8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/214


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0251

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0119 – C6-0231/2007 – 2007/0143(COD))

2010/C 184 E/57

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0361) u l-proposta emendata (COM(2008)0119),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0231/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid għall-atti ġuridiċi (1),

wara li kkunsidra l-impenn magħmul mir-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tal-1 ta’ April 2009 li tiġi adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0413/2008),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2007)0143

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/138/KE.)