4.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1112/2011
tat-3 ta’ Novembru 2011
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata għall-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati biex jintroduċu fl-Unjoni ċertu laħam frisk
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8 u l-ewwel subparagrafu ta’ punt 1 tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati li jintroduċu fl-Unjoni Ewropea ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja biex jiġu introdotti fl-Unjoni ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Dan jistipula li dawn it-tali kunsinni jiġu introdotti biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom li jidhru fil-lista ta’ Parti 1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Fid-19 ta’ Settembru 2011, il-Paragwaj għarraf lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) li kienet faqqgħet il-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Din faqqgħet fid-disrett ta’ San Pedro u kienet ikkonfermata fit-18 ta’ Settembru 2011 b’analiżi mil-laboratorju (ELISA u EITB). |
(3) |
Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tispeċifika li importazzjonijiet mill-Paragwaj ta’ laħam frisk ta’ annimali bovini domestiċi huma awtorizzati. |
(4) |
Minħabba r-riskju li tfaqqa’ l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni b’rabta mal-importazzjoni ta’ laħam bovin frisk mill-Paragwaj, u fl-assenza ta’ garanziji li jippermettu r-reġjonalizzazzjoni tal-Paragwaj, it-tali importazzjonijiet m’għandhomx ikunu iżjed awtorizzati. L-entrata tal-Paragwaj f’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
F’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-entrata għall-Paragwaj għandha tinbidel b’dan li ġej:
“PY – Paragwaj |
PY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
PY-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief iż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni |
BOV |
A |
1 |
18.9.2011 |
l-1 t’Awwissu 2008” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.