32000D0365



Official Journal L 131 , 01/06/2000 P. 0043 - 0047


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 mejju 2000

dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen.

(2000/365/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, (minn issa msejjaħ "il-Protokoll ta' Schengen"),

Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern ta' r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, bl-ittri tagħhom lil President tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1999, 9 ta' Lulju 1999 u 6 ta' Ottubru 1999, biex jipparteċipaw f'ċerti disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, kif speċifikat f'dawn l-ittri,

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-20 Lulju 1999 tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar it-talba,

Billi r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom posizzjoni importanti dwar kwistjonijiet koperti b'Titolu IV ta' Tielet Parti ta' Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, kif rikonoxxut mill-Protokoll dwar il-posizzjoni ta' r-Renju Unit u l-Irlanda u fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni ta' ċertu aspetti ta' l-Artikolu 14 ta' t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropeja għar-Renju Unit u l-Irlanda, annessi bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea;

Billi l-acquis ta' Schengen kien maħsub u jopera bħala ensemble koerenti li jrid ikun pjenament aċċettat u applikat mill-Istati kollha li jappoġġjaw il-prinċipju ta' l-abolizzjoni ta' spezzjonar ta' persuni fil-fruntieri komuni;

Billi l-Protokoll ta' Schengen jipprovdi għal possibilità li, minħabba din il-posizzjoni speċjali tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, dan jipparteċipa f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen;

Billi r-Renju Unit jassumi l-obbligi ta' Stat Membru li jinqalgħu mill-Artikoli ta' l-Konvenzjoni ta' Schengen tal-1990 imniżżla f'din id-Deċiżjoni;

Billi wara li kkunsidraw il-posizzjoni speċjali ta' r-Renju Unit hawn fuq imsemmija, b'din id-Deċiżjoni fid-disposizzjonijiet tal-fruntieri tal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' 1990, la r-Renju Unit u lanqas it-territorji msemmija fl-Artikolu 5 ma jipparteċipaw;

Billi tieħu in konsiderazzjoni kwsitjonijiet serji indirizzati b'L-Artikoli 26 u 27 tal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' 1990, ir-Renju Unit u Ġibiltà japplikaw dawn l-Artikoli;

Billi r-Renju Unit talab biex jipparteċipa fl-ensemble tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen dwar it-twaqqif u operazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (minn hawn ’il quddiem imsejħa "SIS"), barra dwar id-disposizzjonijiet dwar twissijiet imsemmija fl-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' 1990 u disposizzjonijiet oħra dwar dawk it-twissijiet;

Billi hija l-opinjoni tal-Kunsill li kwalunkwe parteċipazzjoni parzjali mir-Renju Unit fl-acquis ta' Schengen trid tirrispetta il-koerenza ta' suġġetti li jikkostitiwxxu l-ensemble ta' dan l-acquis;

Billi l-Kunsill għalhekk jirrikonoxxi d-dritt tar-Renju Unit li jagħmel, skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Schengen, talba għal parteċipazzjoni parzjali, u tinnota fl-istess ħin li huwa neċessarju tikkunsidra l-impatt ta' din il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fid-disposizzjonijiet dwar it-twaqqif u tħaddim tas-SIS dwar l-interpretazzjoni ta' d-disposizzjonijiet l-oħra relevanti ta' l-acquis ta' Schengen u dwar implikazzjonijiet finanzjarji;

Billi l-Kumitat imħallat, mwaqqaf skond l-Artikolu 3 tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju ta' n-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' din ta' l-aħħar dwar l-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [1], kien infurmat dwar il-preparazzjoni ta' din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5 ta' dak il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq jipparteċipaw f'dawn id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen:

(a) Fil-każ tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen li jimplimentaw il-Ftehim ta' 14 Ġunju 1985, l-Att Finali tagħha u Stqarrijiet Konġunti:

(i) l-Artikoli 26 u 27;

L-Artikoli 39 u 40;

L-Artikoli 42 u 43 sakemm għandhom x’jaqsmu m’ l-Artikolu 40;

L-Artikolu 44;

L-Artikoli 46 u 47, barra mill-Artikolu 47(2)(ċ);

L-Artikoli 48 sa 51;

L-Artikoli 52 u 53;

L-Artikoli 54 sa 58;

L-Artikolu 59;

L-Artikoli 61 sa 66;

L-Artikoli 67 sa 69;

L-Artikoli 71 sa 73;

L-Artikoli 75 u 76;

L-Artikoli 126 sa 130 sakemm għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet li fihom ir-Renju Unit jipparteċipa permezz ta' dan is-subparagrafu;

Dikjarazzjoni 3 għall-Att Finali dwar l-Artikolu 71(2);

(ii) dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin dwar is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen sakemm m'għandhomx x’jaqsmu m’ l-Artikolu 96:

L-Artikolu 92;

L-Artikoli 93 sa 95;

L-Artikoli 97 sa 100;

L-Artikolu 101, barra l-paragrafu 2 tiegħu;

L-Artikoli 102 sa 108;

L-Artikoli 109 sa 111, dwar data personali reġistrata fil-parti nazzjonali tas-SIS tar-Renju Unit;

L-Artikoli 112 u 113;

L-Artikolu 114, dwar data personali reġistrata fil-parti nazzjonali tas-SIS tar-Renju Unit;

L-Artikoli 115 sa 118;

(iii) disposizzjonijiet oħra dwar is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen:

L-Artikolu 119;

(b) dwar id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija għal Konvenzjoni tal-1990 li jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen tal-14 Ġunju 1985, l-Att Finali tagħhom u Dikjarazzjonijiet Komuni:

(i) il-Ftehim iffirmat fis-27 ta' Novembru 1990 dwar sħubija tar-Repubblika Taljana: l-Artikoli 2 u 4 u Dikjarazzjoni Komuni dwar l-Artikoli 2 u 3 sakemm għandu x’jaqsam ma’ l-Artikolu 2;

(ii) il-Ftehim iffirmat fil-25 ta' Ġunju 1991 dwar sħubija tar-Renju ta' Spanja: l-Artikoli 2 u 4 u l-Att Finali, III Parti, Dikjarazzjoni 2;

(iii) il-Ftehim iffirmat fil-25 ta' Ġunju 1991 dwar sħubija tar-Repubblika Portugiża: l-Artikoli 2, 4, 5 u 6;

(iv) il-Ftehim iffirmat fis-6 ta' Novembru 1992 dwar sħubija tar-Repubblika Griega: l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 u l-Att Finali, III Parti, Dikjarazzjoni 2;

(v) il-Ftehim iffirmat fit-28 ta' April 1995 dwar sħubija tar-Repubblika ta' l-Awstrija: l-Artikoli 2 u 4;

(vi) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar Sħubija tar-Renju tad-Danimarka: l-Artikoli 2, 4 u 6 u l-Att Finali, III Parti, Dikjarazzjoni 3;

(vii) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar sħubija tar-Repubblika tal-Finlandja: l-Artikoli 2, 4 u 5 u l-Att Finali, II Parti, Dikjarazzjoni Konġunta 3;

(viii) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar sħubija tar-Renju ta' l-Isvezja: l-Artikoli 2, 4 u 5 u l-Att Finali, II Parti, Dikjarazzjoni Konġunta 3;

(ċ) dwar id-disposizzjonijiet ta' dawn id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 sakemm għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit permezz ta' subparagrafu (a) hawn fuq:

(i) SCH/Com-ex (93) 14 (ittejjeb il-koperazzjoni prattika bejn awtoritajiet ġudizzjarji li jikkombattu traffikar ta' droga);

SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għal Trasport ta' drogi u/jew sustanzi psikotropiċi);

SCH/Com-ex (98) 26 def (twaqqif ta' "Schengen implementing Convention Standing Committee"), soġġett għal arranġament intern li jispeċifika l-modalitajiet ta' parteċipazzjoni ta' esperti tar-Renju Unit f'missjonijiet li jsiru taħt l-awspiċi tal-"Council Working Party" relevanti;

SCH/Com-ex (98) 51 rev 3 (koperazzjoni trans-konfini tal-pulizija fil-qasam ta' prevenzjoni u skoperta meta mitluba);

SCH/Com-ex (98) 52 (manwal dwar koperazzjoni trans-konfini tal-pulizija);

SCH/Com-ex (99) 1 rev 2 (sitwazzjoni ta' droga);

SCH/Com-ex (99) 6 (Telekomunikazzjoni);

SCH/Com-ex (99) 8 rev 2 (ħlas lil informaturi);

SCH/Com-ex (99) 11 rev 2 (ftehim dwar koperazzjoni fi proċeduri għal offiżi tat-traffiku fit-triq);

SCH/Com-ex (99) 18 (titjib ta' koperazzjoni tal-pulizija fil-prevenzjoni u skoperta ta' reati);

(ii) SCH/Com-ex (97) 2 rev 2 (għotja ta' xogħol b'appalt għal studju preliminari ta' SIS II);

SCH/Com-ex (97) 18 (kontribuzzjonijiet min-Norveġja u l-Islanda għal spejjeż operazzjonali ta' C.SIS);

SCH/Com-ex (97) 24 (futur tas-SIS);

SCH/Com-ex (97) 35 (Regolamenti Finanzjarji C.SIS);

SCH/Com-ex (98) 11 (C.SIS ma’ konnessjonijiet tal-15/18);

SCH/Com-ex (99) 5 (Manwal SIRENE);

(d) dwar id-disposizzjonijiet ta' dawn id-Dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv imwaqqaf bil-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 sakemm għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit permezz ta' subparagrafu (a) fuq:

(i) SCH/Com-ex (96) decl 6 rev 2 (dikjarazzjoni dwar estradizzjoni).

(ii) SCH/Com-ex (97) decl 13 rev 2 (ħtif ta' minuri);

SCH/Com-ex (99) decl 2 rev (struttura ta' SIS).

Artikolu 2

1. L-uffiċjali msemmija fid-disposizzjoni ta' l-Artikolu 40(4) tal-Konvenzjoni tal-1990 dwar ir-Renju Unit ikunu uffiċjali minn forzi tal-pulizija u uffiċjali ta' Dwana u Sisa tal-Maestà tagħha.

2. L-awtorità msemmija fid-disposizzjonijiet tal-Artikolu 40(5) tal-Konvenzjoni tal-1990 dwar ir-Renju Unit se jkun is-Servizz Nazzjonali ta' l-Intelliġenza Kriminali.

Artikolu 3

Il-Ministeru kompetenti msemmi fid-disposizzjoni ta' l-Artikolu 65(2) tal-Konvenzjoni tal-1990 se jkun il-"Home Office" rigward l-Ingilterra, Wales u l-Irlanda ta' Fuq u l-Eżekuttiv Skoċċiż dwar l-Iskozja.

Artikolu 4

Id-delegazzjoni fl-Awtorità Konġunta ta' Superviżjoni, imwaqqfa taħt l-Artikolu 115 tal-Konvenzjoni tal-1990, li jirrappreżentaw l-awtorità nazzjonali ta' superviżjoni tar-Renju Unit ma jkunux intitolati jieħdu parti fil-proċeduri ta' votazzjoni fl-awtorità konġunta ta' superviżjoni dwar kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, li fihom ma jipparteċipax ir-Renju Unit.

Artikolu 5

1. Ir-Renju Unit se jinforma bil-miktub lil President tal-Kunsill liema mid-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jixtieq japplika għaċ-"Channel Islands" u l-"Isle of Man". Deċiżjoni dwar din it-talba tittieħed mill-Kunsill li jaġixxi b'unanimità tal-Membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll ta' Schengen u r-rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit.

2. Dawn id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 għandhom jgħoddu għal Ġibiltà:

(a) Dwar id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen li timplimenta l-Ftehim ta' l-14 ta' Ġunju 1985, l-Att Finali tagħha u Stqarrijiet konġunti:

Artikoli 26 u 27;

L-Artikolu 39;

L-Artikolu 44 sakemm m'għandux x’jaqsam ma’ l-insegwiment u s-sorveljanza trans-konfini;

L-Artikoli 46 u 47, barra għal 47(2)(ċ);

L-Artikoli 48 sa 51;

L-Artikoli 52 u 53;

L-Artikoli 54 sa 58;

L-Artikolu 59;

L-Artikoli 61 sa 63;

L-Artikoli 65 sa 66;

L-Artikoli 67 sa 69;

L-Artikoli 71 sa 73;

L-Artikoli 75 u 76;

L-Artikoli 126 sa 130 sakemm għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet li fihom ir-Renju Unit jipparteċipa permezz ta' dan is-subparagrafu;

Dikjarazzjoni 3 għall-Att Finali dwar l-Artikolu 71(2);

(b) Dwar id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' sħubija għal Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985, l-Att Finali tagħhom u Dikjarazzjonijiet Komuni:

(i) il-Ftehim iffirmat fis-27 ta' Novembru 1990 dwar sħubija tar-Repubblika Taljana: l-Artikolu 4;

(ii) il-Ftehim iffirmat fil-25 ta' Ġunju 1991 dwar sħubija tar-Renju ta' Spanja: Artikou 4 u Att Finali, III Parti, Dikjarazzjoni 2.

(iii) il-Ftehim iffirmat fil-25 ta' Ġunju 1991 dwar sħubija tar-Repubblika Portugiża: l-Artikoli 4, 5 u 6.

(iv) il-Ftehim iffirmat fis-6 ta' Novembru 1992 dwar sħubija tar-Repubblika Griega: l-Artikoli 3, 4 u 5 u Att Finali, III Parti, Dikjarazzjoni 2.

(v) il-Ftehim iffirmat fit-28 ta' April 1995 dwar sħubija tar-Repubblika ta' l-Awstrija: l-Artikolu 4.

(vi) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar Sħubija tar-Renju tad-Danimarka: l-Artikoli 4 u 6 tal-Att Finali, II Part, Dikjarazzjoni Konġunta 3.

(vii) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar sħubija tar-Repubblika tal-Fillandja: l-Artikoli 4 u 5 u Att Finali, II Parti, Dikjarazzjoni Konġunta 3.

(viii) il-Ftehim iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1996 dwar sħubija tar-Renju ta' l-Isvezja: l-Artikoli 4 u 5 u Att Finali, II Parti, Dikjarazzjoni Konġunta 3.

(ċ) Sakemm għandhom x'jaqsmu d-disposizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv imwaqqaf bil-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' 14 ta' Ġunju 1985:

SCH/Com-ex (93) 14 (ittejjeb koperazzjoni prattika bejn awtoritajiet ġudizzjarji li jikkombattu traffikar ta' droga);

SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għal Trasport ta' drogi u/jew sustanzi psikotropiċi);

SCH/Com-ex (98) 51 rev 3 (koperazzjoni trans-konfini tal-pulizija fil-qasam ta' prevenzjoni u skoperta meta mitluba);

SCH/Com-ex (98) 52 (manwal dwar koperazzjoni trans-konfini tal-pulizija);

SCH/Com-ex (99) 1 rev 2 (sitwazzjoni ta' droga);

SCH/Com-ex (99) 6 (Telekomunikazzjoni);

SCH/Com-ex (99) 8 rev 2 (ħlas lil informaturi);

SCH/Com-ex (99) 11 rev 2 (ftehim dwar koperazzjoni fi proċeduri għal offiżi tat-traffiku fit-triq);

SCH/Com-ex (99) 18 (titjib ta' koperazzjoni tal-pulizija fil-prevenzjoni u skoperta ta' reati);

(d) Sakemm għandhom x'jaqsmu d-disposizzjonijiet ta' din id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv imwaqqaf bil-Konvenzjoni tal-1990 li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985:

SCH/Com-ex (96) decl 6 rev 2 (dikjarazzjoni dwar estradizzjoni).

3. l-Artikolu 8(3) jgħodd għat-territorji msemmija f'paragrafi 1 u 2 hawn fuq.

Artikolu 6

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3), id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jidħlu fis-seħħ, bejn ir-Renju Unit u l-istati Membri u Stati oħra li dwarhom dawn id-disposizzjonijiet diġà ddaħlu fis-seħħ meta l-kondizzjonijiet ta' qabel għal implimentazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet kienu osservati f'dawn l-Istati Membri kollha u Stati oħra, b'deċiżjoni li tittieħed mill-Kunsill. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi dati differenti għad-dħul fis-seħħ ta' disposizzjonijiet differenti skond it-tema.

2. Qabel ma d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jidħlu fis-seħħ skond paragrafu 1, il-Kunsill jiddeċiedi dwar l-arranġamenti legali dettaljati u tekniċi, inkluż disposizzjonijiet dwar protezzjoni ta' "data", dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fid-disposizzjonijiet imsemmija f'paragrafi (a)(ii) u (iii), (ċ)(ii) u (d)(ii) ta' l-Artikolu 1.

3. Paragrafu 1 għandu jgħodd mutatis mutandis għad-dħul fis-seħħ ta' disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 dwar it-territorji konċernati.

4. Kwalunkwe deċiżjoni taħt paragrafi 1, 2 u 3 tittieħed mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità tal-Membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll ta' Schengen u r-rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit.

5. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 75 tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 u ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għal trasport ta' drogi u/jew sustanzi psikotropiċi) jkunu direttament applikabli fir-Renju Unit.

Artikolu 7

1. Ir-Renju Unit jkun marbut b:

(a) Deċiżjoni tal-Kunsill (1999/323/CE) tat-3 ta' Mejju 1999 fuq it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola aspetti bilanċarji tat-tmexxija mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti li saru f'ismu, in rappreżentanza ta' ċertu Stati Membri, dwar l-installazzjoni u xogħol ta' "Help Desk Server" tal-"Management Unit" u ta' "Sirene Network Phase" II [2], u xi emendi sussegwenti għalihom.

(b) Deċiżjoni tal-Kunsill (2000/265/CE) tas-27 Marzu 2000 fuq it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola aspetti bilanċarji tat-tmexxija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti li saru f'ismu, in rappreżentanza ta' ċertu Stati Membri, dwar l-installazzjoni u funzjonament ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni, għal ambjent ta' Schengen, "Sisnet" [3].

2. Ir-Renju Unit għandu jħallas l-ispejjeż kollha involuti fil-kisba teknika tal-parteċipazzjoni parzjali tagħha fl-operazzjoni ta' SIS.

Artikolu 8

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Mid-data ta' adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ikunu meqjusa revokabilment li nnotifikaw il-President tal-Kunsill taħt l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta' Schengen li tixtieq tipparteċipa fil-proposti kollha u inizjattivi li jsaħħu l-acquis ta' Schengen imsemmi fl-Artikolu 1. Din il-parteċipazzjoni tkopri t-territorji msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) rispettivament, sakemm il-proposti u inizjattivi jsaħħu d-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li miegħu jintrabtu dawk it-territorji.

3. Miżuri li jsaħħu l-acquis ta' Schengen imsemmija fl-Artikolu 1, li kienu adottati qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 6 jidħol fis-seħħ fir-Renju Unit fid-data jew dati li fihom il-Kunsill jiddeċiedi taħt l-Artikolu 6 li jdaħħal fis-seħħ l-acquis imsemmi fl-Artikolu 1 għar-Renju Unit kemm-il darba l-miżura stess tipprovdi għal data aktar tard.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 2000.

Għal Kunsill

Il-President

A. Costa

[1] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, pġ. 36.

[2] ĠU L 123, tat-13.5.1999, pġ. 51.

[3] ĠU L 85, tas-6.4.2000, pġ. 12.

--------------------------------------------------