52008PC0644

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam. {SEC(2008) 2615} {SEC(2008) 2616} /* KUMM/2008/0644 finali - COD 2008/0198 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.10.2008

KUMM(2008) 644 finali

2008/0198 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam. {SEC(2008) 2615}{SEC(2008) 2616}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-għan ewlieni ta' din il-proposta huwa li tikkomplementa u tirfed il-qafas ta' politika attwali tal-UE u tappoġġa l-ġlieda internazzjonali kontra l-qtugħ illegali ta' siġar u kummerċ marbut miegħu.

- Il-kuntest ġenerali

Il-qtugħ illegali jseħħ meta l-injam jinħasad, jiġi pproċessat jew innegozjat bi ksur ta' liġijiet nazzjonali applikabbli fil-pajjiż ta' ħsad. Ir-raġunijiet huma bosta iżda fil-bidu nett hemm id-domanda għolja għall-injam u r-regoli dgħajfa biex jieqaf il-kummerċ f'injam maħsud b'mod illegali. Il-qtugħ illegali huwa parti minn problema ikbar li tinkludi kwistjonijiet ta' governanza ta' foresti, infurzar ta' liġijiet u korruzzjoni.

In-natura klandestina tiegħu tagħmilha diffiċli li ssir stima tal-iskala u l-valur iżda xhieda turi li din hija problema sostanzjali u li qed tikber. F'ħafna pajjiżi, il-qtugħ illegali huwa simili fid-daqs jew anki ikbar mill-attivitajiet ta' qtugħ legali. Fl-Ewropa huwa preżenti wkoll għalkemm mhux b'rati sinifikanti.

Il-qtugħ illegali għandu sehem ewlieni fid-deforestazzjoni globali li jġib ħsara ambjentali kbira. Id-deforestazzjoni hija responsabbli għal madwar 20% tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra (aktar mill-emissjonijiet globali totali mis-settur tat-trasport) u hija kawża ewlenija għat-telf globali tal-bijodiversità.

Barra minn hekk, il-qtugħ illegali jimmina l-kompetittività tal-operazzjonijiet leġittimi tal-industrija tal-foresti fil-pajjiżi li jesportaw u dawk li jimportaw u lill-gvernijiet jiswilhom telf ta' dħul sinifikanti. Huwa jimmina l-istat tad-dritt u l-prinċipji ta' governanza demokratika, ifixkel l-iżvilupp sostenibbli f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw u jista' jiffinanzja l-konflitti armati. L-impatt soċjali tal-qtugħ illegali huwa anqas magħruf sewwa. Iżda, ġew iddokumentati abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem.

L-Unjoni Ewropea tkompli tniedi u tappoġġja inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali biex trawwem l-impenn u ssaħħaħ il-ħidma biex tindirizza l-qtugħ illegali u kummerċ marbut miegħu. Il-Kummissjoni Ewropea u ħafna Stati Membri huma involuti b'mod attiv f'bosta minn dawn l-inizjattivi, bħall-proċessi reġjonali tal-FLEG. Hija timpenja ruħha wkoll f'diskussjonijiet bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi kemm f'fora multilaterali bħall-Forum tal-NU dwar il-Foresti u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali u f'taħditiet bilaterali ma' pajjiżi ewlenin li jikkunsmaw l-injam bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ġappun, biex tiddiskuti din il-problema. Il-Kummissjoni tuża wkoll l-opportunità ta' negozjati attwali għal Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni kif ukoll Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles biex tqajjem il-kwistjoni tal-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-Foresti, inkluż il-qtugħ illegali u kummerċ marbut miegħu.

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2003 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi dwar il-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT)[1] biex tindirizza l-problema tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu. Din l-inizjattiva rriflettiet mill-qrib l-impenn magħmul mill-Kummissarju Nielson fl-2002 fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-momentum li nbena fil-proċessi reġjonali organizzati mill-Bank Dinji, l-aktar il-laqgħa ta' livell għoli dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar il-Foresti u l-Governanza (FLEG) li saret f'Bali fl-2001.

Il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT tal-UE jistabbilixxi pakkett ta' miżuri inklużi, fost l-oħrajn, appoġġ għall-pajjiżi li jipproduċu l-injam, sforzi biex tiġi żviluppata kollaborazzjoni multilaterali biex jiġi miġġieled il-kummerċ fl-injam maħsud b'mod illegali, inizjattivi fis-settur privat kif ukoll miżuri biex jiġi evitat l-investiment f'attivitajiet li jinkoraġġixxu l-ħsad illegali, u l-injam tal-gwerra.

Element ċentrali tal-Pjan ta' Azzjoni FLEGT tal-UE kienet il-proposta għal skema ta' liċenzjar FLEGT, li permezz tagħha l-esportazzjonijiet tal-injam lejn l-UE mill-pajjiżi li jieħdu sehem fiha jkunu koperti minn liċenzja (FLEGT) li tixhed li l-injam inħasad b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Il-Kunsill adotta r-Regolament FLEGT fl-2005[2] li jistabbilixxi l-qafas legali għall-importazzjonijiet fl-UE ta' njam li joriġina f'pajjiżi msieħba u awtorizza lill-Kummissjoni biex tniedi negozjati mal-pajjiżi produtturi u organizzazzjonijiet reġjonali li lissnu interess li jidħlu fi Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (FLEGT VPAs) mal-UE.

Sa Ottubru 2008, ħames pajjiżi - Il-Malażja, l-Indoneżja, il-Kamerun, il-Kongo (Brazzaville), u l-Gana - bdew jinnegozjaw ftehim ta' dan it-tip mal-UE u hemm konsultazzjonijiet informali ma' għadd ta' pajjiżi oħra produtturi li lissnu interess. L-ewwel ftehim ta' dan it-tip kien inizjalat mal-Gana f'Settembru. Iżda, il-qafas ta' żmien għal dik li hija implimentazzjoni tal-VPAs u r-riskju ta' evażjoni u r-riskju ta' ħasil ta' flus lill-VPAs jagħmluhom mhux tajbin biżżejjed biex jindirizzaw il-problema tal-qtugħ illegali waħedhom.

Fil-Pjan ta' Azzjoni FLEGT il-Kummissjoni għarfet ukoll li xi pajjiżi importanti li jipproduċu l-injam jistgħu jagħżlu li ma jidħlux fil-VPAs FLEGT mal-UE, u għalhekk li, fin-nuqqas ta' progress multilaterali jew minħabba l-pass bil-mod li miexi bih, l-UE għandha tadotta miżuri addizzjonali biex tiġġieled kontra l-qtugħ illegali fil-livell globali, inkluża leġiżlazzjoni li tkun meħtieġa biex twaqqaf importazzjonijiet ta' njam maħsud b'mod illegali fl-UE. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrevedi dawn l-għażliet u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill minn dakinhar fakkru dan l-impenn f'riżoluzzjonijiet[3] u konklużjonijiet[4] formali.

Sadanittant twettqet ħidma estensiva mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, gruppi ta' esperti u NGOs biex tinstab l-aqwa triq 'il quddiem. Hi u tqis ir-riżultati ta' din il-ħidma komprensiva l-Kummissjoni, fi tmiem l-2006 nediet valutazzjoni ta' għadd ta' miżuri addizzjonali. Is-sejbiet minn dan il-proċess jinsabu fil-qosor f'rapport pubbliku mill-Kummissjoni.

Meqjusa r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa l-Kummissjoni temmen li l-politika tal-UE kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu jeħtieġ li tissaħħaħ. Fin-nuqqas ta' approċċ armonizzat, bosta Stati Membri taw indikazzjonijiet li se jieħdu miżuri nazzjonali. Iżda, l-esperjenza wriet li l-azzjoni fil-livell nazzjonali tista' toħloq ostakolu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u tgħawwiġ ta' kompetizzjoni fis-suq intern. Il-Kummissjoni għaldaqstant temmen li jeħtieġ li jkun hemm azzjoni mill-Komunità. Qed jiġi propost li dan għandu jsir permezz ta' Regolament li jiddetermina l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u l-prodotti tal-injam.

Ir-Regolament propost ma jipprekludix azzjoni tal-Komunità biex jiġu miġġielda d-deforestazzjoni u t-telf tal-bijodiversità permezz ta' miżuri oħra, bħal pereżempju, it-twaqqif ta' kriterji ta' sostenibilità għall-bijomassa.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-dispożizzjonijiet eżistenti huma spjegati bis-sħiħ fit-taqsima ta' qabel.

- Konsistenza ma' strateġiji politiċi u għanijiet oħra tal-Unjoni

Il-politika tat-Tibdil fil-Klima: Kien hemm f'dawn l-aħħar snin għarfien dejjem jiżdid dwar ir-rwol vitali li għandhom il-foresti fiċ-ċiklu globali tal-karbonju, peress li jaħżnu madwar nofs il-karbonju terrestri tad-dinja. B'mod partikolari, jeżisti issa kunsens dejjem jiżdied li jekk ma tiġix indirizzata l-isfida tad-deforestazzjoni, sempliċement mhux se jkun possibbli li t-tisħin globali jiġi limitat għal 2°C aktar mit-temperatura preindustrijali; lanqas ma huwa se jkun possibbli li jiġu maħsuda l-benefiċċji tal-isforzi tal-UE biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima.

Il-qtugħ illegali huwa wieħed mill-moventi diretti l-aktar importanti tad-deforestazzjoni u jhedded ukoll il-governanza tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti li huma meħtieġa għall-effikaċja tal-miżuri fis-settur tal-forestrija li għandu jitwaqqaf skont il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Klima post-2012.

Il-prodotti tal-injam bi prezz baxx li jiġġenera l-qtugħ illegali għamel ħsara wkoll lill-operaturi Ewropej fl-injam u l-ħaddiema li jaħdmu magħhom. Din il-proposta għandha l-għan li tikkumbatti din il-problema u ġġib kondizzjonijiet indaqs għall-industrija u l-ħaddiema.

L-għan ta' din il-proposta huwa konformi mal-objettivi strateġiċi tal-Kummissjoni u l-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar b'mod partikolari biex tipprovdi miżuri effettivi u effiċjenti, tiżgura livell għoli ta' ċertezza legali mal-UE kollha, tippermetti lill-operaturi jkunu aktar dinamiċi mingħajr ma żżid b'mod sinifikanti l-piż u b'hekk tgħin biex tissaħħaħ il-kredibilità tal-Komunità f'għajnejn iċ-ċittadini tagħha.

Il-proposta, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-FLEGT, tiffoka biss fuq il-kwistjoni tal-legalità, u ma tindirizzax is-sostenibilità. Iżda, f'ħafna pajjiżi l-leġiżlazzjoni dwar il-foresti hija bbażata fuq il-premessa ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti u għalhekk il-legalità mhijiex għal kollox distinta mis-sostenibilità. Barra minn hekk, peress li din il-proposta għandha l-għan li tħeġġeġ l-infurzar aħjar tal-liġi u l-governanza, se tirrappreżenta pass ewlieni tul it-triq lejn is-sostenibilità b'mod partikolari f'pajjiżi affettwati mill-qtugħ illegali. L-għanijiet ta' din il-proposta tqiesu fi ħdan il-kuntest tal-istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli li dwarha kien hemm ftehim fil-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2006 u r-Reviżjoni Strateġika Ewropea dwar l-Enerġija ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew f'Jannar 2007. Il-proposta u xi miżuri ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konsistenti ma' dawn l-għanijiet..

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT

Kien hemm proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa bejn Diċembru 2006 u Ġunju 2008 li kien jinkludi konsultazzjoni pubblika fuq l-internet u għadd ta' laqgħat mal-partijiet interessati. Barra minn hekk il-Kummissjoni wettqet stima tal-impatt tal-għażliet ta' politika mressqa u dan wassal għall-pubblikazzjoni ta' rapport.

Għall-ewwel ġew ikkunsidrati erba' għażliet:

Għażla 1: Kopertura aktar wiesgħa tal-istrateġija bilaterali permezz tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja FLEGT.

B'din l-għażla il-Komunità tagħti prijorità biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-VPA. Din l-istrateġija iżda, jkollha impatt sinifikanti biss jekk il-pajjiżi ewlenin kollha ta' produzzjoni, tranżitu u pproċessar jidħlu fil-VPAs FLEGT jew jekk din tevolvi f'inizjattiva multilaterali. Tal-ewwel hija meqjusa mill-biċċa l-kbira bħala xi ħaġa impossibbli filwaqt li tal-aħħar tidher li hija improbabbli ħafna.

Għażla 2: Aktar żvilupp ta' miżuri volontarji mis-settur privat

B'din l-għażla, il-Komunità tħeġġeġ it-tisħiħ tal-miżuri tas-settur privat bħal kodiċjiet ta' kondotta u skemi ta' ċertifikazzjoni ta' foresti billi pereżempju tagħrafhom fil-VPAs FLEGT, billi s-sħubija fil-federazzjonijiet tagħmilha obbligatorja u billi tappoġġja miżuri bħal inċentivi finanzjarji jew regolatorji.

Ġew introdotti kodiċijiet ta' kondotta minn federazzjonijiet tal-kummerċ fl-injam u istituzzjonijiet li jiżviluppaw u jagħtu pariri lill-membri tagħhom dwar politika responsabbli ta' xiri. Twaqqfu skemi ta' ċertifikazzjoni privata biex jiffissaw standards ta' ġestjoni tal-foresti u jakkreditaw il-foresti, il-prodotti u jew il-maniġers skont dawn l-istandards. Għalkemm dawn l-inizjattivi għandhom il-merti tagħhom, inklużi l-flessibilità, motivazzjoni qawwija u bilanċ tajjeb ta' spiża/effiċjenza, in-natura volontarja tagħhom, in-nuqqas ta' politika dwar l-implimentazzjoni u n-nuqqas ta' sanzjonijiet meta ma jkunx hemm konformità tul is-snin kienu ta' sfida għall-kredibilità u s-sostenibilità tagħhom.

Għażla 3: Miżuri ta' fruntiera biex tinżamm l-importazzjoni ta' njam maħsud b'mod illegali

Din l-għażla tkun tikkonsisti li skont il-liġi tal-Komunità tkun illegali l-importazzjoni ta' prodotti tal-injam minn qtugħ illegali u tagħmel mod li l-importazzjonijiet tal-injam fil-Komunità jkunu kondizzjonali fuq prova ta' legalità. Il-projbizzjoni u r-rekwiżit jkunu japplikaw għall-pajjiżi kollha jkun x'ikun il-livell ta' riskju fuq il-kummerċ ta' njam maħsud b'mod illegali. Il-kontroll dwar konformità jsir fuq il-fruntiera tal-UE, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li taċċerta l-legalità tal-injam.

B'din l-għażla, il-Komunità sserraħ fuq is-suppożizzjoni li l-qtugħ illegali jseħħ biss barra mill-UE u għalhekk il-miżuri kummerċjali jkollhom rwol predominanti fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali. L-għażla fiha diffikultajiet għal dik li hija kompatibilità mad-WTO (trattament diskriminatorju ta' operaturi tal-injam) u minħabba l-proporzjonalità tagħha.

Għażla 4: Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-UE ta' njam maħsud b'mod illegali

B'din l-għażla jkun illegali li jitqiegħed fis-suq tal-Komunità njam maħsud b'mod illegali u prodotti li jkunu ġejjin minn dan l-injam. L-għażla tkun tapplika kemm għall-prodotti tal-foresta importati kif ukoll għal dawk prodotti fl-UE.

Jistgħu jiġu segwiti żewġ approċċi:

Għażla 4A: Leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-kummerċ u l-pussess ta' njam u prodotti tal-injam maħsud bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż ta' oriġini.

Din l-għażla tipprojbixxi t-tqegħid ta' njam maħsud b'mod illegali fis-suq tal-UE. Ir-responsabbiltà tal-prova ta' illegalità tkun fuq l-aġenziji ta' infurzar u l-operaturi jintalbu juru l-konformità meta ssirilhom sfida.

Din l-għażla tikkonċentra b'mod effettiv fuq każijiet ta' riskju għoli u għalhekk tipprovdi lill-operaturi b'inċentiv li jfittxu njam b'garanziji xierqa għal dik li hija legalità. Iżda, din ikollha diffikultajiet sinifikanti fl-implimentazzjoni tagħha għaliex li turi l-illegalità moħbija tkun xi ħaġa iebsa billi l-prodotti tal-injam għandhom katini kkomplikati ta' forniment, li jwasslu sa bosta pajjiżi u operaturi u tinvolvi qrati Ewropej li jagħtu ġudizzju fuq ksur li jkun sar f'pajjiżi terzi u fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni ta' dawn il-pajjiżi. Barra minn hekk ma tipprovdix iċ-ċertezza legali meħtieġa biex is-suq jaħdem kif għandu jaħdem.

Din l-għażla tixbah lid-dispożizzjonijiet tal-emenda dwar il-qtugħ illegali tal-Att Lacey tal-Istati Uniti, approvat fit-2 ta' Ġunju 2008 li jestendi l-ħarsien ta' pjanti u siġar maħsuda b'mod illegali barra mill-Istati Uniti.

Għażla 4B: Leġiżlazzjoni li titlob li jitqiegħed fis-suq biss injam u prodotti tal-injam maħsud legalment.

B'din l-għażla t-tqegħid fis-suq tal-Komunità ta' njam u prodotti tal-injam ikun kondizzjonali fuq l-operatur li jagħti prova ta' legalità. Għal finijiet ta' infurzar, din il-prova teħtieġ preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni bil-miktub li tkopri kull kunsinna individwali u bħala konsegewenza hemm riskju li l-għażla toħloq sistema ta' ingombru, għalja u ta' xkiel għall-kummerċ.

Sa ċertu punt din l-għażla sserraħ fuq approċċ li jixbah dak deskritt taħt l-għażla 3; l-operaturi jkunu jridu jipprovdu evidenza ddokumentata tal-legalità ta' kull kunsinna ta' njam u prodotti tal-injam li jqiegħdu fid-disponibilità tas-suq, tkun minn fejn tkun l-oriġini. Evidenza bħal din tkun trid tiġi pprovduta jew fuq talba jew b'mod sistematiku u għal finijiet ta' infurzar għandha tieħu sura ta' dokumentazzjoni li tipprova l-legalità.

Il-konklużjoni mill-evalwazzjoni tal-erba' għażliet differenti ppreżentati hawn fuq hi li kien hemm żvantaġġi sinifikanti għal kull waħda minnhom li jistgħu jillimitaw l-effikaċja tagħhom. In-natura speċifika tal-qtugħ illegali teħtieġ approċċ ġdid li jqis l-istruttura tas-settur tal-injam kollu, li għandu l-għan ta' bidla sistematika fl-aġir tal-operaturi u l-klijenti u li jiffoka fuq li jġib 'il quddiem sistemi speċifiċi għas-settur li jistgħu jwaqqfu milli jidħlu fis-suq tal-Komunità njam u prodotti tal-injam illegali. Bil-ħsieb ta' dawn l-għanijiet, ħarget għażla ġdida.

Għażla 5: Leġiżlazzjoni li teħtieġ id-diliġenza meħtieġa mill-operaturi kollha li jqiegħdu njam u prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità

Din l-għażla teħtieġ mill-operaturi li jeżerċitaw id-diliġenza meħtieġa biex jiżguraw mill-aħjar li jistgħu li l-injam u l-prodotti tal-injam li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità ġew maħsuda b'mod legali. Hija sserraħ fuq il-prinċipju li strateġija effiċjenti għandha tappoġġja l-iżvilupp ta' sistemi qawwija maħsuba biex jeliminaw injam maħsud illegalment mis-suq tal-Komunità.

Benefiċċju ewlieni ta' din l-għażla huwa li se jkun hemm tendenza li tiffavorixxi li jintalab materjal li joriġina minn pajjiżi bi prassi ta' ġestjoni tal-foresti affidabbli, b'mod partikolari, dawk il-pajjiżi li kkonkludew VPAs FLEGT mal-UE, billi l-liċenzja FLEGT tiżgura livell għoli ta' ċertezza f'termini ta' legalità tal-prodotti tal-injam ikkonċernati. L-ispejjeż huma fi proporzjon mal-ħtieġa li l-Komunità ttejjeb l-effiċjenza tal-politika tagħha kontra qtugħ ta' siġar illegali u l-kummerċ marbut miegħu. Biż-żmien, l-operaturi se jebbenefikaw ukoll mit-tneħħija tal-prodotti tal-injam illegali mis-suq.

Din l-għażla timplika li l-operaturi koperti minnha japplikaw sistemi u proċeduri biex jiżguraw mill-aħjar li jistgħu li jqiegħdu fis-suq tal-UE njam u prodotti tal-injam maħsud b'mod legali biss.

- Konsultazzjoni Pubblika

Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika fuq l-internet fil-bidu tal-2007. Il-konsultazzjoni talbet il-fehmiet dwar il-ħtieġa għal miżuri ta' politika tal-UE biex tiġi indirizzata l-problema ta' njam u prodotti tal-injam illegali li jidħlu fis-suq Ewropew, u dwar kemm setgħu jkunu xierqa u fattibbli. Il-fehmiet ingħataw biss fuq l-ewwel erba' għażliet billi l-għażla 5 ġiet żviluppata bħala reazzjoni għall-evalwazzjoni inizjali. Għalkemm ir-rispons sostanzjali ma kienx kbir fil-għadd (93 kontribut) għal dak li huwa kontenut u varjetà ta' perspettivi laħaq l-istennija tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rċiviet ukoll 7,161 email permezz ta' kampanja li tnediet mill-Greenpeace 'Nipprojbixxu l-injam illegali'.

Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu ħassew li l-kopertura tal-approċċ bilaterali FLEGT ma kienx biżżejjed biex jindirizza l-problema tal-qtugħ illegali. Ħassew ukoll li aktar skemi volontarji fis-settur privat jistgħu jintużaw biex jikkomplementaw qafas b'saħħtu li jorbot. Xi wħud minn dawk li wieġbu ħassew li taħlita ta' dawn l-approċċi tista' tagħmel mod li jistgħu jiġu indirizzati dawk l-oqsma bl-ogħla riskju ta' qtugħ illegali. Proporzjon sinifikanti minn dawk li wieġbu lissnu xewqa soda li l-UE ġġib fi tmiem qagħda fejn kollox jibqa' kif kien u b'mod partikolari tindirizza lakuni possibbli f'sistema li tkun skont il-VPAs FLEGT. B'mod ġenerali dawn it-tweġibiet ippreferew approċċ leġiżlattiv mingħajr ma ppreferew b'mod ċar xi għażla partikolari. Ir-rapport b'taqsira tar-riżultati tal-konsultazzjoni jinsab fis-sit http://www.cc.cec/dgintranet/env/i/e2/doc/pdf_docs/forests/AddlOptionsSynthFinal.pdf

- Studji nazzjonali

Fil-konklużjonijiet tiegħu l-Kunsill għamel sejħa lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-Kummissjoni "informazzjoni rilevanti" dwar kemm huwa possibbli li tintuża l-leġiżlazzjoni nazzjonali attwali biex jieqaf il-kummerċ fi njam mmanifatturat u nnegozjat b'mod illegali. Bosta Stati Membri wettqu din l-analiżi bħala tweġiba għal din is-sejħa. L-analiżi tagħti x'wieħed jifhem li hemm potenzjal biex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali permezz tal-leġiżlazzjoni attwali bħal-liġijiet dwar is-serq u l-ittraffikar ta' oġġetti misruqa, ħasil ta' flus, korruzzjoni jew kuntrabandu.

- Konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Saru konsultazzjonijiet ma' ħafna msieħba internazzjonali. Saru laqgħat ta' livell għoli ma' impurtaturi ewlenin oħra tal-injam pereżempju ċ-Ċina, il-Ġappun u l-Istati Uniti. Ġew organizzati laqgħat ma' pajjiżi li bħalissa qed jinnegozjaw Ftehimiet ta' sħubija Volontarja FLEGT mal-Komunità (pereżempju il-Malażja, l-Indoneżja, il-Gana, u l-Kamerun) kif ukoll ċerti pajjiżi esportaturi oħra tal-injam (ir-Russja, il-Brażil) u pajjiżi li wrew interess li jiddiskutu l-VPAs mal-UE.

- Rapport dwar l-Istima tal-Impatt

Il-Kummissjoni pproduċiet rapport li janalizza l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-għażliet ta' politika differenti fi ħdan l-UE u lil hinn minnha. Dan ir-rapport huwa aċċessibbli fuq il-websajt tad-DĠ Ambjent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tat kuntratt lil ditta ta' konsulenza biex twettaq studju bħala kontribut għar-rapport tagħha.

- Konsultazzjonijiet ad hoc

Fil-kuntest tal-istima tal-impatt il-partijiet interessati ġew ikkonsultati f'workshops jew permezz ta' intervisti. Il-partijiet interessati ntalbu jqassmu skont il-grad minn l-aħjar sa l-agħar l-għażliet addizzjonali. Billi l-għażla 5 dakinhar kienet għadha mhix żviluppata ntalbu l-fehmiet dwar l-erba' għażliet li kienu disponibbli.

Meta ġiet żviluppata l-għażla 5, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom għadd ta' laqgħat mal-partijiet interessati biex jiddiskutu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dan l-approċċ. L-għażla 5 rċeviet b'mod ġenerali reazzjoni pożittiva. Punt ta' nuqqas ta' qbil fost il-partijiet interessati kien jekk injam mmanifatturat domestikament għandux ikun kopert billi hemm ftit inċidenti ta' qtugħ illegali fl-UE. Il-prattiċità teknika li jiġu applikati rekwiżiti leġiżlattivi għall-prodotti kompożiti kienet kwistjoni oħra li tqajmet għalkemm il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati kienu favur approċċ uniformi li jġib kondizzjonijiet indaqs għall-partijiet kollha fis-suq tal-injam.

Kien hemm ukoll tħassib dwar il-fatt li l-għażla 5 fil-fatt ma tipprojbix it-tqegħid fis-suq ta' njam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam iżda minflok titlob li l-operaturi tal-injam juru biżżejjed interess biex jiżguraw li ma jqiegħdux injam maħsud b'mod illegali fis-suq. Iżda kien hemm għarfien li l-miżuri proposti, huma u jserrħu fuq l-operaturi responsabbli għandhom il-potenzjal li jġibu tibdil permamenti u implimentabbli fis-suq tal-injam tal-UE u għalhekk jistgħu joffru soluzzjonijiet aħjar għall-problema diffiċli tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut ma' dan.

3. ELEMENTI TAL-PROPOSTA

- Sinteżi tal-azzjoni proposta

Il-proposta tikkonċentra fuq l-ewwel darba li l-injam u l-prodotti tal-injam jitqiegħdu fid-disponibilità tas-suq tal-Komunità, tkun xi tkun l-oriġini tagħhom, billi tiddetermina l-obbligi ta' dawn l-operaturi li jqiegħdu l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità. Il-proposta hija bbażata fuq il-prinċipju tad-diliġenza meħtieġa li jitlob mill-operaturi koperti minnha li japplikaw sistema (is-sistema tad-diliġenza meħtieġa) biex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħdu fid-disponibilità tas-suq injam maħsud illegalment u prodotti tal-injam. Is-sistema tad-diliġenza meħtieġa tinkludi miżuri u proċeduri li jippermettu lill-operaturi li jżommu traċċa tal-injam u l-prodotti tal-injam, li jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u li jikkontrollaw ir-riskju li jitqiegħed fis-suq tal-Komunità njam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam. Il-miżuri proposti għandhom l-għan li jiskoraġġixxu l-operaturi milli jqiegħdu fis-suq tal-Komunità njam u prodotti tal-injam mingħajr ma jkollhom assikurazzjoni raġonevoli dwar dik li hija legalità u b'hekk jagħtu sehemhom fl-isforzi globali fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali. Huma jipprovdu wkoll lill-konsumaturi ċ-ċertezza li huma u jixtru njam u prodotti tal-injam ma jkunux qed jikkontribwixxu għall-problema tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu.

Huwa importanti li wieħed jinnota li d-diliġenza meħtieġa mhijiex biss dover morali iżda rekwiżit legali għal aġir proattiv. Hija tobbliga lill-operaturi juru prudenza, ġudizzju u azzjoni pożittiva huma u jaċċertaw il-legalità tal-injam u l-prodotti tal-injam li jidħlu fil-katina ta' forniment tagħhom sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħed fis-suq tal-Komunità njam u prodotti tal-injam maħsud b'mod illegali.

Il-legalità hija ddefinita fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' ħsad, applikabbli għall-ġestjoni tal-foresti, il-ħsad tal-injam u l-kummerċ fl-injam.

Injam u prodotti tal-injam koperti b'liċenzja FLEGT jew permess CITES jitqiesu bħala maħsuda b'mod legali.

L-operaturi li għandhom japplikaw sistema ta' diliġenza meħtieġa jistgħu jew jiżviluppaw sistema tagħhom stess jew iserrħu fuq sistema ta' diliġenza meħtieġa peress illi l-proposta tipprovdi għall-għarfien ta' sistemi ta' diliġenza żviluppati minn organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ. Dan ifisser li, filwaqt li tistabbilixxi b'mod ċar il-prinċipji li jridu jitqiesu fl-applikazzjoni ta' sistema ta' diliġenza meħtieġa, il-proposta tagħti lill-operaturi l-flessibilità li jagħżlu l-mekkaniżmi biex jinkiseb ir-riżultat meħtieġ.

Il-prinċipji ta' gwida tar-Regolament propost huma l-effikaċja u ċ-ċarezza għal dawk li huma obbligi legali. L-operaturi għandhom ir-responsabbiltà li jnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li jqiegħdu fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam permezz tal-użu ta' sistema ta' miżuri u proċeduri. L-elementi ewlenin ta' din is-sistema huma mfassla fil-proposta. Aktar dettalji se jiġu stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni biex tkun tista' sseħħ aħjar l-implimentazzjoni, l-aktar fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-preżenza ta' riskju għoli jew baxx li jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità njam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam. Fit-twaqqif ta' dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jitħarsu l-prinċipji li ġejjin: il-ħtieġa li jiġi evitat li jitqiegħed piż mhux meħtieġ fuq l-operaturi; il-bilanċ tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-operaturi koperti minn dan ir-Regolament; il-ħtieġa li titħares il-flessibilità meħtieġa fl-applikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni; il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-adattament tal-operaturi ż-żgħar mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fl-għarfien li l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri proposti sserraħ fuq l-adozzjoni ta' miżuri komplementari, l-applikazzjoni tiegħu se sseħħ biss meta dawn il-miżuri jkunu ġew adottati.

L-aktar approċċ komprensiv ma jistax jaħdem b'mod effettiv mingħajr l-impenn u l-kollaborazzjoni sħiħa tal-partijiet interessati kollha involuti fl-implimentazzjoni. Fl-aspetti kollha marbuta ma' din il-proposta jeħtieġ li l-partijiet interessati, b'mod partikolari l-industrija u s-soċjetà ċivili, jiġu kkonsultati sabiex jinstabu l-aqwa modi possibbli ta' implimentazzjoni permezz ta' qafas strutturat ta' diskussjonijiet u qsim ta' tagħrif.

- Bażi ġuridika

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent. L-Artikolu 175 (1) tat-Trattat għalhekk jipprovdi l-bażi ġuridika xierqa.

- Għażla ta’ strument

L-istrument propost huwa regolament minħabba li jeħtieġ regolament biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' armonizzazzjoni u tiġi evitata l-koeżistenza ta' standards differenti bejn l-Istati Membri.

- Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Il-prinċipju tas-Sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax fil-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

Hemm xhieda qawwija li turi li l-qtugħ illegali jseħħ b'mod sostanzjali u jġib ħsara sinifikanti fl-ambjent u jikkontribwixxi għan-nuqqas ta' bijodiversità, jimmina l-kompetittività tal-operazzjonijiet leġittimi tal-industrija tal-foresti filwaqt li għandu rabtiet mill-qrib mal-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-konflitti vjolenti. Il-proposta għandha l-għan li tnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam jidħlu fis-suq tal-Komunità permezz ta' sett ta' obbligi ta' operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità njam u prodotti tal-injam. Minkejja l-okkorrenza limitata ta' inċidenti ta' qtugħ illegali fi ħdan l-UE u fin-nuqqas ta' rekwiżiti dwar it-tqegħid fis-suq ta' njam u prodotti tal-injam immanifatturati fi ħdan l-UE, ir-regolament propost japplika wkoll għall-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità njam u prodotti tal-injam manifatturati domestikament. Il-prinċipju ta' gwida kien in-nondiskriminazzjoni sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv u integrat u jiġi evitat il-konflitt mar-regoli internazzjonali tal-kummerċ. Fil-qalba tal-azzjoni proposta tal-Komunità hemm it-twaqqif ta' obbligi komuni tal-operaturi li jqiegħdu njam u prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jipprevedi għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-operaturi kif ukoll li jintlaħqu aħjar il-kontrolli fuq każijiet li jippreżentaw riskju ogħla. L-approċċ armonizzat propost jissemplifika r-rekwiżiti għall-operaturi u għalhekk jistimula l-kompetittività, filwaqt li l-konsumaturi jkunu aktar infurmati dwar l-istandards applikabbli. Is-sistema tipprovdi wkoll iċ-ċertezza legali meħtieġa u ċ-ċarezza għat-tħaddim xieraq tas-suq.

L-istimi tal-ispejjeż involuti fl-għażliet varji saru bħala parti mill-istima tal-impatt. L-ispejjeż għall-importaturi tal-UE u l-produtturi skont ir-regolament propost huma baxxi meta mqabbla ma' għażliet oħra investigati fl-istima tal-impatt. Huwa importanti li wieħed jinnota li din il-proposta tqis il-prassi attwali tas-settur privat dwar l-iżgurar tal-legalità u tirrispetta l-mekkaniżmi attwali. Għalhekk parti mill-ispejjeż diġà ġew koperti fil-kuntest ta' sistemi eżistenti.

Kien hemm min qal li miżuri li jaffettwaw importazzjonijiet tal-injam u prodotti tal-injam jispustaw biss il-kummerċ lejn swieq li ma jiddiskriminawx. Iżda, l-UE għandha rwol ewlieni fl-arena internazzjonali u b'inizjattiva bħal din tagħti eżempju u tinbgħat sinjal ċar dwar l-impenn tagħha fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali, it-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, u b'hekk tħeġġeġ inizjattivi simili minn pajjiżi ewlenin oħra ta' konsum.

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata u proporzjonata mal-problema.

4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta attwali fiha implikazzjonijiet finanzjarji limitati għall-baġit tal-Komunità għal finijiet amministrattivi.

5. KLAWŻOLA TA’ ANALIŻI MILL-ĠDID/ REVIŻJONI /ESTINZJONI

Din il-proposta ma tinkludix klawżola ta’ analiżi mill-ġdid.

6. SIMPLIFIKAZZJONI

Il-proposta ma għandhiex element ta’ simplifikazzjoni minħabba li ma tmissx leġiżlazzjoni eżistenti.

7. REVOKA

Il-proposta ma tirrevokax leġiżlazzjoni eżistenti.

8. TFASSIL MILL-ĠDID

Il-proposta ma tinvolvix tfassil mill-ġdid.

9. TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

M/A minħabba li tabelli ta’ korrelazzjoni jkunu biss meħtieġa fir-rigward tad-direttivi.

10. IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA (ŻEE)

Il-proposta tikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandha testendi saż-Żona Ekonomika Ewropea.

2008/0198 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam.

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7],

Huma u jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

Billi:

(1) Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta' benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali inklużi prodotti tal-foresta mill-injam u mhux mill-injam u servizzi ambjentali.

(2) Minħabba d-domanda dejjem tiżdied għall-injam u l-prodotti tal-injam mad-dinja kollha flimkien man-nuqqasijiet istituzzjonali u ta' governanza li jinsabu fis-settur tal-foresta f'għadd ta' pajjiżi li jipproduċu l-injam, il-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu qed isiru dejjem aktar ta' tħassib.

(3) Il-qtugħ illegali huwa problema ta' tħassib internazzjonali ewlieni. Huwa ta' theddida sinifikanti għall-foresti għax jikkontribwixxi għall-proċess ta' deforestazzjoni, li huwa responsabbli għal madwar 20% tal-emissjonijiet ta' CO2, jhedded il-bijodiversità, u jimmina l-ġestjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, għandu wkoll implikazzjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi.

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) ipproponiet pakkett ta' miżuri biex jappoġġjaw l-isforzi internazzjonali biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-qtugħ illegali ta' siġar u l-kummerċ marbut miegħu[9].

(5) Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li l-Komunità tagħti sehemha fl-isforz globali biex tiġi indirizzata l-problema tal-qtugħ illegali laqgħu din il-Komunikazzjoni.

(6) Skont l-għan ta' din il-Komunikazzjoni, jiġifieri li jiġi żgurat li jidħlu biss fil-Komunità prodotti tal-injam li ġew manifatturati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż produttur, il-Komunità qed tinnegozja Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam (pajjiżi msieħba), li jimponu obbligu li jorbot legalment fuq l-imsieħba li jimplimentaw skema ta' liċenzjar u li jirregolaw il-kummerċ fl-injam u l-prodotti tal-injam identifikati fil-Ftehimiet.

(7) Minħabba l-kobor u l-urġenza tal-problema, jeħtieġ li tkun appoġġjata b'mod attiv il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, tkun ikkomplementata u msaħħa l-inizjattiva tal-VPA u jittejbu s-sinerġiji bejn il-politika li għandha l-għan li tħares il-foresti u l-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-telfa tal-bijodiversità.

(8) L-isforzi magħmula mill-pajjiżi li kkonkludew VPAs FLEGT mal-Komunità u l-prinċipji inkorporati fihom, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta' njam prodott legalment, għandhom isibu għarfien. Jeħtieġ ukoll li jitqies li skont l-iskema ta' liċenzjar tal-FLEGT l-injam u l-prodotti tal-injam biss maħsuda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jiġu esportati fil-Komunità. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam imniżżla fl-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar it-twaqqif ta' skema ta' liċenzjar tal-FLEGT għal importazzjonijiet ta' njam fil-Komunità Ewropea[10], li joriġinaw fil-pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 għandhom jitqiesu li huma maħsuda legalment sakemm ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta' implimentazzjoni.

(9) Irid jitqies ukoll il-fatt li l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi tal-Fawna u l-Flora fil-Periklu (CITES) titlob mill-partijiet fil-Konvenzjoni biex jagħtu biss permess CITES għall-esportazzjoni meta speċi li tkun elenkata fis-CITES tkun ġiet maħsuda, fost l-oħrajn, b'konformità mal-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż ta' esportazzjoni. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam tal-ispeċijiet elenkati fl-Annessi A, B u C tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet ta' fawna u flora fin-natura billi jiġi rregolat il-kummerċ fihom[11] għandhom jitqiesu li huma legalment maħsuda sakemm ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta' implimentazzjoni.

(10) Filwaqt li titqies il-komplessità tal-qtugħ illegali fir-rigward tal-fatturi ta' bażi u l-impatti, l-inċentivi għall-aġir illegali għandhom jitnaqqsu billi jiġi mmirat l-aġir tal-operaturi.

(11) Fin-nuqqas ta' definizzjoni bi qbil internazzjonali l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-injam jinħasad għandha tkun il-bażi biex jiġi ddefinit x'jikkostitwixxi qtugħ illegali.

(12) Ħafna prodotti tal-injam jgħaddu minn għadd ta' proċessi qabel u wara li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż amministrattiv impost għalxejn dawk l-operaturi biss li jqiegħdu l-injam u prodotti tal-injam fis-suq għall-ewwel darba, aktar milli l-operaturi kollha involuti fil-katina ta' distribuzzjoni, għandhom jiġu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(13) L-għan ġenerali li tinkiseb is-sostenibilità permezz li jinġiebu 'l quddiem kriterji ta' sostenibilità jibqa' prijorità għall-Komunità. Fid-dawl ta' dan il-għan u biex jonqos il-piż fuq l-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam li huma soġġetti għal kriterji ta' sostenibilità obbligatorji stabbiliti bid-Direttiva (KE) Nru XX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti bħal dawn[12].

(14) L-operaturi li jqiegħdu għall-ewwel darba njam u prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità għandhom jeżerċitaw id-diliġenza meħtieġa permezz ta' sistema ta' miżuri u proċeduri (is-sistema ta' diliġenza meħtieġa) biex jonqos kemm jista' jkun ir-riskju ta' tqegħid ta' njam u prodotti tal-injam maħsuda illegalment.

(15) Is-sistema ta' diliġenza meħtieġa għandha tipprovdi aċċess għall-għejun u l-fornituri tal-injam u l-prodotti tal-injam li jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità u għal tagħrif dwar konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

(16) Is-settur tal-injam huwa ta' importanza ewlenija għall-ekonomija tal-Komunità. L-organizzazzjonijiet tal-operaturi huma elementi importanti tas-settur billi jirrappreżentaw l-interessi ta' dan tal-aħħar fuq skala kbira u jinteraġixxu ma' medda wiesgħa ta' partijiet interessati. L-organizzazzjonijiet għandhom ukoll l-għarfien u l-kapaċità li janalizzaw il-leġiżlazzjoni rilevanti u jiffaċilitaw il-konformità tal-membri sakemm ma jużawx din il-kompetenza bil-ħsieb li jiddominaw fuq is-suq. Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jsir kontribut għall-iżvilupp ta' prassi tajba huwa xieraq li jkun hemm għarfien ta' organizzazzjonijiet li żviluppaw rekwiżiti għat-twettiq tas-sistemi tad-diliġenza meħtieġa. Lista ta' organizzazzjonijiet magħrufa bħal dawn se tiġi ppubblikata u se tippermetti l-għarfien tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ inklużi fiha mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(17) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali u jeħtieġu mill-operaturi li jieħdu miżuri ta' korrezzjoni fejn meħtieġ.

(18) L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu dokumentazzjoni tal-kontrolli u jqegħduha fil-qosor għad-disponibilità tal-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni ambjentali[13].

(19) Minħabba n-natura internazzjonali tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u/jew mal-Kummissjoni.

(20) L-Istati Membri għandhom jaraw li ksur ta' dan ir-Regolament jiġi kkastigat b'penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lil-Kummissjoni[14].

(22) B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta regoli fid-dettall għall-applikazzjoni tas-sistema ta' diliġenza meħtieġa u b'mod partikolari għall-evalwazzjoni tar-riskju li jitqiegħed injam u prodotti tal-injam maħsud illegalment fis-suq, li tistabbilixxi kriterji ta' għarfien ta' sistemi ta' diliġenza meħtieġa żviluppati minn organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ u li tadatta l-lista ta' njam u prodotti tal-injam li għaliha japplika dan ir-Regolament fejn il-karatteristiċi tekniċi, l-użi aħħarija jew il-proċessi ta' produzzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam jeħtieġu dawn l-adattamenti. Billi dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(23) Sabiex l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(24) Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li l-qafas ta' politika attwali jiġi kkomplementat u mirfud u jingħata appoġġ għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għaldaqstant, minħabba l-iskala tiegħu jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 'injam u prodotti tal-injam' tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness għajr għal injam jew prodotti tal-injam li huma soġġetti għall-kriterji obbligatorji ta' sostenibilità stabbiliti bid-Direttiva (KE) Nru XX/XX;

(b) "jqiegħdu fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' njam u prodotti tal-injam għall-ewwel darba fis-suq Komunitarju għad-distribuzzjoni jew l-użu waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas lura jew mingħajr ħlas;

(c) 'operatur' tfisser kull persuna naturali jew legali li tqiegħed fis-suq injam jew prodotti tal-injam;

(d) 'maħsud legalment' tfisser maħsud skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż ta' ħsad;

(e) 'ġestjoni tar-riskju' tfisser sett ta' miżuri u proċeduri mwettqa mill-operaturi biex jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħed fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsud illegalment;

(f) 'leġiżlazzjoni applikabbli' tfisser il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' ħsadli jirregola l-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' foresti u l-ħsad ta' njam kif ukoll leġiżlazzjoni dwar kummerċ fl-injam jew prodotti tal-injam marbuta mal-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-foresti u mal-ħsad tal-injam;

(g) 'pajjiż ta' ħsad' tfisser il-pajjiż fejn jinħasad l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam;

(h) 'organizzazzjoni li tissorvelja' tfisser entità ġuridika jew assoċjazzjoni fuq bażi ta' sħubija jew federazzjoni li għandha l-kapaċità legali li tissorvelja u tiżgura l-applikazzjoni tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi ċċertifikati bħala li qed jagħmlu użu minn dawn is-sistemi.

Artikolu 3 Obbligi tal-operaturi

1. L-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza meħtieġa biex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam. Għal dan il-għan, għandhom jużaw qafas ta' proċeduri u miżuri, minn issa 'l quddiem imsejħa 'sistema ta' diliġenza meħtieġa'.

2. L-operaturi għandhom jistabbilixxu sistema ta' diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) jew jagħmlu użu minn sistema ta' diliġenza meħtieġa ta' organizzazzjoni ta' monitoraġġ b'għarfien kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

3. Il-prodotti tal-injam elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 li joriġinaw f'pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u li jkunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu li huma maħsuda b'mod legali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4. Il-prodotti tal-injam tal-ispeċijiet elenkati fl-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u li jkunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu li huma maħsuda b'mod legali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4 Sistemi ta' diliġenza meħtieġa

1. Is-sistema ta' diliġenza meħtieġa msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha:

(a) tipprovdi aċċess għall-informazzjoni li ġejja dwar l-injam u l-prodotti tal-injam li jitqiegħdu fis-suq mill-operatur:

(i) deskrizzjoni;

(ii) pajjiż ta' ħsad;

(iii) volum u/jew piż;

(iv) fejn applikabbli, isem u indirizz tal-operatur li jkun għamel kunsinna ta' njam jew prodotti tal-injam;

(v) informazzjoni dwar konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli;

(b) tinkludi proċedura ta' ġestjoni tar-riskju u

(c) tipprovdi għal verifiki biex tiżgura applikazzjoni effettiva tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi kriterji biex jiġi evalwat jekk hemmx riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam.

Dawn il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 5 Għarfien tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħrfu organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ li japplikaw għal dan l-għarfien, jekk l-organizzazzjoni ta' monitoraġġ tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandha personalità ġuridika;

(b) stabbiliet sistema ta' diliġenza meħtieġa li fiha l-elementi kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(1);

(c) iġġiegħel lill-operaturi li tiċċertfika li jużaw is-sistemi ta' diliġenza meħtieġa tagħħa;

(d) għandha mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertfikat li jagħmlu użu mis-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha;

(e) tieħu miżuri dixxiplinarji xierqa kontra kwalunkwe operatur iċċertifikat li jonqos milli jkun konformi mas-sistema ta' diliġenza meħtieġa tal-organizzazzjoni ta' monitoraġġ.

2. L-organizzazzjoni ta' monitoraġġ għandha tibgħat lil awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-applikazzjoni tagħha għal għarfien:

(a) l-istatut tagħha;

(b) l-ismijiet tal-persuni awtorizzati li jaġixxu f'isimha;

(c) deskrizzjoni fid-dettall tas-sistema ta' diliġenza tagħha.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk jagħtux għarfien lil organizzazzjoni ta' monitoraġġ fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni mill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ.

Għandhom iwettqu kontrolli f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

4. Awtorità kompetenti għandha tirtira l-għarfien ta' organizzazzjoni ta' monitoraġġ jekk jiġi stabbilit li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 mhumiex aktar sodisfatti.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn b'kull deċiżjoni li jingħata, jiġi miċħud jew irtirat għarfien lil organizzazzjoni ta' monitoraġġ.

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplementawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 6 Lista ta' organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ li għandhom għarfien mill-awtoritajiet kompetenti f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, u għandha tagħmilha disponibbli fuq il-websajt tagħha. Il-lista għandha tkun aġġornata regolarment.

Artikolu 7 Miżuri ta' monitoraġġ

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu testijiet biex jivverifikaw jekk l-operaturi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 4(1).

2. L-operaturi għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1.

3. Wara l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur iwettaq miżuri korrettivi.

Artikolu 8 Dokumentazzjoni ta' kontrolli

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu dokumentazzjoni tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1), filwaqt li juru b'mod partikolari n-natura u riżultati tagħhom, inklużi xi miżuri korrettivi meħtieġa li jittieħdu. Id-dokumentazzjoni tal-kontrolli kollha għandha tinżamm sa mill-inqas 10 snin.

2. Taqsira tad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-pubbliku skont id-Direttiva 2003/4/KE.

Artikolu 9 Kooperazzjoni

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u mal-Kummissjoni biex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ipartu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1) mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.

Artikolu 10 Awtoritajiet kompetenti

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni b'xi tibdil fl-ismijiet jew l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti.

2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku l-lista tal-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu11 Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Kummerċ fl-Injam, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 12 Emendi

Il-Kummissjoni tista' temenda l-lista ta' njam u prodotti tal-injam stabbilita fl-Anness filwaqt li tqis il-karatteristiċi tekniċi, l-użu aħħari u l-proċessi ta' produzzjoni.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplementawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 13 Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 20XX u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 14 Ir-Rappurtar

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sentejn ta' qabel.

2. Fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti l-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jrid jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn.

Artikolu 15 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika minn […][15].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS- Injam u prodotti tal-injam kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87[16], li dan ir-Regolament japplika għalihom

1. Il-prodotti stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2173/2005, li għalihom tapplika l-iskema ta' liċenzjar FLEGT;

2. Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, għajr għal prodotti li għandhom bażi ta' bambù u rkuprati (rimi u skart);

3. Għamara tal-injam tal-kodiċi NM 9403 30, 9403 40, 9403 50 00, 9403 60 u 9403 90 30;

4. Bini prefabbrikat tal-kodiċi NM 9406 00 20;

5. Injam bħala karburant, virguni, zkuk, f'qatet ta' għesieleġ jew forom bħal dawn; injam f'biċċiet jew partiċelli; serratura u rimi tal-injam u skart, kemm jekk ikunu miġbura fi zkuk, trab tal-faħam ippressat, pritkuna jew forom bħal dawn kif ukoll jekk le tal-kodiċi NM 4401;

6. Xogħol tas-sengħa tal-mastrudaxxa u tal-karpentier fl-injam għall-bennejja, inklużi pannelli ċellulari tal-injam, pannelli mmuntati għall-art fuq ġewwa, biċċiet tal-injam imqatta'. Injam (inklużi strixxi u freġju għall-art tal-parkett, mhux immuntati) ta' forma kontinwa (mudullun, kanal, irbattut, ċanfrin, ingast-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew ta' dan it-tip) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imminċottjat fit-truf kemm jekk le tal-kodiċi NM 4418;

7. Twavel mill-frak tal-injam, dawk imsejħa "oriented strand board" (OSB) u twavel tal-injam simili kemm jekk magħqudin bir-raża jew xi sustanza organika oħra li tgħaqqad kemm jekk le tal-kodiċi NM 4410;

8. Fibreboard tal-injam jew materjal ieħor tal-injam, kemm jekk magħqud bir-raża jew sustanzi oħra organiċi kemm jekk le tal-kodiċi NM 4411;

9. Injam iddensifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom tal-profil tal-kodiċi NM 4413 00 00;

10. Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti bħal dawn tal-kodiċi NM 4414 00;

11. Kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili tal-injam; tankijiet tal-injam għall-kejbil; pallets, pallets forma ta' kaxxa jew twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam; twiebet tal-kodiċi NM 4415;

12. Bittiji, bramel, tankijiet, tnellijiet u prodotti oħra tal-buttar, u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż injam imqawwes tal-kodiċi NM 4416 00 00.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam.

2. QAFAS ABM / ABB

Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernat(i) u Attività/jiet assoċjata/i:

0703 - Implimentazzjoni ta' Politika Ambjentali

3. LINJI TA' BAĠIT

3.1. Linji ta' baġit (linji operattivi u linji ta' għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) inklużi intestaturi:

M/A

3.2. Tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

M/A

3.3 Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringili jekk meħtieġ):

Linja ta' Baġit | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribut EFTA | Kontributi minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-prospett finanzjarju |

4. IR-RIŻORSI FIL-QOSOR

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Taqsira tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' nefqa | Taqsima nru. | Sena2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 | Total |

Nefqa operattiva[17] |

Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a |

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva bl-ammont ta' referenza[18] |

Għajnuna teknika u Amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |

Approprjazzjonijiet ta' Impenn | a+c |

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[19] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0.334 | 0.334 | 0.334 | 0.334 | 0.334 | 0.334 | 2.004 |

Spejjeż amministrattivi, għajr għar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta' referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.732 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta' intervent |

AI TOTALI inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 2.736 |

AĦ TOTALI inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 0.456 | 2.736 |

Dettalji ta' kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok speċifika), stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament għandha tidher fit-tabella t'hawn taħt (jistgħu jiġu miżjuda linji addizzjonali jekk entitajiet differenti huma previsti għall-għoti tal-kofinanzjament):

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Entità kofinanzjarja | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2 Kompatibilità mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju attwali.

( Il-proposta se timplika pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-prospett finanzjarju.

( Il-proposta tista' teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[20] (jiġifieri strument ta' flessibilità jew reviżjoni tal-prospett finanzjarju).

4.1.3 Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa punt deċimali wieħed)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

Għadd totali ta' riżorsi umani |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li trid tiġi sodisfatta fil-medda l-qasira jew fil-medda t-twila

...

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma' strumenti oħra finanzjarji u sinerġija possibbli

...

5.3 Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi marbuta mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

...

5.4 Metodu ta' implkimentazzjoni (indikattiv)

( Ġestjoni ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b'delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( mal-Istati Membri

( ma' pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1 Sistema ta' Monitoraġġ

...

6.2 Evalwazzjoni

6.2.1 Evalwazzjoni ex-ante

...

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

...

6.2.3. Termini u frekwenza ta' evalwazzjoni fil-ġejjieni

...

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

...

8. DETTALJI TA' RIŻORSI

8.1 Għanijiet tal-proposta f'termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta' impenn f'EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[23] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

Persunal iffinanzjat[24] bl- art. XX 01 02 |

Persunal ieħor[25] iffinanzjat bl-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 1.5 | 1.5 | 1.5 | 1.5 | 1.5 | 1.5 |

8.2.2. Deskrizzjoni ta' responsabbiltajiet ġejjin mill-azzjoni

Ir-responsabbiltajiet jinkludu abbozzar ta' dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni u ġestjoni ta' laqgħat.

8.2.3. Għejjun ta' riżorsi umani (statutorji)

( Postijiet bħalissa allokati għall-ġestjoni tal-programm li jrid jiġi sostitwit jew imtawwal.

( Postijiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizju APS/PDB għas-sena n

( Postijiet li jridu jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Postijiet li jridu jitqassmu mill-ġdid bl-użu ta' riżorsi attwali fi ħdan is-servizz ta' ġestjoni (tqassim mill-ġdid intern)

( Postijiet meħtieġa għas-sena n minkejja li mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva ulterjuri inkluża fl-ammont ta' referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Linja ta' Baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Għajnuna oħra teknika u amministrattiva |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż marbuta mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' riżorsi umani | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 |

Persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal b'kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta' baġit) |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u spejjeż marbuta (MHUX fl-ammont ta' referenza) | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 |

Kalkolu– Uffiċjali u Aġenti temporanji |

Kalkolu– Persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02 |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza EUR mijuni (sa 3 punti deċimali) |

Sena 2010 | Sena2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.012 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[27] | 0.120 | 0.120 | 0.120 | 0.120 | 0.120 | 0.120 | 0.72 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta' informazzjoni |

2 Infiq ieħor ta' Ġestjoni Totali (XX 01 02 11) | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.732 |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika, inkluża r-referenza għal-linja ta' baġit) |

Infiq amministrattiv totali, barra mir-riżorsi umani u spejjeż marbuta (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza) | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.122 | 0.732 |

Kalkolu - Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

Mill-2010 2 missjonijiet kull sena bi spiża ta' EUR 1.000 kull missjoni. Laqgħat tal-Kumitat Regolatorju stabbilit taħt ir-Regolament (spiża unitarja:EUR 30.000 kull laqgħa) 4 darbiet fis-sena. |

[1] COM 251,21.5.2003.

[2] ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

[3] Dokument tal-Kunsill 7014/04

[4] Konklużjonijiet tal-Kunsill 268/2003, p. 1

[5] ĠU C […], […], p. […].

[6] ĠU C […], […], p. […].

[7] ĠU C […], […], p. […].

[8] ĠU C […], […], p. […].

[9] COM 251, 21.5.2003.

[10] ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1

[11] ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

[12] *nota għall-ĠU: ir-referenza trid tiġi inkluża meta jiġi adottat l-att.

[13] ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

[14] ĠU L 184, 17.7.1999, p 23

[15] Nota lill-ĠU: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

[16] ĠU L 256, 7.9.1987, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 580/2007 (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 1).

[17] In-nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[18] In-nefqa fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[19] In-nefqa fi ħdan il-kapitolu xx 01 għajr għall-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[20] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[21] Kolonni addizzjonali għandhom jiżdiedu jekk meħtieġ jiġifieri jekk it-tul ta' żmien tal-azzjoni jaqbeż 6 snin.

[22] Kif deskritt taħt it-Taqsima 5.3

[23] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[24] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[25] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[26] Għandha ssir referenza għall-prospett finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[27] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih..