5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 33/360


L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***II

P7_TA(2011)0324

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2008/5/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 (17602/1/2010 – C7-0060/2011 – 2008/0028(COD))

2013/C 33 E/40

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17602/1/2010, C7-0060/2011) (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0040),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ttra tat-22 ta’ Ġunju 2011 li japprova il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont it-termini tal-Artikolu 294(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 66(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0177/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102 E, 2.4.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

(3)  Testi adottati tas-16.6.2010, P7_TA(2010)0222.


L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2011
P7_TC2-COD(2008)0028

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tas-6 Lulju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1169/2011.)