ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.164.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
26 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 550/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 551/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi VI u VII tiegħu (deroga għas-surfactants) ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jiftaħ sejħa għall-offerti speċifika għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ qamħirrum minn ħsad ta’ qabel dak tas-sena tas-suq 2007/2008, miżmum mill-aġenzija tal-intervent Ungeriża

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 dwar il-kwoti tat-tariffi għal ċerti nbejjed li joriġinaw fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 556/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

38

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn mill-1 ta’ Lulju 2009 u sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 412/2008 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

39

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

40

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta’ żvelar għal kumpaniji ta’ daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati ( 1 )

42

 

*

Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Tfassil mill-ġdid) ( 1 )

45

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/70/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit bħala sustanzi attivi ( 1 )

59

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/492/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn Fond Fiduċjarju 911100MTF/INT/003/KEE (TFEU 970089129) għall-għajnuna fil-kampanja kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer ’il barra mill-Komunità

64

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 550/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

53,0

MK

21,6

TR

82,5

ZZ

52,4

0707 00 05

JO

156,8

MK

23,0

TR

108,9

ZZ

96,2

0709 90 70

TR

103,7

ZZ

103,7

0805 50 10

AR

66,2

BR

104,3

TR

54,9

ZA

59,9

ZZ

71,3

0808 10 80

AR

73,6

BR

94,4

CL

94,9

CN

91,3

NZ

108,0

US

134,0

UY

61,5

ZA

77,5

ZZ

91,9

0809 10 00

TR

232,3

US

172,2

ZZ

202,3

0809 20 95

TR

323,9

US

377,7

ZZ

350,8

0809 30

TR

147,8

US

175,8

ZZ

161,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 551/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi VI u VII tiegħu (deroga għas-surfactants)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-diterġenti (1), b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jiżgura l-moviment ħieles fis-suq intern tad-diterġenti, u tas-surfactants tad-deterġenti, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi, fost oħrajn, livell għoli ta’ ħarsien ambjentali billi jistipula rekwiżiti għall-bijodegradabilità finali tas-surfactants li jintużaw fid-diterġenti.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikoli 5, 6 u 9 tar-Regolament jipprovdu mekkaniżmu li permezz tiegħu s-surfactants li ma jissodisfawx ir-rekwiżit imsemmi hawn fuq dwar il-bijodegradabilità finali, ikunu jistgħu jingħataw deroga għall-użu f’applikazzjonijiet industrijali jew istituzzjonali speċifiċi sakemm dawk l-applikazzjonijiet ikunu jikkostitwixxu użu b’livell baxx ta’ tixrid u li r-riskju assoċjat lill-ambjent ikun żgħir meta mqabbel mal-benefiċċju soċjo-ekonomiku.

(3)

Ir-Regolament jistipula li r-riskju lill-ambjent jiġi evalwat permezz ta’ stima komplementari tar-riskju, deskritta fl-Anness IV, li ssir mill-manifattur tas-surfactant u tingħata lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għall-evalwazzjoni.

(4)

Is-surfactants li jingħataw deroga għandhom jitniżżlu fl-Anness V tar-Regolament. Dawk li ma tingħatalhomx deroga għandhom jitniżżlu fl-Anness IV tar-Regolament.

(5)

Id-derogi għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implimentazzjoni ta’ poteri mogħtija lill-Kummissjoni (2).

(6)

Saret talba għal deroga għas-surfactant bl-isem IUPAC (3)“alcohols, Guerbet, C16-20, ethoxylated, n-butyl ether (7-8EO)”, magħruf ukoll bl-isem kummerċjali “Dehypon G 2084”, bin-numru CAS (4) 147993-59-7, għall-użu fi tliet applikazzjonijiet industrijali, li huma: il-ħasil tal-fliexken, il-ħasil fuq il-post u l-ħasil tal-metall.

(7)

It-talba għal deroga ġiet evalwata mill-awtorità kompetenti Ġermaniża skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 5 tar-Regolament. It-talba nstabet li tissodisfa t-tliet kundizzjonijiet rikjesti fl-Artikolu 6. L-ewwel nett, it-tliet użi msemmija huma applikazzjonijiet b’livell ta’ tixrid baxx. It-tieni, l-applikazzjonijiet huma applikazzjonijiet industrijali speċifiċi. It-tielet, ma hemmx riskju lill-ambjent billi s-surfactant innifsu mhuwiex ta’ riskju u l-metaboliti mhumiex persistenti.

(8)

It-tliet użi msemmija tqiesu li huma applikazzjonijiet b’livell baxx ta’ tixrid fid-dawl tal-konsum annwali totali tas-surfactant u fid-dawl tal-użu esklussiv tas-surfactant f’tipi speċifiċi ta’ installazzjonijiet industrijali.

(9)

Il-konklużjoni li tikkonċerna n-nuqqas ta’ riskju lill-ambjent hija bbażata fuq il-ksib rapidu ta’ grad għoli ta’ bijodegradabilità primarja tas-surfactant u fuq il-bijodegradabilità finali tal-metaboliti tas-surfactant. Il-metaboliti, għalhekk, jissodisfaw l-istess kriterji bħal dawk is-surfactants li għalihom ir-Regolament jiggarantixxi ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq intern.

(10)

Madankollu, il-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tal-leġiżlazzjoni dwar it-tneħħija tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ fid-diterġenti, iddeċieda li jillimita d-deroga għal perjodu ta’ għaxar snin biex iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ surfactants bl-istess effettività iżda li jissodisfaw il-kriterji tal-bijodegradabilità finali u li għalhekk ma jkunux jeħtieġu deroga.

(11)

Preċedentement, is-sustanzi fil-Komunità kienu ġew allokati numru EINECS jew ELINCS. Madankollu, barra minn hekk, madwar 700 sustanza li qabel kienu identifikati bħala polimeri ġew rikonoxxuti bħala non-polimeri u ngħataw numri NLP (No-Longer Polymer - Mhux Iktar Polimeru). In-numri EINECS, ELINCS u NLP issa huma magħrufa kollettivament bħala “numri KE” u l-intestaturi korrispondenti fit-tabelli fl-Anness V u VI għandhom jinbidlu biex jirriflettu n-nomenklatura l-ġdida.

(12)

L-Annessi VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Diterġenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Anness V jinbidel bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness VI jinbidel bit-test li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(3)  International Union of Pure and Applied Chemistry (Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata).

(4)  Chemicals Abstracts Service (Servizz tal-Astratti Kimiċi).


ANNESS I

“ANNESS V

LISTA TA’ SURFACTANTS LI KISBU DEROGA

B’deroga mogħtija skont l-Artikoli 4-6 u skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(2), is-surfactants tad-diterġenti li ġejjin, li għaddew mit-testijiet stipulati fl-Anness II, iżda li m’għaddewx mit-testijiet stipulati fl-Anness III, jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw skont il-limitazzjonijiet imsemmija hawn taħt.

Isem tan-nomenklatura IUPAC

In-Numru KE

Numru CAS

Limitazzjonijiet

Alcohols, Guerbet, C16-20, ethoxylated, n-butyl ether (7-8EO)

Xejn (polimeru)

147993-59-7

Jista’ jintuża fl-applikazzjonijiet industrijali li ġejjin sas-27 ta’ Ġunju 2019:

ħasil tal-fliexken

ħasil fil-post

tindif tal-metalli

In-‘numru KE’ jfisser in-numru EINECS, ELINCS jew NLP u huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea.

‘EINECS’ hija l-European Inventory of Existing Commercial Chemical Substances (l-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti). Dan l-inventarju fih il-lista definittiva tas-sustanzi kollha meqjusa li kienu fis-suq tal-Komunità fit-18 ta’ Settembru 1981. In-numru EINECS jista’ jinkiseb mill-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (1).

‘ELINCS’ hija l-European List of Notified Chemical Substances (il-Lista Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi Notifikati). In-numru ELINCS jista’ jinkiseb mil-Lista Ewropea tas-Sustanzi Notifikati, kif emendata (2).

‘NLP’ tfisser No-Longer Polymer (Mhux Iktar Polimeru). It-terminu polimeru huwa definit fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). In-numru NLP jista’ jinkiseb mil-lista ta’ ‘Mhux Iktar Polimeri’, kif emendata (4).


(1)  ĠU C 146 A, 15.6.1990, p. 1.

(2)  Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2006, ISSN 1018-5593 EUR 22543 EN.

(3)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif korrett mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(4)  Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007, ISSN 1018-5593 EUR 20853 EN/3.”


ANNESS II

“ANNESS VI

LISTA TA’ SURFACTANTS TA’ DITERĠENTI PROJBITI JEW RISTRETTI

Is-surfactants tad-diterġenti li ġejjin ġew identifikati bħala surfactants li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament:

Isem tan-nomenklatura IUPAC

In-Numru EC

Numru CAS

Limitazzjonijiet

 

 

 

 

In-‘numru KE’ ifisser in-numru EINECS, ELINCS jew NLP u huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea.”


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 552/2009

tat-22 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (2) stabbilixxiet fl-Anness I tagħha r-restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 iħassar u jissostitwixxi d-Direttiva 76/769/KEE b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2009. L-Anness XVII ta' dan ir-Regolament jissostitwixxi l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE.

(2)

L-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprovdi li ma jistgħux jiġu manifatturati, impoġġija fis-suq jew inkella użati sustanzi, taħlitiet jew oġġetti, sakemm dawn ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni stabbilita fir-rigward tagħhom fl-Anness XVII.

(3)

Id-Direttiva 2006/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li temenda għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (perfluorooctane sulfonates (PFOS)) (3) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/139/KE tal-20 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ komposti tal-arseniku bil-għan li l-Anness I tagħha jkun addattat għall-progress tekniku (4) li temenda l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KE, ġew adottati ftit qabel ma kien adottat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f’Diċembru 2006, iżda r-restrizzjonijiet ikkonċernati għadhom ma ġewx inklużi fl-Anness XVII ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, l-Anness XVII għandu jkun emendat biex jinkludi r-restrizzjonijiet li jikkorrespondu għad-Direttivi 2006/122/KE u 2006/139/KE, għaliex inkella r-restrizzjonijiet ikkonċernati jkollhom jiġu revokati fl-1 ta’ Ġunju 2009.

(4)

Skont l-Artikolu 137(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kull emenda għar-restrizzjonijiet adottata skont id-Direttiva 76/769/KEE mill-1 ta’ Ġunju 2007 għandha tkun inkorporata fl-Anness XVII ta' dak ir-Regolament b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2009.

(5)

Id-Direttiva 2007/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta’ ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju (5) ġiet adottata fil-25 ta’ Settembru 2007. Id-Deċiżjoni 1348/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet li jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ 2(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u nitrat tal-ammonja (6) ġiet adottata fis-16 ta’ Diċembru 2008. Ir-restrizzjonijiet ikkonċernati għadhom ma ġewx inklużi fl-Anness XVII ta' dak ir-Regolament. L-Anness XVII għandu jiġi emendat biex jinkorpora r-restrizzjonijiet dwar ċertu apparat ta’ kejl li jkun fih il-merkurju, adottati skont id-Direttiva 2007/51/KE u r-restrizzjonijiet dwar 2(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylene-diphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat tal-ammonja, adottati skont id-Deċiżjoni 1348/2008/KE.

(6)

Għandhom jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet, li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (7).

(7)

Billi d-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u b’mod partikolari l-Anness XVII japplikaw direttament mill-1 ta’ Ġunju 2009, ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu abbozzati b’mod ċar biex l-operaturi u l-awtoritajiet tal-infurzar ikunu jistgħu japplikawhom b’mod korrett. Għalhekk, l-abbozzar tar-restrizzjonijiet għandu jiġi rivedut. It-terminoloġija għall-entrati differenti għandha tkun armonizzata u tkun aktar koerenti mad-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (8) teħtieġ li tagħmir li jkollu PCBs u PCTs jiġi dekontaminat u mormi kemm jista’ jkun malajr filwaqt li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dekontaminazzjoni ta’ apparat li jkollu dawn is-sustanzi. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) 1907/2006 rigward il-PCTs ma għandhiex tinkludi dispożizzjoni dwar tagħmir li jkollu PCTs billi dan hu rregolat b’mod sħiħ bid-Direttiva 96/59/KE.

(9)

Ir-restrizzjonijiet eżistenti għas-sustanzi 2-naphthylamine, benzidine, 4-nitrobiphenyl, 4-aminobiphenyl huma ambigwi billi mhuwiex ċar jekk il-projbizzjoni tikkonċernax biss il-provvista għall-pubbliku ġenerali jew inkella l-provvista għall-utenti professjonali wkoll. Dan għandu jiġi ċċarat. Billi d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi (9) tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura u l-użu ta’ dawk is-sustanzi fuq ix-xogħol, ir-restrizzjonijiet fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 rigward dawk is-sustanzi għandhom ikunu konsistenti mad-Direttiva 98/24/KE.

(10)

Is-sustanzi carbon tetrachloride u 1,1,1-trichloroethane huma ristretti ħafna skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (10). Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jimponi projbizzjoni b’eċċezzjoni għall-carbon tetrachloride, u projbizzjoni sħiħa għal 1,1,1-trichloroethane. Ir-restrizzjonijiet fuq il-carbon tetrachloride u 1,1,1-trichloroethane fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) 1907/2006 huma, għaldaqstant, superfluwi u għandhom jiġu revokati.

(11)

Billi l-merkurju fil-batteriji huwa regolat bid-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (11), id-dispożizzjonijiet dwar il-merkurju fil-batteriji li bħalissa hemm fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma superfluwi u, għaldaqstant, għandhom jiġu revokati.

(12)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-iskart ma għandux ikun ikkunsidrat bħala sustanza, taħlita, jew oġġett fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, billi l-iskart mhuwiex kopert mir-restrizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet fl-Anness XVII tiegħu li jeskludu l-iskart huma żejda u għandhom jiġu revokati.

(13)

Ċerti restrizzjonijiet fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) 1907/2006 għandhom jiġu modifikati biex jitqiesu d-definizzjonijiet ta’ “użu” u “tqegħid fis-suq” li hemm fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

(14)

L-entrata fl-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE dwar il-fibri tal-asbestos kienet tinkludi eżenzjoni għad-dijaframmi li fihom il-chrysotile. Għandu jkun speċifikat li din l-eżenzjoni se tkun riveduta wara l-wasla tar-rapporti li se jkollhom jibagħtu l-Istati Membri li jużaw din l-eżenzjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tad-definizzjoni ta' “tqegħid fis-suq” fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jħallu t-tqegħid fis-suq ta' xi artikoli li fihom fibri ta' din ix-xorta meta l-artikoli kienu diġà ġew installati jew daħlu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 2005, skont kundizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa tal-bniedem.

(15)

Għandu jiġi ċċarat li, għas-sustanzi li kienu inkorporati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bħala konsegwenza tar-restrizzjonijiet adottati fil-qafas tad-Direttiva 76/769/KEE (Entrati 1 sa 58), ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għall-ħażna, iż-żamma, it-trattament, il-mili f’kontenituri, jew għat-trasferiment minn kontenitur għall-ieħor tas-sustanzi għall-esportazzjoni, sakemm ma tkunx ipprojbita l-manifattura tas-sustanzi.

(16)

Kuntrarju għad-Direttiva 76/769/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiddefinixxi t-terminu “oġġett”. Biex ikopri l-istess oġġetti kif previst fir-restrizzjoni oriġinali dwar il-Kadmju, it-terminu “taħlitiet” għandu jkun miżjud f’uħud minn dawn id-dispożizzjonijiet.

(17)

Irid ikun iċċarat li r-restrizzjonijiet inkorporati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ċertu apparat tal-kejl bil-merkurju fih ma japplikawx għall-apparat li jkun qed jintuża diġà fil-Komunità meta tkun daħlet fis-seħħ ir-restrizzjoni.

(18)

Fl-entrati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) 1907/2006 għas-sustanzi diphenylether, id-derivattivi tal-pentabromo u d-derivattivi tad-diphenylether, octabromo, għandu jkun previst li r-restrizzjonijiet ma japplikawx għal oġġetti li jkunu jintużaw diġà fid-data minn meta tkun daħlet fis-seħħ ir-restrizzjoni, billi dawk is-sustanzi kienu inkorporati f’oġġetti li għandhom ċiklu tal-ħajja twil u li jkunu nbiegħu fis-suq ta’ oġġetti użati, bħal ajruplani u vetturi. Barra minn hekk, billi l-użu tas-sustanzi f’tagħmir tal-elettriku u elettroniku huwa regolat bid-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (12) dan ma għandux ikun soġġett għar-restrizzjonijiet ikkonċernati.

(19)

Għandu jkun ċar fir-restrizzjoni ta' nonylphenol u nonylphenol ethoxylate li l-validità ta' awtorizzazzjonijiet nazzjonali eżistenti għall-pestiċidi u l-prodotti bijoċidali li fihom nonylphenol ethoxylate bħala koformulant ma għandhomx jiġu affettwati, kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda għas-26 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (nonylphenol, nonylphenol ethoxylate u siment) (13).

(20)

Għandu jkun iċċarat li r-restrizzjoni inkorporata fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar il-perfluorooctane sulfonates ma tapplikax għal prodotti li kienu jintużaw diġà fil-Komunità meta r-restrizzjoni daħlet fis-seħħ.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 qed ikun emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għanfu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

(3)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 32.

(4)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 94.

(5)  ĠU L 257, 3.10.2007, p. 13.

(6)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 108.

(7)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(8)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31.

(9)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(10)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.

(11)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(13)  ĠU L 178, 17.7.2003, p. 24.


ANNESS

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu qed jinbidel b’dan li ġej:

“Restrizzjonijiet fuq il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ċerti sustanzi, taħlitiet u oġġetti perikolużi”.

(2)

It-tabella li tistabbilixxi l-għażla tas-sustanzi, il-gruppi tas-sustanzi u taħlitiet kif ukoll il-kundizzjonijiet tar-restrizzjoni qed tinbidel b’dan li ġej:

“Għal sustanzi li ġew inkorporati f’dan l-Anness bħala konsegwenza tar-restrizzjonijiet adottati fil-qafas tad-Direttiva 76/769/KEE (Entrati 1 sa 58), ir-restrizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-ħażna, iż-żamma, it-trattament, il-mili f’kontenituri, jew għat-trasferiment minn kontenitur għall-ieħor ta’ dawn is-sustanzi għall-esportazzjoni, sakemm ma tkunx ipprojbita l-manifattura ta’ dawn is-sustanzi.


Kolonna 1

L-għażla tas-sustanza, tal-grupp ta’ sustanzi jew tat-taħlita

Kolonna 2

Kundizzjonijiet tar-restrizzjoni

1.

Polychlorinated terphenyls (PCTs)

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw:

bħala sustanzi,

f’taħlitiet, inkluż żjut użati, jew f’tagħmir, f’konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 50 mg/kg (0,005 % skont il-piż).

2.

Chloroethene (klorur tal-vinil)

CAS Nru 75-01-4

KE Nru 200-831-0

Ma għandux jintuża bħala fjuwil f’erosols għal kwalunkwe użu.

Dispensers tal-erosol li jkollhom is-sustanza bħala fjuwil ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Sustanzi jew taħlitiet likwidi, meqjusin bħala perikolużi skont id-definizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE.

1.

Ma għandhomx jintużaw fi:

oġġetti ornamentali, intiżi biex jipproduċu d-dawl jew effetti koloranti permezz ta’ fażijiet differenti, pereżempju f’bozoz ornamentali u portaċeneri,

bużullotti u ċajt,

logħob għal parteċipant wieħed jew aktar, jew kull oġġett intiż li jintuża bħala tali, anki b’aspetti ornamentali.

2.

L-oġġetti li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Magħandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk dawn ikollhom aġent koloranti, sakemm ikun meħtieġ għal finijiet fiskali jew bħala fwieħa jew għat-tnejn u jekk dawn:

jippreżentaw periklu ta’ aspirazzjoni u jkollhom it-tikketta R65 jew H304, u

jistgħu jintużaw bħala fjuwils f’bozoz dekorattivi, u

ikunu ppakkjati f’kontenituri b’kapaċità ta’ 15-il litru jew inqas.

4.

Bla ħsara għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħra relatati mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet, il-fornituri għandhom jiżguraw qabel ma jqiegħdu fis-suq li l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet koperti mill-paragrafu 3, fejn dawn ikunu intiżi biex jintużaw fil-bozoz, għandhom ikunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqraw u li ma jitħassarx kif ġej:

“Żomm il-bozoz mimlijin b’dan il-likwidu ’l bogħod mit-tfal.”.

4.

Tris (2,3 dibromopropyl) phosphate

CAS Nru 126-72-7

1.

Ma għandhomx jintużaw f’oġġetti tat-tessuti, bħal ilbies, ilbies ta’ taħt u bjankerija, intiżi biex jagħmlu kuntatt mal-ġilda.

2.

L-oġġetti li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

5.

Benżin

CAS Nru 71-43-2

KE Nru 200-753-7

1.

Ma għandux jintuża f’ġugarelli jew f’partijiet ta’ ġugarelli fejn il-konċentrazzjoni ta’ benżin fi stat ħieles tkun iktar minn 5 mg/kg (0,0005 %) tal-piż tal-ġugarell jew parti ta’ ġugarell.

2.

Ġugarelli jew partijiet ta’ ġugarelli li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq, jew tintuża,

bħala sustanza,

bħala kostitwent ta’ sustanzi oħra, jew f’taħlitiet, f’konċentrazzjonijiet ugwali għal, jew iktar minn, 0,1 % skont il-piż.

4.

Madankollu, il-paragrafu 3 ma japplikax għal:

(a)

karburanti tal-magna koperti bid-Direttiva 98/70/KE;

(b)

sustanzi u taħlitiet għall-użu fi proċessi industrijali li ma jippermettux l-emissjoni ta’ benżin fi kwantitajiet ogħla minn dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni eżistenti.

6.

Fibri tal-asbestos

(a)

Crocidolite

CAS Nru 12001-28-4

(b)

Amosite

CAS Nru 12172-73-5

(ċ)

Anthophyllite

CAS Nru 77536-67-5

(d)

Actinolite

CAS Nru 77536-66-4

(e)

Tremolite

CAS Nru 77536-68-6

(f)

Chrysotile

CAS Nru 12001-29-5

CAS Nru 132207-32-0

1.

Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn il-fibri u ta’ oġġetti li jkollhom dawn il-fibri miżjuda intenzjonalment huwa pprojbit.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ dijaframmi li jkollhom il-chrysotile (il-punt (f)) għall-installazzjonijiet eżistenti tal-elettroleżi, sakemm dawn jilħqu t-tmiem tal-ħajja tagħhom, jew sakemm ikun hemm sostituti ħielsa mill-asbestos xierqa, skont liema minn dawn tkun disponibbli l-ewwel.

Sal-1 ta’ Ġunju 2011 l-Istati Membri li jużaw din l-eżenzjoni għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni dwar id-disponibilità ta' sostituti liberi mill-asbestos għall-installazzjonijiet tal-elettrolożi u l-isforzi meħuda għall-iżvilupp ta' alternattivi bħal dawn, fuq il-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiema fl-installazzjonijiet, fuq is-sors u l-kwantitajiet ta' chrysotile, fuq is-sors u l-kwantitajiet ta' dijaframmi li fihom chrysotile u d-data maħsuba għal tmiem l-eżenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan it-tagħrif disponibbli pubblikament.

Wara l-wasla ta' dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija tħejji dossier skont l-Artikolu 69 bil-ħsieb li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dijaframmi li fihom il-chrysotile

2.

L-użu ta’ oġġetti li jkollhom il-fibri tal-asbestos msemmija fil-paragrafu 1 li kienu installati diġà u/jew li kienu fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 2005 għandhom ikomplu jiġu awtorizzati sakemm dawn jintremew jew sakemm dawn jilħqu t-tmiem tal-ħajja tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, jirrestrinġu, jipprojbixxu jew jagħmlu suġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi, l-użu ta’ dawn l-oġġetti qabel ma jintremew jew inkella qabel ma jilħqu t-tmiem tal-ħajja tas-servizz tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' oġġetti fl-intier tagħhom li fihom fibri tal-asbestos imsemmija fil-paragrafu 1 li diġà kienu installati u/jew qegħdin jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 2005, taħt kundizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-miżuri nazzjonali lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2011. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan it-tagħrif disponibbli pubblikament.

3.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ oġġetti li jkollhom dawn il-fibri, kif awtorizzati skont id-derogi preċedenti, għandhom ikunu awtorizzati biss jekk il-fornituri jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li l-oġġetti jkollhom tikketta skont l-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness.

7.

Tris(aziridinyl)phosphinoxide

CAS Nru 545-55-1

KE Nru 208-892-5

1.

Ma għandhomx jintużaw f’oġġetti tat-tessuti, bħal ilbies, ilbies ta’ taħt u bjankerija, intiżi biex jagħmlu kuntatt mal-ġilda.

2.

L-oġġetti li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

8.

Polybromobiphenyls; Polybrominatedbiphenyls (PBB)

CAS Nru 59536-65-1

1.

Ma għandhomx jintużaw f’oġġetti tat-tessuti, bħal ilbies, ilbies ta’ taħt u bjankerija, intiżi biex jagħmlu kuntatt mal-ġilda.

2.

L-oġġetti li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

9.

(a)

Trab tal-Quillaja saponaria

u d-derivattivi tagħha li fihom is-saponini

CAS Nru 68990-67-0

KE 273-620-4

(b)

Trab mill-għeruq tal-Helleborus viridis u tal-Helleborus niger

(ċ)

Trab tal-għeruq tal-Veratrum album u l-Veratrum nigrum

(d)

Benzidine u/jew id-derivattivi tagħha

CAS Nru 92-87-5

KE Nru 202-199-1

(e)

o-Nitrobenzaldehyde

CAS Nru 552-89-6

KE Nru 209-025-3

(f)

Trab tal-injam

1.

Ma għandhomx jintużaw f’bużullotti jew f’ċajtiet jew f’taħlitiet maħsubin biex jintużaw b’dan il-mod, pereżempju bħala kostitwent fi trab tal-għatis jew f’bombi tal-intiena.

2.

Bużullotti u ċajtiet, jew taħlitiet jew oġġetti intiżi biex jintużaw bħala tali, li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Madankollu, il-paragrafi 1 u 2 ma japplikax għal bombi tal-intiena b’inqas minn 1,5 ml ta’ likwidu.

10.

(a)

Ammonium sulphide

CAS Nru 12135-76-1

KE Nru 235-223-4

(b)

Ammonium hydrogen sulphide

CAS Nru 12124-99-1

KE Nru 235-184-3

(ċ)

Ammonium polysulphide

CAS Nru 9080-17-5

KE Nru 232-989-1

1.

Ma għandhomx jintużaw f’bużullotti jew f’ċajtiet jew f’taħlitiet maħsubin biex jintużaw b’dan il-mod, pereżempju bħala kostitwent fi trab tal-għatis jew f’bombi tal-intiena.

2.

Bużullotti u ċajtiet, jew taħlitiet jew oġġetti intiżi biex jintużaw bħala tali, li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Madankollu, il-paragrafi 1 u 2 ma japplikax għal bombi tal-intiena b’inqas minn 1,5 ml ta’ likwidu.

11.

Esteri volatili ta’ aċidi bromoaċetiċi:

(a)

Methyl bromoacetate

CAS Nru 96-32-2

KE Nru 202-499-2

(b)

Ethyl bromoacetate

CAS Nru 105-36-2

KE Nru 203-290-9

(ċ)

Propyl bromoacetate

CAS Nru 35223-80-4

(d)

Butyl bromoacetate

CAS Nru 18991-98-5

KE Nru 242-729-9

1.

Ma għandhomx jintużaw f’bużullotti jew f’ċajtiet jew f’taħlitiet maħsubin biex jintużaw b’dan il-mod, pereżempju bħala kostitwent fi trab tal-għatis jew f’bombi tal-intiena.

2.

Bużullotti u ċajtiet, jew taħlitiet jew oġġetti intiżi biex jintużaw bħala tali, li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Madankollu, il-paragrafi 1 u 2 ma japplikax għal bombi tal-intiena b’inqas minn 1,5 ml ta’ likwidu.

12.

2-Naphthylamine

CAS Nru 91-59-8

KE Nru 202-080-4 u l-imluħ tiegħu

13.

Benzidine

CAS Nru 92-87-5

KE Nru 202-199-1 u l-imluħ tiegħu

14.

4-Nitrobiphenyl

CAS Nru 92-93-3

EINECS KE Nru 202-204-7

15.

4-Aminobiphenyl xenylamine

CAS Nru 92-67-1

Einecs KE Nru 202-177-1 u l-imluħ tiegħu

Dawn li ġejjin japplikaw għall-entrati 12 sa 15:

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż.

16.

Karbonati taċ-ċomb:

(a)

Karbonat anidruż newtrali (PbCO3)

CAS Nru 598-63-0

KE Nru 209-943-4

(b)

Trilead-bis(carbonate)-dihydroxide 2Pb CO3-Pb(OH)2

CAS Nru 1319-46-6

KE Nru 215-290-6

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet, fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża biex tintuża bħala żebgħa.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar ix-Xogħol (ILO) għall-użu ta’ ċomb abjad u sulfati taċ-ċomb fiż-żebgħa, jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu.

17.

Sulfati taċ-ċomb:

(a)

PbSO4

CAS Nru 7446-14-2

KE Nru 231-198-9

(b)

Pbx SO4

CAS Nru 15739-80-7

KE Nru 239-831-0

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet, fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża biex tintuża bħala żebgħa.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar ix-Xogħol (ILO) għall-użu ta’ ċomb abjad u sulfati taċ-ċomb fiż-żebgħa, jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu.

18.

Komposti tal-merkurju

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża biex tintuża biex:

(a)

timpedixxi l-kontaminazzjoni minn mikroorganiżmi, pjanti u annimali ta’:

qxur ta' dgħajjes,

gaġeġ, sufruni, xbieki u apparat jew tagħmir ieħor użat fil-pixxikultura fir-rigward tal-ħut jew ta’ frott tal-baħar,

kwalunkwe apparat jew tagħmir totalment jew parzjalment mgħarrqa;

(b)

fil-preservazzjoni tal-injam;

(ċ)

fl-imprenjazzjoni ta’ tessuti industrijali heavy-duty u ħjut maħsubin għall-fabbrikazzjoni tagħhom;

(d)

fit-trattament ta’ ilmijiet industrijali, irrispettivament mill-użu tagħhom.

18a.

Merkurju

CAS Nru 7439-97-6

KE Nru 231-106-7

1.

Ma għandux jitqiegħed fis-suq:

(a)

f’termometri tad-deni;

(b)

f’appart ieħor ta’ kejl intiż biex jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali (bħal manometri, barometri, sfigmomanometri, termometri minbarra termometri tad-deni).

2.

Ir-restrizzjoni fil-paragrafu 1 ma tapplikax għall-apparat tal-kejl li kien jintuża fil-Komunità qabel it-3 ta’ April 2009. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' kejl bħal dan.

3.

Ir-restrizzjoni fil-paragrafu 1(b) ma tapplikax għal:

(a)

apparat tal-kejl li fit-3 ta’ Ottubru 2007 ikun għalaq iktar minn 50 sena,

(b)

barometri (ħlief barometri fil-punt (a)) sat-3 ta’ Ottubru 2009.

4.

Sat-3 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni għandha twettaq studju tad-disponibbiltà ta’ alternattivi żguri u ta’ min jorbot fuqhom li huma teknikament u ekonomikament vijabbli għal sfigmomanometri kif ukoll għal apparat ieħor tal-kejl li jaħdem bil-merkurju li jintuża fil-kura tas-saħħa u f’użi professjonali u industrijali oħra. Fuq il-bażi ta’ dan l-istudju jew hekk kif issir disponibbli informazzjoni ġdida dwar alternattivi li tkun żgura u kredibbli rigward sfigmomanometri u apparat ieħor tal-kejl li jkollu l-merkurju, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex testendi r-restrizzjonijiet fil-paragrafu 1 għal sfigmomanometri u apparat ieħor tal-kejl li jintuża fil-kura tas-saħħa u f’użi professjonali u industrijali oħra, sabiex il-merkurju fl-apparat tal-kejl jiġi eliminat gradwalment kull meta jkun teknikament u ekonomikament vijabbli.

19.

Komposti arseniċi

1.

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża biex tintuża għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni minn mikroorganiżmi, pjanti u annimali ta’:

qxur ta' dgħajjes,

gaġeġ, sufruni, xbieki u apparat jew tagħmir ieħor użat fil-pixxikultura fir-rigward tal-ħut jew ta’ frott tal-baħar,

kwalunkwe apparat jew tagħmir totalment jew parzjalment mgħarrqa.

2.

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża biex tintuża fit-trattament ta’ ilmijiet industrijali, irrispettivament mill-użu tagħhom.

3.

Ma għandhomx jintużaw fil-preservazzjoni tal-injam. Barra minn hekk, injam trattat b’dan il-mod ma għandux jitqiegħed fis-suq.

4.

B’deroga mill-paragrafu 3:

(a)

Fir-rigward ta’ sustanzi u taħlitiet użati fil-preservazzjoni tal-injam: dawn jistgħu jintużaw biss f'installazzjonijiet industrijali bl-użu ta' imprenjazzjoni tal-injam bil-pressa jew taħt vakwu jekk ikunu soluzzjonijiet ta’ komposti inorganiċi tat-tip C tar-RKA (ram-kromju-arseniku) u jekk dawn ikunu awtorizzati skont l-Artikolu 51. tad-Direttiva 98/8/KE. Injam trattat b’dan il-mod ma għandux jitqiegħed fis-suq qabel mal-iffissar tal-preżervattiv ikun lest.

(b)

Fir-rigward ta’ injam trattat b’soluzzjonijiet tar-RKA f’installazzjonijiet industrijali skont il-punt (a): dan jista' jitqiegħed fis-suq għal użu professjonali u industrijali jekk l-integrità strutturali tal-injam tkun meħtieġa għas-sigurtà tal-bniedem jew tal-annimali u l-kuntatt mal-ġilda tal-pubbliku ġenerali waqt l-użu jkun improbabbli:

bħala injam strutturali f’bini pubbliku u agrikolu, f’binjiet ta’ uffiċini u f’bini u artijiet industrijali,

f’pontijiet u xogħol relatat ma’ pontijiet,

f’injam għall-bini f’żoni ta’ ilma ħelu jew ta’ ilma salmastru, pereżempju pontuni u pontijiet,

bħala barrieri kontra l-ħoss,

għall-kontroll ta’ valangi,

f’reċinti u barrieri għas-sigurtà fuq awtostradi,

bħala protezzjoni madwar punteljuni tal-koniferi għal reċinti tal-annimali,

fi strutturi sabiex iżommu l-art,

bħala piluni għat-trażmissjoni ta’ kurrent elettriku u għat-telekomunikazzjoni,

bħala rfid trasversali għal-linji tal-ferroviji ta’ taħt l-art.

(ċ)

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li kull injam trattat imqiegħed fis-suq ikun ittikkettjat individwalment bil-kliem ‘Għall-installazzjoni u l-użu professjonali u industrijali biss, fih l-arseniku’. Kif ukoll kull injam imqiegħed fis-suq f’imballaġġi għandu jkun ittikkettjat bil-kliem “Ilbes l-ingwanti meta tuża dan l-injam. Ilbes maskla għat-trab u protezzjoni għall-għajnejn meta taqta jew taħdem dan l-injam. Skart minn dan l-injam għandu jitqies bħala perikoluż minn impriża awtorizzata.”

(d)

L-injam ittrattat imsemmi fil-punt (a) ma għandux jintuża:

f’bini residenzjali jew domestiku, għall-ebda skop,

fi kwalunkwe applikazzjoni fejn jista’ jkun hemm kuntatt ripetut mal-ġilda,

fil-baħar,

għal skopijiet agrikoli barra mill-użu bħala strutturi u punteljuni għal reċinti għall-annimali skont il-punt (b),

fi kwalunkwe applikazzjoni fejn l-injam trattat jista’ jiġi f’kuntatt ma’ prodotti intermedji jew lesti maħsubin għall-konsum mill-bniedem u/jew mill-annimali.

5.

Injam ittrattat b’komposti tal-arseniku li kien jintuża fil-Komunità qabel it-30 ta’ Settembru 2007, jew li tpoġġa fis-suq skont il-paragrafu 4 jista’ jibqa’ hemm u jintuża sakemm dan jilħaq it-tmiem tal-ħajja tiegħu.

6.

Injam ittrattat tat-tip C tar-RKA li kien jintuża fil-Komunità qabel it-30 ta’ Settembru 2007, jew li tpoġġa fis-suq skont il-paragrafu 4::

jista’ jintuża jew jintuża mill-ġdid soġġett għall-kundizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu, elenkati taħt il-punti 4(b), (c) u (d),

jista’ jitqiegħed fis-suq soġġett għall-kundizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu, elenkati taħt il-punti 4(b), (c) u (d).

7.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu njam ittrattat ma’ tipi oħra ta’ soluzzjonijiet ta’ RKA li kien jintuża fil-Komunità qabel it-30 ta’ Settembru 2007:

biex jintuża jew jerġa’ jintuża soġġett għall-kundizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu, elenkati taħt il-punti 4 (b), (c) u (d),

irid jitqiegħed fis-suq soġġett għall-kundizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu, elenkati taħt il-punti 4(b), (c) u (d).

20.

Komposti organostanniċi

1.

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi u f’taħlitiet fejn is-sustanza jew it-taħlita taġixxi bħala bijoċida f’żebgħa b’filtrazzjoni libera.

2.

Ma għandhomx jitqiegħu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet fejn is-sustanza jew it-taħlita taġixxi bħala bijoċida biex tevita l-kontaminazzjoni minn mikroorganiżmi, pjanti jew annimali ta’:

(a)

kull inġenju tal-baħar irrispettivament mit-tul tiegħu maħsub għall-użu fil-baħar, f’ilmijiet mal-kosta, f’estwarji u f’passaġġi interni fuq l-ilma u f’lagi;

(b)

gaġeġ, sufruni, xbieki u apparat jew tagħmir ieħor użat fil-pixxikultura fir-rigward tal-ħut jew ta’ frott tal-baħar;

(ċ)

kwalunkwe apparat jew tagħmir totalment jew parzjalment mgħarrqa.

3.

Ma għandhomx jitqiegħu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet fejn is-sustanza jew it-taħlita tkun intiża biex tintuża fit-trattament ta’ ilmijiet industrijali.

21.

Di-μ-oxo-di-n-butylstanniohydroxyborane / Dibutyltin hydrogen borate C8H19BO3Sn (DBB)

CAS Nru 75113-37-0

KE Nru 401-040-5

Ma għandux jitqiegħed fis-suq, jew jintuża, bħala sustanza, jew f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ugwali għal, jew iktar minn 0,1 % skont il-piż.

Madankollu, l-ewwel paragrafu ma japplikax għal din is-sustanza (DBB) jew taħlitiet li jkollhom dan jekk dawn ikunu intiżi biss għall-konverżjoni f’oġġetti, li fost dawn, din is-sustanza ma tkunx preżenti aktar f’konċentrazzjoni ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 %.

22.

Pentachlorophenol

CAS Nru 87-86-5

KE Nru 201-778-6 u l-imluħ u l-esteri tiegħu

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq, jew tintuża,

bħala sustanza,

bħala kostitwent f’sustanzi oħra, jew f’taħlitiet, f’konċentrazzjoni ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż.

23.

Kadmju

CAS Nru 7440-43-9

KE Nru 231-152-8 u l-komposti tiegħu

Għall-finijiet ta’ din ir-reġistrazzjoni, il-kodiċijiet u l-kapitoli indikati f’parenteżi kwadri huma l-kodiċijiet u l-kapitoli tat-tariffa u tan-nomenklatura statistika tat-Tariffa Doganali Komuni kif stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (*).

1.

Ma għandux jintuża biex jagħti l-kulur lil oġġetti manifatturati mis-sustanzi u t-taħlitiet li ġejjin:

(a)

klorur tal-polivinil (PVC) [3904 10] [3904 21] [3904 22]

poliuretanu (PUR) [3909 50]

polietilin (ld PE) ta’ densità baxxa, bl-eċċezzjoni ta’ polietilin ta’ densità baxxa li jintuża għall-produzzjoni ta’ masterbatch ikkulurit [3901 10]

aċetat taċ-ċelluloża (CA) [3912 11] [3912 12]

butyrate tal-aċetat taċ-ċelluloża (CAB) [3912 11] [3912 12]

reżini epossidiċi [3907 30]

reżini tal-melamina-formaldehyde (MF) [3909 20]

reżini tal-urea-formaldehyde (UF) [3909 10] poliesteri mhux saturati (UP) [3907 91]

polietilene tereftalat (PET) [3907 60]

polyethylene terephthalate (PET) [3907 60]

polybutylene terephthalate (PBT)

polistiren trasparenti/għal użu ġenerali [3903 11] [3903 19]

acrylonitrile methylmethacrylate (AMMA)

polietilina inkroċjata (VPE)

polistiren b’saħħtu

polipropilen (PP) [3902 10]

(b)

żebgħat [3208] [3209]

Iżda jekk iż-żebgħat ikollhom kontenut għoli ta’ żingu, il-konċentrazzjoni tar-residwu ta’ kadmju għandha tkun baxxa kemm jista’ jkun u f’kull każ ma għandhiex taqbeż iż-0,1 % skont il-piż.

F'kull każ, ikun liema jkun l-użu jew l-iskop finali, l-oġġetti jew komponenti lesti ta’ oġġetti ffabbrikati mis-sustanzi u taħlitiet msemmija hawn fuq ikkuluriti bil-kadmju ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk il-livell tagħhom ta’ kadmju (imfisser bħala Cd metall) jaqbeż iż-0,01 % skont il-piż tal-materjal plastiku.

2.

Madankollu, il-paragrafu 1 ma japplikax għall-oġġetti maħsuba li jiġu kkuluriti għal skopijiet ta’ sigurtà.

3.

Ma għandux jintuża biex jistabbilizza l-oġġetti lesti elenkati hawn taħt iffabbrikati minn polimeri jew kopolimeri tal-klorur tal-vinil:

materjal tal-imballaġġ (boroż, kontenturi, fliexken, għotjien) [3923 29 10]

fornimenti għal uffiċċji jew skejjel [3926 10]

tagħmir għall-għamara, oqfsa ta’ vetturi jew vaguni, u tagħmir ta’ din ix-xorta [3926 30]

oġġetti ta’ lbies u aċċessorji għall-ilbies (inklużi ingwanti) [3926 20]

kisi tal-pavimenti u ħitan [3918 10]

tessuti imprenjati, miksijin, mgħottijin jew laminati [5903 10]

imitazzjonijiet tal-ġild [4202]

diski tal-gramafown

tubi u pajpijiet u t-tagħmir tagħhom [3917 23]

bibien li jinfetħu u jingħalqu bil-molla

vetturi għat-trasport fit-toroq (ġewwa, barra, il-qiegħ)

kisi ta’ pjanċi tal-azzar użati fil-bini jew fl-industrija

iżolament għal wajers tal-elettriku

F’kull każ, irrispettivament mill-użu jew l-iskop finali tagħhom, it-tqegħid fis-suq tal-oġġetti lesti msemmija hawn fuq jew ta’ komponenti ta’ oġġetti ffabbrikati minn polimeri jew kopolimeri tal-klorur tal-vinil, stabbilizzati b’sustanzi li fihom il-kadmju, għandu jkun ipprojbit jekk il-kontenut ta’ kadmju (imfisser bħala metall Cd) jaqbeż iż-0,01 % ikkalkolat skont il-piż tal-polimeru.

4.

Iżda, il-paragrafu 3 ma japplikax fil-każ ta’ oġġetti lesti li għal raġunijiet ta’ sigurtà jużaw stabbilizzaturi bbażati fuq il-kadmju.

5.

Fis-sens ta’ dan ir-Regolament, ‘kisi bil-kadmju’ tfisser kull depożitu jew kisi ta' kadmju metalliku fuq superfiċje metallika.

Ma għandhiex tintuża għal kisi bil-kadmju ta’ oġġetti metalliċi jew fil-każ ta’ komponenti oħra ta’ oġġetti użati fis-setturi/applikazzjonijiet elenkati hawn taħt:

(a)

tagħmir u makkinarju għal:

produzzjoni ta’ ikel [8210] [8417 20] [8419 81] [8421 11] [8421 22] [8422] [8435] [8437] [8438] [8476 11]

agrikultura [8419 31] [8424 81] [8432] [8433] [8434] [8436]

tkessiħ u ffriżar [8418]

stampar u legatura ta’ kotba [8440] [8442] [8443]

(b)

tagħmir u makkinarju għall-produzzjoni ta’:

oġġetti tad-dar [7321] [8421 12] [8450] [8509] [8516]

għamara [8465] [8466] [9401] [9402] [9403] [9404]

oġġetti sanitarji [7324]

tisħin ċentrali u impjanti ta’ arja kkundizzjonata [7322] [8403] [8404] [8415]

F’kull każ, irrispettivament mill-użu jew mill-iskop finali tagħhom, għandu jkun ipprojbit it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti miksijin bil-kadmju jew ta’ komponenti ta’ dawn l-oġġetti użati fis-setturi/applikazzjonijiet elenkati f’(a) u (b) hawn fuq u ta’ oġġetti ffabbrikati fis-setturi elenkati f’(b) hawn fuq.

6.

Id-dispożizzjonjiet imsemmija fit-taqsima 5 japplikaw ukoll għal oġġetti miksijin bil-kadmju jew għal komponenti ta’ tali oġġetti meta użati fis-setturi/applikazzjonijiet elenkati f’(a) u (b) hawn taħt u għal oġġetti fabbrikati fis-setturi elenkati f’(b) hawn taħt:

(a)

tagħmir u makkinarju għall-produzzjoni ta’:

karta u kartonċin [8419 32] [8439] [8441] tessuti u lbies [8444] [8445] [8447] [8448] [8449] [8451] [8452]

(b)

tagħmir u makkinarju għall-produzzjoni ta’:

tagħmir u makkinarju għall-irfigħ industrijali [8425] [8426] [8427] [8428] [8429] [8430] [8431]

vetturi tat-triq u agrikoli [kapitolu 87]

tagħmir mobbli tal-ferroviji [kapitolu 86]

bastimenti [kapitolu 89]

7.

Madankollu, ir-restrizzjonijiet fil-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal:

oġġetti u komponenti tal-oġġetti użati fis-setturi tal-ajrunawtika, tal-ajruspazju, tal-minjieri, tal-offshore u tan-nukleari li l-applikazzjonijiet tagħhom jeħtieġu standards għoljin ta’ sigurtà u f’tagħmir ta’ sigurtà f’vetturi tat-triq u agrikoli, tagħmir mobbli ta’ ferroviji u bastimenti,

kuntatti elettriċi f’kull settur ta’ użu, fejn dan ikun meħtieġ biex jiżgura l-affidabbiltà meħtieġa mill-apparat li fuqu huma installati.

24.

Monomethyl – tetrachlorodiphenyl metanu

Isem kummerċjali: Ugilec 141

CAS Nru 76253-60-6

1.

Ma għandhomx jitqiegħu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanza jew f’taħlitiet.

Oġġetti li jkollhom is-sustanza ma għandhomx jitqiegħu fis-suq.

2.

B’deroga, il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

(a)

fil-każ ta’ impjant u makkinarju li diġà kien jitħaddem fit-18 ta’ Ġunju 1994, sa meta tali impjant u makkinarju jintrema;

(b)

fil-każ ta’ manutenzjoni ta’ impjant u makkinarju li diġà kien qed jitħaddem fi Stat Membru fit-18 ta’ Ġunju 1994.

Għall-finijiet tal-punt (a) l-Istati Membri jistgħu, minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni ambjentali, jipprojbixxu fit-territorju tagħhom l-użu ta’ tali impjant jew makkinarju qabel ma jintrema.

25.

Monomethyl-dichloro-diphenyl methane

Isem kummerċjali: Ugilec 121

Ugilec 21

Ma għandhomx jitqiegħu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanza jew f’taħlitiet.

Oġġetti li jkollhom is-sustanza ma għandhomx jitqiegħu fis-suq.

26.

Monomethyl-dibromo-diphenyl methane bromobenzylbromotoluene, taħlita ta’ iżomeri

Isem kummerċjali: DBBT

CAS Nru 99688-47-8

Ma għandhomx jitqiegħu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanza jew f’taħlitiet.

Oġġetti li jkollhom is-sustanza ma għandhomx jitqiegħu fis-suq.

27.

Nickel

CAS Nru 7440-02-0

KE Nru 231-111-4 u l-komposti tiegħu

1.

Ma għandhomx jintużaw:

(a)

f’assemblaġġi li jsiru fi żmien aktar tard, li jiddaħħlu f’widnejn imtaqqbin u f’partijiet oħra tal-ġisem uman imtaqqbin, sakemm ir-rata ta’ rilaxx ta’ nikil minn dawn l-assemblaġġi li jsiru fi żmien aktar tard tkun inqas minn 0,2 μg/ċm2/ġimgħa (il-limitu ta’ migrazzjoni);

(b)

f’oġġetti maħsubin biex jiġu f’kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda, bħal:

imsielet,

ġiżirajjen, brazzuletti u ktajjen, brazzuletti li jintlibsu mal-għaksa tas-sieq, ċrieket tas-swaba’,

arloġġi tal-idejn, ċineg tal-arloġġi u tighteners,

buttuni ta’ msiemer irbattuti, tighteners, imsiemer irbattuti, żippijiet u marki tal-metall, meta dawn jintużaw fi lbiesi,

jekk ir-rata ta’ emissjoni ta’ nikil mill-partijiet ta’ dawn l-oġġetti li jiġu f’kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda hija ogħla minn 0,5 μg/ċm2/ġimgħa.

(ċ)

f’oġġetti bħal dawk elenkati fil-punt (b) meta dawn ikollhom kisja mingħajr nikil sakemm tali kisja tkun suffiċjenti biex tiżgura li r-rata ta’ emissjoni ta’ nikil mill-partijiet ta’ dawn l-oġġetti li jiġu f’kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda ma taqbiżx iż-0,5 μg/ċm2/ġimgħa għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn ta’ użu normali tal-oġġett.

2.

Oġġetti li huma s-suġġett tal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet disposti f’dak il-paragrafu.

3.

L-istandards adottati mill-Komunità Ewropea għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għandhom jintużaw bħala l-metodi ta’ ttestjar biex tintwera l-konformità ta’ dawn l-oġġetti skont l-1 u t-2 paragrafi.

28.

Sustanzi li jidhru fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikklassifikati bħala kategorija karċinoġenika 1A jew 1B (Tabella 3.1) jew kategorija karċinoġenika 1 jew 2 (Tabella 3.2) u elenkati kif ġej:

Kategorija karċinoġenika 1A (Tabella 3.1) /kategorija karċinoġenika 1 (Tabella 3.2) elenkati fl-Appendiċi 1

Kategorija karċinoġenika 1B (Tabella 3.1) /kategorija karċinoġenika 2 (Tabella 3.2) elenkati fl-Appendiċi 2

29.

Sustanzi li jidhru fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikklassifikati bħala kategorija mutaġenika taċ-ċellula tal-batteri 1A jew 1B (Tabella 3.1) jew kategorija mutaġenika 1 jew 2 (Tabella 3.2) u elenkati kif ġej:

Kategorija mutaġenika 1A (Tabella 3.1) /kategorija mutaġenika 1 (Tabella 3.2) elenkata fl-Appendiċi 3

Kategorija mutaġenika 1B (Tabella 3.1) /kategorija mutaġenika 2 (Tabella 3.2) elenkata fl-Appendiċi 4

30.

Sustanzi li jidhru fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1A jew 1B (Tabella 3.1) jew tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1 jew 2 (Tabella 3.2) u elenkati kif ġej:

Tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1A effetti ħżiena fuq il-funzjoni sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp (Tabella 3.1) jew tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1 b’R60 (Jista’ jkun ta’ ħsara għall-fertilità) jew R61 (Jista’ jikkawża ħsara lil tarbija mhux imwielda) (Tabella 3.2) elenkati fl-Appendiċi 5

Tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1B effetti ħżiena fuq il-funzjoni sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp (Tabella 3.1) jew tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 2 b’R60 (Jista’ jkun ta’ ħsara għall-fertilità) jew R61 (Jista’ jikkawża ħsara lil tarbija mhux imwielda) (Tabella 3.2) elenkati fl-Appendiċi 6

Bla ħsara għall-partijiet l-oħra ta’ dan l-Anness dan li ġej għandu japplika għall-entrati 28 sa 30:

1.

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq, jew tintuża,

bħala sustanzi,

bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra, jew

f’taħlitiet,

għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali meta l-konċentrazzjoni individwali fis-sustanza jew fit-taħlita tkun ugwali għal jew iktar minn:

jew il-konċentrazzjoni rilevanti speċifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jew

il-konċentrazzjoni rilevanti speċifikata fid-Direttiva 1999/45/KE.

Bla ħsara għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn relatati mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet, il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li l-imballaġġ ta’ tali sustanzi u taħlitiet ikunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx kif ġej:

“Ristrett għal utenti professjonali”.

2.

B’deroga, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

prodotti mediċinali jew veterinarji kif definiti bid-Direttiva 2001/82/KE u bid-Direttiva 2001/83/KE;

(b)

prodotti kożmetiċi kif definiti mid-Direttiva 76/768/KEE;

(ċ)

il-karburanti u l-prodotti taż-żejt li ġejjin:

karburanti tal-magna koperti mid-Direttiva 98/70/KE,

prodotti ta’ żejt minerali intiżi biex jintużaw bħala karburant f’impjanti li jaħdmu bil-kombustjoni kemm jekk ikunu mobbli kif ukoll jekk ikunu fissi,

karburanti mibjugħin f’sistemi magħluqa (pereżempju fliexken tal-gass liwkidu);

(d)

żebgħat ta’ artisti koperti mid-Direttiva 1999/45/KE.

31.

(a)

Creosote; żejt tal-ħasil

CAS Nru 8001-58-9

KE Nru 232-287-5

(b)

Żejt tal-creosote; żejt tal-ħasil

CAS Nru 61789-28-4

KE Nru 263-047-8

(ċ)

Distillati (qatran), żjut tan-naftalina; żejt tan-naftalina

CAS Nru 84650-04-4

KE Nru 283-484-8

(d)

Żejt tal-creosote, frazzjoni ta' aċenaftina; żejt tal-ħasil

CAS Nru 90640-84-9

KE Nru 292-605-3

(e)

Distillati (qatran), ta’ fuq; żejt tqil tal-antraċina

CAS Nru 65996-91-0

KE Nru 266-026-1

(f)

Żejt tal-antraċina

CAS Nru 90640-80-5

KE Nru 292-602-7

(g)

Aċidi tal-qatran, faħam, grezz; fenoli grezzi

CAS Nru 65996-85-2

KE Nru 266-019-3

(h)

Creosote, injam

CAS Nru 8021-39-4

KE Nru 232-419-1

(i)

Żejt tal-qatran ta’ temperatura baxxa, alkalina; Residwi tal-estrazzjoni (faħam), żejt tal-qatran tal-faħam ta’ temperatura baxxa alkalina

CAS Nru 122384-78-5

KE Nru 310-191-5

1.

Ma għandhomx jitqiegħu fis-suq, jew jintużaw, bħala sustanzi jew f’taħlitiet fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża għat-trattament tal-injam. Barra minn hekk, injam trattat b’dan il-mod ma għandux jitqiegħed fis-suq.

2.

B’deroga mill-paragrafu 1:

(a)

Is-sustanzi u t-taħlitiet jistgħu jintużaw għat-trattament tal-injam f'installazzjonijiet industrijali jew minn professjonisti, koperti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema, għal trattamenti in situ biss jekk ikun fihom:

(i)

(i) benzo[a]pyrene f’konċentrazzjoni inqas minn 50 mg/kg (0,005 % skont il-piż), u

(ii)

phenols li jistgħu jkunu estratti bl-ilma f’konċentrazzjoni inqas minn 3 % skont il-piż.

Dawn is-sustanzi u preparati għat-trattment tal-injam f’installazzjonijiet industrijali jew minn professjonisti:

jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’pakketti ta’ kapaċità tal-ekwivalenti ta’ 20 litru jew aktar,

ma għandhomx jinbiegħu lill-konsumaturi.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet, il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li l-imballaġġ ta’ tali sustanzi u taħlitiet ikunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx kif ġej:

“Jintuża f’installazzjonijiet industrijali jew trattamenti minn professjonisti biss.”.

(b)

Fir-rigward ta’ njam ittrattat f’installazzjonijiet industrijali jew minn professjonisti skont is-subparagrafu (a) li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba jew li jiġi trattat mill-ġdid in situ: dan jista’ jsir biss għall-użu professjonali u industrijali, pereżempju fuq ferroviji, fit-trażmissjoni tal-enerġija elettrika u fit-telekomunikazzjonijiet, f’reċinti, għal skopijiet agrikoli (pereżempju f’piluni għall-appoġġ ta’ siġar) u f’portijiet u kanali.

(ċ)

Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għat-tqegħid fis-suq ma tapplikax għall-injam li jkun ġie ttrattat bis-sustanzi msemmija fil-punti 31(a) sa (i) qabel il-31 ta' Diċembru 2002 u mpoġġi fis-suq ta’ oġġetti użati sabiex jerġa’ jintuża.

3.

L-injam ittrattat imsemmi fil-paragrafi 2(b) u (c) ma għandux jintuża:

ġewwa bini, irrispettivament mill-użu tiegħu,

f’ġugarelli,

fi playgrounds,

f’parkijiet, f’ġonna, u f’postijiet għall-beraħ rikreattivi u għad-divertiment pubbliku fejn hemm riskju li jista’ jiġi f’kuntatt mal-ġilda,

fil-fabbrikazzjoni ta' għamara għall-ġonna bħall-imwejjed tal-pikniks,

fil-fabbrikazzjoni u użu u kull trattament mill-ġdid ta’:

kontenituri maħsubin għal skopijiet ta’ tkabbir,

imballaġġ li jista' jiġi f’kuntatt ma’ materjali mhux proċessati, prodotti intermedji jew lesti li huma intiżi għall-konsum mill-bniedem u/jew mill-annimali,

materjali oħra jistgħu jikkontaminaw oġġetti msemmijin hawn fuq.

32.

Kloroform

CAS Nru 67-66-3

KE Nru 200-663-8

34.

1,1,2-Trichloroethane

CAS Nru 79-00-5

KE Nru 201-166-9

35.

1,1,2,2-Tetrachloroethane

CAS Nru 79-34-5

KE Nru 201-197-8

36.

1,1,2,2-Tetrachloroethane

CAS Nru 630-20-6

37.

Pentachloroethane

CAS Nru 76-01-7

KE Nru 200-925-1

38.

1,1-Dichloroethene

CAS Nru 75-35-4

KE Nru 200-864-0

Bla ħsara għall-partijiet l-oħra ta’ dan l-Anness, dawn li ġejjin japplikaw għall-entrati 32 sa 38.

1.

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq, jew tintuża,

bħala sustanzi,

bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra, jew f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew iktar minn 0,1 % skont il-piż,

fejn is-sustanza jew it-taħlita tkun intiża biex tinbiegħ lill-pubbliku ġenerali u/jew tkun intiża f’użi diffużi bħal tindif ta’ uċuħ u tindif ta’ tessuti.

2.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet, il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li l-imballaġġ ta’ tali sustanzi u taħlitiet li jżommuhom f'konċentrazzjonijiet ta' 0,1 % jew iktar skont il-piż ikunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx kif ġej:

“Jintuża f’installazzjonijiet industrijali biss”.

B’deroga din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal:

(a)

prodotti mediċinali jew veterinarji kif definiti bid-Direttiva 2001/82/KE u bid-Direttiva 2001/83/KE;

(b)

prodotti kożmetiċi kif definiti mid-Direttiva 76/768/KEE.

40.

Sustanzi li jissodisfaw il-kriterji ta’ fjammabbiltà tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u kklassifikati bħala li jieħdu n-nar, jieħdu n-nar faċilment jew jieħdu n-nar faċilment ħafna, irrispettivament minn jekk jidhrux fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew le.

1.

Ma għandhomx jintużaw, bħala sustanzi jew taħlitiet, f’ġeneraturi tal-erosol fejn dawn il-ġeneraturi tal-erosol jitqiegħdu fis-suq għall-pubbliku ġenerali għal skopijiet ta’ divertiment u dekorazzjoni bħal dawn li ġejjin:

glitter metalliku maħsub l-aktar għal dekorazzjonijiet,

borra u ġlata artifiċjali,

imħaded tat-tip ‘whoopee’,

erosols silly string,

imitazzjoni ta’ eskrementi,

ħornijiet għall-parties,

flakes u foams dekorattivi,

għanqbut artifiċjali,

bombi tal-intiena.

2.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi, il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li l-imballaġġ ta’ ġeneraturi ta' erosol msemmija hawn fuq ikunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx kif ġej:

“Għall-utenti professjonali biss”.

3.

B’deroga, il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għall-ġeneraturi tal-erosol imsemmija fl-Artikolu 8 (1a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE (**).

4.

Il-ġeneraturi tal-erosol imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk ma jkunux konformi mar-rekwiżiti indikati.

41.

Hexachloroethane

CAS Nru 67-72-1

KE Nru 200-666-4

Ma għandux jitqiegħed fis-suq, jew jintuża, bħala sustanza jew f’taħlitiet, fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża għall-fabbrikazzjoni jew għall-ipproċessar ta’ metalli li ma fihomx ħadid.

42.

Alkani, C10-C13, kloro (paraffini ta’ katina qasira klorinati) (SCCPs)

KE Nru 287-476-5

CAS Nru 85535-84-8

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw bħala sustanzi, jew bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra jew f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 1 % skont il-piż, fejn is-sustanza jew it-taħlita hija intiża għal:

xogħol bil-metalli;

tħaxxim tal-ġild.

43.

Ażokoloranti u Azodyes

1.

Azodyes li, b’qasma riduttiva ta’ wieħed jew aktar mill-gruppi azo, jistgħu jerħu wieħed jew aktar mill-amini aromatiċi elenkati fl-Appendiċi 8, f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jinkixfu, jiġifieri ta’ aktar minn 30 mg/kg (0,003 % skont il-piż) fl-oġġetti jew fil-partijiet ikkuluriti tagħhom, skont il-metodu tal-ittestjar stabbilit fl-Appendiċi 10, ma għandhomx jintużaw f’oġġetti tessili jew tal-ġild li jistgħu jiġu f’kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda tal-bniedem jew mal-kavità orali, bħal:

ħwejjeġ, saqqijiet u friex, xugamani, hairpieces, parrokki, kpiepel, ħrieqi u oġġetti sanitarji oħra, sleeping bags,

żraben u papoċċi, ingwanti, ċineg tal-arloġġi, basktijiet, kartieri/portafolli, bagalji, għata ta’ siġġijiet, kartieri li jintlibsu madwar l-għonq,

ġugarelli tat-tessuti jew tal-ġild u ġugarelli li jinkludu ħwejjeġ tat-tessuti jew tal-ġild,

ħajt u drapp intiż għall-użu mill-konsumatur finali.

2.

Minbarra dan, l-oġġetti tessili u tal-ġild imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq sakemm ma jikkonformawx mal-ħtigijiet imsemmija f’dak il-paragrafu.

3.

L-azodyes, elenkati fl-Appendiċi 9 fil-‘Lista ta’ azodyes’, ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw għall-ikkulurar ta’ oġġetti tessili jew tal-ġild bħala sustanza jew f’taħlitiet, f’konċentrazzjonjiet ogħla minn 0,1 % skont il-piż, fejn is-sustanza jew it-taħlita tkun intiża għall-ikkulurar ta’ oġġetti tessili u tal-ġilda.

44.

Diphenylether, derivattiv pentabromo

C12H5Br5O

1.

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq, jew tintuża,

bħala sustanza,

f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż.

2.

L-oġġetti li jkollhom partijiet flame-retarded li jkun fihom din is-sustanza f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż, ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

B’deroga, il-paragrafu 2 ma għandux japplika

għal oġġetti li ntużaw fil-Komunità qabel il-15 ta’ Awwissu 2004,

għal apparat tal-elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***).

45.

Diphenylether, derivattiv octabromo

C12H2Br8O

1.

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw:

bħala sustanza,

bħala kostitwent ta’ sustanzi oħra, jew f’taħlitiet, f’konċentrazzjonijiet ta' iktar minn, 0,1 % skont il-piż.

2.

f’taħlitiet u f’konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż. L-oġġetti li jkollhom partijiet flame-retardant li jkun fihom din is-sustanza f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż, ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

B’deroga, il-paragrafu 2 ma għandux japplika:

għal oġġetti li ntużaw fil-Komunità qabel il-15 ta’ Awwissu 2004,

għal apparat tal-elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE.

46.

(a)

Nonylphenol

C6H4(OH)C9H19

CAS 25154-52-3

KE 246-672-0

(b)

Nonylphenol ethoxylates

(C2H4O)nC15H24O

Sustanza li ma għandhiex titqiegħed fis-suq jew tintuża bħala sustanza jew f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew ogħla minn 0,1 % skont il-piż għall-iskopijiet li ġejjin:

1.

tindif industrijali u istituzzjonali bl-eċċezzjoni ta’:

sistemi magħluqin ikkontrollati ta’ dry cleaning fejn il-likwidu tal-ħasil jiġi riċiklat jew inċinerat,

sistemi ta’ tindif bi trattamenti speċjali fejn il-likwidu tal-ħasil jiġi riċiklat jew inċinerat.

2.

tindif domestiku;

3.

proċessar ta’ tessuti jew ta’ ġlud bl-eċċezzjoni ta’:

proċessar mingħajr emissjonijiet fl-ilma mormi,

sistemi bi trattamenti speċjali fejn l-ilma tal-ipproċessar ikun ittrattat minn qabel biex titneħħa kompletament il-frazzjoni organika qabel mal-ilma mormi jiġi ttrattat bijoloġikament (tneħħija tax-xaħmijiet mill-ġlud tan-nagħaġ);

4.

emulsifikant għall-użu agrikolu għall-ħasil tas-sider tal-bhejjem;

5.

ħdim ta’ metalli bl-eċċezzjoni ta’:

użi f’sistemi magħluqin kkontrollati fejn il-likwidu tal-ħasil jiġi riċiklat jew inċinerat;

6.

fabbrikazzjoni tal-polpa u tal-karta;

7.

prodotti kożmetiċi;

8.

prodotti oħra għal-kura personali bl-eċċezzjoni ta’:

spermiċidi;

9.

koformulanti f’pestiċidi u bijoċidi. Madankollu awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal-pestiċidi jew prodotti bijoċidali li fihom nonylphenol ethoxylates bħala koformulant, mogħtija qabel is-17 ta’ Lulju 2003, ma għandhomx ikunu affettwati minn din ir-restrizzjoni sad-data ta' skadenza tagħhom.

47.

Komposti tal-Kromju VI

1.

Is-siment u t-taħlitiet li fihom is-siment ma għandhomx jintużaw jew jitqiegħdu fis-suq jekk, meta idratati, ikun fihom aktar minn 0,0002 % kromju VI solubbli tal-piż totali tas-siment niexef.

2.

Jekk jintużaw aġenti riduttivi, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li l-imballaġġ ta’ siment jew ta’ taħlitiet li fihom is-siment juri b’mod li jinqara u li ma jitħassarx l-informazzjoni dwar id-dejta tal-imballaġġ, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-perjodu ta’ ħażna adatt biex tinżamm sejra l-attività tal-aġent riduttiv u biex il-livell ta' kromju VI solubbli jinżamm taħt il-limitu indikat fil-paragrafu 1.

3.

B'deroga, il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għat-tqegħid fis-suq, u l-użu, ta’ siment u taħlitiet li fihom is-siment f’sistemi magħluqin u kkontrollati u fi proċessi totalment awtomatizzati fejn is-siment u t-taħlitiet li fihom is-siment jiġu ttrattati biss mill-magni u fejn ma jkun hemm l-ebda possibbiltà ta’ kuntatt mal-ġilda.

48.

Toluene

CAS Nru 108-88-3

KE Nru 203-625-9

Ma għandux jitqiegħed fis-suq, jew jintuża, bħala sustanza jew f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż, fejn is-sustanza jew it-taħlita tintuża f’adeżivi jew żebgħa tal-isprej intiżi għall-pubbliku ġenerali.

49.

Trichlorobenzene

CAS Nru 120-82-1

KE Nru 204-428-0

Ma għandux jitqiegħed fis-suq, jew jintuża, bħala sustanza jew f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż għal kwalunkwe użu bl-eċċezzjoni ta’:

bħala intermedju ta’ sinteżi, jew

bħala solvent ta’ proċess f’applikazzjonijiet kimiċi magħluqa għal reazzjonijiet ta’ klorinar, jew

fil-manifattura ta’ 1,3,5 -triamino — 2,4,6 - trinitrobenzene (TATB).

50.

Idrokarbonji poliċikliċi-aromatiċi (PAH)

(a)

Benzo[a]pyrene (BaP)

CAS Nru 50-32-8

(b)

Benzo[e]pyrene (BeP)

CAS Nru 192-97-2

(ċ)

Benzo[a]anthracene (BaA)

CAS Nru 56-55-3

(d)

Chrysen (CHR)

CAS Nru 218-01-9

(e)

Benzo[b]fluoranthene (BbFA)

CAS Nru 205-99-2

(f)

Benzo[j]fluoranthene (BjFA)

CAS Nru 205-82-3

(g)

Benzo[k]fluoranthene (BkFA)

CAS Nru 207-08-9

(h)

Dibenzo[a,h]anthracene (DBAhA)

CAS Nru 53-70-3

1.

Mill-1 ta’ Jannar 2010, iż-żjut dilwenti ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jew jintużaw għall-produzzjoni ta’ tajers jew partijiet ta’ tajers jekk ikollhom:

iktar minn 1 mg/kg (0.0001 % skont il-piż) BaP, jew

iktar minn 10 mg/kg (0.001 % skont il-piż) tat-total tal-PAHs elenkati kollha.

Dawn il-limiti għandhom jitqiesu li ġew rispettati, jekk l-estratt ta’ poliċikliċi aromatiċi (PCA) ikun inqas minn 3 % skont il-piż, kif imkejjel bl-istandard tal-Istitut taż-Żejt IP346: 1998 (Id-Determinazzjoni ta’ PCA fi żjut ta’ bażi lubrifikanti li mhumiex użati u fi frazzjonijiet ta’ żejt mhux raffinat li ma fihomx asphaltene – Metodu ta’ indiċi rifrattiv tal-estrazzjoni ta’ Dimethyl sulphoxide), dejjem jekk il-konformità mal-valuri tal-limitu ta’ BaP u ta’ PAHs elenkati, kif ukoll il-korrelazzjoni ta’ valuri mkejla permezz tal-estratt ta’ PCA, tkun ikkontrollata mill-manifattur u mill-importatur kull sitt xhur jew wara kull bidla operattiva ewlenija, skont liema tiġi l-ewwel.

2.

Barra minn hekk, it-tajers u l-materjal użat għall-bdil tal-uċuħ tat-tajers iffabbrikati wara l-1 ta’ Jannar 2010 ma jistgħux jitpoġġew fis-suq jekk ikun fihom żjut dilwenti li jaqbżu l-limiti indikati fil-paragrafu 1.

Dawn il-limiti jitqiesu li ġew rispettati, jekk il-komposti ta’ lastiku vulkanizzat ma jaqbżux il-limitu ta’ 0,35 % ta’ protoni Bay kif imkejla u kkalkulati permezz tal-ISO 21461 (Lastiku vulkanizzat – Determinazzjoni tal-aromatiċità taż-żejt f’komposti ta’ lastiku vulkanizzat).

3.

Permezz ta’ deroga, il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal tajers li ngħatalhom wiċċ ġdid jekk il-wiċċ il-ġdid ma jkunx fih żjut dilwenti aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1.

4.

Għall-fini ta' din l-entrata ‘tajers’ għandha tfisser tajers għall-vetturi koperti minn:

d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (****),

Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici (*****) u

Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (******).

51.

Il-phthalates li ġejjin (jew in-numri CAS u KE l-oħra li jkopru s-sustanza):

(a)

Bis (2-ethylhexyl) phthalate (DEHP)

CAS Nru 117-81-7

KE Nru 204-211-0

(b)

Dibutyl phthalate (DBP)

CAS Nru 84-74-2

KE Nru 201-557-4

(ċ)

Benzyl butyl phthalate (BBP)

CAS Nru 85-68-7

KE Nru 201-622-7

1.

Ma għandhomx jintużaw bħala sustanzi jew f’taħlitiet, f’konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 0,1 % skont il-piż ta’ materjal plastiku, f’ġugarelli u f’oġġetti tal-kura tat-tfal.

2.

Ġugarelli u oġġetti tal-kura tat-tfal li fihom dawn il-phthalates f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż tal-materjal plastifikat ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa mill-ġdid, sas-16 ta’ Jannar 2010, il-miżuri previsti fir-rigward ta’ din l-entrata fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida dwar dawn is-sustanzi u s-sostituti tagħhom, u jekk ikun iġġustifikat, dawn il-miżuri għandhom jiġu emendati kif jixraq.

4.

Għall-finijiet ta’ din l-entrata, ‘oġġett tal-kura tat-tfal’ ifisser kull prodott maħsub biex jiffaċilita l-irqad, il-mistrieħ, l-iġjene, l-ikel tat-tfal jew it-treddigħ mit-tfal.

52.

Il-phthalates li ġejjin (jew in-numri CAS u KE l-oħra li jkopru s-sustanza):

(a)

Di-“isononyl” phthalate (DINP)

CAS Nru 28553-12-0 u 68515-48-0

KE Nru 249-079-5 u 271-090-9

(b)

Di-“isodecyl” phthalate (DIDP)

CAS Nru 26761-40-0 u 68515-49-1

KE Nru 247-977-1 u 271-091-4

(ċ)

Di-n-octyl phthalate (DNOP)

CAS Nru 117-84-0

KE Nru 204-214-7

1.

Ma għandhomx jintużaw bħala sustanzi jew f’taħlitiet, f’konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 0,1 % skont il-piż ta’ materjal plastifikat, f’ġugarelli u oġġetti tal-kura tat-tfal li jistgħu jitpoġġew fil-ħalq mit-tfal.

2.

Ġugarelli u oġġetti tal-kura tat-tfal bħal dawn li fihom dawn il-phthalates f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż tal-materjal plastifikat ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.

3.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa mill-ġdid, sas-16 ta’ Jannar 2010, il-miżuri previsti fir-rigward ta’ din l-entrata fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida dwar dawn is-sustanzi u s-sostituti tagħhom, u jekk ikun iġġustifikat, dawn il-miżuri għandhom jiġu emendati kif jixraq.

4.

Għall-finijiet ta’ din l-entrata, ‘oġġett tal-kura tat-tfal’ ifisser kull prodott maħsub biex jiffaċilita l-irqad, il-mistrieħ, l-iġjene, l-ikel tat-tfal jew it-treddigħ mit-tfal.

53.

Perfluorooctane sulfonates (PFOS) C8F17SO2X

(X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), halide, amide, u derivattivi oħra inklużi polimeri)

1.

Ma għandux jitqiegħed fis-suq, jew jintuża, bħala sustanza jew f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew ta’ iktar minn 50 mg/kg (0.005 % skont il-piż).

2.

Ma jistax jitqiegħed fis-suq fi prodotti jew oġġetti li huma parzjalment lesti, jew f’partijiet minnhom, jekk il-konċentrazzjoni ta’ PFOS hija ta’ 0,1 % skont il-piż ikkalkulat b’referenza għall-massa ta’ partijiet strutturalment jew mikrostrutturalment distinti li fihom PFOS jew għal tessuti jew materjali miksija oħra, jekk l-ammont ta' PFOS huwa ta’ 1 μg/m2 jew aktar tal-materjal miksi.

3.

B’deroga, il-paragrafi 1 u 2 la japplikaw għall-oġġetti li ġejjin, u lanqas għal sustanzi u preparazzjonijiet meħtieġa biex jipproduċuhom:

(a)

fotoreżistenti jew kisjiet antiriflessivi għal proċessi fotolitografiċi,

(b)

kisjiet fotografiċi applikati għal films, karti, jew pjanċi tal-istampar,

(ċ)

aġenti li jrażżnu ċ-ċpar fil-plejting tal-kromju (VI) iebes u mhux dekorattiv u aġenti li jiffaċilitaw l-assorbiment tal-ilma li jintużaw f’sistemi kkontrollati ta’ electroplating fejn l-ammont ta’ PFOS rilaxxat fl-ambjent huwa minimizzat, billi jiġu applikati bis-sħiħ l-aħjar tekniki disponibbli rilevanti żviluppati fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2008/1/KE (*******);

(d)

il-fluwidi idrawliċi għall-avjazzjoni.

4.

B’deroga mill-paragrafu 1, foams għat-tifi tan-nar li tqiegħdu fis-suq qabel it-27 ta’ Diċembru 2006 jistgħu jintużaw sas-27 ta’ Ġunju 2011.

5.

B'deroga, il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal oġġetti li ntużaw fil-Komunità qabel is-27 ta’ Ġunju 2008

6.

l-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********).

7.

Malli tkun disponibbli informazzjoni ġdida dwar dettalji ta’ użi u sustanzi jew teknoloġiji alternattivi iktar żguri, il-Kummissjoni għandha tirrevedi kull waħda mid-derogi fil-paragrafi 3(a) sa (d) sabiex:

(a)

l-użi ta’ PFOS jitneħħew gradwalment hekk kif l-użu ta’ alternattivi iktar żguri jkun teknikament u ekonomikament vijabbli,

(b)

deroga tkun tista’ titkompla biss għal użi essenzjali li għalihom ma jeżistux alternattivi iktar żguri u fejn ġie rrappurtat dak kollu li sar biex jinstabu alternattivi iktar żguri,

(ċ)

rilaxxi ta’ PFOS fl-ambjent jitnaqqsu kemm jista’ jkun, billi jiġu applikati l-aħjar tekniki disponibbli.

8.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni tar-riskji u d-disponibbiltà ta’ sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar żguri konnessi mal-użi tal-perfluorooctanoic acid (PFOA) u ta’ sustanzi relatati u għandha tipproponi l-miżuri kollha meħtieġa biex jitnaqqsu r-riskji identifikati, inklużi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu, b’mod partikolari meta sustanzi jew teknoloġiji alternattivi iktar żguri, u li huma teknikament u ekonomikament fattibbli, ikunu disponibbli.

54.

2-(2-methoxyethoxy)ethanol (DEGME)

CAS Nru 111-77-3

KE Nru 203-906-6

Ma għandux jitqiegħed fis-suq wara s-27 ta’ Ġunju 2010, biex jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali, bħala kostitwent ta’ żebgħa, tqaxxir taż-żebgħa, aġenti għat-tindif, emulsjonijiet li jleqqu jew siġillanti għall-art f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew iktar minn 0,1 % skont il-piż.

55.

2-(2-butoxyethoxy)ethanol (DEGBE)

CAS Nru 112-34-5

KE Nru 203-961-6

1.

Ma għandux jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba wara s-27 ta’ Ġunju 2010, biex jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali, bħala kostitwent ta’ żebgħa tal-isprej jew prodotti tat-tindif bl-isprej f’dispensers tal-erosol f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew iktar minn 3 % skont il-piż.

2.

Żebgħa tal-isprej u prodotti tat-tindif bl-isprej f’dispensers tal-erosol li jkollhom id-DEGBE u li ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq biex jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali wara s-27 ta’ Diċembru 2010.

3.

Bla ħsara għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u taħlitiet, il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li ż-żebgħa ħlief iż-żebgħa bl-isprej li fiha DEGBE f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew ta’ iktar minn 3 % skont il-piż li jitqiegħdu fis-suq biex jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali jkunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx sas-27 ta’ Diċembru 2010 kif ġej:

“Tużax f’apparat ta’ żebgħa bl-isprej.”.

56.

Methylenediphenyl diisocyanate (MDI)

CAS Nru 26447-40-5

KE Nru 247-714-0

1.

Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq wara s-27 ta’ Diċembru 2010, bħala kostitwent ta’ taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż tal-MDI biex jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali, sakemm l-imballaġġ:

(a)

ikollu ingwanti protettivi li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (*********);

(b)

ikun immarkat b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx kif ġej, u bla ħsara għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi u t-taħlitiet:

“—

Persuni li diġà ġew f’kuntatt ma’ diisocyanates jistgħu jiżviluppaw reazzjonijiet allerġiċi meta jużaw dan il-prodott.

Persuni li jbatu mill-ażma, mill-ekżema jew minn problemi tal-ġilda għandhom jevitaw il-kuntatt, inkluż il-kuntatt dermali, ma’ dan il-prodott.

Dan il-prodott ma għandux jintuża taħt kundizzjonijiet ta’ ventilazzjoni ħażina sakemm ma tintużax maskla protettiva b’filtru tal-gass xieraq (jiġifieri tip A1 skont l-istandard EN 14387).”

2.

B’deroga, il-paragrafu 1(a) ma japplikax għal adeżivi sħan li jinħallu.

57.

Cyclohexane

CAS Nru 110-82-7

KE Nru 203-806-2

1.

Ma għandux jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba wara s-27 ta’ Ġunju 2010, biex jinbiegħ lill-pubbliku ġenerali, bħala kostitwent ta’ kolla bbażata fuq in-neoprin f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż ta’ f’pakketti ikbar minn 350 g.

2.

Kolla bbażata fuq in-neoprin li jkollha cyclohexane u li ma tkunx konformi mal-paragrafu 1 ma għandhiex titqiegħed fis-suq biex tinbiegħ lill-pubbliku ġenerali wara s-27 ta’ Diċembru 2010.

3.

Bla ħsara għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi u taħlitiet, il-fornituri għandhom jiżguraw qabel it-tqegħid fis-suq li l-kolla ta’ kuntatt ibbażata fuq in-neoprin li jkollha cyclohexane f’konċentrazzjonijiet ugwali għal jew ta’ iktar minn 0,1 % skont il-piż li jitqiegħdu fis-suq biex jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali jkunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx sas-27 ta’ Diċembru 2010 kif ġej:

“—

Dan il-prodott ma għandux jintuża taħt kundizzjonijiet ta’ ventilazzjoni ħażina.

Dan il-prodott ma għandux jintuża għat-tqegħid ta’ twapet.”.

58.

Nitrat tal-ammonja (AN)

CAS Nru 6484-52-2

KE Nru 229-347-8

1.

Ma għandux jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba wara s-27 ta’ Ġunju 2010 bħala sustanza, jew f’taħlitiet li jkollhom iktar minn 28 % skont il-piż ta’ nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonja, biex jintuża bħala fertilizzant solidu, waħdu jew kompost, sakemm il-fertilizzant ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi għall-fertilizzanti tan-nitrat tal-ammonja b’kontenut ta’ nitroġenu għoli stabbilit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********).

2.

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq wara s-27 ta’ Ġunju 2010 bħala sustanza, jew f’taħlitiet li jkollhom 16 % jew iktar skont il-piż ta’ nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonja ħlief biex jinbiegħ lil:

(a)

l-utenti u d-distributuri downstream, inklużi persuni fiżiċi jew ġuridiċi liċenzjati jew awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE; (***********);

(b)

il-bdiewa full time jew part time, biex jużawh f’attivitajiet agrikoli u li mhux neċessarjament ikunu relatati mad-daqs tal-art.

Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu:

(i)

‘bidwi’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, minkejja l-istat ġuridiku li jingħata lill-grupp u lill-membri tiegħu skont il-liġi nazzjonali, li l-proprjetà tiegħu tkun tinsab fit-territorju Komunitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 299 tat-Trattat, u li jkun qed iwettaq attività agrikola;

(ii)

‘attività agrikola’ tfisser il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta’ prodotti agrikoli inkluż il-ħsad, it-taħlib, it-tnissil tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għal skopijiet agrikoli, jew iż-żamma tal-art fi stat agrikolu u ambjentali tajjeb kif stabbilit skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003; (************);

(ċ)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu attivitajiet professjonali bħall-ortikultura, it-tkabbir ta’ pjanti f’serer, iż-żamma ta’ parks, ġonna jew grawnds sportivi, attivitajiet ta’ foresterija jew oħrajn simili.

3.

Madankollu, għar-restrizzjonijiet fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Lulju 2014, għal raġunijiet ekonomiċi, japplikaw limitu sa 20 % skont il-piż ta’ nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonja għal sustanzi u taħlitiet li jitqiegħdu fis-suq fit-territorji tagħhom. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.”

(3)

Fl-Appendiċi 1 sa 6, il-kelmtejn qabel jinbidel b’dan li ġej:

“KELMTEJN QABEL

Spjegazzjonijiet dwar l-intestaturi fil-kolonni:

Sustanzi:

L-isem jikkorrispondi għall-Identifikazzjoni Internazzjonali tal-Kimika użata għas-sustanza fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Kull meta jkun possibbli, is-sustanzi jintgħażlu skont l-ismijiet tal-IUPAC tagħhom. Is-sustanzi elenkati fl-EINECS (Inventarju Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti), l-ELINCS (Lista Ewropea ta’ Sostanzi Notifikati) jew il-lista ta’ “No-longer-polymers” jintgħażlu billi jintużaw l-ismijiet fil-listi. F’ċerti każijiet jiġu inklużi ismijiet oħra, bħall-ismijiet tas-soltu jew dawk komuni. Kull meta jkun possibbli, il-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti u l-bijoċidi jintgħażlu skont l-ismijiet tagħhom tal-ISO.

Entrati għal gruppi ta’ sustanzi:

Għadd ta' entraturi fi grupp huma inklużi fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. F'dawn il-każijiet, ir-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni se japplikaw għas-sustanzi kollha koperti mid-deskrizzjoni.

F’ċerti każijiet, hemm rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni għal sustanzi speċifiċi li jistgħu jiġu koperti bl-entrata tal-grupp. F’dawn il-każijiet entrata speċifika tiġi inkluża fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza u l-entrata tal-grupp tiġi annotata bil-frażi “minbarra dawk speċifikati x’imkien ieħor fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”.

F’ċerti każijiet, sustanzi individwali jistgħu jkunu koperti b’iktar minn entrata ta’ grupp waħda. F’dawn il-każijiet, il-klassifikazzjoni tas-sustanza tirrifletti l-klassifikazzjoni għal kull waħda miż-żewġ entrati tal-grupp. F’każijiet fejn jingħataw klassifikazzjonijiet differenti għall-istess periklu, tiġi applikata l-iktar klassifikazzjoni stretta.

Numru tal-indiċi:

In-Numru tal-indiċi hu l-kodiċi ta' identifikazzjoni mogħti lis-sustanza fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Is-sustanzi huma elenkati fl-Appendiċi skont in-numru tal-indiċi.

Numri KE:

In-numru KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea. In-numru EINECS jinkiseb mill-Inventarju Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS). In-numru ELINCS jinkiseb mil-Lista Ewropea ta' Sustanzi Notifikati. In-numru NLP jinkiseb mil-lista ta’ “No-longer-polymers”. Dawn il-listi jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

In-numru KE jikkonsisti minn sistema ta’ seba’ ċifri tat-tip XXX-XXX-X li jibda b’200-001-8 (EINECS), b’400-010-9 (ELINCS) u b’500-001-0 (NLP). Dan in-numru huwa indikat fil-kolonna bl-intestatura “KE Nru”.

Numru CAS:

In-numri tas-Servizz tal-Astratti Kimiċi (CAS) ġew definiti għas-sustanzi biex jgħinu fl-identifikazzjoni tagħhom.

Noti:

It-test sħiħ tan-noti jinsab fil-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

In-noti li jridu jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:

 

Nota A:

Bla ħsara għall-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-isem tas-sustanza jrid jidher fuq it-tikketta fil-forma ta’ waħda mill-għażliet indikati fil-Parti 3 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament.

F’dik il-Parti, kultant isir użu minn deskrizzjoni ġenerali bħal “… komposti” jew “… imluħa”. F’dan il-każ, il-fornitur li jqiegħed din is-sustanza fis-suq ikun meħtieġ jiddikjara fuq it-tabella l-isem eżatt, filwaqt li tiġi kkunsidrata t-Taqsima 1.1.1.4 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

 

Nota C:

Ċerti sustanzi organiċi jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew f’forma iżomerika speċifika jew bħala taħlita ta’ diversi iżomeri.

 

Nota D:

Ċerti sustanzi li jkunu suxxettibbli għall-polimerizzazzjoni jew għad-dekompożizzjoni spontanja ġeneralment jitqiegħdu fis-suq f’forma stabbilizzata. Huwa f’din il-forma li dawn jiġu elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Madankollu, kultant dawn is-sustanzi jitqiegħdu fis-suq f’forma mhux stabbilizzata. F’dan il-każ, il-fornitur li jqiegħed fis-suq tali sustanza għandu jiddikjara fuq it-tabella l-isem tas-sustanza segwit bil-kelmiet “mhux stabbilizzata”.

 

Nota J:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika jew mutaġenika mhux bilfors tapplika jekk jista’ jintwera li s-sustanza fiha inqas minn 0,1 % w/w benżin (KE Nru 200-753-7).

 

Nota K:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika jew mutaġenika mhux bilfors tapplika jekk ikun jista’ jintwera li s-sustanza fiha inqas minn 0,1 % w/w 1,3-butadiene (KE Nru 203-450-8).

 

Nota L:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika mhux bilfors tapplika jekk ikun jista’ jintwera li s-sustanza fiha inqas minn 3 % ta’ estratt ta’ DMSO kif imkejjel bl-IP 346.

 

Nota M:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika mhux bilfors tapplika jekk ikun jista’ jintwera li s-sustanza fiha inqas minn 0,005 % w/w benzo[a]-pyrene (KE Nru 200-028-5).

 

Nota N:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika mhux bilfors tapplika jekk tkun magħrufa l-istorja sħiħa tar-raffinar u jekk jista’ jintwera li s-sustanza li minnha dan jiġi manifatturat mhix karċinoġenika.

 

Nota P:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika jew mutaġenika mhux bilfors tapplika jekk jista’ jintwera li s-sustanza fiha inqas minn 0,1 % w/w benżin (KE Nru 200-753-7).

 

Nota R:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika mhux bilfors tapplika għal fibri b’medja ġeometrika tad-dijametru skont it-tul, b’żewġ devjazzjonijiet standard imnaqqsa, ikbar minn 6μm.”;

(4)

Fl-Appendiċi 1, 2, 3, 5 u 6, fl-entrati, fil-kolonna intestata “noti”, ir-referenzi għan-noti E, H u S huma mneħħija.

(5)

Fl-Appendiċi 1, l-intestatura tinbidel bl-“Entrata 28 – Karċinoġeni: kategorija 1A (Tabella 3.1)/kategorija 1 (Tabella 3.2)”.

(6)

L-Appendiċi 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura tinbidel bl-“Entrata 28 – Karċinoġeni: kategorija 1B (Tabella 3.1)/kategorija 2 (Tabella 3.2)”.

(b)

Fl-entrati b’indiċi Nri 024-017-00-8, 611-024-00-1, 611-029-00-9, 611-030-00-4 u 650-017-00-8, il-kelmiet “Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE” għandhom jinbidlu bl-“Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”.

(ċ)

L-entrati b’indiċi Nri 649-062-00-6, 649-063-00-1, 649-064-00-7, 649-065-00-2, 649-066-00-8, 649-067-00-3, 649-068-00-9, 649-069-00-4, 649-070-00-X, 649-071-00-5, 649-072-00-0, 649-073-00-6, 649-074-00-1, 649-075-00-7, 649-076-00-2, 649-077-00-8, 649-078-00-3, 649-079-00-9, 649-080-00-4, 649-081-00-X, 649-082-00-5, 649-083-00-0, 649-084-00-6, 649-085-00-1, 649-086-00-7, 649-087-00-2, 649-089-00-3, 649-090-00-9, 649-091-00-4, 649-092-00-X, 649-093-00-5, 649-094-00-0, 649-095-00-6, 649-096-00-1, 649-097-00-7, 649-098-00-2, 649-099-00-8, 649-100-00-1, 649-101-00-7, 649-102-00-2, 649-103-00-8, 649-104-00-3, 649-105-00-9, 649-106-00-4, 649-107-00-X, 649-108-00-5, 649-109-00-0, 649-110-00-6, 649-111-00-1, 649-112-00-7, 649-113-00-2, 649-114-00-8, 649-115-00-3, 649-116-00-9, 649-117-00-4, 649-119-00-5, 649-120-00-0, 649-121-00-6, 649-122-00-1, 649-123-00-7, 649-124-00-2, 649-125-00-8, 649-126-00-3, 649-127-00-9, 649-128-00-4, 649-129-00-X, 649-130-00-5, 649-131-00-0, 649-132-00-6, 649-133-00-1, 649-134-00-7, 649-135-00-2, 649-136-00-8, 649-137-00-3, 649-138-00-9, 649-139-00-4, 649-140-00-X, 649-141-00-5, 649-142-00-0, 649-143-00-6, 649-144-00-1, 649-145-00-7, 649-146-00-2, 649-147-00-8, 649-148-00-3, 649-149-00-9, 649-150-00-4, 649-151-0-X, 649-152-00-5, 649-153-00-0, 649-154-00-6, 649-155-00-1, 649-156-00-7, 649-157-00-2, 649-158-00-8, 649-159-00-3, 649-160-00-9, 649-161-00-4, 649-162-00-X, 649-163-00-5, 649-164-00-0, 649-165-00-6, 649-166-00-1, 649-167-00-7, 649-168-00-2, 649-169-00-8, 649-170-00-3, 649-171-00-9, 649-172-00-4, 649-173-00-X, 649-174-00-5, 649-177-00-1, 649-178-00-7, 649-179-00-2, 649-180-00-8, 649-181-00-3, 649-182-00-9, 649-183-00-4, 649-184-00-X, 649-185-00-5, 649-186-00-0, 649-187-00-6, 649-188-00-1, 649-189-00-7, 649-190-00-2, 649-191-00-8, 649-193-00-9, 649-194-00-4, 649-195-00-X, 649-196-00-5, 649-197-00-0, 649-198-00-6, 649-199-00-1, 649-200-00-5, 649-201-00-0, 649-202-00-6, 649-203-00-1, 649-204-00-7, 649-205-00-2, 649-206-00-8, 649-207-00-3, 649-208-00-9, 649-209-00-4 u 649-210-00-X huma mneħħija.

(7)

Fl-Appendiċi 3, l-intestatura hija mibdula bl-“Entrata 29 – Mutaġeni: kategorija 1A (Tabella 3.1)/kategorija 1 (Tabella 3.2)”.

(8)

Fl-Appendiċi 4, l-intestatura hija mibdula bl-“Entrata 29 – Mutaġeni: kategorija 1B (Tabella 3.1)/kategorija 2 (Tabella 3.2)”.

(9)

Fl-Appendiċi 5, l-intestatura hija mibdula bl-“Entrata 30 – Tossiċi għar-riproduzzjoni: kategorija 1A (Tabella 3.1)/kategorija 1 (Tabella 3.2)”.

(10)

Fl-Appendiċi 6, l-intestatura hija mibdula bl-“Entrata 30 – Tossiċi għar-riproduzzjoni: kategorija 1B (Tabella 3.1)/kategorija 2 (Tabella 3.2)”.

(11)

Fl-Appendiċi 8, l-intestatura hija mibdula bl-“Entrata 43 – Ażokoloranti – Lista ta’ amini aromatiċi”.

(12)

Fl-Appendiċi 9, l-intestatura tinbidel bl-“Entrata 43 – Ażokoloranti – Lista ta’ ażodi”.

(13)

L-Appendiċi 10 jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura tinbidel bl-“Entrata 43 – Azokoloranti – Lista ta’ metodi ta’ ttestjar”.

(b)

Fin-nota ta’ qiegħ il-paġna, l-indirizzi ta’ CEN u CENELEC jinbidlu b’dan li ġej

“CEN: Avenue Marnix 17, B-1000 Brussels, tel. (32-2) 550 08 11, faks: (32-2) 550 08 19 (http://www.cen.eu/cenorm/homepage.htm)

Cenelec: Avenue Marnix 17, B-1000 Brussels, tel. +32 25196871, fax +32 2519 69 19 (http://www.cenelec.eu/Cenelec/Homepage.htm)”


(*)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 42.

(**)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

(***)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(****)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1

(*****)  ĠU L 171, 9.7.2003. p. 1

(******)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1

(*******)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(********)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(*********)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

(**********)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

(***********)  ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.

(************)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 553/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li jiftaħ sejħa għall-offerti speċifika għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ qamħirrum minn ħsad ta’ qabel dak tas-sena tas-suq 2007/2008, miżmum mill-aġenzija tal-intervent Ungeriża

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43, il-punt f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 127/2009 tat-12 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji ta’ ħlas jew l-aġenziji intermedjarji (2) jistipula li l-bejgħ taċ-ċereali miżmuma mill-aġenzija ta' intervent isir permezz ta' sejħa għall-offerti u bi prezzijiet li jippermettu li jiġi evitat it-tfixkil tas-suq.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (3) fetaħ sejħiet permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2007/2008, għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent tal-Istati Membri. Sabiex dawk li jrabbu l-bhejjem u l-industrija tal-għalf ikollhom provvista garantita bi prezzijiet kompetittivi fl-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2008/2009, ir-Regolament imsemmi ġie emendat b'mod li jistgħu jitressqu offerti għas-sejħiet parzjali sas-17 ta' Diċembru 2008.

(3)

Fil-bidu tas-sena tas-suq 2007/2008, il-ħażniet tal-intervent Komunitarji ammontaw għal 2.46 miljun tunnellata, li minnhom 2.23 miljun tunnellata kienu tal-qamħirrum. Matul l-istess sena, sar xi bejgħ relattivament importanti ta’ ħażniet tal-intervent, partikularment tal-qamħirrum, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti koperta mir-Regolament (KE) Nru 712/2007.

(4)

Madankollu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq minn nofs Settembru 2008 'l hawn, speċjalment f'termini ta’ prezzijiet, l-operaturi ma bagħtux aktar offerti, u fil-31 ta’ Ottubru 2008, kien fadal kwantità ta' qamħirrum tal-intervent ta' madwar 16 000 tunnellata. Dawn il-ħażniet mgħoddija (fuq kollox tal-ħsad tal-2004 u tal-2005) se jidħlu f'kompetizzjoni mal-qamħirrum Komunitarju tal-ħsad tal-2008, li kien abbundanti u li l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu diġà kienu jinsabu taħt il-prezz tal-intervent fil-31 ta’ Ottubru 2008. Fid-dawl ta’ din il-qagħda, jeħtieġ li dawn il-ħażniet isiru disponibbli għall-użu fis-suq intern.

(5)

L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 127/2009 jistipula li jekk ikun sar tfixkil għall-funzjonament tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, partikolarment minħabba d-diffikultà biex jinbigħu ċ-ċereali bi prezzijiet skont l-Artikolu 1 tal-istess Artikolu, il-bejgħ fis-suq Komunitarju jista' jsir abbażi ta' sejħiet għall-offerti speċifiċi b'kundizzjonijiet partikulari. Min-naħa l-oħra, id-dewmien twil tal-ħżin tal-qamħirrum tal-ħsad ta’ qabel dak tas-sena tas-suq 2007/2008 miżmum mill-aġenzija tal-intervent Ungeriża, kif ukoll il-prezzijiet tas-suq tal-qamħirrum attwalment identifikat fl-Ungerija, jikkostitwixxu ċirkustanza partikulari li tiġġustifika l-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti speċifika għall-bejgħ tal-qamħirrum mill-ħsad ta’ qabel dak tas-sena tas-suq 2007/2008 bi prezzijiet li jistgħu jkunu aktar baxxi minn dawk tal-intervent.

(6)

Barra minn hekk, saru xi flutwazzjonijiet importanti fil-prezzijiet fis-suq Komunitarju. Fid-dawl ta’ dawn il-varjazzjonijiet, il-lottijiet allokati aktarx li ma jkunux jistgħu jiġu rtirati mill-operaturi benefiċjarji mis-sejħiet għall-offerti. Għaldaqstant, il-garanzija ta’ EUR 5 kull tunnellata, stipulata fl-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 127/2009, ma tirriżultax biżzejjed biex tiggarantixxi dan l-irtirar. Bil-għan li qagħda bħal din tiġi evitata, u biex ikun hemm funzjonament effiċjenti tas-sejħa għall-offerti koperta minn dan ir-Regolament, jeħtieġ li din il-garanzija msemmija tiżdied sabiex jiġu limitati r-riskji.

(7)

Biex titqies il-qagħda tas-suq Komunitarju, jixraq li jkun stipulat li s-sejħa għall-offerti titmexxa mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dawk l-offerti li jinsabu fil-livell tal-prezz minimu tal-bejgħ.

(8)

Sabiex is-sistema titmexxa b’mod effiċjenti, jeħtieġ li jkun stipulat li t-trażmissjoni tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ssir b’mod elettroniku. Importanti li kull komunikazzjoni li ssir mill-aġenzija tal-intervent lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-anonimità ta' min iressaq l-offerti.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aġenzija tal-intervent Ungeriża għandha tqiegħed għall-bejgħ, permezz ta’ sejħa għall-offerti fis-suq intern tal-Komunità, il-qamħirrum mill-ħsad ta’ qabel dak tas-sena tas-suq 2007/2008 miżmum minnha.

Artikolu 2

1.   Il-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jsir bil-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 127/2009.

2.   B'deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 127/2009, il-prezz minimu tal-bejgħ jista' jkun inqas minn dak tal-intervent, biż-żieda ta’ miżata ta’ kull xahar.

3.   B'deroga mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 127/2009, il-garanzija tal-offerti hija stabbilita għal 10 EUR kull tunnellata.

Artikolu 3

1.   L-iskadenza għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti hija t-30 ta' Ġunju 2009 fis-13.00, ħin ta' Brussell.

L-iskadenza għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali għall-offerti li ġejjin hija kull nhar ta’ Erbgħa fis-13.00, ħin ta’ Brussell, minn dawn li ġejjin:

il-15 ta' Lulju 2009,

il-5 u s-26 ta’ Awwissu 2009,

id-9 u t-23 ta’ Settembru 2009,

l-14 u t-28 ta’ Ottubru 2009,

il-11 u l-25 ta’ Novembru 2009,

it-2 u s-16 ta’ Diċembru 2009.

2.   L-offerti għandhom jintbagħtu lill-aġenzija tal-intervent Ungeriża:

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Soroksári út. 22-24

H-1095 Budapest

Tel. (36) 1219 62 60

Feks: (36) 1219 89 05

Posta elettronika: ertekesites@mvh.gov.hu

Websajt: www.mvh.gov.hu

Artikolu 4

Fl-erba' sigħat ta' wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-offerti stipulat fl-Artikolu 3(1), l-aġenzija tal-intervent ikkonċernata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bl-offerti mressqa. Jekk ma tkun tressqet l-ebda offerta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan fl-istess perjodu ta' erba' sigħat. Jekk l-Istat Membru ma jibgħat l-ebda notifika lill-Kummissjoni fil-perjodu stipulat, il-Kummissjoni tqis li ma tkun tressqet l-ebda offerta f'dak l-Istat Membru.

In-notifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru b'mod elettroniku, skont il-mudell li jingħata fl-Anness I. L-identità ta’ min iressaq l-offerti għandha tibqa’ sigrieta.

Artikolu 5

1.   Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ ta' kull ċereali, jew tiddeċiedi li l-offerti rċevuti ma jintlaqgħux.

2.   Fejn l-iffissar ta' prezz minimu, skont il-paragrafu 1, jaqbeż il-kwantità massima disponibbli, ma' dan il-prezz iffissat jista' jingħata koeffiċjent ta' allokazzjoni tal-kwantitajiet offerti fil-livell tal-prezz minimu, sabiex tkun irrispettata l-kwantità massima disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 42, 13.2.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7.


ANNESS

Notifika lill-Kummissjoni tal-offerti milqugħa fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti speċifika għat-tqegħid għall-bejgħ fis-suq intern tal-qamħirrum miżmum mill-aġenzija tal-intervent Ungeriża, fir-rigward tal-ħsad ta' qabel dak tas-sena tas-suq 2007/2008

Mudell (*)

(Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 553/2009)

1

2

3

4

Numru ta’ min ressaq l-offerta

Numru tal-lott

Kwantità

(t)

Prezz offert

EUR/t

1

 

 

 

2

 

 

 

3

 

 

 

eċċ.

 

 

 

Speċifika l-kwantitajiet totali offerti (inklużi l-offerti miċħuda għall-istess lott): … tunnellata.


(*)  Biex jintbagħat lil DĠ AGRI (D2)


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 554/2009

tal-25 ta' Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 dwar il-kwoti tat-tariffi għal ċerti nbejjed li joriġinaw fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (2), minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2008. Ġie approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2008/438/KE, Euratom (3) u tħaddem fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2007.

(2)

L-Artikolu 5 tal-Protokoll u l-Anness VIII ta' miegħu jipprovdu għal tibdiliet fil-kwoti eżistenti tat-tariffi għal ċerti nbejjed f'kontenituri li jġorru aktar minn 2 litri, li joriġinaw fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

(3)

Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tat-tariffi preskritti fil-Protokoll, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/2001 tal-28 ta' Diċembru 2001 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4).

(4)

Is-suddiviżjonijiet tat-TARIC għal ċerti subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) inbidlu mill-1 ta' Lulju 2007. Is-suddiviżjonijiet tat-TARIC għal dawn il-kodiċijiet tan-NM fil-Parti II tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2597/2001 għandhom għaldaqstant jiġu aġġustati skont dak it-tibdil.

(5)

Billi l-Protokoll japplika mill-1 ta’ Jannar 2007, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti II tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2597/2001 jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 25, 29.01.2002, p. 16.

(2)  ĠU L 99, 10.04.2008, p. 2.

(3)  ĠU L 155, 13.06.2008, p. 15.

(4)  ĠU L 345, 29.12.2001, p. 35.


ANNESS

“PARTI II:   L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Suddiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni

Volum ta’ kwota annwali

(f’hl)

Dazju tal-kwoti tat-tariffi

09.1558

ex 2204 10 19

98  (1)

Inbid ifexfex, minbarra x-Xampanja jew l-Asti spumante

Inbid ieħor minn għeneb frisk, f’reċipjent li jesa’ 2 litri jew anqas

49 000  (2)

Eżenzjoni

ex 2204 10 99

98  (1)

2204 21 10

 

ex 2204 21 79

79 , 80

ex 2204 21 80

79 , 80

ex 2204 21 84

59 , 70

ex 2204 21 85

79 , 80

ex 2204 21 94

20

ex 2204 21 98

20

ex 2204 21 99

10

09.1559

2204 29 10

 

Inbid ieħor magħmul minn għeneb frisk, f’reċipjenti li jesgħu iktar minn 2 litri

350 000  (3)

Eżenzjoni

2204 29 65

 

ex 2204 29 75

10

2204 29 83

 

ex 2204 29 84

20

ex 2204 29 94

20

ex 2204 29 98

20

ex 2204 29 99

10


(1)  Din is-suddiviżjoni tat-TARIC tapplika mill-1 ta' Lulju 2007.

(2)  Mill-1 ta' Jannar 2008, dan il-volum ta' kwota għandu jiżdied kull sena b'6 000 hl.

(3)  Mill-1 ta' Jannar 2008, dan il-volum ta' kwota għandu jiżdied kull sena b'6 000 hl.”


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 555/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) mad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni.

(2)

L-Anness V ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett.

(3)

Il-Ġermanja u r-Repubblika Slovakka rrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri approvati tagħhom ta’ kwarantina u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stipulati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, jitneħħa dan li ġej:

“DE IL

ĠERMANJA

NW-2”

(2)

Wara l-parti li tikkonċerna lill-Portugall, jiżdied dan li ġej għar-Repubblika Slovakka:

“SK IR

REPUBBLIKA SLOVAKKA

SK-PO-101”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 556/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta’ l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur taċ-ċanga.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni relatati mal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4003 u mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 skond ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għandhom jingħataw b’koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 29,943487 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3.


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 557/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn mill-1 ta’ Lulju 2009 u sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 412/2008 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l- OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għal amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2010 għandhom x’jaqsmu mal-kwantitajiet żejda ta’ dawk disponibbli għad-drittijiet skont ilkwota 09,4057. Għalhekk għandu jiġi determinat sa fejn għandhom jingħataw id-drittijiet tal-importazzjoni u jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjonijiet li japplikaw għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 412/2008 għandhom jiġu evalwati permezz tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 18,957513 % għaddrittijiet skont il-kwota 09,4057.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 7.


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 558/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 514/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Ġunju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

30,00

2,29

1701 11 90  (1)

30,00

6,53

1701 12 10  (1)

30,00

2,15

1701 12 90  (1)

30,00

6,10

1701 91 00  (2)

30,72

9,87

1701 99 10  (2)

30,72

5,35

1701 99 90  (2)

30,72

5,35

1702 90 95  (3)

0,31

0,34


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/42


DIRETTIVA 2009/49/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta’ żvelar għal kumpaniji ta’ daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tiegħu, il-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta’ Marzu 2007 enfasizza li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi huwa importanti sabiex l-ekonomija Ewropea tingħata spinta, speċjalment meta wieħed iqis il-benefiċċji li dan jista’ jġib lill-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. Saħaq ukoll li jinħtieġ sforz konġunt qawwi kemm min-naħa tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Istati Membri biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.

(2)

Il-kontabilità u l-verifika ġew identifikati bħala oqsma fejn il-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji fi ħdan il-Komunità jistgħu jitnaqqsu.

(3)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2007 dwar ambjent ta’ negozju simplifikat għall-kumpaniji fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika tidentifika l-emendi li għandhom isiru għar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq bażi tal-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji (3) u s-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (4). Ingħatat attenzjoni partikolari biex jinkiseb aktar serħan mill-piż tar-rappurtar impost fuq kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju.

(4)

Fil-passat, saru għadd ta’ tibdiliet sabiex il-kumpaniji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE jkunu jistgħu jużaw metodi ta’ kontabilità skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS). Skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (5), il-kumpaniji li t-titoli tagħhom ikunu aċċettati għall-kummerċ f’suq regolat ta’ xi Stat Membru għandhom jippreparaw il-kontijiet ikkonsolidati tagħhom b’konformità mal-IFRS, u b’konsegwenza jinħelsu mill-maġġoranza tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE. Madankollu, dawn id-Direttivi għadhom jiffurmaw il-bażi għall-kontabilità tal-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju fil-Komunità.

(5)

Kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju ħafna drabi huma soġġetti għall-istess regoli bħall-kumpaniji l-kbar iżda l-ħtiġijiet speċifiċi tal-kontabilità ftit li xejn ġew indirizzati. B’mod partikolari l-għadd dejjem jiżdied tar-rekwiżiti taż-żvelar iqajjem tħassib għal kumpaniji bħal dawn. Regoli estensivi tar-rappurtar joħolqu piż finanzjarju u jistgħu jostakolaw l-użu effiċjenti tal-kapital għal skopijiet produttivi

(6)

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 enfasizzat ukoll il-ħtieġa li tiġi kkjarifikata r-relazzjoni bejn l-istandards tal-kontabilità meħtieġa mid-Direttiva 83/349/KEE u l-IFRS.

(7)

Fejn l-ispejjeż tal-formazzjoni jistgħu jiġu trattati bħala attiv fil-karta tal-bilanċ, l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 78/660/KEE jirrikjedi li dawk l-ispejjeż jiġu spjegati fin-noti mal-kontijiet. Kumpaniji żgħar jistgħu jiġu eżentati minn dak ir-rekwiżit ta’ żvelar skont l-Artikolu 44(2) ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jonqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, għandu jkun ukoll possibbli li l-kumpaniji ta’ daqs medju jiġu eżentati wkoll minn dak ir-rekwiżit ta’ żvelar.

(8)

Id-Direttiva 83/349/KEE tirrikjedi li impriża prinċipali tħejji l-kontijiet konsolidati wkoll meta s-sussidjarju waħdani tagħha jew inkella s-sussidjarji kollha globalment ma jkunux materjali għall-finijiet tal-Artikolu 16(3) ta’ dik id-Direttiva. Bħala konsegwenza dawk l-impriżi jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u għalhekk ikollhom iħejju d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsoldiati tagħhom f’konformità mal-IFRS. Dak ir-rekwiżit huwa meqjus bħala ta’ piż fejn impriża prinċipali jkollha biss sussidjarji mhux materjali. Għalhekk l-impriżi prinċipali għandhom jiġu eżentati mill-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati u ta’ rapport annwali konsolidat jekk hija jkollha biss impriżi sussidjarji meqjusa bħal mhux materjali, kemm individwalment u globalment. Għalkemm dak l-obbligu statutorju għandu jitneħħa, impriża prinċipali tista’ xorta tfassal kontabilità konsolidata u rapport annwali konsolidat fuq l-inizjattiva tagħha.

(9)

Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi relatati ma’ ċerti rekwiżiti ta’ żvelar għal kumpaniji ta’ daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati għal ċerti kumpaniji fi ħdan il-Komunità, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba fl-iskala u l-effetti, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidarjeta stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(10)

Id-Direttivi 78/660/KEE u 83/1268/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

(11)

Bi qbil mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (6), l-Istati Membri huma mħeġġa jippreparaw, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, safejn ikun possibli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ transpożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva Nru 78/660/KEE

Fl-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 78/660/KEE, l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 27 iħallu barra l-wiri tal-informazzjoni preskritt mill-Artikoli 34(2) u 43(1)(8).”.

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 83/349/KEE

Fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 83/349/KE jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“(2a)   Bla ħsara għall-Artikolu 4(2) u l-Artikoli 5 u 6, kwalunkwe impriża prinċipali rregolata bil-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li jkollha biss impriżi sussidjarji meqjusa bħala mhux materjali (għall-finijiet tal-Artikolu 16(3), kemm individwalment kif ukoll globalment, għandha tkun eżenta mill-obbligu impost fuqha bl-Artikolu 1(1).”

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex titħares din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 2011. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawk il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 37.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2009.

(3)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(4)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(5)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/45


DIRETTIVA 2009/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minjerali naturali (3) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali  (4). Peress li għandhom isiru emendi oħra, għal finijiet ta’ ċarezza, din għandha titfassal mill-ġdid.

(2)

Il-liġijiet tal-Istati Membri jiddefinixxu l-ilmijiet minerali naturali. Dawn il-liġijiet jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li fuqhom l-ilmijiet minerali naturali huma rikonoxxuti bħala tali u jirregolaw il-kondizzjonijiet għall-isfruttament tan-nixxigħat. Barra minn hekk, huma jippreskrivu regoli speċifiċi għat-tqegħid fis-suq tal-ilmijiet inkwistjoni.

(3)

Id-differenzi bejn dawk il-liġijiet ifixklu l-moviment ħieles tal-ilmijiet minerali naturali, billi jikkrejaw sitwazzjonijiet kompetittivi diversi, u konsegwentement jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern.

(4)

F’dan il-każ partikolari, l-eliminazzjoni ta’ dawn l-ostakoli tista’ tinkiseb kemm b’obbligu fuq kull Stat Membru li jippermetti t-tqegħid fis-suq fuq it-territorju tiegħu ta’ ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti bħala tali minn kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra u wkoll bl-istabbiliment ta’ regoli komuni li jikkonċernaw b’mod partikolari r-rekwiżiti mikrobijoloġiċi li għandhom jiġu ssodisfati u l-kondizzjonijiet fejn għandhom jintużaw ismijiet speċifiċi għal ċerti ilmijiet minerali.

(5)

L-għanijiet primarji ta’ kull regola dwar ilmijiet minerali naturali għandhom ikunu biex iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi, biex jevitaw li l-konsumaturi jisfaw mqarrqa u jassiguraw kummerċ ġust.

(6)

Sakemm jiġi konkluż il-ftehim dwar ir-rikonnoxximent reċiproku ta’ ilmijiet minerali naturali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, għandhom jiġu stipulati l-kondizzjonijiet li fuqhom, sakemm jiġu implimentati dawk l-istrumenti ta’ ftehim, prodotti simili impurtati minn pajjiżi terzi jistgħu jitħallew jidħlu fil-Komunità bħala ilmijiet minerali naturali.

(7)

Wieħed irid jieħu ħsieb li jassigura li l-ilmijiet minerali naturali jżommu fl-istadju tat-tqegħid fis-suq dawk il-karatteristiċi li ppermettewlhom li jiġu rikonoxxuti bħal tali. Għaldaqstant, il-kontenituri użati għall-imballaġġ tagħhom għandhom ikollhom għeluq adattat.

(8)

Fir-rigward tal-ittikkettar, l-ilmijiet minerali naturali huma soġġetti għar-regoli ġenerali stabbiliti mid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti tal-ikel (5). Għal din ir-raġuni, din id-Direttiva tista’ tiġi limitata għall-provvediment ta’ żidiet u derogi li għandhom isiru għal dawk ir-regoli ġenerali.

(9)

L-inklużjoni tad-dikjarazzjoni tal-kompożizzjoni analitika tal-ilma minerali naturali għandha tkun obbligatorja biex tassigura li l-konsumaturi jkunu informati.

(10)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6).

(11)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta limiti għall-konċentrazzjonijiet ta’ konstitwenti ta’ ilmijiet minerali naturali, kwalunkwe dispozzizjoni meħtieġa għall-indikazzjoni fuq it-tikketta ta’ livelli ogħlja ta’ ċerti konstitwenti, il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikita bl-ożonu għat-trattamemt ta’ ilma minerali naturali, l-informazzjoni dwar it-trattament ta’ ilma minerali naturali, metodi ta’ analiżi biex tiġi determnata l-assenza ta’ tniġġiż tal-ilmijiet minerali naturali u t-teħid ta’ kampjuni u metodi ta’ analiżi meħtieġa għall-kontroll tal-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-ilmijiet minerali naturali. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inter alia, billi jissupplimentawha, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(12)

Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza imperattiva, m’huwiex possibbli li jiġu osservati l-limiti ta’ żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artiolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tal-emendi għal din id-Direttiva meħtieġa sabiex jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika.

(13)

L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(14)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tikkonċerna l-ilmijiet estratti mill-art ta’ Stat Membru u rikonoxxuti mill-awtorità responsabbli ta’ dak l-Istat Membru bħala ilmijiet minerali naturali li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I.

2.   Din id-Direttiva tikkonċerna wkoll l-ilmijiet estratti mill-art ta’ pajjiż terz, importati fil-Komunità u rikonoxxuti bħala ilmijiet minerali naturali mill-awtorità responsabbli ta’ Stat Membru.

L-ilmijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala tali biss jekk l-awtorità responsabbli fil-pajjiż tal-estrazzjoni tkun iċċertifikat li huma jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I, u li qed isiru kontrolli regolari fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness II, punt 2.

Il-validità taċ-ċertifikazzjoni msemmija fit-tieni sub-paragrafu ma tistax teċċedi perijodu ta’ ħames snin. M’għandux ikun neċessarju li tittenna l-proċedura tar-rikonoxximent msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk iċ-ċertifikazzjoni tiġġedded qabel l-aħħar ta’ dak il-perijodu.

3.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:

(a)

ilmijiet li huma prodotti mediċinali fit-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (7);

(b)

ilmijiet minerali naturali użati fis-sors għal skopijiet kurattivi fi stabbilimenti termali jew idrominerali.

4.   Ir-raġunijiet li għalihom jiġi mogħti r-rikonoxximent imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ddikjarati fil-forma adegwata mill-awtorità responsabbli tal-Istat Membru u għandhom jiġu ppubblikati uffiċjalment.

5.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn ir-rikonoxximent imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ikun mogħti jew irtirat. Il-lista ta’ ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti bħala tali għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li huma biss l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jistgħu ikunu mqiegħda fis-suq bħala ilmijiet minerali naturali.

Artikolu 3

Nixxiegħat ta’ ilma minerali naturali jistgħu jiġu sfruttati u l-ilmijiet tagħhom ibbottiljati biss skont l-Anness II.

Artikolu 4

1.   Ilma minerali naturali, fl-istat tiegħu fis-sors, ma jistax ikun is-suġġett ta’ xi trattament ħlief għal:

(a)

is-separazzjoni tal-elementi tiegħu li m’humiex stabbli, bħall-komposti tal-ħadid u tal-kubrit, b’filtrazzjoni jew dekantazzjoni, possibbilment preċeduta b’ossiġinazzjoni, safejn dan it-trattament ma jbiddilx il-kompożizzjoni tal-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-proprjetajiet tiegħu;

(b)

is-separazzjoni ta’ komposti tal-ħadid, tal-magneżju u tal-kubrit u arseniku minn ċerti ilmijiet minerali naturali bi trattament ta’ arja arrikkita bl-ożonu safejn dan it-trattament ma jibdilx il-kompożizzjoni tal-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-proprjetajiet tiegħu, u bil-kondizzjoni li:

(i)

it-trattament jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-użu li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (8);

(ii)

it-trattament hu notifikat lil, u speċifikament kontrollat minn, l-awtoritajiet kompetenti;

(ċ)

is-separazzjoni ta’ kostitwenti li m’humiex mixtieqa ħlief għal dawk speċifikati fil-punti (a) jew (b), safejn dan it-trattament ma jbiddilx il-kompożizzjoni tal-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-propjetajiet tiegħu, u bil-kondizzjoni li:

(i)

it-trattament jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-użu li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel;

(ii)

it-trattament hu notifikat lil, u speċifikament kontrollat minn, l-awtoritajiet kompetenti;

(d)

l-eliminazzjoni totali jew parzjali tad-dijossidju tal-karbonju ħieles b’metodi esklussivament fiżiċi.

Il-miżuri msemmija fil-punti (b)(i) u (c)(i) maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

L-ewwel subparagrafu m’għandux jikkostitwixxi impediment għall-utilizzazzjoni tal-ilmijiet minerali naturali u ilmijiet tan-nixxiegħa fil-fabbrikazzjoni tax-xorb mhux alkoħoliku.

2.   Ilma minerali naturali, fil-istat tiegħu fis-sors, ma jistax ikun soġġett għal xi żieda oħra ħlief għall-introduzzjoni jew ir-ri-introduzzjoni tad-diossidu tal-karbonju skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Taqsima III.

3.   Kull trattament ta’ disinfettar b’kull mezz u, soġġett għall-paragrafu 2, iż-żieda ta’ elementi batterjostatiċi jew kull trattament ieħor li x’aktarx ibiddel l-għadd ta’ kolonja vijabbli tal-ilma minerali naturali, għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 5

1.   L-għadd totali li jista’ jerġa’ jitqajjem tal-kolonja ta’ ilma minerali naturali fis-sors għandu jikkonforma mal-għadd vijabbli normali tal-kolonja tiegħu, u jagħti evidenza sodisfaċenti tal-ħarsien tas-sors kontra kull kontaminazzjoni. Dan l-għadd totali tal-kolonja għandu jiġi ddeterminat skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Taqsima II, punt 1.3.3.

Wara l-ibbottiljar, l-għadd totali tal-kolonja fis-sors ma jistax jaqbeż 100 għal kull millilitru f’20 sa 22 °C f’72 siegħa fuq taħlita agar-agar jew agar-ġelatina u 20 għal kull millilitru f’37 °C f’24 siegħa fuq agar-agar. L-għadd totali tal-kolonja għandu jiġi mkejjel fi 12-il siegħa wara l-ibbottiljar, fejn l-ilma jinżamm f’4 °C ± 1 °C matul dan il-perijodu ta’ 12-il siegħa.

Fis-sors, jeħtieġ li dawn il-valuri normalment ma jaqbżux l-20 għal kull millilitru f’20 sa 22 °C fi 72 siegħa u 5 għal kull millilitru f’37 °C f’24 siegħa rispettivament, fuq il-fehim li dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala figuri gwida u mhux bħala l-konċentrazzjonijiet massimi permessi.

2.   Fis-sors u matul it-tqegħid fis-suq tiegħu, ilma minerali naturali għandu jkun ħieles minn:

(a)

parassiti u mikro-organiżmi patoġeniċi;

(b)

Escherichia coli u coliforms oħrajn u faecal streptococci fi kwalunkwe kampjun ta’ 250 ml eżaminat;

(ċ)

anerobi sporulati li jnaqqsu s-sulfat fi kwalunkwe kampjun ta’ 50 ml eżaminat;

(d)

Pseudomanas aeruginosa fi kwalunkwe kampjun ta’ 250 ml eżaminat.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 u għall-kondizzjonijiet ta’ sfruttament stabbiliti fl-Anness II, fil-fażi ta’ tqegħid fis-suq:

(a)

l-għadd totali li jista’ jerġa jitqajjem tal-kolonja tal-ilma minerali naturali jista’ jkun biss dak li jirriżulta miż-żieda normali fl-għadd tal-batterji li jkollu fis-sors;

(b)

l-ilma minerali naturali ma jistax ikollu xi difetti organolettiċi.

Artikolu 6

Il-kontenituri kollha użati għall-imballaġġ ta’ ilmijiet minerali naturali għandu jitwaħħlilhom għeluq iddisinjat biex tiġi evitata kull possibbiltà ta’ adulterazzjoni jew kontaminazzjoni.

Artikolu 7

1.   Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ ilmijiet minerali naturali għandha tkun “ilma minerali naturali” jew, fil-każ ta’ ilma minerali naturali effervexxenti kif definit fl-Anness I, it-Taqsima III, skont il-każ, “ilma minerali naturali kkarbonizzat b’mod naturali”, “ilma minerali naturali ffortifikat bil-gass min-nixxiegħa”, jew “ilma minerali naturali kkarbonizzat”.

Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ ilmijiet minerali naturali li jkunu għaddew minn xi wieħed mit-trattamenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) għandu jkollha miżjud magħha, skont il-każ, l-indikazzjoni “iddekarbonizzat kompletament” jew “iddekarbonizzat parzjalment”.

2.   It-tikketti fuq ilmijiet minerali naturali għandhom jagħtu wkoll l-informazzjoni obbligatorja li ġejja:

(a)

dikjarazzjoni tal-kompożizzjoni analitika, li tagħti l-kostitwenti karatteristiċi tagħha;

(b)

il-post fejn in-nixxiegħa hi sfruttata u l-isem tan-nixxiegħa;

(ċ)

informazzjoni dwar kull trattament imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1).

3.   Fl-assenza tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar informazzjoni dwar kull trattament msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu iżommu id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom.

Artikolu 8

1.   L-isem ta’ lokalità, raħal żgħir jew post jistgħu jidhru fit-test tad-deskrizzjoni kummerċjali bil-kondizzjoni li din tirreferi għal ilma minerali naturali li n-nixxiegħa tiegħu hija sfruttata fil-post indikat b’dik id-deskrizzjoni u bil-kondizzjoni li din mhix qarrieqa fir-rigward tal-post tal-isfruttament tan-nixxiegħa.

2.   Għandu jkun ipprojbit li wieħed iqiegħed fis-suq ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija taħt iktar minn deskrizzjoni kummerċjali waħda.

3.   Meta t-tikketti jew l-iskrizzjonijiet tal-kontenituri li fihom l-ilmijiet minerali naturali huma offruti għall-bejgħ jinkludu deskrizzjoni kummerċjali differenti mill-isem tan-nixxiegħa jew il-post tal-isfruttament tagħha, dak il-post tal-isfruttament jew l-isem tan-nixxiegħa għandhom jiġu indikati f’ittri li għandhom ikunu tal-anqas darba u nofs tat-tul u l-wisa’ tal-akbar ittra użata għal dik id-deskrizzjoni kummerċjali.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika, mutatis mutandis u bl-istess intenzjoni fir-rigward tal-importanza mogħtija għall-isem tan-nixxiegħa jew il-post tal-isfruttament tagħha, fir-rigward tad-deskrizzjoni kummerċjali użata fir-riklamar, fi kwalunkwe forma, relatata mal-ilmijiet minerali naturali.

Artikolu 9

1.   Għandu jkun ipprojbit, kemm fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketti u fir-reklamar fi kwalunkwe forma, li jintużaw indikazzjonijiet, denominazzjonijiet, marki kummerċjali, ismijiet tal-marka, stampi jew sinjali oħrajn, kemm jekk dawn ikunu figurattivi u kemm jekk le, li:

(a)

fil-każ ta’ ilma minerali naturali, jissuġġerixxu karatteristika li l-ilma m’għandux, b’mod partikolari fir-rigward tal-oriġini tiegħu, id-data tal-awtorizzazzjoni biex dan jiġi sfruttat, ir-riżultati ta’ analiżi jew referenzi simili għall-garanzija ta’ awtentiċità;

(b)

fil-każ ta’ ilma tax-xorb imballat f’kontenituri, li ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I, għandhom tendenza li joħolqu konfużjoni ma’ ilma minerali naturali, b’mod partikolari d-deskrizzjoni “ilma minerali”.

2.   L-indikazzjonijiet kollha li jattribwixxu lill-ilma minerali naturali karatteristiċi relatati mal-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura ta’ xi marda umana għandhom ikunu pprojbiti.

Madankollu, l-indikazzjonijiet elenkati fl-Anness III għandhom ikunu awtorizzati jekk dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti stabbiliti f’dak l-Anness jew, fin-nuqqas ta’ dawn, kriterji stabbiliti f’dispożizzjonijiet nazzjonali u sakemm dawn ikunu ġew imfassla fuq il-bażi ta’ analiżi fiżiko-kimika u, fejn neċessarju, eżamijiet farmakoloġiċi, fiżjoloġiċi u kliniċi mwettqa skont il-metodi xjentifiċi rikonoxxuti, skont l-Anness I, Taqsima I, punt 2.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-indikazzjonijiet “jistimula d-diġestjoni”, “jista’ jiffaċilita l-funzjonijiet epato-biljari” jew indikazzjonijiet simili. Huma jistgħu jawtorizzaw ukoll l-inklużjoni ta’ indikazzjonijiet oħrajn, bil-kondizzjoni li dawn tal-aħħar ma jmorrux kontra l-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu u huma kompatibbli ma’ dawk previsti fit-tieni subparagrafu.

3.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ indikazzjonijiet – kemm dwar l-imballaġġ jew it-tikketti u fir-reklamar – li tikkonċerna kemm l-ilma minerali naturali huwa adattat għall-ikel tat-tfal żgħar. Dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jikkonċernaw ukoll il-karatteristiċi tal-ilma li jiddeterminaw l-użu ta’ dawk l-indikazzjonijiet.

L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri bħal dawn għandhom jinformaw minn qabel lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

4.   It-terminu “ilma tan-nixxiegħa” għandu jkun riservat għal ilma li hu maħsub għall-konsum tal-bniedem fl-istat naturali tiegħu, u bbottiljat fis-sors, li:

(a)

jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-isfruttar stabbiliti fl-Annessi II, punt 2 u 3, li għandhom ikunu kompletament applikabbli għall-ilmijiet tan-nixxiegħa;

(b)

jissodisfa r-rekwiżiti mikrobijoloġiċi stabbiliti fl-Artikolu 5;

(ċ)

jissodisfa r-rekwiżiti tal-ittikkettar tal-Artikolu 7(2), punti (b) u (c), u l-Artikolu 8;

(d)

ma jkunx sarlu xi trattament ħlief għal dak imsemmi fl-Artikolu 4. Trattamenti oħrajn jistgħu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni.

Il-miżuri msemmija fil-punt (d) maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

Barra minn dan, l-ilmijiet tan-nixxiegħa għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (9).

5.   Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar it-trattament tal-ilmijiet tan-nixxiegħa msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fuq it-trattamenti.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-kummerċ ta’ ilmijiet minerali naturali li jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva ma jistax jiġi mfixkel mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw il-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, il-kondizzjonijiet ta’ sfruttament, l-imballaġġ, it-tikkettar jew ir-reklamar ta’ ilmijiet minerali naturali jew ta’ oġġetti tal-ikel b’mod ġenerali.

Artikolu 11

1.   Fejn Stat Membru għandu raġunijiet dettaljati biex jikkonsidra li l-ilma minerali naturali ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, jew jipperikola s-saħħa pubblika, għalkemm jiċċirkula ħieles fi Stat Membru wieħed jew iżjed, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jirrestrinġi jew jissospendi l-kummerċ f’dak il-prodott fit-territorju tiegħu. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn b’dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.   Fuq talba ta’ kull Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Istat Membru li rrikonoxxa li l-ilma għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna r-rikonoxximent ta’ dak l-ilma, flimkien mar-riżultati tal-kontrolli regolari.

3.   Il-Kummissjoni għandha teżamina malajr kemm jista’ jkun ir-raġunijet imqajma mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1 fil-Kumitat Permanenti msemmi fl-Artikolu 14(1), u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mill-ewwel u jieħu l-miżuri xierqa.

4.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li huma neċessarji emendi għal din id-Direttiva biex tassigura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, hi għandha tadotta dawk l-emendi.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2). Għal raġunijiet ta’ urġenża imperattiva, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14(3).

L-Istat Membru li adotta miżuri ta’ salvagwardji jista’, f’dik l-eventwalità, iżommhom sakemm l-emendi jkunu adottati.

Artikolu 12

Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni:

(a)

limiti għall-konċentrazzjonijiet tal-kostitwenti tal-ilma minerali naturali;

(b)

kull dispożizzjoni meħtieġa għall-indikazzjoni fuq l-ittikkettar ta’ livelli għoljin ta’ ċerti kostitwenti;

(ċ)

il-kondizzjonijet għall-użu ta’ arja arrikkita bl-ożonu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1);

(d)

l-informazzjoni dwar it-trattamenti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(2);

(e)

metodi ta’ analiżi, inklużi l-limiti ta’ skoperta, biex jivverifikaw l-assenza ta’ tniġġis tal-ilmijiet minerali naturali;

(f)

il-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjun u l-metodi ta’ analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-ilmijiet minerali naturali.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 13

Kull deċiżjoni li x’aktarx tħalli effett fuq is-saħħa pubblika għandha tkun adottata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

Artikolu 14

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1),(2),(4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 15

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ilmijiet minerali naturali għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 16

Id-Direttiva 80/777/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness IV, Parti A, hija b’dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 17

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 87.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2009.

(3)  ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.

(4)  Ara l-Anness IV, Parti A.

(5)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(7)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(8)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.


ANNESS I

I.   DEFINIZZJONI

1.

“Ilma minerali naturali” tfisser ilma mikrobijoloġikament tajjeb għas-saħħa, fit-tifsira tal-Artikolu 5, li joriġina minn water table ta’ taħt l-art jew minn depożitu ta’ taħt l-art u li joħroġ minn nixxiegħa meħud minn ħruġ naturali wieħed jew aktar jew minn ħruġ imtaqqab.

Ilma minerali naturali jista’ jingħaraf faċilment minn ilma tax-xorb ordinarju:

(a)

min-natura tiegħu, li hi karatterizzata mill-kontenut minerali tagħha, minn oligo-elementi jew minn kostitwenti oħrajn u, fejn adattat, minn ċerti effetti;

(b)

mill-purità oriġinali tiegħu,

fejn iż-żewġ karatteristiċi ġew ikkonservati intatti minħabba l-oriġini minn taħt l-art ta’ ilma bħal dan, li ġie protett minn kull riskju ta’ tniġġis.

2.

Il-karatteristiċi msemmija fil-punt 1, li jistgħu jagħtu lill-ilma minerali naturali propjetajiet li huma favorevoli għas-saħħa, għandhom ikunu ġew ivvalutati:

(a)

mill-aspetti li ġejjin:

(i)

ġeoloġiku u idroloġiku;

(ii)

fiżiku, kimiku u fisjo-kimiku;

(iii)

mikrobijoloġiku;

(iv)

jekk ikun neċessarju, farmakoloġiku, fiżjoloġiku u kliniku;

(b)

skont il-kriterji elenkati fit-Taqsima II;

(ċ)

skont il-metodi xjentifiċi approvati mill-awtorità responsabbli.

L-analiżi msemmija fil-punt (a)(iv) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu fakultattivi fejn l-ilma jippreżenta l-karatteristiċi ta’ kompożizzjoni li bis-saħħa tagħhom hu jkun ikkunsidrat bħala ilma minerali naturali fl-Istat Membru ta’ oriġini qabel is-17 ta’ Lulju 1980. Dan huwa il-każ, b’mod partikolari meta l-ilma kkonċernat ikun fih, għal kull kg, kemm fis-sors kif ukoll wara li jiġi bbottiljat, minimu ta’ 1 000 mg ta’ solidi totali fit-taħlita jew minimu ta’ 250 mg ta’ diossidu tal-karbonju liberu.

3.

Il-kompożizzjoni, it-temperatura u l-karatteristiċi essenzjali l-oħra tal-ilma minerali naturali għandhom jibqgħu stabbli fil-limiti ta’ varjazzjoni naturali; b’mod partikolari, m’għandhomx jiġu affettwati bil-varjazzjonijiet possibbli fir-rata ta’ ċirkolazzjoni.

Fit-tifsira tal-Artikolu 5(1), l-għadd vijabbli normali tal-kolonja tal-ilma minerali naturali ifisser l-għadd totali tal-kolonja li hu raġonevolment kostanti fis-sors qabel kull trattament, li l-kompożizzjoni kwalittattiva u kwantitattiva tiegħu ikkunsidrata fir-rikonoxximent ta’ dak l-ilma, hija kkontrollata b’analiżi perijodiċi.

II.   REKWIŻITI U KRITERJI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAD-DEFINIZZJONI

1.1.   Rekwiżiti għal stħarriġ ġeoloġiku u idroloġiku

Għandu jkun hemm rekwiżit biex jiġu pprovduti d-dettalji li ġejjin:

1.1.1.

Is-sit eżatt tal-ġbir tal-ilma b’indikazzjoni tal-altitudni tiegħu, fuq mappa bi skala ta’ mhux aktar minn 1: 1 000;

1.1.2.

rapport ġeoloġiku dettaljat dwar l-oriġini u n-natura tat-terren;

1.1.3.

l-istratigrafija tal-istrat idroġeoloġiku;

1.1.4.

deskrizzjoni tal-operazzjonijiet tal-ġbir tal-ilma;

1.1.5.

id-demarkazzjoni tal-arja jew dettalji ta’ miżuri oħra li jipproteġu n-nixxiegħa mit-tniġġis.

1.2.   Rekwiżiti għal stħarriġ fiżiku, is-servej kimiku u dak fisjo-kimiku

Dan l-istħarriġ għandu jistabbilixxi:

1.2.1.

ir-rata taċ-ċirkolazzjoni tal-ilma tan-nixxiegħa;

1.2.2.

it-temperatura tal-ilma fis-sors u t-temperatura tal-post;

1.2.3.

ir-relazzjoni bejn in-natura tat-terren u n-natura u t-tip ta’ minerali fl-ilma;

1.2.4.

ir-residwi nexfin f’180 °C sa 260 °C;

1.2.5.

il-konduttività jew il-forza ta’ reżistenza elettrika, fejn għandha tkun speċifikata t-temperatura tal-kejl;

1.2.6.

il-konċentrazzjoni tal-jone idroġenu (pH);

1.2.7.

l-anions u l-cations;

1.2.8.

l-elementi mhux jonizzati;

1.2.9.

l-oligo-elementi;

1.2.10.

il-kwalitajiet radjo-attinoloġiċi fis-sors;

1.2.11.

fejn jixraq, il-livelli isotopiċi relattivi tal-elementi kostitwenti tal-ilma, ossiġnu (16O – 18O) u idroġenu (protium, deuterium, tritium);

1.2.12.

it-tossiċità ta’ ċerti elementi kostitwenti tal-ilma, billi wieħed jikkunsidra l-limiti stabbiliti għal kull wieħed minnhom.

1.3.   Kriterji għall-analiżijiet mikrobijoloġiċi fis-sors

Dawn l-analiżi għandhom jinkludu:

1.3.1.

wirja tal-assenza ta’ parassiti u mikro-organismi patoġeniċi;

1.3.2.

determinazzjoni kwantitattiva tal-għadd li jista’ jerġa jitqajjem tal-kolonja indikattiv tal-kontaminazzjoni fekali:

(a)

assenza ta’ Escherichia coli u ta’ coliforms oħrajn f’250 ml f’37 °C u 44,5 °C;

(b)

assenza ta’ streptoccoci fekali f’250 ml;

(ċ)

assenza ta’ anerojbi li jnaqqsu s-sulfat sporulati f’50 ml;

(d)

assenza ta’ Pseudomonas aeruginosa f’250 ml.

1.3.3.

determinazzjoni tal-għadd totali li jista’ jerġa jitqajjem tal-kolonja għal kull ml ta’ ilma:

(a)

f’20 sa 22 °C f’72 siegħa fuq taħlita agar-agar jew agar-gelatina,

(b)

f’37 °C f’24 siegħa fuq agar-agar.

1.4.   Rekwiżiti għall-analiżi klinika u l-analiżi farmokoloġika

1.4.1.

Dawn l-analiżi, li għandhom isiru skont il-metodi xjentifikament rikonoxxuti, għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi partikolari tal-ilma minerali naturali u l-effetti tiegħu fuq l-organiżmu uman, bħall-funzjonijiet ta’ djuresi, gastriċi u intestinali, kumpens għal defiċjenzi minerali.

1.4.2.

L-istabbiliment tal-konsistenza u l-konkordanza ta’ numru sostanzjali ta’ osservazzjonijiet kliniċi jista’, jekk xieraq, jieħu l-post tal-analiżi msemmija fil-punt 1.4.1. L-analiżi kliniċi jistgħu, f’każijiet adatti, jieħdu l-post tal-analiżi msemmija fil-punt 1.4.1 bil-kondizzjoni li l-konsistenza u l-konkordanza ta’ numru sostanzjali ta’ osservazzjonijiet jippermettu li jinkisbu l-istess riżultati.

III.   KWALIFIKAZZJONIJIET SUPPLIMENTARI RELATATI mal-ILMIJIET MINERALI NATURALI EFFERVEXXENTI

Fis-sors u wara l-ibbottiljar, l-ilmijiet minerali naturali effervexxenti jerħu diossidu tal-karbonju spontanjament u b’mod viżibbli b’mod ċar f’kondizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressjoni. Dawn jaqgħu fi tliet kategoriji li għalihom id-denominazzjonijiet riżervati li ġejjin għandhom japplikaw rispettivament:

(a)

“ilma minerali naturali kkarbonizzat b’mod naturali” tfisser ilma li l-kontenut ta’ diossidu tal-karbonju tiegħu min-nixxiegħa wara d-dekantazzjoni, jekk dan isir, u wara l-ibbottiljar huwa l-istess bħal fis-sors, meta wieħed jikkonsidra, fejn jixraq, li terġa’ tiġi introdotta kwantità ta’ diossidu tal-karbonju mill-istess water table jew minn depożitu ekwivalenti għal dak rilaxxat matul dawk l-operazzjonijiet u soġġett għat-tolleranzi tekniċi tas-soltu;

(b)

“ilma minerali naturali bil-gass min-nixxiegħa” tfisser ilma li l-kontenut tiegħu ta’ diossidu tal-karboniku mill-istess water table jew mill-istess depożitu wara li dan jitferra’, jekk dan isir, u l-ibbottiljar huwa aktar minn dak stabbilit fis-sors;

(ċ)

“ilma minerali naturali karbonizzat” tfisser ilma li żdiedlu d-diossidu tal-karbonju li ma joriġinax mill-water table jew mid-depożitu minn fejn ikun ġej l-ilma.


ANNESS II

KONDIZZJONIJIET GĦALL-ISFRUTTAMENT U T-TQEGĦID FIS-SUQ TA’ ILMA MINERALI NATURALI

1.

L-isfruttament ta’ nixxiegħa ta’ ilma minerali naturali għandha tkun soġġetta għall-permess mill-awtorità responsabbli tal-pajjiż minn fejn l-ilma jkun ġie estratt, wara li jkun ġie stabbilit li l-ilma kkonċernat jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Taqsima I.

2.

It-tagħmir għall-isfruttament tal-ilma għandu jkun installat b’tali mod li jevita kull possibbiltà ta’ kontaminazzjoni u li jippreżerva l-kwalitajiet, skont dawk attribwiti lilu, li jkollu l-ilma fis-sors.

Għal dak il-għan, b’mod partikolari:

(a)

in-nixxiegħa jew l-iżbokk għall-ħruġ tal-ilma għandu jkun protett kontra r-riskji ta’ tniġġis;

(b)

il-ġbir tal-ilma, il-pajpijiet u l-ġibjuni għandhom ikunu ta’ materjali adatti għall-ilma u mibnija b’tali mod li jipprevienu kull alterazzjoni kimika, fiżjo-kimika jew mikrobijoloġika tal-ilma;

(ċ)

il-kondizzjonijiet tal-isfruttament, b’mod partikolari t-tagħmir tal-ħasil u tal-ibbottiljar, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ iġjene; b’mod partikolari, il-kontenituri għandhom ikunu ttrattati jew iffabrikati b’tali mod li jiġu evitati effetti negattivi fuq il-karatteristiċi mikrobijoloġiċi u kimiċi tal-ilma minerali naturali;

(d)

it-trasport tal-ilma minerali naturali f’kontenituri minbarra dawk awtorizzati għad-distribuzzjoni għall-konsumatur finali għandu jkun projbit.

Madankollu, il-punt (d) jista’ ma jiġix applikat għall-ilmijiet minerali estratti, sfruttati u mqiegħda fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru jekk, f’dak l-Istat Membru fis-17 ta’ Lulju 1980, it-trasport tal-ilma minerali naturali ġo tankijiet min-nixxiegħa għall-fabbrika tal-ibbottiljar kien awtorizzat.

B’mod simili, il-punt (d) jista’ ma jiġix applikat għall-ilmijiet minn nixxiegħat estratti, sfruttati u mqiegħda fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru, jekk f’dak l-Istat Membru fit-13 ta’ Diċembru 1996, it-trasport tal-ilma minerali naturali ġo tankijiet min-nixxiegħa għall-fabbrika tal-ibbottiljar kien awtorizzat.

3.

Fejn jinsab matul l-isfruttament, li l-ilma minerali naturali huwa kkontaminat u ma jibqax jippreżenta l-karatteristiċi mikrobijoloġiċi stabbiliti fl-Artikolu 5, il-persuna li tkun qed tisfrutta n-nixxiegħa għandha minn dak il-mument ‘il quddiem tissospendi kull sfruttament, b’mod partikolari l-proċess tal-ibbottiljar, sakemm tinqered il-kawża tat-tniġġis u sakemm l-ilma jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5.

4.

L-awtorità responsabbli fil-pajjiż tal-oriġni għandha tagħmel kontrolli perjodiċi biex tara jekk:

(a)

l-ilma minerali naturali li għalih ġiet awtorizzata l-isfruttament tan-nixxiegħa jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I;

(b)

id-dispożizzjonijiet tal-punti 2 u 3 qed jiġu applikati mill-persuna li tkun qed tisfrutta n-nixxiegħa.


ANNESS III

INDIKAZZJONIJIET U KRITERJI STABBILITI FL-ARTIKOLU 9(2)

Indikazzjonijiet

Kriterji

Kontenut minerali baxx

Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss mhux akbar minn 500 mg/l

Kontenut minerali baxx ħafna

Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss mhux akbar minn 50 mg/l

Li għandu ħafna melħ minerali

Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss akbar minn 1 500 mg/l

Fih il-bikarbonat

Kontenut ta’ bikarbonat akbar minn 600 mg/l

Fih is-sulfat

Kontenut ta’ sulfat akbar minn 200 mg/l

Fih il-klorur

Kontenut ta’ klorur akbar minn 200 mg/l

Fih il-kalċju

Kontenut ta’ kalċju akbar minn 150 mg/l

Fih il-manjesju

Kontenut ta’ manjesju akbar minn 50 mg/l

Fih il-fluworidu

Kontenut ta’ floworidu akbar minn 1 mg/l

Fih il-ħadid

Kontenut ta’ ħadid bivalenti akbar minn 1 mg/l

Aċiduż

Kontenut ta’ diossidu karboniku liberu akbar minn 250 mg/l

Fih is-sodju

Kontenut ta’ sodju akbar minn 200 mg/l

Adatt għall-preparazzjoni tal-ikel tat-tfal żgħar

Adatt għall-dieta baxxa fis-sodju

Kontenut ta’ sodju inqas minn 20 mg/l

Jista’ jkun purganti

Jista’ jkun dijuretiku


ANNESS IV

PARTI A

Direttiva Mħassra b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 16)

Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE

(ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1)

 

Direttiva tal-Kunsill 80/1276/KEE

(ĠU L 375, 31.12.1980, p. 77)

Artikolu 1, it-tielet inċiż biss

Direttiva tal-Kunsill 85/7/KEE

(ĠU L 2, 3.1.1985, p. 22)

Artikolu 1, punt 10 biss

Punt B.1.(o) tal-Anness I għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1985

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 214)

 

Direttiva 96/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 299, 23.11.1996, p. 26)

 

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Anness III, punt 4 biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 16)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Permess għall-kummerċ fil-prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva

Projbizzjoni għall-kummerċ fil-prodotti li m’humiex konformi ma’ din id-Direttiva

80/777/KEE

fit-18 ta’ Lulju 1982.

fit-18 ta’ Lulju 1984.

80/1276/KEE

85/7/KEE

96/70/KE

fit-28 ta’ Ottubru 1997.

28 ta’ Ottubru 1998 (1)


(1)  Madankollu, il-kummerċ fi prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettati qabel din id-data u li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva jistgħu jkomplu sa kemm il-ħażniet jispiċċaw.


ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 80/777/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 1(3)(a) u (b)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(5)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (a)

Artikolu 4(1)(b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (b)(i) u (ii)

Artikolu 4(1)(c), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (c)(i) u (ii)

Artikolu 4(1)(d)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (d)

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 5(3)(a) u (b)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(2a)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2)(a), (b) u (c)

Artikolu 9(2), l-ewwel, it-tieni u it-tielet subparagrafi

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 9(4a), l-ewwel subparagrafu,l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, (a) sa (d)

Artikolu 9(4a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(4b)

Artikolu 9(5)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10

Artikolu 10a

Artikolu 11

Artikolu 11(1), l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 12(a) sa (d)

Artikolu 11(2), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 12(e) u (f)

Artikolu 11a

Artikolu 13

Artikolu 12 (1)

Artikolu 14 (1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 14(2) u (3)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Anness I(I)(1)

Anness I(I)(1)

Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (a)(1) sa (4)

Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (a)(i) sa (iv)

Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (b)

Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (b)

Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (c)

Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (c)

Anness I(I)(2), it-tieni subparagrafu

Anness I(I)(2), it-tieni subparagrafu

Anness I(I)(3)

Anness I(I)(3)

Anness I(II), 1.1

Anness I(II), 1.1

Anness I(II), 1.2

Anness I(II), 1.2

Anness I(II), 1.3

Anness I(II), 1.3

Anness I(II), 1.3.1

Anness I(II), 1.3.1

Anness I(II), 1.3.2

Anness I(II), 1.3.2

Anness I(II), 1.3.3, (i) u (ii)

Anness I(II), 1.3.3, (a) u (b)

Anness I(II), 1.4

Anness I(II), 1.4

Anness I(III)

Anness I(III)

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness V


26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/59


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/70/KE

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi d-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit.

(2)

Għal dawk is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 1112/2002 u (KE) Nru 2229/2004 għal ġabra ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri Relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Għad-difenacoum, l-Istat Membru relatur kienet il-Finlandja u kull informazzjoni rilevanti ġiet ippreżentata fis-16 ta’ Lulju 2007. Għad-didecyldimethylammonium chloride, l-Istat Membru relatur kienet l-Olanda u t-tagħrif kollu rilevanti tressaq fit-28 ta’ Novembru 2007. Għall-kubrit, l-Istat Membru relatur kienet Franza u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fit-18 ta’ Ottubru 2007.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni ġew riveduti f’kollaborazzjoni, mill-Istati Membri u mill-EFSA u ġew ppreżentati lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2008 fil-format tar-Rapport Xjentifiku EFSA għad-difenacoum (4), għad-didecyldimethylammonium chloride (5) u għall-kubrit (6). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fis-26 ta’ Frar 2009 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-difenacoum, u fit-12 ta’ Marzu 2009 għad-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit.

(4)

Mill-eżamijiet varji li saru, deher li jista’ jiġi mistenni li l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit, jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, għad-difenacoum, jixraq li n-notifikant ikun obbligat jibgħat iktar informazzjoni dwar il-metodi għad-determinazzjoni tar-residwi fil-fluwidi tal-ġisem u dwar l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva kif immanifatturata. Barra minn hekk, għad-didecyldimethylammonium chloride jixraq li n-notifikant jiġi obbligat jibgħat iktar informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni kimika u dwar l-evalwazzjoni tar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi. Fl-aħħar nett, jixraq li għall-kubrit in-notifikant jiġi obbligat jibgħat iktar informazzjoni biex jikkonferma l-evalwazzjoni tar-riskju għal organiżmi mhux fil-mira, partikolarment għasafar, mammali, organiżmi li jgħixu fis-sediment u artropodi mhux fil-mira.

(6)

Għandu jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jingħatalhom iż-żmien iħejju ruħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Mingħajr ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet attwali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi eżaminati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti fir-rigward tal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni jkun jista’ juri li għandu aċċess għall-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-lum li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ Ġunju 2010.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit jiġu ssodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tirrigwarda dik is-sustanza attiva, u li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet ikollhom, jew ikollhom aċċess għal, fajls li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u l-kunsiderazzjoni tal-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I tat-tali Direttiva dwar id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun hemm bżonn, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih id-difenacoum, id-didecyldimethylammonium chloride u l-kubrit bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li inkludew is-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda minnhom seħħet l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 218, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva“difenacoum” (iffinalizzat fid-19 ta’ Diċembru 2008).

(5)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 214, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva“didecyldimethylammonium chloride” (iffinalizzat fid-19 ta’ Diċembru 2008).

(6)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 221, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva“kubrit” (iffinalizzat fid-19 ta’ Diċembru 2008).


ANNESS

It-tabella li ġejja għandha tiżdied fit-tarf tat-tabella tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“295

Difenacoum

Nru CAS 56073-07-5

Nru CIPAC 514

3-[(1RS,3RS;1RS,3SR)-3-biphenyl-4-yl-1,2,3,4-tetrahydro-1-naphthyl]-4-hydroxycoumarin

≥ 905 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2010

It-30 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

Huma awtorizzati biss l-użi biss bħala rodentiċida fl-għamla ta’ lixka preparata minn qabel f’nases mibnija apposta, reżistenti għat-tbagħbis u sikuri.

Il-konċentrazzjoni nominali tas-sustanza attiva fil-prodotti ma għandhiex taqbeż il-50 g/kg.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għal utenti professjonali.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar id-difenacoum, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009. F’din l-evalwazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-għasafar u mammali mhux fil-mira minn ivvelenar primarju u sekondarju. Miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju għandhom ikunu applikati fejn ikun xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-metodi għad-determinazzjoni tar-residwi tad-difenacoum fil-fluwidi tal-ġisem.

Għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi l-Kummissjoni b’din l-informazzjoni sat-30 ta’ Novembru 2011.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni aktar informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva kif immanifatturata.

Għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2009.

296

Didecyldimethylammonium chloride

CAS: mhux assenjat

CIPAC: mhux assenjat

Didecyldimethylammonium chloride huwa taħlita ta’ alkyl-quaternary ammonium salts b’katini alkili ta’ tul tipiku ta’ C8, C10 u C12, b’iktar minn 90 % ta’ C10

≥ 70 % (Konċentrat tekniku)

L-1 ta’ Jannar 2010

Il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

Jista’ jkun awtorizzat biss l-użu intern għall-pjanti ornamentali bħala batteriċida, funġiċida, erbiċida u algeċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar id-didecyldimethylammonium chloride, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Marzu 2009.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ħarsien tas-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema. Kundizzjonijiet awtorizzati tal-użu għandhom jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali xieraq u miżuri għat-tnaqqis tar-riskju sabiex titnaqqas l-espożizzjoni;

lill-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikun xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni b’aktar informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva kif immanifatturata sal-1 ta’ Jannar 2010 u dwar ir-riskju lill-organiżmi akkwatiċi sal-31 ta’ Diċembru 2011.

297

Kubrit

Nru CAS 7704-34-9

Nru CIPAC 18

Kubrit

≥ 990 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2010

Il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala funġiċida u akariċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-kubrit, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Marzu 2009.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-protezzjoni ta’ għasafar, mammali, organiżmi akkwatiċi, u artropodi mhux fil-mira. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikunxieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni b’aktar informazzjoni biex tikkonferma l-evalwazzjoni tar-riskju għall-għasafar, il-mammali, l-organiżmi li jgħixu fis-sediment u l-artropodi mhux fil-mira. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant, li fuq talba tiegħu ġie inkluż il-kubrit f’dan l-Anness, jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju 2011.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ġunju 2009

dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn Fond Fiduċjarju 911100MTF/INT/003/KEE (TFEU 970089129) għall-għajnuna fil-kampanja kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer ’il barra mill-Komunità

(2009/492/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn miżuri veterinarji speċifiċi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-kampanja kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Din id-Deċiżjoni tistipula li kwalunkwe miżura deċiża mill-Komunità biex tgħin fil-kampanja kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer ’il barra mill-Komunità, b’mod partikolari għall-ħarsien taż-żoni fir-riskju fil-Komunità, tista’ tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

(2)

Fil-kuntest ta’ epidemiji maġġuri tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) fl-aħħar tal-ħamsinijiet kemm fil-Komunità kif ukoll f’pajjiżi ġirien, ġiet stabbilita l-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer (EUFMD) fi ħdan l-istruttura tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u tal-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Fis-snin sittin, minħabba għadd ikbar ta’ theddidiet bid-dħul ta’ varjetijiet eżotiċi tal-FMD fl-Ewropa, il-pajjiżi membri tal-EUFMD issejħu biex jistabbilixxu Fond Fiduċjarju bil-għan li jitwettqu l-miżuri ta’ emerġenza fil-Balkani, li jikkostitwixxu r-rotta prinċipali għad-dħul tal-marda. Iktar tard dan il-fond inqasam bejn il-Fond Fiduċjarju 911100MTF/003/KEE appoġġjat minn dawk il-Pajjiżi Membri li fl-istess ħin kienu Stati Membri tal-Komunità u l-Fond Fiduċjarju 909700MTF/004/MUL appoġġjat minn Pajjiżi Membri tal-EUFMD li f’dak iż-żmien ma kinux jew għad mhumiex Stati Membri tal-Komunità.

(4)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE (2) stabbilixxa l-waqfien tat-tilqim profilattiku kontra l-FMD madwar il-Komunità fl-1991.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (3) reġgħet ikkonfermat il-projbizzjoni tat-tilqim profilattiku waqt li estendiet il-possibbiltà għall-użu tat-tilqim ta’ emerġenza kontra l-FMD.

(6)

Għadd ta’ tifqigħat tal-FMD rapportati mill-1992 ′l hawn, b′mod partikolari f′partijiet tal-Komunità ħdejn il-pajjiżi terzi infettati endemikament, u epidemija kbira f’ċerti Stati Membri fl-2001 jitolbu għal livell għoli ta’ għarfien u ta’ tħejjija għall-mard, inkluża l-kooperazzjoni internazzjonali.

(7)

Barra minn hekk, dan l-aħħar ġew irreġistrati tifqigħat u f’ċerti każi epidemiji ta’ natura gravi f’pajjiżi terzi ġirien tal-Istati Membri li jistgħu jheddu l-istatus tas-saħħa tal-bhejjem suxxettibbli fil-Komunità.

(8)

Minħabba li qed jitfaċċaw topotipi virali ġodda u d-deterjorament reġjonali tal-miżuri ta’ kontroll, il-Komunità, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-EUFMD u bl-użu tal-Fond Fiduċjarju 911100MTF/003/KEE, appoġġjat il-kampanji għat-tilqim ta’ emerġenza fit-Turkija u t-Transkawkażja.

(9)

Il-Komunità u n-Nazzjonijiet Uniti nhar id-29 ta’ April 2003 iffirmaw Ftehim ta’ Qafas Finanzjarju u Amministrattiv, li pprovda ambjent favorevoli biex jiffaċilita li jseħħ il-Ftehim bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, iffirmat fis-17 ta’ Lulju 2003.

(10)

Bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/436/KE tat-13 ta’ Ġunju 2005 dwar kooperazzjoni Komunitarja mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura b’mod partikolari dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer (4), il-Kummissjoni kkonkludiet “Il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni MTF/INT/003/EEC911100 (TFEU970089129) dwar Attivitajiet Permanenti Ffinanzjati mill-KE mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea tal-FAO għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer” iffirmat fl-1 ta’ Settembru 2005 u mħaddem mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(11)

Huwa xieraq li jiġġedded dan il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni u li tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni Komunitarja lill-Fond Fiduċjarju 911100MTF/INT/003/KEE.

(12)

Fid-dawl tat-tkabbir suċċessiv tal-2004 u l-2007 tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-kontribuzzjoni Komunitarja tiġi stabbilita f’livell massimu ta’ EUR 8 000 000 għal perjodu ta’ erba’ snin. Il-baġit tal-Fond Fiduċjarju għall-2009 għandu jkun magħmul mill-bilanċ finali tal-fondi tiegħu disponibbli fil-31 ta’ Diċembru 2008 u minn kontribuzzjoni Komunitarja biex jinġabar ammont ekwivalenti għal EUR 2 000 000 f’USD. Sussegwentement l-infiq għandu jiġi rifondut bi trasferimenti ta’ kull sena.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-bilanċ tal-Fond Fidjuċjarju 911100MTF/INT/003/KEE (TFEU 970089129) (’il-Fond Fiduċjarju’) fil-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jiġi ffissat għal EUR 677 855.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-Fond Fiduċjarju għandha tiġi stabbilita għal massimu ta’ EUR 8 000 000 għal perjodu ta’ erba’ snin mill-1 ta’ Jannar 2009.

3.   L-ewwel pagament tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għas-sena 2009 għandu jkun magħmul:

(a)

mill-bilanċ imsemmi fil-paragrafu 1,

(b)

minn kontribuzzjoni Komunitarja tal-ammont meħtieġ biex l-ammont totali tal-Fond Fiduċjarju jilħaq l-ekwivalenti ta’ EUR 2 000 000 f’USD.

4.   L-infiq imġarrab mill-Fond Fiduċjarju matul is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 għandu jiġi rifondut b’kontribuzzjonijiet Komunitarji annwali pagabbli fl-2010, fl-2011, fl-2012 u fl-2013 rispettivament. Madankollu, il-ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta’ fondi disponibbli fil-baġit Komunitarju.

5.   Il-kontribuzzjonijiet Komunitarji annwali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu msejsa fuq ir-rapport finanzjarju ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer (EUFMD) jew lis-Sessjoni Annwali tal-Kumitat Eżekuttiv jew inkella lis-Sessjoni Ġenerali Biennali tal-EUFMD, appoġġjati b’dokumentazzjoni ddettaljata skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO).

Artikolu 2

1.   Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ Implimentazzjoni dwar l-użu u t-tħaddim tal-Fond Fiduċjarju bejn il-Kummissjoni u l-FAO għall-perjodu ta’ erba’ snin, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Il-Fond Fiduċjarju għandu jitħaddem b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-EUFMD skont il-Ftehim ta’ Implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 13.

(3)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 26. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 135.