Pensjonijiet supplimentari - żamma tad-drittijiet meta tmur tgħix barra minn pajjiżek

Il-leġiżlazzjoni tiggarantixxi li n-nies li jimxu għal pajjiż ieħor tal-UE sabiex jaħdmu ma jitilfux il-benefiċċji li jkunu diġà kisbu fi-kumpanija preżenti jew mill-iskema tal-pensjoni okkupazzjonali tagħhom.

ATT

Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari.

SOMMARJU

L-Istati Membri jipprovdu pensjonijiet tal-istat għaċ-ċittadini tagħhom meta dawn jirtiraw. Sa mill-ewwel jiem tal-UE, dawn id-drittijiet bażiċi ġew rispettati meta xi ħadd jitlaq minn pajjiż sabiex jaħdem jew jgħix f’ieħor.

Għan-numru dejjem jikber ta’ nies li għandhom skema addizzjonali ta’ pensjoni marbuta mal-impjieg tagħhom, u wara jiddeċiedu li jaħdmu barra minn pajjiżhom, is-sitwazzjoni kienet ħafna inqas ċara. Ħafna setgħu jitilfu mill-pensjoni futura tagħhom jekk jitilqu mix-xogħol qabel ma jissodisfaw kundizjonijiet bħal perjodi twal ta’ kwalifikazzjoni. Dawn jew ippenalizzawhom jew kienu ta’ deterrent biex huma jiċċaqilqu.

Il-leġiżlazzjoni tiżgura li kull min għandu drittijiet ta’ pensjoni supplimentari ma jitlifhix meta jmur jgħix jew jaħdem f’pajjiż ieħor tal-UE.

Protezzjoni ta’ drittijiet

Id-direttiva tistipula dan li ġej:

Informazzjoni

Ħaddiema fi skema ta’ pensjoni jistgħu jistaqsu lill-amministraturi tagħha, kif jekk iwaqqfu l-impjieg jew jiċċaqalqu, dan jaffettwa d-drittijiet tal-pensjoni supplimentari tagħhom u l-kundizzjonijiet li kieku japplikaw għal trattament futur ta’ dawk id-drittijiet.

Nies li jkunu telqu mill-iskema għandhom ikunu infurmati dwar il-valur u t-trattament tad-drittijiet tagħhom.

Skeda ta' żmien

Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni għandhom ikunu fis-seħħ sal-21 ta’ Mejju 2018. Il-Kummissjoni se tagħmel abbozz dwar l-implimentazzjoni sal-21 ta’ Mejju 2020.

REFERENZI

Att li jemenda

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2014/50/UE

20.5.2014

21.5.2018

ĠU L 128 ta' 30.4.2014

L-aħħar aġġornament: 23.07.2014