02016R1675 — MT — 13.03.2022 — 007.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254 20.9.2016, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/105 tas-27 ta' Ottubru 2017 |
L 19 |
1 |
24.1.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/212 tat-13 ta' Diċembru 2017 |
L 41 |
4 |
14.2.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1467 tas-27 ta' Lulju 2018 |
L 246 |
1 |
2.10.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/855 tas-7 ta’ Mejju 2020 |
L 195 |
1 |
19.6.2020 |
|
IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/37 tas-7 ta’ Diċembru 2020 |
L 14 |
1 |
18.1.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/229 tas-7 ta’ Jannar 2022 |
L 39 |
4 |
21.2.2022 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1675
tal-14 ta' Lulju 2016
li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-lista ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni (“pajjiżi terzi b'riskju kbir”) hija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
ANNESS
Pajjiżi terzi b'riskju kbir
I. Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli bil-miktub sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u li żviluppaw pjan ta' azzjoni mal-FATF.
Nru |
Pajjiż terz b’riskju kbir |
1 |
l-Afganistan |
2 |
il-Barbados |
3 |
il-Burkina Faso |
4 |
il-Kambodja |
5 |
il-Gżejjer Cayman |
6 |
il-Haiti |
7 |
il-Ġamajka |
8 |
il-Ġordan |
9 |
il-Mali |
10 |
il-Marokk |
11 |
Il-Myanmar |
12 |
in-Nikaragwa |
13 |
il-Pakistan |
14 |
il-Panama |
15 |
Il-Filippini |
16 |
is-Senegal |
17 |
is-Sudan t’Isfel |
18 |
is-Sirja |
19 |
Trinidad u Tobago |
20 |
l-Uganda |
21 |
il-Vanwatu |
22 |
il-Jemen |
23 |
iż-Żimbabwe |
II. Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u ddeċidew li jfittxu assistenza teknika fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FATF, li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF.
Nru |
Pajjiż terz b'riskju kbir |
1 |
L-Iran |
III. Pajjiżi terzi b'riskju kbir li jirrappreżentaw riskji attwali u sostanzjali ta' ħasil tal-flus u finanzjament ta' terroristi, wara li repetutament naqsu milli jindirizzaw in-nuqqasijiet idenitifikati u li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF
Nru |
Pajjiż terz b'riskju kbir |
1 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) |