28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/14


Evalwazzjonijiet esterni tat-TEN-T – Reġistrazzjoni u għażla tal-esperti

2011/C 187/08

L-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T (Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) tistieden esperti indipendenti fl-oqsma rispettivi sabiex jappoġġjaw l-għażla tal-aħjar proposti sottomessi għas-sejħiet għall-proposti tat-TEN-T. Fl-2011, dawn l-oqsma huma s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), is-Servizzi tal-Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS) u l-Awtostradi tal-Baħar (MoS).

Bħal fil-passat, l-esperti indipendenti għall-evalwazzjonijiet esterni tat-TEN-T fl-2011 sejrin jintgħażlu minn fuq id-database tal-EMM imwaqqfa mid-DĠ għar-Riċerka.

Jekk inti interessat li tinħatar, aħna qegħdin nistednuk biex tirreġistra fid-database tal-EMM:

https://cordis.europa.eu/emmfp7/index.cfm

L-Aġenzija sejra tfittex fid-database biex tidentifika u tagħżel esperti xierqa billi tuża kelmiet ewlenin relatati mal-kompetenza tagħhom.