Punent, u jagħtu appoġġ partikolarment għall-infrastruttura transkonfinali tat-trasport permezz ta' programm ta' azzjoni speċifiku implimentat b'kooperazzjoni ma' awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali; jenfasizza wkoll li interkonnessjoni aħjar tat-TEN-T u ta' netwerks ta' trasport ta' pajjiżi terzi ttejjeb il-pożizzjoni ta' żoni konfinali b'mod partikulari u ġġib magħha valur miżjud fil-kooperazzjoni interreġjonali u fl-UE kollha;

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u l-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0120.

(2)  ĠU C 187E, 24.7.2008, p. 154.

(3)  ĠU L 15, 17.1.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 228, 23.9.1995, p. 1.


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/41


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
Deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti

P6_TA(2009)0306

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar li nindirizzaw l-isfidi tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex niġġieldu t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità

2010/C 184 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 bit-titolu “Nindirizzaw l-isfidi tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex niġġieldu t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità” (COM(2008)0645),

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet meħuda fil-Ħames Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa li saret f'Novembru 2007 fil-Varsavja,il-Polonja dwar l-evalwazzjoni tal-effetti tal-bidla fil-klima fuq l-istat tal-foresti u dwar politika għal ekonomija sostenibbli tal-foresti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE trid li tillimita t-tisħin globali għal 2 °C u tnaqqas it-telf ta' bijodiversità bin-nofs, billi l-analiżi ta' Eliasch jikkalkulaw li bejn 17 u 33 biljun dollaru Amerikan se jkunu meħtieġa kull sena sabiex id-deforestazzjoni tonqos bin-nofs sal-2030,

B.

billi ekonomija bbilanċjata tal-foresti hija ta' importanza kruċjali għall-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u hija aspett essenzjali tal-iżvilupp ekonomiku,

C.

billi d-deforestazzjoni hija responsabbli għal madwar 20 % tal-emissjonijiet globali ta' gass b'effett ta' serra, hija l-kawża ewlenija li ġġib it-telf tal-bijodiversità u tikkonstitwixxi theddida serja għall-iżvilupp u, b'mod partikolari, għall-għajxien tal-foqra,

D.

billi d-deforestazzjoni ssir b'rata allarmanti ta' 13-il miljun ettaru kull sena, primarjament fil-foresti tropikali, iżda sa ċertu punt fl-Ewropa, speċjalment fl-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant,

E.

billi d-deforestazzjoni tirriżulta fi ħsara ambjentali li jkun diffiċli tiġi rranġata, bħal tħarbit fil-kundizzjonijiet tal-ilma fuq perjodu ta' żmien twil, formazzjoni ta' steppa u deżertifikazzjoni, kif ukoll telf tal-bijodiversità, li l-ispiża ekonomika tagħhom fuq żmien twil tiżboq sewwa n-nefqa fuq miżuri ta' ħarsien u ta' riabilitazzjoni,

F.

billi d-degradazzjoni tal-foresti tieħu forom differenti u diffiċli tiġi definita, iżda għandha impatti qawwija fuq il-klima, il-bijodiversità u l-oġġetti u s-servizzi,

G.

billi għandu jinkiseb tnaqqis sinifikattiv miż-żieda “normali” fl-emissjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż tnaqqis fl-emissjonijiet relatati mad-deforestazzjoni, flimkien ma' tnaqqis ta' 25-40 % fil-pajjiżi industrijalizzati sal-2020 meta mqabbel mal-1990 sabiex it-tisħin dinji jiġi limitat għal 2 °C, skont ir-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Bord Intergovernattiv dwar il-bidla fil-Klima;

H.

billi t-tnaqqis tad-deforestazzjoni se jkollu rwol importanti mhux biss fir-rigward tal-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima iżda wkoll tal-adattament għall-bidla fil-klima,

1.

Jenfasizza l-bżonn għal aktar koerenza bejn il-konservazzjoni tal-foresti u l-politiki ta' mmaniġġjar sostenibbli u politiki oħra interni u esterni tal-UE; jitlob għal evalwazzjoni kwantifikata tal-impatt fuq il-forest tal-politiki tal-UE bħall-enerġija (speċjalment il-bijofjuwils), il-biedja, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, l-akkwist, il-kummerċ u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill proposti għal rekwiżiti Komunitarji riġidi ta' sostenibilità għall-injam kollu u l-prodotti tal-injam li joriġinaw mill-foresti;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika sa tmiem l-2009 studju komprensiv li jevalwa l-impatt tal-produzzjoni, il-konsum u l-kummerċ tal-UE kemm ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel fuq id-deforestazzjoni u d-degrazzjoni tal-foresti; jitlob li l-istudju jevalwa u jispeċifika kull kontribut negattiv minn setturi differenti tal-industrija u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal aktar miżuri u innovazzjoni, sabiex jitnaqqsu impatti bħal dawn;

4.

Jinnota l-ħtieġa li kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet tal-ilma għandhom jiġu trattati bil-għaqal fil-kuntest tal-ekonomija tal-foresti, u jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn essenzjali għal żvilupp konġunt tar-riżorsi tal-foresti u tal-ilma u l-armonizzazzjoni tal-politiki relevanti tal-UE, sabiex il-kapaċità tal-ekosistemi li jżommu l-ilma terġa' tinbena u tissaħħaħ;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-politiki dwar l-Akkwisti Pubbliċi Ekoloġiċi (Green Public Procurement – GPP) u l-promozzjoni ta' strumenti bħall-ekotikkettar u l-iskemi ta' ċertifikazzjoni tal-foresti; jitlob għall–adozzjoni u l-implimentazzjoni malajr tal-politiki GPP għall-prodotti tal-injam madwar l-UE; jistieden lill-Istati Membri jibbażaw il-politika tagħhom ta' akkwist pubbliku fuq standards għolja ta' sostenibilità u fejn ikun xieraq jiffissaw miri realistiċi fir-rigward ta' standards bħal dawn;

6.

Jikkunsidra li għandu jingħata appoġġ sinifikattiv lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iwaqqfu telf gross ta' deforestazzjoni tropikali sal-2020 l-aktar tard, u li turija ta' impenn għal dan tkun deċiżiva fin-negozjati internazzjonali għal ftehim komprensiv globali post-2012 dwar il-klima;

7.

Jirrikonoxxi li l-mobilizzazzjoni ta' ffinanzjar suffiċjenti skont il-ftehim globali dwar il-klima se jkun assolutament kruċjali sabiex id-deforestazzjoni globali tonqos bin-nofs u eventwalment titwaqqaf; f'dan il-kuntest, jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex toħloq Mekkaniżmu Globali tal-Karbonju tal-Foresti (Global Forest Carbon Mechanism – GFCM) fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, ibbażat fuq skema permanenti ta' ffinanzjar; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-impenn tagħhom li jwaqqfu d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti milli tkompli għaddejja billi jallokaw parti sinifikattiva mid-dħul tal-irkantar li jsir mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-emissjonijiet (ETS) biex jitnaqqsu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u billi jiffokaw in-negozjati fuq sorsi ta' finanzjament kif ġie spegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009 intitolata “Lejn ftehim komprensiv dwar it-tibdil fil-klima f'Kopenħagen” (COM(2009)0039); barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposta tal-Kummissjoni biex tħaddan il-proposta ta' finanzjament li saret minn Norveġja u biex jallokaw parti mid-dħul ġejjieni mill-irkant tal-Unitajiet ta' Ammont Assenjati lill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Meditteran (GFCM);

8.

Huwa favur il-fatt li l-għajnuna pprovduta permezz tal-GFCM għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni u tiġi pprovduta fuq il-bażi ta' riżultati verifikati f'termini gross ta' tnaqqis ta' deforestazzjoni u degradazzjoni ta' foresti; jenfasizza li din l-għajnuna għandha tipprovdi wkoll benefiċċji addizzjonali f'termini ta' protezzjoni tal-bijodiversità, reżistenza akbar, u għajxien aħjar fir-reġjuni forestali;

9.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet tal-popli lokali tal-foresti inklużi d-drittijiet tal-popli indiġeni għall-kunsens minn qabel, liberu u infumat għall-użu tal-foresti li normalment jintużaw minnhom; iqis essenzjali li komunitajiet lokali u popli indiġeni jiġu involuti b'mod sinifikattiv u komprensiv fl-istadji kollha meta jiġu evalwati, ippjanati u implimentati miżuri għal tnaqqis ta' emissjonijiet mid-degradazzjoni tal-foresti u d-deforestazzjoni;

10.

Jenfasizza li kwalunkwe mekkaniżmu taħt il-Programm ta' Kollaborazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tnaqqis ta' Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti fil-Pajjiżi li qed jiżviluppaw (United Nations Collaborative Programme on Reducing Emissions from Deforestation and Forest Degradation in Developing Countries) li huwa konkluż bħala parti mill-ftehim internazzjonali post-2012 dwar il-klima l-ewwel u qabel kollox għandu jiżgura li l-foresti primordjali jiġu protetti;

11.

Jinnota li l-proċess ta' deforestazzjoni fl-Ewropa tal-Lvant qed jikkontribwixxi għad-degradazzjoni tal-ambjent naturali u qed jeffettwa wkoll, inter alia, l-kwalità tal-ħajja;

12.

Jinnota li l-krediti ta' foresti fis-suq tal-karbonju jistgħu, kemm f'perjodu ta' żmien medju u anke wara żmien twil, ikunu parti minn taħlita ta' politiki li jindirizzaw id-deforestazzjoni, jekk jistgħu jiġu żgurati metodoloġiji preċiżi għall-kalkolu tal-karbonju fil-foresti u mekkaniżmi ta' monitoraġġ affidabbli; jenfasizza li deċiżjoni finali rigward l-inklużjoni tal-krediti ta' foresti fl-EST għandha tittieħed wara li tkun saret analiżi rigoruża tal-fattibilità tal-mekkaniżmi ta' finanzjament potenzjali kollha u evalwazzjoni ta' dak li jkun ħareġ mill-Konferenza tal-Partijiet f'Kopenħagen u tal-konklużjonijiet li jkunu nsiltu mill-proġetti pilota;

13.

Ifakkar li kull kreditu minn proġetti tal-foresti li jintuża biex ipatti għal emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fil-pajjiżi indistrijalizzati ma jistax jingħadd doppju għall-miri ta' tnaqqis min-“normalità” li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw mistennija jimpenjaw ruħhom għalihom fil-ftehim internazzjonali post-2012 dwar il-klima;

14.

Jenfasizza li kull sistema ta' kumpens għat-tnaqqis tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti skont sistema futura dwar il-klima għandu jikkunsidra mhux biss bjar tal-karbonju iżda wkoll is-servizzi tal-ekosistema u l-benefiċċji soċjali pprovduti mill-foresti;

15.

Jistieden lill-UE tippromwovi standards soċjali u ambjentali b'saħħithom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni (REDD); Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tiffavorixxi mekkaniżmi tar-REDD li jmorru lilhinn mill-proġett attwali tal-Mekkaniżmu ta' Żvilupp Nadif (CDM) u tindirizza l-kawżi li verament jikkawżaw id-deforestazzjoni, bħalma huma l-governanza fqira, il-faqar, il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' infurzar tal-liġi, billi tappoġġja riforma politika u istituzzjonali kemm fil-livell lokali u nazzjonali;

16.

Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni, kuntrarju għat-titlu tagħha, ma tittrattax id-degradazzjoni tal-foresti; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni u proġetti pilota biex turi impenn fil-politika tagħha stess ta' forestrija biex twaqqaf mhux biss id-deforestazzjoni iżda wkoll id-degradazzjoni tal-foresti (inkluż fl-Unjoni Ewropea) billi tiżviluppa u tistabbilixxi wkoll sistemi ta' monitoraġġ effettiv sabiex tinkiseb data xierqa dwar il-ħamrija u l-bijomassa fil-foresti;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/43


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
Il-pjan ta' azzjoni għall-Mobilità Urbana

P6_TA(2009)0307

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar pjan ta' azzjoni għall-mobilità fl-ibliet (2008/2217(INI))

2010/C 184 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2007 bl-isem “Lejn kultura ġdida għall-mobilità urbana” (COM(2007)0551),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2001 dwar Politika Ewropea għat-trasport għall-2010: żmien għad-deċiżjoni (COM(2001)0370),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2007 bl-isem “Pjan ta' azzjoni għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija” (COM(2007)0607),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2007 bl-isem “Lejn mobilità aktar sikura, aktar nadifa u aktar effiċjenti madwar l-Ewropa kollha: L-ewwel rapport dwar il-karozzi intelliġenti” (COM(2007)0541),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007 bl-isem “Qafas Regolatorju kompetittiv għall-karozzi għas-Seklu 21 - Pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rapport finali tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21 - Kontribuzzjoni għall-iżvilupp tal-UE u l-istrateġija tal-impjiegi” (COM(2007)0022),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2006 bl-isem “Il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa - is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli” (COM(2006)0336),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2006 bl-isem “Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna – Reviżjoni f'nofs it-terminu tal-White Paper tat-Trasport tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea” (COM(2006)0314),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2006 bl-isem 'L-Inizjattiva tal-karozzi intelliġenti – Sensibilizzazzjoni għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għal karozzi iktar intelliġenti, iktar siguri u iktar nodfa (COM(2006)0059),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2006 bl-isem “Rigward strateġija tematika dwar l-ambjent urban” (COM(2005)0718),

wara li kkunsidra l-proposti u l-linji gwida tal-Kummissjoni u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-Fondi Strutturali, il-Fondi ta' Koeżjoni u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka,

wara li kkunsidra l-proposta riveduta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux (COM(2007)0817),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 dwar “Lejn kultura ġdida tal-mobilità urbana” (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar “Lejn mobilità iktar sigura, iktar nadifa u iktar effiċjenti madwar l-Ewropa kollha: l-ewwel rapport dwar l-inizjattiva l-ewwel karozzi intelliġenti” (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar “il-kontribuzzjoni għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008 rigward l-Istrateġija ta' Liżbona” (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 1988 dwar “il-protezzjoni ta' persuni li jimxu fit-triq u l-karta Ewropea dwar id-drittijiet tal-persuni li jimxu fit-triq” (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2008 dwar “CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv għas-settur tal-Karozzi” (5),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa - is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli (6),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar “Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-Mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna” (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (8),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru. 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar u servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (9),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji Komunitarji (10) (Direttiva dwar is-Sigurtà Ferrovjarja),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwarda l-mezz ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem (front underrun protection) ta' vetturi bil-mutur (11),

wara l- kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-21 ta' April 2009 dwar pjan ta' azzjoni fuq il-mobilità urbana (12),

wara li kkunsidra t-tħabbir mill-Kummissjoni ta' pjan ta' azzjoni dwar il-mobilità urbana, li l-pubblikazzjoni tiegħu ġiet posposta bosta drabi u li għalih m'hemmx skadenza preċiża,

wara li kkunsidra l-bażijiet legali stabbiliti bl-Artikoli 70 sa 80 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0199/2009),

A.

billi t-trasport urban jikkostitwixxu proporzjon konsiderevoli tat-trasport kollu u li għalhekk l-Artikoli 70 sa 80 tat-Trattat KE jikkostitwixxu bażi legali li tagħti lill-Unjoni Ewropea kompetenza maqsuma mal-Istati Membri f'dan il-qasam,

B.

billi bosta direttivi u regolamenti Ewropej, trażversali jew modali, għandhom impatt fuq it-trasport urban u jeħtieġu jiġu allinjati permezz ta' approċċ speċifiku għall-problema tal-ivvjaġġar urban,

C.

billi l-pjan “Klima Ewropea” adottat mill-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 jiffissa l-objettivi ambizzjużi ta' tnaqqis b'20 % tal-konsum tal-enerġija, ta' tnaqqis b'20 % ta' emmissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra u ta' sehem ta' 20 % ta' enerġija rinnovabbli mill-kkonsum kollu ta' enerġija sal-2020, u li dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu mingħajr ma jkun hemm strateġija adattata kif suppost għat-trasport urban,

D.

billi l-programm ta' riċerka u żvilupp CIVITAS kellu suċċess kbir ferm, hekk li jirrifletti l-importanza li awtoritajiet u kumpaniji lokali jorganizzaw it-trasport tal-investiment Ewropew fi programmi innovattivi għat-trasport urban,

E.

billi l-Fondi ta' Koeżjoni u l-Fondi Strutturali jiffinanzjaw il-programmi ta' mobilità urbana, iżda għandhom l-iżvantaġġ li minn banda m'għandhom ebda strateġija jew objettivi Ewropej għall-mobilità urbana u, mill-banda l-oħra, mhumiex imqassma b'mod indaqs mat-territorju kollu tal-Unjoni,

F.

billi z-zoni urbani huma poli ewlenin ta' interkonnessjoni u intermodalità għan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport, li għandu jgħin sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tagħhom ta' mobilità sostenibbli Ewropea u l-kompetittività sostenibbli tan-netwerks tal-ibliet kbar u iżgħar Ewropej,

G.

billi z-zoni urbani huma ċentri importanti ta' attività ta' negozju u billi t-trasport tal-merkanzija huwa kruċjali biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet tal-popolazzjoni u fl-istess ħin jiffaċċja sfidi minħabba spazju limitat għall-ħżin u dati ta' skadenza qosra,

H.

billi r-rispett strett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tad-dritt għall-awtonomija fl-ippjanar lokali ma jippermettux politika Ewropea preskrittiva, iżda jippermetti lill-Unjoni li tadotta strateġija ta' inċentivi bħal dawk li għandha l-politika reġjonali u ta' koeżjoni tagħha, mingħajr ma jiġu imposti soluzzjoni minn fuq,

I.

billi l-problema taz-zoni urbani ma tistax tiġi solvuta permezz ta' politika modali iżda permezz ta' politika mmirata lejn l-utenti u sistemi ta' trasport integrati,

J.

billi politika tat-trasport urban effiċjenti u sostenibbli għall-benefiċċju kemm taċ-ċittadini Ewropej u kemm tal-ekonomija Ewropea hija ggarantita biss billi jiġi żgurat trattament ġust għat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri u l-mezzi differenti ta' trasport,

K.

Ha. billi l-ippjanar urban li jikkunsidra l-bidliet demografiċi fis-soċjetà billi, pereżempju, jipprovdi akkomodazzjoni speċjali għall-anzjani fiċ-ċentri tal-ibliet u ħwienet viċin l-abitazzjonijiet, jista' jikkontribwixxi bil-kbir biex jiġi evitat it-trasport,

L.

billi jeħtieġ li jitqies il-bżonn għal strateġiji sodi ta' trasport urban li jottimizzaw l-istrumenti rilevanti billi jiġu żviluppati l-pjattaformi ta' skambju intermodali u billi jiġu integrati sistemi differenti ta' vvjaġġar,

M.

billi jeħtieġ informazzjoni statistika affidabbli u iktar sistematika, li tippermetti li ssir evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi lokali u li jsir skambju tal-aħjar prattika fil-qasam tat-trasport urban,

N.

billi diversi tekniki implimentati fit-trasport urban huma ta' importanza ekonomika u teknoloġika f'termini ta' kompetittività u ta' kummerċ estern tal-Unjoni Ewropea,

O.

billi l-iskadenza tal-elezzjonijiet leġiżlattivi Ewropej li ġejjin ifisser li irid jirrispetta l-kalendarju previst għad-diskussjoni fil-Parlament dwar il-pjan ta' azzjoni għal-mobilità urbana mħabbar mill-Kummissjoni,

1.

Jiddispjaċih li ma ġiex ippubblikat il-pjan ta' azzjoni dwar il-mobilità urbana mħabbar mill-Kummissjoni u filwaqt li japprova l-inizjattivi differenti, jinsisti dwar il-bżonn li jkun hemm approċċ koerenti; jiddeċiedi għalhekk li jagħti segwitu għar-rapport ta' inizjattiva tiegħu, b'rispett sħiħ għall-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, billi jfassal proposti għal pjan ta' azzjoni Ewropew dwar il-mobilità urbana;

2.

Ifakkar li t-trasport urban huwa soġġett għall-prinċipju ta' sussidjarjetà; jenfasizza, madankollu, li l-awtoritajiet lokali ma jistgħux jiffaċċjaw dawn l-isfidi mingħajr ma jkun hemm koperazzjoni u koordinazzjoni Ewropea, u li għalhekk il-Kummissjoni għandha tipprovdi studji u qafas ġuridiku, tiffinanzja r-riċerka u tippromwovi u xxerred il-prattika tajba f'formati li jkunu aċċessibbli għal kulħadd bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika ġabra tad-dispożizzjonijiet vinkolanti regolamentarji Ewropej applikabbli f'dan il-qasam u biex tipproponi oqfsa ta' referenza koerenti komuni lir-reġjuni u lill-ibliet, li jiffaċilitawlhom it-teħid ta' deċiżjonijiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji għall-żvilupp;

Aċċellerazzjoni tar-riċerka u tal-innovazzjoni Ewropej fil-qasam tal-mobilità urbana

4.

Jipproponi li jitnieda immedjatament programm ta' aġġornament tal-istatistiċi u tal-bażijiet tad-dejta dwar il-mobilità urbana mill-Eurostat, billi b'mod partikolari jiġu inklużi:

dejta dwar it-traffiku, inklużi modi ta' trasport li ma jagħmilx ħsara (bir-rota, bil-mixi, eċċ.),

statistika dwar it-tniġġis u l-istorbju, l-inċidenti u l-konġestjoni u t-traffiku,

statistika u indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi dwar is-servizzi tat-trasport u l-forniment tagħhom;

5.

Jissuġġerixxi li jitnedew immedjatament portal u forum Ewropej fuq l-Internet dwar il-mobilità urbana sabiex jiġi faċilitat l-iskambju u t-tixrid tal-informazzjoni, tal-aħjar prattika u tal-innovazzjonijiet, b'mod partikolari fil-qasam tat-trasport li ma jagħmilx ħsara;

6.

Jissuġġerixxi li jitwaqqaf premju Ewropew annwali, li jinkludi l-premji taċ-CIVITAS, fil-qafas tal-Ġimgħa Ewropea tal-Mobilità sabiex jiġu ppremjati inizjattivi u proġetti ta' trasport li jispikkaw u li huma trasferibbli;

7.

Jipproponi l-iżvilupp tat-tielet ġenerazzjoni taċ-CIVITAS (CIVITAS III), madwar sejħiet għal tressiq ta' proġetti li b'mod partikolari jkunu jinkludu:

servizzi annessi marbuta mat-trasport intermodali (tariffi, eċċ.),

programmi favur l-ergonomija (kumdità) għat-trasport urban,

innovazzjonijiet f'termini ta' aċċessibilità intermodali, partikolarment għall-persuni b'mobilità mnaqqsa (PRM),

programmi ta' informazzjoni integrata dwar in-netwerk tat-trasport urban għall-utenti, li jippermettulhom li jottimizzaw l-ivvjaġġar tagħhom u li jadattawh skont it-tibdil fin-netwerk,

8.

Jipproponi t-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (STI) sabiex ikunu kkoordinati aħjar mal-ħtiġijiet u l-għanijiet tar-residenti tal-ibliet u l-awtoritajiet lokali u li jkunu indirizzati lejn l-aspetti li ġejjin:

is-sistemi ta' mmaniġġjar integrat tal-informazzjoni u tal-immaniġġjar tat-traffiku,

it-tnaqqis tal-problemi u tal-inċidenti,

l-użu ta' teknoloġiji interoperabbli ġodda ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, fosthom it-teknoloġiji satellitari u n-Near Field Communication I(NFC) (13), permezz tal-użu tat-telefonija mobbli (GSM), għall-informazzjoni għalll-utenti u l-għoti ta' biljetti tat-trasport integrati,

is-sigurtà u sikurezza fit-trasport pubbliku;

l-iżvilupp ta' flotta ta' vetturi urbani

soluzzjonijiet innovattivi għal trasport tal-merkanzija effiċjenti, b'mod partikolari għat-tqssim ta' merkanzija lill-bejjiegħa bl-imnut fl-ibliet;

9.

Jitlob għal żieda fl-għajnuna finanzjarja nazzjonali u Ewropea għall-applikazzjonijiet tal-ITS sabiex ikun hemm użu akbar tal-ITS mill-awtoritajiet lokali;

Tħeġġiġ tal-ottimizzazzjoni tad-diversi modi ta' trasport permezz ta' titjib tal-programmazzjoni urbana

10.

Jitlob li l-prinċipju tal-approċċ integrat ikun promoss permezz ta' qafas ta' governanza bbażat fuq is-sħubija li jgħaqqad il-parteċipanti mill-ibliet u dawk periurbani, nazzjonali u Ewropej, u li jikkunsidra kwistjonijiet marbuta mat-trasport bħall-integrazzjoni soċjali, l-istorbju, is-sikurezza, il-kompetittività, l-ambjent, eċċ; itenni t-talba tiegħu li l-implimentazzjoni ta' approċċ integrat għandu jkun obbligatorju fil-programmazzjoni u fl-għażla ta' proġetti għall-Fondi Strutturali;

11.

Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' vjaġġar urban sostenibbli ta' 'l fuq minn 100 000 abitant, li jinkludu:

djanjosi tal-mobilità u indikaturi u miri tal-mobilità, flimkien ma' evalwazzjoni tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom,

pjan ta' żvilupp u ta' interkonnessjoni tan-netwerks tat-trasport, li jkun koordinat mal-pjan għat-trasport reġjonali u l-politika għall-ippjanar urban,

pjan għall-iżvilupp ta' infrastruttura għat-trasport li ma jagħmilx ħsara (mogħdijiet għar-roti, żoni għall-mixi biss eċċ.) li tkun integrata kompletament fit-trasport urban,

pjan ġenerali tal-parkeġġi u tal-pjattaformi ta' skambju intermodali,

programm għall-adattament tal-ġestjoni tan-netwerks tal-mobilità urbana u tal-interkonnessjonijiet tagħhom għall-utenti b'mobilità mnaqqsa,

pjan ġenerali ta' loġistika urbana, inkluża l-possibilità ta' użu tal-infrastruttura pubblika għat-trasport tal-merkanzija,

proċedura ta' parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini;

12.

Jipproponi l-ħolqien ta' forum Ewropew permanenti dwar il-governanza tat-trasport urban bejn l-awtoritajiet li jirrappreżentaw l-organizzaturi tat-trasport, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-utenti u taċ-ċittadini u federazzjonijiet professjonali tal-operaturi tat-trasport, sabiex jippromwovi l-iskambu u t-tixrid ta' prattiki tajbin;

13.

Jipproponi li finanzjamenti Ewropew fil-qasam tat-trasport urban jingħataw biss bil-kundizzjoni li jkun hemm pjani integrati ta' mobilità urbana (pjani ta' vvjaġġar urban);

14.

Iħeġġeġ il-koperazzjoni u l-integrazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-organizzjoni tat-trasport pubbliku, tat-traffiku u tal-ipparkjar f'i bliet Ewropej ta' 'l fuq minn 250 000 abitant, f'zonijiet komparabbli, li jkunu bbażati fuq flussi ta' popolazzjoni u ta' merkanzija skont il-karatteristiċi lokali;

15.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet organizzaturi tat-trasport biex jiffissaw miri voluntarji proattiovi u koerenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra permezz ta' politika ta' mobilità stipulata fil-pjani ta' vvjaġġar urban integrat u sostenibbli fuq imsemmija u biex jittrasformaw dawn il-miri f'obbligi ta' prestazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi ta' servizzi ta' trasport pubbliku jew privat;

16.

Jipproponi li jiġi evalwat studju dwar l-esperjenzi ta' integrazzjoni tat-tariffi (inkluż il-proġett “Interoperable Fare Management”), tal-informazzjoni intermodali u tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet organizzaturi tat-trasport fil-konurbazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki;

Il-valur miżjud tal-Unjoni: inċentiv għall-mobilità sostenibbli fiz-zoni urbani

17.

Iħeġġeġ it-twaqqif ta' osservatorju tal-mobilità urbana fi ħdan il-Kummissjoni, iżda ma jixtieqx li tinħoloq aġenzija ġdida;

18.

Jiddispjaċih li matul il-perjodu ta' għajnuna attwali 2007-2013, 9 % biss (ekwivalenti għal EUR 8 000 000 000) tar-riżorsi mill-Fond Strutturali li jintefqu fuq it-trasport (ekwivalenti għal EUR 82 000 000 000) huma previsti għat-trasport urban; iqis li dan il-proporzjon huwa żgħir wisq biex tinstab mobilità xierqa fl-ibliet Ewropej u protezzjoni għall-ambjent u l-klima;

19.

Jissuġġerixxi bil-qawwa li tiġi mistħarrġa l-possibilità, taħt il-qafas finanzjarju għall-2014-2020, ta' strument finanzjarju Ewropew għall-mobilità urbana (programm integrat tat-tip Marco Polo) li jippermetti l-kofinanzjament ta':

studji tal-pjanijiet ta' vvjaġġar urban bħala inċentiv għall-introduzzjoni mifrux tagħhom;

parti mill-investimenti jsiru f'mezzi tat-trasport li jissodisfaw l-objettivi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-Unjoni;

u jipproponi li dan l-finanzjament jingħata bħala inċentiv fuq il-bażi ta' sejħiet għal offerti b'termini ta' referenza Ewropej;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tħejji rapport dwar zoni li għandhom regolazzjonijiet dwar aċċess limitat f'setturi urbani sabiex tevalwa l-impatt tagħhom fuq il-mobilità, il-kwalità tal-ħajja, l-emissjonijiet u effetti esterni, is-saħħa u s-sikurezza, filwaqt li jitqies il-bżonn ta' sistema għall-infurzar ta' offiżi transkonfinali, kemm kriminali u kemm mhux kriminali;

21.

Jipproponi t-twaqqif ta' netwerk ta' informazzjoni u ta' bejgħ ta' biljetti għad-destinazzjonijiet urbani prinċipali fl-Unjoni Ewropea fl-istazzjonijiet u fl-ajruporti tal-postijiet tat-tluq, meta dawn ikunu jinsabu fl-Unjoni Ewropea;

22.

Jipproponi li tiġi mfassla “karta tal-utenti” għat-trasport urban li tkun tinkludi l-persuni li jimxu u li jirkbu r-rota, it-tqassim ta' merkanzija u servizzi u li tkopri l-qsim tal-użu tat-toroq, sabiex jonqsu l-inugwaljanzi eżistenti;

23.

Huwa tal-opinjoni li l-kunċett ta' belt orjentata lejn rotot qosra (short journey city) huwa l-aħjar mod biex tiġi żgurata mobilità favur l-ambjent u favur il-klima fl-ibliet;

24.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet lokali sabiex iżidu u jestendu l-inizjattivi tagħhom rigward il-jiem mingħajr karozzi, hekk kif iseħħ matul il-Jum Annwali Ewropew Mingħajr Karozzi;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issib approċċ armonizzat għall-ħolqien ta' zoni ħodor u l-iżvilupp ta' sticker unika Ewropea għaz-zoni l-ħodor kemm jista' jkun malajr sabiex jiġi evitat l-iżvilupp ta' sistemi differenti għal kull belt jew Stat Membru b'inkonvenjenza kunsiderevoli għaċ-ċittadini u l-kumpaniji;

26.

Jikkunsidra li l-mobilità urbana għandha tinkludi li jiġu stabbiliti netwerks interurbani li jippermettu li l-ibliet il-kbar jingħaqdu flimkien, li jkun żgurat l-iżvilupp ekonomiku tagħhom u li t-trasport rapidu u mingħajr xkiel ta' persuni u merkanziji jkun iffaċilitat;

It-trasport urban: settur industrijali u ta' teknoloġiji Ewropej li għandu jitqies fil-kuntest tal-Istrateġija ta' Liżbona u tal-Pjan ta' Rkupru tal-ekonomija Ewropea

27.

Jissuġġerixxi t-twaqqif ta' politika Ewropea ta' normalizzazzjoni u ta' ċertifikazzjoni ta' tagħmir fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa, tal-kumdità (ħsejjes, vibrazzjonijiet), tal-interoperabilità tan-netwerks (“busway”, tram-train, eċċ.), tal-aċċessibilità għall-persuni b'mobilità mnaqqsa jew persuni bit-trabi f'pushchairs, tal-mezzi li ma jagħmlux ħsara u tal-magni nodfa (karozzi tal-linja, taxis) fuq il-bażi ta' bilanċ tal-karbonju u analiżi tal-impatt fuq l-ispejjeż għall-operaturi u l-utenti;

28.

Jipproponi li jkun hemm attenzjoni kostanti fir-rigward tad-deċiżjonijiet kollha biex tiġi żgurata proporzjonalità bejn l-ispejjeż u l-benefiċċju u l-possibilità ta' sussidju lill-utenti inqas vantaġġjati finanzjarjament;

29.

Jissuġġerixxi li jinħarġu linji gwida għar-rakkomandazzjonijiet minimi ta' kwalità tas-servizzi, l-evalwazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-utenti u taċ-ċittadini, fil-kuntest tal-ftuħ għall-kompetizzjoni tan-netwerks tat-trasport urban, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007;

30.

Jissuġġerixxi li parti kbira mill-krediti meħlusa permezz tal-Pjan ta' Rkupru tal-Ekonomija Ewropea tingħata għall-finanzjament tal-investimenti u tax-xogħol tat-trasport urban u t-trasport kollettiv li qed isir bħalissa u li jista' jiġi ffinanzjat u mwettaq qabel il-31 ta' Diċembru 2009;

31.

Jinnota li, fil-qafas tal-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew, riżorsi mill-Fondi Strutturali ġew mogħtija minn qabel għall-proġetti infrastrutturali sostenibbli; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jużaw b'urġenza parti sostanzjali minn dawn ir-riżorsi għat-trasport urban favur l-ambjent;

32.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqis il-proposti f'din ir-Riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rieda tal-Parlament Ewropew, li hi tieħu l-inizjattiva f'dan il-qasam li jkun jista' jwassal kemm jista' jkun malajr għal pjan ta' azzjoni;

*

* *

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0356.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0311.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0057.

(4)  ĠU C 290, 14.11.1988, p. 51.

(5)  ĠU C 41E, 19.2.2009, p. 1.

(6)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 154.

(7)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 556.

(8)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

(9)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

(10)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(11)  ĠU L 203, 10.8.2000, p. 9.

(12)  Għadha mhix pubblikata fil-ĠU.

(13)  Near Field Communication (NFC), hija teknoloġija ta' skambju ta' dejta b'distanza qasira ħafna li tippermetti l-identifikazzjoni bir-radju.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/50


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Pjan ta' Azzjoni tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti

P6_TA(2009)0308

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (2008/2216(INI))

2010/C 184 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 intitolata “Pjan ta' Azzjoni għall-Varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa” (COM(2008)0886),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (COM(2008)0887),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2001 intitolata “Politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: wasal iż-żmien li niddeċiedu” (COM(2001)0370),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2008 intitolata “Nagħmlu t-trasport aktar ekoloġiku” (COM(2008)0433),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2008 intitolata “Strateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni” (COM(2008)0435),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2007 intitolata “Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana” (COM(2007)0551),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2006 intitolata “Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna: reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea” (COM(2006)0314),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2007 intitolata “Lejn Mobilità aktar Sikura, aktar Nadifa u aktar Effiċjenti madwar l-Ewropa: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti” (COM(2007)0541),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007 intitolata “Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 – Pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport Finali tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21; Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp tal-UE u l-Istrateġija tal-Impjiegi” (COM(2007)0022),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2006 intitolata “Dwar l-Inizjattiva għall-Karozzi Intelliġenti: Inqajmu Kuxjenza dwar il-KIT għal vetturi iktar intelliġenti, sikuri u nodfa” (COM(2006)0059),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2006 intitolata “Il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa – il-muftieħ għall-mobilità sostenibbli” (COM(2006)0336),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2007 intitolata “Pjan ta' Azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija” (COM(2007)0607),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2006 intitolata “Rigward Strateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban” (COM(2005)0718),

wara li kkunsidra l-proposti u l-linji gwida tal-Kummissjoni u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-fondi strutturali, il-fondi ta' koeżjoni u s-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta riveduta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar il-kontribut għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008 rigward l-Istrateġija ta' Liżbona (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2008 dwar politika Ewropea tat-trasport sostenibbli li tqis il-linji politiċi Ewropej dwar l-enerġija u l-ambjent (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2008 dwar CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar Lejn Mobilità aktar Sikura, Aktar Nadifa u Effiċjenti fl-Ewropa Kollha: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa – is-soluzzjoni għal mobilità sostenibbli (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2007 dwar il-Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq – reviżjoni ta' nofs iż-żmien (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006 dwar l-istrateġija tematika dwar l-ambjent urban (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0227/2009),

A.

billi s-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (STI) huma applikazzjonijiet avvanzati li jużaw it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (TIK) għat-trasport u jipprovdu servizzi innovattivi fil-modi tat-trasport u l-ġestjoni tat-traffiku,

B.

billi s-STI għandhom potenzjal kbir għall-aktar użu effiċjenti tal-modi kollha tat-trasport li jistgħu jilħqu l-ħtiġijiet u l-isfidi tal-politika Ewropea tat-trasport,

C.

billi l-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq taffettwa 10 % tan-netwerk tat-toroq u f'sena tiġi tiswa 1 % ta-PGD tal-UE, il-fatalitajiet fit-toroq għadhom jammontaw għal 42 953 (2006), ħafna ogħla mill-mira maħsuba tat-tnaqqis għal 25 000 sa 2010 u t-trasport bit-toroq jgħodd għal 72 % tal-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-trasport kollu filwaqt li 40 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport bit-toroq fl-Ewropa huma kkawżati mit-traffiku urban,

D.

billi s-STI wrew li huma essenzjali fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u t-trasport iktar ekoloġiku,

E.

billi l-applikazzjonijiet intelliġenti ġew żviluppati għal modi differenti ta' trasport bħal pereżempju t-trasport bil-ferrovija (ERTMS u TAF-TSI), it-trasport fl-ilmijiet interni u t-trasport marittimu (LRITS, SafeSeaNet, VTMIS, RIS), it-trasport bl-ajru (SESAR) u t-trasport fuq l-art, bħat-trasport tal-bhejjem,

1.

Jenfasizza li s-STI huma strument importanti sabiex isir użu effikaċi tal-infrastruttura eżistenti, it-trasport ikun aktar effiċjenti, bla periklu, sikur u li jħammeġ inqas l-ambjent, u b'dan il-mod jingħata kontribut favur l-iżvilupp ta' mobilità sostenibbli għaċ-ċittadini u l-ekonomija;

2.

Jenfasizza l-effett pożittiv fuq l-iżvilupp sostenibbli li s-STI għandhom fit-titjib tar-rendiment ekonomiku tar-reġjuni kollha, inklużi z-zoni urbani, jiddeterminaw il-kondizzjonijiet ta' aċċessibilità reċiproka, iżidu l-attività tal-kummerċ lokali u interreġjonali, jiżviluppaw is-suq intern tal-Unjoni Ewropea u x-xogħol marbut mal-attivitajiet ġejjin mill-implimentazzjoni tas-STI;

3.

iqis li s-STI jistgħu jtejbu l-kondizzjonijiet ta' ħajja taċ-ċittadini Ewropej, b'mod partikolari ta' dawk li jgħixu f'zoni urbani, u se jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm aktar sikurezza fit-toroq, jitnaqqsu l-emissjonijiet dannużi u t-tniġġis ambjentali, iżidu l-effiċjenza tat-traffiku, jitjieb l-aċċess għaz-zoni periferiċi, u titħaddem il-politika tat-tnaqqis tat-traffiku;

4.

Jilmenta dwar id-dewmien fl-istabbiliment ta' qafas komuni għall-implimentazzjoni tas-STI fl-UE u n-nuqqas ta' varar koordinat tas-STI b'miri speċifiċi l-iktar minħabba l-barrieri għall-interoperabiltà, nuqqas ta' koperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi kollha, u l-privatezza ta' data mhux solvuta u kwistjonijiet ta' responsabilità;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar s-STI (“il-pjan ta' azzjoni”) bħala qafas komuni ta' azzjonijiet u programmi b'dati ta' skadenza ċari għall-għoti tar-riżultati;

6.

Jemmen ħafna li huwa meħtieġ l-istabbiliment ta' strument fil-politika tat-trasport li jrawwem l-użu tas-STI; jappoġġja strument leġiżlattiv biex jiffissa l-qafas għall-varar tas-STI u jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi tagħrif aħjar dwar is-sitwazzjoni kurrenti għal dawk li huma azzjonijiet, il-fondi u l-ipprogrammar tal-pjan tal-azzjoni sabiex jassigura li sett ta' azzjonijiet ċari b'dati ta' skadenza jkunu stabbiliti fid-Direttiva li tistipula l-qafas għall-varar tas-STI;

7.

Huwa konxju tal-limitazzjoni ta' għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Komunità (fl-2008) lill-azzjoni EasyWay, li huwa proġett għall-varar tas-STI fuq skala Ewropea fil-kurituri l-iktar importanti tan-netwerk Trans-Ewropew tat-toroq (NTET) f'21 Stat Membru tal-UE mmexxija mill-awtoritajiet nazzjonali tat-toroq u operaturi bi msieħba assoċjati mill-pubbliku u partijiet interessati privati;

Kwistjonijiet orizzontali

8.

Jindika li s-STI għandhom jintużaw fil-mezzi kollha ta' trasport u mill-vjaġġaturi kollha fl-Ewropa, f'approċċ koordinat mal-applikazzjonijiet Galileo; jappoġġa bis-sħiħ l-applikazzjoni immedjata ta' dawn is-sistemi biex tiżdied l-intermodalità bejn is-settur pubbliku u dak privat u fit-trasport pubbliku għal titjib fl-informazzjoni ġenerali u żieda fil-kapaċità ta' ġestjoni;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwistjoni ta' responsabilità li tikkostitwixxi ostaklu kbir fl-iżvilupp bla xkiel u koerenti tas-STI fl-Ewropa;

10.

Jikkunsidra li l-interoperabiltà fl-iżvilupp tas-STI hija ta' importanza kbira biex ikun hemm varar effettiv u koerenti tas-STI fl-Ewropa; jenfasizza li fil-każ ta' investimenti fl-NTET (bini jew manutenzjoni ta' toroq) jeħtieġ li jsiru sforzi għall-varar meħtieġ ta' servizzi tas-STI;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni – peress li diġà hemm firxa importanti fis-suq Ewropew tas-STI – biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet għal livell minimu ta' applikazzjonijiet u servizzi ta' STI li jista' jintlaħaq mill-Istati Membri kollha u li huwa neċessarju għall-varar, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni effiċjenti tas-STI;

12.

Jikkonsidra li huwa importanti li ssir evalwazzjoni tat-talba li hemm fis-suq li tevalwa l-ħtiġijiet reali – lil hinn mil-livell minimu stabbilit għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-STI – kif ukoll li jissaħħu l-aspetti tas-swieq interni tas-STI permezz ta' standardizzazzjoni u qafas regolatorju xieraq;

13.

Jisħaq fuq kemm hi siewja l-koperazzjoni transkonfinali fil-fruntieri esterni tal-UE f'livell kemm tekniku u kemm amministrattiv, peress li hija ta' importanza kbira għall-varar effikaċi tas-STI fl-UE;

L-aħjar użu tat-data dwar it-toroq, it-traffiku u l-ivjaġġar (azzjoni nru 1)

14.

Jenfasizza li hemm bżonn li jinkiseb ammont kbir ta' data u ta' informazzjoni mill-inqas fil-ħames oqsma bażiċi li ġejjin għall-varar effettiv tas-STI: informazzjoni fil-ħin reali tat-traffiku u tal-ivvjaġġar; data dwar in-netwerk tat-toroq; data pubblika għall-mapep diġitali; data għal servizzi ta' informazzjoni universali minimi dwar it-traffiku u sistemi multimodali ta' pjanifikazzjoni tal-vjaġġi tat-tip “minn bieb għal bieb”;

15.

Jitlob li s-servizzi ta' informazzjoni universali minimi jkopru n-Netwerk trans-Ewropew (TEN-T);

16.

Jenfasizza li għall-adozzjoni u l-varar tas-STI fuq firxa wiesgħa jeħtieġ li jiġu kkunsidrati kemm l-informazzjoni dwar it-traffiku u kemm l-orarju stabbilit għad-diversi mezzi tat-trasport;

17.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi pprovdut tagħrif fil-ħin reali lill-vjaġġaturi u għall-infrastruttura u l-importanza li dan it-tagħrif ikun aktar preċiż, affidabbli u uniformi, filwaqt li jiġu rispettati l-speċifiċitajiet Ewopej (geografiċi, kulturali u lingwistiċi) u li tiġi aċċertata l-kontinwità geografika;

18.

Jikkunsidra li hu essenzjali għall-iżvilupp tas-STI li jkun garantit l-aċċess tas-settur privat għad-data dwar toroq, traffiku u l-ivvjaġġar waqt li tiġi rispettata l-privatezza u tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

Kontinwità ta' ġestjoni tas-servizzi tat-traffiku u tal-merkanzija tas-STI dwar kurituri u konurbazzjonijiet tat-trasport Ewropew (azzjoni nru 2)

19.

Jemmen li huwa essenzjali li jkun żgurat li s-STI jkunu armonizzati, interoperabbli u affidabbli filwaqt li titħares il-libertà tal-utent fl-għażla tas-STI;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw u jgħaqqdu s-STI mal-inizjattivi ta' mobilità urbana tal-UE għall-mobilità ta' trasport aktar effiċjenti u għall-fluwidità fil-ġestjoni tat-trasport kif ukoll, biex titnaqqas il-konġestjoni minn fuq it-toroq, kurituri TEN-T, kurituri għat-trasport tal-merkanzija u konurbazzjonijiet;

21.

Jikkunsidra li huwa meħtieġ li jkun hemm koperazzjoni transkonfinali u żvilupp ta' programmi għall-varar u l-implementazzjoni tas-STI, bħalma hu l-proġett Easy Way;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika informazzjoni ta' prijorità, tagħmir tat-trasport u standards ta' vetturi biex il-varar tas-STI kif ukoll tal-miżuri li jippromwovu infrastruttura tal-awtostradi aktar armonizzata jiġu żviluppati;

23.

Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-istima tal-ispiża ekonomika ta' kull vettura u tal-infrastruttura li toħroġ mill-varar tas-STI tkun ibbażata fuq analiżi ta' benefiċċju meta mqabbla mal-ispiża li tkopri l-ispejjeż kollha assoċjati (ekonomiċi, soċjali u ambjentali);

STI fis-servizz tal-mobilità urbana (azzjoni nru 2a)

24.

Huwa favur l-iżvilupp ta' metodi u sistemi għall-informazzjoni tal-utenti dwar servizzi disponibbli ta' trasport urban u l-qagħda tan-netwerks ikkonċernati, b'mod partikulari bl-użu tat-teknoloġija GSM;

25.

Jissuġerixxi li ssir aktar riċerka dwar sistemi ta' tariffi komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' xi reġjun u b'mod partikulari dwar il-metodi tekniċi relatati;

26.

Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' tekniki intermodali li jipprovdu aċċess aħjar għall-mezzi tat-trasport u l-mobilità urbana għal persuni b'mobilità mnaqqsa;

Sigurtà u sikurezza fit-toroq (azzjoni nru 3)

27.

Jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri biex jippreparaw għall-varar u l-integrazzjoni armonizzati tal-applikazzjoni eCall fil-pajjiżi kollha tal-UE sas-sena 2010, hekk kif jitlestew it-testijiet ta' standardizzazzjoni;

28.

Jikkunsidra li l-applikazzjoni u l-użu tas-STI għandhom:

jippromwovu s-Sistemi Avvanzati ta' Assistenza għas-Sewqan (SAAS) b'potenzjal biżżejjed biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, bħalma huma l-Kontroll ta' Stabilità Elettronika (KSE) kif ukoll l-eCall li waħedha u jekk użata tajjeb tista' ssalva sa 500 ħajja kull sena fl-UE;

itejbu s-sikurezza tat-toroq billi jimpedixxu l-veloċità, sewqan fis-sakra u sewqan bla ċinturin tas-sigurtà;

itejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza permezz ta' użu ta' postijiet ta' parkeġġ dinjitużi u sikuri u jipprovdu servizzi xierqa għas-sewwieqa tat-trakkijiet billi jużaw il-portal truckinform (10) u

itejbu l-protezzjoni tas-sewwieq u t-tagħbija fit-trasport tal-merkanzija mis-serq, il-ħtif u l-brigantaġġ u b'dan il-mod isaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, partikolarment f'zoni fil-fruntiera u fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija lejn pajjiżi terzi;

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'urġenza taħdem favur tnaqqis ulterjuri tal-ispejjeż tal-komunikazzjoni, sabiex ikun jista' jsir użu usa' tat-tagħmir tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni fuq il-bażi tat-telekomunikazzjoni;

30.

Huwa favur l-inizjattiva ssuġġerita “e-freight” (trasport elettroniku tal-merkanzija) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tintroduċi l-kunċett tat-“trasport intelliġenti tal-merkanzija”, bil-għan li jittieħed approċċ multimodali għas-servizzi tas-STI fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija – b'enfasi partikulari fuq l-oġġetti perikolużi;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu importanza indaqs lit-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, biex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra t-trasport tal-passiġġieri, li għandha impatt partikularment negattiv fuq il-mobiltà tal-persuni;

32.

Jirrakkomanda qafas regolatorju xieraq għall-interazzjoni bejn il-magna u l-bniedem (HMI) u għall-protokolli oħra tas-STI u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' responsabilità;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni ta' utenti tat-trasport dgħajfa, inklużi nies b'mobilità mnaqqsa u biex testendi l-azzjonijiet biex jiġi adottat il-varar tas-SAAS u ta' oħrajn bħas-STI u l-HMI għal vetturi b'żewġ roti skont is-sottoazzjonijiet proposti fil-pjan ta' azzjoni;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tisfrutta l-potenzjalità tas-STI fir-rigward tal-miżuri preventivi kontra l-ismogg u l-konċentrazzjonijiet għoljin wisq tal-ożonu u favur it-tnaqqis tat-tniġġis akustiku u tal-emissjonijiet ta' partikulati, ossidi tan-nitroġenu u diossidu tal-karbonju;

Integrazzjoni tal-vettura fl-infrastruttura tat-trasport (azzjoni nru 4)

35.

Jenfasizza l-importanza li tiġi definita arkitettura ta' pjattaforma komuni għal interkonnessjonijiet u protokolli standardizzati li jiffaċilitaw il-varar tas-STI, sistemi koperattivi u speċifikazzjonijiet ta' bejn infrastruttura u oħra (I2I), ta' bejn vettura u infrastruttura (V2I), u ta' bejn vettura u oħra (V2V);

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timplementa pjan direzzjonali dwar s-STI bi pjattaformi komuni rigward l-applikazzjonijiet u l-varar tas-STI u bil-parteċipazzjoni tal-qasam privat u dak pubbliku, kif ukoll biex tistabbilixxi qafas xieraq biex jiġu solvuti kwistjonijiet ta' responabiltà rigward s-STI;

37.

Jinnota li l-istħarriġ dwar applikazzjonijiet tas-STI għandu jkun imħeġġeġ biex itejjeb il-kapaċità tal-utent fit-trasport u jiffaċilita l-interazzjoni bejn il-bniedem u l-magna;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu forum miftuħ għall-iskambju ta' informazzjoni u biex ikunu indirizzati kwistjonijiet rigward s-STI;

Sigurtà u protezzjoni tad-data u kwistjonijiet ta' responsabilità (azzjoni nru 5)

39.

Jisħaq l-ħtieġa li titħares il-privatezza u jqis li kwistjonijiet ta' privatezza u ta' sigurtà u protezzjoni tad-data mill-istadji bikrin tal-iżvilupp tad-disinn tas-STI għandhom jitqiesu meta jkunu stabbiliti l-istruttura u l-miżuri ta' implimentazzjoni (“Privacy by design”);

40.

Jistieden lill-partijiet kollha involuti fl-applikazzjonijiet tas-STI biex ikunu konformi mad-direttivi tal-KE dwar il-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttivi 95/46/KE (11) u 2002/58/KE (12)) u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-użu xieraq tad-data skont l-applikazzjonijiet u l-varar tas-STI;

41.

Jemmen li l-użu anonimu tad-data dwar l-applikazzjonijiet tas-STI huwa neċessarju għall-varar bla xkiel tas-STI waqt li tiġi aċċertata l-privatezza u l-qbil mal-qafas legali u l-protezzjoni tad-data tal-KE;

Koperazzjoni u koordinazzjoni tas-STI Ewropej (azzjoni nru 6)

42.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw tmexxija b'saħħitha u governanza ġenwina lejn il-varar tas-STI fl-Ewropa;

43.

Jinkuraġġixxi l-promozzjoni tal-iżvilupp ta' sistemi multimodali nazzjonali u Ewropej ta' pjanifikazzjoni tal-vjaġġi tat-tip “minn bieb għal bieb”, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-alternattivi tat-trasport pubbliku, u l-interkonnessjoni tagħhom madwar l-Ewropa kollha;

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tuża aħjar il-kapaċitajiet tal-UE bil-programmi tas-Sistema Ewropea tan-Navigazzjoni Globali bis-Satelliti (GNSS) EGNOS u Galileo, filwaqt li ttejjeb l-interkonnettività multimodali;

45.

Jenfasizza li dawn it-teknoloġiji għandhom jiġu applikati b'tali mod li tiġi evitata l-inkompatibilità bejn il-modi ta' trasport u tkun imħarsa l-libertà tal-għażla fir-rigward tal-użu ta' dawn it-teknoloġiji;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw li s-STI għandhom jinvolvu attivament fil-proċess tal-ippjanar u fil-proċess tal-implimentazzjoni lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-partijiet interessati li qed joperaw fit-territorju Ewropew;

47.

Jenfasizza l-importanza tas-sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) fl-implimentazzjoni tas-STI u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu passi attivi biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu tagħhom;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi spjega sħiħa tal-pjan ta' azzjoni għall-finanzjament tal-programmi tagħha u jappella lill-Kunsill biex jaċċerta li jkun hemm finanzjament biżżejjed;

49.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu dwar l-użu tal-Fondi Strutturali jindirizzaw it-temi tal-mobilità urbana u t-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku permezz ta' STI u biex iżiduhom mal-lista tal-prijoritajiet għall-perjodu 2010 - 2013;

50.

Jindika l-ħtieġa li l-potenzjal sinifikanti taz-zoni urbani jiġi definit u sfruttat aħjar, u jenfasizza l-irwol li z-zoni rurali u periferiċi jista' jkollhom biex jinkiseb żvilupp bilanċjat u biex jintlaħqu l-objettivi għall-perjodu medju ta' żmien u għall-futur imbiegħed;

51.

Iqis li hu ta' importanza vitali li jiġu implimentati netwerks ta' trasport intelliġenti f'zoni b'potenzjal turistiku kbir bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-flussi tat-traffiku, jitnaqqsu l-inċidenti u tiżdied is-sikurezza; iqis li s-STI jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni li jinkludu zoni periferiċi;

52.

Jisħaq fuq l-importanza tal-koperazzjoni interreġjonali, transkonfinali u transnazzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-STI u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema għall-iskambju tal-prattika tajba li tkun disponibbli b'mod mifrux fil-lingwi kollha tal-UE, iżda jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-aħjar prattiki jinqasmu u jiġu skambjati bejn ir-reġjunijiet infushom, bl-objettiv doppju tal-ksib tat-trasferiment tan-know-how fil-qasam tas-STI u tal-evitar tal-frammentazzjoni tas-sistema;

*

* *

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0509.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0057.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0087.

(4)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 1.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0311.

(6)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 556.

(7)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 154.

(8)  ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 220.

(9)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 182.

(10)  www.truckinform.eu

(11)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(12)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/57


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan

P6_TA(2009)0309

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan

2010/C 184 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, u b'mod partikolari dik tal-15 ta' Jannar 2009 dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-Afganistan u tal-Wolesi Jirga (l-ewwel kamra tal-parlament afgan) tat-12 ta' Frar 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni finali tal-Konferenza Internazzjonali dwar l-Afganistan li saret f'The Hague fil-31 ta' Marzu 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit tan-NATO dwar l-Afganistan magħmula mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku ta' Fuq, fi Strasburgu/Kehl fl-4 ta' April 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti dwar il-leġiżlazzjoni fl-Afganistan tas-6 ta' April 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

Billi l-Afganistan jagħmel parti minn diversi strumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni fir-rigward tan-nisa u l-Konvenzjoni internazzjonali dwar id-drittijiet tat-tfal,

B.

Billi l-Kostituzzjoni Afgana tal-4 ta' Jannar 2004 fl-Artikolu 22 tagħha tistipula li ċ-ċittadini tal-Afganistan, irġiel u nisa, għandhom drittijiet u dmirijiet ugwali quddiem il-liġi, u billi din tikkonforma mat-trattati internazzjonali ratifikati mill-Afganistan,

C.

Billi l-Kodiċi Afgan tal-familja mill-aħħar tas-snin 1970 fih ċerti dispożizzjonijiet li jirrikonoxxu lin-nisa drittijiet fil-qasam tas-saħħa u tal-edukazzjoni, u billi dan bħalissa qed jiġi revedut sabiex isir kompatibbli mal-Kostituzzjoni tal-2004,

D.

Billi jfakkar li kumitat indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem twaqqaf f'Ġunju 2002 wara l-ftehim ta' Bonn tal-5 ta' Diċembru 2001, presedut minn Sra Sima Samar, u billi dan għandu rwol fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem,

E.

Billi jikkunsidra l-abbozz ta' liġi l-ġdid dwar l-istatus personali tan-nisa Xiti approvat riċentement miż-żewġ kmamar tal-Parlament Afgan, li jpoġġi restrizzjonijiet severi fuq il-libertà tal-moviment tan-nisa, filwaqt li jiċħdilhom id-dritt li joħorġu minn djarhom ħlief għal “skop leġittimu”, jirrikjedi min-nisa li jissottomettu ruħhom għax-xewqat sesswali tal-irġiel tagħhom u b'hekk jilleġittimizza “l-istupru fiż-żwieġ”, kif ukoll jippromwovi d-diskriminazzjoni tan-nisa fl-oqsma taż-żwieġ, id-divorzju, il-wirt u l-aċċess għall-edukazzjoni li mhumiex konformi mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment tad-drittijiet tan-nisa,

F.

Billi dan l-abbozz ta' liġi li jaffettwa bejn 15 u 20 % tal-popolazzjoni għadu mhux applikabbli peress li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Gvern, anke jekk diġà ġie ffirmat mill-President tal-Afganistan, is-Sur Hamid Karzai,

G.

Billi dan l-abbozz ta' liġi, wara l-kritiki li qajjem kemm fl-Afganistan kif ukoll barra l-pajjiż, ġie riferut lill-Ministeru tal-Ġustizzja Afgan biex jikkontrolla l-konformità tat-test leġiżlattiv mal-impenji meħuda mill-Gvern Afgan fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali u l-Kostituzzjoni,

H.

Billi l-vjolenza kontra l-attivisti, b'mod partikolari dawk li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa, qed tkompli sal-lum, u b'mod partikolari ħafna sfaw vittma tal-militanti u tar-radikali, fosthom is-Sra Sitara Achakzai, difensura Afgana tad-drittijiet tan-nisa u membru tal-Kunsill Provinċjali minn Kandahar, li sfat maqtula barra darha, is-Sra Gul Pecha u s-Sur Abdul Aziz li nqatlu wara li ġew akkużati minn atti immorali u ġew ikkundannati għall-mewt minn kunsill ta' reliġjużi konservattivi, u Malai Kakar, l-ewwel pulizija mara f'Kandahar li kienet tidderieġi d-dipartiment tal-pulizija dwar il-kriminalità kontra n-nisa f'din il-belt,

I.

Billi l-ġurnalista Afgan ta' 23 sena, is-Sur Perwiz Kambakhsh, ġie kkundannat għall-mewt talli ċċirkola artikolu dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Islam u wara protesti internazzjonali qawwija din il-kundanna ġiet riversata f'sentenza ta' 20 sena ħabs,

J.

Billi qed ikomplu jiġu rrapurtati theddid u intimidazzjoni kontra n-nisa fil-ħajja pubblika jew li jaħdmu barra d-dar tagħhom u dan ġie kkonfermat mir-rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti; billi jqis ir-rapporti riċenti dwar id-diffikultajiet biex tiżdied il-parteċipazzjoni tat-tfajliet fis-sistema edukattiva, ħaġa li hija opposta mill-militanti u r-radikali,

K.

Billi jqis li nġemgħu diversi każi f'dawn l-aħħar snin ta' nisa żgħażagħ li jaħarqu lilhom innifishom volontarjament biex jaħarbu żwiġijiet sfurzati jew il-vjolenza domestika,

1.

Jitlob li jiġi rivedut l-abozz ta' liġi msemmi hawn fuq dwar l-istatus persunali tan-nisa Xi'iti fl-Afganistan għaliex li l-kontenut tiegħu mhux konformi mal-prinċipju ta' ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa kif stipulat fil-Kostituzzjoni u fil-konvenzjonijiet internazzjonali;

2.

Jenfasizza l-periklu inerenti fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni li l-applikazzjoni tagħha hija limitata għal ċerti kategoriji tal-popolazzjoni u li - fid-definizzjoni tagħha stess - tippromwovi d-diskriminazzjoni u l-inġustizzja;

3.

Jirrakkomanda lill-Ministru tal-Ġustizzja Afgan sabiex jabroga l-liġijiet kollha li jintroduċu diskriminazzjoni kontra n-nisa u li jmorru kontra t-trattati internazjonali li fihom hu parteċipi l-Afganistan;

4.

Jikkunsidra li hu essenzjali għall-iżvilupp demokratiku tal-pajjiż li l-Afganistan jimpenja ruħu favur id-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali u b'mod partikolari favur id-drittijiet tan-nisa, li għandhom irwol kruċjali fl-iżvilupp tal-pajjiż u li jridu jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mid-drittijiet fundamentali u demokratiċi tagħhom; jerġa' jisħaq l-appoġġ tiegħu għall-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, inkluża dik reliġjuża u li tolqot is-sessi differenti;

5.

Ifakkar li d-dokument ta' strateġija tal-Unjoni Ewropea dwar l-Afganistan għall-perjodu 2007-2013 jikkunsidra l-ugwaljanza bejn l-irġiel u nisa u d-drittijiet tan-nisa bħala sfida tal-akbar importanza għall-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp tal-Afganistan;

6.

Ifaħħar il-kuraġġ tan-nisa Afgani li għamlu manifestazzjoni f'Kaboul kontra l-abbożż ta' liġi ġdida u jesprimi l-appoġġ tiegħu lilhom; jikkundanna l-vjolenza li huma sfaw vittma tagħha waqt il-manifestazzjonijiet u jitlob lill-awtoritajiet tal-Afganistan sabiex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;

7.

Jikkundanna l-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-emanċipazzjoni tan-nisa Afgani, b'mod partikulri l-qtil reċenti tas-SraSitara Achikzai, membru parlamentari reġjunali;

8.

Huwa xxukkjat bl-aħbar li l-Qorti Suprema Afgana kkonfermat is-sentenza ta' 20 sena ħabs mogħtija lis-Sur Perwiz Kambakhsh fuq akkuża ta' dagħa u jitlob lill-President Karzai sabiex jaħfer lis-Sur Kambakhsh u jawtorizza l-ħelsien tiegħu;

9.

Jappella lill-awtoritajiet Afgani, inklużi dawk reġjunali u lokali, sabiex jieħdu l-passi kollha possibbli sabiex jipproteġu n-nisa kontra l-vjolenza sesswali u kontra forom oħra ta' vjolenza bbażata fuq differenza ta' sess, kif ukoll biex iġibu quddiem il-ġustizzja dawk ħatja ta' atti bħal dawn;

10.

Jikkunsidra li l-progress fil-qasam tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa li sar matul dawn l-aħħar snin wara sforzi kbar m'għandu bl-ebda mod jisfa vittma ta' neġozjar bejn il-partiti qabel l-elezzjonijiet;

11.

Iħeġġeġ il-kandidatura ta' nisa għall-elezzjoni presidenzjali tal-20 ta' Awissu 2009 li ġej u jinsisti fuq il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa Afgani fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, bi dritt li għandhom fost drittijiet oħra, fosthom id-dritt tan-nisa li jiġu eletti u nnominati għal pożizzjonijiet statali għoljin;

12.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri sabiex ikomplu jqajmu l-kwistjoni dwar il-liġi dwar l-istatus persunali tan-nisa Xi'iti u dwar' kwalunkwe diskriminazzjoni kontra n-nisa u t-tfal fejn dawn huma inaċċettabbli u inkompatibbli mal-impenn mogħti fuq perjodu twil mill-komunità internazzjonali għal għajnuna għall-Afganistan fl-isforzi tiegħu ta' rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni;

13.

Jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tagħti għajnuna diretta rigward finanzjament u ppjanar lill-Ministeru Afgan għall-Affarijiet tan-Nisa, kif ukoll sabiex tippromwovi l-integrazzjoni sistematika ta' tqarrib tas-sessi fil-politiki kollha tagħha għall-iżvilupp fl-Afganistan;

14.

Jistieden lill-Fond għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Nisa (UNIFEM) sabiex jagħtu attenzjoni partikulari tagħhom;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil Kunsill u lill- Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern u lill-parlament tar-Repubblika Islamika tal-Afganistan u lill-Kummissjoni Indipendenti għad-Drittijiet tal-Bniedem.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0023.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/60


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
L-appoġġ għall-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone

P6_TA(2009)0310

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-appoġġ għall-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone

2010/C 184 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar dan is-suġġett, fosthom dik tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-finanzjament tal-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjizi tal-ACP, u l-impenn mill-partijiet fil-Ftehim favur il-paċi, is-sigurtà u l-istabilità, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istat tad-dritt,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone (SCSL), kienet stabbilita fis-sena 2000 min-Nazzjonijiet Uniti u mill-Gvern tas-Sierra Leone skont ir-Riżoluzzjoni 1315 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sabiex issir ġustizzja ma' min wettaq ksur serju tal-liġi umanitarja internazzjonali, partikolarment reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità,

B.

billi l-SCSL qed tistabbilixxi għadd ta' preċedenti importanti fil-ġustizzja kriminali internazzjonali peress li hija l-ewwel qorti internazzjonali li qed tkun iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet volontarji, l-ewwel qorti li ġiet stabbilita fil-pajjiż fejn twettqu r-reati allegati u, fil-każ tal-ex President tal-Liberja, l-ewwel qorti li akkużat lil kap ta' stat Afrikan fil-kariga b'reati tal-gwerra u b'reati kontra l-umanità,

C.

billi l-mandat tal-SCSL jintemm fl-2010, u l-Gvern tas-Sierra Leone wera li mhuwiex f'pożizzjoni li jinforza s-sentenzi tal-persuni li nstabu ħatja mill-SCSL,

D.

billi l-infurzar tas-sentenzi huwa element essenzjali tal-ġustizzja internazzjonali, li għandha rwol importanti fir-rigward tal-paċi u l-iżvilupp ulterjuri tal-istat tad-dritt fil-pajjiż,

E.

billi bħalissa huwa problematiku, minn perspettiva politika, istituzzjonali u ta' sigurtà, li min instab ħati jiskonta l-pieni li ngħata fis-Sierra Leone stess,

F.

billi l-SCSL laħqet ftehim ma' stati inklużi r-Renju Unit, l-Iżvezja u l-Awstrija sabiex ikun żgurat li wħud mill-persuni li nstabu ħatja jiskontaw il-pieni tagħhom f'dawn il-pajjiżi, u billi jinħtieġu aktar ftehimiet sabiex ikun żgurat li l-persuni kollha li diġà nstabu ħatja, u dawk il-persuni li qed jgħaddu ġuri u li jistgħu jinstabu ħatja, fil-fatt jiskontaw il-pieni tagħhom,

G.

billi n-nuqqas li jinstabu faċilitajiet ta' detenzjoni xierqa għall-persuni li nstabu ħatja mill-agħar reati immaġinabbli jdgħajjef ferm l-isforzi tal-komunità internazzjonali sabiex il-ġlieda kontra l-impunità tkun implimentata b'mod effettiv,

H.

filwaqt li jfakkar li l-ġlieda kontra l-impunità hi wieħed mis-sisien tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea u li l-komunità internazzjonali għandha r-responsabilità li tappoġġja l-mekkaniżmi ta' responsibilità li ġew implimentati,

I.

billi tribunali u qrati oħra, bħat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugożlavja u t-Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda qed jaffaċċjaw problemi simili, u billi korpi internazzjonali oħra bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali, it-Tribunal Speċjali għal-Lebanon u l-Kmamar Straordinarji fil-Qrati tal-Kambodja x'aktarx li jaffaċċjaw l-istess problema fil-futur qrib jekk l-istati ma jimpenjawx ruħhom aktar biex jappoġġjaw l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali,

J.

billi l-qrati u t-tribunali internazzjonali kollha għandhom rwoli importanti għall-paċi u l-ġustizzja fir-reġjuni rispettivi tagħhom, u kull wieħed minnhom huwa impenjat sabiex tkun żgurata rabta dejjiema kif ukoll li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-istat tad-dritt fir-reġjun li fih twettqu r-reati,

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar mill-qrati u t-tribunali internazzjonali sabiex jittellgħu l-qorti l-persuni responsabbli mill-atroċitajiet li twettqu, u jemmen li dawn il-kawżi jagħtu messaġġ ċar lill-mexxejja madwar id-dinja u lil krimnali oħra tal-gwerra li abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem mhumiex se jibqgħu jkunu ttollerati b'impunità;

2.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex isibu soluzzjoni flimkien mal-SCSL sabiex ikun żgurat li l-persuni li nstabu ħatja jiskontaw il-pieni tagħhom, billi mingħajr tali soluzzjoni l-isforz tal-SCSL u l-kredibilità tal-komunità internazzjonali, anke tal-Unjoni, jiddgħajfu ferm;

3.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex iżidu l-kontribut tagħhom għall-ħidma tal-qrati u t-tribunali internazzjonali meta jippruvaw jiffinalizzaw soluzzjoni sostenibbli għall-infurzar tas-sentenzi, kemm billi jilħqu ftehimiet direttament mal-istituzzjonijiet imsemmija għall-infurzar tas-sentenzi fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kif ukoll billi jgħinuhom isibu soluzzjonijiet alternattivi sabiex ikun żgurat l-infurzar tas-sentenzi fir-reġjuni stess;

4.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lil istituzzjonijiet internazzjonali oħra biex jipprovdu aktar għajnuna finanzjarja lill-SCSL bil-għan li l-persuni li nstabu ħatja mill-SCSL jiskontaw il-pieni tagħhom f'pajjiżi li għandhom il-kapaċità jinfurzaw is-sentenzi skont l-istandards internazzjonali iżda li m'għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jinfurzawhom;

5.

Jikkunsidra li nuqqas ta' għajnuna u ta' appoġġ iqiegħed f'riskju kbir il-ħidma tal-qrati u t-tribunali internazzjonali peress li ma jkunux jistgħu jiżguraw li l-persuni li nstabu ħatja jiskontaw il-pieni li ngħataw;

6.

Jitlob li jsir studju komprensiv li jevalwa x-xogħol li sar mit-tribunali kriminali internazzjonali, filwaqt li wieħed jitgħallem minnu u li jitressqu rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jittejbu l-funzjonament u l-finanzjament futur tagħhom;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill- Qorti Speċjali għas-Sierra Leone, lill- Qorti Kriminali Internazzjonali, lit- Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugożlavja, lit- Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda, lill- Kmamar Straordinarji fil-Qrati tal-Kambodja, lit-Tribunal Speċjali għal-Lebanon, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-membri kollha tal-Unjoni Afrikana u lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE.


(1)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p.242.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/62


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Is-sitwazzjoni umanitarja tal-persuni residenti fil-Kamp Ashraf

P6_TA(2009)0311

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar is-sitwazzjoni umanitarja tal-persuni residenti fil-Kamp Ashraf

2010/C 184 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u, b’mod partikolari, l-Artikolu 27 tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-Protezzjoni ta’ Persuni Ċivili fi Żminijiet ta’ Gwerra,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protokoll għalih tal-1967,

wara li kkunsidra l-Ftehima tal-Istatus tal-Forzi bejn il-gvernijiet tal-Istati Uniti u tal-Iraq, iffirmata f’Novembru 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar is-sitwazzjoni umanitarja tar-refuġjati Iraqin (1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Iran (2), li tinkludi referenzi għar-residenti tal-Kamp Ashraf rigward l-istatus legali tagħhom bħala persuni protetti skont ir-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kamp Ashraf, fit-Tramuntana tal-Iraq, twaqqaf fis-snin tmenin għall-membri tal-grupp tal-oppożizzjoni Iranjan magħruf bħala l-Organizzazzjoni tal-Mujahedin tal-Poplu tal-Iran (il-PMOI),

B.

billi fl-2003, il-forzi Amerikani fl-Iraq ħadu l-armi minn idejn ir-residenti tal-Kamp Ashraf u tawhom il-ħarsien, wara li dawk ir-residenti ngħataw it-titolu ta’ “persuni protetti” skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra,

C.

billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, f’ittra tal-15 ta’ Ottubru 2008, ħeġġeġ lill-Gvern tal-Iraq biex iħares lir-residenti tal-Kamp Ashraf mid-deportazzjoni forzata, mit-tkeċċija jew mir-ripatrijazzjoni bi ksur tal-prinċipju tan-non-refoulement, u biex ma jkomplix jieħu azzjonijiet li jistgħu iqegħdulhom ħajjithom jew is-sigurtà tagħhom fil-periklu,

D.

billi wara l-konklużjoni tal-Ftehima dwar l-Istatus tal-Forzi bejn l-Istati Uniti u l-Iraq, il-kontroll tal-Kamp Ashraf ġie trasferit lill-forzi tas-sigurtà tal-Iraq mill-1 ta’ Jannar 2009,

E.

billi, skont stqarrijiet li dan l-aħħar ġew irrappurtati li saru mill-Konsulent Iraqi dwar is-Sigurtà Nazzjonali, l-awtoritajiet bi ħsiebhom li gradwalment jagħmlu l-preżenza tar-residenti fil-Kamp Ashraf “intollerabbli” u billi, skont dawn ir-rapporti, huwa semma wkoll li setgħu jitkeċċew, jiġu estraditi u/jew jiġu spustati bil-forza fl-Iraq,

1.

Iħeġġeġ lill-Prim Ministru tal-Iraq biex jiżgura li ma tittieħed l-ebda azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Iraqin li tikser id-drittijiet tal-bniedem tar-residenti tal-Kamp Ashraf u biex jiċċara l-intenzjonijiet tal-gvern Iraqi dwarhom; jistieden lill-awtoritajiet Iraqin biex iħarsu l-ħajja u l-integrità fiżika u morali tar-residenti tal-Kamp Ashraf u biex jittrattawhom b’konformità mal-obbligi skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, b’mod partikolari billi ma jispustawhomx bil-forza, ma jiddeportawhomx, ma jkeċċuhomx jew ma jerġgħux jibagħtuhom lura lejn pajjiżhom, bi ksur tal-prinċipju tan-non-refoulement;

2.

Rigward ix-xewqat individwali tal-persuni li jgħixu fil-Kamp Ashraf dwar il-ġejjieni tagħhom, iqis li dawk li dawn il-persuni, flimkien ma’ ċittadini Iranjani oħrajn li bħalissa qegħdin joqogħdu fl-Iraq li telqu mill-Iran għal raġunijiet politiċi, jistgħu jkunu fil-periklu ta’ ksur serju kontra d-drittijiet tal-bniedem li kieku kellhom jintbagħtu kontra qalbhom fl-Iran, u jinsisti li ħadd m’għandu jintbagħat lura, la b’mod dirett u lanqas permezz ta’ pajjiż terz, f’sitwazzjoni fejn isib ruħu fil-periklu ta’ tortura jew ta’ abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jistieden lill-gvern tal-Iraq biex itemm l-imblokk tiegħu tal-kamp, biex josserva l-istatus legali tar-residenti tal-Kamp Ashraf bħala persuni protetti skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, u biex ma jkomplix jieħu azzjonijiet li jqegħdulhom ħajjithom jew is-sigurtà tagħhom fil-periklu, bħall-aċċess sħiħ għall-ikel, l-ilma, il-kura u l-provvisti mediċi, il-fjuwil, il-membri tal-familja u l-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali;

4.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex flimkien mal-gvernijiet tal-Iraq u tal-Istati Uniti, mal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati u mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, jaħdmu biex jinstab status legali sodisfaċenti fit-tul għar-residenti tal-Kamp Ashraf;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati, lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u lill-Gvern u l-Parlament tal-Iraq.


(1)  ĠU C 175E, 10.7.2008, p. 609.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0412.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/63


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi - Rapport annwali 2007

P6_TA(2009)0315

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2007 (2008/2242(INI))

2010/C 184 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

wara li kkunsidra r-rapport tat-22 ta’ Lulju 2008 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bl-isem “Il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2007” (COM(2008)0475), inklużi l-annessi (SEC(2008)2300 u SEC(2008)2301) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività tal-OLAF għall-2007 (1), u t-tieni rapport tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2008 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 dwar verifiki u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, kif ukoll il-linjigwidi li jieħdu post il-Vademecum OLAF,

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività tal-Kumitat ta’ Kontroll tal-OLAF għall-perjodu bejn Ġunju 2007 u Mejju 2008 (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-Implimentazzjoni tal-Baġit għas-Sena Finanzjarja 2007 (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 276(3) u 280(5) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura (A6-0180/2009),

Għadd ta’ irregolaritajiet notifikati

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda ta’ kapitolu dwar in-nefqa diretta, iżda jenfasizza li huwa jistenna li dan jitjieb aktar b’data aktar komprensiva fir-rapporti li ġejjin;

2.

Itenni t-talba tiegħu li r-rapporti annwali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet (PIF) u r-riżoluzzjonijiet korrispondenti mill-Parlament jiġu inklużi fl-aġenda tal-Kunsill, u li sussegwentement il-Kunsill jgħaddi l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Parlament u lill-Kummissjoni; huwa diżappuntat ħafna minħabba li l-Kunsill s’issa għadu m’għamilx hekk, minkejja t-talba mill-Parlament u l-insistenza tal-Kummissjoni;

3.

Jinnota li fl-oqsma tar-riżorsi proprji, in-nefqa agrikola, l-azzjonijiet strutturali u n-nefqa diretta, l-irregolaritajiet notifikati fl-2007 jammontaw għal EUR 1 425 miljun (imqabbla mal-EUR 1 143 miljun fl-2006); l-ammonti notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri fl-2007 jistgħu jinqasmu kif ġej:

Ir-riżorsi proprji: EUR 377 miljun (EUR 353 miljun fl-2006),

In-nefqa agrikola: EUR 155 miljun (EUR 87 miljun fl-2006),

L-azzjonijiet strutturali: EUR 828 miljun (EUR 703 miljun fl-2006),

Il-fondi ta’ qabel l-adeżjoni: EUR 32 miljun (EUR 14 miljun fl-2006),

In-nefqa diretta: EUR 33 miljun;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li wara r-rapport parlamentari tas-sena li għaddiet, il-Kummissjoni ddefinixxiet id-differenza bejn irregolarità u frodi fir-rapport tagħha; madankollu, it-tifsira ta’ “frodi suspettat” għadha toħloq diffikultajiet lill-Istati Membri;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi diġà magħmula mill-Istati Membri iżda jenfasizza għal darb’oħra li għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmi tagħhom tal-kontroll finanzjarju jkunu adegwati u jenfasizza l-importanza tal-azzjoni preventiva mill-Istati Membri biex jinqabdu aktar irregolaritajiet qabel ma effettivament isir xi ħlas lill-benefiċjarji; jenfasizza l-fatt li l-ġlieda kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni hija responsabilità kontinwa tal-Istati Membri kollha u wkoll li huwa meħtieġ sforz ikkoordinat biex ikun miksub titjib reali;

6.

Jenfasizza l-bżonn li tintlaħaq armonizzazzjoni akbar tal-metodi tal-ġbir u tal-użu tal-informazzjoni bil-għan li jiġi pprovdut qafas standardizzat, fil-kuntest ta’ strateġija ta’ prevenzjoni akbar, biex jiġu evalwati b’mod aktar effiċjenti r-riskji tal-frodi;

7.

Jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni nazzjonali ppreżentati minn ċerti Stati Membri rigward il-fondi Komunitarji mmaniġġjati fil-livelli nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri l-oħra biex jieħdu inizjattivi simili u jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel dak kollu li tista’ sabiex tali dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni nazzjonali jiġu ppreżentati fl-Unjoni Ewropea kollha;

Ir-riżorsi proprji

8.

Jinnota li l-ammont stmat affettwat mill-irregolaritajiet żdied b’6 %; il-prodotti l-aktar affettwati mill-irregolaritajiet kienu, bħal fis-snin preċedenti, it-televixins u s-sigaretti;

9.

Jikkundanna d-dewmien fl-adozzjoni tal-proposta għal regolament dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra (COM(2006)0473) u għaldaqstant jistieden lill-Kunsill biex minnufih jadotta r-regolament;

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, wara l-Komunikazzjoni tagħha dwar il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija koordinata biex tittejjeb il-ġlieda kontra l-frodi fiskali (COM(2006)0254), il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar strateġija koordinata biex tittejjeb il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2007)0758), u jsegwi b’attenzjoni partikolari kemm il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (COM(2009)0028) kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2009)0029);

11.

Jinsisti li hu meħtieġ impetu politiku ġdid biex jinkiseb titjib sostanzjali fil-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT;

12.

Jikkundanna l-fatt li minħabba li l-OLAF m’għandu l-ebda aċċess għall-kontenut tal-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (5), huwa ma jistax jipprovdi valur miżjud fil-qasam tal-informazzjoni kontra l-frodi tal-VAT, il-prevenzjoni u l-appoġġ tal-ħidma kontra l-frodi tal-Istati Membri; f’dan il-kuntest jiddispjaċih dwar il-fatt li l-OLAF ma kellu l-ebda każ dwar frodi tal-VAT fl-2007;

13.

Ifakkar lill-Istati Membri biex ikunu konxji dwar l-għadd konsiderevoli ta’ każijiet transnazzjonali ta’ frodi tal-VAT;

14.

Jiddispjaċih dwar iż-żieda fil-każijiet ta’ frodi relatati mal-oriġini tal-prodotti, f’dak li jikkonċerna mhux biss il-miżuri preferenzjali tat-tariffi, iżda wkoll il-kwoti tat-tariffi tal-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni speċifika tal-potenzjal għall-frodi, skont il-prodotti u l-pajjiżi, billi tiġi kkunsidrata l-possibilità li jitħaddmu kontrolli sistematiċi, immirati u, fejn ikun meħtieġ, permanenti, kemm fil-pajjiż tal-oriġini kif ukoll f’dak tad-destinazzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-fenomenu magħruf bħala frodi karużell;

In-nefqa agrikola

16.

Ifakkar li mill-1 ta’ Jannnar 2007, l-Istati Membri huma obbligati li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet li jinvolvu aktar minn EUR 10 000, il-limitu introdott bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 ta’ Diċembru 2006 dwar irregolaritajiet fl-irkupru ta’ somom ta’ flus li tħallsu ħażin f’rabta mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam (6); josserva li l-għadd ta’ każijiet ta’ irregolaritajiet irrappurtati naqas bi 53 % (1 548 każijiet, imqabbla mat-3 294 fl-2006); jirrimarka li dan l-għadd ta’ irregolaritajiet relattivament baxx jista’ jiġi spjegat meta jitqies il-limitu ogħla biex jiġi rrappurtat;

17.

Jinnota li l-ammont stmat affettwat żdied b’44 %, żieda sa ċertu punt marbuta ma’ każijiet b’impatt finanzjarju sinifikanti li żdiedu jew ġew skoperti fis-snin preċedenti, iżda li ġew irrappurtati biss fl-2007; jinnota li s-setturi l-aktar affettwati kienu l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-frott u l-ħaxix, iz-zokkor, l-iżvilupp rurali, iċ-ċanga u l-vitella;

18.

Jinnota li s-setturi tal-ħalib, tal-frott u l-ħaxix, taz-zokkor u tal-iżvilupp rurali flimkien jammontaw għal madwar 77 % tal-ammont totali ta’ irregolaritajiet u li l-iżvilupp rurali waħdu jirrappreżenta madwar 38 % tal-irregolaritajiet kollha rrappurtati; jinnota wkoll li l-ogħla ammont ta’ irregolaritajiet fl-iżvilupp rurali ġie rrappurtat għall-miżura ta’ appoġġ “forestrija”, u li l-ogħla numru ta’ irregolaritajiet ġie rrappurtat għall-miżura ta’ appoġġ “agriambjent”; jitlob għalhekk lill-OLAF biex, fir-rapport annwali tiegħu li jmiss, jagħti attenzjoni partikolari lill-irregolaritajiet li jaffettwaw lill-iżvilupp rurali;

19.

Jirrimarka li r-rati ta’ konformità tal-irrappurtar, b’mod partikolari rappurtar f’waqtu, ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri; jiddeplora l-fatt li għall-Awstrija u għall-Iżvezja, il-perjodu ta’ żmien bejn l-identifikazzjoni u r-rappurtar tal-irregolaritajiet huwa ferm itwal mill-perjodu ta’ medja (1,2 snin): 3,4 u 2,3 snin rispettivament;

20.

Jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) fil-paragrafu 5.20 tar-rapport annwali tagħha msemmi hawn fuq, li s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) tibqa’ tkun sistema effettiva ta’ kontroll li tillimita r-riskju ta’ nefqa irregolari meta tiġi implimentata kif suppost u jekk tiddaħħal data eżatta u kredibbli fiha; jippromwovi estensjoni tal-applikazzjoni tas-sistema f’oqsma ġodda li attwalment mhumiex koperti biha; jinnota madankollu li l-kwantità u l-kwalità tal-kontrolli li jsiru permezz tagħha għandhom jiżdiedu biex tissaħħaħ id-deterrenza tal-frodi;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni politika soda jekk l-awtoritajiet Griegi jonqsu milli jikkonformaw mal-iskadenzi stabbiliti mill-pjan ta’ azzjoni biex tiġi stabbilita Sistema operattiva ġdida ta’ Identifikazzjoni ta’ Biċċiet ta’ Art (LPIS) - Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika;

22.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tevalwa l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistemi ta’ sorveljanza marbuta mal-ħlas tal-bdiewa fil-kuntest tar-rapport annwali tagħha li jmiss;

Azzjonijiet Strutturali

23.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-regoli ssimplifikati u ċċarati tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (7) u tar-Regolament implimentattiv tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 (8); mandankollu, jinsab imħasseb bid-dikjarazzjoni tal-ECA fil-paragrafu 6.31 tar-rapport annwali tagħha msemmi hawn fuq, li s-sistemi ta’ kontroll u superviżjoni tal-Istati Membri kif ukoll is-superviżjoni tal-operat tagħhom mill-Kummissjoni huma effettivi biss parzjalment;

24.

Jirrikonoxxi li l-irregolaritajiet fl-użu tal-fondi tal-UE li jirrigwardaw ġestjoni ħażina u xi kultant anke frodi jseħħu f’numru kbir ta’ Stati Membri; jinnota li l-Istati Membri rrappurtaw 3 832 irregolarità fl-2007 (li hija żieda ta’ 19.2 % meta mqabbla mal-2006), li l-ammont finanzjarju totali milqut fl-2007 kien ta’ madwar EUR 828 miljun (ekwivalenti għal ftit anqas minn 1.83 % tal-approprjazzjonijiet għall-impenji), li l-frodijiet suspettati bħala perċentwali tal-għadd totali ta’ irregolaritajiet irrappurtati jirrappreżentaw madwar 12-15 % fl-2007 u li l-ammont irregolari totali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tela’ bi 48 % meta mqabbel mal-2006;

25.

Jenfasizza l-importanza tal-Pjan ta’ Azzjoni adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Frar 2008 biex isaħħaħ is-superviżjoni taħt ġestjoni diviża għall-azzjonijiet strutturali, li għandu l-għan li jnaqqas l-iżbalji fi pretensjonijiet ta’ ħlas mill-Istati Membri; huwa kunfidenti li dan il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid se jtejjeb b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni, mhux l-anqas billi jassisti lill-Istati Membri biex jiżviluppaw l-abilità tagħhom li jivverifikaw l-eġibilità tan-nefqa tal-proġett; jinnota li l-ewwel rapport tal-progress li jirrigwarda dan il-Pjan ta’ Azzjoni jippreżenta xi riżultati inizjali pożittivi;

26.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni korrettiva f’każ li jiġu identifikati irregolaritajiet ta’ natura serja, inklużi s-sospensjoni tal-ħlasijiet u l-irkupru ta’ ħlasijiet li ma kinux dovuti jew li saru bi żball; ifakkar li l-Kummissjoni għandha tirrapporta erba’ darbiet fis-sena dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha; madankollu, jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha sabiex tappoġġja lill-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-irregolaritajiet u t-trasferiment tal-ħila esperta neċessarja lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u reġjonali;

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-kwalità tar-riżultati miksuba tista’ tgħid fil-proġetti kollha, u biex ma jiġux affettwati ħażin il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tajba tal-fondi strutturali, jenfasizza l-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn:

irregolaritajiet amministrattivi li jridu jissewwew,

il-frodi (i.e. 0,16 % tal-ħlasijiet li saru mill-Kummissjoni bejn l-2000 u l-2007) li jrid jiġi kkastigat;

28.

Jirrikonoxxi li l-assorbiment effettiv tal-Fondi Strutturali ppreżenta sfidi sinifikanti, speċjalment għall-Istati Membri l-ġodda, peress li huma mitluba li jimxu skont ir-rekwiżiti stretti u ħafna drabi kumplessi għall-utilizzazzjoni tagħhom; jilqa’ b’sodisfazzjon, għalhekk, l-isforzi magħmula minn dawn l-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità ta’ implimentazzjoni tagħhom u jistedinhom iżidu dak ix-xogħol sabiex ikunu kapaċi juru riżultati tanġibbli f’limitu ta’ żmien aċċettabbli;

29.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ispiża amministrattiva li jkollhom l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri meta japplikaw ir-rekwiżiti ħafna drabi kumplessi u onerużi involuti fil-monitoraġġ u l-verifika ta’ proġetti kofinanzjati;

30.

Għal dan l-għan, jitlob kemm lill-Kummissjoni u kemm lill-Istati Membri biex jaħdmu b’mod metodiku sabiex jipprovdu pariri dwar il-modi ta’ kif ikunu evitati l-irregolaritajiet u l-iżbalji u n-nuqqasijiet amministrattivi;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissimplifika aktar il-proċeduri ta’ ġestjoni u monitoraġġ tal-programmi tal-Fondi Strutturali, li huma, sa ċertu punt, responsabbli għall-irregolaritajiet min-naħa tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi;

32.

Huwa maħsud minħabba n-nuqqas ta’ dixxiplina fir-rigward tar-rappurtar min-naħa tal-Istati Membri wara numru ta’ snin; iqis inaċċettabbli li sitt Stati Membri (9) għadhom ma jużawx rappurtar elettroniku, 14 (10) naqsu milli jikkonformaw mal-iskadenza ta’ rappurtar u xi wħud (11) ma kklassifikaw l-ebda wieħed mill-każijiet rappurtati tagħhom ta’ irregolaritajiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issib soluzzjonijiet effettivi, minbarra l-proċeduri ta’ ksur, biex tindirizza s-sitwazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis b’mod serju t-twaqqif ta’ sistema effettiva ta’ sanzjonijiet finanzjarji li għandha tkun integrata fir-regolamenti futuri, u biex din tiġi implimentata b’mod sistematiku;

33.

Jenfasizza li l-klassifikazzjoni tal-irregolarità (li tindika jekk il-każ ikunx wieħed ta’ frodi suspettata) hija element tal-irrappurtar mill-Istati Membri li jeħtieġ li jissaħħaħ, meta jitqies li diversi Stati Membri għad iridu jagħtu xi klassifikazzjoni, u Stati Membri oħra kienu kapaċi jagħtu l-klassifikazzjoni biss għal parti limitata tal-irregolaritajiet irrappurtati tagħhom;

34.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom mhux qegħdin jużaw il-moduli elettroniċi AFIS/ECR għar-rappurtar elettroniku biex jagħmlu hekk malajr ħalli jtejbu l-kwalità tad-data tagħhom u l-puntwalità fir-rappurtar qabel l-aħħar tal-2009; jinnota li l-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq sistema ġdida ta’ rappurtar ibbażata fuq l-internet, is-Sistema ta’ Kontroll tal-Irregolaritajiet (IMS), li tibda tapplika mis-sajf 2009, li hija mistennija li ttejjeb id-dixxipplina ta’ rappurtar;

35.

Iħeġġeġ sabiex isiru aktar sforzi biex titjieb l-armonizzazzjoni tar-rappurtar tal-irregolaritajiet, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-Fond ta’ Koeżjoni;

36.

Jiddispjaċih li minkejja l-fatt li d-dettalji ta-benefiċjarji kollha tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandhom ikunu ppubblikati mill-Awtoritajiet Maniġerjali skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali 2007-2013 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006), id-databejż tas-sit elettroniku tal-Kummissjoni għadha mhix kompluta; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tħaffef il-fluss ta’ informazzjoni sabiex titħaddem databejż iktar effettiva u trasparenti; iħeġġeg, barra minn hekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkonformaw għal kollox u mingħajr ħela ta’ żmien ma’ dan l-obbligu ta’ trasparenza u b’mod partikolari qabel Ġunju 2009 - l-iskadenza ffissata fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Frar 2008 dwar trasparenza f’oqsma finanzjarji (12);

37.

Jappoġġa fil-qafas tar-reviżjoni proposta tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (13), it-talba lill-Istati Membri biex sistematikament jinfurmaw lill-OLAF dwar is-segwitu ta’ dawk il-każijiet li kienu mibgħuta mill-OLAF; jirrimarka li dan jista’ jtejjeb id-dixxiplina ta’ rappurtar tas-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali dwar l-użu frodulenti tal-Fondi Strutturali;

Fondi ta’ qabel l-adeżjoni

38.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li għalkemm l-għadd ta’ irregolaritajiet naqsu, l-impatt finanzjarju tagħhom żdied bi 2.2 darbiet, u l-impatt finanzjarju ta’ frodi suspettat żdied bi 3 darbiet, l-aktar minħabba n-nefqiet “mhux-eliġibbli”;

39.

Jinnota li l-Kummissjoni ppubblikat sensiela ta’ rapporti dettaljati u approfonditi li jevalwaw b’mod kritiku l-progress tar-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-Bulgarija u r-Rumanija skont il-mekkaniżmi ta’ Koperazzjoni u Verifika, u r-rapport separat dwar l-immaniġġjar ta’ fondi Komunitarji fil-Bulgarija, li jenfasizzaw il-bżonn ta’ impenn politiku u implimentazzjoni fil-post jekk il-punti ta’ riferiment miftehma fiż-żmien tal-adeżjoni għandhom jintlaħqu għal kollox; jinnota wkoll li fil-każ tal-Bulgarija, il-Kummissjoni ssospendiet b’mod definittiv parti mill-fondi tal-UE skont il-programm Phare minħabba irregolaritajiet misjuba mis-sistema ta’ kontroll u verifika tagħha; għalhekk jitlob lil dawn l-Istati Membri biex jaġixxu b’mod urġenti biex jimplimentaw il-miżuri speċifiċi ta’ segwitu proposti f’dawn ir-rapporti; fl-aħħar nett, jappoġġja l-isforzi magħmula s’issa minn dawn l-Istati Membri u jitlobhom biex jieħdu l-miżuri kollha neċessarji għal dak l-iskop;

40.

Għandu r-riservi tiegħu dwar il-fatt li skont l-OLAF ma kien hemm ebda każ ta’ frodi suspettat għall-ISPA fl-2007; jinnota li Ċipru u l-Litwanja ma rrappurtaw l-ebda każ fl-2007;

41.

Jenfasizza li l-kwalità insuffiċjenti ta’ informazzjoni rappurtata tibqa’ problema li għadha mhix solvuta; josserva li l-affidabilità tal-informazzjoni rrappurtata hija l-agħar fil-Bulgarija u r-Rumanija; madankollu, f’termini relattivi n-notifiki Ungeriżi huma l-inqas affidabbli; jinnota li r-rappurtar f’waqtu joħloq ukoll problemi f’erba’ Stati Membri u pajjiż kandidat wieħed (14);

42.

Minħabba li hemm problemi serji bl-affidabilità tal-informazzjoni rappurtata u bir-rata ġenerali ta’ konformità tar-rekwiżiti f’xi Stati Membri tal-UE-12 (i.e. l-Istati Membri li aderew fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u fl-2007), li tindika jekk l-istruttura amministrattiva tal-mekkaniżmu ta’ rappurtar fil-pajjiż benefiċjarju huwiex qawwi jew dgħajjef ħafna, u jemmen li se jkun hemm problemi simili dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati biex jikkoperaw mal-Kummissjoni biex jinstabu modi li jirrimedjaw din is-sitwazzjoni;

Nefqa diretta

43.

Jirrimarka li l-għajnuna esterna hija settur affettwat dejjem aktar mill-irregolaritajiet u l-frodi;

44.

Jinsab imħasseb dwar dak li ħareġ mir-Rapport Annwali tal-Attività tal-OLAF, li jgħid li fil-qasam tal-għajnuna esterna, l-investigaturi tal-OLAF ta’ spiss jiltqagħu ma’ modus operandi tipiku ta’ frodi organizzat minħabba difetti fil-koordinazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta’ donaturi internazzjonali differenti;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni biex toqgħod attenta għall-finanzjament doppju ta’ proġetti; b’mod partikolari, jitlob lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tikkonkludi jew temenda xi ftehimiet dwar il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, tibgħat b’mod sistematiku l-verifiki kollha interni u esterni tagħhom dwar l-użu tal-fondi Komunitarji lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Awditur Intern tal-Kummissjoni;

Irkupru

46.

Jiddispjaċih li r-rati ta’ rkupru għadhom baxxi, speċjalment f’setturi fejn l-Istati Membri jikkontrollaw l-irkupru; jirrimarka li, skont ir-rapport tal-OLAF, attwalment għad hemm irkupru ta’ madwar EUR 3,75 biljun pendenti;

47.

Jappoġġa l-fatt li l-ammonti rkuprati jibqgħu fl-istess linja baġitarja minn fejn ikunu tħallsu b’mod żbaljat;

48.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tal-bażi tad-data ċentrali ġdida ta’ esklużjoni għal dawk li jirċievu fondi Komuntarji li wettqu frodi (15); jirrimarka li din kienet operattiva mill-1 ta’ Jannar 2009, u jitlob lill-Kummissjoni għal rapport ta’ evalwazzjoni sal-bidu tal-2010;

49.

Jirrimarka li tinħtieġ proċedura ta’ rkupru aktar mgħaġġla u aktar xierqa; għalhekk itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tinkludi elementi kawtelatorji u li jorbtu f’leġiżlazzjoni futura dwar ġestjoni maqsum sabiex il-ħlasijiet irregolari jistgħu jiġu rkuprati fi tmiem il-proċedura ta’ rkupru;

50.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tesplora l-possibilità li tiġi introdotta sistema ta’ garanzija, pereżempju billi titfa’ ċertu ammont bħala riserva jew tassenjah, biex tgħaġġel l-irkupru ta’ ammonti li għadhom ma nġabrux;

Ir-relazzjoni tal-OLAF mal-Europol u l-Eurojust

51.

Jinnota b’sodisfazzjon il-firma mill-Eurojust u l-OLAF fl-24 ta’ Settembru 2008 ta’ Ftehima Prattika dwar l-arranġamenti tal-koperazzjoni (16) li tirregola modalitajiet għal aktar koperazzjoni mill-qrib u dispożizzjonijiet għall-iskambju ta’ data ġenerali u personali; jappoġġa l-finalizzazzjoni ta’ ftehim simili mal-Europol;

52.

Iħoss li huwa kruċjali li tinħoloq bażi solida għal sinerġiji operattivi u ta’ informazzjoni mal-Eurojust u l-Europol, pereżempju permezz ta’ tim komuni operattiv u ta’ informazzjoni, minħabba li din żgur iġġib valur miżjud fil-ġlieda kontra l-frodi;

53.

Jirrimarka wkoll li l-kompetenzi ta’ dawn il-korpi, li attwalment qegħdin jintrikbu, għandhom jiġu ċċarati;

Il-koperazzjoni tal-OLAF mal-Istati Membri

54.

Jappoġġa l-għan ewlieni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2006)0244) li tissaħħaħ l-indipendenza tal-OLAF; madankollu jfakkar fl-importanza li jintrabtu flimkien ix-xogħol tal-OLAF u r-riżultati tiegħu, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri b’metodi effettivi ta’ komunikazzjoni li jevitaw id-duplikazzjoni tax-xogħol u n-nuqqas ta’ informazzjoni;

55.

Jirrimarka li l-OLAF huwa l-unika awtorità li teżerċita s-setgħat kollha ta’ investigazzjoni tal-ġlieda u l-prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li tagħmel ħsara lill-baġit ġenerali tal-UE; għalhekk jenfasizza li b’mod speċjali f’rabta mal-Fondi Strutturali u l-Għajnuna Esterna bl-akbar numru ta’ irregolaritajiet rappurtati, il-funzjoni investigattiva tal-OLAF għandha tissaħħaħ aktar;

56.

Jirrimarka li l-każijiet ta’ “segwitu” żdiedu b’mod stabbli mill-2003 ‘l quddiem, u li fl-2007 l-każijiet tal-OLAF kienu fil-biċċa l-kbira magħluqa bi rkupru finanzjarju jew b’rakkomandazzjonijiet ta’ segwitu ġudizzjali; jikkonkludi li dan ifisser li r-riżultati tal-investigazzjoni tal-OLAF huma pożittivi għall-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE;

57.

Jinnota li r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF ma jorbtux, b’mod li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu d-deċiżjonijiet relevanti u jimponu sanzjonijiet b’mod indipendenti; jemmen li l-istabbiliment ta’ uffiċċju ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew jgħin biex jingħelbu d-diffikultajiet li jqumu min-natura transkonfinali tal-każijiet;

58.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-istrumenti legali, minħabba li t-tifsira tal-frodi, suspetti ta’ frodi u irregolaritajiet oħra hija mifruxa fuq għadd ta’ strumenti legali differenti, minkejja t-talbiet imtennija mill-Parlament għal riformulazzjoni tar-regoli kontra l-frodi;

59.

Jinnota l-problema ta’ kwalifika tal-Istati Membri biex japplikaw l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (17); iqis li f’każ ta’ ambivalenza, il-qrati nazzjonali għandhom jitolbu l-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari;

60.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tat-tieni rapport tal-OLAF imsemmi hawn fuq dwar verifiki u spezzjonijiet fuq il-post li jagħti prattiki tajba għal kull stadju tal-kontrolli, kif ukoll il-verżjoni l-ġdida tal-OLAF Vademecum (linji gwida); jitlob lill-Kummissjoni biex tibgħat lill-kumitat kompetenti tal-Parlament il-verżjoni aġġornata u komprensiva tal-manwal tal-OLAF sa Settembru 2009;

61.

Jippromwovi l-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet aktar ċari dwar proċeduri u skadenzi li jorbtu għall-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu l-għajnuna meħtieġa, u b’mod ġenerali aktar dispożizzjonijiet li jorbtu għall-koperazzjoni biex tiġi identifikata l-awtorità nazzjonali kompetenti biex tipprovdi l-għajnuna; jinsisti, bil-għan li tissolva din il-problema, fuq l-utilità tal-posizzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (18);

62.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri xierqa, inklużi proċeduri ta’ ksur, kontra dawk l-Istati Membri li ma jassistux is-servizzi tagħha fit-twettiq ta’ verifiki fuq il-post kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar verifiki u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (19);

63.

Jinnota li peress li ġie osservat is-segwitu ġudizzjali estensiv iżda l-ammissibilità - fil-qrati nazzjonali - tal-evidenza miġbura mill-OLAF hija limitata ħafna, l-għan huwa li jitjieb l-appoġġ ġudizzjali tal-funzjoni investigattiva tal-OLAF; iqis barra minn hekk li l-Eurojust għandha tkun infurmata meta informazzjoni jew rapporti finali dwar il-każijiet jgħaddu għand l-awtoritajiet ġudizzjali meta dawn ikunu jikkonċernaw forom gravi ta’ kriminalità transkonfinali u żewġ Stati Membri jew iktar ikunu involuti fil-każijiet;

64.

Ifakkar lill-Kummissjoni dwar it-talba tal-Parlament li fir-Rapport PIF 2008 tiġi inkluża analiżi tal-istrutturi tal-Istati Membri involuti fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet;

65.

Jikkundanna n-notifika inadegwata mill-Istati Membri ta’ azzjoni li tittieħed dwar informazzjoni u rapporti finali dwar każijiet mibgħuta mill-OLAF; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jibagħtu rapport lill-OLAF dwar il-progress li sar fl-azzjoni li tkun ittieħdet rigward informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet mibgħuta lilhom mill-OLAF;

66.

Jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ verifika għandhom kompetenzi konsiderevoli fil-verifika fir-rigward ta’ fondi tal-UE u jipprovdu l-ewwel sors ta’ informazzjoni kemm lill-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni nazzjonali kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE; jemmen għalhekk li jekk jiżdiedu l-koperazzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ verifika, l-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni nazzjonali u l-OLAF jissaħħaħ iżjed il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunità;

67.

Jinnota li skont il-posizzjoni tiegħu fuq imsemmija tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), l-Istati Membri għandhom b’mod sistematiku jinfurmaw lill-OLAF dwar is-segwitu li jingħata lil dawk il-każijiet li jkunu ġew trażmessi lilhom mill-OLAF, u jitlob għalhekk lill-OLAF biex jirrapporta dwar din il-kwistjoni fir-rapport annwali tiegħu li jmiss;

68.

Jirrimarka li s-servizz ta’ koordinazzjoni ta’ kontra l-Frodi (AFCOS) għall-OLAF fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara l-2004 huwa punt ta’ informazzjoni/kuntatt ferm importanti għall-OLAF; jirrimarka madankollu li sakemm dawn l-uffiċċji ma jkunux indipendenti mill-amministrazzjoni nazzjonali, il-valur miżjud funzjonali tagħhom jibqa’ minimu (speċjalment fir-rigward tar-rappurtar tal-irregolaritajiet lill-Kummissjoni); għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament biex il-ħidma ta’ dawn l-uffiċċji ssir aktar ta’ valur u jqis ukoll li hu meħtieġ li titjieb il-kollaborazzjoni mal-pajjiżi kandidati;

It-Tabakk – Ftehim ma’ Philip Morris

69.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi rapport komprensiv dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar l-implikazzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità, l-Istati Membri u Philip Morris dwar l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Inkjesta Temporanja tal-Parlament dwar is-Sistema ta’ Tranżitu tal-Komunità (20), b’mod partikolari l-paragrafu 49 tiegħu, li b’mod espliċitu talab lill-Kummissjoni biex tippubblika rapport bħal dan sa tmiem l-2008; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta dan ir-rapport qabel tmiem il-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2007;

70.

Ma jistax jaċċetta li, filwaqt li skont il-ftehimiet bejn Philip Morris u Japan Tobacco, il-Komunità rċeviet USD 1.65 biljun għall-ġlieda kontra l-frodi, minflok ma stabbiliet approċċ komuni, il-Kummissjoni bagħtet direttament madwar 90 % ta’ dawn il-flus mhux assenjati lill-Ministri tal-Finanzi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwaqqfu grupp ta’ ħidma tripartitiku mal-Parlament biex jinstabu soluzzjonijiet adegwati sabiex isir użu aħjar u għaqli ta’ dan id-dħul u ta’ dħul simili tal-Unjoni; jaħseb li huwa inaċċettabbli li, fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika, biljuni ta’ Euro f’multi, imħallsa minn kumpaniji ewlenin li kisru r-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni għad-detriment tal-konsumaturi Ewropej, ma jintużawx mill-Unjoni biex tiġi stimulata l-ekonomija għall-benefiċċju tal-persuni qegħda u/jew biex jiġu megħjuna pajjiżi li qed jiżviluppaw li se jbatu l-iktar fil-kriżi, iżda minflok jintbagħtu sempliċement lit-teżoreriji nazzjonali;

Il-Kriminalità organizzata

71.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-profitti tal-kriminalità organizzata (COM(2008)0766), li tittratta l-konfiska u l-irkupru tal-kriminalità u jaqbel mal-Kummissjoni li l-konfiska hija waħda mill-mezzi l-aktar effettivi kontra l-kriminalità organizzata u li għandhom jiddaħħlu miżuri biex jiżdied l-għadd limitat ta’ każijiet ta’ konfiska u l-ammonti żgħar irkuprati;

72.

Jenfasizza li huwa essenzjali li jitwaqqfu mekkaniżmi effikaċi u effettivi biex jiġu ffriżati u kkonfiskati assi barra l-pajjiż u għalhekk għandha titqies riformulazzjoni tal-qafas legali eżistenti tal-UE; jenfasizza li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/JHA għandha tiġi implimentata, bħala kwistjoni urġenti, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jwaqqfu jew jidentifikaw Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi (AROs);

73.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament b’analiżi dettaljata tas-sistema jew sistemi użati mill-kriminalità organizzata biex issir ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet; huwa tal-fehma li l-Evalwazzjoni Annwali tal-Europol dwar it-Theddida tal-Kriminalità Organizzata (OCTA) hija utli, iżda mhijiex biżżejjed f’dan ir-rigward;

74.

Jikkundanna l-fatt li l-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej tal-1995 u l-protokolli tagħha tal-1996 u l-2007, għadhom ma ġewx ratifikati mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, Malta u l-Polonja, u li wieħed miż-żewġ protokolli għadu ma ġiex ratifikat mill-Estonja u l-Italja u li f’seba’ Stati Membri t-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet għandha d-difetti;

*

* *

75.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat ta’ Kontroll tal-OLAF u lill-OLAF.


(1)  http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/doc/olaf_aar.pdf.

(2)  http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/sup-com_en.html.

(3)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fondi ta’ Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(8)  ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

(9)  Franza, Irlanda, Svezja, Spanja, Latvja u Lussemburgu; minn Novembru 2008 is-sitwazzjoni tjiebet, bil-Ġermanja u l-Estonja jużaw fajl elettroniku u ebda notifika bil-kitba.

(10)  Ir-rappurtar f’waqtu huwa problema speċjalment fi Spanja, Franza u l-Olanda.

(11)  Spanja, Franza u l-Lussemburgu.

(12)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0051.

(13)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(14)  Kroazja, Ungerija, Slovakkja, Bulgarija u Polonja ma żammewx mal-iskadenzi għar-rappurtar.

(15)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 12.

(16)  ĠU C 314, 9.12.2008, p. 3.

(17)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(18)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0553.

(19)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(20)  ĠU C 227E, 4.9.2008, p. 147.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/72


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
L-immunità parlamentari fil-Polonja

P6_TA(2009)0316

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-immunità parlamentari fil-Polonja (2008/2232(INI))

2010/C 184 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965,

wara li kkunsidra l-Artikolu 12(3) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja tat-2 ta' April 1997,

wara li kkunsidra l-Artikolu 7b tal-Liġi Pollakka tad-9 ta' Mejju 1996 dwar it-twettiq tal-mandat ta' deputat jew senatur,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 142 tal-Liġi Pollakka tat-23 ta' Jannar 2004 dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2005 dwar l-emenda ta' Deċiżjoni tal-4 ta' Ġunju 2003 dwar l-adozzjoni tal-Istatut għal Membri tal-Parlament Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0205/2009),

A.

billi, waqt il-leġiżlatura attwali, il-Parlament u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali tiegħu, bħala l-kumitat responsabbli, ikkunsidraw talbiet għat-tneħħija tal-immunità ta' Membri eletti fil-Polonja u sabu ruħhom affaċjati minn ċertu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi li jistgħu jkunu applikabbli fil-każ ta' dawk il-Membri,

B.

billi l-kumitat responsabbli ġie mistieden b'mod partikulari biex jiddeċiedi dwar l-ammissibilità ta' talbiet għat-tneħħija tal-immunità li jkunu saru direttament minn persuni privati lill-President tal-Parlament Ewropew; billi, skont il-liġi Pollakka, persuna privata għandha d-dritt li tagħmel talba diretta lill-Parlament Pollakk (is-Sejm jew is-Senat) biex titneħħa l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu fil-każ ta' reati li jistgħu jkunu suġġetti għal prosekuzzjoni privata, u billi jidher li d-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi Pollakka ma jqisux ix-xenarji kollha possibbli fil-każ ta' proċeduri kriminali li għandhom x'jaqsmu mar-reati suġġetti għall-prosekuzzjoni privata,

C.

billi dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu ġew eletti fil-Polonja, imma l-ammissibilità ta' talbiet ta' dan it-tip tqajjem mistoqsijiet diffiċili fil-kuntest tar-Regoli ta' Proċedura, u b'mod partikulari tal-Artikolu 6(2) li jirreferi għal “awtorità kompetenti”,

D.

billi, skont l-Artikolu 7(7) tar-Regoli ta' Proċedura, il-kumitat responsabbli hu kompetenti biex jivverifika l-ammissibilità ta' talba għat-tneħħija tal-immunità, inkluża l-kwistjoni tal-kompetenza tal-awtorità nazzjonali biex tressaq talba ta' dan it-tip; billi, madankollu, skont id-dispożizzjonijiet eżistenti, il-kunflitt evidenti bejn id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi Pollakka u r-Regoli ta' Proċedura f'dan ir-rigward ikollu jiġi solvut billi t-talbiet għat-tneħħija tal-immunità minn persuni privati jitqiesu bħala inammissibbli,

E.

billi l-iskop tal-Artikolu 6(2) hu biex jiġi ggarantit li l-Parlament jirċievi biss talbiet fi proċeduri li jkunu rċevew l-attenzjoni tal-awtoritajiet ta' Stat Membru; billi jiggarantixxi wkoll għall-Parlament li t-talbiet għat-tneħħija tal-immunità li jirċievi jkunu konformi mal-liġi nazzjonali fir-rigward kemm tas-sustanza u l-proċedura, konformità li min-naħa tagħha sservi ta' garanzija ulterjuri li, meta jkunu qed jieħu d-deċiżjoni tiegħu fil-proċeduri tiegħu dwar l-immunitajiet, il-Parlament ikun qed josserva kemm il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u kemm il-prerogattivi tiegħu; billi l-kunċett ta'“awtorità” hu msemmi b'mod ċar f'dispożizzjonijiet oħra tal-Artikoli 6 u 7 fil-kuntest tal-proċeduri dwar l-immunità,

F.

billi, jekk it-talbiet għat-tneħħija tal-immunità li jkunu saru minn persuni privati jitqiesu bħala inammissibbli, din ma tkunx xi ħaġa sodisfaċenti peress li tista' tinterferixxi mad-drittijiet tagħhom waqt proċeduri ġudizzjarji u tipprekludi lill-prosekuturi ta' xi reati milli jkunu jistgħu jitolbu t-tneħħija tal-immunità; billi dan jista' jitqies li qed jirriżulta fi trattament inġust u mhux ugwali tal-applikanti,

G.

billi, madankollu, għandha tkun ir-responsabilità tal-Istati Membri li jipprevedu l-eżerċitar tad-drittijiet ta' dan it-tip fir-rigward tal-Membri tal-Parlament Ewropew fid-dawl tar-regoli u l-proċeduri li jirregolaw il-mod kif jaħdem,

H.

billi, permezz ta' ittri fid-29 ta' Settembru 2004 u d-9 ta' Marzu 2005, 25 Stati Membri ġew mistiedna, skont l-Artikolu 7(12), biex jindikaw liema awtoritajiet huma kompetenti biex jippreżentaw talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru; billi, s'issa, l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit biss wieġbu,

I.

billi, waqt id-dibattiti tiegħu, il-kumitat responsabbli indirizza wkoll il-kwistjoni dwar il-konsegwenzi possibbli tat-tneħħija tal-immunità fil-każ ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-Polonja,

J.

billi, fil-każ li l-Membru jinstab ħati mill-qorti u jiġi sanzjonat għal reat internazzjonali mħarrek mill-prosekutur pubbliku, tneħħija tal-immunità ta' dan it-tip tista' tirriżulta fit-telf awtomatiku tal-eliġibilità tiegħu/tagħha, u minħabba f'hekk il-Membru jitlef/titlef is-siġġu tiegħu/tagħha,

K.

billi dan l-awtomatizzar, de facto, jirriżulta fl-aġġudikazzjoni ta' sanzjoni penali addizzjonali flimkien mal-kundanna,

L.

billi, fil-prattika, anke r-reati minuri jistgħu jirriżultaw f'telf ta' eliġibilità, minkejja r-rekwiżit li, biex reat iwassal għal ineġibilità, irid ikun ġie kemm imħarrek pubblikament u kemm imwettaq intenzjonalment,

M.

billi m'hemm l-ebda dispożizzjoni ekwivalenti applikabbli għall-Membri tas-Sejm jew is-Senat Pollakki, li ma jieqfux ikunu eliġibbli għal elezzjoni f'każi ta' dan it-tip,

N.

billi l-Istati Membri huma ħielsa li jipprevedu l-irtirar tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew fejn, bħala riżultat, is-siġġu tal-Membri jitbattal; billi, madankollu, il-prinċipju ta' trattament ugwali, bħala wieħed mill-prinċipju bażiċi tal-liġi tal-UE, jirrikjedi li sitwazzjonijiet simili jiġu ttrattati f'modi simili u jidher li hemm differenzjazzjoni fit-trattament tal-Membri tas-Sejm u tas-Senat Pollakki, minn naħa, u l-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu ġew eletti fil-Polonja, min-naħa l-oħra, f'dak li għandu x'jaqsam mat-telf tal-eliġibilità; billi dak it-telf ta' eliġibilità jirriżulta direttament u awtomatikament fit-telf tas-siġġu mill-Membru kkonċernat/a u fil-prevenzjoni tal-elezzjoni mill-ġdid tiegħu/tagħha,

O.

billi inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar din l-inugwaljanza fit-trattament permezz ta' mistoqsija orali ppreżentata f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali miċ-Chairperson tiegħu u ġiet dibattuta fil-Parlament Ewropew; billi, minkejja dan, is-sitwazzjoni legali għadha kif kienet,

P.

billi t-trattament ugwali tal-Membri tal-parlament nazzjonali u l-Membri tal-Parlament Ewropew għandu jiġi zgurat malajr kemm jista' jkun, b'mod partikulari minħabba l-elezzjonijiet li ġejjin fl-2009,

1.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti ħarsa lejn id-diskrepanzi bejn is-sitwazzjoni legali tal-Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-Polonja u dik tal-Membri tas-Sejm u s-Senat Pollakki, u biex, b'urġenza, tiftaħ kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti fil-Polonja bl-intenzjoni li jiġi identifikat kif għandha tiġi eliminata d-diskriminazzjoni evidenti bejn il-Membri taż-żewġ Parlamenti fir-rigward tal-eliġibilità tagħhom;

2.

Separatament jitlob lir-Repubblika tal-Polonja biex tirrevedi s-sitwazzjoni attwali li fiha huwa ċar li l-kundizzjonijiet għall-eliġibilità u t-telf tal-mandat tal-Membri taż-żewġ assemblej parlamentari mhumiex ugwali, u biex tieħu l-passi meħtieġa biex dan it-trattament diskriminatorju jintemm;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju kumparattiv imfassal biex jaċċerta jekk jeżistux diskrepanzi fit-trattament tal-Membri tal-parlamenti nazzjonali u l-Membri tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara, u biex tikkomunika r-riżultati ta' dak l-istudju lill-Parlament;

4.

Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw id-drittijiet li jinsiltu miċ-ċittadinza tal-UE, inkluż id-dritt li wieħed jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li hu ta' importanza partikulari fil-perjodu ta' żmien li jwassal għall-elezzjonijiet tal-2009, inkluż il-prinċipju ta' trattament ugwali ta' persuni fl-istess sitwazzjoni;

5.

Jitlob lill-Istati Membri, u b'mod partikulari lir-Repubblika tal-Polonja, biex jiżguraw li jiġu implimentati l-miżuri proċedurali biex jiġi żgurat li t-talbiet għat-tneħħija tal-immunità tal-Membri tal-Parlament Ewropew jiġu dejjem trażmessi mill-“awtorità kompetenti” bi qbil mal-Artikolu 6(2) tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġi garantit li jitħarsu d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali sustantiva u proċedurali, inklużi d-drittijiet proċedurali ta' persuni privati, kif ukoll il-prerogattivi tal-Parlament;

6.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, jistieden lill-Istati Membri biex jindikaw lill-Parlament l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jippreżentaw talbiet għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru;

7.

Itenni l-bżonn għal Statut uniformi għall-Membri tal-Parlament Ewropew u jfakkar, f'dan il-kuntest, l-impenn li ttieħed fit-3 ta' Ġunju 2005 mir-rappreżentanti tal-Istati Membri waqt laqgħa fi ħdan il-Kunsill biex tiġi eżaminata talba mill-Parlament għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Protokoll tal-1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-parti tiegħu li għandha x'taqsam mal-Membri tal-Parlament Ewropew, sabiex, kemm jista' jkun malajr, tintlaħaq konklużjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, lill-Ombudsman Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 133 E, 8.6.2006, p. 48.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/75


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Il-Governanza fil-PKS: il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u atturi oħra

P6_TA(2009)0317

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-Governanza fil-Politika Komuni dwar is-Sajd: il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u atturi oħra (2008/2223(INI))

2010/C 184 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 657/2000 tas-27 ta' Marzu 2000 dwar djalogu eqreb mas-settur tas-sajd u ma' gruppi milquta mill-politika komuni tas-sajd (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 71/128/KEE, 1999/478/KE u 2004/864/KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/619/KE, imġedda fl-2005 mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/629/KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 74/441/KEE u 98/500/KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE tad-19 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (3) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/409/KE tal-11 ta' Ġunju 2007 (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-17 ta' Ġunju 2008 bl-isem “Analiżi ta' l-operat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali” (COM(2008)0364 finali),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0187/2009),

A.

billi l-governanza istituzzjonali tal-Politika Komuni dwar is-Sajd tinvolvi l-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwalkultura (ACFA), il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF), il-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Settorjali għas-Sajd fil-Baħar (SSDC) u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs),

B.

billi l-governanza tal-Politika Komuni dwar is-Sajd tinvolvi wkoll l-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri,

C.

billi l-Komunità tipparteċipa f'diversi Organizzazzjonijiet għas-Sajd Reġjonali u qed jiġu konklużi wkoll Ftehimiet ta' Sħubija għas-Sajd ma' pajjiżi terzi,

D.

billi, skont it-Trattat ta' Liżbona, il-Parlament Ewropew se jibqa' jkun eskluż mill-istabbiliment tal-Qabdiet Totali Permessa(TAC) u l-kwoti,

E.

billi l-attendenza ta' Membri tal-Parlament waqt il-laqgħat tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali għas-Sajd huma attwalment fuq bażi ad hoc,

F.

billi l-komunikazzjoni li tikkonċerna l-operat reali tal-ftehimiet ta' Sħubija għas-Sajd, inklużi l-attivitajiet tal-Kumitati ta' Monitoraġġ Konġunt, tista' tkun aktar sodisfaċenti,

G.

billi l-STECF ġie stabbilit fl-1993, il-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd ġie stabbilit fl-1971, u ngħata l-isem ġdid ta' Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (AFCA) fl-1999, u l-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Settorjali għas-Sajd fil-Baħar ġie stabbilit fl-1999, meta ssostitwixxa Kumitat Konġunt li kien ilu jeżisti mill-1974,

H.

billi s-seba' RACs bħalissa kollha qegħdin jaħdmu,

I.

billi ġie stabbilit Kumitat Inter-RAC u dan iwettaq laqgħat ta' koordinazzjoni mal-Kummissjoni,

J.

billi l-Kummissjoni dan l-aħħar wettqet evalwazzjonijiet tal-AFCA u tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, imma s'issa ma wettqet l-ebda evalwazzjoni tal-ħidma tal-STECF,

K.

billi l-evalwazzjoni tal-AFCA għamlet għadd ta' rakkomandazzjonijiet operazzjonali u ssuġġeriet diversi għażliet għall-futur fit-tul tiegħu,

L.

billi l-evalwazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kienet pożittiva, imma l-Kummissjoni identifikat għadd ta' azzjonijiet, li ma jirrikjedux leġiżlazzjoni ġdida, biex jittejjeb l-operat tagħhom,

M.

billi l-partijiet kollha qablu li hemm bżonn ta' djalogu aktar b'saħħtu bejn ix-xjenzjati u s-sajjieda u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali wkoll talbu li jkun hemm input soċjoekonomiku aħjar fit-teħid tad-deċiżjonijiet,

N.

billi ċerti Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u Membri tal-Parlament esprimew ix-xewqa li jkun hemm relazzjoni aktar formali,

O.

billi l-attività li qed tiżdied min-naħa tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali qed tkun mxekkla minn fondi limitati u mill-approċċ burokratiku u inflessibbli wisq tal-Kummissjoni għall-immaniġġjar u l-kontroll finanzjarju fir-rigward tal-fondi allokati lilhom,

P.

billi l-Kummissjoni qalet li se tisma' l-fehmiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u ta' dawk li għandhom interess fil-qasam qabel ma tintroduċi regoli legali ġodda,

Q.

billi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni sikwit jonqsu milli jattendu l-laqgħat tal-grupp tal-ħidma tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali,

R.

billi, madankollu, diġà hemm evidenza li jkun hemm aktar konformità mar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd meta dawk li għandhom sehem fil-qasam ikunu involuti fil-ħolqien u fl-implimentazzjoni tagħhom,

S.

billi hemm kwantità kbira ta' żoni Komunitarji fejn isir sajd kummerċjali, u kull waħda minnhom għandha l-karatteristiċi tagħha,

T.

billi diġà qed iseħħu konsultazzjonijiet dwar ir-riforma tal-Politika Komuni dwar is-Sajd,

U.

billi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali mhux dejjem jingħataw attenzjoni xierqa, b'mod speċjali meta ma jkunux ġew approvati b'mod unanimu mill-kumitati eżekuttivi,

1.

Jitlob biex il-membri tal-Kumitat għas-Sajd tiegħu jingħataw l-istatus ta' osservaturi waqt il-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri għas-Sajd;

2.

Jitlob li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament biex iwettqu x-xogħol meħtieġ biex jintlaħaq ftehim ġenwin li jistipula l-forom standard ta' parteċipazzjoni għall-membri tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament fl-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tas-sajd reġjonali (regional fisheries management organisations -RFMOs) u korpi internazzjonali oħra li l-laqgħat tagħhom huma ddedikati għal diskussjoni ta' suġġetti li jaffettwaw il-Politika tas-Sajd Komuni, bl-intiża li dan m'għandu bl-ebda mod ixekkel l-istatus preżenti tagħhom ta' osservaturi f'laqgħat li għalihom ikun ġie miftiehem dan l-arranġament;

3.

Jitlob ukoll lill-Kunsill, bi qbil mal-Kummissjoni u l-Parlament, sabiex jippermetti l-membri tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament biex iservu fil-Kumitati Konġunti mwaqqfa fil-qafas tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd, biex ikun possibbli li jitwettaq segwitu adegwat ta' dawn il-ftehimiet; b'żieda ma' dan isemmi li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona iġib miegħu responsabilitajiet akbar għall-Parlament, minħabba li l-ftehimiet ta' sħubija jkollhom jiġu approvati permezz tal-proċedura ta' kunsens;

4.

Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li jkun żgurat li r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jattendu l-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma u tal-kumitati eżekuttivi tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali b'mod aktar regolari;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tavża lill-Parlament dwar il-konsultazzjonijiet kollha li qed iseħħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-Politika Komuni dwar is-Sajd u l-politika marittima;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni tal-STECF;

7.

Jinnota r-riżultat tal-evalwazzjoni tal-AFCA u li l-Kummissjoni qed tistenna r-rakkomandazzjonijiet tal-AFCA innifsu dwar:

definizzjoni aktar ċara tal-irwol u l-objettivi tiegħu, b'kompożizzjoni rappreżentattiva li tirriflettihom b'mod xieraq u li tkun verament rappreżentattiva, u parteċipazzjoni aħjar mill-Istati Membri aktar ġodda;

il-metodi ta' ħidma tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mat-tqassim tal-attivitajiet bejn il-laqgħat plenarji u l-gruppi ta' ħidma, l-għadd u l-mandati tagħhom, u l-proċeduri tagħhom;

formulazzjoni aħjar tal-mistoqsijiet indirizzati lilu;

titjib tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni permezz tal-midja elettroniċi, ta' aċċess aktar dirett għad-data u faċilitajiet imtejba ta' traduzzjoni u interpretazzjoni;

livell xieraq ta' fondi u l-aħjar mezzi biex jiġu sostnuti l-funzjonijiet ta' appoġġ;

8.

Jenfasizza l-importanza li jkun evitat l-irdoppjar, b'mod partikulari mal-ħidma tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali;

9.

Jinnota li s-settur tas-sajd għadu ma jitqisx li għandu vuċi suffiċjenti fid-deċiżjonijiet li jaffettwawh; jinnota d-differenzi f'termini ta' rwoli u ħidma, bejn l-ACFA u l-RACs, minħabba li l-ACFA għandu rwol konsultattiv li jinkludi s-CFP kollha u jkopri ż-żona Komunitarja kollha, filwaqt li l-irwol tal-RACs huwa li jagħtu parir speċjalizzat fi ħdan il-kamp ta' influwenza tagħhom; għaldaqstant iqis li l-koeżistenza tal-korpi konsultattivi differenti tgħin biex tiġi żgurata kompatibilità mal-politika marittima u tal-baħar, u l-immaniġġjar integrat taż-żoni kostali;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-azzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali:

iżżid il-viżibilità tagħhom u titħeġġeġ il-parteċipazzjoni minn firxa usa' ta' persuni li għandhom interess fil-qasam;

ittejjeb l-aċċess tagħhom għal evidenza u data xjentifika u r-relazzjoni mal-STECF;

tinvolvihom kemm jista' jkun minn kmieni fil-proċess ta' konsultazzjoni;

tipprovdi punti ta' referenza (benchmarks) li jippermettu evalwazzjoni tal-konsistenza tal-pariri tagħhom mal-objettivi tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jkun informati dwar l-użu li jsir minnhom;

11.

Jikkunsidra li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali attwalment mhumiex iffinanzjati biżżejjed għal-livell ta' xogħol li qed iwettqu; jinnota li l-Kummissjoni ħarġet linji gwida dwar l-immaniġġjar finanzjarju imma jemmen li hemm bżonn ta' djalogu ulterjuri f'dan ir-rigward u li għandhom jiġu esplorati l-alternattivi għas-sistema attwali;

12.

Jemmen li aktar parteċipazzjoni fil-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali tirrikjedi reviżjoni tal-kompożizzjoni tagħhom imma li l-bilanċ attwali bejn l-industrija tas-sajd u organizzazzjonijiet oħra m'għandhiex tiġi mfixkla;

13.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li xi organizzazzjonijiet li fl-RACs iservu bħala “gruppi ta” interess oħrajn' repetutament jieħdu vantaġġ mill-preżenza tagħhom, anke jekk ikunu fil-minoranza, biex iwaqqfu deċiżjonijiet appoġġjati minn maġġoranza ta' rappreżentanti tas-settur tas-sajd u jostakolaw it-teħid ta' deċiżjonijiet b'konsensus;

14.

Jappella biex ikun hemm rabtiet eqreb bejn il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u l-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

15.

Jappella sabiex id-deċiżjonijiet tekniċi u politiċi jkunu separati; Id-deċiżjonijiet politiċi għandhom jiġu adottati b'approċċ reġjonali u d-deċiżjonijiet tekniċi b'approċċ xjentifiku;

16.

Jitlob lill-Kumitat għas-Sajd sabiex, bla ħssara għall-proċeduri ta' approvazzjoni statutorja:

jaħtar membru/i tal-Kumitat bħala persuna(i) ta' kuntatt għal kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali u biex jirrapporta/jirrappurtaw dwar l-attivajiet tiegħu,

jiżgura li l-RACs ikunu mistiedna sabiex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat b'ċerta regolarità u, partikolarment, meta l-aġenda tkun tkopri kwistjonijiet li fihom ikunu involuti, sabiex ikunu jistgħu jagħtu pariri jew rakkomandazzjonijiet,

jistabbilixxi proċedura biex jiġi żgurat li s-segretarjat tiegħu u s-segretarjati tar-RACs, u tal-Kumitat Inter-RAC jibqgħu f'kuntatt regolari bl-iskop li jagħmlu skambju u ġbir ta' informazzjoni relatata mal-attivitajiet, il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom,

jospita konferenza annwali li tinvolvi lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u lill-Kummissjoni;

17.

Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji biex jallokaw fondi adegwati għal dan t'hawn fuq;

18.

Jitlob lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali biex iżommu lill-membri tal-Kumitat għas-Sajd informati dwar l-attivitajiet, il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom u biex jistidnuhom biex jattendu waqt il-laqgħat;

19.

Jitlob biex kull leġiżlazzjoni futura dwar ir-RAC tagħti lill-membri tal-Parlament l-istatus formali ta' osservaturi attivi waqt il-laqgħat tagħhom;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Inter-RAC biex jagħtu l-kunsens tagħhom biex il-membri tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament ikunu jistgħu jattendu għal-laqgħat ta' koordinazzjoni tagħhom;

21.

Jenfasizza l-importanza tal-Politika Komuni dwar is-Sajd bħala mezz biex tiġi żgurata l-eżistenza ta' standards, prinċipji u regoli li huma applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji kollha u għall-bastimenti Komunitarji kollha;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex taċċetta u tirrispetta bis-sħiħ l-irwol konsultattiv tal-RACs u sabiex, fid-dawl tar-riforma tal-PKS, tipproponi li l-involviment tagħhom fir-responsabilitajiet ta' tmexxija jiżdiedu;

23.

Jemmen ukoll li r-riforma li ġejja tal-PKS għandha tieħu l-opportunità li l-konsolidazzjoni tal-RACs qed tipprovdilha sabiex tiżdied id-deċentralizzazzjoni tal-PKS, sabiex il-miżuri komuni adottati jistgħu jiġu applikati fiż-żoni differenti b'konformità mal-karatteristiċi speċifiċi ta' sajd u ta' kundizzjonijiet ta' sajd differenti;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwalkultura, lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonmiku dwar is-Sajd, lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Settorjali għas-Sajd fil-Baħar u lill-gvernijiet u lill-parlamenti fl-Istati Membri.


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 80, 31.3.2000, p. 7.

(3)  ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17.

(4)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 68.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/79


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
L-istabbiliment ta' faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri

P6_TA(2009)0327

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment ta' faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri

2010/C 184 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2009 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (COM(2009)0169),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (1), u l-pożizzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Settembru 2001 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 (3) dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-istess ġurnata dwar l-istabbiliment ta' faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (4),

wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 119 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kunsill diġà rdoppja l-limitu massimu tal-għajnuna finanzjarja għal żmien medju għal EUR 25 000 000 000 minn ammont oriġinali ta' EUR 12 000 000 000 abbażi tal-Artikoli 119 u 308 tat-Trattat permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1360/2008 tat-2 ta' Diċembru 2008 (5) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002,

B.

billi, flimkien ma' arranġamenti ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, il-Komunità tat self ta' EUR 6 500 000 000 lill-Ungerija u ta' EUR 3 100 000 000 lil-Latvja, u billi EUR 2 200 000 000 oħra huma allokati għal-Latvja minn xi Stati Membri individwali,

C.

billi l-Komunità ddeċidiet li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju lir-Rumanija ta' EUR 5 000 000 000 fid-dawl tal-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja dinjija fuq is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fir-Rumanija,

D.

billi approċċ każ każ għall-għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-Istati Membri huwa preferibbli, sabiex titqies l-ispeċifiċità tas-sitwazzjoni ta' kull Stat Membru,

E.

billi l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija attwali għandu jiġi kkunsidrat,

F.

billi jeħtieġ li s-solidarjetà mal-Istati Membri li m'ilhomx li saru membri tal-Unjoni Ewropea titħaddem b'mod sħiħ,

G.

billi tinħtieġ politika li tindirizza l-problemi speċifiċi ta' dawk l-ekonomiji tal-Istati Membri meta titqies il-kriżi finanzjarja dinjija u r-reċessjoni li qed tinfirex fl-Unjoni Ewropea,

1.

Iqis li s-sitwazzjoni attwali hija prova ulterjuri tar-rilevanza tal-euro fir-rigward tal-ħarsien tal-Istati Membri fiz-zona tal-euro u jistieden lill-Istati Membri l-oħra biex jingħaqdu fiż-żona tal-euro malli jissodisfaw il-kriterji ta' Maastricht;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex twieġeb it-talbiet preċedenti tal-Parlament biex issir analiżi tal-effetti tal-imġiba tal-banek li neħħew l-assi tagħhom mill-Istati Membri li saru membri riċentement;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika, mill-aktar fis possibbli, ir-riżultat ta' dak l-istudju lill-Kumitat tagħha għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji;

4.

Jirrikonoxxi li, minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija attwali, il-limitu massimu għall-ammont ta' self li jkun għadu ma tħallasx li jingħata lill-Istati Membri kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 332/2002 għandu jiżdied b'mod sinifikanti, filwaqt li jitqies kif xieraq ukoll il-kalendarju tal-Parlament; jisħaq li tali żieda ttejjeb ukoll il-ħila tal-Komunità li twieġeb b'mod aktar flessibbli għal talbiet oħra għall-għajnuna finanzjarja għal żmien medju;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehimiet volontarji bejn il-banek u l-Istati Membri li dan l-aħħar saru membi tal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom dawk il-banek jieqfu milli jaqtgħu l-linji tal-kreditu (pereżempju, fir-rigward tar-Rumanija u l-Ftehima ta' Vjenna), u jinkuraġġixxi inizjattivi oħra bħal dawn;

6.

Jinnota li din iż-żieda sinifikanti fil-limitu massimu ta' self tippermetti li jkun immassimizzat il-potenzjal ta' self tal-Kummissjoni fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji; jinnota, barra minn hekk, li m'hemm l-ebda bażi legali speċifika għall-Komunità biex toħroġ bonds fis-suq dinji, iżda li l-Kummissjoni qiegħda tagħmel xogħol preparatorju bil-ħsieb li tippermetti lil żewġ Stati Membri jew iżjed joħorġu b'mod konġunt bonds iddenominati bl-euro;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga, mal-Bank Ewropew tal-Investiment, kif tista' tingħeleb il-kriżi tal-kreditu fl-ekonomija reali bl-għajnuna ta' strumenti finanzjarji ġodda u innovattivi; jirrimarka li varjetà ta' strumenti finanzjarji tista' tintuża biex tkun żgurata l-flessibilità tal-faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri;

8.

Jinnota li t-tgħollija tal-limitu massimu tas-self ma jkollha ebda impatt baġitarju għaliex il-Kummissjoni takkwista s-self fis-swieq finanzjarji u l-Istati Membri benefiċjarji jkollhom iħallsuh lura; jenfasizza li l-uniku impatt baġitarju possibbli miż-żieda tal-limitu massimu tas-self iseħħ f'każ li Stat Membru ma jħallasx id-dejn;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol attribwit mill-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq lill-Qorti tal-Awdituri, f'każ ta' bżonn;

10.

Jemmen li l-kundizzjonijiet marbuta mal-għoti tal-għajnuna finanzjarja għandhom ikunu konformi mal-objettivi Komunitarji fir-rigward tal-kwalità tal-infiq pubbliku, it-tkabbir sostenibbli u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, ir-rata massima tal-impjieg, il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-effiċjenza fl-enerġija, u għandhom iħeġġu l-promozzjoni ta' dawn l-objettivi;

11.

Ifakkar li l-Artikolu 100 tat-Trattat japplika għall-Istati Membri kollha u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal regolament li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni; ifakkar li l-Artikolu 103 tat-Trattat jistipula li l-Istati Membri “m'għandhomx ikunu responsabbli mill-impenji jew jassumu l-impenji tal-gvernijiet ċentrali, tal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali, lokali jew oħrajn, ta' korpi oħra rregolati bil-liġi pubblika, jew ta' impriżi pubbliċi ta' Stat Membru ieħor, bla ħsara għall-garanziji finanzjarji reċiproċi tat-twettiq konġunt ta' proġett speċifiku”, u li “jekk ikun meħtieġ, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 252, jista' jispeċifika definizzjonijiet għall-applikazjzoni tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 101 u f'dan l-Artikolu”;

12.

Jitlob li l-Parlament ikun infurmat dwar il-memoranda ta' ftehim li ġew konklużi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati, li jistipulaw il-kundizzjonijiet tas-self;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika f'livell Komunitarju waqt sitwazzjonijiet ta' kriżi ekonomika, u biex twaqqaf grupp ta' esperti mal-Parlament, u biex tħejji qafas u linji gwida għall-memoranda ta' fehim konklużi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati, li jistipulaw il-kundizzjonijiet tas-self;

14.

Ifakkar li l-Parlament talab, fil-pożizzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq tas-6 ta' Settembru 2001 u tal-20 ta' Novembru 2008, li l-Kunsill jeżamina, kull sentejn, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta lill-Parlament u wara li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkun ressaq l-opinjoni tiegħu, jekk il-faċilità stabbilita għadhiex tissodisfa l-ħtiġijiet li wasslu għall-ħolqien tagħha; jistaqsi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jekk tfasslux rapporti bħal dawn mindu ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 332/2002;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Eurogrupp u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 72E, 21.3.2002, p. 312.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0560.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0562.

(5)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 11.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/82


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Aspetti Regolatorji tan-Nanomaterjali

P6_TA(2009)0328

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar l-Aspetti Regolatorji tan-Nanomaterjali (2008/2208(INI))

2010/C 184 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2008 intitolata “Aspetti Regolatorji tan-Nanomaterjali” (COM(2008)0366) u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SEC(2008)2036),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2004 intitolata “Lejn strateġija Ewropea għan-nanoteknoloġija” (COM(2004)0338),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2005 intitolata “Nanoxjenzi u nanoteknoloġiji: Pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa 2005-2009” (COM(2005)0243) (“il-pjan ta’ azzjoni”) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 (1) dwar il-pjan ta' azzjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Settembru 2007“Nanoxjenzi u nanoteknoloġiji: Pjan ta' azzjoni għall-Ewropa 2005-2009. L-Ewwel Rapport ta' Implimentazzjoni 2005-2007” (COM(2007)0505),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji għas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Reċentement (SCENIHR) dwar id-definizzjonijiet u l-evalwazzjoni tar-riskji tan-nanomaterjali (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti għall-Konsumatur (SCCP) dwar is-sikurezza tan-nanomaterjali fi prodotti kożmetiċi (3),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar kodiċi ta’ kondotta għar-riċerka responsabbli tan-nanoxjenzi u nanoteknoloġiji (COM(2008)0424) (“Kodiċi ta' Kondotta”),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aspetti etiċi tan-nanomediċina (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (5),

wara li kkunsidra id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar prodotti bijoċidali mqiegħda fis-suq (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (7) u d-direttivi derivati tagħha,

wara li kkunsidra d-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (8), kif ukoll il-leġiżlazzjoni speċifika dwar prodotti, b'mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (9),

wara li kkunsidra Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (10), ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (11), id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (12), ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament (13), ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (14),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (15),

wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent, b'mod partikulari d-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (16), id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (17) u d-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2006 dwar l-iskart (18),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reklamar qarrieqi u komparattiv (19),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0255/2009),

A.

billi l-użu tan-nanomaterjali u n-nanoteknoloġiji (minn issa 'l quddiem imsejħa “nanomaterjali”) jwiegħed avvanzi importanti b'diversi benefiċċji f'applikazzjonijiet innumerabbli għall-konsumatur, għall-pazjenti u għall-ambjent, peress li n-nanomaterjali jistgħu jipprovdu propjetajiet differenti jew ġodda meta mqabbla mal-istess sustanza jew materjali f'forma normali,

B.

billi dan it-titjib fin-nanomaterjali hu mistenni li jkollu influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjonijiet ta’ politika fl-oqsma tas-saħħa pubblika, l-impjieg, is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, is-soċjetà tal-informatika, l-enerġija, t-trasport, is-sigurtà u l-ispazju,

C.

billi, minkejja li ġiet stabbilita strateġija Ewropea speċifika dwar in-nanoteknoloġiji, u l-allokazzjoni konsegwenti ta’ madwar 3 500 000 000 EUR għar-riċerka dwar in-nanoxjenzi fis-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (FP7), l-Unjoni Ewropea qed taqa' lura meta mqabbla mal-kompetituri prinċipali attwali tagħha, jiġifieri l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel, li jirrappreżentaw iżjed min-nofs l-investimenti u żewġ terzi tal-privattivi rreġistrati fid-dinja kollha,

D.

billi, min-naħa l-oħra, in-nanomaterjali potenzjalment jippreżentaw riskji ġodda sinifikanti minħabba d-daqs minuskulu tagħhom, bħal żieda fir-reattività u l-mobilità, li possibilment iwasslu għal żieda fit-tossiċità meta kkombinati ma' aċċess bla restrizzjonijiet għall-ġisem uman, u li possibilment jinvolvu mekkaniżmi pjuttost differenti ta' interferenza mal-fiżjoloġija tal-bniedem u tal-ispeċi ambjentali,

E.

billi, jekk in-nanomaterjali jiġu żviluppati b'mod li mhuwiex perikoluż, ikunu jistgħu jagħtu kontribut importanti għall-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u biex titwettaq l-istrateġija ta' Liżbona,

F.

billi d-diskussjoni attwali dwar in-nanomaterjali hi kkaratterizzata minn nuqqas ta’ sinjifikanti ta’ informazzjoni u għarfien, li jwassal għal nuqqas ta’ qbil li jibda fil-livell tad-definizzjoni:

a)

dwar id-daqs: indikazzjoni approssimattiva tad-daqs (“madwar 100nm jew anqas”) versus firxa speċifika ta' daqs (“bejn 1 u 100 nm”),

b)

dwar propjetajiet differenti/ġodda: propjetajiet differenti/ġodda minħabba l-effetti tad-daqs, inkluż l-għadd ta’ partiċelli, l-istruttura tal-wiċċ u l-attività tal-wiċċ, bħala kriterju indipendenti versusl-użu ta’ tali proprjetajiet bħala kriterju addizzjonali għad-definizzjoni ta’ nanomaterjali,

c)

dwar propjetajiet problematiċi: il-limitazzjoni tad-definizzjoni tan-nanomaterjali għal ċerti propjetajiet (eż. insolubbli jew persistenti), jew in-nuqqas ta' limitazzjonijiet ta' dan it-tip,

G.

billi attwalment ma hemmx sett ta’ definizzjonijiet armonizzati disponibbli, għalkemm għadd ta’ standards internazzjonali huma disponibbli jew qed jiġu stabbiliti li jiddefinixxu “l-iskala nanometrika” bħala “qies jew qisien ta’ 100nm jew anqas” u bosta drabi jiddistingwu bejn:

nanooġġetti, li huma definiti bħala “biċċiet distinti ta' materjali li jkollhom minn dimensjoni waħda, żewġ jew tliet dimensjonijiet esterni fl-iskala nanometrika”, jiġifieri materjali magħmulin minn oġġetti iżolati b'dimensjonijiet żgħar ħafna,

materjali nanostrutturati, iddefiniti bħala “bi struttura interna u tal-wiċċ fl-iskala nanometrika”, pereżempju li jkollhom kavitajiet ta’ dimensjoni żgħira.

H.

billi m'hemm l-ebda informazzjoni ċara dwar l-użu reali ta' nanomaterjali fi prodotti għall-konsum, pereżempju:

waqt li inventarji li saru minn istituzzjonijiet rinomati jelenkaw aktar minn 800 prodott għall-konsum ibbażati fuq in-nanoteknoloġiji, li huma identifikati bħala tali mill-manifattur u li huma attwalment fis-suq, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-istess manifatturi jqajmu dubji dwar dawn iċ-ċifri, fuq il-bażi li huma stimi ogħla mill-valuri reali, mingħajr ma jipprovdu ċifri konkreti huma nfushom,

waqt li l-kumpaniji huma kuntenti li jużaw it-terminu “nano” fid-dikjarazzjonijiet dwar il-prodotti tagħhom, peress li jidher li dan it-terminu għandu effett kummerċjali pożittiv, jopponu bis-saħħa r-rekwiżiti oġġettivi ta' ttikkettar,

I.

billi rekwiżiti ċari ta’ notifika dwar l-użu tan-nanomaterjali, inofmazzjoni lill-konsumaturi kif ukoll l-infurzar sħiħ tad-Direttiva 2006/114/KE huma meħtiġa sabiex tkun provduta informazzjoni affidabbli dwarl-użu tan-nanomaterjali,

J.

billi l-preżentazzjonijiet dwar il-benefiċċji potenzjali tan-nanoteknoloġiji jbassru diversità kważi infinita ta' applikazzjonijiet ta' nanomaterjali fil-ġejjieni, imma jonqsu milli jipprovdu informazzjoni affidabbli dwar t-tipi ta' użu attwali,

K.

billi hemm dibattitu qawwi dwar il-possibilità li tiġi evalwata s-sikurezza tan-nanomaterjali; billi l-kumitati xjentifiċi u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea jindikaw li hemm nuqqasijiet ewlenin mhux biss ta' data kruċjali, imma wkoll ta' metodi għall-ġbir ta' data ta' dan it-tip; billi l-Unjoni Ewropea għaldaqstant teħtieġ li tinvesti aktar fl-evalwazzjoni xierqa tan-nanomaterjali biex tnaqqas id-distakki fl-għarfien u tiżviluppa u timplimenta malajr kemm jista' jkun, b'kollaborazzjoni mal-aġenziji tagħha u mal-imsieħba internazzjonali, metodi ta’ evalwazzjoni u metroloġija u nomenklatura xierqa u armonizzati,

L.

billi l-SCENIHR identifika xi perikli speċifiċi għas-saħħa kif ukoll effetti tossiċi fuq organiżmi ambjentali għal xi nanomaterjali; billi l-SCENIHR, barra minn hekk, sab nuqqas ġenerali ta’ dejta ta’ kwalità għolja dwar l-esponiment kemm għall-bniedem u kemm għall-ambjent, jikkonkludi li hemm bżonn li l-għarfien dwar il-metodoloġija, kemm għall-stimi tal-esponiment u kemm għall-identifikazzjoni tal-perikli, tiġi żviluppata, validata u standardizzata aktar,

M.

billi l-fondi attwali għar-riċerka għall-aspetti ambjentali u tas-saħħa u s-sikurezza tan-nanomaterjali huma limitati wisq; billi barra minn hekk il-kriterji ta' evalwazzjoni biex jingħataw proġetti ta’ riċerka għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tan-nanomaterjali skont is-Seba’ Programm Qafas huma wisq restrittivi (jiġifieri ma jippermettux wisq innovazzjoni), u għaldaqstant ma jippromwovux biżżejjed l-iżvilupp urġenti ta’ metodi xjentifiċi għall-evalwazzjoni tan-nanomaterjali; billi hu essenzjali li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għar-riċerka dwar l-iżvilupp u l-użu bla periklu tan-nanomaterjali,

N.

billi l-għarfien dwar l-impatti potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent tan-nanomaterjali miexi wisq aktar bil-mod mill-iżviluppi tas-suq fid-dawl tal-iżviluppi mgħaġġla ħafna fil-qasam tan-nanomaterjali, għaldaqstant jitqajmu dubji fundamentali dwar il-ħila tar-regolamenti attwali li jittrattaw teknoloġiji li qed ifiġġu, bħan-nanomaterjali, fi “żmien reali”,

O.

billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 dwar in-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji, il-Parlament talab li jiġu investigati l-effetti tan-nanopartiċelli li ma jdubux jew li mhumiex bijodigradabbli faċilment, bi qbil mal-prinċipju prekawzjonali, qabel mal-partiċelli ta' dan it-tip jibdew jiġu pprodotti u jitqiegħdu fis-suq,

P.

billi l-valur tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq intitolata “Aspetti Regolatorji tan-Nanomaterjali” hu pjuttost limitat minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-propjetajiet speċifiċi tan-nanomaterjali, l-użi reali tagħhom, u r-riskji u l-benefiċċji potenzjali tagħhom, u għaldaqstant ebda qies għall-isfidi leġiżlattivi u tal-politika li jirriżultaw min-natura speċifika tan-nanomaterjali, u dan jirriżulta f'vista legali ġenerali biss li turi li għalissa m'hemm ebda dispożizzjonijiet nano-speċifiċi fil-leġiżlazzjoni Komunitarja,

Q.

billi n-nanomaterjali għandhom ikunu koperti minn korp ta' liġijiet ta' diversi aspetti, differenzjat u adattattiv li jkun ibbażat fuq il-prinċipju prekawzjonali (20) u fuq il-prinċipju ta' responsabilità tal-produttur u l-prinċipju li min iħammeġ iħallas, biex jiġu żgurati l-produzzjoni, l-użu u l-eliminazzjoni sikuri tan-nanomaterjali qabel mat-teknoloġija titqiegħed fis-suq, filwaqt li jiġi evitat ir-rikors sistematiku għal moratorji ġenerali jew trattament mhux differenzjat ta' applikazzjonijiet differenti ta' nanomaterjali,

R.

billi l-applikazzjoni kważi infinita tan-nanoteknoloġiji f'setturi varji bħalma huma l-elettronika, it-tessuti, is-settur bijomediku, prodotti għall-kura personali, prodotti tat-tindif, l-ikel jew l-enerġija tagħmilha kważi impossibbli li jiġi introdott qafas regolatorju uniku fil-livell Komunitarju,

S.

billi, fil-kuntest ta' REACH, diġà kien hemm qbil li hemm bżonn ta' aktar gwida u pariri dwar in-nanomaterjali, b'mod partikolari dwar l-identifikazzjoni ta’ sustanzi, kif ukoll adattament tal-metodi għall-evalwazzjoni tar-riskji, La. billi b'ħarsa aktar mill-qrib lejn REACH jinkixfu bosta nuqqasijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ nanomaterjali,

T.

billi l-leġiżlazzjoni dwar l-iskart hija nieqsa minn dispożizzjonijiet li jittrattaw in-nanomaterjali hemm il-periklu li ma tiġix applikata kif xieraq,

U.

billi n-nanomaterjali, fiċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tagħhom, joħolqu sfidi kbar għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, billi ħafna ħaddiema fil-katina tal-produzzjoni huma esposti għal dawk il-materjali mingħajr ma jkunu jafu jekk il-proċeduri ta' sikurezza li jkunu ġew implimentati u l-miżuri ta' protezzjoni li jkunu ttieħdu humiex adegwati u effiċjenti; jinnota li l-għadd u d-diversità ta’ ħaddiema esposti għall-effetti tan-nanomaterjali hu mistenni li jiżdied fil-ġejjieni,

V.

billi l-emendi sinifikanti li jikkonċernaw in-nanomaterjali li ġew adottati bi qbil waqt l-ewwel qari bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fil-kuntest tat-tfassil mill-ġdid tad-direttiva dwar il-kosmetiċi (21) u l-emendi sinifikanti adottati mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tar-reviżjoni tar-regolament dwar ikel ġdid (22), rispettivament, jenfasizzaw il-ħtieġa biex il-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti tiġi emendata biex in-nanomaterjali jiġu indirizzati b'mod xieraq,

W.

billi d-dibattitu attwali dwar l-aspetti regolatorji tan-nanomaterjali huwa fil-parti l-kbira tiegħu limitat għall-gruppi tal-esperti, minkejja li n-nanomaterjali għandhom il-potenzjal li jġibu bidla estensiva fis-soċjetà, li tirrikjedi konsultazzjoni pubblika b'firxa wiesgħa,

X.

billi, jekk ikun hemm applikazzjoni wiesgħa ta' privattivi għan-nanomaterjali, kif ukoll l-spiża eċċessiva biex jiġu reġistrati l-privattivi u n-nuqqas ta’ faċilitajiet ta’ aċċess għall-privattivi għall-intrapriżi żgħar ħafna u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), l-innovazzjoni ulterjuri tista' tinħonoq,

Y.

billi l-probabilità ta' konverġenza tan-nanoteknoloġija mal-bijoteknoloġija, il-bijoloġija, ix-xjenzi konjittivi u t-teknoloġija tal-informatika tqajjem dubji serji rigward etika, sikurezza u sigurtà u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, li jeħtieġ li jiġu analizzati minn opinjoni ġdida tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji Ġodda,

Z.

billi l-Kodiċi ta' Kondotta huwa strument essenzjali għal riċerka sikura, integrata u responsabbli fin-nanomaterjali; billi l-Kodiċi ta' Kondotta jrid jiġi adottat u rispettat mill-produtturi kollha li beħsiebhom jimmanifatturaw jew iqiegħdu prodotti fis-suq,

AA.

billi r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni relevanti kollha tal-Komunità għandha timplimenta l-prinċipju ta' “jekk m'hemmx data, m'hemmx suq” għan-nanomaterjali,

1.

Jinsab konvint li l-użu tan-nanomaterjali għandu jkun rispons għall-bżonnijiet reali taċ-ċittadini u li l-benefiċċji tagħhom għandhom jinkisbu biss b'mod sikur u responsabbli fi ħdan qafas regolatorju u ta' politika ċar (dispożizzjonijiet leġiżlattivi u oħrajn) li jindirizza espliċitament l-applikazzjonijiet eżistenti u dawk mistennija tan-nanomaterjali, kif ukoll in-natura tal-problemi potenzjali għas-saħħa, għall-ambjent u għas-sikurezza;

2.

Jiddeplora n-nuqqas ta' evalwazzjoni xierqa tal-applikazzjoni de facto tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-liġi Komunitarja fid-dawl tan-natura reali tan-nanomaterjali;

3.

Ma jaqbilx, qabel evalwazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni attwali tal-Komunità, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċifika għan-nanomaterjali fiha, mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li a) il-leġiżlazzjoni attwali, fil-prinċipju, tkopri r-riskji relevanti li għandhom x'jaqsmu man-nanomaterjali, u b) li l-ħarsien tas-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent jeħtieġ li jitjiebu billi titjieb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali, meta minħabba n-nuqqas ta' dejta u metodi xierqa għall-evalwazzjoni tar-riskji li għandhom x'jaqsmu man-nanomaterjali, effettivament ma tistax tindirizza r-riskji tagħhom;

4.

Jikkunsidra li l-kunċett ta’ approċċ “sikur, responsabbli u integrat” lejn in-nanoteknoloġiji li qed tippromwovi l-Unjoni Ewropea, qed jiġi mhedded minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-użu u s-sikurezza tan-nanomaterjali li diġà qegħdin fis-suq, partikolarment f'applikazzjonijiet sensittivi b'esponiment dirett għall-konsumatur;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni relevanti kollha fi żmien sentejn biex tiżgura sikurezza għall-applikazzjonijiet kollha tan-nanomaterjali fi prodotti b'impatti potenzjali fuq is-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni jirriflettu l-karatteristiċi partikulari tan-nanomaterjali li jistgħu jiġu esposti għalihom il-ħaddiema, l-konsumaturi u/jew l-ambjent;

6.

Jenfasizza li reviżjoni ta' dan it-tip mhix biss meħtieġa għall-protezzjoni xierqa tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, imma anke biex tipprovdi ċertezza u prevedibilità lill-operaturi ekonomiċi, kif ukoll il-fiduċja pubblika;

7.

Jitlob biex tiġi introdotta definizzjoni komprensiva ta’ nanomaterjali bbażata fuq ix-xjenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja bħala parti mill-emendi speċifiċi għan-nanomaterjali għal-leġiżlazzjoni orizzontali u settorjali relevanti;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-adozzjoni ta' definizzjoni armonizzata tan-nanomaterjali fil-livell internazzjonali u biex tadatta l-qafas leġiżlattiv Ewropew relevanti b'dan il-mod;

9.

Jikkunsidra li hu partikolarment importanti li n-nanomaterjali jiġu indirizzati b'mod espliċitu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' għall-inqas il-leġiżlazzjoni dwar sustanzi kimiċi (REACH, prodotti bijoċidali), ikel (ikel, addittivi tal-ikel, prodotti tal-ikel u l-għalf minn organiżmi mmodifikati ġenetikament), il-leġiżlazzjoni relevanti dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja, il-kwalità tal-ilma u l-iskart;

10.

Jitlob li jkun hemm applikazzjoni ta’ “premura” għal produtturi li jixtiequ jqiegħdu nanomaterjali fis-suq; u jitlobhom jaderixxu mal-kodiċi ta’ kondotta Ewropew għar-riċerki responsabbli dwar in-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji;

11.

Jitlob b'mod speċifiku lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-ħtieġa li tirrevedi r-REACH rigward, fost l-oħrajn:

reġistrazzjoni simplifikata għal nanomaterjali manifatturati jew importanti ta’ inqas minn tunnellata,

kunsiderazzjoni tan-nanamaterjali kollha bħala sustanzi ġodda,

rapport dwar is-sikurezza tas-sustanzi kimiċi ma’ valutazzjoni tal-esponiment għan-nanomaterjali kollha reġistrati,

rekwiżiti ta’ notifikazzjoni għan-nanomaterjali kollha mqegħdin fis-suq waħedhom, fi tħejjijiet jew f'artikoli;

12.

Jitlob b'mod speċifiku lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-ħtieġa li tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar l-iskart rigward, fost l-oħrajn:

daħla separata għan-nanomaterjali fil-lista tal-iskart stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/532/KE (23),

reviżjoni tal-kriterji tal-aċċettazzjoni tal-iskart fil-landfills fid-Deċiżjoni 2003/33/KE (24),

reviżjoni tal-valuri limiti minimi ta’ emissjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart biex jiġu ssupplimentati l-miżuri bbażati fuq il-massa b'metriċi bbażati fuq in-numru ta’ partikuli u/jew il-wiċċ;

13.

Jitlob b'mod speċifiku lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-ħtieġa li tirrevedi l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u l-istandards tal-kwalità ambjentali fil-leġiżlazzjoni dwar l-ajru u l-ilma biex jiġu kompluti l-miżuri bbażati fuq il-massa minn metriċi bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli u/jew il-wiċċ biex in-nanomaterjali jiġu indirizzati b'mod adattat;

14.

Jenfasizza l-importanza għall-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri biex jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa u siurezza tal-ħaddiema meta jkunu qed jittrattaw in-nanomaterjali u l-infurzar ta' dawn il-prinċipji, inkluż taħriġ xieraq għall-ispeċjalisti fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza, biex jiġi evitat esponiment għan-nanomaterjali li jkun potenzjalment ta' ħsara;

15.

Jitlob b'mod speċifiku lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-ħtieġa li tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema rigward, fost l-oħrajn:

l-użu ta' nanomaterjali f'sistemi magħluqa biss, jew f'modi oħra li jeskludu l-esponiment tal-ħaddiemasakemm ma jkunx possibbli li b'mod affidabbli jiġi osservat u kontrollat l-esponiment,

assenjament ċar tar-responsabilità tal-produtturi u l-impjegati li tirriżulta mill-użu tan-nanomaterjali,

jekk ikunux ġew indirizzati r-rotot kollha tal-esponiment (bin-nifs, mill-ġilda jew kwalunkwe esponiment ieħor);

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex sa qabel Ġunju 2011, tiġbor inventarju tat-tipi u l-użi differenti tan-nanomaterjali fis-suq Ewropew - filwaqt li tirrispetta sigrieti kummerċjali ġustifikati bħalma huma riċetti - u biex tagħmel dan l-inventarju pubblikament disponibbli; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tirraporta dwar is-sikurezza ta' dawn in-nanomaterjali fl-istess ħin;

17.

Itenni t-talba tiegħu għall-forniment ta' informazzjoni lill-konsumatru dwar l-użu ta' nanomaterjali fi prodotti għall-konsumatur: l-ingredjenti kollha preżenti fil-forma ta' nanomaterjali f'sustanzi, taħlitiet jew oġġetti għandhom ikunu indikati b'mod ċar fuq it-tikketta tal-prodott (eż. fil-lista ta' ingredjenti, l-isem ta' ingredjenti ta' dan it-tip għandu jiġu segwit bil-kelma “nano” bejn parenteżi);

18.

Jitlob biex id-Direttiva 2006/114/KE tiġi infurzata kompletament biex jiġi assigurat li ma jkun hemm l-ebda riklamar qarrieqi li jinvolvi n-nanomaterjali;

19.

Jitlob li jiġu żviluppati b'urġenza protokolli adegwati ta' ttestjar u standards metroloġiċi biex jiġi evalwat il-periklu tan-nanomaterjali u l-esponiment tal-ħaddiema, il-konsumaturi u l-ambjent għalihom tul iċ-ċiklu sħiħ ta' ħajjithom, anke fil-każ ta’ inċidenti, billi jintuża approċċ li multidixxiplinarju;

20.

Jitlob li tingħata spinta ewlenija għall-finanzjament tar-riċerka dwar l-aspetti ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza tan-nanomaterjali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, eż. permezz tal-istabbiliement ta' Fond Ewropew speċjali fi ħdan is-Seba' Programm Qafas; barra minn hekk, jistieden speċifikament lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-kriterji ta' evalwazzjoni taħt is-Seba’ Programm Qafas b'tali mod li s-Seba’ Programm Qafas jattira u jiffinanzja b'mod sinifikanti aktar riċerka biex tittejjeb il-metodoloġija xjentifika għall-evalwazzjoni tan-nanomaterjali;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju bejn l-Istati Membri dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, l-evalwazzjoni tar-riskju, l-iżvilupp ta’ gwida u r-regolament tan-nanomaterjali bl-użu ta’ mekkaniżmi eżistenti (eż. s-Sottogrupp tal-Awtoritajiet Kompetenti dwar in-Nanomaterjali ta' REACH ) jew billi jonħolqu oħrajn, jekk ikun il-każ;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu malajr kemm jista’ jkun id-dħul fis-seħħ ta’ netwerk Ewropea permanenti, u indipendenti responsabbli għall-monitoraġġ tan-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali, programm ta’ riċerka fundamentali u applikata għall-metodi ta’ din is-sorveljanza (b'mod partikolari il-metroloġija, l-osservazzjoni, it-tossiċità u l-epidemjoloġija);

23.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iniedu dibattitu pubbliku fl-UE kollha dwar in-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali u dwar l-aspetti regolatorji tan-nanomaterjali;

24.

Jirrikonoxxi li huwa essenzjali li jitneħħew l-ostakli għall-aċċess għall-privattivi b'mod partikolari għall-VSEs u għall-SMEs u jitlob fl-istess ħin li d-drittijiet li jinsiltu minn privattivi jkunu limitati għal applikazzjonijiet jew metodi ta' produzzjoni speċifiċi ta' nanomaterjali, u li jkunu estiżi biss għan-nanomaterjali nfushom, sabiex jiġi evitat li tinħonoq l-innovazzjoni;

25.

Iqis li hemm bżonn li jiġu żviluppati linji gwida etiċi eżiġenti fi żmien utli, b'mod partikulari għan-nanomediċina, bħalma huma r-rispett għall-ħajja privata, il-kunsens ħieles u ċar, il-limiti stabbiliti għal interventi mhux terapewtiċi fuq il-bniedem, filwaqt li jitħeġġeġ dan il-qasam interdixxiplinari promettenti permezz ta' ċerti teknoloġiji progressivi bħalma huma r-ritratti u d-djanjostika molekolari, li jista' jkollhom impatti spekolatorji għad-djanjosi bikrija u għat-trattament intelliġenti u effettiv meta mqabbel mal-ispiża ta’ ħafna mard; Jitlob lill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji Ġodda biex ifassal opinjoni dwar din il-kwistjoni u jibni fuq l-Opinjoni nru 21 tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2007 dwar “L-aspetti etiċi tan-nanomediċina” u juża bħala bażi l-opinjoni etika maħruġa mill-korpi etiċi nazzjonali tal-UE kif ukoll ix-xogħol li sar mill-organizzazzjonijiet internazzjonali bħal pereżempju l-UNESCO;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni speċjali lid-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp tan-nanoteknoloġija; barra minn hekk, iqis li l-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali konċernati għandha tkun garantita mill-iktar fażi bikrija possibbli.

27.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-ħtieġa li tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni li titratta nanomaterjali li jinħolqu bħala prodotti sekondarji mhux maħsuba tal-proċessi ta’ kombustjoni b'mod li jkun effettiv għall-ispiża;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 426.

(2)  Opinjoni dwar “L-aspetti xjentifiċi tad-definizzjonijiet eżistenti u proposti li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti tan-nanoxjenza u n-nanoteknoloġiji; 29 ta' Novembru 2007”; http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_o_012.pdf u l-Informazzjoni li takkumpanjaha mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-Opinjoni ta' SCENIHR dwar l-Aspetti Xjentifiċi tad-Definizzjonijiet Eżistenti u Proposti li għandhom x'jaqsmu mal-Prodotti tan-Nanoxjenza u n-Nanoteknoloġiji; http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_oc_012.pdf Opinjoni dwar Kemm hi xierqa l-metodoloġija għall-Evalwazzjoni tar-Riskji bi qbil mad-dokumenti ta' gwida teknika għal sustanzi ġodda u eżistenti għall-evalwazzjoni tar-riskji tan-nanomaterjali; 21-22 ta' Ġunju 2007; http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_o_012.pdf Modified opinion (after public consultation) on The appropriateness of existing methodologies to assess the potential risks associated with engineered and adventitious products of nanotechnologies; 10 ta' Marzu 2006; http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_o_012.pdf Opinjoni dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Prodotti tan-Nanoteknoloġiji; 19 ta’ Jannar 2009; http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_o_023.pdf

(3)  Opinjoni dwar is-Sikurezza tan-nanomaterjali fi prodotti kożmetiċi; 18 ta' Diċembru 2007; http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_o_012.pdf

(4)  Opinjoni nru 21, 17 ta’ Jannar 2007.

(5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(7)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1

(8)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(9)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(10)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(11)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(12)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(13)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(14)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(15)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(16)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(17)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(18)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(19)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(20)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2000 dwar il-prinċipju ta’ prekawzjoni (COM(2000)0001).

(21)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009, Testi Adottati, P6_TA(2009)0158.

(22)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009, Testi Adottati, P6_TA(2009)0171.

(23)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tieħu post id-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar l-iskart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(24)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni tal-iskart fil-landfills skont l-Artikolu 16 u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/90


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Dibattitu annwali dwar il-progress li sar fl-2008 fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (AFSJ)

P6_TA(2009)0329

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar id-dibattitu annwali dwar il-progress li sar fl-2008 fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (AFSJ) (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE)

2010/C 184 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6 u 39 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 13, 17-22, 61-69, 255 u 286 tat-Trattat KE, li jikkostitwixxu l-bażijiet legali prinċipali għall-iżvilupp tal-UE u tal-Komunità bħala zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja,

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet Orali lill-Kunsill (B6-0489/2008) u lill-Kummissjoni (B6-0494/2008), dibattuti fis-Sessjoni Plenarja fis-17 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

A.

billi għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam:

l-acquis tal-UE dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-siġurtà qed tikber b'mod sinifikanti, u għalhekk tikkonferma l-għażla mill-Istati Membri biex jinvolvu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b'mod estensiv fit-tfassil tal-politika f'dan il-qasam biex jiġu żgurati l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Unjoni,

il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni, skont l-istħarriġ perjodiku tal-Eurobarometer, qed iħossu dejjem aktar li azzjonijiet fil-livell tal-UE għandhom valur miżjud imqabbla ma dawk li jittieħdu biss fil-livell nazzjonali u żewġ terzi taċ-ċittadini jappoġġjaw azzjonijiet fil-livell tal-UE li jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet fundamentali, (inklużi d-drittijiet tat-tfal) kif ukoll il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu u 18 % biss jikkunsidraw li l-azzjonijiet fil-livell tal-UE ma kellhomx benefiċċju żejjed,

B.

billi l-fatturi pożittivi msemmija hawn fuq ma jistgħux jikkompensaw:

għad-dgħufija legali persistenti u l-kumplessità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE b'mod partikolari fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali li m'għandhomx kontroll demokratiku u ġudizzjarju xieraq fil-livell tal-UE,

għar-riluttanza tal-maġġoranza tal-Istati Membri li jsaħħu l-politiki marbuta mad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet taċ-ċittadini; fl-istess ħin jidher li huwa dejjem aktar essenzjali biex il-mira ma tkunx biss fuq il-każijiet transkonfinali, sabiex jiġu evitati l-istandards doppji fl-istess Stat Membru,

il-ħtieġa kontinwa għal żvilupp ulterjuri u implimentazzjoni korretta tal-politika komuni tal-immigrazzjoni u tal-ażil tal-UE, li qed tiffaċċja dewmien mill-kalendarju miftiehem fil-Programm ta' The Hague u fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil,

għad-diffikultajiet li għandha l-Kummissjoni biex tiżgura implimentazzjoni f'waqtha u korretta ta' leġiżlazzjoni Komunitarja adottata riċentement flimkien mal-immaniġġjar ta' volum għoli ta' korrispondenza, ilmenti u l-ammont tal-każijiet li qed jikber ta' ksur tal-liġi,

għall-bżonn ta' aktar involviment estensiv tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali biex jivvalutaw l-impatt reali fil-prattika tal-leġiżlazzjoni tal-UE,

għan-netwerk li għadu mhux żviluppat biżżejjed tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati f'kull politika tal-AFSJ; huwa importanti li wieħed jinnota li kien biss reċentement li l-Ministri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri iddeċidew li jibnu netwerk immirat biex ikun hemm tisħiħ reċiproku tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u dan għandu jsir għaz-zoni l-oħra tal-AFSJ,

għall-fatt li, anke bejn l-aġenziji tal-UE, il-kooperazzjoni qed tiżviluppa bil-mod u s-sitwazzjoni qed tirriskja li ssir aktar kumplessa bil-multiplikazzjoni ta' korpi oħra b'impenji operazzjonali fil-livell tal-UE,

C.

billi huwa neċessarju li wieħed ifakkar:

fil-pożizzjoni prudenti kontinwa li ħadu l-Kunsill u l-Kummissjoni wara l-adozzjoni mill-Parlament tar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 dwar id-dibattitu annwali dwar il-progress maghmul fl-2007 fiz-Zona tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (AFSJ) (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat) (1), u waqt id-dibattiti Plenarji f'Diċembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea u dwar il-progress fl-AFSJ,

fl-appoġġ mogħti mill-Parlamenti nazzjonali biex iwessgħu l-kooperazzjoni interparlamentari notevolment fl-AFSJ, kif muri mill-kontribuzzjonijiet tagħhom għad-dibattiti ġenerali u f'okkażjonijiet speċifiċi bħar-reviżjoni tar-regoli tal-UE dwar it-trasparenza, id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2), il-leġiżlazzjoni l-ġdida UE-PNR (3), l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom biex jiċċaqalqu u joqogħdu b'mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri (4), l-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi biex jintlaqgħu dawk li qed ifittxu kenn politiku (5) u l-implimentazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ċivili,

1.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li ma rratifikawx it-Trattat ta' Liżbona biex jagħmlu dan kemm jista' jkun malajr għaliex dan se jegħleb in-nuqqasijiet l-aktar sinifikanti fl-AFSJ billi:

joħloq qafas aktar koerenti, trasparenti u legalment sod,

isaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali billi jagħti qawwa vinkolanti il-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) u billi jħalli lill-UE tissieħeb fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

jagħti poter liċ-ċittadini tal-Unjoni u s-soċjetà ċivili billi jinvolvihom fil-proċess leġiżlattiv u jagħtihom aċċess akbar għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ECJ),

jinvolvi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE, u għalhekk jagħmel l-amministrazzjonijiet Ewropej u nazzjonali aktar responsabbli;

2.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex:

(a)

jinvolvu formalment lill-Parlament Ewropew li jkun għadu kif ġie elett fl-adozzjoni tal-programm pluriennali tal-AFSJ li jmiss għall-perjodu 2010-2014, għaliex dan il-programm, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, għandhu jkun implimentat principalment mill-Kunsill u mill-Parlament permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni; meta wieħed jikkunsidra li programm plurienneali bħal dan għandu wkoll imur ħafna 'l bogħod mis-suġġerimenti li hemm fir-rapporti tal-Gruppi Futuri tal-Kunsill, il-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu involuti għax għandu jkollhom irwol essenzjali biex ifasslu l-prijoritajiet u biex jimplimentawhom fil-livell nazzjonali;

(b)

jiffokaw fuq il-programm pluriennali futur, u primarjament fuq it-titjib tad-drittijiet fundamentali u dawk taċ-ċittadini kif irrakkomandat reċentement mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea 2004-2008, (6) billi jiġu żviluppati l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti biċ-Charter, li l-istituzzjonijiet ipproklamaw f'Nizza fl-2000 u wkoll fi Strasbourg fit-12 ta' Diċembru 2007;

3.

Jikkunsidra li huwa urġenti u xieraq li l-Kummissjoni:

(a)

tieħu inizjattivi urġenti biex ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini bħal ma huma dawk tal-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni diplomatika u konsulari u dwar il-moviment ħieles u r-residenza;

(b)

tiżviluppa mekkaniżmu biex jiġi żgurat involviment aktar estensiv taċ-ċittadini fid-definizzjoni tal-kontenut ta' ċittadinanza tal-Unjoni billi jiġu żviluppati mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u tappoġġja n-netwerks tal-partijiet interessati;

(c)

tissottometti programm sħiħ ta' miżuri tal-UE li jsaħħu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut u l-garanziji meħtieġa fil-fażijiet ta' qabel u wara l-ġuri, b'mod partikolari, meta dan jikkonċerna persuni li ma jkunux ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat, u b'mod ġenerali tiżviluppa skrining tal-miżuri tas-sigurtà u l-ġustizzja kriminali tal-UE fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini;

(d)

tiġbor u xxerred, fuq bażi regolari, id-dejta newtrali kollha rilevanti dwar l-evoluzzjoni tal-politiki ewlenin tal-AFSJ, bħall-flussi migratorji, l-evoluzzjoni tal-kriminalità organizzata u b'mod partikolari it-terroriżmu 2008 (ara l-Organised Crime Threat Assessment (OCTA) tal-UE u l-EU Terrorism Situation u Trend Report (TE-SAT) mill-Europol);jiġbru u diffużi, fuq bażi regolari, kollha rilevanti newtrali data dwar l-evoluzzjoni ta 'l-AFSJ politiki ewlenin bħall-flussi migratorji, l-evoluzzjoni tal-kriminalità organizzata u b'mod partikolari tat-terroriżmu (ara l-UE Organised Crime Threat Assessment (OCTA) u l-EU Terrorism Situation and Trend Report 2008 (TE-SAT) mill-Europol);

(e)

tippreżenta mill-aktar fis possibbli l-istrumenti legali pendenti dwar il-kategoriji oħra ta' ħaddiema li jkollhom karta blu tal-UE minn pajjiżi terzi, bħall-ħaddiema staġunali, persunal li jiġi trasferit fi ħdan korporazzjoni u trainees imħallsa, u dwar il-mandat tal-FRONTEX; b'mod partikulari, għandha tiżgura li l-FRONTEX ikollha biżżejjed riżorsi sabiex tiżgura l-objettivi tagħha u sabiex iżżomm lill-Parlament infurmat b'mod sħiħ dwar in-negozjati ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-immigrazzjoni;

(f)

tistabbilixxi Politika Ewropea għas-Sigurtà Interna, li għandha tikkomplementa l-pjanijiet nazzjonali ta' sigurtà sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-parlamenti nazzjonali jkollhom idea ċara tal-valur miżjud tal-azzjoni mill-UE; b'mod partikolari, issaħħaħ il-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra ċerti tipi ta' kriminalità organizzata bħat-traffikar tal-bnedmin, l-esplojtazzjoni sesswali tat-tfal u l-korruzzjoni, billi tittieħed azzjoni effettiva u jintużaw l-għodod ta' kooperazzjoni kollha disponibbli biex jinkisbu riżultati li jistgħu jitkejlu, inkluża azzjoni bl-għan li jiġi adottat strument leġiżlattiv dwar il-konfiska ta' assi finanzjarji u proprjetà tal-organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali u dwar l-użu mill-ġdid tagħhom għal skopijiet soċjali;

(g)

tkompli timplimenta l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tad-deċizjonijiet legali, kemm fl-isfera tal-ġustizzja ċivili kif ukoll tal-ġustizzja kriminali, fl-istadji kollha tal-proċedura ġudizzjarja, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġustizzja kriminali, biex tiżgura sistema ta' rikonoxximent u l-aċċettabilità reċiproka ta' evidenza madwar l-UE bl-akbar kunsiderazzjoni tar-rispett tad-drittijiet fundamentali;

(h)

tissupplimenta l-iżvilupp tar-rikonoxximent reċiproku permezz ta' serje ta' miżuri li jsaħħu l-fiduċja reċiproka, b'mod partikolari, billi tiżviluppa xi approssimazzjoni tal-liġi kriminali proċedurali, u l-evalwazzjoni tad-drittijiet proċedurali, it-titjib sostanzjali reċiproku tal-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja u t-titjib tal-modi biex tiġi żviluppata fiduċja reċiproka fi ħdan il-professjoni ġudizzjarja, bħaż-żieda fit-taħriġ ġudizzjarju u l-appoġġ tan-netwerking;

(i)

tibni strateġija esterna tal-UE, trasparenti u effiċjenti fl-AFSJ, ibbażata fuq politika kredibbli, partikolarment meta l-Komunità għandha kompetenza esklussiva, per eżempju fil-ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni u l-politiki dwar il-viża (bħal fil-każ dwar il-kwistjoni tat-tneħħija tal-viża tal-Istati Uniti);

(j)

tistieden lill-Kunsill jikkonsulta mal-Parlament regolarment anki fil-każ ta' ftehimiet internazzjonali li jittrattaw l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, għaliex ir-rifjut attwali mill-Kunsill li jagħmel hekk huwa kontra l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali u tar-responsabilità demokratika tal-UE; tistieden lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex tippreżenta kriterji dwar l-iżvilupp ta' politika tal-UE xierqa, dwar ftehimiet ma' pajjiżi terzi dwar assistenza legali reċiproka jew dwar l-estradizzjoni fi kwistjonijiet kriminali b'konsiderazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(k)

tintroduċi leġiżlazzjoni speċifika li tagħti protezzjoni diplomatika u konsulari għaċ-ċittadini kollha tal-UE sew jekk l-Istat Membru in kwistjoni huwa rappreżentat fit-territorju tal-pajjiż terz u sew jekk le;

(l)

tissottometti proposti ġodda sabiex tikkonforma mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-każ tal-iffriżar tal-assi ta' persuni naturali u legali, anke b'referenza għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja relatati mal-persuni elenkati fl-Annessi għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (7);

(m)

issaħħaħ il-fiduċja reċiproka u s-solidarjetà bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri billi:

tistabbilixxi, b'kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, standards ogħla tal-kwalità tal-Ġustizzja (8) u l-kooperazzjoni tal-pulizija;

issaħħaħ u tiddemokratizza l-mekkaniżmi ta' valutazzjoni reċiproka diġa' pprovduti fil-kuntest tal-kooperazzjoni ta' Schengen u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

twessa' l-mudell tal-evalwazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri stabbiliti għal Schengen għall-politiki kollha tal-AFSJ fejn ċittadini minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi huma kkonċernati (bħal l-politiki ta' migrazzjoni u integrazzjoni, iżda wkoll għall-implimentazzjoni ta' programmi kontra t-terroriżmu u kontra r-radikalizzazzjoni);

(n)

tistabbilixxi koordinazzjoni u komplementarjetà aktar estensivi bejn l-aġenziji eżistenti tal-UE u dawk futuri bħall-Europol, il-Eurojust, il-FRONTEX, is-Cepol, għaliex dawn il-korpi għandhom imorru lilhinn mill-kooperazzjoni embrijonika u inċerta tagħhom u għandhom jistabbilixxu rabtiet aktar mill-qrib mas-servizzi nazzjonali korrispondenti u jilħqu standards ogħla ta' effiċjenza u sigurtà u li jkunu aktar responsabbli u trasparenti quddiem il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

(o)

tkompli tiżviluppa u ssaħħaħ, fuq bażi kontinwa, il-politika komuni tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar tal-fruntieri, filwaqt li tenfasizzata l-ħtieġa li tiġi definita, malajr kemm jista' jkun, arkitettura globali għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-fruntieri, kif ukoll il-mod ta' kif il-programmi u l-proġetti kollha relatati għandhom jinteraġixxu u jiffunzjonaw, bil-għan li jitjieb il-mod ta' kif jinterrelataw, u tkun evitata d-duplikazzjoni jew l-inkonsistenza;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel l-isforzi kollha meħtieġa bil-għan li jitwettqu l-proġetti kollha konċernati u jiġi żgurat li l-VIS u l-SIS II ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun;

5.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni ma tippreżentax proposti leġiżlattivi b'mod prematur għall-introduzzjoni ta' sistemi ġodda, b'mod partikulari s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ, sakemm jitwettqu u jibdew jitħaddmu l-VIS u l-SIS II; huwa favur l-evalwazzjoni tal-ħtieġa reali għal sistema bħal din, minħabba l-inkroċjar evidenti tagħha mas-sett ta' sistemi li jeżistu diġà; jemmen li hu essenzjali li jiġi eżaminat kwalunkwe tibdil meħtieġ fis-sistemi eżistenti u li tiġi pprovduta stima xierqa tal-ispejjeż reali tal-proċess kollu;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-proposta tagħha għal programm pluriennali ir-rakkomandazzjonijiet deskritti hawn fuq u dawk ippreżentati mill-Parlament fir-Riżoluzzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija tal-25 ta' Settembru 2008 u tal-14 ta' Jannar 2009, kif ukoll fir-riżoluzzjonijiet li ġejjin;

ir-Riżoluzzjoi tat-2 ta' April 2009 dwar il-problemi u l-prospettivi taċ-Ċittadinanza Ewropea (9),

ir-Riżoluzzjoni tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (10),

ir-Riżoluzzjoni tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi (11), u

ir-Riżoluzzjoni tal-10 ta' Marzu 2009 dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (12),

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0458.

(2)  ĠU L 164, 22.06.2002, p. 3.

(3)  Proposta għal Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi (COM(2007)0654).

(4)  ĠU L 158, 30.04.2004, p. 77.

(5)  ĠU L 31, 6.02.2003, p. 18.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2009)0019.

(7)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(8)  Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-kwalità tal-ġustizzja kriminali u l-armonizzazzjoni tal-liġi kriminali fl-Istati Membri (ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 109).

(9)  Testi adottati, P6_TA(2009)0204.

(10)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 317.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2009)0085.

(12)  Testi adottati, P6_TA(2009)0087.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/94


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Konklużjonijiet tas-Samit tal-G20

P6_TA(2009)0330

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar is-Samit tal-G20 ta’ Londra tat-2 ta’ April 2009

2010/C 184 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Mexxejja (Pjan Globali għall-Irkupru u r-Riforma) maħruġ wara is-Samit tal-Grupp ta’ Għoxrin (G20) ta’ Londra kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar “It-tisħiħ tas-Sistema Finanzjarja” u dwar “L-għoti ta’ riżorsi permezz tal-Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali”, tat-2 ta’ April 2009,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ progress dwar il-ġurisdizzjonijiet sorlveljati mill-forum globali tal-OECD fl-implimentazzjoni tal- istandard miftiehem internazzjonalment, li jirrikjedi l-iskambju ta’ informazzjoni fuq domandi dwar il-kwistjonijiet kollha tat-taxxa għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġi dwar it-taxxa domestika, tat-2 ta’ April 2009,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-19 u tas-20 ta’ Marzu 2009,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, bl-isem “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew” (COM(2009)0114),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja tal-UE, immexxi minn Jacques de Larosière, tal-25 ta’ Frar 2009,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2008 bit-titolu “Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2008)0706),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ April 2009 dwar “Appoġġ lill-Pajjiżi li qed jiżviluppaw biex dawn ikampaw mal-kriżi” (COM(2009)0160),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) bit-titolu “Il-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja dinjija għal pajjiżi bi dħul baxx”, ta’ Marzu 2009,

wara li kkunsidra L-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju (MDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti u l-impenji tal-Istati Membru tal-UE li jipprovdu assistenza biex jindirizzaw il-problemi tal-ġuħ u l-faqar,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Programm Għall-Ambjent tan-NU, bit-titolu “Barra mill-Kriżi – Opportunità” tas-16 ta’ Frar 2009, li ħeġġeġ lill-G20 biex jippreżentaw “Ftehim Ġdid Aħdar Globali”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Organiżżazzjoni internazzjonali tax-xogħol (ILO) u l-Istitut Internazzjonali għall-Istudju dwar ix-Xogħol, bit-titolu “Il-Kriżi Finanzjarja u Ekonomika: Perspettiva ta’ Xogħol Diċenti” tal-24 ta’ Marzu 2009, li jħeġġeġ lill-G20 biex iressqu pakkett ikkoordinat ta’ stimuli li jkun orjentat lejn il-protezzjoni soċjali u l-ħolqien tal-impjiegi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi d-dinja qegħda tiżżerżaq aktar f’reċessjoni li l-effetti tagħha l-ebda pajjiż u l-ebda settur ma għandu jistenna li jista’ jevita, u billi l-prestazzjoni ekonomika dinjija qed tiddeterjora malajr matul l-2009, u l-aktar tbassiriet ottimisti qed ibassru biss irkupru bil-mod il-mod fl-2010,

B.

billi l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali rriżultaw f’ċirkustanzi ekonomiċi eċċezzjonali li jeħtieġu miżuri f’waqthom, immirati, temporanji u proporzjonali u deċiżjonijiet bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet għal sitwazzjoni globali bla preċedenti fil-qasam tal-ekonomija u tal-impjiegi,

C.

billi l-isfidi ewlenin li jridu jiġi indirizzati biex tiġi miġġielda l-qalba għall-agħar fl-ekonomija internazzjonali u Ewropea huma n-nuqqas ta’ kunfidenza fis-swieq finanzjarji u kapitali, kif ukoll il-qgħad li qed jiżdied u t-tnaqqis fil-kummerċ internazzjonali,

D.

Billi r-reċessjoni ta’ bħalissa għandha tintuża bħala opportunità biex jiġu promossi l-miri ta’ Liżbona-Göteborg u l-impenn globali biex jiġu miġġielda l-qgħad u l-bidla fil-klima u jitnaqqas il-konsum tal-enerġija,

E.

billi l-Pjan Dinji għall-Irkupru u r-Riforma (Pjan Dinji) jinkludi l-għanijiet li ġejjin: (1) it-tiġdid tal-fiduċja, it-tkabbir u l-impjiegi; (2) it-tiswija tas-sistema finanzjarja biex jerġa’ jinbeda t-tislif; (3) it-tisħiħ tar-regolamenti finanzjarji u l-bini mill-ġdid tal-fiduċja; (4) il-finanzjament u r-riforma tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali biex tingħeleb il-kriżi u jiġu evitati kriżijiet futuri; (5) il-promozzjoni tal-kummerċ dinji u tal-investiment, tisħiħ tal-prosperità, u it-tiċħid tal-protezzjoniżmu; u (6) il-bini ta’ ekonomija inklużiva, favur l-ambjent u sostenibbli,

F.

billi l-koordinazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-ħidma tal-irkupru u tal-bini mill-ġdid tal-ekonomija dinjija,

G.

billi s-sħubija fiż-żona tal-Euro wriet li ssaħħaħ l-istabilità ekonomika fl-Istati Membri rilevanti, b’riżultat tal-isforzi tagħhom li jikkonformaw mal-kriterji ta’ Maastricht u mad-dispożizzjonijiet tal-Patt għall-Istabilità u t-Tkabbir, kif ukoll tal-protezzjoni tal-ekonomiji tagħhom mill-varjazzjonijiet tal-kambju,

H.

billi bosta Stati Membri ffaċċjaw bilanċ iebes ta’ problemi fil-ħlasijiet, u billi xi Stati Membri kellhom jirrikorru għall-għajnuna mill-IMF u mill-UE,

I.

billi l-MDGs, b’mod partikolari l-qirda tal-faqar u tal-ġuħ estrem, għandhom isaħħu l-koperazzjoni bejn l-UE u l-ACP fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou,

J.

billi, bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja, xi pajjiżi donaturi naqqsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u pperikolaw l-isforzi li jintlaħqu l-MDGs,

K.

billi l-pajjiżi tal-ACP huma dipendenti fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti bażiċi li jikkostitwixxu ’l fuq minn 50 % tad-dħul f’munita barranija, u billi l-kriżi finanzjarja qed twassal għal tnaqqis fl-esportazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u fil-flussi ta’ flus mibgħuta lejn dawn il-pajjiżi, għal aċċess imnaqqas għal kreditu u tnaqqis fl-investiment dirett barrani, kif ukoll għal tnaqqis kbir fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi,

L.

billi l-offshore centres jagħmlu possibbli li jkun hemm evitar u evażjoni tat-taxxa u tar-regolamenti finanzjarji,

M.

billi t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali qed ibatti minħabba n-nuqqas ta’ kreditu u finanzi u minħabba t-tnaqqis ġenerali fl-ekonomija dinjija,

N.

billi jeħtieġ li jkun hemm koperazzjoni multilaterali biex tiġġieled il-miżuri protezzjonisti li l-kriżi finanzjarja/ekonomika tista’ twassal għalihom,

Rimarki ġenerali

1.

Jilqa’ l-Pjan Dinji tal-G20 għall-Irkupru u r-Riforma; jinnota li l-Pjan Globali huwa konformi mal-isforzi li diġà twettqu fi ħdan l-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu evitati politiki konfliġġenti li l-effetti tagħhom jikkanċellaw lil xulxin; jilqa’ l-fatt li G-20 għarrfu li kriżi globali teħtieġ soluzzjoni globali u strateġija integrata biex jinġiebu lura l-fiduċja, it-tkabbir u l-impjiegi; jikkunsidra li tali-għarfien jeħtieġ segwitu serju fil-laqgħa li jmiss tal-G20 li se ssir fil-bidu tal-ħarifa tal-2009;

2.

Jemmen li l-ħidma li għandhom quddiemhom il-mexxejja tad-dinja m’huwiex li jraqqgħu s-sistema finanzjarja u ekonomika preżenti, imma li jirrikonoxxu li jeħtieġ li jinstab bilanċ ġdid fil-qafas regolatorju li jagħti konsiderazzjoni lis-sostenibilità ambjentali u soċjali, l-opportunitajiet, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi msaħħa kif ukoll il-ġustizzja soċjali u l-partiċipazzjoni; jappella biex tiġi żviluppata regolamentazzjoni aħjar u li tkopri l-ambiti kollha u superviżjoni għal qafas regolatorju u ta’ governanza ġdid; jikkunsidra li l-G20 kellhom jindirizzaw il-problema ta’ żbilanċi globali fil-kummerċ u l-finanzi li kellhom rwol fundamentali fil-kriżi ekonomika attwali;

3.

Jenfasizza l-fatt li l-impenji kollha meħuda għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ, għandhom jiġu implimentati malajr u jingħataw sustanza, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali, sabiex terġa’ tinbena fiduċja u biex tinkiseb l-ogħla effettività possibbli; jieħu nota tal-arranġamenti magħmula mill-Bord ta’ Stabbilita’ (FSB) u tal-IMF li jissorveljaw il-progress magħmul fuq il-Pjan Dinji miftiehem u jistedinhom jippreżentaw ir-rapport tagħhom lill-Parlament;

4.

Jisħaq li l-prijorità immedjata għandha tkun li l-ekonomija reali terġa’ tibda timxi, li jkun żgurat li s-swieq tal-kapital u s-self jaħdmu sewwa, li l-impjiegi jiġu sostnuti u promossi, u li n-nies jitħarsu mill-impatt negattiv tal-kriżi, b’attenzjoni speċjali għal dawk li huma l-ifqar u l-aktar vulnerabbli;

5.

Ifaħħar il-G20 talli bosta drabi għażlu soluzzjonijiet ibbażati fuq self u garanziji, fattur li ser jimmassimizza l-effetti ekonomiċi filwaqt li jgħin fit-tnaqqis tal-impatt fit-tul fuq it-teżor tal-gvern tal-pakkett ta’ miżuri li jiswa aktar minn 1 triljun dollaru Amerikan;

Lura għat-tkabbir u l-impjiegi

6.

Jilqa’ l-ftehim li jingħataw EUR 832 biljun f’aktar riżorsi finanzjarji għall-IMF, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u finanzi tal-kummerċ, flimkien mal-impenn li jitwettaq l-isforz fiskali sostnut tal-iskala meħtieġa biex jinġiebu lura l-kreditu, it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija dinjija filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibilità fiskali fuq żmien fit-tul; jinnota, madankollu, li ma ġie miftiehem l-ebda stimolu fiskali Ewropew ieħor; jagħraf li l-marġini għall-azzjoni huwa differenti għal kull pajjiż, imma li kull wieħed jeħtieġ li jaġixxi fil-limiti tal-possibilitajiet tiegħu;

7.

Jagħraf l-irwol essenzjali tal-banek ċentrali f’dan il-kompitu u t-tnaqqis malajr tar-rati tal-interessi min-naħa tagħhom, u jilqa’ l-impenn tal-G20 li tiġi evitata żvalutazzjoni kompetittiva tal-muniti nazzjonali, li twassal għal ċirku vizzjuż; jilqa’ t-tnaqqis suċċessiv fir-rati tal-interessi min-naħa tal-Bank Ċentrali Ewropew sabiex jissaħħaħ it-tkabbir, u l-provvista ta’ malajr, min-naħa tiegħu, ta’ faċilitajiet finanzjarji fuq medda qasira ta’ żmien bil-għan li jerġa’ jitqawwa s-self bejn il-banek; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-mogħdija tat-tnaqqis fir-rati tal-interessi lil min jissellef; jitlob li tittieħed kull miżura li tippermetti li s-swieq finanzjarji jiffunzjonaw tajjeb mill-ġdid, inklużi miżuri biex irawmu mill-ġdid is-self domestiku u l-flussi kapitali internazzjonali;

8.

Jinnota bi tħassib iż-żidiet b’ħeffa li kien hemm fid-dejn pubbliku u fid-defiċits baġitarji; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti finanzi Statali b’saħħithom mill-aktar fis u li tiġi żgurata sostenibilità fiskali fuq medda twila ta’ żmien sabiex jiġi evitat li jitpoġġa piż eċċessiv fuq il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, filwaqt li jinnota li, b’bażi ta’ kull pajjiż għalih, dan għandu jitqies fil-kuntest tad-dejn totali;

9.

Jiddeplora l-fatt li l-iżbilanċi globali, li huma l-għerq tal-kriżi finanzjarja, ma ġewx indirizzati mis-samit tal-G20; ifakkar li biex tiġi evitata kriżi finanzjarja oħra fil-ġejjieni, għandhom jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin (i.e. il-finanzjament tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Uniti mill-bilanċi favorevoli eċċessivi taċ-Ċina), li l-implikazzjonijiet tagħhom imorru lil hinn mill-qasam tar-regolamentazzjoni bankarja u finanzjarja u mit-tmexxija istituzzjonali; jikkunsidra li risposta multilaterali effettiva għall-kriżi trid tinvolvi li l-kawżi tal-iżbilanċi tar-rati tal-kambju u tal-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi jkunu indirizzati fi ħdan l-oqsfa multilaterali; għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex jadotta pożizzjoni komuni sabiex jittratta dawn il-kwistjonijiet qabel is-samit tal-G20 li jmiss li ser isir f’New York;

It-Tisħiħ tas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarji

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ komuni għar-regolamentazzjoni aħjar tas-settur finanzjarju u għas-superviżjoni finanzjarja mtejba fuq il-bażi ta’ konsistenza u koperazzjoni sistematika akbar bejn il-pajjiżi; iħeġġeġ lill-gvernijiet kollha biex jaġixxu skont l-impenji li għamlu matul il-laqgħa tal-G20; jikkunsidra li d-deċiżjonijiet meħuda u l-impenji mogħtija fis-Samit tal-G20 jirrappreżentaw minimu u mhux massimu; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Unjoni Ewropea hija aktar ambizzjuża rigward l-ambitu u r-rekwiżiti tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni;

11.

Jenfasizza l-importanza li terġa’ tinbena l-fiduċja fis-settur finanzjarju li huwa fundamentali biex jerġa’ jiġi għal li kien is-self lill-ekonomija reali kif ukoll għall-flussi ta’ kapital internazzjonali; jinsisti fuq il-bżonn li, b’mod urġenti, jiġu affrontati l-assi bankarji mdgħajfa li qed jikkostrinġu s-self; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw żvelar komplet u trasparenti min-naħa tal-banek rigward id-dannu tal-karti tal-bilanċ, filwaqt li jikkunsidraw l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Trattament tal-Assi Danneġġati fis-Settur Bankarju Komunitarju (2) u biex jaġixxu b’mod koordinat filwaqt li jirrispettaw ir-regoli tal-kompetizzjoni jistieden lill-gvernijiet tal-G20 biex jikxfu l-mod kif jaħdmu l-programmi tal-assi danneġġati tagħhom u x’riżultati qed jinkisbu minnhom; jirrakkomanda li l-koperazzjoni internazzjonali tiġi massimizzata u li l-protezzjoniżmu finanzjarju u regolatorju jiġi mwarrab;

12.

Jilqa’ d-deċiżjoni li jiġu rregolalati u ssorveljati l-istituzzjonijiet, is-swieq, u l-istrumenti sistematikament imporanti kollha (inklużi l-hedge funds), imma jemmen li huma meħtieġa aktar miżuri biex jixxejnu l-eċċessi spekulattivi u li r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni għandhom jinkludu dawk l-attivitajiet li d-daqs tagħhom individwalment jista’ jkun iġġudikat bħala non-sistemiku, imma li kollettivament jirrappreżentaw riskju potenzjali għall-istabilità finazjarja; jinsisti fuq il-bżonn li jiġu żviluppati mekkaniżmi effiċjenti ta’ koperazzjoni u ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali biex tiġi żgurata superviżjoni transkonfinali effettiva filwaqt li jinżammu l- iswieq miftuħa;

13.

Japprova d-deċiżjoni tal-G20 li jadottaw il-qafas ta’ kapital Basel II u l-intenzjoni tagħha li tagħmel sforzi biex jissaħħu l-istandards regolatorji prudenzjali mill-aktar fis possibbli;

14.

Huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġu implimentati b’mod urġenti f’livell għoli prinċipji għall-koperazzjoni transkonfinali dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet; fid-dawl tal-interazzjonijiet dejjem akbar bejn is-sistemi finanzjarji nazzjonali, iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti biex jikkoperaw f’livell internazzjonali bil-għan li jħejju ruħhom għall-kriżijiet finanzjarji u jimmaniġġjawhom;

15.

Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-G20 li jiġu promossi l-integrità u t-trasparenza fis-swieq finanzjarji kif ukoll li tiżdied ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji; jilqa’ b’sodisfazzjon il-wegħda solenni tal-G20 li jirriformaw l-iskemi ta’ rimunerazzjoni b’mod iktar sostenibbli bħala parti mir-reviżjoni regolatorja finanzjarja u jinsisti fuq l-importanza li l-inċentivi jiġu marbuta mal-prestazzjoni fit-tul, li jiġu evitati dawk l-inċentivi li jħajru għan-nuqqas ta’ responsabilità u li tkun iggarantita applikazzjoni fl-industrija kollha kemm hi tal-prinċipji l-ġodda sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet li jkunu ġusti għall-partijiet kollha interessati; se jibqa’ estremament viġilanti fejn tidħol l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji marbutin mal-pagi u mar-rimunerazzjoni fl-istituzzjonijiet finanzjarji u jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri aktar strinġenti f’dan il-qasam;

16.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri fir-rigward tal-aġenziji tal-gradazzjoni tal-kreditu li jimmiraw li jżidu t-trasparenza u jsaħħu l-koperazzjoni bejn awtoritajiet superviżorji nazzjonali; għadu jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ kompetizzjoni f’dan is-settur u jitlob li jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-ostakoli għad-dħul fis-suq;

17.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni li jintlaħaq ftehim dwar sett wieħed ta’ standards tal-kontabilità, jiddeplora l-fatt li l-Bord tal-Istandards tal-Kontabilità Finanzjarja emenda d-definizzjoni tal-valur ġust għall-parteċipanti tas-suq tal-Istati Uniti tal-Amerka, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex lill-IAS 39 iġibhom konformi ma’ dan il-ftehim mingħajr ma toqgħod tistenna deċiżjoni mill- Bord tal-Istandards tal-Kontabilità Finanzjarja;

18.

Jistieden lis-Samit li jmiss tal-G20 sabiex jilħaq ftehim dwar azzjoni kkoordinata u konkreta, kemm sabiex jingħalqu l-paradisi fiskali u regolatorji, kif ukoll biex jingħalqu l-lakuni fiskali u regolatorji “onshore” li jippremettu li t-taxxa tiġi evitata b’mod l-aktar mifrux ukoll fiċ-ċentri finanzjarji l-prinċipali; jilqa’ l-istqarrija tal-G20 dwar is-segretezza tal-banek, u jfaħħar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bħala l-għodda l-aktar effettiva biex iffaċċja l-evitar tat-taxxi, jirrakkomanda li l-Unjoni Ewropea għandha tadotta qafas leġiżlattiv adegwat għaliha fir-rigward ta’ paradisi fiskali u jitlob lis-sħab internazzjonali tagħha biex jagħmlu l-istess;

It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet finanzjarji globali tagħna

19.

Jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni li l-irwol ċentrali ta’ koordinazzjoni tal-aġenda miftiehma jingħata lill-FSB li dan l-aħħar ingħata isem ġdid u ġie mkabbar; jappoġġja d-deċiżjoni tal-G20 li l-Bord jingħata bażi istituzzjonali iktar b’saħħitha u setgħat aqwa; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm qbil ġenerali dwar il-prinċipji komuni u li tkun żgurata l-konverġenza tar-regoli fil-qasam tas-servizzi finanzjarji biex wieħed ikun jista’ jlaħħaq mal-partijiet li għandhom irwol fis-suq globali;

20.

Jilqa’ b’sodisfazzjon u jappoġġja bis-sħiħ it-talba magħmula mill-Assemblea Parlamentari EUROLAT fit-8 ta’ April 2009 lill-pajjiżi tal-LAC-EU biex jaġixxu flimkien sabiex jeqirdu r-rifuġji fiskali kollha fit-territorju tagħhom u biex jaħdmu fuq livell internazzjonali biex jinqerdu l-bqija u favur sanzjonijiet kontra kumpaniji u individwi li jużaw is-servizzi tagħhom;

21.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-pjan tal-G20 għal riforma tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u jitlob sabiex dawn ir-riformi jinbdew mill-aktar fis possibbli; jistenna riforma applikabbli b’mod mifrux ħafna ta’ governanza ekonomika u finanzjarja globali, li trid tippromwovi d-demokrazija, it-trasparenza u l-kontabilità u tiżgura l-koerenza bejn il-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali, u jħeġġeġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-kundizzjonalitajiet applikati lill-biċċa l-kbira tas-self tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Bank Dinji;

22.

Barra minn hekk, jitlob li fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali r-rappreżentanza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw tittejjeb; jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn għal proċess ta’ selezzjoni miftuħ, trasparenti u bbażat fuq il-mertu għall-ħatra tal-mexxejja tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea, bħala konsegwenza ta’ dan, biex titkellem b’vuċi waħda;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel valutazzjoni taż-żieda tad-Drittijiet ta’ Ġbid Speċjali tal-FMI f’ konformita’ ma li jista’ jiġi meħtieġ u jitlob lill-BĊE biex jevalwa tal-effetti ta’ tali żieda fuq l-istabilità tal-prezzijiet madwar id-dinja kollha;

Ir-reżistenza kontra l-protezzjoniżmu u l-promozzjoni tal-kummerċ u l-investiment globali

24.

Jappoġġja l-wegħda solenni tal-G20 li jżidu r-riżorsi disponibbli għall-istituzzjonijiet finanzjari dinjija b’USD 850 biljun sabiex jiġi appoġġjat it-tkabbir fis-swieq li qed jissawru u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda sostanzjali fir-riżorsi tal-FMI, li huwa l-fornitur prinċipali ta’ assistenza finanzjarja lill-pajjiżi bi problemi ta’ bilanċi tal-ħlasijiet, inklużi l-Istati Membri tal-UE, u li jaġixxi biex jappoġġja t-tkabbir fi swieq li qed jissawru u f’pajjiżi li qed jiżviluppaw;

25.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress magħmul mill-IMF bil-Linja ta’ Kreditu Flessibbli l-ġdida tiegħu, billi resaq ’il bogħod mis-self preskrittiv u riġidu tiegħu preċedenti u mill-qafas ta’ kundizzjonalità li kellu, hekk kif muri fir- rapport tal-IMF intitolat “l-implikazzjonijiet tal-kriżi finanzjarja dinjija għall-pajjiżi bi dħul baxx”, fejn qal illi “fit-tfassil ta’ politiki ta” nfiq, il-prijorità għandha tingħata lill-protezzjoni jew l-espansjoni tal-programmi soċjali jew lit-tressiq “il quddiem ta’ investimenti approvati, u, b’mod ġenerali, liż-żamma tal-momentum kif inhu lejn il-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp”;

26.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn affermat mill-ġdid fil-Pjan Dinji lejn l-MDGs u l-wegħda li jkun hemm żieda ta’ USD 50 biljun disponibbli “għall-appoġġ tal-protezzjoni soċjali, biex tingħata spinta lill- kummerċ u għas-salvagwardja tal-iżvilupp fil-pajjiżi bi dħul baxx”; jitlob li dawk il-fondi jinħargu mhux biss bħala selft, imma wkoll fis-sura ta’ għotjiet diretti fejn ikun possibbli, sabiex tkun appoġġjata l-protezzjoni soċjali u tingħata spinta lill-kummerċ;

27.

Jiddeplora l-fatt li l-wegħdiet tal-G20 dwar “Aid for Trade” u għall-għajnuna barranija għall-iżvilupp (ODA) ma kinux biżżejjed; jenfasizza li, għalkemm il-Pjan Dinji jelenka miżuri finanzjarji għaż-żieda fir-riżorsi għad-dinja li qed tiżviluppa permezz tal-Bank Dinji u tal-FMI, ma kien hemm l-ebda impenn speċifiku biex jiġi żgurat li l-“Aid for Trade” jirrappreżenta finanzjament addizzjonali;

28.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-wegħda solenni li jkomplu jippromwovu l-kummerċ u l-investiment globali; jinsab allarmat, madankollu, minħabba t-tnaqqis fil-kummerċ dinji, ħaġa li qed thedded li r-reċessjoni globali tkompli tmur għall-agħar; jisħaq fuq l-importanza li tintlaħaq konklużjoni rapida u ta’ suċċess tar-Rawnd ta’ Doha li sservi biex tirrimedja l-iżbilanċi fis-sistema dinjija tal-kummerċ li kienu ta’ detriment għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

29.

Iwarrab kull forma ta’ protezzjoniżmu kemm fl-ekonomija reali u kemm fis-settur finanzjarju bħala reazzjoni għat-tnaqqis fl-attività ekonomika u għall-kummerċ dinji li qed jonqos;

30.

Jistieden lis-Samit li jmiss tal-G20 wkoll biex jindirizza r-riforma tas-sistema dinjija tal-kummerċ u l-governanza tad-WTO bil-għan li jiġi promoss kummerċ ġust, jitreġġgħu lura l-inugwaljanzi li kulma jmur qed jikbru bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, tittejjeb il-koerenza bejn il-politiki kummerċjali, soċjali u ambjentali u biex id-WTO issir aktar demokratika, trasparenti u responsabbli;

31.

Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw azzjonijiet u strumenti mdaħħlin b’rispons għall-kriżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tagħmel rispons ikkoordinat; jitlob li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet hekk identifikati tkun ivvalutati fir-rapport Monterrey li jmiss dwar l-iżvilupp tal-iffinanzjar;

32.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-kriżi persistenti tal-ikel, li teħtieġ azzjoni u riformi immedjati biex ikun żgurat li l-produzzjoni agrikola tkun waħda sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

L-iżgurar ta’ rkupru ġust u sostenibbli għal kulħadd

33.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-G20 tal-importanza ta’ ekonomija dinjija aktar sostenibbli; jenfasizza wkoll li huwa tassew kritiku li tintlaħaq ftehim vinkolanti dwar il-bidla fil-klima fil-konferenza ta’ Kopenħagen li se ssir ma ddumx; jenfasizza, madankollu, li l-mexxejja tal-G20 għandhom jirrikonoxxu n-natura wiesgħa tal-isfidi globali tas-sostenibilità, bħal m’huma l-pixkeriji, il-foresti, u l-kriżijiet tal-ilma, li l-iktar li jaffettwaw huma lill-persuni li jgħixu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi, fil-kuntest tar-riflessjoni dwar il-futur tal-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-proċessi neċessarji li għandhom il-għan li jikkunsidraw għalkollox l-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima għall-politiki kollha eżistenti;

35.

Jenfasizza l-ħtieġa li ssir l-implimentazzjoni effettiva tal-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija u li jsiru aktar investimenti fl-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, fl-ekoinnovazzjoni, fl-enerġija li tiffavorixxi l-ambjent u fl-effiċjenza tal-enerġija, li għandhom ikunu parti ċentrali mill-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Enerġija għall-2010-2014;

36.

Jistieden lis-Samit li jmiss tal-G20 biex jikkunsidra l-“Aġenda tax-xogħol diċenti”, kif proposta mill-ILO, li għandha tinkludi b’mod partikulari impenn lejn ir-rispett universali għad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post tax-xogħol, standards ewlenin u bażiċi tax-xogħol u t-tneħħija għalkollox tat-tħaddim tat-tfal.

*

* *

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal- Membri tal-G20 u lill-Fond Monetarju Internazzjonali.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0123.

(2)  ĠU C 72, 26.3.2009, p.1.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/100


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Il-konsolidazzjoni tal-istabilità u l-prosperità fil-Balkani tal-Punent

P6_TA(2009)0331

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-konsolidazzjoni tal-istabilità u l-prosperità fil-Balkani tal-Punent (2008/2200(INI))

2010/C 184 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21 u t-22 ta' Ġunju 1993,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni magħmula fis-samit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f'Thessaloniki fil-21 ta' Ġunju 2003,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Jannar 2006 bit-titolu “Il-Balkani tal-Punent fi triqithom lejn l-UE: it-tisħiħ tal-istabilità u t-tkattir tal-prosperità” (COM(2006)0027),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, li ġiet approvata b'mod unaminu mill-Ministri Barranin tal-Istati Membri kollha u mill-Ministri Barranin tal-Istati Balkani tal-Punent f'Saliżburgu fil-11 ta' Marzu 2006,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2007 u tad-19-20 ta' Ġunju 2008, kif ukoll id-Dikjarazzjoni dwar il-Balkani tal-Punent li huma annessi magħhom, u l-konklużjonijiet tal-Kunsilli tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-10 ta' Diċembru 2007, tat-18 ta' Frar 2008 u tat-8-9 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2008 bit-titolu “Il-Balkani tal-Punent: Tissaħħaħ tal-perspettiva Ewropea” (COM(2008)0127),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brdo: Fokus ġdid fuq il-Balkani tal-Punent, magħmula mill-Presidenza tal-UE fid-29 ta' Marzu 2008, li tenfasizza l-ħtieġa li jiġi mogħti impetus innovativ lill-aġenda ta' Thessaloniki u lid-Dikjarazzjoni ta' Saliżburgu,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni għat-Tkabbir u r-rapporti dwar il-progress tal-pajjiżi individwali ta' Novembru 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-perspettivi ta' żvilupp għall-bini tal-paċi u għall-bini tan-nazzjon fil-fażijiet ta' wara l-kunflitt (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Balkani tal-Punent (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0212/2009),

A.

billi wieħed ma jistax jiċħad li l-Balkani tal-Punent jiffurmaw parti mill-Ewropa, u billi l-futur tal-pajjiżi kollha tar-reġjun jinsab fl-integrazzjoni sħiħa tagħhom bħala Stati Membri tal-Unjoni Ewropea,

B.

billi l-prospett ta' sħubija futura fl-UE u l-benefiċċji assoċjati magħha huma garanzija ewlenija ta' stabilità u l-forza ewlenija għar-riformi għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, reġjun tal-Ewropa li fil-passat distanti u reċenti bata mill-gwerer, tindif etniku u tmexxija awtoritarja,

C.

billi l-wirt tal-gwerer tas-snin disgħin għadu impediment sinifikanti għat-twaqqif ta' sigurtà u stabilità politika dejjiema fir-reġjun; billi dan joħloq sfidi ġodda u uniċi għall-politika tat-tkabbir tal-UE u billi għandu jkun hemm rikors għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (CFSP) / Politika tas-Sigurtà u u d-Difiża Ewropea (ESDP) għad-dispożizzjoni tal-Unjoni bħala parti minn strateġija ġenerali għall-bżonnijiet ta' soċjetajiet fil-fażi ta' wara l-kunflitt,

D.

billi għadd ta' msieħba reġjonali tal-UE jkomplu jgħaddu minn kwistjonijiet mhux solvuti mal-ġirien tagħhom; billi l-pajjiżi tal-UE u tal-Balkani tal-Punent ftehmu li r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien u l-koperazzjoni reġjonali se jibqgħu jkunu fatturi ewlenin biex jimxu lejn is-sħubija fl-UE,

1.

Jirrimarka li s-saħħa tal-Unjoni Ewropea u l-ħila tagħha li taħdem bħala aġent ta' stabbiltà u forza ta' riforma fil-Balkani tal-Punent tiddependi mill-kredibilità tal-impenn tagħha li tagħti ċ-ċans lil dawk l-Istati fir-reġjun li jissodisfaw bis-sħiħ il-kriterji ta' Kopenħagen sabiex isiru membri sħaħ tal-UE; jenfasizza għalhekk li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżommu impenn sod għal tkabbir futur li jinkludi l-Balkani tal-Punent;

2.

Jirrimarka l-ħtieġa għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li jassumu r-responsabilità tat-tqarrib tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-proċess ta' integrazzjoni għandu jkun immexxi internament u li adeżjoni b'suċċess tiddependi fuq l-eżistenza ta' soċjetà ċivili b'saħħitha, fuq livell baxx ta' korruzzjoni u fuq bidla ġenerali għal soċjetà u ekonomija bbażati fuq l-għarfien;

3.

Jirrimarka li, sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona, it-Trattati attwali għandhom teknikament jippermettu l-aġġustamenti istituzzjonali rekwiżiti meħtieġa għal tkabbir ulterjuri; jemmen madankollu li r-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona hija ta' importanza kruċjali;

4.

Jenfasizza li l-Istati Membri m'għandhomx idewmu bla bżonn il-preparazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pajjiżi kandidati potenzjali li ssottomettew applikazzjoni għall-adeżjoni, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu ħsieb l-applikazzjonijiet għall-adeżjoni reċenti u li għad iridu jsiru bi premura xierqa;

5.

Jenfasizza li l-proċess ta' adeżjoni għandu jkun ibbażat fuq applikazzjoni ġusta u dixxiplinata tal-prinċipju ta' kundizzjonalità fejn kull pajjiż jiġi ġġudikat biss fid-dawl tal-ħila tiegħu li jissodisfa l-kriterji ta' Kopenħagen, il-kundizzjonijiet tal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-punti ta' riferiment stipulati rigward fażi speċifika tan-negozjati u, konsegwentement, li l-proċess ta' adeżjoni m'għandux jixxekkel jew jiġi mblukkat għal pajjiżi li ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti minn qabel;

6.

Jirrimarka li l-proċess ta' adeżjoni għandu jżomm perspettiva reġjonali ċara, u li jridu jsiru sforzi biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn id-differenzi fil-pass ta' integrazzjoni jwasslu għall-ħolqien ta' ostakoli ġodda fir-reġjun, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-viża; jappoġġja l-irwol tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Reġjonali fit-tisħiħ tal-pussess reġjonali u biex iservi bħala l-interlokutur ewlieni għall-UE fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-koperazzjoni reġjonali fl-Ewropa tax-Xlokk;

7.

Jitlob lill-Parlamenti tal-Istati Membri biex jagħtu l-kunsens tagħhom fil-pront lil dawk il-ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li huma attwalment fil-proċess ta' ratifika;

8.

Jenfasizza li l-partijiet kollha kkonċernati għandhom jagħmlu sforzi serji biex jinstabu soluzzjonijiet li jkunu aċċettabbli b'mod reċiproku għal kwistjonijiet bilaterali pendenti bejn l-Istati Membri u pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u bejn pajjiżi tal-Balkani tal-Punent innifishom; jisħaq f'dan il-kuntest li relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u aċċettazzjoni tal-wirt kulturali u storiku rispettivi huma importanti ħafna biex tinżamm il-paċi u jiżdiedu l-istabilità u s-sigurtà; jemmen li l-ftuħ tan-negozjati għall-adeżjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-ftuħ u l-għeluq ta' kapitoli individwali tan-negozjati m'għandhomx jiġu mfixkla jew miżmuma minħabba mistoqsijiet dwar kwistjonijiet bilaterali u li, għal din ir-raġuni, il-pajjiżi għandhom jaqblu fuq proċeduri biex jissolvew kwistjonijiet bilaterali qabel il-bidu tan-negozjati għall-adeżjoni;

9.

Jinnota, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni minn ċerti pajjiżi tal-Balkan tal-Punent li jressqu l-ilmenti tagħhom jew ifittxu opinjonijiet konsultattivi mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar tilwim bilaterali; huwa tal-opinjoni li l-UE għandha tagħmel kull sforz biex tgħin u tiffaċilita ftehim komprensiv u fit-tul tal-kwistjonijiet pendenti;

10.

Iqis li huwa neċessarju li jitkompla t-tħeġġiġ tad-djalogu interetniku u interkulturali sabiex jingħelbu kemm il-piż tal-passat kif ukoll it-tensjonijiet fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi tar-reġjun tal-Balkani; jemmen li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) u kuntatti bejn il-popli (kemm bejn pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kif ukoll bejn dawk il-pajjiżi u l-UE) huma strumentali biex jimxu 'l quddiem ir-rikonċiljazzjoni, l-iffaċilitar tal-fehim reċiproku u t-tħeġġiġ tal-koabitazzjoni interetnika paċifika; b'konsegwenza, jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni ikbar lill-inizjattivi li jħeġġu r-rikonċiljazzjoni, it-tolleranza u d-djalogu bejn gruppi etniċi differenti, u biex tipprovdi ffinanzjar miżjud għalihom, u biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-ftehimiet interetniċi;

11.

Jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-missjonijiet tal-ESDP u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (EUSRs) mibgħuta fir-reġjun, li għad għandhom rwol ewlieni fiż-żamma tal-istabilità u l-garanzija tal-progress fil-proċess tal-bini ta' stati li jiffunzjonaw u li kapaċi jilħqu l-kriterji ta' Kopenħagen; jisħaq illi l-missjonijiet tal-ESDP jew l-uffiċċji tal-EUSR ma jistgħux jingħalqu qabel ma l-mandati rispettivi tagħhom ikunu twettqu mingħajr ambigwità;

12.

Jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi mmirati biex sa l-2010 jitwaqqaf Qafas ta' Investiment komprensiv għall-Balkani tal-Punent għall-koordinazzjoni ta' għotjiet u self offruti mill-Kummissjoni, mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u minn pajjiżi donaturi individwali; jilqa' l-Faċilità għall-Proġetti ta' Infrastruttura (IPF) u jirrimarka li l-proġetti tal-IPF fl-oqsma tat-trasport, l-ambjent, l-enerġija u s-settur soċjali għandhom jiġu żviluppati u jitwettqu f'perspettiva reġjonali ċara; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni mill-qrib biex tiġi żgurata komplementarjetà effikaċi, assistenza koerenti u effiċjenza fl-għajnuna lill-Balkani tal-Punent; jemmen li dawn il-faċilitajiet ta' self/għoti għandhom ikunu diretti b'mod partikulari lejn dawk il-pajjiżi kandidati potenzjali li ma jkollhomx aċċess għall-fondi mill-ħames komponenti kollha tal-Istrument għal Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (3) (IPA ); jisħaq fuq l-importanza tal-koperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-aqwa prattika fir-rigward tal-aċċess għall-fondi ta' qabel l-adeżjoni;

13.

Ifakkar li l-kwistjoni tal-provvista tal-gass bejn ir-Russja u l-Ukraina f'Jannar 2009 ikkawżat interuzzjonijiet serji tal-provvista tal-enerġija lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jitlob li jkun hemm diversifikazzjoni fir-rotot ta' tranżitu u interkonnessjoni aħjar tan-netwerks tal-enerġija fir-reġjun bl-għajnuna tal-fondi tal-UE;

14.

Ifakkar li l-infrastruttura tat-trasport hija importanti għall-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali; b'konsegwenza, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġja t-twaqqif ta' sistema intermodali xierqa tat-trasport bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi fiz-zona tal-Balkani tal-Punent, u fi ħdan dik iz-zona, biex tippromwovi l-moviment ħieles u veloċi tal-prodotti u n-nies, b'mod partikulari permezz tal-iżvilupp ta' Kuritur VII ta' Trasport Pan-Ewropew;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili ġdida stabbilita taħt l-IPA, u l-ittriplikar konsegwenti ta' fondi disponibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ is-sjieda lokali tal-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u toħloq opportunitajiet għal interazzjoni regolari u konsultazzjoni ma' CSOs lokali bil-ħsieb li tqis il-fehmiet u l-ħtiġijiet tagħhom fl-istadji tal-ippjanar u l-ipprogrammar ta' assistenza taħt l-IPA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi l-ħolqien ta' forum ta' diskussjoni reġjonali li tikkonsisti f'CSOs, bħala mezz ta' tixrid tal-aqwa prattika fir-rigward tal-aċċess għall-fondi ta' qabel l-adeżjoni;

16.

Ikompli jħeġġeg lill-Kummissjoni biex tiddedika aktar attenzjoni lill-promozzjoni ta' CSOs żgħar u ta' daqs medju u dawk mhux urbani fir-reġjun, partikolarment billi talloka sehem akbar mill-assistenza tagħha lill-organizzazzjonijiet ta' dan it-tip, billi tiffaċilita l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal finanzjament mill-UE, u billi tirrevedi r-regoli u żżid il-kofinanzjament ta' proġetti għal CSOs żgħar u ta' daqs medju;

17.

Jenfasizza l-importanza li ssir liberalizzazzjoni tas-sistema tal-viża Schengen għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent bħala mezz biex il-popli tar-reġjun isiru familjari mal-Unjoni Ewropea; jilqa' d-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex imexxu l-proċess kemm jista' jkun b'mod trasparenti u b'punti ta' referiment definiti b'mod ċar, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ estern u tiżdied ir-responsabilità pubblika tal-proċess;

18.

Jinnota li l-proċedura twila u ineffiċjenti tal-viża, li tirriżulta minn nuqqas ta' persunal ta' konsulati u ambaxxati fir-reġjun, tista' tiġġenera ostilità lejn l-UE fost in-nies tar-reġjun, fi żmien meta l-popolarità tal-Unjoni hija impliċitament l-ikbar stimulu għar-riforma;

19.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jaċċeleraw l-isforzi tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-pjanijiet direzzjonali individwali, sabiex tiġi żgurata t-tneħħija tar-reġim tal-viżi għall-pajjiżi tagħhom kemm jista' jkun malajr; jemmen li huwa kruċjali li jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet ħalli jitħaffef il-proċess tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea; f'dan il-kuntest huwa tal-fehma li l-IPA għandu jappoġġa l-isforzi min-naħa tal-pajjiżi benefiċċjarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazjoni tal-viża;

20.

Jappoġġja bis-sħiħ iż-żieda fil-fondi u fl-għadd ta' boroż ta' studju għall-istudju u r-riċerka fl-UE li huma disponibbli għal studenti u riċerkaturi mill-Balkani tal-Punent taħt il-programm Erasmus Mundus biex in-nies u l-istituzzjonijiet tal-istati tal-Balkan jiffamiljarizzaw ruħhom mal-aġenda tal-UE u biex jippromwovu l-ħiliet edukattivi; iħeġġeġ lill-pajjiżi benefiċjarji biex jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa, inklużi l-pubbliċità u l-kampanji ta' informazzjoni, sabiex jippermettu liċ-ċittadini tagħhom jieħdu vantaġġ sħiħ minn dawn l-opportunitajiet; jitlob lill-pajjiżi kkonċernati biex jintensifikaw il-miżuri amministrattivi preparatorji biex jintlaħqu l-kriterji għad-dħul tal-programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja;

21.

Jisħaq fuq l-irwol kruċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-ekonomiji bbażati fuq l-għarfien tal-lum; f'dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu u jiġu stimulati l-ħiliet intraprenditorjali u innovattivi fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;

22.

Jappoġġja bis-sħiħ il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fi programmi u aġenziji Komunitarji; b'mod partikolari, jirrimarka dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fit-Trattat tal-Komunità għall-Enerġija u l-parteċipazzjoni prevista tagħhom fit-Trattat Komunitarju dwar it-Trasport bħala eżempji ta' mudell ta' integrazzjoni sħiħa ta' pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali fl-istrutturi Komunitarji u l-allinjament tal-leġiżlazzjoni mal-acquis communautaire fi stadju bikri tal-proċess ta' adeżjoni;

23.

Jisħaq li l-protezzjoni ambjentali hija element importanti tal-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun Balkan tal-Punent; għalhekk jitlob lill-gvernijiet tal-Balkani tal-Punent biex jaderixxu mal-prinċipji u l-miri tal-Komunita għall-Enerġija tal-Ewropa tax-Xlokk sabiex iħeġġu politiki u strateġiji ambjentali tajbin, b'mod partikolari fiz-zona tal-enerġija rinnovabbli, f'konformità mal-istandards ambjentali tal-UE u mal-politika tal-UE dwar il-bidla fil-klima;

24.

Jappoġġa d-djalogu interparlamentari fil-livell reġjonali u jenfasizza l-importanza li l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jiġu involuti b'mod sħiħ fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; jemmen li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE għandhom irwol importanti fid-djalogu u l-koperazzjoni mal-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jemmen li n-natura tal-laqgħat inter-parlamentari tal-Parlament Ewropew għandha tiġi mtejba sabiex dawn il-laqgħat jipprovdu sistema funzjonali u effikaċi għall-organizzazzjoni ta' dibattiti u workshops aktar iffokati u orjentati lejn il-prattika;

25.

Jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm ħidma favur it-tnaqqis tal-ostakli kollha tat-tariffi, u dawk li ma jinvolvux it-tariffi, għall-kummerċ fir-reġjun u bejn il-Balkani tal-Punent u l-UE bħala prijorità ewlenija biex jiżdiedu l-iżvilupp ekonomiku, l-integrazzjoni reġjonali u l-kuntatti bejn il-popli; jenfasizza fuq l-irwol ċentrali tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) biex tiżdied il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fir-reġjun u jilqa' l-appoġġ finanzjarju tal-Kummissjoni lis-segretarjat tas-CEFTA;

26.

Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-pajjiżi Balkani tal-Punent fil-kriżi ekonomika globali u jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għal konsolidazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjun; jilqa', għalhekk, il-proposta riċenti tal-Kummissjoni biex testendi l-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew għall-Balkani tal-Punent u jħeġġiġha biex tibqa' attenta u, jekk ikun meħtieġ, tadotta miżuri adegwati biex tiġi garantita l-kontinwazzjoni bla xkiel tal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni;

27.

Iħeġġeġ l-isforzi kontinwi min-naħa tal-partijiet tas-CEFTA favur it-tnaqqis tal-ostakli li ma jinvolvux it-tariffi u tat-tariffi u l-kwoti kollha għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli; jitlob lill-Istati Membri tal-grupp Pan-Euro-Med biex ikomplu jaħdmu favur soluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti li attwalment qed iżommu estensjoni tal-iskema ta' kumulazzjoni dijagonali Pan-Euro-Med milli tinkludi l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

28.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw il-miżuri xierqa kollha biex jinkoraġġixxu l-integrazzjoni iktar profonda tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fis-sistema kummerċjali u ekonomika dinjija, b'mod partikulari permezz tad-dħul fid-WTO; jenfasizza li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tmur id f'id mat-tnaqqis tal-faqar u tar-rati ta' qgħad, il-promozzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali u r-rispett tal-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq kif dovut għall-approvazzjoni tal-Parlament, u b'mod f'waqtu, kwalunkwe proposta ġdida bl-għan li tipprovdi għajnuna baġitarja straordinarja lill-istati tal-Balkani tal-Punent;

29.

Jitlob lill-Istati fir-reġjun biex jagħtu aktar prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, minħabba li l-korruzzjoni tfixkel serjament il-progress tas-soċjetà; jitlob lil dawk l-istati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkumbattu l-kriminalità organizzata u t-traffikar tal-persuni u d-drogi;

30.

Iħeġġeġ il-kontinwazzjoni tal-appoġġ tal-UE għal inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern (JHA) u sforzi immirati għall-armonizzazzjoni legali u ġuridika bħal, inter alia, il-Konvenzjoni tal-Kooperazzjoni tal-Pulizija għall-Ewropa tax-Xlokk, iċ-Ċentru tal-Infurzar tal-Liġi tal-Ewropa tax-Xlokk (SELEC), u l-Grupp ta' Pariri tal-Prosekuturi tal-Ewropa tax-Xlokk (SEEPAG); jieħu nota tal-għajnuna finanzjarja li għaddejja bħalissa u dik ippjanata għan-Netwerk tal-Prosekuturi fl-Ewropa tax-Xlokk (PROSECO) u għall-istabbiliment tal-Unitajiet tal-Koordinazzjoni tal-Infurzar tal-Liġi Internazzjonali (ILECUs), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkoordina dawn il-proġetti mal-inizjattivi msemmija;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika proġetti prijoritarji u tiċċara r-rekwiżiti li timponi fuq l-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali varji fir-rigward tal-koperazzjoni bejn l-istati u bejn l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-JHA; jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati inizjattivi fil-qasam tal-ġustizzja elettronika bħala parti mill-appoġġ tal-UE għall-inizjattivi tal-governanza elettronika biex tittejjeb il-koperazzjoni u tiżdied it-trasparenza fil-proċessi ġudizzjarji u sistemi amministrattivi interni;

32.

Jesprimi kritika għad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u/jew legali fis-seħħ fil-pajjiżi kollha tal-ex-Jugoslavja, li jipprojbixxu l-estradizzjoni taċ-ċittadini tagħhom li jaffaċċjaw l-akkuża fl-istati l-oħra tar-reġjun, u tal-ostakli legali li jxekklu t-trasferiment ta' proċedimenti kriminali serji bejn il-qrati f'pajjiżi differenti tar-reġjun; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħeġġu lill-pajjiżi tar-reġjun biex jieħdu passi lejn abolizzjoni koordinata tal-projbizzjonijiet u l-ostakli legali kollha ta' dan it-tip;

33.

Jirrimarka li d-dispożizzjonijiet legali li jirrestrinġu l-estradizzjoni jistgħu irawmu l-impunità għal kriminalità għolja li tinkludi kriminalità kontra l-umanità, ksur tal-liġijiet jew tradizzjonijiet tal-gwerra, kriminalità transnazzjonali organizzata, traffikar illeċitu, u terroriżmu, u li dispożizzjonijiet bħal dawn huma kawża prinċipali tal-prattika, ikkritikata ħafna iżda li għadha għaddeja, tal-persuni li jgħaddu ġuri in absentia; jappoġġja l-isforzi tal-prosekuturi nazzjonali biex jiffaċċjaw l-impedimenti legali msemmija hawn fuq permezz ta' arranġamenti pragmatiċi għall-kooperazzjoni; ifaħħar ix-xogħol tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) biex tippromwovi aktar koperazzjoni, jinkoraġġixxi l-istati fir-reġjun biex ikomplu jaffaċilitaw assistenza reċiproka legali u estradizzjoni waqt li jirrispettaw bi sħiħ l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u n-normi tal-liġi internazzjonali;

34.

Jenfasizza li l-koperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja (ICTY), fir-rigward tal-arrest u tal-estradizzjoni tal-bqija tal-akkużati maħruba, it-trasferiment tal-evidenza u l-koperazzjoni sħiħa qabel u matul il-kawża, hija rekwiżit essenzjali tal-proċess ta' adeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġja, flimkien mal-ICTY, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u lill-gvernijiet tar-reġjun, l-inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità u l-effiċjenza tal-ġudikaturi nazzjonali impenjati fid-determinazzjoni tar-risponsabilità għar-reati tal-gwerra, u reati oħra inferjuri, u tiżgura li l-kawżi jiġu pproċessati b'mod indipendenti u imparzjali, u skont l-istandards u n-normi tal-liġi internazzjonali;

35.

Jinnota l-irwol fundamentali tal-ipprogrammar u l-istrutturi edukattivi fit-tħeġġiġ tal-inklużività u fit-tnaqqis tat-tensjonijiet interetniċi; b'riżultat ta' dan, jitlob lill-gvernijiet tal-Balkani tal-Punent biex itejbu l-kwalità tal-edukazzjoni billi jiġu inklużi d-drittijiet ċiviċi, umani u demokratiċi bħala valuri Ewropej fundamentali fil-kurrikula relevanti u biex tintemm is-segregazzjoni fl-iskejjel; jindika li t-taħriġ tal-istorja fl-iskejjel u l-universitajiet fil-Balkani tal-Punent għandu jiġi bbażat fuq riċerka dokumentata u għandu jirrifletti l-perspettivi differenti tad-diversi gruppi nazzjonali u etniċi fir-reġjun jekk jinkisbu riżultati li jdumu fiż-żmien fil-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni u fit-titjib tar-relazzjonijiet inter-etniċi; jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattivi, bħal pereżempju il-Proġett Konġunt tal-Istorja taċ-Ċentru għad-Demokrazija u r-Rikonċiljazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa, immirat għall-kitba u t-tifrix tal-materjal konġunt għat-taħriġ tal-istorja li jipprovdi rendikont ta' diversi perspettivi tal-istorja tal-Balkani, u jappella għall-ministeri kompetenti, awtoritajiet edukattivi u stabbilimenti edukattivi fir-reġjun li japprovaw l-użu ta' materjal konġunt għat-taħriġ tal-istorja; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja dan it-tip ta' inizjattivi finanzjarjament u politikament;

36.

Jenfasizza l-importanza ta' qafas effettiv għaż-żieda, għall-protezzjoni u għall-garanzija tad-drittijiet ta' minoritajiet etniċi u nazzjonali fir-reġjun li għandu karattru multietniku u li fil-passat ra vjolenza mxerrda u sistematika mmotivata mill-etniċità; jistieden lill-gvernijiet tar-reġjun sabiex isaħħu l-isforzi mmirati biex jiżguraw li l-liġijiet kollha fil-qasam tad-drittijiet tal-minoranzi u tal-bniedem jiġu rrispettati kif xieraq fil-prattika u li tittieħed azzjoni xierqa meta jinkisru dawk il-liġijiet; iħeġġeġ li jsiru aktar sforzi biex jiżguraw li l-inizjattivi biex itejbu l-inklużjoni tal-minoranzi u s-sitwazzjoni ta' gruppi minoritarji żvantaġġati (b'mod partikolari r-Roma) jiġu ffinanzjati u implimentati kif suppost;

37.

Jisħaq il-ħtieġa għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u jsaħħaħ l-irwol tal-mara fis-soċjetà bħala garanzija tal-ispirtu demokratiku u impenn lejn il-valuri Ewropej;

38.

Jirrimarka li huma meħtieġa sforzi akbar min-naħa tal-gvernijiet tar-reġjun sabiex jiġi garantit ir-ritorn sostenibbli ta' refuġjati u ta' persuni spostjati internament, inkluż ir-restituzzjoni tal-proprjetà u tad-djar li huma okkupati għal żmien temporanju, b'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo maħruġa mill-Konferenza Ministerjali Reġjonali dwar ir-Ritorn tar-Rifuġjati fil-31 ta' Jannar 2005; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinsistu li l-gvernijiet tar-reġjun jiżviluppaw u jimplimentaw programmi għal aċċess għall-akkomodazzjoni u s-servizzi soċjali għall-persuni ripatrijati, u biex isaħħu l-isforzi tagħhom immirati għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra minoranzi li rritornaw; huwa tal-opinjoni li dawn il-miżuri għandhom diġà jkunu fis-seħħ meta l-pajjiżi msemmija jilqħu l-istadju ta' status ta' kandidatura u għandhom ikunu implimentati u kompluti b'determinazzjoni matul il-proċess ta' adeżjoni;

39.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-indħil politiku li batiet il-midja fl-istati tal-Balkani tal-Punent kollha u t-taħlit tal-interessi kummerċjali, politiki u tal-midja kif ukoll il-klima ta' theddid u fastidju lejn il-ġurnalisti investigattivi; jistieden lill-Istati Balkani tal-Punent biex jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-ġurnalisti u l-midja indipendenti bħala setgħa leġittima fi stat demokratiku Ewropew;

40.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Kosovo, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, lill-President fil-kariga tal-OSCE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSCE, lill-President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, lis-segretarjat tal-Kunsill Reġjonali għall-Koperazzjoni, lit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja u lis-segretarjat tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0639.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0005.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument ta' Assistenza għall-Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/107


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Il-Bożnja

P6_TA(2009)0332

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-qagħda fil-Bożnja u l-Ħerzegovina

2010/C 184 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent u l-anness tagħhom intitolat “L-Aġenda ta' Thessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea”, li kien approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Thessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Bożnja u l-Ħerzegovina, fuq in-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Bożnja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra l-ħatra, fil-11 ta' Marzu 2009, tal-E.T.Valentin Inzko bħala r-Rappreżentant Speċjali ġdid tal-UE fil-Bożnja u l-Ħerzegovina (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta dwar ir-riforma kostituzzjonali, Propjetà Statali, ċensiment tal-popolazzjoni u d-Distrett Brčko, ippublikata fi Prud fit-8 ta' Novembru 2008 mill-mexxejja tal-partiti HDZ BiH, SNSD u SDA, u wara li kkunsidra l-laqgħat sussegwenti tagħhom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-klima politika fil-Bożnja u l-Ħerżegovina (BĦ) qed tkompli tiddeterjora u dan huwa sors ta' tħassib konsidrevoli għall-Parlament,

B.

billi l-Istat tal-BĦ, kif hemm fil-Ftehima għall-Paċi ta' Dayton (DPA), huwa xhieda tanġibbli tax-xewqa li tinkiseb rikonċiljazzjoni dejjiema bejn il-komunitajiet differenti wara l-kunflitt brutali tas-snin disgħin,

C.

billi dan il-proċess huwa marbut mill-qrib mal-progress tal-pajjiż lejn l-integrazzjoni Ewropea, billi huwa bbażat fuq l-istess valuri bħal dawk imħaddna mill-UE,

D.

billi l-iffirmar tal-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-BĦ imsemmija hawn fuq ta messaġġ ċar li l-wegħda tas-sħubija fl-UE għall-BĦ hija reali u tista' tintlaħaq mill-pajjiż, sakemm huwa jikkonforma mal-kriterji ta' Kopenħagen u jikseb ir-riformi meħtieġa stipulati fil-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea,

E.

billi kwalunkwe dubju fl-integrità tal-BĦ mhux biss ikun ksur tad-DPA, skont liema ftehima ebda entità m'għandha d-dritt toħroġ mill-BĦ, iżda jmur ukoll kontra l-prinċipji tat-tolleranza u l-koabitazzjoni paċifika bejn il-komunitajiet etniċi li fuqhom isserraħ l-istabilità tal-Balkani tal-Punent kollha,

F.

billi, għalhekk, il-komunità internazzjonali u l-UE f'ebda ċirkustanza m'huma ser jaċċettaw jew jittolleraw kwalunkwe qasma tal-BĦ,

1.

Iqis li l-integrazzjoni Ewropea hija fl-aħjar interessi tal-popolazzjoni kollha tal-Balkani tal-Punent; jiddeplora, għaldaqstant, in-nuqqas ta' ħila tal-politiċi tal-BĦ biex jaqblu dwar viżjoni politika komuni għall-pajjiż tagħhom, u b'hekk, għal raġunijiet ta' nazzjonaliżmu li ma jħarisx fil-bogħod, jikkompromettu l-għan tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, għan li jġib il-paċi, l-istabilità u l-prosperità għaċ-ċittadini tal-BĦ;

2.

Ifakkar lill-mexxejja tal-BĦ li l-adeżjoni mal-UE tfisser aċċettazzjoni tal-valuri u tar-regoli li fuqhom hija bbażata l-UE, jiġifieri r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, is-solidarjetà, inkluża solidarjetà bejn il-popli u l-komunitajiet, it-tolleranza, inkluża t-tolleranza ta' tradizzjonijiet u ta' kulturi differenti, l-istat tad-dritt, inkluż ir-rispett għall-indipendenza tal-ġudikatura, u d-demokrazija, inkluża l-aċċettazzjoni tat-tmexxija mill-maġġoranza u l-libertà tal-espressjoni; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi biex ma jħaddnux il-politika tal-mibegħda, l-aġendi nazzjonali u s-seċessjoniżmu u jikkundanna l-irtirar unilaterali mir-riformi;

3.

Ifakkar ukoll li l-prospett tas-sħubija fl-UE ġie offrut lill-BĦ bħala pajjiż wieħed, u mhux lill-partijiet kostitwenti tiegħu, u li, konsegwentement, it-theddid ta' seċessjoni jew attentati oħra li jheddu s-sovranità tal-Istat huma kompletament inaċċettabbli;

4.

F'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti kollha u l-mexxejja politiċi biex jiffukaw ħafna aktar fuq ir-rikonċiljazzjoni, il-fehim reċiproku u l-miżuri favur il-bini tal-paċi, sabiex jappoġġjaw l-istabilità tal-pajjiż u paċi inter-etnika;

5.

Itenni li jekk il-BĦ serjament tixtieq tissieħeb mal-UE għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet Statali għandhom ikunu kapaċi jadottaw u jimplimentaw b'mod effettiv ir-riformi mitluba għall-adeżjoni mal-UE;

(b)

għalhekk il-pajjiżi irid joħloq istituzzjonijiet pubbliċi bbażati fuq l-istat tad-dritt u li jkunu kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet b'mod effikaċi; dawn l-istituzzjonijiet għandhom jiffunzjonaw, ikunu awtoritattivi u indipendenti mill-influwenza politika u jkollhom riżorsi xierqa;

6.

Jemmen li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq jistgħu jinkisbu biss permezz ta' riforma kostituzzjonali tal-BĦ li tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-Istat għandu jkollu biżżejjed setgħat leġiżlattivi, baġitarji, eżekuttivi u ġudizzjajri biex jiffunzjona bħala membru tal-UE, joħloq u jżomm suq wieħed li jiffunzjona, jippromwovi l-koeżjoni ekonomika u soċjali u jirrappreżenta u jiddefendi l-interessi tal-pajjiż lil hinn mill-fruntieri;

(b)

in-numru ta' livelli amministrattivi involuti fl-immaniġġjar tal-pajjiż għandu jkun proporzjonat mar-riżorsi finanzjarji tal-BĦ u għandu jkun ibbażat fuq allokazzjoni effikaċi, koerenti u effettiva tar-responsabilitajiet;

(c)

is-salvagwardjar ta' interessi nazzjonali vitali fil-BĦ għandu jkun kompatibbli mal-kapaċità tal-pajjiż li jaġixxi;

(d)

il-komunitajiet minoritarji kollha jridu jgawdu mill-istess drittijiet bħall-popli kostitwenti, u dan jinkludi l-abolizzjoni tal-limitazzjonijiet ibbażati fuq l-etniċità fuq id-dritt li jiġu eletti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-opinjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea tad-Demokrazija permezz tal-Liġi (Kummissjoni ta' Venezja) tal-Kunsill tal-Ewropa;

7.

Jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni ċara għall-kwistjoni tal-proprjetà Statali li tkun kompatibbli mal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Istat ċentrali;

8.

Ifakkar lill-politiċi tal-BĦ li huwa l-obbligu tagħhom li jilħqu ftehima dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, u li, fejn ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim ikunu qed jikkundannaw lil pajjiżhom għall-istaġnar u għall-iżolament, f'mument meta l-kriżi finanzjarja u ekonomika qed tolqot lill-BĦ ħażin u twassal għal ħafna telf ta' impjieg;

9.

Jirrimarka li r-riforma kostituzzjonali tal-pajjiż u l-prospettiva Ewropea tiegħu għandhom ikunu s-suġġett ta' dibattitu wiesa' u fil-fond li jinvolvi l-komponenti kollha tas-soċjetà tal-BĦ, u m'għandux ikun monopolizzat mill-mexxejja tal-partiti politiċi u l-komunitajiet etniċi ewlenin;

10.

Iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Ministri u l-Assemblea Parlamentari tal-BĦ biex jagħmlu sforzi akbar u aħjar favur l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-integrazzjoni Ewropea, u jinkoraġġixxi l-entitajiet u l-awtoritajiet differenti tal-BĦ biex itejbu l-koordinazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-UE;

11.

Jitlob biex sa fl-aħħar jinħatar il-Kap il-ġdid tal-Uffiċċju tal-Integrazzjoni tal-UE u jfakkar lill-awtoritajiet tal-BĦ li l-għażla tal-persuna nominata m'għandhiex tkun partiġġjana u għandha tkun ibbażata esklussivament fuq esperjenza professjonali rilevanti, ħiliet ippruvati u għarfien fil-fond ta' kwistjonijiet Ewropej;

12.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jissodisfaw malajr il-ħtiġijiet stabbiliti fil-pjan għall-liberalizzazzjoni tal-viża, sabiex tiġi żgurata t-tneħħija tal-obbligi attwali rigward il-viża sa tmiem l-2009;

13.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-indħil politiku fil-midja fil-BĦ u t-taħlit ta' interessi kummerċjali, politiċi u tal-midja; f'dan ir-rigward, jistieden lill-awtoritajiet biex jirrispettaw b'mod sħiħ id-drittijiet tal-ġurnalisti u l-indipendenza tal-midja;

14.

Itenni, fl-istess waqt, li l-komunità internazzjonali u r-Rappreżentant Għoli tagħha (HR) Mr Valentin Inzko, ser jaġixxu b'mod sod, b'konformità mal-mandat tal-HR, kontra kwalunkwe attentat sabiex jiddgħajfu l-pedamenti tad-DPA, b'mod partikulari l-koeżistenza paċifika fi Stat uniku ta' komunitajiet etniċi differenti;

15.

Huwa tal-fehma, għalhekk, li l-Uffiċċju tal-HR għandu jgħin lill-awtoritajiet tal-BĦ fil-kisba u l-implimentazzjoni kif suppost tal-ħames objettivi u ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill għall-Implimentazzjoni tal-Paċi (PIC), u li sa dak iż-żmien l-Uffiċċju għandu jibqa' jopera u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tad-DPA;

16.

Jenfasizza li l-progress fl-indirizzar tal-ħames objettivi u ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti mill-PIC huwa wkoll meħtieġa sabiex isir progress fuq l-aġenda tal-UE;

17.

Jesprimi dispjaċir fir-rigward tan-nuqqas ta' attenzjoni li l-Kunsill ta lid-deterjorazzjoni tal-klima politika fil-BĦ u n-nuqqas ta' determinazzjoni li s'issa l-Istati Membri wrew meta naqsu milli jittrattaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż b'mod serju u koordinat;

18.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jendorsja r-rekwiżiti imposti fuq il-BĦ, kif imsemmi f'din ir-riżoluzzjoni, u sabiex jikkommetti ruħu favur il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom; jemmen li f'dan il-kuntest il-Kunsill għandu jagħti lir-Rappreżentant Speċjali l-ġdid tal-UE:

(a)

mandat qawwi u definit b'mod ċar u r-riżorsi umani neċessarji biex jiffaċilitaw l-adozzjoni tar-riformi deskritti f'din ir-riżoluzzjoni u biex jippromwovu d-djalogu mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet bħal dawn, inkluż permezz ta' kampanji pubbliċi mmirati, u permezz ta' attivitajiet li jappoġġjaw id-djalogu bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet;

(b)

il-mezzi kollha biex jiġu mobilizzati l-istrumenti kollha tal-UE sabiex jippromwovu progress reali fil-pajjiż, inkluż is-setgħat ta' sanzjonijiet (eż. is-sospensjoni ta' għajnuna finanzjarja tal-UE);

(c)

appoġġ politiku sħiħ u sostenut u l-awtorità biex tiġi żgurata koordinazzjoni ġenerali tal- atturi u l-istrumenti tal-UE użati fil-BĦ, biex b'hekk tiġi garantita l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjonijiet kollha tal-UE, kif ukoll il-koordinazzjoni ma' atturi internazzjonali rilevanti mhux fl-UE impenjati fil-BĦ;

(d)

id-dritt li taġġorna lill-Kumitat Politiku kull xahar dwar l-iżviluppi fil-BĦ u biex tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa dwar sanzjonijiet immirati;

19.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Barranija u Sigurtà Komuni, Javier Solana, u lill-Kummissarju għat-Tkabbir, Olli Rehn, biex jieħdu rwol ħafna aktar attiv u viżibbli fl-BĦ billi jagħmlu żjarat regolari lejn il-pajjiż u billi jippromwovu b'mod iktar effettiv djalogu mas-soċjetà ċivili;

20.

Jifraħ lis-soċjetà ċivili tal-BĦ dwar it-turija ta' aktar rieda tajba mill-mexxejja politiċi tagħhom u li l-fatt li huma fattur pożittiv għall-bidla u r-rikonċiljazzjoni fil-pajjiż;

21.

Jemmen, barra minn hekk, li l-preżenza militari internazzjonali fil-BĦ għandha tibqa' sostanzjali u għandha tiġi skjerata malajr, sabiex tintwera d-determinazzjoni tal-komunità internazzjonali biex tissalvagwardja s-sigurtà u l-integrità tal-BĦ;

22.

Itenni t-talbiet għall-arrest immedjat tal-akkużati li fadal mfittxa mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja u għall-azzjoni riżoluta mill-awtoritajiet tal-BĦ biex jinqerdu n-netwerks kriminali li jagħtu kenn lil dawk l-akkużati;

23.

Fl-aħħarnett, jitlob li jkun hemm djalogu msaħħaħ bejn l-UE u l-Istati Uniti u ma' atturi internazzjonali rilevanti oħra, sabiex jinkiseb appoġġ wiesa' għal approċċ koerenti għall-BĦ u biex jiġi evitat li l-qagħda politika fil-pajjiż tkompli sejra lura u li r-reġjun jitlef l-istabilità; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' tisħiħ fil-koperazzjoni reġjonali sabiex ikompli l-progress fil-Bożnja u Ħerzegovina;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Bożnja u l-Ħerzegovina u l-entitajiet tagħhom.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0522.

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/181/CFSP tal-11 ta' Marzu 2009 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Bożnja u l-Ħerżegovina (ĠU L 67, 12.3.2009, p. 88).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/111


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u tal-Protokoll mhux Obligatorju marbut magħha

P6_TA(2009)0334

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar il-konklużjoni, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u tal-Protokoll mhux Obligatorju marbut magħha

2010/C 184 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0530),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti tat-13 ta’ Diċembru 2006 (“il-Konvenzjoni”), adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-13 ta’ Diċemrbu 2006,

wara li kkunsidra l-Protokoll mhux Obligatorju għall-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti tat-13 ta’ Diċembru 2006 (“il-Protokoll mhux Obligatorju”), adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-13 ta’ Diċemrbu 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu “Lejn strument tan-Nazzjonijiet Uniti li jorbot li jippromwovi u jħares id-drittijiet u d-dinjità tal-persuni b’diżbilità” (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2003 bit-titolu “Opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżbilità: Pjan ta’ Azzjoni Ewropew” (COM(2003)0650), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ April 2004 dwarha (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar id-diżabilità u l-iżvilupp (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 bit-titolu “Il-qagħda tal-persuna b’diżabilità fl-Unjoni Ewropea mkabbra: il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew 2006-2007”, (COM(2005)0604), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Novembru 2006 dwarha (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ April 2007 dwar il-qagħda tan-nisa b’diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti għal kulħadd (6),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-26 ta’ Novembru 2007 bit-titolu “Il-qagħda tal-persuni b’diżabbiltà fl-Unjoni Ewropea: il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew 2008-2009” (COM(2007)0738),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tas-17 ta’ Marzu 2008, dwar il-qagħda tal-persuni b’diżabilità fl-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-progress imwettaq fl-opportunitajiet indaqs u n-non-diskriminazzjoni fl-UE (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE) (9),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilitajiet (10),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Protokoll mhux Obligatorju għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilitajiet (11),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0229/2009 u A6-0230/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni u l-Protokoll mhux Obligatorju, iżda s’issa sebgħa Stati Membri biss irratifikawhom,

B.

billi l-Konvenzjoni tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni kollha b’diżabilità, inklużi dawk li għandhom bżonn iktar appoġġ intensiv,

C.

billi l-Protokoll mhux Obligatorju jipprovdi l-possibilità lil (gruppi ta’) persuni b’diżabilità, li jaffermaw li xi partijiet għall-Konvenzjoni jkunu kisru xi drittijiet previsti fil-Konvenzjoni, li jippreżentaw komunikazzjonijiet lil xi Kumitat,

1.

Japprova l-konklużjoni, min-naħa tal-Komunità, tal-Konvenzjoni u tal-Protokoll mhux Obligatorju;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, bħala rappreżentanti legali tal-Komunità, sabiex jiddepożitaw l-istrument tar-ratifika quddiem in-Nazzjonijiet Uniti qabel it-3 ta’ Diċembru 2009;

3.

Iħeġġeġ lill-Iistati Membri kollha sabiex jipproċedu b’ħeffa għar-ratifika tal-Konvenzjoni fis-sħuħija tagħha, jimplimentaw il-kontenut tagħha u joħolqu l-infrastruttura materjali meħtieġa;

4.

Jistieden lill-Istati Membri biex jaderixxu mal-Protokoll Mhux Obbligatorju u/jew jirratifikawh, sabiex jagħtu lill-persuni b’diżabilità li d-drittijiet tagħhom ġew miksura l-possibilità li jiġġieldu kontra dan il-ksur u biex ikun żgurat il-ħarsien tagħhom kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni;

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiċċara d-daqs potenzjali tal-kompetenza tal-Komunità fir-rigward tal-Konvenzjoni; jissuġġerixxi li tiġi enfasizzata n-natura indikattiva tal-atti Komunitarji mniżżla fid-Dikjarazzjonijiet (12); Jenfasizza l-importanza li fid-Dikjarazzjonijiet tiġi enfasizzata l-kompetenza tal-Komunità fl-appoġġ għad-drittijiet u għall-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fil-koperazzjoni għall-iżvilupp u fl-għajnuna umanitarja, fis-saħħa u fl-affarijiet tal-konsumatur;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-Artikolu 3 tat-Trattat KE bħala bażi biex tiddefinixxi l-firxa tal-kompetenzi tal-Komunità fir-rigward tal-Konvenzjoni, li huma mniżżla fid-Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea għall-applikazzjoni tal-Artikolu 44(1) tal-Konvenzjoni, stipulata fl-Anness 2 tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill; jisħaq l-importanza kbira li jsir enfasi fuq il-koperazzjoni fl-iżvilupp, is-saħħa u l-affarijiet tal-konsumatur fl-applikazzjoni tad-Dikjarazzjoni;

L-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u tal-Protokoll mhux Obligatorju

7.

Jappoġġja l-Istati Membri li bdew il-proċess ta’ implimentazzjoni progressiva tal-Konvenzjoni u tal-Protokoll mhux Obligatorju, u jistieden lill-bqija tal-Istati Membri sabiex ukoll jagħmlu dan;

8.

Jistieden lill-Komunità u lill-Istati Membri biex jinkorporaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni fil-liġi, biex jieħdu l-miżuri u jipprovdu l-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom fi żmien skadenzi preċiżi u biex jiffissaw objettivi kwantitattivi għal dan; Iħeġġeġ lill-Istati membri sabiex jagħmlu skabju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni;

9.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex japplikaw l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fid-deċiżjonijiet dwar politiki u dwar miżuri għan-nisa u irġiel, bniet u subien b’diżabilità u għall-implimentazzjoni tagħhom fl-oqsma kollha, speċjalment fir-rigward tal-integrazzjoni tagħhom fil-post tax-xogħol, tal-edukazzjoni u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u sabiex jintroduċu leġiżlazzjoni li tħares id-drittijiet tan-nisa u l-bniet b’diżabilità f’każijiet ta’ abbuż sesswali u vjolenza psikoloġika u fiżika fil-pubbliku u fl-ambjent ta’ darhom, u biex jappoġġjaw il-fejqan ta’ nisa u bniet b’diżabilità li jkunu batew xi vjolenza;

10.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Komunità sabiex jiżguraw li jkun hemm aċċess liberu, taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabilità, għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll mhux obligatorju, u biex jiżguraw it-tixrid tagħha lil dawn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet f’format li jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini;

11.

Jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani kollha meħtieġa sabiex tkun tista’ sservi bħala punt ta’ riferiment fir-rigward ta’ materji li jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tal-Komunità, f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni; jappella għat-twaqqif ta’ proċedura li tippermetti li tingħata ħarsa ġenerali tal-politiki kollha Ewropej u nazzjonali li jħallu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta regolarment lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni;

12.

Jistieden lill-Istati Membri, skont is-sistema tagħhom ta’ organizzazzjoni, sabiex jaħtru punt ta’ riferiment wieħed jew aktar fi ħdan il-gvernijiet rispettivi tagħhom għal kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ nazzjonali tal-Konvenzjoni u sabiex jikkunsidraw l-istabbiliment jew il-ħatra ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni fi ħdan il-gvern sabiex jiffaċilita l-azzjoni f’setturi differenti u f’livelli differenti, skont l-Artikolu 33(1) tal-Konvenzjoni; Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu xieraq ta’ monitoraġġ indipendenti skont l-Artikolu 33(2) tal-Konvenzjoni u skont il-prinċipju li huwa marbut mal-istituzzjonijiet nazzjonali - il-Prinċipji ta’ Pariġi - kif adottat fir-riżoluzzjoni 48/134 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-20 ta’ Diċembru 1993;

13.

Iħeġġeġ lill-Komunità u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu djalogu soċjali kkoordinat sewwa bejn il-partijiet interessati u sabiex jinvolvu b’mod attiv l-organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabilità fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, skont l-Artikolui 4 u 33(2) tal-Konvenzjoni;

*

* *

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta’ l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 76E, 25.3.2004, p. 231.

(2)  ĠU C 104E, 30.4.2004, p. 148.

(3)  ĠU C 287E, 24.11.2006, p. 336.

(4)  ĠU C 316E, 22.12.2006, p. 370.

(5)  ĠU C 74E, 20.3.2008, p. 742.

(6)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p.321.

(7)  Testi adottati, P6_TA(2008)0286.

(8)  ĠU C 75, 26.3.2008, p. 1.

(9)  Testi adottati, P6_TA(2008)0212.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2009)0312.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2009)0313.

(12)  Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea għall-applikazzjoni tal-Artikolu 44(1) tal-Konvenzjoni (Anness 2 għall-Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill, Vol I) u d-Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tal-Protokoll mhux Obligatorju (Annes 2 għad-deċiżjoni tal-Kunsill, Vol. II).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/114


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Il-25 rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (2007)

P6_TA(2009)0335

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-25 rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (2007) (2008/2337(INI))

2010/C 184 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-25 rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt komunitarju (2007)(COM(2008)0777),

wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni (SEC(2008)2854 u SEC(2008)2855),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2007 bit-titolu “Ewropa Li Tikseb ir-Riżultati – L-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja” (COM(2007)0502),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet ma' min jilmenta fir-rigward ta' ksur tal-liġi Komunitarja (COM(2002)0141),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 dwar it-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (2005) (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0245/2009),

1.

Jiddispjaċih li, bil-kontra ta' dak li ġara fil-passat, il-Kummissjoni ma wieġbet bl-ebda mod għall-kwistjonijiet li qajjem il-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-21 ta' Frar 2008; jinnota li hemm nuqqas ta' titjib sinifikanti f'dak li jirrigwarda t-tliet kwistjonijiet fundamentali li huma t-trasparenza, ir-riżorsi u t-tul tal-proċeduri;

2.

Ifakkar lill-Kummissjoni dwar it-talbiet li saru fis-snin preċedenti, jiġifieri

li tinvestiga b'mod urġenti l-possibilità ta' sistema li tindika b'mod ċar il-mekkaniżmi varji għall-ilmenti disponibbli għaċ-ċittadini, li jistgħu jieħdu l-forma ta' portal komuni tal-UE jew tal-ħolqien ta' ċentri online apposta li jservu għal kollox (on-line one-stop-shop) sabiex jgħinu liċ-ċittadini;

li tadotta komunikazzjoni li tistipula l-interpretazzjoni tagħha tal-prinċipju tar-responsabilità tal-Istat għall-ksur tal-liġi tal-Komunità, inkluż ksur li jista' jkun attribwit lill-fergħa ġuridika, biex b'hekk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod iżjed effettiv għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant:

biex tirrispetta l-impenn li ħadet fil-Komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq tal-20 ta' Marzu 2002 biex tippubblika d-deċiżjonijiet kollha tagħha dwar proċedimenti marbuta ma' ksur tal-liġi (2), peress li l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha, li jibdew b'reġistrazzjoni ta' lment u jkomplu bl-atti kollha sussegwenti, hija għodda vitali li permezz tagħha titrażżan l-interferenza politika fil-kontroll tal-ksur tal-liġi;

biex tagħti lill-Parlament, kif intalab diversi drabi, dejta ċara u eżawrjenti dwar ir-riżorsi maħsuba għall-ipproċessar tal-każijiet ta' ksur tal-liġi fid-Direttorati Ġenerali varji;

biex tikkunsidra l-introduzzjoni ta' proċedura ssimplifikata u inqas burokratika għall-ħruġ ta' notifiki formali kontra l-Istati Membri li jkunu naqsu milli jirrispettaw l-obbligi tagħhom, sabiex tieħu vantaġġ rapidu mill-effettività ta' din il-miżura;

barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika l-Artikolu 228 tat-Trattat KE b'mod deċiżiv, sabiex tiżgura li d-deċiżjonijiet li jingħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja jkunu nfurzati kif xieraq;

4.

Jinnota li l-Kummissjoni, kif imħabbar fil-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq tal-5 ta' Settembru 2007 (3), iddeskriviet, fir-rapport annwali li qed tirrevedi, l-azzjonijiet ta' prijorità li għandha l-ħsieb li tieħu f'ċertu oqsma fil-ġestjoni ta' lmenti u ta' ksur tal-liġi; jilqa' l-istqarrijiet fejn jingħad li se tibqa' tingħata prijorità lill-“problemi li għandhom impatt wiesa' fuq id-drittijiet fundamentali u fuq il-moviment ħieles” (4), jenfasizza l-importanza ta' azzjoni urġenti u determinata f'dawn l-oqsma, billi l-atti ta' vjolenza marbutin mar-razziżmu u l-ksenofobija saru frekwenti f'ċerti Stati Membri; jilqa' b'tant ieħor sodisfazzjon il-prijorità mogħtija lil “ksur fejn ċittadini ġew esposti fuq skala sinifikattiva jew repetutament għall-ħsara diretta jew detriment serju għall-kwalità tal-ħajja tagħhom” (5); jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef ir-riżoluzzjoni u, fejn ikun xieraq, l-għeluq ta' dawk il-proċeduri ta' ksur li jżommu lill-Istati Membri milli jinvestu fl-infrastrutturi li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-kumitati parlamentari responsabbli bi pjan dettaljat li jistipula l-limiti ta' żmien u l-iskadenzi għall-azzjonijiet speċifiċi li għandha l-ħsieb li tniedi f'dawn l-oqsma;

5.

Jinnota li, fost il-każijiet il-ġodda ta' ksur tal-2007, 1 196 kienu jirrigwardaw nuqqas ta' notifika dwar il-miżuri nazzjonali relatati mat-traspożizzjoni tad-direttivi Komunitarji; iqis li mhux aċċettabbli li l-Kummissjoni għandha tikkonċedi lilha nnifisha 12-il xahar (6) biex titratta l-każijiet sempliċi ta' nuqqas ta' komunikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni mill-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni awtomatika u immedjata fir-rigward ta' każijiet ta' dan it-tip li ma jitolbux analiżi jew evalwazzjoni;

6.

Iqis li għad m'hemmx proċeduri ċari fis-seħħ biex Stat Membru jitressaq b'mod effettiv quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għal ksur tal-liġi tal-Komunità, li safrattant ikun ġie rrimedjat, u biex jinkiseb kumpens għal nuqqasijiet u ommissjonijiet preċedenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti ġodda (sal-aħħar tal-2010) biex il-proċedura attwali rigward il-ksur tkun kompluta b'tali mod li titqies din is-sitwazzjoni inġusta;

7.

Jenfasizza li skont il-metodu ta' ħidma l-ġdid propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2007, it-talbiet għal informazzjoni u l-ilmenti li tirċievi l-Kummissjoni għandhom jintbagħtu direttament lill-Istat Membru kkonċernat “ fejn xi kwistjoni tkun teħtieġ kjarifika dwar il-pożizzjoni fattwali jew legali fl-Istat Membru. (…) l-Istat Membru jingħata skadenza qasira ta' żmien biex iressaq il-kjarifiki, l-informazzjoni u s-soluzzjonijiet meħtieġa direttament liċ-ċittadini u n-negozji kkonċernati u jgħarraf lill-Kummissjoni” (7);

8.

Jinnota li l-Kummissjoni nediet il-proġett “EU Pilot” biex tipprova l-metodu ta' ħidma l-ġdid f'diversi Stati Membri, li 15-il Stat Membru qed jieħdu sehem fil-proġett li beda f'April 2008, u li, ladarba tkun ġiet evalwata l-ewwel sena ta' ħidma tiegħu, il-proġett għandu jiġi estiż għall-Istati Membri l-oħra;

9.

Jirrimarka li dan madankollu huwa proġett mħaddem fuq bażi volontarja, li l-karatteristiċi tiegħu diġà qajmu xi dubji u xi kwistjonijiet speċifiċi (kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 msemmija hawn fuq);

10.

Jistaqsi lill-Kummissjoni b'mod partikolari jekk in-nuqqas ta' riżorsi fl-Istati Membri huwiex sinjal preokkupanti li jista' jkun hemm problemi ġenwini fil-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex fl-evalwazzjoni tagħha tal-proġett tivverifika l-kwistjonijiet li ġejjin u tħejji rapport dwarhom għall-Parlament:

li min ressaq ilment irċieva mill-Kummissjoni spjegazzjonijiet ċari u eżawrjenti dwar l-ipproċessar tal-ilment tiegħu; li l-metodu l-ġdid ġenwinament għen biex tinstab soluzzjoni għall-każijiet ta' min ilmenta u li ma tneħħietx ir-responsabilità kollha mill-Kummissjoni fl-irwol tagħha bħala ‧gwardjan tat-Trattat‧;

li l-metodu l-ġdid ma kienx il-kaġun ta' iktar dewmien fit-tnedija tal-proċess ta' ksur, li ż-żmien li jieħu diġà huwa twil ħafna u mhux definit;

li l-Kummissjoni ma wrietx klemenza mal-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-konformità mal-iskadenzi stipulati mill-Kummissjoni (10 ġimgħat) u li, malli jiskadi dak il-perjodu, il-Kummissjoni tat lill-Istat Membru kkonċernat tagħrif u skadenzi ċari dwar l-azzjoni li jrid jieħu fil-futur sabiex tinstab soluzzjoni bikrija u definittiva għaċ-ċittadin;

li l-fatt li l-proġett ‧EU Pilot‧ ġie implimentat biss fi 15-il Stat voluntier ma jfissirx li ngħatat inqas attenzjoni fit-trattament ta' ksur tal-liġi minn dawk il-pajjiżi li ma pparteċipawx fil-proġett;

11.

Jistaqsi jekk, minħabba l-implimentazzjoni tal-proġett ‧EU Pilot‧ u t-tnaqqis sussegwenti fit-tagħbija tax-xogħol marbuta mal-proċessi ta' ksur, il-Kummissjoni hix qed twettaq verifiki aktar sistematiċi u eżawrejnti fuq it-traspożizzjoni tad-direttivi fis-sistemi leġiżlattivi nazzjonali;

12.

Jistaqsi lill-Kummissjoni jekk il-proġett ‧EU Pilot‧ affettwax it-tmexxija tal-laqgħat (package meetings) li tagħmel għall-Istati Membri involuti fil-proġett u għall-Istati Membri l-oħra li mhux qed jipparteċipaw, filwaqt li jinżamm amment li laqgħat bħal dawn huma meqjusa l-mezz ewlieni biex jiġu ttrattati u solvuti l-proċeduri ta' ksur;

13.

Iqis li ċ-ċittadini tal-UE għandhom jistennew l-istess livell ta' trasparenza mill-Kummissjoni, kemm jekk iressqu lment formali kemm jekk jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal petizzjoni skont it-Trattat; konsegwentement, jitlob li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun ipprovdut b'informazzjoni regolari u ċara dwar l-istadju milħuq fil-proċeduri ta' ksur koperti wkoll minn petizzjoni miftuħa, jew, fin-nuqqas ta' dan, li l-kumitat jingħata aċċess għall-bażi tad-dejta rilevanti tal-Kummissjoni bl-istess kundizzjonijiet mogħtija lill-Kunsill;

14.

Ifakkar lill-Kummissjoni li kull korrispondenza li jista' jkun fiha lment dwar ksur ġenwin tal-liġi Komunitarja għandha tkun irreġistrata bħala lment sakemm ma tkunx koperta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-punt 3 tal-anness għall-komunikazzjoni msemmija hawn fuq tal-20 ta' Marzu 2002;

15.

Jinnota li l-Kummissjoni ddikjarat li direttiva fundamentali bħalma hi d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 t'April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri (8) ma ġietx trasposta kif xieraq, għall-għanijiet prattiċi kollha, fl-ebda wieħed mill-Istati Membri; jinnota li l-Kummissjoni rċeviet aktar minn 1 800 ilment individwali b'rabta ma' din id-direttiva, li minnhom irreġistrat 115 bħala lmenti u fetħet ħames każijiet ta' ksur tal-liġi fuq il-bażi li d-direttiva ma ġietx applikata tajjeb (9); jirrikonoxxi li l-Kummissjoni ħadmet mal-Parlament b'konsegwenzi utli u fi spirtu ta' koperazzjoni bla ħabi fejn tidħol id-Direttiva 2004/38/KE; jappoġġa l-approċċ propost tal-Kummissjoni li jipprevedi li d-Direttiva tkun taħt reviżjoni kontinwa u eżawrjenti, appoġġ lill-Istati Membri, fil-forma ta' linji-gwida li se jkunu ppubblikati fl-ewwel nofs tal-2009, biex jgħinhom fl-applikazzjoni sħiħa u xierqa tad-Direttiva, u l-bidu ta' proċedimenti ta' ksur kontra l-Istati Membri li l-leġiżlazzjoni tagħhom ma tikkonformax mad-Direttiva; jesprimi t-tħassib gravi tiegħu rigward il-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq l-irwol tagħha bħala ‧gwardjan tat-Trattat‧ u dwar l-opportunità offruta lill-Parlament li jivverifika l-politika ta' reġistrazzjoni ta' lmenti implimentata mid-dipartimenti varji tal-Kummissjoni;

16.

Iħeġġeġ lid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni biex iżommu lil min jilmenta infurmat bis-sħiħ dwar il-progress li jkun sar fl-ipproċessar tal-ilment tiegħu, fi tmiem ta' kull perjodu definit minn qabel (ittra ta' notifika formali, opinjonijiet motivati, proċedimenti quddiem il-Qorti jew l-għeluq ta' każ), biex jipprovdu, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar it-trattament tal-każ permezz ta' mekkaniżmi alternattivi ta' riżoluzzjoni tat-tilwim, u biex jingħataw ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom u biex jikkomunikaw dawn ir-raġunijiet fid-dettall lil min jilmenta skont il-prinċipji stipulati fil-Komunikazzjoni tal-2002 imsemmija hawn fuq;

17.

Jilqa' l-introduzzjoni gradwali min-naħa tal-Kummissjoni tas-sommarji għaċ-ċittadini, ippubblikati flimkien ma' proposti ewlenin tal-Kummissjoni; jirrakkomanda li sommarji bħal dawn ikunu aċċessibbli permezz tal-użu ta' punt ta' aċċess wieħed, u jqis li mhux aċċettabbli li tali sommarji jisparixxu mill-ġdid meta l-proċedura leġiżlattiva tkun kompluta, li huwa l-punt fejn dawn ikunu l-iktar relevanti għaċ-ċittadini u n-negozji;

18.

Ifakkar fil-wegħda tal-Kunsill li jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu u jippubblikaw tabelli li juru l-korrelazzjoni bejn id-direttivi u l-miżuri nazzjonali għat-traspożizzjoni tad-direttivi; jinsisti li tabelli bħal dawn huma essenzjali biex il-Kummissjoni twettaq skrutinju effettiv tal-miżuri ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha;

19.

Jinnota b'diżappunt li tul din il-leġiżlatura parlamentari ma sarx progress sinifikanti rigward l-irwol vitali li l-Parlament għandu jkollu fil-kontroll tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja; iqis li l-prijoritizzazzjoni tal-proċeduri ta' ksur mill-Kummissjoni tinvolvi deċiżjonijiet politiċi u mhux biss tekniċi li bħalissa mhumiex l-oġġett ta' xi forma ta' skrutinju estern, kontroll jew trasparenza; jitlob li r-riformi relatati proposti mill-Grupp ta” Ħidma dwar ir-Riforma tal-Parlament Ewropew, li jtejbu l-kapaċità tal-Parlament innifsu li jimmonitorja l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, ikunu implimentati minnufih; jappoġġa, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Konferenza taċ-Chairpersons tal-Kumitati tal-25 ta' Marzu 2009;

20.

Jappella sabiex ikun hemm aktar koperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew u l-Membri rispettivi tagħhom, sabiex ikun promoss u jsir titjib fil-kontroll tal-kwistjonijiet Ewropej fuq il-livell nazzjonali, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat il-fluss ta' informazzjoni, l-aktar matul l-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi Ewropej; iqis li l-membri tal-parlamenti nazzjonali għandhom rwol importanti fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, u b'hekk jgħinu fit-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni Ewropea u jressquha iktar qrib taċ-ċittadini;

21.

Ifakkar fil-wegħda tal-Kunsill li jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu u jippubblikaw tabelli li juru l-korrelazzjoni bejn id-direttivi u l-miżuri nazzjonali tat-traspożizzjoni; jenfasizza li dawn it-tabelli huma essenzjali sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja b'mod effettiv il-miżuri ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha; jiddeċiedi, fil-kapaċità tiegħu bħala ko-leġiżlatur, li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li waqt il-proċess leġiżlattiv ma jitħassrux mit-testi tal-proposti tal-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw dawn it-tabelli;

22.

Jinnota li l-qrati nazzjonali għandhom rwol vitali fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni li tidentifika korsijiet ta' taħriġ supplementari għall-imħallfin nazzjonali, għall-professjonisti fil-kamp tal-liġi u għall-uffiċjali u li jaħdmu fl-amministrazzjonijiet nazzjonali; jenfasizza li dan l-appoġġ huwa essenzjali fl-Istati Membri l-ġodda, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għall-informazzjoni legali u l-letteratura legali fl-ilsna uffiċjali kollha; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-appoġġ għat-titjib fid-disponibilità ta' bażijiet tad-dejta dwar id-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali rigward il-liġi Komunitarja;

23.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli teżamina l-mekkaniżmi ta' kumpens kollettivi fl-UE kollha, bil-għan li jitlestew l-inizjattivi li attwalment qed isiru fl-oqsma tal-liġi tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni; iqis li mekkaniżmi bħal dawn jistgħu jintużaw miċ-ċittadini, inklużi dawk li jressqu l-petizzjonijiet, biex itejbu l-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-Komunità;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li tingħata prijorità akbar lill-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja dwar l-ambjent, filwaqt li jinżamm amment tat-tendenzi inkwetanti żvelati fir-rapport tagħha u l-ħafna petizzjonijiet riċevuti f'dan il-qasam, u f'dan il-kuntest jirrakkomanda li l-kontrolli tal-infurzar jissaħħu u li s-servizzi rilevanti jingħatawlhom ir-riżorsi li hemm bżonn; jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-Komunità Ewropea (COM(2008)0773) bħala l-ewwel pass f'din id-direzzjoni;

25.

Jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li għandhom jittieħdu iktar miżuri preventivi biex ikun evitat il-ksur tal-liġi Komunitarja mill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taċċetta talbiet speċifiċi magħmula mill-Kumitat tal-Petizzjonijiet sabiex tkun evitata ħsara irriversibbli lill-ambjent; u jiddispjaċih li r-risposta tal-Kummissjoni tkun ta' spiss wisq li trid tistenna deċiżjoni finali mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli qabel ikollha kwalunkwe setgħa li taġixxi;

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Ombudsman Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0060.

(2)  Punt 12: “Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-każijiet ta' ksur jiġu ppublikati fi żmien ġimgħa mill-adozzjoni tagħhom fuq is-sit internet tas-Segretarjat Ġenerali, f'dan l-indirizz: http://europa.eu.int/comm/secretariat_general/sgb/droit_com/index_en.htm#infractions. Id-deċiżjonijiet biex tingħata opinjoni motivata lil Stat Membru jew li każ jiġi riferut lill-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jiġu ppublikati wkoll permezz ta' stqarrija għall-istampa, sakemm il-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni oħra.”

(3)  Punt 3: “Il-Kummissjoni se tiddeskrivi u tispjega l-azzjoni tagħha fuq dawn il-prijoritajiet fir-rapporti annwali tagħha, mill-2008.”

(4)  COM(2008)0777, p. 9.

(5)  Ibid.

(6)  “Fir-rigward ta' każi b'rabta man-nuqqas ta' komunikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni, il-mira għandha tkun li ma jinqabżix it-12-il xahar minn meta tintbagħat l-ittra ta' notifika formali sa meta tinstab soluzzjoni għall-każ jew sa meta jitressaq quddiem il-Qorti ta-Ġustizzja” (COM(2007)0502).

(7)  COM(2007)0502, p. 8.

(8)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(9)  “Matul it-tletin xahar li d-Direttiva ilha applikabbli, il-Kummissjoni rċeviet aktar minn 1 800 ilment individwali, 40 mistoqsija mill-Parlament u 33 petizzjoni fuq l-applikazzjoni tagħha. Hija rreġistrat 115-il ilment u fetħet ħames każi ta” infrazzjonijiet minħabbba l-applikazzjoni skorretta tad-Direttiva.“ – Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri (COM(2008)0840), p. 9.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/119


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Il-problema tat-tfassil tal-profil, b'mod partikulari fuq bażi ta' etniċità u razza, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fl-infurzar tal-liġi, l-immigrazzjoni u l-kontroll tad-dwana u tal-fruntieri

P6_TA(2009)0314

Rakkomondazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 lill-Kunsill dwar il-problema tat-tfassil tal-profil, b'mod partikulari fuq bażi ta' etniċità u razza, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fl-infurzar tal-liġi, l-immigrazzjoni u l-kontroll tad-dwana u tal-fruntieri (2008/2020(INI))

2010/C 184 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill minn Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE dwar il-problema tat-tfassil tal-profili, b'mod partikulari fuq bażi ta' etniċità u razza, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fl-infurzar tal-liġi, l-immigrazzjoni u l-kontroll tad-dwana u tal-fruntieri (B6-0483/2007),

wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali, Ewropej u nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem: b'mod partikulari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR); il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR); it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat tal-KE); il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u l-kostituzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, u għad-drittijiet u l-garanziji li dawn jagħtu lill-individwi fil-qasam tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u l-moviment ħieles,

wara li kkunsidra l-miżuri Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data mill-Kunsill tal-Ewropa: l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108 għall-Protezzjoni tal-Individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri R(87) 15 li jirregola l-użu tad-data personali fis-settur tal-pulizija (1), R(97)18 rigward il-protezzjoni tad-data personali miġbura u pproċessata għal raġunijiet statistiċi (2) u R(2001) 10 dwar il-Kodiċi Ewropew tal-Etika tal-Pulizija (3),

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data: L-Artikolu 7 u 8 tal-Karta, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' dan it-tip ta' data (4), u d-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2008/977/JHA tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-ħarsien ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali (5),

wara li kkunsidra l-miżuri kontra d-diskriminazzjoni razzjali: il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali (ICERD), l-Artikolu 14 u l-Protokoll 12 tal-ECHR, l-Artikolu 13 tat-Trattat tal-KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni rrispettivament mir-razza jew l-orġini etnika (6),

wara li kkunsidra l-istrumenti tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluża l-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni u tagħrif sigriet, bħad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/JHA tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi (7), id-Deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill 2006/960/JHA tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikar tal-iskambju ta' informazzjoni u ta' tagħrif sigriet bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (8), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/JHA tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-tisħiħ tal-koperazjoni transkonfinali, b'mod partikulari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati transkonfinali (9) u d-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha 2008/616/JHA tat-23 ta' Ġunju 2008 (10),

wara li kkunsidra l-bażijiet tad-data eżistenti u ppjanati tal-UE bħalma hija s-Sistema Schengen tal-Informazzjoni, l-Eurodac, u s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viżi, wara li kkunsidra l-miżuri tal-ġbir tad-data bijometrika bħalma huma dawk għall-permessi ta' residenza u l-passaporti, u għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2006 jisimha “Rinforzar ta' l-amministrazzjoni tal-Fruntieri Marittimi tan-Nofsinhar ta' l-Unjoni Ewropea” konċernanti t-twaqqif ta' Netwerk tal-Għassa Kostali Permanenti għall-fruntieri marittimi esterni tan-nofsinhar (COM(2006)0733), kif ukoll il-proġetti ta' sorveljanza proposti bħalma huma l-Eurosur (is-sistema ta' sorveljanza tal-fruntieri Ewropej),

wara li kkunsidra l-proposta biex jinħolqu l-“e-borders” kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008“Inħejju għall-pass li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea”, fejn l-immaniġġjar integrat tal-fruntiera li jbassar il-ħolqien ta' kontrolli awtomatizzati mal-fruntiera inklużi programm ta' vvjaġġar reġistrat u sistema ta' dħul-ħruġ huma proposti (COM (2008)0069),

wara li kkunsidra l-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mil-linji tal-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (2007 Ftehima tal-PNR) (11), u għal proposta għal deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill dwar l-użu ta' Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi (COM(2007)0654) kif ukoll għal opinjonijiet dwar din il-proposta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġudikatura,

wara li kkunsidra l-każistika nazzjonali rilevanti bħad-Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża dwar il-polizeiliche präventive Rasterfahndung (12) u s-sentenza tal-House of Lords tar-Renju Uniti dwar ir-Roma Ċeki (13) u l-każistika tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ECtHR), b'mod partikulari Timishev v. Russia (14), Nachova et v. Bulgaria (15), D.H et v. the Czech Republic (16) u S. and Marper v. the United Kingdom (17), u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, b'mod partikulari f'Huber v. Germany (18),

wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU Martin Scheinin dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (19), il-karta dwar “Il-ħarsien tad-dritt għall-privatezza fil-ġlieda kontra t-terroriżmu” mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem Thomas Hammarberg (20), għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Politika Ġenerali Nru 8 dwar il-Ġlieda kontra r-Razziżmu waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu (21) u Nru 11 dwar il-Ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali tal-pulizija (22) tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) tal-Kunsill tal-Ewropa u għar-rapport dwar “It-tfassil tal-profil Etniku” min-Netwerk tal-Unjoni Ewropea tal-Esperti Indipendenti dwar id-Drittijiet Fundamentali (23),

wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0222/2009).

A.

Billi l-gvernijiet tal-Istati Membri qed jagħmlu użu dejjem ikbar ta' teknoloġiji ġodda, permezz ta' programmi u sistemi li jinvolvu l-akkwist, l-użu, iż-żamma jew l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-individwi, bħala mezzi li bihom jiġi miġġieled it-terroriżmu jew affaċċjati theddidiet oħra fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-kriminalità,

B.

Billi hemm il-bżonn li tiġi adottata, fil-livell Ewropew, definizzjoni ċara tat-tfassil tal-profil, billi wieħed iżomm f'moħħu l-objettiv speċifiku mfittex; Billi t-tfassil tal-profil huwa teknika tal-investigazzjoni magħmula possibbli mit-teknoloġiji l-ġodda u użat komunement fis-settur kummerċjali, imma issa użat dejjem iżjed bħala strument għall-infurzar tal-liġi, b'mod partikolari biex jinstabu u jiġu evitati d-delitti u wkoll fil-kuntest tal-kontrolli tal-fruntieri,

C.

Billi l-prattika tat-tfassil tal-profil, li spiss hija mwettqa permezz ta' “tiftix” awtomatiku ta' data miżmuma fil-kompjuter, tirrikjedi analiżi u dibattitu politiku, ladarba din tmur lil hinn, b'mod kontroversjali, mir-regola ġenerali li d-deċiżjonijiet dwar l-infurzar tal-liġi għandhom ikunu bbażati fuq il-kondotta personali ta' individwu; billi t-tfassil tal-profil hija teknika investigattiva li tieħu informazzjoni minn diversi sorsi dwar nies, liema informazzjoni tista' tinkludi l-etniċità, ir-razza, in-nazzjonalità u r-reliġjon tagħhom, bħala l-bażi biex isir tentattiv ta' identifikazzjoni u potenzjalment jiġu sanzjonati dawk fosthom li jistgħu jkunu kriminali jew suspettati terroristi, u jistgħu jiġu definiti bħala:

“l-assoċjazzjoni sistematika ta' sett ta' karatteristiċi fiżiċi, psikoloġiċi u ta' mġiba ma' offiżi partikulari u l-użu tagħhom bħala bażi biex jittieħdu deċiżjonijiet li jinfurzaw il-liġi” (24)

jew, tagħmel ir-relazzjoni bejn it-tfassil tal-profil u t-tiftix tat-tagħrif aktar ċara:

“teknika li biha sett ta' karatteristiċi ta' klassi partikulari ta' nies tkun dedotta mill-esperjenza tal-passat, u l-postijiet fejn tinżamm l-informazzjoni mbagħad tkun imfittxija għal individwi li jaqblu mill-qrib ma' dak is-sett ta' karatteristiċi”  (25) ,

D.

Billi t-tfassil tal-profil etniku, li għandu bażi razzjali u etnika speċifika u għalhekk iqajjem tħassib kbir dwar kunflitt ma' normi mhux diskriminatorji, jista' jiġi definit bħala:

“il-prattika tal-użu tar-‘razza’ jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon, jew l-oriġini nazzjonali, bħala l-uniku fattur, jew bħala wieħed minn diversi fatturi fid-deċiżjonijiet tal-infurzar tal-liġi, fuq bażi sistematika, kemm jekk l-individwi kkonċernati huma identifikati permezz ta' mezzi awtomatizzati, u kemm jekk mhumiex”  (26)

jew

“l-użu mill-pulizija, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva jew raġonevoli, ta' sisien bħar-razza, il-kulur, il-lingwa, ir-reliġjon, in-nazzjonalità jew l-oriġini nazzjonali jew etnika, f'ħidmiet ta' kontroll, sorveljanza jew investigazzjoni”  (27) ,

E.

Billi t-tfassil tal-profil, kemm permezz tat-tiftix tat-tagħrif jew permezz tal-prattiki tal-pulizija jew aġenziji oħra, qiegħed jiżdied dejjem aktar għall-infurzar tal-liġi u l-kontroll tal-fruntiera, mhux qed tingħata biżżejjed attenzjoni għall-evalwazzjoni tal-effettività tiegħu u għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' salvagwardji legali li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-privatezza u l-evitar tad-diskriminazzjoni,

F.

Billi l-profili jistgħu jkunu:

i)

deskrittivi, meta jkunu bbażati fuq xhieda u tagħrif ieħor dwar min ikkommetta reat jew karatteristiċi ta' reati li ġew imwettqa, u għalhekk jappoġġjaw l-arrest ta' suspettati speċifiċi jew l-identifikazzjoni ta' attivitajiet kriminali attwali li jsegwu l-istess mudell; jew

ii)

ta' tbassir, meta jagħmlu korrelazzjonijiet bejn varjabbli osservati minn avvenimenti tal-passat u data attwali u informazzjoni sigrieta sabiex isiru inferenzi li huwa mifhum li jgħinu biex jiġu identifikati dawk li jistgħu jkunu involuti f'xi reat fil-ġejjieni jew li għadu ma ġiex skopert (28);

G.

Billi t-tiftix ta' data u t-tfassil tal-profil iċajpru l-linja li tinqata' bejn sorveljanza mmirata permissibbli u sorveljanza ta' massa problematika li fihom tinġabar id-data għax tkun ta' użu iżjed milli għal raġunijiet definiti, li potenzjalment jammontaw għal interferenza mhux legali fil-privatezza;

H.

Jenfasizza li r-restrizzjonijiet mhux iġġustifikati fuq l-ivvjaġġar u l-prattiki intrużivi tal-kontroll jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-iskambji ekonomiċi, xjentifiċi, kulturali u soċjali li huma vitali mal-pajjiżi terzi; għaldaqstant, jisħaq fuq l-importanza li jitnaqqas ir-riskju ta' ċerti gruppi, komunitajiet jew nazzjonalitajiet li jesperjenzaw prattiki diskriminatorji jew miżuri li ma jistgħux jiġu ġġustifikati b'mod oġġettiv,

I.

Billi jeżisti l-periklu li nies innoċenti jkunu suġġetti għal waqfiet arbitrarji, interrogazzjonijiet, restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar, twissijiet ta' sorveljanza jew ta' sigurtà minħabba informazzjoni li tkun żdiedet fil-profil tagħhom minn aġent statali, u li jekk l-informazzjoni ma titneħħiex immedjatament taf twassal, permezz tal-iskambju ta' data u rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet, għal ċaħdiet ta' viżi, permessi għal ivvjaġġar jew fil-fruntieri, tqegħid fuq listi ta' kontroll, inklużjoni f'bażijiet ta' data, projbizzjonijiet ta' impjieg jew użu ta' banek, arresti jew telfien ta' libertà jew ċħid ieħor ta' drittijiet, li kollha kemm huma jafu jkunu mingħajr rimedju,

J.

Billi l-infurzar tal-liġi għandu dejjem isir fir-rispett tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet għall-ħajja privata u familjari, il-ħarsien tad-data personali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni; jemmen li waqt li koperazzjoni internazzjonali mill-qrib hija essenzjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u rati serji, kull koperazzjoni ta' dan it-tip trid tikkonforma mal-liġi internazzjonali kif ukoll man-normi u l-valuri Ewropej dwar trattament ugwali u protezzjoni legali xierqa, sabiex l-UE ma tnaqqasx il-kredibilità tagħha bħala promotriċi tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali fil-fruntieri tagħha u fil-livell internazzjonali,

K.

Billi l-UE għandha tevita sistemi investigattivi li jistgħu jagħmlu ħsara lir-relazzjonijiet diplomatiċi bla bżonn, ifixklu l-koperazzjoni internazzjonali jew li jħassru tali immaġni tagħha fid-dinja u l-kredibilità tagħha bħala promotur tal-liġi internazzjonali; billi l-istandards Ewropej għat-trattament ugwali, għan-nondiskriminazzjoni u għall-protezzjoni legali għandhom ikomplu jagħtu eżempju,

L.

Billi kemm it-tfassil tal-profil deskrittiv u ta' tbassir, jistgħu jkunu għodda investigattiva leġittima, meta dawn ikunu bbażati fuq tagħrif speċifiku, affidabbli u f'waqtu li u meta l-azzjonijiet meħuda abbażi ta' dawn il-profili jiltaqgħu mat-testi legali tan-neċessità u l-proporzjonalità; iżda madankollu jemmen li fin-nuqqas ta' restrizzjonijiet u salvagwardji legali xierqa rigward l-użu ta' data dwar l-etniċità, ir-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità u l-affiljazzjoni politika, hemm riskju kbir li l-profiling jista' jwassal għal prattiki diskriminatorji,

M.

Billi, il-gwida fil-Kodiċi ta' Etika tal-Pulizija li “l-investigazzjonijiet tal-pulizija għandhom bħala minimu jkunu bbażati fuq suspett raġonevoli ta' offiża jew reat li seħħ jew possibbli li jseħħ”, u billi huwa mistqarr li probabilità ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem (29) li jheddu d-drittijiet tal-individwu u s-soċjetà bħala tali tiġi min-nuqqas ta' dan is-suspett raġonevoli, meta t-tfassil tal-profil huwa bbażat fuq sterjotipi jew preġudizzju,

N.

Billi t-“tfassil tal-profil bħala tbassir”, juża profili wiesgħin żviluppati permezz ta' tqabbil bejn bażijiet tad-data u jirriflettu ġeneralizzazjonijiet mhux ippruvati jew xejriet ta' mġiba meqjusa li probabbli jindikaw lill-kummissjoni b'xi reat jew att terroristiku futur jew li għadu ma ġiex skopert iqajjem tħassib serju rigward il-privatezza u jista' jikkostitwixxi kuntrast mad-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata skont l-Artikolu 8 tal-ECHR u l-Artikolu 7 tal-Karta (30),

O.

Billi l-każistika tal-ECtHR tagħmilha ċara li d-derogi skont l-Artikolu 8(2) ECHR huma permessi biss jekk ikunu f'konformità mal-liġi u neċessarji f'soċjetà demokratika (31), kif ikkonfermat fis-sentenza reċenti tagħha ta' S. and Marper v. the United Kingdom, imsemmija hawn fuq, fejn ġiet mistqarra vjolazzjoni tal-Arikolu 8 tal-ECHR “in-natura komprensiva u indiskriminatorja (…) tas-setgħat taż-żamma tal-marki tas-swaba', tal-kampjuni taċ-ċelluli u tal-profili tad-DNA ta' persuni ssuspettati li ma jkunux għadhom instabu ħatja”,

P.

Billi s-sejba tal-ECtHR f'S. and Marper v. the United Kingdom, imsemmi hawn fuq, ta' “riskju ta' stigma” mill-fatt li persuni li ma jiġux ikkundannati li wettqu reat jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-kriminali kkundannati fil-bażi tad-data tad-DNA tar-Renju Unit għandha tqajjem ukoll kwistjonijiet dwar il-legalità ta' operazzjonijiet ta' tfassil tal-profil bbażati fuq l-ipproċessar ta' data personali ta' persuni li ma jkunux instabu ħatja mill-qrati (32),

Q.

Billi l-programm Rasterfahndung, li fih l-awtoritajiet tal-pulizija Ġermaniża ġabru rekords personali minn bażijiet tad-data pubbliċi u privati ta' irġiel bejn it-18 u l-40 sena li kienu studenti jew ex-studenti ta' fidi (preżunta) Iżlamika f'tentattiv (bla suċċess) biex jiġu identifikati suspettati terroristi tqies li jmur kontra l-kostituzzjoni mill-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża fid-deċiżjoni tagħha msemmija hawn fuq, li ddeċidiet li t-tiftix tat-tagħrif huwa intrużjoni illegali fid-data personali u l-privatezza li ma tistax tkun iġġustifikata bħala reazzjoni għal sitwazzjoni ta' theddida ġenerali tat-tip li kontinwament eżistiet fir-rigward tal-attakki terroristiċi sa mid-9 ta' Settembru 2001, iżda teħtieġ li jkun hemm “periklu konkret” bħat-tħejjija jew it-tqabbid biex isiru attakki terroristiċi,

R.

Billi ntefa dubju dwar l-utilità ta' tiftix tat-tagħrif u tfassil tal-profil f'bosta studji Amerikani fosthom:

(i)

Studju mill-Istitut Cato osserva:

“għalkemm it-tiftix tat-tagħrif għandu ħafna użi ta' valur, mhuwiex ideali fir-rigward tal-problema marbuta mal-kxif tat-terroristi. Ikun ħażin jekk it-tiftix tat-tagħrif biex jinkixfu t-terroristi kellu jiġi aċċettat fi ħdan is-sigurtà nazzjonali, l-infurzar tal-liġi u l-oqsma tat-teknoloġija għaliex l-użu tiegħu għat-tiftix tat-tagħrif iwassal biex jinħlew il-flus ta' min iħallas it-taxxa, jikser mingħajr bżonn il-privatezza u l-libertajiet ċivili, u jindirizza ħażin ħin u enerġija ta' valur tal-irġiel u n-nisa fil-komunità tas-sigurtà nazzjonali (33)”,

(ii)

Studju tal-Kunsill tar-Riċerka Nazzjonali tal-Istati Uniti dwar it-tiftix tat-tagħrif u t-teknoloġiji ta' kontroll tal-imġiba għad-Dipartiment tas-Sigurtà Interna kkonkluda li:

“identifikazzjoni awtomatizzata tat-terroristi permezz ta' tiftix tat-tagħrif…la hija possibbli bħala objettiv u lanqas mixtieqa bħala għan ta' sforzi ta' żvilupp teknoloġiku. (34)”,

S.

Billi l-effettività tat-tiftix tat-tagħrif hija mdgħajfa mill-problema tax-“xagħra fl-għaġina” li jaffaċċjaw l-analisti biex jiffiltraw kwantità kbira ta' data disponibbli; sa tal-punt li “t-traċċi diġitali” li jitħallew miċ-ċittadini li jirrispettaw il-liġi huma ħafna aktar minn tal-kriminali u t-terroristi li jagħmlu sforzi kunsiderevoli biex jaħbu l-identità tagħhom; u li hemm rati sinifikanti ta' “pożittivi foloz” u li b'hekk mhux biss persuni totalment innoċenti jaqgħu taħt suspett u li jirriżulta fi ksur potenzjali tal-privatezza individwali tagħhom talli l-issuspettati reali sadanittant jibqgħu mhux identifikati,

T.

Billi l-problema bil-kontra hija l-possibilità li ma jinqabdux perpetraturi li ma jaqblux mal-profil, pereżempju l-mexxej wara l-bombi ta' Londra fis-7 ta' Lulju 2005 li “kien ġibed l-attenzjoni tas-servizzi ta' informazzjoni bħala assoċjat ma' rġiel oħra li kienu suspettati b'involviment fi pjan terroristiku marbut mal-isplużjonijiet ta' bombi…iżda…ma ġiex imfittex għaliex ma' qabilx biżżejjed mal-profil ta' suspettat terrorist ta' qabel Lulju 2005” (35),

U.

Billi t-tfassil tal-politika li tmur kontra r-relazzjoni tajba tal-komunità u taljena ċerti komunitajiet milli jikkoperaw mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jkunu kontroproduċenti fil-ġbir ta' informazzjoni sigrieta u azzjoni effettiva kontra l-kriminalità u t-terroriżmu (36),

V.

Billi l-ġbir effiċjenti ta' informazzjoni dwar suspetti speċifiċi u li s-segwitu ta' suspetti partikulari huma l-aħjar approċċ biex jinsab u jkun evitat it-terroriżmu, u apparti dan isiru verifiki sporadiċi u kontrolli li jaffettwaw lil kulħadd bl-istess mod u huma impossibbli għat-terroristi biex jevitawhom jistgħu jkunu aktar effettivi mit-tfassil tal-profil fi sforzi ta' prevenzjoni kontra t-terroriżmu (37),

W.

Billi l-użu tal-etniċità, l-oriġini nazzjonali jew ir-reliġjon bħala fatturi fl-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi mhumiex esklużi sakemm dawn l-użi jikkonformaw ma' standards mhux diskriminatorji, inkluż l-Artikolu 14 tal-ECHR, iżda li jrid jgħaddi l-livelli ta' skrutinju ta' effettività, neċessità u proporzjonalità jekk għandu jikkostitwixxi differenza leġittima ta' trattament li ma jikkostitwix diskriminazzjoni,

X.

Billi t-tfassil tal-profil ibbażat fuq suppożizzjonijiet sterjotipiċi jistgħu jżidu s-sentimenti ta' ostilità u ksenofobija fil-publiku ġenerali lejn persuni ta' ċerta etniċità, nazzjonalità jew sfond relilġjuż (38),

Y.

Billi l-każistika tal-ECHR stabbiliet li fejn ir-razza tikkostitwixxi bażi esklussiva għall-ħidma tal-infurzar tal-liġi, din titqies bħala diskriminazzjoni pprojbita (39); għalkemm ifakkar li fil-prattika mhuwiex dejjem ċar jekk ir-razza jew l-etniċità kinitx il-bażi esklussiva jew deċiżiva għal azzjoni ta' dan it-tip u spiss huwa biss meta jkunu anlizzati x-xejriet tal-prattiki tal-infurzar tal-liġi li l-piż predominanti ta' dawn il-fatturi joħroġ l-aktar,

Z.

Billi filwaqt li ma hemm ebda norma internazzjonali jew Ewropea li espressament tipprojbixxi “it-tfassil tal-profil etniku”, il-każistika tal-ECtHR tissuġġerixxi din il-konklużjoni u kemm l-ICERD u l-ECRI għamluha ċara li prattiki bħal dawn ma jiksrux il-projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni (40),

AA.

Billi l-Programm ta' Azzjoni adottat fil-Konferenza Dinjija 2000 kontra r-Razziżmu iħeġġeġ lill-Istati biex ifasslu, jimlimentaw u jinfurzaw miżuri effettivi biex jeliminaw ‘it-tfassil tal-profil razzjali’ (41); billi l-ECRI, fir-Rakkomandazzjoni Nru 8, imsemmija hawn fuq, dwar il-glieda kontra ir-razziżmu waqt li tkun qed isseħħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu, staqsiet lill-gvernijiet biex jiżguraw li ebda diskriminazzjoni ma tirriżulta mil-leġiżlazzjoni u r-regolamenti jew l-implimentazzjoni tagħhom fil-qasam tal-infurzar tal-liġi; u billi n-Netwerk tal-Esperti Indipendenti tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali jemmen li l-profili tat-terroristi abbażi tal-karatteristiċi bħan-nazzjonalità, l-età jew il-post ta' twelid “jirrappreżentaw riskju kbir ta' diskriminazzjoni” (42),

AB.

Billi hemm il-bżonn ta' valutazzjoni komprensiva tal-prattiki investigattivi u s-sistemi tal-ipproċessar tad-data fi ħdan l-UE u l-Istati Membri li jużaw jew ifornu l-bażi għat-tekniki tat-tfassil tal-profil, sabiex jiżguraw konformità assoluta mal-obbligi legali nazzjonali, Ewropej u internazzjonali u jevitaw diskriminazzjoni mhux ġustifikata jew impatti li ma jirrispettawx il-privatezza,

AC.

Billi l-linji gwida li ġejjin għandhom japplikaw għal operazzjonijiet bħal dawn u billi l-protezzjonijiet kollha flimkien huma meħtieġa sabiex tkun ipprovduta protezzjoni sħiħa u effettiva,

1.

Jindirizza ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

(a)

l-ipproċessar kollu tad-data personali għall-infurzar tal-liġi u għall-iskopijiet anti-terroristiċi għandu jkun ibbażat fuq regoli legali ppubblikati li jimponu l-limiti fuq l-użu,li huma ċari, speċifiċi u li jorbtu kif ukoll suġġett għal superviżjoni effettiva u mill-qrib minn awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-data u penalitajiet riġidi għall-ksur ta' dawk ir-regoli; il-ħżin tal-massa tad-data għal mottivi prekawzjonarji huwa sproporzjonat meta mqabbel mar-rekwiżiti bażiċi tal-ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu;

(b)

għandu jkun stabbilit qafas legali li jipprovdi definizzjoni ċara kemm tat-tfassil tal-profil u t-tiftix awtomatizzat ta' data miżmuma mill-kompjuter, bil-għan li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar l-użu leġittimu u t-twaqqif ta' limiti; huwa neċessarju wkoll li jiġu introdotti l-garanziji tal-protezzjoni tad-data neċessarja għal individwi u mekkaniżmi biex tiġi stabbilita r-responsabilità;

(c)

il-ġbir u ż-żamma ta' data sensittiva u personali u l-użu ta' tekniki tat-tfassil tal-profil fir-rigward ta' persuni mhux suspettati b' reat speċifiku jew theddida għandhom ikunu suġġetti għal test ta' “neċessità” u “proporzjonalità” partikolarment strett;

(d)

data fattwali u tagħrif sigriet, kif ukoll data dwar kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data, għandhom ikunu distinti b'mod ċar;

(e)

aċċess għal fajls tal-pulizija u tas-servizzi sigrieti għandhom jitħallew biss skont il-każ, għal raġunijiet speċifiċi, u jkunu taħt kontroll ġudizjarju fl-Istati Membri;

(f)

l-attivitajiet ta' profiling ma għandhomx inaqqsu mill-ħidma investigattiva mmirata tal-pulizija magħmula mis-servizzi tal-pulizija tal-Istati Membri, u l-leġiżlazzjoni restrittiva dwar il-profilina ma għandux jipprevjeni l-aċċess leġittimu għad-databejż bħala parti minn tali investigazzjonijiet immirati;

(g)

għandu jkun hemm limiti ta' żmien dwar iż-żamma ta' tagħrif personali;

(h)

l-istatistika etnika hija għodda essenzjali biex tippermetti li jinstabu prattiki tal-infurzar tal-liġi li jiffokaw l-attenzjoni tal-infurzar tal-liġi mhux proporzjonat, mhux mitlub u mhux ġustifikat fuq il-minoritajiet etniċi; il-ħolqien ta' protezzjoni ta' standard għoli tad-data personali nominali (data marbuta ma' individwu identifikabbli) ma jipprekludix il-ħolqien ta' data statistika inklużi l-varjabbli dwar l-etniċità, ir-razza, ir-reliġjon u l-oriġini nazzjonali li huma neċessarji biex tiġi identifikata d-diskriminazzjoni indiretta inklużi riżultati mhux proporzjonati u mhux ġustifikabbli tal-prattiki tal-infurzar tal-liġi; il-Grupp ta' Ħidma Artikolu 29 għandu jintalab joħroġ gwida dwar din il-kwestjoni;

(i)

il-ġbir tad-data dwar individwi abbażi biss tal-fatt li għandhom razza jew oriġini etnika partikulari, fidi reliġjuża, orjentazzjoni sesswali jew mġiba, opinjonijiet politiċi jew huma membri ta' movimenti partikulari jew organizzazzjonijiet li mhuwiex rikjest bil-liġi għandu jkun projbiti; huwa neċessarju li jiġu stabbiliti garanziji rigward il-protezzjoni u l-proċeduri għal appell kontra użu diskriminatorju tal-istrumenti tal-infurzar tal-liġi;

(j)

id-dipendenza ta' entitajiet privati jew pubbliċi mill-kompjuters biex jieħdu deċiżjonijiet dwar individwi mingħajr valutazzjoni umana għandha titħalla biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'salvagwardji stretti;

(k)

għandu jkun hemm salvagwardji b'saħħithom stabbiliti mil-liġi li jiżguraw skrutinju ġudizzjarju u parlamentari xieraq u effettiv tal-attivitajiet tas-servizzi sigrieti u tal-pulizija, inklużi l-attivitajiet ta' kontra t-terroriżmu;

(l)

minħabba l-konsegwenzi possibbli għall-individwi, l-appell għandu jkun effettiv u aċċessibbli b'tagħrif ċar dwar il-proċeduri applikabbli akkumpanjati minn drittijiet ta' access u rettifika;

(m)

għandu jiġi stabbilit sett ta' kriterji għall-valutazzjoni tal-effettività, tal-leġittimità u tal-konsistenza mal-valuri tal-Komunità tal-attivitajiet kollha tat-tfassil tal-profil; il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE eżistenti u proposta marbuta mal-użu tal-profiling tajjeb li tkun riveduta sabiex jiġi żgurat li tissodisfa r-rekwiżiti legali skont id-Dritt Ewropew u t-trattati internazzjonali; u r-riforma legali tal-UE tajjeb li titqies jekk meħtieġ biex tipproduċi regoli li jorbtu biex jiġi evitat kull ksur tal-jeddijiet fundamentali biex titqies ir-rakkomandazzjoni mistennija tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-profiling;

(n)

għandu jkun hemm eżami dwar sa liema punt tipprojbixxi jew tirregola l-miżuri u l-prattiki tat-tfassil tal-profil id-Direttiva 2000/43/KE, u għandu jkun hemm kunsiderazzjoni tar-riforma biex titneħħa l-esklużjoni ta' ajruporti u portijiet mill-ambitu tagħha;

(o)

il-Kunsill tajjeb li jikkommissjona studju, ibbażat fuq il-qafas relevanti u l-prattiki kurrenti, li għandu jsir taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, bil-konsultazzjoni tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont il-każ, u b'konsultazzjoni mal-aġenżiji tal-infurzar tal-liġi u tal-intelligence, billi jkopru l-applikazzjoni attwali u potenzjali tat-tekniki tal-profiling, l-effettività tagħhom fl-identifikazzjoni tal-isusspettati u l-kompatibilità tagħhom mal-libertajiet ċivili, il-jeddijiet tal-bniedem u r-rekwiżiti tal-privatezza; L-Istati Membri għandhom jintalbu biex jippreżentaw figuri dwar il-kontrolli u t-tiftix flimkien ma' interventi oħra li jirriżultaw mit-tekniki tat-tfassil tal-profil;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Adottata mill-Kumitat tal-Ministri tas-17 ta' Settembru 1987 fl-410 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri.

(2)  Adottata mill-Kumitat tal-Ministri tat-30 ta' Settembru 1997 fis-602 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri.

(3)  Adottata mill-Kumitat tal-Ministri tad-19 ta' Settembru 2001 fis-765 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p.31.

(5)  ĠU L 350, 30.12.2008, p.60.

(6)  ĠU L 180, 19.7.2000, p.22.

(7)  ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22.

(8)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

(9)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(10)  ĠU L 210, 6.8.2008, p.12.

(11)  ĠU L 204, 4.8.2007, p. 18.

(12)  Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża, BVerfG, 1 BvR 518/02 tal-4.4.2006, Absatz-Nru. (1-184).

(13)  House of Lords, 9 ta' Diċembru 2004, R v. Immigration Office fl-ajruport ta' Praga et (Konvenuti) ex parte Ċentru Ewropew għad-Drittijiet tar-Roma et (Appellant) [2004], UKHL 55, paragrafu 101.

(14)  Timishev v. Russia, 13 ta' Diċembru 2005, nri.. 55762/00 u 55974/00, ECHR 2005-XII.

(15)  Nachova et v. Bulgaria [GC], 26 ta' Frar 2004, nri. 43577/98 u 43579/98, ECHR 2005-VII.

(16)  D.H. et v. ir-Repubblika Ċeka, 13 ta' Novembru 2007, nru. 57325/00.

(17)  S. u Marper v. ir-Renju Unit, 4 ta' Diċembru 2008, nri. 30562/04 u 30566/04.

(18)  Sentenza tas-16 ta' Diċembru 2008, Każ C-524/06, għadha mhix ippubblikata fir-Rapporti Ewropej ta' każijiet.

(19)  Dokument tan-NU A/HRC/4/26, 29 ta' Jannar 2007.

(20)  CommDH/Issue Paper (2008)3, Strasburgu 17 ta' Novembru 2008.

(21)  CRI (2004) 26, adottata fis-17 ta' Marzu 2004.

(22)  CRI (2007) 39, adottata fid-29 ta' Ġunju 2007.

(23)  CFR-CDF, Opinjoni 4, 2006; disponibbli biss bl-Ingliż: http://ec.europa.eu/justice_home/cfr_cdf/doc/avis/2006_4_en.pdf

(24)  Opinjoni dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-28 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill u l-użu ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-iskop tal-infurzar tal-liġi, paragrafu 35.

(25)  Rapport tal-House of Lords: Clarke R, Profiling: A Hidden Challenge to the Regulation of Data Surveillance, 1993, para 33, nota f'qiegħ il-paġna 41.

(26)  De Schutter, Oliver u Ringelheim, Julie (2008), “Ethnic Profiling: A Rising Challenge for European Human Rights Law,” Modern Law Review, 71(3):358-384.

(27)  Il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) Rakkomandazzjoni tal-politika Ġenerali Nru 11, hawn fuq imsemmija, paragrafu 1.

(28)  Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu, paragrafu 33.

(29)  Idem. Paragrafu 33. Ara wkoll ir-rapport dwar il-profiling etniku magħmul min-network ta' esperti indipendenti tal-UE fil-qasam tad-drittijiet fundamentali imsemmi hawn fuq, p. 9-13.

(30)  Opinjoni dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-28 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-użu ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-iskop tal-infurzar tal-liġi, paragrafu 4.

(31)  Għal daqqa t'għajn ħafifa lejn il-każistika relevanti ara E. Brouwer, Towards a European PNR System?, Studju magħmul mid-Dipartiment C tal-Politika tal-Parlament Ewropew, id-Drittijiet taċ-Ċittadin u l-affarijiet Kostituzzjonali, Dokument PE 410.649, Jannar 2009, paragrafu 5, p. 16-17.

(32)  Sentenza tal-ECtHR fil-każ S. and Marper v. the United Kingdom, imsemmi hawn fuq, paragrafu 125.

(33)  Analiżi tal-Politika tal-Istitut Cato Nru 584, 11 ta' Diċembru 2006, ‘Effective Terrorism and the limited role of predictive data-mining’ minn Jeff Jonas u Jim Harper.

(34)  Protecting Individual Privacy in the Struggle Against Terrorists: A Framework for Program Assessment. Spjegazzjoni eżekuttiva qasira b'xejn disponibbli hawnhekk http://www.nap.edu/catalog/12452.html, p4.

(35)  “Detectives draw up new brief in hunt for radicals,” The Times, 28 ta' Diċembru 2005.

(36)  Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu, paragrafu 62.

(37)  Idem, paragrafu 61.

(38)  Idem, paragrafu 40.

(39)  Eż., sentenza tal-ECtHR fil-Każ Timishev v. Russia, imsemmi hawn fuq.

(40)  Opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-28 ta' Ottubru 2008 dwar id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill għal Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-iskop tal-infurzar tal-liġi, paragrafu 39.

(41)  Rapport tal-Konferenza Dinjija kontra r-Razziżmu, id-Dikriminazzjon Razzjali, il-Ksenofobija u l-Intolleranza Relatata (A/CONF.189/12), Programm ta' Azzjoni, paragrafu 72.

(42)  In-Netwerk ta' Esperti Indipendenti tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali, “The balance between freedom and security in the response by the European Union and its member States to the Terrorist Threats” (2003), p. 21.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/127


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-ġejjieni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT)

P6_TA(2009)0333

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 lill-Kunsill dwar in-nonproliferazzjoni u l-futur tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) (2008/2324(INI))

2010/C 184 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill imressqa minn Annemie Neyts-Uyttebroeck, f'isem il-Grupp ALDE, u Angelika Beer, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar in-nonproliferazzjoni u l-futur tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) (B6-0421/2008),

wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari li se ssir fl-2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-26 ta' Frar 2004 (1), l-10 ta' Marzu 2005 (2), is-17 ta' Novembru 2005 (3) u l-14 ta' Marzu 2007 (4) dwar in-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm nukleari,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà u tal-PESD (5),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa (WMD), li kienet adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonital-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar sigurtà internazzjonali aktar stretta, b'mod partikulari l-punti 6, 8 u 9 tagħha, li tesprimi d-“determinazzjoni tal-UE li tiġġieled il-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa u tal-mezzi li bihom dawn jitwasslu”,

wara li kkunsidra l-irwol fundamentali tal-Grupp tal-Fornituri Nukleari fil-kuntest tan-nonproliferazzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-kwistjonijiet tan-nonproliferazzjoni u tad-diżarm nukleari, b'mod speċjali r-Riżoluzzjoni 1540 (2004),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari, il-Ftehimiet dwar Salvagwardji Komprensivi tal-Agenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) u l-Protokolli Addizzjonali, il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta' Materjal Nukleari, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sopressjoni ta' Atti ta' Terroriżmu Nukleari, il-Kodiċi ta' Kondotta ta' The Hague kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi, it-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START I), li se jiskadi fl-2009, u t-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Offensivi Strateġiċi (SORT),

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà miftiehma mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 90 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0234/2009),

A.

jenfasizza l-bżonn li jkomplu jissaħħu t-tliet pilastri kollha tal-NPT, speċifikament in-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-koperazzjoni dwar l-użu ċivili tal-enerġija nukleari,

B.

huwa mħasseb serjament dwar in-nuqqas ta' progress biex jintlaħqu objettivi konkreti (bħal dawk magħrufa bħala “t-13-il pass” (6)) fir-realizzazzjoni tal-għanijiet tat-Trattat NPT, kif miftiehem fil-Konferenzi preċedenti ta' Reviżjoni, speċjalment issa li t-theddid ġej minn varjetà ta' sorsi, inkluż proliferazzjoni li qed tiżdied il-potenzjal tat-teknoloġija nukleari u tal-materjal radjuattiv li jispiċċa f'idejn l-organizzazzjonijiet kriminali u t-terroristi, u n-nuqqas ta' rieda tal-Istati li għandhom armi nukleari u li huma firmatarji tal-NPT li jnaqqsu jew jeliminaw il-ħażniet nukleari tagħhom u jitbiegħdu mill-prinċipju militari tad-deterrent nukleari,

C.

billi l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa (WMD) u l-mezzi biex dawn jiġu kkonsenjati, kemm lil parteċipanti statali kif ukoll lil oħrajn li mhumiex, hija waħda mill-aktar theddidiet serji għall-istabilità u s-sigurtà internazzjonali,

D.

ifakkar fl-impenn tal-UE li tagħmel użu mill-istrumenti kollha li għandha biex tevita, tfixkel, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi ta' proliferazzjoni li qed jikkawżaw tħassib fil-livell globali, kif ġie espress b'mod ċar fl-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

E.

jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tintensifika l-isforzi biex tiġġieled il-flussi ta' proliferazzjoni u l-finanzjamenti tal-proliferazzjoni, biex timponi sanzjonijiet fuq atti ta' proliferazzjoni u biex tiżviluppa miżuri li jevitaw trasferimenti mhux tanġibbli ta' għerf u għarfien permezz tal-istrumenti kollha disponibbli, inklużi t-trattati multilaterali u l-mekkaniżmi ta' verifika, il-kontrolli fuq l-esportazzjoni kkoordinati nazzjonalment u internazzjonalment, il-programmi ta' koperazzjoni għat-tnaqqis tat-theddid u l-mezzi politiċi u ekonomiċi ta' influwenza,

F.

imħeġġeġ mill-proposti l-ġodda għad-diżarm bħal dawk mitluba minn Henry Kissinger, George P. Shultz, William J. Perry u Sam Nunn f'Jannar 2007 u Jannar 2008 il-Mudell ta' Konvenzjoni dwar l-Armi Nukleari u l-Protokol Hiroshima-Nagasaki, promossi madwar id-dinja minn organizzazzjonijiet ċiviċi u minn mexxejja politiċi, u kampanji bħal “Global Zero”, huma tal-fehma li mod importanti ħafna ta' kif tiġi żgurata l-prevenzjoni tal-proliferazzjoni nukleari u kif tintlaħaq is-sigurtà globali huwa li wieħed jersaq lejn l-eliminazzjoni tal-armi nukleari,

G.

filwaqt li jilqa', f'dan ir-rigward, l-inizjattivi tal-gvern Franċiż u l-gvern tar-Renju Unit biex inaqqsu l-ħażniet nukleari tagħhom,

H.

inkoraġġit ħafna, b'mod partikolari, mid-deskrizzjoni ċara li għamel il-President tal-Istati Uniti Barack Obama, fi Praga fil-5 ta' April 2009 dwar l-approċċ tiegħu għal kwistjonijiet nukleari, dwar l-impenn tiegħu biex ikompli d-diżarm nukleari u dwar il-viżjoni tiegħu ta' dinja mingħajr armi nukleari; Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni kostruttiva bejn l-Istati Uniti u r-Russja biex tiġġedded il-ftehima START,biex il-missili ballistiċi tal-Istati Uniti u tar-Russja ma jibqgħux lesti għal attakk imminenti, u tnaqqas b'mod drammatiku l-ħażniet ta' armi u materjali nukleari tal-Istati Uniti; Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Istati Uniti biex tipparteċipa fil-proċess E3+3 mal-Iran; filwaqt li jilqa' r-ratifika mill-Istati Uniti tal-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet dwar Salvagwardji tal-IAEA bħala pass pożittiv u wieħed li jibni l-fiduċja; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-President Obama li tiġi ffinalizzata r-ratifika mill-Istati Uniti tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari (CTBT) u biex jibdew negozjati dwar Trattat dwar il-Waqfien tal-Użu ta' Materjal Fissili,

I.

jenfasizza l-ħtieġa għall-koordinazzjoni u koperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u sħabha, inklużi, b'mod partikulari, l-Istati Uniti u r-Russja, bil-ħsieb li terġa' tingħata l-ħajja u tissaħħaħ is-sistema ta' nonproliferazzjoni,

J.

jenfasizza li t-tisħiħ tal-NPT bħala l-ġebla tax-xewka tas-sistema ta' nonproliferazzjoni globali hu ta' importanza vitali, u waqt li jagħraf li hemm bżonn ta' tmexxija kuraġġuża u numru ta' passi progressivi u konsekutivi sabiex tiġi affermata mill-ġdid il-validità tal-NPT u jissaħħew il-ftehimiet, it-trattati u l-aġenziji li flimkien jagħmlu s-sistema eżistenti tal-proliferazzjoni u tad-diżarm, inklużi b'mod partikulari, it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari u l-IAEA,

K.

jilqa', f'dan ir-rigward, l-inizjattiva konġunta bejn ir-Renju Unit u n-Norveġja intenzjonata għall-evalwazzjoni ta' kemm hu fattibbli li eventwalment jiġu żarmati l-armi nukleari, għat-twaqqif ta' passi proċedurali ċari għal dan iż-żarmar u l-proċeduri ta' verifika relatat miegħu; waqt li jqis li din l-inizjattiva hi waħda pożittiva ħafna għall-UE, għan-NATO u għall-atturi relevanti l-oħra,

L.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-ittra bid-data tal-5 ta' Diċembru 2008 mill-Presidenza Franċiża tal-UE lis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon, ittra li tistipula l-proposti tad-diżarm tal-UE li kienu adottati mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2008,

M.

jilqa' b'sodisfazzjon id-diskors li sar fid-9 ta' Diċembru 2008 minn Javier Solana, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà, waqt konferenza dwar “Il-Paċi u d-Diżarm: Dinja Mingħajr Armi Nukleari”, li fih laqa' l-fatt li l-kwistjoni tad-diżarm nukleari qiegħda għal darba oħra fuq nett tal-aġenda internazzjonali u enfasizza l-ħtieġa li l-UE tintegra n-nonproliferazzjoni fil-politiki globali tagħha,

N.

jilqa' d-diskors magħmul fi Praga fil-5 t'April 2009 mill-President tal-Istati Uniti Obama, li fih iddikjara li l-USA għandha responsabbiltà morali li tmexxi kampanja biex teħles lid-dinja mill-armi nukleari kollha, għalkemm ammetta li dan l-objettiv jista' ma jintlaħaqx f'ħajtu, u enfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ in-NPT bħala bażi għall-koperazzjoni u soluzzjoni li tintlaħaq pass wara pass; billi l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti għandha tinkludi lill-Unjoni Ewropea bis-sħiħ f'din il-kampanja, u speċjalment fil-laqgħa globali ippjanata għal 2009 biex tindirizza t-theddida tal-armi nukleari,

O.

jindika l-ġeneralizzazzjoni tal-introduzzjoni tal-“klawsoli ta' nonproliferazzjoni” fil-ftehimiet konklużi bejn l-UE u Stati terzi mill-2003,

P.

jikkunsidra l-inizjattivi ta' nonproliferazzjoni u diżarm barra mill-qafas tan-NU li ġew appoġġjati mill-UE, bħall-Inizjattiva ta' Sigurtà fil-qasam tal-Proliferazzjoni u l-Isħubija Dinjija tal-G8,

Q.

jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għandha l-istatus ta' osservatur fil-Grupp tal-Fornituri Nukleari u fil-Konferenza ta' Reviżjoni tal-NPT, u li anke s-Segretarjat tal-Kunsill qed jieħu sehem fil-Konferenza dwar l-NPT, jew fid-delegazzjoni tal-KE jew mal-Presidenza tal-UE,

1.

Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

(a)

li tiġi analizzata u aġġornata l-Pożizzjoni Komuni 2005/329/PESC tal-Kunsill tal-25 ta' April 2005 dwar il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2005 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (7), li tkun approvata uffiċjalment fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2009, bi tħejjija għal riżultat ta' suċċess waqt il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010 tal-NPT li se tkompli ssaħħaħ it-tliet pilastri eżistenti kollha tal-NPT; li jimpenja ruħu għall-għan li eventwalment ikun hemm diżarm nukleari totali, kif stabbilit fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Nukleari;

(b)

li jiġu intensifikati l-isforzi biex jiġu żgurati l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effikaċi tar-regoli u l-istrumenti dwar in-nonproliferazzjoni, b'mod partikulari permezz tat-titjib tal-mezzi ta' verifika;

(c)

li jappoġġja b'mod attiv, flimkien mas-sħab tiegħu, proposti konkreti biex il-produzzjoni, l-użu u l-ipproċessar mill-ġdid tal-fjuwil kollu nukleari jkunu ġestiti mill-IAEA, fosthom il-ħolqien ta' bank internazzjonali tal-fjuwil; barra minn hekk jappoġġja inizjattivi oħra għall-multilateralizzazzjoni taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari li jimmiraw għall-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, filwaqt li jqis li l-Parlament jilqa' l-fatt li l-Kunsill u l-Kummissjoni huma lesti jikkontribwixxu sa EUR 25 miljun għall-ħolqien ta' bank tal-fjuwil nukleari ġestit mill-IAEA u jixtieq jara li l-Azzjoni Konġunta dwar dan is-suġġett tkun approvata malajr;

(d)

li jingħata aktar appoġġ għall-isforzi li qed isiru biex jissaħħaħ il-mandat tal-IAEA, inkluża l-ġeneralizzazzjoni tal-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet dwar Salvagwardji tal-IAEA u passi oħra mfassla biex jiġu żviluppati miżuri għall-bini ta' fiduċja; jiżgura li jkun hemm riżorsi biżżejjed għal din l-organizzazzjoni sabiex tissodisfa l-mandat ewlieni tagħha sabiex l-attivitajiet nukleari jkunu sikuri;

(e)

li jsir progress sostanzjali dwar l-inizjattiva tas-Sħubija tal-G8, l-Inizjattiva dwar is-Sigurtà fil-qasam tal-Proliferazzjoni u l-Inizjattiva għat-Tnaqqis tat-Theddida Globali, u li tingħata spinta biex it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari jidħol fis-seħħ minn kmieni;

(f)

li jiġi approfondit id-djalogu mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti u mal-qawwiet kollha li għandhom armi nukleari, bil-ħsieb li tiġi segwita aġenda komuni li jkollha l-għan li progressivament titnaqqas il-ħażna ta' testati nukleari; b'mod partikolari, li jiġu appoġġjati dawk il-passi li qed jittieħdu mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Russja biex inaqqsu b'mod sostanzjali l-armi nukleari tagħhom skont il-qbil ta' bejniethom fl-iSTART I u fis-SORT; li ssir ħidma biex jiġi rratifikat it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari u t-tiġdid tal-ftehima START;

(g)

l-iżvilupp ta' strateġiji waqt il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-NPT tal-2010 li jkollhom l-għan li tintlaħaq ftehima dwar trattat biex titwaqqaf il-produzzjoni ta' materjal fissili għal skopijiet ta' armi b'mod li ma jkunx diskriminatorju, li jfisser li t-trattat innegozjat b'dan il-mod għandu jirrikjedi mhux biss lil Stati li m'għandhomx armi nukleari jew Stati li bħalissa mhumiex fl-NPT iżda wkoll lill-ħames membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li kollha kemm huma għandhom l-armi nukleari, biex jirrinunzjaw għall-produzzjoni ta' materjal fissili għall-armi u biex iżarmaw il-faċilitajiet stabbiliti kollha tagħhom għall-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi bħal dawn;

(h)

li jiġi kompletament appoġġjat it-tisħiħ u t-titjib tal-mezzi ta' verifika tal-konformità tal-istrumenti kollha disponibbli dwar in-nonproliferazzjoni;

(i)

li tintalab evalwazzjoni dwar l-effettività tal-użu ta' klawsoli dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda tal-massa fil-ftehimiet konklużi bejn l-UE u l-Istati terzi;

(j)

li l-Parlament jinżamm regolarment informat dwar il-laqgħat preparatorji kollha fil-perjodu ta' qabel il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-NPT tal-2010 u li jitqiesu kif jixraq il-fehmiet tiegħu dwar in-nonproliferazzjoni u l-kwistjonijiet ta' diżarm fir-rigward ta' dik il-Konferenza;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010 tal-NPT, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Membri Parlamentari għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm Nukleari u lis-Sindki għall-Paċi.


(1)  ĠU C 98 E, 23.4.2004, p. 152.

(2)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 253.

(3)  ĠU C 280E, 18.11.2006, p.453.

(4)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p.146.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0255.

(6)  Nazzjonijiet Uniti: Konferenza ta' Reviżjoni tal-2000 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari NPT/CONF.2000/28 (Partijiet I u II).

(7)  ĠU L 106, 27.4.2005, p. 32.


OPINJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/131


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Il-Ġlieda kontra il-Vjolenza kontra n-Nisa

P6_TA(2009)0259

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kampanja dwar “LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa”

2010/C 184 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993 u r-riżoluzzjoni dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika kontra n-nisa, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-22 ta' Diċembru 2003, li tirrikonoxxi l-bżonn urġenti li tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Settembru 1997 dwar il-bżonn li tiġi stabbilita kampanja mifruxa mal-Unjoni Ewropea kollha għal tolleranza żero tal-vjolenza kontra n-nisa (1) u tat-2 ta' Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u dwar kwalunkwe azzjoni għall-futur (2),

wara li kkunsidra l-kampanja dwar il-Fond għall-Iżvilupp għan-Nisa tan-NU “LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa”, li tenfasizza l-bżonn għall-azzjoni u l-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfajliet hija problema universali ta' proporzjonijiet pandemiċi,

B.

billi fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq, il-Parlament enfasizza l-bżonn li tiġi stabbilita kampanja mifruxa mal-UE kollha għal tolleranza żero tal-vjolenza kontra n-nisa,

C.

billi l-kampanja riċenti tal-Kunsill tal-Ewropa “Nwaqqfu l-Vjolenza Domestika Kontra n-Nisa” tikkonferma l-bżonn għall-azzjoni u l-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza,

1.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara, fil-ħames snin li ġejjin, “Sena Ewropea ta' Tolleranza Żero tal-Vjolenza kontra n-Nisa”, kif mitlub ripetutament mill-Parlament;

2.

Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-kampanja UNIFEM “LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa” billi jiffirmaw il-petizzjoni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-UNIFEM.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Roberta Angelilli, Rapisardo Antinucci, Kader Arif, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Mariela Velichkova Baeva, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Irena Belohorská, Monika Beňová, Maria Berger, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Šarūnas Birutis, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Josep Borrell Fontelles, Costas Botopoulos, Catherine Boursier, John Bowis, Emine Bozkurt, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, André Brie, Danutė Budreikaitė, Kathalijne Maria Buitenweg, Wolfgang Bulfon, Nicodim Bulzesc, Colm Burke, Niels Busk, Cristian Silviu Bușoi, Simon Busuttil, Maddalena Calia, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Carlos Carnero González, Giorgio Carollo, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Françoise Castex, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Giulietto Chiesa, Călin Cătălin Chiriță, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Fabio Ciani, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Michael Cramer, Jan Cremers, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Hanne Dahl, Daniel Dăianu, Dragoș Florin David, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Jean-Luc Dehaene, Véronique De Keyser, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Gintaras Didžiokas, Brigitte Douay, Den Dover, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Konstantinos Droutsas, Bárbara Dührkop Dührkop, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Göran Färm, Markus Ferber, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Roberto Fiore, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Glyn Ford, Janelly Fourtou, Juan Fraile Cantón, Armando França, Monica Frassoni, Urszula Gacek, Kinga Gál, Milan Gaľa, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Evelyne Gebhardt, Eugenijus Gentvilas, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Neena Gill, Monica Giuntini, Robert Goebbels, Bogdan Golik, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Hélène Goudin, Genowefa Grabowska, Luis de Grandes Pascual, Martí Grau i Segú, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Fiona Hall, Ioan Lucian Hămbășan, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Rebecca Harms, Satu Hassi, Anna Hedh, Jacky Hénin, Erna Hennicot-Schoepges, Jeanine Hennis-Plasschaert, Edit Herczog, Esther Herranz García, Jim Higgins, Jens Holm, Mary Honeyball, Richard Howitt, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Ville Itälä, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Dan Jørgensen, Pierre Jonckheer, Romana Jordan Cizelj, Madeleine Jouye de Grandmaison, Aurelio Juri, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Silvana Koch-Mehrin, Jaromír Kohlíček, Eija-Riitta Korhola, Magda Kósáné Kovács, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Aldis Kušķis, Sepp Kusstatscher, Joost Lagendijk, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Vytautas Landsbergis, Raymond Langendries, Anne Laperrouze, Henrik Lax, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Eleonora Lo Curto, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Nils Lundgren, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Erika Mann, Catiuscia Marini, Helmuth Markov, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Jiří Maštálka, Maria Matsouka, Iosif Matula, Mario Mauro, Erik Meijer, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Antonio Mussa, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Alexandru Nazare, Catherine Neris, Ljudmila Novak, Péter Olajos, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Athanasios Pafilis, Maria Grazia Pagano, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Neil Parish, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Maria Petre, Tobias Pflüger, Sirpa Pietikäinen, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Samuli Pohjamo, Bernard Poignant, Lydie Polfer, Miguel Portas, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, John Purvis, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Vladimír Remek, Karin Resetarits, Teresa Riera Madurell, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Marco Rizzo, Maria Robsahm, Giovanni Robusti, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Dariusz Rosati, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Martine Roure, Heide Rühle, Flaviu Călin Rus, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Daciana Octavia Sârbu, Amalia Sartori, Gilles Savary, Christel Schaldemose, Pierre Schapira, Lydia Schenardi, Carl Schlyter, Olle Schmidt, Elisabeth Schroedter, Inger Segelström, Esko Seppänen, Czesław Adam Siekierski, Eva-Riitta Siitonen, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Peter Skinner, Nina Škottová, Alyn Smith, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, María Sornosa Martínez, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Peter Šťastný, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Catherine Stihler, Daniel Strož, Margie Sudre, Eva-Britt Svensson, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Michel Teychenné, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Jacques Toubon, Georgios Toussas, Kyriacos Triantaphyllides, Helga Trüpel, Claude Turmes, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Anne Van Lancker, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ari Vatanen, Yannick Vaugrenard, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Kyösti Virrankoski, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Diana Wallis, Graham Watson, Henri Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Francis Wurtz, Anna Záborská, Jan Zahradil, Iva Zanicchi, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka


(1)  ĠU C 304, 6.10.1997, p. 55.

(2)  ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 66.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/134


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello

P6_TA(2009)0233

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello (2008/2323(IMM))

2010/C 184 E/28

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta’ Aldo Patriciello għall-ħarsien tal-immunità tiegħu fil-qafas ta’ proċeduri legali pendenti quddiem il-Qorti Distrettwali f'Campobasso, bid-data 11 ta’ Novembru 2008, ikkomunikata waqt is-seduta plenarja fl-20 ta’ Novembru 2008,

wara li sema' lil Aldo Patriciello bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta’ Ottubru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0196/2009),

A.

billi Aldo Patriciello huwa Membru tal-Parlament Ewropew li l-kredenzjali tiegħu ġew ivverifikati mill-Parlament fil-15 ta’ Ġunju 2006,

B.

billi, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament Ewropew u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali għandhom jikkoperaw sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll; billi konsegwentementfejn xi azzjoni tkun tressqet kontra Membru tal-Parlament Ewropew quddiem qorti nazzjonali u din il-qorti tkun infurmata li tkun inbdiet proċedura għall-ħarsien tal-privileġġi u immunitajiet ta’ dak il-Membru, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dik il-qorti għandha tissospendi l-proċeduri ġudizzjarji u titlob lill-Parlament biex jagħti l-opinjoni tiegħu kemm jista' jkun malajr (2),

C.

billi, skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu jgawdu fit-territorju tal-istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom u billi l-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinqabad fl-att li jikkommetti reat; billi dan ma jżommx lill-Parlament milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu,

D.

billi, għalhekk, id-dispożizzjoni applikabbli għall-każ in kwistjoni hija l-Artikolu 68(2) tal-Kostituzzjoni Taljana, li tippermetti li jitressqu proċeduri kriminali kontra Membri tal-Parlament mingħajr ebda formalitajiet speċjali, minħabba d-dispożizzjoni tagħha li, mingħajr il-permess tal-Kamra li għaliha jappartjeni l-Membru, tfittxija ma tkunx tista’ ssir fuq il-persuna jew id-domiċilju ta' Membru tal-Parlament u Membru ma jistax ikun arrestat jew b'xi mod ieħor imċaħħad mil-libertà personali tiegħu jew tagħha jew miżmum f'detenzjoni, ħlief biex jinforza kundanna finali jew fejn il-Membru jinqabad fl-att li jwettaq reat li għalih l-arrest ikun obbligatorju f'każ ta’ flagrante delicto,

E.

billi bħalissa, il-Protokoll ma jippermettix li l-Parlament Ewropew ikollu l-mezzi biex jieħu azzjoni li torbot sabiex jipproteġi lil Aldo Patriciello,

1.

Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.


(1)  Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391 u Każi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, għad mhux irrappurtati fl-ECR.

(2)  Sentenza fil-Kawżi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra, fil-paragrafi 42 u 43.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/135


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Talba għad-difiża ta' l-immunità tal-Onorevoli Renato Brunetta

P6_TA(2009)0234

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta (2008/2147(IMM))

2010/C 184 E/29

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Renato Brunetta għad-difiża tal-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċeduri ċivili miġjuba kontrih quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Firenze, fil-15 ta' Mejju 2008, imħabbra fis-seduta plenarja fl-4 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008 (1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0195/2009),

1.

Jiddeċiedi li jiddefendi l-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli, immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.


(1)  Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391 u Każi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra vDe Gregorio u Clemente, li li għadhom mhumiex irrapportati fil-Ġabra.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/136


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Talba għar-revoka tal-immunità tas-Sur Antonio Di Pietro

P6_TA(2009)0235

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità u privileġġi ta' Antonio Di Pietro (2008/2146(IMM))

2010/C 184 E/30

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità parlamentari ta' Antonio Di Pietro, imressqa mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana fil-15 ta' Mejju 2008, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-5 ta' Ġunju 2008,

wara li sema' lil Antonio Di Pietro bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 68(1) tal-Kostituzzjoni Taljana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(1) u 7(13) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0197/2009),

1.

Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Antonio Di Pietro;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.


(1)  Kawża 101/63, Wagner/Fohrmann u Krier, [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85, Wybot/Faure u oħrajn, [1986] Ġabra 2391, u KAwżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio and Clemente, li għadhom mhumiex irrapportati fil-Ġabra.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/137


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Hannes Swoboda

P6_TA(2009)0236

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda (2009/2014(IMM))

2010/C 184 E/31

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda mill-Qorti Kriminali Reġjonali ta' Vienna, mibgħuta fl-20 Jannar 2009 u imħabbra fil-5 ta' Diċembru 2008 fis-seduta plenarja tal-5 Frar 2009,

wara li sema' lil Hannes Swoboda skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' vot dirett universali,

wara li kkunsidra s-sentenzi tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986 (1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tal-Bundes-Verfassungsgesetzes Awstrijaka (Liġi Kostituzzjonali Federali),

wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0190/2009),

1.

Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Hannes Swoboda,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija.


(1)  Każ 101/63, Wagner v Fohrmann u Krier, [1964] ECR. 419, u Każ 149/85, Wybot v Faure u oħrajn, [1986] ECR 2391.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 22 ta' April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/138


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Ftehim bejn il-KE u l-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *

P6_TA(2009)0218

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0081 – C6-0080/2009 – 2008/0036(CNS))

2010/C 184 E/32

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0081),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat tal-KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0080/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu (A6-0188/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/139


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
L-adeżjoni tal-KE fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali ***

P6_TA(2009)0219

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament tal-Ewropa Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali fir-rigward ta' oġġetti ħerġin 'il barra quddiem il-pannell ta' wara tal-kabina (COM(2008)0675 – 7240/2009 - C6-0119/2009 – 2008/0205(AVC))

2010/C 184 E/33

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0675 - 7240/2009),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 4(2), tieni inċiż, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (C6-0119/2009) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0243/2009),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346 17.12.1997, p. 78).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/140


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (verżjoni kkodifikata) *

P6_TA(2009)0220

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0715 – C6-0479/2008 – 2008/0219(CNS))

2010/C 184 E/34

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0715),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0479/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0248/2009),

A.

billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/141


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2009)0221

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' skambji applikabbli għal ċerti oġġetti kummerċjali li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0796 – C6-0018/2009 – 2008/0226(CNS))

2010/C 184 E/35

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0796),

wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 133 tat-Trattat KE, skont liema artikoli huwa kien ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0018/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar – Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0249/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/142


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali ***II

P6_TA(2009)0222

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (14518/1/2008 – C6-0003/2009 – 2006/0008(COD))

2010/C 184 E/36

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14518/1/2008 – C6-0003/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposti tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill (COM(2006)0007) u (COM(2007)0376),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0648),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0207/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, 9.7.2008, P6_TA(2008)0349.


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2006)0008

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 988/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/143


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali: Regolament ta' Implimentazzjoni ***II

P6_TA(2009)0223

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għall- implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (14516/4/2008 – C6-0006/2009 – 2006/0006(COD))

2010/C 184 E/37

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14516/4/2008 – C6-0006/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0016),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0647),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0204/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi addottati, 9.7.2008, P6_TA(2008)0348.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC2-COD(2006)0006

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 987/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/144


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija ***I

P6_TA(2009)0224

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija mwettaq minn diversi Stati Membri (COM(2008)0814 – C6-0468/2008 – 2008/0230(COD))

2010/C 184 E/38

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0814),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 169 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 172 tat-Trattat tal-KE, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0468/2008),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-7 ta' April 2009 sabiex jadotta l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE,

wara li ikkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0221/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0230

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta" riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi Stati Membri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 912/2009/KE.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/145


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq l-injam u prodotti tal-injam ***I

P6_TA(2009)0225

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (COM(2008)0644 – C6-0373/2008 – 2008/0198(COD))

2010/C 184 E/39

(Proċedura ta' kodeċiżjoni:l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0644),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0373/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0115/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0198

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE)Nru…/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Huma u jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta’ benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali inklużi prodotti tal-foresta mill-injam u mhux mill-injam u servizzi ambjentali u habitats għall-komunitajiet lokali .

(2)

L-ambjent tal-foresta huwa patrimonju prezzjuż li għandu jiġi mħares, ippreservat u, fejn dan ikun prattiku, iġġenerat mill-ġdid bil-għan aħħari li jinżammu l-bijodiversità u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, filwaqt li titħares il-klima u jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali u ta’ dawk li jiddependu mill-foresti.

(3)

Il-foresti huma sors ekonomiku, u l-kultivazzjoni tagħhom tiġġeneraprosperità u impjiegi.Il-kultivazzjoni tal-foresti għandha wkoll effetti pożittivi fuq il-klima billi l-prodotti tagħhom jistgħu jissostitwixxu prodotti li jikkunsmaw aktar enerġija.

(4)

Huwa importanti ħafna, b'mod partikolari mill-aspett tal-klima, li subkuntratturi li joperaw fis-suq Komunitarjujagħmlu l-kummerċ biss f'injam maħsud b'mod legali billi injam bħal dan jiżgura li l-funzjoni importanti tal-foresti bħala bjar tad-dijossidu tal-karbonju ma tiġix imfixkla.Barra minn hekk, l-użu ta’ injam maħsud b'mod legali bħala materjal tal-bini, pereżempju fi djar tal-injam, jgħin biex id-dijossidu tal-karbonju jinqabad fuq perijodu fit-tul.

(5)

Il-forestrija tikkontribwixxi għall-biċċa 'l kbira tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u hija s-sors primarju ta’ dħul għal ħafna persuni f'dawn il-pajjiżi.Huwa għalhekk importanti li dan l-iżvilupp u s-sors ta’ dħul ma jitrażżanx, iżda li jkun hemm emfasi fuq kif l-iżvilupp aktar sostenibbli tal-forestrija f'dawkir-reġjuni ikun promoss.

(6)

Minħabba d-domanda dejjem tiżdied għall-injam u l-prodotti tal-injam mad-dinja kollha flimkien man-nuqqasijiet istituzzjonali u ta’ governanza li jinsabu fis-settur tal-foresta f'għadd ta’ pajjiżi li jipproduċu l-injam, il-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu saru kwistjoni dejjem aktar ta’ tħassib.

(7)

Huwa evidenti li l-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali tal-foresti u d-domanda għall-injam u l-prodotti tal-injam sikwit tkun qawwija u li l-Komunità teħtieġ li tnaqqas l-impatt tagħha fuq l-ekosistemi tal-foresti, indipendentement minn fejn jidhru l-effetti tagħhom.

(8)

Il-qtugħ illegali , flimkien man-nuqqasijiet istituzzjonali u ta’ governanza fis-settur tal-foresti f'numru sinifikanti ta’ pajjiżi li jipproduċu l-injam, huwa problema ta’ tħassib internazzjonali ewlieni. Il-qtugħ illegali huwa ta’ theddida sinifikanti għall-foresti għax jikkontribwixxi għall-proċess ta’ deforestazzjoni u deġenerazzjoni tagħhom , li huwa responsabbli għal madwar 20 % tal-emissjonijiet ta’ CO2, jinfluwenza d-deżertifikazzjoni u l-proċess tal-formazzjoni tal-isteppi, iżid l-erożjoni tal-ħamrija u jħarrax il-fenomeni klimatiċi estremi u l-għargħar li jista’ jsegwi, jhedded il-bijodiversità, jagħmel ħsara fil-habitats tal-popli indiġeni u jimmina l-ġestjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, għandu wkoll implikazzjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi , u sikwit ifixkel il-progress lejn l-għanijiet ta’ governanza tajba, u jhedded il-komunitajiet lokali li jiddependu mill-foresti, kif ukoll id-drittijiet tal-popli indiġeni .

(9)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jwaqqaf il-kummerċ tal-injam maħsud b'mod illegali u ta’ prodotti magħmula minnu fl-UE u biex jikkontribwixxi għall-waqfien tad-deforestazzjoni u d-deġenerazzjoni tal-foresti u għall-emissjonijiet tal-karbonju u t-telfien fil-bijodiversità globali marbuta magħhom, filwaqt li jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp uman sostenibbli u r-rispett għall-popli indiġeni u tal-post.Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-obbligi u l-impenji li hemm, fost l-oħrajn, fil-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tal-1992 (CBD); il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi fil-Periklu ta’ Fawna u Flora Selvaġġi tal-1973 (CITES); il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) tal-1983, l-1994 u l-2006; il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima tal-2002 (UNFCCC); il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni tal-1994; id-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992; id-Dikjarazzjoni ta’ Johannesburg u l-Pjan ta’ Implimentazzjoni kif adottati mis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-4 ta’ Settembru 2002; il-proposti għal azzjoni tal-PanelIntergovernattiv dwar il-Foresti tal-NU, endorsjat mis Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (Ungass) tal-1997, u tal-Forum Internazzjonali dwar il-Foresti tal-NU; l-istqarrija awtoritarja iżda mhux legalment vinkolanti tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (UNCED) dwar il-prinċipji għall-Qbil Globali dwar il-Ġestjoni, il-Konservazzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli tat-Tipi Kollha ta’ Foresti tal-1992; l-Aġenda 21 kif adottata mill-UNCED f'Ġunju 1992; ir-Riżoluzzjoni tal- Ungass dwar “Programm għat-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 21” tal-1997; id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tal-2000; il-Karta Dinjija għan-Natura tal-1982; id-Dikjarazzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent Uman tal-1972; il-Pjan ta’ Azzjoni tal-1972 għall-Ambjent Uman, ir-Riżoluzzjoni 4/2 tal-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti; il-Konvenzjoni dwar il-Ħajja Selvaġġa u l-Habitats Ewropej tal-1979 u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni tal-2003 (UNCAC).

(10)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali  (4) identifikat bħala attività ta’ prijorità l-eżami tal-possibiltà li jittieħdu miżuri attivi biex jiġi evitat u jingħeleb il-kummerċ fl-injam maħsud b'mod illegali, kif ukoll it-tkomplija tal-parteċipazzjoni attiva tal-Komunità u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ riżoluzzjonijiet globali u reġjonali u ta’ ftehimiet dwar kwistjonijiet marbuta mal-foresti.

(11)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2003 bit-titolu “Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT): Proposta għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE” ipproponiet pakkett ta’ miżuri biex jappoġġjaw l-isforzi internazzjonali biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-qtugħ illegali ta’ siġar u l-kummerċ marbut miegħu (5) u biex jagħtu kontribut għall-għan aktar wiesa' tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti .

(12)

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li l-Komunità tagħti sehemha fl-isforz globali biex tiġi indirizzata l-problema tal-qtugħ illegali u biex ikun appoġġjat il-qtugħ legali b'mod sostenibbli fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tat-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll tal-ugwaljanza soċjali u s-sovranità nazzjonali, laqgħu din il-Komunikazzjoni.

(13)

Skont l-għan ta’ din il-Komunikazzjoni, jiġifieri li jiġi żgurat li jidħlu biss fil-Komunità prodotti tal-injam li ġew manifatturati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż produttur, il-Komunità qed tinnegozja Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja (VPAs) ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam (pajjiżi msieħba), li jimponu obbligu li jorbot legalment fuq l-imsieħba li jimplimentaw skema ta’ liċenzjar u li jirregolaw il-kummerċ fl-injam u l-prodotti tal-injam identifikati fil-VPAs.

(14)

Il-Komunità għandha tagħmel pressjoni wkoll, f'taħditiet bilaterali ma' pajjiżi ewlenin li jikkunsmaw l-injam bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ġappun, biex isiru diskussjonijiet marbuta mal-problema tal-qtugħ illegali, biex ikun hemm konverġenza dwar obbligi xierqa u armonizzati fuq l-operaturi fis-swieq tagħhom tal-injam, u biex tinħoloq sistema indipendenti ta’ twissija kif ukoll reġistru globali tal-qtugħ illegali magħmula, pereżempju, mill-Interpol u minn korp xieraq tan-Nazzjonijiet Uniti, li tibbenefika mill-aħħar teknoloġiji għall-ittraċċar bis-sattelliti.

(15)

Operaturi minn pajjiżi b'foresti ta’ importanza ekoloġika internazzjonali għandu jkollhom responsabilità partikulari għall-isfruttar sostenibbli tal-injam.

(16)

Minħabba l-kobor u l-urġenza tal-problema, jeħtieġ li tkun appoġġjata b'mod attiv il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, jitnaqqas l-impatt tal-Komunità fuq l-ekosistemi tal-foresti, tkun ikkomplementata u msaħħa l-inizjattiva tal-VPA u jittejbu s-sinerġiji bejn il-politika li għandha l-għan li tnaqqas il-faqar, tħares il-foresti u l-kisba ta’ livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità.

(17)

Meta wieħed iqis il-prinċipju tal-azzjoni preventiva, il-parteċipanti kollha fil-katina tal-forniment għandhom jaqsmu r-responsabilità għat-tneħħija tar-riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud illegalment u prodotti ġejjin minnu.

(18)

L-isforzi magħmula mill-pajjiżi li kkonkludew VPAs FLEGT mal-Komunità u l-prinċipji inkorporati fihom, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta’ njam prodott legalment, għandhom isibu għarfien. Jeħtieġ ukoll li jitqies li skont l-iskema ta’ liċenzjar tal-FLEGT l-injam u l-prodotti tal-injam biss maħsuda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jiġu esportati fil-Komunità. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam imniżżla fl-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar it-twaqqif ta’ skema ta’ liċenzjar tal-FLEGT għal importazzjonijiet ta’ njam fil-Komunità Ewropea (6), li joriġinaw fil-pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 għandhom jitqiesu li huma maħsuda legalment sakemm ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni. Il-prinċipji stipulati fil-VPAs, b'mod partikolari rigward id-definizzjoni ta’ “injam prodott b'mod legali” għandhom jinkludu u jiggarantixxu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, iż-żamma tal-bijodiversità, il-ħarsien tal-komunitajiet lokali dipendenti mill-foresti u tal-popli indiġeni, kif ukoll is-salvagwardja tad-drittijiet ta’ dawn il-komunitajiet u l-popli.

(19)

Irid jitqies ukoll il-fatt li l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi tal-Fawna u l-Flora fil-Periklu (CITES) titlob mill-partijiet fil-Konvenzjoni biex jagħtu biss permess CITES għall-esportazzjoni meta speċi li tkun elenkata fis-CITES tkun ġiet maħsuda, fost l-oħrajn, b'konformità mal-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż ta’ esportazzjoni. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam tal-ispeċijiet elenkati fl-Annessi A, B u C tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet ta’ fawna u flora fin-natura billi jiġi rregolat il-kummerċ fihom (7) għandhom jitqiesu li huma legalment maħsuda sakemm ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni.

(20)

Filwaqt li titqies il-komplessità tal-qtugħ illegali fir-rigward tal-fatturi ta’ bażi u l-impatti, l-inċentivi għall-aġir illegali għandhom jitnaqqsu billi jiġi mmirat l-aġir tal-operaturi. It-tisħiħ tar-rekwiżiti u tal-obbligi kif ukoll it-titjib tal-mezzi legali biex issir prosekuzzjoni tal-operaturi għall-pussess tal-injam u l-prodotti tal-injam illegali u għat-tqegħid u disponibbilita’ fis-suq Komunitarju ta’ tali injam u prodotti tal-injam huma fost l-aktar soluzzjonijiet effikaċi biex l-operaturi ma jitħajrux jagħmlu kummerċ ma' fornituri illegali.

(21)

Fin-nuqqas ta’ definizzjoni bi qbil internazzjonali l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-injam jinħasad għandha tkun il-bażi biex ewlenija jiġi ddefinit x'jikkostitwixxi qtugħ illegali. L-applikazzjoni tal-istandards ta’ legalità ġġib magħha l-konsiderazzjoni ta’ aktar standards internazzjonali li jinkludu, fost l-oħrajn, dawk tal-Organizzazzjoni Afrikana tal-Injam, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali, il-Proċess ta’ Montreal dwar il-Kriterji u l-Indikaturi għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni Sostenibbli ta’ Foresti Temporali u Boreali, u l-Proċess Pan-Ewropew dwar il-Kriterji u l-Indikaturi għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti.Tali applikazzjoni ta’ standards ta’ legalita’ għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ impenji, prinċipji u rakkomandazzjonijiet internazzjonali, inklużi dawk rigward il-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, it-tnaqqis tat-telfien tal-bijodiversità, it-taffija tal-faqar, it-tnaqqis tad-deżertifikazzjoni u l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali u ta’ dawk li jiddependu mill-foresti.Il-pajjiż li jaħsad l-injam għandu jipprovdi inventarju tal-qtugħ legali kollu, b'dettalji dwar l-ispeċijiet tas-siġar u l-produzzjoni massima tal-injam.

(22)

Ħafna prodotti tal-injam jgħaddu minn għadd ta’ proċessi qabel u wara li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż amministrattiv impost għalxejn dawk l-operaturi biss li jqiegħdu l-injam u prodotti tal-injam fis-suq għall-ewwel darba, aktar milli l-operaturi kollha involuti fil-katina ta’ distribuzzjoni, għandhom jiġu soġġetti għar-rekwiżit li jistabilixxu sistema sħiħa ta’ miżuri u proċeduri (is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa) li tnaqqas ir-riskju li jitqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsud b'mod illegali. Madankollu l-operaturi kollha fil-katina ta’ forniment għandhom ikunu marbuta mal-projbizzjoni prinċipali li l-injam jew prodotti tal-injam minn sorsi illegali ma jkunux disponibbli fis-suq, u għandhom joqogħdu attenti sew biex dan ma jsirx.

(23)

L-operaturi kollha (kummerċjanti u produtturi) fil-katini ta’ forniment tal-injam u prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità għandhom jindikaw b'mod ċar fuq il-prodotti għall-bejgħ, is-sors jew il-fornitur minn fejn joriġina l-injam.

(24)

L-operaturi li jqiegħdu għall-ewwel darba njam u prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità għandhom jeżerċitaw id-diliġenza meħtieġa permezz ta’ sistema ║ta’ diliġenza meħtieġa║ biex jonqos kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ tqegħid ta’ njam u prodotti tal-injam maħsuda illegalment.

(25)

Is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa għandha tipprovdi aċċess għall-għejun u l-fornituri tal-injam u l-prodotti tal-injam li jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità u għal tagħrif dwar konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

(26)

Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b'mod speċjali l-vulnerabilità partikolari u r-riżorsi limitati tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).Huwa importanti ħafna li SMEs bħal dawn ma jitgħabbewx b'regoli kkumplikati li jfixklu l-iżvilupp tagħhom.Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, sa fejn huwa possibbli u fuq il-bażi tal-mekkaniżmi u l-prinċipji stabbiliti fl-Att dwar in-Negozji Żgħar li għad irid jidħol fis-seħħ, toħloq sistemi simplifikati rigward l-obbligi tal-SMEs skont dan ir-Regolament, mingħajr ma tipperikola l-għanijiet u l-iskopijiet tiegħu, u toffri lill-SMEs alternattivi validi biex ikunu jistgħu joperaw skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

(27)

▐Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jsir kontribut għall-iżvilupp ta’ prassi tajba huwa xieraq li jkun hemm għarfien ta’ organizzazzjonijiet li żviluppaw rekwiżiti adattati u effikaċi għat-twettiq tas-sistemi tad-diliġenza meħtieġa. Lista ta’ organizzazzjonijiet magħrufa bħal dawn għandha tiġi ppubblikata▐.

(28)

Għall-istess għan, l-Unjoni Ewropea għandha tinkoraġġixxi l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq biex jikkoperaw mal-organizzazzjonijiet tal-ambjent u mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem biex jappoġġjaw sistemi ta’ diliġenza u l-monitoraġġ tagħhom.

(29)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għal dak il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali , fosthom kontrolli tad-dwana, u jeħtieġu mill-operaturi li jieħdu miżuri ta’ korrezzjoni fejn meħtieġ.

(30)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu dokumentazzjoni tal-kontrolli u jqegħduha fil-qosor għad-disponibilità tal-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni ambjentali (8).

(31)

Minħabba n-natura internazzjonali tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-organizzazzjonijiet tal-ambjent, mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi u/jew mal-Kummissjoni.

(32)

L-Istati Membri għandhom jaraw li ksur ta’ dan ir-Regolament jiġi kkastigat b'penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(33)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lil-Kummissjoni (9).

(34)

B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta regoli fid-dettall għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ diliġenza meħtieġa u b'mod partikolari għall-evalwazzjoni tar-riskju li jitqiegħed injam u prodotti tal-injam maħsud illegalment fis-suq, li tistabbilixxi kriterji ta’ għarfien ta’ sistemi ta’ diliġenza meħtieġa żviluppati minn organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ u li tadatta l-lista ta’ njam u prodotti tal-injam li għaliha japplika dan ir-Regolament fejn il-karatteristiċi tekniċi, l-użi aħħarija jew il-proċessi ta’ produzzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam jeħtieġu dawn l-adattamenti. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(35)

L-iżvilupp fil-forestrija sostenibbli huwa proċess ma jaqta’ xejn u dan ir-Regolament għandu, għalhekk, jiġi evalwat, aġġornat u emendat fuq bażi regolari skont ir-riżultati ta’ riċerka ġdida.Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tanalizza regolarment l-aħħar riċerka u żviluppi disponibbli u tippreżenta l-konklużjonijiet tal-analiżi tagħha kif ukoll l-emendi proposti minnha f'rapport lill-Parlament Ewropew.

(36)

Sabiex jiġi żgurat li s-suq intern tal-prodotti tal-foresti jopera bla xkiel, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-impatt ta’ dan ir-Regolament kontinwament. B'mod partikulari għandhom jitqiesu l-implikazzjonijiet tar-Regolament għall-SMEs li joperaw fis-suqKomunitarju.Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, kif jixraq u fuq bażi regolari, twettaq studju u analiżi tal-impatt tal-effetti tar-Regolament fuq is-suq intern, b'referenza partikolari għall-SMEs, barra mill-impatti tiegħu fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tippreżenta rapport tal-analiżi tagħha, tal-konklużjonijiet tagħha u l-proposti għal miżuri lill-Parlament Ewropew.

(37)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li l-qafas ta’ politika attwali jiġi kkomplementat u mirfud u jingħata appoġġ għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista’ għaldaqstant, minħabba l-iskala tiegħu jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq injam u prodotti tal-injam.

L-operaturi għandhom jiżguraw li jitqiegħdu fis-suq biss injam u prodotti tal-injam maħsuda b'mod legali.

L-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam fis-suq għandhom jużaw is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“injam u prodotti tal-injam” tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness mingħajr eċċezzjoni ;

(b)

“jagħmlu disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ injam u prodotti tal-injam fis-suq Komunitarju għad-distribuzzjoni jew l-użu waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas;

(c)

“jqiegħdu fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità ta’ injam jew prodotti tal-injam ; l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-injam sussegwenti ma jikkostitwixxux “tqegħid fis-suq”;

(d)

“operatur” tfisser kull persuna naturali jew legali li tqiegħed jew tagħmel disponibbli fis-suq injam jew prodotti tal-injam;

(e)

“maħsud legalment” tfisser maħsud skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż ta’ ħsad;

(f)

“riskju” tfisser funzjoni tal-probabilità li l-injam u l-prodotti tal-injam li jkunu ġejjin minn sors illegali jiġu importati, esportati jew ikkummerċjalizzati fit-territorju Komunitarju u l-gravità ta’ dik l-eventwalità;

(g)

“ġestjoni tar-riskju” tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni ta’ sett ta’ miżuri u proċeduri ▐biex jonqos kemm jista’ jkun ir-riskju li jitqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsuda illegalment;

(h)

“leġiżlazzjoni applikabbli” tfisser leġiżlazzjoni, kemm jekk nazzjonali , reġjonali jew internazzjonali, b'mod partikulari dik li tirrigwarda l-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika, il-ġestjoni tal-foresti, id-drittijiet tal-użu tar-riżorsi u l-minimizzazzjoni tal-impatti ħżiena fuq l-ambjent ; għandhom jitqiesu wkoll iż-żamma tal-proprjetà, id-drittijiet tal-popli indiġeni, il-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-benesseri tal-komunità, it-taxxi, id-dazji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, ir-royalties jew it-tariffi relatati mal-ħsad, it-trasportazzjoni u l-ikkummerċjalizzar ;

(i)

“Ġestjoni sostenibbli tal-foresti” tfisser il-ġestjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet imsaġġra, b'mod u b'rata li jiġu ppreservati d-diversità bijoloġika, il-produttività, il-kapaċità riġenerattiva, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jaqdu, kemm issa u kemm fil-ġejjieni, funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lil ekosistemi oħrajn;

(j)

“pajjiż ta’ ħsad” tfisser il-pajjiż fejn jinħasad l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam;

(k)

“organizzazzjoni ta’ monitoraġġ” tfisser entità ġuridika jew assoċjazzjoni fuq bażi ta’ sħubija ▐li għandha l-kapaċità legali u l-kompetenza xierqa li tissorvelja u tiżgura l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ diliġenza meħtieġa mill-operaturi ċċertifikati bħala li qed jagħmlu użu minn dawn is-sistemi , u li tkun indipendenti legalment mill-operaturi li tiċċertifika;

(l)

“traċċabilità” tfisser l-abilità li jiġu traċċati u segwiti l-injam u l-prodotti tal-injam fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni.

Artikolu 3

Obbligi tal-operaturi

1.   L-operaturi għandhom jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq biss injam u prodotti tal-injam maħsuda b'mod legali .

2.   L-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam fis-suq għandhom jistabbilixxu sistema ta’ diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4 ║jew jagħmlu użu minn sistema ta’ diliġenza meħtieġa ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ b'għarfien kif imsemmi fl-Artikolu 6(1).

Superviżjoni nazzjonali leġiżlattiva eżistenti u kull katina volontarja ta’ mekkaniżmu ta’ kustodja li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw bħala bażi għal sistema ta’ diliġenza meħtieġa.

3.     Operaturi li jagħmlu injam u prodotti tal-injam disponibbli fis-suq għandhom, matul il-katina ta’ forniment, ikunu jistgħu:

(i)

jidentifikaw l-operatur li jkun fornixxa l-injam u l-prodotti tal-injam, u l-operatur li jkun ġie fornut bl-injam u l-prodotti tal-injam;

(ii)

jipprovdu, meta jintalbu, informazzjoni dwar l-isem tal-ispeċi, il-pajjiż/i fejn ikun inħasad u, fejn ikun possibbli, il-konċessjoni tal-oriġini;

(iii)

jiċċekkja, fejn ikun meħtieġ, li l-operatur li jkun qiegħed l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq ikun issodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.

4.   Il-prodotti tal-injam elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 li joriġinaw f'pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament u li jkunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu li huma maħsuda b'mod legali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-prodotti tal-injam tal-ispeċijiet elenkati fl-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u li jkunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu li huma maħsuda b'mod legali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Sistemi ta’ diliġenza meħtieġa

1.   Is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha:

(a)

jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss l-injam u l-prodotti tal-injam maħsuda b'mod legali, permezz ta’ sistema ta’ traċċabilità u ta’ verifika minn parti terza mill-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ;

(b)

jinkludu miżuri biex jaċċertaw:

(i)

il-pajjiż tal-oriġini, il-foresta tal-oriġini u, fejn ikun fattibbli, il-konċessjoni tal-ħsad ;

(ii)

l-isem tal-ispeċi, inkluż l-isem xjentifiku ;

(iii)

il-valur ;

(iv)

il-volum u/jew il-piż ;

(v)

li l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam ikun inħasad b'mod legali ;

(vi)

l-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun fornixxa l-injam u l-prodotti tal-injam;

(vii)

il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ħsad;

(viii)

l-operatur li jkunu ġie fornut bl-injam jew bil-prodotti tal-injam;

Dawn il-miżuri għandhom ikunu appoġġjati b'dokumentazzjoni adegwata li għandha tinżamm f'bażi tad-data mill-operatur jew mill-organizzazzjoni tal-monitoraġġ.

(c)

tinkludi proċedura ta’ ġestjoni tar-riskju li għandha tkun magħmula minn dawn li ġejjin:

(i)

identifikazzjoni sistematika tar-riskji, fost l-oħrajn, permezz tal-ġbir tad-data u tal-informazzjoni kif ukoll tal-użu tas-sorsi internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali;

(ii)

l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa għal-limitazzjoni tal-espożizzjoni għar-riskji;

(iii)

l-istipular ta’ proċeduri li għandhom isiru regolarment biex issir verifika li l-miżuri msemmija fil-punti (i) u (ii) ikunu qed jaħdmu b'mod effikaċi u biex jiġu riveduti fejn ikun hemm bżonn;

(iv)

l-istipular ta’ dokumentazzjoni li turi l-applikazzjoni effikaċi tal-miżuri msemmija mill-punti (i) sa (iii).

(d)

tipprovdi għal verifiki biex tiżgura applikazzjoni effettiva tas-sistemi ta’ diliġenza meħtieġa.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu bil-ħsieb li tiġi żgurata l-uniformità tal-interpretazzjoni tar-regoli u l-konformità effettiva mill-operaturi . Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi kriterji biex jiġi evalwat jekk hemmx riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam. Meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra b'mod partikolari l-pożizzjoni u l-kapaċità speċjali tal-SMEs u, sa fejn huwa possibbli, toffri lil dawn l-intrapriżi alternattivi adattati u simplifikati għal sistemi ta’ rrappurtar u kontrolli biex dawn is-sistemi ma jkunux ta’ piż kbir.

Ibbażati fuq fatturi marbuta mat-tip ta’ prodott, is-sors jew il-kumplessità tal-katina tal-forniment, ċerti kategoriji ta’ injam u ta’ prodotti tal-injam jew fornituri għandhom jitqiesu “ta’ riskju kbir” u jkunu jeħtieġu obbligi ta’ diliġenza meħtieġa addizzjonali mill-operaturi.

L-obbligi ta’ diliġenza meħtieġa addizzjonali jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu:

il-ħtieġa ta’ dokumenti, data jew informazzjoni addizzjonali;

il-ħtieġa ta’ verifiki minn parti terza.

Injam u prodotti tal-injam minn dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “riskju kbir” mill-operaturi taħt dan ir-Regolament:

żoni ta’ kunflitt, jew pajjiżi/reġjuni koperti minn projbizzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-esportazzjoni tal-injam;

pajjiżi fejn ikun hemm informazzjoni konsistenti u affidabbli dwar in-nuqqasijiet sinifikattivi tal-governanza tal-foresti, livell baxx ta’ infurzar tal-liġi forestali jew livell għoli ta’ korruzzjoni;

pajjiżi li l-istatistika uffiċjali tal-Għaqda tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) turi li jkollhom tnaqqis fiż-żona tal-foresti;

provvisti, meta l-informazzjoni dwar xi irregolaritajiet potenzjali appoġġjati minn evidenza affidabbli, li ma tkunx ġiet konfutata bl-investigazzjoni, tkun tpoġġiet għad-dispożizzjoni minn klijenti jew partijiet esterni.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi reġistru ta’ sorsi ta’ riskju kbir tal-injam u tal-prodotti tal-injam jew fornituri.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).

Il-partijiet interessati rilevanti għandhom ikunu kkonsultati qabel l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni addizzjonali.

3.     Stati Membri individwali ma jistgħux ma jitħallewx, fir-rigward ta’ aċċess għas-suq tal-injam u prodotti tal-injam, jistipulaw rekwiżiti aktar stretti għall-ħsad u l-oriġini tal-injam minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, rigward is-sostenibilità, il-protezzjoni tal-ambjent, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistema, il-ħarsien tal-habitats ta’ komunitajiet lokali, il-protezzjoni tal-komunitajiet dipendenti mill-foresti, il-ħarsien u d-drittijiet tal-popli indiġeni u tad-drittijiet tal-bniedem.

Artikolu 5

L-Ittikkettar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sa…  (10) l-injam kollu u l-prodotti tal-injam kollha li jitqiegħdu u jkunu disponibbli fis-suq għandhom ikunu ttikkettati, kif jixraq, bit-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 3(3).

Artikolu 6

Għarfien tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ

1.    Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tagħraf lill-entità privata jew pubblika li tkun stabbiliet sistema ta’ diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) bħala organizzazzjoni ta’ monitoraġġ .

2.     Entità pubblika li tapplika għall-għarfien previst skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikollha personalità ġuridika;

(b)

tkun irregolata bil-liġi pubblika;

(c)

tkun ġiet stabbilita biex twettaq funzjonijiet partikolari rigward is-settur tal-foresti ;

(d)

fil-parti l-kbira, tkun iffinanzjata mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika;

(e)

iġġiegħel lill-operaturi li tiċċertifika li jużaw is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa tagħħa;

(f)

ikollha mekkaniżmu ta’ monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistema ta’ diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertifikat li jagħmlu użu mis-sistema ta’ diliġenza meħtieġa tagħha;

(g)

tieħu miżuri dixxiplinarji xierqa kontra kwalunkwe operatur iċċertifikat li jonqos milli jkun konformi mas-sistema ta’ diliġenza meħtieġa tal-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tagħha ; il-miżuri dixxiplinarji għandhom jinkludu r-rappurtar tal-kwistjoni lill-awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti;

(h)

ma jkollhiex konflitti ta’ interess mal-awtoritajiet kompetenti.

3.     Entità privata li tapplika għall-għarfien previst fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikollha personalità ġuridika;

(b)

tkun irregolata bil-liġi privata;

(c)

ikollha l-kompetenza xierqa;

(d)

tkun indipendenti legalment mill-operaturi li tiċċertifika;

(e)

l-operaturi li tiċċertifika jkunu marbuta bl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-entità biex jużaw is-sistemi ta’ diliġenza meħtieġa tagħha;

(f)

ikollha mekkaniżmu ta’ monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistemata’ diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertifikat li jagħmlu użu mis-sistema ta’ diliġenza meħtieġa tagħha;

(g)

tieħu l-miżuri dixxiplinarji xierqa kontra kull operatur iċċertifikat li ma jikkonformax mas-sistema ta’ diliġenza meħtieġa tagħha; il-miżuri dixxiplinarji għandhom jinkludu r-rappurtar tal-kwistjoni lill-awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti.

4.   L-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha tibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-applikazzjoni tagħha għal għarfien:

(a)

l-istatut tagħha;

(b)

l-ismijiet tal-persuni awtorizzati li jaġixxu f'isimha;

(c)

dokumentazzjoni li turi l-kompetenza xierqa tagħha;

(d)

deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ diliġenza meħtieġa tagħha.

5.    Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tagħtix għarfien lil organizzazzjoni ta’ monitoraġġ fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni mill-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ jew rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tkun qiegħda tirrakkomanda lill-organizzazzjoni għall-għarfien .

Id-deċiżjoni biex jingħata għarfien lill-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ għandha tkun ikkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru b'ġurisdizzjoni fuq dik l-organizzazzjoni, flimkien ma’ kopja tal-applikazzjoni, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tad-deċiżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli , inklużi verifiki fuq il-post, f'intervalli regolari , jew fuq il-bażi ta’ tħassib issostanzjat minn partijiet terzi, biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Ir-rapporti ta’ kontroll għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Jekk, wara dawn il-kontrolli, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ċerti li l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2 jew paragrafu 1 u 3, għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni u jikkomunikawlha kull evidenza rilevanti f'dan ir-rigward.

6.    Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), il-Kummissjoni għandha tirtira l-għarfien ta’ organizzazzjoni ta’ monitoraġġ jekk jiġi stabbilit li r-rekwiżiti stabbiliti fil- paragrafu 1 u 2 jew il-paragrafu 1 u 3 mhumiex aktar sodisfatti.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn b'kull deċiżjoni li tirrakkomanda l-għotja, iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-għarfien ta’ kull organizzazzjoni ta’ monitioraġġ .

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplementawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 7

Lista ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ rikonoxxuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, u għandha tagħmilha disponibbli fuq il-websajt tagħha. Il-lista għandha tkun aġġornata regolarment.

Artikolu 8

Miżuri ta’ monitoraġġ u kontroll

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw jekk l-operaturi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) , (2) u (2a) u l-Artikolu 4(1).

2.     Il-kontrolli għandhom isiru skont pjan annwali u/jew fuq il-bażi ta’ tħassib issostanjzjat ipprovdut minn partijiet terzi; jew f'kull każ fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun fil-pussess ta’ informazzjoni li titfa’ dubju dwar il-konformità tal-operatur mar-rekwiżiti tas-sistemi ta’ diliġenza meħtieġa stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.     Il-kontrolli jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

l-eżami tas-sistemi tekniċi u maniġerjali u tal-proċeduri tad-diliġenza meħtieġa u tal-evalwazzjoni tar-riskji li jużaw l-operaturi.

(b)

l-eżami ta’ dokumentazzjoni u rekords li juru t-tħaddim kif suppost tas-sistemi u l-proċeduri.

(c)

kontrolli għall-għarrieda, inklużi verifiki fuq il-post.

4.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta’ traċċabilità affidabbli biex jittraċċaw prodotti tal-injam ikkummerċjalizzat b'mod internazzjonali u b'sistemi ta’ monitoraġġ pubbliċi biex jevalwaw ir-riżultati tal-konformità tal-operaturi mal-obbligi tagħhom u biex jgħinu lill-operaturi jidentifikaw fornituri ta’ injam u prodotti tal-injam ta’ riskju kbir.

5.   L-operaturi għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 , b'mod partikolari rigward l-aċċess għall-post u l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords .

6.    Jekk, wara l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 , l-operatur jitqies li jkun kiser ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu , f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jibdew investigazzjoni sħiħa dwar il-ksur u, f'konformità mal-liġi nazzjonali u skont il-gravità tal-ksur, jieħdu miżuri minnufih li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

a)

il-waqfien immedjat tal-attivitajiet kummerċjali; kif ukoll

b)

il-konfiska tal-injam u l-prodotti tal-injam.

7.     Kull miżura li tittieħed minnufih mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun tali li twaqqaf it-tkomplija tal-ksur ikkonċernat u tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jtemmu l-investigazzjoni tagħhom.

8.     Meta l-awtoritajiet kompetenti jsibu li s-sistemi tekniċi u maniġerjali, il-proċeduri ta’ diliġenza meħtieġa u l-evalwazzjoni tar-riskju ma jkunux biżżejjed, għandhom jesiġu li l-operatur jieħu miżuri korrettivi.

Artikolu 9

Rekords tal-kontrolli

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 8(1), filwaqt li juru b'mod partikolari n-natura u riżultati tagħhom, inklużi xi miżuri korrettivi meħtieġa li jittieħdu. Ir-rekords tal-kontrolli kollha għandhom jinżammu sa mill-inqas 10 snin.

2.    Ir-rekords msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fl-Internet id-Direttiva 2003/4/KE.

Artikolu 10

Kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi u mal-Kummissjoni biex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ipartu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 8(1) mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.

Artikolu 11

Awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet iridu jingħataw biżżejjed setgħat biex jinfurzaw dan ir-Regolament billi jimmonitorjaw l-applikazzjoni tiegħu, jinvestigaw allegazzjonijiet ta’ ksur f'koperazzjoni mal-awtoritajiet tad-dwana, u jirrapportaw ir-reati lill-awtorità ta’ prosekuzzjoni fil-ħin.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti sal-31 ta’ Diċembru║. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni b'xi tibdil fl-ismijiet jew l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku fl-Internet il-lista tal-awtoritajiet kompetenti. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata.

Artikolu12

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Kummerċ fl-Injam.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 13

L-iżvilupp tar-rekwiżiti tas-sostenibilità

Sa…  (11) , il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar standard Komunitarju għall-injam u l-prodotti tal-injam kollha ġejjin minn foresti naturali bil-għan li jiksbu l-ogħla rekwiżiti ta’ sostenibilità.

Artikolu 14

Grupp Konsultattiv

1.     Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv, li jkun jikkonsisti f'rappreżentanti tal-partijiet interessati inklużi, fost l-oħrajn, rappreżentanti tal-industrija bbażata fuq il-forestrija, sidien tal-foresti, NGOs u gruppi tal-konsumaturi, u li jkollu bħala chairman rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.     Rappreżentanti tal-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat jew bl-inizjattiva tagħhom stess jew permezz ta’ stedina mill-Grupp Konsultattiv.

3.     Il-Grupp Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu li jsiru pubbliċi fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

4.     Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ għall-Grupp Konsultattiv kif ukoll tipprovdi s-Segretarjat għal-laqgħat tiegħu.

5.     Il-Grupp Konsultattiv għandu jeżamina u joħrog opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, imqajma miċ-chairman, jew bl-inizjattiva tiegħu stess jew b'talba mill-membri tal-Grupp Konsultattiv jew tal-Kumitat.

6.     Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv lill-Kumitat.

Artikolu 15

Emendi

Il-Kummissjoni tista’ żżid mal-lista ta’ njam u prodotti tal-injam stabbilita fl-Anness filwaqt li tqis il-karatteristiċi tekniċi, l-użu aħħari u l-proċessi ta’ produzzjoni.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplementawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 16

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet stipulati jistgħu jkunu kriminali jew amministrattivi, iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, skont il-każ, għandhom jinkludu fost l-oħrajn :

(a)

penalitajiet finanzjarji li jirriflettu

il-livell tal-ħsara ambjentali;

il-valur tal-prodotti tal-injam milquta mill-ksur;

it-telf fit-taxxi u l-ħsara ekonomika magħmula mill-ksur;

(b)

il-konfiska tal-injam u tal-prodotti tal-injam;

(c)

il-projbizzjoni temporanja tal-ikkummerċjalizzar tal-injam u tal-prodotti tal-injam.

Fejn il-proċeduri legali jkunu pendenti, l-operaturi għandhom jissospendu x-xiri tal-injam u l-prodotti tal-injam minn dawk iż-żoni.

Penalitajiet finanzjarji għandhom jirrappreżentaw mill-inqas ħames darbiet il-valur tal-prodotti tal-injam miksuba bis-saħħa ta’ ksur serju. Fil-każ ta’ ksur serju ripetut f'perjodu ta’ ħames snin, il-penalitajiet finanzjarji għandhom jiżdiedu gradwalment sa mill-inqas tmien darbiet il-valur tal-prodotti tal-injam miksuba permezz ta’ ksur serju.

Bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra stipulati fil-liġi Komunitarja li jirrigwardaw fondi pubbliċi, l-Istati Membri m'għandhomx jagħtu għajnuna pubblika minn sistemi nazzjonali ta’ għajnuna jew minn fondi Komunitarji lil operaturi ħatja ta’ ksur serju ta’ dan ir-Regolament, sakemm jittieħdu miżuri korrettivi u jiġu applikati penalit effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet dwar penali lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru … u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 17

Ir-Rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa … (12) rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament matul is-sentejn ta’ qabel.

2.   Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti l-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jrid jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn.

3.     Fit-tħejjija tar-rapport li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-progress li sar rigward il-konklużjoni u l-operazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarji FLEGT adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk jinħtiġux xi reviżjonijiet għal dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza tal-operat tal-VPAs FLEGT u l-effikaċja tagħhom fl-indirizzar tal-problema tal-injam illegali.

Artikolu 18

Emenda għad-Direttiva 2008/99/KE

Id-Direttiva 2008/99/KE  (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ħarsien tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali1 għandha tiġi emendata, b'effett minn …  (14) , kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3:

“(ia)

jagħmlu disponibbli fis-suq injam jew prodotti tal-injam maħsud b'mod illegali.”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-Anness A:

“—

Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam.”

Artikolu 19

Reviżjoni

Sa …  (15) , u kull ħames snin minn hemm “il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-operat ta” dan ir-Regolament rigward l-għan u l-iskop tiegħu u tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha u, fuq il-bażi tagħhom, il-proposti tagħha għal emendi lill-Parlament Ewropew.

Ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq dan li-ġej:

analiżi dettaljata u bir-reqqa tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-forestrija sostenibbli;

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-suq intern, b'referenza partikolari għas-sitwazzjoni tal-kompetittività u l-abilità ta’ parteċipanti ġodda li jistabbilixxu lilhom infushom fis-suq;

is-sitwazzjoni tal-SMEs fis-suq u kif dan ir-Regolament ikun laqat l-attivatjiet tagħhom.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … (16).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C , , p. .

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009.

(4)   ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  COM(2003)0251, 21.5.2003.

(6)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(7)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(8)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)   Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(11)   Sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(12)  Daħħal id-data 30 ta’ April ta’ kull tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(13)   ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.

(14)  Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(15)   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(16)   Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
ANNESS

Injam u prodotti tal-injam kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), li dan ir-Regolament japplika għalihom

1.

Il-prodotti stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament║ (KE) 2173/2005, li għalihom tapplika l-iskema ta' liċenzjar FLEGT;

2.

Polpa u karta tal-Kapitoli 47, 48 u 49 tan-Nomenklatura Magħquda (NM), għajr għal prodotti li għandhom bażi ta' bambù u rkuprati (rimi u skart);

3.

Għamara tal-injam tal-kodiċi NM 9403 30, 9403 40, 9403 50 00, 9403 60 u 9403 90 30;

4.

Bini prefabbrikat tal-kodiċi NM 9406 00 20;

5.

Injam bħala karburant, virguni, zkuk, f'qatet ta' għesieleġ jew forom bħal dawn; injam f'biċċiet jew partiċelli; serratura u rimi tal-injam u skart, kemm jekk ikunu miġbura fi zkuk, trab tal-faħam ippressat, pritkuna jew forom bħal dawn kif ukoll jekk le tal-kodiċi NM 4401;

6.

Xogħol tas-sengħa tal-mastrudaxxa u tal-karpentier fl-injam għall-bennejja, inklużi pannelli ċellulari tal-injam, pannelli mmuntati għall-art fuq ġewwa, biċċiet tal-injam imqatta'. Injam (inklużi strixxi u freġju għall-art tal-parkett, mhux immuntati) ta' forma kontinwa (mudullun, kanal, irbattut, ċanfrin, ingast-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew ta' dan it-tip) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imminċottjat fit-truf kemm jekk le tal-kodiċi NM 4418;

7.

Twavel mill-frak tal-injam, dawk imsejħa “oriented strand board” (OSB) u twavel tal-injam simili kemm jekk magħqudin bir-raża jew xi sustanza organika oħra li tgħaqqad kemm jekk le tal-kodiċi NM 4410;

8.

Fibreboard tal-injam jew materjal ieħor tal-injam, kemm jekk magħqud bir-raża jew sustanzi oħra organiċi kemm jekk le tal-kodiċi NM 4411;

9.

Injam iddensifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom tal-profil tal-kodiċi NM 4413 00 00;

10.

Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti bħal dawn tal-kodiċi NM 4414 00;

11.

Kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili tal-injam; tankijiet tal-injam għall-kejbil; pallets, pallets forma ta' kaxxa jew twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam; twiebet tal-kodiċi NM 4415;

12.

Bittiji, bramel, tankijiet, tnellijiet u prodotti oħra tal-buttar, u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż injam imqawwes tal-kodiċi NM 4416 00 00.

13.

Prodotti oħra tal-injam inklużi fil-kapitoliNM 94 u 95, fosthom ġugarelli tal-injam u aċċessorji tal-isports.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat- 23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana(ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/162


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Ħażniet minimi ta' żejt mhux raffinat u/jew ta' prodotti petroliferi *

P6_TA(2009)0226

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta' ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta' prodotti tal-petroleum (COM(2008)0775 – C6-0511/2008 – 2008/0220(CNS))

2010/C 184 E/40

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0775),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0511/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0214/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

(1)

L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b'mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industrija kimika .

(1)

L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b'mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industriji tal-tal-kimiċi u tal-enerġija . It-tfixkil fil-provvista taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti tal-petroleum jew stokks insuffiċjenti jista' jirriżulta f'telf finanzjarju kbir għall-intrapriżi u jista' jipparalizza setturi oħra tal-ekonomija u l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

Iż-żejt mhux raffinat għadu u se jibqa' għal bosta snin wieħed mis-sorsi ta' enerġija primarja l-aktar importanti. Fl-istess waqt, se tkompli tikber l-isfida għall-Istati Membri biex jiżguraw provvista kostanti ta' żejt mhux raffinat bi prezz raġonevoli.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

(2)

Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda tar-riskji u d-diffikultajiet ta' provvista.

(2)

Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda kostanti tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda serja tar-riskji tad-diffikultajiet ta' provvista.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a)

Flimkien mal-miżuri biex tinħoloq klima favorevoli għall-investiment għall-iskopijiet tat-tiftix, u l-isfruttar, tar-riżervi taż-żejt fl-Unjoni Ewropea u 'l barra minnha, li hu vitali biex jiġu ggarantiti l-provvisti fit-tul, it-tisħiħ tar-riżervi taż-żejt huwa mezz ippruvat ta' kumpens għall-interruzzjonijiet qosra fil-provvista.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 2 b (ġdida)

 

(2b)

Il-livell ta' dipendenza tal-Istati Membri fuq l-importazzjoni taż-żejt biex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom tal-enerġija huwa estremament għoli.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a)

L-Unjoni Ewropea għandha rwol globali u l-politika tagħha għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għandha għalhekk tifforma parti mill-objettivi tal-politiki fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi kandidati u mal-pajjiżi ġirien.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 4 b (ġdida)

 

(4b)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tmien Stati Membri li mhumiex membri tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE)  (1) jiddaħħlu fuq l-istess livell fir-rigward tad-deċiżjonijiet adottati u tal-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea b'konsultazzjoni mal-AIE.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a)

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta u tappoġġja kif xieraq l-interessi tat-tmien Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-IEA.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 7

(7)

Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li jitqarrbu l-mekkaniżmi ta' ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.

(7)

Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li tkun żgurata l-kompatibilità bejn il-mekkaniżmi differenti ta' ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a)

Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 jenfasizzaw ir-rieda tal-Unjoni li twaqqaf mekkaniżmi ta' solidarjetà fost l-Istati Membri f'każ ta' waqfien fil-provvista tal-enerġija u jissuġġerixxu l-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha meħtieġa għal dan l-għan. Sistema effettiva għaż-żamma ta' ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew prodotti taż-żejt li tkun koordinata fil-livell Komunitarju għandha wkoll rwol importanti sabiex il-prinċipju tas-solidarjetà fir-rigward tal-enerġija jitwettaq fil-prattika.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

(8)

Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta' korpi jew servizzi ċentrali ta' ħżin fil-Komunità tippermetti li wieħed joqrob lejn dawn l-objettivi . Sabiex l-Istati Membri diversi jkunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta' ħżin tagħhom filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finali rappreżentat minn dawn l-attivitajiet ta' ħżin, huwa biżżejjed, f'kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan , li jimpedixxu li jkun hemm skop ta' profitt .

(8)

Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta' korpi jew servizzi ċentrali ta' ħżin fil-Komunità tista' tikkontribwixxi lejn il-ksib ta' dawn il-miri b'mod li jkun effettiv fir-rigward tal-ispiża . Sabiex l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta' ħżin tagħhom u l-kundizzjonijiet li bihom jiddelegaw il-ħżin lil Stati Membri oħra jew lil entitajiet ta' ħżin oħra , filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finali li jirriżulta minn dawn l-attivitajiet ta' ħżin, huwa biżżejjed, f'kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 8 a (ġdida)

 

(8a)

Sabiex jittaffa l-piż finanzjarju għall-utenti aħħarin, l-Istati Membri għandhom jistipulaw koperazzjoni aktar mill-qrib fost l-entitajiet ċentrali taż-żamma tal-ħażniet u għat-twaqqif ta' entitajiet reġjonali għaż-żamma tal-ħażniet.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 9

(9)

Meta jiġu kkunsidrati l-objettivi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħażniet taż-żejt, il-preokkupazzjonijiet ta' sigurtà li jistgħu jkollhom xi Stati Membri li jingħaqdu, u x-xewqa li tiżdied ir-rigorożità u t-trasparenza tal-mekkaniżmi ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi limitat għat-territorju nazzjonali il-qasam ta' azzjoni tal-entitajiet ċentrali li jaġixxu mingħajr intermedjarju.

imħassra

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 12

(12)

Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta' emerġenza, it-tqarrib tal-mekkaniżmi nazzjonali ta' ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b'mod partikolari fil-każ ta' kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta' dawn il-ħażniet.

(12)

Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta' emerġenza, li wieħed jiżgura l-kompatibilità bjen il-mekkaniżmi nazzjonali ta' ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b'mod partikolari fil-każ ta' kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta' dawn il-ħażniet.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a)

Filwaqt li għandha tingħata flessibilità suffiċjenti lill-Istati Membri biex jagħżlu l-arranġamenti għaż-żamma tal-ħażniet li huma l-aktar xierqa għall-karatterestiċi ġeografiċi u organizzattivi tagħhom, il-mekkaniżmi kollha meħtieġa għandhom jiġu implimentati sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tingħata, fi kwalunkwe waqt, tagħrif preċiż u affidabbli.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 12 b (ġdida)

 

(12b)

L-irwol tal-Istati Membri fiż-żamma u l-immaniġġjar ta' ħażniet ta' żejt għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jissaħħaħ.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 14

(14)

Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità , il-ħażniet akkwistati bħala proprjetà mill-Istati Membri jew l-entitajiet ċentrali, msejħin “ħażniet speċifiċi”, stabbiliti wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri, għandhom jikkorrispondu għall-ħtiġijiet effettivi f'każ ta' kriżi. Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f'każ ta' kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.

(14)

Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, il-ħażniet disponibbli, b'konformità ma' din id-Direttiva, għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru d-domanda tal-anqas għall-perjodu speċifikat . Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f'każ ta' kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 15

(15)

L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f'dan l-istadju għal livell stabbilit b'mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.

(15)

L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f'dan l-istadju għal livell stabbilit minn qabel, b'mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 18

(18)

Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma' sistemi diversi ta' ħażniet taż-żejt stabbiliti f'partijiet oħra tad-dinja. F'deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta' informazzjoni akbar.

(18)

Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma' sistemi diversi ta' ħażniet taż-żejt stabbiliti f'partijiet oħra tad-dinja. F'deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta' informazzjoni akbar. Fl-istess ħin jeħtieġ li jkun żgurat li l-informazzjoni tkun preċiża u ma tkunx teħtieġ li tiġi korretta kull ġimgħa jew kull xahar, kif għadu ta' sikwit il-każ fl-Unjoni Ewropea.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 21

(21)

L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta' emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull ġimgħa .

(21)

L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta' emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull xahar . Filwaqt li tqis ir-riżultati tal-istudju ta' fattibilità li għandu jitwettaq dwar l-effettività li jsir rapport ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi mill-Istati Membri li jippreżentaw dawk is-sommarji fuq bażi ta' kull ġimgħa, sakemm ikun jista' jiġi garantit li aġġustamenti minimi biss se jkunu neċessarji u li din toffri vantaġġi distinti f'termini ta' trasparenza fis-suq.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 23

(23)

Jista' jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni. Il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.

(23)

Peress li jista' jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni, il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom , fil-każ ta' suspett raġunat, ikunu jistgħu , flimkien mal-awtoritajiet ta' monitoraġġ tal-Istat Membru maħtur, jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 25

(25)

Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta. Dawn l-atti jeżiġu b'mod partikolari li t-trattament tal-informazzjoni personali jkun iġġustifikat minn skop leġittimu u li l-informazzjoni personali miġbura b'mod aċċidentali titħassar minnufih.

(25)

Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 29

(29)

Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta' livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju, u n-numru ta' mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b'din id-direttiva, l-applikazzjoni ta' din id-direttiva għandha tkun evalwata relattivament ftit wara li tidħol fis-seħħ.

(29)

Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta' livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju , u filwaqt li wieħed iqis l-istudju attwali dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' miżuri biex iżidu t-trasparenza tas-suq taż-żejt, b'mod partikulari permezz tar-rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, u n-numru ta' mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b'din id-Direttiva, l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun evalwata mhux iktar tard minn tliet snin wara li tidħol fis-seħħ.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

(e)

“deċiżjoni finali effettiva ta” tqegħid tal-ħażniet f'ċirkolazzjoni': kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f'ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta' Stat Membru ;

(e)

“deċiżjoni finali effettiva ta” tqegħid tal-ħażniet f'ċirkolazzjoni': kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f'ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta' pajjiż membru tal-AIE ;

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – subparagrafu 1 – punt l a (ġdid)

 

(la)

“sitwazzjonijiet ta' emerġenza” tfisser ċirkustanzi fejn ikun hemm tfixkil sinifikanti fil-provvista ta' żejt mhux raffinat jew ta' prodotti taż-żejt;

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

4.   L-arranġamenti u l-metodi ta' kalkolu tal-obbligi ta' ħżin stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta' regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).

4.   L-arranġamenti u l-metodi ta' kalkolu tal-obbligi ta' ħżin stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta' regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati .

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

3.   L-arranġamenti u l-metodi ta' kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta' regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).

3.   L-arranġamenti u l-metodi ta' kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta' regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati .

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta' sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta' identifikazzjoni, ta' kontabilità u ta' kontroll ta' dawn il-ħażniet b'mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta' dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Għall-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma' ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.

1.   L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta' sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta' identifikazzjoni, ta' kontabilità u ta' kontroll ta' dawn il-ħażniet b'mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta' dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu stabbiliti bi qbil minn qabel mal-Kummissjoni. Għall-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma' ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta' sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b'mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni kif ukoll li jiġu ddeterminati l-ammonti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b'referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru ****** tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-*********** dwar l-istatistiċi tal-enerġija.

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta' sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta' ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażniet ikkonċernati u l-ammonti involuti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b'referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (2).

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta' kull sena kalendarja, fi żmien tletin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta' kull sena kalendarja, fi żmien ħamsa u erbgħin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 1 - subparagrafu 3 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tad-data individwali li tinsab fl-inventarju.

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 - paragrafu 3 - subparagrafu 2 a (ġdid)

 

F'każ li ftehima tiddelega dawn l-obbligi lill-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-ħażniet jew lill-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet imwaqqfa minn dak l-Istat Membru, din il-ftehima għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jistipulaw

(a)

ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;

(b)

il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;

(c)

sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt b

(b)

li tippubblika għallinqas sitt xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.

(b)

li tippubblika għallinqas tliet xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

(b)

lil entità ċentrali ta' ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista' żżomm ħażniet bħal dawn, jew

(b)

lil entità ċentrali ta' ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista' żżomm ħażniet bħal dawn , bil-kundizzjoni li tiġi konkluża ftehima bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Istati Membri li ma jżommux ħażniet, jew

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   Kull Stat Membru jista' jinkariga ruħu b'mod irrevokabbli li jżomm livell minimu, iddeterminat f'numru ta' jiem ta' konsum, ta' ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu (iktar 'il quddiem “ħażniet speċifiċi”).

1.   Kull Stat Membru jista' jinkariga ruħu li jżomm livell minimu, iddeterminat f'numru ta' jiem ta' konsum, ta' ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu (iktar 'il quddiem “ħażniet speċifiċi”).

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – introduzzjoni

3.   Il-ħażniet speċifiċi jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta' prodotti li ġejjin, bħal ma huma definiti fil-punt 4 tal-Anness B, tar-Regolament (KE) Nru ******* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-******* dwar l-istatistiċi tal-enerġija :

3.   Il-ħażniet speċifiċi jistgħu jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta' prodotti li ġejjin, li għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari dwar l-istandards tal-kombustibbli u l-protezzjoni tal-ambjent, kif definiti fit-Taqsima 4 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 :

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

5.   Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta' ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu b'mod irrevokabbli li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u b'mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b'mod identiku għall-kategoriji kollha ta' ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.

5.   Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta' ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u l-perjodu li jkun impenja ruħu għalih b'mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b'mod identiku għall-kategoriji kollha ta' ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat il-ħin kollu tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b'mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni .

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat kontinwament fuq il-bażi ta' kull xahar tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta' ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażniet ikkonċernati.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

L-Istat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien tmint ijiem wara kull talba tas-servizzi tal-Kummissjoni, li ssir fi żmien għaxar snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara li ssir talba mill-Kummissjoni. Talba bħal din tista' ssir fi żmien tliet snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Kwalunkwe ftehima bejn Stati Membri u entità ċentrali għaż-żamma ta' ħażniet għandha tinkludi ċerti dispożizzjonijiet, li jistipulaw:

(a)

ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;

(b)

il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;

(c)

sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.

1.   L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull xahar dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull xahar dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, b'mod konformi mal-proċedura ta' regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta' applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, b'mod konformi mal-proċedura ta' regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta' applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

 

(3a)     Wara r-reviżjoni tagħha skont l-Artikolu 23, il-Kummissjoni tista' teżiġi li Stat Membru jibgħat sommarju statistiku kull ġimgħa (għall-kuntrarju ta' kull xahar) dwar il-livelli tal-ħażniet kummerjali taż-żejt, jekk eżami bir-reqqa tal-fattibilità u l-effettività tal-informazzjoni statistika ta' kull ġimgħa juri li dawn joffru vantaġġi ċari f'termini ta' trasparenza tas-suq u li ma hija neċessarja l-ebda korrezzjoni sussegwenti fuq bażi ta' rutina għall-informazzjoni miksuba għal sommarji ta' dan it-tip.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

1.   Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu f'kull ħin jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta' kontroll fuq il-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta' koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta' dawn il-kontrolli.

1.   Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jekk ikun hemm bażi ġustifikata ta' suspett jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta' kontroll fuq il-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta' koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta' dawn il-kontrolli.

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2

2.   L-objettivi tal-azzjonijiet ta' kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux ġbir ta' informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista' tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f'każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.

2.   L-objettivi tal-azzjonijiet ta' kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux l-ipproċesar ta' informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista' tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f'każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4

4.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta' sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-persuni impjegati jew li jkollhom mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta' sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-impjegati jew aġenti awtorizzati mill-Kummissjoni.

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 7

7.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta' ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta' mhux inqas minn għaxar snin.

7.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta' ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta' mhux inqas minn tliet snin.

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafi 3 u 4

3.   Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta' tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta' ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista' juża l-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista' ssejjaħ il-grupp ta' koordinazzjoni jew tipproċedi b'talba għal konsultazzjoni mal-membri ta' dan il-grupp b'mezz elettroniku b'mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f'ċirkolazzjoni.

3.    Il-Kummissjoni għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li għandhom il-poter li jieħdu deċiżjoni biex jirrilaxxaw il-ħażniet u għandhom isaħħu l-koordinazzjoni multilaterali u bilaterali dwar dawn il-kwistjonijiet madwar id-dinja. Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta' tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta' ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista' juża l-ħażniet ta' sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista' ssejjaħ il-grupp ta' koordinazzjoni jew tipproċedi b'talba għal konsultazzjoni mal-membri ta' dan il-grupp b'mezz elettroniku b'mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f'ċirkolazzjoni.

4.   Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta' xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta' xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta' koordinazzjoni. Il-grupp ta' koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni Il-Kummissjoni tistabbilixxi jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta' provvista.

4.   Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta' xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta' xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta' koordinazzjoni. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jista' jiġi rappreżentat, permezz ta' persuna jew permezz ta' mezzi elettroniċi, f'laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni fi żmien 24 siegħa wara s-sejħa għal-laqgħa. Il-grupp ta' koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni fuq il-bażi tal-impenn għall-prinċipju ta' solidarjetà fost l-Istati Membri, u l-Kummissjoni , fuq il-bażi tal-evalwazzjoni mill-grupp ta' koordinazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta' provvista.

Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista' tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.

Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista' tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 23

Fi tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b'mod partikolari l-oppotunità li timponi lill-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta' ħażniet speċifiċi.

Mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b'mod partikolari

(a)

jekk l-informazzjoni dwar il-ħażniet hijiex preċiża u ngħatatx fil-waqt;

(b)

jekk il-livell tal-ħażniet kummerċjali taż-żejt għandhomx jiġu rappurtati fuq bażi ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar;

(c)

jekk ikunx xieraq li timponi fuq l-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta' ħażniet speċifiċi li jkopru tul ta' żmien itwal .

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX , bl-eċċezzjoni ta' dawk l-Istati Membri li għalihom japplika perjodu ta' tranżizzjoni għall-bini ta' riżervi taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt skont it-trattat ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fejn l-iskadenza biex jiġu implimentati tkun id-data meta jiskadi l-perjodu ta' tranżizzjoni . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 11

Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b'10 % l-ammonti ta' ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f'kalkolu speċifiku.

Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b'5 % l-ammonti ta' ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f'kalkolu speċifiku.


(1)   Il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija u l-Islovenja.

(2)   ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/174


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika *

P6_TA(2009)0227

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) (COM(2008)0676 – C6-0399/2008 – 2008/0200(CNS))

2010/C 184 E/41

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0676),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6–0399/2008),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0228/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, li jekk il-Kunsill ma jkun ħa ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward, iqis il-possibilità li jintuża l-Artikolu 196 (il-Protezzjoni Ċivili) bħala bażi legali għal din il-proposta, u biex jikkunsidra mill-ġdid, jekk ikun xieraq, it-tressiq ta' proposta lill-Parlament;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 1

(1)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Prevenzjoni, Tħejjija u Tweġiba għal Attakki Terroristiċi” u l-“Programm ta” Solidarjetà tal-UE dwar il-Konsegwenzi ta' Theddidiet u Attakki Terroristiċi' adottati mill-Kunsill f'Diċembru 2004 approvaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Programm Ewropew għal Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika u qablu li l-Kummissjoni tistabbilixxi s-CIWIN (1)

(1)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Prevenzjoni, Tħejjija u Tweġiba għal Attakki Terroristiċi” u l-“Programm ta” Solidarjetà tal-UE dwar il-Konsegwenzi ta' Theddidiet u Attakki Terroristiċi' adottati mill-Kunsill f'Diċembru 2004 approvaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Programm Ewropew għal Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika u qablu li l-Kummissjoni tistabbilixxi s-CIWIN (2).

Emenda 2

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 4

(4)

Diversi inċidenti li kienu jinvolvu infrastruttura kritika fl-Ewropa, bħal, pereżempju, l-interruzzjoni Ewropea tal-2006 urew il-ħtieġa ta' skambju aħjar u aktar effiċjenti ta' informazzjoni biex ikun limitat l-inċident, ma jitħalliex isir jew ikun limitat l-effett tiegħu .

(4)

Diversi inċidenti li kienu jinvolvu infrastruttura kritika fl-Ewropa, bħal, pereżempju, l-interruzzjoni Ewropea tal-2006 wrew il-ħtieġa ta' skambju aħjar u aktar effiċjenti ta' informazzjoni u għarfien akbar tal-prattiki ta' Stati Membri differenti sabiex ikun hemm tħejjija minn qabel u biex inċidenti bħal dawn ikuu evitati fil-ġejjieni.

Emenda 3

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 5

(5)

Jixraq li tkun stabbilita sistema ta' informazzjoni li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni u twissijiet fil-qasam tal- Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika ( CIP ) , isaħħu d-djalogu tagħhom dwar is-CIP, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar ta' programmi ta' riċerka tas-CIP li jinsabu mxerrdin u frammentati f'livell nazzjonali.

(5)

Għalhekk jixraq li tkun stabbilita sistema ta' informazzjoni li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni fil-qasam tas-CIP, isaħħu d-djalogu tagħhom dwar is-CIP, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar ta' programmi ta' riċerka tas-CIP li jinsabu mxerrdin u frammentati f'livell nazzjonali. Or. en

Emenda 4

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 6

(6)

Is-CIWIN għandu jikkontribwixxi għat-titjib tas-CIP fl-UE billi jipprovdi sistema ta' informazzjoni li tkun tista' tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-Istati Membri;u joffri alternattiva effiċjenti u ta' malajr għal metodi li jieħdu ħafna żmien għal tiftix ta' informazzjoni dwar infrastrutturi kritiċi fil-Komunità.

(6)

Is-CIWIN għandu jikkontribwixxi għat-titjib tas-CIP fl-UE billi jipprovdi sistema ta' informazzjoni li tkun tista' tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri, u joffri alternattiva effiċjenti u ta' malajr għal metodi li jieħdu ħafna żmien għal tiftix ta' informazzjoni dwar infrastrutturi kritiċi fil-Komunità. Huwa għandu b'mod partikolari, jistimula l-iżvilupp ta' miżuri adatti li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-skambju u t-tixrid ta' informazzjoni, tal-aħjar prattika u esperjenzi bejn l-Istati Membri

Emenda 5

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a)

L-ewwel evalwazzjoni tas-CIWIN għandha tinkludi wkoll analiżi dettaljata tal-bżonn li tiżdied funzjonalità ġdida għas-CIWIN, jiġifieri l-faċilità teknika ta' sistema ta' twissija rapida (RAS). Din il-funzjonalità għandha tgħin biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jħabbru twissijiet dwar riskji u theddidiet immedjati għal infrastruttura kritika, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti kollha rigward sigurtà.

Emenda 6

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 7

(7)

Is-CIWIN għandu, b'mod partikolari, jistimula l-iżvilupp ta' miżuri adatti li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw skambju tal-aħjar prattika, kif ukoll ikun mezz ta' trażmissjoni ta' theddidiet u twissijiet immedjati b'mod garantit.

imħassar

Emenda 7

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 8

(8)

Is-CIWIN għandu jevita x-xogħol doppju u jqis il-karatteristiċi speċifiċi, tagħrif espert, arranġamenti u oqsma ta' kompetenza ta' kull waħda mis-sistemi eżistenti ta' twissija rapida settorjali (RAS).

(8)

Matul l-iżvilupp u l-evalwazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' informazzjoni l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s -CIWIN jevita x-xogħol doppju u jqis il-karatteristiċi speċifiċi, tagħrif espert, arranġamenti u oqsma ta' kompetenza ta' kull waħda mis-sistemi eżistenti ta' twissija rapida settorjali (RAS).

Emenda 8

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 10

(10)

L-interdipendenza dwar l-Infrastruttura Kritika fi Stati Membri u livelli varji ta' CIP fi Stati Membri jissuġġerixxu li l-ħolqien ta' għodda Komunitarja orizzontali u transettorjali għall-iskambju ta' informazzjoni u twissijiet fuq CIP għandha żżid is-sigurtà taċ-ċittadini.

(10)

L-interdipendenza dwar l-Infrastruttura Kritika fi Stati Membri u livelli varji ta' Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP) fi Stati Membri jissuġġerixxu li l-ħolqien ta' għodda Komunitarja orizzontali u transettorjali għall-iskambju ta' informazzjoni fuq CIP għandha żżid is-sigurtà taċ-ċittadini.

Emenda 9

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a)

L-adozzjoni ta' miżuri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili hija elenkata fost l-attivitajiet Komunitarji fil-punt (u) tal-Artikolu 3(1) tat-Trattat KE. Għalhekk, il-ħolqien tas-CIWIN huwa meħtieġ sabiex jippermetti lill-Komunità tikseb l-objettiv stipulat mit-Trattat.

Emenda 11

Proposta għal Deċiżjoni

Premessa 17

(17)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta ta' Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(17)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Emenda 12

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi sistema sigura ta' informazzjoni, komunikazzjoni u twissija – Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) – bil-għan li tassisti lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni dwar theddidiet , vulnerabbiltajiet u miżuri u strateġiji adatti biex itaffu riskji relatati mas-CIP.

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi sistema sigura ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni – Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) – bil-għan li tassisti lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni dwar vulnerabbiltajiet u miżuri u strateġiji adatti biex itaffu riskji relatati mas-CIP.

Emenda 13

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 2 – subparagrafu 2

“Infrastruttura kritika” għandha tfisser dawk l-assi, sistemi jew partijiet minnhom li jkunu jinsabu fi Stati Membri li jkunu essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet vitali li jappartienu lis-soċjetà, lis-saħħa, is-sikurezza, il-benesseri ekonomiku jew soċjali ta' poplu, u li l-isfrattu jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikattiv fi Stat Membru bħala riżultat tan-nuqqas taż-żamma ta' dawk il-funzjonijiet.

“Infrastruttura kritika” għandha tfisser dawk l-assi, sistemi jew partijiet minnhom li jkunu jinsabu fi Stati Membri li jkunu essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet vitali li jappartienu lis-soċjetà, lis-saħħa, is-sikurezza, il-katina ta' forniment, il-benesseri ekonomiku jew soċjali ta' poplu, u li l-isfrattu jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikattiv fi Stat Membru bħala riżultat tan-nuqqas taż-żamma ta' dawk il-funzjonijiet.

Emenda 14

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 2 – subparagrafu 3

“Stati Membri Partiÿipanti” għandha tfisser l-Istati Membri li jkunu ffirmaw Memorandum ta' ftehim mal-Kummissjoni.

imħassar

Emenda 15

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 3

Artikolu 3

Parteċipazzjoni

Il-partiċipazzjoni fis-CIWIN u l-użu tiegħu jkunu miftuħin għall-Istati Membri kollha. Il-partiċipazzjoni fis-CIWIN tkun bil-kondizzjoni li jkun iffirmat Memorandum ta' ftehim li jkollu rekwiżiti tekniċi u ta' sigurtà applikabbli għas-CIWIN, u informazzjoni dwar is-siti li għandhom ikunu konnessi mas-CIWIN.

imħassar

Emenda 16

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 4 – Titolu

Funzjonalitajiet

Funzjonalità u struttura

Emenda 17

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

(1)   Is-CIWIN għandu jkun magħmul miż-żewġ funzjonalitajiet li ġejjin:

(a)

forum elettroniku għas-CIP relatat ma' skambju ta' informazzjoni;

(b)

funzjonalità ta' twissija rapida li biha Stati Membri partiċipanti u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jħabbru twissijiet dwar riskji u theddidiet immedjati għal infrastruttura kritika.

(1)   Is-CIWIN għandu jitfassal bħala forum elettroniku għas-CIP relatat ma' skambju ta' informazzjoni;

Emenda 18

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 4 - paragrafu 1 a (ġdid)

 

(1a)     Il-pjattaforma teknika għas-CIWIN għandha tkun preżenti tal-anqas f'post sikur wieħed f'kull Stat Membru.

Emenda 19

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Siti fissi għandhom ikunu inklużi fis-sistema fuq bażi permanenti. Waqt li l-kontenut tagħhom jista' jkun aġġustat, is-siti jistgħu ma jitneħħewx , ma jingħatalhomx isem mill-ġdid jew ma jżdidux siti ġodda . L-Anness I għandu lista ta' siti fissi.

Siti fissi għandhom ikunu inklużi fis-sistema fuq bażi permanenti. Waqt li l-kontenut tagħhom jista' jkun aġġustat, is-siti ma jistgħux jitneħħew u jingħatalhom isem ġdid. L-Anness I għandu lista ta' siti fissi. Dan ma jeskludix l-inklużjoni ta' zoni ġodda jekk l-operat tas-sistema juri li dan ikun meħtieġ.

Emenda 20

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

(1)   L-Istati Membri partiċipanti għandhom jaħtru Eżekuttiv tas-CIWIN u jinnotifikaw dwaru lill-Kummissjoni. L-Eżekuttiv tas-CIWIN għandu jkun il-firmatarju tal-Memorandum ta' ftehim, u jkun responsabbli biex jagħti jew jiċħad drittijiet ta' aċċess għas-CIWIN fl-Istati Membri rilevanti.

(1)   L-Istati Membri għandhom jaħtru Eżekuttiv tas-CIWIN u jinnotifikaw dwaru lill-Kummissjoni. L-Eżekuttiv tas-CIWIN għandu jkun il-firmatarju tal-Memorandum ta' ftehim, u jkun responsabbli biex jagħti jew jiċħad drittijiet ta' aċċess għas-CIWIN fl-Istati Membri rilevanti.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu.)

Emenda 21

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2

(2)   L-Istati Membri partiċipanti għandhom jagħtu aċċess għas-CIWIN skont il-linji gwida adottati mill-Kummissjoni.

(2)   L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għas-CIWIN skont il-linji gwida tal-utent adottati mill-Kummissjoni.

Emenda 22

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

(b)

biex tistabbilixxi linji gwida dwar il-kondizzjonijiet ta' użu tas-sistema, inklużi l-kunfidenzjalità, trażmissjoni, ħażna, mili u tħassir ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' aċċess sħiħ jew selettiv għas-CIWIN.

(b)

biex tistabbilixxi linji gwida tal-utent dwar il-kondizzjonijiet ta' użu tas-sistema, inklużi l-kunfidenzjalità, trażmissjoni, ħażna, mili u tħassir ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' aċċess sħiħ jew selettiv għas-CIWIN.

Emenda 23

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 6 - paragrafu 3 a (ġdid)

 

(3a)     Il-Kummissjoni għandha timmoniterja l-funzjonament tas-sistema CIWIN.

Emenda 24

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2

(2)   Id-drittijiet ta' utenti għal aċċess għal dokumenti għandu jkun abbażi ta' “ħtieġa ta” tagħrif' u għandhom dejjem jirrispettaw l-istruzzjonijiet speċifiċi tal-awtur dwar il-protezzjoni u d-distribuzzjoni ta' dokument.

(2)   Id-drittijiet ta' utenti għal aċċess għal dokumenti għandhom ikunu abbażi ta' “ħtieġa ta” tagħrif'. L-utenti għandhom dejjem jirrispettaw l-istruzzjonijiet speċifiċi tal-awtur dwar il-protezzjoni u d-distribuzzjoni ta' dokument.

Emenda 25

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 7 - paragrafu 2a (ġdid)

 

(2a)     Fl-Istati Membri, l-iskambju ta' tagħrif sensittiv uplowdjat fis-CIWIN bejn utenti awtorizzati u partijiet terzi għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-proprjetarju ta' dak it-tagħrif u għandu jseħħ skont il-liġi Komunitarja u nazzjonali rilevanti.

Emenda 26

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 7a (ġdid)

 

Artikolu 7a

Rekwiżiti marbuta mal-Informazzjoni inkluża fis-CIWIN

Għal kull tagħrif jew dokumenti uplowdjati fis-sistema se tkun possibbli traduzzjoni awtomatika.

Il-Kummissjoni għandha, f'kollaborazzjoni mal-punti ta' kuntatt CIP, tiżviluppa lista ta' kliem prinċipali għal kull settur li jista' jintuża meta jsiru uplowd jew riċerka ta' tagħrif fis-CIWIN.

Emenda 27

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taġġorna regolarment linja gwida għall-Utenti li jkollhom id-dettalji kollha dwar il-funzjonalitajiet u rwoli tas-CIWIN.

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taġġorna regolarment linji gwida għall-utenti li jkollhom id-dettalji kollha dwar il- funzjonalità u rwoli tas-CIWIN.

Emenda 28

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 8 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Dawn il-Linji gwida tal-Utent għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mal-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 u jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (3).

Emenda 29

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 10 – subparagrafu 1

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tevalwa l-operazzjoni tas-CIWIN kull tliet snin, u għandha tibgħat b'mod regolari rapporti lill - Istati Membri.

Il-Kummissjoni, permezz ta' indikaturi speċjali żviluppati għall-monitoraġġ tal-progress, għandha tirrevedi u tevalwa l-operazzjoni tas-CIWIN kull tliet snin, u għandha tibgħat b'mod regolari rapporti lill-Istati Membri kollha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew.

Emenda 30

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 10 – subparagrafu 2

L-ewwel rapport, li għandu jiġi ppreżentat fi żmien tlett snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu, b'mod partikolari, jidentifika dawk l-elementi tan-network tal-Komunità li għandu jiġi mtejjeb jew irranġat. Għandu ukoll jinkludi kull proposta li l-Kummissjoni tikkunsidra neċessarja għall-emenda jew l-adattament ta' din id-Deċiżjoni.

L-ewwel rapport, li għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu, b'mod partikolari, jiddentifika dawk l-elementi tan-network tal-Komunità li għandhom jiġu mtejba jew adattati, u għandu b'mod partikolari, jevalwa l-possibilità li s-CIWIN jitjieb biex jinkludi l-funzjonalità ta' sistema ta' twissija rapida (RAS). Għandu wkoll jinkludi kull proposta li l-Kummissjoni tikkunsidra neċessarja għall-emenda jew l-adattament ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda 31

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009 .

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 32

Proposta għal Deċiżjoni

Anness II – punt 3

(3)

Siti ta' Twissija, li jistgħu jinħolqu fil-każ li tkun attivata twissija fir-RAS, u jikkostitwixxi l-kanal tal komunikazzjoni matul attivitajiet relatati mas-CIP;

imħassar


(1)   14894/04.

(2)   Dokument tal-Kunsill 15232/04.

(3)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/181


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi *

P6_TA(2009)0228

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/956/JHA li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi (16437/2008 – C6-0029/2009 – 2009/0801(CNS))

2010/C 184 E/42

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda (16437/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 30(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0029/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0193/2009),

1.

Japprova l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda;

2.

Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Gvern tar-Renju tal-Olanda.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/182


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Programmi ta’ ristrutturazzjoni fis-settur tal-qoton *

P6_TA(2009)0229

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta’ ristrutturar] għas-settur tal-qoton (COM(2009)0037 – C6-0063/2009 – 2009/0008(CNS))

2010/C 184 E/43

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0037),

wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 anness miegħu dwar il-qoton,

wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2), subparagrafu 3 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0063/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0200/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

Ir-riforma li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 wasslet għal tnaqqis drastiku fil-produzzjoni tal-qoton fi Spanja, li pperikolat bil-kbir anke s-sopravivenza ta’ dan is-settur, fattur li esiġa r-ristrutturazzjoni immedjata tal-industrija tal-ħalġ.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/183


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
L-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) *

P6_TA(2009)0230

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) (COM(2008)0895 – C6-0073/2009 – 2008/0262(CNS))

2010/C 184 E/44

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0895),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0073/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0219/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri bil-pożizzjoni tal-Parlament.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/184


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Abbozz ta’ Baġit ta’ emenda 2/2009

P6_TA(2009)0231

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 2/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (6953/2009 – C6-0077/2009 – 2009/2010(BUD))

2010/C 184 E/45

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif adottat b’mod definittiv fit-18 ta’ Diċembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari ta’ Baġit ta’ emenda Nru 2/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kummissjoni ppreżentat fit-2 ta’ Frar 2009 (COM(2009)0032),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Baġit ta’ emenda Nru 2/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta’ Frar 2009 (6953/2009 – C6-0077/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0192/2009),

A.

billi l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2 għall-baġit ġenerali tal-2009 jkopri l-punti li ġejjin: l-organigrammi tal-Impriża konġunta għar-Riċerka ATM tas-Sema Waħdani Ewropew (SESAR), taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), il-bdil għall-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA), u l-bdil tar-rimarki tal-baġit għall-“Monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurtà” (GMES) Azzjoni ta’ Tħejjija,

B.

billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2/2009 huwa li jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz preliminari ta’ Baġit ta’ emenda Nru 2/2009;

2.

Japprova l-Abbozz ta’ Baġit ta’ emenda Nru 2/2009 mingħajr emenda;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/185


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Baġit ta’ emenda Nru 3/2009

P6_TA(2009)0232

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (8153/2009 – C6-0118/2009 – 2009/2017(BUD))

2010/C 184 E/46

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat b’mod aħħari fit-18 ta’ Diċembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari ta’ Baġit ta’ emenda Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 (COM(2009)0110),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Baġit ta’ emenda Nru 3/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fit-30 ta’ Marzu 2009 (8153/2009 – C6-0118/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0194/2009),

A.

billi l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2009 jkopri l-aġġustament mill-ġdid, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2007, tas-sistema tar-riżorsi proprji skont id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007,

B.

billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 3/2009 huwa li jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz preliminari ta’ Baġit ta’ emenda Nru 3/2009;

2.

Japprova l-Abbozz ta’ Baġit ta’ emenda Nru 3/2009 mingħajr emenda;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/186


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Is-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***II

P6_TA(2009)0241

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (14539/2/2008 – C6-0024/2009 – 2007/0195(COD))

2010/C 184 E/47

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14539/2/2008 - C6-0024/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0528),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regola 62 tar-Regoli tiegħu ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0216/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati tat-18.6.2008, P6_TA(2008)0294.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC2-COD(2007)0195

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/72/KE.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/187


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ***II

P6_TA(2009)0242

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (14541/1/2008 – C6-0020/2009 – 2007/0197(COD))

2010/C 184 E/48

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14541/1/2008 – C6-0020/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0530),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0908),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0235/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati fit-18.6.2008, P6_TA(2008)0296.


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2007)0197

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 713/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/188


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku ***II

P6_TA(2009)0243

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (14546/2/2008 – C6-0022/2009 – 2007/0198(COD))

2010/C 184 E/49

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14546/2/2008 – C6-0022/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0531),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0213/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, 18.6.2008, P6_TA(2008)0295.


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2007)0198

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 714/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/189


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Suq intern tal-gass naturali ***II

P6_TA(2009)0244

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (14540/2/2008 – C6-0021/2009 – 2007/0196(COD))

2010/C 184 E/50

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14540/2/2008 – C6-0021/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0529),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0238/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati tad-9.7.2008, P6_TA(2008)0347.


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2007)0196

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/73/KE.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/190


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali ***II

P6_TA(2009)0245

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (14548/2/2008 – C6-0023/2009 – 2007/0199(COD))

2010/C 184 E/51

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14548/2/2008 – C6-0023/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0532),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0237/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, 9.7.2008, P6_TA(2008)0346.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC2-COD(2007)0199

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 715/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/191


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Amministrazzjoni pubblika Ewropea: soluzzjonijiet ta' interoperabbilta' ***I

P6_TA(2009)0246

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (COM(2008)0583 – C6-0337/2008 – 2008/0185(COD))

2010/C 184 E/52

(Proċedura ta' kodeżizjoni - l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0583),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6 0337/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0136/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
P6_TC1-COD(2008)0185

Pożizzjoni tal-Parlament Eewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/192


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Magni għall-applikazzjoni ta' pestiċidi ***I

P6_TA(2009)0247

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju (COM(2008)0535 – C6-0307/2008 – 2008/0172(COD))

2010/C 184 E/53

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0535),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0307/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0137/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni anness hawnhekk;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0172

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta' makkinarju għall-applikazzoni tal-pestiċidi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/127/KE.)

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
ANNESS

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istandardizzazzjoni tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

Biex tappoġġja r-rekwiżiti essenzjali inklużi fit-Taqsima 2.4 tal-Anness I, il-Kummissjoni ħatret lis-CEN sabiex tiżviluppa standards armonizzati għal kull kategorija ta’ makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi bbażat fuq l-aħjar tekniki disponibbli biex jiġi evitat l-esponiment mhux intenzjonat tal-ambjent għall-pestiċidi. B’mod partikulari, il-mandat se jirrikjedi l-istandards biex jingħataw kriterji u speċifikazzjonijiet tekniċi għat-twaħħil ta’ lqugħ mekkaniku, “tunnel spraying” u sistemi ta’ assistenza bl-arja (pnewmatika) għall-isprej, biex jiġi evitat li jkun hemm tniġġis tas-sors tal-ilma waqt il-mili u t-tbattil, u speċifikazzjonijiet preċiżi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur biex jiġi evitat li jkun hemm tixrid tal-pestiċidi, filwaqt li jitqiesu l-parametri rilevanti kollha bħaż-żnienen, il-pressjoni, l-għoli tal-“boom”, il-qawwa tar-riħ, it-temperatura tal-arja, l-umdità, u l-veloċità tal-moviment tal-makkinarju.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/193


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Effiċjenza tal-użu tal-fjuwil: It-tikkettar tat-tajers ***I

P6_TA(2009)0248

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (COM(2008)0779 – C6-0411/2008 – 2008/0221(COD))

2010/C 184 E/54

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0779),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0411/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0218/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0221

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva /…/KE dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-mobilità sostenibbli hija sfida mill-akbar li qed tħabbat wiċċha magħha l-Komunità fid-dawl tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tiġi sostnuta l-kompetitività Ewropea kif misħuq fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 dwar it Trasport aktar Ekoloġiku (4).

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2006 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika – Inwettqu l-potenzjal” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (5) saħqet dwar il-potenzjal li l-konsum totali tal-enerġija jitnaqqas b’20 % sal-2020 permezz ta’ lista ta’ azzjonijiet immirati inkluż it-tikkettar tat-tajers.

(3)

It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza tagħhom għat-tagħmir, jgħoddu għal 20 % sa 30 % tal-konsum tal-fjuwils tal-vetturi. Tnaqqis tar-reżistenza għat-tidwir tat-tajers jaf għalhekk jikkontribwixxi b’mos sinifkanti għall-effiċjenza enerġetika tat-trasport tat-triq u b’hekk għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

(4)

It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista’ jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jittejjeb il-qbid fuq l-imxarrab, jista’ jkun hemm effett avvers fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Il-manifatturi tat-tajers għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha , bla ma jnaqqsu l-istandards tas-sikurezza li diġà nkisbu .

(5)

It-tajers li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil iġibu l-infiq effettiv għaliex l-iffrankar fuq il-fjuwil jagħmel tajjeb bil-kbir għall-prezz tax-xiri ogħla tat-tajers li jkun ġej minn spejjeż tal-produzzjoni ogħla.

(6)

║ Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] (6) jistipula rekwiżiti minimi dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas b’mod sinifikanti lil hinn mir-rekwiżiti minimi li jirriżultaw minn reżistenza għat-tidwir tat-tajers li tkun ║. Sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport fit-triq, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru aktar tajers li jwasslu għall-użu effiċjenti tal-fjuwil billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(7)

Sabiex jiżdiedu l-fehim u l-kuxjenza dwar ir-reżistenza għat-tidwir, jekk jintuża kalkolatur tal-iffrankar ta’ fjuwil, bħal dak li diġà jintuża għat-tajers C3, dan iservi bħala għodda sinifikanti biex jintwera l-iffrankar potenzjali ta’ fjuwil, ta’ flus u tas-CO2.

(8)

L-istorbju tat-traffiku jaf jagħti ħafna fastidju u għandu effett ta’ ħsara għas-saħħa. ║ Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] jistipula rekwiżiti minimi dwar l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers jitnaqqas b’mod sinifikanti lil hinn mir-rekwiżiti minimi. Sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru tajers bi storbju estern tat-tidwir baxx billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(9)

L-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajer jista’ wkoll jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-istorbju tat-traffikuj u jikkontribiwixxi għal kuxjenza akbar dwar l-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fi ħdan id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (7).

(10)

║ Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] jistipula rekwiżiti minimi dwar il-qbid tat-tajers fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qbid fuq l-imxarrab jittejjeb lil hinn mir-rekwiżiti minimi, u għalhekk jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Sabiex titjieb is-sikurezza tat-toroq, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru tajers bi prestazzjoni għolja għall-qbid fuq l-imxarrab billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(11)

Parametri oħra tat-tajers, bħall-aquaplaning jew iż-żamma fid-dawriet, jaffettaw ukoll is-sikuerzza fit-toroq. Madankollu, f’dan l-istadju, għad mhemmx disponibbli metodi arrmonizzati tat-ttestjar fir-rigward ta’ dawn il-parametri. Huwa għalhekk xieraq li jiġi pprovdut għall-possibbiltà, fi stadju aktar tard u jekk meħtieg, għall-iffisar ta’ dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni armonizzata lill-utenti aħħarin dwar dawn il-parametri tat-tajers.

(12)

It-tajers tas-silġ u t-tajers Nordiċi tax-xitwa għandhom parametri speċifiċi li ma jistgħux jitqabblu b’mod sħiħ mat-tajers normali. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħarin jagħmlu deċiżjonijiet ġusti u infurmati, il-parametri ta’ dawn it-tajers għandhom jintwerew b’mod li jpoġġihom fuq l-istess livell mat-tajers normali.

(13)

L-għoti ta’ informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta’ tikketta standard x’aktarx jasal biex jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarin favur tajers aktar sikuri, inqas storbjużi u ji jwasslu għal iffrabkar tal-fjuwil. Dan imbagħad jaf iħeġġeġ lill-manifatuuri tat-tajers jottimizzaw dawk il-parametri tat-tajers, li jwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sotenibbli.

(14)

Il-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri tat-tajers għandhom jitħeġġu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sa qabel l-2012 sabiex jitħaffef ir-rikonoxximent tal-iskema u t-twettiq tal-benefiċċji tagħha.

(15)

Il-fatt li hemm bosta regoli diversi dwar it-tikettar tat-tajers minn Stat Membru għal-ieħor joħloq ostkali għall-kummerċ intra-Komunitarju u jkabbar il-piż amministrattiv u l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi tat-tajers.

(16)

It-tajers ta’ sostituzzjoni jgħoddu għal 78 % tas-suq tat-tajers. Huwa għalhek ġustifikat li l-utent aħħari jiġi infurmat dwar il-parametri tat-tajers ta’ sostituzzjoni kif ukoll tat-tajers armati fuq vetturi ġodda.

(17)

Il-bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar l-effiċjenzafl-użu tal-fjuwil mit-tajers u parametri oħra hija rilevanti għall-konsumaturi, inkluż għall-maniġers tal-flotot u l-impriżi tat-trasport, li ma jistgħux faċilment iqabblu l-marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u tikettar. Huwa għalhekk xieraq li jiġu inklużi it-tajers C1, C2 u C3 fl-ambitu ta’ dan ir- Regolament .

(18)

It-tikketta dwar l-enerġija li tikklassifika l-prodotti bi skala minn “A sa G”, kif applikata għall-apparat tad-dar skond id-Direttiva tal-Kunsill 1992/75/KE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar (8), hija magħrufa sew mill-konsumaturi u rnexxiet fil-promozzjoni ta’ apparat aktar effiċjenti. L-istess disinn għandu jintuża għat-tiklettar tal-effiċjenza tat-tajers għall konsum tal-fjuwil.

(19)

Dak li jkun hemm muri fuq it-tikketta ta’ fuq it-tajers fil-ħanut, kif ukoll fil-letteratura promozzjonali teknika, għandu jiżgura li sew il-bejjiegħa sew l-utenti potenzjali u aħħarin jiriċevu informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers għall-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir.

(20)

Xi utenti aħħarin jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-punt tal-bejgħ jew jixtru t-tajers billi jordnawhom bil-posta. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti aħħarin ukoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi tal-informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers għall-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, it-tikketi għandhom jintwerew fil-letteratura promozzjoni teknika kollha, inkluż fejn letteratura bħal din tkun disponibblif uq l-Internet.

(21)

Ix-xerrejja potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni supplimentari standardizzata li tispjega kull element tat-tikketta - l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-emissjoni tal-istorbju - u r-rilevanza tagħhom, u li tinkludi kalkolatur tal-iffrakar tal-fjuwil li juri l-medja tal-iffrankar tal-fjuwil, tas-CO2 u tal-ispejjeż. Din l-informazzjoni għandha tingħata fuq il-websajt tal-EU dwar it-tikkettar tat-tajers u fuq fuljetti spjegattivi u posters fil-postijiet kollha tal-bejgħ. L-indirizz tal-websajt għandu jkun indikat b’mod ċar fuq it-tikketta u fuq kull letteratura teknika promozzjonali.

(22)

L-informazzjoni trid tingħata skond il-metodi armonizzati tat-testjar stipulati fi ║ Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur…] sabiex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jqabblu tajers differenti u jillimitaw l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi.

(23)

Sabiex jindirizzaw l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 tat-trasport bit-triq, xieraq li l-Istati Membri jimplimentaw inċentivi favur tajers li jwasslu għall-effiċjenza tal-fjuwil, ▐. Dawn l-inċentivi għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ▐. Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, għandhom jiġu stabbiliti kategoriji għall-effiċjenza minima tal-fjuwil.

(24)

Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar mill-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali fi ħdan il-Komunità . L-Istati Membri għandhom għalhekk jidentifikaw miżuri effettivi, fosthom is-sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari u sanzjonijiet effettivi, biżżejjed biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva .

(25)

L-Istati Membri għandhom jirsistu, meta jkunu qed jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolamenta, biex joqogħdu lura minn kull miżura li timponi obbligi inġustifikati, burokratiċi, u mhux prattiki fuq l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs), u, meta jkun fattibbli, għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċjali u l-limiti finanzjarji u amministrattivi tal-SMEs.

(26)

Biex l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi evalwata sew, għandha ssir reviżjoni biex jiġi aċċertat jekk hemmx bżonn ta’ bidliet. Din ir-reviżjoni għandha tiffoka b’mod partikulari fuq il-fehim tal-konsumatur tat-tikketta, inkluż tal-parametru tal-istorbju u l-adattament għall-bidla teknoloġika.

(27)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. (9).

(28)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tintroduċi rekwiżti fir-rigward tal-klassifikar tal-qbid fuq l-imxarrab għall-klassijiet tat-tajers C2 u C3, tintroduċi rekwiżiti fir-rigward ta’ parametri essenzjali tat-tajers għajr l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, u tadattat l-Annessi għall-progress tekniku. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, interalia billi jissuplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan u suġġett

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li titkabbar l-effiċjenza ekonomika u ambjentali u s-sikurezza tat-trasport tat-triq permezz tal-promozzjoni ta’ tajers sikuri u kwieti li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar , li tippermetti li l-konsumatur jagħmel għażla informata meta jkun qed jixtri t-tajers .

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tajers C1, C2, u C3.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma tapplikax għal:

(a)

tajers ittredjati mill-ġdid;

(b)

tajers off-road professjonali;

(c)

tyres ddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;

(d)

Spare tyres tat-tip T għal użu temporarju;

(e)

tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;

(f)

tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

(g)

tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet tal-ġbid, bħal tajers bl-iskontri.

Artikolu 3

Id-Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“Tajers C1, C2 u C3” tfisser klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 ta’ Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur];

(2)

“Spare tyre tip T għal użu temporarju” jfisser spare tyre għal użu temporarju disinjat għall-użu bi pressjoni tal-infiħ ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati;

(3)

“tajer għas-silġ” tfisser tajer, li d-disinn tal-wiċċ imfellel tiegħu, il-kompożizzjoni jew l-istruttura tiegħu jkunu primarjament iddisinjati biex, f’kundizzjonijiet ta’ silġ, ikollhom prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali f’dak li għandu x’jaqsam mal-kapaċità tiegħu biex vettura tibda jew tibqa’ tiċċaqlaq;

(4)

“punt tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija ▐ jew offruti għall-bejgħ, inkluż showrooms tal-karozzi fir-rigward ta’ tajers murija li mhumiex armati fuq il-vetturi;

(5)

“letteratura promozzjonali teknika” tfisser manwali tekniċi, brochures, fuljetti u katalgi jew stampati jew f’forma elettronika, jew ippublikati fuq l-internet, bl-esklużjoni ta’ riklamar fuq il-midja, użati fil-marketing tat-tajers jew tal-vetturi mmirat lejn l-utenti aħħarin jew id-distributuri, li jiddeskrivu l-parametri speċifiċi ta’ tajer ▐;

(6)

“dokumentazzjoni teknika” tfisser informazzjoni dwar it-tajers, inkluż il-manifattur u l-marka tat-tajer; deskrizzjoni tat-tip tat-tajer jew il-grupp tat-tajers iddeterminat għad-dikjarazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjal tal-istorbju estern tat-tidwir; rapport tat-testijiet u preċiżjoni tat-testijiet;

(7)

“kalkolatur tal-iffrankar tal-fjuwil” tfisser għodda pprovduta fuq il-websajts dedikati għat-tikkettar tat-tajrs biex jintwera kemm qed jiġi ffrankat bħala medja fi fjuwil, CO2 u spejjeż, għall-klassijiet C1, C2 u C3 tat-tajers;

(8)

“Websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers” tfisser sors ċentrali onlajn ta’ informazzjoni spjegattiva u supplimentari amministrat mill-Kummissjoni, dwar kull element individwali tat-tikketta tat-tajer u li tinkludi kalkolatur tal-iffrankar tal-fjuwil;

(9)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodtt iddisinjat juew immanifatturat u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-mark kummerċjali tagħha;

(10)

“importatur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tagħmel prodott minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;

(11)

“fornitur” tfisser il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jew l-importatur;

(12)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;

(13)

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas sew mingħajr ħlas;

(14)

“utent aħħari” tfisser konsumatur, inkluż maniġer ta’ flotta jew kumpanija tat-trasport at-triq li qed tixtri jew mistennija tixtri tajer;

(15)

“parametru essenzjali” tfisser parametru ta’ tajer bħar-reżistenza għat-tidwir, il-qbid fuq l-imxarrab jew l-istorbju estern tat-tidwir li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza fit-triq jew is-saħħa waqt l-użu.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra, sa mhux aktar tard minn Settembru 2010, “il-websajt tal-UE għat-tikkettar tat-tajers” bħala sors ċentrali ta’ informazzjoni fissiera għal kull element tat-tikketta.

2.     Il-websajt għandha tinkludi:

(a)

spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(b)

kalkolatriċi tal-iffrankar tal-fjuwil li juri l-iffrankar potenzjali tal-fjuwil, tal-flus u tas-CO2 meta jiġu armati tajers b’reżistenza baxxa għat-tidwir għall-klassijiet C1, C2 u C3 tat-tajers;

(c)

stqarrija li taċċentwa l-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

(i)

l-ekosewqan, li jista’ jnaqqas il-konsum tal-fjuwil;

(ii)

il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

(iii)

id-distanzi tal-waqfien għandhom dejjem jiġu osservati b’mod strett.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tat-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1 u C2, ▐ kkunsinjati lid-distributuri jew lill-utenti aħħarin, jiġu pprovduti b’tikketta li għandha tintwera bi kwalunkwe mezz jew permezz ta’ sticker fuq wiċċ it-tajer li turi tikketta li tindika l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab , u l-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Partijiet A, B u C rispettivament ;

(2)

il-format tal-isticker u t-tikketta msemmijin fil- punt 1 għandu ukun kif preskritt fl-Anness II;

(3)

il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fuq il-letteratura teknika promozzjonali kif stipulata fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Għat-tajers C2 u C3 il-koeffiċjenti mkejjel tar-reżistenza tat-tidwir għandu jiġi ddikjarat ukoll ;

(4)

il-fornituri għandhom jagħmlu disponibbli dokumentazzjoni teknika għall-awtoriatjiet tal-Istati Membri meta dawn jitolbuha, għal perjodu li jintemm ħames snin wara li l-aħħar tajer ta’ tip ta’ tajer partikolari kien għadu jinsab disponibbli fis-suq; id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtoritajiet jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjal tal-istorbju estern tat-tidwir;

(5)

il-fornituri għandhom jippreżentaw il-valuri mkejla mit-test għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-koeffiċjenza tar-reżistenza għat-tidwir (f’kg/t), tal-indiċi tal-qbid fuq l-imxarrab (bħala indiċi ta’ prestazzjoni, G, imqabbel mat-tajer ta’ referenza standard) u tal-emissjonijiet ta’ storbju (f’dB(A)), f’bażi ta’ dejta aċċessibbli pubblikament.

Artikolu 6

Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-distributuri tat-tajers jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet lie ġejjin:

(1)

id-distributuri għandhom jiżguraw li ▐ l-isticker jew it-tikketta ipprovduti mill-fornituri skond il-punt 1 tal-Artikolu 5 jew verżjoni spjegattiva aktar dettaljata tat-tikketta kif stipulat fl-Anness II, punt 3 jkunu disponibbli u muurija b’mod ċar jew fuq it-tajer jew qrib ħafna tiegħu fil-punt tal-bejgħ, rispettivament ;

(2)

meta t-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, id-distributuri għandhom jipprovdu lill-utent aħħari b’ dokumentazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għal dawk it-tajers;

(3)

għat-tajers C1, C2, u C3 id-distributuri għandhom jipprovdu l-verżjoni spjegattiva tat-tikketta kif stipulat fl-Anness II, punt 3 jew 4, li tiddikjara l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern, kif stipulat fl-Anness I, Partijiet A, B u C rispettivament fil-kont mogħti lil-utent aħħari meta jixtri t-tajers jew miegħu . ▐

Artikolu 7

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal- tal-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

il-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tajers li huma armati fuq vetturi ġodda. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u għat-tajers C1 il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B , fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Din l-informazzjoni għandha tkun inkluża għall-inqas mal-letteratura promozzjonali u tingħata lill-utenti aħħarin qabel ma l-vettura tinbiegħ;

(2)

meta tipi differenti ta’ tajers ikunu jistgħu jiġu armati fuq vettura ġdida, mingħajr ma l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejniethom, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha ssemmi l-klassi l-aktar baxxa tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-ogħla valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta’ dawn it-tipi ta’ tajers ▐;

(3)

meta l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn tipi differenti ta’ tajers biex jiġu armati fuq vettura ġdida, il-punti segwenti (a) jew (b) għandhom japplikaw ;

(a)

fejn l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn daqsijiet differenti ta’ tajers jew rimmijiet imma mhux bejn parametri oħrajn tat-tip tat-tajer, l-informazzjoni msemmija f’punt 1 għandha ssemmi għal kull daqs ta’ tajer jew rimm, il-klassi li għandha l-anqas effiċjenza tal-fjuwil, il-klassi li għandha l-anqas qbid fl-imxarrab u l-ogħla valur imkejjel ta’ ħoss ta’ dawrien estern ta’ kull tajer f’dan id-daqs ta’ tajers jew rimmijiet;

(b)

ħlief il-każijiet koperti minn punt (a), l-informazzjoni msemmija f’punt 1 għandha ssemmi l-klassi tal-effiċjenza tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fl-imxarrab, u l-valur imkejjel tal-ħoss estern tad-dawrien għal kull tip ta’ tajer li jista’ jintgħażel mill-utent aħħari.

▐ Artikolu 8

Metodi armonizzati tal-ittestjar

L-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 5, 6 u 7 dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, u l-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers għandha tinkiseb billi jiġu applikati l-metodi armonizzati tal-ittestjar imsemmija fl-Anness I. It-testijiet armonizzati għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin bi klassifika affidabbli u li tirrappreżenta b’mod komprensiv il-karatteristiċi ttestjati.

Artikolu 9

Proċedura ta’ verifika

1.   L-Istati Membri għandhom, skont il-proċedura stipulata fl-Anness IV, jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab fi ħdan it-tifsira tal-Anness I Partijiet A u B, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fi ħdan it-tifsira tal-Anness I, Parti C.

2.     Verifiki ta’ dan it-tip m’għandhom jippreġudikaw l-ebda vettura tal-UE jew approvazzjoni tat-tip ta’ tajer li jinkisbu skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (10) jew ir-Regolament (KE) Nru…/2009 rigward rekwiżiti ta’ approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur]. Għall-evalwazzjoni ta’ konformità l-Istati Membri għandhom jirreferu, fejn applikabbli, għal dokumentazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tajer u għal dokumentazzjoni supplimentari relevanti pprovduta mill-fornitur.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu sistema ta’ ispezzjonijiet bħala rutina barra r-rutina tal-postijiet ta’ bejgħ għall-iskop li tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Suq intern

1.   Fejn ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu osservati, l-Istati Membri la għandhom jipprojbixxu u lanqas jirrestrinġu it-tqegħid fis-suq ta’ tajers fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar il-prodott koperai minn dan ir-Regolament .

2.   Sakemm ikollhom evidenza li turi kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-infromazzjoni dwar il-prodott bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament . Jistgħu jeħtieġu li l-fornituri jipprovdu dokumentazzjoni teknika b’konformità mal-punt 4 tal-Artikolu 4, sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati.

Artikolu 11

Inċentivi

L-Istati Membri m’għandhomx jagħtu inċentivi fir-rigward tat-tajers taħt il-livell Klassi C fir-rigward kemm tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil jew kemm tal-qbid fuq l-imxarrab C, fi ħdan it-tifsira tal-Anness I Partijiet A u B rispettivament .

Artikolu 12

Emendi u adattament għall-progress tekniku

Il-miżuri li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi, fost affarijiet oħrajn, iżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(2).

(1)

l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers C1 u C2, dejjem sakemm ikunu disponibbli metodi xierqa ta’ ttestjar armonizzati;

(2)

introduzzjoni tar-rekwiżiti rigward it-tajers tas-silġ jew tajers tax-xitwa Nordiċi;

▐ (3)

l-addattament tal-Annessi I sa IV għall-progress tekniku.

Artikolu 13

Infurzar u pieni

1.   L-Istati Membri għandhom, permezz ta’ skambju kontinwu ta’ informazzjoni, jiżguraw koperazzjoni mill-qrib fis-sorveljanza tas-suq fl-interess tal-implimentazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa għal kontrolli ex post regolari sabiex jiżguraw li t-tajers li ma jkunux tikkettati kif suppost jew jiġu jikkonformaw mar-regoli jew jitneħħew mis-suq.

2.     L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jistipulaw sanzjonijiet għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inklużi r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan ir-Regolament u dispożizzjonijiet li jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

3.     Dawn il-miżuri għandhom ikunu effettivi, propozjonati u dissważivi.

4.    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri u kwalunkwe emendi sussegwenti tagħhom lill-Kummissjoni ▐ mingħajr dewmien ▐.

Artikolu 14

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 15

Ir-reviżjoni

1.    Sa mhux aktar tard minn tliet snin snin wara l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament , il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, waqt li inter alia tikkunsidra:

(a)

l-effettività tat-tikketta f’dak li għandu x;jaqsam mal-għarfien tagħha mill-konsumatur;

(b)

jekk l-iskema tat-tikkettar għandhiex tiġi estiża biex tinkludi t-tajers b’wiċċ ġdid (retreaded);

(c)

jekk għandhom jiġu introdotti parametri jew klassijiet ġodda ta’ tajers;

(d)

l-informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers provduti mill-fornituri u d-distributuri tal-vetturi lill-utenti aħħarin.

2.     Il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ din ir-reviżjoni u wara evalwazzjoni tal-impatt u servej tal-konsumaturi, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsilli, jekk ikun xieraq, flimkien ma’ proposta għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.

B’danakollu, l-Artikoli 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal tajers prodotti qabel l-1 ta’ Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot kollu kemm hu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew,

Il-President

Għall-Kunsill,

Il-President


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Marzu 2009 (għadha mhix pubblikata fil-ĠU).

(2)  ĠU C,, p.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009.

(4)  COM(2008)0433

(5)  COM(2006)0545.

(6)  ĠU L, p. .

(7)  ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

(8)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
ANNESS I

Klassifikar tal-parametri tat-tajers

Parti A:   Klassijiet ta' effiċjenza tal-użu tal-fjuwil

Il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil trid tiġi ddeterminata abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għat-tidwir (RRC) skond l-iskala A sa G speċifikata isfel u mkejla skond [ir-Regolament UNECE ║ .

Tajers С1

Tajers С2

Tajers С3

RRC f’ kg/t

Klassi tal- effiċjenza enerġetika

RRC f’ kg/t

Klassi tal- effiċjenza enerġetika

RRC f’ kg/t

Klassi tal- effiċjenza enerġetika

RRC≤6,5

A

RRC≤5,5

A

RRC≤4,0

A

6,6≤RRC≤7,7

B

5,6≤RRC≤6,7

B

4,1≤RRC≤5,0

B

7,8≤RRC≤9,0

C

6,8≤RRC≤8,0

C

5,1≤RRC≤6,0

C

Vojt

D

Vojt

D

6,1≤RRC≤7,0

D

9,1≤RRC≤10,5

E

8,1≤RRC≤9,2

E

7,1≤RRC≤8,0

E

10,6≤RRC≤12,0

F

9,3≤RRC≤10,5

F

RRC≥8,1

F

RRC≥12,1

G

RRC≥10,6

G

Vojt

G

Parti B:   Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab

Il-klassiijiet tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qbid fuq l-imxarrab skond l-iskala “A sa G” speċifikata isfel u mkejla skond [ir-Regolament UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin (1).

G

Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab

155≤G

A

140≤G≤154

B

125≤G≤139

C

Vojt

D

110≤G≤124

E

G≤109

F

Vojt

G

Parti C:   Storbju estern tat-tidwir

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għandu jiġi ddikjarat f’decibels u jitkejjel skond Regolament UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin

Parti D:     Mark ta' storbju baxx

Għat-tajers b'emissjonijiet ta' storbju baxxi ddefiniti skont il-klassifika speċifikata hawn taħt, it-tikkettar tal-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir imkejjel f'dB għandu jkun ikkumplimentat mill-“mark ta' storbju baxx”:

Klassijiet ta’ storbju estern tat-tidwir (dB(A))

 

C1

C2

C3

Marka ta' Storbju Baxx (2)

≤68

≤69

≤70


(1)  ĠU L 231, 29.08.2008, p. 19.

(2)   Marka ta' Storbju Baxx:

Image

L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
ANNESS II

Il-format tat-tikketta

L-isticker imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 5 4u fil-punt 1 tal-Artikolu 6 jikkonsistu minn żewġ partijiet: (1) tikketta stampata fil-format deskritt isfel u (2) spazju fejn jintwerew l-isem tal-fornitur u l-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn (minn hawn ‘il quddiem “l-ispazju tal-marka”).

1.   Disinn tat-tikketta

1.1.

It-tikketta stampata fuq l-isticker, imsemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 5 4 u fil-punt 1 tal-Artikolu 6, trid tkun skont l-illustrazzjoni hawn taħt:

Image

1.2.

Il-punt li ġej għandu jiżdied mad-disinn:

l-indirizz tal-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers, b'tipa kbira fil-qiegħ tat-tikketta,

1.3.

Dan li ġej jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għat-tikketta:

Image

1.4.

It-tikketta trid tkun mill-inqas 75 mm wiesgħa u 100 mm twila. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda jibqa’ proporzjonat għal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.

1.5.

It-tikketta għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

a)

Il-kuluri huma CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – u jingħataw skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

b)

In-numri mniżżla isfel jirrefru għall-ispjegi indikati fit-taqsima 1.3;

Image

Efiiċjenza tal-użu tal-fjuwil

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19,5 mm, tul: 18,5 mm – Kwadru għal-linja tal-pittogramma 3,5 pt, wisa’: 26 mm, tul: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3,5 pt, wisa’: 36 mm – Kulur: X-10-00-05.

Image

Qbid fuq l-Imxarrab

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, tul: 19 mm – Kwadru għall-pittogramm linja: 3,5 pt, wisa’: 26 mm, tul: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3,5 pt, wisa’: 26 mm – Kulur: X-10-00-05.

Image

Storbju estern tat-tidwir

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 23 mm, tul: 15 mm – Kwadru għall-pittogramm linja: 3,5 pt, wisa’: 26 mm, tul: 24 mm – Kwadru għall-valur: linja:: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3,5 pt, tul: 24 mm – Kulur: X-10-00-05.

Image

Disinn tat-tikketta linja: 1,5 pt – Kulur: X-10-00-05.

Image

Skala A-G

Vleġeġ: għoli: 4,75 mm, spazju: 0,75 mm, wisa’: 0,5 pt – kuluri:

A X-00-X-00;

B 70-00-X-00;

C 30-00-X-00;

D 00-70-X-00:

E 00-30-X-00:

F 00-70-X-00:

G 00-X-X-00.

Kitba: Helvetica Bold 12 pt, 100 % abjad, bordura sewda: 0,5 pt.

Image

Gradazzjoni

Vleġġa: wisa’: 16 mm, tul: 10 mm, 100 % iswed;

Kitba: Helvetica Bold 27 pt, 100 % abjad.

Image

Linji fil-klassifikazzjoni: linja: 0,5 pt – interval bis-snug: 5,5 mm, 100 % iswed.

Image

Scale text: Helvetica Bold 11 pt, 100 % iswed.

Image

Valur tal-istorbju

Kaxxa: wisa’: 25 mm, tul: 10 mm, 100 % iswed;

Kitba: Helvetica Bold 20 pt, 100 % abjad;

Unit text: Helvetica Bold Regular għal “(A)” 13 pt, 100 % abjad.

Image

Logo tal-UE: wisa’: 9 mm, tul: 6 mm.

Image

Referenza tar-Regolament. Helvetica Regular 7,5 pt, 100 % iswed;

Referenza tal-klassi tat-tajer: Helvetica Bold 7,5 pt, 100 % iswed.

c)

L-isfond irid ikun abjad.

1.6.

Il-klassi tat-tajer (C1, C2 jew C3) trid tiġi indikata fuq it-tikketta fil-formatt preskritt fil-punt tal-illustrazzjoni 1.3.

2.   L-izpazju tal-marka

║ Il-fornituri għandhom iżidu isimhom, il-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi fuq l-isticker ma’ tul it-tiketta fi kwalunkwe kulur, format u disinn, dejjem sakemm id-daqs proporzjonali tal-ispazju tal-marka ma jaqbiżx proprzjon ta’ 4:5 imqabbel mad-daqs tat-tikketta u l-messaġġ ippubblikat ma’ tul it-tiketta ma jfixkilx il-messaġġ tat-tikketta.

3.     Format tat-tikketta spjegattiva estiża

Il-verżjoni spjegattiva tat-tikketta li jirreferi għaliha l-Artikolu 6 għandha tkun konformi mal-immaġini ta’ hawn taħt, u t-test għandu jkun tradott fil-lingwa relevanti fil-punt ta’ bejgħ. Il-verżjoni tat-tikketta għandha tiġi pprovduta fuq il-kont jew mal-kont lill-konsumatur, sakemm dan ma jikkawżax piż mhux xieraq għad-distributur, u f’dan il-każ l-informazzjoni tingħata skond l-Anness II, punt 4.

Image

4.     Format tal-informazzjoni fuq il-fattura

Meta l-ispejjeż tal-istampar tat-tikketta spjegattiva kif definit fl-Anness II, punt 2a, ifissru piż mhux xieraq għad-distributur, l-informazzjoni tat-tikketta għandha tiġi pprovduta skont l-immaġini ta’ hawn taħt:

Image

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
ANNESS III

L-informazzjoni pprovduta fil-letteratura promozzjonali teknika

1.

L-informazzjoni dwar it-tajer tingħata fl-orndi speċifikat kif ġej:

(i)

il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil (ittra A sa G);

(ii)

il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab (ittra A sa G);

(iii)

il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir (dB).

2.

L-informazzjoni trid tilħaq dawn il-ħtiġijiet:

(i)

tinqara faċilment;

(ii)

tinfiehem faċilment;

(iii)

jekk ikun disponibbli klassifikar differenti għal tajer partikolariu skond il-qisien jew parametri oħra, għandha tġi ddikjarata l-medda bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni ut-tajer bl-aħjar prestazzjoni.

3.

Il-fornituri jridu juru wkoll fuq il-websajt tagħhom

(i)

link għall-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers;

(ii)

spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta, u kalkolatur tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil li hu pprovdut fil-websajt tal-EU dwar it-tikkettar tat-tajers ;

(iii)

stqarrija li tisħaq dwar il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

l-ekosewqan jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;

il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b'mod strett.

L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
ANNESS IV

Proċedura ta' verifika

Il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab, kif ukoll il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għandu jiġi vvalutat għal kull tip ta' tajer jew għal kull grupp ta' tajers kif iddeterminat mill-fornitur; skont il-proċedura li ġejja:

(1)

l-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed. Jekk il-valur imkejjel jilħaq il-klasi ddikjarata jew il-valur imkejjel tal-istorju estern tat-tidwir, ikun għadda mit-test.

(2)

jekk il-valur imkejjel ma jilħaqx il-klasi ddikjarata jew il-valur imkejjel tal-istorju estern tat-tidwir, jiġu ttestjati tliet tajers oħra. Il-valur medju tal-kejl li joħroġ mill-erba' tajers ittestjati għandu jintuża sabiex jiġi vvalutat li dan jaqbel mal-informazzjoni ddikjarata.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/212


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 717/2007(telefonija mobbli) u tad-Direttiva 2002/21/KE (komunikazzjonijiet elettroniċi) ***I

P6_TA(2009)0249

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (COM(2008)0580 – C6-0333/2008 – 2008/0187(COD))

2010/C 184 E/55

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0580),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0333/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0138/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test b'mod sostanzjali jew li tibdlu b'test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
P6_TC1-COD(2008)0187

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 544/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/213


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-amalgazzjoni u d-diviżjoni ta' kumpaniji ***I

P6_TA(2009)0250

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward ta' rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ ta' amalgamazzjoni u diviżjonijiet (COM(2008)0576 – C6-0330/2008 – 2008/0182(COD))

2010/C 184 E/56

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0576),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 44(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0330/2008]),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-7 ta' April 2009 sabiex tkun adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0247/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0182

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta’ kumpaniji

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/109/KE.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/214


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0251

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0119 – C6-0231/2007 – 2007/0143(COD))

2010/C 184 E/57

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0361) u l-proposta emendata (COM(2008)0119),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0231/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid għall-atti ġuridiċi (1),

wara li kkunsidra l-impenn magħmul mir-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tal-1 ta’ April 2009 li tiġi adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0413/2008),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2007)0143

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/138/KE.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/215


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Ftehim Interim mat-Turkmenistan *

P6_TA(2009)0253

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u it-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra (5144/1999 COM(1998)0617 – C5-0338/1999 – 1998/0304(CNS))

2010/C 184 E/58

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(1998)0617),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u it-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra (5144/1999),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2001 dwar is-sitwazzjoni fit-Turkmenistan (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2003 dwar it-Turkmenistan, inkluż l-Ażja Ċentrali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-UE għall- Ażja Ċentrali (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 133 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C5-0338/1999),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0085/2006),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tat-Turkmenistan.


(1)  ĠU C 343, 5.12.2001, p. 310.

(2)  ĠU C 82 E, 1.4.2004, p. 639.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0059.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/216


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari *

P6_TA(2009)0254

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill (Euratom) li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari (COM(2008)0790 – C6-0026/2009 – 2008/0231(CNS))

2010/C 184 E/59

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0790),

wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0026/2009),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0236/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 119(2) tat-Trattat Euratom u biex tiżgura li r-rekwiżiti legali previsti mit-Trattat Euratom għall-adozzjoni ta’ din il-proposta ġew rispettati, b'mod partikulari l-konsultazzjoni mal-grupp ta’ esperi bi qbil mal-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

(6)

Filwaqt li kull Stat Membru huwa ħieles biex jiddeċiedi dwar liema taħlita ta’ enerġija juża , wara perjodu ta’ riflessjoni, l-interess fil-bini ta’ impjanti ġodda kiber u xi Stati Membri ddeċidew li jilliċenzjaw impjanti ġodda . Barra minn hekk, aktar rekwiżiti għal estensjonijiet tal-ħajja tal-impjanti tal-enerġija nukleari huma mistennija li jiġu preżentati mill-pussessuri ta’ liċenzja fis-snin li ġejjin.

(6)

Kull Stat Membru huwa ħieles li jiddeċiedi dwar liema taħlita ta’ enerġija juża.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

(7)

Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji jiġu ggwidati fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari.

(7)

Is-sikurezza nukleari għandha x'taqsam mal-interess tal-Komunità, li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni meta jitieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-liċenzjar ta’ impjanti ġodda u/jew l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari. Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji u l-Istati Membri jiġu ggwidati meta jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu liċenzji fuq impjanti ġodda kif ukoll fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 9

(9)

It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta’ ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza għall-pubbliku ġenerali.

(9)

It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta'ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji u l-ġesturi tal-iskart jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta’ sikurezza għall-pubbliku ġenerali.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 10

(10)

Il-prinċipji fundamentali u r-rekwiżiti stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika(IAEA) jikkostitwixxu qafas ta’ prattiċi li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali u rekwiżiti .

(10)

Il-prinċipji fundamentali , rekwiżiti u linji gwida stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika(IAEA) jikkostitwixxu sett ta' regoli u qafas ta’ prattiki li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali , rekwiżiti u linji gwida. Ir-regoli għandhom jirriflettu l-aħjar prattiki internazzjonali rigward rekwiżiti għas-sikurezza u għalhekk jikkostitwixxu bażi tajba għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Dawn ma jistgħux jidħlu fil-liġi tal-Komunità billi ssir sempliċi referenza f'din id-Direttiva għall-IAEA Safety Standards, Serje Nru SF-1 (2006). Anness bil-Prinċipji Fundamentali ta' Sikurezza għandu għalhekk jiġi miżjud mad-Direttiva.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 13

(13)

L-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku , b'mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta’ sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta' trasparenza f'materji relatati mas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari.

(13)

l-għoti ta’ informazzjoni lill-ħaddiema tal-industrija nukleari u pubbliku , b'mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta’ sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta’ trasparenza f'materji relatati mas-sikurezza ta’ installazzjonijiet nukleari.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13a)

Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri xierqa kollha sabiex jimplimentaw l-obbligazzjonijiet stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali li diġà jkopru r-rekwiżiti meħtieġa fil-kuntesti nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, bħalma huma l-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998) (1).

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 15

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet indipendenti . Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b'kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom.

(15)

Sabiex tiġi żgurata r-regolamentazzjoni effettiva ta' installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet li jkunu indipendenti minn interessi li jistgħu jaffettaw b'mod mhux kif suppost id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari. Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b'kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 19

(19)

Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sikurezza ta’ installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart li żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari . Il-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b'mod kontinwu.

(19)

Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart . Il-Grupp ta’ Livell Għoli żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari li huma importanti fil-kuntest ta' din id-Direttiva Il-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b'mod kontinwu.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

1.   Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali.

1.   Din id-Direttiva għandha l-għan li toħloq qafas Komunitarju għas-Sikurezza Nukleari fl-Unjoni Ewropea. Dan il-qafas jiddefinixxi pedamenti li fuqhom għandhom jistrieħu l-arranġamenti leġiżlattivi u regolatorji li jsiru mill-Istati Membri fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u għandu l-għan li jikseb, iżomm u jsaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

2.   Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-ikkommissjonar, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari u għax-xogħol imwettaq mis-sottokuntratturi kkummissjonat mill-operaturi , li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

(1)

“installazzjoni nukleari” tfisser impjant ta’ manifattura ta’ fjuwil nukleari, reattur tar-riċerka(fosthom muntaġġi subkritiċi u kritiċi), impjant tal-enerġija nukleari, faċilità għall-ħżin ta’ fjuwil użat, impjant ta’ arrikkament jew faċilità ta’ proċessar mill-ġdid;

(1)

“installazzjoni nukleari” tfisser impjant ta’ manifattura ta’ fjuwil nukleari, reattur tar-riċerka(fosthom muntaġġi subkritiċi u kritiċi), impjant tal-enerġija nukleari, faċilità għall-ħżin ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv , impjant ta’ arrikkament jew faċilità ta’ proċessar mill-ġdid , inklużi faċilitajiet għall-immaniġġar u t-trattament ta’ sustanzi radjuattivi ġġenerati matul it-tħaddim ta’ installazzjoni ;

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 3

(3)

materjal radjuattiv ” tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;

(3)

sustanza radjuattiva ” tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 8

(8)

“korp regolatorju” tfisser kwalunkwe korp jew korpi, awtorizzat mill-Istat Membru li jagħti f'dak l-Istat Membru liċenzji u li jissorvelja l-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari ;

(8)

“korp regolatorju” tfisser awtorità jew sistema ta' awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru bħala awtorità legali li tmexxi l-proċess regolatorju, inkluż l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, u b'hekk ir-regolazzjoni ta' radjazzjoni, skart nukleari, skart radjuattiv u s-sikurezza tat-trasport ;

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 9

(9)

“liċenzja” tfisser kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-korp regolatorju lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari;

(9)

“liċenzja” tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità governattiva jew nazzjonali approvata minn dak il-gvern lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari;

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 10

(10)

“reatturi tal-enerġija nukleari” tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex joperaw wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(10)

“reatturi ġodda tal-enerġija nukleari” tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex jinbnew wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – titolu

Responsabbiltà u qafas għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari

Qafas legali għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

1.     Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari għandha tibqa’ mal-pussessur tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-korp regolatorju. Il-miżuri u l-kontrolli tas-sikurezza li għandhom jiġu implimentati f'installazzjoni nukleari għandhom jiġu deċiżi biss mill-korp regolatorju u applikati mill-pussessur tal-liċenzja.

Il-pussessur tal-liċenzja għandu jkollu r-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet nukleari sakemm jinħeles mir-responsabbiltà tal-kontroll regolatorju. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata.

imħassar

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

2.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta’ liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta’ sorveljanza regolatorja li jkollha l-infurzar meħtieġ.

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju , ibbażat fuq l-aħjar prassi tal-EU u internazzjonali disponibbli, biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta’ liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta’ sorveljanza regolatorja , permezz ta' sospensjoni, modifika jew revokar ta' liċenzji, li jkollha l-infurzar meħtieġ.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata leġiżlazzjoni biex tipprovdi għar-revokazzjoni tal-liċenzja operattiva ta' installazzjoni nukleari f'każijiet ta' ksur serju tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet kollha impenjati f'attivitajiet relatati direttament ma' installazzjonijiet nukleari jistabbilixxu politiki li jagħtu l-prijorità mistħoqqa lis-sikurezza nukleari.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 c (ġdid)

 

2c.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-anqas kull 10 snin il-korp regolatorju u s-sistema regolatorja nazzjonali jiġu sottomessi għal evalwazzjoni minn esperti internazzjonali sabiex l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-evalwazzjoni ta' esperti internazzjonali.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 d (ġdid)

 

2d.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta’ sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titlu

Korpi regolatorji

Ħatra u responsabbiltajiet tal-korpi regolatorji

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu – -1 d (ġdid)

 

-1.     L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp regolatorju nazzjonali li jkun responsabbli għar-regolamentazzjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari.

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkun effettivament indipendenti minn kull organizzazzjoni li xogħlha jkun li tippromwovi, tħaddem installazzjonijiet nukleari jew tiġġustifika l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħieles minn kwalunkwe element li jista’ jaffettwa s-sikurezza .

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-korp regolatorju. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jwettaq il-ħidmiet konferiti fuqu minn din id-Direttiva:

(a)

il-korp regolatorju jkun legalment distint u funzjonalment independenti minn kull entità pubblika jew privata, b'mod partikolari minn dawk li xogħolhom hu li jippromwovu, iħaddmu installazzjonijiet nukleari jew jiġġustifikaw il-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħielsa minn kwalunkwe element li jista’ jaffettwa s-sikurezza;

(b)

li l-persunal tal-korp regolatorju u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tiegħu jaġixxu indipendentament minn kull interess tas-suq u m'għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika oħra, meta jwettqu l-ħidmiet regolatorji tagħhom.

Dan ir-rekwiżit għandu jkun bla preġudizzju għal kooperazzjoni xierqa fil-viċin, ma’ awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

2.    Il-korp regolatorju għandu jingħata l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti , kundizzjonijiet u regolamenti tas-sikurezza .

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Il-korp regolatorju għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji jiġu osservati . .

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

3.     Il-korp regolatorju jagħti liċenżji u jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom dwar il-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar tal-installazzjonijiet nukleari.

imħassar

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jagħmel evalwazzjonijiet ta' sikurezza nukleari, investigazzjonijiet u kontrolli, u, fejn ikun meħtieġ passi ta' infurzar għal installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim kif ukoll id-dekommissjoni tagħhom.

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 b (ġdid)

 

3b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu s-setgħa li jordna sospensjoni ta' tħaddim ta' kwalunkwe installazzjoni nukleari f'każijiet fejn is-sikurezza ma tkunx garantita.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

4.     Il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki xierqa.

imħassar

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

5.     Mill-anqas ta’ kull għaxar snin, il-korp regolatorju għandu jissottometti ruħu u s-sistema regolatorja nazzjonali għal reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam bl-għan li l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament.

imħassar

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a.     Korpi regolatorji tal-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki regolatorji u jiżviluppaw fehmiet dwar rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza nukleari .

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari. Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b'mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari u fil-każijiet kollha ta’ inċident jinfurmaw lill-pubbliku mill-aktar fis . Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b'mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom iħarsu l-prinċipji findamentaqli tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006). Għandhom josservaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (IAEA INFCIRC 449 tal-5 ta’ Lulju 1994) .

1.    Għal-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u d-dekommissjoni ta' faċilitajiet nukleari l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006), li huma relevanti għall-ħolqien ta’ qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari kif speċifikat fl-Anness . Għandhom japplikaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari  (2) .

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

B'mod partikolari għandom jiżguraw li l-prinċipji applikabbli stipulati fil-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA jiġu implimentati sabiex jassiguraw livell għoli ta’ sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari, li jinkludu inter alia arranġamenti effettivi kontra l-perikli radjoloġiċi possibbli, il-prevenzjoni u r-reazzjoni għal-aċċidenti, il-ġestjoni tal-qdim tal-impjant, il-ġestjoni fuq perjodu taż-żmien twil tal-materjali kollha radjuattivi prodotti u informazzjoni dwar il-popolazzjoni u l-awtoritajiet tal-Istati tal-madwar.

imħassar

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

2.    Fir-rigward tas-sikurezza ta’ reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza , f'konformità mat-titjib kontinwu tas-sikurezza abbażi tal-livelli ta’ sikurezza żviluppati mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart .

2.    Għall-ħruġ ta' liċenzji għall-bini ta’ reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza li jirriflettu t-titjib kontinwu tal-esperjenza ta' tħaddim tar-reatturi eżistenti, intwizzjonijiet miksuba mill-analiżi ta' sikurezza ta' impjanti mħaddma, metodoloġiji u tekonologija l-aktar avvanzati u r-riżultati ta' riċerka dwar is-sikurezza.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiżi terzi kollha li jixtiequ jew jinsabu waqt proċess ta’ negozjar għad-dħul fl-UE jikkonformaw mill-anqas mal-istandards maħruġa f'din id-Direttiva u l-prinċipji fl-Anness kif stabbiliti mill-IAEA.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – titolu

Obbligi tal-pussessuri tal-liċenzja

Responsabbiltajiet tal-pussessuri tal-liċenzji

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu – -1 d (ġdid)

 

-1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim tal-installazzjoni nukleari, tkun tad-pussessur tal-liċenzja. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata.

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

1.    Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jiddisinjaw, jibnu, jħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6 (1) u (2) .

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jinżammu responsabbli biex jiddisinjaw, jibnu, iħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

2.   Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-korp regolatorju.

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li jiġu vverifikati b'mod regolari mill-korp regolatorju.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jevalwa b'mod regolari s-suffiċjenza u l-kwalifiki tal-persunal tal-pussessur tal-liċenzja, bħala prerekwiżit biex tkun assigurata s-sikurezza nukleari, fuq il-bażi ta’ rapport ippreżentat mill-pussessur tal-liċenzja dwar l-evalwazzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-impjieg bħas-saħħa u s-sikurezza u l-kultura ta’ sikurezza, il-kwalifiki u t-taħriġ, l-għadd tal-impjegati u l-użu ta’ sottokuntratturi.

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3 b (ġdid)

 

3b.     Kull tliet snin l-awtoritajiet regolatorji relevanti għandhom jippreżentaw rapport dwar is-sikurezza nukleari u l-kultura ta’ sikurezza lill-Kummissjoni u lill-imsieħba soċjali Ewropej. B'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej il-Kummissjoni Ewropea tista’ tipproponi modi ta’ titjib bil-għan li tiġi żgurata s-sikurezza nukleari, inkluż ħarsien għas-saħħa fl-ogħla livell possibbli fl-UE.

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

1.     Il-valutazzjonijiet, l-investigazzjonijiet, il-kontrolli u, fejn neċessarju l-azzjonijiet ta’ infurzar tas-sikurezza nukleari għandhom isiru mill-korp regolatorju fl-installazzjonijiet nukleari tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet, anke waqt iż-żarmar.

imħassar

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

2.     F'każ ta’ ksur serju jew ripetut tar-regoli tas-sikurezza fl-installazzjoni nukleari, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jirtira l-liċenzja operattiva.

imħassar

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

3.     Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jordna li jitwaqqaf l-operat ta’ kwalunkwe impjant nukleari fil-każ li jitqies li s-sikurezza ma tkunx garantita b'mod sħiħ

imħassar

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

L-edukazzjoni xierqa u l-opportunitajiet ta’ taħriġ għal taħriġ teoretiku u prattiku kontinwu fis-sikurezza nukleari għandhom jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri separatament u permezz ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali .

Bil-għan li jinbnew riżorsi umani nazzjonali adegwati u biex jiġi preservat l-għarfien nukleari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-edukazzjoni opportunitajiet ta’ taħriġ għal taħriġ bażiku u kontinwu teoretiku u prattiku fis-sikurezza nukleari , inklużi programmi ta’ skambju, ikunu disponibbli mill-Istati Membri u , jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali .

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Artikolu 10

Prijorità għas-sikurezza

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta’ sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

imħassar

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], u kull tliet snin wara. Abbażi tal-ewwel rapport , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-istess żmien u bl-istess frekwenza tar-rapporti nazzjonali għal-laqgħat ta' evalwazzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sikurezza Nukleari Abbażi ta' dan ir-rapport , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi.

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Minnufih, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva .

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Anness (ġdid)

 

Anness

MIRA TA’ SIKUREZZA

Il-mira ta’ sikurezza fundamentali hija l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali mill-effetti ta’ ħsara tar-radjazzjoni jonizzanti li jistgħu jiġu kkawżati mill-installazzjonijiet nukleari.

1.

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, l-installazzjonijiet nukleari għandhom jitmexxew b'mod li jwassal għall-ogħla standards ta’ sikurezza li jistgħu jintlaħqu b'mod raġonevoli u b'kunsiderazzjoni ta’ fatturi ekonomiċi u soċjali.

B'żieda mal-miżuri marbuta mal-ħarsien tas-saħħa stipulati fl-istandards bażiċi tal-Euratom (Direttiva 96/29/Euratom), għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

tnaqqis tal-probabbiltà ta’ avvenimenti li jistgħu jwasslu għal telf tal-kontroll fuq il-qalba ta’ reattur nukleari, il-katina ta’ reazzjonijiet nukleari jew għajn radjuattiva u

mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta’ avvenimenti bħal dawn fil-każ li jseħħu.

2.

Il-mira ta’ sikurezza fundamentali għandha titqies għall-installazzjonijiet nukleari kollha u għall-istadji kollha tal-ħajja tal-installazzjoni nukleari li tkun.

PRINĊIPJI TAS-SIKUREZZA

Prinċipju 1:     Responsabilità għas-sikurezza

Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza ta’ installazzjoni nukleari tkun fuq il-pussessur tal-liċenzja għandu jieħu l-passi adegwati biex jiżgura li dawn il-pussessuri tal-liċenzja kollha jwettqu r-responsabbiltà tagħhom.

1.1

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessur tal-liċenzja jkun adotta miżuri biex:

jistabbilixxi u jżomm għaddejjin il-kompetenzi meħtieġa;

jipprovdi taħriġ u tagħrif adegwati;

jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti biex iżomm is-sikurezza kif għandha tkun taħt il-kundizzjonijiet kollha;

jivverifika d-disinn xieraq u l-kwalità adegwata tal-installazzjonijiet nukleari;

jiżgura l-kontroll sikur tal-materjal radjuattiv kollu li jintuża jew jkun prodott jew merfugħ;

jiżgura l-kontroll sikur tal-iskart radjuattiv kollu li jiġi ġġenerat

bil-għan li titwettaq ir-responsabbiltà għas-sikurezza ta’ installazzjoni nukleari.

Dawn ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu mwettqa skont l-objettivi u r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza kif stabbilit jew approvati mill-korp regolatorju, u t-twettiq tagħhom għandu jkun żgurat permezz tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni.

Prinċipju 2:     Tmexxija u ġestjoni għas-sikurezza

It-tmexxija u l-ġestjoni effettivi għas-sikurezza għandhom ikunu stabbiliti u sostnuti fl-organizzazzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza nukleari.

2.1

It-tmexxija fi kwistjonijiet ta’ sikurezza trid tintwera fil-livelli l-aktar għolja f'organizzazzjoni. Sistema ta’ ġestjoni effettiva għandha tiġi implimentata u tinżamm kif għandha tkun u trid tintegra l-elementi kollha tal-ġestjoni sabiex ir-rekwiżiti għas-sikurezza jkunu stabbiliti u applikati b'mod koerenti ma’ rekwiżiti oħra, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu mal-prestazzjoni tal-bniedem, mal-kwalità u mas-sikurezza, u sabiex is-sikurezza ma tiġix kompromessa minn rekwiżiti jew domandi oħra.

Is-sistema ta’ ġestjoni trid tiżgura wkoll il-promozzjoni ta’ kultura ta’ sikurezza, il-valutazzjoni regolari tal-prestazzjoni tas-sikurezza u l-applikazzjoni tal-lezzjonijiet li wieħed ikun tgħallem mill-esperjenza.

2.2

Kultura ta’ sikurezza li tkun tirregola l-attitudnijiet u l-imġiba fir-rigward tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi kollha kkonċernati trid tkun integrata fis-sistema ta' ġestjoni. Kultura ta’ sikurezza tinkludi:

l-impenn individwali u kollettiv lejn is-sikurezza min-naħa tat-tmexxija, tal-ġestjoni u tal-persunal fil-livelli kollha;

il-kontabilità tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi fil-livelli kollha għas-sikurezza;

il-miżuri li għandhom il-għan li jinkuraġġixxu attitudni fejn wieħed jistaqsi u jitgħallem u li jiskuraġġixxu l-kompjaċenza fir-rigward tas-sikurezza.

2.3

Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tagħraf il-firxa kollha kemm hi tal-interazzjonijiet tal-individwi fil-livelli kollha mat-teknoloġija u mal-organizzazzjonijiet. Sabiex ikunu evitati l-fallimenti tas-sigurtà, dawk sinifikanti mil-lat uman u dawk mil-lat ta’ organizzazzjoni, għandhom jitqiesu l-fatturi umani u jridu jkunu appoġġjati kemm il-prestazzjoni tajba u kemm il-prattiki tajba.

Prinċipju 3:     Valutazzjoni tas-sikurezza

Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet komprensivi u sistematiċi tas-sikurezza qabel il-kostruzzjoni u l-ikkummissjunar ta’ installazzjoni nukleari u tul il-ħajja kollha tagħha. Għandu jintuża approċċ iggradat b'kunsiderazzjoni tal-kobor tar-riskji potenzjali kkawżati mill-installazzjoni nukleari.

3.1

Il-korp regolatorju għandu jirrikjedi valutazzjoni dwar is-sikurezza nukleari għall-installazzjonijiet nukleari kollha, f'konsistenza ma’ approċċ iggradat. Din il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tinvolvi l-analiżi sistematika tal-operazzjoni normali u l-effetti tagħha, tal-modi kif jistgħu jseħħu fallimenti u tal-konsegwenzi ta’ fallimenti bħal dawn. Il-valutazzjonijiet tas-sikurezza jkopru l-miżuri tas-sikurezza meħtieġa għall-kontroll tar-riskju, u l-karatteristiċi tas-sikurezza li jkunu ddisinjati u maħduma bl-inġinerija huma vvalutati biex jintwera li huma jissodisfaw il-funzjonijiet ta’ sikurezza rekwiżiti minnhom. Fejn ikunu mitluba miżuri ta’ kontroll jew azzjonijiet tal-operatur biex tinżamm kif għandha tkun is-sikurezza, għandha ssir valutazzjoni inizjali tas-sikurezza biex jintwera li l-arranġamenti li jkunu saru jkunu robusti u li huma ta' min jafda fuqhom. Permess għal installazzjoni nukleari għandu jingħata biss minn Stat Membru, ladarba jkun intwera għas-sodisfazzjon tal-korp regolatorju li l-miżuri tas-sigurtà proposti jkunu adegwati.

3.2

Il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tkun irripetuta jew kollha kemm hi jew parti minnha skont ma jkun meħtieġ aktar tard fit-tmexxija tal-operazzjonijiet sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi li jkunu nbidlu (bħalma huma l-applikazzjoni ta’ standards ġodda jew żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi), ir-rappurtar lura tal-esperjenza tat-tħaddim, modifiki u l-effetti li jiġu mill-qdumija. Għal operazzjonijiet li jkomplu fuq perjodi twal ta’ żmien, il-valutazzjonijiet huma eżaminati mill-ġdid u rripetuti skont ma jkun meħtieġ. Il-kontinwazzjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn hija suġġetta għal dawn il-valutazzjonijiet mill-ġdid li juru li l-miżuri tas-sikurezza jkunu għadhom adegwati.

3.3

Fi ħdan il-valutazzjoni tas-sikurezza meħtieġa għandhom jiġu identifikati u analizzati l-prekursuri ta’ inċidenti (avvenimenti inizjattivi li setgħu jwasslu għal kundizzjonijiet ta’ inċident) u għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati l-okkorrenzi ta’ inċidenti.

3.4

Sabiex tissaħħaħ aktar is-sikurezza, għandhom jitwettqu proċessi adegwati għar-rappurtar lura u l-analiżi tal-esperjenza tat-tħaddim fl-istess faċilitajiet u oħrajn, inkluż l-avvenimenti inizjattivi, il-prekursuri ta’ inċidenti, il-kważi-inċidenti, l-inċidenti u l-atti mhux awtorizzati, bil-għan li jservu ta’ tagħlim li jista’ jitqassam u jinħadem.

Prinċipju 4:     Ottimizzazzjoni tal-ħarsien

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħarsien ikun ottimizzat biex jipprovdi l-ogħla livell ta’ sikurezza li jista’ jintlaħaq raġonevolment mingħajr ma jillimitaw bla bżonn l-użu tagħhom.

4.1

L-ottimizzazzjoni tal-ħarsien teħtieġ li jsiru ġudizzji rigward is-sinifikat relattiv ta’ diversi fatturi, inklużi:

il-probabilità li jseħħu avvenimenti prevedibbli u l-konsegwenzi rrelatati;

il-kobor u d-distribuzzjoni tad-dożi ta’ radjazzjoni li wieħed ikun irċieva;

fatturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li huma konsegwenza tar-riskji ta’ radjazzjoni.

l-ottimizzazzjoni tal-ħarsien tfisser ukoll l-użu tal-prattiki tajba u tas-sens komun skont kemm jista’ jkun prattikament possibbli fl-attivitajiet ta’ kuljum.

Prinċipju 5:     Prevenzjoni u mitigazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-isforzi prattikabbli kollha biex ikunu evitati u mitigati l-inċidenti nukleari jew tar-radjazzjoni.

5.1

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessuri tal-liċenzja jagħmlu l-isforzi prattikabbli kollha

biex ikun evitat li jseħħu kundizzjonijiet anormali jew inċidenti li jistgħu jwasslu għal telf ta’ kontroll;

biex tkun evitata l-eskalazzjoni ta’ kull kundizzjoni anormali jew inċidenti bħal dawn li fil-fatt iseħħu; u

biex tiġi mmitigata kull konsegwenza ta’ inċident li twassal għal effetti ta' ħsara;.

bl-implimentazzjoni tad-“difiża fil-fond”.

5.2

L-applikazzjoni tal-kunċett tad-difiża fil-fond għandu jiżgura li l-ebda falliment tekniku, mill-bniedem jew organizzazzjonali waħdu ma jista’ jwassal għal effetti ta’ ħsara, u li l-kumbinazzjoni ta’ fallimenti li jistgħu jwasslu għal effetti ta' ħsara sinifikanti jkollha probabilità baxxa ħafna li sseħħ.

5.3

Id-difiża fil-fond għandha tiġi implimentata permezz tal-kumbinazzjoni flimkien ta’ livelli konsekuttivi u indipendenti ta’ ħarsien li jkollhom ifallu kollha kemm huma qabel ma jistgħu jiġu kkawżati effetti ta’ ħsara fuq il-ħaddiema jew il-pubbliku ġenerali. Il-livelli tad-difiża fil-fond għandhom jinkludu:

l-għażla adegwata tas-siti

id-disinn adegwat tal-installazzjoni nukleari, li jikkonstisti f'dawn li ġejjin:

il-kwalità għolja tad-disinn u l-konstruzzjoni

l-affidabilità għolja tal-komponenti u t-tagħmir

sistemi ta’ kontroll, ta’ limitazzjoni u ta’ ħarsien u karatteristiċi ta’ sorveljanza;

organizzazzjoni adegwata li għandha

sistema effettiva ta’ ġestjoni b'impenn qawwi lejn il-kultura ta’ sikurezza

proċeduri u prattiki operazzjonali komprensivi

proċeduri komprensivi għall-ġestjoni tal-inċidenti

arranġamenti ta’ tħejjija għall-emerġenzi

Prinċipju 6:     tħejjija u rispons għall-emerġenzi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru arranġamenti favur it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi fir-rigward tal-inċidenti tal-installazzjonijiet nukleari f'konformità mad-Direttiva 96/29/Euratom.


(1)   ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1; ĠU L 164, 16.6.2006, p.17, kif emendat bir-Regolament (KE) 1367/2006 (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13).

(2)   ĠU L 318, 11.12.1999, p. 20 u ĠU L 172, 6.5.2004, p. 7.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/232


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd *

P6_TA(2009)0255

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2008)0721 – C6-0510/2008 – 2008/0216(CNS))

2010/C 184 E/60

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

The European Parliament,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0721),

wara li kkunsidra l-Artkolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill(C6-0510/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0253/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Recital 4

(4)

Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta' testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u dan jirriżulta f'miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b'hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta' parità ta' kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta' piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni.

(4)

Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta' testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u l-Kummissjoni għadha ma pproponietx ir-regolamenti implimentattivi kollha meħtieġa għar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 . Dan irriżulta f'miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b'hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta' parità ta' kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta' piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a)

Il-Politika Komuni tas-Sajd tkopri l-konservazzjoni, l-immaniġġjar u l-isfruttament tar-riżorsi ħajjin tal-ilma, sabiex it-tipi kollha ta' attivitajiet li jisfruttaw dawn ir-riżorsi jitqiesu fuq bażi ekwa, kemm jekk ikunu kummerċjali kif ukoll jekk le. Ikun diskriminatorju jekk is-sajd kummerċjali jkun suġġett għal kontrolli u limiti stretti waqt li jiġi eżentat fil-biċċa l-kbira tiegħu s-sajd mhux kummerċjali.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 19

(19)

L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki.

(19)

L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki mill-Istati Membri. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jaqsmu bejniethom tagħrif rilevanti.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 24

(24)

Netwerk integrat ta' sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta' sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta' teħid ta' deċiżjonijeit f'waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta' sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta' Identifikazzjoni, is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta' Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta' Rilevament ta' Bastimenti miġbura fil-qafas ta' dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta' sorveljanza msemmija hawn fuq.

(24)

Netwerk integrat ta' sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta' sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, maħsuba għas-sitwazzjonijiet differenti tal-Istati Membri . In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta' teħid ta' deċiżjonijeit f'waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta' sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta' Identifikazzjoni, is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta' Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta' Rilevament ta' Bastimenti miġbura fil-qafas ta' dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta' sorveljanza msemmija hawn fuq.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 29

(29)

Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta' Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. Il-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u tirrifjuta t-trasferiment ta' kwoti jew l-iskambju ta' kwoti sabiex tiżgura l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.

(29)

Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta' Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 34

(34)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni. Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(34)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 . Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 39

(39)

F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat.

(39)

F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll, filwaqt li jitqies il-fatt li s-sajd fuq skala żgħira u s-sajd artiġġjanali huwa b'mod ċar differenti mis-sajd industrijali, ta' sussistenza u rikreattiv, u li sistema ta' regolamenti ta' kontroll għandha tirrifletti dawn id-differenzi b'mod xieraq . Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, il-monitoraġġ, is-sorveljanza, l-ispezzjoni, u l-infurzar (minn hawn 'il quddiem “is-sistema Komunitarja tal-kontroll”) ta r- regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, bl-għan li tiġi garantita konformità mar- regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 1

(1)

“Attività tas-sajd” tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f'gaġeġ ta' ħut u prodotti tas-sajd;

(1)

“Attività tas-sajd” tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f'gaġeġ u t-tismin ta' ħut u ta' prodotti tas-sajd;

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 6 a (ġdid)

 

(6a)

“ksur serju” tfisser dawk l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008;

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 7 a (ġdid)

 

(7a)

“Is-sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi ħajjin tal-ilma għar-rikreazzjoni jew għall-isport, inklużi, inter alia, is-sajd rikreattiv, is-sajd bħala sport, turnamenti tal-isport u forom oħra ta' sajd rikreattiv;

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 8

(8)

“Awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità in ġenerali u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f'żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi;

(8)

“Awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f'żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi;

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 17

(17)

“Proċessar” tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni. Dan jinkludi t-tindif, l-iflettjar, it-tkessiħ, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;

(17)

“Proċessar” tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni. Dan jinkludi l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b'mod partikolari s-sajd, it-trażbord, it-trasferiment ta' ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd.

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b'mod partikolari s-sajd , l-attivitajiet tal-akkwakultura , it-trażbord, it-trasferiment ta' ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi indiskriminatorja f'daq li għandu x'jaqsam mas- setturi, il-bastimenti jew il-persuni magħżula għall-ispezzjoni , u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi mhux diskriminatorja f'dak li għandu x'jaqsam ma' taqsimiet, bastimenti jew persuni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta' sajd ta' bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu  45 (1(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta' sajd ta' bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu  45 punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

4.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta' bastiment li huwa suġġett għal miżura ta' aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l- Artikolu 45 (1) (d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

4.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta' bastiment li huwa suġġett għal miżura ta' aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l- Artikolu 45 punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f

f)

attivitajiet tas-sajd bl-użu ta' rkaptu tal-qiegħ fiż- żoni li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd;

f)

attivitajiet tas-sajd bl-użu ta' rkaptu tal-qiegħ f'ilmijiet internazzjonali li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd; għandha titfassal lista tal-irkaptu msemmi f'din id-dispożizzjoni;

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

2.   Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta' dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni f'intervalli regolari. Dan il-paragrafu għandu japplika mill- 1 ta' Jannar 2012 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul.

2.   Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta' dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni f'intervalli regolari. Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd. Dan il-paragrafu għandu japplika mill- 1 ta' Lulju 2013 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-apparat tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkun bir-rata ta' 80 %.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt a

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

2.   Il-Kummissjoni tista' teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta' Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f'ħin partikolari.

2.   Il-Kummissjoni, wara li tipprovdi ġustifikazzjoni dokumentata billi tippreżenta xhieda ta'nuqqas ta' konformità ma' miżuri ta' kontroll jew ma' rapporti xjentifiċi, tista' teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta' Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f'ħin partikolari.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

3.   Il-marġini ta' toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 5  %.

3.   Il-marġini ta' toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta' ħut miżmum abbord għandu jkun ta' 10 %.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-ġurnali elettroniċi ta' abbord għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkun bir-rata ta' 80 %.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta' mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta' Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill- 1 ta' Jannar 2012 . Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta' mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta' Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tul totali mill- 1 ta' Lulju 2013 . Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u

b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – test introduttorju

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjoni li ġejja:

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkollhom speċijiet abbord li jkunu suġġetti għal limiti ta' qbid jew ta' sforz għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjon li ġejja:

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt d

d)

id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet;

d)

id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet; iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta' dettall skont l-Artikolu 14(1).

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f

f)

il-kwantitajiet ta' kull speċi miżmuma abbord , inkluż sajdiet li fihom ma jinqabad xejn ;

f)

il-kwantitajiet ta' kull speċi miżmuma abbord;

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

4.   Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista' teżenta ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat, li jista' jiġġedded, jew tipprovdi għal perjodu ta' notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta' prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati.

4.   Il- Kunsill, fuq proposta tal- Kummissjoni, jista' jistabbilixxi, għal ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd, perjodu ta' notifika ieħor għall-obbligazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 wara li jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta' prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a.     L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-kaptan ta' bastiment tas-sajd jixtieq juża l-port jew il-faċilitajiet ta' ħatt, wara li jkun għamel talba għal dan mhux inqas minn erba' sigħat qabel il-ħin stmat tad-dħul fil-port, għandhom joħorġu l-permess fi żmien sagħtejn minn x'ħin jirċievu din it-talba.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

3.   Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta' kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet.

3.   Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta' kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet. Iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta' dettall skont l-Artikolu 14(1).

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

4.     Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista' teżenta ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jista' jiġġedded, jew tipprovdi perjodu ta' notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta' prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn il-bastimenti konċernati huma reġistrati.

imħassar

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

4.     Meta jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw numru uniku tal-ħatt l-art (ULN) għall-ħatt l-art u jinformaw lill-kaptan tal-bastiment dwar dan. Jekk il-ħatt l-art jiġi interrot, għandu jkun meħtieġ permess biex il-ħatt jerġa jibda.

imħassar

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b'mezzi elettroniċi d-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sagħtejn wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b'mezzi elettroniċi d-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sitt sigħat wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

4.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta' mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta' Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill- 1 ta' Jannar 2012 . Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk:

4.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta' mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta' Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tul totali mill- 1 ta' Lulju 2013 . Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk:

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u

b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

5.   Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara lħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art.

5.   Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-ħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art , li imbagħad għandu jgħaddiha mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

1.   Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f'dan il-Kapitolu, espressi kemm f'termini ta' qabdiet kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-data għal perjodu ta' tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali.

1.   Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f'dan il-Kapitolu, espressi kemm f'termini ta' qabdiet, rimi kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-data għal perjodu ta' tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali. Id-data f'format elettroniku għandha tinżamm għal mhux inqas minn għaxar snin.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

3.   Il-qabdiet kollha ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta' stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.

3.   Il-qabdiet kollha u r-rimi ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta' stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

3.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jsir l-ebda żamma abbord, ħatt l-art, tqegħid f'gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom.

3.   3. id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz tad-dokumentazzjoni korrispondenti, li ma jsir l-ebda żamm abbord, ħatt l-art, tqegħid f'gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti maqbud, wara d-data tal-għeluq, mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

3.   Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju jew fis-sena jew is-snin ta' wara.

3.   Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju fis-sena ta' wara.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 28 a (ġdid)

 

L-Artikolu 28a

Trasferiment ta' kwoti mhux użati

1.     Jekk il-kwoti kollha jew parti minnhom għal Stat Membru ma jiġux użati matul is-sena li fiha huma ġew mogħtija, dawn il-kwoti jistgħu jintużaw, dik l-istess sena, minn Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel nett tinforma l-Istati Membri kkonċernati, billi tistaqsihom biex jikkonfermaw li mhumiex ser jużaw dawn l-opportunitajiet tas-sajd. Wara konferma ta' dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-opportunitajiet kollha ta' sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri b'dan, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni mill-ġdid tagħhom, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

2.     It-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jew l-iskambju tagħhom bejn l-Istati Membri, skont l-Artikolu 20 ta' Regolament (KE) Nru 2371/2002.

3.     Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikulari dawk li jirreferu għall-kundizzjonijiet tal-użu jew it-trasferiment tal-kwoti, għandhom jiġu adotatti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Artikolu 33

Trażbordi fil-port

Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità impenjati f'attivitajiet tas-sajd suġġetti għal pjan multiannwali m'għandhomx jittrasferixxu l-qabdiet tagħhom abbord kwalunkwe bastiment jew vettura oħra mingħajr ma l-ewwel iħottu l-art il-qabdiet tagħhom sabiex jintiżnu minn ċentru tal-irkant jew kwalunkwe korp ieħor awtorizzat mill-Istati Membri.

imħassar

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a.     L-Istati Membri jistgħu jagħżlu port li ma jissodisfax il-kriterji tal-paragrafu 4 biex jevitaw li jkun hemm bastimenti li jkollhom ibaħħru distanzi itwal minn 50 mil sal-port.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – test introduttorju

2.   Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn żewġ tipi ta' rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista' jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.   Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn tip wieħed ta' rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista' jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

1.   Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu 'l fuq minn 15 kg ta' ekwivalenti ta' piż ħaj fil-volum u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.

1.   Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu 'l fuq minn 15 kg ta' ekwivalenti ta' piż ħaj fil-volum għall kull refgħa tal-irkaptu u għal kull vjaġġ , u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra skema biex tinstalla tagħmir ta' monitoraġġ bil-vidjo biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament. Ħut li jintrema lura fil-baħar waqt sajd rikreattiv m'għandux jitqies bħala rimi jew mortalità għall-għanijiet ta' dan ir-regolament.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 42

Għall-bastimenti mgħammra b'Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord billi jużaw id-data tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-data minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f'format li jista' jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta' tliet snin.

Għall-bastimenti mgħammra b'Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord billi jużaw id-data tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-data minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f'format li jista' jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta' għaxar snin.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Kapitolu IV - taqsima 4

It-Taqsima 4 għandha titħassar kollha.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

1.   Is-sajd rikreattiv fuq bastiment fl-ilmijiet Komunitarji, għal stokk li huwa suġġet għal pjan multiannwali għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għal dak il-bastiment maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera .

1.   Is-sajd mhux kummerċjali mwettaq minn fuq bastiment fl-ibħra Komunitarji, għal stokk li huwa suġġett għal pjan multiannwali ta' rkupru jista' jiġi evalwat mill-Istat Membru fl-ibħra fejn dan jitwettaq . Is-sajd permezz tal-qażba u r-rukkell minn fuq ix-xatt m'għandux jiġi inkluż.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

2.    Il-qabdiet fis-sajd rikreattiv minn stokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jiġu rreġistrati mill- Istat Membru tal-bandiera

2.    Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-impatt ta' sajd rikreattiv li jitwettaq fl-ilmijiet tagħhom u jippreżentaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. L-Istat Membru relevanti u l-Kummissjoni, abbażi tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, għandu jiddeċiedi liema sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet ta' dan it-tip. Għal dak is-sajd li għandu impatt sinifikanti, l-Istat Membru kkonċernat, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa sistema ta' monitoraġġ li tkun kapaċi li b'mod preċiż tqis il-qabdiet totali tas-sajd rikreattiv minn kull stokk. Is-sajd rikreattiv għandu jkun konformi mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

3.    Il-qabdiet ta' speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali skont is-sajd rikreattiv għandhom jinqatgħu mill- kwoti rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sehem mit-tali kwoti li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet tas- sajd rikreattiv.

3.    Fejn is-sajd rikreattiv jinstab li għandu impatt sinifikanti, il-qabdiet għandhom jinqatgħu mill- kwota rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istat Membru jista' jistabbilixxi sehem minn tali kwota li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet ta' dak is- sajd rikreattiv.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 3

3.    Fil-każ li jkun ġie ffissat daqs minimu għal speċi partikolari, l-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bħala referenza għal subżona u diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku fejn japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità

3.    L-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bl-istess livell ta' dettall bħalma hemm f'Artikolu 14(1).

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2 - punt d a (ġdid)

 

da)

iż-żona tal-qbid, bl-istess livell ta' dettall skont l-Artikolu 14(1).

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

1.   Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sagħtejn wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.

1.   Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sitt sigħat wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt il-ħut l-art, huwa għandu jiżgura li tiġi preżentata bla dewmien kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – punt e

e)

l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta' kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress f'subżona u diviżjoni jew sub-diviżjoni li fiha japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

e)

l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta' kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress bl-istess livell ta' dettall bħalma hemm f'Artikolu 14(1);

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – punt e a (ġdid)

 

ea)

il-kwantità ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 6

6.   L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti.

6.   6. l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera u mill-Kummissjoni .

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 69

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata database elettronika fejn jistgħu itellgħu r-rapporti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza kollha ppreparati mill-uffiċjali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta' data elettronika fejn jistgħu jtellgħu r-rapporti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza kollha, inklużi rapporti minn osservaturi, ippreparati mill-uffiċjali tagħhom.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 78

L-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista' wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2).

l-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista' wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2).

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata permezz ta' sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta' sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata , bħala prinċipju, permezz ta' sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta' sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu nstabu responsabbli ta' ksur serju tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jiġu esklużi milli jgawdu mill-Fond Ewropew għas-Sajd, mill-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd u minn għajnuna pubblika oħra. Is-sanzjonijiet provduti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati b'sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari l-ħlas lura tal-għajnuna pubblika jew is-sussidji mogħtija lil bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju kkonċernat.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta' punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta' infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta' punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta' infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2

2.   Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta' punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali.

2.   Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta' punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni serja . Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Sakemm id-detentur ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ikun assenjat punti ta' penali, huwa m'għandux ikun jista' jirċievi sussidji Komunitarji u għajnuna nazzjonali pubblika matul dak iż-żmien.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 4

4.     Fil-każ ta' infrazzjoni serja, il-punti penali assenjati għandhom ikunu tal-anqas ugwali għal nofs il-punti msemmija fil-paragrafu 3.

imħassar

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 5

5.   Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru.

5.   Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni serja oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni serja , il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 7

7.   L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta' punti penali li taħtha l-kaptan u l-uffiċjali ta' bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta' infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom.

7.   L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta' punti penali li taħtha l-kmandant jew il-kaptan ta' bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta' infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f'database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta' punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82.

1.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f'database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn dawk responsabbli għall- bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta' punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 3

3.   Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta' infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati.

3.   Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta' infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati mingħajr dewmien .

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     L-informazzjoni dwar l-infrazzjonijiet imwettqa u li għalihom ingħatat kundanna fil-konfront tal-bastimenti tas-sajd u l-individwi kkonċernati tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tal-parti pubblika tas-sit elettroniku imsemmi fl-Artikolu 107.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 4

4.   L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom jingħataw il-possibbiltà li jkunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

4.   L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom dejjem ikunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 1 – punt a

α)

id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma ġewx rispettati b'riżultat ta' azzjoni jew ommissjoni li tista' tiġi attribwita direttament lill-Istat Membru kkonċernat, u li

imħassar

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1

1.   Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta' pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni għandha raġunijiet biex temmen li n-nuqqas ta' rispett ta' dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta' detriment b'mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista' tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet.

1.   Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta' pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni ikollha evidenza li n-nuqqas ta' rispett ta' dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta' detriment b'mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista' tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1 – test introduttorju

1.   Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena jew is-snin li jsegwu tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta' moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:

1.   Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena li ssegwi tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta' moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1 – tabella

Livell ta' sajd żejjed, imqabbel mal-ħatt l-art permess

Fattur ta' moltiplikazzjoni

Sa 5 %

Sajd żejjed * 1.0

Il fuq minn 5 % sa 10 %

Sajd żejjed * 1.1

Il fuq minn 10 % sa 20 %

Sajd żejjed * 1.2

Il fuq minn 20 % sa 40 %

Sajd żejjed * 1.4

Il fuq minn 40 % sa 50 %

Sajd żejjed * 1.8

Kwalunkwe sajd żejjed aktar minn 50 %

Sajd żejjed * 2.0

Livell ta' sajd żejjed, imqabbel mal-ħatt l-art permess

Fattur ta' moltiplikazzjoni

L-ewwel 10 %

= Sajd żejjed x 1,00

L-10 % li jmiss, sa total ta' 20 %

= Sajd żejjed x 1.10

L-20 % li jmiss, sa total ta' 40 %

= Sajd żejjed x 1.20

Kwalunkwe sajd żejjed aktar minn 40 %

= Sajd żejjed × 1.40

Nota: L-intervalli perċentwali għandhom jiġu sostitwiti mill-intervalli stipulati fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Jekk il-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet allokati lil Stat Membru ma jaqbżux l-100 tunnellata, it-tnaqqis għal-qbiż tal-kwota se jiġi applikat b'mod lineari u mhux b'perċentwal, ħlief għal ispeċijiet koperti minn pjan multiannwali li għalihom japplika l-paragrafu 1.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 2

2.   Jekk Stat Membru ripetutament stad iżżejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta' stokkijiet matul is-sentejn preċedenti, jekk is-sajd żejjed huwa b'mod partikolari detrimentali għall-istokk konċernat jew jekk l-istokk huwa suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta' moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja.

2.   Jekk , matul is-sentejn preċedenti, Stat Membru ripetutament stad aktar mill-kwota tiegħu, l-allokazzjoni tiegħu jew is-sehem tiegħu ta' stokk jew ta' grupp ta' stokkijiet li jkunu sensittivi b'mod partikolari għas-sajd żejjed jew ikunu suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta' moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 3

3.     Jekk Stat Membru jieħu qabdiet minn stokk suġġett għal kwota li għalih m'għandux kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għalih, il-Kummissjoni tista' tnaqqas fis-sena jew is-snin ta' wara kwoti minn stokkijiet jew gruppi ta' stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1.

imħassar

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 98

Artikolu 98

Tnaqqis ta' kwoti għan-nuqqas ta' konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd

1.     Fejn ikun hemm evidenza li hemm nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni jew l-infurzar taħt il-Politika Komuni tas-Sajd minn Stat Membru u li dan jista' jwassal għal periklu serju għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew l-operazzjoni effikaċi tas-sistema ta' kontroll u ta' infurzar tal-Komunità, il-Kummissjoni tista' topera tnaqqis mill-kwoti, l-allokazzjonijiet jew is-sehem annwali ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet disponibbli għal dak l-Istat Membru.

2.     Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat dwar is-sejbiet tagħha u għandha tiffissa data tal-għeluq ta' mhux aktar minn 10 ijiem tax-xogħol għall-Istat Membru biex juri li s-sajd jista' jiġi sfruttat b'mod sikur.

3.     Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri neċessarji ma ġewx implimentati.

4.     Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-artikolu, u b'mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet konċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

imħassar

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 100

Artikolu 100

Ċaħda ta' skambji ta' kwoti

Il-Kummissjoni tista' teskludi l-possibbiltà ta' skambju tal-kwoti skont l-Artikolu 20 paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002:

a)

għall-kwoti li minnhom sar sajd żejjed ta' aktar minn 10 % tal-kwoti disponibbli għal wieħed mill-Istati Membri konċernati f'waħda mis-sentejn preċendenti immedjatament jew

b)

jekk l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd konċernati, b'mod partikolari billi ma joperax sistema ta' validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b'mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-data għal din is-sistema ta' validazzjoni.

imħassar

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 101 – paragrafu 1

1.   Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta' periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta' kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri ta' emerġenza li m'għandhomx idumu aktar minn sena . Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta' emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.

1.   Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta' periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta' kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri ta' emerġenza li m'għandhomx idumu aktar minn sitt xhur . Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta' emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 101 – paragrafu 2 – punt g

g)

projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri oħra;

g)

projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri oħra jew ta' pajjiż terz jew f'ibħra miftuħa ;

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 101 – paragrafu 3

3.   Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3.   Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 101 – paragrafu 5

5.   L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.

5.   L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 2

2.    L-ismijiet ta' persuni naturali m'għandhomx jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm provvediment partikolari għat-tali komunikazzjoni f'dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta' fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma' data oħra f'forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta' persuni naturali.

2.    Id-data personali m'għandhiex tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm dispożizzjoni partikolari għat-tali komunikazzjoni f'dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta' fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma' data oħra f'forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta' persuni naturali.

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 105 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-data miġbura u rċevuta fil-kuntest ta' dan ir-Regolament tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-data.

1.   1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-data miġbura u rċevuta fil-kuntest ta' dan ir-Regolament tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-data , f'konsistenza mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE .

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 105 – paragrafu 4

4.     Il-komunikazzjoni tad-data fil-kuntest ta' dan ir-Regolament lil persuni li qed jaħdmu għal awtoritajiet kompetenti, qrati, awtoritajiet oħra pubbliċi u l-Kummisjoni jew il-korp deżinjat minnha, li l-iżvelar tagħha jista' jkollu effett negattiv fuq:

a)

il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-data personali,

b)

l-interessi kummerċjali ta' persuna naturali jew legali, inkluż il-proprjetà intellettwali,

c)

il-proċeduri tal-qorti u l-pariri legali jew

d)

l-ambitu tal-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet,

se tkun permessa biss jekk hija neċessarja għall-waqfien minn infrazzjoni jew projbizzjoni ta' infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komunit tas-Sajd u l-awtorità li qed tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens għall-iżvelar.

imħassar

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 3

3.   Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta' ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha.

3.   Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta' ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha.

 

Pajjiżi terzi għandha tingħatalhom l-informazzjoni inkluża fil-paragrafi 1(b), 1(d) u 1(f) dwar bastimenti tal-Komunità li japplikaw għal liċenzji għas-sajd fl-ilmijiet tagħhom. L-informazzjoni għandha tingħata fuq talba tal-pajjiż terz ikkonċernat u mingħajr dewmien, bil-kundizzjoni li l-pajjiż terz jiggarantixxi bil-miktub il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. It-trasferiment ta' data personali skont din id-dispożizzjoni għandha titqies li tikkonforma mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 112

Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005

Artikolu 17a – paragrafu 1 – test introduttorju

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' infurzar konferiti mit-Trattat fuq il-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. L-Aġenzija tista' tmexxi spezzjonijiet ta' awtoritajiet pubbliċi u operaturi privati fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop tista', f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri konċernati,

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' infurzar konferiti mit-Trattat fuq il-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. L-Aġenzija tista' , billi tuża r-riżorsi tagħha stess, tmexxi spezzjonijiet ta' awtoritajiet pubbliċi u operaturi privati fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop tista', f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri konċernati,


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/253


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi *

P6_TA(2009)0256

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi (COM(2008)0324 – C6-0282/2008 – 2008/0112(CNS))

2010/C 184 E/61

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0324),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0282/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0206/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a)

Peress li kemm ir-regoli omoġenji li ġeneralment huma applikabbli fiż-żoni kollha kif ukoll dawk applikabbli speċifikament fuq bażi reġjonali għandhom l-istess importanza għall-immaniġġjar tas-sajd, dawn għandhom jiġu adottati mill-Kunsill.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a)

Bħala kjarifika addizzjonali, sabiex fil-ġejjieni jiġi evitat tilwim minħabba l-interpretazzjoni ħażina tar-regoli u f'konformità mal-approċċ li ġie introdott reċentement, il-Kummissjoni għandha tissuplementa d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament billi tippubblika anness li jkun fih illustrazzjonijiet sabiex jiġu spjegati l-karatteristiċi tat-tagħmir tas-sajd.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13a)

Huwa neċessarju li jiġu evitati sitwazzjonijiet li jikkawżaw tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew konfużjoni fost l-operaturi u l-konsumaturi u li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' konformità mad-daqsijiet minimi u għalhekk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti li joriġinaw mill-importazzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kemm jista' jkun malajr, proposta biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/20001 (1), sabiex id-daqsijiet bijoloġiċi jiġu armonizzati mad-daqsijiet kummerċjali.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 15

(15)

Meta jaqbeż il-qabdiet inċidentali massimi, bastiment għandu jmur immedjatament f'żona oħra.

(15)

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata għar-riżorsi tal-baħar, jiġu protetti ż-żoni fejn jitrabba l-ħut jew iż-żoni sensittivi u jitnaqqas ir-rimi lura, għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-attività tas-sajd f'ċerti żoni u perjodi u fir-rigward ta' ċerti tagħmir u aċċessorji.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 17

(17)

Fejn il-konservazzjoni tkun mhedda b'mod serju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex jieħdu miżuri proviżorji xierqa, li jiġu implimentati fil-ħin reali.

(17)

Fejn il-konservazzjoni tkun mhedda b'mod serju, il-Kummissjoni , fuq inizjattiva tagħha proprja jew fuq it-talba ssostanzjata tal-Istati Membri, għandha tkun awtorizzata sabiex tieħu miżuri proviżorji xierqa, li jiġu implimentati fil-ħin reali.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 19

(19)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament , fosthom dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull żona koperta minn Kunsill Konsultattiv Reġjonali, għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.

(19)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 a (ġdid)

 

Artikolu 2a

Regolamenti reġjonali

l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 37 tat-Trattat, jadotta l-miżuri applikabbli speċifikament fir-reġjuni varji li jikkorrispondu għall-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs) I varji.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt b

(b)

“irkaptu tat-tkarkir bit-travu” tfisser irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ li fih il-fetħa orizzontali tax-xibka tinżamm bi travu;

(b)

“irkaptu tat-tkarkir bit-travu” tfisser irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ li fih il-fetħa orizzontali tax-xibka tinżamm bi travu , u fejn it-travu ikun kanna tonda tal-azzar miżmuma permezz ta' żewġ żrieżaq ; il-kostruzzjoni tiġi rmunkata tul qiegħ il-baħar;

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt e

(e)

“manka” tfisser l-aħħar 8 m ta' l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta' 80 mm jew aktar, u tfisser l-aħħar 20 m ta' l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta' inqas minn 80 mm;

(e)

“manka” tfisser l-aħħar 6 m ta' l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta' 80 mm jew aktar, u tfisser l-aħħar 20 m ta' l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta' inqas minn 80 mm;

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     Fil-każ ta' pelaġiċi żgħar (sardin, inċova, sawrell u kavalli) għandha tinżamm il-possibilità li 10 % tal-qabda jkunu magħmula minn ħut żgħir wisq.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Regola ta' xibka waħda

Kombinazzjonijiet ta' xbieki

Għandu jkun ipprojbit li jinżammu abbord, matul kwalunkwe vjaġġ tas-sajd, kwalunkwe kombinazzjoni ta' xbieki ta' aktar minn serje waħda ta' daqsijiet tal-malji.

1.     Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirregola l-każijiet fejn il-bastimenti jistgħu jġorru abbord kombinazzjoni waħda jew iktar ta' xbieki ta' aktar minn serje waħda ta' daqsijiet tal-malji waqt l-istess vjaġġ tas-sajd .

 

2.     Dawn il-kriterji għandhom iqisu:

(a)

id-distanza bejn il-port fejn isorġi l-bastiment ikkonċernat u ż-żona tas-sajd;

(b)

il-livell ta' kemm is-sajda li qed tiġi pprattikata tinvolvi ħafna speċijiet ta' ħut u l-importanza ekonomika tal-ispeċijiet sekondarji meta mqabbla mal-ispeċijiet fil-mira;

(c)

jekk kwalunkwe mill-operazzjonijiet tas-sajd waqt vjaġġ partikulari titwettaqx permezz ta' xibka b'malji li jkunu ta' daqs ikbar minn dawk previsti f'dan ir-Regolament.

 

3.     Il-kontenut ta' dan l-Artikolu għandu jiġi rregolat fil-qafas stipulat fl-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

(a)

għal sajd bi rkaptu rmunkat b'malji ta' 80 mm jew akbar, man-naħa ta' barra tal-manka titwaħħal borża ta' rinforz. Id-daqs tal-malji tal-borża tar-rinforz għandu jkun mill-inqas id-doppju ta' dak tal-manka;

(a)

man-naħa ta' barra tal-manka titwaħħal borża ta' rinforz. Id-daqs tal-malji tal-borża tar-rinforz għandu jkun mill-inqas id-doppju ta' dak tal-manka;

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

 

(ba)

l-użu ta' boroż ta' rinforz man-naħa ta' barra tal-manka fuq bastimenti bil-liċenzja għal xbieki tat-tkarkir b'malji ta' 60 mm jew ikbar fiż-żoni VIII, IX u X tal-ICES;

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt d

(d)

kwalunkwe rkaptu tat-tkarkir, b'malji ta' 80 mm jew akbar b'aktar minn 100 malja miftuħa u inqas minn 40 malja miftuħa fi kwalunkwe ċirkonferenza tal-manka, bl-esklużjoni tal-parti tat-twaħħil jew taċ-ċmusiet;

imħassar

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

4.     B'deroga mill-paragrafi (2)(a), (3)(b), (3)(d) u (3)(e), id-daqs tal-malji ta' 80 mm għandu jiġi sostitwit b'60 mm għal sajd fiż-żoni ta' l-ICES VIII, IX u X.

imħassar

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

2.   Il-ħin ta' immersjoni għall-għeżula u l-pariti m'għandux jaqbeż it-48 siegħa.

2.   Il-ħin ta' immersjoni għall-għeżula u l-pariti m'għandux jaqbeż l-24 siegħa.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

3.   Meta s-sajd isir permezz ta' l-għeżula u l-pariti, l-użu ta' aktar minn 50km ta' xbieki għandu jkun ipprojbit.

3.   Meta s-sajd isir permezz ta' l-għeżula u l-pariti, l-użu ta' aktar minn 40 km ta' xbieki għandu jkun ipprojbit.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

1.   B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 120 mm jew akbar u anqas minn 150 mm, fit-Tramuntana ta' 48°N inkella b'malji ta' 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm fin-Nofsinhar ta' 48°N, f'ilmijiet ta' inqas minn 600 metru fond, bil-kundizzjoni li ma jkunux ta' aktar minn 100 malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.5, u jkunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 5 mili nawtiċi fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta' immersjoni għandu jkun ta' 24 siegħa.

1.   B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 120 mm jew akbar u anqas minn 150 mm, fit-Tramuntana ta' 48°N inkella b'malji ta' 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm fin-Nofsinhar ta' 48°N, f'ilmijiet ta' inqas minn 400 metru fond, bil-kundizzjoni li ma jkunux ta' aktar minn 100 malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.5, u jkunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 5 mili nawtiċi fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta' immersjoni għandu jkun ta' 24 siegħa , ħlief jekk il-kundizzjonijiet tat-temp jagħmlu l-irfigħ tax-xbiek impossibbli .

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

2.   B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 250 mm jew aktar, f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, bil-kundizzjoni li ma jkunux aktar minn 15-il malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.33, u ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 10 km fit-tul. It-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-100 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta' immersjoni għandu jkun ta' 72 siegħa.

2.   B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 250 mm jew aktar, f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, bil-kundizzjoni li ma jkunux aktar minn 15-il malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.33, u ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 10 km fit-tul. It-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż is-60 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta' immersjoni għandu jkun ta' 72 siegħa.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

1.   Meta l-kwantità ta' ħut żgħir wisq maqbud taqbeż l-10 % tal-kwantità totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta' mill-inqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċedenti qabel ikompli jistad.

1.   Meta l-piż ta' ħut żgħir wisq maqbud , b'konformità mal-Anness I, jisboq l-10 % tal-piż totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa , u din is-sitwazzjoni sseħħ f'serje ta' tliet refgħat konsekuttivi , il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta' mill-inqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċedenti qabel ikompli jistad.

 

B'deroga mis-subparagrafu preċedenti, għas-sajd lokali u viċin l-art b'karatteristiċi partikulari minħabba kemm il-fond kif ukoll il-kompożizzjoni ta' qiegħ il-baħar u d-distanza mill-kosta, u suġġett għal rapport xjentifiku li jissostanzja dawk il-karatteristiċi, l-obbligu ta' tbegħid jista' jkun inqas minn ħames mili nawtiċi kemm-il darba jkun garantit li l-attività tas-sajd ma titwettaqx fuq konċentrazzjoni ta' frieħ.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

2.    Jekk il-perċentwali minimi u/jew massimi ta' l-ispeċijiet fil-mira, minbarra l-ħut żgħir wisq ta' l-ispeċijiet fil-mira, li jistgħu jinqabdu bid-daqsijiet tal-malji permessi għal dikl-ispeċi u miżmuma abbord, fi kwalunkwe refgħa waħda ma jkunux qablu mal-perċentwali stipulati fir-regoli dettaljati adottati skond l-Artikolu 22, il-bastiment għandu jiċċaqlaq immedjatament għal minimu ta' 10 mili nawtiċi bogħod minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa ta' qabel u matul ir-refgħa li jmiss iżomm distanza minima ta' 10 mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa ta' qabel.

2.    Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina ż-żoni u l-perjodi ħielsa mis-sajd korrispondenti fil-qafas tal-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin, il-ħatt l-art, il-bejgħ, il-wiri jew it-tqegħid fis-suq ta' organiżmi tal-baħar maqbuda bl-użu ta' metodi li jinkorporaw l-użu ta' splussivi, veleni, sustanzi ta' stordiment, kurrenti elettriċi jew l-isparar ta' kwalunkwe projettili għandu jkun projbit.

Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin, il-ħatt l-art, il-bejgħ, il-wiri jew it-tqegħid fis-suq ta' organiżmi tal-baħar maqbuda bl-użu ta' metodi li jinkorporaw l-użu ta' splussivi, veleni, sustanzi ta' stordiment, kurrenti elettriċi jew l-isparar ta' kwalunkwe projettili għandu jkun projbit, ħlief it-tkarkir bl-impuls elettriku .

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

1.   Meta l-konservazzjoni ta' ċerti speċijiet jew żoni tas-sajd tkun mhedda serjament, inkluż fejn tinsab konġestjoni kbira ta' frieħ tal-ħut, u fejn kwalunkwe dewmien jirriżulta fi ħsara li diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li miżuri bħal dawn ma jiddiskriminawx kontra bastimenti tas-sajd minn Stati Membri oħra.

1.   Meta l-konservazzjoni ta' ċerti speċijiet jew żoni tas-sajd tkun mhedda serjament, inkluż fejn tinsab konġestjoni kbira ta' frieħ tal-ħut, u fejn kwalunkwe dewmien jirriżulta fi ħsara li diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li miżuri bħal dawn ma jiddiskriminawx kontra bastimenti tas-sajd minn Stati Membri oħra. Qabel ma jiġu implimentati miżuri bħal dawn, għandhom jiġu kkonsultati il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali xierqa u l-Kummissjoni.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

2.   Meta kwalunkwe dewmien fit-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura tirriżulta fi ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji, fir-rigward ta' l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu skond l-Artikolu 16.

2.   Meta kwalunkwe dewmien fit-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura ikun jirriżulta fi ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, il-Kummissjoni fuq inizjattiva proprja jew fuq talba sostanzjata ta' Stat Membru tista' tieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji, fir-rigward tal-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. Qabel ma jittieħdu miżuri bħal dawn, għandhom jiġu kkonsultati l-Kummissjoni u l-Kunsilli Konsultattiv Reġjonali xieraq.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 21 a (ġdid)

 

Artikolu 21a

Regolamentazzjoni ġejjienija

Ir-regoli li jmexxu r-regolamentazzjoni tal-elementi li ġejjin tal-miżuri tekniċi għandhom ikunu adottati permezz ta' regolament tal-Kunsill:

(a)

il-perċentwali minimi u massimi tal-ispeċijiet fil-mira fost ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin miżmuma abbord;

(b)

l-iskali ta' daqsijiet tal-malji ammissibbli għal kull speċi fil-mira;

(c)

dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura u t-titjib tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd;

(d)

miżuri dwar ir-restrizzjoni tal-attivitajiet ta' sajd f'perjodi speċifiċi u/jew zoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi tal-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli sabiex jiġu mħarsa l-għamajjar tal-baħar f'dawk iż-zoni.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:

Miżuri tekniċi oħrajn biex jiġi implimentat dan ir-Regolament sabiex jiġu mħarsa l-għamajjar tal-baħar jew ir-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(a)

il-perċentwali minimi u massimi ta' l-ispeċijiet fil-mira fost ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin miżmuma abbord;

(b)

l-iskali ta' daqsijiet tal-malji għal kull speċi fil-mira;

(c)

dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura u t-titjib tas-selettività ta' l-irkaptu tas-sajd;

(d)

miżuri dwar ir-restrizzjoni ta' l-attivitajiet ta' sajd f'perjodi speċifiċi u/jew żoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi ta' l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli sabiex jiġu mħarsa l-ħabitats tal-baħar f'dawk iż-żoni;

(e)

miżuri tekniċi oħra għall-protezzjoni tal-ħabitats tal-baħar jew ir-riżorsi tas-sajd.

 

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jipprevedi perjodu għall-aġġustament tal-flotot u għall-adozzjoni ta' regoli supplementari.


(1)   Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/260


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Aċċess għas-suq internazzjonali tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***II

P6_TA(2009)0275

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (11786/1/2008 – C6-0016/2009 – 2007/0097(COD))

2010/C 184 E/62

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11786/1/2008 – C6-0016/2009) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0264),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0215/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 62 E tas-17.3.2009, p. 25.

(2)  Testi adottati, 5.6.2008, P6_TA(2008)0249.


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2007)0097

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/261


Il-Ħamis, tat-23 ta' April 2009
Kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***II

P6_TA(2009)0276

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (11783/1/2008 – C6-0015/2009 – 2007/0098(COD))

2010/C 184 E/63

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11783/1/2008 – C6-0015/2009) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0263),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0210/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 62E, 17.3.2009, p. 1.

(2)  Testi adottati, 21.5.2008, P6_TA(2008)0217.


Il-Ħamis, fit-23 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2007)0098

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/262


Il-Ħamis, tat-23 ta' April 2009
Aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) ***II

P6_TA(2009)0277

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) (11788/1/2008 – C6-0014/2009 – 2007/0099(COD))

2010/C 184 E/64

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11788/1/2008 – C6-0014/2009) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0265),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0211/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 62 E, 17.3.2009, p. 46.

(2)  Testi adottati, 21.5.2008, P6_TA(2008)0218.


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2007)0099

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport stradali tal-merkanzija (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/263


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0278

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0780 – C6-0413/2008 – 2008/0223(COD))

2010/C 184 E/65

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0780),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0413/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta' Frar 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0254/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
P6_TC1-COD(2008)0223

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (4) ġiet emendata (5). Billi għandhom isiru aktar emendi sostantivi, id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-riżorsi naturali, skont l-użu prudenti u razzjonali msemmi fl-Artikolu 174 tat-Trattat, jinkludu prodotti taż-żejt, gass naturali u karburanti solidi, li huma sorsi essenzjali ta' enerġija però huma wkoll is-sorsi ewlenin ta' ħruġ ta' dijossidu tal-karbonju.

(3)

Ladarba l-bini jammonta għal 40 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fis-settur tal-bini jikkostitwixxu parti importanti mill-miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija tal-UE u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Flimkien ma' żieda fl-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu, il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-UE jippermetti lill-UE li tkun konformi mal-Protokoll ta' Kjoto tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, (UNFCCC) , u mal-impenn tagħha għall-futur imbiegħed sabiex iż-żieda tat-temperatura dinjija ma tkunx ogħla minn 2 °C, u l-impenn tagħha sabiex sal-2020 l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra jitnaqqsu b'tal-anqas 20 % taħt il-livelli tal-1990, u bi 30 % fil-każ ta' ftehim internazzjonali. . It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u ż-żieda fl-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu għandhom ukoll sehem importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta' opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, b'mod partikolari f'żoni rurali.

(4)

L-amministrazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija għodda importanti sabiex il-Komunità tkun tista' tinfluwenza s-suq globali tal-enerġija u b' hekk is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq tul ta' żmien medju u twil.

(5)

Il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007 saħaq dwar il-ħtieġa li titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija fil-Komunità sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis b' 20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Komunità sal-2020 u sejjaħ għal implimentazzjoni bir-reqqa u rapida tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata“Pjan ta” Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal' [titlu mhux uffiċjali]. Dan il-Pjan ta' Azzjoni identifika l-potenzjal sinifikanti għal iffrankar tal-enerġija bi spiża effettiva fis-settur tal-bini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2008, talab it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/91/KE, u talab bosta drabi, l-aħħar darba fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar it-Tieni Reviżjoni tal-Enerġija Strateġika (6), li l-mira ta' żieda tal-effiċjenza tal-enerġija b'20 % sal-2020 issir vinkolanti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex jilħqu l-impenji ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2020 (7) tistabbilixxi miri li jorbtu fuq livell nazzjonali għat-tnaqqis ta' CO 2 , li għalihom l-effiċjenza tal-enerġija fis-settur tal-bini se tkun kruċjali, u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu (8) titlob li tkun promossa l-effiċjenza tal-enerġija fil-kuntest ta' mira vinkolanti dwar l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu li tammonta għal 20 % tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE sal-2020.

(6)

Il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Komunità favur l-iżvilupp fil-Komunità kollha tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu billi jħaddan mira mandatorja ta' sehem ta' 20 % ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu sal-2020. Id-Direttiva 2009/28/KE tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta' enerġiji minn sorsi li jiġġeddu. Din tenfasizza l-bżonn li jkun inkorporat fattur għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli biex tinkiseb il-prestazzjoni minima tal-enerġija skont id-Direttiva 2002/91/KE sabiex jitħaffef l-istabbiliment ta' livelli minimi għall-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini.

(7)

Is-settur residenzjali u terzjarju, li l-biċċa l-kbira tiegħu huwa binjiet , jikkostitwixxi madwar 40 % tal-konsum finali tal-enerġija fil-Komunità u qed jiżdied, tendenza li għandha twassal għal żieda fil-konsum tal-enerġija u għaldaqstant fl-emissjonijiet tal-dijossidu tal-karbonju.

(8)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar azzjonijiet konkreti sabiex jintlaħaq il-potenzjal enormi għall-iffrankar tal-enerġija fil-binjiet u jitnaqqsu d-differenzi kbar fir-riżultati tal-Istati Membri f'dan is-settur.

(9)

Miżuri oħra sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi u lokali kif ukoll l-ambjent klimatiku ta' ġewwa u l-ispiża effettiva . Dawn il-miżuri m'għandhomx jeffettwaw rekwiżiti oħra dwar bini bħall-aċċessibbiltà, is-sikurezza u l-użu maħsub ta' dak il-bini.

(10)

Il-prestazzjoni enerġetika tal-bini għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi ta' metodoloġija, komuni , b'fatturi varjabbli oġġettivi li jqisu d-differenzi klimatiċi reġjonali  u li tinkludi, flimkien mal- karatteristiċi termali, fatturi oħra li għandhom rwol dejjem aktar importanti bħas-sistemi ta' tisħin, tberrid u ventilazzjoni, l-irkupru tas-sħana, il-kontroll ta' żona partikulari , l-applikazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinovabbli, elementi ta' tisħin u tberrid passiv, dell, kwalità tal-arja ta' ġewwa, il-kejl xieraq ta' dawl naturali , u s-sistemi ta' iżolament u ta' tidwil, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll u d-diżinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija m'għandux ikun ibbażat biss fuq l-istaġun meta jkun meħtieġ it-tisħin, iżda għandu jkopri l-prestazzjoni tal-enerġija annwali tal-bini. Dik il-metodoloġija għandha tqis l-istandards Ewropej eżistenti.

(11)

L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ffissati bil-għan li jintlaħaq bilanċ bi spiża ottimali bejn l-investimenti involuti u l-ispejjeż tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini . Għandu jkun hemm provvediment għal possibilità li l- Istati Membri regolarment jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini fid-dawl tal- progress tekniku.

(12)

Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. Għalhekk, it-terminu“inċentiv” użat f'din id-Direttiva m'għandux jiġi interpretat bħala li jinkludi għajnuna mill-Istat.

(13)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta' livelli ta' spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Din il-metodoloġija għandha tkun konformi ma' dik użata fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli għar-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-prodotti, il-komponenti u s-sistemi ta' bini tekniċi li jiffurmaw il-bini. L-Istati Membri għandhom jużaw din il-metodoloġija komuni biex jadottaw ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jkunu adottaw. Ir-riżultati ta' dan il-kalkolu u d-dejta użata biex jinkisbu dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawn ir-rapporti għandhom jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa l-progress tal-Istati Membri fl-ilħiq ta' livelli bi spiża ottimali ta' rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija u tirrapporta dwar dan il-progress. ▐ L-Istati Membri għandhom japplikaw din il- metodoloġija ▐ meta jirrevedu u jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija.

(14)

Il-bini għandu impatt kbir fit-tul fuq il-konsum tal-enerġija. Minħabba ċ-ċiklu twil ta' tiġdid tal-bini eżistenti, bini ġdid , u bini eżistentili huwa suġġett għal tiġdid kbir, għandu għaldaqstant jissodisfa rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal -enerġija adattati għall- klima lokali. Peress li l-applikazzjoni ta' sistemi alternattivi ta' provvista tal-enerġija ġeneralment mhux esplorata għall-potenzjal kollu tagħha, ▐ sistemi alternattivi ta' provvista tal-enerġija għal bini ġdid u eżistenti għandhom ikunu meqjusa, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, skont il-prinċipju li qabel xejn ikun żgurat li l-ħtiġiet enerġetiċi għat-tisħin u t-tberrid jitnaqqsu għal livell minimu ottimali fir-rigward tal-ispejjeż .

(15)

Tibdil estensiv f'bini eżistenti , ikun xi jkun id-daqs tiegħu, jipprovdi opportunità sabiex jittieħdu miżuri bi spiża effettiva sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini kollu . Bl-iffissar ta' rekwiżiti għal miżuri effettivi fir-rigward tal-infiq, ikun żgurat li ma jinħolqu ebda ostakli li jistgħu jiskuraġġixxu li jitwettaq tiġdid kbir.

(16)

Hemm studji li juru li s-settur tal-kostruzzjoni jbati minn ineffiċjenza li twassal għal spejjeż għall-utent aħħari li jkunu ferm ogħla mill-ispejjeż ottimali. Il-kalkoli juru li l-ispejjeż għall-bini jistgħu jitnaqqsu bi 30-35 % permezz ta' anqas skart f'ħafna mill-proċessi ta' kostruzzjoni u għal ħafna mill-prodotti. In-nuqqas ta' effiċjenza fis-settur tal-bini huwa theddida ewlenija għall-għan u l-iskop ta' din id-Direttiva, peress li n-nefqa għolja u mhux ġustifikata għall-bini u t-tiġdid tnaqqas l-effikaċja fir-rigward tal-infiq, u għaldaqstant l-effikaċja enerġetika fis-settur. Sabiex ikun iggarantit li din id-Direttiva taħdem sew, il-Kummissjoni għandha tevalwa t-tħaddim tas-suq tal-kostruzzjoni u tirrapporta l-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-ipprezzar trasparenti fil-qasam tal-kostruzzjoni u t-tiġdid, u barra minn hekk għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jitneħħew, għal parteċipanti ġodda, speċjalment għall-SMEs, ostakli għad-dħul fis-suq, u għal faċilitajiet u infrastruttura rilevanti.

(17)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-apparat domestiku u tat-tisħin u t-tberrid, it-teknoloġija tal-informazzjoni għandha tkun żviluppata u użata, bil-għan li jkun hemm “binjiet intelliġenti”.

(18)

Huma meħtieġa miżuri biex jiżdied l-għadd ta' bini li mhux biss jilħaq ir-rekwiżiti minimi kurrenti tal-prestazzjoni tal-enerġija, imma li jiżguraw tal-anqas l-ogħla livell xieraq fir-rigward ta' spejjeż ta' prestazzjoni tal-enerġija . Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' bini li ma jikkonsmawx enerġija jew ma jipproduċux emissjonijiet u jagħtu rapport dwarhom regolarment lill-Kummissjoni.

(19)

Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rappurtar tal-Istati Membri, għandu jkun possibbli li jiġu integrati r-rapporti meħtieġa minn din id-Direttiva fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija ▐ (9). Is-settur pubbliku f'kull Stat Membru għandu jkun minn ta' quddiem fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u għalhekk il-pjani nazzjonali għandhom jistabbilixxu miri aktar ambizzjużi għall-binjiet okkupati mill-awtoritajiet pubbliċi.

(20)

L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiħedu miżuri minbarra dawk stipulati f'din id-Direttiva biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika mtejba tal-binjiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu inċentivi għan-negozji, għas-sidien tad-djar u għall-inkwilini, inklużi rati mnaqqsa ta' VAT għas-servizzi ta' tiġdid tal-binjiet.

(21)

L-Istati Membri għandhom jevitaw ir-regolazzjoni mgħawġa tal-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi li ma tagħtix inċentivi biex tiġi ffrankata l-enerġija.

(22)

Ix-xerrej u l-inkwilin prospettivi ta' bini jew partijiet minnu għandhom, permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, jingħataw informazzjoni korretta dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u pariri prattiċi dwar it-titjib tagħha. Is-sidien u l-inkwilini ta' binjiet kummerċjali għandhom ikunu obbligati wkoll li jaqsmu tagħrif dwar il-konsum reali tal-enerġija, sabiex jiżguraw li tkun disponibbli d-dejta kollha biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib meħtieġ. Iċ-ċertifikat għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt attwali tat-tisħin u tat-tberrid fuq il-ħtiġijiet enerġetiċi tal-bini, dwar il-konsum tal-enerġija primarja u dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. Is-sidien tal-bini għandu jkollhom l-opportunità li jitolbu ċ-ċertifikazzjoni jew ċertifikat aġġornat f'kull ħin, mhux biss meta l-bini jinkera, jinbiegħ jew jiġi rinnovat.

(23)

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu eżempju u għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom miżuri li jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi biex jadottaw kmieni t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. Fl-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

(24)

B'konformità mar-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni ta' miters intelliġenti stipulati fid-Direttiva 2006/32/KE, is-sidien u l-inkwilini għandhom jingħataw tagħrif eżatt dak il-ħin stess dwar il-konsum tal-enerġija fil-binjiet li huma jkunu jokkupaw.

(25)

Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u bini li spiss jintuża mill-pubbliku  għandu jkun ta' eżempju billi juru li qed jittieħdu konsiderazzjonijiet ambjentali u ta' enerġija u għaldaqstant dan il-bini għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni tal-enerġija fuq bażi regolari. It-tixrid lill-pubbliku tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun imtejjeb billi jkunu murija b'mod ċar dawn iċ-ċertifikati. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jinkludu l-użu tal-enerġija bħala parti mir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija, għandha tkun possibbli strateġija bbażata fuq is-sit li biha numru ta' binjiet fl-istess inħawi u okkupati mill-istess organizzazzjoni jagħmlu użu mill-istess miters tal-enerġija.

(26)

L-iżgurar tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa minn Stati Membri oħra probabilment se jkun importanti għall-iżvilupp tas-suq transkonfinali tas-servizzi finanzjarji u oħrajn li jappoġġjaw l-effiċjenza tal-enerġija. Biex dan ikun iffaċilitat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards minimi komuni għall-kontenut u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, u għall-akkreditazzjoni tal-esperti. Kull ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun disponibbli sew bil-lingwa tas-sid kif ukoll tal-inkwilin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet jinftiehmu malajr.

(27)

L-aħħar snin raw żieda fin-numru ta' sistemi tal-arja kondizzjonata fil-pajjiżi tal-Ewropa. Dan iwassal għal problemi konsiderevoli fil-ħinijiet l-aktar intensivi, li jżidu l-prezz tal-elettriku u jiddisturbaw il-bilanċ tal-enerġija fl-Istati Membri kollha . Għandha tingħata prijorità lil strateġiji li jtejbu l-prestazzjoni termika tal-bini matul x-xhur tas-sajf. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm aktar żvilupp ta' metodi ta' tberrid passiv, l-aktar dawk li jtejbu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u l-mikroklima ta' madwar il-binjiet .

(28)

Spezzjoni regolari ta' sistemi tal-arja kondizzjonata minn persuni kkwalifikati tikkontribwixxi sabiex jinżamm l-aġġustament korrett skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b'dan il-mod tinżamm prestazzjoni ottimali minn perspettiva ambjentali, ta' sigurtà u ta' enerġija. Għandu jkun hemm stima indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja b'intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b'mod partikolari qabel ma jiġu sostitwiti jew aġġornati. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq is-sidien u l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ċertifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-enerġija tinkludi spezzjoni tas-sistemi tal-arja kondizzjonata; u li, kemm jista' jkun, l-ispezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu fl-istess żmien.

(29)

Approċċ komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u għall-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja , magħmula minn esperti kkwalifikati u akkreditati, li l-indipendenza tagħhom għandha tkun iggarantita fuq il-bażi ta' kriterji objettivi, se jikkontribwixxi għal livell ekwu fejn jidħlu l-isforzi fl-Istati Membri sabiex ma jkunx hemm ħela ta' enerġija fil-qasam tal-bini u se jintroduċi trasparenza għas-sidien u l-utenti prospettivi fejn għandha x'taqsam il-prestazzjoni tal-enerġija fis-suq tal- proprjetà fil-Komunità. Sabiex tkun garantita l-kwalità taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u tal-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja madwar il-Komunità, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kontroll indipendenti f'kull Stat Membru.

(30)

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' din id-Direttiva. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar kull aspett tal-implimentazzjoni tagħha kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell reġjonali. Min jippjana lokalment u l-ispetturi tal-bini għandhom jirċievu gwida adegwata u riżorsi biex iwettqu x-xogħol meħtieġ.

(31)

Sakemm l-aċċess għall-professjoni ta' installatur jew l-eżerċizzju tagħha jkunu regolati, il-prekondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali huma stabbiliti fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali  (10) . Għalhekk din id-Direttiva tapplika bla ħsara għad-Direttiva 2005/36/KE. Filwaqt li d-Direttiva 2005/36/KE tistabbilixxi rekwiżiti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, inkluż għall-periti, hemm ħtieġa oħra li jkun żgurat li l-periti u min jippjana jikkunsidraw b'mod xieraq it-teknoloġiji b'livell għoli ta' effiċjenza fil-pjanti u d-diżinni tagħhom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu gwida ċara. Dan għandu jsir bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE u b'mod partikulari l-Artikoli 46 u 49 tagħha.

(32)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implimentazzjoni ta' poteri mogħtija lill-Kummissjoni (11).

(33)

B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta ċerti partijiet mill-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I għall-progress tekniku, tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta' livelli ta' spiża ottimali ta' rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u tistabbilixxi definizzjoni ta' bini li ma jikkonsmax enerġija jew li ma jipproduċix emissjonijiet meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-temp reġjonali normali u t-tibdil imbassar f'dawn il-kundizzjonijiet tat-temp matul iż-żmien . Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(34)

Ġaladarba l-applikazzjonijiet intelliġenti tad-tidwil bħalissa jikkostitwixxu madwar 14 % tal-enerġija użata fl-UE, u ladarba s-sistemi tat-tidwil moderni tal-iprem kwalità jistgħu jiffrankaw iżjed minn 80 % ta' enerġija filwaqt li jżommu l-kundizzjonijiet tad-dawl f'konformità mal-istandards Ewropej, u dan huwa kontribut li għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed biex l-Unjoni Ewropea tilħaq l-objettivi tal-UE għall-2020, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa favur l-adozzjoni ta' Direttiva dwar id-Diżinn tat-Tidwil sabiex tikkumplimenta l-miżuri u l-objettivi stipulati f'din id-Direttiva. Effiċjenza ikbar fl-enerġija li tirriżulta minn diżinn aħjar tat-tidwil u mill-użu effiċjenti tar-riżorsi tad-dawl b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/…KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'…(li tistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' eko-disinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid))  (12) hija meqjusa bħala kontribut sinifikanti għal prestazzjoni enerġetika aħjar fil-bini.

(35)

Billi l-għanijiet għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini, u minħabba n-nuqqas ta' ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b'mod xieraq l-isfidi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u jistgħu, fid-dawl tal-medda u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà speċifikati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(36)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti.

(37)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness VI,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tippromwovi t-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tal-klima ta' barra u kundizzjonijiet lokali, kif ukoll rekwiżiti tal-klima ta' ġewwa u livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija .

Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti kif ġejjin dwar:

(a)

▐ metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija integrata tal-bini u partijiet minnu , tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi ta' bini ;

(b)

l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini ġdid u partijiet minnu;

(c)

l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini eżistenti li ▐ li huma suġġetti għal tibdil kbir u tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini kull meta dawn ikunu mibdula jew aġġornati ;

(d)

pjanijiet u objettivi nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' binijiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet ;

(e)

iċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija tal-bini jew partijiet minnu;

(f)

spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata fil-bini;

(g)

sistemi ta' kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-nerġija u rapporti ta' spezzjoni;

(h)

l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għal min joħroġ iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u għall-ispetturi tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kondizzjonata;

(i)

pjanijiet nazzjonali biex jiġu eliminati l-ostakoli skont il-liġijiet dwar il-bini, il-kera u l-ħarsien tal-wirt u biex jinħolqu inċentivi nazzjonali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(1)

“bini /binja ” tfisser kostruzzjoni msaqqfa li għandha l-ħitan, li għaliha tintuża l-enerġija sabiex tkun kundizzjonata l-arja ta' ġewwa;

(2)

“bini ġdid” tfisser bini li għalih inkisbet l-awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni rilevanti wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

(3)

“partijiet minn bini” tfisser appartamenti jew unitajiet iddiżinjati għal użu separat fil-blokki tal-bini;

(4)

“bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet” tfisser bini fejn, minħabba l-livell għoli ħafna ta' effiċjenza enerġetika ta-bini, il-konsum enerġetiku ewlieni annwali u globali huwa daqs il-produzzjoni ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fil-post, jew anqas minnha;

(5)

“sistema teknika tal-bini” tfisser tagħmir tekniku għat-tisħin, it-tberrid, il-ventilazzjoni, il-misħun, it-tidwil u l-produzzjoni tal-elettriku , il-kejl, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, jew tagħqida ta' dawn;

(6)

“prestazzjoni tal-enerġija ta” bini' tfisser l-ammont ta' enerġija kkalkulat jew imkejjel meħtieġ biex jilħaq id-domanda ewlenija tal-enerġija assoċjata mal-bżonnijiet differenti tal-bini, imfissra f'kWh/m 2 fis-sena, u li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, l-enerġija użata għat-tisħin, il-misħun, it-tberrid, il-ventilazzjoni , u t-tidwil fiss, filwaqt li jitqiesu l-gwadanni passivi mix-xemx, is-sistemi li jagħtu d-dell u d-dawl naturali;

(7)

“enerġija primarja”: tfisser enerġija minn sorsi li jiġġeddu u minn sorsi li ma jiġġeddux li ma għaddiet mill-ebda proċess ta' konverżjoni jew trasformazzjoni;

(8)

“enerġija minn sorsi li jiġġeddu” tfisser l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu mhux fossili: enerġija mir-riħ, mix-xemx, ġeotermika, aerotermika, idrotermika u mill-oċeani, idroelettrika, mill-bijomassa, mill-gass tal-landfills, mill-gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u mill-bijogassijiet;

(9)

“involukru tal-binja” tfisser elementi integrati ta' binja li jifirdu l-ġewwieni tagħha mill-ambjent ta' barra ▐;

(10)

“komponent tal-bini” tfisser parti individwali ta' bini li jaffettwa l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u li ma tkunx koperta minn sistema teknika ta' bini, inklużi t-twieqi, is-sistemi ta' dell, il-bibien esterni, il-ħitan, il-pedament, iċ-ċangatura tal-kantina, is-saqaf, il-bejt, u s-sistemi ta' iżolament;

11)

“tibdil/tiġdid kbir”: tfisser it-tibdil f'bini meta

(a)

l-ispiża totali għat-tibdil marbuta mal-involukru tal-binja jew is-sistemi tekniċi tal-bini tkun ogħla minn 20  % tal-valur tal-binja, f'liema każ il-valur għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż attwali tal-kostruzzjoni fl-Istat Membru konċernat, eskluż il-valur tal-art li fuqha qiegħda l-binja, jew

(b)

aktar minn 25 % tas-superfiċje tal-involukru tal-bini , li jkollha effett dirett fuq il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, tgħaddi minn tibdil;

(12)

“standard Ewropew”: tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew dwar l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;

(13)

“ċertifikat dwar il-prestazzjoni tal-enerġija ” tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew persuna ġuridika magħżula minnu, li tindika l-prestazzjoni -tal-enerġija ta' bini jew partijiet minnu kkalkulata skont metodoloġija bbażata fuq qafas ġenerali speċifikat fl-Anness adottata skont l-Artikolu 3;

(14)

“koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta' enerġija termali u enerġija elettrika u/jew mekkanika;

(15)

“livell ta” spiża ottimali' tfisser il-livell fejn l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż ikkalkulata tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' bini, jkun pożittiv li huwa determinat billi jitqiesu tal-anqas il-valur nett attwali tal-ispejjeż tal-investiment u tal-operat (inklużi l-ispejjeż tal-enerġija), tal-manutenzjoni, qligħ mill-enerġija prodotta, ▐ u spejjeż tar-rimi, fejn applikabbli;

(16)

“sistema ta” arja kundizzjonata' tfisser tagħqida tal-komponenti meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta' trattament tal-arja ta' ġewwa, inkluża l-ventilazzjoni;

(17)

“bojler” tfisser l-unità li tgħaqqad bojler u unità tal-ħruq iddisinjati sabiex jittrażmettu lil likwidu s-sħana li toħroġ ħruq;

(18)

“qawwa nominali effettiva tfisser il-ħruġ massimu kalorifiku , espress f'kW speċifikat u ggarantit mill-fabbrikant li jista” jitwassal matul operazzjoni kontinwa filwaqt li jkunu konformi mal-effiċjenza utli indikata mill-fabbrikant;

(19)

“pompa tas-sħana” tfisser  magna, inġenju jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana mill-madwar naturali bħalma huma l-arja , l-ilma jew l-art lill-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi treġġa' lura l-fluss naturali tas-sħana b'mod li tgħaddi minn temperatura aktar baxxa lejn waħda ogħla . L-ammont ta' enerġija mill-ambjent maqbuda mill-pompi tas-sħana li għandha titqies enerġija li tiġġedded għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jkun dak stabbilit mid-Direttiva 2009/28/KE;

(20)

“faqar enerġetiku” tfisser sitwazzjoni fejn familja jkollha tonfoq aktar minn 10 % tad-dħul tagħha fuq il-kontijiet tal-enerġija sabiex issaħħan id-dar sa standard aċċettabbli msejjes fuq il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

(21)

“sistema ta' tidwil” tfisser il-kombinazzjoni ta' komponenti meħtieġa biex jingħata ċertu livell ta' dawl;

(22)

“sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani” tfisser id-distribuzzjoni tal-enerġija termika fil-forma ta' fwar, misħun jew likwidi mkessħa, minn sors ċentrali ta' produzzjoni permezz ta' netwerk li diversi binjiet, għat-tisħin jew it-tberrid tal-ispazji jew tal-industriji, jew għat-tisħin tal-ilma.

(23)

“diżinn tad-tidwil” tfisser skema jew stampa li tagħti fid-dettall il-konfigurazzjoni u t-tqassim ta' unitajiet tad-dwal inkluż it-tagħmir tal-kontroll relatat.

Artikolu 3

Adozzjoni ta' metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini

1.     Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, għandha tistabbilixxi, sal-31 ta' Marzu 2010, metodoloġija għal kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini skont il-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness I ║.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

2.     L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din il-metodoloġija komuni.

3.    3 Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha titfisser b'mod trasparenti u għandha tinkludi indikatur għad-domanda għall-enerġija primarja.

Artikolu 4

Iffissar tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti tal- prestazzjoni minima ta' l-enerġija għall-bini u għal komponenti u sistemi tekniċi ta' bini u partijiet minnu, jiġu ffissati  biex tal-anqas jinkisbu livelli ta' spiża ottimali u jkunu kkalkulati skont il-metodoloġija komuni msemmija fl-Artikolu 3.

Meta jiffissaw rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra interessati u jistgħu jiddifferenzjaw bejn kategoriji ta' bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta' bini.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu konformi ma' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tapplika u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u tad-tidwil ta' ġewwa u ta' barra , sabiex ikunu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata u dawl naturali mhux adegwat , kif ukoll il-kundizzjonijiet lokali u l-funzjoni ffissata u l-età tal-bini.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu rreveduti f'intervalli regolari li ma għandhomx ikunu itwal minn erba' snin u, ▐ għandhom jiġu aġġornati sabiex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jappoġġjaw il-kostruzzjoni ta' bini ġdid, rinnovazzjonijiet kbar, ir-rinnovament tas-sistemi ta' komponenti u sistemi tekniċi li jmorru lilhinn mir-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)

bini u monumenti protetti uffiċjalment bħala parti minn ambjent ikklassifikat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, sakemm il-konformità ma' rekwiżit minimu speċifiku tal-prestazzjoni tal-enerġija taltera b'mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b)

bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi;

(c)

bini temporanju għal perjodu pjanat ta' anqas minn 18-il xahar , siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b'domanda baxxa ta' enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li huma ta' użu minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar il-prestazzjoni tal-enerġija;

(d)

bini waħdu b'erja totali ta' art utli ta' anqas minn 50 m 2.

3.   Mit-30 ta' Ġunju 2012 l-Istati Membri għandhom jagħtu biss inċentivi għall-kostruzzjoni jew it-tibdil kbir ta' bini jew partijiet minnu , inklużi l-komponenti tal-bini, li r-riżultati tagħhom jikkonformaw tal-anqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jilħqu r-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2).

4.   ▐ L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 ║ u għandhom jiżguraw illi dawn ir-rekwiżiti jiksbu tal-anqas ir-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2) sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015 .

5.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu sussidji u pariri tekniċi għal bini jew ċentri storiċi biex dawn jidħlu għal programmi speċifiċi ta' adattament għall-effiċjenza tal-enerġija.

6.     Is-sistemi għall-produzzjoni ta' enerġija u l-miżuri ta' iżolament f'ċentri storiċi għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ta' impatt viżiv.

Artikolu 5

Il-kalkolu tal-livelli tal-ispiża ottimali tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija

1.   Il-Kummissjoni , wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Anness IV, għandha tistabbilixxi sal-31 ta' Marzu 2010 metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ta' spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini jew partijiet minnu. Din il-metodoloġija komuni tista' tirreferi għal standards Ewropej rilevanti u għandha :

tiddifferenzja bejn bini ġdid u eżistenti u bejn kategoriji differenti ta' bini,

tirrifletti l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti fl-Istati Membri differenti u l-bidla probabbli f'dawn il-kundizzjonijiet matul ħajjet il-bini konċernat, u

tistabbilixxi suppożizzjonijiet jew metodi ta' kalkolu komuni għall-ispejjeż tal-enerġija .

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-metodoloġija komuni kull ħames snin.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2) .

2.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli ta' spiża effettiva tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija billi jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kundizzjonijiet klimatiċi ▐.

L-Istati Membri g ħandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-dejta mdaħħla u s-suppożizzjonijiet kollha użati għal dawk il-kalkoli u r-riżultati kollha ta' dawk il -kalkoli. Ir-rapport għandu jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE. L-Istati Membri għandhom iressqu dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu .

Artikolu 6

Bini ġdid

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li bini ġdid jilħaq il-prestazzjoni minima tal- stipulati skont l-Artikolu 4 u f'konformita' mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 .

Għal bini ġdid l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta' sistemi alternattivi  ta' effiċjenza għolja . Dawn is-sistemi alternattivi jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal :

(a)

sistemi ta' provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli ;

(b)

koġenerazzjoni;

(c)

tisħin jew tberrid ta' distrett jew ta' blokk , jekk ikun disponibbli b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli ;

(d)

pompi tas-sħana;

(e)

tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.

Artikolu 7

Bini eżistenti

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn tibdil kbir jew il-komponenti tal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini jew partijiet minnhom jiġu aġġornati jew sostitwiti , il-prestazzjoni tal-enerġija tkun aġġornata sabiex tilħaq  tal-anqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija sa fejn dan hu teknikament , funzjonalment u ekonomikament vijabbli. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dawn il- prestazzjonijiet minimi tal–enerġija skont l-Artikolu 4 u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9 . Ir-rekwiżiti għandhom ikunu ffissati kemm għas-sistemi rinnovati kif ukoll għall-komponenti tal-bini kull meta jiġu aġġornati jew sostitwiti, u għall-bini rinnovat kollu f'każ ta' rinnovament kbir .

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, fir-rigward ta' bini li qed isirlu rinnovazzjoni kbira, is-sistemi alternattivi b'effiċjenza għolja li ġejjin u li qed jitqiesu:

(a)

sistemi ta' provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi li jiġġeddu;

(b)

koġenerazzjoni;

(c)

sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta' blokk, jekk ikunu disponibbli, b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli;

(d)

pompi tas-sħana;

(e)

tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.

Artikolu 8

Sistemi tekniċi tal-bini u komponenti tal-bini

1.   L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija fir-rigward tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini li huma installati u li jitħaddmu fil-binjiet u li mhumiex koperti mid-Direttiva 2009/…KE [li tistabbilixxi qafas għall-ħolqien ta' rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-prodotti marbuta mal-enerġija] u mill-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha . Għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti għal tagħmir operattiv, sistemi tekniċi tal-bini u komponenti tal-bini u partijiet minnu u għandhom ikunu applikati sakemm ikunu teknikament u funzjonalment fattibbli .

Dawn ir-rekwiżiti għandhom, partikolarment, ikopru l-komponenti li ġejjin:

(a)

bojlers , ġeneraturi oħra tas-sħana jew sistemi ta' skambju ta' sħana ta' sistemi ta' tisħin , inklużi sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta' blokk ;

(b)

saħħana tal-ilma f'sistemi tal-misħun;

(c)

unita' ċentrali tal-ikkundizzjonar tal-arja jew ġeneratur tal-kesħa f'sistemi tal-ikkundizzjonar tal-arja;

(d)

tidwil installat;

(e)

komponenti tal-bini.

2.   Ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti ma' kull leġiżlazzjoni applikabbli lill-prodott(i) li jagħmlu s-sistema u l-komponenti tal-bini , u għandhom ikunu bbażati fuq stallazzjoni proprja tal-prodott(i) u r-regolazzjoni u l-kontroll xieraq tas-sistema teknika tal-bini. Fil-każ ta' sistemi tekniċi ta' bini , dawk ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li jkunu aġġustati kif xieraq meta jitħaddmu, li jintlaħaq bilanċ idrawliku xieraq ta' sistemi idrawliċi ta' tisħin bl-ilma, u li d-daqs u t-tip xierqa tal-prodott(i) intużaw għall-istallazzjoni fir-rigward tal-użu maħsub tas-sistema teknika tal-bini.

3.     B'mod konformi mal-Anness I tad-Direttiva 2009/…KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …[rigward ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku] (13). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini ġdid kollu u fil-bini li qed issirlu rinnovazzjoni kbira jiġu installati miters intelliġenti kif ukoll kull meta jinbidel miter, u għandhom jinkoraġġixxu l-installazzjoni ta' sistemi ta' kontroll attiv bħall-awtomazzjoni, u sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, meta jkun xieraq.

Artikolu 9

Bini li li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom ifasslu pjani nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta' binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini ġdid kollu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018.

L-Istati Membri jiffisaw miri għall-perċentwali minimu ta' bini li, sal-2015 u l-2020 rispettivament, għandu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet , tal-għadd totali ta' binijiet, u bħala perċentwali f'relazzjoni mal-erja totali utli tal-art.

Għandhom jiġu stabbiliti miri separati għal:

(a)

bini residenzjali ġdid u rranġat;

(b)

bini mhux residenzjali ġdid u rranġat;

(c)

bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miri separati kemm għall-bini ġdid u dak eżistenti kif imsemmija fil-punt (c) li japplikaw tal-anqas tliet snin qabel il-miri rispettivi stipulati f'dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu r-rwol ewlieni li għandu jkollhom l-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

2.   Il-pjan nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitfassal wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għandu jinkludi fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin:

(a)

miri intermedji espressi bħala perċentwal ║ tal -għadd totali ta' binijiet u ║ f'relazzjoni mal-erja totali utli tal-art għal l-2015 u l-2020 rispettivament ;

(b)

dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali rigward il-livelli minimi tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu f'bini ġdid u f'bini eżistenti li qed isirlu rinnovament kbir, kif rikjest skont id-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Direttiva;

(c)

sommarju tal-politiki kollha u informazzjoni dwar il-miżuri implimentati għall-promozzjoni ta' dawn il-binijiet;

(d)

programmi nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jappoġġjaw il-miżuri għall-promozzjoni ta' dan il-bini bħall-inċentivi fiskali, l-istrumenti finanzjarji jew it-tnaqqis tal-VAT.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011 u jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali tagħhom. Il-pjani nazzjonali u r-rapporti dwar il-progress għandhom jiġu inklużi fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

4.     Fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni ta' pjan nazzjonali minn Stat Membru msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, tista' tirrifjuta dak il-pjan, jew kull aspett minnu, fuq il-bażi li ma jirrispettax ir-rekwiżiti kollha ta' dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru konċernat għandu jipproponi emendi. Fi żmien xahar minn meta tirċievi dawk il-proposti, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-pjan emendat jew titlob aktar emendi speċifiċi. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jintlaħaq ftehim dwar il-pjan nazzjonali fi żmien ħames xhur mid-data tal-komunikazzjoni inizjali.

5.   Il-Kummissjoni, b'konformità mad-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 2, għandha tistabbilixxi definizzjoni dettaljata komuni ta' bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 .

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22 (2).

6.   Il-Kummissjoni , sat-30 ta' Ġunju 2012 u kull tliet snin wara dik id-data għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda fl-għadd ta' binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet . Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha mbagħad tiżviluppa pjan ta' azzjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri biex iżżid l-għadd ta' dawk il-binjiet.

Artikolu 10

Inċentivi Finanzjarji u Ostakli għas-Suq

1.     L-Istati Membri, sat-30 ta' Ġunju 2011, għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, inklużi miżuri proposti, sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva permezz tat-tnaqqis tal-ostakli legali u għas-suq u billi jkunu żviluppati strumenti finanzjarji u fiskali ġodda u eżistenti sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika ta' bini ġdid u eżistenti.

Dawn il-miżuri proposti għandhom ikunu suffiċjenti, effettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija, għandhom jippruvaw jinkoraġġixxu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini meta dan it-titjib kieku ma jkunx ekonomikament fattibbli u għandhom jinkludu miżuri li jappoġġjaw lil dawk il-familji f'riskju ta' faqar enerġetiku.

L-Istati Membri għandhom iqabblu l-istrumenti finanzjarji u fiskali tagħhom mal-istrumenti elenkati fl-Anness V u, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ miżuri minn dak l-Anness.

2.     L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali lill-Kummissjoni billi jinkluduhom fil-Pjanijiet ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE u għandhom jaġġornawhom kull tliet snin.

3.     Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010, u skont evalwazzjoni tal-impatt, għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa għat-tisħiħ tal-istrumenti finanzjarji Komunitarji u sabiex jintroduċu strumenti ġodda biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Dawn il-proposti għandhom iqisu l-miżuri li ġejjin:

(a)

fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali  (14) għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, żieda sinifikanti tal-ammont massimu tal-allokazzjoni tal-ERDF li tista' tintuża biex tiġi appoġġjata l-effiċjenza tal-enerġija inklużi t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-investimenti f'enerġija minn sorsi li jiġġeddu fid-djar u estensjoni tal-eleġibilità ta' dawn il-proġetti;

(b)

l-użu ta' fondi oħra tal-Komunità biex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp, il-kampanji tal-informazzjoni jew it-taħriġ relatati mal-effiċjenza tal-enerġija;

(c)

it-twaqqif ta' Fond għall-Effiċjenza Enerġetika, ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mill-baġit Komunitarju, mill-Bank Ewropew tal-Investiment u mill-Istati Membri, bħala spinta sabiex jiżdiedu l-investimenti privati u pubbliċi għal proġetti li jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, inkluża l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini jew fil-komponenti tal-bini sal-2020. Dak il-Fond għandu jkun integrat fil-programmazzjoni ta' għajnuna strutturali Komunitarja oħra. Il-kriterji għall-allokazzjoni tiegħu għandhom ikunu definiti b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni  (15) u għandu jiġi implimentat sa mhux aktar tard mill-2014;

(d)

it-tnaqqis tal-VAT għal servizzi u prodotti, inkluża l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini jew fil-komponenti tal-bini, marbuta mal-effiċjenza enerġetika.

Artikolu 11

Ċertifikat i dwar il-prestazzjoni tal-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta' ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Iċ-ċertifikazzjoni ta' prestazzjoni tal-enerġija għandu jinkludi l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u valuri ta' referenza bħal rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija sabiex ikun possibbli għas-sidien u l-okkupanti tal-bini jew ta' partijiet minnu ▐ jagħmlu stima tal-prestazzjoni tal-enerġija tiegħu  u jqabbluha faċilment ma' bini ieħor residenzjali jew mhux residenzjali . Għal bini mhux residenzjali, jekk ikun xieraq, jista' jinkludi wkoll l-enerġija annwali li fil-fatt tiġi kkonsmata, kif imsemmi fl-Anness I .

Meta bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni tiegħu, il-bejjiegħ għandu jipprovdi evalwazzjoni preċiża bil-miktub dwar il-prestazzjoni enerġetika tiegħu.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għal titjib ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini jew partijiet tiegħu.

Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikopru:

(a)

miżuri mwettqa b'rabta ma' tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini; kif ukoll

(b)

miżuri għal partijiet inidvidwali jew elementi ta' bini indipendenti minn tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini , inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini.

3.   Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti u jinkludu bħala minimu indikazzjoni ċara tal-potenzjal kkalkulat għall-iffrankar tal-enerġija tal-miżura, il-valur nett attwali u l-ispejjeż tal-investiment għall-bini jew għat-tip ta' bini speċifiċi. L-evalwazzjoni tal-effettività tan-nefqa għandha tkun ibbażata fuq sett ta' kundizzjonijiet standard, li tal-anqas għandhom jinkludu l-evalwazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija l-inċentivi finanzjarji jew fiskali u r-rati tal-imgħax għall-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jipprovdu finanzjament għax-xiri jew ir-rinnovament ta' bini jqisu l-prestazzjoni tal-enerġija indikata u r-rakkomandazzjonijiet miċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija meta jistabbilixxu l-livell u l-kundizzjonijiet tal-inċentivi finanzjarji, tal-miżuri fiskali u tas-self.

5.   Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin jista' jirċievi aktar tagħrif dettaljat fir-rigward tar-rakkomandazzjoni mogħtija fiċ-ċertifikat Barra minn hekk, għandu jkun fih tagħrif dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet , inkluża informazzjoni dwar inċentivi finanzjarji u fiskali disponibbli u possibilitajiet ta' finanzjament .

6.     L-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jqisu l-irwol ewlieni li għandu jkollhom fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġ għal bini li jużaw huma stess fil-perjodu li matulu jkun validu.

7.   Iċ-ċertifikazzjoni għall-appartamenti jew unitajiet iddisinjati għal użu separat fi blokki ta' bini tista' tkun ibbażata fuq:

(a)

ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu għall-blokki b'sistema ta' tisħin komuni, jew

(b)

l-istima tal-prestazzjoni tal-enerġija ta' dak l-appartament jew unità .

8.   Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta' familja waħda tista' tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta' bini rappresentattiv ieħor ta' disinn u daqs simili bi kwalità ta' prestazzjoni tal-enerġija simili jekk din il-korrispondenza tkun tista' tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.

9.   Il-validità taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija m'għandhiex taqbeż l-għaxar snin.

10.     Il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-30 ta' Ġunju 2010, linji gwida li jispeċifikaw l-istandards minimi tal-kontenut, il-lingwa u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplementawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

11.     Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor skont dawn il-linji gwida u m'għandux jirrestrinġi l-libertà li jingħataw servizzi finanzjarji għal raġunijiet relatati maċ-ċertifikat maħruġ f'dak l-Istat Membru.

12.     Sal-2011, fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri u f'kondultazzjoni mas-setturi relevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta sistema ta' ċertifikazzjoni volontarja u komuni tal-Unjoni Ewropea għall-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini mhux residenzjali.

Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi ġodda mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22 (2).

Sal-2012, l-Istati Membri għandhom jintroduċu s-sistema ta' ċertifkazzjoni volontarja tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandha tiffunzjona flimkien mal-iskema ta' ċertifikazzjoni nazzjonali.

Artikolu 12

Il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jinħareġ għall-bini jew partijiet tiegħu li huma mibnija, mibjugħa jew mikrija u għal bini li l-pubbliku jżur ta' spiss b'erja totali utilizzabbli tal-art ta' aktar minn 250 m 2 u għal bini okkupat minn awtorità pubblika.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-bini jew partijiet minnu jinbnew ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jingħata lis-sid mill-bejjiegħ jew mill-espert indipendenti li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat u li hu msemmi fl-Artikolu 17 ║.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta bini jew partijiet minnu jiġu offruti għall-kera, l-indikatur numeriku tal-prestazzjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jitniżżell f'kull riklam għall-lix-xerrej prospettiv.

Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jingħata mill-bejjiegħ lix-xerrej sa mhux aktar tard mill-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ għal bejgħ ta' bini jew partijiet minnu.

4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta bini jew partijiet minnu jiġu offruti għall-kera, l-indikatur numeriku tal-prestazjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jitniżżell f'kull riklam għall-kera tal-bini jew ta' partijiet minnu, u li ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jintwera lill-okkupant prospettiv.

Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jingħata mill-bejjiegħ lix-xerrej sa mhux aktar tard mill-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-kera.

5.     Is-sid tal-bini jista' f'kull ħin jitlob espert akkreditat biex jipproduċi, jikkalkulaw mill-ġdid u jaġġorna ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, irrispettivament minn jekk il-bini hux qed jinbena, qed jiġi rranġat, qed jinkera jew huwiex għall-bejgħ.

6.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-kategoriji ta' bini msemmija fl-Artikolu 4(2) mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Il-wiri taċ-ċertifikati dwar il-prestazzjoni tal-enerġija

1.   ▐ L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li meta ▐ ta' bini jkunu okkupati minn awtoritajiet pubbliċi jew meta bini b'erja totali utli tal-art ta' aktar minn 250m 2 jintuża ta' spiss mill-pubbliku, jitpoġġa f'post prominenti ċarament viżibbli għal pubbliku ċ- ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.

Artikolu 14

Spezzjoni tas-sistemi ta' tisħin

1.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-miżuri neċessarji sabiex tkun stabbilita spezzjoni regolari ta' sistemi ta' tisħin  b'bojlers li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew solidu li ma jiġġeddidx ta' qawwa nominali effettiva ta' aktar minn 20 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-bojler u d-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta tkun fis-seħħ sistema elettronika ta' monitoraġġ u ta' kontroll.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rati tal-ispezzjoni differenti skont it-tip u l-qawwa effettiva nominali ▐ tas-sistema tat-tisħin. Meta jkunu qed jistipulaw dawk ir-rati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista' jirriżulta mill-ispezzjoni.

3.   Sistemi ta' tisħin b'bojlers ta' ħruġ effettiv ta' aktar minn 100 kW għandhom ikunu spezzjonati minn tal-anqas kull sentejn.

Għal bojlers tal-gass, dan il-perjodu jista' jkun estiż sa erba' snin.

4.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta' pariri lill-utenti dwar il-bdil ta' bojlers, modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tat-tisħin u dwar soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u d-daqs xieraq tal-bojler. L-impatt globali ta' dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jiġi minn dispożizzjonijiet speċifikati f'paragrafi 1, 2 u 3.

Meta l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ║ għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta' dawn il-miżuri ma' miżuri stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapporti jistgħu jiġu inklużi fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta' miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista', fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista' tirtira d-deroga.

Artikolu 15

Spezzjoni ta' sistemi tal-arja kundizzjonata

1.   L-Istati Membri għandhom joħolqu s-sistemi neċessarji sabiex ikun hemm spezzjoni regolari tas-sistemi tal-arja kondizzjonata u ta' ventilazzjoni, u pompi tas-sħana riversibbli bi ħruġ effettiv ta' aktar minn 5 kW . L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-arja kondizzjonata u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti għat-tberrid tal-bini. L-ispezzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni għandha tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-flussi tal-arja.

L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta jkun hemm sistema elettronika ta' monitoraġġ u kontroll li tippermetti l-monitoraġġ mill-bogħod tal-effiċjenza u s-sikurezza tas-sistemi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rati differenti għall-ispezzjonijiet skont it-tip u l-qawwa nominali effettiva tas-sistema tal-ikkundizzjonar tal-arja , tas-sistema ta' ventilazzjoni jew tal-pompi tas-sħana riversibbli . Meta jkunu qed jistipulaw dawk ir-rati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni ▐ u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista' jirriżulta mill-ispezzjoni.

3.     Meta jkunu qed jistipulaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom, sa kemm ikun fattibbli ekonomikament u teknikament, jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru bi qbil mal-ispezzjoni ta' sistemi ta' tisħin u ta' sistemi tekniċi oħra msemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva u l-ispezzjoni ta' telf kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra flworinati  (16) .

4.     B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta' pariri lill-utenti dwar il-bdil tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jew dwar modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tal-arja kondizzjonata li jistgħu jinkludu spezzjonijiet biex jistmaw l-effiċjenza u d-daqs xieraq tas-sistema tal-arja kondizzjonata. L-impatt globali ta' dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jiġi minn dispożizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2.

Meta l-Istati Membri japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta' dawk il-miżuri ma' miżuri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta' miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista', fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista' tirtira d-deroga.

Artikolu 16

Rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja

1.   Dan l-Artikolu japplika għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja.

2.   Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jinħareġ f'intervalli regolari għal kull sistema spezzjonata. Ir-rapport ta' spezzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

tqabbil tal-prestazzjoni tal-enerġija tas-sistema spezzjonata ma' dik ta'

(i)

l-aħjar sistema fattibbli disponibbli; u

(ii)

sistema ta' tip simili li għaliha l-komponenti rilevanti kollha jilħqu l-livell tal-prestazzjoni tal-enerġija meħtieġ mil-leġiżlazzjoni applikabbli;

(b)

rakkomandazzjonijiet għat-titjib bi spiża effettiva tal-prestazzjoni tal-enerġija tas-sistema tal-bini jew ta' partijiet minnu.

Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) għandhom ikunu speċifiċi għas-sistema u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti fir-rigward tal-effettività fl-ispiża tagħhom. L-evalwazzjoni tal-effettività tal-ispiża għandha tkun ibbażata fuq sett ta' kundizzjonijiet standard, bħal fuq il-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija u r-rati tal-imgħax għall-investimenti.

3.   Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jingħata mill-ispettur lis-sid jew lill-okkupant tal-bini.

Artikolu 17

Esperti indipendenti

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu b'mod indipendenti minn esperti kkwalifikati u akkreditati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.

L-esperti għandhom jiġu akkreditati billi jitqiesu l-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-akkreditazzjoni nazzjonali.

3.     Sal-2011 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida inklużi rakkomandazzjonijiet għall-istandards minimi għat-taħriġ regolari tal-esperti.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

4.     L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku informazzjoni dwar it-taħriġ u l-akkreditazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll joħolqu u jagħmlu disponibbli reġistru ta' esperti kwalifikati u akkreditati.

Artikolu 18

Sistemi ta' kontroll indipendenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistema ta' kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja huwa stabbilit skont l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' infurzar diviżi għall-organizzazzjonijiet li għandhom ir-responsabilità għall-infurzar taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u jirrappurtaw dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll indipendenti, sakemm jiżguraw li s-sistemi ta' kontroll indipendenti huma implimentati f'konformità mal-Anness II.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu reġistrati jew magħmula disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom ir-responsabbiltajiet għas-sistemi ta' kontroll indipendenti mill-awtoritajiet.

Artikolu 19

Reviżjoni

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 22, għandha tevalwa din id-Direttiva u tqis reviżjoni sal-2015, fid-dawl ta' esperjenza miksuba u tal-progress li sar matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun hemm il-bżonn, tagħmel proposti fir-rigward ta' , fost l-oħrajn:

(a)

metodoloġiji biex tiġi kklassifikata l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fuq il-bażi tal-użu tal-enerġija primarja u l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju;

(b)

inċentivi ġenerali għal aktar miżuri ta' effiċjenza ta' enerġija fil-bini;

(c)

il-ħolqien ta' rekwiżit fil-Komunità kollha sabiex il-bini eżistenti jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet.

Artikolu 20

Informazzjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jinfurmaw lis-sidien u l-okkupanti tal-binjiet jew partijiet minnhomdwar il-metodi differenti u l-prattiċi li jservu sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija.

2 .   L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien u lill-inkwilini tal-bini dwar iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni, l-iskop u l-għanijiet tagħhom, modi ta' spiża effettivi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u dwar konsegwenzi għaż-żmien mezzan u ż-żmien fit-tul jekk ma tittieħed ebda azzjoni u dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Il-kampanji ta' informazzjoni għandu jkollhom l-għan li jinkoraġġixxu lis-sidien u lill-inkwilini biex jissodisfaw tal-anqas ir-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikoli 4 u 9.

Fuq talba ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal- paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f'programmi tal-Komunità.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-iżvilupp ta' programmi li jipprovdu informazzjoni u taħriġ kif ukoll li jżidu l-għarfien.

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li gwida u taħriġ adattati jkunu disponibbli għal dawk responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva permezz tal-ippjanar u l-infurzar tal-istandards tal-bini. B'mod partikolari din il-gwida u dan it-taħriġ għandhom isaħħu l-importanza tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija u għandhom jippermettu l-konsiderazzjoni tal-kombinazzjoni ottimali tat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u l-użu ta' sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani fl-ippjanar, it-tfassil, il-bini u t-tibdil u t-tiġdid ta' żoni industrijali jew residenzjali.

5.     Is-sidien u l-inkwilini tal-bini kummerċjali għandhom ikunu obbligati jaqsmu l-informazzjoni dwar il-konsum enerġetiku proprju.

6.     L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar:

(a)

l-iskemi ta'appoġġ f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini;

(b)

il-parti mill-enerġija li ġejja minn sorsi li jiġġeddu użata fis-settur tal-bini f'livell nazzjonali u reġjonali, inkluża informazzjoni speċifika dwar jekk l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu hix ġejja minn tagħmir li jkun fis-sit, sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani jew koġenerazzjoni.

Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

7.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarrġu aktar installaturi u biex jiżguraw taħriġ f'livell ogħla ta' kompetenza għall-installazzjoni u l-integrazzjoni tat-teknoloġija rinnovabbli u enerġetikament effiċjenti meħtieġa, sabiex jippermettulhom iwettqu l-irwol ewlieni li għandhom fl-appoġġ tat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tal-bini.

8.     Sa l-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi websajt, li għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-aħħar verżjoni ta' kull Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE;

(b)

dettalji tal-miżuri attwalment fis-seħħ fil-livell tal-Komunità għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, fosthom kull strument finanzjarju/fiskali applikabbli, l-applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;

(c)

dettalji tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u tal-miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali attwalment fis-seħħ f'kull Stat Membru għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, inklużi kull strument finanzjarju jew fiskali applikabbli, kull applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;

(d)

eżempji tal-aqwa prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fit-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun f'forma aċċessibbli faċilment u li tinftiehem mill-inkwilini, sidien u negozji ordinarji mill-Istati Membri kollha, kif ukoll mill-awtoritajiet kollha lokali, reġjonali u nazzjonali. Għandha tkun f'forma li tgħin lil dawn l-individwi u l-organizzazzjonijiet jistmaw faċilment l-appoġġ disponibbli għalihom biex itejbu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u biex iqabblu l-miżuri tal-appoġġ bejn l-Istati Membri.

Artikolu 21

Adattament tal-Anness I għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-punti 3 u 4 tal-Anness I għall-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati bi skrutinju skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22 (2).

Artikolu 22

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-disposizzjonijet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza tal-effikaċja tar-regoli dwar il-pieni fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċmebru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' l-Artikoli 2 sa 18, 20 u 23 tal-Annessi I u II tad-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri g ħandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11 sa 13, 17, 18, 20 u 23 sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

L-Istati Membri g ħandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4 sa 8, 14 sa 16, u 18 lil bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għal bini ieħor sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva imħassra minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 25

Revoka

Id-Direttiva 2002/91/KE, kif emendata mir-Regolament indikat fl-Anness III, Parti A, hija revokata b'seħħ mill-1 ta' Frar 2012, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' ħin għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tagħha -f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 27

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tat-13 ta' Mejju 2009 (għad mhux ippubblikat fil-ĠU).

(2)  Opinjoni tal-21 ta' April 2009 (għad mhux ippubblikat fil-ĠU).

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.

(4)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(5)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(6)   Testi adottati P6_TA(2009)0038.

(7)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

(8)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(9)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(10)   ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(11)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(12)   ĠU L …

(13)   ĠU L …

(14)   ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

(15)   ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(16)   ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
ANNESS I

Qafas ġenerali għal kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ( imsemmi fl-Artikolu 3)

1.

Il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini għandha tiġi ddetrminata fuq il-bażi tal-enerġija primarja annwali kkalukulata jew attwali li tiġi kkunsmata sabiex tilħaq il-ħtiġijiet differenti assoċjati mal-użu tradizzjonali tagħha, u għandha tirrifletti l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tberrid (enerġija meħtieġa biex jiġi evitat tisħin żejjed) biex jinżammu l-kundizzjoni tat-temperatura previsti għall-bini. Il-konsum, meta jkun japplika, għandu jitqabbel mal-produzzjoni fil-post ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu.

2.

Il-prestazzjoni ta’ l-enerġija ta’ bini għandha tkun espressa b’mod trasparenti u tista’ jinkludi indikatur numeriku ▐ tal-użu tal-enerġija primarja , imfissser f kWh/m2 fis-sena .

Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha tuża l-istandards Ewropej u l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, inkluża d-Direttiva 2009/28/KE .

Meta titkejjel il-prestazzjoni tal-enerġija tal-użu tal-elettriku f’bini, il-fattur tal-konverżjoni minn enerġija finali għal dik primarja għandu jqis il-medja weighted ta’ kull sena tat-taħlita xierqa tal-fjuwil tal-elettriku.

3.

Il-metodoloġija tal-bini għandha tiġi stipulata billi jitqiesu talanqas l-aspetti li ġejjin:

(a)

il-karatteristiċi termali attwali li ġejjin tal-bini inklużi t-taqsimiet interni tiegħu

(i)

kapaċità termali;

(ii)

iżolament, kif miksub mill-materjali bl-iktar konduttività termika baxxa disponibbli ;

(iii)

tisħin passiv;

(iv)

elementi tat-tberrid; u

(v)

pontijiet termali;

(b)

installazzjonijiet tas-sħana u provvista ta’ misħun, inklużi l-karatteristiċi ta’ insulazzjoni (iżolament) tagħhom;

(c)

installazzjonijiet ta’ l-arja kondizzjonata , inklużi sistemi ta’ tberrid ;

(d)

ventilazzjoni naturali u mekkanika, li tista’ tinkludi sikkar tal-arja;

(e)

sistemi ta’ tidwil fissi karaterizzati minn diżinn ta’ tidwil li jqis il-livelli xierqa ta’ dawl għall-funzjonijiet li jiġu eżegwiti fil-livell tal-kamra, il-preżenza ta’ persuni, id-disponibilità tal-livell xieraq ta’ dawl naturali, l-adozzjoni flessibbli ta’ livelli tad-dawl li jirrispettaw id-differenzi fil-funzjonijiet u jekk l-installazzjoni hijiex għas-settur mhux residenzjali jew għal dak residenzjali;

(f)

id-disinn, pożizzjonament u orjentazzjoni tal- binja, inkluża l-klima ta’ barra;

(g)

sistemi solari passivi u protezzjoni solari;

(h)

kundizzjonijiet klimatiċi interni, inkluża l-klima intern ddisinjata;

(i)

tagħbijiet interni.

4.

L-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin għandha, fejn ikun relevanti f’dan il-kalkolu, tittieħed f’konsiderazzjoni:

(a)

kundizzjonijiet ta’ esponiment solari lokali, sistemi solari attivi u sistemi oħra ta’ tisħin u elettriku bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabli;

(b)

elettriku prodott mill-koġenerazzjoni;

(c)

sistemi ta’ tisħin u tberrid distrettwali jew ta’ blokk;

(d)

dawl naturali.

5.

Għall-għan ta’ dan il-kalkolu l-bini għandu jkun adegwatament ikklassifikat fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

djar ta’ diversi tipi għal familja waħda;

(b)

blokki ta’ appartamenti;

(c)

uffiċċji;

(d)

bini tal-edukazzjoni;

(e)

sptarijiet;

(f)

lukandi u ristoranti;

(g)

faċilitajiet sportivi;

(h)

bini fejn jingħataw servizzi bl-ingrossa u bl-imnut;

(i)

bini tal-bejgħ bl-ingrossa u l-loġistika;

(j)

tipi oħra ta’ bini li jużaw l-enerġija.

Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
ANNESS II

Sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u rapporti ta’ spezzjoni.

1.

L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lihom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta' mill-inqas 0,5 % taċ-ċertifikati kollha tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ ftit ċertifikati biss, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas ċertifikat wieħed u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta’ verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjon statistikament sinifikanti taċ-ċertifikati magħżula:

(a)

verifika tal-validità tad-dejta dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat;

(b)

il-verifika tad-dejta mdaħħla u l-verifika tar-riżultati taċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija;

(c)

verifika sħiħa tad-dejta dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat, verifika sħiħa tar-riżultati mniżżla fiċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija, u żjara fuq is-sit tal-binja sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fiċ-ċertfikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u l-bini ċċertifikat.

2.

Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames ċertifikati oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika. L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert.

3.

L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta’ mill-inqas 0,1 % tar-rapporti kollha tal-ispezzjoni maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ biss ftit rapporti ta' spezzjoni, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas rapport wieħed ta' spezzjoni u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta’ verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjoni statistikament sinifikanti tar-rapporti tal-ispezzjoni magħżula.

(a)

verifika tal-validità tad-dejta dwar is-sistema teknika tal-bini użata biex jinħareġ ir-rapport ta’ spezzjoni u r-riżultati ddikjarati fir-rapport ta’ spezzjoni;

(b)

il-verifika tad-dejta mdaħħla u l-verifika tar-riżultati tar-rapport ta’ spezzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija;

(c)

verifika sħiħa tad-dejta dwar is-sistema teknika tal-bini spezzjonata użata biex jinħareġ ir-rapport ta’ spezzjoni, verifika sħiħa tar-riżultati mniżżla fir-rapport ta’ spezzjoni inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija, u żjara fuq is-sit tal-binja sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fir-rapport ta’ spezzjoni u s-sistema teknika tal-bini spezzjonata.

4.

Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames rapporti ta' spezzjoni oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika. L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert.

Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
ANNESS III

Parti A

Id-Direttiva revokata bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65)

 

Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1 )

Punt 9.9 tal-Anness biss

Parti B

Termini ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

2002/91/KE

L-4 ta’ Jannar 2006

L-4 ta’ Jannar 2009 fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u 9

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS IV

Prinċipji għal metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjez

Meta tkun stabbilita metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha tqis tal-anqas il-prinċipji li ġejjin:

id-definizzjoni ta' binjiet ta' referenza li huma karatterizzati mill-funzjonalità u mil-lok ġeografiku tagħhom kif ukoll li huma rappreżentattivi ta' dawn, inklużi l-kundizzjonijiet klimatiċi ta' ġewwa u ta' barra. Il-binjiet ta' referenza għandhom ikopru kemm binjiet residenzjali kif ukoll mhux residenzjali, ġodda jew diġa eżistenti;

jiddefinixxu pakketti tekniċi (pereżempju l-iżolament tal-għeluq estern ta' bini jew ta' partijiet minnu jew ta' sistemi tekniċi ta' bini iktar enerġetikament effiċjenti) ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u tal-forniment tal-enerġija li għad iridu jiġu evalwati;

id-definizzjoni ta' pakketti tekniċi kompleti mfassla għal bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet;

l-evalwazzjoni tad-domanda għall-enerġija għat-tisħin u t-tberrid, tal-enerġija primarja użata u l-emissjonijiet ta' CO2 tal-binjiet ta' referenza (inklużi l-pakketti tekniċi definiti applikati);

l-evalwazzjoni tal-ispejjeż ta' investiment korrispondenti marbuta mal-enerġija, tal-ispejjeż tal-enerġija u spejjeż amministrattivi oħra tal-pakketti tekniċi applikati għall-binjiet ta' referenza u mill-perspettiva soċjali, kif ukoll mill-perspettiva tas-sid tal-proprjetà jew tal-investitur;

spejjeż reġjonali/lokali u spejjeż marbuta max-xogħol, inklużi l-materjali.

Billi jiġu kkalkulati l-ispejjeż għaċ-ċiklu ta' ħajja ta' bini fuq il-bażi tal-pakketti tekniċi ta' miżuri applikati għal bini ta' referenza u t-tqegħid ta' dawn f'relazzjoni mal-prestazzjoni enerġetika u tal-emissjonijiet tas-CO2, l-effiċjenza fil-konfront tal-ispejjeż ta' livelli differenti ta' rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni enerġetika għandha tiġi evalwata.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS V

Strumenti finanzjarji għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini

Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ strumenti finanzjarji mil-lista li ġejja:

(a)

tnaqqis fil-VAT għall-iffrankar tal-enerġija, il-prestazzjoni għolja tal-enerġija u l-prodotti u s-servizzi tal-enerġija rinnovabbli;

(b)

tnaqqis ieħor fit-taxxa fuq prodotti u servizzi li jiffrankaw l-enerġija jew bini enerġetikament effiċjenti, inkluż it-tnaqqis fiskali fuq id-dħul jew it-taxxi fuq il-proprjetà;

(c)

sussidji diretti;

(d)

skemi ta’ self sussidjati jew self b’interessi baxxi;

(e)

skemi ta' għotjiet;

(f)

skemi ta’ garanziji fuq is-self;

(g)

rekwiżiti fuq il-fornituri tal-enerġija jew ftehimiet biex joffru għajnuna finanzjarja lill-kategoriji kollha tal-konsumaturi.

Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
ANNESS VI

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 2002/91/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

l-Artikolu 2, formolazzjoni introduttiva

l-Artikolu 2, formolazzjoni introduttiva

Artikolu 2, punt 1

Artikolu 2, punt 1

-

Artikolu 2, punt 5

Artikolu 2, punt 2

Artikolu 2, punt 6 u l-Anness I

-

Artikolu 2, punti (7), (9), (11) u (12)

Artikolu 2, punt 3

Artikolu 2, punt 13

Artikolu 2, punt 4

Artikolu 2, punt 14

-

Artikolu 2, punt 15

Artikolu 2, punt 5

Artikolu 2, punt 16

Artikolu 2, punt 6

Artikolu 2, punt 17

Artikolu 2, punt 7

Artikolu 2, punt 18

Artikolu 2, punt 8

Artikolu 2, punt 19

Artikolu 3

L-Artikolu 20 u l-Anness I

Artikolu 4 ║ (1)

Artikolu 4 ║ (1)

Artikolu 4 ║ (2)

-

Artikolu 4 ║ (3)

Artikolu 4 ║ (2)

-

Artikolu 4 ║ (3)

-

Artikolu 4 ║ (4)

-

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6 ║ (1)

-

Artikolu 6, punt 2

Artikolu 6

Artikolu 7

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9

Artikolu 7, ║ 1

Artikolu 11, Artikolu 12, (1), (2), (3), (4), u (6)

Artikolu 7, ║ 2

Artikolu 11, (1) u (2).

Artikolu 7, ║ 3

Artikolu 13

-

Artikolu 12 (4), (7) u (8)

l-Artikolu 8, formolazzjoni introduttiva

l-Artikolu 14, formolazzjoni introduttiva

Artikolu 8, punt (a)

Artikolu 14, (1) u (3)

-

Artikolu 14, (2)

Artikolu 8, punt (a)

Artikolu 14, (4)

Artikolu 9

Artikolu 15, (1)

-

Artikolu 15, (2)

-

Artikolu 16

Artikolu 10

Artikolu 17

-

Artikolu 18

l-Artikolu 11, formolazzjoni introduttiva

L-Artikolu 19, formolazzjoni introduttiva

Artikolu 11, punt (a)

-

-

Artikolu 19, punt (a)

l-Artikolu 11, punt (b)

l-Artikolu 19, punt (b)

Artikolu 12

Artikolu 20

Artikolu 13

Artikolu 21

Artikolu 14, ║ 1

Artikolu 22, (1)

Artikolu 14, ║ 2

Artikolu 22, (2)

-

-

Artikolu 23

Artikolu 15, ║ 1

Artikolu 24, (1) u (2)

Artikolu 15, ║ 2

-

-

Artikolu 25

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 17

Artikolu 27

Anness

Anness I

-

Annessi II sa VI


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/292


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu ***I

P6_TA(2009)0279

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2008)0704 – C6-0397/2008 – 2008/0217(COD))

2010/C 184 E/66

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0704),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0397/2008),

wara li kkunsidra l-impenn magħmul mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-23 ta' April 2009 li tiġi adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0191/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
P6_TC1-COD(2008)0217

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji li jiggradaw il-Kreditu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/293


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli ***I

P6_TA(2009)0280

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2008)0816 – C6-0476/2008 – 2008/0246(COD))

2010/C 184 E/67

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0816),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0476/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0209/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0246

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 71(1) u 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Azzjoni mill-Komunità fil-qasam tat-trasport marittimu għandha timmira, fost l-oħrajn, li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri li hija komparabbli mal-modi l-oħra tat-trasport. Aktar minn hekk, għandhom jitqiesu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.

(2)

Ġaladarba l-passiġġier marittimu huwa l-parti l-aktar d-dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, id-drittijiet tal-passiġġieri f’dan ir-rigward għandhom jiġu mħarsa irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tagħhom fil-Komunità.

(3)

Is-suq uniku għas-servizzi tal-passiġġieri marittimi u fuq l-ilmijiet interni navigabbli għandu jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini inġenerali. Għaldaqstant il-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata minn diżabilità, età jew kwalunkwe fattur ieħor, għandhom ikollhom l-opportunitajiet li huma komparabbli ma’ dawk disponibbli għal ċittadini oħra biex jużaw is-servizzi marittimi tal-passiġġieri ║. Il-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment ħieles, għal-libertà tal-għażla u għan-nondiskriminazzjoni.

(4)

Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u sabiex il-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għal vjaġġar marittimu u fuq l-ilmijiet interni navigabbli komparabbli għal dawk taċ-ċittadini l-oħra, għandhom jiġu stabbiliti regoli għan-nondiskriminazzjoni u għall-assistenza matul il-vjaġġ tagħhom. Dawk il-persuni għandhom għalhekk jiġu aċċettati u mhux imċaħħda mit-trasport abbażi tad-diżabilità jew il-mobilità mnaqqsa tagħhom ▐. Huma għandhom igawdu d-dritt għall-assistenza fil-portijiet, u f’’punti tal--imbark/żbark fejn ma jeżistix port, kif ukoll abbord il-bastimenti tal-passiġġieri. Fl-interessi tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kkonċernati għandhom jirċievu din l-assistenza mingħajr ħlas. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu regoli tal-aċċessabilità, preferibbilment bl-użu tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

(5)

Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar id-disinn ta’ portijiet u terminali ġodda, u bħala parti minn proġetti kbar ta’ rinnovar, l-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet u t-trasportaturi li ser iħaddmuhom għandhom, ▐ iqisu il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa. Bl-istess mod, it-trasportaturi għandhom, ▐ iqisu dawn il-ħtiġijiet meta jkun qed jiddeċiedu dwar il-pjanti ta’ bastimenti tal-passiġġieri ġodda jew tar-rinnovar tagħhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta’ Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta’ sigurtà [sikurezza] għal vapuri tal-passiġġieri (4).

(6)

L-assistenza li tingħata fil-portijiet li jinsabu fit-territorju ta’ xi Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandha, fost affarijiet oħra, tagħmilha possibbli għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa biex jipproċedu minn post tal-wasla stabbilit f’port sal-bastiment tal-passiġġieri u mill-bastiment tal-passiġġieri sal-post tat-tluq stabbilit tal-port u dan jinkludi l-imbark u l-iżbark.

(7)

L-assistenza għandha tkun iffinanzjata b’mod li tifrex il-piż b’mod ekwu fuq il-passiġġieri kollha li jużaw trasportatur u li tevita diżinċentivi għall-ġarr tal-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa. Ammont imħallas minn kull passiġġieri li juża trasportatur u inkluż fil-prezz bażiku tal-biljett jidher li huma l-aktar mod effettiv ta’ finanzjament ta’ għajnuna. L-ammonti li għandhom jitħallsu għandhom jiġu adottati u applikati b’mod totalment trasparenti.

(8)

Fl-organizzar tal-għoti tal-assistenza lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa, it-taħriġ tal-persunal tagħhom, it-trasportaturi għandhom iqisu r-Rekommandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittina Internazzjonali dwar id-Diżinn u l-Operat tal-Bastimenti tal-Passiġġieri Biex Iwieġbu għall-Ħtiġijiet tal-Persuni Anzjani u b’Diżabiltà  (5).

(9)

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-imbarkazzjoni ta’ persuni b’diżabilità jew persuni b’mobilità mnaqqsa għandhom ikunu mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-imbarkazzjoni tal-passiġġieri stipulati mir-regoli internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali li jkunu fis-seħħ.

(10)

Il-passiġġieri għandhom jiġu informati b’mod adegwat fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien ta’ kwalunkwe servizz. Din l-informazzjoni għandha tgħin lill-passiġġieri biex jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa u jekk meħtieġ biex jiksbu tagħrif dwar konnessjonijiet alternattivi.

(11)

L-inkonvenjenza li jgħaddu minnha l-passiġġieri minħabba l-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil tal-vjaġġ tagħhom għandha titnaqqas. Għal dan il-għan għandu jittieħed ħsieb il-passiġġieri u għandhom ikun jistgħu jikkanċellaw il-vjaġġ tagħhom u jiġu rimborżati tal-biljetti jew tinbidlilhom ir-rotta b’kundizzjonijiet sodisfaċenti.

(12)

It-trasportaturi għandhom jipprovdu għall-ħlas ta’ kumpens lill-passiġġieri f’każ ta’ dewmien jew kanċellazzjoni ta’ servizz abbażi ta’ perċentwali tal-prezz tal-biljett, minbarra meta d-dewmien jew il-kanċellazzjoni sseħħ f’ċirkustanzi straordinarji, li ma setgħux jiġu evitati anki jekk ittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha.

(13)

It-trasportaturi għandhom jikooperaw sabiex jadottaw arranġamenti fil-livell nazzjonali jew Ewropew biex itejbu l-kura u l-assistenza offruta lill-passiġġieri kull meta l-vjaġġ tagħhom jiġi interrott, partikolarment fil-każ ta’ dewmien twil.

(14)

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (6). F’każijiet fejn tour kollox kompriż ikun kkanċellat għal raġunijiet li mhumiex il-kanċellazzjoni tas-servizz tat-trasport marittimu, dan ir-Regolament m’għandux japplika.

(15)

Il-passiġġieri għandhom jiġu informati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, biex b’hekk ikunu jistgħu jeżerċitaw dawk id-drittijiet effettivament. Id-drittijiet tal-passiġġieri marittimi u tal-ilmijiet interni navigabbli għandhom jinkludu li jirċievu informazzjoni dwar is-servizz qabel u matul il-vjaġġ. L-informazzjoni essenzjali kollha mogħtija lill-passiġġieri marittimi u tal-ilmijiet interni navigabbli għandhom ukoll jiġu pprovduti f’formati ▐ aċċessibli għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa.

(16)

L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom jaħtru entità xierqa biex twettaq ir-responsabbiltajiet tal-infurzar. Dik is-sorveljanza ma taffettwax id-drittijiet tal-passiġġieri li jfittxu rimedju legali mill-qrati skont il-liġi nazzjonali.

(17)

Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom permezz ta’ proċeduri xierqa għall-ilmenti implimentati mit-trasportaturi jew, skont il-każ, permezz tat-tressiq tal-ilmenti lill-entità ▐ maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru rilevanti.

(18)

L-ilmenti li jikkonċernaw l-assistenza mogħtija f’port jew punt ta’ imbark/żbark għandhom jiġi indirizzati lill-entità ▐ maħtura għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament mill-Istat Membru fejn jinsab il-port. L-ilmenti li jikkonċernaw l-assistenza mogħtija minn trasportatur fuq il-baħar għandhom jiġu indirizzati lill-entità ▐ maħtura għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament mill-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja tal-operat lit-trasportatur. L-entità maħtura għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament għandha jkollha l-poter u l-kapaċità li tinvestiga l-ilmenti individwali u tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet barra l-qrati.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tipproponi regoli ċari għad-drittijiet tal-passiġġieri fir-rigward ta’ responsabilità, responsabilizzazzjoni, aċċessibilità u drittijiet ta’ persuni b’diżabilità jew persuni b’mobilità mnaqqsa fil-punti tat-trasferiment tal-passiġġieri bejn it-trasport bl-art u t-trasport bil-baħar jew fuq mogħdijiet tal-ilma interni.

(20)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta’ kumpens lill-passiġġier ikkonċernat, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(21)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati livelli għoljin u ekwivalenti ta’ protezzjoni u assistenza lill-passiġġieri fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li l-aġenti ekonomiċi joperaw skont kundizzjonijiet armonizzati f’suq uniku, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-kobor jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(22)

Fil-każ ta’ inizjattiva ta’ leġiżlazzjoni Ewropea fil-ġejjieni marbuta mad-drittijiet tal-passiġġieri, ikun raġonevoli approċċ leġiżlattiv orizzontali li jkopri l-mezzi kollha tat-trasport, minħabba l-ħtieġa li tintuża kombinazzjoni ta’ trasport.

(23)

L-infurzar ta’ dan ir-Regolament għandu jkun abbażi tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (7). Dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(24)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (8) għandha tiġi infurzata strettament sabiex ikun garantit ir-rispett għall-privatezza tal-passiġġieri marittimi u tal-ilmijiet interni navigabbli, u sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni mitluba sservi biss biex taqdi l-obbligi tal-assistenza stabbiliti f’dan ir-Regolament u ma tintużax għad-dettriment tal-passiġġieri.

(25)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji magħrufa partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli fir-rigward ta’ dan li ġej:

(1)

nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport offruti mit-trasportaturi;

(2)

nondiskriminazzjoni u assistenza obbligatorja għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa;

(3)

obbligi tat-trasportaturi lejn il-passiġġieri f’każijiet ta’ kanċellazzjoni jew dewmien;

(4)

l-informazzjoni minima li għandu jingħata lill-passiġġieri;

(5)

it-trattament tal-ilmenti;

(6)

l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport kummerċjali ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar u fuq l-ilmijiet interni navigabbli, b’bastiment tal-passiġġieri , fosthom il-kruċieri, bejn jew fil-portijiet jew kwalunkwe punt ta’ imbark/żbark li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw is-servizzi koperti minn kuntratti ta’ servizz pubbliku jekk dawn il-kuntratti jiżguraw livell komparabbli ta’ drittijiet tal-passiġġieri għal dak meħtieġ minn dan ir-Regolament.

3.     L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jeskludu s-servizzi urbani u suburbani mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament jekk jagħtu assigurazzjonijiet li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu permezz ta’ miżuri regolatorji u jiggarantixxu livell ta’ drittijiet tal-passiġġier komparabbli ma’ dak mitlub minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“persuni b’diżabilità” jew “persuni b’mobilità mnaqqsa” tfisser kull persuna li l-mobilità tagħha meta jintuża t-trasport hija mnaqqsa minħabba kwalunkwe diżabilità fiżika (sensorjali jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), diżabilità jew nuqqas intellettwali jew psikosoċjali , jew kull kawża oħra ta’ diżabilità, jew b’riżultat tal-età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni adegwata kif ukoll adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħha mis-servizz li jkun disponibbli għall-passiġġieri kollha;

(b)

“kanċellazzjoni” tfisser in-nuqqas ta’ tħaddim ta’ servizz li kien skedat qabel, u li għalih kien irriżervat tal-anqas post wieħed;

(c)

“dewmien” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta l-passiġġier kien skedat li jitlaq jew jasal skont l-iskeda ppubblikata u l-ħin tal-wasla attwali jew mistenni tat-tluq tiegħu jew tagħha;

(d)

“trasportatur” tfisser persuna li kuntratt ta’ ġarr ġie konkluż minnu jew f’ismu, jew it-trasportatur li jwettaq il-ġarr irrispettivament minn jekk realment iwettaqx il-ġarr hu jew trasportatur li jwettaq it-trasport, minbarra operatur turistiku;

(e)

“servizz kummerċjali marittimu tal-passiġġieri” tfisser servizz ta’ trasport marittimu tal-passiġġieri mħaddem minn trasportatur permezz ta’ rotta skedata jew mhux skedata, offruta lill-pubbliku ġenerali għal korrispettiv ta’ valur, kemm jekk waħdu kif ukoll jekk parti minn pakkett;

(f)

“trasportatur li jwettaq il-ġarr” tfisser persuna oħra minbarra t-trasportatur u l-operatur turistiku, li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti minnu;

(g)

“port” tfisser żona ta’ art u ilma li permezz ta’ xogħlijiet u apparat li tqiegħed fiha tippermetti, prinċipalment, ir-riċeviment ta’ bastimenti, it-tagħbija u l-ħatt tagħhom, il-ħażna tal-merkanzija, ir-riċeviment u t-twassil ta’ din il-merkanzija bit-trasport lejn jew mill-intern, u l-imbark u l-iżbark tal-bastimenti tal-passiġġieri;

(h)

“il-punt tal-imbark/iżbark” tfisser żona ta’ art u ilma minbarra port, minn fejn il-passiġġieri regolarment jimbarkaw u jiżbarkaw;

(i)

“bastiment” tfisser inġenju li jbaħħar fil-baħar jew f’mogħdijiet tal-ilma interni , minbarra vetturi bl-imħadda tal-arja;

(j)

“kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt ta’ ġarr bejn trasportatur ▐ u passiġġier għall-forniment ta’ servizz wieħed jew aktar ta’ trasport , irrispettivament mill-fatt jekk il-biljett ikunx inxtara mingħand trasportatur, operatur turistiku, bejjiegħ tal-biljetti jew minn fuq l-internet ;

(k)

“biljett” tfisser dokument validu li jagħti dritt għal trasport, jew xi ħaġa ekwivalenti iżda mhix tal-karti, inkluża f’forma elettronika, maħruġa jew awtorizzata minn trasportatur jew mill-bejjiegħ awtorizzat tiegħu;

(l)

“bejjiegħ tal-biljetti” tfisser kull intmedjarju li jbigħ is- servizzi tat-trasport marittimu , inklużi servizzi mibjugħin bħala parti minn pakkett, f’isem trasportatur jew operatur turistiku ;

(m)

“operatur turistiku” tfisser organizzatur ▐, minbarra trasportatur, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(2) ▐ tad-Direttiva 90/314/KEE;

(n)

“riżervazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni, fuq il-karta jew f’forma elettronika, li tagħti d-dritt għat-trasport soġġett għal arranġamenti personalizzati ta’ trasport ikkonfermati minn qabel;

(o)

“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment li jġorr aktar minn 12-il passiġġier;

(

p)“awtorità tal-port” jew “entità tal-ġestjoni tal-port” tfisser entità li, kemm jekk flimkien ma’ attivitajiet oħra u kemm jekk le, l-għanijiet tagħha skont liġi jew regolament nazzjonali huma li tamministra u tmexxi l-infrastrutturi tal-port, u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitjiet tal-operaturi differenti preżenti fil-port jew fis-sistema tal-port. Tista’ tikkonsisti minn diversi entitajiet separati jew tkun responsabbli għal aktar minn port wieħed;

(q)

“kruċier” tfisser bastiment tal-passiġġieri attivament issupplimentat b’akkomodazzjoni u faċilitajiet oħra, li jospita għal aktar minn jum wieħed (lejl wieħed), li ma huwiex servizz regolari jew skedat tal-passiġġieri bejn żewġ portijiet jew aktar, iżda bil-passiġġieri normalment jirritornaw lura lejn il-port tal-imbark.

(r)

“formati aċċessibbli” tfisser li l-pasiġġieri kollha jkollhom aċċess għall-istess tagħrif billi jużaw formati bit-test, bil-Braille, bl-awdjo, bil-vidjo u/jew elettroniċi. Eżempji ta’ formati aċċessibbli jinkludu simboli bl-istampi (piktogrammi), tħabbir bil-leħen u sottotitolar, imma mhumiex limitati għal dawn biss u jistgħu jvarjaw skont l-iżviluppi teknoloġiċi.

(s)

“passiġġier” tfisser kwalunkwe persuna li tkun qed tivvjaġġa taħt kuntratt ta’ ġarr minbarra dawk il-persuni li jkunu qed jakkumpanjaw vetturi, karrijiet jew oġġetti li jkunu qed jinġarru bħala merkanzija jew oġġetti kummerċjali.

(t)

“wasla” tfisser il-ħin attwali meta l-bastiment ikun rabat mal-irmiġġ tal-wasla.

(u)

“tluq” tfisser il-ħin attwali meta l-bastiment ikun fi stat sigur għat-tbaħħir.

(v)

“prezz tal-biljett” tfisser il-prezz li jitħallas għat-trasport u l-akkomodazzjoni abbord. Dan jeskludi l-ispejjeż ta’ ikliet, attivitajiet oħra u kwalunkwe xiri li jsir abbord.

(w)

“Force Majeure” hija ġrajja jew ċirkustanza, li ma setgħetx tiġi evitata wkoll jekk ikunu ttieħdu l-passi kollha raġonevoli, bħal m’hi gwerra, invażjoni, att ta’ għedewwa barranin, ostilitajiet (kemm jekk tkun iddikjarata gwerra u kemm jekk le), gwerra ċivili, ribelljoni, rivoluzzjoni, insurrezzjoni, setgħa militari jew użurpata jew konfiska (militari jew illegali), attivitajiet terroristiċi, nazzjonalizzazzjoni, sanzjoni tal-gvern, imblukkar, embargo, tilwima industrijali, strajk, lockout jew interruzzjoni jew qtugħ tal-elettriku jew atti tan-natura, inkluż nar, għargħar, terremot, maltempata, urugan jew diżastri naturali oħra. Każijiet ta’ force majeure jistgħu jkunu kkawżati wkoll minn kundizzjonijiet estremi tal-marea, irjiħat qawwija, meta jinqabeż ċertu għoli sinifikanti tal-mewġ u l-formazzjoni tas-silġ.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet tal-kuntratt tat-trasport u tal-kuntratt tan-nondiskriminazzjoni

1.   It-trasportaturi għandhom jipprovdu lill-passiġġieri bi prova tal-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport billi joħorġu biljett jew aktar. Il-biljetti għandhom jitqiesu bħala evidenza prima facie tal-konklużjoni tal-kuntratt u b’hekk jagħtu drittijiet kif previst f’dan ir-Regolament.

2.   Mingħajr ħsara għall-obbligi tas-servizz pubbliku li jeżiġu tariffi soċjali, il-kundizzjonijiet tal-kuntratti u t-tariffi applikati mit-trasportaturi jew mill-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiġu offruti lill-pubbliku ġenerali mingħajr l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tal-konsumatur aħħari jew tal-post tal-istabbiliment tat-trasportatur jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fi ħdan il-Komunità.

Artikolu 5

Esklużjoni tar-rinunzja

1.   L-obbligi skont dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew irrinunzjati, fost l-oħrajn permezz ta’ deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt tal-ġarr.

2.   It-trasportaturi jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli għall-passiġġieri mill-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa

Artikolu 6

Prevenzjoni tar-rifjut tal-ġarr

1.   It-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi turistiċi m’għandhomx jirrifjutaw, abbażi ta’ diżabilità jew ta’ mobilità mnaqqsa:

(a)

li jaċċettaw riservazzjoni, jew li joħorġu biljett, għal vjaġġ li għalih japplika dan ir-Regolament;

(b)

li jimbarkaw persuna b’diżablità jew persuna b’mobilità mnaqqsa minn port jew punt ta’ imbark/żbark, kemm-il darba il-persuna kkonċernata jkollha biljett validu u riservazzjoni.

2.   Riservazzjonijiet u biljetti għandhom jiġu offruti lil persuni b’diżabilità u persuni b’mobilità mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda.

Artikolu 7

Derogi u kundizzjonijiet speċjali

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi turistiċi jistgħu jirrifjutaw, ▐ li jaċċettaw riservazzjoni jew joħorġu biljett jew li jimbarkaw persuna b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa ▐║ meta l-imbark jew il-ġarr tal-persuna b’diżabilità jew tal-persuna b’mobilità mnaqqsa ikun fiżikament impossibbli u meta ma jkunx jista’ jingħata l-livell normali ta’ servizz b’mod sikur, dinjituż u operazzjonalment fattibbli minħabba l-istruttura tal-bastiment tal-passiġġieri.

Fil-każ li jirrifjutaw li jaċċettaw riservazzjoni minħabba r-raġunijiet imsemmija fl- ewwel subparagrafu, it-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur turistiku għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva aċċettabli lill-persuna kkonċernata.

F’każ ta’ riservazzjoni minn qabel, persuni b’diżabilità jew persuni b’mobilità mnaqqsa li ġew irrifjutati l-imbark ▐ u kwalunkwe persuni li jkunu qed jakkompanjaw lil dawk il-persuni skont il-paragrafu 2, għandhom jiġu offruti d-dritt ta’ rimborż jew li tinbidilhom ir-rotta kif previst fl-Anness I. ▐

2.   ▐ Trasportatur jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur turistiku jista’ jitlob li persuna b’diżabilità jew persuna b’mobilità mnaqqsa tkun akkumpanjata minn persuna oħra li tkun kapaċi tagħti l-assistenza meħtieġa minn dik il-persuna jekk dan ikun strettament meħtieġ.

3.   Meta trasportatur jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur turistiku jeżerċita deroga prevista fil-paragrafi 1 jew 2, għandu jinforma minnufih lill-persuna b’diżabilità jew lill-persuna b’mobilità mnaqqsa dwar ir-raġunijiet għal dan. Fuq talba, it-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur turistiku għandhom jikkomunikaw dawn ir-raġunijiet bil-miktub lill-persuna b’diżabilità jew lill-persuna b’mobilità mnaqqsa, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta ssir it-talba.

Artikolu 8

Aċċessibilità u informazzjoni

1.   It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu, taħt is-superviżjoni tal-entitajiet nazzjonali tal-infurzar u bl-involviment attiv tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-portijiet, tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa ▐ regoli għall-aċċess mhux diskriminatorji li japplikaw għall-ġarr tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa, u ta’ persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom, kif ukoll kwalunkwe restrizzjoni fuq il-ġarr tagħhom jew tat-tagħmir tal-mobilità minħabba l-istruttura tal-bastimenti tal-passiġġieri, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza. Dawn ir-regoli għandhom jistabilxxu l-kundizzjonijiet kollha tal-aċċess għas-servizz marittimu inkwistjoni, fosthom l-aċċessibilità tal-bastimenti imħaddma u tal-faċilitajiet tagħhom abbord, u tat-tagħmir ta’ assistenza li bih ikunu mgħammra.

2.   Ir-regoli pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mit-trasportaturi jew mill-bejjiegħa tal-biljetti, b’mod fiżiku jew fuq l-internet , tal-anqas meta ssir ir-riservazzjoni, f’formati aċċessibbli, b’modi xierqa, u fl-istess lingwi bħal dawk li fihom l-informazzjoni ġeneralment tkun għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri. Meta tingħata din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa.

3.   Fuq talba, it-trasportaturi għandhom jagħmlu disponibbli, f’formati aċċessibbli, l-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sikurezza li fuqhom huma bbażati r-regoli tal-aċċess mhux diskriminatorju.

4.   L-operaturi turistiċi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-regoli previsti fil-paragrafu 1 li japplikaw għall-vjaġġi inklużi fil-vjaġġi kollox kompriż, fil-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż li jorganizzaw, ibigħu jew joffri għall-bejgħ.

5.   It-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti tagħhom jew l-operaturi turistiċi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, l-informazzjoni dwar il-vjaġġ , l-informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u konferma bil-miktub tal-għoti ta’ assistenza tkun disponibbli f’formati ▐ aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa, fosthom ir-riservazzjoni u l-informazzjoni onlajn.

Artikolu 9

Dritt għall-assistenza fil-portijiet

1.   Fil-ħin tat-tluq, tat-tranżitu jew tal-wasla f’port, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-għoti tal-assistenza speċifikata fl-Anness II lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa mingħajr ħlas b’mod li dik il-persuna tkun tista’ titla’ fuq is-servizz li ser jitlaq, jew tinżel minn fuq is-servizz li jkun wasal, li għalih tkun xtrat il-biljett, mingħajr ħsara għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 8(1). L-assistenza għandha tkun adattata għall-ħtiġijiet individwali tal-persuna b’diżabilità jew tal-persuna b’mobilità mnaqqsa.

2.   Trasportatur jista’ jagħti l-assistenza huwa stess jew jista’ jikkontratta lil parti jew partijiet oħrajn biex jipprovdu l-assistenza. It-trasportatur jista’ jidħol f’kuntratt jew kuntratti bħal dawn fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba, fosthom mill-awtorità tal-port filwaqt li jqis is-servizzi eżistenti fil-port ikkonċernat.

Fejn trasporatur jikkuntratta ma’ parti jew partijiet oħrajn għall-għoti tal-assitenza, it-trasportatur għandu jibqa’ responsabbli għall-għoti tal-assistenza u biex jiżgura l-konformità mal-istandards tal-kwalità imsemmija fl-Artikolu 14(1).

3.   It-trasportaturi jistgħu, abbażi mhux diskriminatorja, jitolbu ħlas mingħand il-passiġġieri kollha bil-għan li jiffinanzjaw l-assistenza fil-portijiet. Dan il-ħlas speċifiku għandu jkun raġonevoli, relatat mal-ispejjeż u trasparenti.

4.   It-trasportaturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-entità tal-infurzar jew tal-entitajiet maħtura skont l-Artikolu 27(1), ħarsa verifikata annwali tal-ħlasijiet riċevuti u l-ispejjeż sostnuti fir-rigward tal-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa.

5.     F’konformità mal-Artikolu 12, l-entità tal-ġestjoni tal-port għandha tkun responsabbli, fejn meħtieġ, li tiżgura li l-port ikun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità jew għall-persuni b’mobilità mnaqqsa.

Artikolu 10

Dritt għall-assistenza fil-punti tal-imbark/żbark

Fejn ma jeżistix port għal destinazzjoni partikolari jew parti minn vjaġġ, l-assistenza għandha tiġi organizzata mit-trasportatur fil-punt tal-imbark/żbark skont l-Artikolu 9.

Artikolu 11

Dritt għall-assistenza abbord il-bastimenti

It-trasportaturi għandhom tal-anqas jagħtu l-assistenza speċifikata fl-Anness III mingħajr ħlas lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa li ser jitilqu minn, jaslu jew jittranżitaw minn port li għalih japplika dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-assistenza

It-trasportaturi, l-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi turistiċi għandhom jikkooperaw biex jagħtu l-assistenza lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa skont l-Artikoli 9, 10 u 11, skont il-punti li ġejjin:

(a)

L-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li t-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur turistiku li mingħandu nxtara l-biljett jiġi nnotifikat bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza meta r-riservazzjoni tkun saret jew mill-inqas 48 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza, ħlief jekk ikun miftiehem perijodu iqsar ta’ notifika bejn il-fornitur tal-assistenza u l-passiġġier, bl-eċċezzjoni tal-vjaġġi bil-kruċieri, fejn il-ħtieġa tal-assistenza għandha tkun notifikata meta tkun qed issir ir-riservazzjoni . Fejn il-biljett jippermetti aktar minn vjaġġ wieħed, tkun biżżejjed notifika waħda, dejjem jekk tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti;

(b)

it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tursitiċi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jintalbu u jintlaqgħu n-notifiki tal-ħtieġa tal-assistenza magħmula mill-persuni b’diżabiltà jew mill-persuni b’mobilità mnaqqsa. Il-passiġġier għandu jirċievi konferma li tiddikjara li l-ħtiġijiet ta’ assistenza jkunu ġew innotifikati. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw fil-punti tal-bejgħ kollha tagħhom, fosthom il-bejgħ bit-telefon u minn fuq l-Internet;

(c)

jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-punt (a), it-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti u l-operaturi turistiċi għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex jiżguraw li l-assistenza tingħata b’tali mod li l-persuna b’diżabilità jew il-persuna b’mobilità mnaqqsa tkun tista’ titla’ fuq is-servizz li ser jitlaq, tibdel għas-servizz korrispondenti jew tiżbarka mis-servizz li wasal li għalih tkun xtrat biljett;

(d)

bla ħsara għall-kompetenzi ta’ entitajiet oħra fir-rigward taż-żoni li jinsabu barra l-istabbilimenti tal-portijiet, l-entità tal-ġestjoni ta’ port jew kwalunkwe persuna oħra awtorizzata għandha tagħżel punti tal-wasla u tat-tluq fi ħdan il-konfini tal-port, kemm ġewwa u/jew barra mill-bini tat-terminal skont il-każ, li fihom il-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa jistgħu jħabbru l-wasla tagħhom u jitolbu għall-assistenza; dawn il-punti għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u għandhom joffru, f’forom aċċessibbli, informazzjoni bażika dwar il-port u l-assistenza pprovduta;

(e)

l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna b’diżabilità jew il-persuna b’mobilità mnaqqsa tippreżenta ruħha fil-punt magħżul:

f’ħin stipulat mit-trasportatur li ma għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq,

jekk l-ebda ħin ma jkun stipulat, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin skedat tal-imbark , ħlief jekk ikun sar ftehim mod ieħor bejn il-passiġġier u l-fornitur tal-assistenza, jew

fil-każ tal-kruċieri, f’ħin stipulat mit-trasportatur li m’għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin ta’ check-in;

(f)

Meta persuna b’diżabilità jew persuna b’mobilità mnaqqsa tkun teħtieġ l-użu ta’ kelb ta’ assistenza, dak il-kelb għandu jiġi akkomodat sakemm it-trasportatur jew il-bejjiegħ tal-biljett jew l-operatur turistiku jkunu avżati skont ir-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-ġarr tal-klieb tal-assistenza rrikonoxxuti abbord tal-bastimenti tal-passiġġieri, fejn dawn ir-regoli jeżistu.

Artikolu 13

Trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-partijiet terzi

1.   Meta l-għoti tal-assistenza tkun ġiet subkuntrattata, u t-trasportatur, ▐ jirċievu notifika dwar il-ħtieġa ta’ assistenza minn tal-anqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq tal-vjaġġ, għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti biex b’hekk il-kuntrattur jirċeviha malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ mhux anqas minn 36 siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq tal-vjaġġ.

2.   Meta l-għoti tal-assistenza jkun ġie subkuntrattat, u t-trasportatur ▐ ma jirċivux notifika dwar il-ħtieġa ta’ assistenza minn tal-anqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq tal-vjaġġ, it-trasportatur għandu jittrażmetti l-informazzjoni lill-kuntrattur mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 14

Standards ta’ kwalità għall-assistenza

1.   It-trasportaturi għandhom jistipulaw standards għall-assistenza speċifikata fl-Anness II u III u għandhom jiddeterminaw ir-riżorsi meħtieġa biex jilħqu dawn l-istandards, b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri b’diżabilità u lill-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa.

2.   Meta jiġu stabbiliti l-istandards tal-kwalità, għandhom jitqiesu bis-sħiħ il-politika internazzjonali rikonoxxuta u l-kodiċijiet tal-imġiba li jikkonċernaw il-faċilitazzjoni tat-trasport tal-persuni b’diżabilità jew tal-persuni b’mobilità mnaqqsa, partikolarment ir-Rakommandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar id-Diżinn u l-Operat tal-Bastimenti tal-Passiġġieri Biex Iwieġbu għall-Ħtiġijiet tal-Persuni Anzjani u b’Diżabilità.

3.   It-trasportaturi għandhom jippubblikaw l-istandards tagħhom tal-kwalità f’formati li jkunu aċċessibbli .

Artikolu 15

Taħriġ

It-trasportaturi għandhom:

(a)

jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn kwalunkwe subkuntrattur, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa, ikollhom l-għarfien dwar kif jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-persuni li jkollhom diżabilitajiet jew nuqqasijiet ta’ mobilità varji;

(b)

jipprovdu taħriġ dwar l-assistenza lill-persuni b’diżabilità u fl-għarfien dwar id-diżabilità kif deskritt fl-Anness IV lill-persunal kollu tagħhom li jaħdem fil-port u li jittratta direttament mal-pubbliku li qed jivjaġġa;

(c)

jiżguraw li meta jiġu rreklutati l-impjegati ġodda li jkollhom kuntatt dirett mal-passiġġieri , kollha jattendu għal taħriġ relatat mad-diżabilità, u li l-persunal jirċievi korsijiet ta’ aġġornament fit-taħriġ meta jkun xieraq.

Artikolu 16

Kumpens fir-rigward tas-siġġijiet bir-roti u t-tagħmir tal-mobilità

1.    Ħlief jekk il-passiġġier li jkun is-sid tat-tagħmir ikun diġà ġie kkumpensat skont ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabilità tat-trasportaturi tal-passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ inċidenti (9), fejn siġġijiet bir-roti jew tagħmir tal-mobilità jew partijiet minnhom, jintilfu jew jiġrilhom il-ħsara waqt li jkunu qed jinġarru fil-port jew trasportati abbord il-bastiment, qabel, waqt u wara l-vjaġġ, il-passiġġier ta’ min ikun it-tagħmir għandu jiġi kumpensat, ▐ skont min kien responsabbli għat-tagħmir fil-ħin li ntilef jew ġralu l-ħsara.

Fejn meħtieġ, għandu jsir kull sforz sabiex it-tagħmir jiġi ssostitwit fi żmien qasir , kif ikun jixraq skont il-ħtiġijiet tal-passiġġier ikkonċernat .

2.   Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu għall-ammont ta’ kumpens li jista’ jitħallas skont dan l-Artikolu.

Kapitolu III

Obbligi tat-trasportaturi fil-każ ta’ vjaġġ interrott

Artikolu 17

Għoti ta’ informazzjoni

1.   F’każ ta’ dewmien, it-trasportatur jew, fejn xieraq, l-entità tal-ġestjoni tal-port għandha tinforma lill-passiġġieri sa mhux aktar tard minn nofs siegħa wara tluq skedat jew siegħa qabel wasla skedata ▐. Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, it-trasportatur għandu jgħarraf lill-passiġġieri bil-ħinijiet mistennija tat-tluq u tal-wsul.

2.   Jekk il-passiġġieri jitilfu konnessjoni minħabba dewmien, it-trasportatur li jwettaq il-ġarr għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jinforma lill-passiġġieri kkonċernati dwar konnessjonijiet alternattivi.

3.     It-trasportatur jew l-entità tal-ġestjoni tal-port għandhom jiżguraw li l-passiġġieri b’diżabilità jew il-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa jirċievu l-informazzjoni rekwiżita skont il-paragrafi 1 u 2 f’formati aċċessibbli.

Artikolu 18

Dritt għall-assistenza

1.   Fejn trasportatur raġonevolment jistenna li servizz marittimu tal-passiġġieri jiġi mdewwem għal aktar minn siegħa lil hinn mill-ħin skedat tat-tluq tiegħu, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti, mingħajr ħlas, ikliet u rifreskanti fi proporzjon raġonevoli skont it-tul ta’ ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli abbord jew fil-port, jew ikunu jistgħu jiġu fornuti b’mod raġonevoli.

2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe dewmien fejn isir meħtieġ li l-passiġġier joqgħod lejl wieħed jew aktar jew joqgħod għal iżjed żmien milli kien intenzjonat, ▐ l-passiġġier għandu jiġu offrut, mingħajr ħlas, lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn il-port u l-post tal-akkomodazzjoni b’żieda mal-ikliet u x-xorb stipulati fil-paragrafu 1. L-isġejjeż addizzjonali ta’ akkomodazzjoni u ta’ trasport a karigu tat-trasportatur ma għandhomx jisbqu d-doppju tal-prezz tal-biljett.

3.   Jekk is-servizz marittimu ma jkunx jista’ jitkompla, it-trasportaturi għandhom jorganizzaw, meta possibbli u kemm jista’ jkun malajr, servizzi alternattiv ta’ trasport għall-passiġġieri.

4.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, it-trasportatur li jwettaq it-trasport għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa u ta’ kwalunkwe persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.

Artikolu 19

Tibdil tar-rotta u rimborż

1.   Fejn trasportatur raġonevolment jistenna li servizz marittimu tal-passiġġieri jiġi mdewwem għal aktar minn sagħtejn lil hinn mill-ħin skedat tat-tluq tiegħu, il-passiġġieri għandhom immedjatament:

(a)

jiġu offruti servizz alternattiv ta’ trasport b’kundizzjonijiet raġonevoli jew, jekk dan ma jkunx possibbli, jiġu infurmati dwar servizzi adegwati ta’ trasport alternattivi minn operaturi oħra ta’ trasport;

(b)

jiġu offruti rimborż tal-prezz tal-biljett jekk jiddeċiedu li ma jivvjaġġawx mat-trasportatur .

Il-ħlas tar-rimborż previst fil-punt (b) għandu jsir skont l-istess kundizzjonijiet bħal tal-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 20 , paragrafi 3, 4 u 5 .

2.    B’deroga mill-paragrafu 1 il--passiġġieri ta’ vjaġġ bi kruċier għandhom tinbidlilhom ir-rotta jew jiġu mogħtija rimborż skont id-dispożizzjonijiet tad- -Direttiva 90/314/KEE.

Artikolu 20

Kumpens tal-prezz tal-biljett

1.   Mingħajr ma jitlef id-dritt għat-trasport, passiġġier jista’ jitlob kumpens mingħand it-trasportatur jekk ikun qed iħabbat wiċċu ma’ dewmien fil-wasla ▐. Il-livelli minimi tal-kumpensi għandhom ikunu kif ġej:

(a)

25 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien minn 60 minuta sa 119-il minuta;

(b)

50 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien ta’ 120 minuta jew aktar;

(c)

100 % tal-prezz tal-biljett jekk it-trasportatur jonqos milli jipprovdi servizzi alternattivi jew l-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 19(1)(a).

2.    Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-passiġġieri ta’ vjaġġ bi kruċier . Il-passiġġiera fuq vjaġġ bi kruċier jistgħu jitolbu kumpens skont id- Direttiva 90/314/KEE.

3.   Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar wara li tkun tressqet it-talba għall-kumpens. Il-kumpens jista’ jitħallas b’vawċers u/jew servizzi oħra jekk it-termini jkunu flessibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodu tal-validità u d-destinazzjoni. Il-kumpens għandu jitħallas fi flus fuq talba tal-passiġġier.

4.     Jekk it-trasportatur ikun ħabbar il-kanċellazzjoni jew il-posponiment tat-traġitt jew żieda fil-ħin li jieħu t-traġitt tlett ijiem jew aktar qabel il-ħin skedat tat-tluq kif skedat, m’għandu jkun hemm l-ebda jedd għal kumpens.

Artikolu 21

Force Majeure

L-obbligi stipulati fl-Artikoli 18, 19 u 20 m’għandhomx japplikaw f’każijiet ta’ force majeure fejn tixxekkel il-prestazzjoni tas-servizz ta’ trasport.

Artikolu 22

Talbiet ulterjuri

Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf lill-passiġġieri milli jfittxu għall-ħsara fir-rigward ta’ telf li jirriżulta mill-kanċellazzjonijiet jew id-dewmien tas-servizzi tat-trasport fil-qrati nazzjonali. Il-kumpens mogħti skont dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas minn kwalunkwe kumpens addizzjonali mogħti.

Artikolu 23

Miżuri addizjonali favur il-passiġġieri

It-trasportaturi għandhom jikkooperaw , taħt is-superviżjoni tal-entitajiet nazzjonali tal-infurzar , sabiex jadottaw arranġamenti fil-livell nazzjonali jew Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, organizzazzjonijiet tal-professjonisti u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, tal-passiġġieri, tal-portijiet u tal-persuni b’diżabilità. Dawn il-miżuri għandhom ikollhom l-għan li jtejbu l-kura tal-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta’ dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar.

Kapitolu IV

Informazzjoni għall-passiġġieri u t-trattament tal-ilmenti

Artikolu 24

Dritt għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

L-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet u t-trasportaturi għandhom jipprovdu lill-passiġġieri bl-informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ kollu tagħhom f’formati aċċessibbli u bil-lingwi skond il-konswetudni . Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa.

Artikolu 25

Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri

1.   It-trasportaturi għandhom jiżguraw li l-passiġġieri ingħatatilhom informazzjoni xierqa u li tiftiehem fir-rigward tad-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mit-tluq. Sakemm l-informazzjoni tkun ingħatat jew mit-trasportatur jew mit-trasportatur li jwettaq it-trasport, l-ieħor ma għandux ikun obbligat li jipprovdi dik l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tingħata f’formati aċċessibbli u bil-lingwi tas-soltu . Meta tingħata din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa.

2.   It-trasportaturi u l-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri skont dan ir-Regolament tkun pubblikament disponibbli kemm abbord il-bastimenti kif ukoll fil-portijiet. Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-kuntatt tal-entità tal-infurzar maħtura mill-Istat Membru skont l-Artikolu 27(1).

Artikolu 26

Ilmenti

1.    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu indipendenti għall-ġestjoni ta’ lmenti dwar id-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament li jkun aċċessibbli għall-passiġġiera kollha inklużi persuni b’diżabilità u persuni b’mobilità mnaqqsa .

2.   Il-passiġġieri jistgħu jressqu ilment għand trasportatur fi żmien xahar mill-jum meta ngħata s-servizz jew meta ma ngħatax is-servizz. Fi żmien 20 jum ta’ ħidma, id-destinatarju tal-ilment għandu jew jagħti opinjoni raġunata jew f’każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data għandha tasal ir-risposta. Iż-żmien li ddum biex tingħata r-risposta ma għandux ikun ta’ aktar minn xahrejn minn meta jasal l-ilment.

3.   Jekk ma tasalx risposta fil-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafu 2, l-ilment għandu jitqies li ġie aċċettat.

Kapitolu V

Infurzar u l-entitajiet nazzjonali tal-infurzar

Artikolu 27

Entitajiet nazzjonali tal-infurzar

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar entità ▐ responsabbli mill-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Kull entità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li jkunu mħejjija r-regoli ta’ aċċessibilità msemmija fl-Artikolu 8, li tkun garantita l-osservanza ta’ dawk ir-regoli u li d-drittijiet tal-passiġġieri ikunu rispettati ▐. Kull entità għandha, fl-organizzazzjoni, fid-deċiżjonijet ta’ finanzjament, fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, tkun indipendenti mill-interessi kummerċjali .

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-entità ▐ maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabilitajiet tagħha.

3.   Kull passiġġier jista’ jilmenta mal-entità maħtura skont il-paragrafu 1 ▐ maħtura minn xi Stat Membru, fuq allegat ksur ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri li għażlu li jeżentaw ċerti servizzi skont l-Artikolu 2(2) għandhom jiżguraw mekkaniżmu komperabbli tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 28

Rapport dwar l-infurzar

1.   Fl-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena l-entitajiet tal-infurzar maħtura skont l-Artikolu 27 għandhom jippubblikaw rapport dwar l-attivitajiet tagħhom matul is-sena ta’ qabel, li jkun fih fost l-oħrajn:

(a)

deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħuda sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament,

(b)

referenza għall-proċedura applikabbli għar-riżoluzzjoni tal-ilmenti individwali,

(c)

taqsira tar-regoli dwar l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa applikabbli f’dak l-Istat Membru;

(d)

id-dejta aggregata fuq l-ilmenti , inklużi r-riżultat tagħhom u l-perijodi ta’ żmien allokati għar-riżoluzzjoni ;

(e)

id-dettalji tas-sanzjonijiet applikati;

(f)

kwistjonijiet oħra ta’ importanza għall-infurzar aħjar ta’ dan ir-Regolament.

2.   Sabiex ikun jista’ jsir abbozz ta’ dan ir-rapport l-entitajiet tal-infurzar għandhom izommu statistika dwar l-ilmenti individwali, skont is-suġġett u l-kumpaniji kkonċernati. Din id-dejta għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni meta tintalab jew għall-awtoritajiet investigattivi nazzjonali sa tliet snin mid-data tal-inċident.

Artikolu 29

Kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-infurzar

L-entitajiet nazzjonali tal-infurzar maħtura skont l-Artikolu 27(1) għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-prinċipji u l-prattiċi tal-ħidma u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom għall-fini ta’ protezzjoni konsistenti tal-passiġġieri madwar il-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f’din ir-responsabbiltà.

Artikolu 30

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implementati. Il-penalitajiet previsti, li jistgħu jinkludu l-ordni ta’ ħlas ta’ kumpens lill-passiġġier ikkonċernat, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li tolqothom.

Kapitolu VI

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 31

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn  (10) dwar l-operat u l-effetti ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkompanjat, fejn meħtieġ, bi proposti ġuridiċi li jimplimentaw b’aktar dettall id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jew li jirreveduh.

Artikolu 32

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, jiżdied il-punt ║ li ġej:

“19.

Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … [dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi] (11).

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn  (12). L-Artikoli 6, 7, 25, 26, u 29, għandhom japplikaw minn  (13).

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C …

(2)  ĠU C …

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009.

(4)  ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.

(5)  IMO - Il-Kumitat dwar is-Sikurezza Marittima, Ċirk.735, l-24 ta’ Ġunju 1996 waqt l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(6)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(7)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(9)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.

(10)  Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(11)  ĠU C […], […], p. […].”

(12)  ĠU: Sentejn wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(13)  ĠU: Sena wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
ANNESS I

Dritt għar-rimborż jew bdil fir-rotta f'każ ta' riservazzjoni bil-quddiem għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa

1.

Meta ssir referenza għal dan l-Anness, il-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom jiġu offruti l-għażla bejn:

(a)

rimborż fi żmien sebat ijiem, imħallas f'kontanti, permezz ta' trasferiment bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji jew, bil-qbil iffirmat tal-passiġġier, tal-prezz sħiħ tal-biljett li bih inxtara, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux u għall-parti jew il-partijiet li diġà saru jekk il-vjaġġ ma jkunx għad fadallu skop fir-rigward tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tal-passiġġier, flimkien ma', fejn rilevanti,

vjaġġ ta' ritorn lejn l-ewwel post tat-tluq, mal-ewwel opportunità; jew

(b)

bdil fir-rotta, taħt kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom mal-ewwel opportunità; jew

(c)

bdil fir-rotta, taħt kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom f'data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier, soġġett għall-postijiet disponibbli.

2.

Il-paragrafu 1(a) għandu japplika wkoll għal passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jifformaw parti minn pakkett, ħlief għad-dritt għar-rimborż fejn dan id-dritt iqum skont id-Direttiva 90/314/KEE ║.

3.

Meta, fil-każ fejn belt jew reġjun huwa moqdi minn bosta porti, trasportatur li jwettaq il-ġarr joffri lill-passiġġier vjaġġ għal port alternattiv għal dak li għalih saret ir-riservazzjoni, it-trasportatur li jwettaq il-ġarr għandu jsostni l-ispiża tat-trasferiment tal-passiġġier minn dak il-port alternattiv jew għal dak li għalih saret ir-riservazzjoni, jew għal destinazzjoni oħra fil-qrib miftehma mal-passiġġier.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS II

Assistenza fil-portijiet

L-assistenza u l-arranġamenti meħtieġa biex jagħmluha possibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa li:

jikkomunikaw il-wasla tagħhom f'port u għat-talba tagħhom għall-assistenza;

jiċċaqalqu minn punt tad-dħul għal bank tal-kontroll, jekk ikun hemm, jew għall-bastiment;

jgħaddu mill-kontroll u jirreġistraw l-bagalji, jekk meħtieġ;

jipproċedu mill-bank tal-kontroll (jekk ikun hemm) għall-bastiment, bit-twettiq tal-proċeduri tal-immigrazzjoni, tad-dwana u tas-sigurtà;

jimbarkaw fuq il-bastiment permezz tal- mezzi meħtieġa ;

jipproċedu mill-bieb tal-bastiment sal-bank/iż-żona tagħhom;

iqiegħdu u jerġgħu jieħdu lura l-bagalji fuq il-bastiment;

jipproċedu mill-bankijiet tagħhom sal-bieb tal-bastiment;

jiżbarkaw minn fuq il-bastiment, permezz ta' lifts, siġġijiet tar-roti jew assistenza oħra meħtieġa, skont il-każ;

jieħdu lura l-bagalji (jekk meħtieġ), bil-kompletar tal-proċeduri tal-immigrazzjoni u tad-dwana;

jipproċedu mis-sala tal-bagalji jew mill-punt tal-iżbark għall-punt magħżul għall-ħruġ;

imorru sal-faċilitajiet sanitarji jekk ikun meħtieġ.

Meta persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa tkun assistita minn persuna li takkumpanjaha, din il-persuna għandha, jekk titlob, titħalla tipprovdi l-assistenza meħtieġa fl-port u waqt l-imbark u l-iżbark.

Il-ġarr tat-tagħmir tal-mobilità kollu meħtieġ, fosthom tagħmir bħal siġġijiet tar-roti tal-elettriku.

Il-bdil temporanju tat-tagħmir tal-mobilità li tkun ġratlu xi ħsara jew li jkun intilef, ▐ mhux neċessarjament ikun identiku, imma b'karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili .

L-immaniġjar fl-art tal- klieb tal-assistenza rikonoxxuti, meta jkun relevanti.

Il-komunikazzjoni, f'format aċċessibbli, tal-informazzjoni meħtieġa għall-imbark u l-iżbark.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS III

Assistenza abbord il-bastimenti

Il-ġarr fil-bastimenti ta' klieb tal-assistenza rikonoxxuti, soġġett għar-regolamenti nazzjonali.

Barra mit-tagħmir mediku, it-trasport sa massimu ta' żewġ biċċiet ta' tagħmir tal-mobilità għal kull persuna b'diżabilità, inkluż is-siġġu bir-roti.

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna r-rotta f’formati aċċessibbli.

Għandhom isiru l-isforzi kollha raġonevoli biex isir arranġament ta' postijiet li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilita jew b’mobilità mnaqqsa fuq talba u soġġett għar-rekwiżiti ta' sikurezza u d-disponibilità.

L-assistenza sal-faċilitajiet sanitarji, jekk ikun meħtieġ.

Meta persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa tkun assistita minn persuna li takkumpanjaha, il-kumpanija tal-ġarr għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex tagħti lil din il-persuna post maġenb il-persuna b'diżabilità jew il-persuna b'mobilità mnaqqsa.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS IV

Taħriġ relatat mad-diżabiltà

Taħriġ relatat mal-għarfien tad-diżabiltà

It-taħriġ tal-persunal li jitratta direttament mal-pubbliku li jkun qed jivjaġġa jinkludi:

l-għarfien ta' u l-imgieba adatta mal-passiġġieri b'diżabilitajiet fiżiċi, sensorjali (smigħ u vistà), ma jidhrux u intelletwali, fosthom kif tagħraf bejn l-abilitajiet differenti tal-individwi li l-mobilità, l-orjentazzjoni jew il-komunikazzjoni tagħhom tista' tkun mnaqqsa;

l-ostakli li jaffrontaw il-persuni b'mobilità mnaqqsa, fosthom ostakli ta' attitudni, ambjentali/fiżiċi u organizzattivi;

klieb tal-assistenza rikonoxxuti, fosthom ir-rwol u l-ħtiġijiet tal-klieb tal-assistenza;

indirizzar tal-affarijiet li jiġru bla mistenni;

il-ħiliet interpersonali u l-metodi tal-komunikazzjoni ma' nies torox, ma' nies neqsin mis-smigħ, ma' nies neqsin mid-dawl, ma' nies b'diffikultajiet fit-taħdit u ma' nies b'disabilità intelletwali;

għarfien ġenerali tal-linji gwida tal-IMO li jirrilataw mar-Rakommandazzjonijiet għad-Diżinn u l-Operat tal-Bastimenti tal-Passiġġieri Biex Iwieġbu għall-Ħtiġijiet tal-Anzjani u l-Persuni b'Diżabilità;

kif iġorru s-siġġijiet bir-roti u strumenti oħra li jgħinu l-mobilità b'attenzjoni sabiex jevitaw li tiġrilhom il-ħsara (għall-persunal kollu responsabbli mill-ġarr tal-bagalji hekk ikun rilevanti).

It-taħriġ fl-assistenza għall-persuni b'diżabilità

It-taħriġ tal-persunal li jassisti direttament lill-persuni b'mobilità mnaqqsa jinkludi:

kif tgħin lil min juża siġġu bir-roti jitrasferixxi ruħu għal u mis-siġġu tar-roti;

ħiliet biex tingħata assistenza lill-persuni b'mobilità mnaqqsa li qed jivjaġġaw flimkien ma' kelb tal-assistenza ▐, fosthom ir-rwol u l-ħtiġijiet ta' dawn il-klieb ;

tekniki kif għandhom jiġu eskortati passiġġieri neqsin mid-dawl u li jaraw parzjalment ▐;

għarfien tat-tipi ta' tagħmir li jista' jassisti lill-persuni b'mobilità mnaqqsa u għarfien ta' kif jimmaniġjaw tagħmir bħal dan;

l-użu tat-tagħmir tal-assistenza għall-imbark u l-iżbark użat u għarfien tal-proċeduri addatti għall-assistenza għall-imbark u l-iżbark li jħarsu s-sikurezza u d-dinjità tal-persuni b'mobilità mnaqqsa;

għarfien suffiċjenti tal-ħtieġa tal-assistenza affidabbli u professjonali. Għarfien ukoll tal-possibilità li ċerti passiġġieri b'diżabilità jesperjenzaw sensazzjonijiet ta' vulnerabilità matul il-vjaġġ minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-assistenza pprovduta;

ikun jaf jagħti l-ewwel għajnuna.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/312


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***I

P6_TA(2009)0281

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2008)0817 – C6-0469/2008 – 2008/0237(COD))

2010/C 184 E/68

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0817),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport (A6-0250/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0237

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Azzjoni mill-Komunità fil-qasam tat-trasport b'xarabank u b'kowċ għandha timmira, fost affarijiet oħra, li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-passiġġieri li tkun komparabbli ma' dik ta' modi oħra ta' trasport, u kull fejn jivvjaġġaw. Barra minn hekk, għandu jingħata rendikont sħiħ tar-rekwiżiti ta' ħarsien tal-konsumatur b'mod ġenerali.

(2)

Minħabba li l-passiġġieri b'xarabank jew b'kowċ huma l-parti l-aktar dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, id-drittijiet tal-passiġġieri f'dan ir-rigward għandhom ikunu salvagwardjati irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tagħhom fil-Komunità.

(3)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw it-trasport urban u suburban minn dan ir-Regolament jekk dawn jiżguraw li jkun hemm livell komparabbli tad-drittitjiet tal-passiġġieri permezz ta' miżuri regolatorji alternattivi. Dawn il-miżuri għandhom iqisu l-karti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tan-netwerks pubbliċi u multimodali tat-trasport, li jkopru l-kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tistabbilixxi ġabra ta' drittijiet komuni tal-passiġġieri fir-rigward tat-trasport urban, suburban u reġjonali, li tkopri l-modi kollha tat-trasport u għandha tressaq rapport lill-Parlament, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva.

(4)

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' karti tad-drittijiet tal-passiġġier għas-servizzi tax-xarabank u/jew tal-kowċ urbani, suburbani u reġjonali li jistabbilixxu l-impenji tal-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ bil-għan li tiżdied il-kwalità tas-servizz u jintlaħqu aħjar il-ħtiġiet tal-passiġġieri tagħhom.

(5)

Il-miżuri tal-UE biex ittejbu id-drittijiet tal-passiġġieri fis-settur tat-trasport tax-xarabank u l-kowċ għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur, li jikkonsisti l-aktar f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(6)

Il-passiġġieri għandhom igawdu minn r egoli ta' responsabbiltà komparabbli ma' dawk applikabbli għal modi oħra ta' trasport fil-każ ta' aċċidenti li jirriżultaw f'mewt jew korriment.

(7)

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati għal pagamenti bil-quddiem biex ikopru l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati tagħhom wara l-aċċident.

(8)

Il-passiġġieri li jsofru danni minħabba inċident kopert minn garanzija ta' assigurazzjoni għandhom, l-ewwel nett, iressqu t-talbiet tagħhom għad-danni, kif imsemmi f'dan ir-Regolament, lill-impriża tax-xarabank u/jew kowċ u jekk dik l-intrapriża tonqos milli tieħu azzjoni f'dan ir-rigward jistgħu imbagħad iressqu t-talba tagħhom lill-kumpanija tal-assikurazzjoni.

(9)

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew ħsara lill-bagalji tal-passiġġieri f'termini komparabbli ma' dawk applikabbli għal modi oħra ta' trasport.

(10)

Is-servizzi b'xarabank u b'kowċ għall-passiġġieri għandhom ikunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini in ġenerali. Konsegwentement, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk minħabba diżabbiltà, età jew inkella minħabba xi fattur ieħor, għandu jkollhom opportunitajiet kumparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħrajn għall-użu ta' servizzi ta' xarabank u/jew kowċ ║. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu, libertà tal-għażla u nuqqas ta' diskriminazzjoni.

(11)

Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għal ivvjaġġar b'xarabank u b'kowċ komparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħra, għandhom jiġu stabbiliti regoli għal nuqqas ta' diskriminazzjoni u għajnuna waqt il-vjaġġ tagħhom. Dawk il-persuni għandhom għalhekk ikunu aċċettati biex jinġarru u mhux miċħuda trasport abbażi tad-diżabbiltà jew tan-nuqqas ta' mobbiltà tagħhom, ħlief għal raġunijiet li huma ġustifikati abbażi tas-sigurtà u raġunijiet preskritti mil-liġi. Huma għandhom igawdu d-dritt ta' għajnuna f'terminals tax-xarabanks u l-kowċis u abbord il-vetturi, inkluż it-tlugħ abbord u l-inżul. Fl-interess tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kkonċernati għandhom jirċievu l-għajnuna mingħajr ħlas addizzjonali. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jistabbilixxu regoli ta' aċċessibbiltà, preferibbilment bl-użu tas-sistema ta' Standardizzazzjoni Ewropea.

(12)

Hemm il-ħtieġa li l-impriżi tax-xarabanks u tal-kowċis jipprovdu taħriġ speċifiku għall-istaff tagħhom, biex dawn ikunu jistgħu jassistu kif xieraq lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa. Dan it-taħriġ għandu jkun ipprovdut fil-kuntest tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri (4). L-Istati Membri, safejn ikun possibbli, għandhom jappoġġjaw l-impriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis fit-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' programmi adegwati ta' taħriġ.

(13)

Meta jiddeċiedu dwar id-disinn ta' terminals ġodda, u bħala parti minn tibdil jew tiġdid maġġuri tal-post, il-korpi għall-immaniġġjar għandhom, mingħajr eċċezzjoni , iqisu l-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Fi kwalunkwe każ, il-korpi għall-immnaiġġjar ta' terminals għax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu punti fejn persuni bħal dawn jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u l-ħtieġa ta' għajnuna.

(14)

B'mod simili, l-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ għandhom jikkunsidraw dawk il-ħtiġijiet fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-disinn ta' vetturi ġodda jew tal-immodernizzar ta' dawk eżistenti.

(15)

L-Istati Membri għandhom itejbu l-infrastruttura eżistenti meta dan ikun neċessarju, sabiex l-impriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis ikunu jistgħu jiżguraw l-aċċess għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, kif ukoll sabiex tingħata għajnuna adegwata.

(16)

Il-miżuri meħuda mill-UE biex itejbu l-mobilità mingħajr xkiel għandhom jinkoraġġixxu, bħala prijorità, l-aċċess mingħajr xkiel fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

(17)

Skont il-konklużjonijiet tal-proġett COST 349 dwar l-aċċessibilità tal-cowċis u x-xarabanks għal distanzi twal, il-Kummissjoni għandha tipproponi azzjoni għall-infrastruttura aċċessibbli, interoperabbli madwar l-UE, fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

(18)

Id-drittijiet tal-passiġġieri b'xarabank u b'kowċ għandhom jinkludu li huma jirċievu informazzjoni rigward is-servizz qabel u wara l-vjaġġ. L-informazzjoni essenzjali kollha pprovduta lill-passiġġieri b'xarabank u b'kowċ għandha tkun ipprovduta wkoll f'formati alternattivi aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(19)

Dan ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi d-drittijiet tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis biex ifittxu kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skont il-liġi applikabbli.

(20)

L-inkonvenjenzi esperjenzati mill-passiġġieri minħabba kanċellazzjoni jew dewmien twil tal-vjaġġ tagħhom għandhom jitnaqqsu. Għal dan il-għan, il-passiġġieri għandhom jirċievu attenzjoni adegwata u għandhom jiġu informati b'mod adegwat. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jikkanċellaw u jiġu rimborżati l-prezz tal-biljetti jew jingħataw rotta oħra taħt kundizzjonijiet sodisfaċenti jew informazzjoni dwar servizzi ta' trasport alternattivi. Jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu lill-passiġġieri bl-għajnuna meħtieġa, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jakkwistaw kumpens finanzjarju.

(21)

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jadottaw arranġamenti f'livell nazzjonali jew Ewropew biex itejbu l-attenzjoni u l-għajnuna offruta lill-passiġġieri kull meta l-vjaġġ tagħhom ikun interrott, b'mod partikolari fil-każ ta' dewmien fit-tul.

(22)

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (5). Fil-każ li jkun ikkanċellat package tour għal raġunijiet għajr meta s-servizz tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jiġi ikkanċellat, dan ir-Regolament m'għandux japplika.

(23)

Il-passiġġieri għandhom jiġu informati għal kollox bi drittijiethom stipulati f'dan ir-Regolament, sabiex huma jkunu jistgħu jeżerċitaw effettivament dawk id-drittijiet.

(24)

Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw drittijiethom permezz ta' proċeduri ta' ilment xierqa implimentati mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, skont il-każ, billi jippreżentaw ilmenti lil korp jew korpi maħturin għal dak il-għan mill-Istat Membru relevanti.

(25)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jwettqu superviżjoni tal-konformità ġenerali mill-intrapriżi tagħhom tax-xarabanks u/jew kowċis ma' dan ir-Regolament u għandhom jaħtru korp adatt biex iwettaq kompiti ta' infurzar bħal dawn. Is-superviżjoni m'għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri biex ifittxu indenizz legali mill-qrati skont il-proċeduri legali n. azzjonali.

(26)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(27)

Minħabba li l-miri ta' dan ir-Regolament, jiġifieri biex ikunu żgurati livelli għoljin u ekwivalenti ta' protezzjoni u ta' għajnuna lill-passiġġieri fit-trasport b'xarabank u b'kowċ mal-Istati Membri kollha, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom u għalhekk, minħabba d-dimensjoni internazzjonali sinifikanti jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà hekk kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk il-miri.

(28)

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta (6).

(29)

L-infurzar ta' dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ('ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (7). Dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun emendat skont il-każ.

(30)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli fir-rigward ta' dan li ġej:

(1)

in-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-passiġġieri rigward il-kundizzjonijiet tat-trasport offruti minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis;

(2)

ir-responsabbiltà tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fil-każ ta' aċċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment tal-passiġġieri jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tagħhom;

(3)

nuqqas ta' diskriminazzjoni u għajnuna obbligatorja għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li jivvjaġġaw b'xarabank jew b'kowċ;

(4)

l-obbligi tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis lejn il-passiġġieri f'każijiet ta' kanċellazzjoni jew dewmien;

(5)

l-informazzjoni minima li għandha tingħata lill-passiġġieri;

(6)

l-indirizzar tal-ilmenti;

(7)

l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 2

L-Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ġarr ta' passiġġieri minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis permezz ta' servizzi regolari.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw trasport urban u suburban ▐ kopert minn kuntratti ta' servizz pubbliku, jekk dawn il-kuntratti jiżguraw livell komparabbli ta' drittijiet tal-passiġġieri għal dak meħtieġ f'dan ir-Regolament.

3.   Fir-rigward tas-servizzi okkażjonali, għandu jkun applikabbli l-Kapitolu II biss.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis” tfisser intrapriża għat-trasport li hi awtorizzata fl-Istat ta' stabbiliment biex twettaq ġarr b'kowċ u b'xarabank skont il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u intrapriża għat-trasport li għandha liċenzja Komunitarja valida maħruġa f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta' Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank  (8) għall-għanijiet li jitwettqu servizzi internazzjonali ta' ġarr tal-passiġġieri;

(2)

“servizzi okkażjonali” tfisser servizzi fit-tifsira tal-Artikolu 2 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 684/92;

(3)

“servizzi regolari” tfisser servizzi fit-tifsira tal-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 684/92;

(4)

“kuntratt tat-trasport” tfisser kuntratt ta' ġarr bejn intrapriżi tax-xarabakijiet u/jew kowċis ▐ u l-passiġġier għall-għoti ta' servizz wieħed jew aktar ta' trasport, irrispettivament minn jekk il-biljett ikunx inxtara mingħand trasportatur, minn operatur tal-ġiti jew minn bejjiegħ tal-biljetti ;

(5)

“biljett” tfisser dokument validu li jagħti dritt għal trasport, jew xi ħaġa ekwivalenti f'forma mhux ta' karta, inkluża l-forma elettronika, maħruġ jew awtorizzat minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti awtorizzat tagħhom;

(6)

“bejjiegħ tal-biljetti” tfisser kull bejgħ intermedjarju ta' servizzi ta' ġarr b'xarabank jew b'kowċ , inklużi dawk li jkunu parti minn pakkett f'isem l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew operatur tal-ġiti ;

(7)

“operatur ta” tur' tfisser organizzatur ▐ fit-tifsira tal-Artikolu 2 (2) ▐ tad-Direttiva 90/314/KEE;

(8)

“persuna b'diżabbiltà” jew “persuna b'mobbiltà mnaqqsa” tfisser kull persuna li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport hija mnaqqsa bħala riżultat ta' diżabbiltà fiżika (sensorja jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), diżabbiltà jew indeboliment intellettwali, jew kwalunkwe kawża oħra ta' diżabbiltà, jew bħala riżultat tal-età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni u adattament xierqa għall-ħtiġiet partikolari tagħha tas-servizzi magħmulin disponibbli għall-passiġġieri kollha;

(9)

“riservazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni, bil-miktub jew f'forma elettronika, li tagħti intitolament għat-trasport soġġett għal arranġamenti tat-trasport personalizzati kkonfermati preċedentament;

(10)

“korp li jmexxi terminal” tfisser entità organizzattiva fi Stat Membru li kienet magħmula responsabbli għat-tmexxija ta' terminal tax-xarabanks u/jew kowċis;

(11)

“kanċellazzjoni” tfisser in-nuqqas ta' operazzjoni ta' servizz speċifiku li kien skedat preċedentament u li għalih tkun effettivament saret għallinqas riservazzjoni waħda;

(12)

“dewmien” tfisser id-differenza bejn il-ħin li fih il-passiġġier kien skedat li jitlaq jew li jasal skont l-iskeda tal-ħinijiet ippubblikata u l-ħin tat-tluq jew wasla attwali jew mistennija tiegħu;

(13)

“formati aċċessibbli” tfisser li passiġġier jista' jkollu aċċess għall-istess informazzjoni meta juża, pereżempju, format ta' kitba, Braille, awdjo, vidjow u/jew format elettroniku.

Artikolu 4

Kuntratt tat-trasport u kundizzjonijiet kuntrattwali mhux disriminatorji

1.   L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri bi prova tal-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport billi joħorġu biljett wieħed jew aktar. Il-biljetti għandhom jitqiesu bħala evidenza prima facie tal-konklużjoni tal-kuntratt u b'hekk iroddu drittijiet kif hemm provdut f'dan ir-Regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tas-servizz pubbliku li jeħtieġu tariffi soċjali, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt u t-tariffi applikati mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew minn bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiġu offruti lill-pubbliku in ġenerali mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tal-klijent aħħari jew il-post ta' stabbiliment tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħa tal-biljetti fil-Komunità.

Artikolu 5

Esklużjoni ta' rinuzja

1.   L-obbligi skont dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu limitati jew rinunzjati, inter alia b'deroga jew klawsola restrittiva fil-kuntratt tat-trasport.

2.   L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli għall-passiġġier mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Responsabbiltà tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Artikolu 6

Responsabbiltà għal mewt jew korriment tal-passiġġieri

1.   Skont dan il-Kapitolu, intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jinżammu responsabbli għat-telf jew ħsara li jirriżultaw mill-mewt ta' passiġġieri jew mill- korriment personali ▐ għall-passiġġieri ikkawżati minn inċidenti li jirriżulta mill-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li jseħħu waqt li l-passiġġer ikun qiegħed fil-vettura, jew ikun dieħel jew ħiereġ minnha.

2.   Ir-responsabbiltà għad-danni tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għal ħsarat m'għandhiex tkun soġġetta għal xi limitu finanzjarju, kemm jekk ikun iddefinit b'liġi, b'konvenzjoni jew b'kuntratt.

3.   Għal kwalunkwe talba li ma tisboqx l-ammont ta' EUR 220 000 għal kull passiġġier , intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex teskludi jew tillimita r-responsabbiltà tagħha billi tagħti prova li hija tat l-attenzjoni dovuta skont il-paragrafu 4(a) , sakemm l-ammont totali tat-talba ma jaqbiżx l-ammont li għalih l-assigurazzjoni obbligatorja hija meħtieġa, b'konformità mat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta' Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur (9), skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih ix-xarabank jew kowċ huwa normalment ibbażata. F'sitwazzjoni bħal din, ir-responsabbiltà għandha tkun limitata għal dak l-ammont.

4.   L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tkun responsabbli skont il-paragrafu 1:

(a)

jekk l-aċċident ikun ġie ikkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-operat tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jew li, l-intrapriża tal-ġarr ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, jew li l-konsegwenzi tiegħu ma setgħux jiġu evitati;

(b)

safejn dak l-aċċident hu t-tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

5.   Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu:

(a)

jimplika li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis hija l-parti unika responsabbli biex tħallas id-danni; jew

(b)

jirrestrinġi kwalunkwe dritt tal-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis milli tfittex rimedju minn kwalunkwe parti oħra skont il-liġi applikabbli ta' Stat Membru.

Artikolu 7

Ħsarat u interessi

1.   Fil-każ tal-mewt ta' passiġġier, il-ħsarat rigward ir-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 6 għandhom jinkludu:

(a)

kwalunkwe spiża mġarrba wara l-mewt tal-passiġġier, b'mod partikolari l-ispiża tat-trasport tal-ġisem u l-ispejjeż tal-funeral;

(b)

jekk il-mewt ma sseħħx f'daqqa, il-ħsarat previsti fil-paragrafu 2 ║.

2.   Fil-każ ta' korriment lill-persuna jew ta' xi ħsara fiżika jew mentali oħra lil passiġġier, il-ħsarat għandhom jinkludu:

(a)

kwalunkwe spejjeż, b'mod partikolari dawk tal-kura u tat-trasport;

(b)

kumpens għal telf finanzjarju, minħabba inkapaċità totali jew parzjali għax-xogħol, jew għal ħtiġijiet miżjuda.

3.   Jekk, permezz tal-mewt tal-passiġġier, persuna li l-passiġġier kellu, jew seta' jkollu, dover legali li jmantni tkun imċaħda mill-appoġġ, persuni bħal dawn għandhom ukoll jiġu kkumpensati għal dak it-telf.

Artikolu 8

Ħlas bil-quddiem

1.   Fil-każ tal-mewt ta', korriment personali ta' passiġġier, jew ▐ passiġġieri, ikkawżati minn aċċident li jirriżulta mill-operat ta' servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ, u fejn il-passiġġier ma jkun kopert minn ebda polza oħra ta'assigurazzjoni għall-ivvjaġġar, l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha mingħajr dewmien, u f'kull każ fi żmien ħmistax-il jum mill- istabbiliment tal-identità tal-persuna fiżika intitolata għal kumpens, tagħmel tali ħlasijiet bil-quddiem kif ikun meħtieġ biex tissodisfa l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-ħlas bil-quddiem m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000 għal kull passiġġer fil-każ ta' mewt.

3.   Ħlas bil-quddiem m'għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta' responsabbiltà u jista' jkun paċut bi kwalunkwe somma sussegwenti mħallsa abbażi ta' dan ir-Regolament iżda m'għandux ikun ta' tip li jintradd lura, ħlief f'każijiet fejn il-ħsara kienet ikkawżata minħabba negliġenza jew nuqqas tal-passiġġier, fejn il-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għal kumpens , jew fejn il-ħsara tabilħaqq imġarrba kienet anqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem .

Artikolu 9

Responsabbiltà għal bagalji mitlufa jew li ssirilhom ħsara

1.   Intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara fuq bagalji mpoġġija taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1 800 għal kull passiġġier.

2.   Fil-każ ta' aċċidenti li jirriżultaw mill-operat ta' servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara lill-proprjetà personali li l-passiġġieri kellhom fuqhom jew magħhom fil-bagalji tal-idejn. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1 300għal kull passiġġier.

3.   ▐ L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ▐ ħsara skont il-paragrafi 1 u 2:

(a)

jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;

(b)

safejn dik il-ħsara tkun it-tort tal-passiġġier jew ikkawżata minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

Kapitolu III

Drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa

Artikolu 10

Prevenzjoni ta' rifjut tal-ġarr

1.   L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tat-tours tagħhom m'għandhomx jirrifjutaw, abbażi ta' diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa:

(a)

li jaċċettaw riżervazzjoni għal servizz ta' trasport jew li joħorġu biljett għal vjaġġ li għalih japplika dan ir-Regolament;

(b)

li jtellgħu abbord persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, previst li l-persuna kkonċernata għandha biljett jew riżervazzjoni valida.

2.   Riservazzjonijeit u biljetti għandhom jiġu offruti lil persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda.

Artikolu 11

Derogi u kundizzjonijiet speċjali

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom jistgħu jirrifjutaw, abbażi ta' diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa, li jaċċettaw riżervazzjoni minn, li joħorġu biljett lil jew li jtellgħu abbord persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa:

(a)

fejn id-disinn tal-vettura jagħmel l-irkib jew il-ġarr tal-persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa fiżikament jew effettivament impossibbli;.

(b)

jekk il-vettura jew l-infrastruttura fil-post tat-tluq jew tal-wasla jew waqt ir-rotta ma jkunux mgħammra b'mod li jiggrantixxu t-trasport sikur ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

Fil-każ li riservazzjoni ma tkunx aċċettata riżervazzjoni għar-raġunijiet imsemmija taħt il-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva aċċettabbli lill-persuna kkonċernata.

2.   Persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa li tkunx tħalliet titla' abbord minħabba d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa tagħha għandha tkun offruta l-għażla bejn id -dritt ta' rimborż u servizzi tat-trasport alternattivi raġjonevoli għall-post tad-destinazzjoni f'qafas ta' żmien komparabbli.

3.   ▐ Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur ta' tur jista' jeħtieġ li persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu akkumpanjati minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna meħtieġa minn dik il-persuna, jekk dan ikun strettament meħtieġ , jekk.

(a)

ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b), jew

(b)

l-ekwipaġġ tal-vettura kkonċernata jikkonsisti biss f'persuna waħda li ssuq il-vettura u li ma tkunx f'pożizzjoni li tipprovdi lil persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa bl-għajnuna kif speċifikata fl-Anness I.

4.   Meta l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew operaturi ta' tours jeżerċitaw id-deroga prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa bir-raġunijiet, jew fuq talba jinformawhom bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol bit-talba .

Artikolu 12

Aċċessibbiltà u informazzjoni

1.   L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu , f'koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa u korpi tal-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27, regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju li japplikaw għat-trasport ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa u ta' persuni li jakkumpanjawhom , sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet applikabbli għas-sigurtà. Dawn ir-regoli għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet kollha dwar l-aċċess tas-servizz b'xarabank u b'kowċ in kwistjoni, inkluż l-aċċessibbiltà għall-vetturi operati u l-faċilitajiet abbord tagħhom u t-tagħmir ta' għajnuna li jkun installat .

2.   Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis jew mill-bejjiegħa tal-biljetti tal-inqas meta ssir ir-riżervazzjoni, f'format aċċessibbli , u bl-istess lingwi bħal dawk li fihom l-informazzjoni ġeneralment titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.   Fuq talba, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis għandhom minnufih jagħmlu disponibbli l-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali li tistabbilixxi ħtiġijiet ta' sigurtà, li fuqha huma bbażati r-regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju. Dawn għandhom jiġu provduti f'formati aċċessibbli.

4.   L-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu disponibbli r-regoli li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 1 li japplikaw għall-vjaġġi inklużi f'package travel, package holidays u package tours li huma jorganizzaw, ibigħu jew joffru għall-bejgħ.

5.   L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relevanti kollha rigward il-kundizzjonijiet tal-ġarr, l-informazzjoni dwar il-vjaġġ u l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizzi , inklużi l-booking u t-tagħrif on-line, tkun ║ disponibbli f'formati adatti u aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li testendi għal dawk il-persuni li mhumiex kapaċi jivvjaġġaw waħedhom mingħajr assistenza minħabba l-età kbira jew żgħira tagħhom u għall-persuni li jakkumpanjawhom .

Artikolu 13

Dritt għal għajnuna

1.   Il-korpi li jmexxu terminal u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jiżguraw għajnuna xierqa lil persuna b'diżabbiltà jew lil persuna b'mobbiltà mnaqqsa kif speċifikat fl-Anness I mingħajr ħlas qabel, wara, u jekk ikun possibbli, waqt il –vjaġġ. L-għajnuna għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet individwali tal-persuna b'diżabilità jew tal-persuna b'mobilità mnaqqsa.

2.   Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jistgħu jipprovdu għajnuna huma nfushom jew jistgħu jqabbdu lil parti waħda jew aktar minn waħda għall-għoti ta' għajnuna. Huma jistgħu jidħlu għal kuntratt jew kuntratti bħal dawn b'inizjattiva tagħhom jew meta jkunu mitlubin jagħmlu dan.

Fejn korpi li jmexxu terminals u intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis iqabbdu lil parti waħda jew aktar minn waħda għall-għoti ta' għajnuna, huma għandhom jibqgħu responsabbli għall-għoti tal-għajnuna

3.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jżommux lill-korpi tat-tmexxija tat-terminals jew lill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis milli jipprovdu għajnuna ta' standard ogħla mill-istandards li hemm referenza għalihom fl-Anness I jew li jipprovdu servizzi addizzjonali għal dawk speċifikati hemmhekk.

Artikolu 14

Dritt għal għajnuna f'terminals

1.   Mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnominaw it-terminals tax-xarabanks u l-kowċis fejn għandha tingħata għajnuna għal persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa, b'konsiderazzjoni tal-ħtieġa li tkun żgurata aċċessibbiltà għas-servizzi f'bosta mil-lokazzjonijiet ġeografiċi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-Internet lista tal-vendi magħżula tax-xarabanks u tal-kowċis.

2.   Il-korp li jmexxi terminal, terminal li jkun ġie nnominat minn Stat Membru skont il-paragrafu 1, għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-għoti ta' għajnuna speċifikata fil-parti (a) tal-Anness I mingħajr ħlas addizzjonali lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

3.     Fejn ikun meħtieġ l-użu ta' kelb rikonoxxut biex jassisti, għandu jingħata permess jekk is-sewwieq tax-xarabank u/jew tal-kowċ jew min ibigħ il-biljetti jew l-operatur tal-ġita jkunu ġew mgħarrfa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli li jkopru l-ġarr ta' klieb għall-assistenza.

Artikolu 15

Dritt għal għajnuna abbord

L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu tal-inqas l-għajnuna speċifikata fil-parti (b) tal-Anness I mingħajr ħlas lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa ▐ u waqt it-tlugħ abbord u l-inżul mill-kowċ jew xarabank, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet li taħthom hi pprovduta għajnuna

1.   L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta' tours għandhom jikkooperaw sabiex jipprovdu għajnuna lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa bil-kundizzjoni li l-ħtieġa tal-persuna għal għajnuna bħal din tkun innotifikata lill-intrapriża tax-xarabank u/jew tal-kowċ, lill-korp tat-tmexxija ta' terminal, lil bejjiegħ tal-biljetti jew lil operatur ta' tur tal-inqas 24 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-għajnuna , sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix perjodu ta' notifika iqsar, jew sakemm ma jsirx qbil dwar perjodu iqsar bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier .

2.   L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta' tours għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-irċevuta ta' notifiki tal-ħtieġa ta' għajnuna magħmulin minn persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Il-passiġġier għandu jirċievi konferma li tgħid li l-ħtiġijiet ta' assistenza jkunu ġew notifikati. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw fil-punti kollha tal-bejgħ tagħhom inkluż il-bejgħ bit-telefon u permezz tal-Internet.

3.   Jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-paragrafu 1, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex jiżguraw li l-għajnuna tkun ipprovduta b'mod li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tkun tista' titla' abbord is-servizz tat-tluq, biex tibdel għas-servizz korrispondenti jew biex tinżel mis-servizz tal-wasla li għalih hi tkun xtrat biljett.

4.   L-għajnuna għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tippreżenta ruħha fil-punt stabbilit:

fil-ħin stipulat minn qabel mill-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, li m'għandux ikun iktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat, jew

jekk ma huwa stipulat l-ebda ħin, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat. , sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix ħin ieħor, jew sakemm ma jsirx qbil mod ieħor bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier .

5.   Il-korp li jmexxi terminal, terminal li jkun ġie nnominat minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(1) għandu, wara li jqis il-kundizzjonijiet lokali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' entitajiet oħrajn rigward żoni li jinsabu barra l-bini tat-terminal, jistabbilixxi punti ta' wasla u tluq fit-terminal jew f'punti taħt il-kontroll dirett tal-korp li jmexxi terminal, kemm ġewwa kif ukoll barra l-bini tat-terminal, fejn il-persuni b'diżabbiltà jew il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u jitolbu għajnuna.

6.   Il-punti magħżula li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar , aċċessibbli u jintgħarfu minn persuni b'diżabilità u minn persuni b'mobilità limitata u għandhom joffru l- informazzjoni meħtieġa dwar il-venda u l-għajnuna pprovduta, f'formati aċċessibbli.

Artikolu 17

Trasmissjoni ta' informazzjoni lil parti terza

1.   Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours jirċievi notifika tal-ħtieġa għal għajnuna tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ, dawn għandhom jittrasmettu l-informazzjoni relevanti sabiex il- parti terza tirċievi l-informazzjoni tal-inqas 36 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ.

2.   Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours ma jirċevix notifika għall-ħtieġa għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ, il-ġarriera jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jittrasmettu l-informazzjoni sabiex il -parti terza tirċievi n-notifika kemm jista' jkun malajr.

Artikolu 18

Taħriġ

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis u l-korpi li jmexxu l-vendi għandhom:

(a)

jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn kwalunkwe subkuntrattur, li jipprovdi għajnuna diretta lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandu għarfien ta' kif jittratta l-ħtiġiet tal-persuni li għandhom għadd ta' diżabbiltajiet jew nuqqasijiet fil-mobbiltà;

(b)

jipprovdu għajnuna fir-rigward tad-diżabbiltà u taħriġ fuq is-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà kif deskritt fl-Anness II lill-persunal kollu li jittratta direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa;

(c)

jiżguraw li, fil-waqt tar-reklutaġġ, l-impjegati l-ġodda kollha jattendu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jirċievi korsijiet ta' taħriġ ta' aġġornament meta adatt.

Artikolu 19

Kumpens rigward siġġiet tar-roti u apparat għall-mobbiltà

1.   Fejn siġġijiet tar-roti jew apparat għall-mobbiltà ieħor, jew partijiet minnu, jintilfu jew tiġrilhom ħsara waqt li jkunu immaniġġjati fit-terminal jew waqt li jkunu qiegħdin jiġu trasportati abbord xarabank jew kowċ, il-passiġġier li tiegħu hu l-apparat għandu jiġi ikkumpensat mill-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew mill-korp li jmexxi t-terminal skont liema minnhom ikun responsabbli għall-apparat fil-waqt tat-telf jew ħsara.

Fejn meħtieġ għandu jsir kull sforz biex b'ħeffa jkun pprovdut apparat ta' sostituzzjoni b'karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dawk mitlufa jew bil-ħsara .

2.     L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tkun responsabbli skont il-paragrafu 1:

(a)

jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;

(b)

safejn dak it-telf jew id-dannu jkun tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

3.    L -ammont ta' kumpens pagabbli skont dan l-Artikolu għandu jkun ekwivalenti għat-telf imġarrab .

Kapitolu IV

Obbligi tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fil-każ ta' vjaġġar interrott

Artikolu 20

Responsabbiltà fil-każ ta' kanċellazzjonijiet u dewmien fit-tul

1.    L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għal kanċellazzjonijiet u , ibbukkjar żejjed għal dewmien fit-tluq ta' aktar minn sagħtejn. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli biss għal kanċellazzjonijiet u dewmien li jaqgħu f'ċirkustanzi fil-kontroll tagħhom. Din ir-responsabilità m'għandhiex tkopri dewmien li jkun kawża ta' konġestjoni tat-traffiku u minn kontrolli fil-fruntieri u/jew tal-vetturi. Fil-każijiet kollha meta l-intrapriżi jkunu responsabbli, il-passiġġieri kkonċernati għandhom tal-anqas:

(a)

ikunu offruti servizzi alternattivi tat-trasport mingħajr ħlas żejjed u taħt kundizzjonijiet raġjonevoli jew, jekk dan ma jkunx prattiku, ikunu informati b'servizzi alternattivi tat-trasport ta' operaturi oħra tat-trasport;

(b)

jirċievu rimborż tal-prezz tal-biljett sakemm ma jaċċettawx servizzi alternattivi tat-trasport imsemmija fil-punt (a);

(c)

flimkien mar-rimborż imsemmi fil-punt (b), ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50 % tal-prezz tal-biljett jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu servizzi alternattivi jew l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (a). Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;

(d)

fejn jagħżlu li jaċċettaw is-servizzi alternattivi ta' trasport offruti, ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50 % tal-prezz tal-biljett bla ma jitilfu d-dritt tagħhom għat-trasport. Il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;

(e)

jiġu offruti ikel u xorb, skont il-ħin ta' stennija, jekk ikunu jistgħu jingħataw b'mod raġonevoli;

(f)

jiġu offruti lukanda jew akkomodazzjoni u trasport ieħor bejn il-venda u l-post ta' akkomodazzjoni fil-każ li tkun tinħtieġ waqfa bil-lejl qabel it-tkomplija tal-vjaġġ;

(g)

jekk ix-xarabank u/jew il-kowċ ikollhom il-ħsara, il-passiġġieri jiġu offruti trasport mill-post fejn tkun waqfet il-vettura għal post ta' stennija xieraq u/jew venda, minn fejn ikunu jistghu ikomplu l-vjagg taghhom.

2.     F'każijiet oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, impriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jidħlu responsabbli għal dewmien sal-wasla ta' aktar minn sagħtejn, meta d-dewmien jirriżulta minn:

negliġenza u tort tas-sewwieq, jew

ħsara teknika fil-vettura.

F'każijiet bħal dawn il-passiġġieri kkonċernati għandhom tal-anqas:

(a)

ikollhom id-dritt għal kumpens ta' 50 % tal-prezz tal-biljett; il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;

(b)

jiġu offruti assistenza skont ir-referenza fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.     Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha tinħeles minn din ir-responsabilità jekk il-kanċellazzjoni jew id-dewmien jistgħu jiġu attribwiti għal xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

ċirkustanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;

(b)

negliġenza tal-passiġġieri, jew

(c)

azzjoni ta' terza persuna li impriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita.

Artikolu 21

Għoti ta' informazzjoni

1.   Fil-każ ta' dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, fejn adatt, il-korpi li jmexxu t-terminals, għandhom jinformaw lill-passiġġieri bil-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla stmati hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tluq skedat jew siegħa qabel wasla skedata rispettivament. Dan it-tagħrif għandu jingħata wkoll f'formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobilità limitata.

2.   Jekk il-passiġġieri jitilfu konnessjoni minħabba dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jagħmlu sforzi raġjonevoli biex jinformaw lill-passiġġieri kkonċernati b'konnessjonijiet alternattivi.

Artikolu 22

Aktar klejms

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-drittijiet tal-passiġġieri għal aktar kumpens. Il-kumpens mogħti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jista' jitnaqqas minn dan il-kumpens addizzjonali .

Artikolu 23

Miżuri addizzjonali favur il-passiġġieri

It-trasportaturi għandhom jikkoperaw biex jadottaw arranġamenti fuq livell nazzjonali u Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, assoċjazzjonijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta' konsumaturi, passiġġieri u persuni b'diżabbiltà. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-attenzjoni mogħtija lill-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta' dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar , u għandha tingħata prijorità lil dawk il-passiġġieri bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabilità, mobilità limitata, mard, età kbira u tqala, u li għandha tiġi estiża għal tfal żgħar u l-passiġġieri li jakkumpanjawhom .

Fil-każ ta' dewmien twil u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-vjaġġ, l-attenzjoni għandha ddur fuq l-għoti ta' assistenza medika lill-passiġġieri kif ukoll ikel u xorb skont il-ħtieġa, tagħrif aġġornat regolarment u, fejn jixraq, arranġamenti alternattivi għall-vjaġġ u akkomodazzjoni.

KAPITOLU V

Informazzjoni għall-passiġġieri u ġestjoni tal-ilmenti

Artikolu 24

Dritt għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b'informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ kollu tagħhom f'formati aċċessibbli .

Artikolu 25

Informazzjoni dwar drittijiet tal-passiġġieri

║ L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis u l-korpi li jmexxu terminal għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jiġu pprovduti b'informazzjoni adatta u li tinftiehem rigward drittijiethom skont dan ir-Regolament tal-anqas mat-tluq u waqt il-vjaġġ. L-informazzjoni għandha tkun tingħata f'formati aċċessibbli . Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji ta' kuntatt tal-korp għall-infurzar maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 27(1).

Artikolu 26

Ilmenti

1.   L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom , fejn korp bħal dan ma jeżistix diġà, jistabbilixxu mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti , aċċessibbli għall-passiġġieri kollha, fosthom passiġġieri b'diżabilità u passiġġieri b'mobilità limitata, għal drittijiet u obbligi koperti minn dan ir-Regolament.

2.   Il-passiġġieri jistgħu jressqu ilment lil intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis fi żmien xahar mill-jum meta jkun twettaq is-servizz jew minn meta kellu jitwettaq is-servizz. Fi żmien 20 jum xogħol, dak li lejh ikun indirizzat l-ilment għandu jew jagħti opinjoni raġunata jew, f'każijiet iġġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data għandha tkun mistennija risposta. Iż-żmien meħud għal risposta m'għandux ikun itwal minn xahrejn minn meta jkun riċevut l-ilment.

3.   Jekk ma tkun riċevuta l-ebda risposta fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ilment għandu jitqies li ma ġiex aċċettat.

4.     L-impriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis għandhom joħorġu rapport annwali li jkun fih in-numru u s-suġġetti tal-ilmenti rċevuti, l-għadd medju ta' jiem meħtieġa għal risposta u l-azzjonijiet korrettivi meħuda.

Kapitolu VI

Infurzar u korpi nazzjonali għall-infurzar

Artikolu 27

Korpi nazzjonali għall-infurzar

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi responsabbli għal-infurzar ta' dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rispettati inkluża l-konformità mar-regoli dwar l-aċċessibbiltà li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12. Kull korp għandu, fl-organizzazzjoni, deċiżjonijiet ta' finanzjament, struttura legali u teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu, ikun indipendenti ▐.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-korp jew korpi nnominati skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

3.     Dawn il-korpi għandhom jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis u lill-konsumaturi, inklużi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

4.   Kull passiġġier jista' jilmenta mal-korp adatt maħtur skont il-paragrafu 1, dwar ksur allegat ta' dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri li għażlu li jeżentaw ċerti servizzi skont l-Artikolu 2(2), għandhom jiżguraw mekkaniżmu komparabbli ta' infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 28

Rapport dwar l-infurzar

1.   Fl-1 ta' Ġunju ta' kull sena, il-korpi għall-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27 (1) għandhom jippubblikaw rapport dwar l-attività tagħhom fis-sena preċedenti, li għandu jinkludi fost l-oħrajn:

(a)

deskrizzjoni ta' azzjonijiet meħudin sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament,

(b)

referenza għall-proċedura applikabbli biex ikunu solvuti ilmenti individwali

(c)

sommarju tar-regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa applikabbli f'dak l-Istat Membru,

(d)

dejta aggregata dwar l-ilmenti , fosthom dwar il-konklużjonijiet u l-limiti ta' żmien biex tinstab soluzzjoni ,

(e)

dettalji ta' sanzjonijiet applikati,

(f)

kwistjonijiet oħra ta' importanza għall-infurzar aħjar ta' dan ir-Regolament.

2.   Sabiex ikunu jistgħu jabbozzaw rapport bħal dan il-korpi għall-infurzar għandhom iżommu statistika dwar ilmenti individwali, skont is-suġġett u l-kumpaniji kkonċernati. Din id-dejta għandha tkun magħmula disponibbli fuq talba għall-Kummissjoni jew għall-awtoritajiet investigattivi nazzjonali sa tliet snin wara d-data tal-inċident.

Artikolu 29

Kooperazzjoni bejn entitajiet ta' infurzar

Il-korpi nazzjonali għall-infurzar maħturin skont l-Artikolu 27 (1) għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar ħidmiethom u l-prinċipji u l-prattiki għat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-iskop ta' protezzjoni konsistenti tal-passiġġieri madwar il-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'dan il-kompitu.

Artikolu 30

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti , li jistgħu jinkludu l-ordni għall-ħlas ta' kumpens lill-passiġġier ikkonċernat, jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinformawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 31

Ir-rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux inqas minn …  (10), dwar l-operat u l-effetti ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ bi proposti leġiżlattivi li jimplimentaw f'aktar dettall id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament, jew li jemedawh.

Artikolu 32

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jiżdied il-punt li ġej:

“18.

Ir-Regolament KE Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar id-drittijiet tal-passiġġieri waqt trasport internazzjonali b'xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L …).”

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

1.   Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika b'effett minn … (11).

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C …

(2)  ĠU C …

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.

(4)   ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

(5)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(7)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(8)   ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1.

(9)   ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17.

(10)  ĠU: Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(11)  ĠU: Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS I

Għajnuna pprovduta lil persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa

a)

Għajnuna f’terminals

L-għajnuna u l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa jkunu jistgħu:

jikkomunikaw il-wasla tagħhom fit-terminal kif ukoll it-talba tagħhom għal għajnuna f’punti stabbiliti;

jiċċaqilqu mill-punt stabbilit sal-bank tal-biljetti, kamra għall-istennija u żona għall-imbarkazzjoni.

b)

Għajnuna abbord

L-għajnuna u l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa jkunu jistgħu:

jitilgħu abbord il-vettura, bl-użu ta’ liftijiet, siġġiet tar-roti jew apparat xieraq ieħor;

jgħabbu l-bagalji tagħhom;

jieħdu lura l-bagalji tagħhom;

jinżlu mill-vettura;

jiċċaqilqu għal faċilitajiet sanitarji, jekk ikun possibbli ;

ikollhom magħhom kelb rikonoxxut għall-għajnuna abbord ix-xarabank jew il-kowċ;

jipproċedu għall-bankijiet;

jiġu pprovduti bl-informazzjoni essenzjali dwar vjaġġ f’formati aċċessibbli;

jitilgħu, jinżlu waqt pawżi fi vjaġġ, jekk fattibbli.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS II

Taħriġ relatat mad-diżabbiltà

a)

Taħriġ dwar sensibilizzazzjoni għad-diżabbiltà

It-taħriġ tal-persunal li jittratta direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa jinkludi:

sensibilizzazzjoni għal u risponsi adatti għal passiġġieri b'diżabbiltajiet fiżiċi, sensorji (smigħ u viżiv), moħbija jew ta' tagħlim, inkluż dwar kif jiddistingwi bejn l-abbiltajiet differenti ta' individwi li l-mobbiltà, l-orjentazzjoni jew il-komunikazzjoni tagħhom tista' tkun imnaqqsa;

xkiel iffaċċjat minn persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż xkiel ta' attitudni, ambjentali/fiżiku u fuq livell organizzattiv;

klieb għall-għajnuna rikonoxxuti, inkluż l-irwol u l-ħtiġijiet ta' annimal għall-għajnuna;

jittratta ma' avvenimenti mhux mistennija;

ħtiġijiet interpersonali u metodi ta' komunikazzjoni ma' persuni torox u persuni neqsin mis-smigħ, persuni neqsin mid-dawl, persuni b'diffikultjiet fit-taħdit u persuni b'diżabbiltà intellettwali;

kif jittratta siġġijiet tar-roti u għajnuniet oħra għall-mobbiltà bil-galbu sabiex jevita l-ħsara (lill-persunal kollu li hu responsabbli għall-immnaiiġjar tal-bagalji jekk ikun rilevanti).

b)

Taħriġ għal għajnuna fil-każ ta' diżabbiltà

It-taħriġ lill-persunal li jassisti direttament lil persuni b'diżabbiltà jew lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa jinkludi:

kif wieħed għandu jipprovdi għajnuna lil utenti ta' siġġijiet tar-roti huma u jagħmlu trasferiment għal ġewwa u 'l barra minn siġġu tar-roti;

ħiliet biex tingħata għajnuna lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li jkunu qiegħdin jivvjaġġaw b'kelb għall-għajnuna rikonoxxut, inkluż l-irwol u l-ħtiġijiet ta' dawk il-klieb;

tekniki għall-akkompanjament ta' passiġġieri għomja jew b'viżta mdgħajfa u għall-immaniġġjar u l-ġarr ta' klieb għall-għajnuna rikonoxxuti , filwaqt li jitqies li l-klieb għall-għajnuna huma mħarrġa sabiex jobdu biss l-ordnijiet ta' sidhom u m'għandhomx jiġu mmaniġġjati mill-istaff waqt xogħolhom ;

fehim tat-tipi ta' apparat li jista' jassisti lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa u għarfien ta' kif ikun immaniġġjat apparat bħal dan;

l-użu ta' tagħmir ta' għajnuna għall-inżul u għat-tlugħ użat u għarfien tal-proċeduri x-xierqa għal għajnuna waqt it-tlugħ u l-inżul li jissalvagwardja s-sigurtà u d-dinjità tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

fehim suffiċjenti tal-ħtieġa għal għajnuna affidabbli u professjonali. Barra minn hekk, għarfien tal-potenzjal ta' ċerti passiġġieri b'diżabbiltà li jesperjenzaw sensazzjonijiet ta' vulnerabbiltà waqt l-ivvjaġġar minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-għajnuna pprovduta;

għarfien tal-ewwel għajnuna.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/331


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
It-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati ***I

P6_TA(2009)0282

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (COM(2008)0464 – C6-0281/2008 – 2008/0157(COD))

2010/C 184 E/69

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0464),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0281/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0070/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0157

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE ║dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati (3), it-terminu ta’ protezzjoni għal artisti u produtturi ta’ fonogrammi huwa ta’ 50 sena.

(2)

Fil-każ tal-artisti dan il-perjodu jibda bil-prestazzjoni jew, meta l-iffissar tal-prestazzjoni tagħhom jiġi ppubblikat jew ikkomunikat lill-pubbliku fi żmien 50 sena wara li ssir il-prestazzjoni, bl-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew bl-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, skont liema tkun l-ewwel.

(3)

Għal produtturi ta’ fonogrammi l-perjodu jibda bl-iffissar tal-fonogramma jew mill-pubblikazzjoni tagħha fi żmien 50 sena wara li tiġi ffissata, jew, jekk ma tkunx ippubblikata, mill-komunikazzjoni tagħha lill-pubbliku fi żmien 50 sena wara li tiġi ffissata.

(4)

L-importanza soċjalment rikonoxxuta tal-kontribuzzjoni kreattiva tal-artisti jeħtieġ li tkun riflessa f’livell ta’ protezzjoni li tagħraf il-kontribuzzjonijiet kreattivi u artistiċi tagħhom.

(5)

L-artisti ġeneralment jibew il-karrieri tagħhom ta’ età żgħira u t-terminu attwali ta’ protezzjoni ta’ 50 sena applikabbli fir-rigward tal-iffissar tal-prestazzjonijiet ħafna drabi ma jipproteġix il-prestazzjonijiet tagħhom matul ħajjithom kollha. Għaldaqstant, xi artisti jħabbtu wiċċhom ma’ differenza fl-introjtu fl-aħħar snin ta’ ħajjithom. Ħafna drabi dawn lanqas ikunu jistgħu jiddependu fuq id-drittijiet tagħhom li jipprevjenu jew jirrestrinġu l-użu oġġezzjonabbli tal-prestazzjonijiet tagħhom li jistgħu jseħħu matul ħajjithom.

(6)

Id-dħul li ġej mid-drittijiet esklużivi tagħhom ta’ riproduzzjoni u disponibbiltà, kif stipulat fid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (4), kif ukoll il-kumpens ġust għal riproduzzjonijiet għal użu privat skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, u mid-drittijiet esklużivi ta’ distribuzzjoni u kiri skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar id-dritt ta’ kiri u d-dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-kamp tal-proprjetà intellettwali (5), għandu jkun disponibbli għall-artisti għall-inqas matul ħajjithom.

(7)

It-terminu ta’ protezzjoni għall-iffissar ta’ prestazzjonijiet u għall-fonogrammi għandu għalhekk jiġi estiż għal 70 sena wara l-avveniment rilevanti .

( 8 )

Id-drittijiet ▐ fl-iffissar tal-prestazzjoni għandhom jerġgħu lura għand l-artist jekk il-produttur ta’ fonogrammi jżomm lura milli joffri għall-bejgħ, fi kwantità suffiċjenti, fit-termini tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Artisti, il-Produtturi tal-Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir, kopji ta’ fonogramma li, fin-nuqqas ta’ estensjoni tat-terminu, tkun fid-dominju pubbliku jew milli jagħmel din il-fonogramma disponibbli għall-pubbliku. Din l-għażla għandha tkun disponibbli wara l-iskadenza ta’ perjodu raġonevoli ta’ żmien li jibqa’ għall-produttur ta’ fonogrammi biex iwettaq dawn iż-żewġ atti ta’ sfruttament. Għaldaqstant, id-drittijiet tal-produttur ta’ fonogrammi fil-fonogramma għandhom jiskadu, biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn dawn id-drittijiet ikunu jeżistu flimkien ma’ dawk tal-artist fl-iffissar tal-prestazzjoni filwaqt li d-drittijiet tal-aħħar ma jibqgħux jiġu trasferiti jew assenjati lill-produtturi ta’ fonogrammi.

(9)

Kif jibdew relazzjoni kuntrattwali ma’ produttur ta’ fonogrammi, l-artisti normalment ikollhom jittrasferixxu lill-produtturi ta’ fonogrammi d-drittijiet esklużivi tagħhom ta’ riproduzzjoni, distribuzzjoni, kiri u disponibbiltà tal-iffissar tal-prestazzjonijiet tagħhom. Bħala bdil ma’ dan, xi artisti jitħallsu ħlas bil-quddiem fuq id-drittijiet u jibbenefikaw biss mill-ħlasijiet ladarba l-produttur ta’ fonogrammi jkun irkupra l-ħlas inizjali bil-quddiem u jkun wettaq kull tnaqqis previst mill-kuntratt. Artisti oħrajn jittrasferixxu jew jassenjaw id-drittijiet esklużivi tagħhom bi ħlas ta’ darba (rimunerazzjoni li ma tirrepetix ruħha). Dan iseħħ fil-każ partikolari meta artisti li jaħdmu fl-isfond ma jissemmewx fil-kredits (“atturi mhux magħrufa”) iżda xi drabi wkoll fil-każ ta’ artisti li jissemmew fil-kredits (“artisti magħrufa”) .

(10)

Biex jiġi żgurat li l-artisti li trasferew id-drittijiet esklużivi tagħhom lil produtturi ta’ fonogrammi ▐ tassew jibbenefikaw minn l-estensjoni tat-terminu, għandha tiġi introdotta sensiela ta’ miżuri ▐ ta’ akkumpanjament. ▐.

(11)

L-ewwel miżura ▐ ta’ akkumpanjament għandha tkun li l-produtturi ta’ fonogrammi jkollhom l-obbligu li jwarrbu, għall-inqas darba fis-sena, somma li tikkorrispondi għal 20 % tad-dħul mid-drittijiet esklużivi ta’ distribuzzjoni, riproduzzjoni u disponibbiltà ta’ fonogrammi. “Dħul” tfisser id-dħul miksub mill-produttur ta’ fonogrammi qabel inaqqas l-ispejjeż. .

(12)

Dawn il-ħlasijiet għandhom jitwarrbu biss għall-benefiċċju ta’ artisti li l-prestazzjonijiet tagħhom jinsabu ffissati fuq fonogramma u li trasferew jew assenjaw id-drittijiet tagħhom lill-produttur ta’ fonogramma bi ħlas ta’ darba. Il-ħlasijiet imwarrba b’dan il-mod għandhom jitqassmu lil artisti mhux magħrufa mill-inqas darba fis-sena fuq bażi individwali. Distribuzzjoni bħal din għandha tiġi fdata lis-soċjetajiet ta’ ġestjoni kollettiva, u r-regoli nazzjonali dwar dħul li ma jistax jiġi distribwit jistgħu jiġu applikati. Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat fil-ġbir u l-amministrazzjoni ta’ dan id-dħul, l-Istati Membri jistgħu jirregolaw il-punt safejn il-mikrointrapriżi jkunu suġġetti għall-obbligu li jikkontribwixxu meta ħlasijiet bħal dawn ma jidhrux li jkunu raġonevoli meta jitqabblu mal-ispejjeż tal-ġbir u l-amministrazzjoni ta’ dħul bħal dan.

(13)

Madankollu, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/115/KE ║ diġà jagħti lill-artisti d-dritt irrevokabbli għal rimunerazzjoni ġusta għall-kiri, inter alia, ta’ fonogrammi. Bl-istess mod, fil-prassi kuntrattwali l-artisti normalment ma jittrasferux lil produtturi ta’ fonogrammi d-drittijiet tagħhom li jitolbu rimunerazzjoni ġusta u unika għax-xandir u l-komunikazzjoni lill-pubbliku skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE u għal kumpens ġust għal riproduzzjonijiet għal użu privat skont l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE. Għaldaqstant, fil-kalkolu tal-ammont globali li għandu jiġi ddedikat minn produttur ta’ fonogrammi għal ħlasijiet tar-rimunerazzjoni supplimentari, ma għandux jitqies id-dħul li l-produttur ta’ fonogrammi jkun kiseb mill-kiri ta’ fonogrammi jew mir-rimunerazzjoni ġusta u unika għax-xandir u l-komunikazzjoni lill-pubbliku jew mill-kumpens ġust li jingħata għal kopja privata.

(14)

It-tieni miżura ta’ akkompanjament sabiex jerġa’ jinstab bilanċ f’kuntratti li bihom l-artisti jittrasferixxu d-drittijiet esklużivi tagħhom, fuq il-bażi ta’ ħlas ta’ drittijiet, lil produttur ta’ fonogrammi, għandu jkun hemm kundizzjoni ta’ “rekord nadif” marbuta mal-estensjoni tat-terminu għal dawk l-artisti li jkunu assenjaw id-drittijiet esklużivi tagħhom imsemmija hawn fuq lill-produtturi ta’ fonogrammi għal ħlas ta’ drittijiet jew rimunerazzjoni. Sabiex l-artisti jiksbu benefiċċju sħiħ mit-terminu estiż ta’ protezzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-ftehimiet bejn il-produtturi ta’ fonogrammi u l-artisti, titħallas lill-artisti rata ta’ ħlas ta’ drittijiet jew rimunerazzjoni ħielsa minn kull pagament bil-quddiem jew minn tnaqqis skont il-kuntratt waqt il-perjodu estiż.

(15)

Għall-fini ta’ ċertezza legali għandu jkun previst li fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet ċari għall-kuntrarju fil-kuntratt , it-trasferiment kuntrattwali jew it-trasferiment tad-drittijiet fl-iffissar tal-prestazzjoni, konkluż qabel id-data sa meta l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jimplimentaw din id-direttiva, għandu jkompli jipproduċi l-effetti tiegħu għat-terminu estiż.

(16)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddisponi li ċerti pattijiet f’dawk il-kuntratti li jipprovdu għal rimunerazzjoni mtennija jkunu jistgħu jiġu rinegozjati għall-benefiċċju tal-artisti. L-Istati Membri għandu jkollhom proċeduri lesti f’każ li r-rinegozjazzjoni tfalli.

(17)

Billi l-għanijiet tal-miżuri proposti ta’ akkumpanjament ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, billi l-miżuri nazzjonali f’dan il-kamp jew iwasslu għal tgħawwiġ ║ ta’ kompetizzjoni jew jaffettwaw l-ambitu tad-drittijiet esklużivi tal-produttur ta’ fonogrammi li huma definiti mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, u li għalhekk ║ jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(18)

Din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli u l-ftehmiet nazzjonali li huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tagħha, bħal per eżempju l-ftehimiet kollettivi konklużi fl-Istati Membri bejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-artisti u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-produtturi.

(19)

F’ċerti Stati Membri, jiġi mogħti terminu uniku ta’ protezzjoni għal kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem, ikkalkolat mill-mewt tal-aħħar awtur li jkun baqa’ ħaj, filwaqt li fi Stati Membri oħra, termini separati ta’ protezzjoni japplikaw għall-mużika u l-lirika. Il-kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem ta’ spiss jinkitbu minn diversi awturi. Pereżempju, ▐ opra, ħafna drabi tkun ix-xogħol ta’ librettist u kompożitur . Barra minn hekk, fil-ġeneri mużikali bħall-mużika ġazz, rokk u pop, il-proċess kreattiv ħafna darbi huwa kollaborattiv fin-natura tiegħu.

(20)

Għaldaqstant, l-armonizzazzjoni tat-terminu ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem li l-lirika u l-mużika tagħhom inħolqu biex jintużaw flimkien mhijiex kompluta, filwaqt li twassal għal xkiel għall-moviment liberu ta’ oġġetti u servizzi, bħal servizzi ta’ ġestjoni kollettiva transkonfinali. Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija ta’ dan it-tip ta’ xkiel, ix-xogħlijiet kollha ta’ dan it-tip li jinsabu protetti sad-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri, huma rikjesti jkollhom l-istess terminu armonizzat ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kollha.

(21)

Id-Direttiva 2006/116/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(22)

Skont il-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar Leġiżlazzjoni Aħjar, l-Istati Membri huma mħeġġin jirrediġu għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabella tagħhom stess li jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2006/116/KE

Id-Direttiva 2006/116/KE għandha b’ dan tiġi emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafu li ġej għandu għandu jiżdied mal-Artikolu:

“7.   It-terminu ta’ protezzjoni ta’ kompożizzjoni mużikali bil-kliem għandu jiskadi 70 sena wara l-mewt tal-aħħar mill-persuni li ġejjin li tkun baqgħet ħajja, sew jekk dawn il-persuni huma nominati bħala ko-awturi sew jekk le: l-awtur tal-lirika u l-kompożitur tal- kompożizzjoni mużikali, sakemm iż-żewġ kontributi jkunu nħolqu speċifikament għall-kompożizzjoni mużikali rispettiva bil-kliem.

(2)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu,

jekk l-iffissar ta’ prestazzjoni b’mod ieħor milli fuq fonogramma jkun ippubblikat legalment jew ikkomunikat legalment lill-pubbliku f’dan il-perjodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 50 sena mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel,

jekk l-iffissar ta’ prestazzjoni fuq fonogramma jkun ippubblikat legalment jew ikkomunikat legalment lill-pubbliku f’dan il-perjodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 70 sena mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel.”

b)

Fil-paragrafu 2, fit-tieni u t-tielet sentenza, in-numru“50”għandu jinbidel bin-numru “70”.

c)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin :

“2a.     Jekk, 50 sena wara li l-fonogramma tkun ġiet ippubblikata legalment, jew fil-każ li din ma tiġix ippubblikata, 50 sena wara li ġiet komunikata mal-pubbliku b’mod leġittimu, il-produttur tal-fonogramma ma joffrix kopji tal-fonogramma għall-bejgħ fi kwantità suffiċjenti jew ma jagħmiliex disponibbli għall-pubbliku, b’mezzi bil-wajer jew mingħajr, b’mod li l-membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għaliha minn post u ħin individwalment magħżul minnhom, l-artist jista’ jittermina l-kuntratt li bih ittrasferixxa jew assenja d-drittijiet fl-iffissar tar-rappreżentazzjoni tiegħu għall-produttur tal-fonogrammi (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala ‘kuntratt ta’ trasferiment jew assenjazzjoni’). Id-dritt li jittermina l-kuntratt jista’ jiġi eżerċitat jekk il-produttur, fi żmien ta’ sena min-notifika mill-artist tal-intenzjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt skont is-sentenza preċedenti, ma jwettaqx iż-żewġ atti ta’ esplojtazzjoni msemmija f’dik is-sentenza. Id-dritt li jittermina ma jistax ikun ċedut mill-artist. Fejn fonogramma jkun fiha l-iffissar ta’ prestazzjonijiet ta’ pluralità ta’ artisti, dawn jistgħu jtemmu l-kuntratti tagħhom ta’ trasferiment jew assenjazzjoni b’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli. Jekk il-kuntratt ta’ trasferiment jew assenjazzjoni jintemm skont dan il-paragrafu, id-drittijiet tal-produttur ta’ fonogrammi fuq il-fonogramma għandhom jiskadu.

2b.     Fejn kuntratt dwar trasferiment jew assenjazzjoni jagħti dritt lill-artist biex jirrikjedi rimunerazzjoni mhux rikorrenti, l-arist ikollu d-dritt li jikseb rimunerazzjoni annwali supplimentari mill-produttur tal-fonogramma għal kull sena sħiħa immedjatament wara l-50 sena wara li ġiet ippubblikata leġittimament il-fonogramma, jew jekk ma kienx hemm pubblikazzjoni, il-50 sena ta’ wara li ġiet komunikata leġittimament lill-pubbliku. Id-dritt li tinkiseb tali rimunerazzjoni annwali supplimentari ma tistax tkun miċħuda mill-artist.

2c.     L-ammont globali li għandu jiġi riservat mill-produttur ta’ fonogrammi għal ħlas tar-rimunerazzjoni supplimentari msemmija fil-paragrafu 2b għandu jikkorrispondi għal 20 % tad-dħul li hu jkun kiseb, matul is-sena ta’ qabel dik li għaliha titħallas ir-rimunerazzjoni msemmija, mir-riproduzzjoni, mid-distribuzzjoni u mid-disponibbiltà tal-fonogramma konċernata, wara l-50 sena minn meta ġiet ippubblikata leġittimament, jew jekk ma kinitx ippubblikata, il-50 sena wara li ġiet komunikata leġittimament lill-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta’ fonogrammi ikunu meħtieġa, fuq talba, li jfornu lill-artisti, li jkollhom dritt għar-rimunerazzjoni annwali supplimentari skont il-paragrafu 2b, kwalunkwe tagħrif li jista’ jkun meħtieġ sabiex jiġi skurat il-ħlas ta’ dik ir-remunerazzjoni.

2d.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dritt li tinkiseb rimunerazzjoni annwali supplimentari kif imsemmija fil-paragrafu 2b jiġi amministrat mis-soċjetajiet ta’ ġestjoni kollettiva.

2e.     Fejn artist huwa intitolat għal ħlasijiet rikorrenti, m’għandhomx jitnaqqsu la ħlasijiet minn qabel u lanqas xi tnaqqis miftiehem b’kuntratt mill-ħlasijiet lill-artist wara il-50 sena wara li l-fonogramma ġiet ippublikata legalment, jew meta ma tkunx ġiet ippubblikata il-50 sena wara li ġiet komunikata leġittimament lill-pubbliku.”

(3)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 10║:

“5.   L-Artikolu 3 (1) u (2 e) fil-verżjoni ▐ kif previst mid-Direttiva …/…/KE (6) għandu ▐ japplika ▐ għall-iffissar tal-prestazzjonijiet u l-fonogrammi li fir-rigward tagħhom l-artist u l-produttur ta’ fonogrammi għadhom protetti, permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, fil- … (7). u għall-iffissar tal-prestazzjonijiet u tal-fonogrammi li saru wara dik id-data.

6.     L-Artikolu 1(7), kif miżjud mid-Direttiva …/…/KE (6) , għandu japplika għall-kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem, li minnhom mill-inqas il-kompożizzjoni mużikali jew il-kliem ikunu protetti f’mill-inqas wieħed mill-Istati Membri qabel …  (7) u għal kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem li saru wara dik id-data.

L-ewwel subparagrafu għandu jkunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ta’ sfruttament li jseħħ qabel … (7). L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jipproteġu b’mod partikolari d-drittijiet akkwiżiti tal-partijiet terzi.

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu ║ li ġej:

Artikolu 10a

Il-miżuri tranżitorji marbuta mat-traspożizzjoni tad-direttiva …/…/KE  (8)

1.   Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet kuntrattwali ċari għall-kuntrarju, il-kuntratt, dwar it-trasferiment jew assenzjazzjoni konkluż qabel … (9) , għandu jitqies li jibqa’ jipproduċi l-effetti tiegħu lilhinn mill-waqt li fih, permezz tal-Artikolu 3 (1) ▐ fil-verżjoni ▐ qabel l-emenda mid-Direttiva …/…/KE  (8), l-artist ▐ ma jibqgħux ikunu protetti ▐.

2.     L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li kuntratti b’trasferiment jew assenjazzjonili jintitolaw artist għal ħlasijiet rikorrenti u li jiġu konklużi qabel …  (9) jistgħu jiġu modifikati 50 sena wara li l-fonogramm ikun ġie ppubblikat skont il-liġi, jew jekk din il-pubblikazzjoni ma tkunx saret, 50 sena wara li jkun ġie komunikat lill-pubbliku skont il-liġi.

Artikolu 2

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku sa mhux iktar tard minn …  (10) rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fid-dawl tal-iżvilupp tas-suq diġitali u, meta jkun xieraq, għandha tressaq proposta sabiex temenda ulterjorment id-Direttiva 2006/116/KE.

Artikolu 3

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-bżonn eventwali għal estensjoni tat-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-artisti u tal-produtturi fis-settur awdjoviżiv, u għandha tirrapporta dwar ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010. Jekk dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta sabiex temenda ulterjorment id-Direttiva 2006/116/KE.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, sa…  (11) mhux iktar tard minn, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ▐.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tal-14 ta’ Jannar 2009 (għada mhix ippubblikata fil-ĠU).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009.

(3)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 12.

(4)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(5)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28.

(6)  ĠU L …

(7)   Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ta’ emenda.

(8)   Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ta’ emenda.

(9)   Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ta’ emenda.

(10)   Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ta’ emenda.

(11)   Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ta’ emenda.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/338


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport ***I

P6_TA(2009)0283

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (COM(2008)0887 – C6-0512/2008 – 2008/0263(COD))

2010/C 184 E/70

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0887),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0512/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0226/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0263

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Iż-żieda fit-trasport bit-triq marbut mat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea u mal-ħtiġijiet tal-mobbiltà taċ-ċittadini huwa kawża prinċipali taż-żieda dejjem akbar tal-konġestjoni tal-infrastruttura tat-toroq u l-konsum tal-enerġija, kif ukoll il-problemi ambjentali u soċjali.

(2)

Ir-rispons għal dawn l-isfidi maġġuri ma jistax ikun limitat għall-miżuri tradizzjonali fosthom, ta’ min jinnota l-espansjoni tal-infrastruttura eżistenti tat-trasport bit-triq. L-innovazzjoni ser ikollha rwol ewlieni biex jinstabu soluzzjonijiet xierqa għall-Komunità.

(3)

Is-Sistemi Intelliġenti ta’ Trasport (SIT) huma applikazzjonijiet avvanzati li, mingħajr ma jinkorporaw l-informazzjoni nnifisha, għandhom l-għan li jagħtu servizzi innovattivi dwar il-modi ta’ trasport u l-ġestjoni tat-traffiku u jippermettu lid-diversi utenti li jkunu mgħarrfa aħjar u li jagħmlu użu aktar sikur, aktar koordinat u aktar intelliġenti min-netwerks tat-trasport.

(4)

L-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għas-settur tat-trasport bit-triq u l-interkonnessjonijiet tiegħu ma’ modi oħra ta’ trasport (SIT) ser tagħti kontribut sinifikanti biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza, fosthom l-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport bit-triq u l-mobbiltà tal-passiġġieri u l-merkanzija filwaqt li fl-istess ħin tiżgura l-funzjonament tas-suq intern u livelli ogħla ta’ kompetittività u impjiegi.

(5)

Bosta applikazzjonijiet avvanzati u mekkaniżmi Komunitarji ġew żviluppati għal modi differenti ta’ trasport, bħat-trasport ferrovjarju (ERTMS u TAF-TSI), it-trasport fuq il-baħar miftuħ u foq mogħdijiet tal-ilma interni (LRITS, SafeSeaNet, VTMIS, RIS), it-trasport bl-ajru (SESAR) u t-trasport fuq l-art, pereżempju, it-trasport tal-bhejjem.

(6)

Żviluppi fl-applikazzjonijiet tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għal modi oħra ta’ trasport għandhom issa jiġu riflessi fl-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli ta’ integrazzjoni bejn l-oqsma tat-trasport bit-triq u modi oħra ta’ trasport.

(7)

F’xi Stati Membri applikazzjonijiet nazzjonali ta’ dawn it-teknoloġiji diġà qed jiġu varati fis-settur tat-trasport bit-triq, imma dan il-varar jibqa’ frammentat u mhux koordinat u ma jistax jipprovdi l-kontinwità ġeografika tas-servizzi tas-SIT fil-Komunità kollha.

(8)

Biex ikun żgurat varar koordinat u effikaċi tas-SIT fi ħdan il-Komunità kollha, għandhom jiddaħħlu speċifikazzjonjiet komuni. Għall-ewwel għandha tingħata prijorità lill-erba’ oqsma ewlenin tal-iżvilupp u l-varar tas-SIT.

(9)

L-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom fost l-oħrajn iqisu u jibnu fuq l-esperjenza u r-riżultati li diġà nkisbu f’dan il-qasam, l-aktar fil-kuntest tal-inizjattiva Sikurezza-e (4), imnedija mill-Kummissjoni f’April 2002. Il-Forum tas-Sikurezza-e ġie stabbilit mill-Kummissjoni skont l-inizjattiva sabiex jippromwovi u jimplimenta aktar ir-rakkommandazzjonijiet biex issostni l-iżvilupp, il-varar u l-użu tas-sistemi tas-Sikurezza-e.

(10)

Vetturi li jitħaddmu l-aktar għall-interess storiku tagħhom u li oriġinarjament ġew reġistrati u/jew mogħtija approvazzjoni tat-tip u/jew tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, m’għandhomx jiġu effettwati mir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva.

(11)

Is-SIT għandhom jibnu fuq sistemi interoperabbli ta’ standards pubbliċi, disponibbli b’mod mhux diskriminatorji għall-fornituri kollha tal-applikazzjonijiet u s-servizzi u tal-utenti.

(12)

Jeħtieġ li fil-ġejjieni tkun żgurata l-interoperabilità tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi pprovduti mill-varar tas-SIT u li jkopru, fejn meħtieġ, il-kompatibbiltà b’lura tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT.

(13)

Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT ser jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali. Dan l-ipproċessar għandu jitwettaq skont ir-regoli Komunitarji, kif stabbiliti fost l-oħrajn, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (5) u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (6).

(14)

Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, u speċjalment tal-informazzjoni tat-traffiku u l-ivvjaġġar, għandu jinvolvi l-ipproċessar tad-data dwar it-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar li tagħmel parti minn dokumenti miżmuma minn entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. Dan l-ipproċessar u l-użu għandu jitwettaq skont ir-regoli tal-Komunità, kif stipulati fid-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (7).

(15)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur (motorizzati) u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, filwaqt li d-Direttivi 2002/24/KE (9) u 2003/37/KE (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati b’żewġ jew tlett roti u tratturi agrigoli jew tal-forestrija, il-karrijiet tagħhom u l-makkinarju li jinġibed u li jista’ jinbidel rispettivament. Għalkemm id-dispożizzjonijiet f’dawn id-Direttivi jkopru t-tagħmir relatat mas-SIT istallat fil-vetturi, ma japplikawx għat-tagħmir u s-softwer tas-SIT tal-infrastruttura esterna tat-toroq, li għandhom b’hekk jiġu koperti bi proċeduri nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip.

(16)

Għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu garanziji ta’ ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddipendu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta’ preċiżjonijiet (11) bħall-Komunikazzjoni ta’ Distanza Qasira Dedikata (DSRC) .

(17)

Il-partijiet konċernati ewlenin bħal ma huma l-fornituri tas-servizzi tas-SIT, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tas-SIT, l-operaturi tat-trasport u tal-faċilitajiet, rappreżentanti tal-industrija tal-manifattura, l-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti u l-awtoritajiet lokali għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar l-aspetti kummerċjali u tekniċi tal-varar tas-SIT fi ħdan il-Komunità.

(18)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (12).

(19)

Partikolarment il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta miżuri dwar l-emendi għall-Annessi u l-miżuri li jistipulaw speċifikazzjonijiet aktar dettaljati għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-użu tas-SIT interoperabbli. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, fost l-oħrajn billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20)

Sabiex jiġi żgurat approċċ koordinat, il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn l-attivitajiet tal-kumitat stabbilit b’din id-Direttiva u dawk tal-Kumitat stabbiliti bid-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (13), il-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (14), u l-Kumitat imsemmi fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur [motorizzati] u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (15).

(21)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiżgura it-tnedija u l-użu koordinat tas-SIT interoperabbli madwar il-Komunità kollha, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-varar koordinat u koerenti u l-użu tas-SIT, inklużi SIT interoperabbli, fi ħdan il-Komunità u l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

Għandha tappplika għas-SIT kollha għall-vjaġġaturi, għall-vetturi u l-infrastruttura u l-interazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport bit-triq inkluż it-trasport urban, u l-interkonnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport.

L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun bla ħsara għar-rekwiżiti tal-Istati Membri marbuta mal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (SIT)” tfisser sistemi, li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b’sostenn għat-trasport bit-triq (fosthom l-infrastruttura, il-vetturi u l-utenti) u l-ġestjoni tat-traffiku u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport, fosthom l-għoti ta’ biljetti interoperabbli u multimodali ;

(b)

“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi tan-negozju li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, biex jiskambjaw id-data u jaqsmu l-informazzjoni u l-għarfien;

(c)

“applikazzjoni tas-SIT” tfisser strument operattiv għall-applikazzjoni tas-SIT;

(d)

“servizzi tas-SIT” tfisser l-użu ta’ applikazzjoni tas-SIT f’qafas organizzattiv u operattiv definit sew bl-għan li jikkontirbwixxi għas-sikurezza tal-utenti, l-effiċjenza, il-kumdità u/jew il-faċilitazzjoni jew is-sostenn tal-operat tat-trasport u l-ivvjaġġar;

(e)

“fornitur tas-servizzi tas-SIT” tfisser kwalunkwe fornitur ta’ servizz tas-SIT, kemm jekk pubbliku jew privat;

(f)

“utent tas-SIT” tfisser kwalunkwe utent tal-applikazzjonijiet jew is-servizzi tas-SIT fosthom il-vjaġġaturi, utenti vulverabbli tat-triq, l-utenti u l-operaturi tat-trasport bit-triq, il-maniġers tal-flotot u l-operaturi tas-servizzi tal-emerġenza;

(g)

“apparat nomadiku” tfisser biċċa tagħmir tal-komunikazzjoni jew tal-informazzjoni li tista’ titqiegħed ġo vettura minn sewwieq biex tintuża waqt is-sewqan, bħal telefon ċellulari, sistema tan-navigazzjoni jew kompjuter portabbli personali;

(h)

“pjattaforma” tfisser ambjent inklussiv funzjonali, tekniku u operattiv li jippertmetti l-varar, il-fornitment jew l-esplojtazzjoni tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT;

(i)

“utenti vulnerabbli tat-trasport” tfisser min jagħmel użu mit-triq mingħajr vettura bil-mutur, bħal pereżempju n-nies mexjin fit-triq, iċ-ċiklisti, kif ukoll is-sewwieqa tal-muturi u l-persuni b’diżabilità jew persuni b’mobilità limitata;

(j)

“il-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT” tfisser il-livell bażiku tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, li huma elementi indispensabbli tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T).

Artikolu 3

Varar tas-SIT

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-varar koordinat u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT interoperabbli effettivi fil-Komunità.

2.     Fejn possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kompatibilità ma’ apparat aktar qadim tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-SIT fil-Komunità.

3.   L-Istati Membri għandhom mod partikolarment:

(a)

jiżguraw li data rilevanti tat-trasport bit-triq, li tkun affidabbli u aġġornata regolarment, tkun disponibbli għall-utenti tas-SIT u għall-fornituri tas-servizzi tas-SIT;

(b)

jiżguraw li data dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar bit-triq u l-informazzjoni rilevanti oħra tkun tista’ tiġi skambjata bejn iċ-ċentri kompetenti tal-informazzjoni u l-kontroll tat-traffiku fir-reġjuni differenti jew fl-Istati Membri differenti;

(c)

l-applikazzjoni tas-SIT għall-modi kollha ta’ trasport u għall-interkonnessjonijiet ta’ bejniethom, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ integrazzjoni bejn il-modi kollha tat-trasport;

(d)

jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintegraw is-sistemi tas-SIT tas-sikurezzza u relatati mas-sigurtà fil-vetturi u fl-infrastruttura tat-toroq u biex jiżviluppaw interkonnessjonijiet bejn il-magni u l-bniedem (HMI), partikolarment għall-apparat nomadiku;

(e)

jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintegraw l-applikazzjonjiet tas-SIT, li jinvolvu l-iskambju tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura tat-toroq fi ħdan pjattaforma waħda;

(f)

jevitaw il-ħolqien ta’ frammentazzjoni u ta’ nuqqas ta’ kontinwità ġeografika.

4.   Għall-finijiet tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu servizzi globali, kontinwi u garanziji ta’ ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddipendu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta’ preċiżjoni bħad-DSRC .

5.   Meta jadottaw il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri għandhom jirrikjedu konformità mal-prinċipji stipulati fl-Anness I.

6.     L-Istati Membri għandhom iqisu l-partikularitajiet morfoloġiċi ta’ reġjuni li jkunu iżolati ġeografikament u d-distanzi li jridu jiġu koperti biex jintlaħqu, u jagħmlu eċċezzjoni, jekk ikun meħtieġ, għall-prinċipju tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-effiċjenza msemmi fl-Anness I.

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi speċifikazzjonijiet għall-varar u użu tas-SIT, fl-oqsma ta’ prijorità li ġejjin:

(a)

l-użu ottimali tad-data tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar;

(b)

kontinwità tas-servizzi tas-SIT tal-immaniġġjar tat-traffiku u l-merkanzija fil-kurituri Ewropej tat-trasport u fil-konurbanazzjonijiet;

(c)

sikurezza u sigurtà fit-toroq;

(d)

integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport.

(2)     Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-varar u l-użu tal-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(a)

l-għoti ta’ servizzi ta’ tagħrif dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar f’ħin reali fl-UE kollha;

(b)

id-data u l-proċeduri għall-għoti ta’ servizzi ta’ tagħrif universali minimi dwar it-traffiku bla ħlas;

(c)

l-introduzzjoni armonizzata tal-eCall fl-Ewropa kollha;

(d)

miżuri xierqa dwar postijiet sikuri ta’ parkeġġ għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali u dwar parkeġġ ikkontrollat b’mod telematiku u sistemi ta’ riservazzjoni.

3.     Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-varar u l-użu tas-SIT, lil hinn mil-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi għall-bini u ż-żamma kofinanzjati mill-Komunità tan-Netwerk trans-Ewropew tat-toroq (TERN).

4.    L-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-prinċipji stipulati fl-Anness I u għandhom ikun fihom tal-anqas l-elementi prinċipali stipulati fl-Anness II.

5.     Sabiex jiġu garantiti l-interoperabilità u t-taqsim tal-passiv, il-Kummissjoni għandha tikkomplementa, fejn jinħtieġ, l-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II, bi speċifikazzjonijiet dwar l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operattiv tas-servizzi tas-SIT u għandha tistipula l-kontenut tas-servizzi u tal-obbligi tal-fornituri tas-servizz.

6.     L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiddeterminaw ukoll il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu, flimkien mal-Kummissjoni, jimponu regoli addizzjonali għall-forniment ta’ dawn is-servizzi fit-territorju kollu tagħhom, jew f’parti minnu.

7.     Il-miżuri msemmija fil-paragrafi1 sa 6, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).

8.     Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni xierqa tal-impatt qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6.

9.     Prinċipji addizzjonali u/jew elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet mhux previsti f’din id-Direttiva għandhom jiżdiedu mal-Anness I u/jew II, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

Artikolu 5

Approvazzjoni tat-tip tal-infrastuttura tat-toroq relatata mat-tagħmir u s-softwer tas-SIT

1.   Fejn meħtieġ minħabba l-effiċjenza, fosthom għar-raġunijiet tal-effiċjenza tal-enerġija, tas-sikurezza jew is-sigurtà, jew tal-protezzjoni ambjentali, it-tagħmir u s-softwer tal-applikazzjonijiet tas-SIT li jaqgħu 'l barra mill-ambitu tad-Direttivi 2002/24/KE, 2003/37/KE u 2007/46/KE, għandu jkollhom l-approvazzjoni tat-tip qabel jibdew jintużaw.

2.     Għat-tagħmir u l-applikazzjonijiet tas-softwer tas-SIT imsemmija fil-paragrafu 1, l-ispeċifikazzjonijiet relevanti dwar ir-responsabilità għandhom ikunu komunikati lill-entitajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip għat-tagħmir tas-SIT u tal-applikazzjonijiet tas-softwer koperti minn din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni liema huma l-entitajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir u l-applikazzjonijiet tas-softwer tas-SIT inkluża l-akkreditazzjoni tal-fornituri tal-applikazzjonijiet tas-softwer tas-SIT koperti b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

4.   L-Istati Membri kollha għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-entitajiet nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 3.

5.     It-tagħmir u s-softwer tas-SIT jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jidħlu fis-servizz biss jekk, meta jiġu installati u miżmuma kif jixraq u użati għall-iskop li huma maħsuba għalih, ma jqegħdux is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni utal-ambjent, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, u, fejn ikun il-każ, il-proprjetà fil-periklu.

6.     Għandu jkun presunt li t-tagħmir u s-softwer tas-SIT jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet adottati kif previsti fl-Artikolu 4 jekk ikunu konformi mal-istandards relevanti nazzjonali jew Ewropej, fejn ikunu disponibbli, f’konformità mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti ta’ tagħrif fil-qasam tal-istandards tekniċi u r-regolamenti u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (16).

Artikolu 6

Kumitat għall-istandards u r-regolamenti tekniċi

Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(6) ma jilħqux għal kollox l-ispeċifikazzjonijiet adottati kif previst fl-Artikolu 4, l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Permanenti mwaqqaf mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jagħtu r-raġunijiet. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni b’urġenza.

Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar jekk dawk l-istandards għandhomx jitneħħew mill-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 7

Regoli dwar il-privatezza, is-sigurtà u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tat-tħaddim tas-SIT jitwettaq skont ir-regoli Komunitarji li jipproteġu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, l-aktar id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

2.     Sabiex tkun żgurata l-privatezza, għandu jkun inkoraġġit l-użu ta’ data anonima, fejn xieraq, għat-twettiq ta’ applikazzjoni u/jew servizz tas-SIT.

3.     Id-data personali għandha tkun ipproċessata biss safejn meħtieġ biex tintuża applikazzjoni u/jew servizz tas-SIT.

4.     Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, din id-data għandha tiġi pproċessata biss meta s-suġġett tad-data espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu b’mod mgħarraf għall-ipproċessar ta’ dik id-data.

5.   ▐ L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data u r-reġistri tas-SIT jiġu protetti kontra l-abbuż, fosthom l-aċċess illegali, tibdil jew telf u ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra għajr dawk imsemmija fid-Direttiva.

6.   Għandha tapplika d-Direttiva 2003/98/KE.

Artikolu 8

Programmazzjoni

1.     Il-Kummissjoni għandha tħejji programm ta’ ħidma annwali fuq il-bażi tal-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II, għall-ewwel darba mhux aktar tard minn … (17).

2.     Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-ħidma tal-kumitati stabbiliti f’konformità ma’ atti Komunitarji oħra rigward l-oqsma differenti tas-SIT, fosthom il-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-SIT imsemmi fl-Artikolu 10.

3.     Il-Kummissjoni għandha, bil-koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà ġenerali tal-użu tas-SIT ma’ politika, programmi u azzjonijiet Komunitarji rilevanti oħra.

4.     Il-Kummissjoni għandha tikkopera b’mod attiv mal-istrutturi tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali dwar id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Annessi I u II.

5.     Il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2) għall-iskopijiet ta’:

(a)

l-adozzjoni u l-modifika tal-programmi ta’ ħidma annwali;

(b)

id-determinazzjoni tal-oqsma ta’ prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali.

Il-programm ta’ ħidma annwali u l-oqsma ta’ prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.     f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn … (18), tadotta programm ta’ ħidma b’għanijiet u dati ta’ skadenza għall-implimentazzjoni tal-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II.

Artikolu 9

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat msejjaħ il-Kumitat Ewropew għas-SIT, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 10

Grupp Konsultattiv Ewropew għas-SIT

1.    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv Ewropew għas-SIT biex jagħtiha pariri dwar l-aspetti tan-negozju u tekniċi tal-varar tas-SIT fil-Komunità kollha. Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mis-setturi rilevanti tal-fornituri tas-servizzi tas-SIT, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, l-operaturi tat-trasport u tal-faċilitajiet, l-industrija tal-manifattura, is-sieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti, l-awtoritajiet lokali u fora rilevanti oħra.

2.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rappreżentanti tal-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT ikunu kompetenti u li l-Grupp jinkludi rappreżentanza adegwata minn dawk is-setturi tal-industrija u minn dawk l-utenti affettwati minn miżuri li jistgħu jiġu proposti mill-Kummissjoni taħt din id-Direttiva.

3.     Il-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-ITS għandu jiġi kkonsultat biex jagħti opinjoni teknika dwar l-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

4.     Ix-xogħol tal-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT għandu jsir b’mod trasparenti.

Artikolu 11

Rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn … (19) rapport dettaljat dwar l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali tagħhom dwar l-oqsma prijoritarji stipulati fl-Artikolu 4(1) u li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn … (20) il-pjani tagħhom għall-azzjonijiet nazzjonali tas-SIT matul il-ħames snin ta’ wara u li jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness III.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena minn hemm 'il quddiem dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjani.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sitt xhur lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, flimkien ma’ analiżi dwar it-tħaddim tar-regoli stipulati fl-Annessi I u II, u għandha tevalwa l-ħtieġa ta’ emendar ta’ din id-Direttiva .

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sitt xhur lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’mod partikolari dwar is-sitwazzjoni rigward finanzjament u, jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta dwar l-iffinanzjament tal-implimentazzjoni tal-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT.

Artikolu 12

It-traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn … (21). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tat-13 ta’ Mejju 2009 (għadha mhux ppublikata fil-ĠU).

(2)  ĠU C

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 April 2009.

(4)  http://www.esafetysupport.org/download/European_Commission/048-esafety.pdf

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(7)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.

(8)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(9)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 171, 09.07.2003, p. 1.

(11)  Ara r-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1).

(12)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(13)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.

(14)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(15)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(16)   ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(17)   Tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(18)   Sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(19)  Sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(20)  Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din d-Direttiva.

(21)   12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS I

PRINĊIPJI TAL-VARAR KIF IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3

L-għażla u l-varar tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT għandhom ikun msejsa fuq evalwazzjoni tal-ħtiġijiet, u għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

(a)

effikaċja – il-kapaċità li tagħmel kontribut tanġibbli lejn is-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju li titnaqqas il-konġestjoni, it-tnaqqis tal-emissjonjiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta' livelli ogħla ta' sikurezza u sigurtà u l-indirizzar tal-kwistjonijiet relatati mal-vulnerabilità tal-utenti tat-triq);

(b)

effiċjenza tan-nefqa – il-proporzjon tan-nefqa f'relazzjoni mar-riżultati f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilħiq tal-għanijiet;

(c)

il-kontinwità ġeografika – il-kapaċità li jkunu żgurati, mingħajr intoppi, is-servizzi fil-Komunità kollha u fil-fruntieri esterni tagħha, b'mod partikolari fit-TEN-T;

(d)

interoperabbiltà – il-kapaċità tas-sistemi li jiskambjaw id-data u li jippermettu l-qsim tal-informazzjoni u t-tagħrif;

(e)

livell ta' maturità – il-livell tal-iżvilupp;

(f)

intermodalità - iċ-ċaqliq ta' ġarr ta' merkanzija fuq it-toroq għal ġarr bi vjaġġi qosra fuq il-baħar, bil-ferrovija, b'mogħdijiet tal-ilma interni jew b'taħlita ta' metodi ta' trasport, fejn il-vjaġġi bit-triq ikunu kemm jista' jkun effiċjenti.

Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
ANNESS II

ELEMENTI PRINĊIPALI TAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 4

(1)

Użu ottimali tad-data tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar

L-ispeċifikazzjonijiet għal użu ottimali tad-data tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex l-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar tkun preċiża u disponibbli bejn il-konfini għall-utenti tas-SIT, partikolarment:

id-disponibbiltà tad-data preċiża dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku f'ħin reali użata għall-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar lill-fornituri tas-servizzi tas-SIT;

il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku bejn l-awtoritajiet rilevanti pubbliċi u l-partijiet konċernati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tas-SIT, bejn il-konfini;

l-aġġornar immedjat tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku użata għall-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mill-partijiet konċernati;

l-aġġornar immedjat, mill-fornituri tas-servizzi tas-SIT, tal-informazzjoni f''ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar;

(b)

id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa għall-ġbir mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti tad-data dwar it-toroq u t-traffiku (fosthom, pereżempju, l-pjanti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rotot rakkommandati, speċjalment għall-vetturi kbar tal-merkanzija) u għall-forniment tagħhom lil fornituri tas-servizzi tas-SIT, partikolarment:

id-disponibbiltà, għall-fornituri tas-servizzi tas-SIT, tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku (fosthom, pereżempju l-pjanti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rottot rakkommandati) li tkun inġabret mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti;

il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku bejn l-awtoritajiet rilevanti pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi tas-SIT;

l-aġġornar immedjat tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku (fosthom il-pjanti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rottot rakkommandati) mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti;

l-aġġornar immedjat tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tas-SIT permezz ta' din id-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku mill-fornituri tas-serviziz tas-SIT;

(c)

id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex id-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku użata għall-mapep diġitali preċiżi u disponibbli għall-produtturi tal-mapep diġitali u għall-fornituri tas-servizzi, partikolmenti:

id-disponibbiltà tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku użata għall-mapep diġitali għall-produtturi tal-mapep diġitali u għall-fornituri tas-servizzi;

il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet konċernati u l-produtturi privati tal-mapep diġitali u l-fornituri;

l-aġġornar immedjat tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku għall-mapep diġitali mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mill-partijiet konċernati;

l-aġġornar immedjat tal-mapep diġitali mill-produtturi tal-mapep diġitali u mill-fornituri tas-servizzi;

(d)

id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-forniment b'xejn tal-“messaġġi universali dwar it-traffiku” lill-utenti kollha tat-toroq, kif ukoll tal-kontenut tagħhom, partikolarment:

l-użu ta' lista standard ta' avvenimenti tat-traffiku marbuta mas-sikurezza (“messaġġi universali dwar it-traffiku” ) li għandhom jiġu kkomunikati lill-utenti tas-SIT mingħajr ħlas;

il-kompatibbiltà ta' u l-integrazzjoni tal-“messaġġi universali dwar it-traffiku” fis-servizzi tas-SIT għall-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar.

(2)

Il-kontinwità tas-servizzi tas-SIT tal-immaniġġjar tat-traffiku u l-merkanzija fil-kurituri Ewropej tat-trasport u fil-konurbanazzjonijiet

L-ispeċifikazzjonijiet għall-kontinwità u l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-immaniġġjar tat-traffiku u l-merkanzija u fil-kurituri Ewropej tat-trasport u fil-konurbanazzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)

id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi/meħtieġa għall-kontinwità tas-servizzi tas-SIT għall-merkanzija u l-passiġġieri tul il-kuruturi tat-trasport u fil-modi differenti, partikolarment:

il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data dwar it-traffiku u l-informazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, mir-reġjuni, jew iż-żoni urbani u interurbani bejn iċ-ċentri rilevanti tal-informazzjoni/kontroll tat-traffiku,

l-użu ta' flussi standardizzati tal-informazzjoni jew l-interkonnessjonijiet tat-traffiku bejn iċ-ċentri rilevanti tal-informazzjoni/kontroll tat-traffiku;

(b)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-użu tat-teknoloġiji innovattivi tas-SIT (l-Apparati għall-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID) id-DSRC, jew il-Galileo/Egnos) fir-realizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-SIT (speċjalment l-ittraċċar u llokalizzar tal-merkanzija matul il-vjaġġ tagħha u fil-modi kollha) għal-loġistika tat-trasport tal-merkanizija (Merkanzija-e), partikolarment:

id-disponibbiltà tat-teknoloġiji rilevanti tas-SIT għal u l-użu tagħhom mill-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet tas-SIT;

l-integrazzjoni tar-riżultati tal-lokalizzazzjoni (permezz, per eżempju, tar-RFID id-DRSC u/jew tal-Galileo/EGNOS) fiċ-ċentri u l-għodod tal-immaniġġjar tat-traffiku;

(c)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tal-istruttura tas-SIT għall-mobbiltà urbana fosthom approċċ integrat u multimodali għall-ippjanar tal-ivvjaġġar, id-domanda għat-trasport u l-immaniġġjar tat-traffiku, partikolarment:

id-disponibbiltà tat-trasport pubbliku, l-ippjanar tal-ivvjaġġar, id-domanda għat-trasport, id-data dwar it-traffiku u d-data tal-ipparkjar għaċ-ċentri urbani tal-kontroll;

il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn iċ-ċentri urbani differenti tal-kontroll għat-trasport pubbliku u privat u bejn il-modi kollha possibbli ta' trasport;

l-integrazzjoni tad-data u l-informazzjoni kollha rilevanti fi struttura waħda;

(d)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurati servizzi tas-SIT mingħajr xkiel fil-Komunità u mal-fruntieri esterni tagħha.

(3)

Sikurezza u sigurtà fit-toroq

L-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet tas-SIT għas-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-introduzzjoni armonizzata tas-Sejħa-e pan-Ewropea, fosthom:

id-disponibbiltà tad-data meħtieġa tas-SIT fil-vetturi biex tiġi skambjata;

id-disponibbiltà għaċ-ċentri (tas-salvataġġ) tat-tagħmir meħtieġ fl-infrastruttura tat-toroq (Punti tal-Aċċess għas-Servizz Pubbliku) biex jirċievu d-data mibgħuta mill-vetturi;

il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn il-vetturi u ċ-ċentri (tas-salvataġġ) tal-infrastruttura tat-toroq (Punti tal-Aċċess għas-Servizz Pubbliku);

(b)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiżguraw is-sikurezza tal-utenti tat-toroq fir-rigward tal-HMI fil-vetturi tagħhom u l-użu tal-apparat nomadiku, kif ukoll tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet mill-vetturi;

(c)

id-definizzjoni ta' miżuri biex tkun garantita s-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq permezz tas-sistemi ta' ġestjoni tal-mobilità għall-fornituri tas-servizzi u tal-utenti fir-rigward tat-tħaddim tas-Sistemi tal-Assistenza Avanzata fis-Sewqan (ADAS) u l-HMI;

(d)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà u l-kumdità tal-utenti vulnerabbli tat-toroq fl-applikazzjonijiet kollha tas-SIT;

(e)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu pprovduti postijiet sikuri għall-ipparkjar għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali u s-sistemi tal-ipparkjar u r-riżervazzjoni bbażati fuq is-SIT, partikolarment:

id-disponibbiltà ta' biżżejjed faċilitajiet għall-ipparkjar;

id-disponibblità ta' informazzjoni dwar l-ipparkjar fit-toroq għall-utenti;

il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn is-siti tal-ipparkjar fit-toroq, iċ-ċentri u l-vetturi;

l-integrazzjoni tat-teknoloġiji rilevanti tas-SIT kemm fil-vetturi u fil-faċilitajiet tal-ipparkjar fit-toroq biex tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar l-ispazji tal-ipparkjar disponibbli għal raġunijiet ta' riżervazzjoni.

(4)

Integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport

L-ispeċifikazzjonijiet għas-SIT għall-integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jiġu integrati l-applikazzjonijiet differenti tas-SIT fi pjattaforma miftuħa fil-vetturi, imsejsa partikolarment fuq:

l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti għat-tħaddim tal-applikazzjonijiet tas-SIT eżistenti jew pjanati;

id-definizzjoni ta' struttura ta' sistema miftuħa li tiżgura l-interoperabbiltà/interkonnessjoni mas-sistemi u l-faċilitajiet tal-infrastruttura;

l-integrazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-SIT ġodda fil-futur jew aġġornati b'manjiera “qabbad u uża” fi pjattaforma mifuħa fil-vetturi;

l-użu tal-proċessi ta' istandardizzazzjoni għall-adozzjoni tal-istruttura, u l-ispeċifikazzjonijiet miftuħa fil-vetturi;

(b)

id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jinġib aktar 'il quddiem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi kooperattivi (infrastruttura tal-vetturi), partikolarment:

il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data u l-informazzjoni bejn vettura u oħra, bejn il-vetturi u l-infrastruttura u bejn infrastruttura u infrastruttura;

id-disponibbiltà għall-partijiet rispettivi (vetturi jew infrastruttura tat-toroq) tad-data jew l-informazzjoni rilevanti biex tiġi skambjata;

l-użu ta' format standardizzat tal-messaġġi għal dan l-iskambju tad-data bejn il-vetturi u l-infrastruttura;

id-definizzjoni ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni għal kull tip ta' skambju ta' data u tagħrif bejn vettura u oħra, bejn il-vetturi u l-infrastruttura u bejn infrastruttura u infrastruttura;

id-definizzjoni ta' qafas regolatorju dwar l-interkonnessjoni bejn il-bniedem u l-magna (HMI) biex jindirizza l-kwistjonijiet ta' responsabilità u jipprovdi aġġustament aktar kredibbli tal-fatturi ta' sikurezza funzjonali tas-SIT fir-rigward tal-imġieba tal-bniedem;

l-użu ta' proċessi tal-istandardizzazzjoni għall-adozzjoni tal-istrutturi rispettivi.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS III

LINJI GWIDA GĦAL KONTENUT TAR-RAPPORTI DWAR L-AZZJONIJIET NAZZJONALI TAS-SIT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11

(1)

Ir-rapporti fir-rigward tal-oqsma prijoritarji stipulati fl-Artikolu 4(1) ipprovduti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 għandhom ikopru l-livell nazzjoanli. Madankollu jistgħu jiġu estiżi għal-livell reġjonali u/jew lokali magħżul, jekk rilevanti.

(2)

Ir-rapport li għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 11(1) għandu jinkludi, mill-anqas, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-istrateġija nazzjonali attwali fir-rigward tas-SIT;

(b)

l-għanijiet tagħha u r-raġunijiet li ssejset fuqhom;

(c)

deskrizzjoni fil-qosor tal-istat tal-kundizzjonijiet tal-varar tas-SIT u tal-qafas;

(d)

oqsma prijoritarji tal-azzjonijiet attwali u l-miżuri marbuta magħhom;

(e)

indikazzjoni dwar kif din l-istrateġija u dawn l-azzjonijiet jew miżuri ssostnu l-varar koordinat u interoperabbli tal-applikazzjonijiet tas-SIT u l-kontinwità tas-servizzi fil-Komunità (ara l-Artikolu 4(1)).

(3)

Ir-rapport li għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 11(2) għandu jinkludi, tal-anqas, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-istrateġija nazzjonali fir-rigward tas-SIT, fosthom l-għanijiet tagħha;

(b)

deskrizzjoni dettaljata kundizzjonijiet tal-varar tas-SIT u tal-qafas;

(c)

l-oqsma pjanati ta' prijorità għall-azzjonijiet u l-miżuri relatati, fosthom indikazzjoni dwar kif dawn jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità stipulati fl-Artikolu 4(1);

(d)

dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet attwali u pjanati fir-rigward ta'

L-istrumenti,

Ir-riżorsi,

Il-konsultazzjoni u l-partijiet konċernati attivi,

L-istadji ewelieni,

Il-monitoraġġ.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/353


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
It-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“Marco Polo II”) ***I

P6_TA(2009)0284

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“Marco Polo II”) (COM(2008)0847 – C6-0482/2008 – 2008/0239(COD))

2010/C 184 E/71

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0847),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0482/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0217/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
P6_TC1-COD(2008)0239

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (‘Marco Polo II’)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 923/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/354


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***I

P6_TA(2009)0285

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv (COM(2008)0852 – C6-0509/2008 – 2008/0247(COD))

2010/C 184 E/72

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0852),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0509/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0220/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0247

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

waqt li jaġixxu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Fil-qafas tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u tal-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Komunità, il-ħolqien ta' suq ferrovjarju intern, b'mod partikolari għat-trasport tal-merkanzija, huwa element essenzjali tal-progress lejn il-ħolqien ta' mobilità sostenibbli.

(2)

Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji ║ (4) rrappreżentat stadju importanti fl-istabbiliment tas-suq ferrovjarju intern.

(3)

Sabiex ikunu kompetittivi mal-modi tat-trasport l-oħra, is-servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija, miftuħa għall-kompetizzjoni mill-1 ta' Jannar 2007, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn infrastruttura ferrovjarja ta' kwalità tajba, jiġifieri li tippermetti l-provvista ta' servizzi ta' trasport tal-merkanzija f'kundizzjonijiet tajba f'termini ta' veloċità kummerċjali u ta' ħin tal-vjaġġ, u għandhom ikunu ta' min joqgħod fuqhom, jiġifieri li s-servizz li jipprovdu jkun tabilħaqq jikkorrispondi mal-impenji kuntrattwali li jkunu daħlu għalihom l-operaturi ferrovjarji.

(4)

Minkejja li l-liberalizzazzjoni tat-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija ppermettiet li jidħlu operaturi ġodda fin-netwerk, il-mekkaniżmi tas-suq mhumiex biżżejjed biex jorganizzaw, jirregolaw u jassiguraw it-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. L-ottimizzazzjoni u l-iżgurar tal-affidabilità tiegħu jimplikaw, b'mod partikulari, it-tisħiħ tal-proċeduri għall-koperazzjoni u l-allokazzjoni tal-mogħdijiet ferrovjarji bejn l-amministratturi tal-infrastruttura.

(5)

Il-Kunsill, fil-laqgħa tiegħu tas-7 ║ ta' April 2008, kkonkluda li għandha tingħata preferenza għall-użu effikaċi tal-infrastrutturi u, jekk ikun il-każ, jitjiebu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja b'miżuri meħuda fuq livell Ewropew u nazzjonali, u b'mod partikolari permezz ta' testi leġiżlattivi.

(6)

F'dan il-kuntest, il-ħolqien ta' netwerk ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva li fuqu l-ferroviji tal-merkanzija jkunu jistgħu jiċċirkolaw f'kundizzjonijiet tajbin u jgħaddu faċilment minn netwerk nazzjonali għal ieħor jippermetti li jitjiebu il-kundizzjonijiet tal-użu tal-infrastruttura.

(7)

Biex jinħoloq netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, l-inizjattivi diġà mnedija għall-infrastruttura ferrovjarja juru li l-ħolqien ta' kurituri internazzjonali, li jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' wieħed jew bosta setturi tas-suq tat-trasport tal-merkanzija identifikati b'mod ċar, jirrapreżenta l-metodu l-aktar xieraq.

(8)

In-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva għandu jsir b'mod koerenti man-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u mal-kurituri tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”) . Għal dan l-iskop, l-iżvilupp koordinat taż-żewġ netwerks huwa meħtieġ, u b'mod partikolari l-integrazzjoni tal-kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija mat-TEN-T li diġà jeżisti u mal-kurituri tal-ERTMS . Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju ║ regoli armonizzanti relatati ma' dawn il-kurituri tal-merkanzija. Jekk ikun il-każ, il-ħolqien ta' dawn il-kurituri għandu jkun appoġġat finanzjarjament fil-qafas tat-TEN-T, ta' programmi ta' riċerka u tal-programm Marco Polo, u ta' linji politiċi u fondi Komunitarji oħrajn, bħall-Fond ta' Koeżjoni .

(9)

Il-ħolqien ta' kuritur għall-merkanzija għandu jqis l-importanza partikulari tal-estensjoni ppjanata tan-netwerk TEN-T għall-pajjiżi tal-Politka Ewropea tal-Viċinat (ENP) bil-ħsieb li jiġu żgurati interkonnessjonijiet aħjar mal-infrastruttura ferrovjarja ta' pajjiżi terzi Ewropej.

(10)

Fil-qafas ta' kuritur għall-merkanzija, għandha tiġi assigurata koordinazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, li tingħata faċilità aħjar u suffiċjenti għat-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija, biex jinħolqu komunikazzjonijiet biżżejjed u effiċjenti mal-modi l-oħra tat-trasport sabiex jiġi żviluppat netwerk effiċjenti u integrat għat-trasport tal-merkanzija, u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li huma ta' inċentiv għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija.

(11)

Il-ħolqien ta' kuritur għall-merkanzija għandu jkun bbażat fuq proposti magħmula mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura. Fit-tieni fażi għandu jkun approvat fil-livell Ewropew skont kriterji u proċedura trasparenti u definita b'mod ċar. Il-kriterji għall-ħolqien ta' kurituri għall-merkanzija għandhom ikunu definiti b'mod li jkun adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri u tal-amministraturi tal-infrastruttura b'mod li jippermettulhom li jkollhom spazju biżżejjed għat-teħid ta' deċiżjonijiet u għall-ġestjoni ▐.

(12)

Biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri , l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji , kull kuritur għall-merkanzija għandu jkun appoġġjat minn korp ta' governanza, magħmul minn amministraturi diversi tal-infrastruttura li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-kuritur għall-merkanzija.

(13)

Biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq, il-metodi għall-ħolqien ta' kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu ppreżentati fi pjan ta' implimentazzjoni li għandu jinkludi l-identifikazzjoni u l-issettjar ta' skeda għall-miżuri li ttejjeb il-prestazzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Barra minn hekk, biex jiġi assigurat li l-azzjonijiet ippjanati jew implimentati għall-ħolqien ta' kuritur għall-merkanzija jissodisfaw il-ħtiġijiet jew l-aspettattivi tas-suq, l-impriżi ferrovjarji utenti kollha għandhom jiġu kkonsultati regolarment, skont proċeduri xierqa kif definiti mill-korp ta' governanza .

(14)

Biex tiġi assigurata l-koerenza u l-kontinwità tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura disponibbli tul il-kuritur għall-merkanzija, għandhom jiġu kkoordinati l-investimenti fuq il-kuritur għall-merkanzija bejn l-Istati Membri , l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji kkonċernati kif ukoll, jekk ikun applikabbli, bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi Ewropej, u jiġu ppjanati skont loġika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kuritur għall-merkanzija. Il-programm tal-ħolqien tagħhom għandu jkun ippubblikat biex jiġi żgurat li l-impriżi ferrovjarji li jistgħu joperaw fil-kuritur ikunu mgħarrfa tajjeb. Dawn għandhom jinkludu proġetti ta' intervent relatati mal-iżvilupp ta' sistemi interoperabbli u maż-żieda tal-kapaċità tal-ferroviji.

(15)

Għall-istess raġunijiet, ix-xogħol estensiv ta' manutenzjoni, li s-soltu jkollu impatt kbir fuq il-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja, għandu wkoll ikun ikkoordinat fuq il-livell tal-kuritur għall-merkanzija u jkun soġġett għal pubblikazzjonijiet aġġornati.

(16)

Il-ħolqien ta' infrastrutturi u ta' sistemi għall-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport intermodali tal-merkanzija huwa wkoll meħtieġ biex jiffavorixxi l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Komunità.

(17)

L-Istati Membri kkonċernati u l-awtoritajiet nazzjonali ta' sigurtà kompetenti fil-kuritur għall-merkanzija jistgħu jikkonkludu ftehimiet dwar l-għarfien reċiproku tal-vetturi minn naħa waħda, u tal-ħiliet ta' xufiera tal-ferroviji min-naħa l-oħra. L-awtoritajiet għas-sikurezza tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet.

(18)

Sabiex jiġu ffaċilitati d-domandi ta' kapaċitajiet tal-infrastruttura għas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija, huwa xieraq li tiġi stabbilita ġestjoni ċentralizzata għal kull kuritur għall-merkanzija. Għal dan jeħtieġ li wieħed jibbaża ruħu fuq l-inizjattivi li diġà jeżistu, b'mod partikolari dawk imnedija minn RailNetEurope, korp li huwa strument ta' koordinazzjoni tal-amministraturi tal-infrastruttura u li jipprovdi servizzi lill-operaturi tal-merkanzija internazzjonali.

(19)

Minħabba l-iskedi differenti ta' programmar tal-ħinijiet għat-tipi differenti tat-traffiku, ikun tajjeb li wieħed jara li d-domandi ta' kapaċità tal-infrastruttura għat-traffiku tal-merkanzija jkunu kompatibbli mad-domandirelatati mat-trasport ta' passiġġieri, b'mod partikolari fir-rigward tal-valuri soċjo-ekonomiċi rispettivi tagħhom. L-ispejjeż għall-użu tal-infrastruttura għandhom ivarjaw skont il-kwalità u l-affidabbiltà tal-mogħdija ferrovjarja allokata.

(20)

Il-ferroviji li jassiguraw trasport tal-merkanzija sensittivi ħafna għad-dewmien ta' trasport u għall-puntwalità , kif definiti mill-korp ta' governanza, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn prijorità suffiċjenti f'każ ta' problemi tat-traffiku.

(21)

Biex jiġi assigurat l-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, ▐ applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji jew il-gruppi tagħhom għandhom ikunu jistgħu biex jitolbu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura.

(22)

Sabiex tiġi ottimizzata l-ġestjoni tal-kuritur għall-merkanzija u jiġi assigurat fluss u prestazzjoni aħjar tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija, huwa meħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni tajba bejn il-korpi ta' kontroll fir-rigward tan-netwerks differenti koperti mill-kuritur għall-merkanzija. Bl-iskop li jiġi assigurat użu aħjar tal-infrastrutturi ferrovjarji, huwa meħtieġ li tiġi kkoordinata l-ġestjoni ta' dawn l-infrastrutturi u tat-terminals strateġiċi li jinsabu tul il-kuritur għall-merkanzija.

(23)

Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni relatata mal-użu tal-infrastruttura kollha ewlenija tal-kuritur għall-merkanzija u jiġi assigurat aċċess mhux diskriminatorju għal dawn, jidher li jkun tajjeb li dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija jkollhom disponibbli dokument ta' referenza li jiġbor din l-informazzjoni kollha.

(24)

Sabiex wieħed ikun jista' jikkalkula b'mod oġġettiv il-benefiċċji tal-azzjonijiet li jwasslu għall-ħolqien ta' kuritur għall-merkanzija u jassigura monitoraġġ effikaċi ta' dawn l-azzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti u jiġu ppubblikati b'mod regolari indikaturi tal-prestazzjoni tas-servizz tul il-kuritur għall-merkanzija. Id-definizzjoni tal-indikaturi ta' prestazzjoni għandha tkun ifformulata b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha li jipprovdu u jużaw is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija.

(25)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva magħmul minn kurituri tal-merkanzija, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri b'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarità msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'mod konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità bħal m'huwa msemmi f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

(26)

Għandhom jiddaħħalu regoli ġusti, ibbażati fuq kooperazzjoni bejn amministraturi tal-infrastruttura li għandhom jipprovdu servizz ta' kwalità lill-operaturi tal-merkanzija fil-qafas ta' kuritur ferrovjarju internazzjonali, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-investimenti, il-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku.

(27)

Jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat għall-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (5).

(28)

Jeħtieġ b'mod partikolari li jingħata d-dritt lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament. Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw xi elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolamentarja b'kontroll stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(29)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb l-effiċjenza tat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija meta mqabbel ma' metodi oħra ta' trasport, iżda dan l-iskop jeħtieġ li jintlaħaq ukoll permezz tal-azzjonijiet politiċi u l-involviment finanzjarju tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. Il-koordinazzjoni għandha tiġi żgurata fl-ogħla livell fost l-Istati Membri sabiex jiġi garantit it-tħaddim l-aktar effiċjenti tal-kurituri tal-merkanzija. L-impenn finanzjarju fl-infrastruttura u f'tagħmir tekniku bħall-ERTMS għandu jkollu l-għan li jżid il-kapaċità u l-effiċjenza tal-merkanzija bil-ferrovija b'konformità mal-għan ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-għan u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-ħolqien u l-organizzazzjoni tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva fil-kurituri ferrovjarji internazzjonali għall-merkanzija kompetittiva (“kurituri għall-merkanzija”). Huwa jistabbilixxi r-regoli ta' għażla u ta' organizzazzjoni tal-kurituri tal-merkanzija u tal-prinċipji kooperattivi relatati mal-ippjanar tal-investimenti, mal-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku.

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-ġestjoni u l-użu ta' infrastrutturi ferrovjarji għas-servizzi ferrovjarji nazzjonali u internazzjonali, ħlief:

a)

netwerks lokali u reġjonali awtonomi li jintużaw għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li jissellfu infrastruttura ferrovjarja , ħlief meta tali servizzi joperaw fuq parti mill-kuritur għall-merkanzija ;

b)

netwerks li jintużaw biss għall-użu ta' servizzi urbani u suburbani tat-trasport tal-passiġġieri;

ċ)

netwerks reġjonali li jintużaw biss, għas-servizzi ta' trasport tal-merkanzija reġjonali, minn impriża ferrovjarja waħda li ma taqax taħt id-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità  (6) sakemm applikant ieħor jitlob biex juża l-kapaċità tan-netwerk imsemmi;

d)

infrastrutturi ferrovjarji privati ristretti għall-użu mill-proprjetarju tagħhom biss għall-attivitajiet tat-trasport tal-merkanizja tiegħu stess.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-fini ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE għandhom japplikaw.

2.   Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1:

a)

“kuritur għall-merkanzija” għandha tfisser il-linji ferrovjarji kollha stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri u, jekk ikun il-każ, ta' pajjiżi terzi Ewropej li huma kollegati ma' żewġ terminals strateġiċi jew iżjed, inklużi fus ewlieni, rotot alternattivi u binarji li jikkomunikawhom, kif ukoll l-infrastrutturi ferrovjarji u t-tagħmir tagħhom fit-terminals tal-merkanzija, l-istazzjonijiet ta' tqassim u ta' kompożizzjoni, kif ukoll il-binarji ta' kollegament ta' dawn tal-aħħar , inkużi s-servizzi kollha relatati mal-ferrovija kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/14/KE ;

b)

“pjan ta' implimentazzjoni” għandu jfisser dokument li jippreżenta l-istrateġija ║ u l-mezzi li l-partijiet kkonċernati għandhom jimplimentaw sabiex jiżviluppaw matul perjodu determinat l-attivitajiet meħtieġa u suffiċjenti biex jinħoloq il-kuritur għall-merkanzija;

ċ)

“xogħol estensiv ta' manutenzjoni” għandu jfisser kwalunkwe intervent jew tiswija , li jkunu ppjanati mill-inqas sena qabel, tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-tagħmir tagħha meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji tul il-kuritur għall-merkanzija li tinvolvi l-kapaċita ta' infrastruttura riservata skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/14/KE;

d)

“terminal” għandu jfisser l-installazzjoni tul il-kuritur għall-merkanzija mgħammar b'mod speċjali biex jippermetti t-tagħbija u/jew il-ħatt ta' oġġetti mill-ferroviji tal-merkanzija u l-integrazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija mas-servizzi tat-triq, marittimi, ta' fuq ix-xmajjar u tal-ajru, jiġifieri l-formazzjoni jew il-modifikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-ferroviji tal-merkanzija;

e)

“terminal strateġiku” għandu jfisser it-terminal tal-kuritur għall-merkanzija, miftuħ għall-applikanti kollha u li diġà għandu rwol importanti , jew hemm il-ħsieb li jkollu rwol importanti fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tul il-kuritur għall-merkanzija;

f)

“punt wieħed ta' waqfa” hija d-dipartiment konġunt stabbilit minn kull amministratur tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija li tagħti lill-applikanti l-possibbiltà li jitolbu mogħdija ferrovjarja għal vjaġġ li jaqsam tal-inqas fruntiera waħda.

KAPITOLU II

ID-DISINN U L-GOVERNANZA TAN-NETWERK FERROVJARJU EWROPEW GĦALL-MERKANZIJA KOMPETITTIVA

Artikolu 3

Għażla tal-kurituri tal-merkanzija

1.   Il-kuritur għall-merkanzija għandu jgħaqqad mill-inqas żewġ Stati Membri u jħaddem servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija ▐. Dan għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

a)

ikun jagħmel parti , jew tal-anqas ikun kompatibbli, mat-TEN-T, jew, fejn ikun applikabbli, mal-kurituri tal-ERTMS. Jekk ikun meħtieġ, xi sezzjonijiet li mhumiex inklużi fit-TEN-T, li jkollhom volum qawwi jew potenzjalment qawwi ta' traffiku tat-trasport tal-merkanzija, jistgħu wkoll jagħmlu parti mill-kuritur ;

b)

jippermetti żvilupp sinifikattiv tat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u jqis il-flussi ewlenin tal-kummerċ u tat-traffiku tal-merkanzija ;

ċ)

huwa ġġustifikat fuq il-bażi ta' analiżi soċjo-ekonomika. Din tiġbor l-impatti fuq l-elementi tas-sistema tat-trasport fejn l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija jaffettwa b'mod sinifikanti t-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Hija tinkludi l-analiżi tal-effetti ewlenin f'termini tal-ispejjeż esterni;

d)

għandu jippermetti interkonnessjonijiet aħjar bejn l-Istati Membri tal-fruntiera u l-pajjiżi terzi Ewropej;

e)

huwa appoġġat minn pjan ta' implimentazzjoni.

2.   Il-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta' kuritur għall-merkanzija għandhom ikunu deċiżi mill-Istati Membri kkonċernati , wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom, flimkien ma' proposta mfassla flimkien mal-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati u filwaqt li jqisu l-inizjattivi u l-opinjonijiet ta' impriżi ferrovjarji li jużaw il-kuritur jew li jkunu interessati li jagħmlu dan u l-kriterji msemmija fl-Anness. L-impriżi ferrovjarji interessati jistgħu jipparteċipaw fil-proċess, kull meta jkun hemm investimenti sostanzjali li jirrigwardawhom .

3.   Il-kurituri tal-merkanzija jinħolqu skont ir-regoli li ġejjin:

a)

sa mhux aktar tard minn … (7), it-territorju ta' kull Stat Membru li għandu għallinqas żewġ konnessjonijiet ferrovjarji diretti ma' xi Stati Membri oħra għandu jaċċetta għallinqas proposta waħda ta' kuritur għall-merkanzija;

b)

sa, mhux aktar tard minn …  (8), it-territorju ta' kull Stat Membru għandu jaċċetta għallinqas kuritur għall-merkanzija wieħed.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinnota l-proposti ta' ħolqien ta' kurituri tal-merkanzija stabbiliti fil-paragrafu 2 u għandha teżamina l-konsistenza tagħhom mal-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti fl-Anness. Il-Kummissjoni tista' tistqarr l-oġġezzjonijiet tagħha jew tipproponi bidliet f'konformità ma' dak li tqis xieraq .

5.   Il-kuritur għall-merkanzija jista' jinkludi xi elementi tan-netwerk ferrovjarju ta' pajjiżi terzi Ewropej. Jekk ikun il-każ, dawn l-elementi għandhom jaqblu mal-politika tat-TEN-T.

6.   Meta jkun hemm xi diffikultajiet bejn żewġ jew bosta Stati Membri fir-rigward tal-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta' kuritur tal-merkanizja, li jikkonċerna l-infrastruttura ferrovjarja li tinsab fit-territorju tagħhom, il-Kummissjoni, fuq talba ta' wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għandha tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18 dwar dan is-suġġett. L-opinjoni tal-Kumitat għandha tiġi rrapportata lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw din l-opinjoni sabiex isibu soluzzjoni.

7.   Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jiġi adattat l-Anness għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 4

Governanza tal-kurituri tal-merkanzija

1.   L-Istati Membri kkonċernati ma' kuritur għall-merkanzija għandhom jikooperaw biex jassiguraw l-iżvilupp ta' kuritur għall-merkanzija b'mod konformi mal-pjan tiegħu ta' implimentazzjoni. Huma jiddefinixxu l-għanijiet ġenerali tal-kuritur għall-merkanzija u jassiguraw li l-pjan ta' implimentazzjoni jimmira għal dawn l-għanijiet.

2.   Għal kull kuritur għall-merkanzija, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati ║ għandhom jistabbilixxu korp ta' governanza inkarigat bid-definizzjoni, it-twettiq u l-aġġornament tal-pjan ta' implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. L-impriżi ferrovjarji interessati, jew il-gruppi ta' impriżi ferrovjarji interessati, li jużaw il-kuritur regolarment għandhom ikollhom il-jedd li jipparteċipaw f'dan il-korp fuq bażi konsultattiva. Il-korp ta' governanza għandu jirrapporta b'mod regolari dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati, u jekk ikun il-każ lill-Kummissjoni u lill-koordinaturi Ewropej tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T integrati bil-kuritur għall-merkanzija u li huma stabbiliti fl-Artikolu 17a tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew  (9).

3.     L-Istati Membri kkonċernati jistgħu iwaqqfu bord eżekuttiv li jkun responsabbli mill-awtorizzazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni tal-kuritur mill-korp ta' governanza u mis-superviżjoni tat-twettiq tiegħu. F'dan il-każ, il-membri individwali tal-bord eżekuttiv għandu jkollhom mandat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

4.   Il-korp ta' governanza huwa entità ġuridika indipendenti. Jista' jkun ikkostitwit fil-forma ta' grupp Ewropew ta' interess ekonomiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85 (10) u jibbenefika mill-istatus ta' grupp bħal dan.

5.   Il-membri tal-korp ta' governanza għandhom jaħtru d-direttur tiegħugħal mhux inqas minn 3 snin.

6.   Għandu jiġi stabbilit grupp ta' ħidma magħmul minn amministraturi u proprjetarji tat-terminals strateġiċi tal-kuritur għall-merkanzija, inklużi l-portijiet tal-baħar u tal-mogħdijiet tal-ilma interni, imsemmija fl-Artikolu 9. Dan jista' jagħti opinjoni fuq kull proposta tal-korp ta' governanza li jkollha konsegwenzi diretti fuq l-investimenti u l-ġestjoni tat-terminals strateġiċi. Il-korp ta' governanza ma jistax jieħu deċiżjoni kontra din l-opinjoni.

Artikolu 5

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija

1.   Il-pjan ta' implimentazzjoni, approvat u aġġustat regolarment mill-korp ta' governanza, għandu jinkludi mill-inqas :

a)

desrkrizzjoni tal-kwalitajiet tal-kuritur għall-merkanzija , fosthom il-punti ta' konġestjoni potenzjali, kif ukoll il-programm ta' implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien tiegħu ;

b)

l-elementi essenzjali tal-istudju tas-suq stabbilit fil-paragrafu 2;

ċ)

l-għanijiet tal-korp ta' governanza u l-programm tiegħu għat-titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija, ▐ b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16.

2.   Għandu jsir studju dwar is-suq li jiġi aġġornat perjodikament, rigward il-progress osservat u mistenni fir-rigward tal-kuritur għall-merkanzija kif ukoll l-elementi tas-sistema tat-trasport marbuta ma' dan tal-aħħar , bil-ħsieb li jiġi żviluppat jew adattat, jekk ikun meħtieġ, il-pjan tal-implimentazzjoni tiegħu. Għandu jeżamina l-bidliet fid-diversi tipi ta' traffiku, u jiġbor fih l-elementi ewlenin tal-analiżi soċjoekonomika msemmija fl-Artikolu 3(1)(ċ) kif ukoll ix-xenarji possibbli fir-rigward tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-impatt finanzjarju fuq żmien twil .

3.   Qed jiġi stabbilit programm ta' ħolqien u ta' titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. Dan il-programm jinkludi b'mod partikolari l-għanijiet komuni, l-għażliet tekniċi u l-iskeda għall-involviment meħtieġ mal-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha biex jiġu implimentati l-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 16. Dawn il-miżuri għandhom jevitaw jew inaqqsu kemm jista' jkun ir-restrizzjonijiet li jolqtu l-kapaċità ferrovjarja.

Artikolu 6

Konsultazzjoni mal-applikanti

1.   Għall-finijiet ta' parteċipazzjoni xierqa tal-applikanti, ║ li jistgħu jużaw il-kuritur ║.

2.   L-applikanti għall-użu tal-kuritur għall-merkanzija , inklużi l-operaturi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, l-operaturi tal-passiġġieri, ix-shippers, il-burdnara u l-korpi rappreżentattivi tagħhom, għandhom jiġu kkonsultati mill-korp ta' governanza qabel l-approvazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni u qabel l-aġġornament tiegħu. Jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil bejn il-korp ta' governanza u l-applikanti, dawn tal-aħħar jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-korpi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 17 .

KAPITOLU III

INVESTIMENTI FIL-KURITUR GĦALL-MERKANZIJA

Artikolu 7

Ippjanar tal-investimenti

1.   Il-korp ta' governanza għandu jistabbilixxi u japprova:

a)

pjan komuni ta' investimenti fl-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija fuq żmien twil, jiġifieri għal mhux inqas minn 10 snin;

b)

jekk ikun il-każ, pjan komuni ta' investimenti fuq żmien medju (ta' mill-inqas sentejn) tul il-kuritur għall-merkanzija.

Il-pjani ta' investment għandhom jistabbilixxu l-lista ta' proġetti previsti għall-estensjoni, it-tiġdid jew l-iżvilupp mill-ġdid tal-infrastrutturi ferrovjarji u tat-tagħmir tagħhom li jeżistu tul il-kuritur u tal-ħtiġijiet finanzjarji relatati u s-sorsi tal-finanzjament .

2.   Il-pjani ta' investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tħaddim tas-sistemi interoperabbli tul il-kuritur għall-merkanzija li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà applikabbli għan-netwerks ferrovjarji msemmija fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità  (11). Din l-istrateġija hija bbażata fuq analiżi ta' spejjeż-benefiċċji tat-tħaddim ta' dawn is-sistemi. Din għandha tkun koerenti mal-pjani nazzjonali u Ewropej tat-tħaddim ta' sistemi interoperabbli, b'mod partikolari mal-pjan tat-tħaddim tal-ERTMS , kif ukoll mal-interkonnessjonijiet transkonfinali u s-sistemi interoperabbli ma' pajjiżi terzi Ewropej, fejn ikun applikabbli .

3.   Jekk ikun il-każ, il-pjani ta' investiment għandhom isemmu l-kontribuzzjoni Komunitarja prevista skont il-programm TEN-T jew kwalunkwe politika, fondi jew programmi oħra u jippruvaw li l-istrateġija tagħhom hija konsistenti magħhom .

4.   Il-pjani ta' investiment stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tkabbir tal-kapaċità tal-ferroviji tal-merkanzija , jiġifieri, biex jitneħħew iz-zoni ta' konġestjoni tat-traffiku, biex tittejjeb l-infrastruttura eżistenti u biex tinbena infrastruttura ġdida . Din l-istrateġija tista' t tinkludi miżuri biex jiżdiedu t-tul, il-wisa' tal-linji, il-loading gauge, il-ġestjoni tal-veloċità, it-tagħbija mgħobbija jew it-tagħbija tal-fus awtorizzati għall-ferroviji li jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija.

5.   Il-pjani ta' investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 15 u aġġornati b'mod regolari. Dawn jagħmlu parti mill-pjan ta' implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija.

Artikolu 8

Koordinazzjoni tax-xogħlijiet

L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkoordinaw , b'mod u fi żmien xieraq u b'konformità mal-ftehimiet kontrattwali rispettivi tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/14/KE, l-iskeda tagħhom biex isir ix-xogħol kollu tal-infrastruttura u tat-tagħmir tagħha li jista' jillimita l-kapaċità disponibbli fin-netwerk .

Artikolu 9

Terminals strateġiċi

1.   Bi ftehim mal-grupp ta' ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(6), il-korp ta' governanza għandu jadotta strateġija integrata relatata mal-iżvilupp tat-terminals strateġiċi biex ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija li jiċċirkola tul il-kuritur għall-merkanzija , b'mod partikulari bħala ċentri intermodali tul il-kurituri tal-merkanzija. Dan għandu jinkludi l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali, lokali u nazzjonali. l-akkwist tal-art għall-iżvilupp ta' terminals għall-merkanzija ferrovjarja u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-fondi sabiex jiġu inkoraġġiti żviluppi bħal dawn. Il-korp ta' governanza għandu jiżgura li jinħolqu biżżejjed terminals f'postijiet strateġiċi, skont il-volum mistenni ta' traffiku.

2.   Il-korp ta' governanza għandu jieħu l-miżuri adegwati għal-istabbiliment ta' din l-istrateġija. Huwa għandu jirrevediha b'mod regolari.

KAPITOLU IV

ĠESTJONI TAL-KURITUR GĦALL-MERKANZIJA

Artikolu 10

Ġestjoni ċentralizzata għat-talbiet ta' mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali

1.   Il-korp ta' governanza għandu jistabbilixxi ġestjoni ċentralizzata iex tirrispondi għal talbiet għal mogħdijiet ferrovjarji għal ferroviji tal-merkanzija li taqsam ▐ mill-inqas fruntiera waħda tul il-kuritur għall-merkanzija jew tuża bosta netwerks .

2.    Lill-amministraturi individwali tal-infrastruttura ta' kuritur jistgħu jingħatawlhom il-funzjonijiet ta' front office tat-one-stop shop għall-applikanti li jitolbu mogħdijiet ferrovjarji.

3.   Il-korpi ta' kontroll ikkonċernati, kif jingħad fl-Artikolu 17 ║, għandhom jassiguraw li l-attivitajiet tal-ġestjoni ċentralizzata jkunu pprattikati f'kundizzjonijiet trasparenti u mhux diskriminatorji.

Artikolu 11

Kategoriji standard ta' mogħdijiet ferrovjarji fil-kurituri tal-merkanzija

1.   Il-korp ta' governanza għandu jiddefinixxi u jaġġorna regolarment il-kategoriji standard ta' mogħdijiet ferrovjarji tal-merkanzija, li għandhom ikunu validi tul il-kuritur għall-merkanzija kollu. Mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji ║, għandha tinkludi, fost dawn il-kategoriji ta' mogħdijiet, mogħdija ferrovjarja tal-merkanzija b'ħin ta' trasport effiċjenti u b'puntwalità ggarantita (“trasport tal-merkanzija ffaċilitat”).

2.   Il-kriterji ta' definizzjoni tal-kategoriji tat-tip ta' traffiku tal-merkanzija għandhom jiġu adottati mill-korp ta' governanza wara konsultazzjoni mal-applikanti li x'aktarx jużaw il-kuritur għall-merkanzija .

Artikolu 12

Mogħdijiet ferrovjarji allokati għall-ferroviji tal-merkanzija

1.    Barra l-każi msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, għandhom iżommu riserva ta' kapaċità , fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq għar-riserva tal-kapaċità. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw l-iskeda tal-ħinijiet ta' xogħol għall- mogħdija ferrovjarju meħtieġa biex tissodisfa l-bżonnijiet tat-traffiku tal-merkanzija bi prijorità internazzjonali ffaċilitata għas-sena finanzjarja li ġejja, qabel l-eżerċizzju annwali biex tiġi definita l-iskeda ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi tat-traffiku tal-merkanzija osservat u l-istudju tas-suq imsemmi fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu , wara l-evalwazzjoni tal-ħtieġa xierqa biex tiġi kostitwita riżerva ta' kapaċitajiet għal talbiet ad hoc, din ir-riżerva, filwaqt li jiggarantixxu livell biżżejjed ta' kwalità ta' mogħdijiet ferrovjarji għall-ħin tal-vjaġġ u skedi tal-ħinijiet li jkunu adattati għat-traffiku internazzjonali ffaċilitat tal-merkanzija fi ħdan l-iskeda finali tal-ħinijiet sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw malajr u b'mod xieraq it-talbiet ad hoc għal kapaċitajiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/14/KE.

3.   Ħlief fil-każ ta' forza maġġuri, mogħdija ferrovjarja allokata biex tiffaċilita l-operazzjoni tal-merkanzija skont dan l-Artikolu ma tistax tiġi mħassra inqas minn xahar qabel il-ħin ta' servizz fl-iskeda sakemm l-applikant ikkonċernat ma japprovax it-tħassir. L-applikant jista' jirreferi l-każ lill-korp regolatorju. Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/14/KE l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jispeċifikaw, fil-kondizzjonijiet tad-dikjarazzjoni tagħhom tan-netwerk li permezz tagħhom għandhom iqisu l-livelli ta' qabel ta' użu tal-mogħdijiet ferrovjarji tal-merkanzija faċilitati meta jiddeterminaw il-prijoritajiet fil-proċess ta' allokazzjoni.

4.   L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta' ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(6), għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet b'konformità ma' dan l-Artikolu, billi jqisu l-aċċess għat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9.

5.     L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jinkludu fil-kondizzjonijiet tagħhom tal-użu, ħlas għall-mogħdijiet li jkunu ġew allokati imma mbagħad ma jintużawx. L-ammont ta' dan il-ħlas għandu jkun xieraq, dissważiv u effettiv.

Artikolu 13

Applikanti awtorizzati

Minkejja l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji u l-gruppi internazzjonali li dawn jikkostitwixxu jistgħu jitolbu mogħdijiet ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija meta dawn tal-aħħar jikkonċernaw sezzjoni bosta tal-kuritur għall-merkanzija.

Artikolu 14

Ġestjoni tat-traffiku

1.    Wara proposta mill-korp ta' governanza tal-kuritur għall-merkanzija u filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji u l-pjani imsemmija fil-paragrafu 2, l-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli ta' prijorità bejn it-tipi differenti ta' mogħdijiet ferrovjarji, b'mod partikolari għall- mogħdijiet ferrovjarji allokati għal ferroviji li jaslu tard , f'każ ta' tfixkil fiċ-ċirkolazzjoni għal kull parti tal-kuritur għall-merkanzija fid-dokument ta' referenza tan-netwerk stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-Anness I tad-Direttiva 2001/14/KE.

2.   Ir-regoli ta' prijorità msemmija fil-paragrafu 1 ║ għandhom ║ mill-inqas jistipulaw, bl-eċċezzjoni tas-sigħat l-aktar intensi meta dan il-paragrafu ma japplikax, li l-mogħdija ferrovjarja allokata lil ferrovija tal-merkanzija faċilitata li tissodisfa d-dispożizzjonijiet inizjali għall-mogħdija ferrovjarja tagħha għandha tkun irrispettata kemm jista' jkun jew għall-inqas jitnaqqas id-dewmien totali b'enfasi fuq id-dewmien tal-ferroviji tal-merkanzija faċilitati. Il-korp ta' tmexxija, flimkien mal-applikanti, għandu jiżviluppa u jippubblika:

a)

prinċipji tar-regolamentazzjoni ferrovjarji li għandhom jiżguraw li l-ferroviji tal-merkanzija rapidi jieħdu l-aħjar trattament possibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-allokazzjoni tal-kapaċità mnaqqsa;

b)

pjanijiet ta' kontinġenza fil-każ ta' tfixkil fil-kuritur, li jkunu bbażati fuq dawn il-prinċipji.

Kull Stat Membru permezz tal-amministratur tal-infrastruttura għandu jiddefinixxi s-sigħat l-aktar intensi fid-dokument ta' referenza tan-netwerk. Sigħat l-aktar intensi japplikaw biss għall-jiem tax-xogħol u għandhom ikunu limitati għal massimu ta' tliet sigħat filgħodu u għal massimu ta' tliet sigħat wara nofsinhar. Fid-definizzjoni ta' sigħat l-aktar intensi għandhom jitqiesu t-traffiku tal-passiġġieri reġjonali u dak fuq distanzi twal.

3.   L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tul il-kuritur għall-merkanzija.

4.   L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta' ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(6) għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli bejn il-ġestjoni, fir-rigward tal-kapaċitajiet u ta' ċirkolazzjoni, tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9.

Artikolu 15

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tal-kuritur għall-merkanzija

Il-korp ta' governanza għandu jistabbilixxi u jippubblika rapport li jkun fih:

a)

it-tagħrif kollu li tinsab fid-dokumenti ta' referenza tan-netwerks nazzjonali li jikkonċernaw il-kuritur għall-merkanzija, stabbilit b'mod konformi mal-proċedura tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/14/KE;

b)

il-lista tal-kwalitajiet tat-terminals strateġiċi; l-informazzjoni kollha dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ta' aċċess għat-terminals strateġiċi.

Artikolu 16

Kwalità tas-servizz fil-kuritur għall-merkanzija

1.   L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jassiguraw il-koerenza bejn is-sistemi użati biex titjieb il-prestazzjoni kurrenti tul il-kuritur għall-merkanzija, kif jingħad fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-koerenza għandha tkun ikkontrollata mill-korpi regolatorji, li għandhom jikkooperaw f'dan il-kontroll b'konformità mal-Artikolu 17(1) ta' dan ir-Regolament.

2.   Sabiex tiġi kkalkolata l-kwalità tas-servizz u l-kapaċità tas-servizzi internazzjonali u nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tul il-kuritur għall-merkanzija, il-korp ta' governanza għandu jikkonsulta lill-applikanti li x'aktarx ikunu se jużaw il-kurituri u l-utenti tas-servizzi tal-merkanzija ferrovjarja dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-kuritur għall-merkanzija . Wara din il-konsultazzjoni, il-korp tal-governanza għandu jiddefinihom u jippubblikahom mill-inqas darba fis-sena.

Artikolu 17

Korpi ta' kontroll

1.   Il-korpi ta' kontroll stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE li huma kompetenti għall-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw l-attivitajiet internazzjonali tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-applikanti tul il-kuritur għall-merkanzija. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jagħtu informazzjoni lil xulxin. Huma għandhom jitolbu, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istat Membru li għalih ikunu kompetenti. L-amministraturi tal-infrastruttura u l-partijiet terzi l-oħrajn involuti fl-allokazzjoni tal-kapaċità internazzjonali huma obbligati jagħtu lill-korpi regolatorji kkonċernati, mingħajr dewmien, t-tagħrif kollu meħtieġ dwar il-mogħdijiet ferrovjarji u l-kapaċità internazzjonali li huma responsabbli għalihom.

2.   F'każ li jkun hemm ilment minn xi applikant dwar is-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, jew fil-qafas ta' investigazzjoni ex-officio, il-korp ta' kontroll ikkonċernat għandu jikkonsulta lill-korp ta' kontroll ta' Stat Membru ieħor li jkollu l-kuritur għall-merkanzija għaddej mit-territorju tiegħu u jitolbu l-informazzjoni meħtieġa qabel ma jieħu d-deċizjoni tiegħu. Il-korpi ta' kontroll l-oħra għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li huma stess għandhom id-dritt jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Jekk ikun il-każ, il-korp ta' kontroll li jkun irċieva l-ilment jew li jkun beda l-investigazzjoni ex-officio għandu jittrasferixxi l-każ lill-korp ta' kontroll kompetenti sabiex jippermettilu jieħu miżuri fil-konfron tal-partijiet ikkonċernati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva 2001/14/KE .

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.   Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▐.

3.   Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1 sa 4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 19

Deroga

Jekk ikun il-każ, Stat Membru jista' jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa għandu jinnotifika talba motivata ta' deroga lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni fuq din it-talba, skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 18(2) filwaqt li tikkunsidra s-sitwazzjoni ġeografika kif ukoll l-iżvilupp tas-servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba għad-deroga.

Artikolu 20

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

Kull sentejn sa minn meta nħoloq il-kuritur għall-merkanzija, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li juri r-riżultati tal-kooperazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 4(1). Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-rapport u tinnotifika lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18 b'din l-analiżi.

Artikolu 21

Rapport

Il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Hija għandha tħejji rapport għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, l-ewwel darba sa …  (12) , u mbagħad kull tliet snin.

Artikolu 22

Reviżjoni

Jekk, f'każ ta' reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T, skont it-termini tal-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun xieraq jekk jiġi adattat dan ir-Regolament għal dawn il-linji gwida, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex dan ir-Regolament ikun emendat kif imiss. Bl-istess mod, ċerti deċiżjonijiet meħudin skont dan ir-Regolament jistgħu jwasslu għall-ħtieġa ta' reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p.

(2)  ĠU C , , p.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.

(4)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.

(5)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

(7)  Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(8)  Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(9)   ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(10)  ĠU L 199, 31.7.1985, p. 1.

(11)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(12)  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
ANNESS

Kriterji ta' evalwazzjoni tal-proposti ta' ħolqien ta' kuritur għall-merkanzija

L-għażla tal-kurituri tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 3, kif ukoll l-aġġornament tan-netwerk ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, għandhom isiru skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-eżistenza ta' ittra ta' intenzjoni tal-Istati Membri kkonċernati li tikkonferma r-rieda tagħhom li joħolqu l-kuritur għall-merkanzija;

(b)

meta l-itinerarju tal-kuritur għall-merkanzija jikkoinċidi ma' sezzjoni (jew parti minn sezzjoni) ta' wieħed jew bosta proġetti prijoritarji tat-TEN-T (1), din għandha tkun integrata mal-kuritur għall-merkanzija, ħlief jekk tkun użata għas- servizzi tat-trasport tal-passiġġieri;

(c)

il-kuritur għall-merkanzija li l-ħolqien tiegħu huwa propost jgħaddi mit-territorju ta' mill-inqas tliet Stati Membri jew ta' mill-inqas żewġ Stati Membri jekk id-distanza bejn fejn jiltaqgħu l-linji tal-ferrovija moqdija mill-kuritur għall-merkanzija propost hija ta' aktar minn 500 kilometru;

(d)

il-vijabbiltà ekonomika u l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi tal-kuritur għall-merkanzija;

(e)

il-koerenza tal-kurituri tal-merkanzija kollha proposti mill-Istati Membri biex jaslu għall-istabbiliment ta' netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva;

(f)

il-koerenza man-netwerks ferrovjarji Ewropej li diġà jeżistu bħall-kurituri ERTMS u l-kurituri definiti minn RailNetEurope;

(g)

il-preżenza ta' interkomunikazzjoni tajba mal-modi tat-trasport l-oħra, b'mod partikolari permezz ta' netwerk adegwat ta' terminals strateġiċi, inklużi fir-rigward ta' portijiet marittimi u portijiet 'l ġewwa mix-xtajta;

(h)

l-approċċ propost biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 16.


(1)  Stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/368


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali ***I

P6_TA(2009)0286

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD))

2010/C 184 E/73

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0414),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0257/2008),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0233/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0142

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 152(1) tat-Trattat, irid jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa umana fit-tifsira u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Komunità. Dan jimplika li jrid jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa umana, anki meta l-Komunità taġixxi taħt dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat.

(2)

Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet għar-rikors għall-Artikolu 95 tat-Trattat bħala bażi legali ntlaħqu, il-Komunità għandha toqgħod fuq din il-bażi legali anke meta l-ħarsien tas-saħħa pubblika hija fattur deċiżiv fl-għażliet li jsiru; f'dan ir-rigward l-Artikolu 95(3) tat-Trattat b'mod espliċitu jitlob li ▐ għandu jiġi garantit livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa umana filwaqt li jitqies b'mod partikolari kull żvilupp ġdid imsejjes fuq fatti xjentifiċi.

(3)

Fid-9 ta' Ġunju 2005, b'554 vot favur u 12-il vot kontra, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-mobilità tal-pazjenti u l-iżviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea  (5) , li fiha appella sabiex ikun hemm ċertezza legali u ċarezza dwar id-drittijiet u l-proċeduri għall-pazjenti, għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u għall-Istati Membri.

(4)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji ġenerali tal-liġi kif rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (6) (“il-Karta”). Id-dritt għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u d-dritt li tibbenefika minn trattament mediku taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi u l-prassi nazzjonali huma rikonoxxuti mill-Artikolu 35 tal-Karta ║. B'mod speċifiku, din id-Direttiva trid tiġi implimentata u applikata b'rispett għad-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja, il-ħarsien ta' data personali, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u d-dritt ta' rimedju effettiv u proċess ġust, skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi, kif imniżżla fl-Artikoli 7, 8, 20, 21, 47 tal-Karta.

(5)

Is-sistemi tas-saħħa tal-Komunità huma parti ċentrali mill-livelli għolja ta' ħarsien soċjali ta' l-Ewropa, u jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli║.

(6)

Din id-Direttiva tirrispetta u ma tippreġudikax il-libertà ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi liema tip ta' kura tas-saħħa jqis bħala dik adegwata. L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha tkun interpretata b'mod li jiġu mminati l-għażliet etiċi fundamentali tal-Istati Membri.

(7)

Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja f'bosta okkażjonijiet, filwaqt li tagħraf in-natura speċifika tagħhom, kull tip ta' kura tas-saħħa taqa' fi ħdan l-ambitu tat-Trattat.

(8)

Xi kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali, b'mod partikolari l-ħlas lura tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru għajr għal dak fejn ir-riċevitur tal-kura huwa residenti, diġà ġew indirizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja. ▐Huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fi strument legali Komunitarju speċifiku biex tinkiseb applikazzjoni aktar ġenerali u effettiva tal-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta' każ b'każ.

(9)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta' l-1u t-2 ta' Ġunju 2006dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea  (7) (“Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta' Ġunju 2006”), il-Kunsill ║adotta stqarrija dwar “Il-valuri u l-prinċipji komuni ║” u għaraf il-valur partikolari ta' inizjattiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali li tiżgura ċarezza għaċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet tagħhom meta jispustaw ruħhom minn Stat Membru għal ieħor biex tkun żgurata ċertezza legali.

(10)

Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta' kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta' kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità fir-rigward tal-mobilità tal-pazjenti kif ukoll livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa kif ukoll il- kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b'mod partikolari għall-mard.

(11)

Din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tapplika għat-tipi tal-kura tas-saħħa kollha. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, la n-natura speċjali tal-kura tas-saħħa u lanqas il-mod li bih hi organizzata jew iffinanzjata ma jneħħiha mill-ambitu tal-prinċipju fundamentali tal-moviment ħieles. B'rigward għall-kura għal terminu twil ta' żmien, din id-Direttiva ma tapplikax għal għajnuna u appoġġ għal familji jew individwi li huma matul ║ perjodu estiż ta' żmien, fi ħtieġa partikolari ta' kura minn infermieri, appoġġ jew kura sakemm dan ikun jinvolvi trattament espert speċifiku jew għajnuna pprovduta minn sistema tas-sigurtà soċjali. Hija tkopri l-ewwel u qabel kollox dawk is-servizzi ta' kura li jingħataw fit-tul li jkunu meqjusa meħtieġa sabiex il-persuna li tkun tinħtieġ il-kura tkun ipprovduta ħajja kemm jista' jkun mimlija u indipendenti. Din id-Direttiva ma tapplikax pereżempju għal djar soċjali residenzjali jew djar, jew għajnuna mogħtija lix-xjuħ jew tfal minn ħaddiema soċjali jew dawk volontarji jew professjonisti għajr għal professjonisti tas-saħħa.

(12)

Din id-Direttiva ma tapplikax għat-trapjanti tal-organi. Minħabba fin-natura speċifika tagħhom, dawn għandhom ikunu rregolati b'direttiva separata.

(13)

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-kunċett ta' “kura tas-saħħa transkonfinali” ikopri biss l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-pazjent huwa assikurat. Din hi dik li tissejjaħ “mobbiltà tal-pazjent” ;

(14)

Kif rikonoxxut mill-Istati Membri fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta' Ġunju 2006, jeżisti sett ta' prinċipji operattivi li huma komuni fis-sistemi tas-saħħa madwar il-Komunità. Dawk il-prinċipji operattivi jinkludu l-kwalità, is-sigurtà, kura li hija msejsa fuq evidenza u etika, l-involviment tal-pazjent, rimedji, id-dritt fundamentali għall-privatezza fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali, u l-kunfidenzjalità. Pazjenti, professjonisti u awtoritajiet responsabbli mis-sistemi tas-saħħa jridu jaraw li dawk il-prinċipji komuni huma rispettati u li qed jiġu pprovduti strutturi għall-implimentazzjoni tagħhom madwar il-Komunità. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li huma l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li qed tingħata l-kura tas-saħħa fit-territorju tiegħu, li huma responsabbli għall-iżgurar tal-konformità ma' dawn il-prinċipji operattivi. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti ▐ kif ukoll livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa. Minkejja dawk il-valuri komuni huwa aċċettat li l-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet differenti għal raġunijiet etiċi fir-rigward tad-disponibbilta' ta' ċerti trattamenti u l-kondizzjonijiet ta' aċċess konkreti. Din id-Direttiva hi mingħajr ħsara għad-diversità etika.

(15)

Meta wieħed iqis li huwa impossibbli li tkun taf minn qabel jekk provveditur tal-kura tas-saħħa partikolari hux se jipprovdi kura tas-saħħa lil pazjent li jkun ġej minn Stat Membru ieħor jew pazjent li jkun mill-Istat Membru tiegħu stess, huwa meħtieġ li r-rekwiżiti li jiżguraw li l-kura tas-saħħa tingħata skond il-prinċipji komuni u li standards ċari ta' kwalità u sigurtà jkunu applikabbli għas-servizzi tal-kura tas-saħħa kollha sabiex ikun żgurat il-ħelsien għall-għoti u l-ksib tas-servizzi tas-saħħa transkonfinali li huwa l-għan tad-direttiva. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-valuri globali komuni ta' universalità, aċċess għall-kura ta' kwalità tajba, ekwità u solidarjetà, li diġà ġew rikonoxxuti b'mod ġenerali mill-istituzzjonijiet Komunitarji u mill-Istati Membri kollha bħala li jikkostitwixxu sensiela ta' valuri li huma komuni għas-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li dawn il-valuri huma rispettati fir-rigward tal-pazjenti u ċ-ċittadini minn Stati Membri oħrajn, u li l-pazjenti kollha huma trattati b'mod ekwu fuq il-bażi tal-ħtieġa tagħhom għall-kura tas-saħħa aktar milli fuq il-bażi ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni ta' sigurtà soċjali. Fit-twettiq ta' dan, l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta' moviment ħieles tal-individwi fis-suq intern, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni inter alia fir-rigward taċ-ċittadinanza ▐ in-neċessità u l-proporzjonalità ta' kull restrizzjoni tal-moviment ħieles. Madankollu, f'din id-Direttiva ma hemm xejn li jeħtieġ lill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jaċċettaw trattament ippjanat jew li jagħtu prijorità lil pazjenti minn Stati Membri oħrajn għad-detriment ta' pazjenti oħrajn bi bżonnijiet ta' saħħa simili, bħaż-żieda taż-żmien ta' stennija għat-trattament. Sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jfittxu li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba, il-pazjenti jirċievu l-informazzjoni rilevanti dwar l-istandards tas-saħħa u tal-kwalità infurzati fl-Istat Membru tat-trattament kif ukoll dwar il-karatteristiċi tal-kura tas-saħħa provduta minn fornitur speċifiku tal-kura tas-saħħa. Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun disponibbli fil-formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

(16)

B'żieda ma' dan, pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru tat-trattament u, skond il-prinċipji ġenerali ta' l-ekwità u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni, kif rikonoxxuti fl-Artikolu 21 tal-Karta ma għandhom bl-ebda mod jiġu diskriminati fuq il-bażi tas-sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew oħra, sħubija ma' minorità nazzjonali, proprejtà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jvarjaw fit-trattament skond il-gruppi differenti ta' pazjenti biss meta jistgħu juru li dan huwa ġġustifikat minn raġunijiet mediċi leġittimi, bħal fil-każ ta' miżuri speċifiċi għan-nisa jew għal gruppi ta' ċerta età (pereżempju tilqim mingħajr ħlas għat-tfal jew għax-xjuħ). Barra minn hekk, minħabba li din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta ║, trid tiġi implimentata u applikata bir-rispett mistħoqq lid-drittijiet ta' ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi, kif imniżżla fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta. Din id-Direttiva tapplika bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (8), id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (9), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (10), u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/…/KE ta'… dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabiltà, età jew orjentazzjoni sesswali  (11) li jagħtu effett lill-Artikolu 13 tat-Trattat ║. Fid-dawl ta' dan, din id-Direttiva tistipula li l-pazjenti għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru ta' trattament, inkluż il-benefiċċju mill-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skond il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' trattament.

(17)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-pazjenti ma jkunux imħeġġa li kontra qalbhom jirċievu t-trattament barra l-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

(18)

Huwa importanti wkoll li jkunu implimentati miżuri biex ikun iggarantit lin-nisa l-aċċess ekwu għas-sistemi ta' saħħa pubblika u għal dik il-kura li hija speċifika għalihom, b'mod partikulari il-kura tas-saħħa ġinekoloġika u ostetrika kif ukoll dik riproduttiva.

(19)

Fi kwalunkwe każ, kull miżura meħuda mill-Istati Membri bil-għan li jiżguraw li l-kura tas-saħħa hija mogħija skond standards ta' kwalità u ta' sigurtà ċari, m'għandhiex tikkostitwixxi ostakli ġodda għall-moviment ħieles tal-professjonisti tas-saħħa kif stipulat mit-Trattat u b'mod partikolari regolat mid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (12).

(20)

Sforzi sistematiċi u kontinwi għandom isiru biex jiżguraw li l-kwalità u l-istandards tas-sikurezza jitjiebu, bi qbil mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1-2 ta' Ġunju 2006 ║ u billi jitqies il-progress tax-xjenza medika internazzjonali u tal-prattiki tajba rikonoxxuti b'mod ġenerali kif ukoll tat-teknoloġiji ġodda relatati mal-kura tas-saħħa.

(21)

Ir-riċerka tissuġġerixxi li f'10 % tal-każi tirriżulta l-ħsara mill-kura tas-saħħa. Għalhekk huwa essenzjali li jkunu żgurat li l-Istati Membri ta' trattament ikollhom sistemi li qed jaħdmu (inkluż il-provvediment tal-kura wara jingħata t-trattament) biex jindirizzaw dannu allegat li joħroġ mill-kura tas-saħħa kif definita mill-Istat Membru tat-trattament biex ikun evitat in-nuqqas ta' fiduċja f'dawk li mekkaniżmi li jaġixxu bħala ostaklu għall-għażla ta' kura tas-saħħa transkonfinali. Il-kopertura għall-ħsara u l-kumpens mis-sistemi tal-Istat Membru tat-trattament għandha tkun bla ħsara għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-kopertura tas-sistemi domestiċi tagħhom għal pazjenti minn Stat Membru wieħed li jkunu qed ifittxu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, fejn dan ikun aktar xieraq għall-pazjent, b'mod partikolari fil-każ ta' pazjenti li għalihom l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor huwa meħtieġ.

(22)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi għall-ħarsien ta' pazjenti u kumpens għal ħsara tali għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom u li dawn huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju. Madankollu, l-Istat Membru jrid jistabbilixxi n-natura u/jew il-modalitajiet ta' mekkaniżmu tali.

(23)

Id-dritt għall-ħarsien tad-data personali huwa dritt fundamentali rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Karta ║. L-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali jiddependi mit-trasferiment ta' data personali dwar is-saħħa tal-pazjent. Dik id-data personali għandha tiġi ttrasferita b'mod ħieles minn Stat Membru għal ieħor, iżda fl-istess waqt għandhom jitħarsu d-drittijiet fundamentali ta' l-individwi. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (13) tistabbilixxi d-dritt għal individwi li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom dwar saħħithom, pereżempju fir-reġistri mediċi tal-pazjent dwar kwistjonijiet bħal dijanjożi, riżultati ta' l-eżamijiet, l-evalwar tat-tobba u kull trattament jew intervenzjoni mogħtija. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali koperta minn din id-Direttiva. Il-pazjent għandu jkun jista' jwaqqaf ir-rilaxx tad-data tiegħu fi kwalunkwe punt u jirċievi konferma li d-data tiegħu ġiet imħassra.

(24)

Id-dritt għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor mill-iskema ta' sigurtà soċjali statutorja ta' pazjenti bħala persuni assigurati ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja f'bosta sentenzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat jinkludu il-ħelsien ▐ għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa, inklużi persuni li jeħtieġu trattament mediku, li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex jirċivuh hemmhekk. ▐

(25)

F'konformità mal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja, u mingħajr ma jkun hemm tfixkil fil-bilanċ finanzjarju tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, il-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa, il-provvedituri tal-kura tas-saħħa u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandhom jingħataw ċertezza legali akbar fir-rigward tal-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa.

(26)

Din id-Direttiva ma tindirizzax il-ġarr ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li ssir meħtieġa għal raġunijiet mediċi matul żjara temporanja ta' persuni assigurati fi Stat Membru ieħor. Din id-Direttiva lanqas ma taffettwa d-drittijiet tal-pazjent li jingħata awtorizzazzjoni għal trattament fi Stat Membru ieħor fejn il-kundizzjonijiet stipulati mir-regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali, b'mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità (14) u l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, jintlaħqu (15).

(27)

Għandha tingħata garanzija lill-pazjenti li l-ispejjeż ta' din il-kura tas-saħħa u l-prodotti konnessi mal-kura tas-saħħa provduta fi Stat Membru li mhux dak l-Istat Membru li fih huma affiljati jinġarru talanqas fil-livell mogħti għall-kura li hija l-istess jew ugwalment effettiva, kieku ġiet ipprovduta jew imħallsa fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta fis-sħiħ ir-responsabbilta ta' l-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. L-Istati Membri, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, xorta waħda jistgħu jipprovdu għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż tat-trattament fil-livell tat-tariffi fis-seħħ fl-Istat Membru tat-trattament jekk dan huwa ta' benefiċċju akbar għall-pazjent. Dan jista' jkun il-każ b'mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta' referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 17 ta'din id-Direttiva.

(28)

Għalhekk għall-pazjent jeżistu żewġ sistemi li huma koerenti; jew tapplika din id-Direttiva, jew japplika r-Regolament (KEE) Nru 1408/71. Fi kwalunkwe każ, kull persuna assigurata li titlob awtorizzazzjoni biex tirċievi trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor għandha dejjem tingħata din l-awtorizzazzjoni skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 883/2004 meta t-trattament ikkonċernat ma jistax jingħata fiż-żmien ġustifikat medikament, filwaqt li jitqies l-istat tas-saħħa attwali u ż-żmien probabbli tal-marda. Il-pazjent ma għandux jiċċaħħad mid-drittijiet aktar benefiċjarji garantiti minn dawk ir-Regolamenti 2004 meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet.

(29)

Il-pazjent jista' jagħżel liema mekkaniżmu jippreferi, iżda fi kwalunkwe każ, fejn l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 hija ta' benefiċċju akbar għall-pazjent, il-pazjent ma għandux jiċċaħħad mid-drittijiet garantiti minn dan ir-Regolament.

(30)

Il-pazjent m'għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija jew prodotti mixtrija fi Stat Membru ieħor ▐. Il-ġarr ta' l-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali . L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkopru spejjeż relatati oħra, bħal m'hu t-trattament terapewtiku, sakemm l-ispiża totali ma taqbiżx l-ammont li jitħallas fl-Istati Membri ta' affiljazzjoni .

(31)

Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta' trattament jew għall-ispejjeż tax-xiri ta' prodotti fi Stat Membru ieħor, jekk trattament jew prodotti tali mhux fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni tal-pazjent. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta' benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa u prodotti mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha. Din id-Direttiva tirrikonoxxi li d-dritt għal trattament mhux dejjem huwa determinat b'mod nazzjonali mill-Istati Membri, u li l-Istati Membri jistgħu jorganizzaw is-sistemi tagħhom ta' kura tas-saħħa u ta' sigurtà soċjali b'mod li jistipulaw li d-dritt għat-trattament ikun determinat fil-livell reġjonali jew lokali.

(32)

Jekk hemm diversi metodi disponibbli biex tkun ittrattata ċerta marda jew ċerta ferita, il-pazjent għandu jkollu d-dritt li jieħu l-flus lura għall-metodi kollha ta' trattament li jkunu ppruvati u ttestjati b'mod suffiċjenti mix-xjenza medika internazzjonali, anke jekk dawn mhumiex disponibbli fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tal-pazjent.

(33)

Din id-Direttiva lanqas ma tipprovdi għat-trasferiment tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali bejn l-Istati Membri jew għal koordinazzjoni oħra ta' sistemi ta' sigurtà soċjali. L-uniku għan tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' awtorizzazzjoni minn qabel u ħlas lura għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor huwa li jkun possibbli l-ħelsien ta' l-għoti ta' kura ta' saħħa kemm għall-pazjenti kif ukoll għal dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa u li jitneħħew ostakli mhux iġġustifikati għal dak il-ħelsien fundamentali fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tal-pazjent. Din id-Direttiva b'hekk tirrispetta bis-sħiħ id-differenzi bejn is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u r-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u kura medika.

(34)

Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta' pazjent li jirċievi prodott jew tagħmir mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru tat-trattament , anke jekk il-prodott mediċinali jew it-tagħmir mediku mhux awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta' dan it- trattament speċifiku u effettiv għall-pazjent fi Stat Membru ieħor.

(35)

L-Istati Membri jistgħu jżommu kundizzjonijiet ġenerali, kriterji għall-eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, bħar-rekwiżit ta' konsultazzjoni ma' prattikant ġenerali qabel ma jikkonsultaw speċjalist jew qabel ma jirċievu l-kura fl-isptar, inkluż fir-rigward tal-pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, dan sakemm kundizzjonijiet tali mhumiex diskrezzjonarji jew diskriminatorji. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet ġenerali u formalitajiet jiġu applikati b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju u huma magħrufa minn qabel, huma msejsa primarjament fuq konsiderazzjonijiet mediċi u ma jimponux piż addizzjonali fuq pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor meta mqabbla ma pazjenti li jkunu qed jiġu trattati fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, u li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun malajr. Dan huwa bla ħsara għad-drittijiet ta' l-Istati Membri biex jistipulaw kriterji jew kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni minn qabel fil-każ ta' pazjenti li jkunu qed ifittxu kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tagħhom.

(36)

Kull kura tas-saħħa li ma titqiesx bħala kura fl-isptar skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Diretttiva għandha titqies bħala kura mhux fl-isptar. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-moviment ħieles tas-servizzi, huwa xieraq li ma jiġix stabbilit rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja ta' Stat Membru ta' affiljazzjoni għal kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor. Sakemm il-ħlas lura ta' kura tali jibqa' fil-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema ta' assigurazzjoni ta' mard ta' l-Istat Membru ta' affiljazjoni, in-nuqqas ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni mill-qabel mhux se jfixkel l-ekwilibrju finanzjarju tas-sistemi ta' sigurtà soċjali.

(37)

Ma hemm l-ebda tifsira għal x'tikkostitwixxi kura fl-isptar fis-sistemi tas-saħħa differenti tal-Komunità, u l-interpretazzjonijiet differenti jistgħu għalhekk ikunu ta' ostaklu għall-ħelsien tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa. Sabiex jingħeleb dan l-ostaklu, huwa meħtieġ li tingħata tifsira Komunitarja ta' kura fl-isptar. Kura fl-isptar ġeneralment tfisser kura li teħtieġ li l-pazjent iqatta' l-lejl fl-isptar. Madankollu, jista' jkun ukoll xieraq li jiddaħħlu ║ ċerti tipi oħra ta' kura tas-saħħa fl-istess reġim ta' kura fl-isptar, jekk dik il-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati jew għoljin ħafna (pereżempju scanners ta' teknoloġija avvanzata użati għad-dijanjożi) jew jinvolvi trattamenti ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni (pereżempju trattament għal mard infettiv serju). ▐

(38)

L-evidenza disponibbli tindika li l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' moviment ħieles fir-rigward ta' l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor fi ħdan il-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema statutorja ta' assigurazzjoni għall-mard ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni ma tfixkilx is-sistemi tas-saħħa ta' l-Istati Membri jew is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħhom. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet li wieħed ma jistax jeskludi li r-riskju possibbli ta' tfixkil serju għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta' sigurtà soċjali jew l-għan taż-żamma ta' servizz mediku u ta' l-isptar bilanċjat miftuħ għal kullħadd jista' jikkostitwixxi raġunijiet kunflinġenti fl-isteress ġenerali li kapaċi jiġġustifika ostaklu għall-prinċipju ta' ħelsien ta' l-għoti ta' servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet ukoll li għadd ta' sptarijiet, id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il-mod kif huma organizzati u l-faċilitajiet li huma mogħtija, u anke n-natura tas-servizzi mediċi li huma kapaċi joffru, huma kollha kwistjonijiet li għalihom irid ikun possibbli l-ippjanar. Din id-Direttiva għandha tistipula sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr ta' l-ispejjeż għal kura fl-isptar riċevuta fi Stat Membru ieħor, fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: kieku t-trattament ingħata fit-territorju tiegħu, l-ispiża kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu u l-ħruġ konsegwenti ta' pazjenti kawża ta' l-implimentazzjoni tad-direttiva jfixkel b'mod serju jew hemm probabbiltà li jfixkel b'mod sejru l-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali u/jew dak il-ħruġ ta' pazjenti jfixkel b'mod serju, jew huwa probabbli li jfixkel l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur ta' l-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u ta' l-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta' kapaċità ta' trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat. Hekk kif l-evalwazzjoni ta' l-impatt preċiż tal-ħruġ mistenni ta' pazjenti jeħtieġ suppożizzjonijiet u kalkoli kumplessi, din id-Direttiva tippermetti sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jekk ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jistenna li s-sistema tas-sigurtà soċjali se tiġi mfixkla b'mod serju. Dan għandu jkopri wkoll każi ta' sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel li jeżistu diġà li huma f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8.

(39)

Fi kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr ta' l-ispejjeż ta' kura fl-isptar jew kura speċjalizzata fi Stati Membri oħrajn skond id-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva, l-ispejjeż ta' kura tali mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha wkoll titħallas lura mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni sal-livell ta' l-ispejjeż li kienu jinġarru li kieku ngħatat l-istess trattament , jew wieħed effettiv bl-istess mod għall-pazjent , fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta. Minkejja dan, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji pprovduti f'konformità ma' dan ir-Regolament. Dan japplika b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija mogħtija wara reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja tat-talba u wara li l-persuna kkonċernata rċeviet it-trattament fi Stat Membru ieħor. F'dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li speċifikat li pazjenti li ġew miċħuda l-awtorizzazzjoni li sussegwentement instabet li kienet mingħajr bażi, huma intitolati li jkollhom l-ispiża tat-trattament miksub fi Stat Membru ieħor imħallsa kollha skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' trattament.

(40)

Awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun miċħuda biss fil-kuntest ta' proċedura ġusta u trasparenti. Ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri għas-sottomissjoni ta' rikjesta ta' awtorizzazzjoni u r-raġunijiet possibbli għal ċaħda għandhom ikunu dikjarati minn qabel. Iċ-ċaħdiet għandhom ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ, u għandhom ikunu proporzjonali għall-għanijiet tal-istabbiliment ta' sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel.

(41)

Pazjenti li huma fuq lista ta' stennija għal trattament mediku fil-pajjiż fejn joqogħdu u għandhom bżonn urġenti ta' kura, m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel, peress li din il-proċedura tista' tipprevjeni pazjenti milli jkollhom trattament f'waqtu fi Stat Membru ieħor.

(42)

Proċeduri fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pazjenti garanziji ta' oġġettività, nuqqas ta' diskriminazzjoni u trasparenza, b'tali mod sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet nazzjonali jsiru fil-ħin u b'rispett kemm għall dawk il-prinċipji ġenerali kif ukoll għaċ-ċirkustanzi individwali ta' kull każ. Dan japplika wkoll għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mwettqa fi Stat Membru ieħor wara r-ritorn tal-pazjent. Huwa xieraq li l-pazjenti jirċievu risposta dwar id-deċiżjoni fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali fi żmien ħmistax-il jum kalendarji. Madankollu, dan il-perjodu jista' jkun iqsar fejn it-trattament ikkonċernat ikun urġenti. Fi kwalunkwe każ, il-proċeduri ta' rikonoxximent u r-regoli dwar il-provvediment ta' servizzi kif stipulati fid-Direttiva 2005/36/KE ║ m'għandhomx jiġu affettwati minn dawn ir-regoli ġenerali.

(43)

Huwa meħtieġ tagħrif xieraq dwar l-aspetti essenzjali kollha tal-kura tas-saħħa transkonfinali sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-kura tas-saħħa transkonfinali fil-prattika. Għall-kura tas-saħħa transkonfinali l-aktar mekkaniżmu effettiv għall-provvediment ta' tagħrif tali huwa li jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt ċentrali f'kull Stat Membru li jistgħu jirreferu għalihom il-pazjenti, u li jistgħu jipprovdu tagħrif dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali filwaqt li jitqies ukoll il-kuntest tas-sistema tas-saħħa f'dak l-Istat Membru. Minħabba li l-mistoqsijiet dwar aspetti ta' kura tas-saħħa transkonfinali se jeħtieġu wkoll kollegament bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri differenti, dawk il-punti ta' kuntatt ċentrali għandhom jikkostitwixxu netwerk li permezz tiegħu dawn il-mistoqsijiet jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti. Dawn il-punti ta' kuntatt għandhom jikkooperaw ma' xulxin u għandhom jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażliet infurmati dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali. Għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar l-għażliet disponibbli fil-każ ta' problemi bil-kura tas-saħħa transkonfinali, b'mod partikolari dwar skemi ta' riżoluzzjoni barra l-qrati għal tilwim transkonfinali. Fl-iżvilupp tal-arranġamenti għall-forniment ta' informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni f'formati aċċessibbli kif ukoll sorsi potenzjali ta' assistenza addizzjonali għall-pazjenti vulnerabbli, il-persuni b'diżabilità u dawk bi bżonnijiet kumplessi.

(44)

Meta l-kura tas-saħħa tingħata lil pazjent fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn huwa assigurat, jeħtieġ li l-pazjent ikun jaf minn qabel liema regoli għandhom jiġu applikati. Huwa meħtieġ livell ekwivalenti ta' ċarezza ▐ meta l-kura tas-saħħa tingħata transkonfinalment , bħal fil-każ tat-telemediċina . F'dawn il-każi, ir-regoli applikabbli għall-kura tas-saħħa huma dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' trattament skond il-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, dan sakemm, f'konformità ma' l-Artikolu 152(5) tat-Trattat l-organizzazzjoni u t-twettiq tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Dan se jgħin biex il-pazjent jagħmel għażla informata, u se jevita ideat żbaljati u nuqqas ta' ftehim. Se jistabbilixxi wkoll livell għoli ta' fiduċja bejn il-pazjent u l-provveditur tal-kura tas-saħħa.

(45)

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif ukoll dwar kemm se jkun hemm minnhom. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali jistgħu jiġu wkoll inkorporati fi jew mibnija fuq attivitajiet ta' ċentri tat-tagħrif eżisteni, dan sakemm jiġi indikat b'mod ċar li huma wkoll punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandu jkollhom il-faċilitajiet xierqa biex jagħtu tagħrif dwar l-aspetti prinċipali tal-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jagħtu għajnuna prattika lill-pazjenti fejn ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni ta' korpi li jirrappreżentaw il-professjonisti tas-saħħa f'dawn l-attivitajiet. L-eżistenza tal-punti ta' kuntatt nazzjonali ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jistabbilixxu punti ta' kuntatt marbuta oħra fil-livell reġjonali jew lokali, li jirriflettu l-organizzazzjoni speċifika tas-sistema tal-kura tas-saħħa tagħhom. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jipprovdu lill-pazjenti b'informazzjoni relevanti dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u jgħinuhom. Dan preferibbilment ma jkunx jinkludi pariri legali.

(46)

Il-kooperazzjoni hija meħtieġa bejn il-provvedituri, ix-xerrejja u r-regolaturi ta' Stati Membri differenti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jiżguraw kura transkonfinali sigura, ta' kwalità għolja u effiċjenti. Dan huwa partikolarment il-każ għall-kooperazzjoni fir-reġjuni mal-fruntiera, fejn il-provvediment tas-servizzi transkonfinali tista' tkun l-aktar mod effettiv ta' l-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa għall-popolazzjonijiet lokali, iżda fejn il-kisba ta' provvediment transkonfinali tali fuq bażi sostnuta teħtieġ kooperazzjoni bejn is-sistemi tas-saħħa ta' l-Istati Membri differenti. Kooperazzjoni bħal din tista' tirrigwardja ppjanar konġunt, rikonoxximent reċiproku jew adattament tal-proċeduri jew standards, interoperabbiltà ta' sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni nazzjonali rispettiva, mekkaniżmi prattiċi sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura jew l-iffaċilitar pratiku tal-provvediment transkonfinali tal-kura tas-saħħa minn professjonisti tas-saħħa fuq bażi temporanja jew okkażjonali. ▐

(47)

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma stipulati fil-Kapitolu IV ta' din id-Direttiva u tista', f'konformità ma' l-Artikolu 152(2) tat-Trattat tieħu, f'kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri, kwalunkwe inizjattiva utli biex tiffaċilita u tippromwovi kooperazzjoni tali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-użu possibbli tal-Grupp Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT).

(48)

Fejn prodotti mediċinali huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-affiljazzjoni tal-pazjent skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (16) inklużi d-Direttivi futuri dwar il-prodotti mediċinali kontraffatti ║u l-farmakoviġilanza ║ u ġew preskritti fi Stat Membru ieħor għal pazjent individwali, fil-prinċipju għandu jkun possibbli għal preskrizzjonijiet tali li jkunu rikonoxxuti medikalment jew fi spiżeriji u użati fl-Istat Membru tal-pazjent. It-tneħħija ta' barrieri regolatorji u amministrattivi għal rikonoxximent tali hija mingħajr ħsara għall-ħtieġa ta' ftehim xieraq tat-tabib li qed jitratta l-pazjenti jew l-ispiżjar f'kull każ individwali, jekk dan huwa ġustifikat mill-ħarsien tas-saħħa umana u huwa meħtieġ u proporzjonali għal dan l-għan. Rikonoxximent mediku tali għandu jkun wkoll mingħajr ħsara għad-deċiżjoni ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni fir-rigward ta' l-inklużjoni ta' prodotti mediċinali tali fil-benefiċċji koperti mis-sistema ta' sigurtà soċjali ta' affiljazzjoni u mingħajr ħsara għall-validità tal-ipprezzar nazzjonali u r-regoli ta' pagament . L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent se tkun iffaċilitata mill-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa għall-ħarsien tas-sigurtà ta' pazjent, u l-evitar ta' l-użu ħażin jew it-taħlit ta' prodotti mediċinali.

(49)

In-netwerks ta' referenza Ewropej għandhom jipprovdu l-kura tas-saħħa lill-pazjenti kollha li għandhom kundizzjonijiet li jitolbu konċentrazzjoni partikolari ta' riżorsi jew għarfien espert, sabiex jipprovdu kura bi prezz raġjonevoli, ta' kwalità għolja u effettivi meta mqabbla ma' l-ispejjeż u jistgħu jkunu wkoll punti importanti għat-taħriġ u r-riċerka medika, it-tqassim tat-tagħrif u l-valutazzjoni. Il-mekkaniżmu għall-identifikazzjoni u l-iżvilupp tan-netwerks ta' referenza Ewropej għandhom jiġu stabbiliti bil-għan li jiġi organizzat aċċess ugwali fil-livell Ewropew għall-għarfien espert komuni f'livell għoli f'qasam mediku partikolari għall-pazjenti kollha kif ukoll għall-professjonisti tas-saħħa.

(50)

L-iżviluppi teknoloġiċi fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali permezz ta' l-użu tat-teknoloġiji ta' tagħrif u komunikazzjoni jistgħu jwasslu biex l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta' superviżjoni ta' l-Istati Membru ma jkunx ċar, u għalhekk jista' jfixkel il-moviment ħieles tal-kura tas-saħħa u jżid riskji addizzjonali possibbli għall-ħarsien tas-saħħa permezz ta' dan il-mod ta' provvista. Formati u standards li huma differenti ħafna u mhumiex kompatibbli huma użati għall-provvediment transkonfinali tal-kura tas-saħħa bl-użu tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni fil-Komunità, u dawn joħolqu ostakli għal dan il-metodu ta' provvediment ta' kura tas-saħħa transkonfinali kif ukoll riskji possibbli għall-ħarsien tas-saħħa. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi pprovdut għall-armonizzazzjoni Komunitarja f'dawn l-oqsma, u li dan isir permezz ta' l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tippermetti l-ħolqien rapidu u l-aġġornar tar-responsabbiltajiet u l-istandards f'dan il-qasam biex jirrifletti l-progress kontinwu fit-teknoloġiji u tekniċi rilevanti.

(51)

L-interoperabilità tas-soluzzjonijiet e-health għandha tintlaħaq filwaqt li jiġu rrispettati r-regolamenti nazzjonali dwar id-dispożizzjonijiet tas-servizzi tas-saħħa adottati sabiex jipproteġu lill-pazjent, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-ispiżeriji fuq l-internet, b'mod partikolari l-projbizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni postali ta' prodotti mediċinali mogħtija biss bil-preskrizzjonijiet bi qbil mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward tal-kuntratti ta' distanza (17).

(52)

Statistiċi regolari u data komplimentari dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali huma meħtieġa għas-sorveljanza, l-ippjanar u t-tmexxija effiċjenti tal-kura tas-saħħa b'mod ġenerali u l-kura tas-saħħa b'mod partikolari, u l-produzzjoni tagħhom għandha tkun integrata sakemm ikun possibbli fis-sistemi ta' ġbir ta' data eżistenti, inklużi strutturi xierqa fil-livell Komunitarju bħas-sistema statistika Komunitarja u b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol (18) ║ is-sistema ta' tagħrif dwar is-saħħa stabbilita fil-qafas tal-programm ta' saħħa stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (19) u attivitajiet ta' sorveljanza oħrajn bħal dawk imwettqa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (20).

(53)

Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa ta' l-Istati Membri. Madankollu, l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa u r-restrizzjoni possibbli ta' aċċess għal teknoloġiji ġodda b'ċertu deċiżjonijiet minn korpi amministrattivi jqajmu numru ta' kwistjonijiet soċjali fundamentali li jeħtieġu kontribuzzjonijiet minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati u t-twaqqif ta' mudell ta' tmexxija vijabbli. Għalhekk, kwalunkwe kooperazzjoni għandha tinkludi mhux biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha, iżda wkoll lill-partijiet interessati kkonċernati inklużi l-professjonisti tas-saħħa u r-rappreżentanti tal-pazjenti u tal-industrija. Barra minn hekk, din il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji vijabbli ta' tmexxija tajba bħat-trasparenza, il-ftuħ, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċeduri.

(54)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (21).

(55)

B'mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta, b'kollaborazzjoni mal-esperti relevanti u partijiet interessati, lista ta' kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti min-netwerks ta' referenza Ewropej u il-proċedura għall-ħolqien ta' netwerks ta' referenza Ewropej. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplementaha biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(56)

Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi stabbilit qafas ġenerali għal-provvediment ta' kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta' kwalità għolja u effiċjenti fl-Unjoni Ewropea ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju biex jintlaħaq dak l-għan.

(57)

L-Istat Membru ta' affiljazzjoni u l-Istat Membru ta' trattament għandhom b'kooperazzjoni bilaterali minn qabel u f'konsultazzjoni mal-pazjent jiżguraw li l-kura ta' wara u l-appoġġ xierqa jsiru disponibbli f'dawn l-Istati Membri wara t-trattament mediku awtorizzat u li informazzjoni ċara ssir disponibbli għall-pazjenti dwar l-għażliet u l-ispejjeż tal-kura ta' wara. Biex isir dan, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li d-data tal-kura medika u soċjali neċessarja tintbagħat billi tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tal-pazjent; kif ukoll lil-professjonisti tal-kura medika u soċjali f'dawn iż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jikkonsultaw lil xulxin biex jiżguraw l-ogħla kwalità fit-trattament u l-kura ta' wara (inkluż appoġġ soċjali) għall-pazjent.

(58)

Billi tiffaċilità l-libertà ta' moviment ta' pazjenti fl-Unjoni Ewropea din id-Direttiva tista' twassal għal kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa. Din il-kompetizzjoni tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kwalità tal-kura tas-saħħa għal kulħadd u sabiex jiġu stabbiliti ċentri ta' eċċellenza,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

Din id-Direttiva tagħti r-regoli għall-aċċess għall-kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità għolja fi Stat Membru ieħor u tistabbilixxi l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni għall-kura tas-saħħa bejn l-Istati Membri, b'rispett sħiħ lejn il-kompetenzi nazzjonali fl-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa.

Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji tal-kura ta kwalità tajba u l-ekwità.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta' kura tas-saħħa transkonfinali irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata. Għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-qafas legali eżistenti dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali kif jinsab fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament suċċessur tiegħu, ir Regolament (KE) Nru 883/2004.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal servizzi li huma maġġorment iffokati fil-qasam tal-kura fit-tul, l-aktar inklużi dawk mogħtijin fuq perijodu estiż ta' żmien li l-iskop tagħhom ikun li tingħata għajnuna lil dawk in-nies li jeħtieġu l-assistenza biex jagħmlu ħwejjeġ ta' kuljum u ta' rutina.

Din id-Direttiva ma tapplikax għat-trapjanti tal-organi.

Artikolu 3

Relazzjoni ma' dispozizzjonijiet Komunitarji oħrajn

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal:

(a)

Id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali;

(b)

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (22);

(c)

Id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (23);

(d)

Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju u mill-bniedem u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (24) u d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem;

(e)

Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika korretta ta' klinika fit-twettiq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (25);

(f)

Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas tal-provvediment ta' servizzi (26) ;

(g)

Id-Direttiva ║ 2000/43/KE ║ li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità;

(h)

Id-Direttiva 2004/113/KE tistabbilixxi qafas għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi;

(i)

Id-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol;

(j)

Direttiva 2009/…/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabiltà, età jew orjentazzjoni sesswali;

(k)

Regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali, b'mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ║ dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 ║ dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali;

(l)

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Grupp Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (27) ;

(m)

Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tiffissa l-istandards ta' kwalità u sikurezza għall-ġbir, ittestjar, proċessar, ħżin, u distribuzzjoni tad-demm uman u komponenti tad-demm (28);

(n)

Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sikurezza fid-donazzjoni, ksib, testjar, proċessar, preservazzjoni, ħżin, u distribuzzjoni tat-tessuti u ċelluli umani (29);

(o)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinament tal-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi marbutin mal-assikurazzjoni diretta ħlief l-assikurazzjoni fuq il-ħajja (30), għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-poteri konferiti mill-Kummissjoni.

2.    Din id-Direttiva ma tindirizzax il-kwistjoni dwar min iġarrab l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li ssir meħtieġa għal raġunijiet mediċi matul żjara temporanja ta' persuni assigurati fi Stat Membru ieħor. Din id-Direttiva ma taffettwax lanqas id-drittijiet tal-pazjenti li għandhom jingħataw awtorizzazzjoni għal trattament fi Stat Membru ieħor meta l-kundizzjonijiet stipulati fir-regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali, b'mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru883/2004, ikunu sodisfatti.

3.   L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva f'konformità mat-Trattat.

Artikolu 4

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“kura tas-saħħa” tfisser servizzi u prodotti tas-saħħa mogħtijin jew preskritti minn professjonisti tas-saħħa lill-pazjenti biex jiġi vvalutat, miżmum jew miġjub lura l-istat tas-saħħithom jew biex jiġu prevenut li jimirdu , irrispettivament mill-modi li bihom qed tiġi organizzata, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk il-kura hix pubblika jew privata;

(b)

“dejta tas-saħħa” tfisser kwalunkwe informazzjoni li tirrigwarda s-saħħa fiżika jew mentali ta' individwu, jew il-provvediment tas-servizzi tas-saħħa lill-individwu, li tista' tinkludi: informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta' servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar pagamenti jew eliġibiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; numru, simbolu jew dettall assenjat lil individwu sabiex l-individwu jkun identifikat b'mod uniku għal raġunijiet tas-saħħa; kwalunkwe informazzjoni dwar l-individwu miġbura matul il-provvediment ta' servizzi tas-saħħa lill-individwu; informazzjoni li tirriżulta mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta' parti tal-ġisem jew sustanza tal-ġisem; u l-identifikazzjoni ta' persuna (professjonista tal-kura tas-saħħa) bħala provveditur tal-kura tas-saħħa lill-individwu;

(c)

“kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata ▐;

(d)

“professjonist tas-saħħa” tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE , jew persuna li tkun qed teżerċita attivitajiet ta' kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' trattament ;

(e)

“provveditur tal-kura tas-saħħa” tfisser kull professjonista tas-saħħa fis-sens definit f'(d) aktar 'il fuq jew jew persuna legali li tipprovdi b'mod legali kura tas-saħħa fit-territorju ta' Stat Membru;

(f)

“pazjent” tfisser kull persuna naturali li tirċievi jew tixtieq tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru;

(g)

“persuna assigurata” tfisser persuna li hija assigurata skont id-definizzjoni fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 , jew kif definit fil-kondizzjonijiet tal-politika tal-iskemi privati tal-assikurazzjoni tal-mard ;

(h)

“Stat Membru ta” affiljazzjoni' tfisser ▐l-Istat Membru fejn il-pazjent huwa persuna assigurata jew l-Istat Membru fejn il-pazjent jirrisjedi jekk dan l-IStat Membru ma jkunx l-istess bħall-ieħor ;

Meta, minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 rispettivament, entità ta' assigurazzjoni tas-saħħa fl-Istat Membru ta' residenza tal-pazjent tkun responsabbli għall-għoti ta' benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-istat, allura dak l-Istat Membru jitqies bħala l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva;

(i)

“Stat Membru ta” trattament' tfisser l-Istat Membru li tingħata l-kura tas-saħħa transkonfinali fit-territorju tiegħu;

(j)

“tagħmir mediku” tfisser tagħmir mediku kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (31) fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem (32) jew id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (33);

(k)

“il-prodotti użati in konnessjoni mal-kura tas-saħħa” tfisser prodotti li huma użati biex jippreservaw jew itejbu s-saħħa ta' persuna bħalma huma t-tagħmir mediku u l-mediċini;

(l)

“prodott mediċinali” tfisser prodott mediċinali kif imfisser mid-Direttiva 2001/83/KE;

(m)

“preskrizzjoni” tfisser preskrizzjoni mediċinali kif imfissra mid-Direttiva 2001/83/KE inklużi l-preskrizzjonijiet maħruga u trażmessi b'mod elettroniku(preskrizzjonijiet-e);

(n)

“teknoloġija tas-saħħa” tfisser prodott mediċinali jew tagħmir mediku jew proċeduri mediċi jew kirurġiċi kif ukoll il-miżuri għall-prevenzjoni tal-mard, id-dijanjożi jew it-trattament użati fil-kura tas-saħħa;

(o)

“ħsara” hija definita fil-kura tas-saħħa transkonfinali permezz tar-referenza għall-kwadru leġiżlattiv eżistenti tal-Istat Membru tat-trattament u kif jinftiehem x'jikkonsisti fi ħsara jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor;

(p)

“il-fajl mediku tal-pazjent” jew “l-istorja medika” tfisser id-dokumenti kollha li jkun fihom dejta, valutazzjonijiet u informazzjoni ta' kull tip dwar il-qagħda tal-pazjent u l-iżvilupp kliniku matul il-proċess tal-kura.

KAPITOLU II

AWTORITAJIET TA' L-ISTAT MEMBRU RESPONSABBLI MILL-KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJI KOMUNI GĦALL-KURA TAS-SAĦĦA

Artikolu 5

Responsabbiltajiet ta' l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

1.   L-Istati Membri ta' trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa. F'dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji ta' l-universalità, l-aċċess għal kura ta' kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta' kwalità ▐ għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw ottempranza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-istandards tas-sigurtà, u li:

(a)

meta tingħata kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata, tali servizz tal-kura tas-saħħa jingħata skond il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' trattament f'konformità ma' l-Artikolu 5 ;

(b)

il-kura tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1(a) hija pprovduta skont l-istandards u l-linji gwida dwar il-kwalità u s-sikurezza definiti mill-Istat Membru li jipprovdi t-trattament ;

(c)

il-pazjenti u l-fornituri tal-kura tas-saħħa minn Stati Membri oħrajn jingħataw it-tagħrif mill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn qed isir it-trattament, inter alia b'mezzi elettroniċi, dwar l-istandards u l-linji gwida tal-kwalità, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni, u dwar id-disponibilità, il-kwalità u s-sikurezza, l-opzjonijiet tat-trattament, il-prezzijiet, l-eżiti tal-kura tas-saħħa pprovduta, l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità u d-dettalji tal-istatus ta' reġistrazzjoni ta' min jipprovdi l-kura tas-saħħa u l-koperta assikurattivi jew il-mezzi l-oħra ta' protezzjoni personali jew kollettiva f'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabilità professjonali;

(d)

il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata ▐;

(e)

il-pazjenti għandhom il- mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom l-jedd li jfittxu ║kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu u hemm mekkaniżmi lesti biex jiggarantixxu r-rimedji ;

(f)

sistemi ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, ▐li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;

(g)

id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

(h)

pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru ta' trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skond il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament. Madankollu, din id-Direttiva ma tobbligax il-provvedituri tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru jew biex jipprovdu l-kura tas-saħħa għal persuna assigurata minn Stat Membru ieħor jew biex jagħmlu prijorità fil-provvediment tal-kura tas-saħħa għal persuna assigurata minn Stat Membru ieħor għad-detriment ta' persuna li għandha bżonnijiet tas-saħħa simili u hija persuna assigurata fl-Istat Membru ta' trattament;

(i)

il-pazjenti li jkunu rċevew trattament huma intitolati li jkollhom rapport bil-miktub jew f'sura elettronika dwar dan it-trattament u dwar kull parir mediku għall-kontinwità tal-kura tagħhom.

2.     L-awtoritajiet pubbliċi fl-Istat Membru fejn jingħata t-trattament għandhom jissorveljaw regolarment l-aċċessibilità, il-kwalità u l-istat finanzjarju tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 21.

3.     Sabiex tiġi garantita bl-aħjar mod possibbli s-sigurtà tal-pazjenti, l-Istati Membri li jittrattawhom u dawk ta' affiljazzjoni għandhom jaraw illi:

(a)

il-pazjenti jkunu jistgħu jressqu lment, u jiġu garantiti rimedji u kumpens meta jġarrbu ħsara mill-kura tas-saħħa li huma jkunu rċevew;

(b)

ir-regoli ta' kwalità u ta' sigurtà tal-Istat Membru fejn huwa trattat il-pazjent għandhom ikunu pubblikati f'lingwa u format ċari u aċċessibbli għaċ-ċittadini;

(c)

ikun hemm id-dritt għall-kontinwità tal-kura, notevolment permezz tal-inoltrar tad-dejta medika relevanti konċernanti l-pazjent fir-rispett dovut għad-dispożizzjonijiet tal-punt (g) tal-paragrafu 1 u skont l-Artikolu 15 u l-pazjenti li rċevew it-trattament ikunu intitolati għal reġistrazzjoni miktuba jew elettronika ta' tali trattament u ta' kull parir mediku għal matul il-bqija tal-kura tagħhom;

(d)

f'każ ta' kumplikazzjoni li tirriżulta minn kura tas-saħħa rċevuta barra l-pajjiż, jew jekk kontroll mediku partikolari jkun meħtieġ, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiggarantixxi ħlas ekwivalenti għal dak previst għal kura tas-saħħa rċevuta fit-territorju tiegħu;

(e)

għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih u b'mod proattiv dwar dawk il-fornituri jew professjonisti tal-kura tas-saħħa meta tittieħed azzjoni regolatorja kontra r-reġistrazzjoni tagħhom jew kontra d-dritt tagħhom li jagħtu servizzi.

4.     Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq ta' livell komuni tas-sigurtà tad-dejta tas-saħħa f'livell nazzjonali, waqt li jitqiesu l-istandards tekniċi eżistenti f'dan il-qasam.

5.   Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċiltat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b'livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, tista' tiżviluppa linji ta' gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

6.     Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu trasparenti għall-kalkolu tal-kosti li għandhom jitħallsu għall-kura tas-saħħa mogħtija. Dak il-mekkaniżmu ta' kalkolu għandu jkun imsejjes fuq kriterji objettivi u mhux diskriminatorji li jkunu magħrufin bil-quddiem u għandu jkun applikat fil-livell amministrattiva relevanti fil-każijiet fejn l-Istat Membru li jagħti t-trattament ikollu sistema ta' kura tas-saħħa deċentralizzata.

7.     Minħabba l-importanza kbira, partikolarment għall-pazjenti, li jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u s-sikurezza tal-kura transkonfinali, l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil tan-normi u l-linjigwida kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 5 għandhom tal-anqas jinkludu organizzazzjonijiet tal-pazjenti (b'mod partikolari dawk ta' natura transkonfinali).

KAPITOLU III

L-UŻU TAL-KURA TAS-SAĦĦA ║

Artikolu 6

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni regolamenti amministrattivi, linji gwida u kodiċijiet ta' mġiba fil-professjonijiet mediċi, ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu “l quddiem ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-Istat Membru ta” affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-Istat Membru tat-trattament jew lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, ugwalment effettiva kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Jekk l-Istat Membru ta' affiljazzjoni jiċħad il-ħlas lura għal trattament bħal dan, l-Istat Membru jrid jagħti raġuni medika għad-deċiżjoni tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta' affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

Il-pazjenti affetti minn mard rari tajjeb li jkollhom il-jedd li tingħatalhom il-kura għal saħħithom fi Stat Membru ieħor u li jiġu rimborżati ukoll jekk it-trattament in kwestjoni ma jkunx fost il-benefiċċji msemmijin mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-affiljazzjoni.

2.   L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu direttament jew jiġu rimborżati mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell ta' l-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa tkun ingħatat għall-istess kondizzjoni medika bl-istess kondizzjonijiet kif jingħad fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkopru spejjeż oħra relatati, bħall-ispejjeż ta' akkomodazzjoni jew ta' vjaġġar.

3.     L-ispejjeż żejda li jistgħu jġarrbu l-persuni b'diżabilità meta jirċievu l-kura għal saħħithom fi Stat Membru ieħor kaġun ta' xi diżabilità jew oħra għandhom jitħallsu lura mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjoni li jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti dwar dawn l-ispejjeż.

4.   L-Istat Membru ta' affiljazzjoni jista' jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta' eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi irrispettivament jekk ikunux stipulati fuq livell lokali, nazzjonali jew reġjonali , għall-kisba tal-kura tas-saħħa u t-teħid ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku ▐ kura tas-saħħa ▐ waħda simili ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-pazjenti u l-oġġetti, bħalma huma l-farmaċewtiċi u t-tagħmir mediku, u jkunu magħrufin bil-quddiem . Dan jista' jinkludi rekwiżit li l-persuna assigurata tkun evalwata bil-għan li jkunu applikati dawk il-kundizzjonijiet, kriterji jew formalitajiet, minn professjonist tas-saħħa jew amministraturi tal-kura tas-saħħa li jipprovdu servizzi għas-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni, fejn tali evalwazzjoni tkun meħtieġa wkoll għall- aċċess għas-servizzi fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni .

5.    Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu , l-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu trasparenti għall-kalkolu ta' l-ispejjeż li għandhom jittieħdu mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja jew sistema pubblika statutorja oħra għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa ▐ kellha tingħata fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni. L-ispiża għandha tkun ikkalkulata fil-livell amministrattiv rilevanti f'każi meta l-Istat Membru ta' affiljazzjoni jkollu sistema tal-kura tas-saħħa deċentralizzata.

6.   Pazjenti ▐ li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta' affiljazzjoni tagħhom jew ║ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Jekk ir-rekords mediċi jinżammu f'forma elettronika, il-pazjenti għandu jkollhom id-dritt garantit li jiksbu kopja ta' jew id-dritt li jkollhom aċċess mill-bogħod għal dawk ir-rekords. Id-dejta għandha tkun trażmessa biss bil-kunsens espliċitu bil-miktub tal-pazjent jew tal-qraba tal-pazjent.

7.     Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx jolqtu l-ilħiq ta' ftehimiet kuntrattwali transkonfinali għall-kura tas-saħħa ppjanata.

Artikolu 7

Kura mhux fl-isptar

L-Istat Membru ta' affiljazzjoni m'għandux iħallas lura l-ispejjez ta' kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor jew ix-xiri ta' oġġetti marbuta mal-kura tas-saħħa li jinxtraw fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta' kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, jew ta' dawk l-oġġetti, kieku nxtraw fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta' sigurtà soċjali tiegħu.

Artikolu 8

Kura fl-isptar ▐

1.   Għall-għanijiet ta' ħlas lura ta' kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f'konformità ma' din id-Direttiva, id-definizzjoni ta' kura fl-isptar kif stabbilit mill-Istat Membri tal-affiljazzjoni, għandha tkun limitata għal :

(a)

kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed ; jew

(b)

kura tas-saħħa, li hija speċjalizzata ħafna u/jew li teħtieġ l-użu ta' infrastruttura medika jew tagħmir mediku li jiswew ħafna ; jew

(c)

kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti li huma ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

2.   L-Istat Membru ta' affiljazzjoni jista' jistipula sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu ta' l-ispiża ta' kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li kieku l-kura tas-saħħa ingħatat fit-territorji tiegħu, din kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru; kif ukoll

(b)

in-nuqqas ta' awtorizzazzjoni minn qabel tista' timmina serjament jew għandha mnejn timmina :

(i)

il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru; u/jew

(ii)

l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur ta' l-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u ta' l-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta' kapaċità ta' trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat.

Din is-sistema għandha tkun mingħajr ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

3.   Is-sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għandha tapplika bla ħsara għall-Artikolu 3(2) u għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali , għandhom ikunu msejsin fuq kriterji ċari u trasparenti sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ostaklu għal-libertà tal-moviment tal-pazjenti .

4.     Meta ssir talba u tingħata awtorizzazzjoni minn qabel, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiżgura li l-pazjenti ikunu mistennija jħallsu minn qabel dawk l-ispejjeż biss li jkunu mistennija li jitħallsu kieku l-kura kellha tingħata fis-sistema tas-saħħa ta' pajjiżhom. Għal kwlaunkwe spejjeż oħra, l-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-ħlasijiet direttament bejn min jiffinanzja u min qed jipprovdi l-kura tas-saħħa.

5.     Is-sistemi ta' talba għall-awtorizzazzjoni minn qabel jeħtieġ li jkunu disponibbli fuq livell lokali/reġjonali u għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti għall-pazjenti. Ir-regoli għall-applikazzjoni u ċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli minn qabel applikazzjoni sabiex l-applikazzjoni tkun tista' ssir b'mod ġust u trasparenti.

6.     Lill-pazjenti li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għandu jkun iggarantit id-dritt li japplikaw għal awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat membru ta' affiljazzjoni.

7.   L-Istat Membru tal-affiljazzjoni għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, inklużi l-proċeduri ta' appell fil-każ li jiġi miċħud li l-għoti ta' awtorizzazzjoni .

8.     Fir-rigward ta' kwalunkwe rikjesta għal awtorizzazzjoni magħmula minn persuna assigurata bl-għan li tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 kinux milħuqa, u, jekk iva, għandu jagħti awtorizzazzjoni minn qabel skont dak ir-Regolament.

9.     Pazjenti b'mard rari m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel.

Artikolu 9

Garanziji proċedurali fir-rigward ║tal-kura tas-saħħa transkonfinali

1.   L-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa transkonfinali li għandu x'jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(2), ħlas lura ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(4), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Fi kwalunkwe każ, persuna assigurata għandha tingħata dejjem l-awtorizzazzjoni skond ir-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) (k) ta' din id-Direttiva kull meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 22(1)(c) u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

2.   Sistemi proċedurali tali għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u kapaċi fl-iżgurar li t-talbiet jiġu trattati b'oġġettività u imparzjalità fil-limiti ta' żmien raġonevoli stipulati u li jsiru pubbliċi minn qabel mill-Istati Membri.

3.     L-Istati Membri ta' affiljazzjoni għandhom jiżguraw li l-pazjenti li jkunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel għall-użu ta' kura tas-saħħa transkonfinali ikunu meħtieġa biss li jagħmlu ħlasijiet bil-quddiem jew li jħallsu d-differenza fl-ispejjeż lis-sistemi u/jew provvedituri ta' kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' trattament, sakemm din il-ħaġa tkun rikjesta fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni nnifsu.

4.   L-Istati Membri, waqt li jistipulaw il-limiti ta' żmien li fihom iridu jiġu trattati talbiet għall-użu tal-kura tas-saħħa transkonfinali, u meta jikkunsidraw dawn it-talbiet, għandhom iqisu:

(a)

il-kundizzjoni medika speċifika,

(b)

iċ-ċirkostanzi individwali,

(c)

il-grad ta' uġigħ tal-pazjent,

(d)

in-natura tad-diżabbiltà tal-pazjent, u

(e)

l-abbiltà tal-pazjent li jwettaq attività professjonali.

5.     Is-sistemi ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli fil-livell li jkun xieraq għall-amministrazzjoni tas-servizz tas-saħħa tal-Istat Membru u għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti għall-pazjenti. Ir-regoli għall-applikazzjoni u ċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli minn qabel applikazzjoni sabiex l-applikazzjoni tkun tista' ssir b'mod ġust u trasparenti.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva jew medika dwar l-użu tal-kura tas-saħħa transkonfinali hija soġġetta , fuq il-bażi ta' kull każ għalih, għal opinjoni medika jew għal għal reviżjoni amministrattiva u anke kapaċi li tiġi kkontestata fi proċedimenti ġudizzjarji, li jinkludu d-dispożizzjoni għal miżuri interim.

7.     Il-Kummissjoni għandha twettaq studju ta' vijabbiltà fl-istabbiliment ta' clearing house sabiex tiffaċilita l-ħlas lura ta' spejjeż skont din id-Direttiva fuq il-fruntiera, fis-sistemi ta' kura tas-saħħa u fiz-zoni tal-munita fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għandha tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Artikolu 10

Notifika minn qabel

L-Istati Membri jistgħu joffru lill-pazjenti sistema volontarja ta' notifika minn qabel li biha, għal notifika bħal din, il-pazjent għandu jirċievi vawċer li jkun jindika l-ispejjeż massimi li jistgħu jitħallsu lura. Dan il-vawċer imbagħad jista' jittieħed l-isptar tat-trattament u r-rimborż imbagħad isir direttament mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Artikolu 11

L-Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti

Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva biex jitwaqqaf Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti fi żmien 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti għandu jikkunsidra, u jekk ikun xieraq, jimmedja l-ilmenti tal-pazjenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtorizzazzjoni minn qabel, ir-rimborż tal-kosti jew ta' ħsara. L-Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti għandu jiddaħħal biss ladarba l-opzjonijiet kollha tal-ilment mal-Istat Membru relevanti jkun ġew eżawriti.

Artikolu 12

Tagħrif għall-pazjenti dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor

1.   L-Istati Membri ta' affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ li jkunu aċċessibbli faċilment, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi , għall-provvediment ta' tagħrif fil-pront lill-pazjenti dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, u għandhom jinkludu tagħrif dwar dak li huma intitolati għalih il-pazjenti, dwar il-proċeduri biex wieħed ikollu aċċess għal dawk l-affarijiet li għalihom huma intitolati u dwar sistemi ta' appell u rikors jekk il-pazjent ikun imċaħħad minn dawn il-jeddijiet, inter alia kull meta tiġi kkawżata ħsara b'riżultat ta' kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor. Dan it-tagħrif għandu jkun ippubblikat fil-formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati biex ikun żgurat li l-informazzjoni hija ċara u aċċessibbli. Fit-tagħrif dwar il-kura transkonfinali għandha ssir distinzjoni ċara bejn id-drittijiet li l-pazjenti għandhom bis-saħħa ta' din id-Direttiva u d-drittijiet li ġejjin minn regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)(k).

2.     Apparti t-tagħrif enfassizat fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jiżgura li t-tagħrif dwar il-professjonisti tal-qasam tas-saħħa u l-fornituri tal-kura tas-saħħa jkun disponibbli faċilment permezz ta' mezzi elettroniċi, u għandu jinkludi l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-indirizz fejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jipprovdu s-servizz, u kwalunkwe restrizzjoni li tkun teżisti fuq il-prattika tagħhom.

Artikolu 13

Regoli applikabbli għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor

1.   Meta tingħata kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata, ▐ tali servizz tal-kura tas-saħħa ║ jingħata skond il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' trattament f'konformità ma' l-Artikolu 5.

2.   Dan l-artikolu ma japplikax sa fejn għandu x'jaqsam ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali.

Artikolu 14

Punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali

1.   L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, il-fondi għall-mard u min jipprovdi l-kura tas-saħħa jkunu inklużi minn dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali. Dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jitwaqqfu b'mod effiċjenti u trasparenti.

Tagħrif dwar l-eżistenza tagħhom għandu jkun imxerred fl-Istati Membri kollha, sabiex il-pazjenti jkollhom aċċess faċli għat-tagħrif.

2.     Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għal kura tas-saħħa transkonfinali jistgħu jkunu inkorporati wkoll fiċ-ċentri ta' informazzjoni eżistenti fl-Istati Membri.

3.   Il-punt ta' kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu, ▐ jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti u lill-professjonisti tas-saħħa, f'websajt jekk ikun meħtieġ, hekk malli dawn jirċievu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u skont il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li jkunu japplikaw, b'mod partikolari dwar il-jeddijiet tal-pazjenti marbutin mal-kura tas-saħħa transkonfinali kif jingħad fl-Artikolu 6. Il-punt nazzjonali ta' kuntatt għandu jgħin lill-pazjenti jħarsu d-drittijiet tagħhom u jfittxu rikors xieraq fil-każ li tirriżulta l-ħsara mill-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor.

4.     Il-punt nazzjonali ta' kuntatt fl-Istat Membru tat-trattament għandu jipprovdi u jiddissemina l-informazzjoni lill-pazjenti, f'websajt jekk ikun meħtieġ, dwar il-kwestjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(1)(c) u dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, il-livell ta' aċċessibilità għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa tal-persuni b'diżabilità, il-proċeduri għall-ilmenti u l-mezzi ta' rmedju disponibbli għall-kura tas-saħħa li tkun ingħatat fl-Istat Membru ta' trattament dwar għandu b'mod partikolari jgħarraf lill-pazjenti u lill-professjonisti tas-saħħa, fejn ikun meħtieġ, dwar il-mezzi li bihom il-professjonisti u l-fornituri jkunu rregolati u l-mezzi li bihom tista' tittieħed l-azzjoni regolatorja, l-għażliet disponibbli sabiex jissolva kull kunflitt u jgħinhom fl-identifikazzjoni ta' l-iskema xierqa ta' riżoluzzjoni barra l-qrati għall-każ speċifiku u jgħinhom biex jissorveljaw it-tilwim tagħhom fejn meħtieġ ▐.

5.     Il-punt nazzjonali ta' kuntatt fi Stat Membru għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn, mal-punti ta' kuntatt nazzjonali fi Stati Membri oħrajn, u mal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u mal-Kummissjoni.

6.     Il-punti nazzjonali ta' kuntatt għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 f'formati faċilment aċċessibbli għal nies b'diżabilità.

7.   Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2), tadotta:

(a)

il-miżuri meħtieġa għat-tmexxija tan-netwerk tal-punti ta' kuntatt nazzjonali stipulati f'dan l-Artikolu;

(b)

in-natura u t-tip ta' data li trid tinġabar u titqassam fin-netwerk;

(c)

linji ta' gwida dwar it-tagħrif għall-pazjenti stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

KAPITOLU IV

KOOPERAZZJONI DWAR IL-KURA TAS-SAĦĦA

Artikolu 15

Obbligu ta' kooperazzjoni

1.   L-Istat Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.   l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta' kooperazzjoni transkonfinali.

3.     L-Istati Membri, partikolarment il-pajjiżi ġirien, jistgħu jikkonkludu ftehimiet bejniethom dwar il-kontinwazzjoni jew l-iżvilupp ulterjuri potenzjali tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni.

4.     L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li r-reġistri li fihom ikunu enumerati l-professjonisti tas-saħħa jkunu kkonsultati mill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri l-oħrajn.

5.     L-Istati Membri għandhom immedjatament u b'mod pożittiv jiskambjaw l-informazzjoni dwar ir-riżultanzi dixxiplinarji u kriminali kontra l-professjonisti tas-saħħa fejn dawn ikollhom impatt fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom jew id-dritt tagħhom li jipprovdu servizzi.

Artikolu 16

Rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor

1.   Jekk prodott mediċinali huwa awtorizzat li jitqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-preskrizzjonijiet maħruġa minn persuna awtorizzata fi Stat Membru ieħor għal pazjent partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodott mediċinali tista' tintuża fit-territorju tagħhom u li kull restrizzjoni ta' rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet individwali huma pprojbiti sakemm dawn:

(a)

huma limitati għall dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u mhumiex diskriminatorji; jew

(b)

huma msejsa fuq dubji leġittimi u ġustifikati dwar l-awtentiċità jew il-kontenut ta' preskrizzjoni individwali jew l-istatus ta' min jikteb ir-riċetta .

Ir-rikonoxximent ta' tali riċetta m'għandux jaffettwa:

(i)

ir-regoli nazzjonali li jiggvernaw il-ktib tar-riċetti u t-tqassim, inkluża s-sostituzzjoni ġenerika;

(ii)

ir-regoli nazzjonali li jiggvernaw ir-rimborż tar-riċetti komunitarji transkonfinali;

(iii)

kull dmir professjonali jew etiku li jirrikjedi lill-ispiżjar li jirrifjuta li jagħti l-mediċini kieku r-riċerka nħarġet fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

2.   Għall-iffaċilitar ta' l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta:

(a)

miżuri li jippermettu lil spiżjara jew professjonisti tas-saħħa oħrajn li jivverfikaw l-awtentiċità tal-preskrizzjoni u jekk il-preskrizzjoni ħarġitx fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata permezz ta' l-iżvilupp ta' mudell ta' preskrizzjoni Komunitarja, u li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tal-preskrizzjonijiet-e . Salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu kkunsidrati u inkorporati mill-ewwel stadju ta' dak il-proċess ta' żvilupp ;

(b)

miżuri li jiżguraw li l-prodotti mediċinali preskritti fi Stat Membru u użati f'ieħor huma identifikati b'mod korrett u li t-tagħrif lill-pazjenti dwar il-prodott jista' jinftiehem , inkluża ċ-ċarezza rigward l-ismijiet differenti użati għall-istess prodott mediċinali ;

(c)

miżuri biex jiġi żgurat, jekk ikun hemm bżonn, il-kuntatt bejn il-parti li tikteb ir-riċetti u l-parti li tagħti l-mediċina, biex ikun żgurat fehim sħiħ tat-trattament, filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta tal-pazjent.

3.     Meta fl-Istat Membru ta' trattament tinħareġ riċetta għal prodotti mediċinali li normalment ma jkunux disponibbli b'riċetta fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, għandu jkun dan tal-aħħar li jiddeċiedi jekk jawtorizzax b'eċċezzjoni jew jekk jipprovdix prodott mediċinali alternattiv li jkun meqjus li għandu l-istess effikaċja.

4.   Il-miżuri msemmija fil-punti (a) ,  (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).

5.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjonijiet mediċi speċjali kif stipulat fl-Artikolu 71(2) tad-Direttiva 2001/83/KE.

Artikolu 17

Netwerks ta' referenza Ewropej

1.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tan-netwerks ta' referenza Ewropej tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa , in partikolari fil-qasam tal-mard rari, li għandhom jiddependu mill-esperjenza ta' kooperazzjoni fis-saħħa akkwiżita fi ħdan l-aggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (EGTCs) . Dawn in-netwerks għandhom f'kull waqt ikunu miftuħa għal provvedituri tal-kura tas-saħħa ġodda li jistgħu jixtiequ jingħaqdu magħhom, dan sakemm provvedituri tal-kura tas-saħħa tali jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha meħtieġa.

2.   L-għanijiet tan-netwerks ta' referenza Ewropej għandhom ikunu:

(a)

li jgħinu sabiex jinkiseb il-potenzjal tal-kooperazzjoni Ewropea fir-rigward ta' kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna u għal sistemi tal-kura tas-saħħa minn innovazzjonijiet fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa;

(b)

jikkontribwixxu għall-ġbir flimkien tal-għarfien dwar il-prevenzjoni tal-mard u l-kura tal-mard komuni ewlieni;

(c)

li jgħinu fil-promozzjoni ta' aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u effettiva meta mqabbla ma' l-ispejjeż għall-pazjenti kollha b'kundizzjoni medika li jeħtieġu konċentrazzjoni partikolari ta' riżorsi jew għarfien espert;

(d)

li jimmassimizzaw l-użu effettiv meta mqabbel ma' l-ispejjeż ta' riżorsi billi jikkonċentrawhom fuq fejn huwa xieraq;

(e)

li jgħinu fl-iskambju ta' l-għarfien u jipprovdu taħriġ għal professjonisti tas-saħħa;

(f)

li jipprovdu punti ta' referenza ta' kwalità u ta' sigurtà u li jgħinu l-iżvilupp u t-tqassim ta' l-aħjar prassi fi u barra n-netwerk;

(g)

li jgħinu lill-Istati Membri b'għadd insuffiċjenti ta' pazjenti b'kundizzjoni medika partikolari jew li m'għandhomx it-teknoloġija jew l-għarfien espert biex jipprovdu firxa wiesgħa ta' servizzi speċjalizzati ħafna ta' l-ogħla kwalità;

(h)

l-implimentazzjoni ta' strumenti li jippermettu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi eżistenti għall-kura tas-saħħa f'każ ta' inċidenti gravi, b'mod partikolari f'żoni transkonfinali.

3.   Il-Kummissjoni , b'kollaborazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati relevanti, għandha tadotta:

(a)

lista ta' kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li n-netwerks ta' referenza Ewropej iridu jissodisfaw, inklużi wkoll elenku tal-oqsma tal-mard l-aktar rari li għandhom jiġu koperti u l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu man-netwerks ta' referenza Ewropej, biex tiżgura, b'mod partikolari, li n-netwerks ta' referenza Ewropej:

(i)

għandhom il-kapaċitajiet xierqa biex jiġu djanjostikati, segwiti u mmaniġjati pazjenti b'evidenza ta' riżultati tajba sa fejn ikun applikabbli;

(ii)

għandhom kapaċità u attività suffiċjenti biex jipprovdu servizzi rilevanti u jżommu l-kwalità tas-servizzi pprovduti;

(iii)

għandhom il-kapaċità li jipprovdu parir espert, dijanjożi jew konferma tad-dijanjożi, li jipproduċu u jżommu mal-linji ta' gwida ta' prassi tajba u li jimplimentaw miżuri ta' riżultat u kontroll tal-kwalità;

(iv)

jistgħu juru strateġija multidixxiplinarja;

(v)

jipprovdu livell għoli ta' għarfien espert u esperjenza dokumentata permezz ta' pubblikazzjonijiet, għotjiet jew pożizzjonijiet onorarji, attivitajiet ta' tagħlim u taħriġ;

(vi)

jipprovdu kontribuzzjonijiet qawwija għar-riċerka;

(vii)

huma involuti fis-sorveljanza epidemoloġika, bħar-reġistri;

(viii)

għandhom rabtiet mill-qrib u kollaborazzjoni ma' ċentri u netwerks oħrajn ta' għarfien espert fil-livell nazzjonali u internazzjonali u l-kapaċità li joħolqu netwerks;

(ix)

għandhom rabtiet mill-qrib u kollaborazzjoni ma' assoċjazzjonijiet ta' pazjenti fejn jeżistu assoċjazzjonijiet bħal dawn;

(x)

ikollhom relazzjonijiet xierqa u effettivi mal-fornituri tat-teknoloġija.

(b)

il-proċedura għall-ħolqien ta' netwerks ta' referenza Ewropej.

4.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

Artikolu 18

Zoni ta' prova

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' taħtar reġjuni tal-fruntieri bħala zona ta' prova li fihom jiġu ttestjati, analizzati u vvalutati inizjattivi għall-kura tas-saħħa transkonfinali innovattivi.

Artikolu 19

Is-saħħa-e

Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2), tadotta l-miżuri speċifiċi meħtieġa għall-ksib ta' l-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa, applikabbli meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċuhom. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mal-liġijiet applikabbli tal-ħarsien tad-data f'kull Stat Membru u għandhom ukoll jirriflettu l-iżviluppi fit-teknoloġiji tas-saħħa u x-xjenza medika , inkluża t-telemediċina u t-telepsikjatrija, u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali ▐. Dawn għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari l-istandards u t-terminoloġiji meħtieġa għall-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni rilevanti biex jiġi żgurat proveddiment sigur, ta' kwalita għolja u effiċjenti ta' servizzi tas-saħħa transkonfinali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tas-servizzi tas-Saħħa-e u ta' servizzi oħra ta' telemediċina:

(a)

ikunu tal-istess standards professjonali ta' kwalità u sikurezza medika bħal dawk li jintużaw għall-provvista tal-kura tas-saħħa mhux elettronika;

(b)

joffru protezzjoni adegwata lill-pazjenti, b'mod partikoli permezz tal-introduzzjoni ta' rekwiżiti regolatorji adattati għall-professjonisti simili għal dawk li jintużaw fil-provvista tal-kura tas-saħħa mhux elettronika.

Artikolu 20

Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta' teknoloġiji tas-saħħa

1.    Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, tiffaċilita t-twaqqif ta' netwerk li jgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli mill-evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa. Dak in-netwerk għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ta' governanza tajba inklużi, it-trasparenza, l-oġġettività, l-ekwità ta' proċeduri, u l-parteċipazzjoni wiesgħa u totali tal-partijiet interessati tal-gruppi inklużi – imma mhux biss – professjonisti tal-kura tas-saħħa, imsieħba soċjali, xjenzati u l-industrija, filwaqt li tkun rispettata l-kompetenza tal-Istati Membri fil-qasam tal-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa.

2.   L-għan tan-netwerk ta' evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jkun li:

(a)

jappoġġja il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali;

(b)

isib modi sostenibbli biex jibbilanċja l-għanijiet ta' aċċess għal mediċini, premju għall-innovazzjoni u amministrazzjoni tal-baġits tal-kura tas-saħħa;

(c)

jappoġġja l-provvediment ta' tagħrif oġġettiv, ta' min joqgħod fuqu, f'waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta' dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali;

(d)

jikkunsidra n-natura u t-tip ta' informazzjoni li jistgħu jkunu skambjati.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien , it-tmexxija u t-tħaddim trasparenti ta' dan in-netwerk ▐.

5.     Il-Kummissjoni għandha tippermetti li jingħaqdu man-netwerk biss dawk l-awtoritajiet li jissodisfaw il-prinċipji tal-governanza tajba kif definit fil-paragrafu 1.

Artikolu 21

Ġbir ta' data għall-għanijiet ta' statistika u ta' sorveljanza

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru data statistika u data oħra addizzjonali meħtieġa għal skopijiet ta' sorveljanza dwar il-provvediment ta' kura tas-saħħa transkonfinali, il-kura mogħtija, il-fornituri u l-pazjenti tagħha, l-ispiża u r-riżultati ▐ Għandhom jiġbru din id-data bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-data dwar il-kura tas-saħħa, f'konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta' statistiċi u dwar il-ħarsien ta' data personali u b'mod speċifiku l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE .

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni minn ta' l-anqas kull sena, għajr għal data li diġà tinġabar skond id-Direttiva 2005/36/KE.

3.   Bla ħsara għall-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tal-Programm Statistiku Komunitarju kif ukoll għal dawk adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

KAPITOLU V

IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat, magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. F'dakn il-proċess, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konsultazzjoni ta' esperti mill-gruppi relevanti tal-pazjenti u tal-professjonisti b'mod adattat, speċjalment fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għandha tipprovdi rapport raġonat dwar dawk il-konsultazzjonijiet.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 3 xhur.

Meta l-miżuri ta' implimentazzjoni jirrigwardaw l-ipproċessar ta' data personali, għandu jkun ikkonsultat il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 23

Rapporti

Il-Kummissjoni għandha fi żmien ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 25(1) tfassal rapport dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva , inkluża l-istatistika dwar il-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ tal-pazjenti riżultanti minn din id-Direttiva, u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Għal dan il-għan u mingħajr ħsara għall-Artikolu 25, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull miżura li introduċew, immodifikaw jew żammew bil-għan li jimplimentaw il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 24

Referenzi għal leġiżlazzjoni oħra

Mid-data ta' l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ║:

referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 f'din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

referenzi għall-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 f'din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Artikolu 25

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa … (34).

Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza tali meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tal-4 ta' Diċembru 2008 (għadha mhux ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   OJ C 120, 28.5.2009, p. 65.

(3)   OJ C 128, 6.6.2009, p. 20.

(4)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.

(5)   ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 543.

(6)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(7)  ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.

(8)   ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(9)   ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(10)   ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(11)  ĠU L …

(12)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. ║

(13)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(14)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. ║

(15)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(16)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. ║

(17)   ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(18)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(19)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.

(20)  ĠU L 142, 30.4. 2004, p.1.

(21)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║

(22)   ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(23)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. ║

(24)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. ║

(25)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

(26)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(27)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.

(28)   ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30.

(29)   ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.

(30)   ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

(31)   ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(32)   ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(33)   ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(34)  Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/395


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Is-Sikurezza tal-pazjent *

P6_TA(2009)0287

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (COM(2008)0837 – C6-0032/2009 – 2009/0003(CNS))

2010/C 184 E/74

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0837),

wara li kkunsidra l-Artikolu 152(4) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0032/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0239/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 2

(2)

Huwa stmat li fl-Istati Membri tal-UE bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar ibatu minn konsegwenzi mhux mixtieqa waqt li qed jirċievu l-kura tas-saħħa.

(2)

Huwa stmat li fl-Istati Membri tal-UE bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar ibatu minn konsegwenzi mhux mixtieqa waqt li qed jirċievu l-kura tas-saħħa, numru li jilħaq bejn is-6.7 miljuni u l-15-il miljun ta' pazjenti li ttieħdu l-isptar u aktar minn 37 miljun pazjenti li rrikorrew għall-kura tas-saħħa primarja.

Emenda 2

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a)

Hu meqjus li l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura jolqtu bħala medja lil pazjent minn għoxrin, iġifieri kull sena 4.1 miljun ta' pazjenti fl-Unjoni Ewropea, u li madwar 37 000 imutu kull sena minħabba l-konsegwenzi ta' infezzjoni ta' dan it-tip.

Emenda 3

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 3

(3)

Sikurezza fqira tal-pazjent tirrappreżenta kemm problema serja fis-saħħa pubblika kif ukoll piż ekonomiku għoli fuq ir-riżorsi tas-saħħa limitati. Il-parti l-kbira ta' konsegwenzi mhux mixtieqa jistgħu jiġu evitati, kemm fis-settur tal-isptar kif ukoll fil-kura primarja, b'fatturi sistemiċi li jidhru li huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tagħhom.

(3)

Sikurezza fqira tal-pazjent tirrappreżenta kemm problema serja fis-saħħa pubblika kif ukoll piż ekonomiku għoli fuq ir-riżorsi tas-saħħa limitati. Il-parti l-kbira ta' konsegwenzi mhux mixtieqa , inklużi dawk li jirriżultaw minn żbalji ta' djanjożi u/jew trattamenti, jistgħu jiġu evitati, kemm fis-settur tal-isptar kif ukoll fil-kura primarja, b' mezzi finanzjarji limitati u fatturi sistemiċi li jidhru li huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tagħhom.

Emenda 4

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a)

Hu meqjus li, fost l-episodji mhux mixtieqa relatati mal-kura tas-saħħa, l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura huma faċilment evitabbli. Hemm bżonn li l-Istati Membri jimplimentaw l-istrumenti biex in-numru ta' persuni milquta kull sena fl-Unjoni Ewropea minn episodji mhux mixtieqa jitnaqqas b'20 %.

Emenda 5

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 7

(7)

L-evidenza turi li l-Istati Membri tal-UE jinsabu f'livelli differenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi u komprensivi għas-sikurezza tal-pazjenti. Għalhekk, din l-inizjattiva għandha tendenza li toħloq qafas li jagħti spinta lill-iżvilupp tal-politika u lill-azzjoni futura fi u bejn l-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin li tiffaċċja l-UE dwar is-sikurezza tal-pazjenti.

(7)

L-evidenza turi li l-Istati Membri tal-UE jinsabu f'livelli differenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi u komprensivi għas-sikurezza tal-pazjenti. Għalhekk, din l-inizjattiva għandha tendenza li toħloq qafas li jagħti spinta lill-iżvilupp tal-politika u lill-azzjoni futura fi u bejn l-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin li tiffaċċja l-UE dwar is-sikurezza tal-pazjenti, fuq kollox ir-responsabilità tal-entitajiet u instituzzjonijiet għall-kura tas-saħħa tal-poplu. Skont l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, madankollu, m'għandux ikun hemm indħil fil-kompetenzi tal-Istati Membri.

Emenda 6

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 8

(8)

Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa u mogħtija s-setgħa billi jiġu involuti fil-proċess tas-sikurezza tal-pazjenti; għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-livelli ta' sikurezza u dwar kif jistgħu jsibu tagħrif aċċessibbli u komprensiv fir-rigward tal-ilmenti u s-sistemi ta' rimedju.

(8)

Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa u mogħtija s-setgħa billi jiġu involuti fil-proċess tas-sikurezza tal-pazjenti; għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-livelli ta' sikurezza u dwar kif jistgħu jsibu tagħrif aċċessibbli u komprensiv fir-rigward tal-ilmenti u s-sistemi ta' rimedju. It-tip ta’ kumpens u l-proċedura ta’ kumpens, madanakollu, għandhom ikunu fir-responsabilità tal-Istati Membri individwali.

Emenda 7

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 10

(10)

Għandha tinġabar dejta komparabbli u aggregata f'livell Komunitarju biex jiġu stabbiliti programmi effiċjenti u trasparenti dwar is-sikurezza tal-pazjenti, strutturi u linji politiċi, u għandha tinxtered l-aħjar prattika fost l-Istati Membri. Biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, jeħtieġ li jiġu żviluppati terminoloġija komuni għas-sikurezza tal-pazjenti u indikaturi komuni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li titqies il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(10)

Għandha tinġabar dejta komparabbli u aggregata f'livell Komunitarju biex jiġu stabbiliti programmi effiċjenti u trasparenti dwar is-sikurezza tal-pazjenti, strutturi u linji politiċi, u għandha tinxtered l-aħjar prattika fost l-Istati Membri. Din id-dejta għandha tintuża biss għall-iskopijiet tas-sigurtà tal-pazjenti fir-rigward tal-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, jeħtieġ li jiġu żviluppati terminoloġija komuni għas-sikurezza tal-pazjenti u indikaturi komuni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li titqies il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Emenda 8

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 11

(11)

L-għodda teknoloġiċi ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni, bħar-rekords elettroniċi tas-saħħa jew il-preskrizzjoni elettronika, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti, bħal pereżempju permezz ta' skrining b'mod sistematiku għall-interazzjonijiet eventwali tal-mediċini jew l-allerġiji.

(11)

L-għodda teknoloġiċi ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni, bħar-rekords elettroniċi tas-saħħa jew il-preskrizzjoni elettronika, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti, bħal pereżempju permezz ta' skrining b'mod sistematiku għall-interazzjonijiet eventwali tal-mediċini jew l-allerġiji, kif ġie rikonoxxut fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/594/KE tat-2 ta' Lulju 2008 dwar l-interoperabbiltà transkonfinali tas-sistemi tar-rekords elettroniċi tas-saħħa (1) .

Emenda 9

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 12a (ġdida)

 

(12a)

L-anzjani huma aktar suxxettibbli għall-mard infettiv meta jkunu l-isptar; għaldaqstant, għandha ssir riċerka dwar il-bżonnijiet tagħhom bħala grupp speċifiku u għandhom jittieħdu passi biex il-ħtiġijiet tagħhom jiġu soddisfatti sabiex jiġu megħjuna r-rijabilitazzjoni u l-fejqan tagħhom.

Emenda 10

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 15

(15)

Id-dejta disponibbli dwar infezzjonijiet assoċjati mal-kura għas-saħħa mhijiex biżżejjed biex tippermetti t-tqabbil bejn l-istituzzjonijiet permezz ta' netwerks ta' sorveljanza, il-monitoraġġ tal-epidemjoloġija ta' patoġeni assoċjati mal-kura għas-saħħa u l-evalwazzjoni u t-tmexxija ta' linji politiċi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Għalhekk, is-sistemi ta' sorveljanza għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura għas-saħħa u f'livell reġjonali u nazzjonali.

(15)

Id-dejta disponibbli dwar infezzjonijiet assoċjati mal-kura għas-saħħa mhijiex biżżejjed biex tippermetti t-tqabbil bejn l-istituzzjonijiet permezz ta' netwerks ta' sorveljanza, il-monitoraġġ tal-epidemjoloġija ta' patoġeni assoċjati mal-kura għas-saħħa u l-evalwazzjoni u t-tmexxija ta' linji politiċi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Għalhekk, is-sistemi ta' sorveljanza għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura għas-saħħa u f'livell reġjonali u nazzjonali. It-titjib tal-ġbir ta' informazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew għandu jippermetti li jiġu stabbiliti b'mod aktar faċli korrelazzjonijiet diretti bejn il-kwalità tal-politiki, is-sistemi u l-istrutturi implimentati f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà tal-pazjenti u r-riżultati miksuba f'dan il-qasam.

Emenda 11

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a)

Hemm bżonn li l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu n-numru ta' persuni milqutin minn infezzjonijiet assoċjati mal-kura. Fost l-istrumenti differenti li jistgħu jiġu previsti, hu importanti li jiġi reklutat numru akbar ta' infermiera speċjalizzati fil-kontroll tal-infezzjonijiet.

Emenda 12

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 15 b (ġdida)

 

(15b)

Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-kura tagħhom għandhom jikkunsidraw l-użu ta’ staff ta’ kuntatt biex jgħin infermiera speċjalizzati fil-livell ta’ klinika fil-faċilitajiet ta’ emerġenza u fi sptarijiet lokali;

Emenda 13

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 15 c (ġdida)

 

(15c)

Biex jitnaqqsu l-kundizzjonijiet mhux mixtieqa li jirriżultaw mill-kura tas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiġu inkuraġġiti jiffissaw miri fuq livell lokali u nazzjonali għar-reklutaġġ ta' professjonisti tas-saħħa li jispeċjalizzaw fil-kontroll tal-infezzjonijiet, waqt li jitqies l-objettiv li proporzjonalment ikun hemm infermier għal 250 sodda tal-isptar sal-2015.

Emenda 14

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 16a (ġdida)

 

(16a)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex tikkumbatti ċ-ċirkolazzjoni ta' mediċini foloz u l-ħsara kkawżata lill-pazjenti u lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa minn labar tas-siringi.

Emenda 15

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I - Kapitolu I a (ġdid) - Titolu

 

Emenda 16

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I - Kapitolu I a (ġdid) - Punt 1

 

(1)

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istrumenti biex jitnaqqas b'20 % n-numru ta' persuni li kull sena fl-Unjoni Ewropea jintlaqtu minn episodji mhux mixtieqa wara kura tas-saħħa, persentaġġ li jikkorrispondi għall-objettiv li dawn l-episodji jitnaqqsu b'900 000 każ fis-sena sal-2015.

Emenda 17

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 1 - punt a

a)

Ħatra tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sikurezza tal-pazjenti fuq it-territorju tagħhom;

a)

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli differenti ta' amministrazzjoni lokali u nazzjonali responsabbli għas-sikurezza tal-pazjenti kif ukoll superviżjoni u koordinazzjoni tal-miżuri biex titjieb is-saħħa pubblika fuq it-territorju tagħhom ;

Emenda 18

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 1 - punt c

c)

Appoġġ tal-iżvilupp ta' sistemi, proċessi u għodda aktar siguri, inkluż l-użu ta' teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.

c)

Appoġġ tal-iżvilupp ta' sistemi, proċessi u għodda aktar siguri u faċli biex tużahom , inkluż l-użu ta' teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.

Emenda 19

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 2 - punt b a (ġdid)

 

b a)

L-informazzjoni għall-pazjenti dwar ir-riskji terapewtiċi u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi legali li jiffaċilitaw il-mezzi ta' rimedju, anke kontra l-gruppi farmaċewtiċi, fil-każ ta' ħsara f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa.

Emenda 20

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 3 – punt a

a)

Jipprovdu tagħrif xieraq dwar il-limitu safejn, it-tip u l-kawża ta' żbalji, konsegwenzi mhux mixtieqa u kważi-inċidenti;

a)

Jipprovdu tagħrif xieraq dwar il-limitu safejn, it-tip u l-kawża ta' żbalji, konsegwenzi mhux mixtieqa u kważi-inċidenti u jiġu identifikat l-persuni responsabbli għal dan ;

Emenda 21

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 3 – punt b a (ġdid)

 

b a)

Jippermettu li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri differenti jaqsmu informazzjoni kunfidenzjali dwar il-professjonisti tas-saħħa li tqiesu ħatja ta' negliġenza jew nuqqas professjonali;

Emenda 22

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 4 – punt b a (ġdid)

 

b a)

It-tagħlim u t-taħriġ adegwati għal kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa sabiex jużaw it-teknoloġija medika b'mod xieraq, bi qbil mal-funzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-gwidi għall-użu, sabiex jiġu evitati l-perikli għas-saħħa u l-effetti mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid mhux intenzjonat ta' apparat;

Emenda 23

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 5 – subpunt c

c)

Biex jiġbru u jaqsmu d-dejta u t-tagħrif komparabbli dwar riżultati fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjenti f'dak li huwa tip u numru, f'livell tal-UE, għall-iffaċilitar ta' tagħlim reċiproku u l-orjentazzjoni tal-iffissar ta' prijoritajiet.

c)

Biex jiġbru u jaqsmu d-dejta u t-tagħrif komparabbli dwar riżultati fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjenti f'dak li huwa tip u numru, f'livell tal-UE, għall-iffaċilitar ta' tagħlim reċiproku u l-orjentazzjoni tal-iffissar ta' prijoritajiet. Il-kwantità u l-ispiża tal-ġbir ta’ dejta, u l-użu tad-dejta miġbura, m'għandhomx ikunu sproporzjonati għall-benefiċċji mistennija. Id-dejta għandha tinġabar biss sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu l-infezzjonijiet relatati mat-trattament permezz ta’ taħriġ komuni.

Emenda 24

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu II – punt 6 – punt b a (ġdid)

 

b a )

It-tħeġġiġ, permezz tal-Unjoni Ewropea, tal-possibilitajiet ta' koperazzjoni, kif ukoll ta' skambji ta' esperjenza u ta' prattiki tajba bejn id-diretturi tal-isptarijiet, it-timijiet mediċi u l-grupp ta' pazjenti dwar inizjattivi lokali fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjenti;

Emenda 25

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a (ġdid)

 

-a)

Il-forniment ta' mekkaniżmi ta' evalwazzjoni tar-riskji effettivi, li jinkludu eżami djanjostiku tal-pażjenti minn qabel ma jiddaħħlu l-isptar, sabiex, skont il-każ ikunu jistgħu jiġu identifikati malajr il-miżuri ta' prekawzjoni supplimentari;

Emenda 26

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a a (ġdid)

 

-aa)

Il-provvista ta’ ħarsien adegwat għall-istaff tal-kura tas-saħħa, permezz ta’ tilqim, profilassi wara l-esponiment, screening dijanjostiku ta’ rutina, forniment ta’ materjal protettiv personali u użu ta' teknoloġija medika li tnaqqas l-esponiment għall-infezzjonijiet li jinġarru mid-demm.

Emenda 27

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a b (ġdid)

 

-ab)

Il-provvista ta’ protezzjoni effettiva minn infezzjonijiet u kontroll effettiv tagħhom fuq perjodu ta’ żmien twil fil-faċilitiajiet ipprovduti mill-infermiera u faċilitajiet ta’ fejqan;

Emenda 28

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt b

b)

It-titjib tal-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet f'livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa;

b)

It-titjib tal-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet f'livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa u l-iżgurar tal-ogħla livell ta' ndafa, ta' iġjene u, jekk ikun hemm bżonn, ta' asepsis:

i)

tal-materjal relatat mal-ilqugħ u s-soġġorn tal-pazjenti;

ii)

tal-materjal mediku u paramediku, tal-apparat elettromediku għas-servizz tal-pazjenti, u tal-proċess ta' tqassim tal-mediċini;

iii)

tal-istrutturi sanitarji għall-kura tal-pazjenti;

Emenda 29

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu III – punt 1 - punt b a (ġdid)

 

(ba)

il-promozzjoni ta' iġjene tal-idejn fost il-professjonisti tas-saħħa;

Emenda 30

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu III – punt 1 - punt b b (ġdid)

 

(bb)

aktar prevenzjoni u kontroll fit-tixrid ta' mard fost staff mediku u paramediku u t-trażmissjoni tal-mard minnhom, billi jiġu implimentati l-politiki ta’ prevenzjoni meħtieġa għal dan l-iskop, inklużi l-kampanji neċessarji ta’ tilqim tal-istaff.

Emenda 31

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt d

d)

It-trawwim tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa f'livell tal-Istat Membru u fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa;

d)

Il-promozzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa u tal-ħaddiema paramediċi fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa , b'attenzjoni partikulari għall-infezzjonijiet miksubin mill-isptar u għar-reżistenza tal-vajrus għall-antibijotiċi ;

Emenda 32

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt e

e)

Titjib fit-tagħrif li jingħata lill-pazjenti;

e)

Titjib fit-tagħrif li jingħata lill-pazjenti permezz tan-netwerk soċjosanitarju imma anke permezz ta' kampanji ta' tagħrif perjodiku fil-gazzetti, fuq ir-radju, fuq it-televixin u fuq l-internet ;

Emenda 33

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt f

f)

Appoġġ lir-riċerka.

f)

Appoġġ lir-riċerka, fost l-oħrajn, fil-qasam tal-applikazzjonijiet mediċi possibbli tan-nanoteknoloġija u n-nanomaterjali .

Emenda 34

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu III – punt 1 - punt f a (ġdid)

 

(fa)

Ir-rappurtar ta’ kull infezzjoni assoċjata mal-kura tas-saħħa li titfaċċja, li taffettwa lil għadd sinifikanti ta' pazjenti, liċ-Ċentru Ewropew għall-Ħarsien minn u l-Kontroll tal-Mard (ECDC);

Emenda 35

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt f b (ġdid)

 

fb)

It-twettiq ta' kampanji ta' kuxjenza fost il-pubbliku u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sabiex jitnaqqsu l-prattiki li jwasslu għal reżistenza kontra l-mikrobi.

Emenda 36

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti II - Titolu

Emenda 37

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti II – punt 1 a (ġdid)

 

(1a)

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti tista' tiġi msaħħa biex is-sikurezza tal-pazjenti tittejjeb, pereżempju billi jiġi żgurat li meta professjonisti tal-kura tas-saħħa jaqsmu l-fruntieri fi ħdan l-Ewropa, ir-regolaturi professjonali jaqsmu informazzjoni dwar proċeduri dixxiplinari konklużi jew pendenti kontra individwi, u mhux biss il-kwalifiki inizjali tagħhom.

Emenda 38

Proposta għal rakkomandazzjoni

Parti II – punt 1 b (ġdid)

 

(1b)

Il-Kummissjoni hi mistiedna biex, fuq il-bażi tal-gwida prattika għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, li tfasslet fl-2002 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (2), tfassal dokument għall-attenzjoni tal-pazjenti dwar il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar.

Emenda 39

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 1 - Definizzjonijiet - “Kundizzjoni mhux mixtieqa” - kolonna 2

Inċident li jirriżulta fi ħsara lil pazjent. Il-ħsara timplika taħsir fl-istruttura jew fil-funzjoni tal-ġisem u/jew kwalunkwe effett dannuż li jiġi minn dan.

Inċident li jirriżulta fi ħsara lil pazjent li jkun seħħ waqt kura medika. Il-ħsara timplika taħsir permanenti jew temporanja fi struttura jew f'funzjoni tal-ġisem u/jew kwalunkwe effett dannuż li jiġi minn dan.

Emenda 40

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 1 – Definizzjonijiet - “Kura tas-saħħa” – kolonna 2

Istituzzjoni fejn il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jipprovdu kura sekondarja jew terzjarja.

Istituzzjoni pubblika jew mhux pubblika jew istituzzjoni karitatevoli tas-saħħa fejn il-voluntiera jew il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jipprovdu kura sekondarja jew terzjarja.

Emenda 41

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 1 – Definizzjonijiet – “Is-sikurezza tal-pazjent” - kolonna 2

Il-ħelsien ta' pazjent minn kwalunkwe ħsara bla bżonn jew minn ħsara potenzjali assoċjata mal-kura tas-saħħa.

Nuqqas ta’ inċidenti mhux mixtieqa, fejn inċident mhux mixtieq huwa definit bħala inċident dannuż ikkawżat aktar mit-trattament milli mill-marda. Dan l-inċident mhux mixtieq jista’ jkun wieħed li jista’ jiġi evitat jew ma jistax jiġi evitat.

Emenda 42

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 1 – Definizzjonijiet – “Persuna ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet” - kolonna 2

Professjonijisti tas-saħħa li jaħdmu ġo oqsma kliniċi/dipartimenti li jaġixxu bħala kuntatt bejn il-qasam/id-dipartiment tagħhom u t-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet. Il-persuni ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet jgħinu fil-promozzjoni tal-ħarsien mill-infezzjonijiet u l-kontroll tagħhom fl-oqsma/fid-dipartimenti tagħhom u jikkomunikaw ir-riżultati lit-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet.

Professjonijisti tas-saħħa li jaħdmu ġo l-oqsma korrispondenti li jaġixxu bħala kuntatt bejn il-qasam ta' attività tagħhom u t-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet. Il-persuni ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet jgħinu fil-promozzjoni tal-ħarsien mill-infezzjonijiet u l-kontroll tagħhom fil-qasam ta' attività tagħhom u jikkomunikaw ir-riżultati lit-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet.

Emenda 43

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 – Kapitolu 1 – punt 1 - punt b a (ġdid)

 

ba)

L-aċċettar ul-promozzjoni tal-użu tal-għodda tat-teknoloġija ta' informazzjoni u komunikazzjoni, bħall-istruzzjonijiet għall-użu disponibbli f'format elettroniku, sabiex jittejjeb il-fehim tal-apparat mediku minn min jużah;

Emenda 44

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 – Kapitolu 1 – punt 4 - punt c a (ġdid)

 

c a)

It-tagħlim u t-taħriġ adegwati għal kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa sabiex jużaw it-teknoloġija medika b'mod xieraq, bi qbil mal-funzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-gwidi għall-użu, sabiex jiġu evitati l-perikli għas-saħħa u l-effetti mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid mhux intenzjonat ta' apparat;

Emenda 45

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 - Kapitolu 1 - Punt 7 - punt a a (ġdid)

 

aa)

Billi jistimulaw ir-riċerka, fost l-oħrajn, dwar l-applikazzjonijiet mediċi tan-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali.

Emenda 46

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 – Kapitolu 2 – punt 1 –punt a – inċiż 2

L-integrazzjoni tal-miżuri ta' ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet fi pjanijiet għall-kura tal-pazjenti;

L-integrazzjoni tal-miżuri ta' ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet fi pjanijiet għall-kura tal-pazjenti, inklużi kampanji ta' tilqim, neċessarji, għall-istaff ;


(1)   ĠU L 190, 18.7.2008, p. 37.

(2)   WHO, Gwida prattika għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, l-ewwel edizzjoni, Diċembru 2002 (it-tieni edizzjoni ippubblikata fl-2008)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/404


Il-Ħamis, 23 ta’ April 2009
Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari *

P6_TA(2009)0288

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari (COM(2008)0726 – C6-0455/2008 – 2008/0218(CNS))

2010/C 184 E/75

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0726),

wara li kkunsidra l-Artikolu 152(4), it-tieni subparagrafu tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0455/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0231/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 1

(1)

Mard rari huwa theddida għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej minħabba li dan hu ta' theddida għall-ħajja jew mard kronikament debilitanti bi prevalenza baxxa u livell għoli ta' kumplessità.

(1)

Mard rari huwa theddida għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej minħabba li dan hu ta' theddida għall-ħajja jew mard kronikament debilitanti bi prevalenza baxxa u livell għoli ta' kumplessità, iżda billi jeżistu ħafna tipi differenti ta' mard rari, it-total ta' persuni affettwati huwa pjuttost għoli .

Emenda 2

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 2

(2)

Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar il-Mard Rari, inkluż il-mard ġenetiku, kien adottat għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Diċembru 2003. Dan il-programm iddefinixxa l-prevalenza għal mard rari bħala mard li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar il-Mard Rari, inkluż il-mard ġenetiku, kien adottat għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Diċembru 2003. Dan il-programm iddefinixxa l-prevalenza għal mard rari bħala mard li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna fl-Unjoni Ewropea, numru li għandu jiġi deċiż fuq il-bażi ta' statistika li tkun suġġetta għal reviżjoni xjentifika .

Emenda 3

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a)

Fuq il-bażi tal-inċidenza statistika, mard rari għandu jiġi kkatalogat bir-reqqa u rivedut regolarment minn kumitat xjentifiku sabiex tiġi determinata l-ħtieġa ta' żidiet possibbli.

Emenda 4

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 4

(4)

Huwa stmat li bejn 5 000 u 8 000 mard rari distint jeżisti llum, li jaffettwa bejn 6% u 8% tal-populazzjoni tul ħajjithom. Fi kliem ieħor, bejn 27 u 36 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea. Ħafna minnhom isofru minn mard inqas frekwenti li jaffettwa wieħed minn kull 100 000 persuna jew inqas.

(4)

Huwa stmat li bejn 5 000 u 8 000 mard rari distint jeżisti llum, li jaffettwa bejn 6% u 8% tal-populazzjoni tul ħajjithom. Fi kliem ieħor, minkejja li mard rari huwa kkaratterizzat minn prevalenza baxxa għal kull marda, it-total ta' persuni affettwati huwa pjuttost għoli u jvarja bejn 27 u 36 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea Ħafna minnhom isofru minn mard inqas frekwenti li jaffettwa wieħed minn kull 100 000 persuna jew inqas.

Emenda 5

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 5

(5)

Minħabba l-prevalenza baxxa u l-ispeċifiċità tiegħu, il-mard rari jirrikjedi approċċ globali bbażat fuq sforzi speċjali u kkombinati biex jipprevjenu l-morbidità b'mod sinifikanti jew mortalità qabel iż-żmien li tista' tiġi evitata, u biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal soċjo-ekonomiku ta' persuni affettwati.

(5)

Minħabba l-prevalenza baxxa, l-ispeċifiċità tiegħu u n-numru għoli ta' każijiet , il-mard rari jirrikjedi approċċ globali bbażat fuq sforzi speċjali u kkombinati, inkluż fi sħubija ma pajjiżi terzi bħal ma huma l-Istati Uniti, biex jipprevjenu l-morbidità b'mod sinifikanti jew mortalità qabel iż-żmien li tista' tiġi evitata, u biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal soċjo-ekonomiku ta' persuni affettwati f'pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw .

Emenda 6

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 8

(8)

Sabiex titjieb il-koordinazzjoni u l-koerenza ta' inizzjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali li jindirizzaw il-mard rari, kull azzjoni relevanti nazzjonali fil-qasam tal-mard rari għandha tkun integrata fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari.

(8)

Sabiex titjieb il-koordinazzjoni u l-koerenza ta' inizzjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali u l-koperazzjoni bejn iċ-ċentri ta' riċerka li jindirizzaw il-mard rari, kull azzjoni relevanti nazzjonali fil-qasam tal-mard rari għandha tkun integrata fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari.

Emenda 7

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 13

(13)

Il-valur miżjud Komunitarju tan-netwerks Ewropej ta' referenza huwa partikolarment għoli għal mard rari minħabba r-rarità ta' dawn il-kundizzjonijiet, li jimplika kemm in-numru limitat ta' pazjenti kif ukoll l-iskarsezza ta' nies imħarrġa f'pajjiż wieħed. Għalhekk huwa importanti ħafna li jinġabru nies imħarrġa f'livell Ewropew għall-assigurazzjoni tal-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità għolja għal pazjenti b'mard rari.

(13)

Il-valur miżjud Komunitarju tan-netwerks Ewropej ta' referenza huwa partikolarment għoli għal mard rari minħabba r-rarità ta' dawn il-kundizzjonijiet, li jimplika kemm in-numru limitat ta' pazjenti kif ukoll l-iskarsezza ta' nies imħarrġa f'pajjiż wieħed. Għalhekk huwa importanti ħafna li jinġabru nies imħarrġa f'livell Ewropew għall-assigurazzjoni tal-aċċess ugwali għal informazzjoni preċiża, għal dijanjożi adattata u f'waqtha u għal kura ta' kwalità għolja għal pazjenti b'mard rari..

Emenda 8

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a)

Fit-12 ta' Ottubru 2008 l-Forum Farmaċewtiku adotta r-rapport finali tiegħu, li jipproponi linji gwida biex l-Istati Membri, il-partijiet interessati u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiggarantixxu aċċess aktar faċli u aktar mgħaġġel għal prodotti mediċinali orfni fl-Unjoni Ewropea.

Emenda 9

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 20

(20)

Il-pazjenti u r-rappreżentanti tagħhom għalhekk għandhom ikunu involuti f'kull pass tal-politika u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. L-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu promossi u appoġġjati, inkluż b'mod finanzjarju, f'kull Stat Membru.

(20)

Il-pazjenti u r-rappreżentanti tagħhom għalhekk għandhom ikunu involuti f'kull pass tal-politika u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. L-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu promossi u appoġġjati, inkluż b'mod finanzjarju, f'kull Stat Membru, iżda wkoll fil-livell tal-Unjoni Ewropea permezz ta' netwerks pan-Ewropej ta' għajnuna lill-pazjenti li jbatu minn mard rari speċifiku .

Emenda 10

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 - parti introduttorja

1.

Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali għal mard rari sabiex ikun assigurat l-aċċess universali għal pazjenti b'mard rari għal kura ta' kwalità għolja, inklużi d-dijanjostiċi, it-trattamenti u l-mediċini orfni fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha, u b'mod partikolari:

1.

Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali għal mard rari sabiex ikun assigurat l-aċċess universali għal pazjenti b'mard rari għal kura ta' kwalità għolja, inklużi d-dijanjostiċi, it-trattamenti u l-mediċini orfni, kif ukoll ir-rijabilitazzjoni u r-rijedukazzjoni u l-fatt li wieħed jitgħallem jgħix bil-marda, fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha, u b'mod partikolari:

Emenda 11

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 1

(1)

jelaboraw u jadottaw strateġija komprensiva u integrata, sal-aħħar tal- 2011 , immirata biex tiggwida u tistruttura l-azzjonijiet kollha relevanti fil-qasam tal-mard rari fil-forma ta' pjan nazzjonali għal mard rari;

(1)

jelaboraw u jadottaw strateġija komprensiva u integrata, sal-aħħar tal- 2010 , immirata biex tiggwida u tistruttura l-azzjonijiet kollha relevanti fil-qasam tal-mard rari fil-forma ta' pjan nazzjonali għal mard rari;

Emenda 12

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 3

(3)

jiddefinixxu numru limitat ta' azzjonijiet ta' prijorità fil-pjan nazzjonali għal-mard rari, b'għanijiet konkreti, dati ta' skadenza ċari, strutturi ta' ġestjoni u rapporti regolari;

(3)

jiddefinixxu numru limitat ta' azzjonijiet ta' prijorità fil-pjan nazzjonali għal-mard rari, b'għanijiet konkreti, dati ta' skadenza ċari, finanzjamenti sustanzjali u identifikati b'mod ċar , strutturi ta' ġestjoni u rapporti regolari;

Emenda 13

Proposta għal rakkomandazzjoni

Paragrafu 1 – punt 3 a (ġdid)

 

(3a)

Jiddikkjaraw jekk għandhomx xi ċentri speċjalizzati u jiġbru katalogu ta' esperti;

Emenda 14

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5

(5)

jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjanijiet nazzjonali mfassla biex ikun assigurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità għolja, inkluż id-dijanjostiċi, it-trattamenti u l-mediċini orfni, lill-pazjenti b'mard rari, fit-territorju nazzjonali tagħhom bl-għan li jkun żgurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha.

(5)

jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjanijiet nazzjonali mfassla biex ikun assigurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità għolja, inkluż id-dijanjostiċi, il-miżuri ta' prevenzjoni primarja, it-trattamenti u l-mediċini orfni, kif ukoll ir- rijabilitazzjoni u r-r ijedukazzjoni għal dawk li jgħixu bil-marda għall-benefiċċju tal- pazjenti b'mard rari, fit-territorju nazzjonali tagħhom bl-għan li jkun żgurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha, skont il-prinċipji maqbula fil-paper tal-Forum Farmaċewtiku ta' Livell Għoli bl-isem “Aċċess imtejjeb għall-mediċini orfni għaċ-ċittadini kollha tal-UE kkonċernati”.

Emenda 15

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 a (ġdid)

 

(5a)

li jiġu inkuraġġiti l-isforzi biex jiġi evitat mard rari li jkun ereditarju, permezz ta':

(a)

pariri ġenetiċi lill-ġenituri li jkunu jbatu mill-marda; u

(b)

meta dan ikun xieraq, u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti u dejjem fuq bażi volontarja, għażla ta' embriji b'saħħithom qabel jiddaħħlu.

Emenda 16

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 b (ġdid)

 

(5b)

jistipulaw, fil-pjanijiet nazzjonali, miżuri eċċezzjonali sabiex il-mediċini li ma jkunux awtorizzati li jitpoġġew fis-suq ikunu disponibbli meta jkun hemm ħtieġa reali ta' saħħa pubblika. Fin-nuqqas ta' alternattivi terapewtiċi xierqa disponbbli fi Stat Membru, u meta l-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jkun jidher pożittiv, għandu jingħata l-aċċess għal dawn il-mediċini lill-pazjenti li jbatu minn mard rari.

Emenda 17

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 c (ġdid)

 

(5c)

jitwaqqfu fil-livell nazzjonali gruppi konsultattivi pluralisti li jgħaqqdu l-partijiet kollha kkonċernati sabiex jorjentaw lill-gvernijiet fit-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali fil-qasam tal-mard rari. Dawn għandhom jiżgurawli l-gvernijiet ikunu informati sew u li d-deċiżjonijiet meħuda fil-livell nazzjonali jirriflettu l-perspettivi u l-bżonnijiet tas-soċjetà.

Emenda 18

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 d (ġdid)

 

(5d)

jħeġġu l-finanzjament tat-trattament tal-mard rari fuq livell nazzjonali. Meta l-Istati Membri ma jkunux jixtiequ jew ma jkunx jista' jkolhom Ċentri ta' Eċċellenza, dan il-fond ċentrali nazzjonali għandu jintuża biex jiġi garantit li l-pazjenti jkunu jistgħu jmorru f'Ċentru ta' pajjiż ieħor. Madankollu, huwa wkoll fundamentali li dan il-baġit separat jiġi rivedut u adattat fuq bażi annwali skont l-għarfien miksub dwar pazjenti li jkunu jeħtieġu trattament matul dik is-sena preċiża, u dwar terapiji ġodda li jkunu disponibbli. Dan għandu jsir permezz tal-kontribut tal-kumitati konsultattivi pluralisti.

Emenda 19

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 2 – punt 1

(1)

jimplimentaw definizzjoni komuni tal-Unjoni Ewropa tal-mard rari bħala dak li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna;

(1)

jimplimentaw definizzjoni komuni tal-Unjoni Ewropa tal-mard rari bħala dak li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna, bħala numru għall-Unjoni Ewropea kollha, iżda huwa importanti ħafna li tkun magħrufa d-distribuzzjoni preċiża għal kull Stat Membru ;

Emenda 20

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 2 – punt 4

(4)

jappoġġjaw netwerks ta' informazzjoni, registri u bażijiet ta' dejta dwar mard speċifiku f'livell nazzjonali jew reġjonali.

(4)

jappoġġjaw, partikularment b'mod finanzjarju, f'livell Ewropew, nazzjonali jew reġjonali, netwerks ta' informazzjoni, registri u bażijiet ta' dejta dwar mard speċifiku, inkluża informazzjoni aġġornata regolarment li tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-internet .

Emenda 21

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 3

(3)

ikabbru l-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi nazzjonali u laboratorji f'proġetti ta' riċerka dwar mard rari ffininzjati f'livell Komunitarju;

(3)

ikabbru l-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi nazzjonali u laboratorji f'proġetti ta' riċerka dwar mard rari ffininzjati f'livell Komunitarju u jisfruttaw il-possibilitajiet li joffri r-Regolament (KE) Nru 141/2000 dwar il-prodotti mediċinali orfni;

Emenda 22

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 3 a (ġdid)

 

(3a)

jinkoraġġixxu l-iskambju tal-għarfien u l-koperazzjoni bejn ir-riċerkaturi, il-laboratorji u l-proġetti ta' riċerka fl-Unjoni Ewropea u f'istituzzjonijiet simili f'pajjiżi terzi, biex jinġiebu benefiċċji globali mhux biss għall-Unjoni Ewropea imma wkoll għall-pajjiżi aktar fqar u għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li huma inqas f'pożizzjoni li jipprovdu riżorsi għar-riċerka fil-mard rari;

Emenda 23

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 4

(4)

jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali għal mard rari mmirati biex irawmu r-riċerka, inkluża dik dwar is-saħħa pubblika u soċjali, fil-qasam tal-mard rari, speċjalment bl-għan li jiġu żviluppati għodod bħal infrastrutturi trasversali kif ukoll proġetti dwar mard speċifiku.

(4)

jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali għal mard rari mmirati biex irawmu r-riċerka, inkluża dik dwar is-saħħa pubblika u soċjali, fil-qasam tal-mard rari, speċjalment bl-għan li jiġu żviluppati għodod bħal infrastrutturi trasversali kif ukoll proġetti dwar mard speċifiku, u programmi ta' rijabilitazzjoni u rijedukazzjoni għal matul il-marda rari kif ukoll riċerka dwar testijiet u għodod dijanjostiċi;

Emenda 24

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 4 a (ġdid)

 

(4a)

jsir provvediment għal finanzjament adegwat u fuq medda twila ta' żmien, pereżempju permezz ta' sħubiji pubbliċi/privati, sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi ta' riċerka fil-livelli nazzjonali u Ewropej, u sabiex tiġi garantita l-vijabilità tagħhom;

Emenda 25

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri – paragrafu 4 – punt 1

(1)

jidentifikaw ċentri ta' kompetenza nazzjonali jew reġjonali fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu sal-aħħar tal-2011, u jrawmu l-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza fejn dawn ma jeżistux, notevolment billi jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali tagħhom għal mard rari dwar il-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza nazzjonali jew reġjonali;

(1)

jidentifikaw ċentri ta' kompetenza nazzjonali jew reġjonali fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu sal-aħħar tal-2011, u jrawmu l-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza fejn dawn ma jeżistux, notevolment billi jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali tagħhom għal mard rari dwar il-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza nazzjonali jew reġjonali; jgħinu fil-ġbir ta' katalogi ta' mard rari u ta' esperti dwar mard rari;

Emenda 26

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 4 – punt 3

(3)

jorganizzaw metodi ta' kura tas-saħħa għal pazjenti permezz ta' ħolqien ta' kooperazzjoni ma' esperti relevanti fil-pajjiż jew minn barra meta dan ikun neċessarju; il-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż il-mobbiltà tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa u l-fornituri u l-provvediment ta' servizzi permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni għandhom jiġu appoġġjati fejn neċessarju sabiex ikun żgurat l-aċċess universali għal kura tas-saħħa speċifika li tkun meħtieġa;

(3)

jorganizzaw metodi Ewropej ta' kura tas-saħħa għal dawk il- pazjenti li jbatu minn mard rari permezz ta' ħolqien ta' kooperazzjoni ma' esperti relevanti fil-pajjiż jew minn barra meta dan ikun neċessarju; il-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż il-mobbiltà tal-pazjenti u tal-għarfien espert permezz ta' appoġġ għall-mobilità tad-data , il-professjonisti tas-saħħa u l-fornituri u l-provvediment ta' servizzi permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni għandhom jiġu appoġġjati fejn ikun neċessarju sabiex ikun żgurat l-aċċess universali għal kura tas-saħħa speċifika li tkun meħtieġa;

Emenda 27

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 4 – punt 5

(5)

jassiguraw li ċentri ta' kompetenza nazzjonali jew reġjonali jimxu skont l-istandards għal mard rari kif iddefiniti min-netwerks Ewropej ta' referenza fejn jittieħdu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-pazjenti u l-professjonisti.

(5)

jassiguraw li ċentri ta' kompetenza nazzjonali jew reġjonali jimxu skont l-istandards għal mard rari kif iddefiniti min-netwerks Ewropej ta' referenza fejn jittieħdu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-pazjenti u l-professjonisti, billi jiġu involuti l-pazjenti fl-attivitajiet ta' dawn iċ-ċentri ;

Emenda 28

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri – paragrafu 4 – punt 5 a (ġdid)

 

(5a)

iħeġġeġ, possibilment b'iffinanzjar jew koiffinanzjar mill-Unjoni Ewropea, ċentri u sptarijiet ta' ħiliet esperti sabiex jinħoloq taħriġ speċifiku għal professjonisti f'ċertu mard rari u li jippermettilhom li jakkwistaw il-ħiliet esperti rilevanti.

Emenda 29

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 5 – punt 1 – sottopunt b

(b)

linji gwida Ewropej dwar l-iskrining tal-populazzjoni u testijiet dijanjostiċi;

(b)

linji gwida Ewropej dwar l-iskrining tal-populazzjoni u testijiet dijanjostiċi, inklużi t-testijiet ġenetiċi bħall-iskrijning, tal-eterozigoti u d-dijanjożi permezz tal-bijopsija tal-korp polari, li jiggarantixxu ttestjar ta' kwalità tajba u pariri ġenetiċi adattati, filwaqt li tiġi rispettata d-diversità etika fl-Istati Membri ;

Emenda 30

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - Paragrafu 5 – punt 1 – sottopunt c

(c)

it-tqassim ta' rapporti ta' valutazzjoni tal-Istati Membri dwar il-valur miżjud terapewtiku ta' mediċini orfni f'livell tal-UE, biex jitnaqqas id-dewmien għall-aċċess għal-mediċini orfni għall-pazjenti li jbatu minn mard rari;

(c)

it-twaqqif ta' rapporti ta' valutazzjoni nazzjonali dwar il-valur miżjud kliniku ta' mediċini orfni f'livell tal-Unjoni, fil-kuntest tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA), li jgħaqqdu l-għarfien u l-għarfien espert Ewropew rilevanti, biex jitnaqqas id-dewmien għall-aċċess għal-mediċini orfni għall-pazjenti li jbatu minn mard rari;

Emenda 31

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 5 – punt 1 – sottopunt c a (ġdid)

 

(ca)

għajnuna strutturali għal investiment favur il-bażi tad-data Orphanet li jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert dwar il-mard rari;

Emenda 32

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 6

6.

Awtorizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti

6.

Awtorizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti indipendenti

(1)

jieħdu azzjoni biex jassiguraw li l-pazjenti u r-rappreżentanti tagħhom ikunu kkonsultati kif xieraq f'kull pass tal-proċess tal-politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-mard rari, inkluż fit-twaqqif u l-ġestjoni ta' ċentri ta' kompetenza u ta' netwerks Ewropej ta' referenza u fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali;

(1)

jieħdu azzjoni biex jassiguraw li l-pazjenti u r-rappreżentanti indipendenti tagħhom ikunu kkonsultati kif xieraq f'kull pass tal-proċess tal-politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-mard rari, inkluż fit-twaqqif u l-ġestjoni ta' ċentri ta' kompetenza u ta' netwerks Ewropej ta' referenza u fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali;

(2)

jappoġġjaw l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, bħal kampanji ta' żieda fl-għarfien, it-tkattir tal-kapaċità u t-taħriġ, l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prassi, netwerking, l-involviment ta' pazjenti li huma iżolati ħafna;

(2)

jappoġġjaw l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet indipendenti tal-pazjenti, bħal kampanji ta' żieda fl-għarfien, it-tkattir tal-kapaċità u t-taħriġ, l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prassi, netwerking, l-involviment ta' pazjenti li huma iżolati ħafna;

 

(2a)

jiġi żgurat li jiġi pprovdut il-finanzjament għal organizzazzjonijiet tal-pazjenti li ma jkunx direttament marbut ma' soċjetà farmaċewtika partikolari;

 

(2b)

jiffaċilita l-aċċess tal-pazjent għall-informazzjoni fil-livell Ewropew li tikkonċerna l-mediċini, it-trattamenti jew iċ-ċentri ta' trattamenti fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi li jipprovdu kura medika adattata speċifikament għall-mard tagħhom;

(3)

jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-konsultazzjoni magħhom, kif imsemmi fil-paragrafi (1) u (2).

(3)

jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet indipendenti tal-pazjenti u l-konsultazzjoni magħhom, kif imsemmi fil-paragrafi (1) u (2); jiżguraw li l-pjanijet nazzjonali jipprovdu għall-identifikazzjoni ta' ċentri nazzjonali u reġjonali ta' ħiliet esperti u għall-ġbir ta' katalogi ta' esperti dwar mard rari.

Emenda 33

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni - paragrafu -1 (ġdid)

 

(-1)

Biex ikun hemm appoġġ, b'mod sostenibbli, għall-“Orphanet”, websajt Ewropea u punt uniku ta' servizz li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-eżistenza ta' riċerka speċifika fil-mard rari, li s-sejbiet tagħha u d-disponibilità tagħhom għall-pazjenti,

(b)

mediċini disponibbli għal kull marda rari,

(c)

it-trattament li jesżisti f'kull Stat Membru għal kull marda rari,

(d)

ċentri mediċi speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi għal kull marda rari.

Emenda 34

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni - paragrafu 1

1.

Biex tipproduċi rapport ta' implimentazzjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni indirizzata lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, mhux aktar tard mill-aħħar tal-ħames sena ta' wara d-data tal-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, biex tikkunsidra kemm il-miżuri proposti qed jaħdmu b'mod effettiv, u biex tikkunsidra l-ħtieġa għal aktar azzjoni .

1.

Il-Kummissjoni se tipproduċi rapport ta' implimentazzjoni dwar din il-Komunikazzjoni – indirizzat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, mhux aktar tard minn tmiem l-2012, is-sena li fiha ser tipproponi l-azzjoni ta' implimentazzjoni li inter alia tkopri :

a)

il-miżuri baġitarji meħtieġa biex il-Programm Komunitarju dwar il-Mard Rari jkun effettiv;

b)

il-ħolqien tan-netwerks rilevanti ta' ċentri ta' ħiliet esperti;

c)

il-ġbir ta' data epidemijoloġika dwar mard rari;

d)

il-mobilità ta' esperti u professjonisti;

e)

il-mobilità ta' pazjenti; u

f)

kunsiderazzjoni tal-ħtieġa għal azzjonijiet oħrajn biex tittejjeb il-ħajja tal-pazjenti affettwati minn mard rari u tal-ħajja tal-qraba tagħhom.


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/413


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà *

P6_TA(2009)0312

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (COM(2008)0530 – C6-0116/2009 – 2008/0170(CNS))

2010/C 184 E/76

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0530),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (“il-Konvenzjoni”), adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti nhar it-13 ta' Diċembru 2006,

wara li kkunsidra l-Artikoli 13(1) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6–0116/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0229/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/414


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà *

P6_TA(2009)0313

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (COM(2008)0530 – C6-0117/2009 – 2008/0171(CNS))

2010/C 184 E/77

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0530),

wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (“il-Protokoll Fakultattiv”), adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-13 ta' Dicembru 2006,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0117/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0230/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Fakultattiv;

2.

Jistieden lill-Istati Membriu lill-Kummissjoni biex kull tliet snin jirrapportaw lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Protokoll Fakultattiv skont l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/415


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Statistika dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ***II

P6_TA(2009)0318

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti (11120/2/2008 – C6-0004/2009 – 2006/0258(COD))

2010/C 184 E/78

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11120/2/2008 – C6-0004/2009) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0778),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0256/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 38 E, 17.2.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 98.


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2006)0258

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta’ April 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegћu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (3) gћarfet li l-impatt tal-pestiċidi fuq is-saћћa tal-bniedem u fuq l-ambjent, b’mod partikolari mill-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jintużaw fl-agrikoltura, gћandu jitnaqqas iżjed. Din enfasizzat il-ћtieġa sabiex ikun hemm użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi, waqt li sejћet gћal tnaqqis ġenerali sinifikanti tar-riskji u għall-użu ta’ pestiċidi li jkunu konsistenti mal-ħarsien meћtieġ gћall-prodotti tar-raba’.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagћha lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ġġib l-isem “Lejn Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi”, il-Kummissjoni gћarfet il-ћtieġa gћal statistika dettaljata, armonizzata u aġġornata dwar il-bejgћ u l-użu ta’ pestiċidi fuq livell Komunitarju. Tali statistika hija meћtieġa sabiex jiġu vvalutati linji politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp sostenibbli u sabiex jiġu kkalkulati l-indikaturi rilevanti dwar ir-riskji gћas-saћћa u gћall-ambjent li huma relatati ma’ l-użu tal-pestiċidi.

(3)

L-istatistika armonizzata u komparabbli tal-Komunità dwar il-bejgћ u l-użu tal-pestiċidi hija essenzjali gћall-iżvilupp u gћall-monitoraġġ tal-leġislazzjoni u tal-linji politiċi tal-Komunità fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi.

(4)

Peress li l-effetti tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (4) mhux se jsiru evidenti jekk mhux sew wara l-2006, meta tkun ġiet iffinalizzata l-ewwel valutazzjoni dwar is-sustanzi attivi gћall-użu fi prodotti bijoċidali, la l-Kummissjoni u lanqas ћafna mill-Istati Membri m’gћandhom bћalissa l-gћarfien u l-esperjenza biżżejjed sabiex jipproponu aktar miżuri dwar il-bijoċidi. L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu gћalhekk ikun limitat gћall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … [li jikkonċerna t-tqegћid fis-suq ta’ prodotti gћall-ħarsien tal-pjanti]  (5), li fir-rigward tagħhom teżisti diġà esperjenza kbira f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir tad-data.

(5)

Gћal ћafna snin l-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġbir ta’ data dwar il-bejgћ u l-użu ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti uriet il-ћtieġa li jkun hemm metodoloġija armonizzata gћall-ġbir ta’ statistika fuq livell Komunitarju kemm mill-istadju ta’ tqegħid fis-suq kif ukoll mill-utenti. Barra minn hekk, minћabba l-gћan li jiġu kkalkulati indikaturi ta’ riskju preċiżi skond l-gћanijiet ta l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, l-istatistika jeћtieġ li tkun dettaljata sal-livell tas-sustanzi attivi.

(6)

Fost l-gћażliet differenti tal-ġbir ta’ data li ġew evalwati fil-valutazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, il-ġbir mandatorju tad-data ġie rakkomandat bћala l-aћjar gћażla gћaliex dan ikun jippermetti, malajr u bl-inqas spiża possibbli, l-iżvilupp ta data preċiża u affidabbli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti malajr u bi prezz effiċjenti.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistikatal-Komunità (6) jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza gћad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan jirrikjedi konformità ma’ standards ta’ imparzjalità, affidabbiltà, rilevanza, kost-effettività, kunfidenzjalità statistika u trasparenza.

(8)

It-trasmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità dwar l-istatistika hija rregolata mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika fl-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (7). Il-miżuri meħuda skond dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-ħarsien fiżiku u loġiku tad-data kunfidenzjali u jiżgura li l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal skop statistiku ma jsir meta tiġi pproċessata u mxerrda l-istatistika Komunitarja.

(9)

Il-ħarsien meћtieġ gћall-kunfidenzjalità tad-data ta’ valur kummerċjali gћandu jiġi assigurat, fost mezzi oћra, b’aggregazzjoni xierqa meta tiġi ppubblikata l-istatistika.

(10)

Sabiex jiġu garantiti riżultati komparabbli, statistika dwar il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti gћandha tiġi ġġenerata skond tqassim speċifikat, forma xierqa u f’perijodu fiss ta’ żmien mit-tmiem tas-sena ta’ referenza, kif definit fl-Annessi gћal dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament gћandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat implimentattivi kkonferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(12)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddefinixxi ż-żona ttrattata u tadatta l-Anness III. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/EC.

(13)

Ladarba l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, notevolment l-istabbiliment ta’ qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(14)

Il-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (9), ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u objettivi

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni gћall-produzzjoni sistematika ta’ statistika tal-Komunità dwar it-tqegћid fis-suq ta’ dawk il-pestiċidi li huma prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti , kif definit f’punt (i) ta’ punt (a) tal-Artikolu 2 .

2.   L-istatistika gћandha tapplika gћal:

l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skond l-Anness I;

l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jintużaw fl-agrikoltura skond l-Anness II.

3.   L-istatistika għandha, b’mod partikolari, flimkien ma’ data rilevanti oħra sservi l-finijiet ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … [li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi]  (10).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Gћall-gћanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin gћandhom japplikaw:

(a)

“prodotti għall-ħarsien tal-pjanti” tfisser prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti];

(b)

“sustanzi” tfisser sustanzi kif definit fil-punt (2) ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/ … [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti], inkluż sustanzi attivi, safeners u synergists;

(c)

“sustanzi attivi” tfisser sustanzi attivi kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru …/ …[dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti];

(d)

“safeners” tfisser safeners kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3a) tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti];

(e)

“synergists” tfisser synergists kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3b) tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti];

(f)

“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (8) ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti];

(g)

“detentur ta’ l-awtorizzazzjoni” tfisser detentur ta’ l-awtorizzazzjoni kif definit fil-punt (20) ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti];

(h)

“użu agrikolu” tfisser kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni ta’ prodott gћall-ћarsien tal-pjanti assoċjat direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ prodotti tal-pjanti fil-kuntest ta’ l-attività ekonomika ta’ impriża agrikola;

(i)

“utent professjonali” tfisser utent professjonali kif definit fil-punt (a) tad-Direttiva …/…/KE [li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jintlaħaq użu sostenibbli ta’ pestiċidi];

(j)

“impriża agrikola” tfisser impriża agrikola kif definita fir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … [dwar stħarriġ ta’ strutturi ta’ impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar il-metodi ta’ produzzjoni agrikola]  (11).

Artikolu 3

Ġbir, trasmissjoni u pproċessar tad-data

1.   L-Istati Membri gћandhom jiġbru d-data meћtieġa gћall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Annessi I u II permezz ta’:

l-istћarriġ,

obbligi dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti; b’mod partikolari, obbligi skond l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti],

obbligi applikabbli għal utenti professjonali bbażati fuq ir-rekords miżmuma dwar l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti; b’mod partikolari, obbligi skond l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti],

is-sorsi amministrattivi, jew

kombinazzjoni ta’ dawn il-mezzi, inkluż proċeduri ta’ stima statistika abbażi ta’ deċiżjonijiet jew mudelli esperti.

2.   L-Istati Membri gћandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati ta’ l-istatistika, inkluż id-data kunfidenzjali, skond l-iskedi u fil-limiti ta żmien speċifikati fl-Annessi I u II. Id-data gћandha tiġi ppreżentata skond il-klassifikazzjoni mogћtija fl-Anness III.

3.   L-Istati Membri gћandhom jittrasmettu d-data f’verżjoni elettronika, skond il-format tekniku xieraq li jrid jiġi adottat mill-Kummissjoni (Eurostat) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2).

4.   Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiġbor id-data qabel il-pubblikazzjoni skond il-klassijiet kimiċi jew kategoriji ta’ prodotti indikati fl-Anness III, b’kont debitu meħud tal-ħarsien ta’ data kunfidenzjali fil-livell ta’ l-Istat Membru individwali. Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, id-data kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-Kummissjoni (Eurostat) esklussivament għal finijiet ta’ statistika.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-kwalità

1.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet li ġejjin tal-valutazzjoni tal- kwalità għandhom japplikaw għall-istatistika li għandha tiġi trasmessa:

“rilevanza” tirriferi għall-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet kurrenti u potenzjali ta’ l-utenti;

“preċizjoni” tirriferi għal kemm l-estimi joqorbu lejn il-valuri veri mhux magħrufa;

“tempestività” tirriferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-disponibilità ta’ l-informazzjoni u l-avveniment jew il-fenomenu li hija tiddeskrivi;

“puntwalità” tirriferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-data ta’ rilaxx tad-data u d-data mmirata meta suppost kellha tintbagħat;

“aċċessibbiltà” u “ċarezza” jirriferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data;

“kumparabilità” tirriferi għall-kejl ta’ l-impatt tad-differenzi fil-kunċetti ta’ l-istatistika u għodod u proċeduri ta’ kejl applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien;

“koerenza” tirriferi għall-adegwatezza tad-data li tkun marbuta b’mod affidabbli b’modi differenti u għal użu varju.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapporti dwar il-kwalità tad-data trasmessa fl-Annessi I u II. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa.

Artikolu 5

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-format tekniku xieraq għat-trasmissjoni ta’ data skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta d-definizzjoni ta’ “żona ttrattata” kif imsemmija fit-Taqsima 2 ta’ l-Anness II. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

3.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-klassifikazzjoni armonizzata ta’ sustanzi kif definita fl-Anness III għall-fini li tadattaha għall-bidliet fil-lista ta’ sustanzi attivi adottata skond l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti]. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

Artikolu 6

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni gћandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm ta’ Statistika.

2.   Fejn issir referenza gћal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 8 tagћha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE gћandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 7

Rapport

Il-Kummissjoni gћandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari l-kwalità tad-data trasmessa, kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-piż fuq in-negozji, l-impriżi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-utilità ta’ din l-istatistika fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-objettivi mniżżla fl-Artikolu 1. Huwa għandu jinkludi, jekk ikun xieraq, proposti mfassla biex tkompli titjieb il-kwalità tad-data u jonqos il-piż fuq in-negozji, l-impriżi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

L-ewwel rapport gћandu jiġi sottomess sa l-1 ta’ Jannar … (12).

Artikolu 8

Dћul fis-seћћ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Gћall-Parlament Ewropew

Il-President

Gћall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 256, 27.10.2007, p. 86.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2008 (ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 98) u Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 (ĠU C 38 E, 17.2.2009, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009.

(3)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 123, 24.4.1998, p 1. ║

(5)  ĠU L …

(6)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

(7)  ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(10)  ĠU L

(11)  ĠU L

(12)  Tmien snin wara s-sena ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS I

Statistika dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti gћall-ħarsien tal-pjanti

TAQSIMA 1

Kopertura

L-istatistika għandha tkopri sustanzi mniżżla fl-Anness III li huma nklużi fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fis-suq ta’ kull Stat Membru. Gћandha tingћata attenzjoni speċjali sabiex jiġi evitat l-gћadd doppju f’każ li l-prodott jiġi rikondizzjonat jew f’każ li jkun hemm trasferiment ta’ l-awtorizzazzjoni bejn id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni.

TAQSIMA 2

Varjabbli

Gћandha tiġi kkompilata l-kwantità ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness III li hija inkluża fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti mqiegħda fis-suq.

TAQSIMA 3

Miżuri ta’ rappurtar

Id-data gћandha tiġi espressa f’kilogrammi ta’ sustanzi.

TAQSIMA 4

Perijodu ta’ referenza

Il-perijodu ta’ referenza gћandu jkun ta’ sena kalendarja.

TAQSIMA 5

L-ewwel perijodu ta’ referenza, il-perjodiċità u t-trasmissjoni tar-riżultati

1.

L-ewwel perijodu ta’ referenza huwa t-tieni sena kalendarja wara… (1).

2.

Wara l-ewwel perijodu ta’ referenza l-Istati Membri għandhom ifornu d-data għal kull sena kalendarja.

3.

Id-data gћandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità

L-Istati Membri gћandhom ifornu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità, imsemmi fl-Artikolu 4, li jindika:

il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skond il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

deskrizzjoni ta’ l-istimi, ta’ l-aggregazzjonijiet u tal-metodi ta’ esklużjoni li jiġu użati.

Dan ir-rapport gћandu jintbagћat lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 15-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS II

Statistika dwar l-użu agrikolu ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti

TAQSIMA 1

Kopertura

1.

L-istatistika għandha tkopri sustanzi mniżżla fl-Anness III li huma inklużi fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti użati fl-agrikoltura fuq kull prodott tar-raba’ magħżul f’kull Stat Membru.

2.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-għażla ta’ wċuħ tar-raba’ li jridu jiġu koperti matul il-perijodu ta’ ħames snin definit fit-Taqsima 5. L-għażla għandha titfassal biex tkun rappreżentattiva ta’ l-uċuħ tar-raba’ kkoltivati fl-Istat Membru u tas-sustanzi użati.

L-għażla tal-prodotti tar-raba’ għandha tieħu kont ta’ l-iżjed prodotti tar-raba’ rilevanti għall-pjani nazzjonali ta’ azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva …/…/KE [li tistabbilixxi qafas Komunitarju biex jintlaħaq użu sostenibbli tapestiċidi].

TAQSIMA 2

Varjabbli

Għal kull prodott tar-raba’ magħżul, għandhom jiġu kkompilati l-varjabbli li ġejjin:

(a)

il-kwantità ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness III li hija inkluża fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti użati fuq dan il-prodott tar-raba’, u

(b)

iż-żona ttrattata b’kull sustanza.

TAQSIMA 3

Miżuri ta’ rappurtar

1.

Il-kwantitatjiet ta’ sustanzi użati gћandhom jiġu espressi f’kilogrammi.

2.

Żoni ttrattati għandhom jiġu espressi f’ettari.

TAQSIMA 4

Perijodu ta’ referenza

1.

Il-perijodu ta’ referenza għandu, fil-prinċipju, ikun perijodu ta’ massimu ta’ 12-il xahar li jkopri it-trattamenti ta’ ħarsien tal-pjanti assoċjatati mal-wiċċ tar-raba’.

2.

Il-perijodu ta’ referenza għandu jkun irrappurtat bħala s-sena li fiha jkun beda l-ħsad.

TAQSIMA 5

L-ewwel perijodu ta’ referenza, il-perjodiċità u t-trasmissjoni tar-riżultati

1.

Gћal kull perijodu ta’ ћames snin, l-Istati Membri gћandhom jikkompilaw statistika dwar l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti gћal kull prodott tar-raba li jiġi magћżul f’perijodu ta’ referenza, kif definit fit-Taqsima 4.

2.

L-Istati Membri jistgћu jagћżlu l-perijodu ta’ referenza fi kwalunkwe żmien tal-perijodu ta’ ћames snin. L-gћażla gћal kull prodott tar-raba’ li jiġi magћżul tista’ ssir b’mod indipendenti.

3.

L-ewwel perijodu ta’ ћames snin gћandu jibda fl-ewwel sena kalendarja wara… (1).

4.

L-Istati Membri gћandhom ifornu d-data gћal kull perijodu ta’ ћames snin.

5.

Id-data gћandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ ћames snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità

Meta jitrasmettu r-riżultati tagħhom, l-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità, imsemmi fl-Artikolu 4, li jindika:

it-tfassil tal-metodoloġija tat-teћid ta’ kampjuni;

il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

stima dwar l-importanza relattiva tal-ћxejjex koperti fir-rigward ta’ l-ammont ġenerali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jiġu użati;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skond il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

paragun bejn id-data dwar il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jiġu użati matul il-perijodu ta’ ћames snin u l-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitpoġġew fis-suq matul il-ћames snin korrispondenti.


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
ANNESS III

Klassifikazzjoni armonizzata ta' sustanzi

GRUPPI MAĠĠURI

Kodiċi

Klassi Kimika

ismijiet komuni tas-sustanzi

CAS RN (1)

CIPAC (2)

Kategoriji ta' prodotti

 

 

Nomenklatura Komuni

 

 

Funguċidi u Batteriċidi

F0

 

 

 

 

Funguċidi inorganiċi

F1

 

 

 

 

 

F1.1

KOMPOSTI TAR-RAM

KOMPOSTI TAR-RAM KOLLHA

 

44

 

F1.1

 

TAĦLITA BORDEAUX

8011-63-0

44

 

F1.1

 

IDROSSIDU TAR-RAM

20427-59-2

44

 

F1.1

 

OSSIKLORIDU TAR-RAM

1332-40-7

44

 

F1.1

 

SULFAT TAR-RAM TRIBAŻIKU

1333-22-8

44

 

F1.1

 

OSSIDU TAR-RAM (I)

1319-39-1

44

 

F1.1

 

MELĦ IEĦOR TAR-RAM

 

44

 

F1.2

KUBRIT INORGANIKU

KUBRIT

7704-34-9

18

 

F1.3

FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

 

 

Funguċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq id-ditjokarbamati

F2

 

 

 

 

 

F2.1

FUNGUĊIDI TAL-KARBANILAT

DITOFENKARB

87130-20-9

513

 

F2.2

FUNGUĊIDI TAL-KARBAMAT

BENTAVALIKARB

413615-35-7

744

 

F2.2

 

IPROVALIKARB

140923-17-7

620

 

F2.2

 

PROPAMOKARB

24579-73-5

399

 

F2.3

FUNGUĊIDI TAD- DITJOKARBAMAT

MANKOŻEB

8018-01-7

34

 

F2.3

 

MANEB

12427-38-2

61

 

F2.3

 

METIRAM

9006-42-2

478

 

F2.3

 

PROPINEB

12071-83-9

177

 

F2.3

 

TIRAM

137-26-8

24

 

F2.3

 

ŻŻIRAM

137-30-4

31

Funguċidi bbażati fuq il-benżimidażoli

F3

 

 

 

 

 

F3.1

FUNGUĊIDI TAL-BENŻIMIDAŻOLI

KARBENDAŻIMU

10605-21-7

263

 

F3.1

 

FUBERIDAŻOLU

3878-19-1

525

 

F3.1

 

TIJABENDAŻOLU

148-79-8

323

 

F3.1

 

TIJOFANAT-METIL

23564-05-8

262

Funguċidi bbażati fuq l-imidażoli u fuq it-trijażoli

F4

 

 

 

 

 

F4.1

FUNGUĊIDI TAL-KONAŻOL

BITERTANOLU

55179-31-2

386

 

F4.1

 

BROMUKONAŻOLU

116255-48-2

680

 

F4.1

 

ĊIROKONAŻOLU

94361-06-5

600

 

F4.1

 

DIFENOKONAŻOLU

119446-68-3

687

 

F4.1

 

DINIKONAŻOLU

83657-24-3

690

 

F4.1

 

EPOSSIKONAŻOLU

106325-08-0

609

 

F4.1

 

ETRIDAŻOLU

2593-15-9

518

 

F4.1

 

FENBUKONAŻOLU

114369-43-6

694

 

F4.1

 

FLUKINKONAŻOLU

136426-54-5

474

 

F4.1

 

FLUSILAŻOLU

85509-19-9

435

 

F4.1

 

FLUTRAFOLU:

76674-21-0

436

 

F4.1

 

HESSAKONAŻOLU

79983-71-4

465

 

F4.1

 

IMAŻALIL (ENILKONAŻOLU)

58594-72-2

335

 

F4.1

 

METKONAZOLU

125116-23-6

706

 

F4.1

 

MIKLOBUTANILU

88671-89-0

442

 

F4.1

 

PENKONAŻOLU

66246-88-6

446

 

F4.1

 

PROPIKONAŻOLU

60207-90-1

408

 

F4.1

 

PROTIKONAŻOLU

178928-70-6

745

 

F4.1

 

TEBUKONAŻOLU

107534-96-3

494

 

F4.1

 

TETRAKONAŻOLU

112281-77-3

726

 

F4.1

 

TRIDIMENOLU

55219-65-3

398

 

F4.1

 

TRIKĊILAŻOLU

41814-78-2

547

 

F4.1

 

TRIFLUMIŻOLU

99387-89-0

730

 

F4.1

 

TRITIKONAŻOLU

131983-72-7

652

 

F4.2

FUNGUĊIDI TA' L-IMIDAŻOL

ĊIŻOFAMIDU

120116-88-3

653

 

F4.2

 

FENAMIDONU

161326-34-7

650

 

F4.2

 

TRAŻOSSIDU

72459-58-6

729

Funguċidi bbażati fuq il-morfolini

F5

 

 

 

 

 

F5.1

FUNGUĊIDI TAL-MORFOLIN

DIMETOMORFU

110488-70-5

483

 

F5.1

 

DODEMORFRU

1593-77-7

300

 

F5.1

 

FENPROPIMORFRU

67564-91-4

427

Funguċidi oћra

F6

 

 

 

 

 

F6.1

FUNGUĊIDI TAN-NITROĠENU ALIFATIKU

ĊIMOSSANILU

57966-95-7

419

 

F6.1

 

DODINU

2439-10-3

101

 

F6.1

 

GWAŻATONU

108173-90-6

361

 

F6.2

FUNGUĊIDI TA' L-AMIDE

BENALASSILU

71626-11-4

416

 

F6.2

 

BOSKALIDU

188425-85-6

673

 

F6.2

 

FLUTOLANILU

66332-96-5

524

 

F6.2

 

MEPRONILU

55814-41-0

533

 

F6.2

 

METALASSILU

57837-19-1

365

 

F6.2

 

METALASSILU-M

70630-17-0

580

 

F6.2

 

PROKLORAŻU

67747-09-5

407

 

F6.2

 

SILTOFAMU

175217-20-6

635

 

F6.2

 

TOLIFLUANIDU

731-27-1

275

 

F6.2

 

ŻOSSAMIDU

156052-68-5

640

 

F6.3

FUNGUĊIDI TA' L-ANILIDE

KKRBOSSINU

5234-68-4

273

 

F6.3

 

FENESSAMIDU

126833-17-8

603

 

F6.4

FUNGUĊIDI-BATTERIĊIDI ANTIBIJOTIĊI

KASUGAMISSINU

6980-18-3

703

 

F6.4

 

POLIJOSSINI

11113-80-7

710

 

F6.4

 

STREPTOMIĊIN

57-92-1

312

 

F6.5

FUNGUĊIDI AROMATIĊI

KLOROTALONIL

1897-45-6

288

 

F6.5

 

DIKLORAN

99-30-9

150

 

F6.6

FUNGUĊIDI TAD-DIKARBOSSIDU

IPRODJONU

36734-19-7

278

 

F6.6

 

PROSSIMIDONU

32809-16-8

383

 

F6.7

FUNGUĊIDI TAD-DINITRONILIN

FLUAŻINAM

79622-59-6

521

 

F6.8

FUNGUĊIDI TAD- DINITROFENOL

DINOKAP

39300-45-3

98

 

F6.9

FUNGUĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

FOSETIL

15845-66-6

384

 

F6.9

 

TOLKLOFOS-METIL

57018-04-9

479

 

F6.10

FUNGUĊIDI TA' L-OSSAŻOL

IMESSAŻOL

10004-44-1

528

 

F6.10

 

FAMOSSADONU

131807-57-3

594

 

F6.10

 

VINKLOŻOLINU

50471-44-8

280

 

F6.11

FUNGUĊIDI TAL-FENILPIROLU

FLUDIOSSONILU

131341-86-1

522

 

F6.12

FUNGUĊIDI TAL-FITALIMIDE

KAPTAN

133-06-2

40

 

F6.12

 

FOLPET

133-07-3

75

 

F6.13

FUNGUĊIDI TAL-PIRIMIDIN

BUPIRMAT

41483-43-6

261

 

F6.13

 

ĊIPRODINIL

121552-61-2

511

 

F6.13

 

FENARIMOL

60168-88-9

380

 

F6.13

 

MEPANIFIRIM

110235-47-7

611

 

F6.13

 

FIRIMETANIL

53112-28-0

714

 

F6.14

FUNGUĊIDI TAL-KINOLINA

KINOSSIFEN

124495-18-7

566

 

F6.14

 

8-SULFAT IDROSSKINOLONU

134-31-6

677

 

F6.15

FUNGUĊIDI TAL-KINON

DITJANON

3347-22-6

153

 

F6.16

FUNGUĊIDI TA' L-ISTROBILURIN

AŻOSSITROBIN

131860-33-8

571

 

F6.16

 

DIMOSSITROBIN

149961-52-4

739

 

F6.16

 

FLUSASTROBIN

361377-29-9

746

 

F6.16

 

KRESOSSIM-METIL

143390-89-0

568

 

F6.16

 

PIKOSSITROBIN

117428-22-5

628

 

F6.16

 

PIRAKLOSTROBIN

175013-18-0

657

 

F6.16

 

TRIFLOSSISTROBIN

141517-21-7

617

 

F6.17

FUNGUĊIDI TA' L-UREA

PENĊIKORON

66063-05-6

402

 

F6.18

FUNGUĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

AĊIBENŻOLAR

126448-41-7

597

 

F6.18

 

AĊIDU BENŻOJKU

65-85-0

622

 

F6.18

 

DIKLOROFEN

97-23-4

325

 

F6.18

 

FENPROPIDIN

67306-00-7

520

 

F6.18

 

METRAFENONU

220899-03-6

752

 

F6.18

 

2-FENIFENOL

90-43-7

246

 

F6.18

 

SPIROSSAMIN

118134-30-8

572

 

F6.19

FUNGUĊIDI OĦRA

FUNGUĊIDI OĦRA

 

 

Erbiċidi, il-Prodotti li Jeqirdu z-Zkuk u l-Prodotti li Joqtlu l-Ħażiż

H0

 

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq il-fenossidu-fitormoniku

H1

 

 

 

 

 

H1.1

ERBIĊIDI TAL-FENOSSIDU

2,4-D

94-75-7

1

 

H1.1

 

2,4-DB

94-82-6

83

 

H1.1

 

DIKLORPROP-P

15165-67-0

476

 

H1.1

 

MCPA

94-74-6

2

 

H1.1

 

MCPB

94-81-5

50

 

H1.1

 

MEKOPROP

7085-19-0

51

 

H1.1

 

MEKOPROP-P

16484-77-8

475

Erbiċidi bbażati fuq it-trijażini u fuq it-trijażinoni

H2

 

 

 

 

 

H2.1

ERBIĊIDI TAL-METILTOTRAŻINU

METOPROTRINU

841-06-5

94

 

H2.2

ERBIĊIDI TAT-TRAŻIN

SIMETRIN

1014-70-6

179

 

H2.2

 

TERBUTALAŻINU

5915-41-3

234

 

H2.3

ERBIĊIDI TAT-TRIŻINONU

METAMITRON

41394-05-2

381

 

H2.3

 

METRIBUŻIN

21087-64-9

283

Erbiċidi bbażati fuq l-amidi u fuq l-anilidi

H3

 

 

 

 

 

H3.1

ERBIĊIDI TA' L-AMIDE

BEFLUBUTAMID

113614-08-7

662

 

H3.1

 

DIMETENAMID

87674-68-8

638

 

H3.1

 

FLUPOSSAM

119126-15-7

8158

 

H3.1

 

ISOSSABEN

82558-50-7

701

 

H3.1

 

NAPROPAMIDU

15299-99-7

271

 

H3.1

 

PETOSSAMIDU

106700-29-2

665

 

H3.1

 

PROPIŻAMIDU

23950-58-5

315

 

H3.2

ERBIĊIDI TA' L-ANILIDE

DIFLUFENIKAN

83164-33-4

462

 

H3.2

 

FLORASULAM

145701-23-1

616

 

H3.2

 

FLUFENAKET

142459-58-3

588

 

H3.2

 

METOSULAM

139528-85-1

707

 

H3.2

 

METAŻAKLOR

67129-08-2

411

 

H3.2

 

PROPANIL

709-98-8

205

 

H3.3

ERBIĊIDI TAL- KLOROĊETANILIDE

AĊETOKLOR

34256-82-1

496

 

H3.3

 

ALAKLOR

15972-60-8

204

 

H3.3

 

DIMETAKLOR

50563-36-5

688

 

H3.3

 

PRETILAKLOR

51218-49-6

711

 

H3.3

 

PROPAKLOR

1918-16-7

176

 

H3.3

 

S-METOLAKLOR

87392-12-9

607

Erbiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq il-bis-karbamati

H4

 

 

 

 

 

H4.1

ERBIĊIDI TAL-BIS-KARBAMAT

KLORFOFAM

101-21-3

43

 

H4.1

 

DESMEDIFAM

13684-56-5

477

 

H4.1

 

FENMEDIFAM

13684-63-4

77

 

H4.2

ERBIĊIDI TAL-KARBAMAT

ASULAM

3337-71-1

240

 

H4.2

 

KARBETAMID

16118-49-3

95

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi dinitroanilini

H5

 

 

 

 

 

H5.1

ERBIĊIDI TAD-DINITRONILINU

BENFLURALINU

1861-40-1

285

 

H5.1

 

BUTRALINU

33629-47-9

504

 

H5.1

 

ETALFLURALINU

55283-68-6

516

 

H5.1

 

ORIŻALINU

19044-88-3

537

 

H5.1

 

PENDIMETALINU

40487-42-1

357

 

H5.1

 

TRIFLURALINU

2582-09-8

183

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi ta' l-urea, ta' l-uraċil jew tas-sulfonilurea

H6

 

 

 

 

 

H6.1

ERBIĊIDI TAS-SULFONILUREA

AMIDOSULFURON

120923-37-7

515

 

H6.1

 

AŻIMSULFURON

120162-55-2

584

 

H6.1

 

BENSULFURON

99283-01-9

502

 

H6.1

 

KLORSULFURON

64902-72-3

391

 

H6.1

 

ĊINOSULFURON

94593-91-6

507

 

H6.1

 

ETOSSISULFURON

126801-58-9

591

 

H6.1

 

FLAŻASULFURON

104040-78-0

595

 

H6.1

 

FLUFRISULFURON

150315-10-9

577

 

H6.1

 

FORAMSULFURON

173159-57-4

659

 

H6.1

 

IMAŻOSULFURON

122548-33-8

590

 

H6.1

 

IODOSULFURON

185119-76-0

634

 

H6.1

 

MESOSULFURON

400852-66-6

663

 

H6.1

 

METSULFURON

74223-64-6

441

 

H6.1

 

NIKOSULFURON

111991-09-4

709

 

H6.1

 

OSSASULFURON

144651-06-9

626

 

H6.1

 

PRIMISULFURON

113036-87-6

712

 

H6.1

 

PROSULFURON

94125-34-5

579

 

H6.1

 

RIMSULFURON

122931-48-0

716

 

H6.1

 

SULFOSULFURON

141776-32-1

601

 

H6.1

 

TIFENSULFURON

79277-67-1

452

 

H6.1

 

TRIJASULFURON

82097-50-5

480

 

H6.1

 

TRIBENURON

106040-48-6

546

 

H6.1

 

TRIFLUSULFURON

135990-29-3

731

 

H6.1

 

TRITOSULFURON

142469-14-5

735

 

H6.2

ERBIĊIDI TA' L-URAĊIL

LENAĊIL

2164-08-1

163

 

H6.3

ERBIĊIDI TA' L-UREA

KLORTOLURON

15545-48-9

217

 

H6.3

 

DIJURON

330-54-1

100

 

H6.3

 

FLUWOMETURON

2164-17-2

159

 

H6.3

 

ISOPROTURON

34123-59-6

336

 

H6.3

 

LINURON

330-55-2

76

 

H6.3

 

METABENŻTIJAŻURON

18691-97-9

201

 

H6.3

 

METOBROMURON

3060-89-7

168

 

H6.3

 

METOSSURON

19937-59-8

219

Erbiċidi oћra

H7

 

 

 

 

 

H7.1

ERBIĊIDI TA' L-ARILOS-SIFENOSSIPROPONIKU

KLODINAFOP

114420-56-3

683

 

H7.1

 

ĊIJALOFOP

122008-85-9

596

 

H7.1

 

DIKLOFOP

40843-25-2

358

 

H7.1

 

FENOSSAPROP-P

113158-40-0

484

 

H7.1

 

FLUWAŻIFOP-P-BUTIL

79241-46-6

395

 

H7.1

 

ĦALOSSIFOP

69806-34-4

438

 

H7.1

 

ĦALOSSIFOP-R

72619-32-0

526

 

H7.1

 

PROPAKIŻAFOP

111479-05-1

713

 

H7.1

 

KWIŻALOFOP

76578-12-6

429

 

H7.1

 

KWIŻALOFOP-P

94051-08-8

641

 

H7.2

ERBIĊIDI TAL-BENŻOFURANJU

ETOFUMESATE

26225-79-6

233

 

H7.3

ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU BENŻOJKU

KLORTAL

2136-79-0

328

 

H7.3

 

DIKAMBA

1918-00-9

85

 

H7.4

ERBIĊIDI TAL-BIPIRIDILIUM

DIKAT

85-00-7

55

 

H7.4

 

PARAKAT

4685-14-7

56

 

H7.5

ERBIĊIDI TAĊ-ĊIKOESSANEDONU

KLETODIM

99129-21-2

508

 

H7.5

 

ĊIKOSSIDIM

101205-02-1

510

 

H7.5

 

TEPRALOSSIDIM

149979-41-9

608

 

H7.5

 

TRALKOSSIDIM

87820-88-0

544

 

H7.6

ERBIĊIDI TAD-DIJAŻINU

FIRIDAT

55512-33-9

447

 

H7.7

ERBIĊIDI TAD- DIKARBOSSIMIDU

ĊINIDON-ETIL

142891-20-1

598

 

H7.7

 

FLUMOSSAŻIN

103361-09-7

578

 

H7.8

ERBIĊIDI TAD-DIFENIL ETER

AKLONIFEN

74070-46-5

498

 

H7.8

 

BIFENOSS

42576-02-3

413

 

H7.8

 

NITROFEN

1836-75-5

170

 

H7.8

 

OSSIFLUWORFEN

42874-03-3

538

 

H7.9

ERBIĊIDI TA' L-IMIDAŻOLINONU

IMAŻAMETABENŻ

100728-84-5

529

 

H7.9

 

IMAŻAMOSS

114311-32-9

619

 

H7.9

 

IMAŻETAPIR

81335-77-5

700

 

H7.10

ERBIĊIDI INORGANIĊI

AMMONJU SULFAMAT

7773-06-0

679

 

H7.10

 

KLORATI

7775-09-9

7

 

H7.11

ERBIĊIDI TA' L-ISOSSAŻOLU

ISOSSAFLUTOL

141112-29-0

575

 

H7.12

ERBIĊIDI TAL-MORFAKTIN

FLURENOL

467-69-6

304

 

H7.13

ERBIĊIDI TAN-NITRIL

BROMOSSINIL

1689-84-5

87

 

H7.13

 

DIKLOBENIL

1194-65-6

73

 

H7.13

 

IJOSSINIL

1689-83-4

86

 

H7.14

ERBIĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

GLUFOSINAT

51276-47-2

437

 

H7.14

 

GLIFOSAT

1071-83-6

284

 

H7.15

ERBIĊIDI TAL-FENILPIRAŻOLU

FIRAFLUFEN

129630-19-9

605

 

H7.16

ERBIĊIDI TAL-FIRIDAŻINONU

KKLORIDAŻON

1698-60-8

111

 

H7.16

 

FLURTAMON

96525-23-4

569

 

H7.17

ERBIĊIDI TAL-FIRIDINEKARBOSSAMIDU

PIKOLINAFEN

137641-05-5

639

 

H7.18

ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU FIRIDINEKARBOSSILIKU

KLOFRALID

1702-17-6

455

 

H7.18

 

PIKLORAM

1918-02-1

174

 

H7.19

ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU FIRIDLOSSAĊETIKU

FLUROSSIFIR

69377-81-7

431

 

H7.19

 

TRICLOPYR

55335-06-3

376

 

H7.20

ERBIĊIDI TAL-KWINOLIN

KINKLORAK

84087-01-4

493

 

H7.20

 

KINMERAK

90717-03-6

563

 

H7.21

ERBIĊIDI TAT- TIADIJAŻINU

BENTAŻONU

25057-89-0

366

 

H7.22

ERBIĊIDI TAT- TIOKARBAMAT

EPTC

759-94-4

155

 

H7.22

 

MOLINAT

2212-67-1

235

 

H7.22

 

PROSULFOKARB

52888-80-9

539

 

H7.22

 

TIOBENKARB

28249-77-6

388

 

H7.22

 

TRE-ALLAT

2303-17-5

97

 

H7.23

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLU

AMITROL

61-82-5

90

 

H7.24

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLINONU

KARFENTRAŻONU

128639-02-1

587

 

H7.25

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLONU

PROPOSSIKARBAŻONU

145026-81-9

655

 

H7.26

ERBIĊIDI TAT-TRIKETON

MESOTRIJONU

104206-82-8

625

 

H7.26

 

SULKOTRIJONU

99105-77-8

723

 

H7.27

ERBIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

KLOMAŻONU

81777-89-1

509

 

H7.27

 

FLUROKLORIDONU

61213-25-0

430

 

H7.27

 

KINOKLAMIN

2797-51-5

648

 

H7.27

 

METAŻOLU

20354-26-1

369

 

H7.27

 

OSSADIJARĠIL

39807-15-3

604

 

H7.27

 

OSSADIJAŻONU

19666-30-9

213

 

H7.27

ERBIĊIDI OĦRAJN, PRODOTTI LI JEQIRDU Z-ZKUK PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ

ERBIĊIDI OĦRAJN, PRODOTTI LI JEQIRDU Z-ZKUK PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ

 

 

Insettiċidi u l-Akariċidi

I0

 

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi

I1

 

 

 

 

 

I1.1

INSETTIĊIDI PIRETROJDI

AKRINATRIN

101007-06-1

678

 

I1.1

 

ALFA-ĊIPERMETRIN

67375-30-8

454

 

I1.1

 

BETA-ĊIFLUTRIN

68359-37-5

482

 

I1.1

 

BETA-ĊIPERMETRIN

65731-84-2

632

 

I1.1

 

BIFENTRIN

82657-04-3

415

 

I1.1

 

ĊIFLUTRIN

68359-37-5

385

 

I1.1

 

ĊIPERMETRIN

52315-07-8

332

 

I1.1

 

DELTAMETRIN

52918-63-5

333

 

I1.1

 

ESFENVALERAT

66230-04-4

481

 

I1.1

 

ETOFENPROSS

80844-07-1

471

 

I1.1

 

GAMMA-ĊIĦALOTRIN

76703-62-3

768

 

I1.1

 

LAMBDA-ĊIĦALOTRIN

91465-08-6

463

 

I1.1

 

TAU-FLUVALINAT

102851-06-9

432

 

I1.1

 

TEFLUTRIN

79538-32-2

451

 

I1.1

 

ŻŻETA-CIPERMETRIN

52315-07-8

733

Insettiċidi bbażati fuq l-idrokarboni klorinati

I2

 

 

 

 

 

I2.1

INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOKLORU

DIKOFOL

115-32-2

123

 

I2.1

 

TETRASUL

2227-13-6

114

Insettiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq l-ossimu-karbamat

I3

 

 

 

 

 

I3.1

INSETTIĊIDI TA' L-OSSIMU-KARBAMAT

METOMIL

16752-77-5

264

 

I3.1

 

OSSAMIL

23135-22-0

342

 

I3.2

INSETTIĊIDI TAL-KARBAMAT

BENFURAKARB

82560-54-1

501

 

I3.2

 

KARBARIL

63-25-2

26

 

I3.2

 

KARBOFURAN

1563-66-2

276

 

I3.2

 

KARBOSULFAN

55285-14-8

417

 

I3.2

 

FENOSSIKARB

79127-80-3

425

 

I3.2

 

FORMETANAT

22259-30-9

697

 

I3.2

 

METOKARB

2032-65-7

165

 

I3.2

 

PIRIMIKARB

23103-98-2

231

Insettiċidi bbażati fuq l-organofosfati

I4

 

 

 

 

 

I4.1

INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

AŻINFOS-METIL

86-50-0

37

 

I4.1

 

KADUSAFOS

95465-99-9

682

 

I4.1

 

KLORFRIFOS

2921-88-2

221

 

I4.1

 

KLORFRIFOS-METIL

5589-13-0

486

 

I4.1

 

KOMAFOS

56-72-4

121

 

I4.1

 

DIJAŻINU

333-41-5

15

 

I4.1

 

DIKLORVOS

62-73-7

11

 

I4.1

 

DIMETOAT

60-51-5

59

 

I4.1

 

ETOPROFOS

13194-48-4

218

 

I4.1

 

FENAMIFOS

22224-92-6

692

 

I4.1

 

FENITROTON

122-14-5

35

 

I4.1

 

FOSTIJAŻAT

98886-44-3

585

 

I4.1

 

ISOFENFOS

25311-71-1

412

 

I4.1

 

MALATJON

121-75-5

12

 

I4.1

 

METAMIDOFOS

10265-92-6

355

 

I4.1

 

NALED

300-76-5

195

 

I4.1

 

OSSIDEMETON-METIL

301-12-2

171

 

I4.1

 

FOSALON

2310-17-0

109

 

I4.1

 

FOSMET

732-11-6

318

 

I4.1

 

FOSSIM

14816-18-3

364

 

I4.1

 

PIRIMIFOS-METIL

29232-93-7

239

 

I4.1

 

TRIKLORFON

52-68-6

68

Insettiċidi bbażati fuq prodott bijoloġiku u botaniku

I5

 

 

 

 

 

I5.1

INSETTIĊIDI BIJOLOĠIĊI

AŻADIRAKTIN

11141-17-6

627

 

I5.1

 

NIKOTINA

54-11-5

8

 

I5.1

 

PIRETRINS

8003-34-7

32

 

I5.1

 

ROTENONU

83-79-4

671

Insettiċidi oћrajn

I6

 

 

 

 

 

I6.1

INSETTIĊIDI PRODOTTI BIL-FERMENTAZZJONI

ABAMEKTIN

71751-41-2

495

 

I6.1

 

MILBEMEKTIN

51596-10-2

51596-11-3

660

 

I6.1

 

SPINOSAD

168316-95-8

636

 

I6.3

INSETTIĊIDI TAL-BENŻOJLUREA

DIFLUBENŻURON

35367-38-5

339

 

I6.3

 

FLUFENOSSURON

101463-69-8

470

 

I6.3

 

ĦESSAFLUMURON

86479-06-3

698

 

I6.3

 

LUFENURON

103055-07-8

704

 

I6.3

 

NOVALURON

116714-46-6

672

 

I6.3

 

TEFLUBENŻURON

83121-18-0

450

 

I6.3

 

TRIFLUMURON

64628-44-0

548

 

I6.4

INSETTIĊIDI TAL-KARBAŻAT

BIFENAŻAT

149877-41-8

736

 

I6.5

INSETTIĊIDI TAD-DIJAŻILADRAŻINU

METOSSIFENOŻIDU

161050-58-4

656

 

I6.5

 

TEBUFENOŻIDU

112410-23-8

724

 

I6.6

REGOLATURI TAT-TKABBIR TA' L-INSETTI

BUPROFEŻINU

69327-76-0

681

 

I6.6

 

ĊIROMAŻINU

66215-27-8

420

 

I6.6

 

ĦESSITIAŻOSS

78587-05-0

439

 

I6.7

FEROMON TA' L-INSETTI

(E,Z)-9-DODEKENIL AĊETAT

35148-19-7

422

 

I6.8

INSETTIĊIDI TAN-NITROGANIDIN

KLOTIJANIDIN

210880-92-5

738

 

I6.8

 

TIAMETOSSAMU

153719-23-4

637

 

I6.9

INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOTIN

AŻOKLOTINU

41083-11-8

404

 

I6.9

 

ĊKKESSATINU

13121-70-5

289

 

I6.9

 

OSSIDU FENBUTATINU

13356-08-6

359

 

I6.10

INSETTIĊIDI TA' L-OSSADIJAŻINU

INDOSSAKARB

173584-44-6

612

 

I6.11

INSETTIĊIDI TAL-FENIL-ETER

FIRIPROSSIFEN

95737-68-1

715

 

I6.12

INSETTIĊIDI TAL-PIRAŻOLU (FENIL-)

FENFIROSSIMAT

134098-61-6

695

 

I6.12

 

FIPRONIL

120068-37-3

581

 

I6.12

 

TEBUFENPIRAD

119168-77-3

725

 

I6.13

INSETTIĊIDI TAL-FIRIDIN

FIMETROŻINU

123312-89-0

593

 

I6.14

INSETTIĊIDI TAL-FIRIDILMETALAMINU

AĊETAMIPRIDU

135410-20-7

649

 

I6.14

 

IMIDAKLOPRIDU

138261-41-3

582

 

I6.14

 

TIAKLOPRIDU

111988-49-9

631

 

I6.15

INSETTIĊIDI TAS-SULFAT ESTER

PROPARGITU

2312-35-8

216

 

I6.16

INSETTIĊIDI TAT-TETRAŻINU

KKLOFENTEŻINU

74115-24-5

418

 

I6.17

INSETTIĊIDI TA' L-AĊIDU TETRONIKU

SPIRODIKLOFENU

148477-71-8

737

 

I6.18

INSETTIĊIDI TAL-(KARBAMOL-) TRIJAŻOL

TRIJAŻAMAT

112143-82-5

728

 

I6.19

INSETTIĊIDI TA' L-UREA

DIJAFENTURON

80060-09-9

8097

 

I6.20

INSETTIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

ETOSSAŻOLU

153233-91-1

623

 

I6.20

 

FENAŻAKWIN

120928-09-8

693

 

I6.20

 

FIRIDABEN

96489-71-3

583

 

I6.21

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN

 

 

Molluskiċidi, total:

M0

 

 

 

 

Molluskiċidi

M1

 

 

 

 

 

M1.1

MOLLUSKIĊIDI TAL-KARBAMAT

TIJODIKARB

59669-26-0

543

 

M1.2

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

FOSFAT FERRIKU

10045-86-0

629

 

M1.2

 

METALDIJATRIKU

108-62-3

62

 

M1.2

 

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, total:

PGR0

 

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir fiżjoloġiku tal-pjanti

PGR1

 

 

 

 

 

PGR1.1

REGOLATURI TAT-TKABBIR FIŻJOLOĠIKU TAL-PJANTI

KLORMEKWAT

999-81-5

143

 

PGR1.1

 

ĊIKLANILIDU

113136-77-9

586

 

PGR1.1

 

DAMINOŻIDU

1596-84-5

330

 

PGR1.1

 

DIMETIPINU

55290-64-7

689

 

PGR1.1

 

DIFENILAMINU

122-39-4

460

 

PGR1.1

 

ETEFON

16672-87-0

373

 

PGR1.1

 

ETOSSIKWIN

91-53-2

517

 

PGR1.1

 

FLORKLORFENURON

68157-60-8

633

 

PGR1.1

 

FLURPRIMIDOL

56425-91-3

696

 

PGR1.1

 

IMAŻAKWIN

81335-37-7

699

 

PGR1.1

 

MALEJK IDRAŻIDU

51542-52-0

310

 

PGR1.1

 

MEPIKAT

24307-26-4

440

 

PGR1.1

 

1-METILĊIKOPROPENU

3100-04-7

767

 

PGR1.1

 

PAKLOBUTRAŻOL

76738-62-0

445

 

PGR1.1

 

PROĦESSADONU-KALĊJU

127277-53-6

567

 

PGR1.1

 

SODJU 5-NITROGAIAKOLAT

67233-85-6

718

 

PGR1.1

 

SODJU O-NITROFENOLAT

824-39-5

720

 

PGR1.1

 

TRINESSAPAK-ETIL

95266-40-3

8349

Prodotti ta' kontra n-nebbieta

PGR2

 

 

 

 

 

PGR2.2

PRODOTTI TA' KONTRA N-NEBBIETA

KARVONJU

99-49-0

602

 

PGR2.2

 

KLORFOFAM

101-21-3

43

Regolaturi oћra tat-tkabbir tal-pjanti

PGR3

 

 

 

 

 

PGR3.1

REGOLATURI OĦRA TAT-TKABBIR TAL-PJANTI

RTP OĦRAJN

 

 

Prodotti oћra gћall-ћarsien tal-pjanti, total:

ZR0

 

 

 

 

Żjut minerali

ZR1

 

 

 

 

 

ZR1.1

ŻEJT MINERALI

ŻJUT MHUX RAFFINATI

64742-55-8

29

Żjut veġetali

ZR2

 

 

 

 

 

ZR2.1

ŻEJT VEĠETALI

ŻJUT TAL-QATRAN

 

30

SSterilanti tal-ћamrija (ink. in-Nematiċidi)

ZR3

 

 

 

 

 

ZR3.1

METIL BROMIDU

METIL BROMIDU

74-83-9

128

 

ZR3.2

STERILANTI OĦRAJN TAL-ĦAMRIJA

KLOROPIKRIN

76-06-2

298

 

ZR3.2

 

DAŻOMET

533-74-4

146

 

ZR3.2

 

1,3-DIKLOROPROPENU

542-75-6

675

 

ZR3.2

 

METAM-SODJU

137-42-8

20

 

ZR3.2

 

STERILANTI OĦRAJN TAL-ĦAMRIJA

 

 

Rodentiċidi

ZR4

 

 

 

 

 

ZR4.1

RODENTIĊIDI

BRODIFAKUM

56073-10-0

370

 

ZR4.1

 

BROMADOLONU

28772-56-7

371

 

ZR4.1

 

KLORALOSU

15879-93-3

249

 

ZR4.1

 

KLOROFAĊINONU

3691-35-8

208

 

ZR4.1

 

KOMATETRALIL

5836-29-3

189

 

ZR4.1

 

DIFENAKOMU

56073-07-5

514

 

ZR4.1

 

DIFETJALONU

104653-34-1

549

 

ZR4.1

 

FLOKUMAFENU

90035-08-8

453

 

ZR4.1

 

WARFARIN

81-81-2

70

 

ZR4.1

 

RODENTIĊIDI OĦRAJN

 

 

Prodotti gћall-ħarsien tal-pjanti l-oћrajn kollha

ZR5

 

 

 

 

 

ZR5.1

DIŻINFETTANTI

DIŻINFETTANTI OĦRAJN

 

 

 

ZR5.2

PRODOTTI GĦALL-ĦARSIEN TAL-PJANTI OĦRAJN

PPP OĦRAJN

 

 


(1)  In-Numru tas-Servizz ta' l-Astratti Kimiċi.

(2)  Collaborative International Pesticides Analytical Council.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/439


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati ma' l-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0319

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0399 – C6-0277/2008 – 2008/0151(COD))

2010/C 184 E/79

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0399),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0277/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' Ottubru 2008 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0096/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0151

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/125/KE.)

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

“Il-Kummissjoni tiddikjara li l-adozzjoni tal-estensjoni proposta għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta' prodotti relatati mal-enerġija mhix se taffettwa l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma stabbilit attwalment.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tqis l-esperjenza miksuba permezz tad-Direttiva fl-istabbiliment tal-programm ta' ħidma u meta tipproponi miżuri ta' implimentazzjoni ġodda skont id-Direttiva riformulata. Skont l-Artikolu 15(2)(c) tad-Direttiva u l-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni se taħdem biex tiżgura li jkun hemm konsistenza ġenerali fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, waqt li tevalwa jekk tkunx xierqa l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għal prodotti mhux relatati mal-enerġija skont l-Artikolu 21, tqis il-ħtieġa għall-adattament tal-metodoloġija għall-identifikar u l-indirizzar ta' parametri ambjentali sinjifikanti għal prodotti tali.”


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/441


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni ***I

P6_TA(2009)0320

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni (COM(2008)0311 – C6-0203/2008 – 2008/0098(COD))

2010/C 184 E/80

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0311),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0203/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0068/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0098

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-ikkumerċjalizzar tal-prodotti għall-kostruzzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Ir-regoli tal-Istati Membri jeħtieġu li x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni jitfasslu u jitwettqu sabiex ma jipperikolawx is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà , u lanqas ma jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali jew magħmul mill-bniedem .

(2)

Dawk ir-regoli għandhom influwenza diretta fuq il-ħtiġijiet tal-prodotti għall-kostruzzjoni. Dawk il-ħtiġijiet huma konsegwentement riflessi fl-istandards għall-prodotti nazzjonali, fl-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali u speċifikazzjonijiet tekniċi u dispożizzjonijiet nazzjonali oħrajn relatati mal-prodotti għall-kostruzzjoni. Minħabba d-disparità bejniethom, dawk il-ħtiġijiet ifixklu l-kummerċ fil-Komunità.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-prodotti għall-kostruzzjoni (4), immirata lejn it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fil-qasam tal-prodotti għall-kostruzzjoni, sabiex jissaħħaħ il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

(4)

Sabiex tilħaq dak l-objettiv, id-Direttiva 89/106/KEE pprevediet l-istabbiliment ta' standards armonizzati għall-prodotti għall-kostruzzjoni u pprevediet l-għoti ta' approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

(5)

Id-Direttiva 89/106/KEE għandha tkun issostitwita sabiex ikun issemplifikat u ċċarat il-qafas eżistenti, u jittejbu t-trasparenza u l-effikaċja tal-miżuri eżistenti.

(6)

Huwa meħtieġ li jkunu previsti proċeduri semplifikati biex jitfasslu dikjarazzjonijiet ta' prestazzjoni sabiex jitneħħa l-piż finanzjarju minn fuq l-IŻM u b'mod partikolari l-mikro-intrapriżi.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għal akkreditazzjoni u sorveljanza tas-suq rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93  (5) u d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE  (6) jipprevedu qafas legali orizzontali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fis-suq intern. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jieħu kont ta' dak il-qafas legali.

(8)

Il-prodotti magħmulin fuq is-sit tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma fl-ambitu tal-kunċett tal-fornitura tal-prodotti tal-kostruzzjoni fis-suq Komunitarju. Il-manifatturi li jinkorporaw il-prodotti tagħhom tal-kostruzzjoni fix-xogħlijiet għandhom ikunu permessi, imma mhux obbligati, jiddikjaraw il-prestazzjoni ta' dawn il-prodotti skont it-termini ta' dan ir-Regolament.

(9)

It-tneħħija tal-ostakli tekniċi fil-qasam tal-kostruzzjoni tista' tinkiseb biss bl-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-finijiet tal-ivvalutar tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(10)

Il-prestazzjoni ta' prodott għall-kostruzzjoni mhux biss hija definita f'termini ta' kapaċitajiet tekniċi u karatteristiċi essenzjali, iżda wkoll f'termini tal-aspetti tas-saħħa u s-sikurezza relatati mal-użu tal-prodott tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu.

(11)

Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jinkludu l-ittestjar, il-kalkolu u mezzi oħra, iddefiniti fl-istandards armonizzati u d-Dokumenti ta' Valutazzjoni Ewropej (EAD) għall-ivvalutar tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(12)

Il-metodi użati mill-Istati Membri fil-ħtiġijiet tagħhom għal xogħlijiet, kif ukoll regoli nazzjonali oħra f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni, għandhom ikunu skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.

(13)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ħtiġijiet ta' xogħlijiet bażiċi sabiex jipprovdu l-bażi għall-preparazzjoni tal-mandati u l-istandards armonizzati u għall-elaborazzjoni tal-EADs għal prodotti għall-kostruzzjoni.

(14)

Id-Dikjarazzjonijiet ta' Prodotti Ambjentali (EPD) għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u tal-impatt tax-xogħlijiet ta' bini fuq l-ambjent.

(15)

Fejn ikun meħtieġ, l-użu fl-istandards armonizzati ta' klassijiet ta' prestazzjoni in relazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta' kostruzzjoni għandu jkun imħeġġeġ, biex jitqiesu l-livelli differenti tar-rekwiżiti tax-xogħlijiet bażiċi għal ċerti xogħlijiet kif ukoll għal differenzi fil-klima, ġeoloġija u ġeografija u kundizzjonijiet oħrajn viġenti fl-Istati Membri. Fejn il-Kummissjoni ma stabbilithomx diġà, il-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej għandhom ikunu intitolati jistabbilixxu tali klassijiet fuq il-bażi ta' mandat rivedut.

(16)

Fejn adatt, il-livelli ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali, li għandhom jintlaħqu mill-prodotti għall-kostruzzjoni fl-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati sabiex jittieħed kont tal-livelli differenti tal-ħtiġijiet tax-xogħlijiet bażiċi għal ċerti xogħlijiet kif ukoll tad-differenzi fil-klima, fil-ġeoloġija u fil-ġeografija u kundizzjonijiet differenti oħrajn li jipprevalu fl-Istati Membri.

(17)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika Cenelec huma rikonoxxuti bħala l-organizzazzjonijiet kompetenti għall-adozzjoni ta' standards armonizzati skont il-linji gwida ġenerali (7) għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ organizzazzjonijiet iffirmati fit-28 ta' Marzu 2003.

Dawk l-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-għodod adatti għall-valutazzjoni armonizzata tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni. L-istandards armonizzati għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' mandati adottati mill-Kummissjoni, li jkopru l-familji rilevanti ta' prodotti għall-kostruzzjoni, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi  (8). Il-Kummissjoni għandha tieħu passi biex iżżid il-firxa ta' prodotti koperti minn normi armonizzati.

(19)

Huwa neċessarju li l-korpi li jirrappreżentaw il-professjonijiet ewlenin involuti fit-tfassil, fil-manifattura u fl-użu tal-prodotti għall-kostruzzjoni jipparteċipaw f'korpi tekniċi Ewropej biex jiġi żgurat li qed joperaw b'mod ġust u trasparenti u biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-suq.

(20)

Sabiex tkun żgurata komprensjoni tajba tal-informazzjoni provduta mill-manifattur, id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha ssir bil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru li fih il-prodott jitpoġġa fis-suq. Jekk Stat Membru jkollu għadd ta' lingwi uffiċjali differenti, l-għażla tal-lingwa użata għad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha ssir bi ftehim ma' min jirċiviha.

(21)

Il-proċeduri skont id-Direttiva 89/106/KEE għall-ivvalutar tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni mhux koperti minn standard armonizzat għandhom ikunu semplifikati sabiex isiru aktar trasparenti u biex jitnaqqsu l-ispejjeż lill-manifatturi tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(22)

Sabiex il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti għall-kostruzzjoni jkunu jistgħu jfasslu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għall-prodotti għall-kostruzzjoni li mhumiex koperti għal kollox jew li mhumiex koperti minn standard armonizzat huwa meħtieġ li tkun prevista Valutazzjoni Teknika Ewropea.

(23)

Il-manifatturi u l-importaturi ta' prodotti għall-kostruzzjoni għandhom ikunu permessi jitolbu Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej li għandhom jitwettqu fuq il-prodotti tagħhom fuq il-bażi tal-linji gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea stabbiliti skont id-Direttiva 89/106/KEE. Għalhekk għandha tkun żgurata l-validità kontinwa ta' dawn il-linji gwida bħala EADs.

(24)

L-istabbiliment ▐ tal-EADs u l-ħruġ ta' Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej għandhom ikunu fdati lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika (TAB) maħturin mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-Korpi għal Valutazzjoni Teknika ikollhom il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawk il-ħidmiet, il-ħtiġijiet għall-ħatra tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-livell Komunitarju. Għalhekk huwa wkoll meħtieġ li jkunu previsti evalwazzjonijiet perjodiċi tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika minn Korpi għal Valutazzjoni Teknika ta' Stati Membri oħrajn.

(25)

Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni biex tikkoordina u tiżgura t-trasparenza tal- proċeduri għall-istabbiliment ▐ tal-EADs u biex jinħarġu l-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej. Din l-organizzazzjoni għandha tiżgura li, b'mod partikulari, il-manifatturi jkunu infurmati tajjeb u, jekk ikun meħtieġ, li l-gruppi ta' ħidma mwaqqfa mill-Korpi għal Evalwazzjoni Teknika jorganizzaw seduta ta' smigħ ma' espert xjentifiku indipendenti u/jew organizzazzjoni professjonali maħtura mill-manifattur.

(26)

Fost il-karatteristiċi essenzjali, iridu jiġu distinti dawk li għalihom ir-rekwiżiti minimi f'termini ta' livelli jew klassijiet ta' prestazzjoni huma determinati mill-Kummissjoni skont il-proċedura xierqa fil-kumitat, u karatteristiċi li japplikaw indipendentement minn fejn huwa kkumerċjalizzat, il-prodott tal-kostruzzjoni.

(27)

Il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni li huma koperti minn standard armonizzat jew li għalihom inħarġet Valutazzjoni Teknika Ewropea għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti.

(28)

Huwa meħtieġ li jkunu previsti proċeduri semplifikati biex jitfasslu dikjarazzjonijiet ta' prestazzjoni sabiex jitneħħa l-piż finanzjarju minn fuq l-IŻM u b'mod partikolari l-mikro-intrapriżi.

(29)

Sabiex ikun żgurat li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tkun eżatta u affidabbli, il-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni għandha tkun ivvalutata u l-produzzjoni fil-fabbrika għandha tkun ikkontrollata skont sistema adatta ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni.

(30)

Meta tkun ikkunsidrata l-ispeċifiċità tal-prodotti għall-kostruzzjoni u l-fokus partikolari tas-sistema għall-valutazzjoni tagħhom, il-proċeduri għall-valutazzjoni ta' konformità previsti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, u l-moduli stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni, mhumiex adatti għal dawk il-prodotti. Għalhekk, għandhom ikunu stabbiliti metodi speċifiċi għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

31

Minħabba d-differenza fit-tifsira tal-marka CE għall-prodotti għall-kostruzzjoni, meta mqabbla mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandhom jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw iċ-ċarezza tal-obbligu li titwaħħal il-marka CE ma' prodotti għall-kostruzzjoni u l-konsegwenzi ta' dak it-twaħħil.

32

Bit-twaħħil jew b'ordni għal twaħħil tal-marka CE fuq prodott għall-kostruzzjoni, il-manifattur, rappreżentant awtorizzat jew importatur għandu jieħu r-responsabbiltà għall-konformità ta' dak il-prodott mal-prestazzjoni ddikjarata tiegħu.

33

Il-marka CE għandha titwaħħal mal-prodotti għall-kostruzzjoni kollha, li għalihom il-manifattur fassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skont dan ir-Regolament. ▐

(34)

Il-marka CE għandha tkun l-unika marka ta' l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata u mal-ħtiġijiet applikabbli marbuta mal-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-armonizzazzjoni. Madankollu, jistgħu jintużaw marki oħrajn sakemm jgħinu fit-titjib tal-protezzjoni tal-utenti tal-prodotti tal-kostruzzjoni u ma jkunux koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-armonizzazzjoni.

(35)

Sabiex ikun evitat ittestjar mhux meħtieġ ta' prodotti għall-kostruzzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom kienet diġà suffiċjentement murija minn riżultati stabbli ta' testijiet preċedenti jew minn data eżistenti oħra, il-manifattur għandu jitħalla, skont kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew f'Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li jiddikjara ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew aktar ittestjar.

(36)

Sabiex tkun evitata duplikazzjoni ta' testijiet li diġà twettqu, manifattur ta' prodott għall-kostruzzjoni għandu jitħalla juża r-riżultati ta' test akkwistati minn parti terza.

(37)

Sabiex titnaqqas l-ispiża għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-mikro-intrapriżi, huwa meħtieġ li jkunu previsti proċeduri semplifikati għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, meta l-prodotti in kwistjoni ma jimplikawx aspetti sinifikanti ta' sigurtà.

(38)

Sabiex tkun tista' ssir sorveljanza effikaċi tas-suq u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, huwa importanti li l-proċeduri simplifikati għad-dikjarazzjoni ta' ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni bla ttestjar jew bla ttestjar ulterjuri ma japplikawx għal importaturi li jqiegħdu prodott fis-suq taħt isimhom jew il-marka tad-ditta tagħhom stess jew li jimmodifikaw prodott għall-kostruzzjoni li diġà jkun tqiegħed fis-suq b'mod li tista' jkun hemm konformità mal-prestazzjoni ddikjarata. Din tirrigwarda l-użu ta' riżultati stabbli ta' test preċedenti jew data oħra eżistenti, u l-użu ta' riżultati ta' testijiet miksuba minn partijiet terzi. Tirrigwarda wkoll il-proċedura ssimplifikata li tapplika għall-mikrointrapriżi.

(39)

Għal prodotti għall-kostruzzjoni ddisinjati u manifatturati individwalment il-manifattur għandu jitħalla juża proċeduri semplifikati għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, fejn tista' tintwera l-konformità tal-prodott kummerċjalizzat mad-dispożizzjonijiet regolatorji applikabbli.

(40)

Huwa importanti li tkun żgurata l-aċċessibbiltà tar-regoli tekniċi nazzjonali, sabiex l-intrapriżi, u b'mod partikolari l-IŻM, jistgħu jiġbru informazzjoni affidabbli u preċiża dwar il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn huma bi ħsiebhom jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom. Il-Punti tal-Kuntatt dwar il-Prodotti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi proċeduri dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (9) għandhom għalhekk jipprovdu l-informazzjoni wkoll dwar regoli applikabbli għall-inkorporazzjoni, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni ta' tip speċifiku ta' prodott għall-kostruzzjoni. Huma għandhom ukoll jipprovdu lil kull manifattur l-informazzjoni kollha dwar il-proċeduri ta' appell disponibbli fil-każ ta' kontestazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta' aċċess ta' xi prodott jew prodotti tal-manifattur għall-marka CE, b'mod partikulari l-proċeduri xierqa ta' appell kontra deċiżjonijiet meħuda wara l-evalwazzjoni.

(41)

Għall-finijiet li jkun żgurat infurzar ekwivalenti u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-armonizzazzjoni, għandu jkun operat monitoraġġ effettiv tas-suq mill-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jipprovdi l-kundizzjonijiet bażiċi għall-funzjonament ta' dan il-monitoraġġ tas-suq.

(42)

Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għas-sigurtà, is-saħħa u materji oħrajn koperti mill-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet fit-territorju tagħhom għandha tkun rikonoxxuta fi klawżola ta' salvagwardja għal miżuri protettivi adatti.

(43)

Ladarba huwa meħtieġ li jkun żgurat mal-Komunità kollha livell uniformi għall-prestazzjoni ta' korpi li jwettqu valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni u ladarba dawn il-korpi kollha għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, għandhom ikunu stabbiliti ħtiġijiet għall-korpi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni li jfittxu li jkunu notifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Għandu jkun hemm provvedimenti wkoll għad-disponibbiltà ta' informazzjoni adegwata dwar dawn il-korpi u għall-monitoraġġ tagħhom.

(44)

Sabiex ikun żgurat livell koerenti ta' kwalità fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni, huwa wkoll meħtieġ li jkunu stabbiliti ħtiġijiet applikabbli għall-awtoritajiet responsabbli biex jinnotifikaw lill-korpi li jwettqu dawn il-kompiti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

(45)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jintlaħaq funzjonament adatt tas-Suq Intern għal prodotti għall-kostruzzjoni permezz ta' speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati biex tkun espressa l-prestazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(46)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat għall-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (10).

(47)

B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi kundizzjonijiet li taħthom id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tista' tkun disponibbli fuq sit elettroniku u tiddetermina l-perjodu li waqtu l-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni disponibbli, li tistabbilixxi klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni, li tistabbilixxi s-sistema ta' valutazzjoni ta' prestazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata li għandha tkun applikata għal prodott għall-kostruzzjoni partikolari jew familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni, u tistabbilixxi l-format tal-Valutazzjoni Teknika Ewropea u li tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika u li temenda l-Annessi I sa VI. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost l-oħrajn billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(48)

Għandhom jitqiesu l-mandati eżistenti għall-istipular ta' standards Ewropej armonizzati. CEN għandu jfassal standards li jiċċaraw ir-Rekwiżit Bażiku tax-Xogħlijiet Nru 7 bl-isem 'Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali'.

(49)

Ir-Rekwiżit Bażiku tax-Xogħlijiet Numru 7 għandu jqis il-possibilità ta' riċiklaġġ tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, tal-materjali u l-partijiet tagħhom wara li jitwaqqgħu, it-tul ta' żmien li jservu x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u l-użu ta' materja prima u sekondarja li hija kompatibbli mal-ambjent fix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni,

(50)

Ladarba huwa meħtieġ perjodu ta' żmien biex ikun żgurat l-istabbiliment tal-qafas għall-funzjonament adatt ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun differita bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward il-ħatra tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika, l-awtoritajiet notifikanti u l-korpi notifikati, l-istabbiliment ta' organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika u l-istabbiliment tal-Kumitat Permanenti.

(51)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'kollaborazzjoni mal-partijiet involuti, iniedu kampanji ta' informazzjoni biex jinfurmaw lis-settur tal-kostruzzjoni, b'mod partikulari lill-operaturi ekonomiċi u lill-utenti, rigward it-twaqqif ta' lingwaġġ tekniku komuni, it-tqassim tar-responsabilitajiet bejn l-operaturi ekonomiċi individwali, it-twaħħil tal-marka CE mal-prodotti għall-kostruzzjoni, ir-reviżjoni tal-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet u s-sistemi ta' evalwazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni.

(52)

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament, tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill proposta għar-reviżjoni tas-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea biex tiżdied it-trasparenza tas-sistema kollha kemm hi, u fuq kollox biex tiġi żgurata parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet involuti fil-kumitati tekniċi tal-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u biex jiġu evitati konflitti ta' interess bejniethom. Fl-istess ħin għandhom jittieħdu miżuri biex titħaffef l-adozzjoni tal-istandards Ewropej, kif ukoll it-traduzzjonijiet tagħhom fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, u speċjalment it-traduzzjoni ta' linji gwida għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-kostruzzjoni billi jistabbilixxi regoli dwar kif tkun espressa l-prestazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom u dwar l-użu tal-marka CE fuq dawk il-prodotti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“prodott għall-kostruzzjoni” tfisser kwalunkwe prodott jew kitt li jiġi prodott u kummerċjalizzat għal inkorporazzjoni b'mod permanenti f'xogħlijiet tal-kostruzzjoni jew partijiet minnhom b'mod li ż-żarmar tal-prodott inaqqas il-prestazzjoni tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni u ż-żarmar jew is-sostituzzjoni tal-prodott jikkostitwixxu operazzjonijiet ta' kostruzzjoni;

2.

“prodotti li ma jkunux koperti jew li ma jkunux koperti għal kollox minn standard armonizzat” tfisser kull prodott għall-kostruzzjoni li l-karatteristiċi u l-prestazzjoni essenzjali tiegħu ma jistgħux ikunu vvalutati kompletament skont standard armonizzat eżistenti, minħabba li inter alia:

(a)

il-prodott ma jaqax fl-ambitu ta' xi standard armonizzat eżistenti;

(b)

il-prodott ma jissodisfax waħda jew aktar mid-definizzjonijiet tal-karatteristiċi inklużi f'xi wieħed minn dawn l-istandards armonizzati;

(c)

karatteristika essenzjali waħda jew aktar tal-prodott ma jkunux koperti b'mod adegwat minn xi wieħed minn dawn l-istandards armonizzati; jew

(d)

metodu wieħed jew aktar ta' ttestjar meħtieġ biex tkun ivvalutata l-prestazzjoni tal-prodott ikun nieqes jew mhux applikabbli għalih;

3.

“xogħlijiet” tfisser bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili;

4.

“karatteristiċi essenzjali” tfisser dawk il-karatteristiċi tal-prodott għall-kostruzzjoni relatati mal-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet stipulati fl-Anness I. Fost dawn il-karatteristiċi essenzjali, stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, għandha ssir distinzjoni bejn:

(a)

karatteristiċi li jeżisitu meta l-manifattur jew l-importatur ikollu l-intenzjoni li jpoġġi l-prodott fis-suq; u

(b)

karatteristiċi li għandhom ikunu notifikati lil hinn minn fejn il-prodott jitpoġġa fis-suq u li tiegħu jkunu ġew determinati r-rekwiżiti minimi f'termini ta' livelli jew klassijiet ta' prestazzjoni għal kull familja ta' prodotti stipulati fl-Anness V, Tabella 1, u bit-tip ta' applikazzjoni mill-Korpi Ewropej ta' Standardizzazzjoni, bi ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni.

Għal kull familja ta' prodotti tal-kostruzzjoni stipulati fl-Anness V, Tabella 1, meta jkun xieraq, il-karatteristiċi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-punt għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2); għandhom jirrelataw fost oħrajn ma' kwistjonijiet ta' interess ġenerali bħall-ambjent, is-sikurezza u l-evalwazzjoni tal-possibilità ta' perikli għas-saħħa matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott tal-kostruzzjoni;

5.

“Il-prestazzjoni ta” prodott għall-kostruzzjoni' tfisser il-prestazzjoni b'referenza għall-karatteristiċi essenzjali individwali espressi permezz ta' valur, livell, klassi jew limitu minimu, jew f'deskrizzjoni;

6.

“livell” tfisser valur ta' prestazzjoni minimu ta' prodott. Livell jista' jkun ta' natura teknika jew regolatorja, u jista' jkun applikabbli għal karatteristika waħda jew jista' jikkomprendi sett ta' karatteristiċi;

7.

“klassi” tfisser firxa għall-prestazzjoni ta' prodott bid-delimitazzjoni ta' valur ta' prestazzjoni minimu u ieħor massimu. Klassi tista' tkun applikabbli għal karatteristika waħda jew tikkomprendi sett ta' karatteristiċi;

8.

“speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati” tfisser standards armonizzati u Dokumenti ta' Valutazzjoni Ewropej;

9.

“Evalwazzjoni Teknika Ewropea” tfisser evalwazzjoni msejsa fuq Dokument ta' Evalwazzjoni Ewropew, u rriservata għall-prodotti ta' kostruzzjoni li mhumiex koperti kompletament minn standard armonizzat;

10.

“standard armonizzat” tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE, fuq il-bażi ta' talba maħruġa mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva;

11.

“Dokument ta' Evalwazzjoni Ewropea” tfisser dokument li jiġi adottat mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Evalwazzjoni Teknika għal skopijiet li tinħareġ Evalwazzjoni Teknika Ewropea u li tirrigwarda prodott li ma jkunx kopert jew mhux kopert għal kollox minn standard armonizzat ;

12.

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, l-importatur, id-distributur u r-rappreżentant awtorizzat;

13.

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott għall-kostruzzjoni jew li twassal li prodott ikun manifatturat u li tqiegħed fis-suq dak il-prodott f'isimha jew taħt il-marka tad-ditta tagħha;

14

.“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, li tikkummerċjalizza prodott għall-kostruzzjoni minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju;

15.

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel il-prodott għall-kostruzzjoni disponibbli fis-suq;

16.

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, li rċeviet mandat mill-manifattur biex taġixxi f'ismu għal kompiti speċifiċi;

17.

“magħmula disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta' prodott għall-kostruzzjoni għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas; dan jeskludi:

(a)

kwalunkwe prodott li l-utenti jittrasformaw fuq il-post għall-użu proprju tagħhom fil-qafas tal-attività professjonali tagħhom;

(b)

kwalunkwe prodott maħdum fuq il-post u/ jew mhux fuq il-post u inkorporat mill-istess manifattur f'xi xogħol mingħajr ma jitqiegħed fis-suq;

18.

“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott għall-kostruzzjoni jsir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq Komunitarju;

19.

“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura mmirata biex timpedixxi li prodott għall-kostruzzjoni jsir disponibbli fil-katina tal-forniment;

20.

“irtirar miċ-ċirkolazzjoni” tfisser kwalunkwe miżura mmirata biex jikseb ir-ritorn ta' prodott għall-kostruzzjoni li diġà sar disponibbli fis-suq;

21.

“akkreditazzjoni” għandha t-tifsira assenjata lilha mir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

22.

“utent” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika responsabbli għall-inkorporazzjoni sikura ta' prodott għall-kostruzzjoni fix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni;

23.

“Korp għall-Evalwazzjoni Teknika” tfisser korp maħtur minn Stat Membru biex jieħu sehem fl-iżvilupp tad-Dokumenti ta' Evalwazzjoni Ewropea u biex jivvaluta l-prestazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti ta' kostruzzjoni li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti għal kollox minn standard armonizzat fl-oqsma ta' prodotti elenkati fl-Anness V;

24.

“tip tal-prodott” tfisser il-prestazzjoni ta' prodott għall-kostruzzjoni prodott bl-użu ta' kombinazzjoni partikolari ta' materja prima jew elementi oħrajn fi proċess ta' produzzjoni speċifiku;

25.

“kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika” tfisser il-kontroll intern permanenti tal-produzzjoni mwettqa mill-manifattur, li jiżgura li l-produzzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni u l-prodott li jiġi prodott ikunu f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ;

26.

“mikro-intrapriża” tfisser mikro-intrapriża kif iddefinita fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (11);

27.

“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta' ħajjet il-prodott, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali għar-rimi finali;

28.

“kitt” tfisser sett li jkun jikkonsisti minn tal-anqas żewġ komponenti separati li jkunu jeħtieġu li jkunu kkombinati flimkien biex ikunu installati b'mod permanenti fix-xogħlijiet (i.e. biex isiru “sistema mmontata”).

Artikolu 3

Ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet u karatteristiċi essenzjali tal-prodott

║Il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati f'relazzjoni mal-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet li huma mniżżlin fl-Anness I.

KAPITOLU II

Dikjarazzjoni ta' prestazzjoni u l-marka CE

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għat-tfassil ta' dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

1.   Il-manifattur jew l-importatur meta jikkummerċjalizza prodott għall-kostruzzjoni għandu jagħmel dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jekk tiġi ssodisfata waħda mill- kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-prodott għall-kostruzzjoni huwa kopert minn standard armonizzat ▐;

(b)

ikun inħareġ Dokument Ewropew ta' Evalwazzjoni għall-prodott għall-kostruzzjoni .

2.   L-Istati Membri għandhom jassumu li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni mfassla mill-manifattur jew l-importatur hija eżatta u affidabbli.

Artikolu 5

Kontenut tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

1.   Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha tesprimi l-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni maż-żewġ tipi ta' karatteristiċi essenzjali stipulati fl-Artikolu 2(4) għal dawk il-prodotti skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti.

2.   Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip tal-prodott li għalih tfasslet;

(b)

il-lista sħiħa tal-karatteristiċi essenzjali stipulati fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata għall- prodott għall-kostruzzjoni u għal kull karatteristika essenzjali jew il-valuri, il-klassi jew il-livell ta' prestazzjoni ddikjarati jew 'l-ebda prestazzjoni determinata' ;

(c)

in-numru ta' referenza u t-titolu tal-istandard armonizzat, id-Dokument ta' Evalwazzjoni Ewropea jew id-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika, li ntużaw għall-evalwazzjoni ta' kull karatteristika essenzjali;

(d)

l-użu ġeneriku li għalih huwa maħsub kif stipulat fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata;

(e)

dettalji tal-proċedura użata sabiex tiġi evalwata u vverifikata l-kostanza tal-prestazzjoni; jekk is-sistema applikabbli ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiġi sostitwita bil-proċedura simplifikata msemmija fl-Artikolu 27 jew 28, il-manifattur għandu jagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja 'STD - Proċedura Simplifikata';

(f)

informazzjoni dwar sustanzi perikolużi fil-prodott għall-kostruzzjoni, kif imsemmi fl-Anness IIIa, u d-dettalji ta' sustanzi perikolużi li għandhom jiġu ddikjarati skont ir-regoli Komunitarji dwar l-armonizzazzjoni.

Artikolu 6

Forma tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni

1.   Ma' kull prodott li jkun disponibbli fuq is-suq għandha tiġi pprovduta bil-kitba jew mibgħuta b'mezzi elettroniċi, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità.

Madankollu, meta lott tal-istess prodott ikun fornut lil utent uniku, huwa jista' jkun akkumpanjat minn kopja waħda tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni.

2.    Il-manifattur għandu jibgħat, bil-miktub, kopja tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jekk ir-riċevitur jitlobha .

3.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni jista' jsir disponibbli fuq sit web skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

4.   Id-dikjarazzjoni ta' prestazzjonijiet għandha titfassal bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III fil-lingwa, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq .

Artikolu 7

Użu tal-marka CE

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal biss mal-prodotti għall-kostruzzjoni, li għalihom il-manifattur ikun fassal dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6. Jekk ma jkunx hemm dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, l-marka CE ma tistax titwaħħal.

Jekk ma tfasslitx dikjarazzjoni ta' prestazzjoni mill-manifattur skont l-Artikoli 4, 5 u 6, il-marka CE ma tistax titwaħħal mal-prodotti għall-kostruzzjoni.

Bit-twaħħil jew b'ordni għal twaħħil tal-marka CE l-manifattur jew fejn applikabbli, l-importatur, għandu jieħu r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni bil-prestazzjoni ddikjarata.

2.   Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tafferma l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni bil-prestazzjoni ddikjarata.

L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu miżuri nazzjonali u għandhom jirtiraw kull referenza għal immarkar ta' konformità barra mill-marka CE.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimpedixxu, fit-territorju tagħhom jew taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-użu ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għandhom il-marka CE jew li dawn isiru disponibbli, meta l-ħtiġijiet għal dan l-użu f'dak l-Istat Membru jikkorrispondu għall-prestazzjoni ddikjarata.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tal-prodotti għall-kostruzzjoni li għandhom il-marka CE ma għandux jixxekkel minn regoli jew kundizzjonijiet imposti minn korpi pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu bħala impriża pubblika, jew li jaġixxu bħala korp pubbliku fuq il-bażi ta' pożizzjoni ta' monopolju jew skont mandat pubbliku, meta l-ħtiġijiet għal dan l-użu f'dak l-Istat Membru jikkorrispondu mal-prestazzjoni ddikjarata.

Artikolu 8

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.   Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali mniżżlin fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal fejn tkun tista' tidher, titwaħħal u ma titħassarx mal-prodott għall-kostruzzjoni , il-plakka tad-data tiegħu, l- imballaġġ jew id- dokumenti ta' akkumpanjament.

3.   Il-marka CE għandha tkun segwita mill- isem jew il-marka ta' identifikazzjoni tal-produttur u l-kodiċi ta' identifikazzjoni uniku tal-prodott għall-kostruzzjoni▐.

4.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott għall-kostruzzjoni jkun ikkummerċjalizzat. Hija tista' tkun segwita minn pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

5.     L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u jieħdu azzjoni xierqa f'każ ta' użu mhux korrett tal-immarkar. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll għal pieni f'każ ta' ksur, li jista' jinkludi sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. Dawn il-pieni għandhom ikunu proporzjonati għal-livell ta' gravità tal-ksur.

Artikolu 9

Punti tal-Kuntatt dwar il-Prodotti

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti tal-Kuntatt dwar il-Prodotti stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 764/2008, jipprovdu wkoll l-informazzjoni billi jużaw termini trasparenti u li jinftiehmu b'faċilità

(a)

kwalunkwe regola teknika jew dispożizzjoni regolatorja applikabbli għall-inkorporazzjoni, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni ta' tip speċifiku ta' prodott għall-kostruzzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru ;

(b)

jekk applikabbli, il-possibilitajiet ta' appell disponibbli għal kull manifattur li jikkontesta l-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-marka CE ta' xi prodott jew prodotti, b'mod partikulari l-proċeduri xierqa ta' appell kontra deċiżjonijiet meħuda wara evalwazzjoni.

Il-Punti ta' Kuntatt dwar il-Prodotti għandhom ikunu indipendenti minn kull korp jew organizzazzjoni involuti fil-proċedura ta' aċċess għall-marka CE. Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida dwar l-irwol u r-responsabilità tal-punti ta' kuntatt, u għandhom jiġu adottati mill-kumitat msemmi fl-Artikolu 51(1).

KAPITOLU III

Obbligi tal-Operaturi Ekonomiċi

Artikolu 10

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa li tiddeskrivi l-elementi rilevanti kollha għaċ-ċertifikazzjoni applikabbli tal-prestazzjoni ddikjarata.

Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6, u jwaħħlu l-marka CE skont l-Artikoli 7 u 8.

2.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għall-perjodu ddeterminat mill-Kummissjoni għal kull familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni fuq il-bażi tal-ħajja mistennija u r-rwol tal-prodott għall-kostruzzjoni fix-xogħlijiet.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

3.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri għal produzzjoni f'serje biex tinżamm il-prestazzjoni ddikjarata. Bidliet fit-tip tal-prodott u bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli għandhom ikunu adegwatament ikkunsidrati.

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti għall-kostruzzjoni tagħhom għandhom numru tat-tip, lott jew serjali jew kwalunkwe element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom, jew, ▐ li l-informazzjoni meħtieġa hija pprovduta fuq imballaġġ jew f'dokument ta' akkumpanjament għall-prodott għall-kostruzzjoni.

5.   Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem tal-kummerċ irreġistrat jew il-marka tad-ditta rreġistrata u l-indirizz li jistgħu jkunu kkuntattjati fih fuq il-prodott għall-kostruzzjoni jew, ▐ l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument ta' akkumpanjament għall-prodott għall-kostruzzjoni.

6.   Il-manifatturi li jikkunsidraw jew għandhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-kostruzzjoni li huma kkummerċjalizzaw mhuwiex konformi mal-prestazzjoni ddikjarata, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu lil dak il-prodott għall-kostruzzjoni f'konformità jew jirtirawh mis-suq u jirtirawh miċ-ċirkolazzjoni mill-utenti finali, jekk adatt. Huma għandhom immedjatament jinformaw b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott għall-kostruzzjoni disponibbli, bl-għoti tad-dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u tal-miżuri korrettivi meħudin.

7.   Il-manifatturi għandhom, fuq il-bażi ta' talba mmotivata tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta' dawn tal-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jkunu kkummerċjalizzaw.

Artikolu 11

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifatturi jistgħu jaħtru, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat.

It-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika ma tistax tifforma parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Fejn manifattur ikun ħatar rappreżentant awtorizzat, dan tal-aħħar għandu tal-inqas jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-monitoraġġ għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(2);

(b)

fuq talba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovdihom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta' dawn tal-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 12

Obbligi tal- importaturi

1.   Meta jikkummerċjalizzaw prodott għall-kostruzzjoni fis-suq Komunitarju l-importaturi għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta f'relazzjoni mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   Qabel jikkummerċjalizzaw prodott għall-kostruzzjoni l-importaturi għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata jkunu twettqu mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(1). Huma għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni tal-prestazzjonijiet b'konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-prodott għandu l-marka CE meħtieġa, huwa akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur irrispetta l-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikoli 10(4) u 10(5).

Fejn importatur jikkunsidra jew għandu raġuni biex jemmen li l-prodott għall-kostruzzjoni mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, huwa ma jistax jikkummerċjalizza l-prodott għall-kostruzzjoni qabel ma dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ta' akkumpanjament jew sakemm id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ma tkunx ikkoreġuta.

3.   L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem tal-kummerċ irreġistrat jew il-marka tad-ditta rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jkunu kkuntattjati fuq il-prodott għall-kostruzzjoni jew, fejn mhux possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument ta' akkumpanjament għall-prodott.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott għall-kostruzzjoni jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mal-prestazzjoni ddikjarata.

5.   L-importaturi li jikkunsidraw jew għandhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-kostruzzjoni li huma kkummerċjalizzaw mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu lil dak il-prodott għall-kostruzzjoni f'konformità jew jirtirawh mis-suq u jirtirawh miċ-ċirkolazzjoni mill-utenti finali, jekk adatt. Huma għandhom immedjatament jinformaw b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott għall-kostruzzjoni disponibbli, bl-għoti tad-dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u tal-miżuri korrettivi meħudin.

6.   L-importaturi għandhom, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(2), iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet għall-monitoraġġ tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tista' ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba.

7.   L-importaturi għandhom, fuq il-bażi ta' talba mmotivata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta' dawn tal-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jkunu kkummerċjalizzaw.

Artikolu 13

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta f'relazzjoni mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   Qabel jagħmlu prodott għall-kostruzzjoni disponibbli fis-suq id-distributuri għandhom jiżguraw li l-prodott għandu l-marka CE meħtieġa u huwa akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skont dan ir-Regolament u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sigurtà f'lingwaġġ li jiftiehem malajr mill-utenti fl-Istat Membru fejn il-prodott huwa magħmul disponibbli fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mal-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 10(4), l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 12(3) rispettivament.

Fejn distributur jikkunsidra jew għandu raġuni biex jemmen li prodott għall-kostruzzjoni mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, huwa jista' jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq biss wara li dan jikkonforma mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni ta' akkumpanjament jew wara li d-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tkun ġiet ikkoreġuta. Id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur b'dan kif ukoll lill-awtoritajiet għall-monitoraġġ tas-suq, meta l-prodott jippreżenta riskju.

3.   Distributur għandu jiżgura li, waqt li prodott għall-kostruzzjoni jkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mal-prestazzjoni ddikjarata.

4.   Id-distributuri li jikkunsidraw jew għandhom raġuni biex jemmnu li prodott għall-kostruzzjoni li huma għamlu disponibbli fis-suq mhuwiex konformi mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni, għandhom immedjatament jieħdu l-miżuri korrettivi meħtiġin biex iġibu lil dak il-prodott għall-kostruzzjoni f'konformità jew jirtirawh mis-suq u jirtirawh miċ-ċirkolazzjoni mill-utenti finali, jekk adatt. Huma għandhom immedjatament jinformaw b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma għamlu l-prodott disponibbli, bl-għoti tad-dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u tal-miżuri korrettivi meħudin.

5.   Id-distributuri għandhom, fuq il-bażi ta' talba mmotivata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-prestazzjoni ddikjarata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta' dawn tal-aħħar, dwar kwalunkwe azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li jirriżultaw mill-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 14

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

L-importatur jew id-distributur għandhom ikunu kkunsidrati manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, meta huma jikkummerċjalizzaw prodott taħt isimhom jew taħt il-marka tad-ditta tagħhom jew jimmodifikaw prodott għall-kostruzzjoni diġà kkummerċjalizzat b'mod li l-konformità mal-prestazzjoni ddikjarata tista' tkun affettwata u konsegwentement huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 10.

Artikolu 15

Identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu, fuq talba, jidentifikaw lil dawn li ġejjin mal-awtoritajiet għall-monitoraġġ tas-suq, għal perjodu msemmi fl-Artikolu 10(2):

(a)

kwalunkwe operatur ekonomiku li fornihom bi prodott;

(b)

kwalunkwe operatur ekonomiku li huma fornew bi prodott.

KAPITOLU IV

Speċifikazzjonijiet Tekniċi Armonizzati

Artikolu 16

Standards armonizzati

1.   Stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE, fuq il-bażi ta' talbiet imressqa mill-Kummissjoni skont l- Artikolu 6(3) , l-ewwel inċiż ta' dik id-Direttiva u mill-Kumitat Permanenti skont l-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva.

Il-korpi Ewropej għall-istandardazzjoni għandhom jiżguraw li ebda kategorija ta' parteċipanti f'settur partikulari ma tkun magħmula minn aktar minn 25 % tal-parteċipanti f'kumitat tekniku jew grupp ta' ħidma. Jekk kategorija waħda jew aktar ta' parteċipanti ma jkunux jistgħu jieħdu sehem fi grupp ta' ħidma, jew jagħżlu li ma jeħdux sehem, dan ir-rekwiżit jista' jiġi vvalutat mill-ġdid bil-qbil tal-parteċipanti kollha.

2.   L-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u d-durabilità tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

L-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-użu ġeneriku li għalih huma maħsuba l-prodotti, jekk applikabbli; għandhom jipprovdu wkoll ir-rekwiżiti tal-karatteristiċi minimi, li għalihom f'termini ta' livelli jew klassijiet ta' prestazzjoni għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 51(2), għal kull familja ta' prodotti stipulata fl-Anness IV, Tabella 1, waqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 51(2).

L-istandards armonizzati għandhom, fejn adatt, jipprevedu metodi inqas onerużi mill-ittestjar għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

3.   Il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni għandhom jiddeterminaw fl-istandards armonizzati l-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika applikabbli, li għandu jikkunsidra l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-proċess tal-manifattura tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-istandards armonizzati stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej bil-mandat rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista ta' referenzi ta' standards armonizzati li huma f'konformità mal-mandati rilevanti, u tistabbilixxi data ta' applikabbiltà għal dawk l-istandards.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

Artikolu 17

Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati

1.   Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġijiet stabbiliti fil-mandat rilevanti, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, bl-għoti tal-argumenti tagħhom. Il-Kumitat għandu, wara li jkun ikkonsulta l-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej rilevanti, iressaq l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

2.   Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b'mod ristrett, li tħalli, li tħalli b'mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew ta' standardizzazzjoni kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob ir-reviżjoni tal-istandards armonizzati kkonċernati.

4.     Meta standard armonizzat ikun ġie approvat minn korp għall-istandardizzazzjoni Ewropea, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) jista' jieħu r-responsabilità għall-verifiki kollha billi jiżgura li l-istandard jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fil-mandat mogħti mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru.

Artikolu 18

Livelli jew klassijiet ta' prestazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

2.   Fejn mhumiex stabbiliti mill-Kummissjoni klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, huma jistgħu jiġu stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej fi standards armonizzati.

Fejn il-Kummissjoni tkun stabbiliet klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, il-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jużaw dawk il-klassijiet fl-istandards armonizzati , fuq il-bażi ta' mandat revedut .

3.    Fejn ikun hemm dispost fil-mandat relevanti, il-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jistabbilixxu fi standards armonizzati l-livelli minimi ta' prestazzjoni in relazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali u, fejn ikun meħtieġ, l-użi aħħarin intiżi li għandhom ikunu sodisfatti mill-prodotti għall-kostruzzjoni fl-Istati Membri.

4.     Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi kundizzjonijiet li jekk jiġu sodisfatti jitqies li l-prodott għall-kostruzzjoni jkun laħaq ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew mingħajr ittestjar ulterjuri.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

Fejn tali kundizzjoni ma humiex stabbiliti mill-Kummissjoni, jistgħu jiġu stabbiliti mill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewoprej bi standards armonizzati, fuq il-bażi ta' mandat rivedut.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-livelli jew il-klassijiet ta' prestazzjoni li għandhom jiġu sodisfatti mill-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, biss skont is-sistemi ta' klassifikazzjoni stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej fi standards armonizzati, jew mill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Valutazzjoni u verifika tal-kostanza ta' prestazzjoni

1.   Il-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom għandhom jitwettqu skont waħda mis-sistemi mniżżlin fl-Anness VI.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi liema sistema hija applikabbli għal prodott għall-kostruzzjoni jew familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni partikolari skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-importanza tar-rwol li għandu l-prodott rigward il-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet;

(b)

in-natura tal-prodott;

(c)

l-effett tal-varjabbiltà tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-kostruzzjoni waqt il-ħajja ta' servizz tal-prodott;

(d)

is-suxxettibbiltà għal difetti fil-manifattura tal-prodott.

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tagħżel l-inqas sistema oneruża konsistenti mal- inkorporazzjoni sikura tal-prodott tal-kostruzzjoni fix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni .

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

3.   Is-sistema ddeterminata b'dan il-mod u l-informazzjoni dwar l-użu ġeneriku previst tagħha , għandhom ikunu indikati fil-mandati għall-istandards armonizzati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.

Artikolu 20

Dokument ta' Valutazzjoni Ewropew

1.    Fir-rigward tal-prodotti għall-kostruzzjoni li mhumiex koperti jew mhumiex koperti għal kollox minn standard armonizzat , id-dokument ta' Evalwazzjoni Ewropea (EAD) għandu jkun adottat mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Evalwazzjoni Teknika msemmija fl-Artikolu 25(1) wara talba għal Evalwazzjoni Teknika Ewropea minn manifattur jew importatur, skont il-proċedura mniżżla fl-Anness II.

2.   L-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tistabbilixxi fl-EAD l-metodi u l-kriterji għall-ivvalutar tal-prestazzjoni f'relazzjoni ma' dawk il-karatteristiċi essenjali tal-prodott għall-kostruzzjoni, li huma relatati mal-użu intenzjonat mill-manifattur.

3.   L-organizzazzjoni tal-korpi għal valutazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tiddetermina fl-EAD l-kontroll speċifiku tal-produzzjoni fil-fabbrika li għandu jiġi applikat, b'kont meħud tal-kundizzjonijiet partikolari tal-proċess għall-immanifatturar tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat.

4.     Meta l-Kummissjoni tqis li ntlaħaq livell suffiċjenti ta' għarfien tekniku u xjentifiku rigward l-EAD, għandha tagħti mandat lill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni sabiex iħejju standard armonizzat imsejjes fuq dak l-EAD.

Artikolu 21

Valutazzjoni Teknika Ewropea

1.    Fir-rigward ta' prodotti għall-kostruzzjoni li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti għal kollox minn standard armonizat, l-Evalwazzjoni Teknika Ewropea (ETA) għandha tinħareġ minn Korp għal Evalwazzjoni Teknika, għal kwalunkwe prodott għall-kostruzzjoni, fuq talba ta' manifattur jew importatur fuq il-bażi ta' EAD skont il-proċedura mniżżla fl-Anness II.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-ETA.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

KAPITOLU V

Korpi għal Valutazzjoni Teknika

Artikolu 22

Ħatra ta' Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korpi għal Valutazzjoni Teknika (TAB) għall-oqsma ta' prodotti elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness V.

L-Istati Membri li ħatru TAB għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-isem, l-indirizz ta' dak it-TAB u l-oqsma ta' prodotti li għalihom inħatar it-TAB.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-lista ta' Korpi għal Valutazzjoni Teknika li tindika l-oqsma ta' prodotti li għalihom inħatru.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku kwalunkwe aġġornament għal dik il-lista.

Artikolu 23

Ħtiġijiet għall-Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1.   It-TAB għandu jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fit-Tabella 2 tal-Anness V.

2.   Fejn TAB ma jikkonformax aktar mal-ħtiġijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jirtira l-ħatra ta' dak it-TAB.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika, bil-monitoraġġ tal-attività tagħhom, u bi kwalunkwe bdil f'dik l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 24

Evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1.   Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jivverifikaw jekk Korpi għal Valutazzjoni Teknika oħrajn jissodisfawx il-kriterji rispettivi mniżżlin fit-Tabella 2 tal-Anness V.

L-evalwazzjoni għandha tkun organizzata mill-organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1) u għandha ssir darba kull erba' snin, fl-oqsma tal-prodotti elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness V, li għalihom ikunu nħatru l-Korpi għal Valutazzjoni Teknika.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri trasparenti għat-twettiq tal-evalwazzjoni, inklużi proċeduri ta' appell adegwati u aċċessibbli kontra deċiżjonijiet meħudin bħala riżultat tal-evalwazzjoni.

Dawk il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

L-evalwazzjoni ta' TAB ma tistax titwettaq minn TAB mill-istess Stat Membru.

3.   L-organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tikkomunika r-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tissorvelja r-rispett tar-regoli u l-funzjonament adatt tal-evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika.

Artikolu 25

Koordinazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika

1.   Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni għall- valutazzjoni teknika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika”.

2.   L-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

tikkoordina l-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri mniżżlin fl-Artikolu 19 u l-Anness II, kif ukoll tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għal dak il-għan;

(b)

tinforma lill-Kummissjoni biannwalment bi kwalunkwe kwistjoni relatata mal-preparazzjoni tal-EADs u bi kwalunkwe aspett relatat mal-interpretazzjoni tar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19 u l-Anness II;

(c)

tadotta d-Dokumenti ta' Valutazzjoni Ewropej;

(d)

torganizza l-evalwazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika;

(e)

tiżgura l-koordinazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika;

(f)

jiġi żgurat trattaament ugwali għat-TABs fi ħdan l-organizzazzjoni tat-TABS;

(g)

jiġi żgurat li l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 19 u l-Anness II ikunu trasparenti u li l-manifattur jiġi kkonsultat fi ħdan dawn il-proċeduri.

3.   Il-Kummissjoni tista' tipprovdi assistenza lill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika fit-twettiq tal-kompiti msemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehim ta' sħubija kwadru mal-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għal dan il-għan.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Korpi għal Valutazzjoni Teknika jikkontribwixxu għar-riżorsi finanzjarji u umani tal-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika.

KAPITOLU VI

Proċeduri simplifikati

Artikolu 26

Użu ta' Dokumentazzjoni Teknika Speċifika

1.   Meta l-manifattur jiddetermina t-tip tal-prodott, huwa jista' jissostitwixxi l-ittestjar tat-tip jew il-kalkolu tat-tip b'Dokumentazzjoni Teknika Speċifika (STD) li turi li:

(a)

għal wieħed jew aktar karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza, dak il-prodott jitqies li jilħaq ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, b'konformità mal-kundizzjonijiet imniżżlin fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni;

(b)

il-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza hu l-istess tip ta' prodott bħal prodott għall-kostruzzjoni ieħor, immanifatturat minn manifattur ieħor u ttestjat diġà b'konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-manifattur huwa intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha jew għal parti minnhom ta' dan il-prodott l-ieħor; il-manifattur jista' juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur ieħor biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta' dak il-manifattur, li jibqa' responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta' dawk ir-riżultati tat-testijiet ; jew

(c)

il-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza hu sistema magħmula minn komponenti, li jimmonta skont struzzjonijiet preċiżi mogħtija minn min ipprovda t-tali sistema jew komponent tagħha, li kien diġà ttestja dik is-sistema jew dak il-komponent għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu/tagħha b'konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-manifattur huwa intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha jew għal parti minnhom għas-sistema jew il-komponent ipprovdut lilu.

Il-manifattur jista' juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur jew system provider ieħor biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta' dak il-manifattur, li jibqa' responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta' dawk ir-riżultati tat-testijiet. Il-manifattur għandu jibqa' responsabbli għall-konformità tal-prodott mad-dikjarazzjonijiet kollha ta' prestazzjoni skont l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. . Il-manifattur għandu jiżgura li l-prestazzjoni tal-prodott ma tkunx influwenzata b'mod ħażin fi stadju avvanzat tal-produzzjoni u fil-proċess tal-immuntar.

2.    L-STD għandha tkun ivverifikata minn korp ta' ċertifikazzjoni relevanti kif jingħad fl-Anness V jekk il-prodott għall-kostruzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ikun jappartjeni għal familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għaliha s-sistema applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija ▐ kif imsemmi fl-Anness VI,

is-sistema 1 jew 2 għall-prodotti korrispondenti għall-Artikolu 26(10(a) (WT/WFT);

sistema 1, 2 jew 4 għall-prodotti korrispondenti għall-Artikolu 26(1)(b) (IT kondiviż);

sistema 1, 2 jew 4 għall-prodotti korrispondenti għall-Artikolu 26(1)(c) (kaskata).

3.     Dan l-Artikolu ma japplikax għall-importaturi li jqiegħdu prodott fis-suq f'isimhom jew bi trademark jew jimmodifikaw l-binja ta' prodott li diġà qiegħed fis-suq b'mod li tista' tiġi affettwata l-konformità mal-prestazzjoni ddikjarata fi ħdan is-sens tal-Artikolu 14.

Artikolu 27

Użu ta' Dokumentazzjoni Teknika Speċifika minn mikro-intrapriżi li jimmanifatturaw prodotti għall-kostruzzjoni

1.   Il-mikro-intrapriżi li jimmanifatturaw prodotti għall-kostruzzjoni jistgħu jissostitwixxu s-sistema applikabbli għall-evalwazzjoni ta' prestazzjoni ddikjarata tal-prodott għall-kostruzzjoni b'STD. L-STD għandha turi l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-ħtiġijiet applikabbli.

2.   Jekk prodott għall-kostruzzjoni, imsemmi fil-paragrafu 1, ikun jappartjeni għal familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għaliha s-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija s-sistema 1 jew 2, kif imniżżel fl-Anness VI, l-STD għandha tkun ivverifikata minn korp għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Anness VI.

3.     Id-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika għandha tiżġura livell ekwivalenti ta' saħħa u sikurezza għall-persuni u għal kwistjonijiet oħra ta' interess pubbliku. Il-manifattur għandu jibqa' responsabbli għall-konformità tal-prodott mal-karatteristiċi ddikjarati fid-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni. Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-użu li għalih huwa maħsub il-prodott.

4.     Sa …  (12) , il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu fejn fost affarijiet oħra tikkunsidra jekk l-applikazzjoni tiegħu tistax tkun estiża għall-impriżi l-oħra, jekk taddattahx għall-produzzjoni ta' serje żgħira, jew jekk tirrevokahx. Il-Kummissjoni għandha tressaq dan ir-rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien ma' proposti leġiżlattivi kif ikun xieraq.

5.     Dan l-Artikolu ma japplikax għall-importaturi li jqiegħdu prodott fis-suq f'isimhom jew bi trademark jew jimmodifikaw il-binja ta' prodott li diġà qiegħed fis-suq b'mod li tista' tiġi affettwata l-konformità mal-prestazzjoni ddikjarata fi ħdan is-sens tal-Artikolu 14.

Artikolu 28

Użu ta' Dokumentazzjoni Teknika Speċifika għal prodotti manifatturati individwalment

1.   Għal prodott għall-kostruzzjoni ddisinjat u mmanifatturat fi proċess ta' produzzjoni mhux industrijalizzat biex tiġi sodisfatta ordni speċifika, u installat f'ħidma waħda identifikata, il-manifattur jista' jissostitwixxi s-sistema applikabbli għal valutazzjoni ta' prestazzjoni b'STD, u b'hekk juri l-konformità ta' dak il-prodott mal-ħtiġijiet applikabbli. L-STD għandha tipprovdi livell ekwivalenti ta' kunfidenza u affidabilità fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali tax-xogħlijiet.

2.   Jekk prodott għall-kostruzzjoni, imsemmi fil-paragrafu 1, ikun jappartjeni għal familja ta' prodotti għall-kostruzzjoni li għaliha s-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija s-sistema 1 jew 2, kif imniżżel fl-Anness VI, l-STD għandha tkun ivverifikata minn korp għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Anness VI.

KAPITOLU VII

Awtoritajiet tan-Notifika u Entitajiet Innotifikati

Artikolu 29

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar korpi awtorizzati biex iwettqu kompiti ta' parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Awtoritajiet tan-notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità tan-notifika li għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-proċeduri meħtiġin għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi li se jkunu awtorizzati li jwettqu kompiti ta' parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata għall-fini ta' dan ir-Regolament, u għas-sorveljanza tal-korpi nnotifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33.

2.   Fejn in-notifika hi bbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u s-sorveljanza msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mwettqa mill-korpi tal-akkreditazzjoni nazzjonali tagħhom fis-sens ta' u b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.   Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega, tgħaddi x-xogħol lil ħaddieħor jew b'xi mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew is-sorveljanza msemmijin fil-paragrafu 1 lil korp li mhuwiex entità governattiva, il-korp delegat jew b'xi mod ieħor inkarigat għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 33. Barra minn hekk, dan il-korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabilità sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp delegat jew b'xi mod ieħor inkarigat.

5.     L-awtorità li tinnotifika għandha tivverifka li l-evalwazzjonijiet ta' konformità jsiru kif xieraq mingħajr ma jitpoġġew piżijiet bla bżonn fuq l-intrapriżi u billi jitqies id-daqs tal-intrapriżi, in-natura speċifika tas-settur tal-kostruzzjoni u l-istruttura tiegħu, il-grad ta' komplessità teknoloġika tal-prodott u l-frekwenza tal-proċess ta' manifattura.

Artikolu 31

Ħtiġijiet fir-rigward ta' awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun stabbilita b'mod li ma jkunx hemm konflitti ta' interess ma' korpi nnotifikati.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b'mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni dwar notifika ta' korp tal-valutazzjoni ta' prestazzjoni tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandha toffri jew tipprovdi l-ebda attività li jagħmlu korpi nnotifikati, u lanqas servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru biżżejjed ta' persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħmel ix-xogħol tagħha kif imiss.

Artikolu 32

Obbligu ta' informazzjoni għall-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni u dwar is-sorveljanza ta' korpi nnotifikati, u dwar kwalunkwe bidla li jkun hemm f'dik l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 33

Ħtiġijiet għal korpi nnotifikati

1.   Għall-finijiet ta' notifika, korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għandu jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fil-paragrafi 2 sa 11.

2.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għandu jkun korp ta' parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott għall-kostruzzjoni li jivvaluta.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni tal-kummerċ jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvediment, l-immontar, l-użu jew il-manutenzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni li huwa jivvaluta, jista', bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess jiġu murija, jitqies li hu korp bħal dan.

4.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni, l-ogħla livell ta' ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta' parti terza fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni li huma jivvalutaw, u lanqas ma għandhom ikunu r-rappreżentanti awtorizzati ta' waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti valutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp innotifikat jew l-użu tal-prodotti għal finijiet personali.

Dawn ma għandhomx ikollhom x'jaqsmu direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' dawk il-prodotti għall-kostruzzjoni, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu impenjati f'dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jimpenjaw lilhom infushom f'ebda attività li tista' tkun f'konflitt mal-indipendenza jew mal-ġudizzju u l-integrità tagħhom relatati mal-attivitajiet li għalihom huma kienu nnotifikati.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew subappaltaturi tiegħu ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tiegħu ta' valutazzjoni u/jew verifika.

5.   Il-korp innotifikat u l-istaff tiegħu għandhom iwettqu bl-akbar trasparenza fir-rigward tal-manifattur, ix-xogħol ta' parti terza fil-proċess ta' evalwazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li jkun u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-evalwazzjoni u / jew verifika tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp innotifikat għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti ta' parti terza kollha fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni assenjati lil korp bħal dan skont l-Anness VI u li għalihom ikun ġie nnotifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp innotifikat innifsu u kemm jekk f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F'kull żmien u għal kull sistema ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni u għal kull tip jew kategorija ta' prodotti għall-kostruzzjoni, il-karatteristiċi u l-kompiti li dwarhom ikun notifikat, il-korp innotifikat għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a)

persunal b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni;

(b)

deskrizzjoni ta' proċeduri li f'konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, li tiżgura t-trasparenza u l-possibbiltà tar-riproduzzjoni ta' dawn il-proċeduri. Huwa għandu jkollu fis-seħħ politika u proċeduri adatti li jiddistingwu bejn kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u kwalunkwe attività oħra;

(c)

proċeduri biex iwettaq l-attivitajiet tiegħu li jkunu jikkunsidraw id-daqs, is-settur, l-istruttura tal-impriżi, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernata u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.

Huwa għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet li għalihom jiġi nnotifikat b'mod adatt u għandu jkollu aċċess għal kull apparat u faċilità meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet li għalihom il-korp ġie nnotifikat, għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-kompiti ta' parti terza kollha fil-proċess tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ddikjarata tal-ambitu rilevanti li għalih il-korp ikun ġie nnotifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tal-ħtiġijiet tal-valutazzjonijiet u l-verifiki li jwettaq u awtorità adatta biex iwettaq operazzjonijiet bħal dawn;

(c)

għarfien adatt u intendiment tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tar-Regolment;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, ir-reġistrazzjonijiet u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet u l-verifiki jkunu saru.

8.   L-imparzjalità tal-korp innotifikat, l-ogħla livell ta' ġestjoni tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu għandha tkun iggarantita.

Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla livell tal-ġestjoni u l-persunal tal-valutazzjoni tal-korp innotifikat ma għandhiex tkun dipendenti mill-għadd ta' valutazzjonijiet li jkunu twettqu jew mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp innotifikat għandu jagħmel polza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà jekk ir-responsabbilta ma jeħodhiex l-Istat skont il-liġijiet nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni u/jew il-verifika mwettqa.

10.   Il-persunal tal-korp innotifikat għandu jkun fid-dmir li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Anness V, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet tal-korp ikun qed isiru. Drittijiet ta' proprjetà għandhom ikunu protetti.

11.   Il-korp innotifikat għandu jieħu sehem fi, jew jiżgura li l-persunal tal-valutazzjoni tiegħu jkun mgħarraf bihom, l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont dan ir-Regolament u japplika bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.

12.     Il-korpi notifikati għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom u jagħtuhom parir skont dak li huwa l-aħjar għalihom.

Artikolu 34

Preżunzjoni ta' konformità

Fejn korp tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni jista' juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet tagħhom, li r-referenzi għalihom kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li huwa jikkonforma mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawn il-ħtiġijiet.

Artikolu 35

Sussidjarji u subappalti ta' korpi nnotifikati

1.   Fejn korp innotifikat jagħti b'subappalt kompiti speċifiċi li jkollhom x'jaqsmu mal-kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subappaltatur jew is-sussidjarju jissodisfaw il-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33, u jinforma lill-awtorità tan-notifika.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabilità sħiħa tal-kompiti mwettqa mis-subappaltaturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jiġu subappaltati jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Il-korp innotifikat għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-subappaltatur jew tas-sussidjarju u dwar ix-xogħol li jkun sar mis-subappaltatur jew mis-sussidjarju skont l-Anness VI.

Artikolu 36

Testijiet ta' xhieda

1.   Fejn ikun iġġustifikat minn raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew loġistiċi, il-korpi nnotifikati jistgħu jiddeċiedu li jwettqu t-testijiet imsemmija fl-Anness VI, jew li t-testijiet jiġu mwettqa taħt is-superviżjoni tagħhom, fl-impjanti tal-manifattura bl-użu tal-apparat għat-testijiet tal-laboratorju intern tal-manifattur jew, bil-kunsens minn qabel tal-manifattur, f'laboratorju privat jew pubbliku, bl-użu tal-apparat għat-testijiet ta' dak il-laboratorju.

2.   Qabel ma jitwettqu dawk it-testijiet, il-korp innotifikat għandu jivverifika jekk l-apparat għat-testijiet għandux sistema ta' kalibrazzjoni adatta u jekk is-sistema hijiex operattiva.

Artikolu 37

Applikazzjoni għal notifika

1.   Biex ikun awtorizzat li jwettaq kompiti ta' parti terza fil-proċess ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, il-korp għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet li se jitwettqu, il-proċeduri tal-valutazzjoni u/jew verifika li għalihom il-korp jistqarr lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, mogħtija mill-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiċċertifika li l-korp jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

3.   Jekk il-korp ikkonċernat ma jkunx jista' joħroġ ċertifikat ta' akkreditazzjoni, huwa għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bix-xhieda dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u s-sorveljanza regolari tal-konformità tiegħu mal-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

Artikolu 38

Proċedura ta' notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi li jkunu ssodisfaw il-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta' notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

Eċċezzjonalment, għan-notifiki orizzontali msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, li għalihom il-mezz elettroniku adatt ma jkunx disponibbli, kopja stampata tan-notifika għandha tkun aċċettata.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-funzjonijiet li se jitwettqu, referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti u, għall-finijiet tas-sistema stabbilita fil-punt 1.4 tal-Anness VI, il-karatteristiċi essenzjali li għalihom il-korp hu kompetenti.

Madankollu, mhux meħtieġa referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti fil-każijiet li ġejjin ta' karatteristiċi essenzjali:

(a)

reazzjoni għan-nar;

(b)

reżistenza għan-nar;

(c)

prestazzjoni esterna tan-nar;

(d)

assorbiment tal-ħsejjes.

4.   Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni, l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bix-xhieda dokumentata kollha li tkun tafferma l-kompetenza tal-korp innotifikat u l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li l-korp se jkun sorveljat regolarment u li ser ikompli jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżlin fl-Artikolu 33.

5.   Il-korp ikkonċernat jista' jwettaq l-attivitajiet ta' korp innotifikat biss jekk ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien ġimagħtejn wara li tkun saret notifika fil-każ li jintuża ċertifikat ta' akkreditazzjoni u fi żmien xahrejn wara li tkun saret notifika fil-każ li akkreditazzjoni ma jintużax.

Dak il-korp biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikunu nnotifikati jekk ikun hemm tibdil sussegwenti rilevanti fin-notifika.

Artikolu 39

Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi nnotifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp innotifikat.

Hija għandha tassenja numru wieħed bħal dak anki fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti Komunitarji.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li jkunu ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew innotifikati.

Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 40

Bidliet fin-notifika

1.   Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp innotifikat ma jkunx għadu konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 33, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skont il-każ, skont kemm ikun serju n-nuqqas li jiġu ssodisfati dawk il-ħtiġijiet jew li jiġu mwettqa dawk l-obbligi. Għandu minnufih javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi rtirata, limitata jew sospiża n-notifika jew fejn il-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru interessat notifikanti għandu jieħu l-passi adatti biex jiżgura li l-fajls jew ikunu pproċessati minn korp ieħor innotifikat jew jibqgħu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika u tas-sorveljanza tas-suq responsabbli, jekk jitolbuh.

Artikolu 41

Sfida għall-kompetenza ta' korpi nnotifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b'dubju dwar il-kompetenza ta' korp innotifikat jew jekk il-korp innotifikat għadux konformi mal-ħtiġijiet u r-responsabbiltajiet li jkunu tqiegħdu fuqu.

2.   L-Istat Membru li jagħmel in-notifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, meta titlobhielu, l-informazzjoni kollha li jkollha x'taqsam mal-bażi għal notifika jew dwar jekk il-korp ikkonċernat jibqax jitqies kompetenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp innotifikat ma jissodisfax, jew li ma jkunx għadu jissodisfa, il-ħtiġijiet għan-notifika tiegħu, hija għandha tgħarraf b'dan lill-Istat Membru li jagħmel in-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluża d-denotifika, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 42

Obbligi operattivi għal korpi nnotifikati

1.   Korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-kompiti ta' parti terza b'konformità mas-sistemi tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni previsti fl-Anness VI.

2.   Il-valutazzjonijiet u l-verifiki tal-kostanza tal-prestazzjoni għandhom jitwettqu b'mod proporzjonat, biex ikunu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jikkunsidraw id-daqs, is-settur, l-istruttura tal-impriżi involuti, il-komplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti għall-kostruzzjoni u l-karattru ta' serje tal-produzzjoni.

Meta jagħmlu hekk, huma għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta' rigorożità meħtieġa għall-prodott minn dan ir-Regolament u r-rwol tal-prodott fis-sigurtà tax-xogħlijiet.

3.   Fejn, matul l-attività ta' sorveljanza li timmira lejn il-verifika tal-kostanza tal-prestazzjonijiet tal-prodott immanifatturat, korp innotifikat isib li prodott għall-kostruzzjoni ma għadx għandu l-istess prestazzjoni meta mqabbel ma' dik tat-tip tal-prodott, huwa għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adatti u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu, jekk ikun meħtieġ.

4.   Fejn miżuri korrettivi ma jitteħdux jew ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat, skont il-każ.

Artikolu 43

Obbligu ta' informazzjoni għal korpi nnotifikati

1.   Il-korpi nnotifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull ċaħda, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikati;

(b)

kull ċirkostanza li taffettwa l-ambitu tan-notifika u l-kundizzjonijiet għaliha;

(c)

kull talba għal tagħrif dwar attivitajiet ta' valutazzjoni u/jew verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqin li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(d)

jekk issir applikazzjoni, il-kompiti ta' parti terza b'konformità mas-sistemi tal-valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni mwettqa fi ħdan l-ambitu tan-notifika tagħhom u, dwar kwalunkwe attività oħra magħmula, inklużi attivitajiet trans-konfinali u subappaltar.

2.   Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn innotifikati skont dan ir-Regolament li jkunu qed iwettqu kompiti ta' parti terza simili b'konformità mas-sistemi tal-valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni u li jkunu jkopru l-istess prodotti għall-kostruzzjoni, b'tagħrif rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma' riżultati negattivi minn dawn il-valutazzjonijiet u/jew verifiki u, jekk jintalbu, dwar dawk pożittivi.

Artikolu 44

Skambju ta' esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni tal-iskambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika dwar in-notifiki.

Artikolu 45

Koordinazzjoni ta' korpi nnotifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ koordinazzjoni u kooperazzjoni adatta bejn il-korpi nnotifikati skont l-Artikolu 29 u li dawn jitħaddmu kif jixraq f'forma ta' gruppi ta' korpi nnotifikati kemm fil-livell settorjali kif ukoll f'dak trans-settorjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta' dawk il-gruppi, b'mod dirett jew permezz ta' rappreżentanti maħtura.

KAPITOLU VIII

Sorveljanza tas-suq u proċeduri ta' salvagwardja

Artikolu 46

Proċedura biex jiġu ttrattati prodotti għall-kostruzzjoni li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li prodott għall-kostruzzjoni ma jilħaqx il-prestazzjonijiet iddikjarati u/jew ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni jew għal kwistjonijiet oħrajn ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament, huma għandhom jagħmlu valutazzjoni dwar il-prodott in kwistjoni li tkun tkopri l-ħtiġijiet kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jikkoperaw bi kwalunkwe mod li jkun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Fejn, tul dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott għall-kostruzzjoni ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi adatti kollha biex il-prodott jinġieb konformi ma' dawk il-ħtiġijiet jew li jirtira l-prodott mis-suq jew jiġbru lura fi żmien perjodu raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jippreskrivu.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp innotifikat rilevanti.

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplika għall-miżuri msemmija hawn fuq.

2.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-valutazzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew li jieħu l-operatur ekonomiku.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li kwalunkwe azzjoni korrettiva tittieħed fir-rigward tal-prodotti għall-kostruzzjoni kkonċernati kollha li huwa jkun qiegħed biex jinkisbu mis-suq fil-Komunità kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti, fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1, ma jeħux azzjonijiet korrettivi adegwati, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji adatti kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-prodott għall-kostruzzjoni jkun disponibbli fis-suq nazzjonali jew biex jirtiraw il-prodott għall-kostruzzjoni minn dak is-suq jew biex jiġbruh lura.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tipprovdi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari fir-rigward tad-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tar-riskju li jkun hemm, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu kif ukoll il-fehmiet imressqa mill-operatur ekonomiku kkonċernat. B'mod partikulari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx dovut għal waħda jew oħra minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa l-ħtiġijiet relatati mas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni jew ma' kwistjonijiet oħrajn ta' protezzjoni tal-interess pubbliku stabbiliti minn dan ir-Regolament;

(b)

nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati jew fl-STD.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali dwar in-nuqqas ta' konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali nnotifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien ħmistax il-jum tax-xogħol minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' xi miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru fir-rigward tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat, il-miżura għandha titqies bħala waħda ġġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adatti fir-rigward tal-prodott tal-kostruzzjoni kkonċernat, bħal m'hu l-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Artikolu 47

Proċedura ta' salvagwardja Komunitarja

1.   Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta' Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kuntrarja għal-leġiżlazzjoni Komunitarja l-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tgħaddi għall-valutazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni u tgħid jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prodott għall-kostruzzjoni li mhux konformi jkun irtirat mis-swieq tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni jkun attribwit għal difetti fl-istandards armonizzati kif imsemmi fl-Artikolu 46(5)(b), il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp (korpi) ta' standardizzazzjoni Ewropew (Ewropej) rilevanti u għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Il-Kumitat għandu jikkonsulta mal-korp ta' standardizzazzjoni Ewropew rilevanti u jressaq l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni jkun attribwit għal difetti fl-EAD jew fl-STD kif imsemmi fl-Artikolu 46(5)(b), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri adatti.

Artikolu 48

Prodotti għall-kostruzzjoni konformi li xorta waħda jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun għamel valutazzjoni skont l-Artikolu 46(1), isib li, għalkemm prodott għall-kostruzzjoni jkun konformi ma' dan ir-Regolament, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni jew għal kwistjonijiet oħrajn ta' protezzjoni tal-interess pubbliku, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri kollha adatti biex jiżgura li l-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat, meta jikkummerċjalizzah, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew li jirtira l-prodott għall-kostruzzjoni mis-suq jew jiġbru lura fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jippreskrivi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li kwalunkwe azzjoni korrettiva tittieħed fir-rigward tal-prodotti għall-kostruzzjoni kkonċernati kollha li huwa jkun qiegħed biex jinkisbu mis-suq fil-Komunità kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. L-informazzjoni għandha tipprovdi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari fir-rigward tad-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta' provvista tal-prodott, in-natura tar-riskju li jkun hemm, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tgħaddi għall-valutazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, fejn tgħid jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adatti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

Artikolu 49

Nuqqas ta' konformità formali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, fejn Stat Membru jkun sab wieħed minn dan li ġej, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 7 jew l-Artikolu 8;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet, meta tkun meħtieġa skont l-Artikolu 7(1);

(c)

id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni ma tkunx tfasslet, meta tkun meħtieġa skont l-Artikolu 4;

(d)

id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni ma tkunx tfasslet b'konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta.

2.   Meta n-nuqqas tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1 ikompli, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha adatti biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott għall-kostruzzjoni jkun disponibbli fis-suq jew jiżgura li jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 50

Emenda fl-Annessi

1.   Il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi I sa VI.

2.   Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

Artikolu 51

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, imsejjaħ il-Kumitat Permanenti għall-Kostruzzjoni.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 1 ikunu indipendenti mill-partijiet involuti fl-evalwazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni.

Artikolu 52

Revoka

1.   Id-Direttiva 89/106/KEE hija revokata.

2.   Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 53

Dispożizzjonijiet transitorji

1.   Il-prodotti għall-kostruzzjoni kkummerċjalizzati b'konformità mad-Direttiva 89/106/KEE qabel l-1 ta' Lulju 2011 għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

2.   Il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni fuq il-bażi ta' ċertifikat ta' konformità jew dikjarazzjoni ta' konformità, li jkun ħareġ/ħarġet qabel l-1 ta' Lulju 2011 b'konformità mad-Direttiva 89/106/KEE.

3.   Linji gwida għal approvazzjoni teknika Ewropea ppubblikati qabel l-1 ta' Lulju 2011skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/106/KEE u interpretazzjonijiet konġunti tal-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-prodotti ta' kostruzzjoni adottati mill-EOTA qabel l-1 ta' Lulju 2011, fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 89/106/KEE, jistgħu jintużaw bħala EAD. Meta l-Kummissjoni tqis li ntlaħaq livell suffiċjenti ta' għarfien tekniku u xjentifiku rigward il-linji gwida Ewropej dwar l-approvazzjoni teknika, għandha tagħti mandat lill-korpi Ewropej għall-istandardazzjoni sabiex iħejju standard armonizzat imsejjes fuq dawk il-linji gwida, skont l-Artikolu 20(4).

4.   Il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jużaw approvazzjonijiet tekniċi Ewropej maħruġin skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/106/KEE qabel l-1 ta' Lulju 2011 bħala Dokumenti ta' Valutazzjonijiet Ewropej matul il-perjodu kollu ta' validità ta' dawk l-approvazzjonijiet.

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

║L-Artikoli 3 sa 21, 26, 27 ║ 28, l-Artikoli 46 sa 50, 52 u 53 u l-Annessi I, II, III u VI għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tal-25 ta' Frar 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU).

(2)  ĠU C

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009.

(4)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. ║

(5)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)   ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7. .

(8)   ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(9)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. . ║

(11)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(12)   5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS I

Ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet

B’mod ġenerali u fil-partijiet distinti tagħhom, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għandhom ikunu tajbin għall-użu intenzjonat tagħhom, billi jitqiesu s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni involuti fil-proċess kollu tax-xogħlijiet.

Soġġett għal manutenzjoni normali, il-ħtiġijiet bażiċi għax-xogħlijiet għandhom ikunu sodisfatti għal tul ta’ ħajja ekonomikament raġonevoli.

1.   REŻISTENZA MEKKANIKA U STABBILTÀ

Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li l-piżijiet li x’aktarx jaġixxu fuqhom matul il-kostruzzjoni u l-użu tagħhom ma jwasslu għall-ebda każ minn dawn li ġejjin:

(a)

tiġrif tax-xogħol sħiħ jew parti minnu;

(b)

ammont inammissibbli ta’ deformazzjonijiet kbar;

(c)

ħsara lil partijiet oħra tax-xogħlijiet jew lit-tagħmir jew lill-apparat installat bħala riżultat ta’ deformazzjoni kbira tal-kostruzzjoni li ġġorr il-piż;

(d)

ħsara minn avveniment ta’ daqs sproporzjonat mal-kawża oriġinali.

2.   SIGURTÀ F’KAŻ TA’ NAR

Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li f’każ ta’ nar:

(a)

wieħed ikun jista’ jassumi l-kapaċità ta’ kemm il-kostruzzjoni tista’ ġġorr piż għal perjodu speċifiku ta’ żmien,

(b)

il-ġenerazzjoni u t-tifrix tan-nar u d-duħħan fix-xogħlijiet ikunu limitati,

(c)

it-tifrix tan-nar lejn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-qrib tkun limitata,

(d)

tittieħed konsiderazzjoni tas-sigurtà tal-iskwadri tas-salvataġġ.

3.   IĠJENE, SAĦĦA U L-AMBJENT

Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li ma jkunux ta’ theddida la għall-iġjene u lanqas għas-saħħa u s-sikurezza tal- ħaddiema , l- okkupanti u l-ġirien, tul iċ-ċiklu ta’ ħajjithom , lanqas ma jeżerċitaw impatt għoli żżejjed tul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħhom fuq il-kwalità tal-ambjent jew lill-klima, matul il-kostruzzjoni, l-użu u t-twaqqigħ tagħhom, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-emissjoni ta’ gass tossiku;

(b)

l-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi, komposti organiċi volatili (VOC), gassijiet serra jew partiċelli perikolużi fl-arja ta’ ġewwa jew ta’ barra;

(c)

l-emissjoni ta’ radjazzjoni perikoluża;

(d)

ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-ilma tax-xorb, l-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma baħar jew il-ħamrija;

(e)

ħsara fl-iskariku tal-ilma tal-iskart, l-emissjoni ta’ gassijiet tal-kombustjoni jew ħsara fir-rimi ta’ skart solidu jew likwidu;

(f)

il-preżenza ta’ umdità f’partijiet mix-xogħlijiet jew fuq l-uċuħ fix-xogħlijiet.

4.   SIGURTÀ FL-UŻU

Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li ma jippreżentawx riskji mhux aċċettabbli ta’ inċidenti fis-servizz jew fl-operazzjoni bħal żliq, twaqqigħ, ħbit, ħruq, xokk elettriku, u korriment minn xi splużjoni.

5.   PROTEZZJONI KONTRA L-ĦSEJJES

Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li l-ħoss li jinstema mill-okkupanti jew in-nies fil-qrib jinżamm baxx f’livell li ma jippreżentax theddida għas-saħħa tagħhom u jħallihom jorqdu, jistrieħu u jaħdmu f’kundizzjonijiet sodisfaċenti.

6.   EKONOMIJA TAL-ENERĠIJA U ŻAMMA TAS-SĦANA

Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-installazzjonijiet tat-tisħin, tat-tkessiħ tad-dawl u tal-ventilazzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b’mod li l-ammont tal-enerġija meħtieġa fl-użu jkun baxx, meta wieħed jieħu kont tal-kundizzjonijiet klimatiċi tal-lokalità u l-okkupanti. Il-prodotti għall-kostruzzjoni għandhom ukoll ikunu effiċjenti f’termini ta’ enerġija; għandhom jużaw l-anqas enerġija possibbli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

7.   UŻU SOSTENIBBLI TA’ RIŻORSI NATURALI

Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati, mibnija u mwaqqa’ b’tali mod li l-użu ta’ riżorsi naturali jkun sostenibbli u jiżgura, mill-inqas , dan li ġej:

(a)

ir-riċiklabbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, il-materjali u l-biċċiet tagħhom wara t-twaqqigħ;

(b)

id-durabbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni;

(c)

l-użu ta’ materjali primi u sekondarji kompatibbli mal-ambjent fix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS II

Proċedura għall-adozzjoni ta' Dokument ta' Evalwazzjoni Ewropew u għall-ħruġ ta' Evalwazzjoni Teknika Ewropea għall-kostruzzjoni li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti għal kollox minn standard armonizzat

1.

Il-Korp għal Evalwazzjoni Teknika (TAB) għandu jwettaq valutazzjoni u joħroġ l-Evalwazzjoni Teknika Ewropea (ETA) fil-qasam tal-prodott li huwa nħatar għalih.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness dwar il-manifatturi japplikaw ukoll għall-importaturi.

2.

L-elaborazzjoni u l-a'dozzjoni ta' Dokument ta' Evalwazzjoni Ewropea għandhom jitwettqu b'konformità mal-punti 2.1 sa 2.11.

2.1.

Bi ftehim mal-Korpi ta' Evalwazzjoni Teknika tas-suq destinatarju magħżul, il-Korp ta' Evalwazzjoni Teknika għandu jwettaq l-evalwazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni kuntratt u tal-abbozz ta' programm ta' ħidma, għandu joħroġ l-Evalwazzjoni Teknika Ewropea rilevanti u għandu jgħaddiha lill-Kummissjoni u lit-TABs l-oħra maħtura għall-istess oqsma ta' prodotti skont l-Anness IV, Tabella 1.

2.2.

It-TAB li jirċievi applikazzjoni għal ETA (minn issa 'l quddiem “TAB responsabbli”) għal prodott għall-kostruzzjoni għandu jgħarraf lill-organizzazzjoni tat-TAB imsemmija fl-Artikolu 25(1) u lill-Kummissjoni dwar il-kontenut tal-applikazzjoni u dwar ir-referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għal valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni, li t-TAB bi ħsiebu japplika għal dan il-prodott, jew dwar in-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni bħal din.

2.3.

Bi ftehim mat-TABs l-oħra, it-TAB relevanti għandhom iwettqu l-valutazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni kuntratt u l-programm tal-abbozz ta’ ħidma, dawn għandhom joħorġu l- ETA relevanti u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni u lit-TABs l-oħra maħtura għall-istess oqsma ta’ prodotti skont Tabella 1 ta’ Anness V.

2.4.

It-TAB responsabbli għandu, f'kooperazzjoni mal-manifattur, jikseb l-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu. It-TAB responsabbli għandu jgħarraf lill-manifattur jekk il-prodott huwiex kopert, b'mod sħiħ jew parzjali, minn speċifikazzjoni teknika armonizzata oħra. Imbagħad, it-TAB responsabbli għandu jfassal l-ewwel kuntratt li għandu jiġi konkluż mal-manifattur, li jiddefinixxi t-termini għall-elaborazzjoni tal-programm tax-xogħlijiet.

2.5.

Fi żmien xahar mill-konklużjoni tal-ewwel kuntratt, il-manifattur għandu jippreżenta lit-TAB responsabbli, fajl tekniku li jiddeskrivi l-prodott, l-użu intenzjonat tiegħu u dettalji dwar il-kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika li applika.

2.6.

Fi żmien xahar mill-wasla tal-fajl tekniku, it-TAB responsabbli għandu jħejji u jibgħat lill-manifattur l-abbozz tat-tieni kuntratt u l-abbozz tal-programm tax-xogħol, li fihom l-aspetti u l-azzjonijiet dettaljati kollha li se jwettaq biex jivvaluta l-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott f'relazzjoni mal-użu intenzjonat. L-abbozz tal-programm ta' ħidma għandu jinkludi tal-inqas il-partijiet li ġejjin:

(a)

l-1 parti: il-programm ta' valutazzjoni li jindika l-metodi tal-ittestjar, il-metodi ta' kalkolu, il-metodi deskrittivi, il-parametri u l-mezzi l-oħrajn kollha, inklużi l-kriterji ta' valutazzjoni meqjusa adatti għall-identifikazzjoni tal-prodott, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-użu intenzjonat, u l-aspetti tad-durabbiltà għall-karatteristiċi essenzjali rilevanti;

(b)

it-2 parti: l-attivitajiet relatati mal-ispezzjoni inizjali tal-impjant li fih ġie manifatturat il-prodott kopert mill-applikazzjoni;

(c)

it-3 parti: il-postijiet fejn se jitwettqu t-testijiet;

(d)

ir-4 parti: żmien u spejjeż previsti.

2.7.

Wara l-konklużjoni tat-tieni kuntratt, li jinkludi l-programm tax-xogħol miftiehem bejn it-TAB responsabbli u l-manifattur, it-TAB responsabbli għandu jibgħat l-1 Parti tal-programm tax-xogħol, flimkien mal-parti tal-fajl tekniku relatata mad-deskrizzjoni tal-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu, lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika l-oħrajn kollha maħtura għall-istess qasam tal-prodotti għall-kostruzzjoni, imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness IV. Dawk il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jikkostitwixxu grupp ta' ħidma, li għandu jkun ikkoordinat mit-TAB responsabbli.

Il-manifattur jista' jitlob li l-grupp ta' ħidma msemmi jkollu seduta ta' smigħ ma' espert xjentifiku indipendenti magħżul minnu sabiex isaħħaħ l-informazzjoni mogħtija lit-TABs. Il-grupp ta' ħidma huwa marbut li jagħmel din is-seduta ta' smigħ.

Fi żmien ġimagħtejn mill-wasla ta' dawk id-dokumenti għand il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika kollha interessati mingħand it-TAB responsabbli, il-grupp ta' ħidma għandu jistabbilixxi l-abbozz tal-EAD, li jkun fih il-metodi u l-kriterji tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali rilevanti, ibbażati fuq l-1 Parti tal-programm tax-xogħol u fuq il-kontributi tekniċi pertinenti u ġġustifikati pprovduti mill-membri tiegħu.

2.8.

Imbagħad, l-abbozz tal-EAD għandu jkun ikkomunikat mit-TAB responsabbli, flimkien mal-parti rilevanti tal-fajl tekniku li fih id-deskrizzjoni tal-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu, lill-Korpi għal Valutazzjoni Teknika l-oħrajn kollha.

Fi żmien ġimagħtejn, dawn il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika l-oħrajn għandhom jikkomunikaw lit-TAB responsabbli, l-informazzjoni rilevanti relatata mar-regolamenti nazzjonali tagħhom dwar il-kostruzzjoni u dispożizzjonijiet legali jew amministrattivi oħrajn li japplikaw għall-prodott u l-użu intenzjonat tiegħu, skont il-każ. It-TAB responsabbli għandu jgħarraf lill-membri tal-grupp ta' ħidma u lill-manifattur dwar il-kontenut ta' dawn il-kontributi.

2.9.

It-TAB responsabbli għandu jinkludi dawn il-kontributi, wara li jikkonsulta lill-grupp ta' ħidma, fl-abbozz tal-EAD, li hu għandu jibgħat lill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Evalwazzjoni Teknika msemmijin fl-Artikolu 25(1). Wara li tkun ikkomunikat l-aħħar abbozz tal-EAD lill-manifattur, li għandu jkollu ġimgħa biex jirreaġixxi, u wara li tiġi kkonsultata mill-inqas organizzazzjoni professjonali waħda maħtura mill-manifattur jekk hekk ikun jixtieq, l-organizzazzjoni tal-Korpi għal Evalwazzjoni Teknika għandha tadotta l-EAD bħala dokument proviżorju. L-organizzazzjoni tal-Korpi għal Evalwazzjoni Teknika għandha tibgħat kopja tal-EAD proviżorju adottat lill-manifattur u lill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni tikkomunika lill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Evalwazzjoni alutazzjoni Teknika, l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-EAD proviżorju fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol mill-wasla tiegħu, huwa għandu jiġi emendat kif meħtieġ mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Evalwazzjoni Teknika. Wara dan il-perjodu, it-TAB responsabbli għandu jibda t-tħejjijiet għat-twettiq tal-evalwazzjoni.

2.10.

It-TAB responsabbli għandu jwettaq il-valutazzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-EAD proviżorju adottat u sussegwentement għandu joħroġ id-dokument tal-ETA korrispondenti.

2.11.

Hekk kif tkun inħarġet l-ewwel ETA fuq il-bażi ta' EAD proviżorju partikolari mit-TAB responsabbli, dan l-EAD għandu jiġi aġġustat, jekk hu meħtieġ, mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika fuq il-bażi ta' proposta mit-TAB responsabbli. L-EAD finali għandu mbagħad jiġi adottat mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika u mibgħut lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenza għall-EAD finali fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.

Meta r-referenza għall-EAD finali tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, it-tħejjijiet għall-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej fuq il-bażi ta' kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, dwar prodotti għall-kostruzzjoni b'karatteristiċi essenzjali simili fir-rigward tal-użu intenzjonat relatat mal-ewwel applikazzjoni, għandhom jitwettqu b'konformità mal-EAD finali.

4.

Rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jattendi l-laqgħat kollha tal-grupp ta' ħidma msemmi fil-punt 2.7, bħala osservatur.

5.

Jekk il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika kollha u l-manifattur ma jkunux qablu dwar l-EAD, l-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandha tippreżenta l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal riżoluzzjoni adatta.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS III

1.

Nru … (kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-prodott)

2.

Isem jew marka ta' identifikazzjoni u indirizz ta' (rappreżentant awtorizzat tal-) manifattur:

3.

Din id-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni hi maħruġa taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur biss:

4.

Identifikazzjoni tal-prodott (li tippermetti t-traċċabbiltà) u indikazzjoni tal-użu ġeneriku previst:

5.

Il-prestazzjoni tal-prodott identifikat hawn fuq hi konformi mal-prestazzjonijiet iddikjarati taħt il-punt 7.

6.

Il- … (isem, numru tal-korp innotifikat, jekk rilevanti)

wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent)

skont is-sistema … (Nru) għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal- prestazzjoni

u ħareġ … (iċ-ċertifikat ta' konformità tal-prodott, iċ-ċertifikat ta' konformità tal-kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika, ir-rapporti tat-testijiet - jekk rilevanti):

7.

Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni (lista, livelli jew klassijiet u referenza għall-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata/Dokumentazzjoni Teknika Speċifika korrispondenti użata għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali ddikjarati)

Isem tal-karatteristika essenzjali ddikjarata

Livell jew klassi ta' prestazzjoni għall-karatteristika essenzjali ddikjarata

Referenza tal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata / Dokumentazzjoni Teknika Speċifika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iffirmat għal u f'isem: …

(post u data tal-ħruġ)

(isem, funzjoni)(firma)

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS IV

Sustanzi perikolużi li jridu jiġu ddikjarati fid-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni

1.     Sustanzi perikolużi ħafna

(a)

sustanzi fuq il-lista ta’ kandidati tar-REACH (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiki (REACH), li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar il-Kimiki (1);

(b)

sustanzi li huma persistenti, bijokumulativi jew tossiċi (PBT) skont ir-REACH (Regolament (KE) Nru 1907/2006);

(c)

sustanzi li huma persistenti, bijokumulativi jew tossiċi (vPvB) skont ir-REACH (Regolament (KE) Nru 1907/2006);

(d)

sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1 jew 2 skont id-Direttiva 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-ikklassifikar, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi (2).

2.     Sustanzi li għandhom ċerti klassifikazzjonijiet

Sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-klassifikazzjoni stipulati fid-Direttiva 67/548/KEE għall-kategoriji li ġejjin:

(a)

karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 3;

(b)

sustanzi b’tossiċità kronika (R48);

(c)

sustanzi perikolużi għall-ambjent bil-possibilità ta’ effetti għal żmien fit-tul (R50-53);

(d)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (R59);

(e)

sustanzi li jistgħu joħolqu sensibilità man-nifs (R42);

(f)

sustanzi lu jistgħu joħolqu sensibilita’ bil-kuntatt mal-ġilda (R43).

3.     Sustanzi Perikolużi ta’ Prijorità

Sustanzi perikolużi ta’ prijorità elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (3) (Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma)


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)   ĠU 196, 16.8.1967, p.1.

(3)   ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2010
ANNESS V

Oqsma tal-prodott u ħtiġijiet għall-Korpi ta' Valutazzjoni Teknika

Tabella 1 -   Oqsma tal-prodott

Kodiċi tal-Qasam

Il-Qasam tal-Prodott

Familji ta' prodotti għall-kostruzzjoni

A

INĠINERIJA ĊIVILI

Ġeotessili u prodotti relatati - Tagħmir taċ-ċirkolazzjoni - Pavimentar u wċuħ tat-toroq - Żrar - Prodotti għall-kostruzzjoni tat-toroq - Pajpijiet, tankijiet u anċillari li mhumiex f'kuntatt ma' ilma intenzjonat għall-konsum mill-bniedem - Qigħan tal-art inklużi pjani terrani sospiżi, toroq u żoni traffikati oħrajn - Konkrit tal-asfalt ta' saff irqiq ħafna - Prodotti tal-inġinerija tal-ilma tal-iskart - Kittijiet għall-protezzjoni minn ġebel li jaqa' - Kittijiet ta' applikazzjoni likwida għall-protezzjoni mill-ilma għall-wiċċ ta' pont - Ġonot ta' espansjoni għal pontijiet ta' toroq

B

UNITAJIET TA' KOSTRUZZJONI TOTALI/PARZJALI PREFABBRIKATI

Kittijiet għall-kostruzzjoni prefabbrikati b'qafas tal-injam u taz-zkuk - Kittijiet għall-kostruzzjoni ta' ħażniet tal-friża u tal-bini li jkunu fih - Unitajiet ta' kostruzzjoni prefabbrikati - Kittijiet għall-kostruzzjoni ta' qafas tal-konkos - Kittijiet għall-kostruzzjoni ta' qafas tal-metall

C

MATERJALI U KOMPONENTI LI JĠORRU L-PIŻ

Prodotti tal-injam strutturali u anċillari - Siment, ġir tal-bini u materjali li jgħaqqdu oħrajn - Ħadid għar-rinfurzar u l-prestressing tal-konkos - Prodotti metalliċi strutturali u anċillari - Prodotti relatati mal-konkos, it-tikħil u l-mili tal-fili u l-grout - Kuxxinetti strutturali - Prodotti tal-konkos prefabbrikati - Kittijiet tat-turġien prefabbrikati - Travi u kolonni kompożiti ħfief tal-injam - Kittijiet tal-post tensioning għall-prestressing tal-istrutturi - Boltijiet għall-ankoraġġ

D

TISQIF U ESTERN TAL-BINI

Kittijiet ta' ħitan minn barra (curtain-walling) - Kisi tal-bjut, tamboċċi, twieqi tal-bjut u prodotti anċillari - Ħġieġ ċatt, ħġieġ profilat u prodotti tal-blokok tal-ħġieġ - Bibien u twieqi esterni u interni, ftuħ fis-soqfa u tamboċċi - Kittijiet ta' applikazzjoni likwida għas-siġillar tal-bjut mill-ilma - Kittijiet għall-kisi tal-ħitan minn barra - Sistemi ta' glejżjar siġillant strutturali - Kittijiet ta' membrani flessibbli għas-siġillar tal-bjut mill-ilma li jintrabtu mekkanikament - Kittijiet ta' soqfa trasluċenti li jżommu waħedhom - Pannelli tal-wiċċ prefabbrikati stressjati li jġorru l-piż ibbażati fuq l-injam u pannelli ħfief kompożiti li jżommu waħedhom

E

KOMPONENTI/KITTIJIET TAL-KOSTRUZZJONI INTERNI/ESTERNI

Apparat tas-sanità - Pannelli tal-injam - Xogħlijiet tal-ġebel u prodotti relatati - Materjali tal-uċuħ tal-ħitan interni u esterni u tas-soqfa - Prodotti tal-ġibs - Kittijiet għall-partizzjonijiet interni - Kittijiet tal-kisi tal-art u l-ħitan li ma jgħaddix ilma minnu - Kittijiet ta' armar permanenti li ma jerfax piż fuq il-bażi ta' blokok vojti jew pannelli ta' materjali iżolanti u/jew tal-konkos

F

TISĦIN/VENTILAZZJONI/IŻOLAMENT

Ċmieni, tubi ta' ġo fihom u prodotti speċifiċi - Apparat għat-tisħin tal-ispazji - Prodotti iżolanti termali - Kittijiet kompożiti ta' iżolament termali estern - Kittijiet għall-iżolament tas-soqfa invertit - Pannelli ta' iżolament minn barra (vetures)

G

TWAĦĦIL SIĠILLANTI/ADEŻIVI

Adeżivi għall-kostruzzjoni - Pinnijiet għal ġonot strutturali / Konnetturi - Pjanċi għat-twaħħil tridimensjonali - Boltijiet ta' ankoraġġ / Viti - Pjanċi tal-ħitan tal-istainless steel. - Cavity trays - Qafliet għall-kisi tal-ħitan ta' barra u s-soqfa ċatti jew immejla - Konnettur għal sandwich elements tal-konkos - Siġilli għall-gass u l-ilma għall-pajpijiet li jippenetraw fil-ħitan u fl-art - Kittijiet, profili u strippi siġillanti - Komposti siġillanti tal-ġonot - Fissanti mdendlin tal-lastiku - Vireg tat-tensjoni - Point fastener - Repellenti tal-wiċċ u trattamenti ta' kisi - Qafliet tal-invellar għal soqfa, ħitan u applikazzjonijiet interni - Prodotti / trattamenti għal ilqugħ mill-umdità

H

PROTEZZJONI MIN-NAR U PRODOTTI RELATATI

Prodotti ta' twissija tan-nar, rilevament tan-nar, tifi tan-nar fiss, kontroll tan-nar u d-dħaħen u trażżin ta' splużjonijiet - Prodotti li jitfu, jissiġillaw u jipproteġu min-nar.

I

INSTALLAZZJONI ELETTRIKA

Kull prodott għall-kostruzzjoni relatat mal-installazzjoni elettrika.

J

INSTALLAZZJONI TAL-GASS

Kull prodott għall-kostruzzjoni relatat mal-installazzjoni tal-gass.

K

PROVVISTA TAL-ILMA U DRANAĠĠ

- Kitt li jikkonsisti f'serpentina b'għeluq mekkaniku parzjali, immontat f'kanal bla serpentina - Kitt għall-għata ta' manhole li jikkonsisti f'Għatu u ċrieki addizzjonali magħmula mill-plastik għal finijiet differenti - Tagħmir ta' pajpijiet għall-ilma kiesaħ u sħun, inklużi dawk intenzjonati għall-konsum mill-bniedem - Sistemi ta' pajpijiet għad-dranaġġ bi pressjoni jew mingħajra - Konnettur flessibbli għall-pajpijiet tad-drenaġġ tal-gravità jew tal-pressjoni - Faċilità sanitarja kompożita


Tabella 2 -   Ħtiġijiet għall-korpi tal-valutazzjoni teknika

Kompetenza

Deskrizzjoni tal-kompetenza

Ħtieġa

1.

Analiżi tar-riskji

L-identifikazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji potenzjali għall-użu ta' prodotti għall-kostruzzjoni innovattivi fin-nuqqas ta' informazzjoni teknika stabbilita/konsolidata fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom meta dawn ikunu installati f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni.

TAB għandu jkun indipendenti mill-partijiet interessati u minn kull interess partikolari.

Barra minn hekk, TAB għandu jkollu persunal bi:

(a)

oġġettività u ġudizzju tekniku tajjeb;

(b)

għarfien dettaljat tad-dispożizzjonijiet regolatorji u ħtiġijiet oħrajn fis-seħħ fl-Istati Membri, dwar oqsma tal-prodott li għalihom hu se jkun maħtur;

(c)

intendiment ġenerali tal-prattika tal-kostruzzjoni u għarfien tekniku dettaljat dwar oqsma tal-prodott li għalihom hu se jkun maħtur;

(d)

għarfien dettaljat tar-riskji speċifiċi involuti u l-aspetti tekniċi tal-proċess tal-kostruzzjoni;

(e)

għarfien dettaljat tal-istandards armonizzati eżistenti u metodi tal-ittestjar fl-oqsma tal-prodott li għalihom hu se jkun maħtur;

(f)

ħiliet lingwistiċi adatti.

2.

Stabbiliment ta' kriterji tekniċi

It-trasformazzjoni tal-eżitu tal-analiżi tar-riskju fi kriterji tekniċi għall-evalwazzjoni tal-imġiba u l-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni fir-rigward tal-ilħuq ta' ħtiġijiet nazzjonali applikabbli;

l-informazzjoni teknika meħtieġa minn dawk li qed jieħdu sehem fil-proċess tal-kostruzzjoni bħala utenti potenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni (il-manifatturi, id-disinjaturi, il-kuntratturi, l-installaturi).

3.

Stabbiliment ta' metodi ta' valutazzjoni

Id-disinn u l-validazzjoni ta' metodi adatti (testijiet jew kalkoli) biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, b'kont meħud tal-istat attwali tat-teknoloġija.

 

4.

Determinazzjoni tal-kontroll speċifiku tal-produzzjoni fil-fabbrika

L-intendiment u l-evalwazzjoni tal-proċess ta' manifattura tal-prodott speċifiku sabiex jiġu identifikati miżuri adatti li jiżguraw il-kostanza tal-prodott tul il-proċess ta' manifattura partikolari.

TAB għandu jkollu persunal b'għarfien adatt tar-relazzjoni bejn il-proċessi ta' manifattura u l-karatteristiċi tal-prodott fir-rigward tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika.

5.

Valutazzjoni tal-prodott

Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni fuq il-bażi ta' metodi armonizzati mqabblin ma' kriterji armonizzati.

Minbarra l-ħtiġijiet elenkati fil-punti 1, 2 u 3, TAB għandu jkollu aċċess għall-mezzi u l-apparat meħtiġin għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni għal karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni fl-oqsma tal-prodott li huwa se jinħatar għalihom.

6.

Ġestjoni ġenerali

Tiġi żgurata konsistenza, affidabbiltà, oġġettività u traċċabbiltà permezz tal-applikazzjoni kostanti ta' metodi ta' ġestjoni adatti.

TAB għandu jkollu:

(a)

rekord ippruvat ta' rispett għal imġiba amministrattiva tajba;

(b)

linja ta' politika u l-proċeduri ta' sostenn biex tiġi żgurata il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva fit-TAB u l-imsieħba kollha tiegħu;

(c)

sistema ta' kontroll ta' dokumenti biex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni, it-traċċabbiltà, il-manutenzjoni u l-arkivjar tad-dokumenti rilevanti kollha;

(d)

mekkaniżmu għal verifika interna u reviżjoni tal-ġestjoni biex jiġi żgurat il-monitoraġġ regolari tal-konformità ma' metodi ta' ġestjoni adatti;

(e)

proċedura biex l-appelli u l-ilmenti jiġu ttrattati b'mod oġġettiv.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS VI

Valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni

1.   SISTEMI TA' VALUTAZZJONI U VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

1.1.

Sistema 1+ - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a)

il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika (FPC);

(ii)

ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika b'konformità mal-pjan tal-ittestjar preskritt;

(b)

il-korp innotifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità tal-prodott fuq il-bażi ta':

(i)

id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunament), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii)

l-ispezzjoni inizjali tal-impjant ta' manifattura u tal-FPC;

(iii)

is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwa tal-FPC;

(iv)

l-ittestjar ta' verifika ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika.

1.2.

Sistema 1 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a)

il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(ii)

ittestjar ulterjuri ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika mill-manifattur b'konformità mal-pjan tal-ittestjar preskritt;

(b)

il-korp innotifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità tal-prodott fuq il-bażi ta':

(i)

id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunament), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii)

l-ispezzjoni inizjali tal-impjant ta' manifattura u tal-FPC;

(iii)

is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwa tal-FPC.

1.3.

Sistema 2+ - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a)

il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (inkluż il-kampjunament), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii)

il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(iii)

l-ittestjar ta' kampjuni meħudin fil-fabbrika b'konformità mal-pjan tal-ittestjar preskritt;

(b)

il-korp innotifikat għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità tal-FPC fuq il-bażi ta':

(i)

l-ispezzjoni inizjali tal-impjant ta' manifattura u tal-FPC;

(ii)

is-sorveljanza, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni kontinwa tal-FPC.

1.4.

Sistema 3 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a)

il-manifattur għandu jwettaq kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(b)

il-korp innotifikat għandu jwettaq id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip (ibbażat fuq kampjunament imwettaq mill-manifattur), kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott.

1.5.

Sistema 4 - Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għall-karatteristiċi essenzjali tal-prodott mill-manifattur fuq il-bażi tal-punti li ġejjin:

(a)

il-manifattur għandu jwettaq:

(i)

id-determinazzjoni tat-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip, kalkolu tat-tip, valuri tabulati jew dokumentazzjoni deskrittiva tal-prodott;

(ii)

il-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika;

(b)

m'hemm l-ebda kompitu għall-korp innotifikat.

2.   KORPI INVOLUTI FIL-VALUTAZZJONI U L-VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Fir-rigward tal-funzjoni tal-korpi nnotifikati involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodott għall-kostruzzjoni, għandha ssir distinzjoni bejn:

(1)

korp għaċ-ċertifikazzjoni: korp innotifikat, governattiv jew mhux governattiv, li għandu l-kompetenza u r-responsabbiltà meħtieġa biex iwettaq ċertifikazzjoni b'konformità ma' regoli partikolari ta' proċedura u ġestjoni;

(2)

korp għall-ispezzjoni: korp innotifikat li għandu l-organizzazzjoni, il-persunal, il-kompetenza u l-integrità biex iwettaq il-funzjonijiet li ġejjin b'konformità ma' kriterji speċifiċi: jivvaluta, jirrakkomanda għall-aċċettazzjoni u għall-verifika sussegwenti ta' operazzjonijiet ta' kontroll fuq il-kwalità tal-manifatturi, u jagħżel u jevalwa l-prodotti għall-kostruzzjoni fl-impjant b'konformità ma' kriterji speċifiċi;

(3)

laboratorju għall-ittestjar: laboratorju nnotifikat li jkejjel, jeżamina, jittestja, jikkalibra jew b'xi mod ieħor jiddetermina l-karatteristiċi jew il-prestazzjoni ta' materjali jew prodotti għall-kostruzzjoni.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/483


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Ħlasijiet transkonfinali fil-Komunità ***I

P6_TA(2009)0321

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pagamenti transkonfinali fil-Komunità (COM(2008)0640 – C6-0352/2008 – 2008/0194(COD))

2010/C 184 E/81

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0640),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0352/2008),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta' Marzu 2009, li japprova l-proposta kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE,

having regard to Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0053/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
P6_TC1-COD(2008)0194

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 924/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/484


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
In-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ***I

P6_TA(2009)0322

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (COM(2008)0627 – C6-0350/2008 – 2008/0190(COD))

2010/C 184 E/82

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0627),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0350/2008),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta' Marzu 2009, li japprova l-proposta kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0056/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0190

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/110/KE.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/485


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I

P6_TA(2009)0323

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (COM(2008)0345 – C6-0220/2008 – 2008/0110(COD))

2010/C 184 E/83

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0345),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0220/2008),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-1 ta' April 2009 biex jadotta l-proposta kif emendata, skond l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE;

wara li kkunsidra l-ambitu tas-setgħat ikkonferiti fuq il-Kummissjoni mir-Regolament futur [li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem] (“Ir-Regolament futur”),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0087/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji l-abbozz ta' miżura tagħha għall-implimentazzjoni tar-Regolament futur bil-kompetenzi tekniċi meħtieġa li kienu preżenti b'mod ċar fid-diskussjonijiet u qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament, biex is-suġġerimenti aktar speċifiċi tal-Parlament biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet tekniċi jistgħu jitqiesu f'dan l-abbozz ta' miżura;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta dan l-abbozz ta' miżura lill-Parlament għal skambju ta' opinjonijiet, qabel tibda l-proċedura regolatorja bi skrutinju, sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-Parlament;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0110

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1069/2009.)


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/486


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri *

P6_TA(2009)0324

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (COM(2009)0169 – C6-0134/2009 – 2009/0053(CNS))

2010/C 184 E/84

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0169),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0134/2009),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri (1) u l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità dwar għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 (3) dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-istess jum dwar it-twaqqif ta' faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (4),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 134 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0268/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 332/2002

Artikolu 3a

Il-Kummissjoni u l-Istati Membru kkonċernat għandhom jiftiehmu dwar memorandum ta' spjegazzjoni li jelenka fid-dettall il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jiftiehmu dwar memorandum ta' spjegazzjoni li jelenka fid-dettall il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-memorandum ta' spjegazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 332/2002

Artikolu 5

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex f'intervalli regolari tivverifika, flimkien mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li l-politika ekonomika tal-Istat Membru li jkun se jirċievi self Komunitarju taqbel mal-programm ta' aġġustament u ma' kull kundizzjoni oħra stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 3. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jpoġġi kull tagħrif meħtieġ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u jikkoopera bis-sħiħ magħha . Fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din il-verifika, il-Kummissjoni, wara li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkun ta l-opinjoni tiegħu, għandha tiddeċiedi dwar il-ħruġ ta' aktar rati.

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex f'intervalli regolari tivverifika, flimkien mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li l-politika ekonomika tal-Istat Membru li jkun se jirċievi self Komunitarju taqbel mal-programm ta' aġġustament u ma' kull kundizzjoni oħra stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 3 kif ukoll mal-memorandum ta' spjegazzjoni msemmi fl-Artikolu 3a . Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jpoġġi kull tagħrif meħtieġ għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni u jikkoopera bis-sħiħ ma' din tal-aħħar . Fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din il-verifika, il-Kummissjoni, wara li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkun ta l-opinjoni tiegħu, għandha tiddeċiedi dwar il-ħruġ ta' aktar rati.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar kull aġġustamenti li jkun meħtieġ għall-kundizzjonijiet inizjali tal-politika ekonomika.

2.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar kull aġġustament li jkun meħtieġ għall-kundizzjonijiet inizjali tal-politika ekonomika konformi mal-għanijiet ekonomiċi prinċipali tal-Komunità .

Emenda 3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 332/2002

Artikolu 10

 

(6a)

L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Kull sentejn il-Kunsill għandu jeżamina, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u wara li tkun ingħatat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju […], jekk il-faċilita' stabbilita għadhiex tilħaq, fil-prinċipju, l-arranġamenti u l-limitu tagħha,il-ħtiġietli għalihom ġiet maħluqa.”


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 312.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0560.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0562.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/488


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
It-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax *

P6_TA(2009)0325

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (COM(2008)0727 – C6-0464/2008 – 2008/0215(CNS))

2010/C 184 E/85

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0727),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 tat-Trattat KE, skont liema arikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0464/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0244/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 26

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a)

Skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN ta' Mejju 1999 u Novembru 2000, l-għażla oriġinali li l-prodotti finanzjarji innovattivi kollha jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE kienet akkumpanjata minn stqarrija espliċita li din il-kwistjoni għandha terġa' tiġi eżaminata fl-okkażjoni tal-ewwel reviżjoni tad-Direttiva, bil-għan li tinstab definizzjoni li tkopri t-titoli kollha li huma ekwivalenti għal talbiet ta' dejn sabiex tkun żgurata l-l-effikaċja tad-Direttiva f’ambjent li qed jinbidel u biex jiġi evitat it-tagħwiġ tas-suq. Huwa għalhekk xieraq li l-prodotti finanzjarji innovattivi kollha jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Għalhekk id-definizzjoni ta' pagament ta' mgħax għandha tkopri kull dħul li jirriżulta mill-investiment ta' kapital fejn il-qligħ jiġi ffissat ex ante u s-sustanza tal-qligħ li tirriżulta minn tranżazzjoni tkun simili għal kwalunkwe dħul minn imgħaxijiet. Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni konsistenti ta' din id-dispożizzjoni fl-Istati Membri kollha, id-dispożizzjoni għandha tkun komplementata b'lista tal-prodotti finanzjarji kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tadotta din il-lista b'konformità mal-proċedura regolatorja stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (1).

Emenda 1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a)

Il-Komunità Ewropea għandha tippromwovi governanza fiskali globali, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2006, li fiha l-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tesplora l-possibbiltà li tinnegozja ftehimiet speċifiċi ma' Hong Kong, Makaw u Singapor dwar it-taxxa fuq it-tfaddil bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim internazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' miżuri ekwivalenti għal dawk applikati mill-Istati Membri taħt id-Direttiva 2003/48/KE.

Emenda 2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2003 qiesu li l-Istati Uniti tal-Amerika għandha tapplika miżuri ekwivalenti għal dawk previsti fid-Direttiva 2003/48/KE. Madankollu, huwa xieraq li ċerti forom legali u arranġamenti jiddaħħlu fl-ambitu tal-Anness I tad-Direttiva 2003/48/KE sabiex tkun żgurata tassazzjoni effettiva.

Emenda 3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13b)

Fir-reviżjoni tal-operat tad-Direttiva 2003/48/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika lil ċertu tipi ta' dħul kapitali, bħad-dħul li jkun ġej minn prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, renti, skambji u xi pensjonijiet, li għadhom mhumiex fl-ambitu ta' dik id-Direttiva.

Emenda 4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 (ġdid)

Direttiva 2003/48/KE

Premessa 8

 

(-1)

Il-Premessa 8 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“(8)

Din id-Direttiva għandha skop doppju: tippermetti li d-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax magħmul fi Stat Membru wieħed lis-sidien benefiċjarji li għal skopijiet tat-taxxa huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor jiġu soġġetti għal tassazzjoni effettiva skont il-liġijiet tal-Istat Membru ta' residenza tagħhom, u tiżgura minimu ta' tassazzjoni effettiva tad-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax magħmul fi Stat Membru wieħed lis-sidien benefiċjarji li għal skopijiet tat-taxxa huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor.”

Emenda 5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid)

Direttiva 2003/48/KE

Premessa 19

 

(-1a)

Il-premessa 19 tinbidel b’dan li ġej:

“19)

L-Istati Membri li jintaxxaw it-taxxa minn ras il-għajn għandhom jittrasferixxu l-akbar parti tad-dħul tagħhom ta' dik it-taxxa minn ras il-għajn lill-Istat Membru ta’ residenza tal-użufruttwarju tal-imgħax. Il-parti tad-dħul tagħhom li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jżommu lura għandha tkun proporzjonali għall-ispejjeż amministrattivi li jsiru għall-amministrazzjoni tal-mekkaniżmu tal-qsim tad-dħul, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-iskambju ta' informazzjoni.”

Emenda 6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 b (ġdid)

Direttiva 2003/48/KE

Premessa 24 a (ġdida)

 

(-1b)

Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(24a)

Sakemm Ħong Kong, Singapor u pajjiżi u territorji oħra elenkati fl-Anness I ma japplikawx miżuri identiċi jew ekwivalenti, għal dawk provduti minn din id-Direttiva, l-evażjoni tal-kapital lejn dawn il-pajjiżi u t-territorji tista' tipperikola l-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva. Għalhekk, huwa meħtieġ għall-Komunità li tieħu azzjonijiet xierqa sabiex tiżgura li jintlaħaq ftehim ma' dawk il-pajjiżi u t-territorji skont liema termini dawn ser japplikaw dawn il-miżuri.”

Emenda 7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 c (ġdid)

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

(-1c)

L-Artikolu 1(1)għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.     Din id-Direttiva għandha l-għan li:

tippermetti li d-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax magħmul fi Stat Membru wieħed lis-sidien benefiċjarji li għal skopijiet tat-taxxa huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor jiġu soġġetti għal tassazzjoni effettiva skont il-liġijiet tal-Istat ta' residenza tagħhom;

tiżgura minimu ta' tassazzjoni effettiva tad-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax magħmul fi Stat Membru wieħed lis-sidien benefiċjarji li għal skopijiet tat-taxxa huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor.”

Emenda 8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jitwettqu minn aġenti ta' pagament stabbiliti fit-territorju tagħhom, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tad-debitur tal-pretensjoni ta' debitu, jew min joħroġ it-titolu, li jipproduċi l-pagament ta' mgħax.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jitwettqu minn operaturi ekonomċi u aġenti ta' pagament stabbiliti fit-territorju tagħhom, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tad-debitur tal-pretensjoni ta' debitu, jew min joħroġ it-titolu, li jipproduċi l-pagament ta' mgħax.

Emenda 9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt a – subpunt i

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) “użufruttwarju” [“sid benefiċjarju”] tfisser kwalunkwe individwu li jirċievi pagament ta' mgħax jew kwalunkwe individwu għal min pagament ta' mgħax hu ggarantit, sakemm jipprovdi evidenza li ma kienx riċevut jew iggarantit għall-vantaġġ proprju, jiġifieri li:

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) “sid benefiċjarju” tfisser kwalunkwe individwu li jirċievi jew li suppost jirċievi pagament ta' mgħax jew kwalunkwe individwu għal min pagament ta' mgħax hu ggarantit jew għandu jkun garantit , sakemm jipprovdi evidenza li ma kienx riċevut jew iggarantit għall-vantaġġ proprju, jiġifieri li:

Emenda 10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

(b)

għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, tranżazzjonijiet imwettqa fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem, l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid u, jekk is-sid benefiċjajru jkollu l-indirizz tiegħu jew inkella juri provi li għall-finijiet tat-taxxa huwa residenti fi Stat Membru elenkat fl-Anness II, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti allokat minn dak l-Istat Membru.

(b)

għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, tranżazzjonijiet imwettqa fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem, l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid u, jekk is-sid benefiċjajru jkollu l-indirizz tiegħu jew inkella juri provi li għall-finijiet tat-taxxa huwa residenti fi Stat Membru elenkat fl-Anness II, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti allokat minn dak l-Istat Membru, meta dak in-numru jew ekwivalenti jidher fid-dokumentazzjoni ppreżentata għall-identifikazzjoni.

Emenda 11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandhom ikun stabbiliti abbażi tal- passaport jew tal- karta tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali ieħor elenkat fl-Anness II li s-sid benefiċjajru jippreżenta. Kwalunkwe dettall bħal dan li ma jidhirx f' dak il- passaport jew f'dik il- karta tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali għandu jkun stabbilit abbażi ta' kwalunkwe prova oħra ta' dokument uffiċjali ta' identità li s-sid benefiċjarju jippreżenta u li jinħareġ minn awtorità pubblika tal-pajjiż fejn għandu l-indirizz tiegħu jew inkella fejn juri prova li huwa residenti għall-finijiet tat-taxxa.

Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikun stabbiliti abbażi ta' passaport jew karta tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali ieħor elenkat fl-Anness II li s-sid benefiċjajru jippreżenta. Kwalunkwe dettall bħal dan li ma jidhirx f'passaport jew fuq karta tal-identità uffiċjali jew fuq kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor għandu jkun stabbilit abbażi ta' kwalunkwe prova oħra ta' dokument uffiċjali ta' identità li s-sid benefiċjarju jippreżenta u li jinħareġ minn awtorità pubblika tal-pajjiż fejn għandu l-indirizz tiegħu jew inkella fejn juri prova li huwa residenti għall-finijiet tat-taxxa.

Emenda 12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu arranġament legali għandu jitqies li għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu fil-pajjiż fejn ikollha l-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titolu legali u li primarjament tamministra l-proprjetà u d-dħul tiegħu jew fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu arranġament legali għandu jitqies li għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu fil-pajjiż fejn ikollha l-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titolu legali u li primarjament tamministra l-proprjetà jew id-dħul tiegħu jew fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu.

Emenda 13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 7

Kwalunkwe operatur ekonomiku li jagħmel pagament ta' mgħax li, jew li jiggarantixxi pagament ta' mgħax għal, entità jew arranġament legali inklużi fil-lista ppreżentata fl-Anness III għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu l-isem u l-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità, jew fil-każ ta' arranġament legali, l-isem u l-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titolu legali u li primarjament tamminstra l-proprjetà u d-dħul tal-arranġament legali, u l-ammont totali tal-imgħax imħallas lil, jew iggarantit għal, l-entità jew l-arranġament legali. Fejn il-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità jew l-arranġament legali jinsab fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

Kwalunkwe operatur ekonomiku li jagħmel pagament ta' mgħax li, jew li jiggarantixxi pagament ta' mgħax għal, entità jew arranġament legali inklużi fil-lista ppreżentata fl-Anness III għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu l-isem u l-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità, jew fil-każ ta' arranġament legali, l-isem u l-indirizz permanenti tal-persuna li primarjament għandha t-titolu legali u li primarjament tamminstra l-proprjetà jew id-dħul tal-arranġament legali, u l-ammont totali tal-imgħax imħallas lil, jew iggarantit għal, l-entità jew l-arranġament legali. Fejn il-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-entità jew l-arranġament legali jinsab fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

Emenda 14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3

“3.     Dawn l-entitajiet u l-arranġamenti legali msemmija fil-paragrafu 2 li għall-assi jew id-dħul tagħhom ma hemm l-ebda sid benefiċjarju li jkun immedjatament intitolat fil-ħin tal-irċevuta ta' pagament ta' mgħax għandu jkollhom l-għażla li għall-finijiet ta' din id-Direttiva jiġu ttrattati bħala impriża ta' investiment kollettiv jew ta' fond jew skema oħra ta' investiment kollettiv imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

Meta entità jew arranġament legali teżerċita din l-għażla, l-Istat Membru fejn ikollu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu għandu joħroġ ċertifikat li juri dan. L-entità jew l-arranġament legali għandu jippreżenta dak il-ċertifikat lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew li jiggarantixxi l-pagament ta' mgħax.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati dwar din l-għażla għal entitajiet u arranġamenti legali li għandhom il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom u għandhom jiżguraw li l-entità jew l-arranġament legali li jkun eżerċita din l-għażla jaġixxi bħala aġent ta' pagament skont il-paragrafu 1, sal-ammont totali tal-pagamenti ta' mgħax riċevuti, f'kull okkażjoni li sid benefiċjarju jsir immedjatament intitolat għall-assi jew id-dħul tiegħu.”

mħassar

Emenda 27

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)

 

-1.     Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin ta' dan l-Artikolu, il-prinċipju ġenerali taħt din id-Direttiva huwa li “pagament ta' mgħax” ifisser kull dħul ta' flus li jiġi mill-investiment tal-kapital fejn il-qligħ huwa ffissat ex ante u s-sustanza tal-qligħ li jiġi minn tranżazzjoni tkun simili għal dak ta' kwalunkwe dħul minn imgħaxijiet. Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni konsistenti ta' din id-dispożizzjoni fl-Istati Membri kollha, għandha tkun komplementata b'lista tal-prodotti finanzjarji kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tadotta din il-lista sa … [id-data speċifikata fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/…/KE li temenda d-Direttiva 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax] b'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18b(2) ta' din id-Direttiva.

Emenda 15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c – subpunt ii

(ii)

entitajiet jew arranġamenti legali li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

mħassar

Emenda 16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d – subpunt ii

(ii)

entitajiet jew arranġamenti legali li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

mħassar

Emenda 35

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

(e)

benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja fejn il-kuntratt jipprovdi għal riskju bijometriku li, espressi bħala medja għat-tul taż-żmien tal-kuntratt, ikunu aktar baxxi minn 5 % tal-kapitali assigurat u l-prestazzjoni attwali tiegħu ikun marbut bis-sħiħ mal-imgħax jew id-dħul tat-tipi msemmija fil-punti (a), (aa), (b), (c) u (d); għal dan il-għan kwalunkwe differenza bejn l-ammonti li jitħallsu skont kuntratt tal-assigurazzjoni u t-total al-pagamenti kollha li jkunu saru lill-assiguratur tal-ħajja taħt l-istess kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandha titqies bħal benefiċċji minn kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

(e)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni:

(i)

id-differenza bejn il-benefiċċju tal-assigurazzjoni u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-każ ta’ fidi ta’ kuntratt jekk l-assigurazzjoni tal-pensjoni b’endowment, fejn ma titħallas l-ebda pensjoni tul il-ħajja;

(ii)

benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja fejn il-kuntratt jipprovdi għal riskju bijometriku li, espressi bħala medja għat-tul taż-żmien tal-kuntratt, ikunu aktar baxxi minn 10 % tal-kapitali inizzjali assigurat u l-prestazzjoni attwali tiegħu tkun marbuta bis-sħiħ mal-imgħax jew il-prestazzjoni attwali hija espressa f’unitajiet jew marbuta direttament ma’ unitajiet u aktar minn 40 % tal-assi bażi huwa investit fi dħul tat-tipi msemmija fil-punti (a), (aa), (b), (c) u (d);

Fejn għal kuntratt ta' assigurazzjoni marbut mal-unitajiet, aġent ta' pagament m'għandu l-ebda informazzjoni dwar il-persentaġġ tal-assi bażi investiti fil-pretensjonijiet ta' debitu jew fit-titoli rilevanti, dak il-persentaġġ jitqies li jkun ogħla minn 40 %.

Għal dan il-għan kwalunkwe differenza bejn l-ammonti li jitħallsu skont kuntratt tal-assigurazzjoni u t-total tal-pagamenti kollha li jkunu saru lill-assiguratur tal-ħajja taħt l-istess kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandha titqies bħal benefiċċji minn kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

Fejn il-firmatarju tal-kuntratt, il-persuna assigurata u l-benefiċjarju m'humiex identiċi, il-kopertura tar-riskju bijometriku titqies li hija inqas minn 10 %.

Emenda 36

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

 

(ea)

dħul minn prodotti strutturati.Prodotti strutturati huma bonds li għalihom il-livell ta’ obbligi ta’ ħlas jiddependi minn żviluppi ta’ valur ta’ bażi miftiehem li jista’ jkun ta’ kwalunkwe tip. Id-differenza bejn il-kumpens għall-akkwist u d-dħul mill-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-prodott strutturat titqies ukoll bħala dħul;

Emenda 37

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e b (ġdid)

 

(eb)

dividendi li tirċievi istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja f’isem is-sid benefiċjarju.

Emenda 18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu 9

9.   Id-dħul imsemmi fil-punt (aa) tal-paragrafu 1 għandu jitqies biss bħala pagament ta' mgħax skont safejn it-titoli li jipproduċu dak id-dħul kienu nħarġu l-ewwel fl-1 ta' Diċembru 2008 jew wara .

9.   Id-dħul imsemmi fil-punt (aa) tal-paragrafu 1 għandu jitqies biss bħala pagament ta' mgħax skont safejn it-titoli li jipproduċu dak id-dħul kienu nħarġu l-ewwel sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva jew wara.

Emenda 19

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 6 – paragrafu 10

10.   Benefiċċji mill-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jitqiesu biss bħala pagament ta' mgħax f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 1 skont safejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li rriżultaw f'tali benefiċċji ġew sottoskritti għall-ewwel darba fl-1 ta' Diċembru 2008 jew wara.

10.   Benefiċċji mill-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jitqiesu biss bħala pagament ta' mgħax f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 1 skont safejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li rriżultaw f'tali benefiċċji ġew sottoskritti għall-ewwel darba sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva jew wara.

Emenda 20

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5 a (ġdid)

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

(5a)

L-Artikolu 10(2) jinbidel b'dan li ġej:

“Il-perjodu ta' tranżizzjoni għandu jintemm mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2014 jew fi tmiem l-ewwel sena fiskali sħiħa wara l-iktar tard mid-dati li ġejjin, sakemm dan ikun qabel l-1 ta' Lulju 2014:

id-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar ftehim bejn il-Komunità Ewropea, wara deċiżjoni unanima tal-Kunsill, u l-Konfederazzjoni Svizzera, il-Priċipalità ta' Liechtenstein, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipalità ta' Monako u l-Prinċipalità ta' Andorra, li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni fuq talba kif definit fil-Ftehima Mudell OECD dwar Skambju ta' Informazzjoni fuq Kwistjonijiet ta' Taxxa maħruġ fit-18 ta' April 2002 (minn hawn 'il quddiem il-‘“Ftehima Mudell OECD’”) fir-rigward ta' pagamenti ta' imgħaxx, kif definit f'din id-Direttiva, magħmulin minn aġenti ta' pagament stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom lil użufruttwarji residenti fit-territorju għal liema tapplika d-Direttiva, barra mill-applikazzjoni simultanja minn dawk l-istess pajjiżi ta' taxxa minn ras il-għajn fuq dawn il-pagamenti bir-rata definita għall-perijodi korrispondenti msemmija fl-Artikolu 11(1),

id-data li fiha l-Kunsill qabel b'mod unanimu li l-Istati Uniti tal-Amerika hija impenjata għall-iskambju ta' informazzjoni fuq talba kif definit fil-Ftehima Mudell OECD fir-rigward ta' pagamenti ta' imgħaxx, kif definit f'din id-Direttiva, magħmulin minn aġenti ta' pagament stabbiliti fit-territorju tagħha lil użufruttwarji residenti fit-territorju li għalih tapplika d-Direttiva.

id-data li fiha l-Kunsill qabel b'mod unanimu li Ħong Kong, Singapor u Pajjiżi u territorji oħra elenkati fl-Anness I huma impenjati għall-iskambju ta' informazzjoni fuq talba kif definit fil-Ftehima Mudell OECD fir-rigward ta' pagamenti ta' imgħax, kif definit f'din id-Direttiva, magħmulin minn aġenti ta' pagament stabbiliti fit-territorju tagħha lil użufruttwarji residenti fit-territorju li għalih tapplika d-Direttiva.”

Emenda 21

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 12 – paragrafi 1 u 2

 

(6a)

L-Artikolu 12 (1) u (2) hu mibdul b'li ġej:

“1.    Stati Membri li jintaxxaw taxxa minn ras il-għajn skont l-Artikolu 11(1) għandhom iżommu 10 % mid-dħul tagħhom u jittrasferixxu 90 % mid-dħul lill-Istat Membru tar-residenza ta' l-użufrutwarju tal-imgħaxx.

2.    Stati Membri li jintaxxaw taxxa minn ras il-għajn skont l-Artkolu 11(5) għandhom iżommu 10 % tad-dħul u jittrasferixxu 90 % lill-Istati Membri l-oħra b'mod proporzjonat mat-trasferimenti mwettqa skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”

Emenda 22

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 18

(10)

L-ewwel sentenza tal- Artikolu 18 tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull tliet snin dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva abbażi tal-istatistiċi elenkati fl-Anness V, li għandhom jingħataw minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni.”

(10)

L-Artikolu 18 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Reviżjoni

1.     Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta studju komparattiv li janalizza l-vantaġġi u n-nuqqasijiet taż-żewġ sistemi ta' skambju ta' informazzjoni u tat-taxxa minn ras il-għajn sabiex tevalwa l-għan li twaqqaf b'mod effettiv il-frodi u l-evażjoni fiskali. Dan l-istudju komparattiv għandu jikkunsidra, b'mod partikulari, l-aspetti ta' trasparenza, ir-rispett tas-sovranità fiskali tal-Istati Membri, il-ġustizzja fiskali u l-piż amministrattiv marbut ma' kull waħda miż-żewġ sistemi.

2.    ‘Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew kull tliet snin dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva abbażi tal-istatistiċi elenkati fl-Anness V, li għandhom jingħataw minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni.’ Fuq il-bażi ta' dawk ir-rapporti u l-istudju msemmi fil-paragrafu 1, u b'mod partikulari fir-rigward ta' tmiem il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tipproponi lill-Kunsill kwalunkwe emendi għal din id-Direttiva li jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata t-tassazzjoni effettiva tad-dħul mit-tfaddil u biex jitneħħew distorsjonijiet mhux mixtieqa tal-kompetizzjoni.

3.     Fil-kuntest tal-istudji u r-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha teżamina, b’mod partikulari, jekk huwiex ideali li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva għas-sorsi kollha ta’ dħul finanzjarju, inklużi d-dividenti u l-qligħ kapitali, kif ukoll għall-ħlasijiet li jsiru lill-persuni fiżiċi kollha.”

Emenda 23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Direttiva 2003/48/KE

Artikolu 18 b - paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat, għandha tevalwa, kull sentejn mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem, il- proċeduri, id-dokumenti, il-formati komuni u l-formati msemmija fl-Artikolu 18a, u għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex dawn jittejjbu, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18b(2).

Emenda 24

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness – punt 2

Direttiva 2003/48/KE

Anness I

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS I

Lista ta' forom legali ta' entitajiet u ta' arranġamenti legali li għalihom japplika l-Artikolu 2(3) minħabba l-preżenza fi ħdan it-territorju ta' pajjiżi jew ġuriżdizzjonijiet speċifiċi tal-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom,;

1.

Entitajiet u arranġamenti legali li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġuriżdizzjoni li jaqa' barra mill-ambitu territorjali tad-Direttiva kif iddefinit fl-Artikolu 7 u li jkun differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 17(2):

Antigwa u Barbuda

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Il-Baħamas

Trust

Fondazzjoni

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Il-Baħrejn

Trust finanzjarju

Il-Barbados

Trust

Il-Beliże

Trust

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Il-Bermuda

Trust

Brunej

Trust

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Trust internazzjonali

Sħubija Internazzjonali b'responsabbiltà Limitata

Il-Gżejjer Cook

Trust

Trust internazzjonali

Kumpanija internazzjonali

Sħubija internazzjonali

Il-Kosta Rika

Trust

Djibouti

Kumpanija eżentata

Trust (Barrani)

Dominika

Trust

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Il-Fiġi

Trust

Il-Polineżja Franċiża

Société (Kumpanija)

Société de personnes (Sħubija)

Société en participation (Impriża konġunta)

Trust (Barrani)

Il-Gwam

Kumpanija

Proprjetarju uniku

Sħubija

Trust (Barrani)

Il-Gwatemala

Trust

Fundación (Fondazzjoni)

Ħong Kong

Trust

Kiribati

Trust

Labuan (il-Malasja)

Kumpanija offshore

Bank Offshore tal-Malasja,

Sħubija offshore b'responsabbiltà limitata

Trust offshore

Il-Libanu

Kumpaniji li jibbenefikaw mir-reġim tal-Kumpaniji Offshore

Makaw

Trust

Fundação (Fondazzjoni)

Il-Maldivi

Il-kumpaniji kollha, shubija u Trust barrani

Il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntana

Korporazzjoni ta' bejgħ barrani

Korporazzjoni bankarja offshore

Trust (Barrani)

Il-Gżejjer Marshall

Trust

Il-Mawrizju

Trust

Kumpanija kummerċjali globali kategoriji 1 u 2

Il-Mikronesja

Kumpanija

Sħubija

Trust (Barrani)

Nauru

Trusts/kumpanija ta' inkarigu

Kumpanija

Sħubija

Proprjetarju uniku

Wirt barrani

Qasam ta' proprjetà barranija

Forma oħra ta' kummerċ innegozjata mal-Gvern

Il-Kaledonja l-Ġdida

Société (Kumpanija)

Société civile (Kumpanija ċivili)

Société de personnes (Sħubija)

Impriża konġunta

Proprjetà tad-defunt

Trust (Barrani)

Niue

Trust

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Il-Panama

Fideicomiso (Trust)

Fundación de interés privado (Fondazzjoni)

Il-Palau

Kumpanija

Sħubija

Proprjetarju uniku

Uffiċċju rappreżentattiv

Credit union (kooperattiva finanzjarja)

Kooperattiva

Trust (Barrani)

Il-Filippini

Trust

Puerto Rico

Qasam ta' proprjetà

Trust

Entità bankarja internazzjonali

San Kitts u Nevis

Trust

Fondazzjoni

Kumpanija eżentata

Santa Luċija

Trust

Saint Vincent u l-Grenadines

Trust

Samoa

Trust

Trust internazzjonali

Kumpanija internazzjonali

Bank offshore

Kumpanija tal-assigurazzjoni offshore

Sħubija internazzjonali

Sħubija b'responsabbiltà limitata

Is-Seychelles

Trust

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Singapor

Trust

Il-Gżejjer Solomon

Kumpanija

Sħubija

Trust

L-Afrika t’Isfel

Trust

Tonga

Trust

Tuvalu

Trust

Provident fund

L-Emirati Għarab Magħquda

Trust

Il-Virgin Islands tal-Istati Uniti

Trust

Kumpanija eżentata

L-Urugwaj

Trust

Vanuatu

Trust

Kumpanija eżentata

Kumpanija internazzjonali

2.

Entitajiet u arranġamenti legali li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġuriżdizzjoni elenkati fl-Artikolu 17(2), li għalihom japplika l-Artikolu 2(3) sakemm il-pajjiż jew ġuriżdizzjoni jadotta/tadotta dipożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fl-Artikolu 4(2).

Andorra

Trust

Anguilla

Trust

L-Aruba

Stichting (Fondazzjoni)

Kumpaniji li jibbenefikaw mir-reġim tal-kumpaniji offshore

Il-Virgin Islands Britanniċi

Trust

Kumpanija kummerċjali internazzjonali

Il-Gżejjer Cayman

Trust

Kumpanija eżentata

Guernsey

Trust

Kumpanija mingħajr taxxa

L-Isle of Man

Trust

Jersey

Trust

Il-Liechtenstein

Anstalt (Trust)

Stiftung (Fondazzjoni)

Monako

Trust

Fondation (Fondazzjoni)

Il-Montserrat

Trust

L-Antilli Olandiżi

Trust

Stichting (Fondazzjoni)

San Marino

Trust

Fondazione (Fondazzjoni)

L-Iżvizzera

Trust

Fondazzjoni

Il-Gżejjer Turks u Caicos

Kumpanija eżentata

Sħubija b'responsabbiltà limitata

Trust

EMENDA

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS I

1.

Il-forom legali ta’ entitajiet u arranġamenti legali li għalihom għandu japplika l-Artikolu 2(3) għandhom jinkludi dawn li ġejjin:

Kumpaniji b’responsabbiltà limitata sew jekk limitata permezz ta’ ishma, garanzija jew xi mekkaniżmu ieħor;

Korporazzjonijiet b’responsabbiltà limitata sew jekk limitata permezz ta’ ishma, garanzija jew xi mekkaniżmu ieħor;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet internazzjonali;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet kummerċjali internazzjonali;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet eżentati;;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet b’ċelluli multipli mhux awtonomi;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet b’ċelluli multipli awtonomi;

Banek internazzjonali, inklużi korporazzjonijiet bl-istess isem;

Banek extraterritorjali, inklużi korporazzjonijiet bl-istess isem;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni mill-ġdid;

Kooperattivi;

Unjonijiet ta’ kreditu;

Sħubijiet ta’ kull forma inklużi (bla limitazzjoni) sħubijiet ġenerali, sħubijiet limitat, sħubijiet b’responsabilità limitata, sħubijiet internazzjonali u sħubijiet kummerċjali internazzjonali;

Impriżi konġunti;

Trusts;

Strutturi ta’ likwidazzjoni;

Fondazzjonijiet;

Proprjetajiet tad-defunti;

Kull forma ta’ fond;

Fergħat ta’ kwalunkwe waħda mill-entitajiet jew arranġamenti msemmija hawn;

Uffiċċji rappreżentattivi ta’ kwalunkwe waħda mill-entitajiet jew arranġamenti msemmija hawn;

Stabbilimenti permanenti ta’ kwalunkwe waħda mill-entitajiet jew arranġamenti msemmija hawn;

Fondazzjonijiet b’forom multipli, ikunu kif ikunu deskritti

2.

Il-pajjiżi jew ġurisdizzjonijiet speċifiċi barra l-kamp territorjali ta’ applikazzjoni tad-Direttiva kif definit fl-Artikolu 7 u li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 17(2) li fihom japplika l-Artikolu 2(3) fir-rigward tal-forom legali ta’ entitajiet u arranġamenti legali msemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness, jekk il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom ikun jinsab fihom, jinkludu:

Anjouan

Antigwa u Barbuda

Il-Baħamas

Il-Baħrejn

Il-Barbados

Il-Beliże

Il-Bermuda

Brunej

Il-Gżejjer Cook

Il-Kosta Rika

Djibouti

Dominika

Id-Dubaj

Il-Fiġi

Il-Polineżja Franċiża

Il-Gana

Il-Grenada

Il-Gwam

Il-Gwatemala

Ħong Kong

Kiribati

Labuan (il-Malasja)

Il-Libanu

Il-Liberja

Makaw

L-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Il-Maldivi

Montenegro

Il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntana

Il-Gżejjer Marshall

Il-Mawrizju

Il-Mikronesja

Nauru

Il-Kaledonja l-Ġdida

Niue

Il-Panama

Il-Palau

Il-Filippini

Puerto Rico

San Kitts u Nevis

Santa Luċija

Saint Vincent u l-Grenadines

Samoa

Sao Tome u Principe

Is-Seychelles

Singapor

Il-Gżejjer Solomon

Is-Somalja

L-Afrika t’Isfel

Tonga

Tuvalu

L-Emirati Għarab Magħquda

L-Istati Uniti tal-Amerika ta' Delaware

L-Istati Uniti tal-Amerika ta' Nevada

Il-Virgin Islands tal-Istati Uniti

L-Urugwaj

Vanuatu

3.

Il-pajjiżi jew ġurisdizzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(2) li fihom l-Artikolu 2(3) għandu japplika sakemm il-pajjiż jew ġurisdizzjoni kkonċernati jadottaw dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-Artikolu 4(2) fir-rigward tal-forom legali ta’ entitajiet u arranġamenti legali msemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness, jekk il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom ikun jinsab fihom, jinkludu:

Andorra

Anguilla

L-Aruba

Il-Virgin Islands Britanniċi

Il-Gżejjer Cayman

Guernsey, Alderney jew Sark

L-Isle of Man

Jersey

Il-Liechtenstein

Monako

Il-Montserrat

L-Antilli Olandiżi

San Marino

Sark

L-Iżvizzera

Il-Gżejjer Turks u Caicos

4.

Kwalunkwe waħda mill-forom legali ta’ entitajiet jew arranġamenti legali msemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness għandha tkun koperta mill-Artikolu 2(3) jekk il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħha jkun fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew ġurisdizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-Partijiet 2 u 3 ta’ dan l-Anness suġġett għal dan li ġej:

a.

Pajjiż jew ġurisdizzjoni msemmija fil-Parti 2 jew 3 jistgħu jitfgħu applikazzjoni għand il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18b biex kwalunkwe waħda mill-forom legali ta’ entitajiet jew arranġamenti legali titneħħa mill-kunsiderazzjoni għall-pajjiż jew il-ġurisdizzjoni tagħhom għar-raġuni li l-forom legali ta’ entitajiet jew arranġamenti legali msemmija ma jistax ikollhom il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom fihom jew għar-raġuni li fil-fatt hija żgurata t-tassazzjoni xierqa tad-dħul mill-imgħax imħallas lil dawn il-persuni jew arranġamenti legali;

b.

Il-Kumitat għandu jippubblika d-deċiżjoni ġġustifikata tiegħu fi żmien tliet xhur minn meta ssir din l-applikazzjoni u l-forom legali ta’ entiatajiet jew arranġamenti legali nnotati li għandhom jitneħħew mill-perjodu notifikat, li m’għandux jaqbeż is-sentejn, perjodu li jista’ jiġi estiż b'applikazzjoni minn pajjiż jew ġurisdizzjoni li titressaq mhux qabel sitt xhur qabel id-data ta’ skadenza tiegħu.

Emenda 25

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness – punt 2

Direttiva 2003/48/KE

L-Anness III

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
ANNESS III

Lista ta “aġenti ta’ pagament bl-irċevuta” skont l-Artikolu 4(2)

NOTA TA’ INTRODUZZJONI

Trusts u arranġamenti legali simili huma elenkati għal dawk l-Istati Membri li ma għandhomx reġim fiskali domestiku għat-tassazzjoni ta’ dħul riċevut f’isem arranġamenti legali bħal dawn mill-persuna li primarjament għandha titolu legali u primarjament timmaniġġja l-proprjetà u d-dħul tiegħu, u tkun residenti fit-territorju tagħhom. Din il-lista tirreferi għal trusts u arranġamenti legali simili li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-assi immobbli tagħhom jinsab f’dawn il-pajjiżi (residenza tal-trust prinċipali jew amministratur ieħor responsabbli għal assi mobbli), irrispettivament mil-liġijiet li taħthom dawn il-trusts u l-arranġamenti legali simili kienu ġew stabbiliti.

Pajjiżi

Lista ta’ entitajiet u arranġamenti

Kummenti

Il-Belġju

Société de droit commun / maatschap (Kumpanija ta’ liġi ċivili jew kumpanija kummerċjali mingħajr ebda status legali)

Société momentanée / tijdelijke handelsvennootschap (Kumpanija mingħajr ebda status legali li l-għan tagħha huwa li tittratta b’operazzjoni kummerċjali speċifika waħda jew diversi)

Société interne / stille handelsvennootschap (Kumpanija mingħajr status legali li permezz tagħha persuna waħda jew aktar ikollha (ikollhom) interess f’operazzjonijiet li persuna waħda oħra jew aktar tamministra (jamministraw) f’isimhom)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Ara l-Artikoli 46, 47 u 48 tal-Kowd tal-Kumpanija Belġjana.

Dawn il-“kumpaniji” (li isimhom jingħata bil-Franċiż u l-Olandiż) ma għandhomx status legali, u mil-lat ta’ tassazzjoni, huwa applikabbli metodu ta’ trasparenza.

Il-Bulgarija

Drujestvo sys specialna investicionna cel (Kumpanija ta’ investiment bi skop speċjali)

Investicionno drujestvo (Kumpanija ta’ investiment, mhux koperta mill-Artikolu 6)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Eżenzjoni ta’ entità mit-taxxa tal-kumpaniji

Il-trusts jitħallew li jkunu offruti pubblikament fil-Bulgarija u li jkunu eżenti mit-taxxa tal-kumpaniji

Ir-Repubblika Ċeka

Veřejná obchodní společnost (ver. obch. spol. or V.O.S.) (Sħubija)

Sdruženi (Assoċjazzjoni)

Družstvo (Kooperattiva)

Evropské hospodářské zájmové sdružení (EHZS) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

Id-Danimarka

Interessentskaber (Sħubija ġenerali)

Kommanditselskaber (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Partnerselskaber (Kumpanija msieħba)

Evropské hospodářské zájmové sdružení (EØFG) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

Il-Ġermanja

Gesellschaft bürgerlichen Rechts (Kumpanija tal-liġi ċivili)

Kommanditgesellschaft — KG, offene Handelsgesellschaft — OHG (Sħubija kummerċjali)

Europäische Wirtschaftliche Interessenvereinigung (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

 

L-Estonja

Täisühing- TÜ (Sħubija ġenerali)

Usaldusühing-UÜ (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Sħubiji ġenerali u limitati huma ntaxxati bħala entitajiet taxxabbli separati, li bihom kwalunkwe distribuzzjoni titqies bħala dividendi (soġġetti għal taxxa ta’ distribuzzjoni)

L-Irlanda

Sħubija u klabb tal-investiment

Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)

Trust residenti Irlandiż taxxabbli fuq dħul li ġej mill-trust.

Il-Greċja

Omorrythmos Eteria (OE) (Sħubija ġenerali)

Eterorrythmos Eteria (EE) (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor Is-sħubiji huma soġġetti għal taxxa tal-kumpaniji. iżda, sa 50 % tal-profitti ta’ sħubiji huma taxxabbli fl-idejn tas-sieħba individwali bir-rata ta’ taxxa personali tagħhom

Spanja

Entitajiet soġġetti għas-sistema ta’ attribuzzjoni tat-taxxa tal-profitti:

Sociedad civil con o sin personalidad jurídica (Sħubija ta’ liġi ċivili b’personalità legali jew mingħajrha),

Agrupación europea de interés económico (AEIE) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)),

Herencias yacentes (Estejt ta’ persuna li mietet),

Comunidad de bienes (Sjieda konġunta).

Entitajiet oħra mingħajr personalità legali li jikkostitwixxu unità ekonomika separata jew grupp separat ta’ assi (l-Artikolu 35(4) tal-Ley General Tributaria).

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

Franza

Société en participation (Kumpanija ta’ impriża konġunta)

Société ou association de fait (Kumpanija de facto)

Indivision (Sjieda konġunta)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

L-Italja

Società semplice (Sħubija ta’ liġi ċivili u entità assimilata)

Entità mhux kummerċjali mingħajr personalità legali

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Il-kategorija ta’ entitajiet ittrattati bħala “società semplici” tinkludi: “società di fatto” (sħubiji irregolari jew “de facto”), li ma jkollhomx attivitajiet kummerċjali bħala skop tagħhom, u “associazioni” (assoċjazzjonijiet) organizzati minn artisti jew persuni professjonali għall-prattika tal-arti jew professjoni tagħhom f’forom assoċjati mingħajr ebda personalità legali

Il-kategorija ta’ entitajiet mhux kummerċjali mingħajr personalità legali hija wiesgħa, u tista’ tinkludi diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet: assoċjazzjonijiet, sindakati, kumitati, organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u oħrajn

Ċipru

Syneterismos (Sħubija)

syndesmos jew somatio (Assoċjazzjoni)

Synergatikes (Kooperattiva)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Ekswxwria Eteria (Kumpanija offshore)

Trusts maħluqa taħt il-ġuriżdizzjoni Ċiprijotta huma kkunsidrati entitajiet trasparenti taħt il-liġi nazzjonali.

Il-Latvja

Pilnsabiedrība (Sħubija ġenerali)

Komandītsabiedrība (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Eiropas Ekonomisko interešu grupām (EEIG) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)

Biedrības un nodibinājumi (Assoċjazzjoni u fondazzjoni);

Lauksaimniecības kooperatīvi (Kooperattiva agrikola)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

Il-Litwanja

Europos ekonominių interesų grupės (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Asociacija (Assoċjazzjoni)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Imgħaxijiet u qligħ kapitali fuq ishma jew bonds li ġejjin minn assoċjazzjonijiet li huma eżenti minn taxxa tal-kumpaniji.

Il-Lussemburgu

Société en nom collectif (Sħubija ġenerali)

Société en commandite simple (Sħubija limitata)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

L-Ungerija

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

L-Ungerija tirrikonoxxi trusts bħala “entitajiet” taħt ir-regoli nazzjonali

Malta

Soċjetà in akomonditia (Sħubija ‘en commandite’), li l-kapital tagħha mhuwiex diviż f’ishma

Arrangement in participation (Assoċjazzjoni ‘en participation’)

Klabb ta’ investiment

Soċjetà Kooperattiva (Soċjetà kooperattiva)

Sħubiji “en commandite” li l-kapital tagħhom huwa diviż f’ishma huma soġġetti għas-CIT ġenerali.

L-Olanda

Vennootschap onder firma (Sħubija ġenerali)

Commanditaire vennootschap (Sħubija b'responsabbiltà limitata magħluqa)

Europese economische samenwerkingsverbanden (EESV) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Vereniging (Assoċjazzjoni)

Stichting (Fondazzjoni)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Sħubiji ġenerali, sħubija magħluqa u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta’ taxxa.

Verenigingen (Assoċjazzjonijiet) u stichtingen (fondazzjonijiet) huma eżenti mit-taxxa sakemm huma ma jkomplux fuq il-kummerċ jew in-negozju.

L-Awstrija

Personengesellschaft (Sħubija)

Offene Personengesellschaft (Sħubija kummerċjali ġenerali)

Kommanditgesellschaft, KG (Sħubija limitata)

Gesellschaft nach bürgerlichem Recht, GesBR (Sħubija tal-liġi ċivili)

Offene Erwerbsgeselllschaft (OEG) (Sħubija ġenerali professjonali)

Kommandit-Erwerbsgesellschaft (Sħubija professjonali b'responsabbiltà limitata)

Stille Gesellschaft (Sħubija siekta)

Einzelfirma (Sħubija weħedha)

Wirtschaftliche Interessenvereinigung (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Privatstiftung (Fondazzjoni privata)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Sħubija hija kkunsidrata trasparenti, anki jekk meqjusa bħala entità għall-fini ta’ komputazzjoni tal-profitt.

Ittrattata bħala “sħubija” normali

Intaxxata bħala kumpanija, id-dħul mill-imgħax intaxxat b’rata mnaqqsa ta’ 12.5 %

Il-Polonja

Spólka jawna (Sp. j.) (Sħubija ġenerali)

Spólka komandytowa (Sp. k.) (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Spólka komandytowo-akcyjna (S.K.A.) (Sħubija limitata bi stokk konġunt)

Spólka partnerska (Sp. p.) (Sħubija professjonali)

Europejskie ugrupowanie interesów gospodarczych (EUIG) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

Il-Portugall

Sociedade civil (Sħubija tal-liġi ċivili) li mhijiex inkorporata f’forma kummerċjali

Ditti inkorporati impenjati f’attivitajiet professjonali kkwotati li fihom is-sieħba kollha jkunu individwi kwalifikati fl-istess professjoni

Agrupamento de Interesse Económico (AIE) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Domestiku)

Agrupamento Europeu de Interesse Económico (AEIE) (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (EEIG))

Sociedada gestora de participacoes sociais (SGPS) (Kumpaniji b’sehem li huma jew ikkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħha huma ħames membri jew inqas)

Herança jacente (jiġifieri estejt ta’ persuna li mietet)

Assoċjazzjoni mhux inkorporata

Kumpanija offshore li topera f’żoni ta’ kummerċ ħieles f’Madeira jew fil-gżira Santa Maria fl-Azores

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Sħubiji tal-liġi ċivili mhux inkorporati f’forma kummerċjali, kumpaniji inkorporati impenjati f’attivitajiet professjonali ikkwotati, ACE (tip ta’ impriża konġunta inkorporata), GIEE u kumpaniji li jkollhom assi li jew huma kkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħhom huma ħames membri jew inqas ikunu fiskalment trasparenti.

Sħubiji inkorporati oħra huma ttrattati bħala kumpaniji u ntaxxati taħt ir-regoli ġenerali tal-IRC.

Kumpaniji offshore li joperaw f’żoni ta’ kummerċ ħieles f’Madeira jew fil-gżira Santa Maria fl-Azores huma eżenti mis-CIT u d-WHT fuq dividendi, imgħax, royalties u pagamenti simili lill-kumpanija materna barranija.

L-uniċi trusts ammessi taħt il-liġi Portugiża huma dawk stabbiliti taħt liġi barranija minn persuni legali fiċ-Ċentru tan-Negozju Internazzjonali ta’ Madeira u assi tal-trusts jikkostitwixxu parti awtonoma tal-patrimonju tal-persuna legali li taġixxi bħala trust.

Ir-Rumanija

Assoċjazzjoni (sħubija)

Cooperative (Kooperattiva)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

Is-Slovenja

Samostojni podjetnik (Sjieda)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

ir-Repubblika Slovakka

Verejná obchodná spoločnosť (Sħubija ġenerali)

Európske združenie hospodárskych záujmov (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Komanditná spoločnosť (Sħubija b'responsabbiltà limitata) rigward id-dħul attribwit lil sieħeb ġenerali

Združenie (Assoċjazzjoni)

Entitajiet li mhumiex stabbiliti għall-fini li jagħmlu negozju: kmamar ta’ professjonisti, assoċjazzjonijiet ċiviċi volontarji, Nadácia (fondazzjonijiet)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

Il-bażi taxxabbli hija l-ewwel komputata għas-sħubija limitata bħala kollha kemm hi u mbagħad allokata għas-sieħba ġenerali u s-sieħba limitati. L-ishma tal-profitt riċevuti mis-sieħba ġenerali ta’ sħubija b'responsabbiltà limitata huma ntaxxati fil-livell ta’ sieħba ġenerali. Il-bqija tad-dħul tas-sieħba b'responsabbiltà limitata hija ntaxxata inizjalment f’livell ta’ sħubija skont ir-regoli għall-kumpaniji.

Dħul eżenti mit-taxxa miksub minn atitvitajiet li huma l-fini tat-twaqqif tal-organizzazzjoni, ħlief dħul soġġett għar-reġim tad-WHT.

Il-Finlandja

yksityisliike (Ditta mhux irreġistrata)

avoin yhtiö / öppet bolag (Sħubija)

kommandiittiyhtiö / kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

kuolinpesä / dödsbo (Estejt ta’ persuna li mietet)

eurooppalaisesta taloudellisesta etuyhtymästä (ETEY) / europeiska ekonomiska intressegrupperingar (Grupp ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

L-Iżvezja

handelsbolag (Sħubija ġenerali)

kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

enkelt bolag (Sħubija sempliċi)

“Trust” jew arranġament legali simili ieħor

 

Ir-Renju Unit

Sħubija ġenerali

Sħubija b'responsabbiltà limitata

Sħubija b'responsabbiltà limitata

GIEE

Klabb ta’ investiment (fejn il-membri huma intitolati għal sehem speċifiku tal-assi)

Sħubiji ġenerali, sħubiji limitati; sħubiji b'responsabbiltà limitata u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta’ taxxa.

EMENDA

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS III

Lista ta “aġenti ta' pagament bl-irċevuta” skont l-Artikolu 4(2)

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Trusts u arranġamenti legali simili huma elenkati għal dawk l-Istati Membri li ma għandhomx reġim fiskali domestiku għat-tassazzjoni ta' dħul riċevut f’isem arranġamenti legali bħal dawn mill-persuna li primarjament għandha titolu legali u primarjament timmaniġġja l-proprjetà u d-dħul tiegħu, u tkun residenti fit-territorju tagħhom. Din il-lista tirreferi għal trusts u arranġamenti legali simili li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tal-assi immobbli tagħhom jinsab f’dawn il-pajjiżi (residenza tal-trust prinċipali jew amministratur ieħor responsabbli għal assi mobbli), irrispettivament mil-liġijiet li taħthom dawn il-trusts u l-arranġamenti legali simili kienu ġew stabbiliti.

Pajjiżi

Lista ta' entitajiet u arranġamenti

Kummenti

Il-Belġju

Société de droit commun / maatschap (Kumpanija ta' liġi ċivili jew kumpanija kummerċjali mingħajr ebda status legali)

Société momentanée / tijdelijke handelsvennootschap (Kumpanija mingħajr ebda status legali li l-għan tagħha huwa li tittratta operazzjoni kummerċjali speċifika waħda jew diversi)

Société interne / stille handelsvennootschap (Kumpanija mingħajr status legali li permezz tagħha persuna waħda jew aktar ikollha (ikollhom) interess f’operazzjonijiet li persuna waħda oħra jew aktar tamministra (jamministraw) f’isimhom)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Ara l-Artikoli 46, 47 u 48 tal-Kowd tal-Kumpanija Belġjana.

Dawn il-“kumpaniji” (li isimhom jingħata bil-Franċiż u l-Olandiż) ma għandhomx status legali, u mil-lat ta' tassazzjoni, huwa applikabbli metodu ta' trasparenza.

Il-Bulgarija

Drujestvo sys specialna investicionna cel (Kumpanija ta' investiment bi skop speċjali)

Investicionno drujestvo (Kumpanija ta' investiment, mhux koperta mill-Artikolu 6)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Eżenzjoni ta' entità mit-taxxa tal-kumpaniji

Il-trusts jitħallew li jkunu offruti pubblikament fil-Bulgarija u li jkunu eżenti mit-taxxa tal-kumpaniji

Ir-Repubblika Ċeka

Veřejná obchodní společnost (ver. obch. spol. or V.O.S.) (Sħubija)

Sdruženi (Assoċjazzjoni)

Družstvo (Kooperattiva)

Evropské hospodářské zájmové sdružení (EHZS) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Id-Danimarka

Interessentskaber (Sħubija ġenerali)

Kommanditselskaber (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Partnerselskaber (Kumpanija msieħba)

Evropské hospodářské zájmové sdružení (EØFG) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Il-Ġermanja

Gesellschaft bürgerlichen Rechts (Kumpanija tal-liġi ċivili)

Kommanditgesellschaft — KG, offene Handelsgesellschaft — OHG (Sħubija kummerċjali)

Europäische Wirtschaftliche Interessenvereinigung (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

L-Estonja

Täisühing- TÜ (Sħubija ġenerali)

Usaldusühing-UÜ (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Sħubiji ġenerali u limitati huma ntaxxati bħala entitajiet taxxabbli separati, li bihom kwalunkwe distribuzzjoni titqies bħala dividendi (soġġetti għal taxxa ta' distribuzzjoni)

L-Irlanda

Sħubija u klabb tal-investiment

Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)

“Sħubija ġenerali”

“Sħubija b'responsabbiltà limitata”

“Sħubija ta' Investment”

“Kumpaniji b’responsabbiltà limitata mhux residenti”

“Fond kuntrattwali komuni Irlandiż”

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Trust residenti Irlandiż taxxabbli fuq dħul li ġej mill-trust.

Il-Greċja

Omorrythmos Eteria (OE) (Sħubija ġenerali)

Eterorrythmos Eteria (EE) (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Is-Sħubiji huma suġġetti għal taxxa tad-dħul tal-kumpaniji. Is-sħubiji huma soġġetti għal taxxa tal-kumpaniji. iżda, sa 50 % tal-profitti ta' sħubiji huma taxxabbli fl-idejn tas-sieħba individwali bir-rata ta' taxxa personali tagħhom

Spanja

Entitajiet soġġetti għas-sistema ta' attribuzzjoni tat-taxxa tal-profitti:

Sociedad civil con o sin personalidad jurídica (Sħubija ta' liġi ċivili b’personalità legali jew mingħajrha),

Agrupación europea de interés económico (AEIE) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)),

Herencias yacentes (Estejt ta' persuna li mietet),

Comunidad de bienes (Sjieda konġunta).

Entitajiet oħra mingħajr personalità legali li jikkostitwixxu unità ekonomika separata jew grupp separat ta' assi (l-Artikolu 35(4) tal-Ley General Tributaria).

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Franza

Société en participation (Kumpanija ta' impriża konġunta)

Société ou association de fait (Kumpanija de facto)

Indivision (Sjieda konġunta)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

L-Italja

Società semplice (Sħubija ta' liġi ċivili u entità assimilata)

Entità mhux kummerċjali mingħajr personalità legali

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Il-kategorija ta' entitajiet ittrattati bħala “società semplici” tinkludi: “società di fatto” (sħubiji irregolari jew “de facto”), li ma jkollhomx attivitajiet kummerċjali bħala skop tagħhom, u “associazioni” (assoċjazzjonijiet) organizzati minn artisti jew persuni professjonali għall-prattika tal-arti jew professjoni tagħhom f’forom assoċjati mingħajr ebda personalità legali

Il-kategorija ta' entitajiet mhux kummerċjali mingħajr personalità legali hija wiesgħa, u tista’ tinkludi diversi tipi ta' organizzazzjonijiet: assoċjazzjonijiet, sindakati, kumitati, organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u oħrajn

Ċipru

Syneterismos (Sħubija)

syndesmos jew somatio (Assoċjazzjoni)

Synergatikes (Kooperattiva)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Ekswxwria Eteria (Kumpanija offshore)

Trusts maħluqa taħt il-ġuriżdizzjoni Ċiprijotta huma kkunsidrati entitajiet trasparenti taħt il-liġi nazzjonali.

Il-Latvja

Pilnsabiedrība (Sħubija ġenerali)

Komandītsabiedrība (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Eiropas Ekonomisko interešu grupām (EEIG) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE)

Biedrības un nodibinājumi (Assoċjazzjoni u fondazzjoni);

Lauksaimniecības kooperatīvi (Kooperattiva agrikola)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Il-Litwanja

Europos ekonominių interesų grupės (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Asociacija (Assoċjazzjoni)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Imgħaxijiet u qligħ kapitali fuq ishma jew bonds li ġejjin minn assoċjazzjonijiet li huma eżenti minn taxxa tal-kumpaniji.

Il-Lussemburgu

Société en nom collectif (Sħubija ġenerali)

Société en commandite simple (Sħubija limitata)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

L-Ungerija

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

L-Ungerija tirrikonoxxi trusts bħala “entitajiet” taħt ir-regoli nazzjonali

Malta

Soċjetà in akomonditia (Sħubija “en commandite”), li l-kapital tagħha mhuwiex maqsum f’ishma

Arrangement in participation (Assoċjazzjoni “en participation”)

Klabb ta' investiment

Soċjetà Kooperattiva (Soċjetà kooperattiva)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Sħubiji “en commandite” li l-kapital tagħhom huwa diviż f’ishma huma soġġetti għas-CIT ġenerali.

L-Olanda

Vennootschap onder firma (Sħubija ġenerali)

Commanditaire vennootschap (Sħubija b'responsabbiltà limitata magħluqa)

Europese economische samenwerkingsverbanden (EESV) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Vereniging (Assoċjazzjoni)

Stichting (Fondazzjoni)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Sħubiji ġenerali, sħubija magħluqa u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta' taxxa.

Verenigingen (Assoċjazzjonijiet) u stichtingen (fondazzjonijiet) huma eżenti mit-taxxa sakemm huma ma jkomplux fuq il-kummerċ jew in-negozju.

L-Awstrija

Personengesellschaft (Sħubija)

Offene Personengesellschaft (Sħubija kummerċjali ġenerali)

Kommanditgesellschaft, KG (Sħubija limitata)

Gesellschaft nach bürgerlichem Recht, GesBR (Sħubija tal-liġi ċivili)

Offene Erwerbsgeselllschaft (OEG) (Sħubija ġenerali professjonali)

Kommandit-Erwerbsgesellschaft (Sħubija professjonali b'responsabbiltà limitata)

Stille Gesellschaft (Sħubija siekta)

Einzelfirma (Sħubija weħedha)

Europäische Wirtschaftliche Interessenvereinigung (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Privatstiftung (Fondazzjoni privata)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Sħubija hija kkunsidrata trasparenti, anki jekk meqjusa bħala entità għall-fini ta' komputazzjoni tal-profitt.

Ittrattata bħala “sħubija” normali

Intaxxata bħala kumpanija, id-dħul mill-imgħax intaxxat b’rata mnaqqsa ta' 12.5 %

Il-Polonja

Spólka jawna (Sp. j.) (Sħubija ġenerali)

Spólka komandytowa (Sp. k.) (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Spólka komandytowo-akcyjna (S.K.A.) (Sħubija limitata bi stokk konġunt)

Spólka partnerska (Sp. p.) (Sħubija professjonali)

Europejskie ugrupowanie interesów gospodarczych (EUIG) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Il-Portugall

Sociedade civil (Sħubija tal-liġi ċivili) li mhijiex inkorporata f’forma kummerċjali

Ditti inkorporati impenjati f’attivitajiet professjonali kkwotati li fihom is-sieħba kollha jkunu individwi kwalifikati fl-istess professjoni

Agrupamento de Interesse Económico (AIE) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Domestiku)

Agrupamento Europeu de Interesse Económico (AEIE) (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (EEIG))

Sociedada gestora de participacoes sociais (SGPS) (Kumpaniji b’sehem li huma jew ikkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħha huma ħames membri jew inqas)

Herança jacente (jiġifieri estejt ta' persuna li mietet)

Assoċjazzjoni mhux inkorporata

Kumpanija offshore li topera f’żoni ta' kummerċ ħieles f’Madeira jew fil-gżira Santa Maria fl-Azores

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Sħubiji tal-liġi ċivili mhux inkorporati f’forma kummerċjali, kumpaniji inkorporati impenjati f’attivitajiet professjonali ikkwotati, ACE (tip ta' impriża konġunta inkorporata), GIEE u kumpaniji li jkollhom assi li jew huma kkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħhom huma ħames membri jew inqas ikunu fiskalment trasparenti.

Sħubiji inkorporati oħra huma ttrattati bħala kumpaniji u ntaxxati taħt ir-regoli ġenerali tal-IRC.

Kumpaniji offshore li joperaw f’żoni ta' kummerċ ħieles f’Madeira jew fil-gżira Santa Maria fl-Azores huma eżenti mis-CIT u d-WHT fuq dividendi, imgħax, royalties u pagamenti simili lill-kumpanija materna barranija.

L-uniċi trusts ammessi taħt il-liġi Portugiża huma dawk stabbiliti taħt liġi barranija minn persuni legali fiċ-Ċentru tan-Negozju Internazzjonali ta' Madeira u assi tal-trusts jikkostitwixxu parti awtonoma tal-patrimonju tal-persuna legali li taġixxi bħala trust.

Ir-Rumanija

Assoċjazzjoni (sħubija)

Cooperative (Kooperattiva)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Is-Slovenja

Samostojni podjetnik (Sjieda)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Is-Slovakkia

Verejná obchodná spoločnosť (Sħubija ġenerali)

Európske združenie hospodárskych záujmov (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

Komanditná spoločnosť (Sħubija b'responsabbiltà limitata) rigward id-dħul attribwit lil sieħeb ġenerali

Združenie (assoċjazzjoni)

Entitajiet li mhumiex stabbiliti għall-fini li jagħmlu negozju: kmamar ta' professjonisti, assoċjazzjonijiet ċiviċi volontarji, Nadácia (fondazzjonijiet)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Il-bażi taxxabbli hija l-ewwel komputata għas-sħubija limitata bħala kollha kemm hi u mbagħad allokata għas-sieħba ġenerali u s-sieħba limitati. L-ishma tal-profitt riċevuti mis-sieħba ġenerali ta' sħubija b'responsabbiltà limitata huma ntaxxati fil-livell ta' sieħba ġenerali. Il-bqija tad-dħul tas-sieħba b'responsabbiltà limitata hija ntaxxata inizjalment f’livell ta' sħubija skont ir-regoli għall-kumpaniji.

Dħul eżenti mit-taxxa miksub minn atitvitajiet li huma l-fini tat-twaqqif tal-organizzazzjoni, ħlief dħul soġġett għar-reġim tad-WHT.

Il-Finlandja

yksityisliike (Ditta mhux irreġistrata)

avoin yhtiö / öppet bolag (Sħubija)

kommandiittiyhtiö / kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

kuolinpesä / dödsbo (Estejt ta' persuna li mietet)

eurooppalaisesta taloudellisesta etuyhtymästä (ETEY) / europeiska ekonomiska intressegrupperingar (Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew (GIEE))

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

L-Iżvezja

handelsbolag (Sħubija ġenerali)

kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

enkelt bolag (Sħubija sempliċi)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

 

Ir-Renju Unit

Sħubija ġenerali

Sħubija b'responsabbiltà limitata

Sħubija b'responsabbiltà limitata

GIEE

Klabb ta' investiment (fejn il-membri huma intitolati għal sehem speċifiku tal-assi)

“Trust”, fondazzjoni jew arranġament legali simili ieħor

Entitajiet u arranġamenti legali li l-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab fil-ġurisdizzjoni ta' Gibraltar, inklużi:

Kumpaniji b’responsabbiltà limitata sew jekk limitata permezz ta' ishma, garanzija jew xi mekkaniżmu ieħor;

Korporazzjonijiet b’responsabbiltà limitata sew jekk limitata permezz ta' ishma, garanzija jew xi mekkaniżmu ieħor;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet internazzjonali;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet kummerċjali internazzjonali;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet eżentati;;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet b’ċelluli multipli mhux awtonomi;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet b’ċelluli multipli awtonomi;

Banek internazzjonali, inklużi korporazzjonijiet bl-istess isem;

Banek extraterritorjali, inklużi korporazzjonijiet bl-istess isem;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni;

Kumpaniji jew korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni mill-ġdid;

Kooperattivi;

Unjonijiet ta' kreditu;

Sħubijiet ta' kull forma inklużi (bla limitazzjoni) sħubijiet ġenerali, sħubijiet limitat, sħubijiet b’responsabilità limitata, sħubijiet internazzjonali u sħubijiet kummerċjali internazzjonali;

Impriżi konġunti;

Trusts;

Strutturi ta' likwidazzjoni;

Fondazzjonijiet;

Proprjetajiet tad-defunti;

Kull forma ta' fond;

Fergħat ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet jew arranġamenti msemmija hawn;

Uffiċċji rappreżentattivi ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet jew arranġamenti msemmija hawn;

Stabbilimenti permanenti ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet jew arranġamenti msemmija hawn;

Fondazzjonijiet b’forom multipli, ikunu kif ikunu deskritti.

Sħubiji ġenerali, sħubiji limitati; sħubiji b'responsabbiltà limitata u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta' taxxa.


(1)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/519


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni u ma' transazzjonijiet oħra transkonfinali *

P6_TA(2009)0326

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni u ma' transazzjonijiet oħra transkonfinali (COM(2008)0805 – C6-0039/2009 – 2008/0228(CNS))

2010/C 184 E/86

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0805),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0039/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0189/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

(5)

Il-VAT għandha titħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa mill-persuna li hi responsabbli għall-ħlas. Sabiex jiġi ssalvagwardjat il-ħlas tal-VAT, l-Istati Membri madankollu jistgħu jipprovdu li, f'ċirkustanzi xierqa, persuna oħra tinżamm responsabbli għall-ħlas ta' dik il-VAT b'mod konġunt u separat.

(5)

Il-VAT għandha titħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa mill-persuna li hi responsabbli għall-ħlas. Sabiex jiġi ssalvagwardjat il-ħlas tal-VAT, l-Istati Membri madankollu jistgħu jipprovdu li, f'ċirkustanzi xierqa, persuna oħra tinżamm responsabbli għall-ħlas ta' dik il-VAT b'mod konġunt u separat. Meta jagħmlu hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura li tikkumbatti l-frodi tkun proporzjonata u mmirata lejn il-persuni li jkunu kkommettew frodi.

Emenda 2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6

(6)

Sabiex jiġi ggarantit li fornitur tal-merkanzija li jikkontribwixxi għat-telf tal-VAT li jseħħ meta l-merkanzija fornuta li tkun eżentata mill-VAT tiġi akkwistata minn persuna oħra wkoll ikun jista' jinżamm responsabbli, b'mod konġunt u separat, għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija fi Stat Membru fejn il-fornitur ikkonċernat mhuwiex stabbilit (fornitur mhux stabbilit), huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal dik il-possibbiltà.

(6)

Sabiex jiġi ggarantit li fornitur tal-merkanzija li jikkontribwixxi għat-telf tal-VAT li jseħħ meta l-merkanzija fornuta li tkun eżentata mill-VAT tiġi akkwistata minn persuna oħra wkoll ikun jista' jinżamm responsabbli, b'mod konġunt u separat, għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija fi Stat Membru fejn il-fornitur ikkonċernat mhuwiex stabbilit (fornitur mhux stabbilit), huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal dik il-possibbiltà. Sa… (1), il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament ta' responsabilità konġunta u separata u, jekk ikun xieraq, tissottometti proposta għall-emenda tiegħu.

Emenda 3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 205 – paragrafu 2

2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 200 , il-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 138, għandha tinżamm responsabbli b'mod konġunt u separat għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija meta ma tkunx ikkonformat mal-obbligu pprovdut fl-Artikoli 262 u 263 li tissottometti dikjarazzjoni rikapitulattiva li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-provvista jew meta d-dikjarazzjoni rikapitulattiva li tkun ippreżentat ma tkunx tinkludi l-informazzjoni dwar din il-provvista kif meħtieġ skont l-Artikolu 264.

2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 200 , il-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikoli 138, għandha tinżamm responsabbli b'mod konġunt u separat għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija meta ma tkunx ikkonformat mal-obbligu pprovdut fl-Artikoli 262 u 263 li tissottometti dikjarazzjoni rikapitulattiva li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-provvista jew meta d-dikjarazzjoni rikapitulattiva li tkun ippreżentat ma tkunx tinkludi l-informazzjoni dwar din il-provvista kif meħtieġ skont l-Artikolu 264.

 

Qabel ma persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikolu 138 tinżamm responsabbli b'mod konġunt u separat, l-awtoritajiet li dik il-persuna għandha tagħtihom id-dikjarazzjoni rikapitulattiva tagħha skont l-Artikolu 262 għandha tinnotifikaha dwar in-nuqqas ta' konformità u għandha tagħtiha l-opportunità li tiġġustifika tali nuqqas f'perjodu mhux iqsar minn xahrejn.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika meta:

(a)

meta l-klijent ikun issottometta denunzja tal-VAT kif ipprovdut fl-Artikolu 250 li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar din it-tranżazzjoni għall-perjodu li matulu tista' tintalab it-taxxa fuq it-tranżazzjoni kkonċernata;

(a)

meta l-klijent ikun issottometta denunzja tal-VAT kif ipprovdut fl-Artikolu 250 li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar din it-tranżazzjoni għall-perjodu li matulu tista' tintalab it-taxxa fuq it-tranżazzjoni kkonċernata;

(b)

meta l-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 138 tkun tista' tiġġustifika kif suppost in-nuqqas tagħha msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, b'mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti.

(b)

meta l-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikolu 138 tkun tista' tiġġustifika kif suppost lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom trid tintbagħat id-dikjarazzjoni rikapitulattiva skont l-Artikolu 262 in-nuqqas tagħha msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu; jew

 

(c)

meta jkunu għaddew iktar minn sentejn bejn il-provvista tal-merkanzija u d-data li fiha l-persuna li tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikoli 138 tkun irċeviet notifika msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Emenda 4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 a (ġdid)

 

Artikolu 1a

Evalwazzjoni tal-Kummissjoni

Sa … (2), il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fejn tevalwa l-impatt ta' responsabilità konġunta u separata skont l-Artikolu 205 tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż l-impatt fuq spejjeż amministrattivi għall-fornituri u fuq dħul minn taxxi akkwistati mill-Istati Membri. Jekk dan ikun xieraq, u sakemm il-Kummissjoni tkun kapaċi tagħti prova li l-bażi tad-dejta tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VIES) u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jaħdmu kif suppost, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal emenda tal-Artikolu 205 tad-Direttiva 2006/112/KE.


(1)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(2)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.