29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 56/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Frar 2008

dwar l-adozzjoni tal-pjan ta' ħidma għall-2008 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħrajn għall-kontributi finanzjarji għall-azzjonijiet ta' dan il-programm

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/170/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 u 110 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 90, 166 u 168(1)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija ta' l-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”), l-impenn ta' l-infiq għandu jkun preċedut minn deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li kellhom poteri delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet huma suġġetti għal programm annwali, li jrid jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena finanzjarja.

(3)

Skond l-Artikolu 166 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”), il-programm ta' ħidma annwali għall-għotjiet huwa adottat mill-Kumissjoni. Dan qiegħed biex jispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet u l-iskeda tas-sejħiet għall-proposti bl-ammont indikattiv u r-riżultati mistennija.

(4)

Skond l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljat għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju tista' titqies bħala d-deċiżjoni finanzjarja fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, bil-kundizzjoni li din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed.

(5)

Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' ħidma annwali li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, fosthom l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, il-kriterji għall-perċentwali ta' kontribut finanzjarju Komunitarju, inklużi l-kriterji għall-valutazzjoni ta' jekk tapplikax jew le l-utilità eċċezzjonali, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġii konġunti u azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 ta' l-istess Deċiżjoni;

(6)

Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta kriterji għall-għażla, l-għoti u kriterji oħrajn għall-kontributi finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm skond l-Artikolu 4 ta' l-istess Deċiżjoni;

(7)

Din id-Deċiżjoni tadotta f'dokument wieħed il-pjan ta' ħidma annwali, kif imsemmi fil-premessa (5), il-kriterji ta' l-għażla, l-għoti u kriterji oħrajn għall-kontributi finanzjarji għal-azzjonijiet tal-Programm kif imsemmi fil-premessa (6) u tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja kif imsemmi fil-premessa (4).

(8)

Skond l-Artikolu 168(1)(ċ) tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tqassam l-għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti lil entitajiet b'monopolju de jure jew de facto dovutmanent sostanzjat.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2008-2013),

(10)

Skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-programm dwar is-saħħa pubblika u għandha tirċievi l-fondi neċessarji għal dan il-għan.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-pjan ta' ħidma għall-2008 li jservi bħala deċiżjoni finanzjarja għall-għotjiet u l-kuntratti għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) kif stabbilit fl-Anness I qiegħed b'dan jiġi adottat.

2.   Fil-massimu tal-baġit indikattiv bidliet li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribut massimu tal-Komunità ma jitqisux bħala sostanzjali sakemm ma jaffettwawx b'mod sinifikanti n-natura u l-għanijiet tal-pjan ta' ħidma.

L-uffiċjal li jawtorizza, imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, jista' jadotta bidliet ta' din ix-xorta b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda.

3.   Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur għandu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-pjan ta' ħidma.

Artikolu 2

L-għażla, l-għoti u kriterji oħrajn għall-kontributi finanzjarji għall-azzjonijiet skond it-tieni Programm Komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), kif stabbiliti fl-Annessi II, IV u V huma b'dan adottati. Flimkien mal-pjan ta' ħidma fl-Anness I, huma jservu bħala d-deċiżjoni finanzjarja għall-għotjiet u l-kuntratti għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013).

Artikolu 3

L-allokazzjonijiet tal-baġit meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) għandhom ikunu allokati lill-‘Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika’ maħluqa mid-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p.13).

(4)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.


ANNESS I

Pjan ta' Ħidma Annwali 2008 inklużi implikazzjonijiet baġitarji u kriterji għall-finanzjament ta' l-għotjiet

1.   KUNTEST ĠENERALI

1.1.   Il-kuntest politiku u ġuridiku

Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE (minn hawn 'il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni tal-Programm”) stabbiliet it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2008-2013) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-tieni Programm ta' Saħħa”).

Dan jieħu post il-Programm ta' azzjoni Komunitarja ta' qabel fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (1) li stipula s-sisien għal approċċ komprensiv u koerenti għas-saħħa pubblika fil-livell ta' l-UE li jikkontribwixxi għall-promozzjoni livell għoli ta' saħħa u benessri madwar il-Komunità. Minbarra azzjonijiet oħrajn, 329 proġett intgħażlu għal finanzjament mis-Sejħa għall-proposti taħt dan il-programm (2).

It-tieni Programm ta' Saħħa huwa maħsub biex jikkumplimenta, jappoġġja u jżid il-valur għall-politiki ta' l-Istati Membri u jikkontribwixxi għal iżjed solidarjetà u prosperità fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-Programm huma għat-titjib tas-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini; biex jippromwovi s-saħħa, inkluż it-tnaqqis ta' l-inugwaljanzi tas-saħħa u li jiġu ġġenerati u mxerrda t-tagħrif u l-għarfien dwar is-saħħa.

L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni tal-Programm jgħid li l-Kummissjoni għandha tadotta:

(a)

il-pjan ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm, li jistabbilixxi:

(i)

prijoritajiet u azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inklużi l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji;

(ii)

kriterji għall-perċentwali tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità, inklużi kriterji għall-valutazzjoni dwar jekk l-utilità eċċezzjonali tapplikax jew le;

(iii)

l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji u azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 9;

(b)

kriterji ta’ għażla, għoti u kriterji oħrajn għal kontribut finanzjarju għall-azzjonijiet tal-Programm skond l-Artikolu 4.

Skond l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) l-impenn ta' l-infiq għandu jkun ippreċedut minn Deċiżjoni Finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li kellhom poteri delegati lilhom mill-istituzzjoni. Skond l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (IR), id-Deċiżjoni li tadotta l-programm ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, tista' titqies bħala d-Deċiżjoni Finanzjarja sakemm din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed. Dan id-dokument għandu l-mira li jissodisfa dawk l-obbligi u jippreżenta l-attivitajiet differenti skedati għall-2008.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika (PHEA) hija mistennija twettaq l-operazzjonijiet neċessarji kollha għall-ġestjoni tal-pjan ta' ħidma 2008, b'mod partikolari dawk marbuta ma' l-għoti tal-kuntratti u l-għotjiet, sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendilha ħajjitha skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003/KE (4).

1.2.   Riżorsi

Id-Deċiżjoni tal-Programm jistabbilixxi baġit totali ta' 321 500 000 EUR għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal – 31 ta' Diċembru 2013.

L-awtorità baġitarja approvat baġit totali ta' 46 600 000 EUR (5) għall-2008 għal-linji tal-baġit 17 03 06 u 17 01 04 02.

Linja tal-baġit

EUR

17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa

45 200 000

17 01 04 02 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva

1 400 000

Total

46 600 000

Il-linja tal-baġit “17 01 04 02 – Infiq fuq ġestjoni amministrattiva tal-programm” se jintuża għall-organizzazzjoni ta' workshops u laqgħat ta' esperti, pubblikazzjonijiet, bosta attivitajiet ta' komunikazzjoni u nfiq attwali ieħor li jappoġġja l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet tal-programm.

Kontributi addizzjonali mill-pajjiżi membri ta' l-EFTA taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja) u l-pajjiżi kandidati li jieħdu sehem fil-Programm se jsiru matul is-sena (6). Dawn huma stmati għal 1 113 740 EUR mill-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA (7) u 119 723 EUR mill-pajjiżi kandidati (il-Kroazja) (8).

Il-baġit totali għall-2008 ġie stmat għalhekk għal 47 833 463 EUR:

it-total għall-baġit operattiv huwa stmat li jlaħħaq 46 395 003 EUR;

it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat li jlaħħaq 1 438 460 EUR.

Il-linja tal-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati mal-PHEA hija 17 01 04 30.

Il-linja tal-baġit għall-Ftehimiet internazzjonali u s-sħubija f'għaqdiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk huwa 17 03 05.

1.2.1.   Ammonti indikattivi

L-ammonti indikattivi fil-kapitoli li jmiss huma indikattivi. B'konformità ma' l-Artikolu 90(4) ta' l-IR, varjazzjoni mhux sustanzjali fl-ordni ta' +/– 20 % huma possibbli skond kull mekkaniżmu ta' finanzjament.

2.   MEKKANIŻMI TA' FINANZJAMENT

Il-firxa usa' ta' mekkaniżmi ta' finanzjament offruta mit-tieni Programm ta' Saħħa se jkunu implimentati mill-2008 fejn possibbli, speċjalment għall-operazzjoni ta' l-għotjiet u azzjonijiet konġunti li l-2008 se tkun l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tagħhom.

Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-baġit fis-Sejħa għall-proposti u fokus ikbar fuq sejħiet għall-offerti u mekkaniżmi oħrajn ta' finanzjament, bħal azzjonijiet konġunti u għotjiet operattivi, għandhom l-għan li jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-valur miżjud ta' l-azzjonijiet iffinanzjati, u li jiżguraw li l-finanzi jgħaddu b'mod iktar dirett lejn l-ilħuq ta' l-għanijiet tal-programm. Madankollu, fil-każ li jibqgħu disponibbli riżorsi mill-baġit operattiv fl-aħħar ta' l-2008, dawn se jiġu allokati mill-ġdid għall-finanzjament ta' l-għotijiet magħżula permezz tas-Sejħa għall-proposti 2008 bħala prijorità.

L-għotjiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.

Sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendilha ħajjitha skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003/KE, il-mekkaniżmi ta' finanzjament kollha se jiġu eżegwiti taħt ir-responsabbiltà tal-PHEA, ħlief il-punt 2.9 li jaqa' taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kummissjoni. Sejħiet u tagħrif rilevanti se jkun ippubblikat fil-websajt tal-PHEA (9).

2.1.   Sejħa għal proposti għal Proġetti

L-għotjiet għandhom ikunu ffinanzjati fil-linja tal-Baġit 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali għas-Sejħa għall-proposti huwa stmat li jlaħħaq 28 541 003 EUR (madwar 62 % tal-baġit operattiv).

Sejħa għal proposti se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-aħħar ta' Frar 2008 (data inidikattiva) li tiddeskrivi ż-żoni għall-finanzjament, il-kriterji ta' l-għażla u l-għotja u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni.

Il-proġetti kollha għandhom jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli, ikunu innovattivi fin-natura tagħhom u d-dewmien ma għandux normalment jaqbeż it-tliet snin. Fejn rilevanti, it-tagħrif għandu jkun inkluż dwar kif tista' titqies il-perspettiva tas-sessi.

Il-proposti kollha jridu juru, fejn rilevanti, li s-sinerġiji jistgħu jkunu identifikati ma' attivitajiet ta' riċerka attwali ffinanzjati skond l-Appoġġ Xjentifiku għall-attivitajiet Politiċi tas-sitt Programm ta' Qafas (10) kif ukoll bħala proġetti li jridu jiġu ffinanzjati skond it-temi tas-saħħa u temi relatati tas-seba' Programm ta' Qafas ta' Riċerka (11).

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-allokazzjoni tar-riżorsi għas-sejħa għall-proposti, se jipprova jintlaħaq bilanċ bejn il-linji ta’ żvilupp differenti tal-programm, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-kwalità u l-kwantità tal-proposti li jaslu, kemm-il darba ma jinqalgħux emerġenzi partikolari għas-saħħa pubblika (eż. influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi.

Minħabba n-natura kumplimentari u motivazzjonali ta’ l-għotjiet Komunitarji, mill-inqas 40 % ta’ l-ispejjeż tal-proġett għandhom ikunu ffinanzjati minn sorsi oħrajn. Għaldaqstant, il-kontribut finanzjarju normali jista’ jitla’ sa 60 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli għal kull proġett għall-proġetti kkunsidrati. F’kull każ individwali se tkun iddeterminata l-perċentwali massima li għandha tingħata.

Kontribut Komunitarju massimu għal kull benefiċjarju (jiġifieri, għal kull benefiċjarju ewlieni u assoċjat) ta' 80 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli jista' jkun previst meta proġett ikun ta' utilità eċċezzjonali, kif speċifikat fil-punt 3.1. Ma għandux ikun hemm iktar minn 10 % ta' l-għadd ta' proġetti ffinanzjati li jirċievu kontribut Komunitarju ta’ iktar minn 60 %.

Ta' min jinnota li l-ammont indikattiv għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja fil-proġetti magħżula jista' jvarja minn – 20 % għal + 10 % fir-rigward ta' l-ammont mitlub mill-benefiċjarju.

Il-kriterji ta’ għażla, għoti u kriterji oħrajn għall-kontributi finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm, skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Programm, huma dettaljati fl-Anness II.

Id-dettalji li jikkonċernaw l-eliġibbiltà ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza huma stipulati fl-Anness III.

2.2.   Sejħiet għal Offerti

Il-kuntrati ta' servizzi għandhom ikunu ffinanzjati fil-linja tal-Baġit 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. In-numru indikattiv u t-tip ta' kuntratti huma speċifikati fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4.

L-ammont indikattiv ġenerali għall-għotjiet ikun sa 9 300 000 EUR (madwar 20 % tal-baġit operattiv), is-sejħiet għall-offerti se jitnedew matul is-sena, fejn possibbli fl-ewwel nofs.

2.3.   Azzjonijiet konġunti

L-azzjonijiet konġunti għandhom ikunu ffinanzjati fil-linja tal-Baġit 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat sa 2 300 000 EUR (madwar 5 % tal-baġit operattiv).

Xi azzjonijiet fl-2008 se jkunu eliġibbli għall-finanzjament ta' l-azzjonijiet konġunti mill-Komunità u xi Stat Membru jew iktar jew mill-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi oħrajn li qed jieħdu sehem fil-Programm.

Il-pajjiżi parteċipanti se jiġu mistiedna li jibagħtu proposti għal azzjonijiet konġunti identifikati espiliċitament bħala tali.

Il-kontributi Komunitarji jistgħu jingħataw lil entità pubblika jew entità li ma joperax bi qligħ iddeżinjaw permezz ta' proċedura trasparenti mill-Istat Memru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata u bil-qbil tal-Kummissjoni.

Il-kontribut Komunitarju għall-azzjonijiet konġunti ma għandux jaqbeż il-50 %, ħlief f'każijiet ta’ utilità eċċezzjonali, fejn il-kontribut Komunitarju ma għandux jaqbeż is-70 %. Utilità eċċezzjonali tiġri għal azzjonijiet konġunti:

li jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-punt 3.1 u

li jikkonsistu fil-parteċipazzjoni ta' l-entitajiet minn ta' l-inqas 10 pajjiżi parteċipanti jew fil-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn 3 pajjiżi parteċipanti, fejn l-azzjoni tkun proposta minn entità minn Stat Membru li jkun ingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju 2004 jew minn Pajjiż Kandidat.

Il-kriterji ta' għażla u għoti għal azzjonijiet konġunti huma dettaljati fl-Anness IV.

Id-dettalji li jikkonċernaw l-eliġibbiltà ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza huma stipulati fl-Anness III.

2.4.   Għotjiet operattivi

Għotjiet operattivi għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-linja tal-Baġit 17 03 06 – azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal 2 300 000 EUR (madwar 5 % tal-baġit operattiv).

Appoġġ finanzjarju għal attivitajiet jistgħu jingħataw lil għaqdiet Ewropej li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

ikunu entità mhux governattiva jew netwerk speċjalizzat, ma jagħmlux qligħ u indipendenti mill-industrija, il-kummerċ u n-negozju jew interessi konfliġġenti oħrajn;

huma stabbiliti ġuridikament skond il-liġi ta’ wieħed mill-pajjiżi eliġibbli għall-Programm

ikunu qed joperaw fil-livell Ewropew u jkollhom membri f'ta' l-inqas nofs l-Istati Membri, b'kopertura ġeografika bbilanċjata, u bħala mira ewlenija tagħha għandha wieħed mill-għanijiet tal-Programm jew iktar, u

tkun ipprovdiet lill-Kummissjoni kontijiet sodisfaċenti tas-sħubija tagħhom, ir-regoli interni u s-sorsi tal-finanzjament.

L-għaqdiet li jkopru attivitajiet speċifikati f'dan il-pjan ta' ħidma fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 jingħataw preferenza.

Se tiġi ppubblikata sejħa għal proposti fil-Ġurnal Uffiċjali matul l-ewwel nofs ta' l-2008, li tiddeskrivi l-oqsma għal finanzjament, il-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni.

L-appoġġ finanzjarju ma għandux jaqbeż is-60 % ta' l-ispiża involuta fit-twettiq ta' l-attivitajiet eliġibbli. F'każijiet ta' utilità eċċezzjonali, il-kontribut Komunitarju ma għandux jaqbeż it-80 %. Utilità eċċezzjonali tista' sseħħ meta l-attivitajiet ikollhom valur miżjud Ewropew sinifikanti ħafna, kif indikat fil-punt 3.1.

Kif stipulat fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, it-tiġdid tal-kontributi finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 1(b) ta' l-entitajiet mhux governattivi u netwerks speċjalizzati jistgħu jkunu eżenti mill-prinċipju tat-tnaqqis gradwali.

Il-kriterji ta' għażla u għoti għall-għotjiet operattivi huma dettaljati fl-Anness V.

2.5.   Konferenzi fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju

Kontributi finanzjarji għal konferenzi organizzati fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-linja tal-Baġit 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal 700 000 EUR: 200 000 EUR għal konferenzi organizzati mill-Presidenza ta' l-Unjoni u 500 000 EUR għal konferenzi oħrajn.

Għal raġunijiet organizzattivi, il-konferenzi jridu jsiru fit-tieni nofs ta' l-2008 jew fl-ewwel nofs ta' l-2009.

2.5.1.   Konferenzi organizzati mill-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea

Konferenzi li ngħataw prijorità mill-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea huma eliġibbli għal finanzjament f'somma waħda mill-Komunità. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal EUR 100 000 (massimu ta' 50 % tal-baġit totali) għal kull konferenza (12) b'massimu ta' konferenza għal kull Presidenza, b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 181 ta' l-IR.

Minħabba n-natura ta' l-għaqdiet involuti, dan huwa monopolju de facto. Skond l-Artikolu 168 (1)(ċ) ta' l-IR, jistgħu jiġu allokati għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti lil għaqdiet f'sitwazzjoni ta' monopolju.

2.5.2.   Konferenzi oħrajn

Kontributi finanzjarji mill-Komunità jistgħu jingħataw għall-organizzazzjoni ta' konferenzi li:

Għandhom bħala mira ewlenija prijorità jew iktar ta' dan il-programm ta' ħidma annwali kif deskritt fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4;

Għandhom dimensjoni li tkopri l-Unjoni Ewropea, eż. b'parteċipazzjonijiet ta' rappreżentazzjonijiet minn 10 pajjiżi jew iktar li jipparteċipaw fit-tieni Programm ta' Saħħa;

Ikunu organizzati minn entità pubblika jew entità li ma tagħmilx qligħ bi qbil mal-Kummissjoni f'Pajjiż li qed jieħu sehem fit-tieni Programm ta' Saħħa;

Se titnieda sejħa għal proposti fl-ewwel kwart ta' l-2008 li tiddeskrivi l-oqsma għal finanzjament, il-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni. Konferenzi magħżula huma eliġibbli għal finanzjament b'somma f'daqqa mill-Komunità ta' sa 100 000 EUR (massimu 50 % tal-baġit totali) għal kull konferenza, għalkemm xorta jintalab kofinanzjament.

2.6.   Kooperazzjoni ma' għaqdiet internazzjonali

Il-finanzjament għal azzjonijiet ma' għaqdiet internazzjonali għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-linja tal-Baġit 17 03 06 – azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal sa 2 300 000 EUR, li jiġi madwar 5 % tal-baġit operattiv.

Skond l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Programm, relazzjonijiet u kooperazzjoni ma' għaqdiet internazzjonali għandhom ikunu mħeġġa. Dan se jsir ma' għaqdiet internazzjonali li għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex jiġu ttrattati l-prijoritajiet tas-saħħa għall-Unjoni Ewropea identifikati fil-pjan ta' ħidma annwali.

Il-finanzjament għall-azzjonijiet ma' l-għaqdiet internazzjonali se jkunu allokati permezz ta' ftehimiet ta' għotja mingħajr sejħa minn qabel għall-proposti kif previst fl-Artikolu 168 (1) premessi (ċ) u (f) ta' l-IR, lill-għaqdiet f'sitwazzjoni ta' monopolju jew lil xi tip partikolari ta' entità minħabba l-kompetenzi tekniċi tagħha, il-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni tagħha jew is-setgħa amministrittiva tagħha.

Ftehimiet ta' għotjiet diretti se jtejbu s-sinerġiji u l-ħin ta' reazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lejn għaqdiet internazzjonali fejn l-azzjonijiet ikunu koperti konġuntament. L-għaqdiet għandhom ċerti kapaċitajiet marbuta mal-ħidmiet speċifiċi tagħhom u r-responsabbiltajiet, li jagħmluhom partikolarment kwalifikati biex iwettqu xi wħud mill-azzjonijiet stabbiliti f'dan il-Programm ta' Ħidma u li għalihom il-ftehimiet diretti ta' għotja huma kkunsidrati li huma l-proċedura l-iktar adatta.

L-ammont tal-kontribut finanzjarju jista' jkun ta' sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-azzjonijiet meqjusa għal kull għaqda. Il-Kummissjoni se tiddetermina, f'kull każ individwali, il-perċentwali li trid tingħata.

Fl-2008, l-għaqdiet internazzjonali li ġejjin jistgħu jkunu ffinanzjati għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet speċifikati taħt il-punti 3.2, 3.3 u 3.4:

L-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD)

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), inkluża l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka tal-Kankru (IARC), affiljata mal-WHO

Il-Kunsill ta' l-Ewropa (CoE).

2.7.   Kumitati Xjentifiċi

L-attività tal-Kumitati Xjentifiċi rilevanti għas-Saħħa Pubblika għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-linja tal-baġit 17 03 06 – azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa.

Ammont inklussiv ta' 254 000 EUR se jkun mirfugħ għall-ħlas tal-benefiċċji għall-parteċipanti fil-laqgħat relatati mal-ħidma tal-kumitati xjentifiċi u tar-relaturi għat-tlestija ta' l-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku, fil-qafas tal-Kumitati Xjentifiċi (13). Dawn il-benefiċċji se jkopru l-oqsma rilevanti kollha tat-tieni Programm ta' Saħħa, jiġifieri 100 % ta' l-ispejjeż għal SCHER (il-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji Ambjentali u tas-Saħħa) u 50 % (bħala perċentwali indikattiva) ta' l-ispejjeż għall-SCENIHR (il-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji tas-Saħħa Emerġenti jew li Għadom kif ġew Identifikati) u għal Koordinament.

Fl-2008, il-Kumitati Xjentifiċi se jkunu vvalutati kontra entitatajiet oħrajn tal-Valutazzjoni tar-Riskju ta' l-UE fid-dawl tar-reviżjoni tal-Kumitati li ġejja dalwaqt. Dan se jkun permezz ta' Sejħa għal offerti, kif stabbilit fi 2.2.

2.8.   Sottodelegazzjoni għall-Eurostat

L-Artikoli 51 u 59 ta' l-FR u l-Artikoli 6 sa 8 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (14) jirreferu għall-kundizzjonijiet u r-regoli ta' l-istrument ta' sottodelegazzjoni.

Sottodelegazzjoni għal ammont massimu ta' 700 000 EUR, taħt il-linja tal-baġit 17 03 06 – azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa, se jingħata lid-Direttorat Ġenerali ta' l-Eurostat (Eurostat) għall-finijiet ta' azzjonijiet ta' appoġġ kif speċifikat fil-punt 3.4.

2.9.   Attivitajiet oħrajn

Attivitajiet oħrajn bħall-organizzazzjoni ta' workshops, u laqgħat ta' l-esperti, pubblikazzjonijiet u bosta inizjattivi ta' komunikazzjoni se jkunu prinċipalment iffinanzjati taħt il-linja tal-baġit “17 01 04 02 – Infiq fuq ġestjoni amministrattiva tal-pprogramm”.

Għal xi suġġetti tekniċi speċifiċi, kif deskritt fil-kapitolu 3, huma mistennija ftehimiet amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka li se jkunu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 17 03 06 – azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa.

Il-kontribut annwali ta' l-UE għall-2008 għall-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-WHO li jammonta għal 190 779 EUR se jkunu ffinanzjati taħt il-linja tal-baġit 17 03 05 — Ftehimiet internazzjonali u sħubija fl-għaqdiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk.

3.   OQSMA TA' PRIJORITÀ GĦALL-2008

Azzjonijiet ta' prijorità għall-2008 ntgħażlu b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Programm. Dawn il-prijoritajiet għandhom jitqiesu fil-kuntest ta' l-azzjonijiet diġà ffinanzjati taħt il-Programm preċedenti (15) u l-fatt li prijoritajiet ulterjuri se jkunu definiti fi snin iktar avvanzati tal-perjodu tal-Programm.

Ta' min jinnota li l-istruttura tal-pjan ta' ħidma hija bbażata fuq oqsma tematiċi tal-prijoritajiet minħabba sforz ta' komunikazzjoni biex il-pjan ta' ħidma jsir iktar faċli biex jintuża mill-applikanti u l-qarrejja.

3.1.   Kwistjonijiet ta' importanza strateġika

B'konformità ma' l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, u l-impenn ta' l-Istrateġija tas-Saħħa ta' l-UE (16) biex taħdem f'setturi fit-titjib tas-saħħa, se tingħata preferenza kbira lil azzjonijiet li għandhom valur miżjud Ewropew sinifikanti f'termini ta' l-oqsma li ġejjin:

Kontribut

għat-titjib tad-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif imkejjel fejn ikun possibbli minn indikaturi xierqa, inkluż l-indikatur tas-Snin ta' Ħajja f'Saħħa Tajba (17);

għat-tnaqqis ta' l-inugwaljanzi fis-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni ta' l-UE u bejniethom;

għall-bini ta' kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki effettivi tas-saħħa pubblika partikolarment f'żoni ta' bżonn kbir;

L-involviment ta' atturi ġodda (mhux tradizzjonali) għas-saħħa f'azzjonijiet sostnuti, kooperattivi u etikament tajbin, kemm fil-livell reġjonali jew lokali kif ukoll fost il-pajjiżi parteċipanti. Dan jinkludi s-settur pubbliku, is-settur privat u l-partijiet interessati fost is-soċjetà ċivili usa' li l-għanijiet ewlenin tagħha mhumiex limitati għas-saħħa pubblika (per eżempju fost iż-żgħażagħ, il-gruppi etniċi u oqsma ta' interess pubbliku oħrajn bħall-ambjent u l-isport).

Se tingħata preferenza ġenerali lill-attivitajiet fejn għandhom jintużaw għodod u approċċi ttestjati.

Proposti li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu ta' utilità eċċezzjonali.

Il-prijoritajiet huma elenkati fis-seżżjonijiet li jikkorrispondu mal-linji ta' żvilupp imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Programm.

3.2.   Azzjonijiet prijoritarji għall-ewwel linja ta' żvilupp “Titjib tas-sigurtà ta' saħħet iċ-ċittadini” (18)

3.2.1.   Il-ħarsien taċ-ċittadini mit-theddid għas-saħħa

L-attivitajiet taħt dan l-għan jimmiraw li jiżviluppaw strateġiji u mekkaniżmi ta' reazzjoni għat-theddid u l-emerġenzi tas-saħħa u li jappoġġjaw azzjonijiet li huma l-bażi tad-Deċiżjoni li joħolqu netwerk ta' sorveljanza Komunitarja (19). Ir-responsabbiltà għall-analiżi u l-valutazzjoni ta' mard li jittieħed jaqa' taħt l-awtorità taċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) (20) u azzjonijiet żviluppati biex jappoġġjaw il-ġestjoni ta' dawn ir-riskji ġew żviluppati b'konsultazzjoni ma' l-ECDC. Barra minn hekk, il-programm se jkopri identifikazzjoni ta' theddid ieħor għas-saħħa, bħal dawk imposti minn aġenti fiżiċi u kimiċi.

Attivitajiet għall-koordinament u l-appoġġ tat-tħejjija tas-sigurtà tas-saħħa u l-kapaċità ta' rispons u ppjanar ta' l-Istati Membri kontra attakki minn aġenti kimiċi u bijoloġiċi qed jiġu żviluppati mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Ministri tas-Saħħa tal-15 ta' Novembru 2001 (21).

Prijorità ġdida għall-perjodu ta' programmazzjoni se jkun xogħol fuq adattament għall-bdil fil-klima, u b'mod partikolari dwar il-konsegwenzi tal-bdil fil-klima għas-saħħa umana.

3.2.1.1.   L-implimentazzjoni tal-lista prijoritarja tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) (Anness - punti 1.1.1 – 1.1.3 – 1.1.5)

Wara t-tiġdid tal-mandat ta' l-HSC (22) dwar prolongament u estensjoni tranżitorji, lista ta' prijoritajiet fil-qasam tas-sigurtà tas-saħħa ġew stabbiliti fi tliet oqsma:

It-tħejjija u r-reazzjoni għal theddid tas-saħħa minn atti ta' terroriżmu CBRN

Tħejjija ġenerika għal emerġenzi tas-saħħa

Tħejjija u reazzjoni għall-influwenza

[Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għall-proposti jew Sejħa għal offerti]

3.2.1.2.   It-twaqqif ta' mekkaniżmi għall-prevenzjoni u r-reazzjoni għat-theddid għas-saħħa permezz ta' tħejjija (Anness - punt 1.1.3 u 1.1.1)

It-tħejjija titlob livell ta' koordinament lil hinn minn pajjiżi, istituzzjonijiet u proċeduri fil-livell ta' l-UE meta jitqies l-ambjent internazzjonali. Dan jista' jsir permezz tat-tisħiħ tal-konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni ta' l-UE u r-rekwiżiti internazzjonali u l-iskambju tat-tagħrif għall-ġestjoni tal-kriżi, b'fokus partikolatri fuq prassi tajba, sabiex jiġu ffaċċjati u kkontrollati l-problemi ewlenin tas-saħħa pubblika bħall-pandemiji. L-ittraċċar tal-kuntatt huwa prijorità li nqalgħet minn ġrajjiet internazzjonali reċenti li hemm bżonn li tiġi indirizzata minn proċeduri komuni maqbula.

Ir-riżultati mistennija ta' l-azzjonijiet ta' l-2008 għandhom jiċċaraw b'mod operattiv l-artikulazzjoni bejn ir-Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali (23) u s-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrin (EWRS) (24) u jiżviluppaw qafas għall-identifikazzjoni u l-iskambju ta' prassi tajba fl-attivitajiet ta' tħejjija kollha, inklużi t-trasferibilità tagħhom u l-proċeduri għal ittraċċar tal-kuntatt relatat ma' l-ivvjaġġar.

Appoġġ għall-implimentazzjoni ta' Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali fl-UE, inkluża analiżi kumparattiva tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi ta' l-IHR ma' l-acquis Komunitarju [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Workshops u Sejħa għall-offerti]

Appoġġ għall-ippjanar tat-tħejjija tas-sistema tas-saħħa u l-ġestjoni tal-kriżi f'pajjiżi ġirien u f'fażi ta' adeżjoni (ENP) [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim ta' għotja diretta mal-WHO].

Il-monitoraġġ tal-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni għall-ġestjoni ta' kriżi u konnessjoni ma' għodod ta' skambju internazzjonali [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim amministrattiv maċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka]

L-iżvilupp ta' proċeduri għall-ittraċċar tal-kuntatt relatati ma' l-ivvjaġġar [mekkaniżmu ta' finanzjament: workshops]

L-attivitajiet li jirriżultaw mill-green paper dwar it-tħejjija kontra theddid bijoloġiku (25) u tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Workshops]

Tixrid ma' l-Istati Membri ta' l-UE ta' azzjonijiet essenzjali identifikati fi ħdan l-Inizjattiva ta' Sigurtà Globali tas-Saħħa (26) [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Workshops u sejħa għal proposti]

Eżerċizzji u taħriġ madwar l-UE - għall-abbozzar ta' eżerċizzji speċifiċi minn xenarju fiss u għall-ippjanar, it-tmexxija u l-valutazzjoni ta' l-eżerċizzji fil-qasam tas-saħħa pubblika. Ħames miri x'jintlaħqu huma: studji tal-każi, eżerċizzji ta' simulazzjoni, eżerċizzji mill-post ta' kmand, eżerċizzji fuq il-post, u taħriġ speċifiku għall-persunal. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħiet għal offerti]

3.2.1.3.   Tisħiħ ta' l-iżvilupp ta' kapaċità (Anness- punti 1.1.1 – 1.1.4)

Ġestjoni u valutazzjoni ta' kwalunkwe theddida għas-saħħa titlob l-integrazzjoni ta' kapaċitajiet epidemjoloġiċi, kapaċitajiet ta' laboratorji ta' referenza ta' servizz u kapaċitajiet ta' laboratorji ta' riċerka rikonoxxuti internazzjonalment. Hemm bżonn ta' qafas xieraq għal attivitajiet ta' laboratorju ta' referenza ta' l-UE biex isaħħaħ l-iżvilupp ta' kapaċità, kooperazzjoni u netwerking, u biex joffri rakkomandazzjonijiet dwar prinċipji u prassi tajba

B'riżultat ta' l-azzjonijiet ta' l-2008, se jkunu identifikati l-livelli attwali tas-sistemi nazzjonali eżistenti u l-modi ta' promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-qsim tal-faċilitajiet u t-tagħmir.

Żvilupp tal-laboratorji ta' referenza tal-Komunità – Identifika l-livell attwali tas-sistemi nazzjonali eżistenti biex ikun apprezzat il-valur miżjud tar-rinforz Komunitarju f'termini ta': l-iżvilupp tal-kapaċità, netwerking, it-trawwim taċ-Ċentri ta' l-UE, rakkomandazzjonijiet dwar l-istandards għall-attivitajiet ta' referenza. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħiet għal offerti]

Qsim ta' faċilitajiet u tagħmir – Reċiproċità ta' loġitika, strutturi, informatika, teknoliġiji, kapaċitajiet ta' l-għodod, għarfien espert partikolarment għas-sejbien kimiku u radjonukleari u l-ħarsien minnu [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Azzjoni konġunta].

3.2.1.4.   Żvilupp ta' prevenzjoni minn theddid għas-saħħa eżistenti jew emerġenti (Anness- punt 1.1.1)

Ix-xogħol fl-2008 se jiffoka fuq it-tfassil ta' miżuri kontra mard u theddid emerġenti ġodda, partikolarment:

Attivitajiet ta' tfassil xjentifiku bejn l-Istati Membri dwar miżuri għal mard emerġenti; inkluż mhux biss aspetti epidemjoloġiċi imma wkoll elementi bħad-dispersjoni atmosferika; tfassil ta' attivitajiet dwar il-perikli kimiċi għas-saħħa; twaqqif ta' rekwiżiti ta' data għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu għat-titjib ta' l-aċċess għal data meħtieġa għat-tfassil. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.2.1.5.   Appoġġ u analiżi fl-iżvilupp ta' politika ta' tilqim fl-Istati Membri (Anness- punt 1.1.2)

Appoġġ għall-proġetti bil-għan li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ġestjoni tar-riskju u inizjattivi politiċi bbażati fuq valutazzjoni xjentifika pprovduta mill-ECDC. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-influwenza staġjonali, it-tilqim tat-tfulija u l-vajrus papilloma uman (HPV) [mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti u workshops]

3.2.1.6.   Adattament għall-bdil fil-klima, u l-konsegwenzi dwar is-saħħa tal-bniedem

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adattament għall-Bdil fil-Klima, inklużi l-effetti fuq is-saħħa hija ppjanata għall-adozzjoni lejn tmiem l-2008, b'riżultat ta' proċess immirat lejn il-ġbir ta' għarfien espert fl-Istati Membri kollha. Xi attivitajiet huma neċessarji biex jappoġġjaw il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-komunikazzjoni, u se jiffukaw b'mod partikolari fuq il-qasam li ġej:

Żvilupp u koordinament ta' sistemi ta' sorveljanza u twissija bikrija f'oqsma speċifiċi (eż. żmien ta' kesħa, l-effetti fuq is-saħħa ta' l-għargħar, l-ajruallerġeni, ir-radjazzjoni ultravjola u mard infettuż trażmess minn insetti u mard infettuż ieħor tal-bnedmin u ta' l-annimali). [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għall-proposti]

3.2.2.   Titjib tas-sigurtà taċ-ċittadini

Attivitajiet fil-livell Ewropew f'dan il-qasam għandhom il-mira li jidentifikaw ir-riskji għas-saħħa u jivvalutaw l-impatt possibbli, minbarra li jikkumplimentaw il-miżuri nazzjonali fit-trattament ta' inċidenti li jistgħu jiġu evitati u s-sigurtà tal-pażjent billi tiżdied il-kuxjenza u jitrawwem skambju ta' għarfien. Barra minn hekk, l-UE għandha obbligu mit-Trattat li tistabilixxi standards ta' kwalità u sigurtà ta' organi u sustanzi ta' oriġini umana għal użu mediku. Azzjonijiet taħt il-Programm se jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja dwar id-demm, it-tessuti u ċ-ċelluli.

3.2.2.1.   Struttura għal parir tas-saħħa pubblika dwar avvenimenti kimiċi tossiċi (Anness- Punt 1.2.1)

Żvilupp ta' strutturi u arranġamenti għal skambju ta' tagħrif ta' twissija bikrija dwar avvenimenti kimiċi u l-koordinament tal-miżuri ta' reazzjoni għal avvenimenti bħal dawn, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti tar-Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim amministrattiv maċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka]

3.2.2.2.   Is-sigurtà tad-demm, tessuti, ċelluli, organi (Anness- Punt 1.2.2.)

Għad fadal kwistjonijiet speċifiċi relatati mad-demm, it-tessuti, iċ-ċelluli u l-organi dwar il-promozzjoni ta' donazzjonijiet volontarji mhux imħallsa, spezzjonijiet, skambju elettroniku ta' data u użu ottimali. Għall-implimentazzjoni tad-direttivi tat-tessuti u ċ-ċelluli, traċċabilità, kodifikazzjoni u sistemi ta' rappurtar għal avvenimenti kuntrarji għandhom ikunu stabbiliti fil-livell Komunitarju. Hemm bżonn ta' appoġġ għal proġetti li jgħinu l-ġestjoni ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni, ir-reġistri u r-rappurtar ta' l-obbligi tad-direttivi. Ċelluli mhux differenzjati, ċelluli riproduttivi u derivattivi umani ġodda huma każijiet speċjali li jirrikjedu attenzjoni speċifika. Dwar organi, it-titjib tal-kwalità u s-sigurtà, iż-żieda tad-disponibbiltà ta' l-organi u li s-sistemi ta' trapjanti jsiru iżjed effiċjenti u aċċessibbli se jitlob iktar xogħol wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-donazzjoni u trapjantazzjoni ta' l-organi.

Fl-2008, se jiġu prijoritizzati l-proġetti li ġejjin:

Valutazzjoni ta' riżultati ta' wara t-trapjant dwar it-trapjanti ta' l-organi: Promozzjoni tad-definizzjonijiet komuni ta' termini u metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riżultati ta' trapjant. Promozzjoni ta' reġistru jew netwerk ta' reġistri għal prosegwiment ta' min jirċievi organi, il-monitoraġġ ta' saħħithom u l-valutazzjoni tar-riżultati. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Analiżi u tqabbil tal-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-metodi ta' l-ittestjar u l-laboratorji ta' l-ittestjar fl-UE u l-pajjiżi terzi għall-markaturi bijoloġiċi speċifikati fid-Direttivi tad-demm, tat-tessuti u taċ-ċelluli. Implikazzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjonijiet ta' demm, komponenti ta' demm, tessuti u ċelluli minn u f'pajjiżi terzi [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Kooperazzjoni ad hoc mal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar materji speċifiċi relatati mas-sustanzi umani (demm, tessuti, ċelluli, organi). [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim ta' għotja diretta mas-CoE].

3.2.2.3.   Netwerks Tematiċi tal-Valutazzjoni tar-Riskju (Anness- Punt 1.2.1)

Promozzjoni tat-twaqqif ta' netwerks tematiċi ta' eċċellenza xjentifika bejn il-Valutazzjoni tar-Riskju (RA) ta' l-UE, nazzjonali u internazzjonali u entitajiet konsultattivi xjentifiċi għal skambju u kollaborazzjoni dwar kwistjonijiet kritiċi bħan-nanoteknoloġija, ir-reżistenza antimikroba, EMF, kif ukoll dwar aspetti metodoloġiċi ta' l-RA (eż. approċċ b'valur indikattiv, sustanzi karċinoġeniċi mhux fil-limiti, valutazzjoni tar-riskju/benefiċċju eċċ.). [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.2.2.4.   Taħriġ tal-Valutaturi tar-Riskju (Anness- Punt 1.2.1)

Promozzjoni ta' inizjattivi ta' taħriġ għal Valutaturi tar-Riskju sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' valutaturi kkwalifikati sew biex issir valutazzjoni konsistenti u ta' kwalità tajba tar-riskji tas-saħħa kif mitlub mill-applikazzjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni ta' l-UE. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.2.2.5.   Valutazzjoni ta' l-inċidenza u l-kawżi ta' l-allerġiji (Anness- Punt 1.2.1)

Produzzjoni, ġbir u valutazzjoni ta' data epidemjoloġika dwar inċidenza u severità ta' allerġiji respiratorji u tal-ġilda relatati mal-kimiċi [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

3.3.   Azzjonijiet prijoritarji għat-tieni linja Żvilupp tas-saħħa (27)

Attivitajiet taħt din it-taqsima huma maħsuba biex jipprevjenu mard maġġuri u jnaqqsu inugwaljanzi fis-saħħa madwar l-UE, milli jittrattaw determinanti ewlenin tas-saħħa bħan-nutriment, l-alkoħol, it-tabakk u l-konsum tad-droga, kif ukoll determinanti soċjali u ambjentali. L-azzjoni se tiffoka wkoll fuq li jiżdiedu s-snin ta' ħajja f'saħħa tajba u l-promozzjoni ta' xjuħija f'saħħa tajba.

3.3.1.   Xogħol f'mard rari se jiffoka fuq azzjoni kontinwata biex jitjieb l-għarfien u jkun iffaċilitat l-aċċess għat-tagħrif dwar dan il-mard. Tħejjija ta' inizjattivi biex jiżdiedu s-snin ta' ħajja f'saħħa tajba matul iċ-ċiklu tal-ħajja u t-trattament ta' l-inugwaljanzi fis-saħħa (Anness- Punt 2.1.1).

Azzjonijiet fl-2008 għal trattament ta' inugwaljanzi tas-saħħa u żieda tas-snin ta' ħajja f'saħħa tajba se jiffukaw fuq it-tfal u l-popolazzjoni ta' l-età tajba għax-xogħol bl-użu ta' data minn sorsi eżistenti f'livell nazzjonali u ta' l-UE.

Analiżi tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni ta' l-età tax-xogħol ta' l-UE u valutazzjoni tal-politiki u l-inizjattivi li jindirizzaw l-aspetti tas-saħħa tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Tfal u żgħażagħ:

Konsultazzjonijiet politiċi ma' rappreżentanza taż-żgħażagħ interessati, dwar it-titjib tas-saħħa fiż-żgħażagħ [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

reviżjonijiet tal-livelli attwali ta' l-aspetti tas-saħħa tat-tfal u ż-żgħażagħ u reviżjoni tal-politiki ta' l-Istati Membri [Ftehim ta' għotja diretta mal-WHO]

Reviżjoni ta' esperti u proposti għal monitoraġġ ta' xejriet f'inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Appoġġ għal studju ta' fattibilità lejn fondazzjoni bla intenzjoni ta' qligħ fi Stat Membru jew iktar iddedikata biex tirċievi donazzjonijiet mingħajr restrizzjoni mingħand kontributuri volontarji li l-interessi tagħhom huma li jrawmu l-miri ġenerali tal-programm tas-saħħa. Dan jinkludi input dwar il-qafas ġuridiku, kriterji għad-donaturi u l-prinċipju operattivi. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Bini tal-kapaċità tas-saħħa pubblika

Appoġġ ta' bini ta' kapaċità fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki għas-saħħa pubblika u l-promozzjoni tas-saħħa. Valutazzjoni bażika tal-kapaċità għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u monitoraġġ għal politiki tas-saħħa pubblika fil-livell nazzjonali u sotto-nazzjonali fl-Ewropa u rakkomandazzjonijiet, linji gwida u inizjattivi għal kapaċità ta' tisħiħ. Dan għandu jkun b'mod partikolari f'oqsma ta' bżonn għoli, bil-għan li jitnaqqsu inugwaljanzi tas-saħħa. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Appoġġ finanzjarju għal għaqdiet mhux governattivi attivi primarjament fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-promozzjoni tas-saħħa fil-livell Ewropew. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Għotjiet operattivi] (28)

Appoġġ lejn l-implimentazzjoni ta' strateġiji speċifiċi fuq determinanti tas-saħħa. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

3.3.2.   Tnaqqis ta' inugwaljanzi tas-saħħa bejn ir-reġjonijiet ta' l-UE (Anness- Punt 2.1.2)

Kif ġie indikat mill-Istrateġija tas-Saħħa, il-potenzjal għall-politika reġjonali biex tikkontribwixxi lis-settur tas-saħħa u tgħin biex ittejjeb saħħet il-popolazzjoni għandu jkun massimizzat. dan jinkludi li l-fondi strutturali jintużaw b'mod effettiv għat-titjib ta' saħħet il-popolazzjoni. B'mod partikolari, appoġġ taħt il-Programmi operattivi tal-fondi strutturali għandhom jintużaw biex jindirizzaw l-iżbilanċ fil-bini ta' kapaċità ta' infrastruttura tas-saħħa. Fl-2008, il-Programm tas-Saħħa se jkun strument essenzjali għall-faċilitazzjoni ta' l-iskambju ta' prassi tajba u esperjenzi bejn u fi ħdan l-Istati Membri.

Azzjonijiet prijoritarji għandhom:

Joħolqu mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-entitajiet lokali għall-użu effettiv tal-fondi strutturali għas-saħħa u l-promozzjoni ta' l-iskambju ta' prassi tajba. Azzjonijiet essenzjali għandhom jinkludu inventarju ta' tagħrif eżistenti u għarfien espert, il-valutazzjoni ta' sinerġiji possibbli bejn in-netwerks eżistenti u l-partijiet interessati ewlenin u l-ħolqien ta' organizzazzjoni ġenerali li tikkordina l-azzjonijiet. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Parteċipazzjoni fir-“Reġjuni għal inizjattiva ta' bidla ekonomika”, immexxi mid-DĠ REGIO, u b'mod partikolari n-netwerks fast-track. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Estensjoni tar-riżultati tal-proġett Euregio (29) ffinanzjat mill-Pjan ta' Ħidma 2003 tal-Programm ta' Saħħa Pubblika (2003-2008) biex ikopri l-għanijiet ta' Konverġenza u ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi tal-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew u l-Fond Soċjali Ewropew, bil-għan li jiġu identifikati l-aqwa azzjonijiet li jistgħu jinxterdu mar-reġjuni. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.3.3.   Titjib tas-saħħa mentali u għixien f'saħħa aħjar (Anness- Punt 2.2.1)

Azzjonijiet għall-promozzjoni ta' stil ta' ħajja u t-trattament ta' problemi ta' saħħa li jirriżultaw minn determinanti tas-saħħa relatati ma' l-istil ta' ħajja se jibnu fuq l-attivitajiet iffinanzjati fl-ewwel programm ta' saħħa pubblika L-attivitajiet kollha se jkunu konformi ma' l-approċċ strateġiku ġenerali dwar is-saħħa mentali (30), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS (31), il-White Paper dwar in-nutriment u l-attività fiżika (32) u xogħol il-Pjattaforma ta' l-UE għal Azzjoni dwar Dieta, Attività Fiżika u Saħħa.

3.3.3.1.   Is-saħħa mentali:

Żvilupp – ma' għaqdiet pubbliċi, professjonali u tas-soċjetà ċivili – ta' linji gwida li jintegraw il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni ta' diżordni mentali fit-taħriġ u l-prattika ta' professjonisti tas-saħħa u professjonisti fis-servizzi soċjali u identifikazzjoni ta' l-aħjar prassi għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali ta' nies bi problemi ta' saħħa mentali. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Stima ta' l-impatt tal-mezzi tax-xandir, ir-riklami u mudelli fuq is-saħħa mentali [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti jew Sejħa għal offerti]

3.3.3.2.   Saħħa sesswali:

Appoġġ b'finanzjament ewlieni għal netwerk(s) Ewropej tas-saħħa sesswali ġodda u eżistenti [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Għotja operattiva]

Analiżi tal-Qagħda ta' saħħa sesswali u reviżjoni ta' l-effettività ta' l-interventi. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Konsultazzjonijiet dwar żvilupp ta' politika ma' partijiet interessati fis-saħħa sesswali. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti jew Sejħa għal offerti]

3.3.3.3.   HIV/AIDS:

Proġetti għal prevenzjoni ta' HIV/AIDS fiż-żgħażagħ, tqajjim ta' kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali u tixrid ta' prassi tajba. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Appoġġ b'finanzjament ewlieni għal netwerk(s) ta' prevenzjoni ta' l-HIV/AIDS [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Għotja operattiva]

Attivitajiet kollaborattivi biex jiżdied l-aċċess ta' trattament kontra t-tixrid tal-virus u trattament ta' ko-infezzjonijiet fi Stati Membri ġodda u pajjiżi Ewropej ġirien [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

3.3.3.4.   Kwistjonijiet ta' saħħa relatati man-nutriment, l-obeżità u l-piż żejjed.

Implimentazzjoni u skambju ta' prassi tajba dwar inizjattivi komprensivi li jindirizzaw għixien f'saħħa tajba għaż-żgħażagħ li jinkorporaw taħriġ tal-ħiliet tal-ħajja, involviment mill-ġenituri u azzjonijiet ta' l-iskola kollha/il-komunità kollha. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Studju tal-potenzjal għal riformulazzjoni ta' ikel immanifatturat għal tnaqqis tal-livelli ta' xaħam, xaħmijiet trans u saturati, melħ u zokkor. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Żvilupp ta' prassi tajba għar-riformulazzjoni ta' ikel manifatturat. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Promozzjoni ta' attività fiżika permezz ta' infrastruttura, ippjanar u użu aħjar ta' l-ambjent fiżiku: prassi tajba fil-livell lokali.reġjonali [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.3.4.   Prevenzjoni ta' dipendenza (Anness- Punt 2.2.1)

Azzjonijiet għall-promozzjoni tas-saħħa permezz ta' trattament għad-dipendenza relatata mad-determinanti tas-saħħa se jibnu fuq l-attivitajiet iffinanzjati mill-programm ta' saħħa pubblika. L-attivitajiet se jkunu konformi ma' l-approċċ stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata ma’ l-alkoħol (33), l-Istrateġija u Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għad-Drogi (34), il-Programm ta' Informazzjoni u Prevenzjoni tad-Droga (35) fil-qafas tal-Programm Ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” u l-Green Paper“Lejn Ewropa ħielsa mid-dħaħen tat-tabakk: għażliet politiċi fuq livell ta’ l-UE” (36) kif ukoll l-approċċ ġenerali ta' l-UE għall-kontroll tat-tabakk.

3.3.4.1.   Prevenzjoni tat-tipjip u kontroll tat-tabakk:

Kunsiderazzjoni speċifika tal-qagħda attwali u approċċ futur lejn servizzi u komunikazzjonijiet u x'impatt iħallu fuq ir-riklamar tat-tabakk u l-promozzjoni tal-kontroll tat-tabakk. Il-fokus għandu jkun fuq kif tittratta l-preżenza tat-tabakk fil-films, fuq l-internet (inkluż il-bejgħ tat-tabakk), f'kampanji ta' promozzjoni u servizzi ta' xandir awdjoviżiv b'mod ġenerali u kif tuża dawn is-servizzi għal finijiet ta' kontroll tat-tabakk. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Il-kontroll tat-tabakk fil-politiki kollha (jiġifieri tassazzjoni, kummerċ illeċitu, impjiegi, żvilupp, riċerka, eċċ). Żvilupp ta' bini ta' kapaċità ta' strateġiji ta' kontroll tat-tabakk madwar il-politiki kollha fis-soċjetà ċivili sabiex jiffaċilitaw l-iżviluppi u l-implimentazzjonijiet tal-politiki. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Xogħol li jappoġġja l-implimentazzjoni tad-direttivi tat-tabakk, inkluża l-valutazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa u reviżjoni tal-litteratura relatata u valutazzjoni ta' l-ingredjenti [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti u ftehim amministrattiv maċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka].

Żvilupp ta' strateġiji innovattivi u l-aħjar prassi li jikkonċerna l-prevenzjoni u l-metodi ta' waqfien, b'fokus fuq il-prevenzjoni f'oqsma essenzjali bħall-edukazzjoni jew il-post tax-xogħol, jew fiż-żgħażagħ u t-teenagers. Proposti li għandhom iqisu l-perspettiva tas-sessi u għandu jiġi esplorat kif il-prodotti ta' sostituzzjoni tan-nikotina jistgħu jsiru iktar aċċettabbli, aċċessibbli u effettivi. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Il-ħlas tal-Kontribut Komunitarju ta' l-2008 lill-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (37) [Attivitajiet oħrajn]

3.3.4.2.   Strateġija għall-alkoħol:

Prevenzjoni ta' użu ta' l-alkoħol li jagħmel ħsara fost iż-żgħażagħ – bħala fokus speċifiku – nies iktar anzjani, inkluż il-perjodu ta' tranżizzjoni minn xogħol għall-irtirar - twaqqif ta' prassi tajba u formulazzjoni ta' prevenzjoni ta' linji gwida u politiki. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti jew sejħa għal proposti]

3.3.4.3.   Prevenzjoni ta' l-użu ta' droga u ħsara relatata mad-droga:

L-indirizzar tal-kwistjoni ta' xejriet ġodda fir-rigward ta' l-użu ta' drogi sintetiċi fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari fil-kuntest ta' użu ta' drogi differenti, bl-iżvilupp jew it-tisħiħ ta' sistema ta' skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri li jistgħu jwasslu għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni ta' prassi tajba għat-tnaqqis tad-domanda fil-qasam speċifiku. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Reviżjoni tal-prassi tajba fil-prevenzjoni ta' mard infettuż li jinxtered fid-demm u relatat mad-droga, b'mod partikolari l-epatite (B/C), fost min jinjetta d-droga biex ikunu provduti dokumenti ta' gwida adegwati għat-tobba u l-pazjenti minn sitwazzjonijiet differenti u gruppi vulnerabbli wara li titqies stima ta' l-impatt soċjali, ekonomiku u tas-saħħa. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.3.5.   Titjib tal-kwalità ta' l-ambjent fiżiku u tnaqqis ta' l-inċidenti u korrimenti (Anness- Punt 2.2.4)

B'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa (38), l-attivitajiet fl-2008 se jiffukaw fuq il-kwalità ta' l-arja fil-magħluq u espożizzjoni għar-radon. Attivitajiet biex jonqsu l-azzjonijiet u l-korrimenti se jikkukaw fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-saħħa (39) u dwar l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta' data dwar il-korrimenti għall-iżvilupp tad-Database tal-Korrimenti tal-Komunità (IDB) (40).

3.3.5.1.   Implimentazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar l-ambjent u s-saħħa 2004-2010

Linji gwida ta' espożizzjoni għall-arja fil-magħluq. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: ftehim amministrattiv maċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka]

Reviżjoni tad-data eżistenti dwar l-inkwinanti ta' l-arja fil-magħluq - inklużi rabtiet mad-dħaħen tat-tabakk - u l-konċentrazzjoni tagħhom f'kull stat membru. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti jew ftehim amministrattiv maċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka].

Miżuri preventivi u ta’ rimedju fl-Istati Membri biex titnaqqas l-espożizzjoni għar-radon. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim amministrattiv maċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka jew Sejħa għal proposti]

Prominenza għat-taħriġ b'appoġġ tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għall-Ambjent u s-Saħħa fil-kurrikuli għall-edukazzjoni, it-taħriġ, u żvilupp professjonali kontinwu ta' professjonisti tas-saħħa ambjentali. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim ta' għotja diretta mal-WHO]

3.3.5.2.   Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sigurtà

Żamma (kontroll tad-data, rappurtar), promozzjoni (taħriġ, appoġġ għall-bidu), espansjoni (għal tnejn u tletin pajjiż) u tisħiħ tas-sistema ta' l-IDB f'parti sostenibbli tas-sistema statistika tas-saħħa. Dan jinkludi t-tlestija ta' l-iżvilupp ta' l-IDB f'database għall-korrimenti kollha b'tagħrif dwar is-sigurtà tal-prodotti u s-servizzi u l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta' ġbir tad-data bħall-inċidenza u l-istatistika tal-mortalità, reġistri ta' ħruġ mill-isptar u inċidenti u sistemi ta' sorveljanza bbażati fuq l-emerġenza, inklużi sistemi ta' kodifikazzjoni statistika għal kawżi esterni ta' inċidenti u korrimenti, bil-ħsieb li tiġi pprovduta bażi komprensiva għall-istatistika Komunitarja tal-korrimenti u għall-indikaturi tas-saħħa Komunitarji dwar il-korrimenti. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Prevenzjoni mill-korrimenti bħala azzjoni prijoritarja ewlenija fi ħdan programmi promozzjonali nazzjonali tas-saħħa. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Integrazzjoni tal-prevenzjoni tal-korrimenti fil-kurrikuli għat-taħriġ vokazzjonali tal-fornituri lokali tas-servizzi tas-saħħa, l-għalliema, il-kowċis ta' l-isports, id-diżinjaturi tal-prodotti u l-pjanifikaturi urbani. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.3.6.   Azzjoni dwar mard rari (Anness- Punt 2.2.2)

Dijanjożi ta' kwalità għoli, trattament u tagħrif għal nies li qed ibatu minn mard rari huma kwistjonijiet prijoritarji għall-Kummissjoni Ewropea kif stabbilit fl-Istrateġija tas-Saħħa ta' l-UE. L-attivitajiet se jappoġġjaw azzjoni kontinwa ta' l-UE dwar dan il-mard, u se jiffukaw b'mod partikolari fuq l-oqsma li ġejjin:

Titjib tal-kodifikazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' mard rari fil-kuntest tar-reviżjoni ICD-10. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Żvilupp u żamma ta' reġistri ta' mard rari u netwerks ta' tagħrif f'ċerti oqsma (eż. anemiji rari) [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Għajnuna xjentifika lit-Task Force għal mard rari. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti u / jew azzjoni konġunta]

3.4.   Azzjonijiet prijoritarji għat-tielet linja ta' żvilupp “Ħolqien u tixrid ta’ informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa” (41)

Tagħrif kumparabbli u ta' kwalità tajba dwar is-saħħa tal-popolazzjoni Ewropea huwa l-bażi għal teħid ta' deċiżjonijiet għaqlin f'kull livell ta' sistema tal-kura tas-saħħa u huwa ta' kontribut essenzjali għat-titjib tas-saħħa L-Unjoni Ewropea qiegħda f'pożizzjoni tajba biex tgħin lill-Istati Membri biex jipprovdu tagħrif adatt biex jappoġġjaw il-politiki nazzjonali tas-saħħa tagħhom.

L-oqsma li ġejjin ġew identifikati għal azzjoni speċifika fl-2008:

3.4.1.   Żvilupp ta' sistema ta' monitoraġġ tas-saħħa sostenibbli b'mekkaniżmi għall-ġbir ta' data u tagħrif kumparabbli, b'indikaturi adatti (Anness- Punt 3.2.1)

Azzjonijiet diġà appoġġjati fil-livell Ewropew ikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta' għadd ta' indikaturi kumparabbli, li jirriżultaw fl-ewwel sett ta' Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea (ECHI), li huma mxerrdin sew. Titjib f'dawn l-indikaturi b'irfinar u diżaggregazzjoni u titjib fis-sorsi ġew identifikati bħala oqsma prijoritarji.

3.4.1.1.   Monitoraġġ, konsistenza u assikurazzjoni tal-kwalità tat-tagħrif dwar is-saħħa

Netwerk ta' esperti għall-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-konsistenza u l-kwalità ta' l-użu ta' tagħrif dwar is-saħħa fl-azzjonijiet u strutturi taħt id-Deċiżjoni tal-Programm [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.4.1.2.   Indikaturi tas-saħħa

Stima ta' l-impatt ta' mard speċifiku jew fatturi ta' riskju għall-indikatur ta' Snin ta' Ħajja f'Saħħa Tajba u żvilupp ta' stimi adatti tal-Piż Globali tal-Mard marbut mal-mard speċifiku. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti jew azzjoni konġunta]

Konnessjoni tal-mortalità mad-data taċ-ċensiment dwar l-istat soċjoekonomiku jew bl-analiżi ta' saħħa awto-rrappurtata b'pożizzjoni soċjoekonomika. Titjib ta' l-għarfien dwar inugwaljanzi soċjoekonomiċi b'determinanti bħal imġiba marbuta mas-saħħa, kundizzjonijiet tad-djar u tax-xogħol, fatturi psikosoċjali u utilizzazzjoni tal-kura tas-saħħa filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet politiċi msemmija fil-punt 4.3.2. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti jew azzjoni konġunta]

Żvilupp ulterjuri tas-sistema ECHI li tkopri firxa wiesgħa ta' indikaturi tas-saħħa mill-Istati Membri kollha (ħolqien ta' definizzjonijiet tal-folji ta' l-informazzjoni, implimentazzjoni ta' l-ECHI f'kull Stat Membru u fil-livell ta' l-UE, tfassil ta' passi ulterjuri, tfassil ta' pjan fil-livell ta' l-UE għas-sistema ta' tagħrif tas-saħħa u test tal-fluss tad-data bejn l-Istati Membri u l-kapaċità ċentrali ta' l-UE għall-monitoraġġ tas-saħħa). Attivitajiet għall-iżvilupp ta' lista qasira ta' l-ECHI relatata ma' l-iżvilupp tal-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni, u l-indikaturi tal-politika pubblika, inkluż il-kontroll tat-tabakk. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti jew azzjoni konġunta]

3.4.1.3.   Netwerks ta' sorveljanza u prassi tajba dwar il-mard ewlieni u kroniku

B'konformità man-netwerks eżistenti jew neċessarji li għandhom bżonn ta' iktar żvilupp għall-operazzjoni tas-sistema ta' tagħrif dwar is-saħħa fil-livell Ewropew, għandha tingħata prijorità fl-2008 għall-mard kardjovaskulari [infart mijokardjali akut, sindromu koronarju akut u puplesija (bil-possibilità ta' distinzjoni bejn puplesija iskemika u emorraġika)], nuqqas ta' dawl, telf ta' smigħ, mard rewmatiku, Mard ta' l-Ispettru ta' Awtiżmu, diżabbiltajiet fit-tagħlim u mard newrodeġenerattiv mhux kopert minn azzjonijiet eżistenti. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

3.4.1.4.   Stħarriġ tas-saħħa:

Appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali fl-implimentazzjoni ta' l-istħarriġ Ewropew ta' l-Intervista tas-Saħħa [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sottodelegazzjoni lill-Eurostat]

Żvilupp tad-Database ta' Tagħrif ta' l-Istħarriġ tas-Saħħa ta' l-Unjoni Ewropea [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sottodelegazzjoni lill-Eurostat]

Għall-implimentazzjoni ta' Stħarriġ ta' Eżami tas-Saħħa Ewropew f'xi Stati Membri biex jittestja l-moduli ta' eżaminar għal dan l-istħarriġ definit mill-proġetti ta' qabel, biex jikkontribwixxi għat-tlestija tas-sorveljanza tas-saħħa u l-indikaturi ECHI fl-UE. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Analiżi ta' data dwar l-istħarriġ tas-saħħa għall-popolazzjoni tat-tfal u l-adolexxenti (inqas minn 15-il sena) mhux koperti fis-Sistema Ewropea ta' Stħarriġ tas-Saħħa. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Kontribut għall-Istħarriġ Dinji tas-Saħħa Mentali fuq il-bażi ta' stħarriġ eżistenti ta' l-UE dwar is-saħħa mentali. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Integrazzjoni Orizzontali ma' l-UE Kollha tad-Data Nazzjonali ta' l-Istħarriġ tal-Baġit tad-Dar (HBS) dwar id-disponibbiltà ta' ikel f'integrazzjoni mas-sorsi ta' tagħrif minn azzjonijiet ta' saħħa ta' l-UE reċenti u għaddejjin u riċerka fid-Database DAFNE; dawn l-azzjonijiet huma kumplimentarji għal dawk koperti mill-Programm Statistiku Komunitarju. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]

Għall-implimentazzjoni tal-moduli SANCO fl-istħarriġ ta' l-Ewrobarometru tal-Kummissjoni. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

3.4.2.   Żvilupp ta' mekkaniżmi għall-analiżi u t-tixrid (Anness- Punt 3.2.2)

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi rapporti ta' saħħa pubblika li jittrattaw kwistjonijiet tas-saħħa pubblika li jipprovdu l-bażi għal iktar żviluppi politiċi. L-għan li jitnedew ir-rapporti huwa li jingħaqdu xjenzati u uffiċjali Ewropej ta' l-ogħla livelli biex jittrattaw is-saħħa pubblika u l-istatisitika mill-pajjiżi kollha ta' l-UE biex jikkontribwixxu flimkien għas-sistema Ewropea ta' Tagħrif u Għarfien dwar is-Saħħa. Il-Portal tas-Saħħa (42) ta' l-UE għandu jkun l-għodda privileġġjata għat-tixrid tas-sistema Ewropea ta' Tagħrif u Għarfien dwar is-Saħħa.

3.4.2.1.   Sistema ta' Kontijiet tas-Saħħa

Irfinar manwal ġdid tas-Sistema ta' Kontijiet tas-Saħħa għal azzjonijiet mhux koperti mill-Programm Statistiku Komunitarju. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim ta' għotja diretta mal-OECD]

3.4.2.2.   Rappurtar tas-Saħħa

Rapport Ewropew ta' stat ta' saħħa dwar id-dimensjoni tas-sessi tas-saħħa [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

3.4.2.3.   Implimentazzjoni u ġestjoni tal-Portal tas-Saħħa ta' l-UE u mekkaniżmi oħrajn ta' l-IT għall-operazzjoni tas-Sistema ta' Tagħrif tas-Saħħa ta' l-UE

Żvilupp u ġestjoni tal-Portal tas-Saħħa Pubblika ta' l-UE u għodod oħrajn ta' l-ICT għall-ġbir u t-tixrid ta' monitoraġġ u tagħrif tas-saħħa. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

3.4.2.4.   Attivitajiet ta' komunikazzjoni dwar il-Programm ta' Saħħa (2008-2013)

Appoġġ għall-attivitajiet li għandhom il-mira li jikkomunikaw ir-riżultati ta' l-attivitajiet iffinanzjati permezz tad-Deċiżjoni tal-Programm. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

3.4.2.5.   Data għal kura tas-saħħa mhux f'infiq:

Appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali fit-titjib tal-kwalità ta' ġbir ta' data dwar il-kura tas-saħħa mhux f'infiq [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sottodelegazzjoni lill-Eurostat].

3.4.3.   Skambju ta' tagħrif u l-aħjar prassi (Anness- Punt 3.1.1)

Attivitajiet f'dan il-qasam għandhom il-mira l-ewwelnett li jsaħħu l-kapaċità ta' professjonisti, komunitajiet u għaqdiet biex jiksbu, jadattaw, u jiġġeneraw l-għarfien u l-aħjar prassi, it-tieni nett biex jgħaqqdu lill-għaqdiet, u l-individwi lokalment u globalment bħala mezz biex jiġi ffaċilitat il-qsim ta' l-għarfien u djalogu.

3.4.3.1.   E-saħħa (43)

L-iżvilupp tal-kunċetti u l-bażi ta' pjattaforma web protetta għal kontenut multimedjatiku u komunikazzjoni, li kapaċi ttella' u tibgħat tagħrif rilevanti dwar is-saħħa minn u lil sorsi mqassma (għal appoġġ ta' moviment ta' pazjenti u edukazzjoni u taħriġ ta' professjonisti tas-saħħa, fost l-oħrajn) [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Rapport dwar it-tixrid ta' tagħrif relatat mas-saħħa bl-użu ta' ICT fl-Ewropa [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal offerti]

Riċerka fl-inċentivi u muturi ta' l-adozzjoni ta' ICTs fis-setturi tas-saħħa u żvilupp ta' indikaturi relatati għall-monitoraġġ u t-tfassil ta' valuri indikattivi (inklużi studji tal-każi biex jiġu pprovduti data u ħsieb ġodda) [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Ftehim ta' għotja diretta ma' l-OECD]

3.4.3.2.   L-Aħjar Prassi Ewropea f'Tagħrif u Teknoloġiji bbażati fuq il-Ġenomi

Produzzjoni ta' l-ewwel edizzjoni ta' “Linji Gwida Ewropej għall-Aħjar Prassi għall-Assikurazzjoni tal-Kwalità, Forniment u Użu ta' Tagħrif u Teknoloġiji bbażati fuq il-Ġenomi” bl-użu ta' approċċ interdixxiplinari permezz ta', eż. esperti tas-Saħħa Pubblika, avukati ta' l-UE, Studjużi tal-Ġenetika Umana u gruppi tal-pazjenti li jirrevedu l-evidenza disponibbli inkluża evidenza li ġejja minn netwerks Ewropej ta' azzjoni ta' riċerka u saħħa. [Mekkaniżmu ta' finanzjament: Sejħa għal proposti]


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1).

(2)  Ara: http://ec.europa.eu/health/ph_projects/project_en.htm

(3)  Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(4)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(5)  Ammont indikattiv, suġġett għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità tal-Baġit.

(6)  Wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet rilevanti għall-parteċipazzjoni fit-tieni Programm tas-Saħħa.

(7)  Ammont indikattiv, suġġett għall-approvazzjoni tal-Ftehim ta' l-EFTA

(8)  Ammont indikattiv: din is-somma hija l-ammont massimu u tiddependi mill-ammont proprju tal-kontribut imħallas mill-Pajjiżi Kandidati.

(9)  http://ec.europa.eu/phea/index_en.html

(10)  ĠU L 294, 29.10.2002, p. 1. FP6 proġetti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa pubblika tista' ssibhom fi: http://www.cordis.lu/lifescihealth/ssp.htm

(11)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(12)  Kofinanzjament mill-Presidenza

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta'Marzu dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (sezzjoni tal-Kummissjoni).

(15)  Ara: http://ec.europa.eu/health/ph_projects/project_en.htm

(16)  COM(2007) 630 finali White paper 'Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 ara http://ec.europa.eu/health/ph_overview/Documents/strategy_wp_mt.pdf

(17)  Ara http://ec.europa.eu/health/ph_information/indicators/lifeyears_en.htm

(18)  Il-Punt 1. ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Programm

(19)  Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).

(21)  http://ec.europa.eu/health/ph_threats/Bioterrorisme/bioterrorism01_en.pdf

(22)  http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/lsa/92911.pdf

(23)  http://www.who.int/csr/ihr/en/index.html

(24)  https://webgate.cec.eu.int/ewrs/. L-EWRS kienet stabbilita min-Netwerk għas-Sorveljanza u l-Kontroll tal-Mard li Jittieħed fid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2119/98/KE.

(25)  Green Paper dwar it-tħejjija kontra theddid bijoloġiku COM(2007) 399 finali 11 ta' Lulju 2007.

(26)  http://www.ghsi.ca/english/index.asp

(27)  Il-Punt 2. ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Programm

(28)  Għaqdiet li diġà jikkontribwixxu għall-iżvilupp ġenerali tal-politika tas-saħħa pubblika ta' l-UE.

(29)  Euregio: Valutazzjoni ta' attivitajiet transkonfinali fl-Unjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/health/ph_projects/2003/action1/action1_2003_23_en.htm

(30)  Il-Green paper“Promozzjoni tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija dwar is-saħħa mentali għall-UE” (COM(2005) 484 finali ta' l-14 t'Ottubru 2005).

(31)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, (COM(2005) 654 finali tal-15 ta' Dicembru 2005).

(32)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/nutrition/documents/nutrition_wp_en.pdf

(33)  COM(2006) 625 ta' l-24 t'Ottubru 2006.

(34)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/488/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 31).

(35)  http://ec.europa.eu/justice_home/funding/drugs/funding_drugs_en.htm

(36)  COM(2007) 27 finali 30 ta' Jannar 2007.

(37)  2004/513/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8).

(38)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM(2004) 416 finali tad-9 ta' Ġunju 2004).

(39)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2007 dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sigurtà (ĠU C 164, 18.7.2007 p. 1).

(40)  https://webgate.ec.europa.eu/idb/

(41)  Il-Punt 3. ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Programm

(42)  http://health.europa.eu

(43)  F'dan il-kuntest e-saħħa tfisser it-tixrid ta' tagħrif bl-użu ta' mezzi elettroniċi.


ANNESS II

Prinċipji ġenerali u għażla, għoti u kriterji oħrajn għall-kontributi finanzjarji għall-azzjonijiet taħt it-tieni programm komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

SEJĦA GĦAL PROPOSTI GĦAL PROĠETTI

[Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007, Artikolu 4.1 (a)]

Dan id-dokument japplika biss għal ko-finanzjament ta' azzjonijiet individwali taħt it-tieni Programm ta' Saħħa permezz ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti.

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.   Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta' referenza għall-implimentazzjoni tat-tieni Programm ta' Saħħa.

2.   L-għotjiet għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li ġejjin:

ir-regola ta' kofinanzjament: kofinanzjament estern minn xi sors li mhux il-fondi tal-Komunità huwa meħtieġ, jew permezz tar-riżorsi tal-benefiċjarju nnifsu jew tar-riżorsi finanzjarji ta' partijiet terzi. Il-kontributi mhux fi flus minn partijiet terzi jistgħu jitqiesu bħala kofinanzjament jekk jitqiesu neċessarji jew adatti (l-Artikoli 113 tar-Regolament Finanzjarju u 172 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni).

Ir-regola ta' l-ebda profitt: l-għotja ma jistax ikollha l-għan jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju (l-Artikolu 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 165 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni).

Ir-regola ta' l-ebda retroattività: in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament għandha ssir wara li jiġi ffirmat il-ftehim. F'każijiet eċċezzjonali, jista' jiġi aċċettat li titqies in-nefqa magħmula mid-data ta' preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-għotja, iżda mhux qabel din id-data (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju).

Ir-regola ta' l-ebda akkumulazzjoni: għotja waħda biss tista' tingħata għal xi azzjoni speċifika mwettqa minn xi benefiċjarju partikolari għal kull sena finanzjarja (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1).

3.   Il-proposti għal azzjonijiet (proġetti) se jkunu vvalutati fuq il-bażi ta' tliet kategoriji ta' kriterji:

kriterji ta' esklużjoni, biex teżamina l-eliġibbiltà ta' l-applikant – l-Artikolu 114 tar-Regoli Finanzjarji;

kriterji ta' għażla, biex tiġi eżaminata l-kapaċità finanzjarja u operattiva ta' l-applikant li jlesti l-proġett propost – l-Artikolu 115 tar-Regoli Finanzjarji;

kriterji għall-għoti, biex tiġi eżaminata l-kwalità tal-proġett filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż.

Dawn it-tliet kategoriji ta' kriterji għandhom jitqiesu b'mod konsekuttiv matul il-proċedura ta' valutazzjoni. Proġett li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' waħda minn dawn it-tliet kategoriji ma jitqisx fl-istadju ta' valutazzjoni ta' wara u jiġi miċħud.

4.   Fir-rigward tat-Tieni Programm ta' Saħħa, għandha tingħata prijorità lill-proġetti li:

għandhom karattru innovattiv fir-rigward tal-qagħda eżistenti u li mhumiex ta' natura rikorrenti;

jipprovdu valur miżjud fuq livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa pubblika: il-proġetti għandhom jipproduċu ekonomiji ta' skala rilevanti, jinvolvu kemm jista' jkun pajjiżi eliġibbli fir-rigward ta' l-ambitu tal-proġett u jistgħu jiġu replikati bnadi oħra;

jikkontribwixxu u jappoġġjaw l-żvilupp ta' strateġija politika fuq livell Komunitarju fil-qasam tas-saħħa pubblika;

jagħtu attenzjoni xierqa għal struttura effiċjenti ta' tmexxija, proċess ta' valutazzjoni ċar u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija;

jinkludu pjan ta' l-użu u t-tixrid tar-riżultati fuq livell Ewropew għal pubbliku destinatarju xieraq.

2.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI

1.   L-applikanti se jiġu esklużi milli jieħdu sehem fi proċedura ta' għoti tat-tieni Programm ta' Saħħa jekk:

(a)

ikunu falluti jew fi proċess ta' stralċ, ikollhom in-negozju tagħhom amministrat mill-qrati, ikunu daħlu f'arranġament mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet ta' negozju tagħhom, huma s-suġġett ta' proċedimenti li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet, jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li ġejja minn xi proċedura simili stipulata fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikunu nstabu ħatja ta' xi offiża li tirrigwarda l-kondotta professjonali tagħhom minn sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata;

(c)

ikunu nstabu ħatja ta' mġiba xejn professjonali b'mod gravi ppruvata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika;

(d)

ma jkunux ssodisfaw l-obbligi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta' taxxi b'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew ma' dawk tal-pajjiż ta' l-Uffiċjal Awtorizzanti jew dawk tal-pajjiż fejn ser isir il-kuntratt;

(e)

kienu suġġetti għal sentenza b'saħħa ta' res judicata minħabba frodi, korruzzjoni, implikazzjoni f'xi organizzazzjoni kriminali jew xi attività oħra illegali ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

(f)

ikunu attwalment suġġetti għal penalità amministrattiva msemmija fl-Artikolu 96(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(g)

ikunu rċevew għajnuna illegali, li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni negattiva dwarha li tinkludi ordni ta' rkupru, u l-għajnuna ma ġietx irkuprata b'konformità ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.

Evidenza: Il-kandidati għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur, iffirmata u ddatata kif imiss, li tistqarr li huma ma jinstabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati hawn fuq.

2.   Kwalunkwe proposti li jaslu wara l-iskadenza, kwalunkwe proposti mhux kompluti jew li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għal proposti se jiġu esklużi milli jieħdu sehem fit-Tieni programm ta' Saħħa, bl-eċċezzjoni ta' żbalji klerikali ovvji fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 178(2) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.

Kull applikazzjoni għandha tkun kompluta u jkun fiha ta' l-inqas dawn id-dokumenti:

Data amministrattiva dwar is-soċju prinċipali u s-soċji msieħba;

Deskrizzjoni teknika tal-proġett;

Baġit globali tal-proġett u l-livell mitlub ta' kofinanzjament Komunitarju.

Evidenza: Kontenut ta' l-applikazzjoni.

3.   Azzjonijiet li jkunu bdew sad-data li fiha saret ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għal għotja ma jitħallewx jieħdu sehem fil-programm “is-Saħħa pubblika”.

Evidenza: Id-data tal-bidu u t-tul skedati ta' l-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni ta' l-għotja.

3.   KRITERJI TA' L-GĦAŻLA

Dawk il-proposti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta' esklużjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-valutazzjoni. Il-kriterji kollha ta' għażla li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti.

1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi ta' finanzjament stabbli u suffiċjenti biex imexxu l-attività tagħhom matul il-perjodu li matulu tkun qed isseħħ l-attività u jieħdu sehem fil-kofinanzjament tagħha.

Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kont tal-qligħ u t-telf u l-karti tal-bilanċ għall-aħħar sentejn finanzjarji sħaħ.

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja mhix se tapplika għall-entitajiet pubbliċi, jew għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa minn ftehimiet inter-governattivi jew għall-aġenziji speċjalizzati maħluqa minnhom.

2.   Kapaċità operattiva

L-applikant għandu jkollu r-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex itemm l-azzjoni proposta.

Evidenza: L-applikanti jridu jipprovdu l-aktar rapport annwali reċenti ta' l-attività ta' l-organizzazzjoni, inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae ta' l-istaff professjonali rilevanti kollu fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett.

3.   Dokumenti addizzjonali jridu jiġu fornuti fuq talba tal-Kummissjoni

Jekk issir talba għalhekk, l-applikant irid jipprovdi rapport ta' verifika esterna magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u li jagħti stima tal-vijabbiltà finanzjarja ta' l-applikant.

4.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

Dawk il-proposti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta' esklużjoni u l-kriterji ta' għażla għandhom ikunu eliġibbli għal valutazzjoni ulterjuri fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti li ġejjin. Is-sejħa għall-proposti se tistabbilixxi kif il-blokki tal-kriterji għall-għoti msemmija hawn taħt se jiġu applikati.

1.   Rilevanza politika u kuntestwali tal-proġett

(a)

Il-kontribut tal-proġett lit-tieni programm Komunitarju fil-qasam tas-Saħħa u l-pjan ta' ħidma annwali tiegħu f'termini ta' l-ilħuq ta' l-għanijiet u l-prijoritajiet;

(b)

Rilevanza strateġika fit-termini tal-kontributi mistennija għat-tagħrif eżistenti u l-implikazzjonijiet għas-saħħa;

(c)

Valur miżjud fuq livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa pubblika:

l-impatt fuq il-gruppi mmirati, l-effett għaż-żmien fit-tul u effetti multiplikaturi potenzjali bħalma huma attivitajiet replikabbli, trasferibbli u sostenibbli;

kontributi lil, kumplimentarjetà, sinerġija u kompatibbiltà mal-politiki rilevanti ta' l-UE u programmi oħrajn;

(d)

Pertinenza tal-kopertura ġeografika

L-applikanti għandhom jiżguraw li kopertura ġeografika tal-proġett tkun adatta fir-rigward ta' l-għanijiet tagħha, li jispjegaw ir-rwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew tal-popolazzjonijiet fil-mira li jirrappreżentaw.

Proposti b'dimensjoni nazzjonali jew sottonazzjonali (jiġifieri li jinvolvu pajjiż eliġibbli wieħed jew reġjun ta' pajjiż biss) jiġu miċħuda.

(e)

L-adegwatezza tal-proġett mal-kuntest soċjali, kulturali u politiku

L-applikanti jridu jirrelataw il-proġett mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew iż-żoni speċifiċi involuti, u jiżguraw il-kompatibbiltà ta' l-azzjonijiet maħsuba mal-kultura u l-fehmiet tal-gruppi fil-mira.

2.   Kwalità teknika tal-proġett

(a)   Bażi ta' evidenza

L-applikanti jridu jinkludu l-analiżi tal-problema u jiddeskrivu b'mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effettività u l-applikabbiltà tal-miżuri proposti;

(b)   Speċifikazzjoni tal-kontenut

L-applikanti jridu jiddeskrivu b'mod ċar l-għanijiet u l-miri, il-gruppi fil-mira, inklużi fatturi ġeografiċi rilevanti, metodi, effetti u riżultati mistennija;

(c)   In-natura innovattiva, il-kumplimentarjetà teknika u l-evitar ta' duplikazzjoni ta' azzjonijiet eżistenti fil-livell ta' l-UE

L-applikanti għandhom jidentifikaw b'mod ċar il-progress li l-proġett bi ħsiebu jikseb fil-qasam tiegħu, f'paragun mal-livelli attwali u jiżgura li ma jkunx hemm la duplikazzjoni mhux adegwata u lanqas koinċidenza, parzjali jew totali, bejn il-proġetti u l-attivitajiet mwettqa fil-livell Ewropew u internazzjonali.

(d)   Strateġija ta’ valutazzjoni

L-applikanti għandhom jispjegaw b'mod ċar it-tip u l-adegwatezza tal-metodi proposti u l-indikaturi magħżula.

(e)   Strateġija ta' tixrid

L-applikanti jridu juru b'mod ċar l-adegwatezza ta' l-istrateġija ppjanata u l-metodoloġija proposta biex jiżguraw it-trasferibbiltà tar-riżultati u s-sostennibbiltà tat-tixrid.

3.   Il-kwalità tat-tmexxija tal-proġett u tal-baġit

(a)   L-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-proġett

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-attivitajiet li għandhom jitwettqu, l-iskeda u l-miri, ir-riżultati, in-natura u d-distribuzzjoni tax-xogħol, l-analiżi tar-riskju.

(b)   Kapaċità organizzattiva

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-istruttura ta' tmexxija, il-kompetenza ta' l-istaff, ir-reponsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-superviżjoni;

(c)   Kwalità tas-soċjetà

L-applikanti jride jiddiskrivu s-soċjetajiet maħsuba f'termini ta' l-estensività, ir-rwoli u r-reponsabbiltajiet, ir-relazzjonijiet bejn is-soċji differenti, is-sinerġija u l-kumplimentarjetà tas-soċji diversi fil-proġetti u l-istruttura tan-netwerk.

(d)   Strateġija ta' komunikazzjoni

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-istrateġija ta' komunikazzjoni f'termini ta' ppjanar, il-gruppi fil-mira, l-adegwatezza tal-mezzi użati, il-viżibbiltà tal-kofinanzjament ta' l-UE.

(e)   Il-baġit globali u dettaljat

L-applikanti jridu jiżguraw li l-baġit ikun rilevanti, adegwat, ibbilanċjat u konsistenti miegħu nnifsu, bejn is-soċji u ma' l-għanijiet speċifiċi tal-proġett. Il-baġit għandu jkun mqassam bejn is-soċji fil-livell minimu raġonevoli ta' responsabbiltà, li jevita frammentazzjoni eċċessiva.

(f)   Amministrazzjoni finanzjarja

L-applikanti jridu jiddeskrivu ċ-ċirkwiti finanzjarji, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri ta' rapurtaġġ u l-kontrolli.

Il-piż ta' kull element ta' kriterji bħala total huma li ġejjin. Il-piż speċifiku għal kriterju individwali ta' kull element se jkun stipulat fis-sejħa għall-proposta.

1.

Rilevanza politika u kuntestwali tal-proġett

/40

2.

Kwalità teknika tal-proġett

/30

3.

Il-kwalità tat-tmexxija tal-proġett u tal-baġit

/30

Punteġġ totali massimu/100

Il-limiti se jkunu wkoll stipulati għal kull element ta' kriterji, biex kull proġett li ma jilħaqx il-punteġġi limiti jkun miċħud.

Wara l-valutazzjoni, il-proposti rrakkomandati għall-finanzjament jiġu mniżżla f'lista, ikklassifikati skond it-total ta' marki mogħtija. Skond id-disponibbiltà tal-baġit, il-proposti li jkunu l-ogħla fil-klassifika jirċievu l-għotja għal kofinanzjament. Il-proposti rrakkomandati għall-kofinanzjament li jifdal jitqiegħdu fuq lista ta' riżerva.


(1)  Dan ifisser li xi azzjoni speċifika, ippreżentata minn applikant wieħed għal xi għotja, tista' tkun approvata għall-kofinanzjament mill-Kummissjoni darba fis-sena biss, tkun kemm tkun twila din l-azzjoni.


ANNESS III

L-eliġibbiltà ta’ l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għixien

Dawn il-linji gwida japplikaw għar-rimborż ta’ spejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għixien:

ta’ ħaddiema impjegati mill-benefiċjarju (il-benefiċjarji ewlenin jew assoċjati) ta’ l-għotjiet u l-esperti mistiedna mill-benefiċjarju biex jieħdu sehem fil-gruppi ta’ ħidma;

meta dan ikun stipulat b’mod espliċitu fil-kuntratti tas-servizzi.

(1)   L-għotjiet ta’ flus b’rata fissa għall-għixien ikopru l-ispejjeż kollha għall-għixien matul missjonijiet, inkluż il-lukandi, ir-restoranti u t-trasport lokali (it-taxis u/jew it-trasport pubbliku). Dawn japplikaw għal kull ġurnata tal-missjoni f’distanza minima ta’ 100 km mill-post normali tax-xogħol. L-għotjiet ta’ flus għall-għixien ivarjaw skond il-pajjiż li fih tkun qed titwettaq il-missjoni. Ir-rati ta’ kuljum jikkorrispondu għas-somma ta’ l-għotja ta’ kuljum u l-prezz massimu tal-lukanda stabbilit fid-Deċiżjoni C(2004) 1313 (1) kif emendata.

(2)   Il-missjonijiet f’pajjiżi li mhumiex fl-UE 27, pajjiżi f'fażi ta' Adeżjoni u Applikanti u pajjiżi ta’ l-EFTA-ŻEE se jkunu suġġetti għall-ftehim minn qabel tal-Kummissjoni. Dan il-ftehim se jkun jirrigwardja l-għanijiet tal-missjoni, l-ispejjeż u r-raġunijiet li għalihom tkun se titwettaq din il-missjoni.

(3)   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar huma eleġibbli bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

ivvjaġġar mir-rotta l-iktar diretta u l-iktar ekonomika;

distanza ta’ mill-inqas 100 km bejn il-post tal-laqgħa u l-post normali tax-xogħol;

ivvjaġġar bil-ferrovija: fl-ewwel klassi;

ivvjaġġar bl-ajru: fil-klassi ekonomika, kemm-il darba ma tkunx tista’ tintuża xi tariffa irħas (eż. Apex); ivvjaġġar bl-ajru huwa permess biss għal vjaġġi bir-ritorn ta’ iktar minn 800 km;

ivvjaġġar bil-karozza: rimborż fuq il-bażi ta’ l-ekwivalenti tan-noll tal-ferrovija fl-ogħla klassi.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li tikkonċerna dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni li jadottaw il-Gwida għal missjonijiet ta’ uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea.


ANNESS IV

Kriterji għall-kontributi finanzjarji għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm Komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

(Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007, Artikolu 4.3)

1.   ESKLUŻJONI U KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ

Azzjonijiet konġunti jistgħu jiġu implimentati ma' entitajiet pubbliċi jew entitajiet mhux governattivi:

li ma jkunux jagħmlu qligħ u jkunu indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew kunflitti ta' interess oħrajn

li bħala l-mira prinċipali tagħhom għandhom għan jew iżjed tal-programm

li jkunu deżinjati minn proċeduri trasparenti mill-Pajjiż parteċipanti fit-Tieni Programm Komunitarju tas-saħħa

li ma għandhomx għanijiet ġenerali li jmorru direttament jew indirettament kontra l-politiki ta' l-Unjoni Ewropea jew assoċjati ma' immaġni inadegwata

li jkunu pprovdew lill-Kummissjoni kontijiet sodisfaċenti tas-sħubija tagħhom, regoli interni u sorsi ta' finanzjament

li ma huma qegħdin fl-ebda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   KRITERJI TA' L-GĦAŻLA

Il-kriterji ta' l-għażla jagħmluha possibbli biex tiġi vvalutata l-qagħda finanzjarja u l-kapaċità operattiva ta' l-applikant biex itemm il-programm ta' ħidma propost.

L-applikanti jrid ikollhom r-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex itemmu l-azzjoni proposta.

L-applikanti għandu jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati biex imexxu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qed isseħħ l-attività u jieħdu sehem fil-kofinanzjament tagħha.

Kull applikant irid jipprovdi:

Baġit stmat ċar, eżawrjenti u dettaljat sew ta' l-ispejjeż fir-rigward ta' l-attivitajiet korrispondenti mwettqa minn kull entità li qed tieħu sehem fil-proġett konġunt.

Dikjarazzjoni li tikkonċerna kemm id-disponibbiltà ta' riżorsi finanzjarji suffiċjenti tiegħu stess li se jkopru dawk l-ispejjeż mhux appoġġjati mill-kontribut Komunitarju u deċiżjoni li timpenja s-sorsi tiegħu stess fil-każ ta' nuqqas ta' appoġġ finanzjarju mogħti mill-Komunità.

Kopja tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena finanzjarja li ngħalqulha l-kontijiet qabel it-tressiq ta' l-applikazzjoni (għal entitajiet li ma jagħmlux qligħ ħlief entitajiet pubbliċi).

Il-parteċipanti ta' l-azzjoni konġunta jistgħu jkunu entitajiet li l-Istati Membri attribwewlhom kompiti li jikkonċernaw attivitajiet ta' saħħa pubblika, kif xieraq għall-qasam kopert mis-sejħa għal proposti.

3.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

Il-kontribut ta' l-azzjoni lit-tieni Programm Komunitarju fil-qasam tas-Saħħa u l-pjan ta' ħidma annwali tiegħu f'termini ta' l-ilħuq ta' l-għanijiet u l-prijoritajiet;

Benefiċċji potenzjali ta' l-attivitajiet ta' kooperazzjoni f'termini ta' kontributi mistennija għall-għarfien eżistenti jew l-effettività miżjuda fil-qasam kopert.

Numru adegwat ta' Stati Membri parteċipanti li jiżguraw li kopertura ġeografika ta' l-azzjoni tkun adatta fir-rigward ta' l-għanijiet tagħha, li jispjegaw ir-rwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew tal-popolazzjonijiet fil-mira li jirrappreżentaw.

Ċarezza u kwalità ta' l-għanijiet, il-pjan ta' ħidma, l-organizzazzjoni u d-deskrizzjoni tar-riżultati u l-benefiċċji mistennija kif ukoll strateġiji ta' komunikazzjoni u tixrid.

Parteċipazzjoni bbilanċjata ta' proponenti fl-attivitajiet ippjanati.


ANNESS V

Kriterji għall-kontributi finanzjarji tal-funzjonament ta' entità mhux governattiva jew netwerk speċjalizzat

(Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007, l-Artikolu 4.1 (b))

1.   ESKLUŻJONI U KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ

Kontributi finanzjarji mill-Kummissjoni jistgħu jingħataw għall-funzjonament ta' entità mhux governattiva jew netwerk speċjalizzat (minn hawn 'il quddiem “organizzazzjoni”) li

ma jkunx jagħmel qligħ u jkun indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew kunflitti ta' interess oħrajn

ikollu membri f'ta' l-inqas nofs l-Istati Membri

ikollu kopertura ġeografika bbilanċjata

ikollu bħala l-mira prinċipali tiegħu għan jew iżjed tal-programm

ma jkollux għanijiet ġenerali li jmorru direttament jew indirettament kontra l-politiki ta' l-Unjoni Ewropea jew assoċjati ma' immaġni inadegwata

ikunu pprovdew lill-Kummissjoni kontijiet sodisfaċenti tas-sħubija tagħhom, regoli interni u sorsi ta' finanzjament

ma jkunu fl-ebda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   KRITERJI TA' L-GĦAŻLA

Il-kriterji ta' l-għażla jagħmluha possibbli biex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva ta' l-organizzazzjoni biex ittemm il-programm ta' ħidma propost.

Organizzazzjonijiet bir-riżorsi neċċessarji biex jiżguraw il-funzjonament tagħhom biss jistgħu jingħataw għotja. Bħala evidenza ta' dan huma jridu:

jehmżu kopja tal-kontijiet annwali ta' l-organizzazzjoni ta' l-aħħar tas-sena finanzjarja li ngħalqulha l-kontijiet qabel ma tintbagħat l-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni ta' l-għotja ġejja minn organizzazzjoni Ewropea ġdida l-applikant irid jipproduċi l-kontijiet annwali (inklużi l-karta tal-bilanċ u l-istqarrija tal-qligħ u t-telf) ta' l-organizzazzjonijiet membri ta' l-entità l-ġdida għall-aħħar sena finanzjarja li ngħalqulha l-kontijiet qabel ma tintbagħat l-applikazzjoni;

jippreżentaw baġit dettaljat bil-quddiem għall-organizzazzjoni, ibbalanċjat f'termini ta' dħul u nfiq;

jehmżu rapport ta' verifika esterna prodott minn awditur approvat f'każ ta' applikazzjonijiet ta' għotja operattiva li taqbeż il-€ 100 000, li jiċċertifika l-kontijiet ta' l-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħti stima tal-vijabbiltà finanzjarja ta' l-organizzazzjoni ta' l-applikant.

Organizzazzjonijiet bir-riżorsi operattivi, ħiliet u esperjenza professjonali neċessarji biss jistgħu jingħataw għotja. Għal din il-fini, għandu jinthemeż it-tagħrif li ġej bħaħa sostenn għall-applikazzjoni:

ir-rapport ta' l-attività annwali l-iktar reċenti ta' l-organizzazzjoni, jew, fil-każ ta' organizzazzjoni li għadha kemm twaqqfet, il-curricula vitae tal-membri tal-bord tat-tmexxija u ħaddiema oħrajn u r-rapporti annwali ta' l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet membri ta' l-entità l-ġdida;

kwalunkwe referenzi għal parteċipazzjoni f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea, konklużjoni ta' ftehimiet ta' għotja, konklużjoni ta' kuntratti mal-Kummissjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali Stati Membri oħrajn.

3.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

Il-kriterji ta' l-għoti jagħmluha possibbli biex jintgħażlu programmi ta' ħidma li jistgħu jiggarantixxu konformità ma' l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni u jkunu jistgħu jiggarantixxu t-tixrid u l-komunikazzjoni xierqa inkluża l-viżibbiltà tal-finanzjament Komunitarju.

Għal dan il-għan, il-programm ta' ħidma annwali ppreżentat bil-ħsieb li jinkiseb finanzjament Komunitarju jrid:

ikun konsistenti ma' l-għanijiet tat-tieni Programm Komunitarju fil-qasam tas-saħħa fir-rigward tal-pjan ta' ħidma annwali għall-2008;

jiddeskrivi l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni fir-rigward tal-prijoritajiet dettaljati fil-pjan ta' ħidma għall-2008;

jiggarantixxi ġestjoni xierqa tal-fondi, tqassim tal-ħidmiet fost is-soċji, koordinament tal-proġett, twassil fil-ħin ta' l-azzjonijiet fiż-żmien miftiehem u l-viżibbiltà ġenerali kemm ta' l-organizzazzjoni kif ukoll ta' l-attivitajiet tagħha.

Il-programm ta' ħidma jrid ikun ċar, realistiku u dettaljat sew, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-aspetti li ġejjin:

ċarezza ta' l-għanijiet u l-adattabbiltà tagħhom biex jiskbu r-riżultati mixtieqa;

deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ippjanati, il-kompiti u r-responsabbiltajiet u l-iskedi, inklużi azzjonijiet dwar komunikazzjoni u tixrid.

Il-programm ta' ħidma jrid ikun effettiv fl-infiq u b'hekk juri li l-baġit huwa proporzjonat mar-riżorsi li jridu jintużaw.

Il-programm ta' ħidma jrid jiddeskrivi l-valutazzjoni interna u esterna ta' l-azzjonijiet u l-indikaturi li jridu jintużaw biex jiġu vverifikati li l-għanijiet tal-programm ta' ħidma stess intlaħqu.