4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/32


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 189/06)

1.   

Fl-24 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sumitomo Corporation (“SC”, il-Ġappun),

Sumitomo Mitsui Financial Group, Inc. (“FG”, il-Ġappun),

Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company, Limited (“FL”, il-Ġappun), joint venture eżistenti bejn FG u SC, ikkontrollata b’mod uniku minn FG.

SC u FG jakkwistaw fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ FL u s-sussidjarja SMFL Capital Co. Limited (“FLC”) li hija proprjetà kollha kemm tagħha (“FLC”) ħlief in-negozji tal-assigurazzjoni u tal-kiri tal-karozzi ta’ FLC li se jiġu trasferiti lil kumpanija li hija kkontrollata minn SC.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SC: kumpanija Ġappuniżi ta’ kummerċ u investiment integrati u li hija kkwotata fil-Borża u għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokjo, li hija attiva f’diversi setturi, bħall-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, trasport, il-midja, ir-riżorsi minerali, l-enerġija, il-kimiċi u l-elettronika,

—   FG: kumpanija kkwotata fil-Borża bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokjo, li toffri firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji, inklużi servizzi bankarji korporattivi, servizzi bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji għall-investiment, finanzi għall-konsumatur, karti tal-kreditu, kiri, pjattaforma għas-senserija, u servizzi ta’ riċerka finanzjarja u ta’ konsulenza,

—   FL: joint venture eżistenti bejn SC u FG bil-kwartieri ġenerali f’Tokjo. Hija tipprovdi primarjament servizzi ta’ kiri ġenerali, self, factoring, kiri ta’ ajruplani u servizzi ta’ kiri tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8927 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Financial Group/Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Company

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.