32000R0961



Official Journal L 109 , 06/05/2000 P. 0016 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 961/2000

tal-5 ta' Mejju 2000

li jikkonċerna l-klassifika ta' xi prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 254/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 qiegħed regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kollha jew in parti bbażata fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali li hi stabbilita minn disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bl-iskop ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fil-prodotti.

(3) Bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda mehmuża mar-Regolament preżenti għandha tkun klassifikata taħt il-kodiċi NM murija fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet provduti fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-verifika doppja u għas-sorveljanza Komunitarja retrospettiva u minn qabel ta' xi prodotti tat-tessuti wara l-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni dwar it-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri fejn għandha x'taqsam il-klassfika tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 [3] li jistabbilixxi r-Regolament (KE) Nru 955/1999 [4], sa l-1 ta' Jannar 2001 mid-dententur, sabiex id-dententuri ta' l-informazzjoni tat-tariffa li torbot ikunu mogħtija biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu jaddattaw il-prattiki tan-negozju tagħhom.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda fl-anness hija klassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM murija fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija.

L-Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-verifika doppja u mas-sorveljanza Komunitarja retrospettiva u minn qabel ta' prodotti tat-tessuti fil-Komunità, l-informazzjoni dwar tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 sa l-1 ta' Jannar 2001.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Mejju 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 16.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifika (kodiċi NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Tessut minsuġ miżbugħ bil-blu tal-cross twill (60 % qoton u 40 % polyester) b'piż ta' 300 g/m2, b'wisa' ta' bejn wieħed u ieħor 150 ċm. It-tessut għandu iskrizzjoni ħadranija ċċarata li turi l-logo tal-kumpannija, ta' daqs bejn wieħed u ieħor 4 ċm fl-għoli u bejn wieħed u ieħor 2 ċm fil-wisa' mqiegħed bejn wieħed u ieħor 13 ċm mill-ħaxja u kontinwament ripetut f'bejn wieħed u ieħor intervalli ta' 20 ċm tul iż-żewġ truf(Ara r-ritratt Nru 599 A + B) | 52113200 | Il-Klassifika hi determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2(A) mat-Taqsima XI, subintestatura nota 1(g) mat-Taqsima XI, nota 1 mal-Kapitolu 54 u l-kliem tal-kodiċi NM 5211 u 52113200 L-iskrizzjoni stampata ma tagħtix lill-prodott il-karatteristiċi ta' tessut stampat |

2.Tessut minsuġ miżbugħ bil-blu ċar (100 % polyester) b'wisa' ta' bejn wieħed u ieħor 150 ċm, magħmul minn fibri bażiċi. It-tessut għandu iskrizzjoni stampata b' kulur isfar "MIŻBUGĦA BIL-KULUR U MLESTIJA FIR-RENJU UNIT MEMBRU TAL-KEE" ta' daqs bejn wieħed u ieħor 0,4 ċm fl-għoli mqiegħed bejn wieħed u ieħor 1,2 ċm mill-ħaxja(Ara r-ritratt Nru 598 A + B) | 55121990 | Il-Klassifika hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, subintestatura nota 1(g) mat-Taqsima XI, nota 1 mal-Kapitolu 54 u l-kliem tal-kodiċi NM 5512, 551219 u 55121990 L-iskrizzjoni stampata ma tagħtix lill-prodott l-istess karatteristiċi ta' tessut stampat |

3.Tessut minsuġ ikkulurit bil-blu tal-cross twill (65 % polyester u 35 % tal-qoton) b'piż ta' 245 g/m2, b'wisa' ta' bejn wieħed u ieħor 150 ċm, magħmul minn fibri bażiċi. It-tessut għandu iskrizzjoni stampata bl-iswed li turi l-logo tal-kumpannija, ta' qies bejn wieħed u ieħor 1,5 ċm fl-għoli u bejn wieħed u ieħor 3 ċm fil-wisa' bejn wieħed u ieħor 4,5 ċm mill-ħaxja fuq naħa waħda u bejn wieħed u ieħor 9 ċm fuq in-naħa l-oħra u kontinwament ripetut f'bejn wieħed u ieħor intervalli ta' 28 ċm tul iż-żewġ truf(Ara r-ritratt Nru 601 A + B) | 55142200 | Il-Klassifika hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2(A) mat-Taqsima XI, in-nota ma' l-intestatura 1(g) mat-Taqsima XI, nota 1 mal-Kapitolu 54 u l-kliem tal-kodiċi NM 5514 u 55142200 L-iskrizzjoni stampata ma tagħtix lill-prodott il-karatteristiċi ta' tessut stampat. |

4.Tessut minsuġ ikkulurit bl-iswed (65 % polyester u 35 % viscose) b'piż ta' 320 sa 340 g/m2, b'wisa' ta' bejn wieħed u ieħor 150 ċm, magħmul minn fibri bażiċi. It-tessut għandu iskrizzjoni stampata bil-kulur isfar "…MAGĦMUL FIR-RENJU UNIT MEMBRU TAL-K. E. E.", ta' daqs bejn wieħed u ieħor 0,4 ċm fl-għoli mqiegħed bejn wieħed u ieħor 0,5 ċm mill-ħaxja, fuq tarf wieħed(Ara ritratt Nru 597 A + B) | 55151190 | Il-klassifika hi ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2(A) mat-Taqsima XI, in-nota tas-subintestatura 1(g) mat-Taqsima XI, nota 1 mal-Kapitolu 54 u l-kliem tal-kodiċi NM 5515, 551511 u 55151190 L-iskrizzjoni stampata ma tagħtix lill-prodott il-karatteristiċi ta' tessut stampat |

5.Tessut minsuġ miżbugħ bil-kulur iswed (65 % polyester u 35 % viscose) b'piż ta' 320 g/m2, b'wisa' ta' bejn wieħed u ieħor 150 ċm, magħmul minn fibri bażiċi. It-tessut għandu iskrizzjoni stampata bil-kulur isfar "MIŻBUGĦ U MLESTI FIR-RENJU UNIT MEMBRU TAL-K. E. E.", ta' daqs bejn wieħed u ieħor 0,4 ċm fl-għoli u mqiegħed bejn wieħed u ieħor 0,5 ċm mill-ħaxja u kontinwament ripetut f'bejn wieħed u ieħor intervalli ta' 17-il ċm tul iż-żewġ trufijiet(Ara ritratt Nru 600 A + B) | 55151190 | Il-Klassifika hi ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2(A) mat-Taqsima XI, nota mas-subintestatura 1(g) mat-Taqsima XI, man-nota 1 mal-Kapitolu 54 u l-kliem tal-kodiċi NM 5515, 551511 u 55151190 L-iskrizzjoni stampata ma tagħtix lill-prodotti l-karatteristiċi ta' tessut stampat |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------