21994A1223(04)



Official Journal L 336 , 23/12/1994 P. 0022 - 0039
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0024
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0024


Ftehim dwar il-biedja

IL-MEMBRI,

Wara li ddeċidew li jistabbilixxu bażi għall-bidu ta' proċess ta' riforma fil-kummerċ fil-biedja f'linja mal-għanijiet tan-negozjati kif iddikjarati fid-Dikjarazzjoni ta' Punta del Este;

Jiftakru illi l-għan tagħhom fuq skond fit-tul kif miftiehem fir-Rivista ta' Nofs l-Iskond tar-Round ta' l-Urugwaj huwa li jistabbilixxu sistema ġusta u orjentata lejn is-suq fil-kummerċ agrikolu u li għandu jinbeda l-proċess ta' riforma permezz tan-negozjar ta' l-impenji dwar l-appoġġ u l-protezzjoni u permezz li jiġu stabbiliti regoli u dixxiplini tal-GATT iktar effettivi b'mod operattiv;

Jiftakru li "il-għan fuq skond fit-tul imsemmi hawn fuq huwa li jiġu pprovvduti riduzzjonijiet sostanzjali progressivi fl-appoġġ u l-protezzjoni agrikoli sostnuti fuq perjodu miftiehem taż-żmien, li jirriżultaw li jiġu kkorreġuti u pprevenuti r-restrizzjonijiet u t-tagħwiġ fis-swieq dinjija tal-biedja";

Kommessi li jiksbu impenji speċifiċi li jorbtu f'kull waħda miż-żoni li ġejjin: l-aċċess għas-swieq; is-sostenn domestiku; il-kompetizzjoni fl-esportazzjonijiet; u li jintlaħaq ftehim dwar il-kwistjonijiet sanitarji u fito-sanitarji;

Wara li ftiehmu li fl-implimentazzjoni ta' l-impenji tagħhom rigward l-aċċess għas-swieq, il-pajjiżi Membri żviluppati jqisu l-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet partikolari tal-pajjiżi Membri li għadhom jiżviluppaw billi jipprovdu titjib iktar fl-opportunitajiet u fit-termini ta' l-aċċess għall-prodotti agrikoli ta' interess partikolari għal dawn il-Membri inkluża l-liberalizzazzjoni l-iktar sħiħa tal-kummerċ fil-prodoti agrikoli tropikali kif miftiehem fir-Rivista ta' Nofs l-Iskond, u għall-prodotti ta' importanza partikolari rigward id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni mit-tkabbir ta' prodotti narkotiċi illeċiti;

Jinnotaw li l-impenji skond il-programm tar-riforma għandhom jintgħamlu f'manjiera ekwitabbli fost il-Membri kollha, filwaqt li jqisu l-interessi mhux kummerċjali, inklużi s-sigurtà fl-ikel u l-ħtieġa li jiġi protett l-ambjent; wara li kkunsidraw il-ftehim li trattament speċjali u ddifferenzat tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw huwa element integrali tan-negozjati, u filwaqt li jqisu l-effetti negattivi possibbli ta' l-implimentazzjoni tal-programm tar-riforma fuq il-pajjiżi l-inqas żviluppati u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li huma importaturi netti ta' l-ikel;

HAWNHEKK JIFTIEHMU KIF ĠEJ;

L-EWWEL PARTI

Artikolu 1

Id-Definizzjoni tat-Termini

F'dan il-Ftehim, għajr jekk il-kuntest jeħtieġ xorta oħra:

(a) "Qies Aggregat ta' Sostenn" u "AMS" ifissru l-livell annwali ta' sostenn, espress f'termini monetarji, ipprovvdut għal prodott agrikolu favur il-produtturi tal-prodott agrikoku bażiku jew sostenN mhux speċifiku għall-prodott ipprovvdut favur il-produtturi agrikoli b'mod ġenerali, għajr għas-sostenn ipprovvdut skond il-programmi li jikkwalifikaw bħAla eżentati mit-tnaqqis skond l-Anness 2 ta' dan il-ftehim, li jkun:

(i) rigward is-sostenn ipprovvdut matul il-perjoidu bażi taż-żmien, speċifikat fit-tabelli rilevanti tal-materjal ta' sostenn inkorporat b'riferiment fil-Parti IV ta' l-Iskeda ta' Membru; u

(ii) rigward is-sostenn ipprovvdut matul kull sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni u wara dan, ikkalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 3 ta' dan il-Ftehim u li jqis l-informazzjoni u l-metodoloġija kostitwenti wżati fit-tabelli tal-materjal ta' sostenn inkorport b'riferiment fil-Parti IV ta' l-Iskeda ta' Membru;

(b) "prodott agrikolu bażiku" fejn jidħlu l-impenji domestiċi tas-sostenn huwa ddefinit bħala l-prodott qrib kemm prattikabbli għall-punt ta' l-ewwel bejgħ kif speċifikat fl-Iskeda ta' membru u fil-materjal relatat ta' sostenn;

(ċ) "ħruġ mill-estimi finanzjarji" jew "ħruġ" jinkludu d-dħul ippremeditat;

(d) "Qies Ekwivalenti ta' Sostenn" ifisser il-livell annwali ta' sostenn, espress f'termini monetarji, ipprovvdut lill-produtturi tal-prodott agrikolu bażiku permezz ta' l-applikazzjoni ta' qies jew iktar, li l-kalkolu tiegħu skond il-metodoloġija ta' l-AMS mhix prattikabbli, għajr għas-sostenn ipprovvdut skond il-programmi li jikkwalifikaw bħala eżentati mit-tnaqqis skond l-Anness 2 ta' dan il-Ftehim, u li tkun:

(i) rigward is-sostenn ipprovvdut matul il-perjoidu bażi taż-żmien, speċifikata fit-tabelli rilevanti tal-materjal ta' sostenn inkorporat b'riferiment fil-Parti IV ta' l-Iskeda ta' Membru; u

(ii) rigward is-sostenn ipprovvdut matul kull sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni u wara dan, ikkalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 4 ta' dan il-Ftehim u li jqis l-informazzjoni u l-metodoloġija kostitwenti wżati fit-tabelli tal-materjal ta' sostenn inkorporti b'riferiment fil-Parti IV ta' l-Iskeda ta' Membru.

(e) "sussidji għall-esportazzjoni" jirreferu għas-sussidji kontinġenti fuq it-twettiq tax-xogħol ta' l-esportazzjoni, inklużi s-sussidji għall-esportazzjoni elenkati fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim;

(f) "perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni" ifisser il-perjodu taż-żmien ta' sitt snin li jibda fis-sena 1995, għajr li, għall-għanijiet ta' l-Artikolu 13, ifisser il-perjodu taż-żmien ta' disa' snin li jibda fis-sena 1995;

(g) "konċessjonijiet għall-aċċess għas-swieq" jinkludu l-impenji kollha ta' l-aċċess għas-swieq midħula għalihom skond dan il-Ftehim;

(h) "Qies Totali Aggregat ta' Sostenn" u "AMS Totali" ifissru s-somma tas-sostenn domestiku kollu pprovvdut favur il-produtturi agrikoli, ikkalkolata bħala s-somma tal-qisien aggregati kollha ta' sostenn għall-prodotti agrikoli, il-qisien aggregati mhux speċifiċi għall-prodotti ta' sostenn u l-qisien ekwivaleni kollha ta' sostenn għall-prodotti agrikoli, u li jkun:

(i) rigward is-sostenn ipprovvdut matul il-perjodu bażi taż-żmien (jiġifieri l-"AMS Totali Bażi") u s-sostenn massimu permess li jrid jiġi pprovvdut matul kull sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni jew wara dan (jiġifieri l-"Livelli Annwali u Finali ta' l-Impenn Marbut"), kif speċifikat fil-Parti IV ta' l-Iskeda ta' Membru; u

(ii) rigward il-livell tas-sostenn attwalment ipprovvdut matul kull sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni u wara dan (jiġifieri l-"AMS" Totali Korrenti'), ikkalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, inkluż l-Artikolu 6 u ma' l-informazzjoni u l-metodoloġija kostitwenti wżati fit-tabelli tal-materjal ta' sostenn inkorporati b'riferiment fil-Parti IV ta' l-Iskeda tal-Membru;

(i) "sena" fil-paragrafu (f) ta' hawn fuq u f'relazzjoni ma' l-impenji speċifiċi ta' Membru tirreferi għas-sena kalendarja, finanzjarja jew tas-suq speċifikata fl-Iskeda li jkollha x'taqsam ma' dan il-Membru.

Artikolu 2

Il-Kopertura tal-Prodott

Dan il-Ftehim japplika għall-prodotti elenkati fl-Anness 1 ma' dan il-Ftehim, minn issa ‘l quddiem imsejħa prodotti agrikoli.

IT-TIENI PARTI

Artikolu 3

L-Inkorporazzjoni tal-Konċessjonijiet u l-Impenji

1. Is-sostenn domestiku u l-impenji tas-sussidji ta' l-esportazzjonijiet fil-Parti IV ta' kull Skeda ta' Membru jikkostitwixxu impenji li jillimitaw il-għoti tas-sussidji u huma hawnhekk magħmula parti integrali tal-GATT 1994,

2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, Membru ma għandux jipprovdi sostenn favur il-produtturi domestiċi li jaqbeż il-livelli ta' l-impenji speċifikati fit-Taqsima I tal-Parti IV ta' l-Iskeda iegħu.

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2(b) u 4 ta' l-Artikolu 9, Membru ma għandux jipprovdi s-sussidji ta' l-esportazzjoni elenkati fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 9 rigward il-prodotti agrikolu jew il-gruppi tal-prodotti speċifikati fit-Taqsima II tal-Parti IV ta' l-Iskeda tiegħu li jaqbżu l-livelli tal-ħruġ fl-estimi finanzjarji u ta' l-impenn tal-kwantità speċifikati fiha u ma għandu jipprovdi dawn is-sussidji għall-ebda prodott agrikolu mhux speċifikat f'din it-Taqsima ta' l-Iskeda tiegħu.

IT-TIELET PARTI

Artikolu 4

L-aċċess għas-swieq

1. Il-konċessjonijiet għall-aċċess għas-swieq li jinsabu fl-Iskedi għandhom xjaqsmu mar-rbit u t-tnaqqis tat-tariffi, u għal impenji oħra ta' aċċess għas-swieq kif speċifikati fihom.

2. Il-Membri ma għandhom iżommu, jinqdew jew jerġgħu lura għall-ebda miżura tal-kwalità li tkun ġiet meħtieġa li tiġi kkonvertita f'dazji ordinarji tad-dwana [1], għajr jekk ipprovvdut xorta oħra fl-Artikolu 5 u l-Anness 5.

Artikolu 5

Id-Dispożizzjonijiet Speċjali tas-Salvagward

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(b) ta' l-Artikolu II tal-GATT 1994, kull Membru jista' jagħmel rikors għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 ta' hawn taħt f'konnessjoni ma' l-importazzjoni ta' prodott agrikolu li rigward tiegħu l-miżuri tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ikunu ġew ikkonvertiti f'dazju ordinarju tad-dwana u li jkun iddisinjat fl-Iskeda tiegħu bis-simbolu "SSG" bħala li jkun is-suġġett ta' konċessjoni li rigward tagħha jistgħu jiġu invokati d-disposizjonijiet ta' dan l-Artikolu, jekk:

(a) il-volum ta' l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott li jidħlu fit-territorju tad-dwana ta' Membru li jikkonċedi l-konċessjoni matul kull sena jaqbeż livell grillu li jkollu x'jaqsam ma' l-opportunità eżistenti għall-aċċess għas-swieq kif iddikjarat fil-paragrafu 4; jew, imma mhux fl-istess ħin:

(b) il-prezz li bih l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott jistgħu jidħlu fit-territorju tad-dwana tal-Membru li jikkonċedi l-konċessjoni, kif stabbilita fuq il-bażi tal-prezz ta' l-importazzjonijiet c.i.f. (prezz, assigurazzjoni, trasport) tat-tagħbija interessata espressa f'termini tal-munita korrenti domestika tiegħu, jaqa' iktar ‘l isfel minn prezz grillu egwali għall-prezz medju tar-riferiment mis-sena 1986 sas-sena 1988 [2] rigward il-prodott interessat.

2. L-importazzjonijiet skond l-impenn korrenti u minimu għall-aċċess stabbilit bħala parti ta' konċessjoni riferita fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq għandhom jiġu magħduda għall-għanijiet sabiex jiġi stabbilit il-volum ta' l-importazzjonijiet skond dawn l-impenji meħtieġa sabiex jiġu invokati d-dispożizzjonijiet tas-sub-paragrafu 1(a) u l-paragrafu 4, imma l-importazzjonijiet skond l-impenji ma għandhom jiġu affettwati minn l-ebda dazju addizzjonali impost skond jew is-sub-paragrafu 1 (a) u l-paragafu 4 jew is-sub-paragrafu 1 (b) u l-paragrafu 5 ta' hawn taħt.

3. Kull provvista tal-prodott fil-kwistjoni li kienet fi triqtha fuq il-bażi ta' kuntratt imwettaq qabel ma jkun ġie impost id-dazju addizzjonali skond is-sub-paragrafu 1 (a) u l-paragrafu 4 għandhom ikunu eżentati minn kull dazju addizzjoni minn dan, sakemm jiġu magħduda mal-volum ta' l-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni matul is-sena ta' wara għall-għanijiet li jagħtu bidu għad-dispożizzjonijiet tas-sub-paragrafu 1 (a) f'din is-sena.

4. Kull dazju addizzjonali skond is-sub-paragrafu 1 (a) għandu jinżamm biss sa l-aħħar tas-sena li fiha jkun ġie impost,. u jista' jiġi miġbur b'taxxa (levy) biss f'livell li ma għandux jaqbeż it-terz tal-livell tad-dazju odinarju tad-dwana f'effett mis-sena li fiha tkun ittieħdet l-azzjoni. Il-livell grillu għandu jiġi ffissat skond l-iskeda li ġejja msejsa fuq l-opportunitajiet ta' l-aċċess għas-swieq iddefinita bħala importazzjonijiet bħala perċentwal tal-konsum domestiku korrispondenti [3] matul it-tliet snin ta' qabel li għalihom tkun disponibbli l-informazzjoni:

(a) meta dawn l-opportunitajiet ta' l-aċċess għas-swieq rigward prodott ikunu inqas jew egwali għal 10 fil-mija, il-livell grillu bażi għandu jkun egwali għal 125 fil-mija;

(b) meta dawn l-opportunitajiet ta' l-aċċess għas-swieq rigward prodott ikunu ikbar minn 10 fil-mija, il-livell grillu bażi għandu jkun egwali għal 110 dil-mija;

(ċ) meta dawn l-opportunitajiet ta' l-aċċess għas-swieq rigward prodott ikunu iktar minn 30 fil-mija, il-livell grillu bażi għandu jkun egwali għal 105 fil-mija.

Fil-każijiet kollha, id-dazju addizzjonali jista' jiġi impost f'kull sena meta l-volum assolut ta' l-importazzjonijiet tal-prodott interessat li jidħol fit-territorju tad-dwana ta' Membru li jikkonċedi l-konċessjoni jaqbeż is-somma ta' (x) il-livell grillu bażi ffisat hawn fuq immoltiplikat bil-kwantità medja ta' l-importazzjonijiet matul it-tliet snin preċedenti li għalihom hija disponibbli l-informazzjoni u (y) il-bidla assoluta tal-volum fil-konsum domestiku tal-prodott interessat fis-sena l-iktar reċienti li għaliha hija disponibbli l-informazzjoni pparagunata mas-sena ta' qabel, sakemm dan il-livell grillu ma għandux ikun inqas minn 195 fil-mija tal-kwantità medja ta' l-importazzjonijiet fil-(x) ta' hawn fuq.

5. Id-dazju addizzjonali impost skond il-paragrafu 1 (b) għandu jiġi ffissat skond l-iskeda li ġejja:

(a) jekk id-differenza bejn il-prezz c.i.f. ta' l-importazzjoni tat-tagħbija bil-baħar espress f'termini tal-munita korrenti dometiska (minn issa "l quddiem imsejjaħ" il-prezz ta' l-importazzjoni') u l-prezz grillu kif iddefinit skond dan il-paragrafu ikun inqas jew egwali għal 10 fil-mija tal-prezz grillu, ma għandu jiġi impost l-ebda dazju adizzjonali;

(b) jekk id-differenza bejn il-prezz ta' l-importazzjoni u l-prezz grillu (minn issa ‘l quddiem imsejħa is-"differenza") tkun ikbar minn 10 fil-mija imma inqas minn jew egwali għal 40 fi-0mija tal-prezz grillu, id-dazju adizzjonali għandu jkun egwali għal 30 fil-mija ta' l-ammont li bih id-differenza taqbeż il-19 fil-mija;

(ċ) jekk id-differenza tkun ikbar minn 40 fil-mija imma inqas minn 60 fil-mija tal-prezz grillu, id-dazju addizzjonali għandu jkun egwali għal 50 fil-mija ta' l-ammont li bih id-differenza taqbeż il-40 fil-mija, b'żieda tad-dazju addizzjonali permess skond il-(b);

(d) jekk id-differenza tkun ikbar minn 60 fil-mija imma inqas jew egwali għal 75 fil-mija, id-dazju addizzjonali għandu jkun egwali għal 70 fil-mija ta' l-ammont li bih id-differenza taqbeż is-60 fil-mija tal-prezz grillu, b'żieda tad-dazji addizzjonali permessi skond il-(b) u ċ-(ċ);

(e) jekk id-differenza tkun ikbar minn 75 fil-mija tal-prezz grillu, id-dazju addizzjonali għandu jkun egwali għal 90 fil-mija ta' l-ammont li bih id-differenza taqbeż il-75 fil-mija, b'żieda tad-dazji addizzjonali permessi skond il-(b), iċ-(ċ) u d-(d);

6. Rigward l-oġġetti li jinħlew u staġjonali, il-kondizzjonijiet iddikjarati hawn fuq għandhom ikunu applikati fil-manjiera hekk li tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn il-prodotti. B'mod partikolari, il-perjodi iqsar taż-żmien skond il-paragrafu 1(a) u l-paragrafu 4 jistgħu jintużaw fir-riferiment għall-perjodi taż-żmien korrispondenti fil-perjodu bażi taż-żmien u l-prezzijiet differenti tar-riferiment għall-perjodi differenti jistgħu jintużaw skond is-sub-paragrafu 1(b).

7. Il-ħidma tas-salvagward speċjali għandha titwettaq f'manjiera trasparenti. Kull Membru li jieħu azzjoni skond is-sub-paragrafu 1(a) ta' hawn fuq għandu jagħti avviż bil-miktub, inkluża l-informazzjoni rilevanti, lill-Kumitat tal-Biedja bil-quddiem daqs kemm jista' jkun prattikabbli u f'kull każ fi żmien għaxart ijiem mill-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni. Fil-każijiet meta jridu jiġu allokati bidliet fil-volumi tal-konsum lill-linji individwali tat-tariffi bla ħsara għal azzjoni skond il-paragrafu 4, l-informazzjoni rilevanti għandha tinkludi t-tagħrif u l-metodi wżati sabiex jallokaw dawn il-bidliet. Membru li jieħu azzjoni skond il-pragrafu 4 għandu jkun jista' jagħti lil kill Membru interessat l-opportunità li jikkonsulta miegħu rigward il-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta din l-azzjoni. Kull Membru li jieħu azzjoni skond is-sub-paragrafu 1(b) ta' hawn fuq għandu jagħtu avviż bil-miktub, inkluża l-informazzjoni rilevanti, lill-Kumitat tal-Biedeja fi żmien għaxart ijiem mill-implimentazzjoni ta' l-ewwel azzjoni minn din jew, rigward il-prodotti li jinħlew u staġjonali, l-ewwel azzjoni f'kull perjodu taż-żmien. Il-Membri jindaħlu li, safejn u sakemm ikun prattikabbli, ma jagħmlux rikors għad-dispożizzjonijiet tas-sub-patagrafu 1(b) meta l-volum ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti interessati jkunu qegħdin jonqsu. F'kull wieħed miż-żewġ każijiet, Membru li jieħu din l-azzjoni għandu jkun jista' jagħti lil kull Membru interessat l-opportunità li jikkonsulta miegħu rigward il-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' din l-azzjoni.

8. Meta l-miżuri jittieħdu skond il-paragrafi minn 1 sa 7 ta' hawn fuq, il-Membri jindaħlu li ma jagħmlux rikors, rigward dawn il-miżuri, għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1(a) u 4 ta' l-Artikolu XIX tal-GATT 1994 jew il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar is-Salvagardji.

9. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għat-tul taż-żmien tal-proċess tar-riforma stabbilit skond l-Artikolu 20.

IR-RABA' PARTI

Artikolu 6

L-Impenji Domestiċi tas-Sostenn

1. L-impenji domestiċi tat-tnaqqis tas-sostenn ta' kull Membru li jinsabu fil-Parti IV ta' l-Iskeda tiegħu għandhom japplikaw għall-miżuri kollha dometiċi tiegħu ta' sostenn li ma jkunux bla ħsara għat-tnaqqis f'termini tal-kiterji ddikjarati f'dan l-Artikolu jew fl-Anness 2 ma' dan il-Ftehim. L-impenji huma espressi f'termini tal-Qies Totali Aggregat tas-Sostenn u l-"Livelli Annwali u Finali ta' l-Impenn Marbut".

2. Skond il-Ftehim tar-Rivista ta' Nofs l-Iskond li l-miżuri governattivi ta' l-assistenza, sewwa jekk diretta u sewwa jekk indiretta, sabiexjinkoraġġixxu l-iżviluipp agrikolu u rurali. huma parti integrali tal-programmi ta' żvilupp tal-pajjiżi li qegħin jiżviluppaw, is-sussidji fuq l-investiment li huma disponibbli għall-biedja bmod ġenerai fil-pajjiżi Membri li qegħdin jiżviluppaw u s-sussidji tad-tidħil agrikolu disponibbli b'mod ġenerali lill-produtturi bi dħul baxx jew riżorsi foqra fil-pajjiżi Membri li qegdin jiżviluppaw għandhom ikunu eżentati mill-impenji domestiċi ta' tnaqqis ta' sostenn li inkella jiġu applikati għal dawn il-miżuri xorta oħra, kif għandu jagħmel is-sostenn domestiku lill-produtturi fil-pajjiżi Membri li qegħdin jiżviluppaw sabiex jinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni mit-tkabbir ta' l-uċuh narkotiċi illeċiti. Is-sostenn domestiku li jilħaq il-kriterji ta' dan il-paragrafu ma għandux ikun meħtieġ li jiġi inkluż fil-kalkolu ta' Membu ta' l-AMS Totali Korrenti tiegħu.

3. Membru għandu jiġi kkunsidrat li jkun f'konformità ma' l-impenji tiegħu tat-tnaqqis tas-sostenn domestiku f'kull sena li fiha s-sostenn domestiku tiegħu favur il-produtturi agrikoli espressi f'termini ta' l-AMS Totali Korrenti ma għandux jaqbeż il-livell korrispondenti annwali u finali ta' l-impenji marbuta speċifikati fil-Parti IV ta' l-Iskeda tal-Membru.

4. (a) Membru ma għandux ikun meħtieġ li jinkludi fil-kalkolu ta' l-AMS Totali korrenti tiegħu u ma għandux ikun meħtieġ li jnaqqas:

(i) sostenn domestiku speċifiku għall-prodott li jkun meħtieġ xorta oħra li jkun inkluż fil-kalkolu ta' Membru ta' l-AMS Korrenti tiegħu meta dan is-sostenn ma jaqbiżx il-5 fil-mija tal-valur totali tal-produzzjoni ta' prodott agrikolu bażiku ta' dan il-Membru matul is-sena rilevanti; u

(ii) sostenn domestiku mhux speċifiku għall-prodott li jkun meħtieġ xorta oħra li jkun inkluż fil-kalkolu ta' Membru ta' l-AMS Korrenti tiegħu meta dan is-sostenn ma jaqbiżx il-5 fil-mija tal-valur tal-produzzjoni totali ta' prodott agrikolu bażiku ta' dan il-Membru matul is-sena rilevanti; u

(b) Għall-pajjiżi Membri li qegħdin jiżviluppaw, il-perċentwal de minimis skond dan il-paragrafu għandu jkun 10 fil-mija.

5. (a) Il-ħlasijiet diretti skond il-programmi li jillimitaw il-produzzjoni ma għandhomx ikunu bla ħsara għall-impenn li jnaqqsu s-sostenn domestiku jekk:

(i) dawn il-ħlasijiet ikunu msejsa fuq żona jew produzzjonijiet fissi; jew

(ii) dawn il-ħlasijiet jintgħamlu għal 85 fil-mija jew inqas tal-livell bażi tal-produzzjoni; jew

(iii) il-ħlasijiet għall-bhejjem tar-rziezet isiru għal numru fiss ta' rjus.

(b) L-eżenzjoni mill-impenn tat-tnaqqis għall-ħlasijiet diretti li jissodisfaw il-kriterji ta' hawn fuq għandhom ikunu riflessi bl-esklużjoni tal-valur ta' dawn il-ħlasijiet diretti fil-kalkolu ta' Membru rigward il-AMS Totali Korrenti tiegħu.

Artikolu 7

Id-Dixxiplini Ġenerali u s-Sostenn Domestiku

1. Kull Membru għandu jiżgura illi kull miżura ta' sostenn domestiku favur il-produtturi agrikoli li ma jkunux bla ħsara għal impenji tat-tnaqqis minħabba li jikkwalifikaw skond il-kriterji ddikjarati fl-Anness 2 ma' dan il-Ftehim tinżamm f'konformità ma' dan.

2. (a) Kull miżura ta' sostenn domestiku favur il-produtturi agrikoli, inkluża kull modifika ta' din il-miżura, u kull miżura li tiddaħħal sossegwentement li ma tistax tiġi murija li tissodisfa l-kriterji fl-Anness 2 ma' dan il-Ftehim jew li tiġi eżentata mit-tnaqqis għar-raġuni ta' kull dispożizzjoni oħra ta' dan il-Ftehim, għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ta' Membru rigward il-AMS Totali Korrenti tiegħu.

(b) Meta ma jeżisti l-ebda impenn ta' l-AMS Totali fil-Parti IV ta' l-Iskeda ta' Membru, il-Membru ma għandux jipprovdi sostenn lill-produtturi agrikoli li jaqbeż il-livell rilevanti de minimis iddikjarat fil-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 8.

IL-ĦAMES PARTI

Artikolu 8

L-Impenji tal-Kompetizzjoni ta' l-Esportazzjonijiet

Kull Membru jindaħal li ma jipprovdix sussidji ta' l-esportazzjoni xorta oħra għajr skond dan il-Ftehim u bl-impenji kif speċifikati fl-Iskeda tal-Membru.

Artikolu 9

L-Impenji tas-Sussidju għall-esportazzjonijiet

1. Is-sussidji ta' l-esportazzjoni li ġejjin huma bla ħsara għall-impenji tat-tnaqqis skond dan il-Ftehim:

(a) il-provvediment mill-gvernijiet jew mill-aġenziji tagħhom ta' sussidji diretti, inklużi l-ħlasijiet in natura, lil ditta, lil industrija, lill-produtturi ta' prodott agrikolu, lil kooperattiva jew assoċjazzjoni oħra ta' dawn il-produtturi, jew lil bord tal-marketing, kontinġenti mat-twettiq tax-xogħol ta' l-esportazzjoni;

(b) il-bejgħ jew id-disponiment mill-esportazzjoni mill-gvernijiet jew mill-aġenziji tagħhom ta' ħażniet mhux kummerċjali ta' prodotti agrikoli bi prezz irħas mill-prezz paragunabbli mitlub għal prodott simili lix-xerrejja fis-suq domestiku;

(ċ) il-ħlasijiet għall-esportazzjoni ta' prodott agrikolu li jkunu ffinanzjati bis-saħħa ta' azzjoni governattiva, sewwa jekk ikun involut impost fuq il-kont pubbliku u sewwa jekk le, inklużi l-ħlasijiet li jkunu ffinanzjati mid-dħul mill-ġbir ta' taxxa (levy) fuq il-prodott agrikolu interessat jew fuq prodott agrikolu li minnu jkun idderivat il-prodott esportat;

(d) il-provvedimenti ta' sussidji sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-marketing ta' l-esportazzjonijiet tal-prodotti agrikoli (għajr il-promozzjoni għall-esportazzjoni disponibbli fil-wisa' u s-servizzi konsultattivi) inklużi l-amministrazzjoni, il-għoti ta' grad ogħla u spejjeż oħra tal-proċessar, u l-ispejjeż tat-trasport internazzjonali u t-tagħbija;

(e) it-trasport intern u l-imposti fuq it-tagħbija fuq it-tagħbijiet ta' l-esportazzjoni, ipprovvduti jew mandati mill-gvernijiet, fuq kondizzjonijiet iktar favorevoli mit-tagħbijiet domestiċi;

(f) is-sussidji tal-prodotti agrikoli kontinġenti ma' l-inkorporazzjoni tagħhom fil-prodotti esportati.

2. (a) Għajr kif ipprovvdut fis-sub-paragrafu (b), il-livelli ta' l-impenn tas-sussidji ta' l-importazzjonijiet għal kull sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, kif speċifikati fl-Iskeda ta' Membru, jirrappreżentaw rigward is-sussidji ta' l-esportazzjoni elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu:

(i) fil-każ ta' l-impenji rigward it-tnaqqis fil-ħruġ mill-estimi finanzjarji, il-livell massimu tan-nefqa fuq dawk is-sussidji li jistgħu jiġu allokati jew miġrura f'din is-sena rigward il-prodott agrikolu, jew il-grupp ta' prodotti, interessati; u

(ii) fil-każ ta' l-impenji rigward it-tnaqqis fil-kwantità ta' l-esportazzjoni, il-kwantità massima ta' prodott agrikolu, jew grupp ta' prodotti, li rigward tagħhom jistgħu jiġu konċessi sussidji ta' l-esportazzjoni f'din is-sena.

(b) F'kull waħda mit-tieni sal ħames sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, Membru jista' jipprovdi s-sussidji ta' l-esportazzjoni elenkati fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq f'sena mogħtija b'eċċess tal-livelli korrispondenti annwali ta' l-impenji rigward il-prodotti jew il-gruppi tal-prodotti speċifikati fil-Parti IV ta' l-Iskeda tal-Membru, sakemm:

(i) l-ammonti kumulattivi tal-ħruġ fl-estimi finanzjarji għal dawn is-sussidji, mill-bidu tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni u matul is-sena fil-kwistjoni, ma jaqbżux l-ammonti kumulattivi li jkunu rriżultaw mill-konformità sħiħa mal-livelli ta' l-impenji annwali tal-ħruġ speċifikat fl-Iskeda tal-Membru b'iktar minn 3 fil-mija tal-livell tal-perjodu bażi taż-żmien ta' dan il-ħruġ mill-estimi finanzjarji;

(ii) il-kwantitajiet kumulattivi esportati bil-benefiċċju ta' dawn is-sussidji ta' l-esportazzjoni, mill-bidu tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni u matul is-sena fil-kwistjoni, ma jaqbżux il-kwantitajiet kumulattivi li jkunu rriżultaw mill-konformità sħiħa mal-livelli ta' l-impenji annwali tal-ħruġ speċifikat fl-Iskeda tal-Membru b'iktar minn 1,75 fil-mija tal-kwantitajiet tal-perjodu bażi taż-żmien;

(iii) l-ammonti kumulattivi totali tal-ħruġ mill-estimi finanzjarji għal dawn is-sussidji ta' l-esportazzjoni u l-kwantitajiet li jibbenefikaw minn dawn is-sussidji ta' l-espotazzjoni fuq il-perjodu intier taż-żmien ta' l-implientazzjoni ma jkunux ikbar mit-totali li jkunu rriżultaw mill-konformità sħiħa mal-livelli annwali rilevanti ta' l-impenji speċifikati fl-Iskeda tal-Membru; u

(iv) il-ħruġ tal-Membru mill-estimi finanzjarji għas-sussidji ta' l-esportazzjoni u l-kwantitajiet li jibbenefikaw minn dawn is-sussidji, mal-konklużjoni tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, ma jkunx ikbar minn 64 fil-mija u 79 fil-mija għall-livelli tal-perjodu bażi taż-żmien tas-snin 1986-1990, rispettivament. Rigward il-pajjiż Membri qegħdin jiżviluppaw dawn il-perċentwali għandhom ikunu 76 u 86 fil-mija, rispettivament.

3. L-impenji li għandhom xjaqsmu mal-limitazzjonijiet fuq l-estensjoni ta' l-iskop tal-għoti tas-sussidji ta' l-esportazzjoni huma kif speċifkati fl-Iskedi.

4. Matul il-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, il-pajjiż Membru qiegħed jiżviluppa ma għandhux ikun meħtieġ li jindaħal għal impenji rigward is-sussidji ta' l-esportazzjoni elenkati fis-sub-paragrafi (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta' hawn fuq, sakemm dawn ma jiġux applikati f'manjiera li taħrab mill-impenji tat-tnaqqis.

Artikolu 10

Il-Prevenzjoni tal-Ħarba mill-Impenji tas-Sussidji ta' l-Esportazzjoni

1. Is-sussidji ta' l-esportazzjoni mhux elenkati fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 9 ma għandhomx jiġu applikati f'manjiera li tirriżulta fil-ħarba mill-impenji tas-sussidji ta' l-esportazzjoni, jew thedded li twassal għaliha; lanqas ma għandhom jintużaw it-transazzjonijiet mhux kummerċjali sabiex jaħarbu minn dawn l-impenji.

2. Il-Membri jindaħlu li jaħdmu lejn l-iżvilupp ta' dixxiplini magħrufa internazzjonalment sabiex jirregolaw il-provvediment ta' krediti ta' l-esportazzjoni, garanziji fuq il-krediti ta' l-esportazzjoni jew programmi ta' l-asikurazzjoni u, wara ftehim dwar dawn id-dixxiplini, li jipprovdu krediti ta' l-esportazzjoni, garanziji fuq il-krediti ta' l-esportazzjoni jew programmi ta' l-esportazzjoni skond dawn biss.

3. Kull Membru li jippretendi li kull kwantità esportata b'eċċess għal-livell ta' impenn tat-tnaqqis ma tiġix issussidjata irid jistabbilixxi li ma jkun ġie konċess l-ebda sussidju għall-esportazzjoni, sewwa jekk elenkat fl-Artikolu 9 u sewwa jekk le, rigward il-kwantità ta' l-esportazzjonijiet fil-kwistjoni.

4. Il-Membri donaturi tal-għajnuna internazzjoni ta' l-ikel għandom jiżguraw:

(a) li l-provvediment tal-għajnuna internazzjonali ta' l-ikel ma jkunx marbut b'mod dirett jew indirett ma' l-esportazzjonijiet kummerċjali tal-prodotti agrikoli lill-pajjiżi riċevituri;

(b) li t-transazzjonijiet internazzjonali ta' għajnuna lill-ikel, inkluża l-għajnuna bilaterali ta' l-ikel li ma tkunx immonetizzata, għandhom jitwettqu skond il-"Prinċipji tad-Disponiment miż-Żejjed u l-Obbligi Konsultattivi" tal-FAO, inkluża, meta approprjata, is-sistema tal-Ħtiġiet tas-Soltu tal-Marketing (UMRs); u

(ċ) li din il-għajnuna għandha tiġi pprovvduta safejn u sakemm ikun possibbli fil-għamla ta' konċessjoni sħiħa jew fuq kondizzjonijiet mhux inqas konċessjonali minn dawk ipprovvduti fl-Artikolu IV tal-Konvenzjoni dwar il-Għajnuna ta' l-Ikel tas-sena 1986.

Artikolu 11

Il-Prodotti Inkorporati

Fl-ebda każ is-sussidju għal kull unità mħallas għal prodott primarju agrikolu inkorporat ma jista' jaqbeż is-sussidju ta' l-esportazzjoni għal kull unità li jkun irid jitħallas għall-esportazzjonijiet tal-prodott primarju bħala ta' hekk.

IS-SITT PARTI

Artikolu 12

Id-Dixxiplini tal-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet ta' l-Esportazzjonijiet

1. Meta Membru jistitwixxi kull projbizzjoni jew restrizzjoni ġodda fuq l-esportazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel skond il-paragrafu 2(a) ta' l-Artikolu XI tal-GATT 1994, dan il-Membru għandu josserva d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-Membru li jistitwixxi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni fuq l-esportazzjoni għandu jagħti konsiderazzjoni mistħoqqa lill-effetti ta' din il-projibizzjoni jew restrizzjoni dwar is-sigurtà fl-ikel tal-Membru importatur;

(b) qabel ma Membru jistitwixxi projibizzjoni jew restrizzjoni fuq l-esportazzjoni, dan għandu jagħti avviż bil-miktub, bil-quddiem kemm jista' jkun, lill Kumitat tal-Biedja li jkun fih dak it-tagħrif bħalma huma n-natura u t-tul taż-żmien ta' din il-miżura, u għandu jikkonsulta, fuq talba, lil kull Membru ieħor li jkollu interess sostanzjali bħala importatur rigward kull materja li jkollha x'taqsam mal-miżura fil-kwistjoni. Il-Membru li jistitwixxi din il-projibizzjoni jew restrizzjoni fuq l-esportazzjoni għandu jipprovdi, fuq talba, lil dan il-Membru t-tagħrif meħtieġ.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhom japplikaw għall-ebda pajjiż Membru qiegħed jiżviluppa, għajr jekk il-miżura tittieħed minn pajjiż Membru qieged jiżviluppa li jkun esportatur nett ta' l-ikel ta' l-oġġett ta' l-ikel speċifiku interessat.

IS-SEBA' PARTI

Artikolu 13

It-Trażżin Mistħoqq

Matul il-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kontrobilanċ (imsejjaħ il-"Ftehim dwar is-Sussidji" f'dan l-Artikolu):

(a) il-miżuri ta' sostenn domestiku li jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness 2 ma' dan il-Ftehim għandhom ikunu:

(i) sussidji mhux azzjonabbli għall-għanijiet tad-dmirijiet ta' kontrobilanċ [4];

(ii) eżentati mill-azzjonijiet imsejsa fuq l-Artikolu XVI tal-GATT 1994 u t-Tielet Parti tal-Ftehim dwar is-Sussidji; u

(iii) eżentati mill-azzjonijiet imsejsa fuq in-nullifikazzjoni jew l-indebboliment mhux ta' vjolazzjoni tal-benefiċċji tal-konċessjonijiet tat-tariffi li jkunu jmissu lil Membru ieħor skond l-Artikolu II tal-GATT 1994, fis-sens tal-paragrafu 1(b) ta' l-Artikolu XXIII tal-GATT 1994;

(b) il-miżuri ta' sostenn domestiku li jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim inklużi l-ħlasijiet diretti li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-paragrafu 5 tiegħu, kif riflessi fl-Iskeda ta' kull Membru, kif ukoll is-sostenn domestiku fil-livelli de minimis u l-konformità mal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 6, għandhom ikunu:

(i) eżentati mill-imposizzjoni tad-dmirijiet ta' kontrobilanċ għajr jekk kif jiġu stabbiliti inġurja jew tehdida tagħha ssir skond l-Artikolu VI tal-GATT 1994 u l-Ħames Parti tal-Ftehim dwar is-Sussidji, u għandu jiġi muri trażżin mistħoqq fil-bidu ta' kull investigazzjoni ta' dazju ta' kontrobilanċ;

(ii) eżentati mill-azzjonijiet imsejsa fuq il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu XVI tal-GATT 1994 jew l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim dwar is-Sussidj, sakemm dawn il-miżuri ma jikkonċedux sostenn lill-oġġett speċifiku b'eċċess ta' dak deċiż matul is-sena tas-suq 1992; u

(iii) eżentati mill-azzjonijiet imsejsa fuq in-nullifikazzjoni jew l-indebboliment mhux ta' vjolazzjoni tal-benefiċċji tal-konċessjonijiet tat-tariffi li jkunu jmissu lil Membru ieħor skond l-Artikolu II tal-GATT 1994, fis-sens tal-paragrafu 1(b) ta' l-Artikolu XXIII tal-GATT 1994, sakemm dawn il-miżuri ma jikkonċedux sostenn lil oġġett speċifiku b'eċċess għal dak deċiż matul is-sena tas-suq 1992;

(ċ) is-sussidji għall-esportazzjoni li jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Ħames Parti ta' dan il-Ftehim, kif riflessi fl-Iskeda ta' kull Membru, għandhom ikunu:

(i) bla ħsara għad-dmirijiet tal-kontrobilanċ biss kif jiġu stabbiliti inġurja jew tehdida tagħha msejsa fuq il-volum, l-effett fuq il-prezzijiet, jew l-impatt konsegwenti skond l-Artikolu VI tal-GATT 1994 u l-Ħames Parti tal-Ftehim dwar is-Sussidji, u għandu jiġi muri trażżin mistħoqq fil-bidu ta' kull investigazzjoni ta' dazju ta' kontrobilanċ;

(ii) eżentati mill-azzjonijiet imsejsa fuq l-Artikolu XVI tal-GATT 1994 u l-Artikoli 3, 5 u 6 tal-Ftehim dwar is-Sussidji.

IT-TMIEN PARTI

Artikolu 14

Il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji

Il-Membri jiftiehmu li jagħtu effett lill-Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji.

ID-DISA' PARTI

Artikolu 15

It-Trattament Speċjali u Differenzali

1. Fiż-żamma mal-għarfien illi trattament differenzali u iktar favorevoli għall-pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw huwa parti integrali tan-negozjati, għandu jiġi pprovvdut trattament speċjali u differenzali rigward l-impenji kif iddikjarati fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim u inkorporati fl-Iskedi tal-konċessjonijiet u l-impenji.

2. Il-pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw għandu jkollhom il-flessibbiltà li jimplimentaw impenji tat-tnaqqis fuq perjodu taż-żmien ta' sa 10 snin. Il-pajjiżi Membri l-inqas żviluppati ma għandhomx jeħtieġu li jindaħlu għal impenji tat-tnaqqis.

IL-GĦAXAR PARTI

Artikolu 16

Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-Pajjiżi li qegħdin Jiżviluppaw Importaturi Netti ta' l-Ikel

1. Il-pajjiżi Membri żviluppati għandhom jieħdu dik l-azzjoni kif ipprovvdut ġewwa l-qafas tad-Deċiżjoni dwar il-miżuri li jinteressaw l-effetti possibbilment negattivi tal-programm tar-riformi fuq il-pajjiżi l-inqas żviluppati u dawk li qegħdin jiżviluppaw importaturi netti ta' l-ikel.

2. Il-Kumitat tal-Biedja għandu jimmonitorja, kif approprjat, is-segwiment ta' din id-Deċiżjoni.

IL-ĦDAX-IL PARTI

Artikolu 17

Il-Kumitat tal-Biedja

Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat tal-Biedja.

Artikolu 18

Ir-Rivista ta' l-implimentazzjoni ta' l-Impenji

1. Il-progress dwar l-implimentazzjoni ta' l-impenji nnegozjat skond il-programm tar-riformi fir-Round ta' l-Urugwaj għandu jiġi rivist mill-Kumitat tal-Bieedja.

2. Il-proċess tar-rivista għandu jiġi midħul għalih fuq il-bażi tan-notifiki ssottomessi mill-Membri fejn jidħlu dawk il-materji u f'dawk l-intervalli taż-żmien kif għandhom jiġu stabbiliti, kif ukoll fuq il-bażi ta' dik id-dokumentazzjoni li s-Segretarjat jista' jiġi mitlub li jħejji sabiex jiffaċiita l-proċess tar-rivista.

3. B'żieda man-notifiki li jridu jiġu ssottomessi skond il-paragrafu 2, kull miżura ta' sostenn domestiku, jew il-modifika ta' miżura eżistenti, li għaliha tiġi mitluba eżenzjoni mit-tnaqqis, għandha tiġi nnotifikata minnufih. Din in-notifika għandu jkun fiha d-dettalji tal-miżura l-ġdida jew immodifikata u l-konformità tagħha mal-kriterji miftiehma kif iddikjarati jew fl-Artikolu 6 jew fl-Anness 2.

4. Fil-proċess tar-rivista, il-Membri għandhom jagħtru konsiderazzjoni mistħoqqa lill-influwenza tar-rati eċċessivi ta' l-inflazzjoni fuq l-abbiltà ta' kull Membru li jobdi l-impenji tiegħu ta' sostenn domestiku.

5. Il-Membri jiftiehmu li kull sena jikkonsultaw lill-Kumitat tal-Biedja rigward il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tkabbir normali tal-kummerċ dinji fil-prodotti agrikoli ġewwa l-qafas ta' l-impenji dwar is-sussidji għall-esportazzjoni skond dan il-Ftehim.

6. Il-proċess tar-rivista għandu jipprovdi l-opportunità lill-Membri li jqajmu kull materja rilevanti għall-implimentazzjoni ta' l-impenji skond il-programm tar-riformi kif iddikjarat f'dan il-Ftehim.

7. Kull Membru jista' jressaq għall-attenzjoni tal-Kumitat tal-Biedja kull miżura li jikkunsidra li kellha tiġi nnotifikata minn Membru ieħor.

Artikolu 19

il-Konsultazzjoni u s-Soluzzjoni tal-Kontroversji

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT 1994 kif elaborati u applikati fil-Fehim dwar is-Soluzzjoni tal-Kontroversji rigward il-konsultazzjonijiet u s-soluzzjoni tal-kontroversji skond dan.il-Ftehim.

IT-TNAX-IL PARTI

Artikolu 20

Il-Kontinwazzjoni tal-Proċess tar-Riformi

Filwaqt li jagħrfu illi l-għan fuq skond fit-tul tat-tnaqqis sostanzjali progressiv b'appoġġ u għall-protezzjoni li jirriżultaw mir-riforma fundamentali huwa proċess dejjiemi, il-Membri jiftiehmu illi n-negozjati għall-proċess li jissokta jrid jinbeda sena qabel it-tmiem tal parjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, filwaqt li jqisu:

(a) l-esperjenza sa din id-data mill-implimentazzjoni ta l-impenji tat-tnaqqis;

(b) l-effetti ta' l-impenji tat-tnaqqis fuq il-kummerċ dinji fil-biedja;

(ċ) l-interessi mhux kummerċjali, it-trattament speċjali u differenzali għall-pajjiżi Membri li qegħdin jiżviluppaw, u l-għanijiet l-interessati l-oħra msemmija fil-preambolu ta' dan il-Ftehim; u

(d) x'impenji iktar huma meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet fuq skond fit-tul imsemmija hawn fuq.

IT-TLETTAX-IL PARTI

Artikolu 21

Id-Dispożizzjonijiet finali

1. Id-dispożizzjonijiet tal-GATT 1994 u tal-Ftehimijiet Kummerċjali Multilaterali l-oħra fl-Anness 1 mal-Ftehim dwar il-WTO għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. L-Annessi ma' dan il-Ftehim huma hawnhekk magħmula parti integrali ta' dan il-Ftehim.

[1] Dawn il-miżuri jinkludu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet, ġbir ta' taxxi varjabbli fuq l-importazzjonijiet, prezzijiet minimi ta' l-importazzjonijiet, liċenzji diskrezzjonali ta' l-importazzjonijiet, miżuri mhux ta' tariffa miżmuma permezz ta' l-intrapriżi li jappartjienu għall-kummerċ ta' l-Istat, trażżin volontarju fuq l-esportazzjonijiet, u miżuri oħra simili ta' fuq il-fruntiera għajr id-dazji ordinarji tad-dwana, sewwa jew le jekk il-miżuri jinżammu skond derogi speċifiċi għall-pajjiż mid-dispożizzjonijiet tal-GATT 1947, imma mhux miżuri miżmuma skond id-dispożizzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti jew skond dispożizzjonijiet oħra ġenerali mhux speċifiċi għall-biedja tal-GATT 1994 jew ta' Ftehimijiet Kummerċjali Multilatrali oħra fl-Anness 1A mal-Ftehim dwar il-WTO.

[2] Il-prezz tar-riferiment użat sabiex jjiġu invokati d-dispożizzjonijiet ta' dan is-sub-paragrafu għandhom, b'mod ġenerali, ikunu l-valur medju c.i.f. ta' l-unità tal-prodott interessat, jew inkella għandu jkun il-prezz approprjat f'termini tal-kwalità tal-prodott u l-istadju tiegħu tal-proċessar. Wara l-użu inizjali tiegħu, għandu jkun speċifikat u disponibbli b'mod pubbliku safejn u sakemm meħtieġ sabiex jippermetti lill-Membri l-oħra li jistmaw id-dazju addizjonali li jista' jinġabar b'taxxa.

[3] Meta ma jitqiesx il-konsum domestiku, għandu japplika l-livell grillu bażi skond is-sub-paragrafu 46(a).

[4] Id-"dazji ta' kontrobilanċ" meta riferiti għalihom f'dan l-Artikolu huma dawk koperti bl-Artikolu VI tal-GATT 1994 u l-Part V tal-Ftehim dwar is-sussidji u l-Miżuri ta' Kontobilanċ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 1

IL-KOPERTURA TAL-PRODOTT

1. Dan il-Ftehim għandu jkopri l-prodotti li ġejjin:

(i) | Il-Kapitoli minn 1 sa 24 tal-HS (is-Sistema Armonizzata) minbarra l-ħut u l-prodotti mill-ħut, biż-żieda ta' |

(ii) | Il-Kodiċi tal-HS | 290543 | (il-mannitol) |

Il-Kodiċi tal-HS | 290544 | (is-sorbitol) |

L-Intestaturi tal-HS | 3301 | (iż-żjut essenzali) |

L-lntestaturi tal-HS | minn 3501 sa 3505 | (is-sustanzi albuminojdali, il-lamtijiet immodifikati, il-kolla) |

Il-Kodiċi tal-HS | 3809 | (l-aġenti tal-finitura) |

Il-Kodiċi tal-HS | 382360 | (is-sorbitol n.e.p.) |

L-Intestaturi tal-HS | minn 4101 sa 4103 | (il-ġlud ħoxnin u l-ġlud irqaq) |

L-Intestatura tal-HS | 4301 | (ġlud tal-pil mhux maħduma) |

L-Intestaturi tal-HS | minn 5001 sa 5003 | (il-ħarir mhux maħdum u l-ħarir ta' l-iskart) |

L-Intestaturi tal-HS | minn 5001 sa 5003 | (is-suf u x-xagħar ta' l-annimali) |

L-Intestaturi tal-HS | minn 5001 sa 5003 | (il-qoton mhux maħdum, l-iskart u t-tajjar imqardax u mimxut) |

L-Intestura tal-HS | 5301 | (il-kittien mhux maħdum) |

L-Intestatura tal-HS | 5302 | (il-qanneb mhux maħdum) |

2. Dan ta' hawn fuq ma għandux jillimita l-kopertura tal-prodotti tal-Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 2

IS-SOSTENN DOMESTIKU IL-BAŻI GĦALL-EŻENZJONI MILL-IMPEJI TAT-TNAQQIS

1. Il-miżuri tas-sostenn domestiku li għalihom tiġi mitluba l-eżenzjoni mill-impenji tat-tnaqqis għandhom jissodisfaw il-ħtieġa fundamentali li ma għandhom l-ebda effetti ta' tagħwiġ tal-kummerċ jew effetti fuq il-produzzjoni, u jekk għandhom minn dawn huma minimi. Għalhekk, il-miżuri kollha li għalihom ikun hemm il-pretensjoni ta' eżenzjoni għandhom jikkonformaw mal-kriterji bażiċi li ġejjin:

(a) is-sostenn fil-kwistjoni għandu jiġi pprovvdut permezz ta' programm governattiv iffinanzjat mill-pubbliku (inkluż id-dħul governattiv ippremeditat) li ma jinvolvix it-trasferimenti mill-konsumaturi; u,

(b) is-sostenn fil-kwistjoni ma għandux ikollu l-effett li jipprovdi s-sostenn tal-prezzijiet lill-produtturi;

biż-żieda tal-kriterji speċifiċi għall-politika kif iddikjarata hawn taħt.

Il-Programmi tas-Servizzi tal-Gvern

2. Is-Servizzi Ġenerali

Il-politiki f'din il-kategorija jinvolvu nefqiet (jew dħul ippremeditat) fejn jidħlu l-programmi li jipprovdu servizzi jew benefiċċji lill-biedja jew lill-komunità rurali. Ma għandhomx jinvolvu ħlasijiet diretti lill-produtturi jew lill-proċessuri. Dawn il-programmi, li jinkludu l-lista li ġejja, imma mhumiex ristretti għaliha, għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-politiki meta ddikjarati hawn taħt:

(a) ir-riċerka, inklużi r-riċerka ġenerali, ir-riċerka f'konnessjoni mal-programmi ambjentali, u l-programmi tar-riċerka li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti partikolari;

(b) il-kontroll tad-dud u l-insetti tal-qerda u tal-mard, inklużi l-miżuri speċifiċi għall-prodott għall-kontroll tad-dud u l-insetti tal-qerda u tal-mard, bħalma huma s-sistemi tat-twissija bikrija, il-korantina u l-eradikazzjoni;

(ċ) is-servizzi tat-taħriġ, inklużi l-faċilitajiet tat-taħriġ kemm ġenerali u kemm ta' l-ispeċjalisti;

(d) is-servizzi ta' estensjoni u konsultattivi, inkluż il-provvediment ta' mezzi sabiex jiffaċilitaw it-trasferiment tat-tagħrif u r-riżultati tar-tiċerka lill-produtturi u lill-konsumaturi;

(e) is-servizi ta' l-ispezzjon, inklużi s-servizzi ta' l-ispezzjon ġenerali u l-ispezzjon ta' prodotti partikolari għall-għanijiet tas-saħħa u s-sigurtà, il-gradazzjoni jew l-istandardizzazzjoni;

(f) is-servizzi tal-marketing u tal-promozzjoni, inklużi t-tagħrif dwar is-suq, il-pariri u l-promozzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti partikolari imma li jeskludu n-nefqa għal għanijiet mhux speċifikati li jistgħu jintużaw mill-bejjiegħa sabiex inaqqsu l-prezz tagħhom tal-bejgħ jew jikkonferixxu benefiċċju ekonomiku dirett fuq ix-xerrejja; u

(g) is-servizzi infrastrutturali, li jinkludu: ir-retikolazzjoni ta' l-elettriċità, tat-toroq u ta' mezzi oħra tat-trasport, il-faċilitajiet tas-swieq u tal-portijiet. il-faċilitajiet tal-provvista ta' l-ima u l-iskemi tad-dranaġġ, u x-xogħlijiet infrastrutturali assoċjati mal-programmi ambjentali. Fil-każijiet kollha, in-nefqa għandha tkun diretta lejn il-provvediment jew il-bini ta' xogħlijiet kapitali biss, u għandha teskludi l-provvediment issussidjat tal-faċijitajiet għall-irziezet għajr dawk tar-retikolazzjoni ta' l-utilitajiet pubbliċi disponibbli b'mod ġenerali. Ma għandhiex tinkludi s-sussidji għall-oġġetti tad-dħul jew l-ispejjeż operattivi, jew l-imposti preferenzali ta' l-utent.

3. Iż-żamma tal-ħażniet pubbliċi għall-għanijiet tas-sigurta fl-ikel [1]

In-nefqiet (jew id-dħul ippremeditat) f'relazzjoni ma' l-akkumulazzjoni u ż-żamma ta' ħażniet tal-prodotti li jagħmlu parti integrali minn programma tas-sigurtà fl-ikel identifikati fil-leġislazzjoni nazzjonali. Dan jista' jinkludi għajnuna governattiva għall-magazzijaġġ privat tal-prodotti bħala parti minn dan il-programm.

Il-volum u l-kumulu ta' dawn il-ħażniet għandhom jikkorrispondi ma' miri stabbiliti minn qabel li jkollhom x'jaqsmu biss mas-sigurtà fl-ikel. Il-proċess tal-kumulu tal-ħażniet u d-disponiment minnhom għandhom ikunu trasparenti. Ix-xiri ta' l-ikel mill-gvern għandu jsir bil-prezzijiet korrenti tas-suq u l-bejgħ mill-ħażniet ta' l-ikel tas-sigurtà ma għandux isir bi prezz orħos mill-prezz korrenti tas-suq għall-prodott u l-kwalità fil-kwistjoni.

4. Il-għajnuna domestika ta' l-ikel [2]

In-nefqiet (id-id-dħul ippredeterminat) fejn jidħol il-provvediment tal-għajnuna domestika ta' l-ikel lil taqsimiet tal-popolazzjoni fil-bżonn.

L-eliġibbiltà sabiex tiġi rċevuta l-għajnuna għall-ikel għandha tkun bla ħsara għal kriterji ddefiniti biċ-ċar li kollhom x'jaqsmu mal-ħtiġet tan-nutriment. Din il-għajnuna għandha tkun fil-għamla tal-provvdiment dirett ta' l-ikel lil dawk interessati jew il-provvediment tal-mezzi li jippermettu lir-riċevituri eliġibbli li jixtru l-ikel bil-prezz tas-suq jew prezz issusidjat. Il-xiri ta' l-ikel mill-gvern għandu jsir bil-prezzijiet korrenti tas-suq u l-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna għandhom ikunu trasparenti.

5. Il-ħlasijiet diretti lill-produtturi

Is-sostenn ipprovvdut permezz ta' ħlasijiet diretti (jew dħul ippredeterminat, inklużi l-ħlasijiet in natura) lill-produtturi li għalihom ikun hemm il-pretensjoni ta' eżenzjoni mill-impenji tat-tnaqqis għandhom jissodisfaw il-kriterji ddikjarati fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq, flimkien mal-kriterji speċifiċi li japplikaw għal tipi individwali ta' ħlas dirett iddikjarati fil-paragrafi minn 6 sa 13 hawn taħt. Meta tintgħamel il-pretensjoni għal eżenzjoni mit-tnaqqis għal ħlas eżistenti jew tip ġdid ta' ħlas dirett għajr dawk speċifikati fil-paragrafi minn 6 sa 14, għandha tikkonforma mal-kriterji minn (b) sa (e) fil-paragrafu 6, b'żieda mal-kriterji ġenerali ddikjarati fil-paragrafu 1.

6. Is-sostenn tad-dħul bl-akkoppjament imneħħi

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tiġi stabbilita minn kriterji ddefiniti biċ-ċar bħalma huma d-dħul, l-istatus bħala produttur jew sid ta' l-artijiet, il-livell ta' l-użu tal-fattur jew tal-produzzjoni f'perjodu taż-żmien bażi fiss.

(b) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet f'kull sena mogħtija ma għandhux ikollu x'jaqsam, jew ikun ibbażat fuq it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi l-unitajiet tal-bhejjem tar-rziezet) midħula għalihom mill-produttur f'kull sena wara l-perjodu bażi taż-żmien.

(ċ) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet f'kull sena mogħtija ma għandhux ikollu x'jaqsam, jew ikun ibbażat fuq il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal kull produzzjoni midħula għaliha mill-produttur f'kull sena wara l-perjodu bażi taż-żmien.

(d) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet f'kull sena mogħtija ma għandhux ikollu x'jaqsam, jew ikun ibbażat fuq il-fatturi tal-produzzjoni impjegati f'kull sena wara l-perjodu bażi taż-żmien.

(e) Ma għandha tinħtieġ l-ebda produzzjoni sabiex jiġu rċevuti l-ħlasijiet.

7. Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-gvern fil-programi ta' l-assigurazzjoni fuq id-dħul u tax-xibka tas-salvagward tad-dħul.

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tiġi stabbilita b'telf fid-dħul, filwaqt li jitqies id-dħul idderivat mill-biedja, li jaqbeż it-30 fil-mija tad-dħul medju gross jew l-ekwivalenti f'termini ta' dħul nett (bl-esklużjoni ta' kull ħlas mill-istess skemi jew skemi simili) fil-perjodu taż-żmien tat-tliet snin ta' qabel jew il-medju ta' tliet snin imsejjes fuq il-perjodu taż-żmien tal-ħames snin ta' qabel, bl-esklużjoni ta' l-ogħla jew l-inqas dħul. Kull produttur li jissodisfa din il-kondizzjoni għandu jkun eliġibbli li jirċievi l-ħlasijiet.

(b) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet għandu jkkumpensa għal inqas minn 70 fil-mija tat-telf mid-dħul tal-produttur fis-sena li l-produttur isir eliġibbli biex jirċievi din l-assistenza.

(ċ) L-ammont ta' kull ħlas minn dan għandu jkollu x'jaqsam mad-dħul biss; ma għandux ikollu x'jaqsam mat-tip jew mal-volum tal-produzzjoni (inklużi l-unitajiet tal-bhejjem tar-rziezet) midħula għalihom mill-produttur; jew għall-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal din il-produzzjoni; jew għall-fatturi tal-produzzjoni impjegata.

(d) Meta produttur jirċievi fl-istess sena ħlasijiet skond dan il-paragrafu u skond il-paragrafu 8 (solliev minħabba diżastri naturali), it-total ta' dawn il-ħlasijiet għandu jkun inqas minn 100 fil-mija tat-telf totali tal-produttur.

8. Il-ħlasijiet (magħmula jew direttament jew permezz tal-parteċipazzjoni finanzjarja governattiva fi skemi ta' l-assigurazzjoni ta' l-uċuh tar-raba) għal solliev minħabba diżastri naturali.

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tqum biss wara għarfien formali mill-awtoritajiet governattuvi li jkun ġara jew ikun qiegħed jiġri diżastru nazzjonali (inklużi t-tfaqqigħ tal-mard, l-infestazzjonijiet tad-dud u l-insetti tal-qerda, l-inċidenti nukleari, u gwerra fuq it-territorju tal-Membru interessat); u għandu jiġi stabbilit b'telf fil-produzzjoni fil-perjodu taż-żmien tat-tliet snin ta' qabel jew il-medju ta' tliet snin imsejjes fuq il-perjodu ta-żmien tal-ħames snin ta' qabel, bl-esklużjoni ta' l-ogħla u l-inqas dħul.

(b) Il-ħlasijiet magħmula wara diżastru għandhom jiġu applikati biss rigward it-telf tad-dħul, tal-bhejjem tar-rziezet (inklużi l-ħlasijiet f'konnessjoni mat-trattament veterinarju ta' l-annimali), l-art jew fatturi oħra tal-produzzjoni minħabba d-diżastri naturali fil-kwistjoni.

(ċ) Il-ħlasijiet għandhom jikkumpensaw mhux iktar mill-ispiża totali li jiġi mibdul dan it-telf u ma għandhomx jeħtieġu jew jispeċifikaw it-tip jew il-kwantità tal-produzzjoni futura.

(d) Il-ħlasijiet magħmula matul diżastru ma għandhomx jaqbżu l-livell meħtieġ sabiex jipprevjienu jew itaffu iktar telf kif iddefinit fil-kiterju (b) ta' hawn fuq.

(e) Meta produttur jirċievi fl-istess sena ħlasijiet skond dan il-paragrafu u skond il-paragrafu 7 (assigurazzjoni tad-dħul u programmi tax-xibka tas-salvagward), it-total ta' dawn il-ħlasijiet għandu jkun inqas minn 100 fil-mija tat-telf totali tal-produttur.

9. L-assistenza għall-aġġustament strutturali pprovvduta permezz tal-programi ta' l-irtirar tal-produtturi

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tiġi stabbilita b'riferiment għall-kriterji ddefiniti b'mod ċar fil-programmi ddisinjati sabiex jiffaċilitaw l-irtirar tal-persuni li jaħdmu fil-produzzjoni agrikola li tista' tinbigħ fis-suq, jew il-moviment tagħhom għal attivitajiet mhux agrikoli.

(b) Il-ħlasijiet għandhom ikunu kondizzjonali fuq l-irtirar totali u permanenti tar-riċevituri mill-produzzjoni agrikola li tista' tinbigħ fis-suq.

10. L-assistenza għall-aġġustament strutturali pprovvduta permezz tal-programi ta' l-irtirar tar-riżorsi

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tiġi stabbilita b'riferiment għal kriterji ddefiniti biċ-ċar fi programmi ddisinjati sabiex jiywarrbu l-art jew riżorsi oħra, inklużi l-bhejjem tar-rziezet, mill-produzzjoni agrikola li tista' tinbigh fis-suq.

(b) Il-ħlasijiet għandhom ikunu kondizzjonali fuq l-irtirar ta' l-art mill-poduzzjoni agrikola li tista' tinbigħ fis-suq għal minimu ta' tliet snn, u fil-każ tal-bhejjem tar-rziezet fuq il-qatla tagħhom jew id-disponiment permanenti minnhom.

(ċ) Il-ħlasijiet ma għandhom jeħtieġu jew jispeċifikaw l-ebda użu alternattiv rigward din l-art jew riżorsi oħra li jinvolvu l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli li jistgħu jinbigħu fis-suq.

(d) Il-ħlasijiet ma għandhomx ikollhom x'jaqsmu ma' jew it-tip jew il-kwantità tal-produzzjoni jew mal-prezzijiet domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għall-produzzjoni midħula għaliha li jintużaw l-art jew ir-riżorsi l-oħra li jibqgħu fil-produzzjoni.

11. L-assistenza għall-aġġustament strutturali pprovvduta permezz ta' għajnuniet lill-investiment.

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-lasijiet għandha tiġi stabbilita b'riferiment għal kriterji ddefiniti biċ-ċar fil-programmi governattivi ddisinjati sabiex jassistu l-istrutturazzjoni mill-ġdid finanzjarja jew fiżikali tal-ħidniet ta' produttur bi tweġiba għal żvantaġġi strutturali murija b'mod oġġettiv. L-eliġibbiltà għal dawn il-programmi tista' tkun imsejsa wkoll fuq programm governattiv iddefinit biċ-ċar għall-privatizzazzjoni mill-ġdid ta' l-art agrikola.

(b) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet f'kull sena mogħtija ma għandhux ikollu x'jaqsam, jew ikun ibbażat fuq it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi l-unitajiet tal-bhejjem tar-rziezet) mindħula għalihom mill-produttur f'kull sena wara l-perjodu bażi taż-żmien għajr kif ipprovvdut skond il-kriterju (e) ta' hawn taħt.

(ċ) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet f'kull sena mogħtija ma għandhux ikollu x'jaqsam ma', jew ikun ibbażat fuq il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal kull produzzjoni midħula għaliha mill-produttur f'kull sena wara l-perjodu bażi taż-żmien.

(d) Il-ħlasijiet għandhom jingħataw biss għall-perjodu taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi rrealizzat l-investiment li rigward tiegħu jiġu pprovvduti.

(e) Il-ħlasijiet ma għandhomx jordnaw li jagħmlu jew b'xi mod jinnominaw il-prodotti agrikoli li jridu jiġu prodotti mir-riċevituri għajr li jkunu meħtieġa li ma jipproduċux prodott partikolari.

(f) Il-ħlasijiet għandhom ikunu limitati għall-ammont meħtieġ sabiex jikkumpensa l-iżvantaġġ strutturali.

12. Il-ħlasijiet skond il-pogrammi ambentali

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tiġi stabbilita bħala parti minn programm governattiv ambjentali jew tal-konservazzjoni ddefinit biċ-ċar u għandha tkun dipendenti fuq it-twettiq ta' kondizzjonijiet speċifiċi skond il-programm tal-gvern, inklużi l-kondizzjonijiet fejn jidħlu l-metodi u t-tidħil tal-produzzjoni.

(b) L-ammont tal-ħlas għandu jkun limitat għall-ispejjeż żejda jew it-telf mid-dħul involuti li jikkonformaw mal-programm tal-gvern

13. Il-ħlasijiet skond il-pogrammi ta' assistenza reġjonali

(a) L-eliġibbiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tkun limitata għall-produtturi f'reġjuni żvantaġġati. Kull reġjun minn dan irid ikun żona ġeografika kontigwa ddeżinjata b'mod ċar b'identità ekonomika u amministrattiva li tista' tiġi ddefinita, ikkunsidrata bħala żvantaġġata fuq il-bażi ta' kriterji newtrali u oġġettivi spjegati biċ-ċar fil-liġijiet u r-regolamenti u li tindika li d-diffikultajiet tar-reġjun kif joħorġu minn ċirkustanzi li jkunu iktar minn temporanji.

(b) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet f'kull sena mogħtija ma għandhux ikollu x'jaqsam ma', jew ikun ibbażat fuq it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi l-unitajiet tal-bhejjem tar-rziezet) midħula għalihom mill-produttur f'kull sena wara l-perjodu bażi taż-żmien għajr sabiex inaqqas il-produzzjoni.

(ċ) L-ammont ta' dawn il-ħlasijiet f'kull sena mogħtija ma għandhux ikollu x'jaqsam ma', jew ikun ibbażat fuq il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal kull produzzjoni midħula għaliha mill-produttur f'kull sena wara l-perjodu bażi taż-żmien.

(d) Il-ħlasijiet għandhom ikunu disponibbli biss lill-produtturi fir-reġjuni eliġibbli, imma ġeneralment disponibbli lill-produtturi kollha ġewwa dawn ir-reġjuni.

(e) Meta jkunu relatati mal-fatturi tal-produzzjoni, il-ħlasijiet għandhom isiru b'rata degressiva ‘il fuq minn livell għatba tal-fattur interessat.

(f) Il-ħlasijiet għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż żejda jew it-telf mid-dħul involuti fid-dħul tal-produzzjoni agrikola fiż-żona stabbilita.

[1] Għall-għanijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, il-programmi governattivi taż-żamma tal-ħażniet għall-għanijiet tas-sigurtà fl-ikel fil-pajjiżi li qeħdin jiżviluppaw li l-ħidma tagħhom hija trasparenti u kondotta skond il-kriterji oġġettivi ppubblikati uffiċjalment jew linji gwida, għandhom jiġu kkunsidrati f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, inklużi l-programmi li fuqhom jiġu miksuba l-ħażniet ta' l-oġġetti ta' l-ikel għall-għanijiet tas-sigurtà fl-ikel u rrilaxxjati bi prezzijiet amministrati, sakemm id-differenza bejn il-prezz tal-kisba u l-prezz estern tar-riferiment tkun meqjusa fil-AMS.

[2] Għall-għanijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Anness, il-provvediment ta' l-oġġetti ta' l-ikel bi prezzijiet issussidjati bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-ikel tal-fqar fl-ibliet u fil-kampanja għandhom jiġu kkunsidrati li jkunu skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 3

IS-SOSTENN DOMESTIKU IL-KALKOLU TAL-KEJL AGGREGAT TAS-SOSTENN

1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, Qiesl Aggregat ta' Sostenn (AMS) għandu jiġi kkalkolat fuq bażi speċifiku għall-prodott għal kull prodott agrikolu bażiku li jirċievi s-sostenn bil-prezz tas-suq, ħlasijiet diretti mhux eżentati, u kull sussidju ieħor mhux eżentat mill-impenn tat-tnaqqis ("poloz oħra mhux eżentati"). Is-sostenn li ma jkunx speċifiku għall-prodott għandu jiġi ttotalizzat f'AMS wieħed mhux speċifiku għall-prodott f'termini monetarji totali.

2. Is-sussidji skond il-paragrafu 1 għandhom jinkludu kemm il-ħruġ u kemm id-dħul ippremeditati mill-gvernijiet jew mill-aġenti tagħhom.

3. Għandu jiġi inkluż is-sostenn fil-livll kemm nazzjonali u kemm sub-nazzjonali.

4. Il-ġbir tat-taxxi (levies) jew il-piżijiet agrikoli speċifiċi mħallsa mill-produtturi għandhom jiġu mnaqqsa mill-AMS.

5. Il-AMS ikkalkolat kif deskritt fil-qosor hawn taħt għall-perjodu bażi taż-żmien għandu jikkostitwixxi l-livell bażi sabiex jiġi implimentat l-impenn tat-tnaqqis fuq is-sostenn domestiku.

6. Għandu jiġi stabbilit AMS għal kull prodott agrikolu bażiku, espress f'termini tal-valur monetarju totali.

7. Il-AMS għandu jiġi kkalkolat qrib kemm prattikabbli mal-punt ta' l-ewwel bejgħ tal-prodott agrikolu bażiku interessat. Għandhom jiġu inklużi miżuri diretti lejn il-proċessuri agrikoli safejn u sakemm dawn il-miżuri jibbenefikaw lill-produtturi tal-prodotti agrikoli bażiċi.

8. Is-sostenn bil-prezz tas-suq: is-sostenn bil-prezz tas-suq għandu jiġi kkalkolat bl-użu ta' l-ispazju bejn prezz tar-riferiment iffissat esternament u l-prezz amministrat applikat immoltiplikat bil-kwantità tal-produzzjoni eliġibbli sabiex tirċievi l-prezz amministrat applikat. Il-ħlasijiet mill-estimi finanzjarji magħmula sabiex iżommu dan l-ispazju, bħalma huma x-xiri għas-sena ta' wara jew l-ispejjeż tal-magazinaġġ, ma għandhomx jiġu inklużi fil-AMS.

9. Il-prezz tar-riferiment iffissat esternament għandu jkun imsejjes fuq is-snin mis-sena 1986 sas-sena 1988 u għandu b'mod ġenerali jkun il-valur medju frank abbord (f.o.b.) ta' l-unità tal-prodott agrikolu bażiku interessat f'pajjiż importatur nett fil-perjodu bażi taż-żmien. Il-prezz tar-riferiment iffissat jista' jiġi aġġustat għad-differenzi fil-kwalità kif meħtieġ.

10. Il-ħlasijiet diretti mhux eżentati: il-ħlasijiet diretti mhux eżentati li huma dipendenti fuq spazju bejn il-prezzijiet għandu jiġi kkalkolat jew billi jintuża l-ispazju bejn il-prezz tar-riferiment iffissat u l-prezz amministrat applikat immoltiplikat bil-kwantità tal-produzzjoni eliġibbli li tirċievi l-prezz amministrat, jew il-ħruġ mill-estimi finanzjarji.

11. Il-prezz tar-riferiment iffisat għandu jkun imsejjes fuq is-snin mis-sena 1986 sas-sena 1988 u ġeneralment għandu jkun il-prezz attwali wżat sabiex jiġu stabbiliti r-rati tal-ħlasijiet.

12. Il-ħlasijiet diretti mhux eżentati li huma msejsa fuq fatturi oħra għajr tal-prezzijiet għandhom ikunu mkejla billi jintuża l-ħruġ mill-estimi finanzjarji.

13. Miżuri oħra mhux eżentati, inklużi s-sussidji tat-tidħil u miżuri oħra bħalma huma l-miżuri li jnaqqsu lispejjeż tal-marketing: il-valur ta' dawn il-miżuri għandu jiġi mkejjel billi jintuża l-ħruġ mill-estimi finanzjarji jew, meta l-ħruġ mill-estimi finanzjarji ma jirriflettix il-kobor sħiħ tas-sussidju interessat, il-bażi sabiex jiġi kklkolat is-sussidju għandu jkun l-ispazju bejn il-prezz ta' l-oġġett jew is-servizz issussidjati u prezz rappreżentattiv tas-suq għall-istess oġġett jew servizz immotiplikat bil-kwantità ta' l-oġġett jew tas-servizz.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 4

IS-SOSTENN DOMESTIKU IL-KALKOLU TAL-KEJL EKWIVALENTI TA' SOSTENN

1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, għandhom jiġu kkalkolati l-kejlijiet ekwivalenti ta' sostenn rigward il-prodotti agrikoli bażiċi kollha meta jeżisiti sostenn bil-prezz tas-suq kif iddefinit l-Anness 3 imma li l-kalkolu ta' dan il-komponent ta' l-AMS ma jkunx prattikabbli għalih. Għal dawn il-prodotti il-livell bażi sabiex jiġi implimentat is-sostenn domestiku ta' l-impenji tat-tnaqqis għandu jikkonsisti minn komponent tas-sostenn bil-prezz tas-suq espress f'termini ta' kejlijiet ekwivalenti ta' sostenn skond il-paragrafu 2 ta' hawn taħt, kif ukoll kull ħlasijiet diretti mhux eżenatati u kull sostenn ieħor mhux eżentat, li għandhom jiġu vvalutati kif ipprovvdut skond il-paragrafu 3 ta' hawn taħt. Għandu jiġi inkluż is-sostenn fil-livell kemm nazzjonali u kemm sub-nazzjonali.

2. Il-kejlijiet ekwivalenti ta' sostenn ipprovvduti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tas-sussidju speċifiku għall-prodott għall-prodotti agrikoli kollha qrib daqs kemm prattikabbli mal-punt ta' l-ewwel bejgħ li jiċievi s-sostenn bil-prezz tas-suq u li għalih il-kalkolu tal-komponent ta' l-AMS tas-sostenn bil-prezz tas-suq ma jkunx prattikabbli. Għal dawn il-prodotti agrikoli bażiċi, il-kejlijiet ekwivalenti tas-sostenn bil-prezz tas-suq għandhom isiru billi jintużaw l-prezz amministrat applikat u l-kwantità tal-produzzjoni eliġibbli li tirċievi dan il-prezz jew, meta dan ma jkunx prattikabbli, fuq il-ħruġ mill-estimi finanzjarji wżat sabiex jinżamm il-prezz tal-produttur.

3. Meta l-prodotti agrikoli bażiċi li jidħlu fil-paragrafu 1 ikunu s-suġġett ta' ħlasijiet diretti mhux eżentati jew ta' kull prodott ieħor speċifiku għall-prodott mhux eżentat mill-impenn tat-tnaqqis, il-bażi għall-kejlijiet ekwivalenti ta' sostenn li jirrigwarda dawn il-miżuri għandu jkun il-kalkoli bħal għall-komponenti korrisponenti ta' l-AMS (speċifikati fil-paragrafi minn 10 sa 13 ta' l-Anness 3).

4. Il-kejlijiet ekwivalenti ta' sostenn għandhom jiġu kkalkolati fuq l-ammont tas-sussidju qrib daqs kemm prattikabbli għall-punt ta' l-ewwel bejgħ tal-prodott agrikolu bażiku interessat. Għandhom jiġu inklużi miżuri diretti lejn il-proċessuri agrikoli safejn u sakemm dawn il-miżuri jibbenefikaw lill-produtturi tal-prodotti agrikoli bażiċi. Il-ġbir tat-taxxi (levies) jew il-piżijiet agrikoli speċifii mħallsa mill-produtturi għandhom inaqqsu l-kejlijiet ekwivalenti ta' sostenn b'ammont korrispondenti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 5

IT-TRATTAMENT SPEĊJALI RIGWARD IL-PARAGRAFU 2 TA' L-ARTIKOLU 4

It-Taqsima A

1. Id-disposizzjoniiet tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4 ma għandhomx japplikaw b'effett mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO rigward kull prodott agrikolu primarju u l-prodotti maħduma u/jew imħejjija tiegħu ("il-prodotti ddeżinjati") li magħhom jikkonformaw il-kondizzjonijiet li ġejjin (minn issa ‘l qudiem imsejħa "trattament speċjali"):

(a) l-importazzjonijiet tal-prodotti ddeżinjati kienu jikkonsistu minn inqas minn 3 % tal-konsum domestiku korrispondenti fil-perjodu bażiku taż-żmien mis-sena 1987 sas-sena 1988 ("il-perjodu bażi taż-żmien");

(b) l-ebda sussidji għall-esportazzjoni ma jkunu ġew ipprovvduti mill-bidu tal-perjodu bażi taż-żmien għall-prodotti ddeżinjati;

(ċ) il-miżuri li jirrestrinġu l-produzzjoni effettivi jiġu applikati għall-prodott agrikolu pimarju;

(d) dawn il-prodotti huma ddeżinjati bis-simbolu "ST"-L-Anness 5' fit-Taqsima I-B tal-Parti I ta' l-Iskeda ta' Membru annessa mal-Protokoll ta' Marrakesh, bħala li jkunu bla ħsara għat-trattament speċjali li jirrifletti fatturi ta' interess mhux kummerċjali, bħalma huma s-sigurtà fl-ikel u l-protezzjoni ta' l-ambjent; u

(e) l-opportunitajiet għall-aċċess minimu rigward il-prodotti ddeżinjati jikkorrispondu, kif speċifikat fit-Taqsima I-B tal-Parti I ta' l-Iskeda tal-Membru interessat, għal 4 fil-mija tal-konsum domestiku tal-pejodu bażi taż-żmien tal-prodotti ddeżinjati mill-bidu ta' lewwel sena ta' l-implimentazzjoni tal-perjodu taż-żmien u, wara dan, jiġu miżjuda b'0,8 fil-mija tal-konsum dometiku korrispondenti kull sena fil-perjodu bażi taż-żmien għall-bqija tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni.

2. Fil-bidu ta' kull sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni Membru jista' jieqaf milli japplika t-trattament speċjali rigward il-prodotti ddeżinjati billi jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6. F'dan il-każ, il-Membru interessat għandu jżomm l-opportunitajiet għall-aċċess minimu diġà f'effett f'dan iż-żmien u jżid l-opportunitajiet għall-aċċess minimu b'0,4 fil-mija tal-konsum domestiku korrispondenti kull sena fil-perjodu bażi taż-żmien għall-bqija tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni. Wara dan, il-livell ta' l-opportunitajiet għall-aċċess minimu li jirriżultaw minn din il-formola fl-aħħar sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni għandhom jinżammu fl-Iskeda tal-Membru interessat.

3. Kull negozjar fuq il-kwistjoni dwar jekk jistax ikun hemm kontinwazzjoni tat-trattament speċjali kif iddikjarat fil-paragrafu 1 wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni għandu jiġi kkompletat ġewwa l-kwadru tal-perjodu taż-żmien innifsu ta' l-implimentazzjoni bħala parti min-negozjati ddikjarati fl-Artikolu 20 ta' dan il-Ftehim, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ta' l-interessi mhux kummerċjali.

4. Jekk, b'riżultat tan-negozjati riferiti fil-paragrafu 3, jiġi miftiehem li Membru jista' jissokta japplika t-trattament speċjali, dan il-Membru għandu jokkonferixxi konċessjoijiet addizzjonali u aċċettabbli kif stabbilit f'dawn in-negozjati.

5. Meta t-trattament speċjali ma jibqax issoktat fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, il-Membru interessat għandu jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6. F'dan il-każ, wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, l-opportunitajiet għall-aċċess minimu għall-prodotti ddeżinjati għandhom jinżammu fil-livell ta' 8 fil-mija tal-konsum domestiku korrispondenti mal-perjodu bażi taż-żmien fl-Iskeda tal-Membru interessat.

6. Il-miżuri ta' fuq il-fruntiera għajr id-dazji ordinarji tad-dwana miżmuma rigward il-prodotti ddeżinjati għandhom isiru bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4 b'effett mill-bidu tas-sena li fiha t-trattament speċjali jieqaf milli japplika. Dawn il-prodotti għandhom ikunu bla ħsara għad-dazji ordinarji tad-dwana, li għandhom ikunu marbuta fl-Iskeda tal-Membru interessat u applikati, mill-bidu tas-sena li fiha jieqaf milli japplika t-trattament speċjali u wara dan, b'dawk ir-rati li jkunu magħmula applikabbli li kieku t-tnaqqis ta' 15 fil-mija kien applikat matul il-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni fi ħlasijiet akkont egwali ta' kull sena. Dawn id-dazji għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-ekwivalenti tat-tariffi li jridu jiġu kkalkolati skond il-linji gwida fl-anness ta' ma' hawn.

It-Taqsima B

7. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4 għandhom japplikaw ukoll b'effett mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO għal prodott agrikolu primarju li jkun il-prodott prinċipali predominanti fid-dieta tradizzjonali ta' pajjiż Membru qiegħed jiżviluppa u li rigward tiegħu jikkonformaw il-kondizzjonijiet li ġejjin, b'żieda ma' dawk speċifikati fil-paragrafu 1minn (a) sa (d), kif japplikaw għall-prodotti interessati:

(a) l-opportunitajiet għall-aċċess minimu rigward il-prodotti interessati, kif speċifikat fit-Taqsima I-B tal-Parti I ta' l-Iskeda tal-pajjiż Membru interessat qiegħed jiżviluppa, jikkorrispondu għal 1 fil-mija tal-konsum domestiku tal-perjodu bażi taż-żmien tal-prodotti interessati mill-bidu ta' l-ewwel sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni u jiġu miżjuda bi ħlasijiet akkont egwali ta' kull sena ta' 2 fil-mija tal-konsum domestiku korrispondenti fil-perjodu bażi taż-żmien mill-bidu tal-ħames sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni. Mill-bidu tas-sitt sena tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, l-opportunitajiet għall-aċċess minimu rigward il-prodotti interessati jikkorrispondu għal 2 fil-mija tal-konsum domestiku korrispondenti fil-perjodu bażi taż-żmien u jiġu miżjuda bi ħlasijiet akkont egwali ta' kull sena għal 4 fil-mija tal-konsum domestiku korrispondenti fil-perjodu bażi taż-żmien sal-bidu tal-għaxar sena. Wara dan, il-livell ta' l-opportunitajiet għall-aċċess minimu li jirriżultaw minn din il-formola fl-aħħar tal-għaxar sena għandhom jinżammu fl-Iskeda tal-pajjiż Membru interessat qiegħed jiżviluppa.

(b) l-opportunitajiet approprjati għall-aċċess għas-suq ikunu ġew ippovvduti fi prodotti oħra skond dan il-Ftehim.

8. Kull negozjar dwar il-kwistjoni jekk jixtax ikun hemm kontinwazzjoni tat-trattament speċjali ddikjarat fil-paragrafu 7 wara t-tmiem tal-għaxar sena wara l-bidu tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni għandu jiġi mibdi u kkompletat ġewwa l-kwadru taż-żmien tal-għaxar sena nfisha wara l-bidu tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni.

9. Jekk, b'riżultat tan-negozjati riferiti fil-paragrafu 8, jiġi miftiehem li Membru jista' jissokta japplika t-trattament speċjali, dan il-Membru għandu jokkonferixxi konċessjoijiet addizzjonali u aċċettabbki kif stabbilit f'dawn in-negozjati.

10. Fl-eventwalità li t-trattament speċjali skond il-paragrafu 7 ma jridx jiġi ssoktat lil hemm mill-għaxar sena wara l-bidu tal-perjodu taż-żmien ta' l-implimentazzjoni, il-prodotti interessati għandhom ikunu bla ħsara għad-dazji ordinarji tad-dwana, stabbiliti fuq il-bażi ta' ekwivalenti għat-tariffi li jridu jiġu kkalkolati skond il-linji gwida stabbiliti fl-anness ta' magħhom, li għandhom ikunu marbuta fl-Iskeda tal-Membru interessat. F'rigwardi oħra, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 kif immodifikati bit-trattament speċjali u differenzali rilevanti kkonferiti skond dan il-Ftehim fuq il-pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw.

--------------------------------------------------

Iż-żidiet annessi ma' l-Anness 5

Il-Linji Gwida għall-Kalkolu ta' l-Ekwivalenti tat-Tariffi għall-Għan Speċifiku Speċifikat fil-paragrafi minn 6 sa 10 ta' dan l-Anness.

1. Il-kalkolu ta' l-ekwivalenti tat-tariffi, sewwa jekk espressi ad valorem u sewwa jekk rati speċifiċi, għandhom isiru billi tintuża d-differenza attwali bejn il-prezzijiet interni u esterni f'manjiera trasparenti. L-informazzjoni wżata għandha tkun għas-snin mill-1986 sa l-1988, L-ekwivalenti tat-tariffi:

(a) għandhom jiġu stabbiliti primarjament fil-livell ta' erba' ċifri tal-HS;

(b) għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta' sitt ċifrt jew livell iktar iddettaljat tal-HS kulmeta approprjat;

(ċ) għandhom jiġu stabbiliti b'mod ġenerali għall-prodotti maħduma u/jew imħejjija billi jiġu mmoltiplikati l-ekwivalenti tat-tariffi għall-prodott/i agrikolu/i primarju/i bil-porporzjon/ijiet f'termini ta' valur jew f'termini fiżikali kif approprjat tal-prodott/i agrikolu/i pimarju/i fil-prodotti maħduma u/jew imħejjija, u jqisu, meta approprjat, kull element aaddizzjonali li korrentement jipprovdi protezzjoni lill-industrija.

2. Il-prezzijiet esterni għandhom ikunu, b'mod ġenerali, il-valuri attwali medji c.i.f. ta' l-unità tal-pajjiż importatur. Meta ma jkunux disponibbli jew approprjati l-valuri medji c.i.f. ta' l-unità, il-prezzijiet esterni għandhom ikunu jew:

(a) il-valuri medji c.i.f. approprjati ta' l-unità ta' pajjiż qrib; jew

(b) stmati mill-valuri medji f.o.b. ta' l-unità ta' esportatur/i maġġur/i approprjat/i aġġustat/i billi tiżdied stima ta' l-assigurazzjoni, tat-tagħbija u spejjeż oħra rilevanti lill-pajjiż importatur.

3. Il-prezzijiet esterni għandhom b'mod ġenerali jiġu kkonvertiti fil-muniti korrenti domestiċi billi tintuża r-rata medja annwali tal-kambju fis-suq għall-istess perjodu taż-żmien bħall-informazzjoni dwar il-prezz.

4. Il-prezz intern għandu b'mod ġenerali jkun il-prezz bl-ingrossa rappreżentativ li jkun jirregola fis-suq domestiku jew stima ta' dan il-prezz meta ma' tkunx disposnibbli l-informazzjoni adegwata.

5. L-ekwivalenti inizjali tat-tariffi jistgħu jiġu aġġustati, meta meħtieġ, sabiex iqisu d-differenzi fil-kwalità u l-varjetà bl-użu ta' koeffiċjent approprjat.

6. Meta ekwivalenti ta' tariffa li jirriżulta minn dawn il-linji gwida jkun negattiv jew iktar baxx mir-rata marbuta korrenti, l-ekwivakenti inizjali tat-tariffa jista' jiġi stabbilit skond ir-rata marbuta korrenti jew fuq il-bażi ta' l-offerti nazzjonali għal dan il-prodott.

7. Meta jsir aġġustament għal-livell ta' ekwivalenti ta' tariffa li jkun irriżulta mil-linji gwida ta' hawn fuq, il-Membru interessat għandu jkun jista' jagħti, fuq talba, l-opportunitajiet sħaħ għall-konsultazzjoni bil-ħsieb li jinnegozja soluzzjoniiet approprjati.

--------------------------------------------------