29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-596/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tkeċċijiet kollettivi - Kunċett ta’ “ħaddiema” - Esklużjoni tad-“dirigenti” - Direttiva 98/59/KE - Artikolu 1(1) u (2) - Ksur)

2014/C 93/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ ħaddiema — Inklużjoni ta’ diriġenti f’dan il-kunċett

Dispożittiv

(1)

Billi teskludi, permezz tal-Artikolu 4(9) tal-Liġi Nru 223, li tikkonċerna r-regoli fil-qasam tal-qgħad tekniku, tal-mobbiltà, tal-allowances tal-qgħad, tal-implementazzjoni ta’ direttivi Komunitarji, tal-allokazzjoni ta’ ħaddiema u ta’ dispożizzjonijiet oħra relatati mas-suq tax-xogħol (Liġi Nru 223 — Norme in materia di cassa integrazione, mobilità, trattamenti di disoccupazione, attuazione di direttive della Comunità europea, avviamento al lavoro ed altre disposizioni in materia di mercato del lavoro), tat-23 ta’ Lulju 1991, il-kategorija tad-“dirigenti” mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 71, 09.03.2013.