1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 208/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/912
tat-30 ta’ Ġunju 2020
dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (e) u l-Artikolu 292, l-ewwel u t-tieni sentenza tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni (1) li tirrakkomanda restrizzjoni temporanja ta’ vjaġġar mhux essenzjali minn pajjiżi terzi lejn iż-żona UE+ (2) għal xahar. Fis-17 ta’ Marzu 2020, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE qablu li jimplimentaw ir-restrizzjoni temporanja ta’ vjaġġar mhux essenzjali. L-erba’ Stati Assoċjati ma’ Schengen implimentawha wkoll. |
(2) |
Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Unjoni Ewropea qablu li japplikaw restrizzjoni temporanja kkoordinata ta’ vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE minħabba l-pandemija tal-COVID-19. |
(3) |
Fit-8 ta’ April 2020 (3) u fit-8 ta’ Mejju 2020 (4), il-Kummissjoni adottat żewġ Komunikazzjonijiet ta’ segwitu, fejn kull waħda minnhom irrakkomandat l-estensjoni tar-restrizzjonijiet fuq vjaġġar mhux essenzjali b’xahar, rispettivament. L-Istati Membri kollha ta’ Schengen kif ukoll l-erba’ Stati Assoċjati ma’ Schengen (minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Membri”) iddeċidew li jimplimentaw dawn l-estensjonijiet, fl-aħħar darba sal-15 ta’ Ġunju 2020. |
(4) |
Fil-15 ta’ April 2020, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-President tal-Kunsill Ewropew stabbilixxew “Pjan Direzzjonali Ewropew konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19” (5). Il-Pjan Direzzjonali jistabbilixxi approċċ f’żewġ stadji li permezz tiegħu l-kontrolli fil-fruntieri interni għandhom jitneħħew b’mod ikkoordinat. Sussegwentement, ir-restrizzjonijiet temporanji fil-fruntieri esterni jiġu gradwalment rilassati u r-residenti mhux tal-UE jitħallew jerġgħu jibdew iwettqu vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE. It-tneħħija tar-restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar fil-fruntieri esterni jenħtieġ li ssir wara jew b’mod parallel mat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-Istati Membri. |
(5) |
Konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kkonfermaw il-ħtieġa li jkun hemm estensjoni qasira ulterjuri tar-restrizzjonijiet eżistenti fil-fruntieri esterni u l-importanza ta’ approċċ ikkoordinat għat-tneħħija gradwali tagħhom. |
(6) |
Fil-11 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni (6) li rrakkomandat li r-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE tiġi estiża sat-30 ta’ Ġunju 2020, u li tistabbilixxi approċċ għal tneħħija gradwali tar-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE mill-1 ta’ Lulju 2020. L-Istati Membri kollha implimentaw l-estensjoni ulterjuri sat-30 ta’ Ġunju. |
(7) |
Minn dak iż-żmien ‘l hawn saru diskussjonijiet bejn l-Istati Membri dwar il-kriterji u l-metodoloġija li għandhom jiġu applikati. |
(8) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà li l-Istati Membri għandhom biex ikomplu japplikaw l-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (7), li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi. B’mod partikolari, l-Istati Membri jibqgħu responsabbli li jivvalutaw jekk, fuq bażi ta’ każ b’każ, ċittadin ta’ pajjiż terz għandux jitqies bħala theddida għas-saħħa pubblika. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-gwardji tal-fruntieri u l-fornituri tat-trasport. |
(9) |
Il-kontrolli fuq il-fruntieri mhumiex biss fl-interess tal-Istat Membru li fil-fruntieri esterni tiegħu jsiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li abolixxew il-kontrolli fil-fruntieri interni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri meħuda fil-fruntieri esterni jkunu kkoordinati sabiex jiżguraw żona Schengen li tiffunzjona tajjeb. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jibdew ineħħu r-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod ikkoordinat. Bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li dan japplika fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għal din ir-Rakkomandazzjoni. Jenħtieġ li din il-lista tiġi aġġornata regolarment. |
(10) |
Jenħtieġ li deċiżjonijiet dwar it-tneħħija possibbli tar-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġewwa l-UE, jiġifieri l-għadd medju ta’ każijiet tal-COVID-19 matul l-aħħar 14-il jum u għal kull 100 000 abitant. |
(11) |
Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) (“IHR”) adottati mit-Tmienja u ħamsin Assemblea Dinjija tas-Saħħa fit-23 ta’ Mejju 2005 saħħew il-koordinazzjoni fost l-Istati Parti għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), li jinkludu l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, tat-tħejjija u r-rispons għal emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ interess internazzjonali. Il-Qafas ta’ Monitoraġġ tal-IHR jidentifika kapaċitajiet tas-saħħa pubblika ewlenin li jridu jinżammu mill-Istati Parti tad-WHO. Id-data rrappurtata perjodikament minn pajjiżi taħt dan il-qafas tista’ tinġabar f’punteġġ globali bħala indikatur tal-kapaċità ġenerali għal rispons. |
(12) |
L-effettività tad-deċiżjonijiet dwar it-tneħħija tar-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE tiddependi fuq l-implimentazzjoni kkoordinata tagħhom mill-Istati Membri għall-fruntieri esterni kollha. Stat Membru ma għandux jiddeċiedi unilateralment li jneħħi r-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE għal pajjiż terz partikolari qabel ma t-tneħħija tar-restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar tkun ġiet deċiża b’mod ikkoordinat mill-Istati Membri għal dak il-pajjiż. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, bi trasparenza sħiħa, ineħħu b’mod progressiv biss ir-restrizzjonijiet fuq vjaġġar lejn il-pajjiżi elenkati fl-Anness I. |
(13) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jenħtieġ li d-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur, wara li l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni, jekk hijiex ser timplimentaha. |
(14) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (8); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(15) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (9). |
(16) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (10) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (11). |
(17) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (12), moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/350/UE (13). |
(18) |
L-istatus legali ta’ din ir-rakkomandazzjoni kif imfakkar fil-premessi 13 sa 17 huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li l-Istati Membri kollha, fl-interess tal-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, jiddeċiedu dwar it-tneħħija tar-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod ikkoordinat, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
L-Istati Membri għandhom ineħħu gradwalment ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE mill-1 ta’ Lulju 2020 b’mod ikkoordinat fir-rigward tar-residenti tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I.
Sabiex jiġu determinati l-pajjiżi terzi li għalihom għandha titneħħa r-restrizzjoni attwali fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE, għandhom japplikaw il-metodoloġija u l-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2020 (14) dwar it-tielet valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE. Il-kriterji huma relatati mas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-miżuri ta’ konteniment, inkluż it-tbegħid fiżiku, kif ukoll ma’ kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali, u huma applikati b’mod kumulattiv. |
2. |
Fir-rigward tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għandhom jissodisfaw b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin:
|
3. |
Meta jiġi deċiż jekk ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE tapplikax għal ċittadin ta’ pajjiż terz, ir-residenza f’pajjiż terz li għalih ikunu tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq vjaġġar mhux essenzjali għandha tkun il-fattur determinanti (u mhux in-nazzjonalità). |
4. |
Il-lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I għandha tkun riveduta kull ġimagħtejn u, jekk meħtieġ, aġġornata mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-aġenziji u s-servizzi rilevanti tal-UE wara valutazzjoni ġenerali bbażata fuq il-metodoloġija, il-kriterji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jistgħu jitneħħew jew jiġu introdotti mill-ġdid totalment jew parzjalment għal pajjiż terz speċifiku diġà elenkat fl-Anness I, skont bidliet f’xi wħud mill-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq u, bħala konsegwenza, fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Jeħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu malajr f’każ li s-sitwazzjoni f’pajjiż terz tmur għall-agħar malajr. |
5. |
Meta restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar jibqgħu japplikaw għal pajjiż terz, il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin għandhom jiġu eżentati mir-restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar, indipendentement mill-iskop tal-ivvjaġġar:
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa, bħar-rekwiżit li persuni bħal dawn ikunu soġġetti għal miżuri ta’ awtoiżolament jew miżuri simili meta jirritornaw minn pajjiż terz li għalih tinżamm ir-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar, sakemm jimponu l-istess rekwiżiti fuq iċ-ċittadini tagħhom stess. Barra minn hekk, l-ivvjaġġar essenzjali għandu jkun permess għall-kategoriji speċifiċi ta’ vjaġġaturi b’funzjoni jew ħtieġa essenzjali msemmija fl-Anness II (17). L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri ta’ sigurtà addizzjonali għal dawn il-vjaġġaturi, speċjalment meta l-vjaġġ tagħhom joriġina minn reġjun b’riskju għoli. Il-lista ta’ kategoriji speċifiċi ta’ vjaġġaturi b’funzjoni jew ħtieġa essenzjali msemmija fl-Anness II tista’ tiġi riveduta mill-Kunsill, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, skont konsiderazzjonijiet soċjali u ekonomiċi kif ukoll skont il-valutazzjoni ġenerali tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, abbażi tal-metodoloġija, il-kriterji u l-informazzjoni msemmija hawn fuq. |
6. |
Sabiex titneħħa r-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE fir-rigward tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I, ir-reċiproċità għandha titqies ukoll b’mod regolari u fuq bażi ta’ każ b’każ. |
7. |
Stat Membru ma għandux jiddeċiedi li jneħħi r-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE għal pajjiż terz speċifiku qabel ma t-tneħħija tar-restrizzjoni tkun ġiet ikkoordinata f’konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
8. |
Ir-residenti ta’ Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede għandhom jitqiesu bħala residenti tal-UE għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
9. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri kollha fil-fruntieri esterni kollha. |
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) COM(2020) 115, 16 ta’ Marzu 2020.
(2) Iż-“żona UE+” tinkludi l-Istati Membri kollha ta’ Schengen (inkluż il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija), kif ukoll l-erba’ Stati Assoċjati ma’ Schengen. Din tkun tinkludi wkoll l-Irlanda u r-Renju Unit jekk jiddeċiedu li jallinjaw.
(3) COM(2020) 148, 8 ta’ April 2020.
(4) COM(2020) 222, 8 ta’ Mejju 2020.
(5) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication_-_a_european_roadmap_to_lifting_coronavirus_containment_measures_0.pdf
(6) COM(2020) 399, 11 ta’ Ġunju 2020.
(7) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(9) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(10) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(11) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(12) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(13) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(14) COM(2020) 399, 11 ta’ Ġunju 2020.
(15) Kif definit fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(16) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
(17) [Ara wkoll il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu (COM (2020) 115), tal-11 ta’ Ġunju 2020 (COM(2020) 399), kif ukoll il-Gwida tat-30 ta’ Marzu 2020 (C(2020) 2050, 30 ta’ Marzu 2020).]
ANNESS I
Pajjiżi terzi li r-residenti tagħhom ma għandhomx jiġu affettwati minn restrizzjoni temporanja fil‐fruntieri esterni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE
1. |
ALĠERIJA |
2. |
AWSTRALJA |
3. |
KANADA |
4. |
GEORGIA |
5. |
ĠAPPUN |
6. |
MONTENEGRO |
7. |
MAROKK |
8. |
NEW ZEALAND |
9. |
RWANDA |
10. |
SERBJA |
11. |
KOREA T’ISFEL |
12. |
TAJLANDJA |
13. |
TUNEŻIJA |
14. |
URUGWAJ |
15. |
ĊINA (*1) |
(*1) soġġett għall-konferma tar-reċiproċità.
ANNESS II
Kategoriji speċifiċi ta’ vjaġġaturi b’funzjoni jew ħtieġa essenzjali:
i. |
Professjonisti tal-kura tas-saħħa, riċerkaturi tas-saħħa, u professjonisti tal-kura tal-anzjani; |
ii. |
Ħaddiema fruntaliera; |
iii. |
Ħaddiema staġjonali fl-agrikoltura; |
iv. |
Persunal tat-trasport; |
v. |
Diplomatiċi, persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet internazzjonali li l-preżenza fiżika tagħhom hija meħtieġa għall-funzjonament tajjeb ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, persunal militari u ħaddiema tal-għajnuna umanitarja u persunal tal-protezzjoni ċivili fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom; |
vi. |
Passiġġieri fi tranżitu; |
vii. |
Passiġġieri li jivvjaġġaw minħabba raġunijiet imperattivi ta’ familja; |
viii. |
Baħħara |
ix. |
Persuni fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jew għal raġunijiet umanitarji oħra |
x. |
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ studju; |
xi. |
Ħaddiema ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jekk l-impjieg tagħhom ikun meħtieġ minn perspettiva ekonomika u x-xogħol ma jkunx jista’ jiġi pospost jew isir f’pajjiż ieħor. |