32000R1208



Official Journal L 138 , 09/06/2000 P. 0007 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1208/2000

tat-8 ta'Ġunju 2000

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 li jistabilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart mill-Komunità Ewropea lejn il-Bulgarija u in-Niġerja, u r-Regolament (KE) Nru 1547/1999 li jirrigwarda l-proċeduri ta' kontroll li għandhom japplikaw għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn il-Bulgarija u in-Niġerja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u il-kontroll ta' ta’ trasport ta' skart ’il ġewwa, lejn u ’l barra mill-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/816/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Billi:

(1) Fid-29 ta' Novembru 1999, in-Niġerja għamlet talba uffiċjali biex titħalla timporta ċerti skart elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 skond il-proċedura ta' kontroll applikabbli lill-iskart elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 (i.e. il-proċedura "l-ħamra").

(2) Fid-9 ta' Diċembru 1999, il-Bulgarija għamlet talba uffiċjali sabiex titħalla timporta ċertu skart elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 skond il-proċedura ta' kontroll applikabbli lill-iskart elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 (i.e. il-proċedura "l-ambra").

(3) Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta'April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati għat-trasport lejn ċerti pajjiżi mhux membri tal-OECD ta' ċerti tipi ta' skart [3], il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [4], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 96/350/KE [5], ġie avżat bit-talba uffiċjali tan-Niġerja u tal-Bulgarija fit-30 ta' Novembru 1999 u fil-15 ta' Diċembru 1999 rispettivament.

(4) Sabiex jingħata każ tas-sitwazzjoni l-ġdida tan-Niġerja, hu neċessarju li jiġu fl-istess ħin emendati ir-Regolament (KE) No 1420/1999 u ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta'Lulju 1999 li jistabilixxu l-proċeduri ta' kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li għandhom jiġu applikati għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li ma tapplikax għalihom id-Deċiżjoni tal-OECD Ċ(92)39 finali [6], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 354/2000 [7].

(5) Sabiex jingħata każ tas-sitwazzjoni l-ġdida tal-Bulgarija, hu neċessarju li jiġu emendati fl-istess ħin ir-Regolament (KE) Nru 1420/1999 u ir-Regolament (KE) Nru 1547/1999,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 qed jiġi emendat skond kif ġej:

(1) Fis-sezzjoni GH (

"Skart tal-Plastik Solidu"

) tat-test li għandu x'jaqsam mal-Bulgarija, it-test segwenti qed jiġi nserit:

"GH 014 | ex391590 | Polymerised jew co-polymers: per eżempju:PolypropylenePolyethylene terephthalateAcrylonitrile copolymerButadiene copolymerStyrene copolymerPlyamidesPolybutylene terephthalatesPolycarbonatesPolyphenylene sulphidesAcrylic polymersParaffins (C10-C13))Polyurethane (not containing chlorofluorocarbons)Polysiloxalanes (silicones)Polymethyl methacrylateAlkoħol PolyvinylPolyvinyl butyralPolyvinyl acetatePolymers ta' fluorinated ethylene (Teflon, PTFE) |

(2) It-test li għandu x'jaqsam man-Niġerja, qed jiġi modifikat skond kif ġej:

"It-tipi kollha ħlief:

1. Fis-sezzjoni GA (Skart tal-metall u liga tal-metall f'forma metallika, li ma jinxteridx’)

L-iskart u ir-ruttam ta' metalli li ma’ fiħomx il-ħadid u il-ligi tagħhom li ġejja:

GA 120 | 740400 | Skart u ruttam tar-ramm aħmar |

GA 130 | 750300 | Skart u ruttam tan-nikil |

GA 140 | 760200 | Skart u ruttam tal-aluminju |

GA 150 | 780200 | Skart u ruttam taċ-ċomb |

GA 160 | 790200 | Skart u ruttam taż-żingu |

GA 170 | 800200 | Skart u ruttam tal-landa |

GA 180 | ex810191 | Skart u ruttam tat-Tungsten |

GA 190 | ex810291 | Skart u ruttam tal-Molybdenum |

GA 200 | ex810310 | Skart u ruttam tat-Tantalum |

GA 210 | 810420 | Skart u ruttam tal-Magnesium (esklużi dawk elenkati f' AA 190) |

GA 220 | ex810510 | Skart u ruttam tal-Cobalt |

GA 230 | ex810600 | Skart ui ruttam tal-Bismuth |

GA 240 | ex810710 | Skart u ruttam tal-Cadmium |

GA 250 | ex810810 | Skart u ruttam tat-Titanium |

GA 260 | ex810910 | Skart u ruttam taż-Zirconium |

GA 270 | ex811000 | Sdkart u ruttam tal-Antimony |

GA 280 | ex811100 | Skart u ruttam tal-Manganese |

GA 290 | ex811211 | Skart u ruttam tal-Beryllium |

GA 300 | ex811220 | Skart u ruttam tal-kromju |

GA 310 | ex811230 | Skart u ruttam tal-Germanium |

GA 320 | ex811240 | Skart u ruttam tal-Vanadium |

ex811291 | Skart u ruttam ta': |

GA 330 | | — Hafnium |

GA 340 | | — Indium |

GA 350 | | — Niobium |

GA 360 | | — Rhenium |

GA 370 | | — Gallium |

GA 400 | ex280490 | Skart u ruttam tas-selenium |

GA 410 | ex280450 | Skart ui ruttam tat-Tellurium |

GA 420 | ex280530 | Skart u ruttam tar-Rare earth |

2. It-tipi kollha fis-sezzjoni GH ("Skart tal-Plastik Solidu")

3. It-tipi kollha fis-sezzjoni GI ("Karti, kartonċin u skart tal-prodotti tal-karta")

4. It-tipi kollha fis-sezzjoni GJ ("Skart tat-Tessut")."

Artikolu 2

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 qed jiġi emendat skond kif ġej:

(1) Fis-sezzjoni GH (

"Skart tal-Plastik Solidu"

) tat-test li għandu x'jaqsam mal-Bulgarija, t-test segwenti qed jiġi nserit:

"GH 014 | ex391590 | Polymerised jew co-polymers: per eżempju:PolypropylenePolyethylene terephthalateAcrylonitrile copolymerButadiene copolymerStyrene copolymerPlyamidesPolybutylene terephthalatesPolycarbonatesPolyphenylene sulphidesAcrylic polymersParaffins (C10-C13))Polyurethane (not containing chlorofluorocarbons)Polysiloxalanes (silicones)Polymethyl methacrylateAlkoħol PolyvinylPolyvinyl butyralPolyvinyl acetatePolymers ta' fluorinated ethylene (Teflon, PTFE) |

(2) L-Anness B qed jiġi emendat u it-test li għandu x'jaqsam man-Niġerja qed jiġi emendat skond kif ġej:

"1. Fis-sezzjoni GA (Skart tal-metall u liga tal-metall f'forma metallika, li ma jinxteridx)

L-iskart u ir-ruttam ta' metalli li ma’ fihomx ħadid u il-ligi tagħhom li ġejja:

GA 120 | 740400 | Copper waste and scrap |

GA 130 | 750300 | Nickel waste and scrap |

GA 140 | 760200 | Aluminium waste and scrap |

GA 150 | 780200 | Skart u ruttam taċ-ċomb |

GA 160 | 790200 | Skart u ruttam taż-żingu |

GA 170 | 800200 | Skart u ruttam tal-landa |

GA 180 | ex810191 | Skart u ruttam tat-Tungsten |

GA 190 | ex810291 | Skart u ruttam tal-Molybdenum |

GA 200 | ex810310 | Skart u ruttam tat-Tantalum |

GA 210 | 810420 | Skart u ruttam tal-Magnesium (esklużi dawk elenkarti f' AA 190) |

GA 220 | ex810510 | Skart u ruttam tal-Cobalt |

GA 230 | ex810600 | Skart u ruttam tal-Bismuth |

GA 240 | ex810710 | Skart u ruttam tal-Cadmium |

GA 250 | ex810810 | Skart u ruttam tat-Titanium |

GA 260 | ex810910 | Skart u ruttam taż-Zirconium |

GA 270 | ex811000 | Skart u ruttam tal-Antimony |

GA 280 | ex811100 | Skart u ruttam tal-Mangenese |

GA 290 | ex811211 | Skart u ruttam tal-Beryllium ap |

GA 300 | ex811220 | Skart u ruttam tal-kromju |

GA 310 | ex811230 | Skart u ruttam tal-Germanium |

GA 320 | ex811240 | Skart u ruttam tal-Vanadium |

ex811291 | Skart u ruttam ta': |

GA 330 | | — Hafnium |

GA 340 | | — Indium |

GA 350 | | — Niobium |

GA 360 | | — Rhenium |

GA 370 | | — Gallium |

GA 400 | ex280490 | Skart u ruttam tas-selenium |

GA 410 | ex280450 | Skart u ruttam tat-Tellurium |

GA 420 | ex280530 | Skart u ruttam tar-Rare earth |

2. It-tipi kollha fis-sezzjoni GH ("Skart tal-Plastik Solidu")

3. It-tipi kollha fis-sezzjoni GI ("Karti, kartonċin u skart tal-prodotti tal-karta")

4. It-tipi kollha fis-sezzjoni GJ ("Skart tat-Tessut")."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 45.

[3] ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 6.

[4] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[5] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32.

[6] ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1.

[7] ĠU L 45, tas-17.2.2000, p. 21.

--------------------------------------------------