02016R1675 — MT — 16.07.2023 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1675

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 254 20.9.2016, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/105 tas-27 ta' Ottubru 2017

  L 19

1

24.1.2018

 M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/212 tat-13 ta' Diċembru 2017

  L 41

4

14.2.2018

 M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1467 tas-27 ta' Lulju 2018

  L 246

1

2.10.2018

 M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/855 tas-7 ta’ Mejju 2020

  L 195

1

19.6.2020

 M5

IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/37 tas-7 ta’ Diċembru 2020

  L 14

1

18.1.2021

 M6

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/229 tas-7 ta’ Jannar 2022

  L 39

4

21.2.2022

 M7

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/410 tad-19 ta’ Diċembru 2022

  L 59

3

24.2.2023

►M8

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1219 tas-17 ta’ Mejju 2023

  L 160

1

26.6.2023




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1675

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-lista ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni (“pajjiżi terzi b'riskju kbir”) hija stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.




ANNESS

Pajjiżi terzi b'riskju kbir

I.   Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli bil-miktub sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u li żviluppaw pjan ta' azzjoni mal-FATF.

▼M8



Nru

Pajjiż terz b’riskju kbir (1)

1

L-Afganistan

2

Barbados

3

Il-Burkina Faso

4

Il-Gżejjer Cayman

5

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

6

Ġibiltà

7

Il-Haïti

8

Il-Ġamajka

9

Il-Ġordan

10

Il-Mali

11

Il-Mozambique

12

Il-Myanmar

13

In-Niġerja

14

Il-Panama

15

Il-Filippini

16

Is-Senegal

17

L-Afrika t’Isfel

18

Is-Sudan t’Isfel

19

Is-Sirja

20

It-Tanzanija

21

Trinidad u Tobago

22

L-Uganda

23

L-Emirati Għarab Magħquda

24

Vanuatu

25

Il-Jemen

(1)   

Mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni legali tar-Renju ta’ Spanja fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni b’rabta mat-territorju ta’ Ġibiltà.

▼B

II.   Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u ddeċidew li jfittxu assistenza teknika fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FATF, li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF.



Nru

Pajjiż terz b'riskju kbir

1

L-Iran

III.   Pajjiżi terzi b'riskju kbir li jirrappreżentaw riskji attwali u sostanzjali ta' ħasil tal-flus u finanzjament ta' terroristi, wara li repetutament naqsu milli jindirizzaw in-nuqqasijiet idenitifikati u li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF



Nru

Pajjiż terz b'riskju kbir

1

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)