19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/403

tat-18 ta' Marzu 2016

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi:

(1)

Bl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni hija mitluba li tħejji lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ta' regoli tal-Unjoni, li b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport bit-triq jew tal-maniġer tat-trasport.

(2)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-ksur b'referenza għar-riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti gravi u għandha tipprovdi l-frekwenza ta' okkorrenzi li lil hinn minnhom ksur ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju.

(3)

Il-lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju li jridu jiġu stabbiliti għandhom jinkludu ksur tar-regoli tal-Unjoni relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(4)

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni dwar dak il-ksur meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-kontrolli mmirati lejn impriżi li huma kklassifikati li jippreżentaw riskju miżjud, kif meħtieġ mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(5)

Il-miżuri li jridu jiġu adottati huma meħtieġa biex jiżguraw it-trasparenza, l-imparzjalità u ċ-ċertezza legali fl-evalwazzjoni tas-serjetà tal-ksur u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq ir-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport jew tal-maniġer tat-trasport.

(6)

Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru biex twettaq il-proċedura amministrattiva nazzjonali sħiħa biex jiġi ddeterminat jekk it-telf ta' reputazzjoni tajba jikkositwixxix reazzjoni proporzjonata f'każ individwali. Proċedura ta' eżami nazzjonali bħal din għandha tinkludi, jekk ikun xieraq, kontrolli fil-bini tal-impriża kkonċernata. Għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kondotta tal-impriża, tal-maniġers tagħha u ta' kwalunkwe persuna rilevanti oħra.

(7)

Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur serju għandha tipprovdi l-bażi għall-estensjoni tas-sistema nazzjonali tal-klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE, sabiex tkopri kull ksur serju tar-regoli tat-trasport bit-triq tal-Unjoni, indikat fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, li jistgħu jaffettwaw ir-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport jew tal-maniġer tat-trasport.

(8)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jipprovdi wkoll li l-Istati Membri għandhom jinkludu l-ksur serju fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016. Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur hija għalhekk pass importanti 'l quddiem li jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi, aktar infurzar armonizzat u funzjonament effettiv tas-sistema ta' skambju tal-informazzjoni tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-triq.

(9)

Huwa fl-interess tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni ġusta li jiġi stabbilit metodu komuni tal-kalkolu ta' frekwenza tal-okkorrenzi li lil hinn minnhom ksur ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment. Tali ksur ripetut jista' jwassal biex titnieda l-proċedura amministrattiva nazzjonali, li, mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba minn operatur tat-trasport.

(10)

Bħala regola ġenerali, il-frekwenza għandha tkun determinata billi jitqiesu s-serjetà tal-ksur, iż-żmien u l-għadd medju ta' sewwieqa. Dan għandu jitqies bħala l-limitu massimu, filwaqt li għall-Istati Membri titħalla l-possibbiltà li japplikaw limiti aktar baxxi, kif previst fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba.

(11)

Għall-assigurazzjoni tal-konsistenza legali u t-trasparenza, huwa wkoll meħtieġ li jiġi emendat l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE billi jinbidel il-grad ta' serjetà ta' ċertu ksur stipulat hemmhekk skont il-lista tal-ksur l-aktar serju stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(12)

Il-lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ġiet determinata f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, fejn il-valutazzjoni tal-livell ta' serjetà kienet ibbażata fuq l-aqwa prassi u fuq l-esperjenza fl-infurzar tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti fl-Istati Membri. L-aktar każijiet serji ta' ksur stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 kienu jikkostitwixxu l-limitu massimu ta' referenza għall-valutazzjoni tal-grad ta' serjetà ta' ksur rilevanti oħra.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat fuq it-Trasport bit-Triq stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni tat-trasport bit-triq kummerċjali, kif stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, li, b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba ta' operatur tat-trasport tat-triq.

2.   Dan ir-Regolament jistipula l-frekwenza massima tal-okkorrenza li lil hinn minnha, ksur serju ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju, billi jittieħed f'kunsiderazzjoni l-għadd ta' xufiera użati għall-attivitajiet ta' trasport mmexxija mill-maniġer tat-trasport, kif stipulat fl-Anness II.

3.   L-Istati Membri għandhom iqisu l-informazzjoni dwar il-ksur serju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 meta jwettqu l-proċedura amministrattiva nazzjonali dwar il-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba.

Artikolu 2

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8).


ANNESS I

Kategorizzazzjoni ta' ksur serju

(imsemmi fl-Artikolu 1)

It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta' ksur serju tar-regoli tal-UE tat-trasport bit-triq kummerċjali, maqsuma fi tliet kategoriji ta' gradi ta' serjetà skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti gravi.

1.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u taql-Kunsill  (1) (Ħin ta' sewqan u ta' mistrieħ)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ (2)

KAS

KSĦ

KS

Ekwipaġġ

1.

Art. 5.1

Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi

 

 

X

Perjodi ta' sewqan

2.

Art. 6.1

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat

10s ≤ … < 11s

 

 

X

3.

11s ≤ …

 

X

 

4.

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr kwalunkwe mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

13s30 ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

5.

Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa meta l-estensjoni hija permessa

11s ≤ … < 12s

 

 

X

6.

12s ≤ …

 

X

 

7.

Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

15s ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

8.

Art. 6.2

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa

60s ≤ … < 65s

 

 

X

9.

65s ≤ … < 70

 

X

 

10.

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar

70s ≤ …

X

 

 

11.

Art. 6.3

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi

100s ≤ … < 105s

 

 

X

12.

100s ≤ … < 112s30

 

X

 

13.

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar

112s30 ≤ …

X

 

 

Brejks

14.

Art. 7

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk

5s ≤ … < 6s

 

 

X

15.

6s ≤ …

 

X

 

Perjodi ta' Serħan

16.

Art. 8.2

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum

8s30 ≤ … < 10s

 

 

X

17.

… < 8s30

 

X

 

18.

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess

7s ≤ … < 8s

 

 

X

19.

… < 7s

 

X

 

20.

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s

3s + [7s ≤ … < 8s]

 

 

X

21.

3s + [… < 7s]

 

X

 

22.

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed

7s ≤ … < 8s

 

 

X

23.

… < 7s

 

X

 

24.

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa

20s ≤ … < 22s

 

 

X

25.

… < 20s

 

X

 

26.

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa

36s ≤ … < 42s

 

 

X

27.

… < 36s

 

X

 

28

Art. 8.6

Aktar minn sitt (6) perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

3s ≤ … < 12s

 

 

X

12s ≤ …

 

X

 

Deroga mir-regola ta' 12-il jum

29.

Art. 8.6a

Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

3s ≤ … < 12s

 

 

X

12s ≤ …

 

X

 

30.

Art. 8.6 a (b)(ii)

Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa

65s < … ≤ 67s

 

 

X

… ≤ 65s

 

X

 

31.

Art. 8.6 a (d)

Perjodu ta' sewqan, bejn l-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed

3s < … < 4,5s

 

 

X

4,5s ≤ …

 

X

 

Organizzazzjoni tax-xogħol

32.

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati

 

X

 

33.

Art. 10.2

L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi

 

X

 

2.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (3) (Takografu)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

L-installazzjoni ta' takografu

1.

Artikoli 3.1 u 22

Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni)

X

 

 

Użu tat-takografu, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni

2.

Art. 23.1

L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat

 

X

 

3.

Art. 27

Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida

 

X

 

4.

Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

5.

Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

6.

Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

7.

Art. 32.1

Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb)

 

X

 

8.

Artikoli 32.1 u 33.1

Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.)

 

X

 

9.

Art. 32.3

L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu

X

 

 

10.

Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq

X

 

 

11.

Art. 33.2

L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

 

X

 

12.

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena

 

X

 

13.

Art. 34.1

Il-folji tar-reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin

 

X

 

14.

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

 

X

 

15.

Tintuża folja tar-reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

 

X

 

16.

Art. 34.2

Jintużaw folji tar-reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli

 

X

 

17.

Art. 34.3

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

 

X

 

18.

Art. 34.4

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

 

 

X

19.

Art. 34.5

Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin

 

X

 

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

20.

Art. 36

Rifjut li ssir verifika

 

X

 

21.

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti

 

X

 

22.

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

23.

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti

 

X

 

24.

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

Funzjonament ħażin

25.

Artikoli 37.1 u 22.1

Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati

 

X

 

26.

Art. 37.2

Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

 

X

 

3.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KEE) Nru 2002/15/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (4) (Ir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Ħin tax-xogħol massimu matul il-ġimgha

1.

Art. 4

Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 48 siegħa fil-ġimgħa meta l-possibbiltajiet għal estensjoni għal 60s diġà ġew eżawriti

56s ≤ …< 60s

 

 

X

2.

60s ≤ …

 

X

 

3.

Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 60 siegħa fil-ġimgħa meta ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8

65 ≤ … < 70s

 

 

X

4.

70s ≤ …

 

X

 

Brejks

5.

Art. 5.1

Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' bejn 6 u 9 sigħat

10 < … ≤ 20 min

 

 

X

6.

… ≤ 10 min

 

X

 

7.

Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' aktar minn 9 sigħat

20 < … ≤ 30min

 

 

X

8.

… ≤ 20 min

 

X

 

Xogħol ta' billejl

9.

Art. 7.1

Ħin tax-xogħol ta' kuljum f'kull 24s meta jitwettaq ix-xogħol ta' billejl jekk ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8

11s ≤ … < 13s

 

 

X

10.

13s < …

 

X

 

Reġistrazzjonijiet

11.

Art. 9

Min iħaddem jiffalsifika r-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjuta li jipprovdi reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni

 

X

 

12.

Is-sewwieqa impjegati/is-sewweiqa li jaħdmu għal rashom jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni

 

X

 

4.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 96/53/KE  (5) (Ir-regoli dwar il-piż u l-qies)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Piżijiet

1.

Art. 1

Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N

5 % ≤ … < 10 %

 

 

X

2.

10 % ≤ … < 20 %

 

X

 

3.

20 % ≤ …

X

 

 

4.

Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N2

5 % ≤ … < 15 %

 

 

X

5.

15 % ≤ … < 25 %

 

X

 

6.

25 % ≤ …

X

 

 

Tulijiet:

7.

Art. 1

Jinqabeż it-tul massimu permissibbli

2 % < … < 20 %

 

 

X

8.

20 % ≤ …

 

X

 

Wisa'

9.

Art. 1

Jinqabeż il-wisa' massima permissibbli

2,65 ≤ … < 3,10 metri

 

 

X

10.

3,10 metri ≤ …

 

X

 

5.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) (It-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali) u d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (7) (Spezzjoni teknika waqt it-traġitt)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Affidabilità stradali

1.

Artikoli 8 u 10 tad-Direttiva 2014/45/KE u l-Art. 7.1 tad-Direttiva 2014/47/UE

Sewqan mingħajr prova valida ta' testijiet b'suċċes tal-affidabilità stradali, kif meħtieġ mil-liġi tal-UE

X

 

 

2.

L-Art. 12.2 tad-Direttiva 2014/47/UE

Li vettura ma tinżammx f'kundizzjoni tajba ta' sikurezza u ta' affidabilità li mbagħad tirriżulta f'difett serju ħafna fis-sistema tal-brejkijiet, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/tajers, is-sospensjoni jew xażi jew tagħmir ieħor li joħloq tali riskju immedjat għas-sikurezza fit-triq li jwassal għal deċiżjoni ta' immobilizzazzjoni tal-vettura

X

 

 

Id-Direttiva 2014/47/UE dwar l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali fih fl-Anness II tagħha klassifikazzjoni dettaljata ta' nuqqasijiet tekniċi maqsuma, skont il-grad tagħhom ta' severità, f'nuqqasijiet minuri, maġġuri u perikolużi. L-Artikolu 12.2 ta' din id-Direttiva jistipula d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

nuqqasijiet minuri li ma għandhom l-ebda effett sinifikanti fuq is-sikurezza tal-vettura jew ikollhom impatt fuq l-ambjent, u nuqqasijiet minuri ta' konformità oħrajn;

(b)

nuqqasijiet maġġuri li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza tal-vettura jew ikollhom impatt fuq l-ambjent jew iqiegħdu fil-periklu lil utenti oħra tat-triq jew nuqqasijiet ta' konformità sinifikanti oħrajn;

(c)

nuqqasijiet perikolużi li joħolqu riskju dirett u immedjat għas-sikurezza fit-triq jew li jkollhom impatt fuq l-ambjent.

Il-livell ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar l-affidabilità stradali għandhom jirriflettu n-nuqqasijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2014/47/UE, jiġifieri: KS = nuqqasijiet maġġuri, KSĦ = nuqqasijiet perikolużi, KAS = sewqan b'nuqqasijiet, li joħloq riskji immedjati għas-sikurezza tat-triq, nuqqasijiet minuri huma ugwali għal ksur minuri.

6.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE  (8) (L-apparat li jillimita l-veloċità)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

Artikoli 2 u 3

L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar

X

 

 

2.

Art. 5

L-apparat li jillimita l-veloċità ma jissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli

 

X

 

3.

Art. 5

L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar minn workshop approvat

 

 

X

4.

 

L-użu ta' apparat frodulenti li jkun kapaċi jiffalsifika d-dejta tal-apparat li jillimita l-veloċità jew l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità frodulenti

X

 

 

7.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) (Il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku tas-sewwieqa)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Taħriġ u liċenzja

1.

Art. 3

Il-ġarr ta' merkanzija jew ta' passiġġieri mingħajr kwalifika inizjali obbligatorja u/jew taħriġ perjodiku obbligatorju

 

X

 

2.

Art. 10 u l-Anness II

Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta karta ta' kwalifikazzjoni valida jew il-liċenzja tas-sewqan bl-indikazzjonjiet, kif meħtieġ bil-liġi nazzjonali (pereżempju: mitlufa, minsija, danneġġati, mhux leġibbli)

 

 

X

8.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10) (Ir-rekwiżiti tal-liċenzji tas-sewqan)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2006/126/KE

Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan valida

X

 

 

2.

Art. 1

Anness I

L-użu ta' liċenzja tas-sewqan li hija danneġġata jew li ma tistax tinqara jew li mhijiex konformi ma' mudell komuni

 

 

X

9.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill  (11) (It-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE

It-trasport ta' oġġetti perikolużi li huma pprojbiti għat-trasport

X

 

 

2.

It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'mezzi ta' konteniment li huma pprojbiti jew mhux approvati, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura

X

 

 

3.

It-trasport ta' oġġetti perikolużi mingħajr l-identifikazzjoni tagħhom fuq il-vettura bħala merkanzija perikoluża, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura

X

 

 

4.

Likiġ ta' sustanzi perikolużi

 

X

 

5.

Il-ġarr ta' volumi f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz

 

X

 

6.

Il-ġarr f'vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta' approvazzjoni

 

X

 

7.

Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat;

 

X

 

8.

Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija

 

X

 

9.

Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta' pakketti

 

X

 

10.

Id-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f'unità waħda tat-trasport ma jkunux ġew osservati, inklużi livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti;

 

X

 

11.

Nuqqas ta' informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tal-grad ta' serjetà tal-offiża (pereżempju n-numru NU, id-denominazzjoni, korretta tal-ispeditur, il-grupp tal-ippakkjar)

 

X

 

12.

Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta' taħriġ vokazzjonali validu

 

X

 

13.

Qed jintuża nar jew dawl mhux protett

 

X

 

14.

Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata.

 

X

 

15.

Il-vettura mhijiex taħt superviżjoni jew mhix ipparkjata b'mod tajjeb

 

 

X

16.

L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semitrejler wieħed

 

 

X

17.

Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat

 

 

X

18.

Il-vettura mhux qed iġġorr tagħmir operattiv għat-tifi tan-nar kif meħtieġ

 

 

X

19.

Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonjiet bil-miktub

 

 

X

20.

Qed jinġarru pakketti b'ippakkjar danneġġat, IBCs jew ippakkjar kbir jew danneġġat, mhux imnaddaf u vojt

 

 

X

21.

Merkanzija ppakkjata qed tinġarr f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz

 

 

X

22.

It-tankijiet/kontejners tat-tankijiet (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma jingħalqux sew

 

 

X

23.

It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti fuq il-vettura u/jew ta' trażżin

 

 

X

24.

Ma hemmx struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-struzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr

 

 

X

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE (12), li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (13) dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, tinkludi fl-Anness II tagħha klassifikazzjoni dettaljata ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti, diviżi, skont il-livell ta' severità, fi tliet kategoriji ta' riskju: Kategorija tar-Riskju I, Kategorija tar-Riskju II, Kategorija tar-Riskju III.

Il-grad ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet għandu jirrifletti l-kategoriji tar-riskju provduti fl-Anness II tad-Direttiva 2004/112/KE, b'tali mod li l-Kategorija tar-Riskju I = KSĦ (ħlief dak il-ksur li diġà huwa definit bħala Ksur l-Aktar Serju (KAS) fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009), il-Kategorija tar-Riskju II = Ksur Serju (KS). Il-Kategorija tar-Riskju III hija ugwali għal-grad ta' ksur minuri.

Din it-tabella tkopri biss dawk il-każijiet ta' ksur li għalihom trasportatur għandu jkun meqjus kompletament jew parzjalment responsabbli. Il-grad ta' responsabbiltà għall-ksur ta' trasportatur għandu jiġi vvalutat skont il-proċedura tal-infurzar tal-Istat Membru nazzjonali.

10.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (14) (L-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Liċenzja Komunitarja

1.

Art. 3

It-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.)

X

 

 

2.

Art. 4

L-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija jew is-sewwieq ma jkunux jistgħu jippreżentaw liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri: Liċenzja Komunitarja jew kopja attestata awtentika tal-liċenzja Komunitarja mitlufin, minsijin, danneġġati, eċċ.)

 

X

 

Attestazzjoni tas-sewwieq

3.

Art. 3

u 5

Il-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata; irtirata, skaduta eċċ.)

 

X

 

4.

Ma jkunx possibbli għas-sewwieq jew għall-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, li jippreżentaw ċertifikat tas-sewwieq validu jew kopja attestata valida taċ-ċertifikat tas-sewwieq lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri ċertifikat tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika taċ-ċertifikat tas-sewwieq mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.)

 

 

X

11.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15) (L-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u tax-xarabank)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KS

KS

Liċenzja Komunitarja

1.

Art. 4

Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan Komunitarja valida l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.)

X

 

 

2.

Art. 4.3

Ma jkunx possibbli għat-trasportatur jew għas-sewwieq li jippreżenta liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri liċenzja tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.)

 

X

 

Awtorizzazzjoni għal servizzi regolari

3.

Artikoli 5 u 6

Servizzi regolari mingħajr awtorizzazzjoni valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.)

 

X

 

4.

Art. 19

Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta l-awtorizzazzjoni lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri awtorizzazzjoni mitlufa, minsija, danneġġata, ecc.)

 

 

X

5.

Artikoli 5 u 6

Il-waqfiet f'servizzi regolari ta' Stat Membru ma jikkorrispondux għall-awtorizzazzjoni maħruġa

 

 

X

Formola tal-vjaġġ għal servizzi okkażjonali u għal servizzi oħra eżenti mill-awtorizzazzjoni

6.

Art. 12

Sewqan mingħajr formola tal-vjaġġ valida (jiġifieri l-ebda formola tal-vjaġġ jew formola tal-vjaġġ iffalsifikata jew li ma fihiex l-informazzjoni meħtieġa, eċċ.)

 

 

X

12.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005  (16) (Il-ġarr tal-annimali)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

L-Anness I, il-Kapitolu II,

Id-diviżorji (partitions) mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-piż ta' annimali

 

X

 

2.

L-Anness I, il-Kapitolu III,

L-użu ta' rampi tat-tagħbija jew tal-ħatt li għandhom uċuħ li jiżolqu, bil-protezzjonijiet laterali nieqsa jew li huma weqfin wisq

 

 

X

3.

L-użu ta' pjattaformi ta' rfigħ jew ta' sulari ta' fuq li ma għandhomx ostakli tas-sikurezza li jżommu l-annimali milli jaqgħu jew milli jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt

 

 

X

4.

Art. 7

Mezzi tat-trasport mhux approvati għal vjaġġi twal, jew mhux approvati għat-tip ta' annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati.

 

 

X

5.

Artikoli 4, 5 u 6

It-trasport mingħajr id-dokumentazzjoni valida meħtieġa, il-ktieb tal-vjaġġ jew l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur jew iċ-ċertifikat ta' kompetenza

 

 

X


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(2)  KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi ghal certi vetturi tat-triq li jiccirkolaw fi hdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali, (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59). Id-Direttiva ġiet emendata mid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1) li għandha tiġi trasposta mill-Istati Membri sas-7 ta' Mejju 2017.

(6)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE, (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(7)  Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE, (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).

(9)  Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE, (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

(10)  Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan, ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18

(11)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(12)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).


ANNESS II

Frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur serju

1.

Il-Ksur Serju u l-Ksur Serju Ħafna elenkati fl-Anness I, meta jitwettqu b'mod ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' stabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur ripetut l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:

(a)

il-grad ta' serjetà tal-ksur (Ksur Serju jew Ksur Serju Ħafna)

(b)

il-ħin (mill-inqas sena ta' tnax il-xahar konsekuttivi mid-data ta' kontroll partikolari)

(c)

l-għadd ta' sewwieqa li jintużaw għall-attivitajiet tat-trasport immexxija mill-maniġer tat-trasport (medja għal kull sena)

2.

Il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza stradali, b'frekwenza massima ta' ksur serju li tmur lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala iżjed serju għandu jiġi stabbilit kif ġej:

3 SI/kull sewwieq/fis-sena

=

1 VSI

3 VSI/kull sewwieq/fis-sena

=

tnedija tal-proċedura nazzjonali dwar ir-reputazzjoni tajba

3.

L-għadd ta' ksur għal kull sewwieq fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollha tal-istess grad ta' serjetà (Ksur Serju jew Ksur Serju Ħafna) bl-għadd medju ta' sewwieqa impjegati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza jistipula limitu massimu għall-okkorrenza tal-ksur serju li lil hinn minnu dawn għandhom jitqiesu bħala aktar serji. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti iktar stretti jekk dawn huma previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba.


ANNESS III

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

1.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ (1)

KAS

KSĦ

KS

KM

A

Ekwipaġġ

A1

Art. 5.1

Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi

 

 

X

 

B

Perjodi ta' sewqan

B1

Art. 6.1

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat

9s < … < 10s

 

 

 

X

B2

10s ≤ … < 11s

 

 

X

 

B3

11s ≤ …

 

X

 

 

B4

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

13s30 ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B5

Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa

10s < … < 11s

 

 

 

X

B6

11s ≤ … < 12s

 

 

X

 

B7

12s ≤ … X

 

X

 

 

B8

Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

15s ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B9

Art. 6.2

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa

56s < … < 60s

 

 

 

X

B10

60s ≤ … < 65s

 

 

X

 

B11

65s ≤ … < 70s

 

X

 

 

B12

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar

70s ≤ …

X

 

 

 

B13

Art. 6.3

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi

90s < … < 100s

 

 

 

X

B14

100s ≤ … < 105s

 

 

X

 

B15

100s ≤ … < 112s30

 

X

 

 

B16

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar

112s30 ≤ …

X

 

 

 

C

Brejks

C1

Art. 7

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk

4s30 < … < 5s

 

 

 

X

C2

5s ≤ … < 6s

 

 

X

 

C3

6s ≤ …

 

X

 

 

D

Perjodi ta' Serħan

D1

Art. 8.2

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum

10s ≤ … < 11s

 

 

 

X

D2

8s30 ≤ … < 10s

 

 

X

 

D3

… < 8s30

 

X

 

 

D4

Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D5

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D6

… < 7s

 

X

 

 

D7

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s

3s + [8s ≤ … < 9s]

 

 

 

X

D8

3s + [7s ≤ … < 8s]

 

 

X

 

D9

3s +[ … < 7s]

 

X

 

 

D10

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D11

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D12

… < 7s

 

X

 

 

D13

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa

22s ≤ … < 24s

 

 

 

X

D14

20s ≤ … < 22s

 

 

X

 

D15

… < 20s

 

X

 

 

D16

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa

42s ≤ … < 45s

 

 

 

X

D17

36s ≤ … < 42s

 

 

X

 

D18

… < 36s

 

X

 

 

D19

Art. 8.6

Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

D20

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

D21

12s ≤ …

 

X

 

 

E

Deroga mir-regola ta' 12-il jum

E1

Art. 8.6a

Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

E2

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

E3

12s ≤ … X

 

X

 

 

E4

Art. 8.6a (b)(ii)

Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa

65s < … ≤ 67s

 

 

X

 

E5

… ≤ 65s

 

X

 

 

E6

Art. 8.6a (d)

Perjodu ta' sewqan, bejn il-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed

3s < … < 4,5s

 

 

X

 

E7

4,5s ≤ …

 

X

 

 

F

Organizzazzjoni tax-xogħol X29.

F1

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati

 

X

 

 

F2

Art. 10.2

L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi

 

X

 

 

2.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Prlament Ewropew utal-Kunsill  (2) (Takografu)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

KM

G

Installazzjoni ta' takografu

G1

Artikoli 3.1 u 22.2

Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni)

X

 

 

 

H

Użu tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni

H1

Art. 23.1

L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn kumpanija approvata

 

X

 

 

H2

Art. 27

Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida

 

X

 

 

H3

Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H4

Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H5

Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H6

Art. 32.1

Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb)

 

X

 

 

H7

Artikoli 32.1 u 33.1

Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.)

 

X

 

 

H8

Art. 32.3

L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu

X

 

 

 

H9

Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq

X

 

 

 

H10

Art. 33.2

L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

 

X

 

 

H11

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena

 

X

 

 

H12

Art. 34.1

Il-folji ta' reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin

 

X

 

 

H13

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

 

X

 

 

H14

Tintuża folja ta' reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

 

X

 

 

H15

Art. 34.2

Jintużaw folji ta' reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli

 

X

 

 

H16

Art. 34.3

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

 

X

 

 

H17

Art. 34.4

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

 

 

X

 

H18

Art. 34.5

Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin

 

X

 

 

I

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

I1

Art. 36

Rifjut li ssir verifika

 

X

 

 

I2

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I3

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

I4

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I5

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

J

Funzjonament ħażin

J1

Artikoli 37.1 u 22.1

Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati

 

X

 

 

J2

Art. 37.2

Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

 

X”

 

 


(1)  KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju/KM = Ksur Minuri

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).