02019R2124 — MT — 01.01.2022 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321 12.12.2019, p. 73) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2190 tad-29 ta’ Ottubru 2020 |
L 434 |
3 |
23.12.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2305 tal-21 ta’ Ottubru 2021 |
L 461 |
5 |
27.12.2021 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2124
tal-10 ta’ Ottubru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistipula:
ir-regoli li jistabbilixxu l-każijiet meta u l-kundizzjonijiet li fihom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport ta’ kunsinni tal-kategoriji ta’ oġġetti li ġejjin lejn il-post tad-destinazzjoni finali fl-Unjoni, sakemm isiru disponibbli r-riżultati tal-analiżijiet u tat-testijiet tal-laboratorju mwettqa bħala parti mill-verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/625:
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-listi stabbiliti skont l-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra soġġetti għall-miżura ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 47(1)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625;
il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-punti (i) u (ii) li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
l-għalf u l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għall-miżuri previsti mill-atti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;
ir-regoli li jistabbilixxu l-każijiet meta, u l-kundizzjonijiet li fihom, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi tal-annimali li jaslu bl-ajru jew bil-baħar u li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport biex jitkompla l-vjaġġ jistgħu jitwettqu f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera differenti minn dak tal-ewwel wasla fl-Unjoni;
ir-regoli speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera ta’ kunsinni ttrasbordati tal-annimali u tal-kategoriji ta’ oġġetti li ġejjin:
il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, il-prodotti dderivati, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti;
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti, u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-listi stabbiliti skont l-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra soġġetti għall-miżura ta’ emerġenza prevista mill-Artikoli tar-Regolament (UE) 2016/2031, imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;
l-għalf u l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għall-miżuri jew għall-atti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;
regoli speċifiċi għall-kontrolli ta’ kunsinni tal-annimali u tal-kategoriji ta’ oġġetti fi tranżitu li ġejjin:
il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, il-prodotti dderivati, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti;
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-listi stabbiliti skont l-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra soġġetti għall-miżura ta’ emerġenza prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-annimali vertebrati u invertebrati minbarra:
l-annimali domestiċi kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 4(11) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ); u
l-annimali invertebrati maħsubin għal skopijiet xjentifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 ( 3 ).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“dokument sanitarju komuni tad-dħul” jew “CHED” tfisser id-dokument sanitarju komuni tad-dħul, li jintuża għan-notifika minn qabel tal-wasla ta’ kunsinni fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, u li jintuża biex jirreġistra l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali li twettqu u tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kunsinna li jkun qed jakkompanja;
“kunsinni ttrasbordati” tfisser kunsinni ta’ annimali jew ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru minn pajjiż terz, meta dawk l-annimali jew l-oġġetti jinħattu minn bastiment jew minn inġenju tal-ajru u jiġu ttrasportati taħt superviżjoni doganali għal fuq bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor fl-istess port jew ajruport bi tħejjija għat-tkomplija tal-vjaġġ;
“maħżen” tfisser:
maħżen doganali, maħżen f’żona ħielsa, faċilità ta’ ħżin temporanju approvati, awtorizzati jew magħżulin f’konformità mal-Artikoli 147(1), 240(1), 243(1), rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; jew
maħżen speċjalizzat għall-forniment ta’ oġġetti għall-bażijiet militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti tal-Amerka;
“it-tkomplija tat-trasport” tfisser il-ġarr ta’ kunsinni ta’ oġġetti minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn il-post tad-destinazzjoni finali fl-Unjoni, sakemm isiru disponibbli r-riżultati tal-analiżijiet u tat-testijiet tal-laboratorju;
“faċilità ta’ tkomplija tat-trasport” tfisser il-faċilità fil-post tad-destinazzjoni finali fl-Unjoni jew f’post li jinsab taħt il-mandat tal-istess awtorità kompetenti bħall-post tad-destinazzjoni finali, magħżula mill-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-ħżin ta’ kunsinni ta’ oġġetti li jkunu soġġetti għat-tkomplija tat-trasport qabel ma jiġu rilaxxati l-kunsinni għaċ-ċirkolazzjoni libera;
“sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali” jew “IMSOC” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625;
post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni tfisser il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn l-annimali u l-oġġetti jiġu ppreżentati għall-kontrolli uffiċjali u li minnu jidħlu fl-Unjoni għat-tqegħid sussegwenti fis-suq jew għat-tranżitu mit-territorju tal-Unjoni ( 4 ) u li jista’ jkun post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni;
“pest irregolat mill-Unjoni li mhuwiex ta’ kwarantina” tfisser pest li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/2031;
“maħżen approvat” tfisser maħżen approvat mill-awtoritajiet kompetenti kif previst fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament;
“bajd speċifikat bħala ħieles mill-patoġeni” tfisser bajd għat-tifqis li jkun ittieħed minn qatgħat ta’ tiġieġ li jkunu ħielsa minn patoġeni speċifikati, kif hemm deskritt fil-Farmakopea Ewropea ( 5 ), u li jkun maħsub biss għall-użu fid-dijannostikar, fir-riċerka jew għall-użu farmaċewtiku.
KAPITOLU II
It-tkomplija tat-trasport ta’ kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1)
TAQSIMA 1
Il-kundizzjonijiet għat-tkomplija tat-trasport
Artikolu 3
L-obbligi tal-operaturi qabel l-awtorizzazzjoni tat-tkomplija tat-trasport
Artikolu 4
L-awtorizzazzjoni tat-tkomplija tat-trasport
L-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jistgħu jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport tal-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-eżitu tal-verifiki tad-dokumenti, tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi, għajr dak tal-analiżijiet u t-testijiet fil-laboratorju li jitwettqu bħala parti minn dawk il-verifiki fiżiċi, imwettqa fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, ikun sodisfaċenti;
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab it-tkomplija tat-trasport kif previst fl-Artikolu 3.
Artikolu 5
L-obbligi tal-operaturi wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tat-trasport
Meta l-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport tal-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1), l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu:
jimla l-Parti I ta’ CHED separat għall-istess kunsinna, marbuta fl-IMSOC maċ-CHED imsemmi fl-Artikolu 3, billi hemm jiddikjara l-mezz tat-trasport u d-data tal-wasla tal-kunsinna fil-faċilità magħżula għat-tkomplija tat-trasport;
jissottometti ċ-CHED imsemmi fil-punt (a) fl-IMSOC għat-trażmissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera li jkunu awtorizzaw it-tkomplija tat-trasport.
Artikolu 6
Il-kundizzjonijiet għat-trasportazzjoni u l-ħżin ta’ kunsinni soġġetti għat-tkomplija tat-trasport
L-operatur responsabbli mill-kunsinni li jkunu awtorizzati għat-tkomplija tat-trasport skont l-Artikolu 4 għandhom jiżguraw li:
il-kunsinna ma tiġi mbagħbsa bl-ebda mod, kemm waqt it-trasport lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport, kif ukoll waqt li tkun maħżuna fiha;
il-kunsinna ma tkun soġġetta għal ebda alterazzjoni, ipproċessar, sostituzzjoni jew tibdil fl-imballaġġ;
il-kunsinna ma toħroġx mill-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar il-kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera b’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625.
►M2 L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li l-imballaġġ jew il-mezz tat-trasport tal-kunsinna tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a)(i), (ii) u (iia), ikun magħluq jew issiġillat b’tali mod li, waqt it-trasport tagħha lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport u waqt il-ħżin hemmhekk: ◄
ma jikkawżawx infestazzjoni f’pjanti, f’prodotti mill-pjanti jew f’oġġetti oħra, ta’ pesti elenkati bħala pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni jew bħala pesti rregolati mill-Unjoni li mhumiex ta’ kwarantina;
ma jiġux infestati jew infettati huma b’pesti li mhumiex ta’ kwarantina.
Artikolu 7
Il-kompiti li jridu jwettqu l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera wara li jkunu awtorizzaw it-tkomplija tat-trasport
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni ma jirċevux konferma tal-wasla ta’ kunsinna mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-post tad-destinazzjoni f’perjodu ta’ 15-il jum mid-data ta’ meta ġiet awtorizzata l-kunsinna għat-tkomplija tat-trasport lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport, huma għandhom:
jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni, il-kunsinna waslitx jew le fil-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport;
jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali jekk il-kunsinna ma tkunx waslet;
iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw fejn realment tinsab il-kunsinna b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 8
Il-kompiti li jridu jwettqu l-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni finali
TAQSIMA 2
Faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport
Article 9
Kundizzjonijiet għall-għażla ta’ faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu faċilità ta’ tkomplija tat-trasport għall-kunsinni ta’ kategorija waħda jew ta’ diversi kategoriji ta’ oġġetti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1), dment li dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu mħażen doganali jew faċilitajiet ta’ ħżin temporanju kif imsemmija fl-Artikoli 240(1) u 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, rispettivament;
meta l-għażla tikkonċerna:
l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, imsemmi fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, il-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport jiġu rreġistrati mal-awtorità kompetenti kif previst fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;
l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali, imsemmi fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, il-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport jiġu rreġistrati mal-awtorità kompetenti kif previst fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.
ikollhom it-teknoloġija u t-tagħmir meħtieġa għat-tħaddim effikaċi tal-IMSOC.
Meta l-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:
jissospendu temporanjament il-ħatra, sakemm jiġu implimentati l-azzjonijiet korrettivi, jew inkella jirtiraw il-ħatra b’mod permanenti għal ċerti kategoriji ta’ oġġetti, jew għall-kategoriji kollha, li għalihom tkun saret il-ħatra;
jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 10 tiġi aġġornata kif xieraq.
Artikolu 10
Ir-reġistrazzjoni tal-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport magħżulin fl-IMSOC
L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornata fl-IMSOC il-lista ta’ faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport magħżulin f’konformità mal-Artikolu 9(1), filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u l-indirizz tal-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport;
il-kategorija tal-oġġetti li għaliha tkun intgħażlet.
KAPITOLU III
It-tkomplija tal-vjaġġ tal-annimali li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport u tal-kunsinni trasbordati ta’ annimali u oġġetti
Artikolu 11
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport
Għandhom isiru l-verifiki tad-dokumenti fuq iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-kunsinna tal-annimali kif previst mir-regoli msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 12
Il-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali ttrasbordati
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali ttrasbordati.
Artikolu 13
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord għandhom iwettqu tad-dokumenti fuq iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali jew fuq kopji tagħhom, li huma meħtieġa jakkumpanjaw il-kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom fil-każijiet li ġejjin:
għall-oġġetti li huma soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u għar-regoli għall-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jirriżultaw minn prodotti sekondarji tal-annimali u minn prodotti dderivati msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, meta l-perjodu tat-trasbord:
fl-ajruport jaqbeż it-tlett ijiem;
fil-port jaqbeż it-30 jum;
għal oġġetti oħra għajr dawk imsemmijin fil-punt (a), meta l-perjodu tat-trasbord jaqbeż id-90 jum.
Dawk il-verifiki tad-dokumenti għandhom jitwettqu fuq iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali meta dawn iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-kunsinna, kif previst mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 14
Il-ħżin ta’ kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti derivati, ħuxlief u tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom
L-operaturi responsabbli mill-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, prodotti derivati, ħuxlief u tiben u l-prodotti kompożiti tagħhom, għandhom jiżguraw li dawk il-kunsinni jinħażnu biss matul il-perjodu tat-trasbord:
fiż-żona doganali jew fiż-żona ħielsa tal-istess port jew ajruport f’kontejners issiġillati; jew
f’faċilitajiet tal-ħżin kummerċjali taħt il-kontroll tal-istess post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(11) u (12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 ( 6 ).
Artikolu 15
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra ttrasbordati
Artikolu 16
In-notifika tal-informazzjoni qabel jiskadi l-perjodu tat-trasbord
Għall-kunsinni li jkunu maħsuba għat-trasbord fil-perjodi tat-trasbord imsemmija fl-Artikoli 13(1) u 15(1), l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jibgħat notifika qabel il-wasla tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord permezz tal-IMSOC jew permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni oħra magħżula mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-għan, filwaqt li jindika dawn li ġejjin:
l-informazzjoni meħtieġa biex il-kunsinna tiġi identifikata, u fejn tkun tinsab fl-ajruport jew fil-port;
l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport;
il-ħin stmat tal-wasla u tat-tluq tal-kunsinna;
id-destinazzjoni tal-kunsinna.
Għall-finijiet tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu sistema ta’ informazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord:
jikkonsultaw l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi;
għal kull kunsinna jivverifikaw li l-perjodi tat-trasbord stipulati fl-Artikoli 13(1) u 15(1) ma jinqabżux.
Minbarra n-notifika minn qabel prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-każijiet li jidhru hawn taħt, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jinnotifika wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord billi jimla u jissottometti l-parti rilevanti taċ-CHED fl-IMSOC, kif previst fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625:
meta jkun skada l-perjodu tat-trasbord imsemmi fl-Artikoli 13(1) u 15(1); jew
meta l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord jinfurmaw lill-operatur responsabbli mill-kunsinna bid-deċiżjoni li jkunu ħadu li jwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi minħabba li jkollhom suspett li ma hemmx konformità mal-perjodu tat-trasbord stipulat fl-Artikolu 13(3) jew fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 17
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ ikel u għalf li mhux ta’ oriġini mill-annimali ttrasbordati
KAPITOLU IV
It-tranżitu ta’ annimali u ta’ oġġetti minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor, li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni
TAQSIMA 1
Kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni
Artikolu 18
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali ttrasbordati
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom jawtorizzaw biss it-tranżitu ta’ kunsinni ta’ annimali minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor, li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni meta l-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi jkunu favorevoli.
Artikolu 19
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom, biss jekk dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
li l-oġġetti jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625;
li lill-kunsinna jkunu sarulha l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera b’riżultati tajbin;
li l-kunsinna jkunu sarulha l-verifiki fiżiċi fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn kien issuspettat li ma kinitx tikkonforma mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625;
li l-kunsinna jkollha magħha ċ-CHED u titlaq mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’vetturi jew f’kontejners tat-trasport issiġillati mill-awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera;
il-kunsinna trid tiġi ttrasportata direttament taħt is-superviżjoni doganali, mingħajr ma jinħattu jew jinfirdu l-oġġetti, f’perjodu massimu ta’ 15-il jum mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn waħda mid-destinazzjonijiet li ġejjin:
lejn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sabiex titlaq mit-territorju tal-Unjoni;
lejn maħżen approvat;
lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab fit-territorju tal-Unjoni;
lejn bastiment li jkun se jitlaq mill-Unjoni, meta l-kunsinna tkun maħsuba biex tforni l-bastiment.
Artikolu 20
Miżuri ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni li f’perjodu ta’ 15-il jum mid-data ta’ meta ġie awtorizzat it-tranżitu fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, ma jkunux irċevew konferma tal-wasla ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom f’waħda mid-destinazzjonijiet imsemmijin fil-punti (e)(i) sa (iv) tal-Artikolu 19, għandhom:
jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni, il-kunsinna waslitx jew le fil-post tad-destinazzjoni;
jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali jekk il-kunsinna ma tkunx waslet;
iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw fejn realment tinsab il-kunsinna b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 21
It-trasport tal-kunsinni lejn bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni
Artikolu 22
Verifiki tad-dokumenti u verifiki fiżiċi ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħrajn fi tranżitu
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu l-verifiki li ġejjin fuq bażi tar-riskju:
verifiki tad-dokumenti tad-dikjarazzjoni ffirmata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;
verifiki fiżiċi tal-kunsinna biex jiżguraw li din tkun ippakkjata u ttrasportata b’mod xieraq skont kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 47(1)tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Meta jitwettqu l-kontrolli uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw it-tranżitu tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, dment li l-kunsinni:
jikkonformaw mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2016/2031;
jinġarru lejn il-punt tal-ħruġ mill-Unjoni taħt is-superviżjoni doganali.
L-operatur responsabbli minn kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-imballaġġ jew il-mezz tat-trasport tal-kunsilli jkunu magħluqin jew issiġillati b’mod li waqt it-trasport lejn l-imħażen u l-ħżin fihom:
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra ma jikkawżawx infestazzjoni jew infezzjoni f’pjanti oħrajn, f’prodotti mill-pjanti oħrajn jew f’oġġetti oħra, ta’ pesti elenkati bħala pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni jew bħala pesti rregolati mill-Unjoni li mhumiex ta’ kwarantina msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 rispettivament u, fil-każ taż-żoni protetti, bil-pesti rispettivi mniżżlin fil-listi stabbiliti skont l-Artikolu 32(3) ta’ dak ir-Regolament;
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ma jistgħux jiġu infestati jew infettati bil-pesti msemmijin fil-punt (a).
Taqsima 2
Il-kundizzjonijiet għall-ħżin ta’ kunsinni fi tranżitu f’imħażen approvati
Artikolu 23
Il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-imħażen
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw biss l-imħażen imsemmija fil-paragrafu 1 li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-imħażen li jaħżnu prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom iridu jkunu konformi ma’:
ir-rekwiżiti tal-iġjene stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; jew
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;
jeħtieġ li jkunu ġew awtorizzati, approvati jew magħżulin mill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikoli 147(1), 240(1) u 243(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
l-imħażen iridu jikkonsistu minn spazju magħluq li l-bibien tad-dħul u tal-ħruġ tiegħu jkunu soġġetti għall-kontroll permanenti mill-operaturi;
l-imħażen irid ikollhom kmamar għall-ħżin jew għar-refriġerazzjoni li jippermettu ħżin separat tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1;
l-imħażen irid ikollhom arranġamenti għar-reġistrazzjoni ta’ kuljum tal-kunsinni kollha li jidħlu fil-faċilitajiet jew li jitilqu minnhom, bid-dettalji tan-natura u tal-kwantità tal-oġġetti, l-isem u l-indirizz tad-destinatarji u kopji taċ-CHED u taċ-ċertifikati li jakkumpanjaw il-kunsinni; l-imħażen iridu jżommu dawk ir-rekords għal mill-inqas tliet snin;
l-oġġetti kollha msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġ li jkunu identifikati permezz ta’ tikkettar jew b’mezzi elettroniċi bin-numru ta’ referenza taċ-CHED li jakkumpanja l-kunsinna; dawk l-oġġetti jeħtieġ li ma jkunux soġġetti għall xi alterazzjoni, ipproċessar, sostituzzjoni jew tibdil fl-imballaġġ;
l-imħażen irid ikollhom it-teknoloġija u t-tagħmir meħtieġa għat-tħaddim effiċjenti tal-IMSOC;
l-operaturi tal-imħażen għandhom jipprovdu l-postijiet u l-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn b’mod effikaċi, jekk jintalbu jagħmlu hekk mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 24
It-trasport tal-oġġetti mill-imħażen
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jittrasporta l-kunsinna tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 23(1) mill-maħżen approvat lejn waħda mid-destinazzjonijiet li ġejjin:
post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sabiex titlaq mit-territorju tal-Unjoni biex tmur:
lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti; jew
lejn kwalunkwe destinazzjoni oħra;
lejn maħżen approvat ieħor;
lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab fit-territorju tal-Unjoni;
lejn bastiment li jkun se jitlaq mill-Unjoni, meta l-kunsinna tkun maħsuba biex tforni l-bastiment;
post fejn jintremew il-kunsinni f’konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
Artikolu 25
Iż-żamma u l-aġġornar tal-lista tal-imħażen approvati
L-Istati Membri għandhom iżommu u jaġġornaw fl-IMSOC il-lista ta’ mħażen approvati, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u l-indirizz ta’ kull maħżen;
il-kategoriji tal-oġġetti li għalihom ikun ġie approvat.
Artikolu 26
Kontrolli uffiċjali fl-imħażen
Meta l-kunsinni jaslu fl-imħażen approvati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
iwettqu verifika tal-identità biex jikkonfermaw li l-kunsinna tikkorrispondi mal-informazzjoni rilevanti fiċ-CHED li jkun magħha;
jivverifikaw li s-siġilli mwaħħla fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners tat-trasport għadhom intatti f’konformità ma’ mal-punt (d) tal-Artikolu 19 jew mal-punt (d) tal-Artikolu 28;
jirreġistraw l-eżitu tal-verifiki tal-identità fil-parti III taċ-CHED u jikkomunikaw dik l-informazzjoni permezz tal-IMSOC.
Artikolu 27
L-obbligi tal-operaturi fl-imħażen
Artikolu 28
Il-kundizzjonijiet għat-trasport tal-oġġetti mill-imħażen lejn pajjiżi terzi, lejn imħażen oħrajn u lejn postijiet fejn jintremew
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jittrasporta l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 23(1) mill-maħżen approvat lejn waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fil-punti (a)(ii), (b) u (e) tal-Artikolu 24, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jissottometti ċ-CHED permezz tal-IMSOC għall-kunsinna kollha u jiddikjara fih il-mezz tat-trasport u l-post tad-destinazzjoni; meta l-kunsinna oriġinali tinfired fil-maħżen, l-operatur responsabbli mill-kunsinna jrid jissottometti ċ-CHED permezz tal-IMSOC għal kull parti tal-kunsinna mifruda u jiddikjara fih il-kwantità, il-mezz tat-trasport u l-post tad-destinazzjoni għall-parti rilevanti tal-kunsinna mifruda;
l-awtoritajiet kompetenti jridu jawtorizzaw il-moviment u jiffinalizzaw iċ-CHED għal:
il-kunsinna kollha, jew
il-partijiet individwali tal-kunsinna mifruda, dment li t-total tal-kwantitajiet iddikjarati f’dawk iċ-CHEDs ma jaqbiżx il-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED tal-kunsinna sħiħa.
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jrid jiżgura li, barra miċ-CHED li jkun mal-kunsinna, ikun hemm kopja awtentikata taċ-ċertifikat uffiċjali li jkun akkumpanja l-kunsinna lejn il-maħżen, kif imsemmi fl-Artikolu 27(4), li tkompli l-vjaġġ mal-kunsinna, dment li ma tkunx ittellgħet kopja elettronika taċ-ċertifikat uffiċjali fl-IMSOC li ġiet ivverifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni; meta l-kunsinna oriġinali tinfired u l-kopja taċ-ċertifikat uffiċjali ma tkunx ittellgħet fl-IMSOC mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu lill-operatur responsabbli mill-kunsinna kopji awtentikati taċ-ċertifikat uffiċjali sabiex dawn jakkumpanjaw il-partijiet tal-kunsinna mifruda lejn id-destinazzjonijiet tagħhom;
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jittrasporta l-oġġetti taħt is-superviżjoni doganali mill-imħażen f’vetturi jew f’kontejners tat-trasport issiġillati mill-awtoritajiet kompetenti;
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jittrasporta l-oġġetti direttament mill-maħżen lejn il-post tad-destinazzjoni mingħajr ma jinħattu jew jinfirdu, f’perjodu massimu ta’ 15-il jum mid-data tal-awtorizzazzjoni għat-trasport.
Artikolu 29
Il-kundizzjonijiet għat-trasportazzjoni tal-oġġetti mill-imħażen lejn bażijiet militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti u lejn bastimenti li jkunu se jitilqu mill-Unjoni
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jittrasporta l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 23(1) mill-imħażen approvati lejn waħda mid-destinazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a)(i),(c) u (d) tal-Artikolu 24, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
l-operatur responsabbli mill-maħżen jiddikjara l-moviment tal-oġġetti lill-awtoritajiet kompetenti billi jimla l-Parti I taċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-punt (c);
l-awtorità kompetenti tawtorizza l-moviment tal-oġġetti u lill-operatur responsabbli mill-kunsinna tagħtih iċ-ċertifikat uffiċjali ffinalizzat imsemmi fil-punt (c), li jista’ jintuża għat-twassil tal-kunsinna li jkun fiha oġġetti dderivati minn iktar minn kunsinna waħda tal-oriġini jew iktar minn kategorija waħda ta’ prodotti;
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jiżgura li ċertifikat uffiċjali f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 jakkumpanja l-kunsinna sal-post tad-destinazzjoni tagħha jew sal-post tal-kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mit-territorju tal-Unjoni;
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jittrasporta l-oġġetti taħt is-superviżjoni doganali;
l-operatur responsabbli mill-kunisinna jittrasporta l-oġġetti mill-imħażen f’vetturi jew f’kontejners tat-trasport li kienu ssiġillati taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 30
Miżuri ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti ta’ maħżen li f’perjodu ta’ 15-il jum mid-data ta’ meta ġie awtorizzat it-tranżitu mill-maħżen, ma jkunux irċevew konferma tal-wasla ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom f’waħda mid-destinazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 24, għandhom:
jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet tad-destinazzjoni, il-kunsinna waslitx jew le;
jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali jekk il-kunsinna ma tkunx waslet;
iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw fejn realment jinsabu l-oġġetti b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 31
Il-monitoraġġ tat-twassil tal-oġġetti lil bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni
Malli l-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 titwassal abbord il-bastiment, l-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni jew ir-rappreżentant tal-kaptan tal-bastiment għandhom jikkonfermaw il-wasla tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, permezz ta’:
il-kontroffirmar taċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 29, jew
l-użu ta’ mezz elettroniku, fost l-oħrajn l-IMSOC jew sistemi nazzjonali eżistenti.
Taqsima 3
Kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn jitilqu l-oġġetti mit-territorju tal-Unjoni
Artikolu 32
L-obbligi tal-operatur li jippreżenta l-oġġetti li jkunu se joħorġu mit-territorju tal-Unjoni għall-kontrolli uffiċjali
Artikolu 33
Kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn jitilqu l-oġġetti mit-territorju tal-Unjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonfermaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, fi żmien perjodu ta’ 15-il jum mid-data li fiha, it-tranżitu kien awtorizzat fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, bil-wasla u l-konformità tal-kunsinna ma’ dan ir-Regolament, billi:
idaħħlu l-informazzjoni rilevanti fl-IMSOC; jew
jikkontrofirmaw iċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 u jirritornaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-maħżen iċ-ċertifikat oriġinali jew jittrażmettu kopja tiegħu.
TAQSIMA 4
Derogi għall-kunsinni fi tranżitu
Artikolu 34
It-tranżitu ta’ ċerti annimali u ta’ ċerti oġġetti
B’deroga mill-Artikoli 18 u 19, l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu mit-territorju tal-Unjoni tal-kunsinni li ġejjin, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2:
It-tranżitu bit-triq mil-Litwanja ta’ kunsinni ta’ annimali bovini għat-tnissil u l-produzzjoni, li jkunu ġejjin mir-reġjun Russu ta’ Kaliningrad u li jintbagħtu lejn destinazzjoni barra mill-Unjoni, li jidħlu u joħorġu mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżula tal-Litwanja.
It-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura, bejn postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja, li jkunu ġejjin mir-Russja u li jkunu ddestinati għar-Russja, direttament jew minn pajjiż terz ieħor.
It-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini, ekwini, bajd speċifikat bħala ħieles mill-patoġeni, bejn postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja, li jkunu ġejjin mir-Russja u li jkunu destinati għar-Russja, direttament jew minn pajjiż terz ieħor.
It-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija ta’ kunsinni ta’ bajd, ta’ prodotti tal-bajd u ta’ laħam tat-tjur, bejn il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fil-Litwanja, li jkunu ġejjin mill-Belarus u li jkunu ddestinati għar-reġjun Russu ta’ Kaliningrad.
It-tranżitu bit-triq mill-Kroazja ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini, ekwini, bajd speċifikat bħala ħieles mill-patoġeni li jkunu ġejjin mill-Bożnija-Ħerzegovina, li jidħlu fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-triq ta’ Nova Sela u li joħorġu mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-port ta’ Ploče.
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandha:
twettaq il-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni tal-annimali kif stipulat fl-Artikolu 18;
iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fuq kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’prodotti komposti tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 19;
tittimbra ċ-ċertifikati uffiċjali li jkunu mal-kunsinni maħsuba għall-pajjiż terz tad-destinazzjoni “GĦAT-TRANŻITU BISS, MILL-UE”;
iżżomm kopji jew ekwivalenti elettroniċi taċ-ċertifikati msemmijin fil-punt (iii) fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni;
tissiġilla l-vetturi jew il-kontejners tat-trasport li jkunu qed jittraspurtaw il-kunsinni.
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li l-kunsinni jiġu ttrasportati direttament taħt is-superviżjoni doganali, mingħajr ma jinħattu, lejn il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn il-kunsinni jkunu se jitilqu mit-territorju tal-Unjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn l-oġġetti joħorġu mit-territorju tal-Unjoni għandhom:
iwettqu verifika tal-identità biex jikkonfermaw li l-kunsinna koperta miċ-CHED li jkun magħha toħroġ realment mit-territorju tal-Unjoni. B’mod partikolari, għandhom jivverifikaw li s-siġilli mwaħħla fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners tat-trasport għadhom intatti;
jirreġistraw l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali msemmijin fil-punt (i) fl-IMSOC.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli bbażati fuq ir-riskju biex jiżguraw li l-għadd ta’ kunsinni u l-kwantitajiet ta’ annimali u oġġetti li jkunu ħerġin mit-territorju tal-Unjoni jkunu jaqblu mal-għadd u mal-kwantitajiet li jkunu deħlin fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 35
It-tranżitu tal-oġġetti lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab fit-territorju tal-Unjoni
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli fil-bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti fil-post tad-destinazzjoni għandhom jikkonfermaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tal-kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, fi ħdan perjodu ta’ 15-il jum mid-data li fiha t-tranżitu kien awtorizzat fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, bil-wasla u l-konformità tal-kunsinna ma’ dan ir-Regolament, billi:
idaħħlu l-informazzjoni rilevanti fl-IMSOC; jew
jikkontrofirmaw iċ-ċertifikat uffiċjali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 u jroddu lura lill-awtoritajiet kompetenti tal-maħżen iċ-ċertifikat oriġinali jew jittrażmettu kopja tiegħu.
Artikolu 36
It-tranżitu tal-oġġetti rrifjutati minn pajjiż terz wara t-tranżitu tagħhom mill-Unjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-triq jew tal-ferrovija tal-introduzzjoni fl-Unjoni tista’ tawtorizza t-tranżitu suċċessiv mill-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti minnhom, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-kunsinna tal-oġġetti tkun ġiet irrifjutata minn pajjiż terz minnufih wara t-tranżitu tagħha mill-Unjoni jew is-siġilli mqiegħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 19, fil-punt (d) tal-Artikolu 28 jew fil-punt (e) tal-Artikolu 29, fil-vettura jew fil-kontejner tat-trasport għadhom intatti;
il-kunsinna tikkonforma mar-regoli stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 19.
L-operatur responsabbli mill-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jittrasporta l-kunsinna direttament lejn waħda mid-destinazzjonijiet li ġejjin:
il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera li awtorizza t-tranżitu mill-Unjoni; jew
il-maħżen fejn tkun inħażnet qabel ir-rifjut minn pajjiż terz.
KAPITOLU V
It-tranżitu ta’ annimali u oġġetti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni, li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz
Artikolu 37
It-tranżitu ta’ annimali, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti tagħhom
L-operaturi responsabbli mill-kunsinni msemmijin fil-paragrafu 1 li jkunu għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz, meta dawn il-kunsinni jerġgħu jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni għandhom jippreżentawhom:
lill-awtoritajiet kompetenti ta’ post ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżul għal kwalunkwe kategorija tal-annimali u l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1; jew
f’post indikat mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (a), li jkun qrib il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni għandhom:
iwettqu l-verifiki tad-dokumenti biex jivverifikaw l-oriġini tal-annimali u tal-oġġetti li hemm fil-kunsinna;
fejn ikun meħtieġ mir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jivverifikaw l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiżi terzi li minnhom ikunu għaddew il-kunsinni u ċ-ċertifikati u d-dokumenti uffiċjali ta’ akkumpanjament rilevanti;
fejn ikun meħtieġ mir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, iwettqu verifika tal-identità biex jivverifikaw li s-siġilli mqiegħda fuq il-vetturi jew il-kontejners tat-trasport għadhom intatti.
Għall-kunsinni tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni f’konformità mar-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li jiġu mċaqilqa minn parti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni, li tgħaddi mir-Renju Unit, eskluż l-Irlanda ta’ Fuq, l-operaturi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta’ dawk il-kunsinni lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni jew taħlita ta’ sistemi ta’ informazzjoni minbarra l-IMSOC, diment li tali sistema jew taħlita ta’ sistemi:
ikunu ġew deżinjati mill-awtoritajiet kompetenti;
jippermettu lill-operaturi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
id-deskrizzjoni tal-oġġetti fi tranżitu;
l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport;
il-ħin stmat tal-wasla;
l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kunsinni; u
jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ta’ introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni:
jivvalutaw l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi;
jinfurmaw lill-operaturi jekk il-kunsinni jkollhomx jiġu ppreżentati għall-verifiki addizzjonali previsti fil-paragrafu 4.
L-awtorità kompetenti fil-punt tal-ħruġ mill-Unjoni għandha:
meta jkun meħtieġ twettaq il-verifiki stipulati fir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625;
tittimbra ċ-ċertifikat uffiċjali li jkun mal-kunsinna bil-kliem li ġej “GĦAT-TRANŻITU BISS BEJN PARTIJIET DIFFERENTI TAL-UNJONI EWROPEA LI JGĦADDI MINN [l-isem tal-pajjiż terz]”.
Artikolu 38
Il-Kuritur ta’ Neum
Meta jkun hemm kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti tagħhom li jkunu ġejjin mit-territorju tal-Kroazja għat-tranżitu mit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-kuritur ta’ Neum u qabel ma dawn joħorġu mit-territorju tal-Kroazja mill-punti tad-dħul ta’ Klek jew Zaton Doli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja għandhom:
jissiġillaw il-vetturi jew il-kontejners tat-trasport qabel ma jgħaddu mill-kuritur ta’ Neum;
jirreġistraw id-data u l-ħin tat-tluq tal-vetturi li jittrasportaw il-kunsinni.
Meta l-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Kroazja fil-punti tad-dħul ta’ Klek jew Zaton Doli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja għandhom:
jivverifikaw li s-siġilli fuq il-vetturi jew il-kontejners tat-trasport għadhom intatti,
jirreġistraw id-data u l-ħin tal-wasla tal-vetturi li jittrasportaw il-kunsinni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2017/625 jekk:
is-siġill imsemmi fil-paragrafu 1 ikun inqasam waqt it-tranżitu mill-kuritur ta’ Neum; jew
il-ħin tat-tranżitu jaqbeż il-ħin meħtieġ għall-ivvjaġġar bejn il-punti tad-dħul ta’ Klek u Zaton Doli.
KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 39
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/208/KE u 2000/571/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE jitħassru b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 40
Emendi għad-Deċiżjoni 2007/777/KE
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata kif ġej:
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3;
L-Artikolu 6a huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 41
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 798/2008
L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
fil-paragrafu 2, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 42
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008
L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 43
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 119/2009
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 44
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 206/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 12 a huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (d) u (e);
tħassar il-paragrafu 2;
tħassar il-paragrafu 4;
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3;
L-Artikolu 17 a huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 45
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 605/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3
fl-Artikolu 7a, tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 46
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 142/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3;
L-Artikolu 29 a huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 47
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 28/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 28/2012 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3;
L-Artikolu 5 a huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 48
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759
L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d);
tħassru l-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 49
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150 14.6.2018, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 (Ara paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 4 ) Il-kunċett “territorju tal-Unjoni” jinkludi l-Irlanda ta’ Fuq għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”;
( 5 ) http://www.edqm.eu (l-aħħar edizzjoni).
( 6 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).
( 7 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128 li jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u r-regoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali għall-oġġetti li jintbagħtu lejn bastimenti li jkunu se jitilqu mill-Unjoni, u li jkunu maħsubin biex ifornu l-bastiment jew maħsubin għall-konsum mill-ekwipaġġ u mill-passiġġieri, jew ikunu qed jintbagħtu lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti tal-Amerka (Ara paġna 114 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 8 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).