Brussell,1.6.2018

COM(2018) 394 final

2018/0218(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew

{SWD(2018) 301 final}
{SEC(2018) 305 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027 (il-proposta dwar il-QFP) 1 tistabbilixxi l-qafas baġitarju u l-orjentazzjonijiet ewlenin għall-Politika Agrikola Komuni (PAK). Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tippreżenta sett ta’ regolamenti li jistipulaw il-qafas leġiżlattiv għall-PAK għall-perjodu 2021-2027, flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt tax-xenarji alternattivi għall-iżvilupp tal-politika. Dawn il-proposti jipprevedu data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u huma ppreżentati għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

L-aħħar riforma tal-PAK ġiet deċiża fl-2013 u ġiet implimentata fl-2015. Minn dak iż-żmien ’il hawn, il-kuntest li fih saret din ir-riforma nbidel b’mod sinifikanti. B'mod partikolari:

Il-prezzijiet agrikoli naqsu b’mod sostanzjali — imnaqqsa minn fatturi makroekonomiċi, tensjonijiet ġeopolitiċi u forzi oħrajn.

L-enfasi tan-negozjati dwar il-kummerċ imxiet b’mod aktar viżibbli minn ftehimiet multilaterali għal ftehimiet bilaterali u l-UE saret aktar miftuħa għas-swieq dinjija.

L-UE saret firmatarja għal impenji internazzjonali ġodda — pereżempju dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (permezz tal-COP 21) u aspetti wiesa’ tal-iżvilupp internazzjonali (permezz tal-Patt Globali tan-NU — SDGs), kif ukoll sforzi biex tirrispondi aħjar għal żviluppi ġeopolitiċi oħra inkluż il-migrazzjoni.

Dawn il-bidliet wasslu għal dibattitu pubbliku dwar jekk ir-riforma tal-2013 hijiex biżżejjed biex il-PAK tegħleb b’mod adegwat l-isfidi kontinwi wiesgħa relatati mas-saħħa ekonomika tas-settur agrikolu, il-ħarsien tal-ambjent, l-azzjoni fuq it-tibdil fil-klima, u nisġa ekonomika u soċjali b’saħħitha għaż-żoni rurali tal-UE — speċjalment fid-dawl tal-opportunitajiet emerġenti għal azzjoni fl-oqsma tal-kummerċ, il-bijoekonomija, l-ekonomija ċirkolari u l-ekonomija diġitali.

Il-PAK għandha tiġi modernizzata biex tilqa’ dawn l-isfidi, għandha tiġi ssimplifikata biex tagħmel dan b’minimu ta’ piż amministrattiv, u għandha ssir aktar koerenti ma’ politiki oħrajn tal-UE biex ikun massimizzat il-kontribut għall-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Fil-fatt, kif il-Kummissjoni fakkret fil-Komunikazzjoni reċenti tagħha dwar il-QFP, il-Politika Agrikola Komuni modernizzata se jkollha tappoġġa t-tranżizzjoni lejn settur agrikolu sostenibbli bis-sħiħ u l-iżvilupp ta’ żoni rurali vibranti, biex tipprovdi ikel bi provvista stabbli, bla periklu għas-saħħa u ta’ kwalità għolja lil 500 miljun konsumatur. L-Ewropa teħtieġ tkabbir intelliġenti, reżiljenti, sostenibbli u kompetittiv tas-settur agrikolu sabiex tiżgura l-produzzjoni ta’ ikel sikur, ta’ kwalità għolja, affordabbli, u nutrittiv u varjat għaċ-ċittadini tagħha u tiġi żviluppata nisġa ekonomika u soċjali b’saħħitha fiż-żoni rurali. Politika Agrikola Komuni modernizzata għandha ssaħħaħ il-valur miżjud Ewropew billi tirrifletti livell ogħla ta’ ambizzjoni ambjentali u klimatika u tindirizza l-aspettattivi taċ-ċittadini għas-saħħa tagħhom, l-ambjent u l-klima.

Kif previst fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2017, il-Kummissjoni kkonsultat b’mod wiesa’ dwar is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-PAK biex tagħmel l-aqwa kontribut possibbli għall-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni u għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Dan iffoka fuq prijoritajiet speċifiċi ta' politika għall-futur mingħajr preġudizzju għall-allokazzjonijiet finanzjarji għall-PAK fil-QFP li jmiss. Il-proċess inkluda konsultazzjoni kbira, kif ukoll l-analiżi tal-evidenza disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-PAK, inklużi l-opinjonijiet rilevanti tal-Pjattaforma REFIT.

Ir-riżultati ġew ippreżentati fil-Komunikazzjoni adottata fid-29 ta’ Novembru 2017 u intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”. Il-Komunikazzjoni tippermetti djalogu strutturat dwar il-ġejjieni tal-PAK fl-Istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati. Dan id-dokument ta’ politika ddeskriva l-isfidi, l-objettivi u l-għażliet possibbli għall-PAK li tiflaħ għall-ġejjieni u li jeħtieġ li tkun aktar sempliċi, aktar intelliġenti u moderna, u li tmexxi t-tranżizzjoni lejn agrikoltura aktar sostenibbli.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni identifikat ambizzjoni ikbar għall-azzjoni ambjentali u klimatika, l-immirar aħjar tal-appoġġ u serħan ikbar fuq ir-rabta virtwuża bejn ir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Pariri bħala prijoritajiet ewlenin tal-PAK għal wara l-2020. Ipproponiet ukoll bħala mod biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-PAK, mudell ġdid tal-impilimentazzjoni (NDM, new delivery model) biex l-enfasi politiku jiċċaqlaq minn fuq il-konformità għal fuq il-prestazzjoni, u jibbilanċja mill-ġdid ir-responsabbiltajiet bejn l-UE u l-livell tal-Istati Membri b’aktar sussidjarjetà. Il-mudell il-ġdid għandu l-għan li jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE bbażat fuq l-ippjanar strateġiku, l-interventi ta’ politika ġenerali u indikaturi komuni tal-prestazzjoni, u b’hekk titjieb il-koerenza politika bejn il-PAK futura u objettivi oħra tal-UE.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-Artikolu 39 tat-TFUE jistabbilixxi l-objettivi tal-PAK:

·li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni agrikola u l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta’ produzzjoni, speċjalment tan-nies tax-xogħol,

·għalhekk sabiex jiġi assigurat livell ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola, partikolarment billi tkabbar il-qligħ individwali tal-ħaddiema fl-agrikoltura;

·li tagħmel is-swieq stabbli;

·li tassigura d-disponibbiltà tal-provvisti;

·li tassigura prezzijiet raġonevoli fil-konsenja tal-prodotti lill-konsumatur.

Din il-proposta hija għal kollox konsistenti mal-għanijiet tat-Trattat tal-PAK. Timmodernizza u tissimplifika l-mod kif id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jiġu implimentati.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-agrikoltura u l-foresti jkopru 84 % tat-territorju tal-UE. Is-setturi jiddependu fuq l-ambjent u jinfluwenzawh. Għalhekk, għadd ta’ objettivi speċifiċi tal-PAK se jagħtu bidu għal azzjoni ambjentali u klimatika f’konformità mal-politiki rispettivi tal-UE.

Huwa magħruf sew li t-tendenzi tal-konsum għandhom influwenza fuq is-saħħa pubblika. Permezz tar-rabta tagħhom mal-ikel u xi drabi wkoll il-mod kif jiġi prodott l-ikel, il-politiki agrikoli huma marbuta mal-politiki tas-saħħa. Il-proposti jsaħħu r-rabtiet mal-politika tas-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dieti sani u t-tnaqqis tal-użu tal-antimikrobiċi.

L-UE hija importatur kbir tal-prodotti u esportatur tal-prodotti agrikoli u alimentari prezzjużi u għalhekk għandha impatt fuq is-sistemi alimentari barra mill-UE. F’konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, il-proposta tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE tal-eradikazzjoni tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, partikolarment billi jiżguraw li l-appoġġ tal-UE lill-bdiewa ma jkollux effetti fuq il-kummerċ jew ikollu biss effetti minimi.

Fl-aħħar nett, bħal f’setturi oħra, l-agrikoltura u ż-żoni rurali jistgħu jagħmlu użu aħjar mit-teknoloġija u l-għarfien ġodda, b’mod partikolari t-teknoloġiji diġitali. Il-proposti jsaħħu r-rabtiet mal-politika tar-riċerka billi l-organizzazzjoni tal-iskambju tal-għarfien tpoġġa f'pożizzjoni prominenti fil-mudell tal-implimentazzjoni tal-politika. Bl-istess mod, l-enfasi li saret fuq id-diġitalizzazzjoni tippermetti l-konnessjoni mal-Aġenda Diġitali tal-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 43(2) tat-TFUE fir-rigward tal-emendi lir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 114 tat-TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tat-TFUE fir-rigward tal-emendi lir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 251/2014 u l-Artikoli 43(2) u 349 fir-rigward tal-emendi lir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fl-Artikolu 43(2) fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-kompetenza għall-agrikoltura tkun kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, filwaqt li jistabbilixxi politika agrikola komuni b’objettivi komuni u implimentazzjoni komuni. Is-sistema attwali tal-implimentazzjoni tal-PAK tistrieħ fuq rekwiżiti dettaljati fil-livell tal-UE, u fiha arranġamenti stretti għall-kontroll, il-penali u l-awditjar. Ħadna drabi, dawn ir-regoli huma ta' spiss preskrittivi ’l isfel lejn il-livell tal-azjendi agrikoli. Iżda fl-ambjent klimatiku u tal-biedja tant diversifikat tal-Unjoni, la approċċ minn fuq għal isfel u lanqas approċċ ta’ universalità mhuma adattati biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa u l-valur miżjud tal-UE.

Fil-mudell tal-implimentazzjoni f’din il-proposta, l-Unjoni tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika (l-objettivi tal-PAK, it-tipi ġenerali ta’ intervent, ir-rekwiżiti bażiċi), filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u huma aktar kontabbli fuq kif jilħqu l-għanijiet u l-miri miftiehma.

Jekk tiżdied is-sussidjarjetà, ikunu jistgħu jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali, skont dawk l-għanijiet u l-miri. L-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu inverventi tal-PAK biex isaħħu kemm jista’ jkun il-kontribut tagħhom lill-għanijiet tal-UE. Filwaqt li jżommu l-istrutturi attwali ta’ governanza – li jridu jibqgħu jiżguraw monitoraġġ u infurzar effettiv tal-kisba ta’ kull għan ta’ politika – l-Istati Membri se jkollhom ukoll vuċi akbar fit-tfassil tal-qafas tal-konformità u l-kontroll applikabbli għall-benefiċjarji (inkluż il-kontrolli u l-penali).

Proporzjonalità

L-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali li qed jiffaċċjaw is-settur tal-biedja u ż-żoni rurali tal-UE jeħtieġu reazzjoni sostanzjali li tirrifletti d-dimensjoni tal-UE ta’ dawk l-isfidi. Il-qawwa akbar tal-għażla li għandha tiġi offruta lill-Istati Membri fl-għażla u fl-adattament tal-għodod tal-politika disponibbli fi ħdan il-PAK biex jintlaħqu l-objettivi, f’mudell ibbażat aktar fuq ir-riżultati, għandu jagħmilha saħansitra inqas probabbli li l-PAK toħroġ mil-limiti ta' livell proporzjonat ta’ azzjoni.

Għażla tal-istrument

Peress li l-atti oriġinali kollha huma Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-emendi għandhom jiġu introdotti permezz ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-PAK għandha l-qofol tagħha fil-fond tal-bini u l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea (UE). Ġiet stabbilita fil-bidu tas-snin sittin madwar l-għanijiet imħaddna fit-Trattat, u għaddiet minn diversi fażijiet ta’ riformi biex titjieb il-kompetittività tas-settur agrikolu, biex jitrawwem l-iżvilupp rurali, sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda u biex twieġeb aħjar għal domandi soċjetali. L-aħħar riforma prinċipali ġiet adottata fl-2013. Fir-riforma tal-2013, l-objettivi ġenerali tal-PAK ġew integrati madwar tliet pilastri:

i.    Produzzjoni vijabbli tal-ikel

ii.    Ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika

iii.    Żvilupp territorjali bbilanċjat

Biex jiġi vvalutat il-progress lejn il-ksib tal-objettivi ta’ hawn fuq u biex jiġu identifikati l-isfidi futuri, proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni ħeġġeġ dibattitu strutturat mal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-atturi mhux agrikoli. Barra minn hekk, inġabret evidenza dwar il-prestazzjoni tal-PAK minn minjiera ta’ informazzjoni disponibbli dwar il-PAK (miġbura fil-qosor fil-Kaxxa 1 hawn taħt), li serviet bħala sfond għall-valutazzjoni tal-kisbiet u tan-nuqqasijiet tal-PAK matul is-snin, iżda speċjalment fir-rigward tar-riforma l-aktar riċenti tagħha. B'mod partikolari, dan jikkonċerna:

·l-evidenza miġbura permezz tal-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF) u li sservi biex titkejjel il-prestazzjoni tal-PAK 2 ;

·Serje ta’ studji ta’ evalwazzjoni skedati matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali (2014–2020) biex tivvaluta l-għanijiet tal-PAK attwali, u l-ewwel riżultati kienu disponibbli f’2017/18 3 .

Ir-riżultati dwar il-progress lejn il-miri u l-pakketti finanzjarji korrispondenti disponibbli fir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni (AIR) għall-Iżvilupp Rurali.

·Dokumenti oħra ta’ sfond, data, fatti, ċifri rilevanti għall-istima tal-impatt ġew ippubblikati fuq il-paġna tal-internet tad-DĠ AGRI 4 .

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Saret konsultazzjoni pubblika miftuħa b’aktar minn 322 000 sottomissjoni, djalogu strutturat mal-partijiet ikkonċernati, ħames sessjonijiet ta' ħidma għall-esperti, l-opinjonijiet tal-Pjattaforma REFIT, kontributi mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u mill-Parlamenti Nazzjonali. Il-proċess ħa inkunsiderazzjoni wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force tas-Suq Agrikolu (AMTF) 5 u l-Konferenza dwar l-Iżvilupp Rurali f’Cork (2016). 6  

•Ġbir u użu tal-kompetenzi

Sabiex tinġabar evidenza/għarfien minn esperti dwar kwistjonijiet marbuta mal-PAK ġie organizzat sett ta’ sessjonijiet ta' ħidma bejn Marzu 2017 u Frar 2018. Dawn is-sessjonijiet ta' ħidma ippermettew skambju ta’ fehmiet bejn l-esperti u l-uffiċjali tal-Kummissjoni, u biex isir progress fil-formulazzjoni tal-konklużjonijiet/kwistjonijiet ewlenin li jridu jitqiesu fil-proċess ta’ modernizzazzjoni u simplifikazzjoni.

Il-ħames kwistjonijiet li kellhom jiġu indirizzati mis-sessjonijiet ta' ħidma ntagħżlu sabiex jiġu koperti l-aktar oqsma rilevanti fejn il-lakuni fl-għarfien u n-nuqqas ta’ qbil dwar l-approċċi ta’ politika kienu ġew identifikati. Is-sessjonijiet ta' ħidma tfasslu skont metodoloġija simili bbażata fuq dan li ġej:

1.il-ġbir tal-aktar evidenza riċenti disponibbli fil-livell ta’ esperti, akkademiċi, professjonisti u istituzzjonijiet internazzjonali;

2.fokus fuq esperjenzi prattiċi fuq il-post;

3.valutazzjoni tal-potenzjal ta’ teknoloġiji/approċċi ġodda biex jittejjeb it-tfassil tal-politika tal-ġejjieni fil-qasam speċifiku kopert.

Is-sommarji tas-sessjonijiet ta' ħidma u tal-preżentazzjonijiet huma disponibbli fuq:

https://ec.europa.eu/agriculture/events/cap-have-your-say/workshops_en

Sessjoni ta' ħidma 1: L-aħjar prattiki li jindirizzaw il-ħtiġijiet ambjentali u klimatiċi  (it-23/l-24 ta’ Marzu 2017)

Din is-sessjoni ta' ħidma ta’ jumejn involviet firxa wiesgħa ta’ esperti tal-isfidi ambjentali u klimatiċi. Ġew eżaminati:

·l-għodod disponibbli biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet ambjentali;

·il-metodi biex tittejjeb l-adozzjoni tal-miżuri (b’enfasi fuq ir-rwol ta’ approċċi tal-imġiba).

Sessjoni ta' ħidma 2: Ġestjoni tar-riskju (it-18/id-19 ta’ Mejju 2017)

Din is-sessjoni ta' ħidma ta’ jumejn ipprovat tavvanza fil-ġbir tal-evidenza fid-dibattitu dwar l-għodod li jappoġġaw il-komunità agrikola biex ikunu ffaċċjati aħjar ir-riskji tal-produzzjoni, tal-prezzijiet u tal-introjtu. Ġew eżaminati:

·l-isfidi tax-xibka tas-sikurezza tas-suq tal-UE u l-iżviluppi riċenti fis-sistema tal-immaniġġjar tar-riskju fis-seħħ fl-Istati Uniti;

·il-każ tas-swieq futuri fl-UE, is-settur tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni agrikola tal-UE, il-każ ta’ sħubija pubblika-privata u skema tal-assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba’;

·aspetti komportamentali tal-ġestjoni tar-riskju.

Sessjoni ta' ħidma 3: Ikel u kwistjonijiet relatati (il-31 ta’ Mejju 2017)

Is-sessjoni ta' ħidma dwar l-ikel u l-kwistjonijiet relatati eżaminat l-allinjament tal-PAK mal-politika tas-saħħa u l-kapaċità tagħha li tiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-bidliet fil-mudelli tal-konsum. B’mod partikolari, ir-Reżistenza Antimikrobika jistħoqqilha aktar attenzjoni.

Sessjoni ta' ħidma 4: Kwistjonijiet soċjoekonomiċi (id-9 ta’ Ġunju 2017)

Is-sessjoni ta' ħidma dwar il-kwistjonijiet soċjoekonomiċi ffokat fuq l-analiżi tad-dinamika tat-tkabbir u tal-impjiegi fis-settur agroalimentari tal-UE. Ġew eżaminati r-rabtiet bejn il-ktajjen globali tal-agrikoltura u tal-valur tal-ikel fl-UE, kemm minn perspettiva kunċettwali u kif ukoll minn perspettiva prattika, ibbażat fuq studji ta’ każijiet.

Sessjoni ta' ħidma 5: Il-kejl tal-prestazzjoni klimatika u ambjentali tal-PAK (is-26 ta’ Frar 2018)

Is-sessjoni ta' ħidma eżaminat liema objettivi bażiċi jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE, kif dawn jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Istat Membru, u kif dawn jistgħu jiġu ssorveljati, ikkontrollati u evalwati.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġa l-proposti leġiżlattivi, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB), huma disponibbli fis-sit li ġej:

Lista ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u l-opinjonijiet akkumpanjanti tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

L-RSB inizjalment ħareġ opinjoni negattiva. Filwaqt li apprezza l-ambizzjoni li l-PAK tiġi mmodernizzata u ssimplifikata u l-analiżi dettaljata ta’ xenarji differenti li jenfasizzaw b’mod utli l-kompromessi bejn l-objettivi tal-politika, il-Bord ikkunsidra li r-rapport għandu jispjega aħjar ir-raġuni fundamentali, il-fattibbiltà u l-funzjonament tal-mudell tal-implimentazzjoni l-ġdid propost. Il-komponenti meħtieġa ġew miżjuda fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, inkluż f’Anness speċjali dwar il-proposti għal mudell tal-implimentazzjoni l-ġdid. Fuq din il-bażi, l-RSB ta’ opinjoni pożittiva b’xi riżervi. Filwaqt li rrikonoxxa t-titjib fir-rapport, il-Bord talab aktar speċifikazzjonijiet dwar is-salvagwardji preċiżi għall-mitigazzjoni tar-riskji identifikati. L-Anness 1 tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt (id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal) jispjega l-aġġustamenti li saru sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Bord.

L-għażliet ta’ politika differenti huma ppreżentati u diskussi f’dan ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt. Ma hemm l-ebda għażla ppreferuta fil-valutazzjoni tal-impatt. Minflok, diversi kombinazzjonijiet ta’ elementi tal-proposti ġew ittestjati fl-għażliet differenti biex wieħed jara liema taħlita ottimali setgħet tiġi distillata.

L-għażliet essenzjalment jittestjaw l-approċċi kuntrastanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet identifikati:

1.livelli differenti ta’ ambizzjoni ambjentali u klimatika, fokus fuq l-effetti potenzjali ta’ sistemi ta’ implimentazzjoni obbligatorji u volontarji;

2.modi differenti għall-appoġġ tal-introjtu tal-azjendi agrikoli u b’mod partikolari d-distribuzzjoni tiegħu bejn il-bdiewa differenti, b’fokus fuq l-effetti potenzjali fuq l-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju.

3.interventi soċjoekonomiċi usa’, b’mod partikolari fil-politika għall-iżvilupp rurali, kif ukoll approċċi trasversali għall-modernizzazzjoni.

L-ewwel għażla tittestja l-potenzjal ta’ skema ekoloġika volontarja biex tiżdied l-ambizzjoni ambjentali u klimatika. Din teżamina wkoll ir-rwol potenzjali tal-għodod tal-ġestjoni tar-riskju b’pagamenti diretti iktar baxxi li jappoġġaw l-introjtu tal-bdiewa. Iż-żewġ subalternattivi jirriflettu l-ambizzjonijiet ambjentali u approċċi għall-pagamenti diretti differenti tal-Istati Membri fi ħdan il-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid.

F’għażla oħra, il-pagamenti diretti jkunu mmirati aħjar u l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità hija aktar ambizzjuża sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali konġunta tal-PAK, kif ukoll tindirizza l-isfidi klimatiċi. Is-subgħażliet huma żviluppati wkoll biex juru d-differenzi possibbli fl-ambizzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-miri ambjentali u klimatiċi.

Għażla finali tpoġġi enfasi b’saħħitha fuq il-ħarsien tal-ambjent u tax-xogħol, u tpoġġi l-enfasi fuq il-bdiewa żgħar u ta’ daqs medju bħala mod kif jinżammu l-impjiegi fiż-żoni rurali. L-Istati Membri huma obbligati li jallokaw 30 % tal-pagamenti tal-Pilastru I sabiex jipprovdu pagamenti supplementari għal erba’ skemi li jkunu volontarja għall-bdiewa: il-biedja organika, il-bwar permanenti, iż-Żoni b’Restrizzjonijiet Naturali (ANC) u l-elementi lineari tal-pajsaġġ, biex ikomplu jħeġġu l-azzjoni klimatika u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali.

Il-valutazzjoni tal-impatt turi li hemm kompromessi diffiċli inerenti għal politika li tindirizza daqstant għanijiet diversi, meta l-parametri bażiċi jinbidlu b’mod sinifikanti.

Parametru bażiku ewlieni huwa l-livell ta’ appoġġ tal-PAK. It-tnaqqis ta’ 5 % propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Mejju 2018 għall-QFP 2021–2027 jinsab fil-firxa meqjusa fil-valutazzjoni tal-impatt.

Fir-rigward tal-introjtu tal-azjendi agrikoli, kemm il-livell kif ukoll id-distribuzzjoni tal-appoġġ huma importanti. L-iżgurar ta’ livell adegwat ta’ appoġġ u, b’hekk, l-introjtu tal-azjendi agrikoli, għadu element ewlieni għall-ġejjieni, sabiex ikunu żgurati s-sigurtà tal-ikel, l-ambizzjoni ambjentali u klimatika, kif ukoll il-vitalità taż-żoni rurali. Indirizzar aħjar tal-appoġġ lill-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju u liż-żoni b’restrizzjonijiet naturali jista’ jgħin biex jinżammu iktar impjiegi fl-azjendi agrikoli u għall-attività agrikola fuq it-territorju kollu, u b’hekk tissaħħaħ in-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali. L-iffissar ta’ limiti u l-konverġenza jistgħu jtejbu d-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti. Huwa ċar li kwalunkwe għażla li tiddistribwixxi mill-ġdid b’mod sinifikanti l-pagamenti diretti lejn azjendi u agrikoli u reġjuni ta’ produttività aktar baxxa, fit-terminu l-qasir, se twassal għal tnaqqis tal-kompetittività tal-UE, filwaqt li ssaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent. Inqas ċara, madankollu, hija l-kombinazzjoni adatta tal-miżuri li jistgħu jimmitigaw l-effetti negattivi fuq l-introjtu filwaqt li fl-istess ħin jindirizzaw aħjar l-isfidi li huma wkoll rilevanti għall-agrikoltura — bħalma huma l-ambjent u l-klima, jew l-aspettattivi tas-soċjetà. Dan jeħtieġ li jiġu inċentivati l-aġġustamenti li jtejbu kemm il-prestazzjoni soċjoekonomika kif ukoll il-prestazzjoni ambjentali tas-settur.

Il-kontribuzzjonijiet mill-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-analiżijiet juru li dan huwa possibbli, bil-kundizzjoni li l-miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa għall-indirizzar ta’ ambizzjoni ogħla għal azzjoni ambjentali u klimatika jippermettu l-adozzjoni tal-aħjar prattiki (kemm fil-biedja konvenzjonali kif ukoll f’forom oħra ta’ biedja) li jinkludu l-għarfien, l-innovazzjoni u t-teknoloġija rilevanti l-aktar reċenti.

Abbażi tas-suppożizzjonijiet u l-għażliet magħmula fl-analiżi, hemm kompromessi potenzjali fil-ksib tal-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-PAK, kif ukoll rigward il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni mixtieqa tagħha. Fil-qosor, ir-ridistribuzzjoni tista’ twassal għal impatti maneġġabbli fuq l-introjtu, u tappoġġa l-ambizzjoni ikbar mixtieqa ta’ azzjoni ambjentali u klimatika u sinerġiji oħra tal-PAK. Madankollu, dan ikun jeħtieġ li s-settur u l-politika jaħtfu l-opportunitajiet li joffru l-innovazzjoni u t-teknoloġiji li diġà jippermettu l-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni.

Suppożizzjonijiet u għażliet oħrajn ċertament ibiddlu r-riżultati dettaljati, iżda mhux il-messaġġ ewlieni li joħroġ — li l-aħjar għażla għall-futur tal-PAK għandha tgħaqqad l-elementi bl-akbar prestazzjoni tal-għażliet differenti, iżda tevita in-nuqqasijiet tagħhom billi tintroduċi s-salvagwardji neċessarji sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-livell tal-UE. Dan jimplika l-ħtieġa għal kriterji ċari għal-livell u d-distribuzzjoni tal-appoġġ għall-introjtu (eż. limiti massimi u/jew degressività), l-ambizzjoni klimatika u ambjentali, il-kundizzjonalità, l-inċentivi għall-modernizzazzjoni u l-livell xieraq ta’ sussidjarjetà/simplifikazzjoni.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-politika attwali fil-biċċa l-kbira hija marbuta mal-enfasi fuq il-konformità ma’ regoli dettaljati, stabbiliti fil-livell tal-UE. Il-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid propost se jneħħi s-saff ta’ kriterji għall-eliġibbiltà għall-appoġġ fil-livell tal-UE u dan jippermetti lill-Istati Membri li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li huma l-aktar adatti għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. Dan huwa mistenni jipproduċi simplifikazzjoni sostanzjali.

Storikament, il-PAK żviluppat f’riformi suċċessivi fi strumenti differenti. Xi kultant, il-koordinazzjoni ta’ dawn l-istrumenti kienet waħda diffiċli. Fil-proposta attwali, l-elementi differenti kollha ta’ appoġġ tal-PAK huma miġbura flimkien f’qafas uniku u koerenti li se jnaqqas il-piż amministrattiv ta’ implimentazzjoni tal-PAK.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2027–2021 (COM(2018) 322 final) tipprevedi li parti sinifikanti mill-baġit tal-UE jenħtieġ tkompli tkun iddedikata għall-agrikoltura, li hija politika komuni ta’ importanza strateġika. Għaldaqstant, fil-prezzijiet kurrenti, qed jiġi propost li l-PAK jenħtieġ tiffoka fuq l-attivitajiet ewlenin tagħha, b’EUR 286,2 biljun allokati għall-FAEG u EUR 78,8 biljun għall-FAEŻR.

Dawn il-fondi agrikoli huma kkumplimentati minn finanzjament addizzjonali minn Orizzont Ewropa, minħabba li l-pakkett propost għal dan il-programm jinkludi EUR 10 biljun biex jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ikel, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-bijoekonomija. Se tiġi stabbilita riżerva agrikola ġdida fil-FAEG biex tiffinanzja appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu. L-ammonti mhux użati tar-riżerva f’sena waħda għandhom jiġu ttrasferiti lis-sena ta’ wara.

Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri, huwa propost li l-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti inqas minn 90 % tal-medja tal-UE jkomplu bil-proċess li nbeda fil-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 u jagħlqu 50% tad-distakk eżistenti sa 90 %. L-Istati Membri kollha se jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ din il-konverġenza esterna tal-livelli tal-pagamenti diretti. L-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti fir-regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK huma kkalkulati fuq din il-bażi.

Għall-iżvilupp rurali, huwa propost li jerġa’ jinstab bilanċ ta’ finanzjament bejn il-baġits tal-UE u tal-Istati Membri. F’konformità ma’ dak li hu previst għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, żieda fir-rati ta’ kofinanzjament nazzjonali se tippermetti li l-appoġġ pubbliku fiż-żoni rurali Ewropej fil-biċċa l-kbira ma jinbidilx. Id-distribuzzjoni tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi marbuta mal-objettivi ta' politika b'kunsiderazzjoni għad-distribuzzjoni kurrenti. Kif inhi llum is-sitwazzjoni, ir-reġjuni inqas żviluppati jenħtieġ ikomplu jibbenefikaw minn rati ta' kofinanzjament ogħla, li jkunu japplikaw ukoll għal ċerti miżuri bħal-LEADER u l-pagamenti għall-impenji ta' ġestjoni.

Ċertu livell ta’ flessibbiltà għat-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet se tiġi offruta lill-Istati Membri. Sa 15% tal-pagamenti diretti rispettivi jistgħu jiġu trasferiti lejn l-allokazzjoni tal-FAEŻR u viċi versa. Perċentwal ogħla għandu jiġi ttrasferit mill-pagamenti diretti lill-allokazzjoni tal-FAEŻR għall-interventi li jindirizzaw l-objettivi ambjentali u klimatiċi u l-għotjiet ta’ installazzjoni għal bdiewa żgħażagħ.

Id-dettalji dwar l-impatt finanzjarju tal-proposta tal-PAK huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Bidla lejn politika aktar orjentata lejn il-prestazzjoni teħtieġ l-istabbiliment ta’ qafas sod għall-prestazzjoni li, abbażi ta’ sett ta’ indikaturi komuni, jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja l-prestazzjoni tal-politika. Attwalment il-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF) u s-sistema attwali ta’ monitoraġġ tal-Pagamenti Diretti u l-Iżvilupp Rurali se jintużaw bħala l-bażi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika, iżda dawn se jkollhom jiġu ssimplifikati u żviluppati aktar (inkluż il-konsistenza bejn iż-żewġ pilastri). Se jinħtieġ aktar investiment fl-iżvilupp ta’ indikaturi xierqa u fl-iżgurar ta’ biżżejjed flussi ta’ data.

Qafas ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni ġdid (PMEF) se jkopri l-istrumenti kollha tal-PAK futura: il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif ukoll dawk l-elementi tal-PAK mhux koperti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (xi partijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, skemi speċifiċi). Il-prestazzjoni tkun imkejla b’relazzjoni mal-Objettivi Speċifiċi tal-politika billi jintuża sett ta’ indikaturi komuni.

Il-mudell il-ġdid se jiġi organizzat abbażi tal-prinċipji li ġejjin:

·L-indikaturi tal-kuntest għadhom rilevanti, peress li jirriflettu l-aspetti rilevanti tax-xejriet ġenerali fl-ekonomija, l-ambjent u s-soċjetà, u x’aktarx ikollhom influwenza fuq il-prestazzjoni.

·Għażla ta’ sett aktar limitat, iżda iktar immirat, ta’ indikaturi jenħtieġ issir primarjament billi jintgħażlu dawk li jirriflettu mill-iktar qrib possibbli jekk l-intervent appoġġat jikkontribwixxix għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti versus il-linja bażi stabbilita u bl-użu ta’ definizzjonijiet ċari.

·Il-prestazzjoni kumplessiva tal-politika se tiġi vvalutata fuq bażi pluriennali abbażi tal-indikaturi tal-impatt. Segwitu tal-prestazzjoni ta’ politika regolari se jiddependi fuq il-lista sħiħa tal-indikaturi tar-riżultati.

·L-indikaturi tal-output kull sena jorbtu n-nefqa mal-prestazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika. Din tal-aħħar hija eżerċizzju annwali, u tiddependi fuq lista ta’ indikaturi tal-output (li primarjament huma diġà disponibbli).

·L-affidabbiltà tal-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni tista’ tiġi ffaċilitata permezz ta’ sinerġiji bejn l-istatistika u d-data amministrattiva, iżda teħtieġ l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontrolli tal-kwalità.

Essenzjalment, dak li qed jiġi propost huwa bidla fir-responsabbiltajiet u fl-opportunitajiet fi ħdan qafas komuni, li jkun definit b’mod ċar u infurzat, biex jitwassal iktar minn objettiv ewlieni wieħed fl-istess ħin, jiġifieri s-simplifikazzjoni, l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati (minflok lejn il-konformità) u l-effiċjenza u l-effettività tal-politika.

Hija prevista reviżjoni tal-prestazzjoni annwali bħala l-element ewlieni tal-monitoraġġ kontinwu u t-tmexxija tal-implimentazzjoni tal-politika. Sabiex ir-reviżjoni tal-prestazzjoni annwali tkun operattiva, l-indikaturi tal-output u l-indikaturi tar-riżultati adegwati iridu jiġu ppreżentati b’mod konġunt f’rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-hekk imsejjaħ Rapport Annwali tal-Prestazzjoni. L-Istati Membri se jirrapurtaw kull sena fir-rigward tar-riżultati u n-nefqa rrealizzati kif ukoll dwar id-distanza mill-miri stabbiliti għall-perjodu kollu, espressi bħala valuri tal-indikaturi tar-riżultati.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 7 , fejn it-tliet istituzzjonijiet kkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġislazzjoni u tal-politika eżistenti jenħtieġ jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għall-azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet għandhom jivvalutaw l-effetti tal-programm fil-prattika fuq il-bażi tal-indikaturi/miri tal-programm u analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm jista’ jitqies li huwa rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda fl-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet/tal-problemi jew kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri tal-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u fil-massimizzazzjoni tal-isfruttar/tal-impatt tagħhom.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhix rilevanti.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tikkonċerna tliet Regolamenti:

·Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika agrikola komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn hawn’ il quddiem: ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK)

· ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (EU) Nru 1306/2013 (minn hawn 'il quddiem: ir-Regolament Orizzontali tal-PAK)

·Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. (minn hawn’ il quddiem: ir-Regolament Emendatorju

Dawn ir-regolamenti flimkien jaġġustaw il-PAK billi jallinjaw l-objettivi tiegħu mal-prijoritajiet ta’ Juncker u l-SDGs, filwaqt li fl-istess ħin jissimplifikaw l-implimentazzjoni tal-politika. Il-PAK se ssir aktar aġġustata għaċ-ċirkostanzi lokali permezz tat-tneħħija tal-kundizzjoni tal-eliġibbiltà għall-appoġġ fil-livell tal-UE. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jiddefinixxu dawn il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà fil-livell nazzjonali biex jagħmluhom xierqa għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom. Fl-istess ħin, il-piż amministrattiv relatat mal-kontrolli se jitnaqqas billi tiġi limitata r-rabta diretta bejn il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fil-livell tal-UE u l-benefiċjarji finali.

Bil-għan li jkompli jittejjeb l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali, l-għanijiet ġenerali tal-PAK jiffokaw fuq il-vijabbiltà ekonomika, ir-reżiljenza u l-introjtu tal-azjendi agrikoli, fuq prestazzjoni ambjentali u klimatika msaħħa, u fuq it-tisħiħ tan-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali. Barra minn hekk, it-trawwim tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali huwa objettiv trasversali.

Il-PAK il-ġdida se ssegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)Appoġġ għall-introjtu u r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli vijabbli fit-territorju kollu tal-UE (biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel)

(b)Tisħiħ tal-orjentazzjoni lejn is-suq u żieda fil-kompetittività inkluż iktar iffukar fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni;

(c)Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur

(d)Kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, kif ukoll għall-enerġija sostenibbli;

(e)Trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja;

(f)Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-bijodiversità, għat-tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistemi u għall-preservazzjoni tal-ħabitats u l-pajsaġġi; 

(g)L-attirar tal-bdiewa żgħażagħ u l-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tan-negozji fiż-żoni rurali;

(h)Il-promozzjoni tal-impjiegi, tat-tkabbir, tal-inklużjoni soċjali u tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli;

(i)It-titjib tar-rispons tal-agrikoltura tal-UE għal domandi soċjetali fuq l-ikel u s-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, kif ukoll il-benessri tal-annimali.

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-simplifikazzjoni u l-prestazzjoni tal-appoġġ tal-PAK. Se jfasslu interventi li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi tagħhom ibbażati fuq it-tipi ta’ investiment imsemmija fir-Regolament. L-Istati Membri se jkollhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-objettivi ambjentali u klimatiċi speċifiċi, lit-tiġdid ġenerazzjonali u lill-modernizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika billi jiffokaw fuq użu aħjar tal-għarfien u tal-pariri u tat-teknoloġiji (diġitali) ġodda.

L-Istati Membri se jippreżentaw l-interventi proposti tagħhom biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-UE fi Pjan Strateġiku tal-PAK. Il-leġiżlazzjoni tistipula regoli dwar il-kontenut ta’ dan il-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-Kummissjoni se tivverifika l-pjanijiet u tapprovahom. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK se jikkombinaw l-istrumenti ta’ appoġġ kollha tal-PAK iffinanzjati mill-FAEG (inklużi l-programmi settorjali li sa issa ġew stabbiliti taħt ir-Regolament dwar l-OKS) u mill-FAEŻR. B’dan il-mod, se tiġi mfassla strateġija waħda koerenti ta’ intervent għal kull Stat Membru permezz tal-Istati Membri. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri se jistabbilixxu miri għal dak li jridu jiksbu fil-perjodu ta’ programmar bl-użu ta’ indikaturi definiti b'mod komuni.

Ladarba jiġu stabbiliti l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-Istati Membri se jirrapportaw kull sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni permezz ta’ sistema ta’ indikaturi komuni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jissorveljaw il-progress u se jevalwaw l-effettività tal-interventi.

It-taqsima ta’ hawn taħt tipprovdi informazzjoni dwar il-kontenut speċifiku tat-tliet regolamenti.

Ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK

It-Titolu I jipprevedi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament, kif ukoll id-definizzjonijiet.

It-Titolu II jippreżenta l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK li għandhom jiġu segwiti permezz tal-interventi mfassla mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. It-Titolu III jintroduċi għadd ta’ rekwiżiti komuni għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, kif ukoll elementi li japplikaw għal diversi interventi. Ir-rekwiżiti komuni li jikkonċernaw il-konformità mal-prinċipji ġenerali u mad-drittijiet fundamentali bħalma huma l-evitar ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, ir-rispett tas-suq intern u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll ir-rispett tar-regoli tad-WTO dwar l-appoġġ domestiku. Dawn jinkludu wkoll rekwiżiti fir-rigward tal-elementi speċifiċi li għandhom jiġu definiti fil-PAK, bħal x’inhi żona agrikola, attività agrikola, bidwi ġenwin, bidwi żagħżugħ. Din it-taqsima tiddeskrivi, l-obbligi taħt il-“kundizzjonalità” (ir-rekwiżiti li kull benefiċjarju ta’ pagamenti skont l-erja għandu jikkonforma magħhom fir-rigward tal-kundizzjonijiet dwar il-prattiki agrikoli tajba iżda wkoll l-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-ħtieġa li jkun hemm servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli li jiffunzjonaw tajjeb).

Fl-aħħar nett, dan it-Titolu jippreżenta t-tipi ta’ interventi li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. It-tipi ta’ interventi huma l-kategoriji wiesgħa ta’ interventi li l-Istati Membri jistgħu jużaw fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

It-Titolu IV jipprevedi d-dispożizzjonijiet finanzjarji. Dan jinkludi b’mod partikolari l-allokazzjonijiet finanzjarji għal kull Stat Membru u għal kull Fond u jiddefinixxi l-flessibbiltà għat-trasferiment tal-allokazzjonijiet bejn il-fondi. Jipprovdi r-rati tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR b’rabta man-nefqa pubblika fl-Istati Membri u jistabbilixxi xi allokazzjonijiet finanzjarji minimi jew massimi għal skopijiet speċifiċi.

It-Titolu V jippreżenta r-regoli dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Isemmi liema elementi l-Istati Membri għandhom iqisu meta jabbozzaw Pjan Strateġiku tal-PAK u x’għandu jkun il-kontenut minimu tiegħu, inkluż il-miri u l-ippjanar finanzjarju. Dan it-Titolu jispjega wkoll liema regoli japplikaw għall-approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-Kummissjoni u kif dawn il-pjanijiet jistgħu jiġu emendati.

It-Titolu VI jipprovdi l-elementi neċessarji dwar il-koordinazzjoni u l-governanza. Dan jattribwixxi r-responsabbiltajiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għal kompiti speċifiċi relatati mal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Jistabbilixxi kumitat ta’ monitoraġġ li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati kollha. Jistabbilixxi wkoll in-netwerks li għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawn in-netwerks se jiġu stabbiliti kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE. Fl-aħħar nett, dan it-titolu jistabbilixxi Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni sabiex tistimola l-iskambju tal-għarfien u tal-innovazzjoni.

It-Titolu VII jintroduċi qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li jistabbilixxi r-regoli dwar xiex u meta l-Istati Membri jridu jirrappurtaw il-progress dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u r-regoli dwar kif dan il-progress se jkun immonitorjat u evalwat. B’mod partikolari, dan it-titolu jinkludi r-regoli dwar bonus ta’ prestazzjoni għal prestazzjoni klimatika u ambjentali tajba.

Fl-aħħar nett, it-Titoli VIII u IX jirrigwardaw ir-regoli tal-kompetizzjoni, li jispjegaw kif, b’mod partikolari, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu applikati, u d-dispożizzjonijiet finali li jispjegaw liema regolamenti huma mħassra u meta r-Regolament isir applikabbli.

Ir-Regolament Orizzontali tal-PAK

Huwa propost li tinżamm l-istruttura attwali tal-PAK f’żewġ pilastri b’miżuri annwali ta’ applikazzjoni ġenerali fil-Pilastru I ikkumplimentati minn miżuri li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u reġjonali b’approċċ ta’ pprogrammar pluriennali fil-Pilastru II. Madankollu, id-disinn il-ġdid tal-PAK għal wara l-2020 se jimmira lejn sussidjarjetà ikbar sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jfasslu l-miżuri ta’ implimentazzjoni aħjar taħt iż-żewġ Pilastri skont ir-realtajiet tagħhom u ċ-ċirkostanzi konkreti tal-bdiewa. Aktar sussidjarjetà tfisser l-ibbilanċjar mill-ġdid tar-responsabbiltajiet fil-ġestjoni tal-PAK u t-tiftix ta’ relazzjoni ġdida bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-bdiewa.

Fuq din il-bażi, ir-Regolament Orizzontali tal-PAK attwali jiġi adattat għall-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid u jirrifletti aktar flessibbiltà għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-politika (f’konformità mal-ħtiġijiet lokali tagħhom), inqas burokrazija għall-benefiċjarji u bidla għal politika bbażata fuq il-prestazzjoni.

Il-bidla fil-livell tal-UE minn enfasi fuq il-konformità għal waħda fuq il-prestazzjoni teħtieġ identifikazzjoni ċara tal-objettivi li trid tikseb il-politika: għal darb’oħra, dawn l-objettivi se jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE. Sabiex isir progress lejn mekkaniżmu ta’ politika mmexxi iktar mir-riżultati, se jkun hemm bidla mill-assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għal assigurazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-rispett tar-rekwiżiti bażiċi tal-UE, bħalma huma s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) jew il-korpi ta’ governanza (l-aġenziji tal-pagamenti, il-korpi ta’ koordinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni). L-istrutturi ta’ governanza robusti u affidabbli li jikkaratterizzaw il-PAK se jinżammu.

Minbarra d-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament, ir-Regolament Orizzontali tal-PAK għad għandu dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji ġenerali għall-kontrolli u l-penali, il-kontrolli tal-kundizzjonalità u s-SIAK. B’riżultat ta’ dan, ir-regolament jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, il-proċessi ta’ approvazzjoni (approvazzjoni finanzjarja annwali u approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali) u l-proċedura tal-konformità.

Dan ir-regolament jinkludi diversi elementi ta’ simplifikazzjoni. L-ewwel nett, l-approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali l-ġdida tirrifletti l-bidla minn konformità mill-benefiċjarji individwali għall-prestazzjoni tal-politika fl-Istati Membri.

Barra minn hekk, tipprevedi t-tnaqqis fl-għadd tal-aġenziji tal-pagamenti u t-tisħiħ tar-rwol tal-korp ta’ koordinazzjoni u l-korp taċ-ċertifikazzjoni skont il-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid. Dan għandu jagħmel is-sistema aktar trasparenti u ta’ anqas piż kemm għall-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll għall-Kummissjoni. Ġie introdotti il-kunċett tal-approċċ uniku ta’ verifika, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u l-għadd ta’ verifiki mill-Kummissjoni jista’ jitnaqqas.

li jemenda r-Regolamenti

Il-Komunikazzjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja tikkonferma l-orjentazzjoni tas-suq bħala element ewlieni tal-PAK, iżda tenfasizza wkoll l-isfidi marbutin mas-sostenibbiltà ambjentali u t-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, tqiegħed lis-settur agrikolu fiċ-ċentru tad-dibattitu dwar l-ikel u t-tħassib taċ-ċittadini f’dan ir-rigward, filwaqt li tfakkar li “l-aktar rwol importanti tal-politika huwa li tgħin lill-bdiewa jantiċipaw l-iżviluppi fid-drawwiet djetetiċi u jaġġustaw il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi”. Billi regoli dettaljati li jistgħu jimpedixxu l-aġġustamenti meħtieġa huma stabbiliti fil-livell tal-UE, ir-riforma tippreżenta opportunità biex isiru l-bidliet meħtieġa. Barra minn hekk jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini rigward il-produzzjoni agrikola sostenibbli.

Għaldaqstant, huwa previst li tinżamm l-arkitettura u l-karatteristiċi prinċipali tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, filwaqt li jiġi emendat għadd limitat ta’ dispożizzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi, ambjentali u soċjali esperjenzati minn mindu daħal fis-seħħ fl-2014.

L-ewwel nett, huwa previst li jitħassru d-dispożizzjonijiet relatati mal-interventi settorjali li preċedentement kienu ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, peress li dawn l-interventi tal-PAK futur se jiġu regolati skont ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK u se jkunu parti mill-pjanijiet strateġiċi tal-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata koerenza akbar bejn l-interventi tal-PAK.

It-tieni nett, filwaqt li r-riformi suċċessivi tal-2008 u l-2013 tal-politika tal-inbid b’mod ġenerali laħqu l-objettivi tagħhom, u rriżultaw f’settur tal-inbid ekonomikament vibranti, tfaċċaw sfidi ekonomiċi, ambjentali u klimatiċi ġodda. Għalhekk, ir-regolament jipprevedi għadd ta’ emendi speċifiċi għar-regoli eżistenti biex jindirrizzaw lil dawn l-isfidi.

It-tielet nett, il-Komunikazzjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja appellat biex l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) jsiru aktar attraenti għall-bdiewa u għall-konsumaturi, u biex is-sistema ssir aktar faċli biex tintuża. Huwa għalhekk propost li jiġu emendati r-regoli attwali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi, mifruxa fuq erba’ Atti bażiċi, bil-għan li s-sistema tal-IĠ tkun aktar sempliċi, li r-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ssir iktar malajr u li l-approvazzjonijiet tal-emendi lill-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott jkunu iktar effiċjenti. Dawn il-bidliet għandhom l-għan li jissimplifikaw is-sistema tal-IĠ biex issir aktar faċli li tinftiehem mill-konsumaturi, aktar faċli biex tiġi promossa u jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-amministrazzjoni tas-sistema.

Dwar ir-regoli għall-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed, il-limitazzjoni tal-iskrutinju tal-UE tal-applikazzjonijiet biex ikunu ċċekkjati għal żbalji manifesti, is-separazzjoni tal-proprjetà intellettwali minn rekwiżiti oħra stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ukoll l-abilitazzjoni tal-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar l-emendi li ma jkollhomx impatt fil-livell tal-UE, se jissimplifikaw l-approvazzjonijiet, inaqqsu d-dewmien u jirrazzjonalizzaw ir-riżorsi, f’konformità mal-prinċipji doppji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Bl-istess mod, is-simplifikazzjoni ta’ xi proċeduri speċifiċi, pereżempju l-proċedura tal-oppożizzjoni, hija prevista li tagħmel il-proċess tal-approvazzjoni aktar effiċjenti.

Il-kjarifika tad-definizzjoni ta’ “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” għall-inbejjed se tippermetti lill-gruppi tal-produtturi jużaw varjetajiet ġodda, li huma meħtieġa wkoll b’reazzjoni għat-tibdil fil-klima, u tippermetti ġustifikazzjonijiet xierqa tal-applikazzjonijiet f’konformità mar-realtajiet tal-vitikultura u dawk enoloġiċi. It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-IĠ kontra l-iffalsifikar tal-IĠ fuq l-oġġetti internati u fuq l-oġġetti fi tranżitu huwa propost ukoll.

Is-simplifikazzjoni proposta għall-inbejjed IĠ għandha tiġi applikata wkoll għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel: sabiex jiġi żgurat livell raġonevoli ta’ koerenza bejn l-iskemi u biex il-benefiċċji ta’ hawn fuq jitwasslu lill-produtturi tal-IĠ anki f’dan is-settur. L-iskema IĠ għall-inbejjed aromatizzati li għandha biss 5 minn 3350 IĠ, ma tistax tkun operattiva u jenħtieġ tiġi integrata fi skema oħra — l-iskema tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel hija adattata billi diġà tkopri xarbiet alkoħoliċi oħra.

Barra minn hekk, ir-regolament jipprevedi dispożizzjonijiet li sempliċiment jittraduċu l-impenji tal-leġiżlazzjoni interna meħuda mill-UE u l-Istati Membri tagħha fil-kuntest tad-Deċiżjonijiet Ministerjali reċenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, speċjalment dwar is-sussidji għall-esportazzjoni.

Fl-aħħar nett, huwa propost li jitneħħew għadd ta’ dispożizzjonijiet obsoleti, inter alia, is-sistema tar-regolamentazzjoni tal-produzzjoni u r-rekwiżiti li japplikaw għas-settur taz-zokkor li skadew fl-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016/2017

2018/0218 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 8 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 9 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2017 intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" ’stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni ("il-PAK") wara l-2020. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia, il-ħtieġa li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, li tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u lis-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, li tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(2)Peress li l-PAK trid issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet li jimmanifestaw ruħhom fil-livell tal-Unjoni, u fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, jintħieġ tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Fil-PAK ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni (“il-mudell ta’ implimentazzjoni”), l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ iġorru responsabbiltà akbar dwar kif dawn l-għanijiet u l-miri għandhom jintlaħqu. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali, u l-appoġġ jiġi mfassal biex il-kontribut lejn l-objettivi tal-Unjoni jiġi mmassimizzat.

(3)Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jenħtieġ ikunu parti minn pjan ta’ appoġġ strateġiku li jkun jinkludi ċerti interventi settorjali li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .

(4)L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Id-definizzjonijiet tas-settur taz-zokkor stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II ta’ dak l-Anness jenħtieġ jitħassru minħabba li ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f’dak l-Anness, fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta’ dawk id-definizzjonijiet. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Parti II ta’ dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ jitħassar.

(5)Il-Parti I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ tiġi ssimplifikata. Id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet li ma fadlilhomx skop u dawk skaduti li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ jitħassru.

(6)Il-limiti tal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista tal-frott u l-ħaxix u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fi stabbilimenti edukattivi, stabbiliti fl-Artikolu 23(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ jiġu aġġornati.

(7)Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi tal-għajnuna stabbiliti fit-Taqsimiet 2 sa 6 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ jiġu mħassra minħabba li t-tipi kollha ta’ interventi f’dawn is-setturi se jiġu stabbiliti fir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 (ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK).

(8)Fid-dawl tat-tnaqqis fl-erja effettivament imħawla bid-dwieli f’diversi Stati Membri fis-snin 2014–2017, u fid-dawl tat-telf potenzjali fil-produzzjoni sussegwenti, meta jkunu qed jistabbilixxu ż-żona għal awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil imsemmijin fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu jagħżlu bejn il-bażi eżistenti u perċentwal tal-erja totali effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom fil-31 ta’ Lulju 2015 b’żieda ta’ erja li tikkorrispondi mad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 disponibbli għall-konverżjoni f’awtorizzazzjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat fl-1 ta’ Jannar 2016.

(9)Ir-regoli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid mill-Isati Membri jenħtieġ jiġu mmodifikati biex jinkludu l-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont, li qabel kienu esklużi. Biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni tiżviluppa reżistenza ikbar għall-mard u li tuża varjetajiet ta’ dwieli aktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti li jippermetti l-varjetajiet Vitis Labrusca u l-varjetajiet li jirriżultaw minn inkroċjar bejn Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis li għandhom jitħawlu għall-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni.

(10)Sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jużaw varjetajiet tad-dwieli li huma iktar adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi li dejjem jinbidlu u b’reżistenza ikbar għall-mard, jenħtieġ ikun hemm provvedimenti għall-prodotti li jużaw id-denominazzjonijiet tal-oriġini mhux biss minn varjetajiet ta’ dwieli li jappartjenu għall-ispeċi Vitis vinifera iżda wkoll minn varjetajiet ta’ dwieli li ġejjin minn inkroċjar bejn Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis.

(11)Id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikati tal-konformità u r-rapporti tal-analiżi għall-importazzjonijiet tal-inbid jenħtieġ jiġu applikati fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(12)Id-definizzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jenħtieġ tiġi allinjata mad-definizzjoni fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ 12 (“il-Ftehim TRIPS”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE 13 b’mod partikolari, mal-Artikolu 22(1) tiegħu, jiġifieri li l-isem huwa biex il-prodott jiġi identifikat li joriġina f’reġjun speċifiku jew f’post speċifiku.

(13)Biex tiżgura l-koerenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-oġġezzjoni ppreżentati skont il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni jenħtieġ tiġi mgħarrfa f’waqtu u regolarment meta jitnedew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jew korpi oħra li jikkonċernaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni mibgħuta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Jenħtieġ jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex, f’dawk iċ-ċirkustanzi u fejn xieraq, tissospendi l-eżami tal-applikazzjoni sakemm il-qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor jiddeċiedu dwar ir-rikuża għall-valutazzjoni tal-Istat Membru dwar l-applikazzjoni fil-proċedura nazzjonali preliminari.

(14)Ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ tiġi ssimplifikata u titħaffef bis-separazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali mill-valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-prodotti stipulati fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u tat-tikkettar.

(15)Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data u fatti li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ jiggarantixxu li r-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f’dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ikun affidabbli u preċiż. Sussegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tad-dritt tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni.

(16)Il-perjodu li matulu tista’ ssir oġġezzjoni jenħtieġ jiġi estiż għal tliet xhur biex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha jkollhom biżżejjed żmien biex janalizzaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni u l-possibbiltà li jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni. Biex jiġi żgurat li tiġi applikata l-istess proċedura għall-oġġezzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 u b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jibagħtu l-oġġezzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni b’mod ikkoordinat u effiċjenti, l-oġġezzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jenħtieġ jitressqu permezz tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih ikunu residenti jew stabbiliti. Biex tiġi ssimplifikta l-proċedura ta’ oġġezzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tirrifjuta d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni inammissibbli fl-att ta’ implimentazzjoni għall-għoti tal-protezzjoni. Għaldaqstant, l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tirrifjuta oġġezzjonijiet inammissibbli skont att ta’ implimentazzjoni separat jenħtieġ jitħassar.

(17)Sabiex tiżdied l-effiċjenza proċedurali u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-għoti tal-protezzjoni għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-għoti tal-protezzjoni mingħajr rikors għall-proċedura ta’ eżami f’ċirkostanzi fejn ma tintbagħat ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ammissibbli għall-applikazzjoni għall-protezzjoni. Meta tkun intbagħtet dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ammissibbli, jenħtieġ jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami jew għall-għoti tal-protezzjoni jew biex tirrifjuta l-applikazzjoni għall-protezzjoni.

(18)Filwaqt li ġie kkunsidrat il-Ftehim TRIPS, b’mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 15 (“il-Ftehim GATT”) b’mod partikolari l-Artikolu V tiegħu dwar il-libertà ta’ tranżitu, li t-tnejn li huma ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE u għandhom l-għan li jsaħħu l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, u li jiġġieldu l-falsifikazzjoni b’mod aktar effettiv, il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ tiġi estiża sabiex tkopri l-prodotti li jkunu fi tranżitu fit-territorju doganali tal-Unjoni u l-prodotti li jinbiegħu fuq l-internet jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ kummerċ elettroniku.

(19)Jenħtieġ ikun possibbli li tiġi kkanċellata l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika f’ċirkustanzi fejn ma jibqgħux jintużaw jew meta l-applikant imsemmi fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jkunx irid aktar li tinżamm dik il-protezzjoni.

(20)Fid-dawl tad-domanda dejjem ogħla tal-konsumaturi għal prodotti tad-dwieli innovattivi b’inqas qawwa alkoħolika reali mill-qawwa alkoħolika minima reali stabbilita għall-prodotti tad-dwieli fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ ikun possibbli li dawn il-prodotti innovattivi tad-dwieli jiġu prodotti wkoll fl-Unjoni.

(21)Jintħieġ li jiġu pprovduti definizzjonijiet għal prodotti tad-dwieli dealkoħolizzati u għal prodotti tad-dwieli parzjalment dealkoħolizzati. Dawn id-definizzjonijiet jenħtieġ iqisu d-definizzjonijiet stipulati fir-Riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid (OIV), OIV-ECO 433–2012 Beverage Obtained By Partial Dealcoholisation of Wine u OIV-ECO 523-2016 Wine With An Alcohol Content Modified by Dealcoholisation.

(22)Sabiex jiġi żgurat li r-regoli li jirregolaw it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti fis-settur tal-inbid japplikaw ukoll għall-prodotti tad-dwieli dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati, sabiex jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw il-proċessi tad-dealkoħolizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ ċerti prodotti tad-dwieli dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati fi ħdan l-Unjoni, u regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tat-tappijiet fis-settur tal-inbid sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti minn użu qarrieq ta’ ċerti tappijiet assoċjati ma’ ċerti tipi ta’ xorb u minn materjali perikolużi tat-tappijiet li jistgħu jikkontaminaw ix-xorb, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(23)Ir-regoli dwar il-produzzjoni u rekwiżiti li japplikaw għas-settur taz-zokkor skadew fl-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016/2017. L-Artikolu 124 l-Artikoli 127 sa 144 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issa huma skaduti u jenħtieġ jitħassru.

(24)Il-miżuri u r-regoli dwar l-importazzjonijiet tal-qanneb stipulati fl-Artikolu 189 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma superfluwi u skaduti u jenħtieġ jitħassru.

(25)L-Artikoli 192 u 193 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ jitħassru peress li dawn il-miżuri ma għadhomx meħtieġa fid-dawl tat-tmiem tar-regolamentazzjoni tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor. Sabiex jiġi żgurat li s-suq tal-Unjoni jkun fornut b’mod adegwat bl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, jenħtieġ jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tissospendi d-dazji ta’ importazzjoni għaz-zokkor tal-kannamieli u l-melassa tal-pitravi.

(26)Id-Deċiżjoni Ministerjali tad-19 ta’ Diċembru 2015 dwar il-Kompetizzjoni tal-Esportazzjoni tal-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Nairobi 16 tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri ta’ kompetizzjoni tal-esportazzjoni. Fir-rigward tas-sussidji għall-esportazzjoni, il-membri tad-WTO huma meħtieġa li jeliminaw id-drittijiet ta’ sussidju fuq l-esportazzjoni tagħhom mid-data ta’ dik id-Deċiżjoni. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni stipulati fl-Artikoli 196 sa 204 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ jitħassru.

(27)Fir-rigward tal-krediti tal-esportazzjoni, il-garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni u l-programmi tal-assigurazzjoni, tal-intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola u tal-għajnuna internazzjonali tal-ikel, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jirrispettaw i-dritt tal-Unjoni. Billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Membri tad-WTO, dawn il-miżuri nazzjonali jenħtieġ ikunu konformi wkoll mar-regoli stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta’ Diċembru 2015, bħala kwistjoni ta’ dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali.

(28)L-obbligi ta’ rappurtar obsoleti tal-Kummissjoni fir-rigward tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib , l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema tal-iskejjel u l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni fis-settur agrikolu jenħtieġ jitħassru. L-obbligi ta’ rappurtar dwar is-settur tal-apikultura jenħtieġ jiġu integrati fir-Regolament (UE).../... (ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK).

(29)Minħabba t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 bir-Regolament (UE) .../... (ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK), id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli u l-penali marbuta mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali protetti jenħtieġ jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(30)Id-dispożizzjonijiet dwar ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu stabbilita fil-Kapitolu III tal-Parti V tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jitħassru minħabba li hemm dispożizzjonijiet aġġornati dwar ir-riżerva agrikola stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 (ir-Regolament Orizzontali).

(31)Fid-dawl tan-numru limitat ta’ reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed aromatizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19  il-qafas ġuridiku għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal dawk il-prodotti jenħtieġ jiġi ssimplifikat. L-inbejjed aromatizzati u xarbiet alkoħoliċi oħra bl-eċċezzjoni tal-ispirti u dawk il-prodotti tad-dwieli elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ ikollhom l-istess reġim u proċeduri ġuridiċi bħall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel l-oħra. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ jiġi estiż biex ikopri dawk il-prodotti. Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ jiġi emendat biex jieħu kont ta’ din il-bidla fir-rigward tat-titolu, il-kamp ta’ applikazzjoni, id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar it-tikkettar ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat. Jenħtieġ tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-ismijiet protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 251/2014.

(32)Il-proċeduri relatati mar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ jiġu ssimplifikati biex ikun żgurat li ismijiet ġodda jkunu jistgħu jiġu rreġistrati f'perjodi iqsar taż-żmien. Il-proċedura ta’ oppożizzjoni jenħtieġ tiġi ssimplifikata.

(33)Jenħtieġ ikunu previsti derogi speċifiċi li jippermettu l-użu tal-isem irreġistrat flimkien ma’ ismijiet oħra ta’ speċjalità tradizzjonali garantita. Il-Kummissjoni jenħtieġ tiffissa perjodi tranżizzjonali għall-użu ta’ denominazzjonijiet li jinkludu ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, f’konformità mal-kundizzjonijiet għal tali perjodi tranżizzjonali li diġà jeżistu għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(34)Il-proċedura għall-approvazzjoni tal-emendi għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodotti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ tiġi ssimplifikata billi tiġi introdotta distinzjoni bejn l-emendi tal-Unjoni u l-emendi standard. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu responsabbli mill-approvazzjoni tal-emendi standard u l-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm ir-responsabbiltà li tapprova l-emendi tal-Unjoni lill-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott.

(35)L-ammonti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli biex jiffinanzjaw il-miżuri skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 20 u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 jenħtieġ jiġu aġġornati.

(36)Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 251/2014, (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 jiġu emendati kif meħtieġ,

(37)Jenħtieġ jiddaħħlu arranġamenti tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li ġew sottomessi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għan-nefqa mġarrba qabel l-1 ta’ Jannar 2021 taħt skemi ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, tal-frott u l-ħaxix, tal-inbid, l-apikultura u tal-ħops stabbiliti fl-Artikoli 29 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(38)Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas ġuridiku l-ġdid stabbilit fir-Regolament (UE).../... (ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK), id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-emendi lir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna u għar-riżerva għal kriżijiet fis-setturi agrikoli u d-dispożizzjonijiet dwar emendi lir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi tal-artikoli għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2 jitħassar;

(b)Il-Paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) .../...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament Orizzontali] u r-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandhom japplikaw għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra jekk ikun previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jemendaw id-definizzjonijiet li jirrigwardaw is-setturi stabbiliti fl-Anness II sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu aġġornati d-definizzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

----------------------------

*Ir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar il-finanzjament u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L...,..., p...).

**Ir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L...,..., p...).”;

(2)l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5
Rati ta’ konverżjoni għar-ross

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw ir-rati tal-konverżjoni għar-ross f’diversi stadji tal-ipproċessar.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(3)l-Artikolu 6 jitħassar;

(4)Il-Kapitolu II tat-Titlu I tal-Parti II huwa emendat kif ġej:

(a)It-titlu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"KAPITOLU II

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix u ta' ħalib u prodotti tal-ħalib fl-istabbilimenti edukattivi";

(b)l-intestatura “Taqsima 1” u t-titlu tagħha jitħassru;

(c)    L-Artikolu 23 a huwa emendat kif ġej:

(i)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-għajnuna taħt l-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) ma għandhiex taqbeż il-EUR 220 804 135 miljun għal kull sena skolastika.

F'dak il-limitu globali, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel: EUR 130 608 466 miljun għal kull sena skolastika.

(b)għall-ħalib għall-iskejjel: EUR 90 195 669 miljun għal kull sena skolastika.

(ii)Fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, it-tieni sentenza titħassar;

(iii)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.Mingħajr ma jinqabeż il-limitu globali ta' EUR 220 804 135 miljun stipulat fil-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru jista' jittrasferixxi darba kull sena skolastika sa 20 % tal-allokazzjoni indikattiva waħda jew l-oħra tiegħu.";

(d)    It-taqsimiet 2 sa 6 li jkopru l-Artikoli 29 sa 60 jitħassru;

(5)fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid li jikkorrispondi ma’:

(a)jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel; jew

(b)1 % ta’ żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fit-31 ta’ Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-tħawwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u disponibbli għall-konverżjoni f’awtorizzazzjonijiet fl-1 ta’ Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament.”;

(6)fl-Artikolu 81, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid.

L-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid meta:

(a)il-varjetà kkonċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew Vitis Labrusca; jew

(b)il-varjetà kkonċernata tkun ġejja minn tlaqqim bejn l-ispeċijiet Vitis vinifera, Vitis Labrusca u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis.

Meta varjetà ta’ għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta’ dwieli ta’ din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha.

(7)fl-Artikolu 90, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3. Għajr jekk ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’:

(a) ċertifikat li juri konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, magħmul minn korp kompetenti u inkluż f’lista li għandha ssir pubblika mill-Kummissjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott;

(b) rapport ta’ analiżi magħmul minn korp jew dipartiment maħtur mill-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott, jekk il-prodott ikun maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.";

(8)fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti II, tiżdied is-Subtaqsima 4a li ġejja :

"Subtaqsima 4a

Kontrolli u penali

Artikolu 90a
Verifiki u penali oħrajn marbutin ma' regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni

1.Mingħajr preġudizzju għal atti dwar is-settur tal-inbid li ġew adottati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) [.../...] (ir-Regolament Orizzontali), fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali amministrattivi proporzjonati, effettivi u dissważivi skont it-Titolu IV, tal-Kapitolu I ta’ dak ir-Regolament (ir-Regolament Orizzontali).

2.Għall-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-identità, il-provenjenza u l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jikkonċernaw:

(a)l-istabbiliment ta' bank tad-data analitiku tad-data isotopika li tgħin biex titkixxef il-frodi, li għandha tinbena abbażi ta' kampjuni miġbura mill-Istati Membri;

(b)ir-regoli dwar il-korpi ta' kontroll u l-assistenza reċiproka bejniethom;

(c)ir-regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri;

3.Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri kollha meħtieġa għall-istabbiliment ta':

(a)il-proċeduri relatati mal-banek tad-data tal-Istati Membri stess u mal-bank tad-data analitiku tad-data isotopika li se jgħinu biex tinkixef il-frodi;

(b)il-proċeduri relatati mal-kooperazzjoni u l-assistenza bejn l-awtoritajiet u l-korpi tal-kontroll;

(c)fir-rigward tal-obbligu msemmi fil-paragrafu 3, ir-regoli għat-twettiq tal-verifiki ta' konformità mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, ir-regoli dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-verifiki, kif ukoll għall-kontenut, il-frekwenza u l-istadju ta' kummerċjalizzazzjoni li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw dawk il-verifiki.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(9)l-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)“denominazzjoni tal-oriġini” tfisser isem li jidentifika prodott, imsemmi fl-Artikolu 92(1):

(i)li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u fejn relevanti l-fatturi umani;

(ii)li joriġina f’post speċifiku, f’reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż;

(iii)prodott minn għeneb li joriġina esklussivament minn dik iż-żona ġeografika;

(iv)il-produzzjoni tiegħu ssir f’dik iż-żona ġeografika; u

(v)huwa magħmul minn varjetajiet ta’ dwieli tal-ispeċi Vitis vinifera jew minn speċijiet li jirriżultaw minn tilqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis.";

(b)Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a)(i) sa (iv) tal-paragrafu 1 ; kif ukoll

(c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.Il-produzzjoni kif imsemmija fil-punti (a)(iv) u (b)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tkopri l-operazzjonijiet kollha involuti, mill-ħsad tal-għeneb sat-tmiem tal-proċessi tal-produzzjoni tal-inbid, ħlief għal kwalunkwe proċess li jiġi wara l-produzzjoni.";

(10)fl-Artikolu 94(1), is-sentenza introduttorja tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ismijiet bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu:”

(11)fl-Artikolu 96, jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk tinbeda xi proċedura quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor, dwar applikazzjoni għall-protezzjoni li l-Istat Membru jkun bagħat lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 5.

7.Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-eżami tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 97(2) sakemm qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor tkun iddeċidiet dwar oġġezzjoni għal applikazzjoni għall-protezzjoni meta l-Istat Membru jkun ikkunsidra li r-rekwiżiti huma ssodisfati fi proċedura nazzjonali preliminari skont il-paragrafu 5.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3)."; 

(12)Fl-Artikolu 97, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni li tirċievi skont l-Artikoli 94 u 96(5). Għandha twettaq skrutinju għal żbalji evidenti, b’kont meħud tal-eżitu tal-proċedura nazzjonali preliminari mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat.

L-iskrutinju mill-Kummissjoni jenħtieġ li ma jeċċedix perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ meta tkun waslet l-applikazzjoni mill-Istat Membru. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

3.Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93, 100 u 101 ikunu ntlaħqu, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-pubblikazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tad-Dokument Uniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1) u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott magħmula waqt il-proċedura nazzjonali preliminari.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

4.Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93, 100 u 101 ma jkunux ġew issodisfati, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(13)L-Artikoli 98 u 99 huma sostitwiti b’li ġej:

“Artikolu 98
Proċedura ta’ oġġezzjoni

Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1), l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun residenti jew stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni li topponi l-protezzjoni proposta. Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għandha tkun sostanzjata kif xieraq.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun residenti jew stabbilita fi Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru li jkun bagħat l-applikazzjoni għall-protezzjoni, tista’ tippreżenta d-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni permezz tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih tkun residenti jew stabbilita f’limitu ta’ żmien li jippermetti li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni fi żmien il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 99
Deċiżjoni dwar il-protezzjoni

1.Meta l-Kummissjoni ma tkunx irċeviet dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu l-protezzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

2. Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ammissibbli, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu l-protezzjoni jew li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

3. Il-protezzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-konformità tal-prodotti kkonċernati ma’ regoli oħrajn tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mat-tqegħid tal-prodotti fis-suq, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel.”

(14)fl-Artikolu 103, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll fir-rigward ta’ merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta’ merkanzija mibjugħa permezz tal-kummerċ elettroniku fl-Unjoni.”;

(15)l-Artikolu 106 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 106
Kanċellazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika f'ċirkustanza waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)meta l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti ma tkunx għadha garantita;

(b)meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq li jkollu d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba’ snin konsekuttivi;

(c)meta applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 95 jiddikjara li hu ma għadux irid iżomm il-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(16)L-Artikolu 111 jitħassar;

(17)fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II, tiżdied is-Subtaqsima 4 li ġejja:

"Subtaqsima 4

Verifiki relatati mad-denominazzjonijiet ta' oriġini, mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u mat-termini tradizzjonali

Artikolu 116 a
Verifiki

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu l-użu illegali tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti , tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u tat-termini tradizzjonali protetti msemmija f'dan ir-Regolament.

2.L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-verifiki fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’din it-Taqsima. Għal dak il-għan, l-Artikoli 4(2), 4(4), 5(1), 5(4) u 5(5) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill * għandhom japplikaw.

3.Fi ħdan l-Unjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 jew korp delegat wieħed jew aktar fis-sens tal-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu II ta’ dak ir-Regolament, għandha tivverifika kull sena l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, matul il-produzzjoni tal-inbid u matul u wara l-ipproċessar.

4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)il-komunikazzjoni li għandha ssir mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;

(b)ir-regoli li jirregolaw l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, inkluż meta ż-żona ġeografika tkun f'pajjiż terz;

(c)l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu illegali tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u tat-termini tradizzjonali protetti;

(d)il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

*Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).”;

(18)l-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15, 16, 18 u 19 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:”;

(b)jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4 L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkollhomx tikketta konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq, jew jiġu rtirati minnu jekk ikunu diġà mqiegħda fis-suq.”

(19)fl-Artikolu 120(1), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15, 16, 18 u 19 tal-Parti II tal-Anness VII jistgħu, b’mod partikolari, ikollhom l-indikazzjonijiet fakultattivi li ġejjin:”;

(20)Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-punt (b), jitħassar il-punt (ii);

(b)fil-punt (c), jiżdied il-punt (iii) li ġej:

“(iii)it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.”;

(c)fil-punt (d), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti forom ta’ fliexken u tal-għotjien, u lista ta’ ċerti forom speċifiċi ta’ fliexken;”;

(21)It-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)l-Artikolu 124 jitħassar;

(b)l-intestatura “Subtaqsima 1” u t-titlu tiegħu jitħassru;

(c)is-subtaqsimiet 2 u 3 li jkopru l-Artikoli 127 sa 144 jitħassru;

(22)fl-Artikolu 145(3), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jipprevedu r-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru.../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], għandhom, abbażi tar-reġistru tal-vinji, jissottomettu lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena inventarju aġġornat tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom.”;

(23)l-Artikolu 189 jitħassar;

(24)jitħassru l-Artikoli 192 u 193;

(25)fil-Kapitolu IV, jiżdied l-Artikolu 193 a li ġej:

“Artikolu 193 a
Sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni għall-melassa

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu, kompletament jew parzjalment, id-dazji fuq l-importazzjoni għall-melassa bil-kodiċi tan-NM 1703.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).”;

(26)Fil-Parti III, il-Kapitolu VI, li jkopri l-Artikoli 196 sa 204, jitħassar;

(27)Fl-Artikolu 225, il-punti (a) sa (d) jitħassru.

(28)Fil-Parti V, il-Kapitolu III li jkopri l-Artikolu 226 jitħassar.

(29)Il-Parti II tal-Anness II hija emendata kif ġej:

(a)fil-punt 4 tat-Taqsima A titħassar it-tieni sentenza;

(b)It-Taqsima B titħassar;

(30)L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“IL-KWALITÀ STANDARD TAR-ROSS U TAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1a TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1370/2013*

*Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12)”;

(b)    Fil-Parti B, titħassar it-Taqsima I;

(31)l-Anness VI jitħassar;

(32)fil-parti II tal-Anness VII jiżdiedu l-punti (18) u (19) li ġejjin:

“(18)It-terminu “dealkoħolizzat” jista’ jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott:

(a)jinkiseb minn inbid kif definit fil-punt 1, l-inbid frizzanti kif definit fil-punt 4, l-inbid frizzanti ta’ kwalità kif definit fil-punt 5, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja kif definit fil-punt 6, l-inbid frizzanti bil-gass kif definit fil-punt 7, l-inbid semifrizzanti kif definit fil-punt 8, jew minn inbid semifrizzanti bil-gass kif definit fil-punt 9;

(b)sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u

(c)ikollu qawwa alkoħolika totali ta’ mhux aktar minn 0,5 % tal-volum.

(19)It-terminu “parzjalment dealkoħolizzat” jista’ jintuża flimkien mal-isem tal-prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9, meta l-prodott:

(a)jinkiseb minn inbid kif definit fil-punt 1, l-inbid frizzanti kif definit fil-punt 4, l-inbid frizzanti ta’ kwalità kif definit fil-punt 5, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja kif definit fil-punt 6, l-inbid frizzanti bil-gass kif definit fil-punt 7, l-inbid semifrizzanti kif definit fil-punt 8, jew minn inbid semifrizzanti bil-gass kif definit fil-punt 9;

(b)sarlu trattament għad-dealkoħolizzazzjoni skont proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII; u

(c)ikollu qawwa alkoħolika totali ta’ aktar minn 0,5 % tal-volum u wara l-proċessi speċifikati fit-Taqsima E tal-Parti I tal-Anness VIII, il-qawwa alkoħolika totali tiegħu titnaqqas b’iktar minn 20 % tal-volum meta mqabbel mal-qawwa alkoħolika totali inizjali tiegħu.”;

(33)fil-parti I tal-Anness VIII, qed tiżdied it-Taqsima E li ġejja:

“E.Proċessi tad-dealkoħolizzazzjoni

Il-proċessi tad-dealkoħolizzazzjoni li ġejjin, kemm jekk użati kull wieħed waħdu jew flimkien, għandhom jiġu awtorizzati li jnaqqsu parti jew kważi l-kontenut kollu tal-etanol fi prodotti tad-dielja msemmija fil-punti 1 u 4 sa 9 tal-Parti II tal-Anness VII:

(a)evaporazzjoni parzjali bil-vakwu

(b)tekniki bil-membrani;

(c)id-distillazzjoni.

Il-proċessi tad-dealkoħolizzazzjoni ma għandhomx jirriżultaw f’difetti organolettiċi tal-prodott tad-dwieli. L-eliminazzjoni tal-etanol fil-prodott fid-dwieli ma għandhiex issir flimkien maż-żieda tal-kontenut taz-zokkor tal-most tal-għeneb.”.

Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal spirti jew prodotti tad-dwieli kif definiti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni għall-ħall tal-inbid.

3.Dan ir-Regolament, u b’mod partikolari r-reġistrazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 52, għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-konformità tal-prodotti kkonċernati mar-regoli l-oħrajn tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mat-tqegħid tal-prodotti fis-suq, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel.;

(2)fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari, bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u fejn relevanti l-fatturi umani;”;

(3)fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, il-punt (d) jitħassar;

(4)fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 10, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(1) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f’dak il-paragrafu u jekk hija:”;

(5)fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll fir-rigward ta’ merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni u fir-rigward ta’ merkanzija mibjugħa permezz tal-kummerċ elettroniku.”;

(6)l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).”;

(b)fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-każijiet ġustifikati fejn jintwera li:”;

(7)jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

“Artikolu 16 a
Indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill * għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. L-Ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-Ispeċifikazzjonijiet għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

*Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).”;

(8)fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 21, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 51(1) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien u jekk hija:”;

(9)jiddaħħal l-Artikolu 24 a li ġej:

“Artikolu 24 a
Perjodi tranżizzjonali għall-użu ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti lid-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 24(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li dan l-isem kien użat fis-suq tal-Unjoni b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2).";

(10)fl-Artikolu 49, jiżdiedu l-paragrafi 8 u 9 li ġejjin:

“8.L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk tinbeda xi proċedura quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor, dwar applikazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 4.

9.Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-iskrutinju tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 sakemm qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor tkun iddeċidiet fuq kontestazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni meta l-Istat Membru jkun ħa deċiżjoni favorevoli fi proċedura nazzjonali skont il-paragrafu 4.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2).

(11)l-Artikolu 50 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 50
Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li hi tirċievi skont l-Artikolu 49(4) u (5). Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjonijiet għal żbalji evidenti, b’kont meħud tal-eżitu tal-proċedura ta’ skrutinju u ta’ oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat

L-iskrutinju mill-Kummissjoni jenħtieġ li ma jeċċedix perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ meta tkun waslet l-applikazzjoni mill-Istat Membru. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta’ ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

2.Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 ikunu ssodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, jew li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (2) ġew issodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, id-Dokument Uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott;

(b)għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, l-Ispeċifikazzjoni.

(12)l-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, li tkun stabbilita jew residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun saret l-applikazzjoni, tista’ tippreżenta dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun residenti jew stabbilita fil-limiti ta’ perjodu taż-żmien li jippermetti li tiġi ppreżentata oppożizzjoni skont l-ewwel subparagrafu.

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ammissibbiltà tad-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni b’mod partikolari abbażi tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 fir-rigward tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u b’mod partikolari abbażi tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 fir-rigward tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.”;

(c)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.Jekk il-Kummissjoni tqis li d-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni tkun ammissibbli hija għandha, fi żmien ħames xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tistieden lill-awtorità jew lill-persuna li tkun bagħtet id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u lill-awtorità jew il-korp li ppreżentaw l-applikazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa ma’ xulxin għal perjodu raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur.

L-awtorità jew persuna li ppreżentaw id-dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet xierqa mingħajr dewmien żejjed. Dawn għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni.

Fi kwalunkwe żmien matul dan il-perjodu ta' konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tal-applikant, testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’massimu ta’ tliet xhur.

(d)il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5. Id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u dokumenti oħra li jintbagħtu lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.";

(13)fl-Artikolu 52, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli skont l-Artikolu 51, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jirreġistraw l-isem.";

(14)fl-Artikolu 53, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.L-emendi għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott huma kklassifikati f’żewġ kategoriji f’dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom: L-emendi tal-Unjoni, li jeħtieġu proċedura ta’ oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni u l-emendi standard li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-pajjiż terz.

Emenda titqies bħala emenda tal-Unjoni meta:

(a)tinkludi bdil fl-isem ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta, ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew ta’ speċjalità tradizzjonali garantita;

(b)hemm ir-riskju li tinvalida r-rabtiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u fl-Artikolu 5(2) għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(c)tintroduċi bidliet fil-metodu tal-produzzjoni jew lill-użu tal-materja prima u tal-ingredjenti li jiddevjaw minn din il-prattika tradizzjonali u lill-użi għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

(d)tinvolvi restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

L-emendi l-oħra kollha lill-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodotti jiġu kkunsidrati bħala emendi standard. Emenda temporanja li tikkonċerna bidla temporanja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew emenda temporanja meħtieġa minħabba diżastru naturali jew kundizzjonijiet tat-temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti huma meqjusa wkoll bħala emendi standard.

L-emendi tal-Unjoni għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52.

L-emendi standard għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat u għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-pajjiżi terzi għandhom japprovaw l-emendi standard f’konformità mal-liġi applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.

L-emendi għandhom jiġu skrutinizzati b’kunsiderazzjoni tal-elementi l-oħra tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-pProdott. Fejn xieraq, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistieden lill-applikant biex jimmodifika elementi oħra tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott.

3.Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv tal-emendi tal-Unjoni u l-emendi standard lill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, inkluż fejn l-emenda ma tinvolvi l-ebda tibdil lid-Dokument Uniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta’ applikazzjoni għal emenda.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda u dwar in-notifika tal-emendi standard lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).”;

(15)fil-punt I tal-Anness I, jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“-inbejjed aromatizzati kif definiti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014;

-xarbiet alkoħoliċi oħrajn, ħlief għal xorb spirituż u prodotti tad-dwieli kif definiti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”.

Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 251/2014

(1)it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettartal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91”

(2)fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat.”;

(3)fl-Artikolu 2, il-punt 3 jitħassar;

(4)fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b’indikazzjoni ġeografika ta’ prodott tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(5)fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.L-isem tal-indikazzjoni ġeografika ta’ prodott tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) 1151/2012 għandu jidher fuq it-tikketta fil-lingwa jew fil-lingwi li fihom huwa rreġistrat, anki meta l-indikazzjoni ġeografika tissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ skont l-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn l-isem ta' indikazzjoni ġeografika ta’ prodott tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) 1151/2012 ikun miktub b'alfabett mhux Latin, dan jista’ jidher ukoll f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Unjoni.”;

(6)l-Artikolu 9 jitħassar;

(7)il-Kapitolu III jitħassar.

Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 228/2013

Fl-Artikolu 30, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2. Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV, sa somma annwali massima ta’:

-fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 267 580 000

-Azores u Madeira:EUR 102 080 000

-il-Gżejjer Kanarji:EUR 257 970 000

3. L-ammonti għal kull sena finanzjarja għall-finanzjament tal-miżuri previsti fil-Kapitolu III ma jistgħux ikunu akbar mill-ammonti li ġejjin:

-fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 25 900 000

-Azores u Madeira:EUR 20 400 000

-il-Gżejjer Kanarji:EUR 69 900 000

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti li f’konformità magħhom l-Istati Membri jistgħu jemendaw l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti li jibbenefikaw mill-arranġamenti ta’ provvista. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).”.

Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 229/2013

Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont massimu ta’ EUR 23 000 000.

3. L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma għandux ikun ta’ aktar minn EUR 6 830 000.”

Artikolu 6
Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Ir-regoli applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi li tirċievi l-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet ta 'oriġini protetti , l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li tirċievi l-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.Ir-regoli applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ismijiet ta’ nbejjed aromatizzati bħala indikazzjoni ġeografika li tirċievi l-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, id-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 kif emendat bil-punt (13) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

3.L-Artikoli 29 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-1 ta’ Jannar 2021 fir-rigward tan-nefqa mġarrba qabel l-1 ta’ Jannar 2021 fl-iskemi ta’ għajnuna msemmija f’dawk l-Artikoli.

Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [X] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1)(b), (4), (8), (17), (22), (27), (28) u (31) tal-Artikolu 1, u l-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA

1.1.It-titlu tal-proposta

a) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

b) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika agrikola komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

c) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Raggruppament ta’ programmi 8 — Politika Agrikola u Marittima taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021–2027 — Riżorsi naturali u Ambjent

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 22  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jimmiraw li:

(a) il-produzzjoni agrikola tiżdied (inkluż permezz tal-progress tekniku u l-aħjar użu tal-fatturi tal-produzzjoni);

(b) u b’hekk tassigura livell ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola (inkluż biż-żieda tad-dħul finanzjarju);

(c) is-swieq jiġu stabilizzati;

(d) id-disponibbiltà tal-provvisti tiġi żgurata; u

(e) ikun żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

Dawn huma aġġustati u artikolati għall-isfidi msemmija fit-taqsima 1.4.2 hawn taħt sabiex l-enfasi titpoġġa fuq l-10 prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2015–2019 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u sabiex jiġi ssodisfat dan ta’ hawn fuq, il-proposti għandhom l-għan li jistabbilixxu l-qafas leġiżlattiv tal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu 2021–2027 — PAK aktar sempliċi, aktar intelliġenti, moderna u aktar sostenibbli.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

In-natura transfruntiera u globali tal-isfidi ewlenin li qed jiffaċċjaw l-agrikoltura u ż-żoni rurali tal-UE teħtieġ politika komuni fil-livell tal-UE. Il-PAK tindirizza dawk l-isfidi billi:

● tiżgura kundizzjonijiet indaqs fis-suq uniku permezz ta’ sistema komuni ta’ protezzjoni tal-introjtu li tirfed is-sigurtà tal-ikel u tevita d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni;

● issaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur tal-biedja tal-UE meħtieġa biex tiġi sfruttata l-globalizzazzjoni u

● tagħti r-riżultati fil-konfront tad-dimensjonijiet ewlenin tal-isfidi tas-sostenibbiltà bħat-tibdil fil-klima, l-użu tal-ilma, il-kwalità tal-arja u l-bijodiversità permezz tal-arkitettura ambjentali tal-PAK.

F’oqsma oħra, dimensjoni b’saħħitha għall-UE kollha jeħtieġ li tkun ikkombinata ma’ aktar sussidjarjetà. Dawn l-oqsma jinkludu s-sikurezza alimentari (eż. l-armonizzazzjoni tal-istandards), l-isfidi taż-żoni rurali (b’lakuni kbar fil-qgħad rurali bejn l-Istati Membri), infrastruttura u servizzi rurali fqar, nuqqasijiet fir-riċerka u fl-innovazzjoni, u l-problemi marbuta mal-kwalità tal-ikel, mas-saħħa pubblika u man-nutrizzjoni. B’reazzjoni xierqa fil-livell tal-UE għal dawn l-isfidi, jista’ jkun hemm azzjoni aktar effettiva u effiċjenti meta kkumbinata ma’ iżjed flessibbiltà fil-livell tal-Istati Membri.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-qafas tal-politika attwali, konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati kif ukoll analiżi tal-isfidi u l-ħtiġijiet tal-ġejjieni, saret valutazzjoni komprensiva tal-impatt. Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-valutazzjoni tal-impatt u l-memorandum ta’ spjegazzjoni li qegħdin jakkumpanjaw il-proposti legali.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

Fil-biċċa l-kbira fir-rigward tal-PAK, se jinkisbu sinerġiji sinifikanti u effetti ta’ simplifikazzjoni billi, taħt qafas strateġiku wieħed tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, tiġi inkluża l-implimentazzjoni tal-interventi ffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR. L-istrutturi diġà stabbiliti fl-Istati Membri għandhom ikunu sostnuti, filwaqt li r-regoli tal-ġestjoni u l-kontroll għandhom jiġu ssimplifikati u mfassla għall-interventi speċifiċi implimentati mill-Istati Membri.

Il-PAK iżżomm sinerġiji b’saħħithom mal-politika dwar il-klima u dwar l-ambjent, dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sikurezza alimentari, dwar l-aġenda diġitali fiż-żoni rurali u l-bijoekonomija, dwar iż-żieda tal-għarfien u tal-innovazzjoni u l-politika tal-viċinat, dwar il-politika kummerċjali u ta’ żvilupp, u dwar Erasmus +.

Il-PAK se taħdem f’sinerġija u komplementarjetà ma’ politiki u fondi oħra tal-UE, bħall-azzjonijiet implimentati taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-fond InvestEU, id-disa’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka kif ukoll il-politika ambjentali u dik relatata mal-klima. Fejn xieraq, se jiġu stabbiliti regoli komuni sabiex jimmassimizzaw il-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, filwaqt li jiġi żgurat li jiġu rrispettati l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn il-politiki.

Is-sinerġiji mal-Programm Qafas ta’ Riċerka (FP) se jkunu żgurati fir-raggruppament FP9 dwar "Ikel u Riżorsi Naturali" li l-objettiv tiegħu huwa li l-agrikoltura u s-sistemi tal-ikel isiru kompletament sikuri, sostenibbli, reżiljenti, ċirkulari, diversi u innovattivi. Il-PAK se tibni rabtiet saħansitra iktar b’saħħithom mal-politika tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE billi tintroduċi l-bijoekonomija bħala prijorità għall-PAK. Fir-raggruppament dwar “Riżorsi Alimentari u Naturali”, l-enfasi jingħata wkoll lill-ksib tal-benefiċċji tar-revoluzzjoni diġitali, sabiex l-attivitajiet ta’ Riċerka u Innovazzjoni jkomplu jagħtu kontribut lit-trasformazzjoni tal-agrikoltura u taż-żoni rurali.

Il-proposti leġiżlattivi kkonċernati minn din id-dikjarazzjoni finanzjarja jenħtieġ ikunu kkunsidrati fil-kuntest usa’ tal-proposta għar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni li jistabbilixxi qafas uniku ta’ regoli komuni għall-fondi bħalma huma l-FAEŻR, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u oħrajn. Dak ir-regolament ta’ qafas se jagħmel kontribuzzjoni importanti għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv, għall-infiq tal-fondi tal-UE b’mod effettiv u biex is-simplifikazzjoni titqiegħed fil-prattika.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

durata limitata

   fis-seħħ mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

   L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

 durata illimitata għal Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew

Implimentazzjoni mill-2021 (sena baġitarja).

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 23  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

   mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-ebda tibdil ta' sustanza meta mqabbel mal-qagħda preżenti, jiġifieri l-maġġoranza tan-nefqa kkonċernata mill-proposti leġiżlattivi dwar il-PAK se tkun ġestita mill-ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri. Madankollu, parti ferm żgħira se tkompli taqa' taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Għandu jiġu stabbilit qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni bil-ħsieb li:

(a)    jevalwa l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-PAK;

(b)    jistabbilixxi miri u objettivi għall-objettivi speċifiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(c)    jimmonitorja l-progress li sar lejn il-ksib tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(d)    jevalwa l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(e)    jappoġġa proċess ta’ tagħlim komuni marbut mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

L-Awtorità ta’ Ġestjoni u l-Kumitat għall-Monitoraġġ se timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-progress li jsir lejn il-ksib tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni

Sal-15 ta’ Frar 2023 u l-15 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2030, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK matul is-sena finanzjarja preċedenti. Dawn ir-rapporti għandhom jagħtu tagħrif kwalitattiv u kwantitattiv ewlieni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’referenza għad-data finanzjarja, għall-indikaturi tal-output u tar-riżultati. Dawn għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar l-outputs imwettqa, in-nefqa mwettqa, ir-riżultati mwettqa u d-distanza mill-miri rispettivi tagħhom.

Id-data trażmessa għandha tkun marbuta mal-valuri miksuba għall-indikaturi għal interventi parzjali u interventi implimentati bis-sħiħ. Għandhom juru wkoll sinteżi tal-istat ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK miksub matul is-sena finanzjarja preċedenti, u kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward ta’ devjazzjonijiet minn miri, b’enfasi fuq ir-raġunijiet u, fejn rilevanti, il-miżuri meħuda.

Il-Kummissjoni għandha twettaq Reviżjoni Annwali tal-Prestazzjoni u Approvazzjoni Annwali tal-Prestazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-rapporti Annwali tal-Prestazzjoni.

L-evalwazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ex ante, inkluża analiżi tas-saħħa, tad-dgħufijiet, tal-opportunitajiet u tat-theddid rilevanti għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat sabiex jidentifikaw il-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-evalwazzjonijiet tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jitwettqu mill-Istati Membri sabiex itejbu l-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet, kif ukoll biex jivvalutaw l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-UE u l-impatt tagħhom b’rabta mal-kontribut tagħhom għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK.

Valutazzjoni tal-prestazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ evalwazzjoni pluriennali tal-PAK li għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ nofs it-terminu biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-Fondi, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi stabbiliti fl-Anness VII. Il-Kummissjoni tista’ tuża l-informazzjoni kollha rilevanti li diġà hija disponibbli skont l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-Fondi.

Fuq il-bażi tal-evidenza pprovduta fl-evalwazzjonijiet dwar il-PAK, inklużi l-evalwazzjonijiet tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, kif ukoll sorsi rilevanti tal-informazzjoni oħrajn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport inizjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi l-ewwel riżultati dwar il-prestazzjoni tal-PAK, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2025. It-tieni rapport li jinkludi valutazzjoni tar-rendiment tal-PAK għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Diċembru 2031.

Rappurtar ibbażat fuq sett ewlieni ta’ indikaturi

L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija l-bażi li fuqha l-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi matul il-perjodu kollu ta’ programmar u għal dan il-għan jintuża sett ewlieni ta’ indikaturi.

F’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu 38(3)(e) (i) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni tal-prestazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu mkejla permezz ta’ sett ewlieni ta’ indikaturi.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Il-PAK hija primarjament implimentata b’ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Il-korpi ta’ governanza stabbiliti fl-Istati Membri, b’mod partikolari l-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni, urew li huma effettivi fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE u fl-iżgurar ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Ir-rata baxxa kostanti ta’ żbalji fil-PAK fis-snin l-aktar riċenti turi li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti mill-Istati Membri li jiffunzjonaw kif suppost u jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli.

Il-mudell il-ġdid ta’ konsenja tal-PAK jirrikonoxxi din is-sitwazzjoni billi jagħti aktar sussidjarjetà lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet u fil-ġestjoni tas-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ fi ħdan sett aktar ġenerali ta’ regoli fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, wara l-istrateġija dwar l-ibbaġitjar iffukata fuq ir-riżultati u l-pagamenti orjentati lejn il-prestazzjoni, il-PAK se torbot l-eliġibbiltà tal-pagamenti mar-riżultati prattiċi fuq il-post. Għalhekk, il-prestazzjoni qiegħda fil-qalba tal-mudell ta’ ġestjoni u assigurazzjoni finanzjarja fil-proposti leġiżlattivi għall-PAK wara l-2020.

L-istrateġija ta’ kontroll għall-perjodu l-ġdid se tkun kompletament konformi mal-approċċ ta’ verifika unika, biex jiġi żgurat li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu l-garanzija meħtieġa. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ governanza fis-seħħ u l-affidabbiltà tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni. Kif inhu l-każ bħalissa, ser ikun hemm strateġija ta’ verifika mfassla fil-bidu tal-perjodu u programm ta’ ħidma pluriennali.

Fil-qosor, il-Kummissjoni se tiżgura li s-sistemi ta’ governanza stabbiliti fl-Istati Membri qed jaħdmu effettivament, se tirrimborża l-pagamenti mġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u se twettaq approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni li tevalwa r-riżultati miksuba rrapportati mill-Istati Membri.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Hemm aktar minn seba’ miljun benefiċjarju tal-PAK, li jirċievu appoġġ fil-kuntest ta’ varjetà kbira ta’ skemi ta’ għajnuna differenti. Ix-xejra ta’ tnaqqis fir-rata tal-iżbalji fil-qasam tal-PAK turi sistemi robusta u affidabbli ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fl-aġenziji tal-pagamenti.

Il-PAK ġiet implimentata s’issa permezz ta’ regoli ta’ eliġibbiltà dettaljati fil-livell tal-benefiċjarju li żiedu l-kumplessità, il-piż amministrattiv u r-riskju tal-iżbalji. L-ispejjeż tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, sabiex jittaffa dan ir-riskju, ġew ikkunsidrati bħala pjuttost sproporzjonati.

Il-pakkett leġiżlattiv għall-PAK wara l-2020 naqqas sostanzjalment l-element tal-konformità, u żied il-fokus fuq il-prestazzjoni. L-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE għandhom jiġu sodisfatti mill-Istati Membri li mbagħad jenħtieġ jistabbilixxu sistema xierqa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. L-Istati Membri se jkollhom aktar flessibbiltà biex ifasslu l-iskemi u l-miżuri li jissodisfaw aħjar ir-realtajiet konkreti tagħhom. Għalhekk, il-finanzjament tal-PAK se jkun ikkundizzjonat għal twettiq strateġiku tal-politika lejn għanijiet komuni definiti fil-livell tal-UE. Il-Pjan tal-PAK se jkun il-ftehim bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fejn l-istrateġija għal 7 snin, il-miri, l-interventi u n-nefqa ppjanata jkunu stabbiliti u approvati.

Il-proposta għar-regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni taddatta l-istabbiliment attwali għal dan il-mudell ġdid ta’ implimentazzjoni, filwaqt li żżomm il-korpi ta’ governanza li jaħdmu tajjeb (l-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni). Bħal fis-sitwazzjoni preżenti, kull sena, il-kap ta’ kull aġenzija tal-pagamenti huwa mitlub jipprovdi dikjarazzjoni tal-ġestjoni li tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament xieraq tal-istrutturi ta’ governanza, inkluż it-twettiq tar-rekwiżiti bażiċi tal-UE, u l-affidabbiltà ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni. Korp tal-verifika indipendenti (il-Korp ta’ Ċertifikazzjoni) huwa meħtieġ biex jagħti opinjoni dwar dawn l-elementi.

In-nefqa titnaqqas jekk l-Istat Membru ma jkunux ta riżultati bl-istandards miftiehma. Il-verifiki ta’ konformità xorta ser jitwettaq sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament tal-istrutturi ta’ governanza. Il-Kummissjoni se tkompli tagħmel verifiki tan-nefqa agrikola, billi tuża approċċ ibbażat fuq ir-riskju sabiex tiżgura li l-eżerċizzji tal-verifika huma mmirati lejn dawk l-oqsma bl-akbar riskju, skont il-prinċipju ta’ awditu uniku. Barra minn hekk, hemm mekkaniżmi ċari għas-sospensjonijiet tal-pagamenti għal każijiet ta’ nuqqasijiet fl-istrutturi tal-governanza jew ta’ xejriet sinifikanti ta’ sottoprestazzjoni.

Ir-riskju ewlieni previst għall-perjodu l-ġdid huwa li l-allevjazzjoni tar-regoli konkreti u dettaljati dwar kif is-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll fl-Istati Membri jenħtieġ tiġi stabbilita fil-livell tal-aġenziji tal-pagamenti jista’ jkollha impatt fuq ir-reputazzjoni tal-Kummissjoni f’każijiet fejn ir-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti mill-Istati Membri ma jiġux rispettati. Jenħtieġ jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni se tiżgura li hemm fis-seħħ sistemi ta’ governanza u qegħdin jinkisbu outputs u riżultati. Fl-ispirtu ta’ bbaġitjar iffukat fuq ir-riżultati, il-Kummissjoni se tpoġġi l-enfasi fuq dak li l-politika twettaq.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-mudell tal-implimentazzjoni l-ġdid għall-PAK mistenni li jnaqqas b'mod sinifikanti l-ispiża tal-kontrolli, kemm għall-Istati Membri u kif ukoll għall-benefiċjarji.

Ir-rekwiżiti fil-livell tal-UE tnaqqsu b’mod sinifikanti u ġew stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri, li jenħtieġ jużaw din l-opportunità biex jadattaw l-obbligi li għandhom jitwettqu mill-benefiċjarji għaċ-ċirkostanzi nazzjonali jew reġjonali konkreti.

L-Istati Membri se jiddefinixxu s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll fi ħdan il-qafas issimplifikat tal-UE definit fil-proposti leġiżlattivi. Is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), responsabbli għal madwar 88 % tal-pagamenti tal-PAK, se tinżamm għalkemm xi elementi speċifiċi, li s’issa kienu definiti fil-livell tal-UE, se jitħallew f’idejn l-Istati Membri. Għalhekk, l-intensità u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kontrolli li huma l-ogħla fattur tal-ispejjeż ma għadux definit fil-livell tal-UE.

Il-fokus fuq il-prestazzjoni teħtieġ sistema ta’ rappurtar robusta u affidabbli, li kif imsemmi fit-taqsimiet preċedenti, se jkun soġġett għal verifika indipendenti. Madankollu, mhuwiex mistenni li dan ikollu impatt sinifikanti fuq il-piż amministrattiv tal-Istati Membri, billi l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-outputs huma diġà disponibbli fl-aġenziji tal-pagamenti akkreditati.

L-Istati Membri għandhom il-potenzjal li jissimplifikaw u jnaqqsu l-piż amministrattiv marbut mal-ġestjoni u l-kontroll tal-PAK, peress li dawn se jkunu jistgħu jfasslu r-regoli tal-eliġibbiltà fil-livell tal-benefiċjarji u jiddeċiedu huma liema jkun l-aħjar mezz għall-kontroll (u mhux skont approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd). Kif iddikjarat fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposti leġiżlattivi tal-PAK, il-kapitolu dwar is-simplifikazzjoni, l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għall-PAK il-ġdida mhumiex mistennija li jkunu ogħla (attwalment 3,6 %), anke meta titqies l-enfasi msaħħa fuq il-prestazzjoni ta’ rappurtar.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-livell mistenni tal-iżbalji, skont il-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid, l-eliġibbiltà tal-infiq tiġi vvalutata f’termini tal-outputs miksuba. Għalhekk, l-iżbalji mhux se jiġu kkalkulati fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet individwali iżda fil-livell tal-outputs miksuba f’relazzjoni mal-infiq rimborżat. In-nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti se titnaqqas fil-qafas tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali, sabiex il-baġit tal-UE jibqa’ protett.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-pakkett leġiżlattiv jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-prevenzjoni effettiva kontra l-frodi, l-aktar fl-oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi. L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, u jirkupraw kwalunkwe pagamenti irregolari flimkien mal-interessi.

Dawn ir-rekwiżiti bażiċi tal-UE huma parti mill-istrutturi ta’ governanza li se jiġu awditjati mill-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni u b’approċċ ibbażat fuq ir-riskju, ukoll mill-Kummissjoni wara l-prinċipju ta’ verifika unika.

Id-dettalji ser jiġu indirizzati, kif xieraq, f’verżjoni riveduta tal-Istrateġija Kontra l-Frodi AGRI. Madankollu, mhuwiex mistenni li t-tipoloġija tal-frodi u irregolaritajiet serji oħra fil-futur se tinbidel b’mod sostanzjali meta mqabbel mal-istatus quo.

L-approċċ attwali tal-għoti ta’ taħriġ immirat lill-Istati Membri dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet serji l-oħra, aktarx jiġi estiż għall-PAK tal-ġejjieni. L-istess japplika għan-noti ta’ gwida tematika għall-Istati Membri dwar l-oqsma speċifiċi ta’ riskju għoli.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA

L-ammonti indikati f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja huma espressi fi prezzijiet kurrenti.

Minbarra t-tibdiliet li jirriżultaw mill-proposti leġiżlattivi kif elenkati fit-tabelli mehmużin hawn taħt, il-proposti leġiżlattivi jimplikaw aktar tibdiliet li ma jkollhomx impatt finanzjarju.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-infiq marbut mas-suq, jenħtieġ ikun enfasizzat li l-ammonti kkunsidrati għan-nefqa marbuta mas-suq huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li ma kienx hemm xiri sfurzat b’intervent pubbliku u miżuri oħra marbuta ma’ sitwazzjoni ta’ kriżi fi kwalunkwe settur.

Se tiġi stabbilita riżerva agrikola ġdida fil-FAEG, biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lis-settur agrikolu għall-fini ta’ xibka ta’ miżuri ta’ sikurezza fil-kuntest tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u/jew f’każ ta’ kriżijiet li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. L-ammont tar-riżerva se jkun mill-inqas EUR 400 miljun fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja. L-ammonti mhux użati tar-riżerva ta’ kriżi agrikola għas-sena finanzjarja 2020 se jiġi riportat għas-sena finanzjarja 2021 biex tiġi stabbilita r-riżerva; fil-perjodu 2021–2027 se japplika r-riportament annwali tal-ammonti mhux użati F’każ li r-riżerva tiġi użata, terġa’ timtela bl-użu tad-disponibbiltajiet baġitarji eżistenti jew permezz ta’ approprjazzjonijiet ġodda. F’każ li s-sottolimitu speċifiku tal-FAEG ffissat fil-QFP 2021–2027 jinqabeż, tapplika d-dixxiplina finanzjarja biex tkopri l-ħtiġijiet kollha ‘l fuq mis-sottolimitu, inklużi dawk għar-riforniment tar-riżerva. Għalhekk, l-applikazzjoni ripetuta tad-dixxiplina finanzjarja għall-fini tat-twaqqif ta’ riżerva mhux previst fil-perjodu 2021–2027. Il-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja se jibqa’ għall-fini li jiġi żgurat ir-rispett tas-sottolimitu massimu tal-FAEG.

Fir-rigward tat-tipi ta’ interventi tal-pagamenti diretti, il-limitu nett għas-sena finanzjarja 2021 (is-sena kalendarja 2020) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa ogħla mill-ammonti allokati għat-tipi ta’ interventi tal-pagamenti diretti indikati fit-tabelli mehmużin, u konsegwentement se jkollhom bżonn jiġu aġġustati skont il-qbil finali dwar il-pakkett finanzjarju tal-PAK qabel l-iskadenzi meħtieġa għall-implimentazzjoni f’waqtha fl-Istati Membri.

Il-proposta tinkludi klawżola ta’ kontinwazzjoni tal-proċess tal-konverġenza esterna tal-pagamenti diretti: l-Istati Membri b’livell ta’ appoġġ medju inqas minn 90 % tal-medja tal-UE se jagħlqu 50 % tad-distakk għal 90 % tal-medja tal-UE f’6 passi gradwali li se jibdew fl-2022. L-Istati Membri kollha se jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ din il-konverġenza. Din hi riflessa fl-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti fl-Anness IV tar-Regolament tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

L-impatt tat-tnaqqis tal-pagamenti b’appoġġ dirett lill-bdiewa huwa newtrali f’termini tal-baġit għall-allokazzjoni tal-pagamenti diretti, billi l-prodott tat-tnaqqis tal-pagamenti se jintuża biex jiffinanzja l-pagament ridistributtiv fl-istess Stat Membru. F’każ li l-prodott tat-tnaqqis tal-pagamenti ma jkunx jista' jkun akkomodat fil-finanzjament tat-tipi ta’ interventi tal-pagamenti diretti, dan jiġi ttrasferit lill-allokazzjoni tal-FAEŻR għall-Istat Membru kkonċernat. L-ammonti ta’ tali trasferiment possibbli f’dan l-istadju ma jistgħux ikunu kkwantifikati.

Fir-rigward tad-dħul assenjat lill-FAEG, l-istima tirrifletti l-effett tad-differimenti u l-ħlasjiet parzjali mogħtija fid-deċiżjonijiet ta’ tal-approvazzjoni tal-passat li se jissarrfu wara l-2020, u d-dħul assenjat stmat mill-approvazzjoni u mill-irregolaritajiet li għandu jinġabar. Dan tal-aħħar huwa supponut li se jonqos meta mqabbel mal-livelli attwali wara l-introduzzjoni tal-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid.

Fir-rigward tal-FAEŻR, il-proposta tipprevedi tnaqqis fir-rati ta’ kofinanzjament tal-UE bl-istess mod bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej l-oħrajn. Dan, flimkien mal-allokazzjoni għat-tipi ta’ interventi tal-FAEŻR, se jippermetti li l-appoġġ pubbliku jinżamm fiż-żoni rurali Ewropej fil-biċċa l-kbira mingħajr bidla. L-allokazzjoni bejn l-Istati Membri hija bbażata fuq kriterji oġġettivi u l-prestazzjoni tal-passat.

Il-proposti ta’ riforma jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Istati Membri grad ta’ flessibbiltà fir-rigward tal-allokazzjoni tagħhom għat-tipi ta’ interventi tal-pagamenti diretti u għat-tipi ta’ interventi tal-iżvilupp rurali, kif ukoll bejn l-allokazzjoni għat-tipi ta’ interventi tal-pagamenti diretti u għal ċerti tipi ta’ interventi settorjali. F'każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw dik il-flessibbiltà, dan għandu jħalli konsegwenzi finanzjarji fil-limiti tal-ammonti finanzjarji pprovduti, li f'dan l-istadju ma jistgħux ikunu kwantifikati.

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-lista preliminari tal-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti 24  

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 3:

Riżorsi Naturali u Ambjent

Diff./mhux diff 25 .

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 26

mingħand il-pajjiżi kandidati 27

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

3

[08.01.YY] Assistenza teknika nonoperazzjonali tal-FAEG

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.01.YY] Assistenza teknika nonoperazzjonali tal-FAEŻR

Mhux diff

LE

LE

LE

LE

3

[08.01.YY] Aġenziji eżekuttivi

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.02.YY] Riserva Agrikola

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.02.YY] Tipi ta' interventi settorjali ta’ taħt il-pjan tal-PAK

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.02.YY] Infiq relatat mas-suq barra mill-pjan tal-PAK

Diff. u mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.02.YY] Tipi ta’ interventi fil-forma ta' pagamenti diretti taħt il-pjan tal-PAK

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.02.YY] Pagamenti diretti barra mill-pjan tal-PAK

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.02.YY] Assistenza teknika operazzjonali tal-FAEG

Diff. u mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

[08.03.YY] Tipi ta’ interventi għall-iżvilupp rurali 2021-2027 taħt il-pjan tal-PAK

Diff

LE

LE

LE

LE

3

[08.03.YY] Assistenza teknika operazzjonali tal-FAEŻR

Diff

LE

LE

LE

LE

7

[08.01.YY] Nefqa b’rabta ma’ aġenti uffiċjali u temporanji tal-qasam ta’ politika “Agrikoltura u żvilupp rurali”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

[08.01.YY] Persunal estern u nefqa maniġerjali oħra b’sostenn tal-qasam ta’ politika “Agrikoltura u żvilupp rurali”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

[08.01.YY] Nefqa relatata ma’ apparat u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-qasam ta’ politika “Agrikoltura u żvilupp rurali”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Il-lista ta’ partiti baġitarji fit-tabella ta’ hawn fuq hija preliminari u ma tippreġudikax in-nomenklatura baġitarja konkreta li l-Kummissjoni se tipproponi, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali.

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (bi tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Riżorsi Naturali u Ambjent

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

08 02 YY – Riżerva agrikola

Impenji = Pagamenti

(1)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

08 02 YY – Tipi ta’ interventi settorjali taħt il-pjan tal-PAK  28

Impenji = Pagamenti

(2)

2,044.116

2,066.584

2,091.060

2,115.010

2,139.737

2,165.443

2,192.347

14,814.294

08 02 YY — Nefqa relatata mas-suq barra mill-pjan tal-PAK

Impenji

(3)

638.309

638.309

638.309

638.309

638.309

638.309

638.309

4,468.163

Pagamenti

(4)

605.136

611.601

623.808

627.643

629.770

630.334

630.314

109.558

4,468.164

08 02 YY — Tipi ta’ interventi fil-forma ta' pagamenti diretti

Impenji = Pagamenti

(5)

37,392.689

37,547.129

37,686.679

37,802.859

37,919.038

38,035.217

38,151.396

 

264,535.007

08 02 YY — Pagamenti diretti barra mill-pjan tal-PAK

Impenji = Pagamenti

(6)

421.321

421.321

421.321

421.321

421.321

421.321

421.321

 

2,949.249

08 02 YY — Assistenza teknika operazzjonali għall-FAEG 29

Impenji = Pagamenti 30

(7)

71.000

71.000

71.000

71.000

71.000

71.000

71.000

497.000

08 01 YY — Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-FAEG 31

Impenji = Pagamenti

(8)

13.000

13.000

13.000

13.000

13.000

13.000

13.000

91.000

67 01 & 67 02 — Dħul assenjat lill-FAEG

Impenji = Pagamenti

(9)

280.000

230.000

130.000

130.000

130.000

130.000

130.000

1,160.000

SUBTOTAL — FAEG

Impenji

(10)=(1+2+3+5+6+7+8-9)

40,300.435

40,527.343

40,791.369

40,931.499

41,072.405

41,214.290

41,357.373

 

286,194.715

Pagamenti

11)=(1+2+4+5+6+7+8-9)

40,267.262

40,500.635

40,776.868

40,920.833

41,063.866

41,206.315

41,349.378

109.558

286,194.715

08 03 YY — Tipi ta’ interventi tal-iżvilupp rurali

Impenji

(12)

11,230.561

11,230.561

11,230.561

11,230.561

11,230.561

11,230.561

11,230.561

 

78,613.927

Pagamenti

(13)

786.139

3,703.699

6,314.312

7,860.977

9,356.414

10,331.700

11,025.236

29,235.450

78,613.927

08 03 YY – Għajnuna teknika operazzjonali tal-UE tal-FAEŻR

Impenji = Pagamenti 32

(14)

22.147

22.147

22.147

22.147

22.147

22.147

22.147

 

155.029

08 01 YY — Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-FAEŻR

Impenji = Pagamenti

(15)

6.000

6.000

6.000

6.000

6.000

6.000

6.000

 

42.000

SUBTOTAL — FAEŻR

Impenji

(16)=(12+14+15)

11,258.708

11,258.708

11,258.708

11,258.708

11,258.708

11,258.708

11,258.708

 

78,810.955

Pagamenti

(17)=(13+14+15)

814.286

3,731.846

6,342.459

7,889.124

9,384.561

10,359.847

11,053.383

29,235.450

78,810.955

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-PAK

Impenji

=10+16

51,559.143

51,786.051

52,050.077

52,190.207

52,331.113

52,472.998

52,616.081

 

365,005.670

Pagamenti

=11+17

41,081.548

44,232.481

47,119.327

48,809.957

50,448.427

51,566.162

52,402.761

29,345.008

365,005.670

It-totali ma jaqblux minħabba l-arrotondament.



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (bi tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

125.678

125.678

125.678

125.678

125.678

125.678

125.678

879.746

Nefqa amministrattiva oħra

6.008

6.008

6.008

6.008

6.008

6.008

6.008

42.056

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji = Pagamenti

131.686

131.686

131.686

131.686

131.686

131.686

131.686

921.802

EUR miljun (bi tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

51,690.829

51,917.737

52,181.763

52,321.893

52,462.799

52,604.684

52,747.767

 

365,927.472

Pagamenti

41,213.234

44,364.167

47,251.013

48,941.643

50,580.113

51,697.848

52,534.447

29,345.008

365,927.472

It-totali ma jaqblux minħabba l-arrotondament.

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

125.678

125.678

125.678

125.678

125.678

125.678

125.678

879.746

Nefqa amministrattiva oħra

6.008

6.008

6.008

6.008

6.008

6.008

6.008

42.056

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

131.686

131.686

131.686

131.686

131.686

131.686

131.686

921.802

Barra mill-INTESTATURA 7 33
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1.850

1.850

1.850

1.850

1.850

1.850

1.850

12.950

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

17.150

17.150

17.150

17.150

17.150

17.150

17.150

120.050

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

19.000

19.000

19.000

19.000

19.000

19.000

19.000

133.000

It-totali ma jaqblux minħabba l-arrotondament.

TOTAL

150.686

150.686

150.686

150.686

150.686

150.686

150.686

1 054.802

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

845

845

845

845

845

845

845

Delegazzjonijiet

3

3

3

3

3

3

3

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  34

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

57.75

57.75

57.75

57.75

57.75

57.75

57.75

- fid-Delegazzjonijiet

1

1

1

1

1

1

1

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  35

- fil-Kwartieri Ġenerali

29

29

29

29

29

29

29

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

935.75

935.75

935.75

935.75

935.75

935.75

935.75

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

67 01 & 67 02

280

230

130

130

130

130

130

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

08 02 YY — Tipi settorjali ta’ interventi

08 02 YY — Tipi ta’ interventi fil-forma ta' pagamenti diretti

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Jekk jogħġbok ara l-kummenti fil-punt 3

(1)    [COM(2018) 322 final — Regolament QFP].
(2)    Stabbilit fl-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 834/2014 tat- 22 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall- applikazzjoni tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni.
(3)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Pjan tal-Evalwazzjoni u l-istudji 2017–2021 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali .
(4)    Ara: https://ec.europa.eu/agriculture/statistics/facts-and-figures_mt https://ec.europa.eu/agriculture/sites/agriculture/files/consultations/cap-modernising/eco_background_final_en.pdf https://ec.europa.eu/agriculture/sites/agriculture/files/consultations/cap-modernising/env_background_final_en.pdf https://ec.europa.eu/agriculture/sites/agriculture/files/consultations/cap-modernising/soc_background_final_en.pdf
(5)    Report of the Agricultural Markets Task Force (ir-rapport AMTF) (2016) Improving market outcomes enhancing the position of farmers in the supply chain .
(6)    Il-Kummissjoni Ewropea (2016), Cork 2.0: Is-sit web tal- Konferenza Ewropea dwar l-Iżvilupp Rurali .
(7)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(8)    ĠU C , , p. .
(9)    ĠU C , , p. .
(10)    Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(11)    Ir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika agrikola komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L...,..., p...).
(12)    Iċ-ċiklu ta’ Negozjati Kummerċjali Multilaterali tal-Urugwaj (1986–1994) — l-Anness 1 — l-Anness 1C — Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali relatati mal-kummerċ (WTO) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 214). 
(13)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(15)    Iċ-ċiklu ta’ Negozjati Kummerċjali Multilaterali tal-Urugwaj (1986–1994) — l-Anness 1 — l-Anness 1A — il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-Merkanzija (WTO) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1)
(16)    WT/MIN(15)/45, WT/L//980
(17)    Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(18)    Ir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar il-finanzjament u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L...,..., p...).
(19)    Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
(20)    Ir-Regolament (UE) No 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mazu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(21)    Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
(22)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(23)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(24)    Għadd ta’ linji baġitarji eżistenti se jinżamm u n-numerazzjoni għandha tiġi adattata għan-nomenklatura baġitarja l-ġdida (eż. il-kapitoli attwali 05 07 u 05 08). Wara l-iżvilupp tal-proposta tal-PAK, in-nomenklatura tista’ tiġi aġġustata.
(25)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(26)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(27)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent
(28)    Iż-żieda fit-tipi ta’ interventi settorjali taħt il-pjan tal-PAK hija spjegata mill-allokazzjoni proposta għall-appoġġ lis-settur tal-apikultura li tammonta għal EUR 60 miljun, kif ukoll mill-evoluzzjoni tal-infiq fis-settur tal-frott u tal-ħaxix, li mhijiex limitata minn pakkett fil-livell tal-UE, skont il-livell tal-eżekuzzjoni osservat fil-passat.
(29)    Inkluż ukoll l-ammonti ffinanzjati attwalment taħt il-Kapitoli 05 07 (verifika tan-nefqa agrikola) u 05 08 (Strateġija u koordinazzjoni ta’ politika fil-qasam ta’ politika Agrikoltura u żvilupp rurali).
(30)    Għas-simplifikazzjoni, l-approprjazzjonijiet għall-assistenza teknika tal-FAEG huma hawnhekk ikkunsidrati bħala mhux differenzjati. L-ammont tar-RAL għandu t-tendenza li jkun insinifikanti meta mqabbel mal-ammonti totali kkonċernati minn din id-dikjarazzjoni finanzjarja.
(31)    Inklużi l-ammonti ffinanzjati attwalment taħt il-partita 05 01 04 01 — Nefqa ta’ sostenn għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Assistenza teknika mhux operattiva u 05 01 06 01 — Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel — Kontribuzzjoni mill-programm għall-promozzjoni agrikola
(32)    Għas-simplifikazzjoni, l-approprjazzjonijiet għall-għajnuna teknika tal-FAEŻR huma hawnhekk ikkunsidrati bħala mhux differenzjati. L-ammont tar-RAL għandu t-tendenza li jkun insinifikanti meta mqabbel mal-ammonti totali kkonċernati minn din id-dikjarazzjoni finanzjarja.
(33)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(34)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(35)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").