12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/4


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-20 ta’ Jannar 2010

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

(2010/86/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet (2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA:

li jaħtar lis-Sur Nikiforos DIAMANDOUROS biex iservi bħala Ombudsman Ewropew.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Jannar 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.