32003L0013



Official Journal L 041 , 14/02/2003 P. 0033 - 0036


Direttiva tal-Kummissjoni 2003/13/EC

tal- 10 ta' Frar 2003

li temenda d-Direttiva 96/5/KE dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat 3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma oġġetti ta' ikel għall-uzu nutrittiv partikolari [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Wara li kkonsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel,

Billi:

(1) L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 1999/39/KE [4], jistipola illi ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi m'għandux ikollu xi sustanza fi kwantità li tistà tkun ta' periklu għas-sahha tat-trabi u tfal zgħar.

(2) Abbażi ta' l-opinjonijiet mogħtija mill- Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fid-19 ta'Settembru 1997 u ta' l- 4 ta' Gunju 1998, id-Direttiva 96/5/KE stabbiliet livell massimu ġenerali ta' residwi ta' 0,01 mg/kg għal kwalunkwe pestiċida individwali f'ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi.

(3) F'każ ta' numru zgħir ta' pestiċidji jew metaboliti tal-pestiċidi anke livell massimu ta' residwi ta' 0,01 mg/kg jistà, taħt l-agħar kundizzjonijiet ta' teħid, jeċċedi l-livell massimu aċċettabbli għall-kuljum fit-trabi u t-tfal żgħar. Dan huwa l-każ għal pestiċidi jew metaboliti tal-pestiċidi b'livell aċċettabli għal kuljum ta' inqas minn 0,0005 mg/kg kalkolati mal-piż tal-ġisem.

(4) Id-Direttiva 96/5/KE tistabbilixxi il-principju tal-projbizzjoni ta' l-użu ta' dawn il-pestiċidi fil-produzzjoni ta' prodotti Agrikoli intiżi għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi. Il-pestiċidji in kwistjoni għandhom jiġu elenkati fl-Anness VIII tad-Direttiva 96/5/KE. Madankollu, din il-projbizzjoni ma tiggarantix neċessarjament illi l-prodotti huma ħielsa minn dawn il-pestiċidji, minħabba li ċerti pestiċidji jikkontaminaw l-ambjent u r-residwi tagħhom jistgħu jinstabu fil-prodotti msemmija.

(5) Is-saħħa tat-trabi u tat-tfal żgħar tistà tkun protetta aħjar bl-applikazzjoni ta' ħtiġiet addizzjonali li jistgħu jkunu inforzati permezz ta'analiżi irrispettivament mill-oriġini ta' prodott.

(6) Il-parti l-kbira tal-pestiċidi li għandhom livell ta' doża accettabbli għal kuljum ta' inqas minn 0,0005 mg/kg,kalkolati mal-piż tal-ġisem, huma diġa ipprojbiti fil-Komunità jew ser ikunu ipprojbiti sa' Lulju 2003. M'ghandux ikun hemm traċċi tal-pestiċidi li huma projbiti fl-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi meta dawn jiġu analizzati bl-iżjed metodi avanzati. Madankollu, ċerti pestiċidi jiddegradaw bil-mod u għalhekk xorta jikkontaminaw l-Ambjent. Jistgħu jkunu preżenti fl-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi anke jekk dawn ma ġewx użati. Għall-iskopijiet ta' kontroll, għandu jkun segwit approċċ armonizzat.

(7) Sakemm ikun hemm deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq jekk dawn jissodisfawx il-ħtiġiet ta' sigurta ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 1991 li tikkonċerna it-tqegħid fuq is-suq ta' ċerti prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, [5] hekk kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/5/KE [6], l-użu kontinwat ta' pestiċidi awtorizzati għandu jkun permess sakemm ir-residwi tagħhom iħarsu l-livelli massimi ta' residwu stabbiliti fid-Direttiva preżenti. Dawn ta' l-aħħar ikunu stabbiliti f'livelli illi jassiguraw li l-ammonti aċċettabli ta' teħid kwotidjan rispettivi tagħhom ma jkunux maqbuża minn trabi u mit--tfal żgħar taħt l-agħar kundizzjonijiet ta' teħid.

(8) Id-Direttiva 96/5/KE għandha tiġi emendata kif ġej.

(9) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/5/KE tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

- Paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi m'għandux ikollu xi sustanza fi kwantità li tistà' tkun ta' periklu għas-saħħa tat-trabi u tfal zgħar. Il-livelli massimi neċessarji għal sustanzi minbarra dawk li huma imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu stabbiliti mingħajr dewmien."

- Il- paragrafu 3 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. (a) Dawk il-pestiċidi elenkati fl-Anness VIII m'għandhomx ikunu użati fi prodotti agrikoli maħsuba għall-produzzjoni ta' l-ikel ipproċessat b'bażi ta' ċereali u ikel tat-trabi. Madankollu, għal fini ta' kontroll:

(i) pestiċidi elenkati fit-Tabella 1 ta' l-Anness VIII huma meqjusa bħala li ma kienux użati jekk ir-residwi tagħhom ma jaqbżux livell ta' 0,003 mg/kg. Dan il-livell, meqjus bħala l-limitu ta' kwantifikazzjoni tal-metodi analatiċi, għandu jiġi rivedut regolarment fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi;

(ii) il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 2 ta' l-Anness VIII huma meqjusa bħala li ma kienux użati jekk ir-residwi tagħhom ma jaqbżux livell ta' 0,003 mg/kg. Dan il-livell għandu jiġi rivedut regolarment fid-dawl ta informazzjoni tal-kontaminazzjoni ambjentali.

Il-livelli msemmija f'(i) u fi (ii) għandhom jgħoddu ghall-prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew kif huma rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifatturi.

(b) Fir-rigward tal-pestiċidi elenkati fl-Anness VII, fejn tittieħed deċiżjoni li xi sustanza attiva mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ma tkunx inkluża, l-Anness VII u l-Anness VIII ta' din id-Direttiva għandhom jiġu emendati kif xieraq."

2. L-Anness VII huwa mibdul bl- l-Anness I ta' din id-Direttiva.

3. L-Anness VIII huwa mibdul bl- l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-kummerċ fi prodotti li jikkonformaw ma' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 96/5/KE sa mhux aktar tard mis-6 ta' Marzu 2004.

2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-kummerċ fi prodotti li ma jikkonformawx ma' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 96/5/KE sas- 6 ta' Marzu 2005.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-6 ta'Marzu 2004. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkun hemm referenza fihom għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir din ir-riferenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Gurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 27.

[2] ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 38.

[3] ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17.

[4] ĠU L 124, tat-18.5.1999, p. 8.

[5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[6] ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 7.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

ANNESS VII

Livell massimu speċifiku ta' residwi ta'pestiċidi jew ta metaboliti ta' pestiċidi preżenti fl-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel ieħor tat-trabi

Isem kimiku tas-sustanza | Livell massimu ta' Residwu (mg/kg) |

Cadusafos | 0,006 |

Demeton-S-methyl/demeton-S-methyl Sulfone/oxydemeton-methyl (individwali jew ikkombinati, espressi bhala demeton-S-methyl) | 0,006 |

Ethoprophos | 0,008 |

Fipronil (it-total ta fipronil u fipronil-desulfinyl, espressi bħala fipronil) | 0,004 |

Propineb/propylenethiourea (it-total ta' propineb u propylenethiourea) | 0,006 |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

ANNESS VIII

Pestiċidi li m’għandhomx ikunu użati fil-produzzjoni agrikola intiza għall-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel ieħor tat-trabi

Tabella 1

L-isem kimiku tas-sustanza (definizzjoni tar-residwu)

Disulfoton (is-somma ta’ disulfoton, disulfoton sulfoxide u disulfoton sulfone espressi bħala disulfoton)

Fensulfothion (it-total ta’ fensulfothion, l-analogu ta’ l-ossiġinu tiegħu u s-sulfones tagħhom espressi bħala fensulfothion)

Fentin, espress bħala triphenyltin

Haloxyfop (is-somma ta’ haloxyfop, is - salts u l-esters inklużi l- conjugates, espressi bħala haloxyfop)

Heptachlor u Trans-heptachlor epoxide, espressi bħala heptachlor

Hexachlorobenzene

Nitrofen

Omethoate

Terbufos (is-somma ta’ terbufos, is-sulfossidu tiegħu u sulfone, espressa bħala terbufos)

Tabella 2

L-isem kimiku tas-sustanza

Aldrin u dieldrin, espressi bħala dieldrin

Endrin

"

--------------------------------------------------