02012R1151 — MT — 07.12.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343 14.12.2012, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2017/625 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2017 |
L 95 |
1 |
7.4.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/2117 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-2 ta’ Diċembru 2021 |
L 435 |
262 |
6.12.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Novembru 2012
dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Objettivi
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jgħin lill-produtturi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel jikkomunikaw lix-xerrejja u lill-konsumaturi l-karatteristiċi tal-prodotti u l-attributi tal-biedja ta’ dawk il-prodotti u oġġetti tal-ikel, u b’hekk jiżgura:
kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u għall-produtturi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li jkollhom karatteristiċi u attributi li jżidu l-valur;
attributi li jżidu l-valur li jirriżultaw mill-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew mill-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom, jew mill-kontribut possibbli tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli.
rispett għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali; u
l-integrità tas-suq intern.
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma maħsubin biex jappoġġaw attivitajiet agrikoli u ta’ pproċessar kif ukoll is-sistemi tal-biedja assoċjati ma’ prodotti ta’ kwalità għolja, u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp rurali.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi “skemi tal-kwalità” li jipprovdu l-bażi għall-identifikazzjoni u, fejn xieraq, għall-protezzjoni ta’ ismijiet u termini li, b’mod partikolari, jindikaw jew jiddeskrivu prodotti agrikoli li jkollhom:
karatteristiċi li jżidu l-valur; jew
attributi li jżidu l-valur b’riżultat tal-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew tal-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Sabiex jittieħed kont ta’ impenji internazzjonali jew ta’ metodi jew materjal ta’ produzzjoni ġodda, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jissupplimentaw il-lista ta’ prodotti li tinsab fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.Dawn il-prodotti għandhom ikunu konnessi mill-qrib ma’ prodotti agrikoli jew mal-ekonomija rurali.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“skemi tal-kwalità” tfisser l-iskemi stabbiliti taħt it-Titoli II, III u IV;
“grupp” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma jew kompożizzjoni legali tagħha, magħmula prinċipalment minn produtturi jew proċessuri li jaħdmu bl-istess prodott;
“tradizzjonali” tfisser użu pprovat fis-suq domestiku għal perijodu li jippermetti t-trażmissjoni bejn il-ġenerazzjonijiet; dan il-perijodu għandu jkun għall-inqas ta’ 30 sena;
“tikkettar” tfisser kwalunkwe kliem, partikolaritajiet, trademarks, isem ta’ marka, tpinġija jew simbolu relatati ma’ prodott tal-ikel u mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal tali prodott tal-ikel;
“karattru speċifiku” relattivament għal prodott tfisser l-attributi karatteristiċi tal-produzzjoni li jiddistingwu prodott b’mod ċar minn prodotti simili oħrajn tal-istess kategorija;
“termini ġeneriċi” tfisser l-ismijiet ta’ prodotti li, għalkemm huma marbutin mal-post, reġjun jew pajjiż fejn oriġinarjament ġie magħmul jew kkummerċjalizzat il-prodott, ikunu saru l-isem komuni ta’ prodott fl-Unjoni;
“fażi tal-produzzjoni” tfisser produzzjoni, ipproċessar jew preparazzjoni;
“prodotti pproċessati” tfisser oġġetti tal-ikel li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti li ma kinux ipproċessati. Prodotti proċessati jista’ jkollhom fihom ingredjenti li huma meħtieġa għall-manifattura tagħhom jew biex jingħatawlhom karatteristiċi speċifiċi.
TITOLU II
►C2 DENOMINAZZJONIJIET TA' ORIĠINI PROTETTI ◄ U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI
Artikolu 4
Objettiv
B’dan hija stabbilita skema għad- ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti sabiex tgħin lill-produtturi ta’ prodotti relattivi għal żona ġeografika billi:
tiżgura li jkollhom dħul ġust għall-kwalitajiet tal-prodotti tagħhom;
tiżgura li jkun hemm protezzjoni uniformi tal-ismijiet bħala dritt ta’ proprjetà intellettwali fit-territorju tal-Unjoni;
tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni ċara dwar l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott.
Artikolu 5
Rekwiżiti għal denominazzjonijiet tal-oriġin u indikazzjonijiet ġeografiċi
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “denominazzjoni ta’ oriġini” huwa isem, li jista’ jkun isem użat tradizzjonalment, li jidentifika prodott:
li joriġina f’post, f’reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż speċifiku;
li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari, bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u dawk umani; u
li l-fażijiet ta’ produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita.
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “indikazzjoni ġeografika” huwa isem, li jinkludi isem użat tradizzjonalment, li jidentifika prodott:
li joriġina f’post, f’reġjun jew f’pajjiż speċifiku;
li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikolari tiegħu tista’ essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u
li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.
Minkejja l-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu ttrattati bħala ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ anke jekk il-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika li tkun ikbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew li tkun differenti minnha, sakemm:
tkun iddefinita ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima;
ikunu jeżistu kondizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima;
ikun hemm arranġamenti dwar kontrolli biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati; u
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, jistgħu jitqiesu bħala materja prima annimali ħajjin, laħam u ħalib biss.
Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta’ ċerti prodotti jew żoni, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tal-qtil ta’ annimali ħajjin jew fir-rigward tax-xiri ta’ materja prima.
Dawn ir-restrizzjonijiet u d-derogi għandhom, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, jieħdu kont tal-kwalità jew l-użu u ta’ kompetenza esperta rikonoxxuta jew fatturi naturali.
Artikolu 6
Natura ġenerika, konflitti ma’ ismijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti u ta’ razez ta’ annimali, ma’ omonimi u ma’ trademarks
Il-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-użu attwali tal-ismijiet f’konflitt, inkluż l-użu tal-isem tal-varjetà ta’ pjanta jew razza tal-annimali ’l barra miż-żona tal-oriġini tiegħu u l-użu tal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta protetta minn dritt ta’ proprjetà intellettwali ieħor.
Isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur billi jagħtih x’jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor m’għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż relattivament għat-territorju, ir-reġjun jew il-post tal-oriġini attwali tal-prodotti kkonċernati.
Artikolu 7
Speċifikazzjoni tal-prodott
►C2 Denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:
l-isem li għandu jiġi protett bħala ►C2 denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;
deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott;
id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta’ dan il-paragrafu, u, fejn ikun opportun, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3);
evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) jew (2);
deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;
dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:
fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); id-dettalji dwar il-fatturi umani ta’ dak l-ambjent ġeografiku jistgħu, fejn rilevanti, ikunu limitati għal deskrizzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-pajsaġġ, prattiki ta’ kultivazzjoni jew kwalunkwe kontribut uman ieħor rilevanti għall-manteniment tal-fatturi naturali tal-ambjent ġeografiku msemmi f’dak il-paragrafu;
fir-rigward ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, ir-rabta bejn kwalità determinata, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2);
l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-isem u l-indirizz tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 37 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;
kwalunkwe regola ta’ ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat.
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jkun fiha deskrizzjoni tal-kontribut tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għall-iżvilupp sostenibbli.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 8
Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ►C2 denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew ta’ indikazzjoni ġeografika kif prevista fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi mill-inqas:
l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;
l-ispeċifikazzjoni tal-prodott prevista fl-Artikolu 7;
dokument uniku li jistabbilixxi dan li ġej:
il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, deskrizzjoni tal-prodott, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-ippakkjar u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;
deskrizzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(1) jew 5(2), skont il-każ, inklużi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw din ir-rabta.
Applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 49(5), għandha tinkludi wkoll prova li isem il-prodott huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.
Dossier ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) għandu jinkludi:
l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;
id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu;
ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 9
Protezzjoni nazzjonali transizzjonali
Stat Membru jista’, fuq bażi transizzjonali biss, jagħti protezzjoni lil isem taħt dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni.
Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.
Fejn isem ma jkunx ġie rreġistrat taħt dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ tali protezzjoni nazzjonali għandha tkun biss tal-Istat Membru kkonċernat.
Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri taħt l-ewwel paragrafu għandhom ikollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m’għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.
Artikolu 10
Raġunijiet għal oppożizzjoni
►M2 Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(1) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f’dak il-paragrafu u jekk hija: ◄
turi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 7 (1) ma jkunux ġew sodisfatti;
turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tmur kontra l-Artikolu 6(2), (3) jew (4);
turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku jew ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2); jew
tagħti dettalji li permezz tagħhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni huwa terminu ġeneriku.
Artikolu 11
Reġistru tad- ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti
Artikolu 12
Ismijiet, simboli u indikazzjonijiet
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt ►C2 denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi r-regoli dwar il-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 13
Protezzjoni
L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra:
kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta’ isem irreġistrat fir-rigward ta’ prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta, idgħajjef jew inaqqas ir-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż f’każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti;
kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew tas-servizzi hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat b’espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni” jew xi espressjoni simili, inkluż il-każ meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;
kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta’ riklamar jew fuq dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;
kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.
Fejn ►C2 denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta’ prodott li jitqies bħala ġeneriku, l-użu ta’ dak l-isem ġeneriku m’għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.
Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f’konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.
Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal:
oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa t-territorju doganali tal-Unjoni; u
oġġetti li jinbiegħu permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, bħall-kummerċ elettroniku.
Għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa dak it-territorju, il-grupp jew kwalunkwe operatur li jkun intitolat juża d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun intitolat iżomm lil kull parti terza milli tintroduċi, fl-ambitu ta’ operazzjonijiet kummerċjali, oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma dawn ikunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju, meta tali oġġetti, inkluż l-ippakkjar, ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi u jkollhom id-denominazzjoni protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta mingħajr awtorizzazzjoni.
Artikolu 14
Relazzjonijiet bejn trademarks, ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi
It-trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/95/KE.
Artikolu 15
Perijodi transizzjonali għall-użu ta’ ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perijodu transizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 13(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li:
ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew
dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b’dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ħlief fejn titressaq dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 49(3).
►M2 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perijodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal massimu ta’ 15-il sena f’każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li: ◄
id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b’mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;
l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal ►C2 denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ li tirriferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ oppożizzjoni.
Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet transizzjonali
Artikolu 16a
Indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti għal prodotti tal-inbid aromatizzat
L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma speċifikazzjonijiet għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.
TITOLU III
SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI
Artikolu 17
Objettiv
B’dan hija stabbilita skema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti biex jiġu salvagwardati l-metodi ta’ produzzjoni u riċetti tradizzjonali billi produtturi ta’ prodott tradizzjonali jiġu megħjuna jikkummerċjalizzaw u jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tar-riċetti u l-prodotti tradizzjonali tagħhom lill-konsumaturi.
Artikolu 18
Kriterji
Isem għandu jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita fejn dan jiddeskrivi prodott speċifiku jew oġġett tal-ikel li:
ikun ġej minn tip ta’ produzzjoni, ipproċessar jew minn kompożizzjoni li jikkorrispondu għal prattika tradizzjonali fir-rigward ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel; jew
ikun magħmul minn materja prima jew minn ingredjenti li huma dawk użati tradizzjonalment.
Sabiex isem jiġi rreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita, huwa għandu:
ikun intuża tradizzjonalment biex jirriferi għall-prodott speċifiku; jew
jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.
Artikolu 19
Speċifikazzjoni tal-prodott
Speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandha tinkludi:
l-isem propost għar-reġistrazzjoni, bil-verżjonijiet lingwistiċi xierqa;
deskrizzjoni tal-prodott li tinkludi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu, li turi l-karattru speċifiku tal-prodott;
deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni li l-produtturi għandhom isegwu, inklużi, fejn ikun il-każ, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, u l-metodu ta’ preparazzjoni tal-prodott; u
l-elementi ewlenin li jistabbilixxu n-natura tradizzjonali tal-prodott.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 20
Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi:
l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;
l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif previst fl-Artikolu 19.
Id-dossier ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) għandu jinkludi:
l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u
dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni ppreżentata mill-grupp u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu.
Artikolu 21
Raġunijiet għal oppożizzjoni
Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 51(1) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien u jekk hija:
tagħti raġunijiet debitament sostanzjati għaliex ir-reġistrazzjoni proposta mhijiex kompatibbli mat-termini ta’ dan ir-Regolament; jew
turi li l-użu tal-isem huwa legali, magħruf u ekonomikament sinifikattiv għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili.
Artikolu 22
Reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Artikolu 23
Ismijiet, simbolu u indikazzjoni
Is-simbolu ma għandux ikun obbligatorju fuq it-tikkettar ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jiġu prodotti barra l-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simbolu tal-Unjoni u l-indikazzjoni, kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti li jġibu l-isem ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, inklużi dawk dwar il-verżjonijiet lingwistiċi xierqa li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 24
Restrizzjoni dwar l-użu ta’ ismijiet irreġistrati
Artikolu 24a
Perijodi ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perijodu ta’ tranżizzjoni sa ħames snin biex jippermettu prodotti, li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 24(1), biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkummerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li dak l-isem kien użat fis-suq tal-Unjoni b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 50(2), punt (b).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ħlief fejn titressaq dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 49(3).
Artikolu 25
Dispożizzjonijiet transizzjonali
Artikolu 26
Proċedura simplifikata
Qabel ma jippreżenta isem, l-Istat Membru għandu jibda proċedura ta’ oppożizzjoni kif definita fl-Artikolu 49(3) u (4).
Jekk jintwera matul din il-proċedura li l-isem jintuża wkoll b’riferiment għal prodotti komparabbli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili, l-isem jista’ jiġi kkomplementat b’terminu li jidentifika l-karattru tradizzjonali jew speċifiku tiegħu.
Grupp minn pajjiż terz jista’ jippreżenta ismijiet bħal dawn lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz.
TITOLU IV
TERMINI TAL-KWALITÀ MHUX OBBLIGATORJI
Artikolu 27
Objettiv
B’dan hija stabbilita skema għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji biex tiffaċilita l-komunikazzjoni fis-suq intern tal-karatteristiċi jew attributi ta’ valur miżjud ta’ prodotti agrikoli mill-produtturi tagħhom.
Artikolu 28
Regoli Nazzjonali
L-Istati Membri jistgħu’ jżommu fis-seħħ regoli nazzjonali dwar termini tal-kwalità mhux obbligatorji li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, sakemm tali regoli jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 29
Termini tal-kwalità mhux obbligatorji
It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
it-terminu jkun relattiv għal karatteristika ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti, jew għal attribut tal-biedja jew tal-ipproċessar li jkun japplika f’żoni speċifiċi;
l-użu tat-terminu jżid il-valur tal-prodott meta mqabbel ma’ prodotti ta’ tip simili; u
it-terminu jkollu dimensjoni Ewropea.
Artikolu 30
Riżervar u emenda
Artikolu 31
Prodott tal-Muntanja
Dan it-terminu għandu jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif elenkati fl-Anness I mat-Trattat li fir-rigward tagħhom:
sew il-materja prima kif wkoll l-għalf għall-annimali fl-irziezet essenzjalment jiġu minn żoni muntanjużi;
fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-ipproċessar isir ukoll f’żoni muntanjużi.
Artikolu 32
Prodott tal-biedja tal-gżejjer
Mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-każ għal terminu ġdid, “prodott tal-biedja tal-gżejjer”. Dan it-terminu jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi l-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat li l-materja prima tagħhom tiġi minn gżejjer. Barra minn hekk, biex it-terminu jkun applikat għal prodotti pproċessati, l-ipproċessar irid isir ukoll fuq gżejjer f’każijiet fejn dan jaffettwa sostanzjalment il-karatteristiċi partikulari tal-prodott finali.
Dak ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adatti sabiex jiġi riżervat terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-biedja tal-gżejjer”.
Artikolu 33
Restrizzjonijiet fuq l-użu
Artikolu 34
Monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki, ibbażati fuq analiżi tar-riskju, biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu u, fil-każ ta’ ksur, għandhom japplikaw penali amministrattivi adatti.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
KAPITOLU I
Kontrolli uffiċjali tad- ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ , indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Artikolu 35
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.
Artikolu 36
Kontenut tal-kontrolli uffiċjali
Il-kontrolli uffiċjali mwettqa f'konformità mar-Regolament ►C3 (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għandhom ikopru:
verifika li prodott ikun konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti; u
monitoraġġ tal-użu tal-ismijiet irreġistrati biex jiġi deskritt prodott imqiegħed fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 13 għall-ismijiet irreġistrati taħt it-Titolu II u f’konformità mal-Artikolu 24 għall-ismijiet irreġistrati taħt it-Titolu III.
Artikolu 37
Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jindikaw prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha ssir minn:
l-awtoritajiet kompetenti magħżula f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ►C3 (UE) 2017/625 ◄ ; jew
korpi delegati kif definiti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament ►C3 (UE) 2017/625 ◄
L-ispejjeż ta’ tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitħallsu mill-operaturi li jkunu soġġetti għal dawk il-kontrolli. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal dawn l-ispejjeż.
Fir-rigward tad- ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ , l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jindikaw prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha tiġi mwettqa minn:
waħda jew aktar mill-awtoritajiet pubbliċi maħtura mill-pajjiż terz; u/jew
korp ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti wieħed jew aktar.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandha perjodikament taġġorna dik l-informazzjoni.
▼M1 —————
Artikolu 39
Korpi delegati li jwettqu kontrolli f'pajjiżi terzi
Il-korpi delegati li jwettqu kontrolli fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 37 għandhom jiġu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għall-“Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw prodotti, proċessi u servizzi”. Dawn il-korpi delegati jistgħu jiġu akkreditati minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni fl-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew minn korp tal-akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun firmatarju tal-ftehim ta' rikonoxximent multilaterali taħt l-awspiċji tal-Forum Internazzjonali tal-Akkreditazzjoni.
Artikolu 40
Ippjanar u rappurtar tal-attivitajiet ta’ kontrol
KAPITOLU II
Eċċezzjonijiet għal ċerti użi preċedenti
Artikolu 41
Termini ġeneriċi
Sabiex jiġi stabbilit jekk terminu sarx ġeneriku jew le, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikulari:
is-sitwazzjoni eżistenti fiż- żoni ta’ konsum;
l-atti legali rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni.
Artikolu 42
Varjetajiet ta’ pjanti u razez ta’ annimali
Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li t-tikketta tagħhom tkun tinkludi isem jew terminu protett jew riżervat skont skema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, fit-Titolu III jew fit-Titolu IV li fih jew ikun jinkludi l-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew razza ta’ annimali, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-prodott ikkonċernat ikun jinkludi l-varjetà jew ir-razza indikata jew ikun ġej minnha;
il-konsumaturi ma jiġux żgwidati;
l-użu tal-isem tal-varjetà jew tar-razza jkun jikkostitwixxi kompetizzjoni ġusta;
l-użu ma jkunx qed jisfrutta r-reputazzjoni tat-terminu protett; u
fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kienet estendiet lil hinn miż-żona tal-oriġini tiegħu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.
Artikolu 43
Relazzjoni ma’ proprjetà intellettwali
L-iskemi tal-kwalità deskritti fit-Titoli III u IV għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew għal dawk tal-Istati Membri li jirregolaw il-proprjetà intellettwali, u b’mod partikolari għal dawk li jikkonċernaw ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi u trademarks, u għad-drittijiet mogħtija taħt dawk ir-regoli.
KAPITOLU III
Indikazzjonijiet u simboli tal-iskemi tal-kwalità u r-rwol tal-produtturi
Artikolu 44
Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet u simboli
L-indikazzjonijiet, l-abbrevjazzjonijiet u s-simboli li jirreferu għall-iskemi tal-kwalità jistgħu jintużaw biss f’rabta ma’ prodotti magħmula f’konformità mar-regoli tal-iskema tal-kwalità li għaliha japplikaw. Dan japplika b’mod partikolari għall-indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli li ġejjin:
“speċjalità tradizzjonali garantita”, “STG”, u s-simbolu assoċjat, kif previst fit-Titolu III;
“prodott tal-muntanji”, kif previst fit-Titolu IV.
Artikolu 45
Rwol tal-gruppi
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, grupp għandu d-dritt li:
jikkontribwixxi biex jiżgura li l-kwalità, ir-reputazzjoni u l-awtentiċità tal-prodotti tagħhom huma żgurati fis-suq billi jissorvelja l-użu tal-isem fin-negozju u, jekk meħtieġ, billi jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 36, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra fil-qafas tal-Artikolu 13(3);
jieħu azzjoni biex tiġi żgurata protezzjoni legali adegwata tad- ►C2 denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali direttament marbuta magħhom;
jiżviluppa attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkollhom l-għan li jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott lill-konsumaturi;
jiżviluppa attivitajiet marbutin mal-iżgurar tal-konformità ta’ prodott mal-ispeċifikazzjoni tiegħu;
jieħu azzjoni biex itejjeb il-prestazzjoni tal-iskema, inklużi l-iżviluppa tal-għarfien espert ekonomiku, l-analiżi ekonomika, it-tqassim ta’ informazzjoni ekonomika dwar l-iskema u l-għoti ta’ pariri lill-produtturi;
jieħu miżuri biex issaħħaħ il-valur tal-prodotti u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jimpedixxi jew jopponi kwalunkwe miżura li tkun, jew tissogra li tkun, ta’ ħsara għall-immaġini ta’ dawk il-prodotti.
Artikolu 46
Dritt għall-użu tal-iskemi
Artikolu 47
Miżati
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u b’mod partikulari għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI tat-Titolu II tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu miżata biex ikopru l-ispejjeż tagħhom għall-ġestjoni tal-iskemi tal-kwalità, inklużi dawk l-ispejjeż li huma jagħmlu biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni, l-applikazzjonijiet għal emendi u t-talbiet għall-kanċellament kif previst f’dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
Il-proċessi tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni għal ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ , indikazzjonijiet ġeografiċi, u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Artikolu 48
Ambitu tal-proċessi tal-applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.
Artikolu 49
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet
Persuna fiżika jew ġuridika unika tista’ tiġi ttrattata bħala grupp fejn jintwera li ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew sodisfatti t-tnejn:
il-persuna kkonċernata tkun l-uniku produttur lest li jippreżenta applikazzjoni;
fir-rigward ta’ ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, iż-żona ġeografika ddefinita jkollha karatteristiċi li jvarjaw sew minn dawk ta’ żoni ġirien jew il-karatteristiċi tal-prodott ikunu differenti minn dawk prodotti f’żoni ġirien.
L-Istat Membru għandu jiskrutinja bir-reqqa l-applikazzjoni b’mezzi adatti sabiex jivverifika li din hija ġġustifikata u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-iskema rispettiva.
L-Istat Membru għandu jeżamina l-ammissibbiltà tal-oppożizzjonijiet riċevuti taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 10(1), jew l-ammissibbiltà ta’ oppożizzjonijiet riċevuti taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 21(1).
L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha opportunità biex tagħmel appell.
L-Istat Membru għandu jiżgura li l-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
B’referenza għad- ►C2 denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, l-Istat Membru għandu jiżgura wkoll il-pubblikazzjoni adegwata tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li dwarha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 50(2).
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar proċeduri, forma u preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, inkluż dawk għal applikazzjonijet li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 50
Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni
L-iskrutinju mill-Kummissjoni jenħtieġ li ma jeċċedix perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ meta tkun waslet l-applikazzjoni mill-Istat Membru. Meta jinqabeż dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant dwar ir-raġunijiet tad-dewmien bil-miktub.
Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tippubblika l-lista ta’ ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.
Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 jkunu ssodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, jew li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (2) ġew issodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, hija għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stipulata fit-Titolu II, id-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;
għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stipulata fit-Titolu III, l-ispeċifikazzjoni.”;
Il-Kummissjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tikkonforma mal-iskadenza biex twettaq l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 u li tinforma lill-applikant bir-raġunijiet għad-dewmien meta tirċievi komunikazzjoni minn Stat Membru dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 49(4) li jew:
tinforma lill-Kummissjoni li l-applikazzjoni ġiet invalidata fil-livell nazzjonali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali; jew
titlob lill-Kummissjoni tissospendi l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 minħabba li jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali biex tiġi kkontestata l-validità tal-applikazzjoni u l-Istat Membru jqis li dawk il-proċedimenti huma bbażati fuq raġunijiet validi.
L-eżenzjoni għandu jkollha effett sakemm il-Kummissjoni tiġi infurmata mill-Istat Membru li l-applikazzjoni oriġinali ġiet stabbilita mill-ġdid jew li l-Istat Membru jirtira t-talba tiegħu għal sospensjoni.
Artikolu 51
Proċedura ta’ oppożizzjoni
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, u li jkollha interess leġittimu, tista’ tressaq dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun residenti jew stabbilita f’limiti ta’ żmien li jippermetti li titressaq oppożizzjoni skont l-ewwel subparagrafu.”;
L-awtorità jew persuna li ressqu d-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ressqu l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet xierqa mingħajr dewmien żejjed. Dawn għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni.
Fi kwalunkwe żmien matul dan il-perijodu ta’ konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tal-applikant, testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’massimu ta’ tliet xhur.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-oppożizzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 52
Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni
Jekk il-Kummissjoni tirċievi dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fl-Artikolu 51(3), u b’kont meħud tar-riżultati tagħhom, jew:
jekk ikun intlaħaq qbil, tirreġistra l-isem permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata taħt l-Artikolu 50(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew
jekk ma jintlaħaqx qbil, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 53
Emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodott
L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.
Madankolllu, jekk l-emendi proposti jkunu minuri, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ emendi li jimplikaw modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-elementi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, din ma għandhiex:
tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;
tibdel ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1);
tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem, tal-prodott;
taffettwa ż-żona ġeografika definita; jew
tirrappreżenta żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.
Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu III, din ma għandhiex:
tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;
tintroduċi bidliet essenzjali fil-metodu ta’ produzzjoni; jew
tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem, tal-prodott;
L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri għal, il-forma ta’ u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emendi għal emendi tal-Unjoni, u dwar il-proċeduri għal u l-forma ta’ emendi standard u l-komunikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 54
Kanċellament
Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ ►C2 denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew ta’ speċjalità tradizzjonali garantita fil-każijiet li ġejjin:
fejn ma tkunx żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni;
fejn ma jkun tqiegħed fis-suq l-ebda prodott taħt l-ispeċjalità tradizzjonali garantita, id- ►C2 denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba’ snin.
Il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat bl-isem irreġistrat, tikkanċella r-reġistrazzjoni korrispondenti.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri u l-forma tal-proċess ta’ kanċellament, kif ukoll dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U FINALI
KAPITOLU I
Biedja lokali u bejgħ dirett
Artikolu 55
Rappurtar dwar biedja lokali u bejgħ dirett
Mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-każ għal skema ta’ tikkettar ġdida għal biedja lokali u għal bejgħ dirett li tgħin lill-produtturi jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom lokalment. Dak ir-rapport għandu jiffoka fuq l-abbiltà tal-bidwi li jżid valur lill-prodott tiegħu permezz tat-tikketta l-ġdida, u għandu jieħu kont ta’ kriterji oħra, bħall-possibbiltajiet li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u l-iskart permezz ta’ katini qosra ta’ produzzjoni u distribuzzjoni.
Dan ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat bi proposti leġislattivi adegwati dwar il-ħolqien ta skema ta’ tikkettar għal biedja lokali u għal bejgħ dirett.
KAPITOLU II
Regoli proċedurali
Artikolu 56
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 57
Proċedura ta’ kumitat
Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU III
Tħassir u dispożizzjonijiet finali
Artikolu 58
Tħassir
Madankollu, l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandu jkompli japplika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet dwar prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, riċevuti mill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 23(3) għandhom japplikaw mill-4 ta' Jannar 2016, mingħajr preġudizzju għal prodotti li jkunu diġà mqegħdin fis-suq qabel dik id-data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
PRODOTTI AGRIKOLI U OĠĠETTI TAL-IKEL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)
I. ►C2 Denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ u Indikazzjonijiet Ġeografiċi
II. Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 58(2)
Regolament (KE) Nru 509/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2(1), il-punt (a) |
Artikolu 3, il-punt (5) |
Artikolu 2(1), il-punt (b) |
Artikolu 3, il-punt (3) |
Artikolu 2(1), il-punt (c) |
— |
Artikolu 2(1), il-punt (d) |
Artikolu 3, il-punt (2) |
Artikolu 2(2), mill-ewwel sat-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 2(2), ir-raba’ subparagrafu |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 18(2) |
Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 18(4) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 43 |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 42(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 6(1), il-punt (a) |
Artikolu 19(1), il-punt (a) |
Artikolu 6(1), il-punt (b) |
Artikolu 19(1), il-punt (b) |
Artikolu 6(1), il-punt (c) |
Artikolu 19(1), il-punt (c) |
Artikolu 6(1), il-punt (d) |
— |
Artikolu 6(1), il-punt (e) |
Artikolu 19(1)(d) |
Artikolu 6(1), il-punt (f) |
— |
Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 49(1) |
Artikolu 7(3), il-punt (a) u (b) |
Artikolu 20(1), il-punti (a) u (b) |
Artikolu 7 (3), il-punt (c) |
— |
Artikolu 7(3), il-punt (d) |
— |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 49(2) |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 49(3) |
Artikolu 7(6), il-punti (a) sa (c) |
Artikolu 49(4) |
Artikolu 7(6), il-punt (d) |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 7(7) |
Artikolu 49(5) |
Artikolu 7(8) |
Artikolu 49(6) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 50(1) |
Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 50(2), il-punt (b) |
Artikolu 8(2), t-tieni subparagrafu |
Artikolu 52(1) |
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 51(1) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 21(1) u (2) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 52(2) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 52(3) u (4) |
Artikolu 9(6) |
Artikolu 51(5) |
Artikolu 10 |
Artikolu 54 |
Artikolu 11 |
Artikolu 53 |
Artikolu 12 |
Artikolu 23 |
Artikolu 13(1) |
— |
Artikolu 13(2) |
— |
Artikolu 13(3) |
— |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 36(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 46(1) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 37(2) |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 39(2) |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 36(2) |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17(1) u (2) |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 18 |
Artikolu 57 |
Artikolu 19(1), il-punt (a) |
— |
Artikolu 19(1), il-punt (b) |
Artikolu 49(7), t-tieni subparagrafu |
Artikolu 19(1), il-punt (c) |
Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 19(1), il-punt (d) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 19(1), il-punt (e) |
Artikolu 51(6) |
Artikolu 19(1), il-punt (f) |
Artikolu 54(1) |
Artikolu 19(1), il-punt (g) |
Artikolu 23(4) |
Artikolu 19(1), il-punt (h) |
— |
Artikolu 19(1), il-punt (i) |
— |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 25(1) |
Artikolu 19(3), il-punt (a) |
— |
Artikolu 19(3), il-punt (b) |
Artikolu 25(2) |
Artikolu 20 |
Artikolu 47 |
Artikolu 21 |
Artikolu 58 |
Artikolu 22 |
Artikolu 59 |
Anness I |
Anness I (Parti II) |
Regolament (KE) Nru 510/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2(1) u (2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2 |
Artikolu 5 |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 3(1), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 41(1), (2) u (3) |
Artikolu 3(2), (3) u (4) |
Artikolu 6(2), (3) u (4) |
Artikolu 4 |
Artikolu 7 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 3, il-punt (2), u Artikolu 49(1) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 49(1) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 49(2) |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 49(3) |
Artikolu 5(6) |
Artikolu 9 |
Artikolu 5(7) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 5(8) |
— |
Artikolu 5(9), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 5(9), t-tieni subparagrafu |
Artikolu 49(5) |
Artikolu 5(10) |
Artikolu 49(6) |
Artikolu 5(11) |
— |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 50(1) |
Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 50(2), il-punt (a) |
Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 52(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 51(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 51(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 10 |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 52(2) u (4) |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 51(3) u l-Artikolu 52(3) u (4) |
Artikolu 7(6) |
Artikolu 11 |
Artikolu 7(7) |
Artikolu 51(5) |
Artikolu 8 |
Artikolu 12 |
Artikolu 9 |
Artikolu 53 |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 36(1) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 46(1) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 37(2) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 39(2) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 36(2) |
Artikolu 12 |
Artikolu 54 |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 57 |
Artikolu 16, il-punt (a) |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 16, il-punt (b) |
— |
Artikolu 16, il-punt (c) |
— |
Artikolu 16, il-punt (d) |
Artikolu 49(7) |
Artikolu 16, il-punt (e) |
— |
Artikolu 16, il-punt (f) |
Artikolu 51(6) |
Artikolu 16, il-punt (g) |
Artikolu 12(7) |
Artikolu 16, il-punt (h) |
— |
Artikolu 16, il-punt (i) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 16, il-punt (j) |
— |
Artikolu 16, il-punt (k) |
Artikolu 54(2) |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Artikolu 47 |
Artikolu 19 |
Artikolu 58 |
Artikolu 20 |
Artikolu 59 |
Anness I u Anness II |
Anness I (Parti I) |
( 1 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
( 2 ) ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
( 4 ) Regolament ►C3 (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) ( ►C3 ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1 ◄ )