02019R2088 — MT — 09.01.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2019/2088 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317 9.12.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2020/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2020 |
L 198 |
13 |
22.6.2020 |
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
20.12.2023 |
REGOLAMENT (UE) 2019/2088 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta' Novembru 2019
dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji dwar trasparenza fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-kunsiderazzjoni ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-proċessi tagħhom u l-għoti ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fir-rigward ta' prodotti finanzjarji.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser:
impriża tal-assigurazzjoni li tagħmel disponibbli prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni (IBIP);
ditta tal-investiment li tipprovdi mmaniġġar ta' portafolji;
istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORP);
manifattur ta' prodott tal-pensjoni;
maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM);
fornitur ta' prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew (PEPP);
maniġer ta’ fond kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju rreġistrat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;
maniġer ta’ fond kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali rreġistrat skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;
kumpannija maniġerjali ta' impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (kumpannija maniġerjali ta' UCITS); jew
istituzzjoni ta' kreditu li tipprovdi mmaniġġar ta' portafolji;
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/138/KE;
“prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni” jew “IBIP” tfisser:
prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); jew
prodott tal-assigurazzjoni, li hu magħmul disponibbli għal investitur professjonali u, li joffri valur fil-maturità jew valur ta' ċessjoni li jkunu kompletament jew parzjalment esposti, direttament jew indirettament, għaċ-ċaqliq tas-suq;
“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv” jew “AIFM” tfisser AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
“immaniġġar ta’ portafoll” tfisser immaniġġar ta’ portafoll kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” jew “IORP” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali awtorizzata jew irreġistrata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 ħlief istituzzjoni li fir-rigward tagħha Stat Membru ikun għażel li japplika l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva jew istituzzjoni li topera skemi tal-pensjoni li flimkien ikollhom anqas minn 15-il membru b'kollox;
“prodott tal-pensjoni” tfisser:
prodott tal-pensjoni kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014; jew
prodott tal-pensjoni individwali kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;
“Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew” jew “PEPP” tfisser prodott kif imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1238;
“kumpannija maniġerjali ta' UCITS” tfisser:
kumpannija maniġerjali kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE; jew
kumpannija ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE li ma nnominatx kumpannija maniġerjali awtorizzata taħt dik id-Direttiva għall-immaniġġar tagħha;
"konsulent finanzjarju" tfisser:
intermedjarju tal-assigurazzjoni li jipprovdi parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' IBIPs;
impriża tal-assigurazzjoni li tipprovdi konsulenza dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' IBIPs;
istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi konsulenza ta' investiment;
ditta tal-investiment li tipprovdi parir dwar l-investiment;
AIFM li jipprovdi konsulenza dwar l-investiment skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/61/UE; jew
kumpannija maniġerjali tal-UCITS li tipprovdi parir dwar l-investiment skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;
“prodott finanzjarju” tfisser:
portafoll immaniġġat skont il-punt (6) ta’ dan l-Artikolu;
fond ta’ investiment alternattiv (AIF);
IBIP;
prodott tal-pensjoni;
skema tal-pensjoni;
UCITS; jew
PEPP;
“fondi ta’ investiment alternattiv” jew “AIFs” tfisser AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
“skema tal-pensjoni” tfisser skema tal-pensjoni kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
“impriża ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli” jew “UCITS” tfisser impriża awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;
“parir dwar l-investiment” tfisser parir dwar investiment kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
“investiment sostenibbli” tfisser investiment f’attività ekonomika li jikkontribwixxi għal objettiv ambjentali, bħal dawk imkejla, pereżempju, b’indikaturi ewlenin tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi dwar l-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-materja prima, l-ilma u l-art, dwar il-produzzjoni tal-iskart, u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, jew dwar l-impatt fuq il-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari; jew investiment f'attività ekonomika li jikkontribwixxi għal objettiv soċjali, b’mod partikolari investiment li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanza jew li jrawwem il-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali u r-relazzjonijiet industrijali, jew investiment fil-kapital uman jew f’komunitajiet ekonomikament jew soċjalment żvantaġġati, dment li tali investimenti ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil xi wieħed minn dawk l-objettivi u li l-kumpanniji destinatarji ta’ investiment isegwu prattiki ta' governanza tajbin, b'mod partikolari fir-rigward ta’ strutturi ta' maniġġar b'saħħithom, relazzjonijiet mal-impjegati, remunerazzjoni tal-persunal u konformità tat-taxxa;
“investitur professjonali” tfisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;
“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;
“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
“parir dwar l-assigurazzjoni” tfisser konsulenza kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
"riskju għas-sostenibbiltà" tfisser avveniment jew kundizzjoni ambjentali, soċjali jew ta' governanza li, jekk dawn iseħħu, jistgħu jikkawżaw impatt attwali jew potenzjali negattiv fuq il-valur tal-investiment;
"fond Ewropew tal-investiment fuq terminu twil" jew "ELTIF" tfisser fond awtorizzat skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/760;
“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser materji ambjentali, soċjali u dwar impjegati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u materji fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Artikolu 2a
Il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”
Artikolu 3
Trasparenza tal-politiki dwar ir-riskju għas-sostenibbiltà
Artikolu 4
Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ entità
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom:
fejn iqisu l-impatti avversi prinċipali ta' deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, dikjarazzjoni dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta fir-rigward ta’ dawk l-impatti, b'kont meħud kif dovut tad-daqs, in-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom u t-tipi ta’ prodotti finanzjarji li huma jagħmlu disponibbli; jew
fejn ma jqisux impatti avversi ta' deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, raġunijiet ċari għaliex ma jagħmlux dan, inkluża, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk u meta huma għandhom l-intenzjoni li jikkunsidraw tali impatti avversi.
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu fl-informazzjoni pprovduta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 mill-inqas dan li ġej:
informazzjoni dwar il-politiki tagħhom dwar l-identifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-impatti u l-indikaturi avversi prinċipali għas-sostenibbiltà;
deskrizzjoni tal-impatti avversi prinċipali għas-sostenibbiltà u ta' kwalunkwe azzjoni relatata magħhom, meħuda jew, fejn rilevanti, ippjanata;
sommarji qosra tal-politiki ta’ involviment skont l-Artikolu 3g tad-Direttiva 2007/36/KE, fejn applikabbli;
referenza għall-konformità tagħhom ma’ kodiċijiet responsabbli ta’ kondotta kummerċjali u standards rikonoxxuti internazzjonalment għad-diliġenza dovuta u r-rappurtar u, fejn rilevanti, il-grad ta’ allinjament tagħhom mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi.
Il-konsulenti finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom:
informazzjoni dwar jekk, b'kont meħud kif dovut tad-daqs, in-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom u t-tipi ta' prodotti finanzjarji li dwarhom jagħtu pariri, jikkunsidrawx fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni l-impatti avversi prinċipali fuq il-fatturi ta’ sostenibbiltà; jew
informazzjoni għalfejn ma jqisux impatti avversi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni, u, fejn rilevanti, inkluża informazzjoni dwar jekk u meta huma għandhom l-intenzjoni li jikkunsidraw tali impatti avversi.
L-ESAs għandhom, fejn rilevanti, ifittxu l-kontribut tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5
Trasparenza tal-politiki ta' remunerazzjoni b'rabta mal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà
Artikolu 6
Trasparenza tal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta’ dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali:
il-mod kif jiġu integrati riskji għas-sostenibbiltà fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' investiment; u
ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatti probabbli ta' riskji għas-sostenibbiltà fuq ir-rendimenti tal-prodotti finanzjarji li huma jagħmlu disponibbli.
Fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqisu li r-riskji għas-sostenibbiltà mhumiex rilevanti, id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u konċiża tar-raġunijiet għal dan.
Il-konsulenti finanzjarji għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta’ dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali:
il-mod kif jiġu integrati riskji għas-sostenibbiltà fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni, u
ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatti probabbli ta' riskji għas-sostenibbiltà fuq ir-rendimenti tal-prodotti finanzjarji li dwarhom jagħtu pariri.
Fejn il-konsulenti finanzjarji jqisu li r-riskji għas-sostenibbiltà mhumiex rilevanti, id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u konċiża tar-raġunijiet għal dan.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ddivulgata b’dan il-mod:
għall-AIFMs, fid-divulgazzjonijiet lill-investituri msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
għall-impriżi tal-assigurazzjoni, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jew, fejn rilevanti, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
għall-IORPs, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
għall-maniġers ta' fondi kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;
għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;
għall-manifatturi ta’ prodotti tal-pensjoni, bil-miktub, fi żmien sew qabel investitur fil-livell tal-konsumatur ikun marbut minn kuntratt relatat ma’ prodott tal-pensjoni;
għall-kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;
għad-ditti ta’ investiment li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolji jew jipprovdu parir dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;
għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolji jew jipprovdu parir dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;
għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni u impriżi tal-assigurazzjoni li jipprovdu parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' prodotti tal-pensjoni esposti għal fluttwazzjonijiet tas-suq, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
għall-AIFMs ta' ELTIFs, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/760;
għall-fornituri tal-PEPPs, fid-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2019/1238.
Artikolu 7
Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ prodotti finanzjarji
Sat-30 ta’ Diċembru 2022, għal kull prodott finanzjarju, fejn parteċipant fis-suq finanzjarju japplika l-punt (a) tal-Artikolu 4(1) jew l-Artikolu 4(3) jew (4), id-divulgazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom jinkludu dan li ġej:
spjegazzjoni ċara u motivata dwar jekk u, fil-każ li jkun hekk, kif prodott finanzjarju jikkunsidra impatti avversi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà;
dikjarazzjoni li hemm informazzjoni dwar impatti avversi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà disponibbli fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 11(2).
Fejn l-informazzjoni fl-Artikolu 11(2) tinkludi kwantifikazzjonijiet ta' impatti avversi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, dik l-informazzjoni tista’ tiddependi fuq id-dispożizzjonijiet tal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 4(6) u (7).
Artikolu 8
Trasparenza tal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
Fejn prodott finanzjarju jippromwovi, fost karatteristiċi oħra, karatteristiċi ambjentali jew soċjali, jew taħlita ta’ dawk il-karatteristiċi, dment li l-kumpanniji li fihom isiru l-investimenti jsegwu prattiki ta’ governanza tajba, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tinkludi dawn li ġejjin:
informazzjoni dwar kif dawk il-karatteristiċi jiġu sodisfatti;
jekk ġie indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, informazzjoni dwar jekk u kif dan l-indiċi huwa konsistenti ma' dawk il-karatteristiċi.
Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi ta’ bejniethom kif ukoll l-għan li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi.
L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi bejniethom kif ukoll l-objettiv li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi u, fejn meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament.
L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 9
Trasparenza ta' investimenti sostenibbli f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
Fejn prodott finanzjarju jkollu investiment sostenibbli bħala l-objettiv tiegħu u jiġi indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:
informazzjoni dwar kif l-indiċi indikat huwa allinjat ma’ dak l-objettiv;
spjegazzjoni għaliex u kif dak l-indiċi indikat allinjat ma’ dak l-objettiv huwa differenti minn indiċi wiesa’ tas-suq.
B'deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn l-ebda Parametru Referenzjarju tat-Transizzjoni tal-Klima tal-UE jew Parametru Referenzjarji tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) ma jkun disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-isforz kontinwu biex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju jiġi żgurat bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi kontra t-tisħin globali.
Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, L-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u d-differenzi ta’ bejniethom kif ukoll l-għan li divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi, u konċiżi.
L-ESAs għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu u d-differenzi bejniethom kif ukoll l-objettiv li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi u, fejn meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament.
L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 10
Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli fuq siti web
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 9(1), (2) u (3):
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-objettiv ta' investiment sostenibbli;
informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex jiġu vvalutati, imkejla u ssorveljati l-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-impatt tal-investimenti sostenibbli magħżula għall-prodott finanzjarju, inklużi s-sorsi ta’ data tiegħu, il-kriterji ta’ skrinjar għall-assi sottostanti u l-indikaturi rilevanti ta’ sostenibbiltà użati biex jitkejlu l-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jew l-impatt sostenibbli globali tal-prodott finanzjarju;
l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9;
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11.
L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun ċara, konċiża u tinftiehem mill-investituri. Għandha tiġi ppubblikata b’tali mod li tkun preċiża, ġusta, ċara, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiża u f’parti tas-sit web li tkun prominenti u aċċessibbli b'mod faċli.
Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 1 u d-differenzi bejniethom. L-ESAs għandhom jaġġornaw l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji u teknoloġiċi.
L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 11
Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli f'rapporti perjodiċi
Fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli prodott finanzjarju kif msemmi fl-Artikolu 8(1) jew fl-Artikolu 9(1), (2) jew (3), huma għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ dawn li ġejjin fir-rapporti perjodiċi:
għal prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), sa liema punt il-karatteristiċi ambjentali jew soċjali jintlaħqu;
għal prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), (2) jew (3):
l-impatt globali relatat mas-sostenibbiltà tal-prodott finanzjarju permezz ta’ indikaturi rilevanti ta' sostenibbiltà; jew
fejn indiċi jintgħażel bħala parametru referenzjarju, paragun bejn l-impatt globali, relattivament għas-sostenibbiltà, tal-prodott finanzjarju mal-impatti tal-indiċi indikat u ta' indiċi tas-suq wiesa’ permezz ta' indikaturi tas-sostenibbiltà;
għal prodott finanzjarju soġġett għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/852, l-informazzjoni meħtieġa taħt dak l-Artikolu; u
għal prodott finanzjarju soġġett għall-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/852, l-informazzjoni meħtieġa taħt dak l-Artikolu.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi divulgata b’dan il-mod:
għall-AIFMs, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE;
għall-impriżi tal-assigurazzjoni, kull sena bil-miktub skont l-Artikolu 185(6) tad-Direttiva 2009/138/KE;
għall-IORPs, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;
għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;
għall-manifatturi ta’ prodotti tal-pensjoni, bil-miktub fir-rapport annwali jew f'rapport skont il-liġi nazzjonali;
għall-kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;
għad-ditti ta' investiment li jipprovdu mmaniġġar ta' portafolji, f'rapport perjodiku kif imsemmi fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;
għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li jipprovdu mmaniġġar ta' portafolji, f'rapport perjodiku kif imsemmi fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;
għall-fornituri tal-PEPPs, fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2019/1238.
Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom u d-differenzi bejniethom. L-ESAs għandhom jaġġornaw l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji u teknoloġiċi.
L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom u d-differenzi bejniethom u, fejn meħtieġ, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament. L-ESAs għandhom jaġġornaw l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.
L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 12
Rieżami ta’ divulgazzjonijiet
Artikolu 13
Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 14
Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 15
Trasparenza mill-IORPs u intermedjarji tal-assigurazzjoni
Artikolu 16
Prodotti tal-pensjoni koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009
Artikolu 17
Eżenzjonijiet
Artikolu 18
Rapport
L-ESAs għandhom jevalwaw il-firxa tal-iżvelar volontarju skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 7(1). Sal-10 ta’ Settembru 2022 u kull sena sussegwentement, l-ESAs għandhom jippreżentaw rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki u jagħmlu rakkomandazzjonijiet favur standards ta’ rappurtar volontarju. Dak ir-rapport annwali għandu jikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-prattiki ta' diliġenza dovuta għad-divulgazzjonijiet taħt dan ir-Regolament u għandu jipprovdi gwida dwar din il-materja. Dak ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 18a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju, skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jispeċifikaw:
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ASE għandhom jivvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u jwettqu testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-fini.
L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 19
Evalwazzjoni
Sat-30 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha b’mod partikolari tikkunsidra:
jekk ir-referenza għan-numru medju ta’ impjegati fl-Artikolu 4(3) u (4) għandhiex tinżamm, jew tiġi sostitwita jew tkun akkumpanjata minn kriterji oħrajn, u għandha tikkunsidra l-benefiċċji u l-proporzjonalità tal-piż amministrattiv relatat;
jekk il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament huwiex ostakolat min-nuqqas ta’ data jew mill-kwalità subottimali tagħhom, inklużi indikaturi dwar impatti avversi fuq fatturi ta' sostenibbiltà minn kumpanniji li jsir investiment fihom.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
l-Artikoli 4(6) u (7), 8(3), 9(5), 10(2), 11(4) u 13(2) għandhom japplikaw mid-29 ta’ Diċembru 2019;
l-Artikoli 2a, 8(4), 9(6) u 11(5) għandhom japplikaw mit-12 ta’ Lulju 2020;
l-Artikoli 8(2a) u 9(4a) għandhom japplikaw:
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, mill-1 ta’ Jannar 2022; u
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, mill-1 ta’ Jannar 2023;
l-Artikolu 11(1), (2) u (3) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
( 2 ) Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
( 3 ) Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).