32001L0014



Official Journal L 075 , 15/03/2001 P. 0029 - 0046


Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-26 ta' Frar 2001

dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Waqt li jikkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Waqt li jikkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Waqt li jikkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4] fid-dawl tat-test konġunt approvat fit-22 ta' Novembru 2000 mill-Kumitat Konċiljatorju,

Billi:

(1) Integrazzjoni akbar tas-settur tal-ferroviji Komunitarju huwa element essenzjali għall-kompletazzjoni tas-suq intern u jimxi lejn li tintlaħaq mobilità sostenibbli.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/EKE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp ta' binarji Komunitarji [5] jipprovdi għal ċerti drittijiet ta' aċċess fit-transport internazzjonali bil-ferrovija għal impriżi tal-ferroviji, u gruppi internazzjonali ta' impriżi tal-ferroviji; dawn id-drittijiet ifissru li l-infrastruttura tal-ferroviji tista' tintuża minn utenti multipli

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċita' infrastrutturali tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet infrastrutturali [6] stabbiliet qafas wiesa' għall-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji.

(4) Dawk id-Direttivi ma pprevenewx varjazzjoni konsiderevoli fl-istruttura u fil-livell ta' piżijiet ta' infrastruttura tal-binarji u l-forma u d-dewmien ta' proċessi ta' allokazzjoni ta' kapaċità.

(5) Sabiex tiġi assigurata trasparenza u aċċess non-diskriminatorju għall-infrastruttura tal-ferroviji għall-impriżi kollha tal-ferroviji l-informazzjoni kollha neċessarja biex jintużaw id-drittijiet ta' l-aċċess għandha tiġi ppubblikata f'dikjarazzjoni ta' network.

(6) Skemi xierqa għall-allokazzjoni tal-kapaċità għall-l-infrastruttura tal-binarji flimkien ma' l-operaturi kompetitivi għandhom jirriżultaw f' bilanċ aħjar bejn il-modi.

(7) L-inkoraġġiment ta' l-użu ottimu ta' l-infrastruttura tal-ferroviji jwassal għal tnaqqis fl-ispiża tat-trasport għas-soċjetà.

(8) Settur effiċjenti tal-merkanzija, speċjalment tul il-fruntieri, jeħtieġ azzjoni għall-ftuħ tas-suq.

(9) Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jippermettu lil xerrejja ta' servizzi tal-ferrovija jidħlu direttament fil-proċess ta' l-allokazzjoni tal-kapaċità.

(10) Ir-rivitalizzazzjoni ta' binarji Ewropej permezz ta' aċċess estiż għal trasport internazzjonali fuq in-Network ta' Trasport Binarju Trans-Ewropew teħtieġ kompetizzjoni ġusta intermodali bejn il-binarji u t-toroq, b'mod partikolari b'akkont approprjat meħud ta' l-effetti esterni differenti; skemi approprjati ta' piżijiet għall-infrastruttura tal-binarji kkombinati ma' skemi ta' piżijiet approprjati għal infrastrutturi oħrajn ta' trasport u operaturi kompetittivi jirriżultaw f'bilanċ ottimu ta' modi differenti ta' trasport.

(11) Il-piżijiet u skemi ta' allokazzjoni ta' kapaċità għandhom jippermettu aċċess ugwali u non-diskriminatorju għall-impriżi kollha u jippruvaw safejn possibbli jissodisfaw il-bżonnijiet ta' l-utenti kollha u t-tipi ta' traffiku b'mod ġust u non-diskriminatorju.

(12) Fil-qafas stabbilit mill-Istati Membri il-piżijiet u l-iskemi ta' allokazzjoni ta' kapaċità għandhom jinkoraġġixxu lil amministraturi ta' l-infrastruttura tal-binarji biex itejbu l-użu ta' l-infrastruttura tagħhom.

(13) Impriżi tal-binarji għandhom jirċievu sinjali ċari u konsistenti minn skemi ta' l-allokazzjoni tal-kapaċità li jwassluhom biex jagħmlu deċiżjonijiet razzjonali.

(14) Sabiex jittieħed kont tal-ħtiġiet ta' l-utenti, jew utenti potenzjali, il-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-binarji li jippjanaw in-negozju tagħhom, u tal-ħtiġiet ta' klijenti u fondaturi, huwa importanti li l-amministratur ta' l-infrastruttra jassigura li l-kapaċità ta' l-infrastruttura hija allokata b'tali mod li jirrifletti l-ħtieġa li jinżammu u jitjiebu l-livelli ta' kemm is-servizzi huma ta' min jorbot fuqhom.

(15) Intrapriżi tal-binarji u l-amministratur ta' l-infrastruttura għandhom jiġu pprovduti b'inċentivi biex jiġi minimizzat id-disturb u jitjieb it-twettiq tan-network.

(16) Piżijiet u skemi ta' allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jippermettu kompetizzjoni ġusta fid-dispożizzjoni ta' servizzi tal-ferroviji.

(17) Huwa importanti li jitqiesu l-ħtiġiet tan-negozju ta' kemm l-applikanti kif ukoll l-amministratur ta' l-infrastruttura.

(18) Huwa importanti li titjieb il-flessibilità disponibbli għall-amministraturi ta' l-infrastruttura fir-rigward ta' l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura imma dan għandu jkun konsistenti mas-sodisfazzjon tal-ħtiġiet raġjonevoli ta' l-applikant.

(19) Il-proċess ta' l-allokazajoni tal-kapaċità għandu jrażżan l-impożizzjoni ta' rbit mhux xieraq fuq xewqiet ta' impriżi oħrajn li għandhom, jew bi ħsiebhom ikollom, drittijiet li jużaw l-infrastruttura biex jiżviluppaw in-negozju tagħhom.

(20) Huwa xieraq li jingħata grad ta' flessibbiltà lil amministraturi infrastrutturali sabiex ikun possibbli użu iktar effiċjenti tan-network ta' l-infrastruttura.

(21) L-iskemi ta' allokazzjoni ta' kapaċità u l-piżijiet jista' jkollhom jieħdu kont tal-fatt li komponenti differenti tan-network ta' l-infrastruttura tal-binarji setgħu kienu ddisinjati b'fi ħsiebhom utenti prinċipali differenti.

(22) Il-ħtiġiet għal servizzi tal-passiġġieri jistgħu spiss jikkonfliġġu mal-ħtiġiet għat-trasport tal-merkanzija; ir-rekwiżiti għal servizzi tal-passiġġieri jistgħu jirriżultaw f'network li tqum aktar flus biex tinbena u tinżamm milli waħda maħsuba biss għat-trasport tal-merkanzija; id-differenxjal tal-veloċità dejjem jiżdied bejn il-fluss ta' merkanzija u passiġġieri jista' twassal għal aggravar tal-kunflitt bejn dawn iż-żewġ tipi ta' traffiku.

(23) Utenti u tipi ta' utenti differenti spiss ikollhom impatt differenti fuq il-kapaċità ta' l-infrastruttura u l-ħtiġiet tas-servizzi differenti għandhom jiġu bbilanċjati kif dovut.

(24) Servizzi operati taħt kuntratt lil awtorità pubblika jistgħu jenħtieġu regoli speċjali biex jissalvagwardjaw l-attrazzjoni taghħom lill-utenti.

(25) Il-piżijiet u l-iskemi ta' l-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jieħdu kont ta' l-effetti ta' saturazzjoni dejjem tiżdied tal-kapaċità ta' l-infrastruttura u fl-aħħar, is-skarsezza tal-kapaċità.

(26) Il-kwadri taż-żmien differenti għall-ippjanar ta' tipi tat-traffiku jfissru li huwa xieraq li jiġi aċċertat li talbiet għall-kapaċità infrastrutturali li jsiru wara l-kompletazzjoni tal-proċess ta' l-iskedar jistgħu jiġu ssodisfati.

(27) L-użu tat-teknoloġija informatika jista' jtejjeb il-veloċità u r-risponsività tal-proċess ta' l-iskedar u l-kapaċità ta' l-applikanti li jagħmlu offerti għall-kapaċità infrastrutturali, kif ukoll li jtejbu l-kapaċità li jistabbilixxu toroq tal-binarji li jaqsmu aktar minn network waħda ta' l-infrastruttura ta' l-amministratur.

(28) Sabiex jiġi aċċertat l-aħjar riżultat għall-impriżi tal-binarji, huwa xieraq li tkun meħtieġa verifika tal-kapaċità disponibbli ta' l-infrastruttura meta l-koordinazzjoni ta' talbiet għall-kapaċità hija meħtieġa tilħaq il-bżonnijiet ta' l-utenti.

(29) Invista tal-pożizzjoni monopolistika ta' l-amministraturi ta' l-infrastruttura huwa mixtieq li tkun meħtieġa verifika tal-kapaċità disponibbli ta' l-infrastruttura, u metodi għat-titjib tagħha meta l-proċess ta' l-allokazzjoni ta' kapaċità ma jkunx jista' jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-utenti.

(30) Nuqqas ta' informazzjoni dwar talbiet ta' impriżi tal-ferroviji oħrajn kif ukoll dwar l-irbit fis-sistema tista' tagħmilha diffiċli għall-impriżi tal-ferroviji biex jippruvaw itejbu t-talbiet ta' kapaċità ta' infrastruttura tagħhom.

(31) Huwa importanti li tiġi assigurata l-koordinazzjoni aħjar ta' l-iskemi ta' allokazzjoni sabiex tiġi assigurata l-attrazzjoni mtejba tal-binarji għat-traffiku li juża' n-network ta' iktar minn amministratur ta' l-infrastruttura, b'mod partikolari għal traffiku internazzjonali.

(32) Huwa importanti li jiġu mminimizzati d-distorzjonijiet li jistgħu tal-kompetizzjoni li jistgħu iqumu jew bejn infrastrutturi tal-binarji jew bejn modi tat-trasport, minn differenzi sinifikanti fil-prinċipji tat-tqegħid tal-piżijiet.

(33) Huwa xieraq li jiġu definiti dawk il-komponenti tas-servizz ta' l-infrastruttura li huma essenzjali biex jippermettu lil operatur li jipprovdi servizz u li għandhom jingħataw għal piżijiet ta' aċċess minimi.

(34) Investiment fl-infrastruttura tal-ferroviji huwa xieraq u l-iskemi għat-tqegħid tal-piżijiet għandhom jipprovdu inċentivi għal amministraturi ta' l-infrastruttura meta jkunu ekonomikament ta' attrazzjoni.

(35) Kull skema għat-tqegħid tal-piżijiet tibgħat sinjali ekonomiċi lil utenti. Huwa importanti li dawk is-sinjali għal impriżi ferrovjarji huma konsistenti u jwassluhom biex jagħmlu deċiżjonijiet razzonali.

(36) Sabiex ikun possibbli l-istabbiliment ta' livelli approprjati u ġusti ta' piżijiet ta' l-infrastruttura, amministraturi ta' l-infrastruttra jeħtieġu jirreġistraw u jistabbilixxu l-valutazzjoni ta' l-assi tagħhom u jiżviluppaw fehma ċara tal-fatturi tal-prezz fl-operazzjoni ta' l-infrastruttura.

(37) Huwa mixtieq li jiġi assigurat li jittieħed kont ta' spejjeż esterni fid-deċiżjonijiet tat-trasport.

(38) Huwa importanti li jiġi assigurat li piżijiet għat-traffiku internazzjonali huma tali li jippermettu li l-ferroviji jissodisfaw il-bżonnijiet tas-suq; konsegwentement il-piżijiet ta' l-infrastruttura għandhom jiġu stabbiliti bil-prezz li hu direttament akkumulat bħala riżultat ta' l-operazzjoni tas-servizz tal-ferrovija.

(39) Il-livell globali ta' rkupru tal-prezz permezz ta' piżijiet infrastrutturali jaffettwa l-livell neċessarju ta' kontribuzzjoni tal-gvern; Stati Membri jistgħu jeħtieġu livelli differenti ta' rkupru globali tal-prezz permezz ta' piżijiet li jinkludu mark-ups jew rata ta' ritorn li s-suq jiflaħ għalihom waqt li jibbilanċja l-irkupru tal-prezz ma' kompetittività intermodali ta' merkanzija tal-ferrovija. Madanakollu huwa mixtieq għal kull skema ta' piżijiet ta' l-infrastruttura biex tippermetti li t-traffiku juża n-network tal-ferrovija li jista' ta' l-inqas iħallas għall-prezz addizzjonli li jimponi.

(40) Infrastruttura tal-ferroviji hija monopolju naturali. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu pprovduti amministraturi ta' l-infrastruttura b'inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż u jamministraw l-infrastruttura tagħhom b'mod effiċjenti.

(41) Għandu jittieħed kont tal-fatt li għal snin twal il-livell ta' investiment fl-infrastruttura u t-teknoloġija ma għamlithiex possibbli li jiġu kkreati kondizzjonijiet għal kull żvilupp reali tat-trasport tal-ferrovija. Huwa għalhekk ta' min, kontra dan l-isfond, iwettaq titjib approprjat, b'mod partikolari fil-kuntest ta' l-istabbiliment tan-Network Trans-Ewropew għall-Merkanzija bil-Ferrovija, bl-użu inter alia ta' l-istrumenti Komunitarji disponibbli, mingħajr preġudizzju għal prijoritajiet diġà stabbiliti.

(42) Skonti permessi għal impriżi ferrovjarji għandhom jirrelataw għal tfaddil amministrattiv tal-prezz esperjenzat; jistgħu ukoll jintużaw skonti biex jippromwovu l-użu effiċjenti ta' l-infrastruttura.

(43) Huwa mixtieq għal impriżi tal-ferroviji u l-amministratur ta' l-infrastruttura li jiġu pprovduti b'inċentivi biex jiġi mminimizzat id-disturb tan-network.

(44) L-allokazzjoni tal-kapaċità hija assoċjata ma' spiża għall-amministratur, li għandu jkun meħtieġ ħlas għaliha.

(45) Huma meħtieġa miżuri biex jiġi assigurat li l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati taħt il-liġi Komunitarja huma meħtieġa jżommu ċertifikat approprjat ta' sigurtà qabel ma joperaw fit-territorju ta' Stat Membru; l-għoti ta' ċertifikati tas-sigurtà għandu jikkonforma mal-liġi Komunitarja.

(46) L-amministrazzjoni effiċjenti u ġusta u l-użu non-diskriminatorju ta' l-infrastruttura tal-ferroviji jeħtieġu l-istabbiliment ta' korp regolatorju li jissorvelja l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli Komunitarji u jaġixxi bħala korp ta' appell, minkejja l-possibbiltà ta' rivista ġudizzjarja.

(47) Miżuri speċifiċi huma meħtieġa biex jieħdu kont tas-sitwazzjoni speċifika ġeopolitika u ġeografika ta' ċerti Stati Membri kif ukoll organizzazzjoni speċifika kif ukoll organizzazzjoni speċifika tas-settur tal-ferrovija fi Stati Membri varji waqt li jassiguraw l-integrità tas-suq intern.

(48) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7].

(49) Skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-iskopijiet ta' din id-Direttiva, primarjament biex jikkoordinaw arranġamenti fl-Istati Membri li jirregolaw l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferroviji u l-piżijiet magħmula għall-użu tagħhom kif ukoll ċertifikazzjoni tas-sigurtà, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri invista tal-bżonn li jiġu assigurati kondizzjonijiet ġusti u non-diskriminatorji għal aċċess għall-infrastruttura kif ukoll biex jieħdu kont tad-dimensjonijiet manifestament internazzjonali involuti fl-operazzjoni ta' elementi sinifikanti tan-networks tal-ferrovija, u jistgħu għalhekk, għar-raġuni tal-bżonn ta' azzjoni trans-nazzjonali kkoordinata, jintlaħqu aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintalħqu dawk l-objettivi.

(50) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 2830/77 tat-12 ta' Diċembru 1977 dwar il-miżuri neċessarji biex tintlaħaq paragunabbiltà bejn is-sistemi ta' kontabilità u l-kontijiet annwali ta' l-impriżi ferrovjarji [8], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2183/78 tad-19 ta' Settembru 1978 li jistabbilixxi l-prinċipji uniformi ta' l-ispejjeż għal impriżi tal-ferroviji [9], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/529/KEE tad-19 ta' Lulju 1982 dwar l-iffissar ta' rati għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bil-ferrovija [10], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/418/KEE tal-25 ta' Lulju 1983 dwar l-indipendenza kummerċjali tal-ferroviji fl-amministrazzjoni tat-traffiku internazzjonali tagħhom ta' passiġġeri u bagalji [11], u d-Direttiva 95/19/KE huma mgħoddija minn din id-Direttiva u għalhekk għandhom jitħassru,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-BIDU

L-Artikolu 1

Il-qasam ta' l-applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-prinċipji u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati fir-rigward tat-tqegħid u l-istabbiliment ta' piżijiet ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u l-allokazzjoni ta' kapaċità ferrovjarja infrastrutturali.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-iskemi tat-tqegħid ta' piżijiet u tal-kapaċità ta' allokazzjoni għall-infrastruttura ferrovjarja jsegwu l-prinċipji stabbiliti f'din id- Direttiva u b'hekk jippermettu lill-amministratur infrastrutturali biex iqiegħed fis-suq u jagħmel użu effettiv mill-kapaċità infrastrutturali disponibbli.

2. Din id-Direttiva tapplika għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferroviji għal servizzi bil-ferrovija domestiċi u internazzjonali.

3. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva:

(a) networks lokali u reġjonali indipendenti għal servizzi tal-passiġġieri fuq infrastruttura tal-ferroviji;

(b) networks maħsuba biss għall-operazzjoni ta' servizzi tal-passiġġieri urbani u suburbani;

(ċ) networks reġjonali li jintużaw għal servizzi tal-merkanzija internazzjonali biss minn impriża tal-ferrovija li mhijiex koperta bl-iskop tad-Direttiva 91/440/KEE sakemm tintalab kapaċità fuq dik in-network minn applikant ieħor;

(d) infrastruttura tal-ferroviji li hija proprjetà privata u teżisti biss għall-użu mill-proprjetarju ta' l-infrastruttra għall-operazzjonijiet proprji tal-merkanzija.

4. Operazzjonijiet tat-trasport fil-forma ta' servizzi tax-shuttle għal vetturi tat-toroq miċ-Channel Tunnel huma esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Id-Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' din id-Direttiva:

(a) "allokazzjoni" tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferroviji minn amministratur ta' l-infrastruttura;

(b) "applikant" tfisser impriża tal-ferroviji bil-liċenzja u/jew iggruppar internazzjonali ta' impriżi tal-ferroviji u, fl-Istati Membri li jipprovdu għal din il-possibbiltà, persuni u/jew entitajiet legali oħrajn b'servizz pubbliku jew interess kummerċjali fil-prokura tal-kapaċità infrastrutturali, bħal awtoritajiet pubbliċi taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 [12] u shippers, forwarders tal-merkanzija u operaturi tat-trasport ikkumbinat, għall-operazzjoni ta' servizz tal-ferrovija fit-territorji rispettivi tagħhom;

(ċ) "infrastruttura konġestjonata" tfisser taqsima ta' l-infrastruttura li għaliha d-domanda għall-kapaċità infrastrutturali ma tistax tiġi ssodisfata kompletament tull ċerti perjodi anke wara l-koordinazzjoni ta' talbiet differenti għall-kapaċità.

(d) "pjan ta' titjib tal-kapaċià" jfisser miżura jew serje ta' miżuri b'kalendarju għall-implimentazzjoni tagħhom li huma proposti biex jallevjaw l-irbit tal-kapaċità li jwassal għad-dikjarazzjoni ta' taqsima ta' infrastruttura bħala "infrastruttura konġestjonata";

(e) "koordinazzjoni" tfisser il-proċess li bih il-korp ta' allokazzjoni u l-applikanti jippruvaw jirrisolvu s-sitwazzjonijijet li fihom hemm applikazzjonijiet konfliġġenti għall-kapaċità infrastrutturali;

(f) "ftehim qafas" ifisser ftehim ġenerali li jorbot abbażi tal-liġi pubblika jew privata, li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta' applikant u l-amministratur ta' l-infrastruttura jew il-korp ta' l-allokazzjoni fir-rigward tal-kapaċità infrastrutturali li għandha tiġi allokata u l-piżijiet li għandhom jiġu imposti tul perjodu itwal minn perjodu ta' skeda ta' xogħol;

(g) "kapaċità infrastrutturali" tfisser il-potenzjali li jiġu skedati t-toroq tal-ferroviji mitluba għal element ta' l-infrastruttura għal ċertu perjodu;

(h) "amministratur infrastrutturali" ifisser kull korp jew impriża responsabbli b'mod partikolari biex tiġi stabbilita u mantnuta infrastruttura tal-ferrovija. Dan jista' jinkludi wkoll l-amministrazzjoni ta' sistemi ta' kontroll u sigurtà ta' l-infrastruttura. Il-funzjonijiet ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura f' network jew parti minn network jistgħu jiġu allokati għal korpi jew impriżi differenti;

(i) "network" ifisser l-infrastruttura tal-ferroviji sħiħa fil-proprjetà ta' u/jew amministrata minn amministratur ta' l-infrastruttura;

(j) "dikjarazzjoni tan-network" tfisser id-dikjarazzjoni li tistabbilixxi fid-dettall ir-regoli ġenerali, termini, proċeduri u kriterji li jikkonċernaw l-iskemi ta' piżijiet u allokazzjoni ta' kapaċità. Għandha wkoll tikkontjeni l-informazzjoni l-oħra li hi meħtieġa biex tippermetti l-applikazzjoni għall-kapaċità infrastrutturali;

(k) "impriża tal-ferroviji" tfisser kull impriża pubblika jew privata, liċenzjata skond il-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, li n-negozju kummerċjali tagħha huwa li tipprovdi s-servizzi għat-trasport ta' merkanzija u/jew passiġġieri bil-ferrovija bi ħtieġa li l-impriża għandha tassigura trazzjoni; dan jinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss;

(l) "mogħdija tal-ferrovija" tfisser il-kapaċità infrastrutturali meħtieġa sabiex titmexxa ferrovija bejn żewġ postijiet f'terminu determinat;

(m) "skeda tax-xogħol" tfisser id-data li tiddefinixxi l-movimenti kollha ppjanati tal-ferrovija u tar-rolling-stock li jseħħu fuq l-infrastruttura relevanti tul il-perjodu li għalih huwa fis-seħħ.

L-Artikolu 3

Dikjarazzjoni tan-network

1. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati, jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni tan-network li tista' tiġi akkwistata għal ħlas ta' dazju li ma jistax jeċċedi l-ispiża tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni.

2. Id-dikjarazzjoni tan-network għandha tistabbilixxi n-natura ta' l-infrastruttura disponibbli għall-impriżi tal-ferroviji. Għandha tikkontjeni informazzjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura relevanti tal-ferrovija. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tan-network huwa stabbilit fl-Anness I.

3. Id-dikjarazzjoni tan-network għandha tinżamm aġġornata u modifikata kif neċessarju.

4. Id-dikjarazzjoni tan-network għandha tiġi ppubblikata mhux inqas minn erba' xhur bil-quddiem tat-terminu għal talbiet għall-kapaċità infrastrutturali.

IL-KAPITOLU II

IL-PIŻIJIET INFRASTRUTTURALI

L-Artikolu 4

L-istabbiliment, id-determinazzjoni u l-ġbir ta' piżijiet

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas tal-piżijiet waqt li jirrispettaw l-indipendenza ta' l-amministrazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/440/KEE.

Bla ħsara għall-kundizzjoni msemmija ta' indipendenza ta' l-amministrazzjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-piżijiet jew jiddelegaw dawn il-poteri għall-amministratur ta' l-infrastruttura. Id-determinazzjoni tal-piż għall-użu ta' l-infrastruttura u l-ġbir ta' dan il-piż għandhom jitwettqu mill-amministratur ta' l-infrastruttura.

2. Meta l-amministratur ta' l-infrastruttura, fil-forma legali, l-organizzazzjoni jew fil-funzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, mhuwiex indipendenti minn kull impriża tal-ferroviji, il-funzjonijiet, deskritti f' dan il-Kapitolu, ta' xort' oħra mill-ġbir tal-piżijiet għandhom jitwettqu minn korp tal-piżijiet li hu indipendenti fil-forma legali, fl-organizzazzjoni u fit-teħid-tad-deċiżjonijiet tiegħu minn kull impriża tal-ferroviji.

3. L-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jikkooperaw biex jakkwistaw l-operazzjoni effiċjenti tas-servizzi tal-ferroviji li jaqsmu aktar minn network waħda ta' infrastruttura. Għandhom b'mod partikolari jimmiraw li jiggarantixxu l-kompetittività ottima ta' merkanzija internazzjonali bil-ferrovija u jassiguraw l-utilizzazzjoni effiċjenti tan-Network Trans-Ewropea tal-Merkanzija bil-Ferrovija. Jistgħu jistabbilixxu dawn l-organizzazzjonijiet konġunti xierqa biex jippermettu li dan iseħħ. Kull kooperazzjoni jew organizzazzjoni konġunta għandha tintrabat bir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

4. Ħlief meta jsiru arranġamenti speċifiċi taħt l-Artikolu 8(2), l-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jassiguraw li l-iskema tal-piżijiet fis-seħħ hija bbażata fuq l-istess prinċipji fin-network sħiħ tagħhom kollha.

5. L-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jassiguraw li l-applikazzjoni ta' l-iskema tal-piżijiet tirriżulta f'piżijiet ekwivalenti non-diskriminatorji għal impriżi tal-ferroviji differenti li jwettqu servizzi ta' natura ekwivalenti f'parti simili tas-suq u li l-piżijiet attwalment applikati jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fid-dikjarazzjoni tan-network.

6. Amministratur ta' l-infrastruttura jew korp li jitlob il-piżijiet għandu jirrispetta l-kunfidenzjalità kummerċjali ta' l-informazzjoni pprovduta lilu mill-applikanti.

L-Artikolu 5

Is-Servizzi

1. Impriżi tal-ferroviji għandhom, fuq bażi mhux diskriminatorja, ikunu intitolati għall-pakkett miinimu ta' aċċess u aċċess għall-binarji għal faċilitajiet tas-servizzi deskritti fl-Anness II. Il-provvista tas-servizzi msemmija fl-Anness II, il-punt 2, għandha tiġi pprovduta f' mod mhux diskriminatorju u talbiet mill-impriżi tal-ferroviji jistgħu jiġu miċħuda biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli fil-kunduzzjonijiet tas-suq. Jekk is-servizzi mhumiex offruti minn amministratur ta' l-infrastruttura wieħed, il-fornitur ta' l-infrastruttura ewlenija għandu juża l-isforzi kollha raġonevoli biex jiffaċilita l-fornitura ta' dawn is-servizzi.

2. Meta l-amministratur ta' l-infrastruttura joffri kwalunkwe mill-firxa tas-servizzi deskritti fl-Anness II, il-punt 3 bħala servizzi addizzjonali, għandu jipprovdihom fuq talba lil impriża tal-ferroviji.

3. Impriżi tal-ferroviji jistgħu jitolbu grad oltre ta' servizzi anċillari, elenkati fl-Anness II, il-punt 4 mill-amministratur ta' l-infrastruttura jew minn provvedituri oħrajn. L-amministratur ta' l-infrastruttura mhuwiex obbligat li jforni dawn is-servizzi.

L-Artikolu 6

Ir-Rendikonti ta'l-infrastruttura u ta' l-ispejjeż

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, inklużi meta approprjat ħlasijiet bil-quddiem, biex jaċċertaw li, taħt kundizzjonijiet normali tal-kummerċ u f'terminu raġonevoli, il-kontijiet ta' amministratur ta' l-infrastruttura għandhom għall-inqas jibbilanċjaw dħul minn piżijiet ta' l-infrastruttura, iż-żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn u fondi mill-Istat fuq naħa waħda, u spejjeż infrastrutturali oħrajn fuq in-naħa l-oħra.

Bla ħsara għall-iskop possibbli fit-tul ta' koperta ta' l-utent ta' l-ispejjeż infrastrutturali għall-modi kollha tat-trasport abbażi ta' kompetizzjoni ġusta, kompetizzjoni non-diskriminatorja bejn il-modi varji, meta t-trasport bil-ferrovija jista' jikkompeti ma' modi oħrajn tat-trasport, fil-qafas tat-tarifffi ta' l-Artikoli 7 u 8, Stat Membru jista' jeħtieġ lill-amministratur ta' l-infrastruttura jibbilanċja l-kontijiet tiegħu mingħar fondi ta' l-Istat.

2. Amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom, b'konsiderazzjoni xierqa għas-sigurtà u għall-manutenzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-servizz ta' l-infrastruttura, jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-fornitura ta' l-infrastruttura u l-livell ta' piżijiet ta' l-aċċesss.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dispożizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 tiġi implimentata, jew permezz ta' ftehim kontrattwali bejn l-awtorità kompetenti u l-amministratur ta' l-infrastruttura li jkopri terminu ta' mhux inqas minn tliet snin li jipprovdi għal fondi mill-Istat jew permezz ta' l-istabbiliment ta' miżuri regolatorji xierqa b' poteri adegwati.

4. Fejn jeżisti ftehim kontrattwali, it-termini tal-kuntratt u l-istruttura tal-pagamenti miftiehma biex jiġu pprovduti l-fondi lill-ġestitur ta' l-infrastruttura għandhom jiġu miftiehma minn quddiem biex ikopru t-terminu sħiħ tal-kuntratt.

5. Metodu għall-apporzjonament ta' l-ispejjeż għandu jiġi stabbilit. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel. Dan il-metodu għandu jiġi aġġornat minn żmien għal żmien għall-aħjar prattika internazzjonali.

L-Artikolu 7

Il-Prinċipji tat-tariffi

1. Il-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferroviji għandhom jitħallsu lill-amministratur ta' l-infrastruttura u jintużaw biex jipprovdu fondi għan-negozju tiegħu.

2. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-amministratur ta' l-infrastruttura li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja dwar il-piżijiet imposti. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu, f'dan ir-rigward, ikun jista' jiġġustifika li l-piżijiet infrastrutturali ġeneralment fatturati lil kull operator, skond l-Artikoli 4 sa 12, jikkonformaw mal-metodoloġija, regoli u meta applikabbli, l-iskali stabbiliti mid-dikjarazzjoni tan-network.

3. Bla ħsara għall-paragrafi 4 jew 5 jew għall-Artikolu 8, il-piżijiet għall-pakkett minimu ta' l-aċċess u aċċess għall-binarju għal faċilitajiet tas-servizzi għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' l-ispiża direttament involuta bħala riżultat ta' l-operazzjoni tas-servizz tal-ferrrovija

4. Il-piż infrastrutturali jista' jinkludi piż li jirriflettti l-iskarsità tal-kapaċità tat-taqsima identifikabbli ta' l-infrastruttura fil-perjodi ta' konġestjoni.

5. Il-piż infrastrutturali jista' jiġi mmodifikat biex jieħu kont ta' l-ispejjeż ta' l-effetti ambjentali kkawżati mill-operazzjoni tal-ferrovija. Din il-modifika għandha tiġi differenzjata skond id-daqs ta' l-effett ikkawżat.

Il-piż ta' spejjeż ambjentali li jirriżultaw f' żieda fid-dħul totali li jakkumula għall-amministratur ta' l-infrastruttura għandu madankollu jiġi permess biss jekk dan il-piż jiġi applikat f' livell paragunabbli għal modi kompetittivi ta' trasport.

Fin-nuqqas ta' kull livell paragunabbli ta' piżijiet ambjentali f'modi tat-trasport kompetituri oħrajn, din il-modifika m'għandhiex tirriżulta f'xi tibdil ġenerali fid-dħul ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura. Jekk ġie introdott livell paragunabbli ta' piżijiet ta' spejjeż ambjentali għal ferroviji u modi tat-trasport kompetittivi u li jiġġenera dħul addizzjonali, huwa għall-Istati Membri biex jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul.

6. Sabiex jiġu evitati tibdiliet sproporzjonati, il-piżijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 jistgħu jiġu mmedjati fuq firxa raġonevoli ta' servizzi u ħinijiet tal-ferrovija. Iżda, id-daqsijiet relattivi tal-piżijiet ta' l-infrastruttura għandhom ikunu relatati ma' l-ispejjeż attribwibbli għas-servizz.

7. Il-provvista tas-servizzi msemmija fl-Anness II, il-punt 2, m'għandhomx ikunu koperti b'dan l-Artikolu. Bla ħsara għal dan ta' hawn fuq, għandu jittieħed kont, fl-istabbiliment tal-prezzijiet tas-servizzi stabbiliti fl-Anness II, il-punt 2, tas-sitwazzjoni kompetittiva tat-trasport bil-ferrovija.

8. Meta s-servizzi elenkati fl-Anness II il-punti 3 u 4 bħala servizzi addizzjonali u anċillari jiġu offerti biss minn fornitur wieħed, il-piż impost għal dan is-servizz għandu jirrelata għall-ispiża biex jiġi fornit, ikkalkulat abbażi tal-livell attwali ta' l-użu.

9. Il-piżijiet jistgħu jiġu mposti għal kapaċità użata għall-iskop ta' manutenzjoni ta' l-infrastruttura. Dawn it-tariffi m'għandhomx jeċċedu t-telf nett għall-amministratur ta' l-infrastruttura kkawżat mill-manutenzjoni.

L-Artikolu 8

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tal-piżijiet

1. Sabiex ikun hemm irkupru sħiħ ta' l-ispejjeż magħmula mill-amministratur ta' l-infrastruttura, Stat Membru jista', jekk is-suq jiflaħ dan, jimponi mark-ups fuq bażi ta' prinċipji effiċjenti, trasparenti u non-diskriminatorji, waqt li jiggarantixxu kompetittività ottima partikolarment ta' merkanzija internazzjonali bil-ferrovija. Is-sistema tal-piżijiet għandha tirrispetta ż-żidiet akkwistati minn impriżi tal-ferroviji.

Iżda l-livell tal-piżijiet m'għandux jeskludi l-użu ta' infrastruttura minn taqsimiet tas-suq li jistgħu iħallsu għall-inqas l-ispejjeż magħmula direttament b'riżultat ta' l-operazzjoni tas-servizz tal-ferrovija, u rata tar-ritorn li jiflaħ għaliha s-suq.

2. Għal proġetti speċifiċi ta' investiment, fil-futur, jew li tlestew mhux aktar minn 15-il sena qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-amministratur ta' l-infrastruttura jista' jiffissa jew ikompli jiffissa piżijiet ogħla abbażi ta' l-ispejjeż fit-tul ta' dawn il-proġetti jekk iżidu l-effiċjenza u/jew effettività ta' l-ispiża u ma setgħux isiru mod ieħor. Dan l-arranġament tal-piżijiet jista' wkoll jinkorpora l-ftehim dwar it-tqassim tar-riskju assoċjat ma' investimenti ġodda.

3. Biex tiġi pprevenuta d-diskriminazzjoni, għandu jiġi assigurat li l-medja partikolari ta' kull amministratur ta' l-infrastruttura u piżijiet marġinali għall-utilitajiet ekwivalenti ta' l-infrastruttura tiegħu huma paragunabbli u li servizzi paragunabbli fl-istess taqsima tas-suq huma soġġetti għall-istess piżijiet. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu juri fid-dikjarazzjoni tan-network li s-sistema tal-piżijiet tissodisfa dawn il-ħtiġiet sa fejn dan jista' jsir mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni importanti konfidenzjali kummerċjali.

4. Jekk amministratur ta' l-infrastruttura jkollu l-intenzjoni jimmodifka l-elementi essenzjali tas-sistemi ta' piżijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jagħmilhom pubbliċi għall-inqas tliet xhur minn quddiem.

L-Artikolu 9

Skonti

1. Bla ħsara għall-Artikoli 81, 82, 86 u 87 tat-Trattat u minkejja l-Artikolu 7(3) ta' din id-Direttiva, kull skont fuq il-piżijiet imposti fuq impriża tal-ferroviji mill-amministratur ta' l-infrastruttura għal kwalunkwe servizz, għandha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti f' dan l-Artikolu.

2. Ħlief għall-paragrafu 3, l-iskonti għandhom jiġu limitati għat-tfaddil attwali ta' l-ispiża amministrattiva għall-amministratur ta' l-infrastruttura. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' l-iskont, ma għandu jittieħed ebda kont tat-tfaddil ta' spejjeż diġà internalizzati fil-piż impost.

3. L-amministraturi ta' l-infrastruttura jistgħu jintroduċu skemi disponibbli għall-utenti kollha ta' l-infrastruttura, għall-mixjiet speċifikati tat-traffiku, li jagħtu skonti limitati fil-ħin biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' servizzi ġodda tal-ferrovija, jew skonti li jinkoraġġixxu l-użu ta' linji konsiderevolment mhux użati biżżejjed.

4. L-iskonti jistgħu jirrelataw biss għal piżijiet imposti għal taqsima speċifikata ta' l-infrastruttura.

5. Skemi simili ta' skonti għandhom jgħoddu għal servizzi simili.

L-Artikolu 10

Skemi ta' kumpens għal spejjeż mhux imħallsa ambjentali, aċċidentali u infrastrutturali

1. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu skema ta' kumpens illimitata biż-żmien għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferroviji għall-ispejjeż demostrabbli ambjentali mhux imħallsa, aċċidentali u infrastruttrali għal modi kompetittivi ta' trasport sa fejn dawn l-ispejjeż jeċċedu l-ispejjeż ekwivalenti tal-ferroviji.

2. Meta l-operator li jirċievi kumpens għandu dritt esklussiv, il-kumpens għandu jiġi akkumpanjat minn benefiċċji paragunabbli għall-utenti.

3. Il-metodoloġija użata u l-kalkoli mwettqa għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Għandu jkun partikolarment possibbli li jintwerew l-spejjeż speċifikati mhux imposti ta' l-infrastruttura tat-trasport kompetitriċi li ġiet evitata u sabiex jiġi assigurat li l-iskema tingħata fuq kondizzjonijiet non-diskriminatorji lill-impriżi.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li din l-iskema hija kompatibbli ma' l-Artikoli 73, 8 7 u 88 tat-Trattat.

L-Artikolu 11

Skema tal-ħidma

1. Skemi tal-piżijiet infrastrutturali għandhom permezz ta' skema tal-ħidma jinkoraġġixxu l-impriżi tal-ferroviji u lill-amministratur ta' l-infrastruttura biex jimminimizzaw it-telf u jtejbu l-ħidma tan-network tal-ferrovija. Dan jista' jinkludi penali għal azzjonijiet li jtellfu l-operazzjoni tan-network, il-kumpens għall-impriżi li jbatu minn telf u bonuses li jippremjaw ħidma aħjar minn dik li ġiet ippjanata.

2. Il-prinċipji bażiċi ta' l-iskema ta' operazzjoni għandhom japplikaw man-network kollha.

L-Artikolu 12

Il-Piżijiet ta' riserva

L-amministraturi ta' l-infrastruttura jistgħu jimponu piż għall-kapaċità mitluba iżda mhux użata. Dan il-piż għandu jipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità.

L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu dejjem ikun jista' jinforma lil kull parti interessata tal-kapaċità infrastrutturali li ġiet allokata lil impriżi tal-ferroviji ta' l-utenti.

KAPITOLA III

L-ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ INFRASTRUTTURALI

L-Artikolu 13

Id-Drittijiet tal-kapaċità

1. Il-kapaċità infrastrutturali għandha tiġi allokata minn amministratur ta' l-infrastruttura, u ladarba allokata lil applikant ma tistax tiġi ttrasferita mir-reċipjent għal impriża jew servizz ieħor.

Kull negozjar fil-kapaċità infrastrutturali għandu jiġi pprojbit u għandu jwassal għal esklużjoni mill-allokazzjoni oltre tal-kapaċità.

L-użu tal-kapaċità minn impriża tal-ferroviji meta jwettqu n-negozju ta' applikant li mhuwiex impriża tal-ferrovija m'għandux jitqies bħala trasferiment.

2. Id-dritt ta' l-użu ta' kapaċità speċifika infrastrutturali fil-forma ta' mogħdija tal-ferrovija jista' jingħata lil applikanti għal terminu massimu ta' perjodu wieħed kalendarju ta' ħidma.

Amministratur ta' l-infrastruttura u applikant jistgħu jidħlu fi ftehim tal-qafas kif stabbilit fl-Artikolu 17 għall-użu tal-kapaċità fuq l-infrastruttura tal-ferroviji relevanti għal terminu itwal minn terminu wieħed kalendarju ta' ħidma.

3. Id-definizzjoni tad-drittijiet u l-obbligi rispettivi bejn amministraturi ta' l-infrastruttura u l-applikanti fir-rigward ta' kull allokazzjoni ta' kapaċità għandha tiġi stabblitia fil-kuntratti jew fil-leġislazzjoni.

L-Artikolu 14

L-Allokazzjoni tal-kapaċità

1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu qafas għall-allokazzjoni ta' kapaċità infrastrutturali filwaqt li jirrispettaw l-indipendenza amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/440/KEE. Regoli speċifiċi ta' allokazzjoni ta' kapaċità għandhom jiġu stabbiliti. L-amministratur infrastrutturali għandu jwettaq il-proċessi ta' l-allokazzjoni tal-kapaċità. Partikolarment, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jassigura li l-kapaċità infrastrutturali tiġi allokata fuq bażi ġusta u non-diskriminatorja u skond il-liġi Komunitarja.

2. Meta l-amministratur ta' l-infrastruttura, fil-forma legali, l-organizzazzjoni jew fil-funzjonijiet tiegħu ta' teħid tad-deċiżjonijiet, mhuwiex indipendenti minn kull impriża tal-ferroviji, il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u deskritti f' dan il-Kapitolu għandhom jitwettqu minn korp ta' allokazzjoni li hu huwa indipendenti fil-forma legali, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu minn kull impriża tal-ferroviji.

3. Amministraturi ta' l-infrastruttura u korpi ta' allokazzjoni għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kummerċjali ta' l-informazzjoni provduta lilhom.

L-Artikolu 15

Il-Kooperazzjoni fl-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali fuq aktar minn network waħda

1. Amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jikkooperaw biex jippermettu l-kreazzjoni effiċjenti u l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali li taqsam aktar minn network waħda. Għandhom jorganizzaw mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji, b'mod partikolari fil-kwadru tan-Network Trans-Ewropew tal-Merkanzija tal-Ferrovija. Ghandhom jistabbilixxu dawn il-proċeduri li huma approprjati sabiex dan ikun jista' jseħħ. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu marbuta bir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

Il-proċedura stabbilita sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali fuq livell internazzjonali għandha tassoċja r-rappreżentanti ta' amministraturi ta' l-infrastruttura għall-infrastrutturi kollha tal-ferrovija li d-deċiżjonijiet ta' l-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq aktar minn amministratur wieħed ieħor ta' l-infrastruttura. Rappreżentati approprjati ta' amministraturi ta' l-infrastruttura minn barra l-Komunità jistgħu jiġu assoċjati ma' dawn il-proċeduri. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata u mistiedna biex tattendi bħala osservatriċi.

2. Fkull laqgħa jew attività oħra li ssir biex tippermetti l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali għal servizzi bil-ferrovija trans-netwrok, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss minn rappreżentanti ta' amministraturi ta' l-infrastruttura.

3. Il-parteċipanti fil-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jassiguraw li l-assoċjazzjoni, il-metodi ta' operazzjoni u l-kriterji kollha relevanti użati biex tiġi stmata u allokata l-kapaċità infrastrutturali jistgħu jsiru pubblikament disponibbli.

4. Waqt li jaħdmu b'kooperazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jistmaw il-ħtieġa għal, u jistgħu meta neċessarju jipproponu u jorganizzaw mogħdijiet internazzjonali tal-ferrovija biex jiffaċilitaw l-operazzjoni ta' ferroviji tal-merkanzija li huma soġġetti għal talba ad hoc kif imsemmi fl-Artikolu 23.

Dawn il-mogħdijiet internazzjonali tal-ferrovija rranġati minn qabel għandhom ikunu disponibbli għal applikanti permezz ta' amministraturi parteċipanti ta' l-infrastruttura.

L-Artikolu 16

L-Applikanti

1. L-applikazzjonijiet għall-kapaċità infrastrutturali jistgħu jsiru minn impriżi tal-ferrovijia u l-gruppi internazzjonali tagħhom u, fit-territorji ta' dawk l-Istati Membri li jippermettu hekk, minn applikanti oħrajn li jikkonformaw mad-definizzjoni fl-Artikolu 2(b). L-Istati Membru jistgħu wkoll jippermettu lil applikanti oħrajn japplikaw għall-kapaċità infrastrutturali fit-territorji tagħom.

2. L-amministratur ta' l-infrastruttura jista' jistabbilixxi l-ħtiġiet fir-rigward ta' applikanti sabiex jassigura li l-aspettattivi leġittimi tiegħu dwar dħul futur u utilizzazzjoni ta' l-infrastruttura jiġu ssalvagwardjati. Dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu approprjati, trasparenti u non-diskriminatorji. Il-ħtiġiet għandhom jiġu ppubblikati bħala parti mill-prinċipji ta' l-allokazzjoni fid-dikjarazzjoni tan-network, u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata.

3. Il-ħtiġiet fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu biss il-fornitura ta' garanzija finanzjarja li m'għandhiex teċċedi livell approprjat li għandu jkun proporzjonali għal-livell ikkontemplat ta' attività ta' l-applikant, u l-assigurazzjoni tal-kapaċità li jiġu ppreparati offerti ta' lment għall-kapaċità infrastrutturali.

L-Artikolu 17

Il-Ftehim qafas

1. Bla ħsara għall-Artikoli 81, 82 u 86 tat-Trattat, ftehim qafas jista' jiġi konkluż ma' l-applikant. Dan il-kwadru ta' ftehim jispeċifika l-karatteristiċi tal-kapaċità infrastrutturali meħtieġa minn u offerta lill-applikant tul perjodu ta' żmien li jeċċedi perjodu ta' ħidma skedarja. Il-ftehim qafas m'għandux jispeċifika mogħdija tal-ferrovija fid-dettall, imma għandu jkun tali li jfittex li jilħaq il-ħtiġiet leġittimi kummerċjali ta' l-applikant. Stat Membru jista' jitlob approvazzjoni minn qabel ta' dan il-ftehim qafas mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 30 ta' din id-Direttiva.

2. Ftehim qafas m'għandux ikun tali li jipprekludi l-użu ta' l-infrastruttura relevanti minn applikanti jew servizzi oħrajn.

3. Ftehim qafas għandu jippermetti għall-emenda jew limitazzjoni tat-termini tiegħu biex jippermetti sabiex ikun jista' jsir użu aħjar mill-infrastruttura tal-ferrovija.

4. Il-Ftehim kwadru jista' jikkontjeni penalitajiet jekk ikun neċessarju li jiġi mmodifikat jew itterminat il-ftehim.

5. Il-Ftehim qafas għandu, fil-prinċipju, ikun għal terminu ta' ħames snin. L-amministratur ta' l-infrastruttura jista' jiftiehem għal terminu iqsar jew itwal f' każijiet speċifiċi. Kull perjodu itwal minn ħames snin għandu jiġi ġġustifikat bl-eżistenza ta' kuntratti kummerċjali, investimenti jew riskji speċjalizzati.

Terminu itwal minn 10 snin għandu jkun possibbli biss f'każijiet eċċezzjonali, b'mod partikolari meta hemm investiment kbir għal terminu twil, u partikolarment meta dan l-investiment huwa kopert minn irbit kuntrattwali.

6. Filwqat li jirrispetta l-kunfidenzjalità kummerċjali, in-natura ġenerali ta' kull ftehim qafas għandha tkun disponibbli għal kull parti interessata.

L-Artikolu 18

Skeda għall-proċess ta' allokazzjoni

1. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jaderixxi għall-iskeda għall-allokazzjoni ta' kapaċità stabbilita fl-Anness III.

2. L-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jaqblu ma' amministraturi oħrajn ta' l-infrastruttura kkonċernati dwar liema toroq tal-ferroviji għandhom jiġu inklużi fl-iskeda tax-xogħol, qabel ma jibdew il-konsultazzjoni dwar l-abbozz ta' l-iskeda tax-xogħol. L-aġġustamenti għandhom isiru biss jekk assolutament meħtieġa

L-Artikolu 19

L-Applikazzjoni

1. L-applikanti jistgħu japplikaw abbażi tal-liġi pubblika jew privata lill-amministratur ta' l-infrastruttura biex jitlob ftehim li jiggarantixxi drittijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija kontra piż kif previst fil-kapitolu II.

2. Talbiet li jirrelataw għall-iskeda tal-ħidma regolari għandhom għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Anness III.

3. Applikant li huwa parti għal ftehim qafas għandu japplika skond dak il-ftehim.

4. Applikanti jistgħu jitolbu kapaċità infrastrutturali li taqsam aktar minn network waħda billi japplikaw għand amministratur wieħed ta' l-infrastruttura. Dak l-amministratur ta' l-infrastruttura imbagħad huwa permess li jaġixxi f'isem l-applikant sabiex ifittex kapaċità ma' l-amministraturi l-oħrajn relevanti ta' l-infrastruttura.

5. Amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jassiguraw illi, għall-kapaċità infrastrutturali li taqsam aktar minn network waħda, l-applikanti jista' japplika direttament ma' kull korp konġunt li l-amministraturi ta' l-infrastruttura jistgħu jistabbilixxu.

L-Artikolu 20

L-iskedar

1. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu sa fejn possibbli jissodisfa t-talbiet kollha għall-kapaċità infrastrutturali inklużi talbiet għat-toroq tal-ferroviji li jaqsmu aktar minn network waħda, u għandhom se fejn possibbli jieħdu kont ta' l-irbit kollu fuq l-applikanti, inkluż l-effett ekonomiku fuq in-negozju tagħhom.

2. L-amministratur ta' l-infrastruttura jista' jagħti prijorità lil servizzi speċifiċi fl-iskedar u l-proċess ta' koordinazzjoni, imma biss kif stabbilit fl-Artikoli 22 u 24.

3. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati dwar l-abbozz ta' l-iskeda tax-xogħol u jagħtihom għall-inqas xahar żmien biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom. Partijiet interessati għandhom jinkludu dawk kollha li jkunu talbu kapaċità infrastrutturali kif ukoll partijiet oħrajn li jixtiequ jkollhom l-opportunità biex jikkummentaw dwar kif l-iskeda tax-xogħol tista' taffettwalhom l-abbiltà li jipprokuraw servizzi bil-ferrovija waqt it-terminu ta' l-iskeda tax-xogħol.

4. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jieħu miżuri approprjati biex jitratta kull ħsieb li hu espress.

L-Artikolu 21

Il-Proċess ta' koordinazzjoni

1. Matul il-proċess ta' l-iskedar imsemmi fl-Artikolu 20, meta l-amministratur ta' l-infrastruttura jiltaqa' ma' konflitti bejn talbiet differenti, għandu jipprova, permezz ta' koordinazzjoni tat-talbiet, jassigura l-aħjar paragun possibbli tal-ħtiġiet kollha.

2. Meta tqum sitwazzjoni li teħtieġ koordinament, il-ġestitur ta' l-infrastruttura għandu d-dritt, f'limiti raġonevoli, li jipproponi l-kapaċità infrastrutturali li hija differenti minn dik mitluba.

3. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jipprova, permezz ta' konsultazzjonijiet ma' l-applikanti approprjati, jissodisfa r-riżoluzzjoni ta' kull konflitt.

4. Il-prinċipji li jirregolaw il-proċess tal-koordinazzjoni għandhom jiġu definiti fid-dikjarazzjoni tan-network. Dawn għandhom partikolarment jirriflettu d-diffikultà li jiġu rranġati mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji u l-effett li jista' jkollha l-modifika fuq amministraturi oħrajn ta' l-infrastruttura.

5. Meta t-talbiet għall-kapaċità infrastrutturali ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr koordinazzjoni, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jipprova jakkomoda t-talbiet kollha permezz ta' koordinazzjoni.

6. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' appell eżistenti u għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 30, fil-każ ta' tilwimiet dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet sabiex dawn it-tilwimiet jiġu riżolti minnufih. Jekk din is-sistema hija applikata, għandha tintlaħaq deċiżjoni f'terminu ta' 10 ijiem tax-xogħol.

L-Artikolu 22

Infrastruttura kkonġestjonata

1. Meta wara l-koordinazzjoni tat-toroq mitluba u konsultazzjoni ma' l-applikanti mhuwiex possibbli li jiġu sodisfatti t-talbiet għall-kapaċità infrastrutturali b'mod adegwat, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu minnufih jiddikara li dak l-element ta' l-infrastruttura li seħħ dan fuqu jiġi kkonġestjonat. Dan għandu jsir ukoll għal infrastruttura li jista' jigi previst li ssofri minn kapaċità insufficjenti fil-futur qarib.

2. Meta l-infrastruttura tiġi ddikjarata kkonġestjonata, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jwettaq analiżi tal-kapaċità deskritta fl-Artikolu 25, sakemm ma jkunx diġà qed jiġi implimentat pjan għat-titjib tal-kapaċità kif deskritt fl-Artikolu 26.

3. Meta piżijiet skond l-Artikolu 7(4) ma ġewx imposti jew ma jkunux laħqu riżultat sodisfaċenti u l-infrastruttura ġiet iddikjarata kkonġestjonata, l-amministratur ta' l-infrastruttura jista' wkoll juża kriterji ta' prijorità biex jalloka l-kapaċità infrastrutturali.

4. Il-kriterji ta' prijorità għandhom jieħdu kont ta' l-importanza ta' servizz għas-soċjetà, relattiva għal kull servizz ieħor li konsegwentement jiġi eskluż.

Sabiex jiġi ggarantit f'dan il-qafas l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport adegwati, partikolarment biex jikkonformaw mal-ħtiġiet tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-merkanzija tal-ferrovija, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura neċessarja meħtieġa, taħt kundizzjonijiet non-diskriminatorji, biex jassiguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità infrastrutturali.

L-Istati Membri jistgħu, meta approprjat, jagħtu lill-amministratur ta' l-infrastruttura kumpens li jikkorrispondi għal kull telf tad-dħul relatat mal-ħtieġa li tiġi allokata kapaċità partikolari għal ċerti servizzi skond is-subparagrafu preċedenti.

Dan għandu jinkludi li jittieħed kont ta' l-effett ta' din l-esklużjoni fi Stati Membri oħrajn.

5. L-importanza tas-servizzi tal-merkanzija u partikolarment servizzi internazzjonali tal-merkanzija għandhom jingħataw konsiderazzjoni adegwata fid-determinazzjoni ta' kriterji ta' prijorità.

6. Il- proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji użati meta l-infrastruttura hija kkonġestjonata għandhom jitwaqqfu fid-dikjarazzjoni tan-network.

L-Artikolu 23

It-Talbiet ad hoc

1. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jirrispondi għal talbiet ad hoc għal toroq tal-ferroviji individwali mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. L-informazzjoni fornita dwar kapaċità żejda disponibbli għandha tkun magħmula disponibbli għall-applikanti kollha li jixtiequ jużaw din il-kapaċità.

2. Amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom meta neċesarju jieħdu fuqhom evalwazzjoni tal-bżonn ta' riserva ta' kapaċità li tinżamm disponibbli fl-aħħar skeda tax-xogħol biex ikunu jistgħu jirrispondu malajr għal talbiet ad hoc prevedibbli għall-kapaċità. Dan għandu japplika wkoll f'każijiet ta' infrastruttura konġestjonata.

L-Artikolu 24

Infrastruttura speċjalizzata

1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, il-kapaċità infrastrutturali għandha titqies disponibbli għall-użu tat-tipi kollha tas-servizzi li jikkonformaw mal-karatteristiċi neċessarji għall-operazzjoni fit-triq tal-ferrovija.

2. Meta hemm toroq alternattivi adegwati, l-amministratur ta' l-infrastruttura jista', wara li jikkonsulta l-partijiet interessati, jindika infrastruttura partikolari għall-użu minn tipi speċifiċi tat-traffiku. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 81, 82 u 86 tat-Trattat, meta din id-deskrizzjoni sseħħ, l-amministratur ta' l-infrastruttura jista' jagħti priorità lil dan it-tip ta' traffiku fl-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali.

Din id-deskrizzjoni m'għandhiex tipprevjeni l-użu ta' din l-infrastruttura minn tipi oħrajn tat-traffiku meta l-kapaċità hija disponibbli u meta r-rolling stock jikkonforma mal-karatterstiċi tekniċi neċessarji għall-operazzjoni fuq il-linja.

3. Meta l-infrastruttura tkun ġiet deskritta skond il-paragrafu 2, dan għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni tan-network.

L-Artikolu 25

L-Analiżi tal-kapaċità

1. L-iskop ta' l-analiżi tal-kapaċità huwa li jiġu determinati r-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità infrastrutturali li jipprevienu t-talbiet għall-kapaċità milli jiġu ssodisfati b'mod adegwat, u biex jigu proposti metodi biex talbiet addizzjonali jiġu ssodisfati. Din l-analiżi għandha tidentifika r-raġunijiet għall-konġestjoni u liema miżuri jistgħu jittieħdu fit-terminu qasir u medju biex il-konġestjoni tiġi llaxkata.

2. L-analiżi għandha tqis l-infrastruttura, il-proċeduri ta' l-operazzjoni, in-natura tas-servizzi differenti li qed joperaw u l-effett ta' dawn il-fatturi kollha fuq il-kapaċità infrastrutturali. Il-miżuri li għandhom jitqiesu għandhom jinkludu partikolarment re-routing tas-servizzi, skedar mill-ġdid tas-servizzi, alterazzjonijiet tal-veloċità u titjib fl-infrastruttura.

3. Analiżi tal-kapaċità għandha tiġi kompletata fi żmien sitt xhur mill-identifikazzjoni ta' l-infrastruttura bħala kkonġestjonata.

L-Artikolu 26

Pjan tat-titjib tal-kapaċità

1. Fi żmien sitt xhur mill-kompletazzjoni ta' analiżi tal-kapaċità, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jipproduċi pjan għat-tijib tal-kapaċità.

2. Il-pjan għat-tijib tal-kapaċità għandu jiġi żviluppat wara konsultazzjoni ma' l-utenti ta' l-infrastruttura kkonġestjonata relevanti.

Għandu jidentifika:

(a) ir-raġunijiet għall-konġestjoni;

(b) l-iżvilupp possibbli tat-traffiku fil-futur;

(ċ) l-irbit fuq l-iżvilipp ta' l-infrastruttura;

(d) l-għażliet u l-ispejjeż għat-titjib tal-kapaċità inklużi tibdiliet possibbli għatll-piżijiet ta' l-aċċess.

Għandu wkoll, abbażi ta' analiżi tal-benefiċċji ta' l-ispejjeż tal-miżuri possibbli identifikati, jiddetermina liema azzjoni għandha tittieħed sabiex tittejjeb il-kapaċità infrastrutturali, inkluż kalendarju għall-implimentazzjoni tal-miżuri

Il-pjan jista' jkun soġġett għall-approvazzjoni preċedenti mill-Istat Membru.

3. L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jieqaf milli jimponi xi piżijiet li huma imposti għall-infrastruttura relevanti skond l-Artikolu 7(4) f' każijiet meta:

(a) ma jipproduċix il-pjan għat-tijib tal-kapaċità; jew

(b) ma jagħmilx progress bil-pjan ta' azzjoni identifikat fil-pjan għat-tijib tal-kapaċità.

Madanakollu, il-amministratur ta' l-infrastruttura jista', bla ħsara għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 30 jibqa' jimponi dawk il-piżijiet jekk:

(a) il-pjan għat-tijib tal-kapaċità ma jistax jiġi realizzat għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħu; jew

(b) l-għażliet disponibbli mhumiex ekonomikament jew finanzjarjament vijabbli;

L-Artikolu 27

L-Użu tal-mogħdijiet tal-ferroviji

1. Partikolarment għall-infrastruttura kkonġestjonata, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jitlob li tiġi ċeduta mogħdija tal-ferrovija li, fi żmien ta' għall-inqas xahar, intużat inqas minn kwota ta' għatba li għandha tiġi stabbilita fid-dikjarazzjoni tan-network, sakemm dan ma kienx dovut għal raġunijet mhux ekonomiċi lil hinn mill-kontroll ta' l-operatur.

2. Amministratur ta' l-infrastruttura jista' jispeċifika fid-dikjarazzjoni tan-network kundizzjonijiet li permezz tagħhom tieħu kont tal-livelli preċedenti ta' utilizzazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess ta' l-allokazzjoni.

L-Artikolu 28

Kapaċità infrastrutturali għall-manutenzjoni skedata

1. Talbiet għall-kapaċità infrastrutturali sabiex tkun tista' ssir mantenuzzjoni għandhom jiġu sottomessi waqt il-perjodu ta' l-iskedar.

2. Għandu jittieħed kont adegwat mill-amministratur ta' l-infrastruttura, ta' l-effett tal-kapaċità infrastrutturali rriservata għall-mantenuzzjoni tal-binarji skedati fuq l-applikanti.

L-Artikolu 29

Miżuri speċjali li għandhom jittieħdu f' każ ta' disturb

1. F'każ ta' disturbanza għall-movimenti tal-ferroviji kkawżati minn ħsarat tekniċi jew inċidenti, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha neċessarji biex iraġġa' lura s-sitwazzjoni normali. Għal dak l-iskop, għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jelenka l-korpi pubbliċi varji li għandhom jiġu informati fil-każ ta' inċidenti serji jew disturbi serji għall-movimenti tal-ferroviji.

2. F'emerġenza u meta assolutament neċessarju minħabba ħsara li trendi l-infrastruttura temporanjament mhux utilizzabbli, it-toroq allokati jistgħu jiġu rtirati mingħajr twissija għal kemm ikun meħtieġ biex tissewwa s-sistema.

L-amministratur ta' l-infrastruttura jista', jekk iqis dan neċesarju, jeħtieġ lill-impriżi tal-ferroviji biex jagħmlu disponibbli lilu r-riżorsi li huwa jħoss huma l-aktar approprjati biex jirrestawraw is-sitwazzjoni normali mill-aktar fis possibbli.

3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-impriżi tal-ferroviji li jiġu involuti fl-assigurazzjoni ta' l-infurzar u l-monitoraġġ tal-konformità proprja dwar l-istandards u r-regoli tas-sigurtà.

KAPITOLA IV

MIŻURI ĠENERALI

L-Artikolu 30

Korp regolatorju

1. Bla ħsara għall-Artikolu 21(6), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korp regolatorju. Dan il-korp, li jista' jkun il-Ministeru responsabbli għall-affarijiet tat-trasport jew kwalunkwe korp ieħor, għandu jkun indipendenti fl-organizzazzjoni tiegħu, fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar fondi, struttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn kull amministratur ta' l-infrastruttura, korp tal-piżijiet, korp jew applikant ta' l-allokazzjoni. Il-korp għandu jiffunzjona skond il-prinċipji delinjati f'dan l-Artikolu meta l-appell u l-funzjonijiet regolatorji jistgħu jiġu attribwiti għal korpi separati.

2. Applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew ġie aggravat bi kwalunkwe mod ieħor, u partikolarment kontra deċiżjonijiet adottati mill-amministratur ta' l-infrastruttura jew meta approprjat, l-impriża tal-ferroviji li tikkonċerna:

(a) id-dikjarazzjoni tan-network;

(b) il-kriterji fih;

(ċ) il-proċess ta' l-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(d) l-iskema tal-piżijiet;

(e) livell jew struttura ta' piżijiet infrastrutturali li hu meħtieġ jew li jista' jkun meħtieġ li jħallas;

(f) iċ-ċertifikat tas-sigurtà, l-infurzar u l-monitoraġġ ta' l-istandards u r-regoli tas-sigurtà.

3. Il-korp regolatorju għandu jassigura li l-piżijiet stabbiliti mill-amministratur ta' l-infrastruttura jikkonformaw mal-Kapitolu II u mhumiex diskriminatorji. In-negozjati bejn l-applikanti u l-amministratur ta' l-infrastruttura li jikkonċernaw il-livell ta' piżijiet infrastrutturali għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-sorveljanza tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervieni jekk in-negozjati x'aktarx jikkontravenu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

4. Il-korp regolatorju għandu l-awtorità jitlob informazzjoni relevanti mill-amministratur ta' l-infrastruttura, applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat, li għandha tiġi fornita mingħajr dewmien.

5. Il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien massimu ta' xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha.

Minkejja l-paragrafu 6, deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni.

Fil-każ ta' appell kontra rifjut li tingħata l-kapaċità infrastrutturali, jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda modifika tad-deċiżjoni ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew għandha teħtieġ modifika ta' dik id-deċiżjoni skond id-direzzjonijiet speċifikati mill-korp regolatorju.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi assigurat li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju huma soġġetti għal rivista ġudizzjarja.

L-Artikolu 31

Kooperazzjoni tal-korpi regolatorji

Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar xogħolhom u l-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-prattika għall-iskop tal-koordinazzjoni tal-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'dan ix-xogħol.

L-Artikolu 32

Ċertifikazzjoni tas-sigurtà

1. L-arranġamenti għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà għal impriżi tal-ferroviji li huma stabbiliti jew ser jiġu stabbiliti fil-Komunità u l-gruppi internazzjonali li jiffurmaw għandhom ikunu skond dan l-Artikolu.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għat-territorji rispettivi tagħhom li ċertifikat tas-sigurtà li fih huma stabbiliti l-ħtiġiet tas-sigurtà ta' l-impriża tal-ferroviji huma stabbiliti biex jiġu sottomessi sabiex jiġi assigurat servizz sigur fuq ir-rotot ikkonċernati

3. Sabiex jiġi akkwistat iċ-ċertifikat tas-sigurtà l-impriża tal-ferroviji għandha tikkonforma mar-regolamenti skond il-liġi nazzjonali, kompatibbli mal-liġi Komunitarja u applikata b'mod non-diskriminatorju, li tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi u operazzjonali speċifiċi għas-servizzi tal-ferroviji u l-ħtiġiet ta' sigurtà li japplikaw għall-persunal, ir-rolling stock u l-organizzazzjoni interna ta' l-impriża.

Zejména prokáže, že zaměstnanci v provozu a doprovodu vlaků získali nezbytné školení v souladu s dopravními předpisy uplatňovanými provozovatelem infrastruktury a že splňují bezpečnostní požadavky na něj kladené v zájmu provozu vlaku.

B'mod partikolari, għandha tipprovdi prova li l-persunal li timpjega biex jopera u jakkumpanja l-ferroviji jkollu t-taħriġ neċessarju biex jikkonforma mar-regoli tat-traffiku applikati mill-amministratur ta' l-infrastruttura u biex jissodisfa l-ħtiġiet tas-sigurtà imposti fuqu fl-interess tal-moviment tal-ferroviji.

L-impriża tal-ferroviji għandha tipprova wkoll li r-rolling stock li jikkostitwixxi l-ferroviji ġie approvat mill-awtorità pubblika jew mill-amministratur ta' l-infrastruttura u kkontrollat skond ir-regoli ta' operazzjoni applikabbli għall-infrastruttura użata. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jinħareġ minn dak il-korp deskritt għall-iskop mill-Istat Membru li fih l-infrastruttura użata tinstab.

L-Artikolu 33

Derogi

1. Għal perjodu ta' ħames snin mill-15 ta' Marzu 2003, l-Istati Membri li ġejjin:

- l-Irlanda, bħala Stat Membru fuq gżira, b'konnessjoni tal-ferrovija ma' Stat Membru ieħor wieħed biss,

- ir-Renju Unit, dwar l-Irlanda ta' Fuq, fuq l-istess bażi, u

- il-Greċja, bħala Stat Membru li m'għandu l-ebda konnessjoni diretta bil-ferrovija ma' xi Stat Membru ieħor

m'għandhomx għalfejn japplikaw il-ħtiġiet stabbiliti f':

(a) l-Artikoli 3, 4(2), 13, 14, 17, 21(4), 21(6), 22, 24(3), 25 sa 28 u 30 bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali jew il-piżijiet jistgħu jiġu appellati, meta dan jintalab bil-miktub minn impriża tal-ferroviji, quddiem korp indipendenti li għandu jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni ta' l-informazzjoni relevanti kollha u li d-deċiżjoni tiegħu tkun soġġetta għal rivista ġudizzjarja, u

(b) l-Artikolu 32 sa fejn is-servizzi tat-trasport bil-ferrovija li jaqgħu taħt il-qasam ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91 /440/KEE huma kkonċernati.

2. Madanakollu, meta:

(a) aktar minn impriża tal-ferroviji waħda hija liċenzjata skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 95/18/KE, jew, fil-każ ta' l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, kumpanija tal-ferroviji hekk liċenzjata band'oħra tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex topera servizzi tal-ferroviji kompetituri, għal jew mill-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq jew il-Greċja, l-applikabilità kontinwa ta' din id-deroga tiġi deċiża skond il-proċedura ta' rakkomandazzjoni msemmiija fl-Artikolu 35(2); jew

(b) impriża tal-ferroviji li topera servizzi bil-ferrovija fl-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq jew il-Greċja tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex topera servizzi bil-ferroviji, fil- għal jew mit-territorju ta' Stat Membru ieħor (fil-każ ta' l-Irlanda, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq, jew it-tnejn, Stat Membru ieħor barra mit-territorji tagħhom), id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 ma japplikawx.

Fi żmien sena minn meta tiġi rċevuta jew id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) adottata sknd il-proċedura ta' rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2), jew notifika ta' l-applikazzjoni uffiċjali msemmija fil-punt (b), l-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernat(i) (l-Irlanda, ir-Renju Unit fir-rigward ta' l-Irlanda ta' Fuq jew il-Greċja), għandhom jagħmlu leġislazzjoni biex jimplimentaw l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 1.

3. Deroga msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġġedded għal perjodi mhux itwal minn ħames snin. Mhux aktar minn 12-il xahar qabel id-data ta' l-iskadenza ta' deroga, Stat Membru li jagħmel użu minn din id-deroga jista' jindirizza talba lill-Kummissjoni għal deroga mġedda. Kull talba bħal din għandha tiġi sostanzjata. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba u tadotta deċiżjoni skond il-proċedura ta' rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2). Il-proċedura ta' rakkomandazzjoni msemmija għandha tapplika għall kull deċiżjoni relatata mat-talba.

Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tikkunsidra kull żvilupp fis-sitwazzjoni ġeopolitika u l-iżvilupp tas-suq tal-ferroviji fi, minn u għall-Istat Membru li jkun talab id-deroga mġedda.

4. Il-Lussemburgu bħala Stat Membru b'network tal-ferroviji relattivament żgħira m'għandux għalfejn japplika sal-31 ta' Awissu 2004 il-ħtieġa li jingħataw lil korp indipendenti il-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u non-diskriminatorju għall-infrastruttura, kif previst fl-Artikoli 4 u 14 sa fejn jobbligaw Stati Membri jistabbilixxu korpi indipedenti li jwettqu l-funzjonijiet imsemmija f'dawk l-Artikoli.

KAPITOLA V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 34

Miżuri implimentari

1. L-Istati Membri jistgħu jġibu kwistjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Għandhom jittieħdu deċiżjonijiet approprjati skond il-proċedura ta' rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2).

2. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-infurzar ta' dispożizzjonjiet dwar piżijiet, allokazzjoni tal-kapaċità u ċertifikazzjoni dwar sigurtà, u fi żmien xahrejn minn meta tirċievi din it-talba tiddeċiedi skond il-proċedura ta' rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2) jekk il-miżura relatata tistax tkompli tiġi applikata. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Bla ħsara għall-Artikolu 226 tat-Trattat, kull Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill f'terminu ta' xahar. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' f'każijiet eċċezzjonali jieħu deċiżjoni differenti f'terminu ta' xahar.

3. L-emendi neċessarji biex l-Annessi jiġu addattati għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 35(3).

L-Artikolu 35

Proċeduri tal-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

It-terminu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

L-Artikolu 36

Rapport

Sal-15 ta' Marzu 2005 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat jekk neċessarju minn proposti għal azzjoni Komunitarja ulterjuri.

L-Artikolu 37

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 2830/77, ir-Regolament (KEE) Nru 2183/78, id-Deċiżjoni 82/529/KEE, id-Deċiżjoni 83/418/KEE u d-Direttiva 95/19/KE huma hawnhekk imħassra.

L-Artikolu 38

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji biex jikkonforaw ma' din id-Direttiva sal-15 ta' Marzu 2003. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

L-Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 40

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-26 ta' Frar 2001.

Għall- Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

A. Lindh

[1] ĠU C 321, ta' l-20.10.1998, p. 10, u ĠU C 116 E, tas-26.4.2000, p. 40.

[2] ĠU C 209, tat-22.7.1999, p. 22.

[3] ĠU C 57, tad-29.2.2000, p. 40.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 1999 (ĠU C 175, tal-21.6.1999, p. 120), ikkonfermata fis-27 ta' Ottubru 1999 (ĠU C 154, tal-5.6.2000, p. 22), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2000 (ĠU C 178, tas-27.6.2000, p. 28) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Frar 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000.

[5] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[6] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 75.

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[8] ĠU L 334, ta' l-24.12.1977, p. 13. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni 1994.

[9] ĠU L 258, tal-21.9.1978, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni 1994.

[10] ĠU L 234, tad-9.8.1982, p. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni 1994.

[11] ĠU L 237, tas-26.8.1983, p. 32. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni 1994.

[12] Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tal-Kunsill tas-26 ta' Gunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri li tikkonċerna l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 189391 (ĠU L 169, tad- 29.6.1991, p. l).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kontenut tad-dikjarazzjoni tan-network

Id-dikjarazzjoni tan-network imsemmija fl-Artikolu 3 għandu jkollha din l-informazzjoni

1. Taqsima li tistabbilixxi n-natura ta' l-infrastruttura disponibbli għall-impriżi tal-ferroviji u l-kundizzjonjiet ta' l-aċċess għaliha.

2. Taqsima dwar prinċipji ta' piżijiet u tariffi. Din għandu jkun fiha dettalji approprjati dwar l-iskema tal-piżijiet kif ukoll informazzjoni suffiċjenti dwar piżijiet li japplikaw għas-servizzi elenkati fl-Anness II li jiġu pprovditi minn fornitur wieħed biss. Għandha tagħti dettalji dwar il-metodoloġija, r-regoli u, meta applikabbli, l-iskali użati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(4) u (5) u l-Artikoli 8 u 9. Għandha tikkontjeni informazzjoni dwar tibdiliet fil-piżijiet diġà deċiż jew previsti.

3. Taqsima dwar prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità. Dan għandu jjistabbilixxi l-kapaċità ġenerali tal-karatteristiċi ta' l-infrastruttura li huma disponibbli għall-impriżi tal-ferroviji u kull restrizzjoni relatata ma' l-użu tagħha, inklużi ħtiġiet ta' kapaċità x'aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha wkoll tispeċifika l-proċeduri u t-termini li jirrelataw għall-proċess ta' l-allokazzjoni tal-kapaċità. Għandu jkun fiha kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, partikolarment:

(a) il-proċeduri li bihom l-applikanti jistgħu jitolbu l-kapaċità mill-amministratur ta' l-infrastruttura;

(b) ir-rekwiżiti li jirregolaw l-applikanti;

(c) l-iskeda għall-proċessi ta' applikazzjoni u allokazzjoni;

(d) il-prinċipji li jirregolaw il-proċess tal-koordinazzjoni;

(e) il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji użati meta l-infrastruttura hija kkonġestjonata;

(f) dettalji dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' l-infrastruttura

(g) kondizzjonijiet li permezz tagħhom jitqiesu livelli preċedenti ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess ta' l-allokazzjoni.

Għandha tiddettalja l-miżuri meħuda biex jiġi assigurat it-trattament adegwat tas-servizzi tal-merkanzija, servizzi internazzjonali u talbiet soġġetti għall-proċedura ad hoc.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi tal-ferroviji.

1. Il-pakkett ta' aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:

(a) fl-immaniġġar ta' talbiet għall-kapaċità infrastrutturali;

(b) fid-dritt li tintuża l-kapaċità allokata;

(ċ) fl-użu ta' running track points u ġonot;

(d) fil-kontroll tal-ferrovija inkluż is-senjalar, ir-regolament, id-dispaċċ, u l-komunikazzjoni u d-dispożizzjoni ta' infrmazzjoni dwar il-moviment tal-ferrovija;

(e) l-informazzjoni oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni jew l-operazzjoni tas-servizz li għalih ingħatat il-kapaċità.

2. Aċċess għall-binarju għal faċilitajiet tas-servizzi u l-fornitura tas-servizzi għandhom jinkludu:

(a) l-użu ta' tagħmir għall-provvista elettrika għall-kurrent tat-traction, meta disponibbli;

(b) faċilitajiet għal refuelling;

(ċ) stazzjonijiet tal-passiġġiera, il-bini tagħħom u faċilitajiet oħrajn;

(d) terminali tal-merkanzija

(e) marshalling yards;

(f) faċilitajiet għall-formazzjoni tal-ferrovija

(g) sidings għall-ħażna;

(h) manutenzjoni u faċilitajiet tekniċi oħrajn.

3. Is-servizzi addizzjonali jistgħu jinkludu:

(a) traction current;

(b) tisħin minn qabel tal-ferroviji tal-passiġġieri;

(ċ) provvista ta' karburant, shunting, u s-servizzi l-oħrajn kollha pprovduti fil-faċilitajiet tas-servizzi ta' l-aċċess imsemmija fuq;

(d) kuntratti speċifiċi għal:

- kontroll tat-trasport ta' merkanzija perikoluża,

- assistenza fil-ġestjoni ta' ferroviji mhux normali

4. Is-servizzi anċillari jistgħu jinkludu:

(a) aċċess għan-network tat-telekomunikazzjoni;

(b) provvista ta' informazzjoni supplementari;

(ċ) ispezzjoni teknika ta' rolling stock.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Skeda għall-proċess ta' l-allokazzjoni

1. L-iskeda tax-xogħol għandha tiġi stabbilita darba f' kull sena kalendarja.

2. Il-bidla ta' l-iskeda tax-xogħol għandha ssir f'nofs il-lejl fl-aħħar Sibt f'Mejju. Meta bidla jew aġġustament jitwettaq wara s-Sajf, għandu jsir f'nofs il-lejl ta' l-aħħar Sibt ta' Settembru kull sena u f'dawk l-intervalli meħtieġa bejn dawn id-dati. Amministraturi ta' l-infrastrutturi jistgħu jaqblu dwar dati differenti u f'dan il-każ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

3. Id-data finali għall-irċevuta ta' talbiet għall-kapaċità biex jiġu inkorporati fl-iskeda tax-xogħol m'għandhiex tkun aktar minn 12-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-iskeda tax-xogħol.

4. Mhux aktar tard minn 11-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-iskeda tax-xogħol, l-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jassiguraw li t-toroq proviżjonali tal-ferroviji internazzjonali ġew stabbiliti b'kooperazzjoni ma' korpi relevanti oħrajn ta' l-allokazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 15. Amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jassiguraw li sa fejn possibbli dawn jiġu aderiti matul il-proċessi sussegwenti.

5. Mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-terminu għas-sottomizzjoni ta' offerti mill-applikanti, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jipprepara abbozz ta' skeda tax-xogħol.

--------------------------------------------------