13.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 218/48 |
REGOLAMENT (KE) Nru 766/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Lulju 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi assigurata l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 135 u 280 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (3) tejjeb il-mekkanżimu legali preċedenti b'mod partikolari billi ppermetta l-ħażna ta' l-informazzjoni fid-database Komunitarja tas-Sistema ta' l-Informazzjoni Doganali (Customs Information System, CIS). |
(2) |
Madankollu, l-esperjenza miksuba mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 515/97 juri li l-użu tal-CIS għall-għanijiet ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta u ta' verifiki speċifiċi biss ma jippermettix li jintlaħaq għal kollox l-għan tas-sistema, li huwa li tassisti fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola. |
(3) |
It-tibdil li daħal meta l-Unjoni Ewropea kibret sabiex tinkludi 27 Stat Membru jeħtieġ li terġa' titqies il-koperazzjoni doganali Komunitarja f'qafas usa' u b'mekkaniżmi aktar modernizzati. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta' April 1999 li twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (4) u l-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam doganali (5), stabbilita taħt l-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 (6), immodifikaw il-qafas ġenerali għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni rigward il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
(5) |
Ir-riżultati ta' l-analiżi strateġika għandhom jgħinu lil dawk responsabbli fl-ogħla livell biex jiddefinixxu l-proġetti, l-għanijiet u l-oqsma ta' politika għall-ġlieda kontra l-frodi, biex ifasslu l-attivitajiet u japplikaw ir-riżorsi meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet operattivi stabbiliti. |
(6) |
Ir-riżultat ta' analiżi operattiva dwar l-attivitajiet, ir-riżorsi u l-intenzjonijiet ta' ċerti persuni jew intrapriżi li ma jikkonformawx jew li jidhru li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola għandu jgħin lill-awtoritajiet doganali u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-miżuri xierqa f'każijiet speċifiċi biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi. |
(7) |
Fil-mekkaniżmu attwali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 515/97, id-data personali mdaħħla minn Stat Membru tista' tiġi kkupjata mill-CIS għal ġo sistemi oħra ta' l-ipproċessar tad-data biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-imsieħeb fil-CIS li jkun daħħal id-data fis-sistema u bil-kondizzjonijiet imposti minnu skond l-Artikolu 30(1). L-emendament tar-Regolament huwa maħsub sabiex jidderoga minn dak il-prinċipju ta' l-awtorizzazzjoni minn qabel biss fis-sitwazzjoni fejn id-data tkun intiża biex tiġi pproċessata mill-awtoritajiet nazzjonali u mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju biex ikunu orjentati l-kontrolli tal-moviment tal-merkanziji. |
(8) |
Il-mekkaniżmu attwali jeħtieġ li jiġi ssupplimentat b'qafas legali li jistabbilixxi Database għall-Identifikazzjoni ta' Fajls Doganali li tkopri kemm fajls passati kif ukoll dawk attwali. Il-ħolqien ta' din id-database huwa konsegwenti għall-inizjattiva meħuda fil-qafas tal-koperazzjoni doganali intergovernattiva li wasslet għall-adozzjoni ta' l-Att tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2003 li jistabbilixxi l-Protokoll li jemenda, fir-rigward tal-ħolqien ta' database għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam doganali (7). |
(9) |
Huwa meħtieġ li jiġi assigurat li, sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni doganali bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (KE) Nru 515/97, ċerta data tista' tiġi skambjata sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. |
(10) |
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tkun assigurata komplementarjetà ikbar ma' l-azzjonijiet fil-kuntest tal-koperazzjoni doganali intergovernattiva u tal-koperazzjoni mal-korpi u l-aġenziji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali oħra. Tali azzjoni hija konsegwenti għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2003 dwar strateġija għall-koperazzjoni doganali (8) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001 li testendi l-mandat ta' l-Europol għall-ġlieda kontra l-forom serji tal-kriminalità internazzjonali msemmija fl-Anness tal-Konvenzjoni Europol (9). |
(11) |
Sabiex tiġi promossa l-koerenza bejn l-azzjonijiet tal-Kummissjoni, tal-korpi u l-aġenziji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali oħra, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tipprovdi taħriġ u kull xorta ta' għajnuna, barra minn dik finanzjarja, għall-uffiċjali ta' kollegament ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej u internazzjonali, inkluż l-iskambju ta' l-aħjar prattika ma' dawk il-korpi u, per eżempju, ma' l-Europol u ma' l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (Frontex). |
(12) |
Għandhom jinħolqu l-kondizzjonijiet neċessarji skond ir-Regolament (KE) Nru 515/97 għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet doganali konġunti fil-kuntest Komunitarju. Il-Kumitat previst mill-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandu jingħata s-setgħa li jiddetermina l-mandat ta' l-operazzjonijiet doganali konġunti tal-Komunità. |
(13) |
Għandha tinħoloq infrastruttura permanenti fi ħdan il-Kummissjoni li tippermetti li l-operazzjonijiet doganali konġunti jkunu jistgħu jiġu kkoordinati matul is-sena kalendarja kollha u li jkunu jistgħu jitlaqqgħu, għaż-żmien meħtieġ għat-twettiq ta' xi operazzjoni partikolari jew aktar, rappreżentanti ta' l-Istati Membri, kif ukoll, jekk ikun meħtieġ, uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej jew internazzjonali, b'mod partikolari l-Europol u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (ODD) u l-Interpol. |
(14) |
Sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' sorveljanza relatati mal-CIS, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) għandu jsejjaħ laqgħa ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-kontroll tal-protezzjoni tad-data għall-anqas darba fis-sena. |
(15) |
Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jerġgħu jużaw dik l-infrastruttura għall-operazzjonijiet doganali konġunti organizzati fil-qasam tal-koperazzjoni doganali kif previst fl-Artikoli 29 u 30 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għar-rwol ta' l-Europol. F'dak il-każ, għandhom isiru operazzjonijiet doganali konġunti skond il-mandat stabbilit mill-grupp ta' ħidma kompetenti tal-Kunsill rigward il-koperazzjoni doganali skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(16) |
Barra minn hekk, l-iżvilupp ta' swieq ġodda, l-internazzjonalizzazzjoni, li kull ma tmur qiegħda tikber, tal-kummerċ u l-espansjoni rapida tiegħu, flimkien maż-żieda fil-ħeffa fit-trasport tal-merkanziji, jeħtieġu li l-amministrazzjonijiet doganali jlaħħqu mal-moviment sabiex ma ssirx ħsara lill-iżvilupp ta' l-ekonomija ta' l-Ewropa. |
(17) |
L-għanijiet aħħarija huma li l-operaturi kollha jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa minn qabel u jikkompjuterizzaw għal kollox il-kuntatti tagħhom ma' l-awtoritajiet doganali. Sadattant, il-qagħda attwali se tibqa' teżisti b'livelli differenti ta' żvilupp fis-sistemi nazzjonali ta' l-informatika, u għalhekk għandhom ikomplu jitjiebu l-mekkaniżmi għall-ġlieda kontra l-frodi minħabba li għad jista' jkun hemm devjazzjonijiet fil-flussi tal-kummerċ. |
(18) |
Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, hu meħtieġ għalhekk li, flimkien mar-riforma u l-modernizzazzjoni tas-sistemi doganali, it-tiftix ta' l-informazzjoni jsir kemm jista' jkun l-aktar viċin ta' l-oriġini ta' l-element riċerkat. Barra minn hekk, biex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jidentifikaw il-moviment ta' merkanzija f'operazzjonijiet li jistgħu jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola kif ukoll il-mezzi ta' trasport, fosthom containers, użati għal dak il-għan, id-data mill-fornituri internazzjonali ewlenin tas-servizzi, pubbliċi jew privati, li jkunu attivi fil-katina internazzjonali ta' forniment għandha tiġi miġbura b'mod akkomunat f'direttorju ċentrali Ewropew tad-data. |
(19) |
Il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fl-ipproċessar tad-data personali hija regolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (10), kif ukoll mid-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (11), li japplikaw kompletament għas-servizzi relatati mas-soċjetà ta' l-informazzjoni. Dawn id-Direttivi diġà jistabbilixxu qafas legali Komunitarju fil-qasam tad-data personali u għalhekk m'hemmx bżonn li din il-kwistjoni tiġi koperta f'dan ir-Regolament sabiex ikun assigurat il-funzjonament korrett tas-suq intern, b'mod partikolari l-moviment liberu tad-data personali bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari relattivament għall-iskambju u l-ħżin ta' l-informazzjoni b'appoġġ għall-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' identifikazzjoni tal-frodi. |
(20) |
L-iskambju tad-data personali ma' pajjiżi terzi għandu jkun suġġett għal verifika minn qabel dwar jekk ir-regoli għall-protezzjoni tad-data fil-pajjiż riċevent joffrux l-istess livell ta' protezzjoni bħal dik mogħtija mil-liġi Komunitarja. |
(21) |
Ladarba d-Direttiva 95/46/KE kienet trasposta mill-Istati Membri minn meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 515/97 u billi l-Kummissjoni waqqfet awtorità indipendenti biex ikun assigurat li l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-persuni jkunu rispettati mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji fl-ipproċessar tad-data personali skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' tali data (12), il-miżuri ta' kontroll għall-protezzjoni tad-data personali għandhom jiġu allinjati u r-referenza għall-Ombudsman Ewropew għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' l-Ombudsman. |
(22) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (13). |
(23) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddeċiedi fuq punti li għandhom jiġu inklużi fil-CIS u li tiddetermina l-operazzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni agrikola li dwarha għandha tiddaħħal informazzjoni fil-CIS. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 515/97, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(24) |
Ir-rapport fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandu jiġi integrat fir-rapport li jitressaq kull sena quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 280 tat-Trattat. |
(25) |
Ir-Reġolament (KE) Nru 515/97 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(26) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-koordinazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li tkun ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(27) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (14). B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jassigura r-rispett sħiħ tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea). |
(28) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie konsultat konformement ma' l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fit-22 ta' Frar 2007 (15), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 huwa b'dan emendat kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 2(1), għandhom jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:
|
2. |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament, u bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tiegħu, partikolarment fejn ma tkunx ġiet preżentata dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni simplifikata jew fejn ma tkunx sħiħa jew fejn ikun hemm raġuni biex wieħed jissupponi li d-data li jkun fiha tkun falza, il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jiskambjaw id-data li ġejja ma' l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ieħor jew mal-Kummissjoni:
Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal movimenti tal-merkanzija kif deskritt fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(1).”; (*) Kif previst fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi tas-sisa (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1)." |
3. |
l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat b'dan li ġej:
|
4. |
l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
5. |
fit-Titolu III, l-Artikoli li ġejjin għandhom jiġu miżjuda: “Artikolu 18a 1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta' l-Istati Membri, biex l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ikunu megħjuna jidentifikaw il-moviment ta' merkanzija li tkun l-oġġett ta' operazzjonijiet li jistgħu jiksru l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola u l-mezzi ta' trasport, inklużi l-containers, użati għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi direttorju ta' data li tasal mill-fornituri tas-servizzi, pubbliċi jew privati, li jkunu attivi fil-katina internazzjonali ta' forniment. Dak id-direttorju għandu jkun aċċessibbli b'mod dirett għal dawk l-awtoritajiet. 2. Fil-ġestjoni ta' dak id-direttorju, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa:
3. Id-data msemmija f'dan l-Artikolu tikkonċerna b'mod partikolari l-movimenti tal-containers u/jew tal-mezzi ta' trasport u l-merkanzija u l-persuni konċernati minn dawk il-movimenti. Dawk għandhom jinkludu, fejn tkun disponibbli, id-data li ġejja:
4. Fi ħdan il-Kummissjoni, l-analisti magħżula biss għandhom is-setgħa li jipproċessaw id-data personali prevista taħt il-paragrafi 2(b) u 2(c). Id-data personali li mhijiex meħtieġa biex jinkiseb l-għan previst għandha titħassar minnufih jew jitneħħewlha l-elementi li jikxfu l-identità. F'kull każ, id-data tista' tibqa' maħżuna għal mhux iktar minn tliet snin. Artikolu 18b 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata sabiex tipprovdi taħriġ u kull forma ta' għajnuna, minbarra għajnuna finanzjarja, għall-uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej u internazzjonali. 2. Il-Kummissjoni tista' toffri l-kompetenza, l-għajnuna teknika jew loġistika, it-taħriġ jew attività ta' komunikazzjoni jew kwalunkwe appoġġ operattiv ieħor lill-Istati Membri kemm sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament kif ukoll għat-twettiq tad-dmirijiet ta' l-Istati Membri fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-koperazzjoni doganali msemmija fl-Artikoli 29 u 30 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.”; |
6. |
l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 19 Sakemm il-pajjiż terz konċernat ikun ikkuntratta legalment sabiex jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex jinġabru l-provi kollha ta' natura irregolari ta' l-operazzjonijiet li jidhru li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola jew biex jiddetermina l-firxa ta' l-operazzjonijiet li jkunu nstabu li jiksru dik il-leġiżlazzjoni, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tista' tiġi kkomunikata lilu:
Komunikazzjoni bħal din minn Stat Membru għandha ssir konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu li japplikaw għat-trasferiment tad-data personali lil pajjiżi terzi. Fil-każijiet kollha, għandu jiġi assigurat li r-regoli tal-pajjiż terz konċernat joffru l-istess livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak previst fl-Artikolu 45(1) u (2).”; |
7. |
fl-Artikolu 20(2), il-punt (d) għandu jitħassar; |
8. |
l-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
9. |
fl-Artikolu 24, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
10. |
l-Artikolu 25 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 25 1. Il-punti li għandhom jiġu inklużi fil-CIS li huma relatati ma' kull waħda mill-kategoriji imsemmija fl-Artikolu 24 (a) sa (h) għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 43(2) safejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tas-Sistema. Id-data personali fl-ebda każ m'għandha tidher imsemmija fl-Artikolu 24(e). 2. Fir-rigward tal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24(a) sa (d), l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża bħala data personali għandha tkun limitata għal dan li ġej:
3. Fir-rigward tal-kategorija msemmija fl-Artikolu 24(f), l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża bħala data personali għandha tkun limitata biss għall-ismijiet u l-kunjomijiet ta' l-esperti. 4. Fir-rigward tal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24(g) u (h), l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża bħala data personali għandha tkun limitata għal dan li ġej:
5. Fil-każijiet kollha, l-ebda data personali li tikxef l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija ma' trade unions kif ukoll id-data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali m'għandha tiġi inkluża.”; |
11. |
l-Artikolu 27 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 27 1. Id-data personali li hija inkluża fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24 għandha tiġi inkluża fil-CIS unikament għall-għanijiet ta' l-azzjonijiet proposti li ġejjin:
2. Id-data personali li hija inkluża fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi inkluża fil-CIS biss jekk, partikolarment fuq il-bażi ta' attivitajiet illegali li jkunu saru qabel jew ta' informazzjoni pprovduta permezz ta' għajnuna, ikun hemm indikazzjoni reali li l-persuna kkonċernata tkun wettqet, qiegħda twettaq jew tkun se twettaq operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola li huma ta' rilevanza partikolari fil-livell tal-Komunità.”; |
12. |
l-Artikolu 34(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Biex ikun assigurat l-applikar korrett tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu l-CIS bħala sistema ta' pproċessar tad-data personali li hija suġġetta:
|
13. |
l-Artikolu 35 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 35 1. Suġġett għall-Artikolu 30(1), l-imsieħba fil-CIS għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw data personali mill-CIS għal finijiet li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 23(2). 2. Id-data tista' tiġi duplikata biss għall-finijiet tekniċi, sakemm din id-duplikazzjoni tkun meħtieġa għal tiftix mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29. 3. Id-data personali fil-CIS imdaħħla minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni ma tistax tiġi kkupjata f'sistemi ta' pproċessar tad-data li għalihom huma responsabbli l-Istati Membri jew il-Kummissjoni, ħlief f'sistemi ta' ġestjoni tar-riskju użati biex isiru kontrolli doganali nazzjonali jew fis-sistema ta' analiżi operattiva użata biex tikkoordina azzjonijiet fil-livell Komunitarju. F'dak il-każ, huma biss l-analisti magħżula mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u dawk magħżula mis-servizzi tal-Kummissjoni li għandu jkollhom is-setgħa li jipproċessaw id-data personali miksuba mill-CIS fil-qafas rispettivament ta' sistema ta' ġestjoni tar-riskji użata biex isiru kontrolli doganali minn awtoritajiet nazzjonali jew fil-qafas ta' sistema ta' analiżi operattiva użata biex tikkoordina l-azzjonijiet fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tas-servizzi tal-ġestjoni tar-riskji li l-analisti tagħhom huma awtorizzati li jikkupjaw u jipproċessaw data personali mdaħħla fil-CIS. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra skond il-każ. Għandha tipprovdi wkoll lill-Istati Membri kollha bl-informazzjoni korrispondenti rigward is-servizzi tagħha responsabbli għall-analiżi operattiva. Il-lista ta' awtoritajiet nazzjonali u servizzi tal-Kummissjoni nominati għandha tiġi pubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Id-data personali kkupjata mill-CIS għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan li għalih tkun ġiet ikkupjata. Il-ħtieġa taż-żamma tagħha għandha tkun riveduta mill-anqas darba kull sena mill-imsieħeb tal-CIS li jkun ikkupjaha. Il-perijodu massimu ta' ħażna ma jistax jeċċedi l-għaxar snin. Id-data personali li mhix meħtieġa għat-tkomplija ta' l-analiżi għandha titħassar minnufih jew jitneħħewlha l-elementi ta' identifikazzjoni.”; |
14. |
it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 36(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “F'kull każ, l-aċċess jista' jiġi miċħud lil kwalunkwe persuna li d-data tagħha tiġi pproċessata matul il-perjodu li fih jitwettqu l-azzjonijiet għall-finijiet ta' osservazzjoni u ta' rappurtar jew ta' sorveljanza diskreta kif ukoll matul il-perjodu li fih tkun qiegħda ssir l-analiżi operattiva tad-data jew waqt li tkun għaddejja l-inkjesta amministrattiva jew l-investigazzjoni kriminali.”; |
15. |
l-Artikolu 37 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
16. |
it-titolu tal-Kapitolu 7 tat-Titolu V għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Sigurtà tad-data”; |
17. |
fl-Artikolu 38(1), għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
18. |
għandu jiżdied it-Titolu li ġej: “IT-TITOLU Va DATABASE GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' FAJLS DOGANALI KAPITOLU 1 It-twaqqif ta' database għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali Artikolu 41a 1. Il-CIS tinkludi wkoll database speċifika msejħa ‘Database għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali’ (‘FIDE’). Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament relatati mal-CIS għandhom japplikaw ukoll għall-FIDE, u kull referenza għall-CIS għandha tinkludi din id-database. 2. L-għanijiet tal-FIDE għandhom ikunu li tgħin biex timpedixxi operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali u l-leġiżlazzjoni agrikola li japplikaw għall-merkanzija li tkun dieħla jew ħierġa mit-territorju doganali Komunitarju u biex tiffaċilita u taċċelera l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni tagħhom. 3. L-għan tal-FIDE għandu jippermetti lill-Kummissjoni, meta tiftaħ fajl ta' koordinazzjoni fl-ambitu ta' l-Artikolu 18 jew meta tħejji missjoni Komunitarja f'pajjiż terz fl-ambitu ta' l-Artikolu 20, u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru magħżula fir-rigward ta' inkjesti amministrattivi skond l-Artikolu 29, meta jiftħu file investigattiv jew jinvestigaw persuna jew intrapriża waħda jew iktar, biex jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra jew id-dipartimenti tal-Kummissjoni li qegħdin jew kienu qegħdin jinvestigaw il-persuni jew l-intrapriżi kkonċernati, sabiex jinkisbu l-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 2 permezz ta' informazzjoni dwar l-eżistenza ta' fajls investigattivi. 4. Jekk l-Istat Membru jew il-Kummissjoni, filwaqt li jkunu qegħdin ifittxu fil-FIDE, ikunu jeħtieġu aktar informazzjoni dwar fajls investigattivi dwar persuni jew intrapriżi, għandhom jitolbu l-għajnuna ta' l-Istat Membru fornitur. 5. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri jistgħu jużaw il-FIDE fil-qafas tal-koperazzjoni doganali previst fl-Artikoli 29 u 30 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tassigura l-ġestjoni teknika tad-database. KAPITOLU 2 L-operazzjoni u l-użu tal-FIDE Artikolu 41b 1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jdaħħlu d-data mill-fajls ta' l-investigazzjoni fil-FIDE għall-finijiet definiti fl-Artikolu 41a(3) dwar każijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew il-leġiżlazzjoni agrikola li tapplika għall-merkanzija li tkun dieħla jew ħierġa mit-territorju doganali Komunitarju u li tkun ta' rilevanza partikolari fil-livell Komunitarju. Id-data għandha tinkludi l-kategoriji li ġejjin biss:
Id-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandha tiddaħħal b'mod separat għal kull persuna jew intrapriża. Il-ħolqien ta' rabtiet bejn dawn l-elementi ta' data huwa projbit. 2. Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tkun limitata biss għal dan:
3. Id-data għandha tiddaħħal għal perjodu ta' żmien limitat skond l-Artikolu 41d. Artikolu 41c 1. L-introduzzjoni u l-konsultazzjoni tad-data fil-FIDE għandhom ikunu riżervati b'mod esklużiv għall-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 41a. 2. Kull konsultazzjoni tal-FIDE għandha tispeċifika d-data personali li ġejja:
KAPITOLU 3 Il-ħżin tad-data Artikolu 41d 1. Il-perjodu tal-ħażna tad-data għandu jiddipendi mil-liġijiet, mir-regolamenti u mill-proċeduri ta' l-Istat Membru li jforniha. Dawn huma l-perjodi massimi, ikkalkolati mid-data li fiha tiddaħħal id-data fil-fajl investigattiv, u li m'għandhomx jinqabżu:
Dawn il-perjodi m'għandhomx ikunu kumulattivi. 2. Matul l-istadji kollha ta' fajl investigattiv kif imsemmi fil-paragrafu 1(a), (b) u (c), hekk kif persuna jew intrapriża li għaliha japplika l-Artikolu 41(b) ma tibqax suspettata taħt il-liġijiet, regolamenti u proċeduri ta' l-Istat Membru fornitur, id-data li tikkonċerna lil din il-persuna jew l-intrapriża għandha titħassar minnufih. 3. Il-FIDE tħassar id-data b'mod awtomatiku hekk kif jgħaddi l-perjodu massimu tal-ħażna skond il-paragrafu 1.”; |
19. |
it-Titolu VI għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “TITOLU VI FINANZJAMENT Artikolu 42a 1. Dan ir-Regolament huwa l-att bażiku li fuqu huwa bbażat il-finanzjament ta' l-azzjonijiet kollha tal-Komunità stabbiliti fih, inklużi:
2. L-ispejjeż relatati ma' l-akkwist, studju, żvilupp u manutenzjoni ta' komponenti Komunitarji tan-network komuni ta' komunikazzjoni użat għall-finijiet tal-paragrafu 1(c) għandhom jitħallsu wkoll mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-kuntratti neċessarji biex tassigura n-natura operattiva ta' dawn il-komponenti f'isem il-Komunità. 3. Mingħajr preġudizzju għall-ispejjeż relatati ma' l-operazzjoni tal-CIS u l-ammonti previsti permezz ta' kumpens skond l-Artikolu 40, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrinunzjaw għat-talbiet kollha għal rimborż ta' l-ispejjeż relatati mal-forniment ta' informazzjoni jew ta' dokumenti jew għall-implimentazzjoni ta' investigazzjoni amministrattiva jew ta' kull azzjoni operattiva oħra skond dan ir-Regolament li jsiru fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, ħlief għall-ispejjeż ta' l-għajxien ta' kuljum (jekk ikun hemm) imħallsa lill-esperti.”; |
20. |
l-Artikolu 43 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
21. |
fl-Artikoli 44 u 45(2), il-kliem “fit-Titolu V fuq il-CIS” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “fit-Titoli V u Va”; |
22. |
għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 51a Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tippreżenta rapport kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.”; |
23. |
l-Artikolu 53 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 9 ta' Lulju 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2008.
(3) ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(4) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20.
(5) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34.
(6) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 33.
(7) ĠU C 139, 13.6.2003, p. 1.
(8) ĠU C 247, 15.10.2003, p. 1.
(9) ĠU C 362, 18.12.2001, p. 1.
(10) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(11) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 2006/24/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54).
(13) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(14) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(15) ĠU C 94, 28.4.2007, p. 3.