29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

417


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2186/2005

tas-27 ta’ Diċembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 936/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2005/959/KE tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun u bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 936/97 (2) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni, fuq bażi multiannwali, ta’ għadd ta’ kwoti ta’ ċanga ta’ kwalità għolja.

(2)

Bħala riżultat tan-negozjati bejn il-Komunità u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja waqt l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità qablet li tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-Istati Membri kollha żieda ta’ 1 000 tunnellata ta’ kwota tat-tariffa annwali ta’ importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 għandu jiġi emendat f’dan is-sens.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IL-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 hu emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(1) hu emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu, “59 100 tunnellata” tiġi ssostitwita b’ “60 100 tunnellata”;

(b)

it-tieni subparagrafu hu ssostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, il-volum totali ta’ kwoti ta’ tariffa għandu jkun ta’ 59 600 tunnellata fis-sena ta’ importazzjoni 2005/2006.”

2.

Fl-Artikolu 2, il-punt (e) hu emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, “300 tunnellata” tiġi ssostitwita b“1 300 tunnellata”;

(b)

jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Madankollu, għas-sena ta’ importazzjoni 2005/2006 il-kwota tat-tariffa għandha tkun ta’ 800 tunnellata piż tal-prodott għal dak il-laħam li jikkorrispondi mal-kodiċi NM u d-definizzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ara p. 78 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10. Ir-Regolament kif ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1118/2004 (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10).