Brussell, 26.10.2018

COM(2018) 716 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-UE u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima: Jitqies il-progress fis-COP ta' Katowice

(meħtieġ skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE)

{SWD(2018) 453 final}


Ir-rapport fuq il-progress tal-azzjoni klimatika

Werrej

1    Ilħuq tal-impenji internazzjonali tal-UE    

2    L-emissjonijiet tal-EU ETS    

2.1    Emissjonijiet tal-EU ETS fl-2017    

2.2    Reviżjoni tal-qafas regolatorju tal-EU ETS    

3    Emissjonijiet tal-“kondiviżjoni tal-isforzi”    

3.1    L-iżviluppi tal-emissjonijiet fil-livell tal-UE    

3.2    Il-konformità tal-Istati Membri mad-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi    

3.3    Lejn l-2020 u l-2030    

4    L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija    

5    Żvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE    

5.1    Trasport bit-triq    

5.2    L-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli    

5.3    Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija    

5.4    Regolament dwar il-gassijiet-F    

5.5    Ekonomija ċirkolari    

6    Finanzjament għall-klima    

6.1    Dħul mill-irkant ta’ kwoti tal-EU ETS    

6.2    LIFE    

6.3    NER 300    

6.4    L-integrazzjoni tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima fil-baġit tal-UE    

7    L-adattatment għat-tibdil fil-klima    

8    Kooperazzjoni internazzjonali fil-klima    

8.1    Azzjoni globali    

8.2    L-avjazzjoni    

8.3    Il-politika marittima    

8.4    L-irbit tal-ETS mal-Iżvizzera    

8.5    Is-swieq internazzjonali tal-karbonju    

8.6    Azzjoni Volontarja – Sħubija ta’ Marrakesh dwar Azzjoni Klimatika Globali    

8.7    Appoġġ lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp    



1Ilħuq tal-impenji internazzjonali tal-UE 

Fl-2018, l-UE adottat leġiżlazzjoni li se tippermettilha twettaq l-impenn tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gass serra (GHG) b’tal-anqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990. Żiedet ukoll il-livell tal-ambizzjoni tagħha dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Flimkien, jekk jiġu implimentati bis-sħiħ, sal-2030 huma stmati li jirriżultaw fi tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-UE ta’ madwar 45 %.

Skont il-politiki implimentati bħalissa, l-emissjonijiet fl-2030 huma projettati li jkunu 30 % anqas mil-livell tal-1990 (skont il-projezzjonijiet mill-Istati Membri, primarjament minn Marzu 2017). Għaldaqstant, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni l-ġdida, l-Istati Membri se jkollhom jifformulaw politiki u miżuri biex ikomplu jnaqqsu l-emissjonijiet.

L-UE għadha fit-triq li tilħaq il-mira tagħha għall-2020 li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gass serra b’20 % mil-livelli tal-1990. Fl-2017, l-emissjonijiet ta’ gass serra fl-UE naqsu bi 22 %, skont data preliminari (li tkopri l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali, iżda mhux l-emissjonijiet u t-tneħħijiet mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija (LULUCF)). Hekk kif il-projezzjonijiet tal-Istati Membri jindikaw li l-emissjonijiet se jkomplu jonqsu, l-UE tistenna li tilħaq il-mira tagħha għall-2020.

Illustrazzjoni 1:    L-emissjonijiet ta’ gass serra totali tal-UE (l-emissjonijiet storiċi 1990-2017, l-emissjonijiet projettati 2018-2030) (Mt CO2ek.) u l-miri ta’ tnaqqis tal-gass serra. 1

Fl-2017, l-emissjonijiet kienu 0,6 % ogħla milli fl-2016, skont id-data preliminari. Iż-żieda ġiet primarjament mis-settur tat-trasport u mill-industrija. Madankollu, id-diżakkoppjar tal-attività ekonomika mill-emissjonijiet ta’ gass serra kompla hekk kif it-tkabbir fl-emissjonijiet kien ferm anqas mit-tkabbir ekonomiku. L-intensità ta’ emissjonijiet ta’ gass serra tal-ekonomija, definita bħala l-proporzjon bejn l-emissjonijiet u l-PDG, naqset għal livell storiku baxx ta’ 315 g CO2-ek. / EUR, li hu nofs il-livell tal-1990. Bejn l-1990 u l-2017, il-PDG kombinat tal-UE żdied bi 58 %, filwaqt li l-emissjonijiet totali ta’ gass serra naqsu bi 22 %.

Illustrazzjoni 2:    L-emissjonijiet ta’ gass serra tal-UE, il-PDG reali u l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gass serra (1990 = 100). 2

2L-emissjonijiet tal-EU ETS 

L-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet (EU ETS) tkopri bejn wieħed u ieħor 11 000 impjant tal-enerġija u impjant tal-manifattura, u l-avjazzjoni fi ħdan u bejn il-pajjiżi parteċipanti.

2.1Emissjonijiet tal-EU ETS fl-2017

Fl-2017, l-emissjonijiet mill-installazzjonijiet koperti mill-EU ETS huma stmati li żdiedu ftit (b’0,18 %) meta mqabbla mal-2016. 3 Iż-żieda tikser tendenza ta’ tnaqqis li ilha mill-bidu tal-fażi 3 fl-2013 u tista’ tiġi spjegata mit-tkabbir ta’ 2,4 % fil-PDG reali, li hu ogħla minn dak fi kwalunkwe sena sa mill-bidu tal-perjodu ta’ negozjar kurrenti.

Iż-żieda kienet xprunata primarjament mill-industrija, filwaqt li l-emissjonijiet mis-settur tal-enerġija naqsu bi ftit. L-emissjonijiet verifikati mill-avjazzjoni komplew jiżdiedu, u laħqu l-64,2 Mt CO2 fl-2017, żieda ta’ 4,5 % mill-2016.

L-iskambji ta’ krediti internazzjonali għall-kwoti tal-UE naqsu għal livell baxx ħafna. Tul il-fażijiet 2 (2008-2012) u 3 (mill-2013), b’kollox intużaw jew ġew skambjati 1,49 biljun biex ipaċu l-emissjonijiet tal-EU ETS. Fil-fażi 3, kienu ntużaw madwar 436 miljun sa Ġunju 2018 (madwar 11,5 miljun fl-2017 biss). Mill-2021, mhux se jibqa’ jkun possibbli li jintużaw krediti internazzjonali biex jiġu rispettati l-obbligi tal-EU ETS.

2.2Reviżjoni tal-qafas regolatorju tal-EU ETS 

Fid-9 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim provviżorju dwar ir-reviżjoni tal-EU ETS, jiġifieri għall-perjodu wara l-2020. Id-Direttiva riveduta dwar l-ETS ġiet ippubblikata fl-14 ta’ Marzu 2018. 4 Fost affarijiet oħra, din tkompli tnaqqas il-limitu massimu tal-emissjonijiet billi żżid il-fattur ta’ tnaqqis lineari għal 2,2 % fis-sena mill-2021. Dan ifisser li, bejn l-2021 u l-2030, l-emissjonijiet se jitnaqqsu bi 48 Mt CO2-ek. fis-sena, meta mqabbla ma’ 38 Mt fil-fażi kurrenti ta’ negozjar, u b’hekk l-EU ETS tinżamm fit-triq biex tilħaq il-mira tagħha ta’ tnaqqis ta’ 43 % sal-2030. Kif muri fl-illustrazzjoni 3, il-projezzjonijiet proprji tal-Istati Membri, li jibdew mill-2017 għal ħafna mill-Istati Membri, juru tnaqqis iżgħar fl-emissjonijiet minn dak li teħtieġ l-ETS.

Id-Direttiva riveduta tindirizza l-eċċess tal-kwoti li akkumula mill-2009, primarjament bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u l-użu ta’ krediti internazzjonali biex jitpaċu l-emissjonijiet fl-UE. Tul l-aħħar tliet snin, l-eċċess kien qed jonqos b’mod kostanti, bi kważi nofs biljun kwota, ara l-illustrazzjoni 3. F’parti minnu dan hu dovut għall-posponiment tal-kwoti lejn tmiem il-perjodu. 5 Madankollu, dan għadu sostanzjali: bħalissa hemm aktar minn 1,6 biljun kwota. 6  

Illustrazzjoni 3:    L-emissjonijiet verifikati tal-ETS 2005-2017, l-emissjonijiet tal-ETS projettati għall-2018-2030, il-limiti massimi tal-ETS fil-fażijiet 2, 3 u 4, u l-eċċess akkumulat ta’ kwoti tal-ETS għall-2008-2017 (Mt CO2-ek.). Iċ-ċart turi l-emissjonijiet verifikati tal-ETS bl-ambitu ġeografiku u settorjali tal-ETS fis-sena rilevanti u għalhekk ma tistax tinqara bħala serje ta’ żmien qabel l-2013. L-avjazzjoni hija inkluża fil-limitu massimu għall-2017-2012. 7  

Id-Direttiva tindirizza wkoll l-eċċess billi ssaħħaħ ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR), li se tibda topera mill-1 ta’ Jannar 2019. L-MSR tnaqqas l-eċċess billi tnaqqas il-volumi tal-irkanti jekk jaqbeż it-833 miljun kwota, li hu l-każ bħalissa. Id-Direttiva tagħmel żewġ tibdiliet ewlenin fil-funzjonament tal-MSR:

Øil-perċentwal tal-eċċess li jrid jitqiegħed fir-riżerva mill-2019 sal-2023 se jirdoppja minn 12 % miftiehem inizjalment għal 24 %, jiġifieri l-eċċess se jitnaqqas aktar malajr; u

Ømill-2023, ammonti ta’ MSR li jaqbżu l-volum tal-irkanti tas-sena ta’ qabel mhux se jibqgħu validi.

Fil-prattika, dan ifisser li, kull sena sal-2023, il-Kummissjoni se tikkalkola kemm hemm kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (l-eċċess) u tnaqqas il-provvista tal-irkanti b’24 % ta’ dak in-numru. 8 Jekk l-eċċess jinżel għal anqas minn 400 miljun kwota, l-MSR tibda terġa’ toħroġ il-kwoti fis-suq.

Bħala riżultat ta’ dan, minn Jannar sa Awwissu 2019, kważi 265 miljun kwota (16 % tal-eċċess) 9 mhux se jiġu rkantati iżda minflok se jintefgħu fl-MSR. Madwar 40 % anqas kwoti se jiġu rkantati meta mqabbla mal-perjodu korrispondenti fl-2018. Fi ftit kliem, l-MSR tnaqqas l-eċċess billi tbaxxi l-provvista ta’ kwoti lis-suq.

3Emissjonijiet tal-“kondiviżjoni tal-isforzi” 

L-emissjonijiet minn ħafna mis-setturi mhux inklużi fl-EU ETS, bħat-trasport, il-bini, l-agrikoltura (emissjonijiet mhux ta’ CO2) u l-iskart, huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-“kondiviżjoni tal-isforzi”. Id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 10 (ESD) tistabbilixxi miri nazzjonali ta’ emissjonijiet għall-2020, espressi bħala tibdil fil-perċentwal mil-livelli tal-2005. L-Istati Membri jridu jirrispettaw il-limiti annwali ta’ emissjonijiet mill-2013 sal-2020.

Fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 11 (ESR), adottat f’Mejju 2018, l-impenn tal-mexxejja tal-UE li jnaqqsu l-emissjonijiet f’setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi bi 30 % sal-2030 hu msarraf – fuq il-bażi tal-ġustizzja, tal-kosteffettività u tal-integrità ambjentali – fi tnaqqis annwali vinkolanti fl-emissjonijiet ta’ gass serra għal kull Stat Membru għall-2021-2030.

L-ESR jirrikonoxxi li l-ħila tal-Istati Membri li jieħdu azzjoni tvarja u jistabbilixxi miri nazzjonali differenzjati li primarjament jirriflettu l-PDG per capita. Il-miri tal-2030 ivarjaw minn 0 % sa 40 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005.

L-ESR iżomm il-forom ta’ flessibbiltà li jeżistu taħt l-ESD kurrenti (eż. ibbankjar, teħid b’self, xiri u bejgħ ta’ kwoti tal-emissjonijiet bejn l-Istati Membri), ħlief għall-użu ta’ krediti internazzjonali, li mhux ser ikunu permessi wara l-2020. Barra minn hekk, l-Istati Membri eliġibbli se jkunu jistgħu jużaw numru limitat ta’ kwoti tal-ETS, u l-Istati Membri kollha se jitħallew jużaw ammont limitat ta’ tneħħijiet tal-emissjonijiet fis-setturi tal-użu tal-art biex jilħqu parti mill-miri tagħhom.

3.1L-iżviluppi tal-emissjonijiet fil-livell tal-UE

L-emissjonijiet koperti mill-ESD kienu 11 % anqas fl-2017 meta mqabbla mal-2005. B’hekk, l-UE marret aħjar b’4 punti perċentwali (PP) mill-mira interim tagħha ta’ tnaqqis ta’ 7 %. Peress li s-sistema tnediet fl-2013, l-emissjonijiet madwar l-UE kollha kienu anqas il-limitu totali ta’ kull sena b’mod sinifikanti. Dan wassal għal eċċess kumulattiv ta’ kwoti tal-emissjonijiet annwali (AEAs) ta’ madwar 1 023 Mt CO2-ek. fl-2013-2017, li jikkorrispondi għal madwar 35 % tal-emissjonijiet tal-2005.

Illustrazzjoni 4:    Emissjonijiet koperti mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi 2005-2030 u l-AEAs (Mt CO2-ek.) 12

Skont il-projezzjonijiet nazzjonali bbażati fuq il-miżuri eżistenti, l-emissjonijiet fl-2020 jeħtieġu li jkunu 16 % anqas mil-livell tal-2005, u jaqbżu l-mira tal-2020 ta’ tnaqqis ta’ 10 %. Fl-2030, l-emissjonijiet huma projettati li jkunu 21 % anqas milli fl-2005. Għaldaqstant, biex tintlaħaq il-mira tal-2030 ta’ tnaqqis ta’ 30 % mil-livell tal-2005, se jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali.

Data preliminari tal-2017 tindika li l-emissjonijiet tal-ESD żdiedu mill-2016 għall-2017 għat-tielet sena konsekuttiva (b’0,8 %). Peress li l-ESD daħlet fis-seħħ fl-2013, l-emissjonijiet tat-trasport żdiedu b’7 % u l-emissjonijiet mill-agrikoltura bi 2 %, filwaqt li dawk minn setturi oħra naqsu.

L-emissjonijiet tat-trasport koperti mill-ESD kienu ftit anqas fl-2017 meta mqabbla mal-2005. L-emissjonijiet bit-trasport tat-triq żdiedu hekk kif id-domanda għall-mobilità kibret matul is-snin disgħin sal-2007. Wara ftit snin ta’ tnaqqis, l-emissjonijiet tat-trasport reġgħu bdew jiżdiedu mill-2014. Lejn l-2030, bil-politiki eżistenti hu projettat tnaqqis marġinali. Fid-dawl ta’ dawn it-tendenzi, il-Kummissjoni pproponiet sett ta’ azzjonijiet regolatorji mmirati għal dan is-settur (ara t-taqsima 5.1). L-emissjonijiet tat-trasport jifformaw 36 % tal-emissjonijiet koperti mill-ESD.

L-emissjonijiet mill-użu tal-enerġija fil-bini juru xi varjazzjoni sena wara sena minħabba t-tibdiliet relatati mat-temp fid-domanda għat-tisħin. Madankollu, dawn kienu 16 % anqas fl-2017 milli fl-2005 u t-tendenza ta’ tnaqqis hi projettata li tkompli fil-perjodu sal-2030.

L-emissjonijiet mill-agrikoltura kienu f’livell simili fl-2017 bħal fl-2005 u huma projettati li se jibqgħu stabbli fil-perjodu sal-2030, bil-politiki eżistenti.

L-emissjonijiet mill-immaniġġjar tal-iskart naqsu bi 32 % bejn l-2005 u l-2017, u t-tendenza ta’ tnaqqis qawwi hi projettata li se tkompli.

L-emissjonijiet tal-ESD mill-industrija u setturi oħra kienu 12 % anqas fl-2017 milli fl-2005 u huma projettati li se jkomplu jonqsu.

L-emissjonijiet tal-metan naqsu b’konsistenza; fl-2016, dawn kienu 38 % anqas milli fl-1990, parzjalment bis-saħħa tal-politiki eżistenti tal-UE, b’mod partikolari l-politika agrikola komuni u l-leġiżlazzjoni dwar l-iskart. L-emissjonijiet tal-metan mill-agrikoltura (nofs l-emissjonijiet kollha tal-metan jiġu mill-bhejjem) naqsu bi 22 % mill-1990 u dawk mill-immaniġġjar tal-iskart b’45 %. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-iskart adottata f’Mejju 2018 13 se twassal għal tnaqqis ulterjuri fl-emissjonijiet mill-immaniġġjar tal-iskart peress li din tintroduċi miri u restrizzjonijiet ambizzjużi għar-rimi f’landfills, kif ukoll ġbir separat obbligatorju tal-bijoskart.

Livelli inferjuri ta’ estrazzjoni tal-faħam u ta’ attivitajiet ta’ wara l-estrazzjoni mill-produzzjoni tal-enerġija wasslu għal tnaqqis ta’ 56 % fl-emissjonijiet tal-metan mill-produzzjoni tal-enerġija mill-1990 ’l hawn.

Min-naħa l-oħra, l-emissjonijiet fl-UE ta’ gassijiet fluworurati impattanti b’effett ta’ serra (gassijiet-F) żdiedu b’69 % bejn l-1990 u l-2016. Dan hu dovut għall-użu akbar ta’ idrofluworokarburi (HFCs), primarjament bħala sostituti għal sustanzi qerrieda tal-ożonu. L-HFCs jintużaw f’diversi setturi u applikazzjonijiet, inklużi bħala refriġeranti f’tagħmir tar-refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana; bħala aġenti neffieħa għall-fowms; bħala solventi: u f’apparati għat-tifi tan-nar u f’aerosols.

Filwaqt li l-emissjonijiet ta’ gassijiet-F (PFCs u SF6) naqsu mill-1990, il-gassijiet-F għadhom jirrappreżentaw 2,7 % tal-emissjonijiet kollha ta’ gass serra tal-UE. Permezz tar-Regolament dwar il-gassijiet-F, l-UE ħadet passi biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet-F (ara t-taqsima 5.4).

3.2Il-konformità tal-Istati Membri mad-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 

Kull wieħed mit-28 Stat Membru rrispetta l-obbligi tiegħu tal-ESD fl-2013-2015. Malta qabżet l-AEAs tagħha f’kull waħda mis-snin inkwistjoni, iżda kopriet id-defiċit billi xtrat AEAs mill-Bulgarija. L-Iżvezja ma’ użatx l-allokazzjoni sħiħa tagħha u ħassret l-AEAs eċċessi tagħha biex issaħħaħ l-integrità ambjentali tas-sistema fis-sħuħija tagħha. L-Istati Membri l-oħra kollha rriżervaw il-kwoti eċċessi tagħhom biex jużawhom fis-snin futuri. Ma ntuża ebda kreditu internazzjonali mill-mekkaniżmu għal żvilupp nadif (CDM) jew mill-implimentazzjoni konġunta biex tinżamm konformità mal-obbligi tal-ESD.

Iċ-ċiklu tal-konformità għall-2016 għadu għaddej. Malta, il-Finlandja, il-Polonja, l-Irlanda, il-Ġermanja u l-Belġju qabżu l-AEAs tagħhom u ser ikollhom jużaw il-flessibbiltajiet biex jiżguraw il-konformità. Għall-Belġju, għall-Finlandja, għall-Ġermanja, għall-Irlanda u għall-Polonja, din kienet l-ewwel darba u dawn jistgħu jużaw l-AEAs żejda riżervati mis-snin ta’ qabel. Malta qabżet l-AEAs tagħha kull sena mill-2013 u se jerġa’ jkollha bżonn tixtri AEAs u/jew krediti ta’ proġetti internazzjonali.

L-eċċess kumulattiv tal-AEAs għal kull Stat Membru għall-2013-2016 hu muri fl-Illustrazzjoni 5.

Illustrazzjoni 5:    Eċċess kumulattiv tal-AEAs bħala perċentwal tal-emissjonijiet tal-2005, 2013-2016.

Id-data preliminari għall-2017 turi li l-emissjonijiet ta’ ħafna mill-Istati Membri kienu anqas mill-AEAs tagħhom. F’disa’ każijiet (il-Greċja, is-Slovakkja, il-Kroazja, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Portugall, l-Iżvezja, in-Netherlands u s-Slovenja), l-emissjonijiet kienu 10 pp anqas jew aktar 14 .

Hu stmat li Malta, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Awstrija, Ċipru, il-Polonja u l-Finlandja qabżu l-AEAs tagħhom, u hekk ukoll il-Bulgarija, l-Estonja u l-Litwanja, iżda b’anqas minn 1 pp (skont data preliminari).

3.3Lejn l-2020 u l-2030

Ir-Regolament il-ġdid dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (ara t-taqsima 5.3) jeħtieġ li l-Istati Membri jfasslu l-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima filwaqt li jistabbilixxu l-politiki u l-miżuri tagħhom għall-perjodu sal-2030. Fuq il-bażi tal-miżuri eżistenti, tliet Stati Membri (l-Ungerija, il-Polonja u l-Greċja) jipprojettaw li jisbqu l-miri tagħhom għall-2030 u ħamsa oħra jinsabu ġeneralment fi triqithom. Dan ifisser li ħafna ser ikollhom isaħħu l-isforzi tagħhom. L-Illustrazzjoni 6 turi d-diskrepanzi bejn l-emissjonijiet projettati u l-miri tal-ESR tal-2030.

Illustrazzjoni 6:    Id-diskrepanzi bejn il-miri tal-ESR tal-2030 u l-emissjonijiet projettati (punti perċentwali). 15 (Valuri negattivi jindikaw li nqabżu l-miri; valuri pożittivi jindikaw defiċit). 

Ħafna mill-Istati Membri huma mistennija jilħqu l-miri tagħhom tal-ESD 2020, iżda (skont il-projezzjonijiet nazzjonali), jista’ jkun li tmienja ma jirnexxilhomx: L-Irlanda pprojettat li tista’ tiżvijja mill-mira tagħha b’20 pp, filwaqt li Ċipru u Malta jistgħu jfallu tagħhom bi 12-il pp u 11-il pp rispettivament. Il-Belġju, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Finlandja wkoll jistgħu ma jilħqux, iżda b’marġini iżgħar.

Ċipru pprojetta li jista’ ma jilħaqx il-miri tiegħu għall-2020 u għall-2030 b’marġini kbar. Kif muri fl-illustrazzjoni 6, bil-miżuri eżistenti Ċipru qed jipprojetta li jfalli l-mira tiegħu għall-2030 b’47 pp. Madankollu, Ċipru pprojetta li b’miżuri addizzjonali, id-diskrepanza tista’ titnaqqas għal 17-il pp. L-emissjonijiet mit-trasport huma ta’ tħassib partikolari, peress li qed jiżdiedu.

Anki Malta pprojettat li tista’ tfalli ż-żewġ miri b’marġini kbar. Minbarra l-emissjonijiet li qed jiżdiedu mit-trasport bit-triq, l-emissjonijiet ta’ HFCs qed jiżdiedu rapidament, primarjament minħabba domanda akbar għall-arja kundizzjonata. F’Mejju 2018, bħala parti miċ-ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni ekonomika tas-Semestru Ewropew, Malta ntalbet tistabbilixxi miri u timplimenta miżuri biex tnaqqas il-konġestjoni u l-emissjonijiet ta’ gass serra mit-trasport b’mod sostanzjali sal-2025, b’tali mod li jkun jista’ jsir monitoraġġ perjodiku tal-progress.

L-Irlanda pprojettat li mhix se tilħaq la l-mira tagħha tal-2020 u lanqas dik tal-2030, bil-miżuri eżistenti. Hi rriżervat il-kwoti żejda tagħha mill-2013-2015, iżda mhix mistennija tkopri d-defiċit fl-2016-2020. B’mod partikolari, l-emissjonijiet mit-trasport żdiedu bil-qawwa u ż-żieda hi projettata li tkompli sal-2025. Fis-Semestru Ewropew tal-2018, ġie rakkomandat li l-Irlanda għandha tiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan nazzjonali għall-iżvilupp, fost l-oħrajn f’termini tal-enerġija nadifa, tat-trasport u tal-abitazzjonijiet.

Anki l-Belġju u l-Lussemburgu pprojettaw li mhumiex se jilħqu ż-żewġ miri bil-miżuri eżistenti. Fis-Semestru Ewropew, ġie rakkomandat li l-Belġju għandu jinvesti f’infrastruttura ġdida jew eżistenti tat-trasport u jtejjeb l-inċentivi biex jintuża trasport kollettiv u b’emissjonijiet baxxi.

Fil-Lussemburgu, madwar nofs l-emissjonijiet ta’ gass serra jiġu mit-trasport bit-triq. Fis-Semestru Ewropew, ġie enfasizzat li t-taxxi tal-Lussemburgu fuq il-fjuwil għat-trasport huma fost l-anqas fl-UE u li l-aktar sfida urġenti hi li jitlestew u jittejbu l-infrastrutturi ferrovjarji.

Bil-politiki eżistenti, anki l-Estonja, il-Latvja, il-Finlandja, il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Litwanja, l-Awstrija, ir-Rumanija, il-Polonja u Spanja pprojettaw li mhux se jilħqu l-miri tagħhom għall-2030 b’aktar minn 10 pp. L-Istati Membri kollha li pprojettaw li mhux se jilħqu l-miri tal-2030 huma mistennija jistabbilixxu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima (skont ir-Regolament dwar il-Governanza) kif biħsiebhom ifittxu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ politiki u miżuri ġodda jew imsaħħa.

4L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija 

F’Mejju 2018, l-UE adottat ir-Regolament LULUCF, 16 li jintegra l-emissjonijiet u t-tneħħijiet mill-art fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija. Dan hu konformi mal-Ftehim ta’ Pariġi, li jindika r-rwol kritiku tal-użu tal-art fl-ilħuq tal-objettivi fit-tul ta’ mitigazzjoni tal-klima.

Ir-Regolament LULUCF jistabbilixxi l-impenn tal-UE għall-2021-2030 li ma jinkisbux emissjonijiet netti mill-kamp ta’ applikazzjoni kkunsidrat tar-regolament. Il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jkopri l-art ġestita kollha, inklużi l-foresti, ir-raba’, il-bwar u l-art mistagħdra (sal-2026). Jissimplifika u jaġġorna l-metodoloġija kontabilistika skont il-Protokoll ta’ Kjoto u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE. Jistabbilixxi wkoll proċess ġdid ta’ governanza tal-UE għall-monitoraġġ ta’ kif l-Istati Membri jikkalkolaw l-emissjonijiet u t-tneħħijiet mill-attività fil-foresti tagħhom.

Bħalissa, l-art tal-UE taħżen aktar emissjonijiet milli temmetti u r-Regolament LULUCF jiffoka fuq il-ħolqien tal-inċentivi biex tal-anqas tinżamm din is-sitwazzjoni. Dan jirrikjedi li kull Stat Membru jiżgura li ammonti kkalkolati tal-emissjonijiet mill-użu tal-art ikunu kompletament ikkumpensati bit-tneħħija ekwivalenti ta’ CO2 mill-atmosfera permezz ta’ azzjoni fis-settur. Din ir-“regola ta’ ebda dejn” li l-Istati Membri jridu jpaċu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni, pereżempju permezz ta’ bjar ta’ karbonju ekwivalenti mit-tisġir jew it-titjib tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti eżistenti. Ir-regoli jagħtu xi flessibbiltà lill-Istati Membri, eż. jekk Stat Membru jkollu tneħħijiet netti mill-użu tal-art u mill-forestrija, dan ser ikun jista’ jittrasferixxi dawk il-kwantitajiet lil Stati Membri oħra biex jgħinhom jissodisfaw ir-“regola ta’ ebda dejn”. B’mod simili, l-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw kwalunkwe diskrepanza fis-settur LULUCF b’AEAs li jirċievu skont l-ESR.

Illustrazzjoni 7:    Emissjonijiet u tneħħijiet ikkalkolati preliminari għall-attivitajiet irrapportati skont il-Protokoll ta’ Kjoto, it-tieni perjodu ta’ impenn, UE-28. (Il-krediti tal-Ġestjoni tal-Foresti għandhom limitu massimu u huma ppreżentati bħala medji annwali meta l-krediti totali tal-Ġestjoni tal-Foresti tal-perjodu kkunsidrat jaqbżu l-limitu simulat tul l-istess perjodu.)

L-Istati Membri diġà wettqu dan l-impenn parzjalment b’mod individwali għat-tieni perjodu ta’ impenn skont il-Protokoll ta’ Kjoto (20132020). Il-kwantitajiet “rapportati” tal-UE skont il-Protokoll għall-20132016 (jiġifieri t-total tal-emissjonijiet u tat-tneħħijiet għal kull attività) jipproduċu bir medju annwali ta’ -384.4 Mt CO2-ek. Id-djun u l-krediti “kkalkolati” tagħha għal kull attività għall-istess perjodu jipproduċu bir medju ta’ -115,7 Mt CO2-ek. 17 It-tneħħijiet netti rrapportati naqsu minn -394,4 għal -366,4 Mt CO2-ek. u l-krediti netti kkalkolati minn -120,9 għal 106,5 Mt CO2-ek. Dawn il-kwantitajiet għall-UE jinkludu l-“attivitajiet eletti” skont il-KP: seba’ Stati Membri għażlu l-ġestjoni tar-raba’, sitta għażlu l-ġestjoni tal-imriegħi, wieħed għażel ir-riveġetazzjoni u wieħed għażel l-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra, iżda għadu jrid jipprovdi kwantifikazzjonijiet.

Hemm tendenzi notevoli fl-inventarji tal-gass serra u fil-kontijiet tagħhom fil-livell tal-Istati Membri, għad li dawn huma preliminari u huma aġġustati fi tmiem il-perjodu kontabilistiku fl-2020 skont ir-regoli LULUCF. Id-Danimarka u l-Irlanda juru emissjonijiet rapportati netti, primarjament bħala riżultat tal-emissjonijiet għoljin mill-ġestjoni tar-raba’ (id-Danimarka) u mill-ġestjoni tal-imriegħi (l-Irlanda). Skont ir-regoli kontabilistiċi għat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Finlandja, il-Latvja u n-Netherlands juru djun netti f’dan l-eżerċizzju kontabilistiku preliminari. Il-Kroazja, l-Estonja, il-Ġermanja u l-Litwanja juru krediti li qed jiżdiedu, filwaqt li naraw tnaqqisiet għall-Greċja u għall-Portugall. Il-Belġju, il-Bulgarija u l-Finlandja qed inaqqsu d-djun. Ma tirriżulta ebda tendenza partikolari għall-Awstrija, għan-Netherlands, għar-Rumanija, għas-Slovakkja u għas-Slovenja. Treġġigħ lura fit-tendenza, bi krediti li għall-ewwel kienu qed jiżdiedu u mbagħad bdew jonqsu, jidher għad-Danimarka, għal Franza, għall-Ungerija, għall-Italja, għal Spanja, għall-Iżvezja u għar-Renju Unit. L-Irlanda u l-Lussemburgu juru tendenzi tal-krediti li għall-ewwel kienu qed jonqsu u mbagħad bdew jiżdiedu. Pajjiżi oħra juru riżultati aktar varjabbli fil-kont bl-aspetti probabbli li huma relatati mal-iżvilupp kontinwu (jew saħansitra l-applikazzjoni) tal-metodi kontabilistiċi tal-Protokoll ta’ Kjoto. 18  

Filwaqt li ċerti fatturi ġeneriċi jew tendenzi jistgħu jiġu rikonoxxuti fil-livell tal-UE – pereżempju, tnaqqis kontinwu fil-karbonju organiku tal-ħamrija mill-art ikkultivata – essenzjalment issa biss wasal iż-żmien li l-inventarju u l-kontijiet jistgħu jibdew jintużaw biex jiġu eżaminati r-relazzjonijiet kawżali mal-politiki tal-LULUCF proposti fil-bidu tal-perjodu. B’mod partikolari, ċerti metodi ta’ stimi se jkollhom bżonn jiġu aġġornati, skont il-proċess ta’ rieżami tas-sistemi u tal-istimi li qed isir skont id-Deċiżjoni 529/2013.

5Żvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE

Tul l-aħħar sena, l-UE ħadet diversi passi leġiżlattivi li se jgħinu biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gass serra. Minbarra r-reviżjoni tal-ETS u r-Regolamenti l-ġodda dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u LULUCF (ara t-taqsimiet 2-4), saru żviluppi importanti rigward it-trasport bit-triq, l-enerġija u l-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.

5.1Trasport bit-triq 

Fl-aħħar sentejn, il-Kummissjoni adottat tliet pakketti komprensivi ta’ miżuri dwar il-mobbiltà, bl-għan partikolari li tnaqqas l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq u timplimenta l-istrateġija Ewropea għall-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi. 19

Il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi standards ġodda dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 għal karozzi tal-passiġġieri u vannijiet 20 fl-UE għall-perjodu ta’ wara l-2020. Sal-2025 u l-2030 rispettivament, l-emissjonijiet medji minn karozzi u vannijiet ġodda se jkollhom ikunu 15 % u 30 % anqas milli fl-2021.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll l-ewwel standards fl-istorja għal emissjonijiet ta’ CO2 minn trakkijiet ġodda, 21 li sal-2025 se jkollhom ikunu b’medja ta’15 % anqas milli fl-2019. Għall-2030, ġiet proposta mira indikattiva ta’ tnaqqis ta’ tal-anqas 30 % mil-livelli tal-2019. Din l-inizjattiva taħdem id f’id mar-Regolament riċenti dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi tqal ġodda.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet pjan ta’ azzjoni komprensiv għall-batteriji, 22 li jippermetti li tinħoloq “ekosistema” tal-batteriji kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa, u pjan ta’ azzjoni għat-tnedija trans-Ewropea ta’ infrastruttura għall-fjuwils alternattivi. 23

Finalment, ipproponiet ir-reviżjoni ta’ tliet direttivi:

·id-Direttiva Eurovignette, 24 biex tippromwovi pedaġġ aktar intelliġenti tal-infrastruttura tat-triq;

·id-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa, 25 biex tippromwovi soluzzjonijiet tal-mobbiltà nadifa f’offerti għall-akkwist pubbliku; u

·id-Direttiva dwar it-Trasport Kombinat, 26 biex tippromwovi l-użu kombinat ta’ modalitajiet differenti (eż. trakkijiet u ferroviji) għat-trasport tal-merkanzija.

5.2L-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli 

F’Ġunju 2018, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni laħqu ftehim provviżorju dwar:

·id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika – din tistabbilixxi mira ġdida ta’ 32,5 % għall-effiċjenza enerġetika għall-UE għall-2030, bi klawżola għal reviżjoni ’l fuq sal-2023. Din testendi wkoll l-obbligu annwali ta’ ffrankar tal-enerġija lil hinn mill-2020; u

·id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli – din tistabbilixxi mira ġdida u vinkolanti ta’ 32 % għall-enerġija rinnovabbli għall-2030, inkluża klawżola ta’ rieżami fl-2023 għal reviżjoni ’l fuq tal-mira fil-livell tal-UE. Din ittejjeb ukoll id-disinn u l-istabbiltà tal-iskemi ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli; iġġib magħha simplifikazzjoni vera u tnaqqis fil-proċeduri amministrattivi; iżżid il-livell ta’ ambizzjoni għas-setturi tat-trasport u tat-tisħin/tkessiħ; u tinkludi kriterji ġodda dwar is-sostenibbiltà għall-bijomassa tal-foresti, immirata lejn il-minimizzazzjoni tar-riskju ta’ użu ta’ materja prima insostenibbli għall-ġenerazzjoni tal-enerġija fl-UE.

Id-Direttiva riveduta dwar il-Prestazzjoni Enerġetika fil-Bini, adottata f’Mejju 2018, tinkludi miżuri li se jħaffu r-rata ta’ tiġdid tal-bini favur sistemi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u ttejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini ġdid, biex tagħmlu ktar intelliġenti.

5.3Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija

F’Ġunju 2018 ukoll, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni laħqu ftehim provviżorju dwar Regolament dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija. Is-sistema l-ġdida ta’ governanza se tgħin biex jiġi żgurat li l-UE u l-Istati Membri jilħqu l-għanijiet tagħhom għall-2030 rigward it-tnaqqisiet tal-emissjonijiet ta’ gass serra, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika.

L-Istati Membri ser iħejju pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima għall-2021-2030 u jirrapportaw dwar il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet, fil-parti l-kbira kull sentejn, filwaqt li l-Kummissjoni se tissorvelja l-progress tal-UE fis-sħuħija tagħha. L-UE u l-Istati Membri se jħejju wkoll strateġiji fit-tul, li jkopru perjodu ta’ tal-anqas 30 sena mill-2020 ’il quddiem.

Ir-Regolament se jinkorpora l-mekkaniżmu eżistenti tal-UE ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar dwar il-klima u jaġġornah f’konformità mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza tal-Ftehim ta’ Pariġi.

5.4Regolament dwar il-gassijiet-F 

Ir-Regolament dwar il-gassijiet-F 27 jipprovdi għal eliminazzjoni gradwali tal-HFCs madwar l-UE kollha mill-2015 u għal miżuri oħra mmirati lejn l-emissjonijiet minn gassijiet-F, bl-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet b’madwar 80 % sal-2030 meta mqabbla mal-2014.

Id-data għall-2016 irrapportata taħt ir-Regolament uriet li l-provvista ta’ gassijiet-F naqset bi 2 % f’termini tal-impatt klimatiku (ekwivalenti ta’ CO2), iżda żdiedet bi 2 % f’termini ta’ massa. Il-mira nqabżet b’4 % meta mqabbla mal-provvista permessibbli massima skont il-fażi ta’ eliminazzjoni tal-HFCs 28 . Din tirrifletti ċaqliq lejn gassijiet b’anqas potenzjal ta’ tisħin globali u tindika li r-Regolament qed juri kemm hu effettiv fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet-F.

Rigward l-implimentazzjoni tar-Regolament, fl-2017 il-Kummissjoni adottat rapporti li jivvalutaw rekwiżit tal-2022 biex jiġu evitati HFCs li jikkontribwixxu ħafna għat-tisħin globali f’ċerti sistemi ta’ refriġerazzjoni kummerċjali 29 u li jivvalutaw il-metodu ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-fażi ta’ eliminazzjoni. 30  

5.5Ekonomija ċirkolari

It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari toffri kontribuzzjoni ċara għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2. Wieħed mill-aktar riżultati riċenti tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari 31 , l-Istrateġija tal-UE għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari 32 tistabbilixxi qafas biex jitjiebu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-plastik u biex tissaħħaħ id-domanda għall-plastik riċiklat. Dan se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-produzzjoni tal-plastik u mill-inċinerazzjoni tal-iskart mill-plastik.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata reċentement għandha l-potenzjal li ġġib magħha tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ gass serra. Pereżempju, din se tgħin biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet derivati mill-iskart tal-ikel peress li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tinkludi l-iżvilupp ta’ metodoloġija għall-kejl tal-iskart tal-ikel.

6Finanzjament għall-klima 

6.1Dħul mill-irkant ta’ kwoti tal-EU ETS

Fl-2017, l-Istati Membri qalgħu EUR 5,6 biljun mill-irkant ta’ kwoti tal-EU ETS, EUR 1,8 biljun aktar mill-2016. Intuża madwar 80 % mid-dħul mill-2013-2017, jew inkella l-użu tiegħu hu ppjanat, għall-finijiet klimatiċi u tal-enerġija. L-Istati Membri rrapportaw li ħafna mid-dħul kien se jintuża għall-finijiet domestiċi u tal-UE.

Illustrazzjoni 8:    Użu tad-dħul mill-irkant ta’ kwoti tal-ETS, 2013-2017 (EUR miljun)

Mid-dħul użat domestikament, l-akbar ammonti ntefqu fuq l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u t-trasport sostenibbli.

Illustrazzjoni 9:    Użu domestiku mill-irkant ta’ kwoti tal-ETS, 2013-2017 (EUR biljun) 

6.2LIFE 

Il-programm LIFE hu l-istrument ta’ finanzjament tal-UE għall-ambjent u għall-azzjoni klimatika; dan jikkofinanzja proġetti b’valur miżjud Ewropew. Il-baġit totali għall-finanzjament ta’ proġetti fl-2014-2017 jammonta għal EUR 1,1 biljun skont is-subprogramm għall-ambjent u għal EUR 0,36 biljun skont is-subprogramm għall-azzjoni klimatika.

L-Azzjoni Klimatika LIFE ssostni proġetti ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament, u l-governanza tal-klima u informazzjoni dwarha. Benefiċjarji minn 23 Stat Membru ngħataw finanzjament, bl-Italja u Spanja li attiraw l-akbar ammont.

Il-proġett LIFE HEROTILE żviluppa tipi innovattivi ta’ madum tal-bjut li kapaċi jżid il-ventilazzjoni passaġġa minn taħt tagħhom u b’hekk itejjeb l-imġiba enerġetika tal-bini. L-elementi li jaqbdu ma’ xulxin fuq il-wiċċ tat-terrakotta jħallu l-arja tgħaddi iżda ma jħallux ix-xita tidħol.

Skont it-temp, il-ventilazzjoni akbar tista’ tnaqqis l-ammont ta’ enerġija meħtieġa biex l-ispazji tal-għajxien jinżammu friski u komdi, b’mod partikolari fir-reġjun tal-Mediterran fejn it-tibdil fil-klima qed iżid it-temperaturi għal estremi ġodda. Il-marka tal-karbonju tat-tkessiħ tal-ispazju tal-bini titnaqqas b’madwar 50 % meta mqabbla ma’ bejt immejjel standard. Il-madum daqt se jinġieb fis-suq.

Il-proġett ingħata EUR 1,4 miljun f’finanzjament mill-UE permezz ta’ LIFE.

6.3NER 300 

NER 300 hu wieħed mill-ikbar programmi ta’ finanzjament fid-dinja għal proġetti innovattivi ta’ dimostrazzjoni ta’ enerġija b’livell baxx ta’ karbonju. Madwar 39 proġett fl-enerġija rinnovabbli u fil-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju f’20 Stat Membru differenti ngħataw EUR 2,1 biljun f’finanzjament mill-irkant ta’ 300 miljun kwota tal-ETS.

Sitt proġetti bdew joperaw, filwaqt li 11 laħqu l-istadju finali tad-deċiżjoni dwar l-investiment. Il-proġetti li bdew joperaw jirrappreżentaw EUR 2 463 biljun f’investimenti totali, kontra l-għotjiet ta’ EUR 260 miljun minn NER 300. Dawn jiġġeneraw 3,1 TWh ek. f’elettriku rinnovabbli fis-sena, li jirriżulta f’iffrankar annwali ta’ 1,3 Mt CO2.

Wara r-reviżjoni tad-direttiva tal-EU ETS, se jinħoloq Fond tal-Innovazzjoni u dan hu ppjanat li jibda jopera fl-2020. Dan se jibni fuq l-esperjenza mill-programm NER 300 eżistenti, iżda ser ikollu kamp ta’ applikazzjoni usa’.

Nordsee One hu proġett eoliku fuq il-baħar ta’ 332 MW mibni bejn Diċembru 2015 u Diċembru 2017. Hu wieħed mill-ewwel proġetti li nedew b’suċċess turbina eolika ta’ 6 MW fuq monopuntal enormi. It-turbini huma mgħammra b’diversi karatteristiċi innovattivi, inklużi berings u pali aktar b’saħħithom imfassla biex jaqbdu aktar riħ u, għalhekk, iżidu l-output tal-enerġija. Il-proġett hu mfassal biex ibigħ l-enerġija lil madwar 400 000 dar għal tal-anqas 25 sena.

Ingħata EUR 70 miljun f’finanzjament mill-programm NER 300.

6.4L-integrazzjoni tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima fil-baġit tal-UE 

L-UE ħadet impenn li tinfoq medja ta’ tal-anqas 20 % mill-baġit tagħha fuq in-nefqa relevanti għall-klima fl-2014-2020. L-aħħar data disponibbli turi li t-tali nefqa rrappreżentat 20,1 % mill-baġit fl-2017. 33 Bħala medja, it-tendenza tal-baġit tkun tipprovdi EUR 206 biljun (19,3 % mill-baġit) skont il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) kurrenti.

Filwaqt li tibni fuq dan is-suċċess, fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ppropniet mira aktar ambizzjuża ta’ 25 % min-nefqa li tikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi skont il-QFP li jmiss (2021-2027).  34

Illustrazzjoni 10: Infiq rilevanti għall-klima fil-baġit tal-UE, 2014-2020 (EUR miljun).

7L-adattatment għat-tibdil fil-klima 

Sar progress tajjeb fil-kuntest tal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE, li ġiet adottata fl-2013 biex tħejji lill-Istati Membri għall-impatti klimatiċi kurrenti u futuri:

üissa 25 Stat Membru għandhom strateġija nazzjonali ta’ adattament; 35  

ül-azzjoni klimatika ġiet integrata fl-istrumenti ta’ finanzjamenti tal-UE; u

üissa l-adattament hu integrat bis-sħiħ fil-Patt tas-Sindki, b’aktar minn 1 000 belt fl-Ewropa li ħadu impenn li jżidu r-reżiljenza tagħhom u b’40 % tal-ibliet b’aktar minn 150 000 abitant li adottaw pjanijiet ta’ adattament.

L-Istrateġija għaddiet minn evalwazzjoni dettaljata, li tikkonkludi li għadha rilevanti ħafna u hi kemxejn koerenti mal-politiki f’livelli oħra tal-governanza, għad li hi anqas koerenti fir-rigward tal-politiki internazzjonali. Taħlita ta’ valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva sabet li kienet effettiva, għalkemm għad irid isir aktar xogħol biex:

-jiġu implimentati u ssorveljati l-istrateġiji nazzjonali;

-jiġu promossi l-azzjoni lokali u l-adattament ibbażat fuq l-ekosistemi;

-jiġu eliminati d-diskrepanzi ġodda fl-għarfien li qed ifeġġu;

-titlesta l-integrazzjoni fil-politika tal-UE, inklużi t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, in-negozju, l-ibħra, is-sajd u s-saħħa pubblika;

-jiġu indirizzati d-differenzi territorjali u soċjali fil-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima; u

-jitrawwem l-użu tal-assigurazzjoni u tal-istrumenti finanzjarji fl-adattament.

L-Istrateġija tidher effiċjenti, filwaqt li tinvolvi spejjeż amministrattivi biss għall-Kummissjoni, u ġġib magħha valur miżjud ċar fil-livell tal-UE.

LIFE@Urban Roofs qed tħeġġeġ lill-iżviluppaturi tal-proprjetà immobbli u lis-sidien tal-bini jinvestu fl-adattament għat-tibdil fil-klima. Dan l-approċċ il-ġdid jara lill-gvern lokali jaġixxi bħala stimolatur u faċilitatur. Il-proġett jippromwovi l-użu ta’ bjut multifunzjonali li jkollhom benefiċċji akbar għas-sidien tal-proprjetà minflok il-bjut ħodor tradizzjonali. Dawn se jgħaqqdu diversi tipi ta’ infrastruttura: ħadra (biex jitnaqqas l-effett gżira ta’ sħana urbana u tiġi sostnuta l-bijodiversità), blu (ħżin tal-ilma), safra (ġenerazzjoni tal-enerġija) u ħamra (użu soċjali).

Il-proġett ingħata EUR 3,3 miljun f’finanzjament mill-UE permezz ta’ LIFE.

8Kooperazzjoni internazzjonali fil-klima

8.1Azzjoni globali 

Fil-Ftehim ta’ Pariġi, il-pajjiżi għamlu wegħdiet ta’ mitigazzjoni (“kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali” – NDCs) għall-perjodu sal-2030. L-ilħuq tal-miri tal-NDCs 36  ikun iwassal għall-ilħuq tal-livell massimu tal-emissjonijiet globali ta’ 51 Gt CO2-ek. fis-sena (53 Gt CO2-ek. esklużi l-bjar) sa mill-2025, filwaqt li jwassal għal żieda fit-temperatura ta’ madwar 3 °C. 37

Filwaqt li l-UE stabbilixxiet il-miri tagħha għall-2030 f’konformità ma’ perkors ta’ 2 °C u aktarx li se tkompli jkollha l-anqas intensità ta’ emissjonijiet ta’ gass serra skont il-PDG fost il-pajjiżi tal-G20 sal-2030, 38 hi meħtieġa dekarbonizzazzjoni aċċellerata minn pajjiżi oħra, b’mod partikolari l-ekonomiji l-kbar li l-emissjonijiet ta’ gass serra tagħhom qed ikomplu jikbru, biex fil-fatt iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal ferm anqas minn 2 °C (jew 1,5 °C).

L-ewwel stadju importanti għall-azzjoni klimatika hu l-iskadenza tal-2020 għall-kisba tal-“wegħdiet ta’ Cancún” (mill-Konferenza Klimatika ta’ Cancún tal-2010). Skont l-Emissions gap report 2017 tal-UNEP, 39 il-pajjiżi tal-G20 (li jiġġeneraw madwar tliet kwarti tal-emissjonijiet globali ta’ gass serra) jinsabu fi triqithom biex b’mod kollettiv jilħqu l-livell medju ta’ dawn il-wegħdiet. L-UE tinsab fi triqitha li twettaq il-wegħda tagħha mingħajr ebda tpaċija internazzjonali, flimkien maċ-Ċina, mal-Indja u mal-Ġappun. L-Awstrija, il-Brażil u r-Russja jinsabu fi triqithom ukoll, skont ħafna mill-istimi.

Il-wegħdiet individwali jirrappreżentaw livelli differenti ħafna ta’ sforz ta’ mitigazzjoni. 40 Jekk tintuża metrika aktar komparattiva, l-UE kienet l-anqas ekonomija tal-G20 intensa fl-emissjonijiet fl-2012, meta hi emettiet 0,26 t CO2-ek. għal kull USD 1 000. 41

Illustrazzjoni 11:    L-emissjonijiet dinjin (Gt CO2-ek.) u t-tibdil perċentwali fl-intensità tal-emissjonijiet għal kull unità tal-PDG (lhs). Tibdil medju globali fit-temperatura (rhs). 42

8.2L-avjazzjoni

F’Ġunju 2018, bl-appoġġ mill-Istati Membri kollha tal-UE rappreżentati, il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) adotta standards u prattiki rakkomandati bħala parti mill-iskema tiegħu ta’ kumpens u tnaqqis tal-karbonju għall-avjazzjoni internazzjonali (CORSIA). L-objettiv tal-CORSIA hu li tistabbilizza l-emissjonijiet internazzjonali tal-avjazzjoni fil-livelli tal-2020. Il-parteċipazzjoni hi volontarja għall-ewwel sitt snin. L-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-ICAO biex jagħmlu l-iskema operazzjonali bis-sħiħ.

Mill-2012, l-UE indirizzat l-emissjonijiet tal-avjazzjoni permezz tal-EU ETS. Fid-dawl tal-eżitu tal-Assemblea tal-2016 tal-ICAO dwar CORSIA, hi ddeċidiet li testendi t-tnaqqis temporanju fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għall-avjazzjoni sa tmiem l-2023 43 u tħejji li timplimenta miżura bbażata fuq is-suq globali mill-2021.

L-emissjonijiet tal-ETS mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru ammontaw għal 64,2 Mt CO2-ek. fl-2017. Fuq il-bażi ta’ kalkolu komparattiv, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni fl-2017 kienu 4,5 % ogħla milli fl-2016. Dan jinkludi aktar minn 250 kumpanija tal-inġenji tal-ajru kummerċjali li kienu bbażati barra mill-UE iżda li joperaw titjiriet fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.

L-EU ETS bħalissa tapplika għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE biss, li fir-rigward tagħhom l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima ġenerali, inkluż permezz ta’ emissjonijiet jew ta’ effetti mhux ta’ CO2, hu ferm ogħla minn dak għall-komponent tas-CO2 waħdu. Ġie stmat li l-effetti ta’ forzi radjattivi mhux ta’ CO2 kienu minn 2 sa 4 darbiet akbar minn dawk tas-CO2, li jagħti medda ta’ 120-250 miljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 għall-impatti totali tal-avjazzjoni minn attivitajiet fi ħdan iż-ŻEE 44 . Dan iħalli barra l-effetti relatati maċ-ċirru, iżda dawn jitqiesu li huma anqas meta mqabbla ma’ titjiriet fuq distanza qasira li huma komuni għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE.

L-emissjonijiet totali mill-avjazzjoni kienu jirrappreżentaw madwar 4 % mill-emissjonijiet kollha tal-UE ta’ gass serra fl-2017 u kważi rdoppjaw mill-1990 ’l hawn. Ħafna minnhom ġejjin mill-avjazzjoni internazzjonali (inklużi titjiriet fi ħdan iż-ŻEE).

8.3Il-politika marittima 

F’April 2018, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) qablet dwar strateġija inizjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra mit-trasport marittimu internazzjonali. Din fiha objettiv ta’ tnaqqis ta’ tal-anqas 50 % sal-2050, meta mqabbla mal-livelli tal-2008, bl-għan li s-settur jiġi dekarbonizzat għalkollox mill-aktar fis possibbli f’dan is-seklu. Din tinkludi wkoll lista komprensiva ta’ miżuri possibbli ta’ tnaqqis, inklużi miżuri fuq it-terminu qasir. Madankollu, għad irid jintlaħaq qbil dwar pjan ta’ azzjoni biex jiġi żgurat it-twettiq tal-istrateġija.

Fil-livell tal-UE, l-ewwel obbligi rigward il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu fuq il-bażi tar-Regolament MRV tat-Trasport Marittimu 45 daħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Awwissu 2017, meta l-pjanijiet ta’ monitoraġġ kellhom jitlestew u jiġu sottomessi lill-verifikaturi. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet fuq il-bażi tal-pjanijiet bdew f’Jannar 2018. Bħalissa l-Kummissjoni qed taħdem fuq emenda biex tallinja r-Regolament mas-sistema ta’ ġbir tad-data miftiehma mill-OMI fl-2017.

8.4L-irbit tal-ETS mal-Iżvizzera 

F’Novembru 2017, l-UE u l-Iżvizzera daħlu fi ftehim biex jgħaqqdu l-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tagħhom – l-ewwel ftehim ta’ din ix-xorta bejn żewġ partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi. Il-partijiet se jiskambjaw l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-irbit u l-ftehim se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

8.5Is-swieq internazzjonali tal-karbonju

L-UE hi parteċipant attiv fin-negozjati tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) dwar l-aspetti tal-“ġabra ta’ regoli għall-Ftehim ta’ Pariġi” b’rabta mal-kooperazzjoni internazzjonali fis-swieq. Din għandha interess kontinwu fl-iżgurar tal-implimentazzjoni ta’ sett robust ta’ regoli kontabilistiċi u mekkaniżmu ambizzjuż tas-suq biex tipprevjeni x-xkiel għall-isforzi kurrenti minħabba għadd doppju u tippromwovi azzjoni usa’ u aktar ambizzjuża.

Il-Kummissjoni qed issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-awtoritajiet Ċiniżi fl-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u fis-swieq tal-karbonju, bl-għan li tgħinhom jistabbilixxu skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet li taħdem kif suppost fil-livell nazzjonali. Memorandum ta’ qbil iffirmat matul is-Summit UE-Ċina f’Lulju 2018 se jifforma bażi solida għal kooperazzjoni ulterjuri bħal din. Proġett ġdid se jgħin biex jinbnew il-kapaċitajiet ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fiċ-Ċina.

Il-Kummissjoni qed issostni wkoll l-iżvilupp minn isfel għal fuq ta’ strumenti robusti tas-swieq tal-karbonju. Il-Proċess ta’ Firenze jiġbor flimkien lil dawk li jfasslu l-politika (minn Kalifornja, mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-UE u minn New Zealand), lil akkademiċi u lil rappreżentanti ta’ NGOs biex jitgħallmu mingħand xulxin u jikkooperaw aktar mill-qrib biex jibnu swieq tal-karbonju robusti. Inizjattivi oħra f’dan il-qasam jinkludu s-Sħubija għat-Tħejjija tas-Suq (PMR) u s-Sħubija Internazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Karbonju (ICAP).

8.6Azzjoni Volontarja – Sħubija ta’ Marrakesh dwar Azzjoni Klimatika Globali

Bħala tweġiba għas-sejħa tal-Ftehim ta’ Pariġi biex jiġu mobilizzati atturi mhux statali (negozji, bliet, ċittadini, soċjetà ċivili internazzjonali, eċċ.), l-UE qed issostni numru ta’ inizjattivi emblematiċi bħall-Missjoni Innovazzjoni, il-Patt Globali tas-Sindki dwar il-Klima u l-Enerġija (permezz tal-Patti Reġjonali), il-Qafas ta’ Programmi fuq 10 snin dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli (10YFP/netwerk One Planet), is-Sħubija għall-Azzjoni dwar l-Ekonomija Ħadra (PAGE), is-Sħubija NDC, l-inizjattiva Renewable Energy for Africa (Enerġija Rinnovabbli għall-Afrika), l-inizjattiva 4/1000 għal Agrikoltura Intelliġenti fil-Livell Klimatiku u għall-inizjattiva InsuResilience (assigurazzjoni għar-riskju tat-tibdil fil-klima). Qed jitfasslu għodod sistematiċi ta’ traċċar biex jitkejjel l-impatt tagħhom fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet u fuq ir-reżiljenza. Globalment, dawn l-isforzi huma organizzati taħt is-Sħubija ta’ Marrakesh dwar Azzjoni Klimatika Globali.

Il-Yearbook of Global Climate Action 46 u l-Emissions gap report 2017 tal-UNEP juru li l-azzjoni klimatika globali tista’ ġġib magħha tnaqqis addizzjonali fl-emissjonijiet (meta mqabbla mal-NDCs) ta’ 1,64 Gt CO2 fis-sena fl-2020, li jiżdied għal 510 Gt CO2 sal-2030, li jkunu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tad-diskrepanza. F’ħarsa lejn inizjattivi transnazzjonali biss, Roelfsema et al. (2017) 47 jidentifikaw impatt globali addizzjonali ta’ 1-3 Gt CO2-ek. fl-2030.

L-Ewropa hi wieħed mill-aktar reġjuni żviluppati f’termini ta’ azzjoni klimatika reġistrata mhux statali: mill-inizjattivi kooperattivi reġistrati fuq il-pjattaforma NAZCA tal-UNFCCC (Żona tal-Atturi Mhux Statali għall-Azzjoni Klimatika – portal online għall-viżwalizzazzjoni tal-azzjoni kollettiva), 54 % huma Ewropej.

Mill-2017, il-Patt tas-Sindki fl-Ewropa kien membru mill-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u għall-Enerġija, li flimkien jiġbor iż-żewġ inizjattivi ewlenin fid-dinja tal-ibliet u tal-gvernijiet lokali (il-Patt tas-Sindki u l-Compact of Mayors) biex javvanzaw it-tranżizzjoni tagħhom lejn ibliet b’emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, li jġib ukoll benefiċċji għall-ekonomija ġenerali u għandu impatt globali.

8.7Appoġġ lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp 

L-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-ikbar fornituri ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp fid-dinja lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u pprovdew aktar minn EUR 75,74 biljun fl-2017. B’mod partikolari, l-appoġġ ipprovdut mill-UE, mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u mill-Istati Membri biex jgħinu lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jindirizzaw it-tibdil fil-klima kważi rdoppja f’termini nominali mill-2013. L-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri għall-Fond Ekoloġiku għall-Klima (GCF) b’total ta’ USD 4,7 biljun impenjati, li jirrappreżentaw kważi nofs l-USD 10,3 biljun tal-wegħdiet totali matul il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi inizjali.

Fl-2017, l-UE u l-Unjoni Afrikana (UA) nedew is-Sħubija UA-UE fir-Riċerka u fl-Innovazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija Sostenibbli, li hi mibnija fuq tliet oqsma ewlenin ta’ kooperazzjoni: servizzi klimatiċi, enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika.

L-UE qed tiffinanzja ħafna programmi u inizjattivi li jiffokaw fuq l-adattament u l-mitigazzjoni, b’mod partikolari l-ħtiġijiet tal-aktar pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma vulnerabbli. Żviluppi ġodda matul l-aħħar sena inkludew it-tnedija tal-Pjan ta’ Investiment Estern tal-UE, li jħeġġeġ l-investiment fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fl-Afrika u fir-reġjun tal-Viċinat tal-UE u hu mfassal għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. L-Inizjattiva tal-UE ta’ Finanzjament tal-Elettrifikazzjoni (EUR 115-il miljun) għandha l-għan li ssostni investimenti li jżidu u jtejbu l-aċċess għal servizzi tal-enerġija moderni, affordabbli u sostenibbli.

L-Alleanza Globali kontra t-Tibdil fil-Klima+ hi inizjattiva klimatika emblematika tal-UE. Prijorità importanti minnhom hi li ssostni l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji settorjali konkreti u integrati ta’ adattament u ta’ mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima. Fl-2015-2017, din ipprovdiet madwar EUR 100 miljun, fost l-oħrajn permezz ta’ programm bejn diversi pajjiżi għall-gżejjer Paċifiċi, biex issostni 13-il pajjiż fl-isforzi tagħhom ta’ adattament tal-klima.

Fl-2018, l-UE nediet programm ġdid ta’ EUR 20 miljun biex issostni s-sħubijiet strateġiċi tagħha għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi f’ekonomiji kbar (primarjament membri mhux Ewropej tal-G20 u l-Iran).

(1)

Il-projezzjonijiet ġew sottomessi mill-Istati Membri, fil-parti l-kbira f’Marzu 2017, bl-2015 bħala l-aħħar data disponibbli.

(2)

Data dwar il-PDG: Ameco / ECFIN / Bank Dinji. Lakuni fl-istimi mimlija mill-EEA.

(3)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni reġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni.

(4)

Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3-27).

(5)

     Il-posponiment lejn tmiem il-perjodu jirreferi għal miżura fuq terminu qasir li biha l-irkantar ta’ 900 miljun kwota ġie pospost mill-2014-2016 għall-2019-2020.

(6)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-aktar informazzjoni riċenti dwar l-eċċessi f’Mejju 2018:    
https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/reform/docs/c_2018_2801_en.pdf

(7)

Il-qasma bejn il-kombustjoni u installazzjonijiet industrijali oħra hija stima. Sorsi: Emissjonijiet verifikati tal-ETS 2005-2017 (Viżwal tad-data tal-ETS/EUTL). Emissjonijiet projettati 2018-2030: Is-somma tal-projezzjonijiet tal-Istati Membri bil-miżuri eżistenti (ŻEE).

(8)

Spjegazzjoni dettaljata dwar il-kompożizzjoni tal-eċċess u l-metodoloġija għall-kalkolu ta’ dan sena wara sena hi disponibbli fl-aħħar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018) li tikkalkola l-eċċess tal-2017: https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/reform/docs/c_2018_2801_en.pdf

(9)

24 % fi 12-il xahar huma ekwivalenti għal 16 % fi tmien xhur.

(10)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.06.2009, p. 136).

(11)

Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(12)

Is-settur hawnhekk sintetizzat bħala “industrija” jaggrega l-emissjonijiet tal-ESD tal-provvista tal-enerġija, tal-manifattura u tal-użu tal-prodotti, jiġifieri l-kategoriji tas-sors tal-inventarju 1.A1., 1.A.2, 1.B, 1.C u 2.

(13)

  http://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-3846_mt.htm  

(14)

Il-punti perċentwali jirrappreżentaw id-differenza bejn l-emissjonijiet u l-AEAs espressi bħala tibdil perċentwali mill-emissjonijiet tas-sena bażi 2005.

(15)

Il-miri tal-ESR u l-emissjonijiet projettati espressi f’tibdil perċentwali mill-istimi tas-sena bażi 2005.

(16)

     Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(17)

     Id-differenzi bejn l-emissjonijiet u t-tneħħijiet “rapportati” u d-djun u l-krediti “kontabilizzati” skont il-Protokoll ta’ Kjoto huma spjegati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja r-rapport.

(18)

     Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (skedi informattivi tal-pajjiżi) għad-data skont l-Istati Membri dwar l-emissjonijiet u t-tneħħijiet rapportati, u d-djun u l-krediti kkalkolati mil-LULUCF.

(19)

https://ec.europa.eu/transport/themes/strategies/news/2016-07-20-decarbonisation_mt  

(20)

https://ec.europa.eu/clima/customerror/403_mt  

(21)

https://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/heavy_mt  

(22)

      https://ec.europa.eu/transport/modes/road/news/2018-05-17-europe-on-the-move-3_en  

(23)

      http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-1053_en.htm  

(24)

      https://ec.europa.eu/transport/modes/road/news/2017-05-31-europe-on-the-move_en  

(25)

      http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-4242_mt.htm  

(26)

      http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-4242_mt.htm  

(27)

     Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

(28)

Fluorinated greenhouse gases 2017 – data reported by companies on the production, import, export and destruction of fluorinated greenhouse gases in the European Union, 2007-2016, Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

(29)

COM(2017) 5230 final tal-4 ta’ Awwissu 2017.

(30)

COM(2017) 377 final tat-13 ta’ Lulju 2017.

(31)

COM/2015/0614 final

(32)

COM/2018/028 final

(33)

     SEG(2018) 250; http://ec.europa.eu/budget/biblio/documents/2019/2019_en.cfm

(34)

      https://ec.europa.eu/commission/publications/factsheets-long-term-budget-proposals_mt  

(35)

     Il-Latvja, il-Kroazja u l-Bulgarija għadhom qed jaħdmu fuq l-istrateġiji tagħhom.

(36)

     Jinkludi wegħdiet kundizzjonali u inkundizzjonali u l-kisba tal-NDC tal-Istati Uniti.

(37)

Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka;    
http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC107944/kjna28798enn(1).pdf  

(38)

Emissions gap report 2016: a UNEP synthesis report:    
https://europa.eu/capacity4dev/unep/document/emissions-gap-report-2016-unep-synthesis-report  

(39)

https://wedocs.unep.org/handle/20.500.11822/22070  

(40)

     It-tnaqqis fil-mira tal-UE hu ta’ 20 % mil-livelli tal-1990, tal-Ġappun hu ta’ 3,8 % mil-livelli tal-2005, il-wegħda taċ-Ċina tinvolvi tnaqqis ta’ 40-45 % fl-intensità tas-CO2 sal-2020 u żidiet fl-istokk tal-foresti u fil-proporzjon ta’ sorsi mhux fossili fil-konsum tal-enerġija primarja, filwaqt li tal-Indja hi tnaqqis ta’ 20-25 % fl-intensità tal-emissjonijiet (eskluża l-agrikoltura) meta mqabbla mal-2005.

(41)

Il-bażi ta’ data tal-emissjonijiet għar-riċerka atmosferika globali (EDGAR);    
http://edgar.jrc.ec.europa.eu/overview.php?v=CO2andGHG1970-2016&dst=GHGgdp&sort=des9  

(42)

L-analiżi kienet ibbażata fuq il-kontributi indikattivi stabbiliti fil-livell nazzjonali (INDCs), issa NDCs. Sors: Kitous, A., Keramidas, K., Vandyck, T., Saveyn, B., Van Dingenen, R., Spadaro, J., Holland, M. ,

Global Energy and Climate Outlook 2017: How climate policies improve air quality - Global energy

trends and ancillary benefits of the Paris Agreement, EUR 28798 EN, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2017

(43)

     Ir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 7).

(44)

Id-Direttiva 2008/101/KE, premessa 19, fuq  https://eur-lex.europa.eu/legal- content/MT/TXT/?uri=celex%3A32008L0101

(45)

     Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).

(46)

     unfccc.int/tools/GCA_Yearbook/GCA_Yearbook2017.pdf

(47)

      https://doi.org/10.1016/j.gloenvcha.2017.11.001