15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1898/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' isem fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Terre Tarentine) — [DPO]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu;

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Terre Tarentine” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2)

(2)

Peress li l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni, dan l-isem għandu għalhekk jitniżżel fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament qed jinżied fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU C 31, 5.2.2004, p. 2 (Terre Tarentine)


ANNESS

PRODOTTI TAL-ANNESS TAT-TRATTAT INTIŻI GĦALL-ALIMENTAZZJONI TAL-BNIEDEM

Xaħam (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

L-ITALJA

Terre Tarentine (DPO)